ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 319

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 57
6 ta' Novembru 2014


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1195/2014 tad-29 ta' Ottubru 2014 li jimponi dazju kumpensatorju provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti troti qawsalla li joriġinaw mit-Turkija

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1196/2014 tat-30 ta' Ottubru 2014 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 808/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistiċi tal-Komunità dwar is-soċjetà tal-informazzjoni ( 1 )

36

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1197/2014 tal-5 ta' Novembru 2014 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

55

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

6.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 319/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1195/2014

tad-29 ta' Ottubru 2014

li jimponi dazju kumpensatorju provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti troti qawsalla li joriġinaw mit-Turkija

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta' Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

Wara konsultazzjonijiet mal-Istati Membri,

Billi:

A.   PROĊEDURA

1.   Bidu

(1)

Fil-15 ta' Frar 2014, il-Kummissjoni Ewropea (il-Kummissjoni) ħabbret it-tnedija ta' proċedura kontra s-sussidju fir-rigward tal-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' ċerti troti qawsalla li joriġinaw mit-Turkija (il-pajjiż ikkonċernat) fuq il-bażi tal-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 597/2009 (ir-Regolament bażiku) permezz ta' notifika ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2) (in-Notifika ta' Bidu). Rettifika għan-Notifika ta' Bidu kienet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali fl-4 ta' Settembru 2014 (3).

(2)

Il-Kummissjoni nediet l-investigazzjoni wara li fit-3 ta' Jannar 2014 l-Assoċjazzjoni Daniża tal-Akkwakultura (l-ilmentatur) ressqet ilment f'isem il-produtturi li jirrappreżentaw aktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta' ċerti troti qawsalla. L-ilment kien jinkludi evidenza prima facie ta' ssussidju ta' ċerti troti qawsalla u ta' danni materjali kkawżati minnu, li l-Kummissjoni kkunsidrat suffiċjenti biżżejjed sabiex tiġġustifika l-bidu tal-investigazzjoni.

(3)

F'konformità mal-Artikolu 10(7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni nnotifikat lill-Gvern tat-Turkija (GTT) qabel il-bidu tal-proċedura li hija kienet irċeviet ilment iddokumentat kif xieraq li kien jallega li l-importazzjonijiet issussidjati ta' ċerti troti qawsalla li joriġinaw mit-Turkija kienu qegħdin jikkawżaw danni materjali lill-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni stiednet lill-GTT għal konsultazzjonijiet bl-għan li tiġi ċċarata s-sitwazzjoni rigward il-kontenut tal-ilment u tinstab soluzzjoni bi ftehim reċiproku.

(4)

Il-GTT aċċetta l-konsultazzjonijiet li saru sussegwentement. Waqt il-konsultazzjonijiet, ma setgħet tinstab l-ebda soluzzjoni bi ftehim reċiproku. Wara l-konsultazzjonijiet, wasslet sottomissjoni mill-GTT. Il-Kummissjoni ħadet nota tal-kummenti kif xieraq.

2.   Il-proċediment antidumping parallel

(5)

Fil-15 ta' Frar 2014, il-Kummissjoni ħabbret ukoll il-bidu ta' investigazzjoni antidumping li tirrigwarda l-importazzjonijiet fl-Unjoni tal-istess prodott li joriġina fit-Turkija permezz ta' notifika ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (4).

(6)

L-analiżijiet tad-danni li saru f'din l-investigazzjoni antisussidji u l-investigazzjoni antidumping parallela huma bbażati fuq l-istess definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni, l-istess produtturi rappreżentanti tal-Unjoni u l-istess perjodu ta' investigazzjoni u wasslu għall-istess konklużjonijiet diment li ma jkunx speċifikat mod ieħor. Dan kien ikkunsidrat xieraq sabiex tiġi ssimplifikata l-analiżi tad-danni u sabiex jintlaħqu sejbiet konsistenti. Għal din ir-raġuni, il-kummenti dwar l-aspetti tad-danni li tressqu f'kull waħda minn dawn il-proċeduri kienu kkunsidrati fiż-żewġ investigazzjonijiet.

3.   Partijiet interessati

(7)

Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkuntattjawha sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni informat b'mod speċifiku lill-ilmentaturi, lil produtturi, utenti u importaturi oħrajn magħrufa tal-Unjoni, lill-produtturi esportaturi fit-Turkija u lill-awtoritajiet Torok kif ukoll assoċjazzjonijiet magħrufa li kienu mħassba dwar it-tnedija tal-investigazzjoni u stednithom jipparteċipaw.

(8)

Il-partijiet kollha interessati kellhom opportunità jikkumentaw dwar il-bidu tal-investigazzjoni u jitolbu seduta mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċeduri kummerċjali. Ma saru l-ebda kummenti.

4.   Kampjunar

(9)

Il-Kummissjoni ħabbret fin-Notifika ta' Bidu li tista' titlob kampjun tal-partijiet interessati, b'mod partikolari tal-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi mhux relatati u l-produtturi esportaturi fit-Turkija skont l-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku.

4.1.   Il-kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni

(10)

Fin-Notifika ta' Bidu tagħha, il-Kummissjoni ddikjarat li kienet għażlet provviżorjament kampjun ta' produtturi tal-Unjoni. F'konformità mal-Artikolu 27(1) tar-Regolament bażiku u minħabba li l-industrija tal-Unjoni kienet ferm frammentata b'aktar minn 700 produttur ta' intrapriżi żgħar u medji (SMEs), il-Kummissjoni għażlet il-kampjun fuq il-bażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta' produzzjoni li seta' raġonevolment ikun investigat fiż-żmien disponibbli, filwaqt li kkunsidrat ukoll il-firxa ġeografika u l-kopertura suffiċjenti ta' fażijiet u ta' tipi differenti ta' produzzjoni (il-produzzjoni ta' troti ħajjin, friski, iffriżati, ffilettjati u affumikati). Dan il-kampjun kien jikkonsisti f'disa' produtturi tal-Unjoni. Il-produtturi magħżula tal-Unjoni kienu jirrappreżentaw aktar minn 12 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni, abbażi tad-dejta mill-ilment. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jagħtu l-kummenti tagħhom dwar dan il-kampjun provviżorju. Ma wasal l-ebda kumment sal-iskadenza u għaldaqstant il-kampjun provviżorju kien ikkonfermat. Il-kampjun jirrappreżenta l-industrija tal-Unjoni.

4.2.   Kampjunar tal-importaturi

(11)

Biex tiddeċiedi jekk kienx jeħtieġ li jittieħed kampjun u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni staqsiet lil importaturi mhux relatati sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta' Bidu.

(12)

Tliet importaturi mhux relatati pprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jkunu inklużi fil-kampjun. Minħabba n-numru żgħir, il-Kummissjoni ddeċidiet li l-kampjunar ma kienx meħtieġ.

4.3.   Kampjunar tal-produtturi esportaturi

(13)

Biex tiddeċiedi jekk it-teħid ta' kampjuni kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni staqsiet lill-produtturi esportaturi kollha fit-Turkija sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta' Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni staqsiet lill-Missjoni tar-Repubblika tat-Turkija għall-Unjoni Ewropea sabiex tidentifika u/jew tikkuntattja lil produtturi esportaturi oħrajn, jekk hemm minnhom, li jistgħu jkunu interessati li jipparteċipaw fl-investigazzjoni.

(14)

Tmintax-il grupp ta' produtturi esportaturi fit-Turkija pprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jkunu inklużi fil-kampjun. Il-volum totali ta' esportazzjoni lejn l-Unjoni ddikjarat minn dawn il-kumpaniji partikolari tat-troti qawsalla matul l-2013 jammonta għat-total tal-esportazzjonijiet mit-Turkija lejn l-Unjoni.

(15)

F'konformità mal-Artikolu 27(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta' erba' gruppi ta' produtturi esportaturi fuq il-bażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta' esportazzjonijiet lejn l-Unjoni li seta' jkun investigat b'mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli, meta wieħed iqis ukoll il-firxa ġeografika. Il-grupp ta' kumpaniji kkampjunat jammonta għal kważi 64 % tal-bejgħ għall-esportazzjoni ddikjarat lejn l-Unjoni, u jinsabu f'żewġ reġjuni differenti.

(16)

F'konformità mal-Artikolu 27(2) tar-Regolament bażiku, il-produtturi esportaturi magħrufa kkonċernati kollha, u l-awtoritajiet Torok kienu kkonsultati dwar l-għażla tal-kampjun. Kien hemm kumpanija waħda li kkontestat l-għażla tal-kumpaniji fil-kampjun u saħqet li hija għandha tiġi inkluża fil-kampjun. Din argumentat li hija tipproduċi, tipproċessa u tbigħ esklussivament it-troti (jiġifieri ma twettaq l-ebda attività oħra), u ilha tagħmel dan mill-1971, li jagħmilha l-ewwel produttur tal-prodott ikkonċernat fit-Turkija. Din kompliet tiddikjara li kellha bejgħ sostanzjali fis-suq domestiku u, fl-aħħar nett, li hija l-akbar produttur fir-reġjun ta' Marmara.

(17)

Il-Kummissjoni tfakkar li l-għażla tal-kumpaniji fil-kampjun saret fuq il-bażi tal-akbar kwantitajiet ta' volumi skont l-Artikolu 27(1) tar-Regolament bażiku billi tqies l-għadd ta' produtturi li setgħu jiġu investigati b'mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. Minħabba li l-kampjun propost jirrappreżenta 64 % tal-esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni, dan il-kampjun jirrappreżenta s-sitwazzjoni tal-industrija Torka. Barra minn hekk, il-kumpaniji fil-kampjun jinsabu f'żewġ reġjuni differenti (mit-tlieta rrappreżentati) li huwa kkunsidrat biżżejjed għall-fini tal-investigazzjoni. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ssostni li l-kumpaniji fil-kampjun jikkorrispondu għall-akbar volumi rappreżentattivi ta' importazzjonijiet li jistgħu jkunu investigati b'mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli.

5.   Eżami individwali

(18)

Ħdax-il kumpanija jew grupp ta' kumpaniji talbu għal eżami individwali skont l-Artikolu 27(3) tar-Regolament bażiku. F'dan l-istadju tal-investigazzjoni, il-Kummissjoni ma ħadet l-ebda deċiżjoni dwar it-talba għall-eżami individwali. Il-Kummissjoni se tiddeċiedi jekk twettaqx l-eżami individwali fl-istadju definittiv tal-investigazzjoni.

6.   Tweġibiet għall-kwestjonarju

(19)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-GTT, lill-kumpaniji kollha tal-Unjoni fil-kampjun, lil tliet importaturi u lill-gruppi fil-kampjun ta' produtturi esportaturi fit-Turkija.

(20)

Tliet kumpaniji fi ħdan grupp ta' produtturi esportaturi Torok talbu għal eżenzjoni mill-obbligu li jwieġbu għall-kwestjonarju. Waħda minn dawn il-kumpaniji argumentat li kienet attiva l-aktar fil-produzzjoni tal-ispnott u l-awrat u li tipproduċi biss volum żgħir tal-prodott ikkonċernat. Kumpanija oħra tmexxi supermarket żgħir u hija biss marġinalment involuta fil-prodott ikkonċernat, u kumpanija oħra kienet importatur relatat li ma kellux bejgħ kbir tal-prodott ikkonċernat fil-perjodu tal-investigazzjoni. Il-Kummissjoni ddeċidiet li teżenta lill-kumpanija li tmexxi s-supermarket żgħir mill-obbligu li tipprovdi t-tweġiba għall-kwestjonarju. Madankollu, hija sostniet il-pożizzjoni tagħha li l-kumpanija li hija involuta l-aktar fil-produzzjoni tal-ispnott u l-awrat kellha timla l-kwestjonarju u anke l-importatur relatat peress li l-volumi prodotti (fil-każ tal-produttur esportatur) jew innegozjati (fil-każ tal-importatur relatat) kienu xorta waħda kbar.

(21)

It-tweġibiet tal-kwestjonarju waslu mingħand il-GTT u mingħand il-gruppi l-oħrajn kollha fil-kampjun ta' produtturi esportaturi fit-Turkija u l-kumpaniji li talbu għal eżami individwali.

7.   Iż-żjarat ta' verifika

(22)

Il-Kummissjoni talbet u vverifikat l-informazzjoni kollha meqjusa meħtieġa għal determinazzjoni provviżorja ta' sussidju, li rriżulta f'danni u interess għall-Unjoni. Iż-żjarat ta' verifika skont l-Artikolu 26 tar-Regolament bażiku saru fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin:

(a)

Produtturi tal-Unjoni:

Aqualande SAS, Roquefort, Franza

Danaqua, Grindsted, id-Danimarka

Danforel A/S, Grindsted, id-Danimarka

Kongeåns Dambrug ApS, Brørup, id-Danimarka

LaFo Forellen GmbH, Oberndorf, il-Ġermanja

Hofer Forellen GmbH, Oberndorf, il-Ġermanja

Zakład Hodowli Pstrąga w Zaporze — Mylof, Rytel, il-Polonja

Piszolla, S.L., Guadalajara, Spanja

Az.Agr. Trot. Erede Rossi Silvio Di Rossi Niccola, Sefro, l-Italja

Grupo Tres Mares, S.A., La Coruña, Spanja

(b)

Produtturi esportaturi fit-Turkija

Grupp ta' kumpaniji relatati 'GMS', Bodrum, it-Turkija:

Akyol Su Ürn.Ürt.Taș.Kom.İth.İhr.Paz.San. ve Tic. Ltd. Ști

Asya Söğüt Su Ürünleri Üretim Dahili Paz.ve İhr. Ltd.Ști

GMS Su Ürünleri Üretim İth. Paz. San. ve Tic. Ltd. Ști

Gűműsdoga Su Űrűnleri Űretim Ihracat Ithalat AȘ

Gümüș-Yel Su Ürünleri üretim İhracat ve İthalat Ltd. Ști

Hakan Komandit Șirketi

İskele Su Ürünleri Hayv.Gida Tur.Inș.Paz.Ihr.Ltd.Ști

Karaköy Su Ürünleri Üretim Paz.Tic.İhr. ve İth.Ltd.Ști

Özgü Su Ürün. Üret. Taș. Komis. İth. İhr. Paz. San. Ve Tic. Ltd. Ști

Grupp ta' kumpaniji relatati 'Kilic', Bodrum, it-Turkija:

Bafa Su Ürünleri Yavru Űretim Merkezi San Tic A.S,

Kilic Deniz Űrűnleri Űretimi Ihracat Ithalat ve Ticaret AȘ,

KLC Gida Ürünleri Ith.Ihr.Ve Tic.A.Ș,

Kilic Erșen Su Űrűnleri Ithalat Ihr. San ve Tic, Ltd. Ști,

Grupp ta' kumpaniji relatati 'Özpekler', Denizli, it-Turkija:

Özpekler Ins.Taah.Day. Tük. Mall.Su Ürün.San.ve Tic.,

Özpekler Ithalat Ihracat Su Ürünleri San.Ve Tic. Ltd. Sti,

Ternaeben Gida ve Su Ürünleri Ith. Ihr. San. ve Tic. Ltd. Ști (Ternaeben), Kayseri, it-Turkija

(c)

Il-Gvern tat-Turkija:

Il-Ministeru tal-Ekonomija, Ankara, it-Turkija

Il-Ministeru tal-Ikel, l-Agrikultura u l-Bhejjem, Ankara, it-Turkija

(d)

Importaturi fl-Unjoni relatati mal-esportaturi Torok:

Spador S.R.L. (Spador)

Ternäben Service GmbH (TSG),

Ternäben Vertrieb GmbH (TVG)

(e)

Produttur tal-Unjoni (proċessur) relatat ma' produttur esportatur fit-Turkija (Ternäben)

Ternäben Spółka z.o.o., il-Polonja (TPL)

8.   Perjodu tal-investigazzjoni u perjodu kkunsidrat

(23)

L-investigazzjoni tas-sussidju u tad-danni kopriet il-perjodu ta' bejn l-1 ta' Jannar 2013 u l-31 ta' Diċembru 2013 (il-perjodu tal-investigazzjoni). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-danni kopra l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2010 sa tmiem il-perjodu tal-investigazzjoni (il-perjodu kkunsidrat).

B.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

1.   Il-prodott ikkonċernat

(24)

Il-prodott ikkonċernat huwa t-trota qawsalla (Oncorhynchus mykiss):

li tiżen ħajja 1,2 kg jew anqas kull waħda, jew

friska, imkessħa, iffriżata u/jew affumikata:

fil-forma ta' ħuta sħiħa (bir-ras), bil-garġi mneħħija jew le, kemm jekk imnaddfa kif ukoll jekk le, li tiżen 1,2 kg jew anqas kull waħda, jew

bla ras, bil-garġi mneħħija jew le, kemm jekk imnaddfa kif ukoll jekk le, li tiżen 1 kg jew anqas kull waħda, jew

fil-forma ta' flettijiet li jiżnu 400 g jew anqas kull waħda,

li toriġina fit-Turkija u li fil-preżent taqa' taħt il-kodiċijiet NM ex 0301 91 90, ex 0302 11 80, ex 0303 14 90, ex 0304 42 90, ex 0304 82 90 u ex 0305 43 00 (il-prodott ikkonċernat).

(25)

Kif diġà ssemma fil-premessa 1), id-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat kienet soġġetta għal rettifika. Il-korrezzjoni kienet waħda purament editorjali u l-kamp ta' applikazzjoni ma kienx affettwat.

2.   Il-prodott simili

(26)

L-investigazzjoni wriet li l-prodott prodott u mibjugħ fis-suq domestiku Tork u/jew esportat lejn l-Unjoni u l-prodott magħmul u mibjugħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, tekniċi u kimiċi bażiċi u l-istess użu bażiku.

(27)

Għaldaqstant f'dan l-istadju l-Kummissjoni ddeċidiet li dawn il-prodotti huma prodotti simili fit-tifsira tal-Artikolu 2(c) tar-Regolament bażiku.

3.   Dikjarazzjonijiet dwar il-kamp ta' applikazzjoni tal-prodotti

(28)

Ċerti partijiet interessati ddikjaraw li t-trota affumikata għandha tkun eskluża mill-kamp ta' applikazzjoni tal-prodott. Skont dawn il-partijiet kien hemm differenzi fil-proċess ta' produzzjoni u differenzi fil-karatteristiċi fiżiċi, tekniċi u kimiċi meta mqabbla mat-trota mhux affumikata. Barra minn hekk, l-awtoritajiet Torok iddikjaraw li l-istruttura tal-ispejjeż tal-produtturi tal-flettijiet affumikati kienet differenti b'mod sinifikanti mill-istruttura tal-ispejjeż ta' produtturi oħrajn li jindika li l-prodotti affumikati u mhux affumikati mhumiex prodott wieħed. Fl-aħħar nett, dawn il-partijiet irreferew għal żewġ investigazzjonijiet antidumping preċedenti li kienu jirrigwardaw prodotti simili (it-trota qawsalla l-kbira u s-salamun) li għalqu fl-2004 (5) u fl-2005 (6) rispettivament fejn il-prodotti affumikati ma kinux jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-prodott. Il-partijiet irreferew b'mod partikolari għall-premessa 9) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 437/2004 (7) fejn ikun rikonoxxut li l-proċess tal-affumikar jibdel il-karatteristiċi bażiċi tal-prodott inkwistjoni. Fuq din il-bażi t-trota affumikata għandha tkun eskluża mill-kamp ta' applikazzjoni tal-prodott fl-investigazzjoni attwali.

(29)

L-investigazzjoni wriet li d-diversi preżentazzjonijiet — “ħajja”, “imkessħa”, “iffriżata” jew “affumikata” — koperti mid-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat jikkondividu l-istess karatteristiċi fiżiċi, tekniċi u kimiċi bażiċi. B'mod partikolari, it-tipi ta' trota kollha kellhom l-istess kwalitajiet intrinsiċi (kimiċi, nutrittivi jew oħrajn) u l-ipproċessar ma jċaħħadx lill-ħut minnhom, iżda rriżulta biss fi preżentazzjonijiet differenti li kienu sempliċiment modi differenti kif wieħed jippreserva l-ħut qabel proċessar, tħejjija, tisjir jew konsum ulterjuri. Għaldaqstant, kien konkluż li l-konservazzjoni permezz tal-affumikar ma tibdilx b'mod materjali l-karatteristiċi fiżiċi, tekniċi u kimiċi bażiċi tal-prodott.

(30)

Fir-rigward tal-proċessi differenti ta' produzzjoni u strutturi ta' spejjeż differenti, il-partijiet ma spjegawx kif dan seta' kellu impatt fuq il-konklużjoni li l-prodotti affumikati jew mhux affumikati kienu prodott wieħed. F'kull każ, kull differenza possibbli fil-proċessi ta' produzzjoni bħala tali ma għandha l-ebda impatt fuq id-definizzjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tal-prodott. Barra minn hekk, f'dan il-każ speċifiku, il-proċess ta' produzzjoni u l-istruttura tal-ispejjeż tal-flettijiet affumikati ma kinux fil-fatt differenti b'mod sinifikanti mill-proċess ta' produzzjoni u l-istruttura tal-ispejjeż ta' preżentazzjonijiet oħrajn tat-trota. L-element ewlieni tal-ispejjeż ta' kull preżentazzjoni kien l-ispiża tat-trobbija, li tikkonsisti essenzjalment fl-għalf (ħut mitħun u żejt tal-ħuta), spejjeż tal-enerġija u l-ispejjeż tal-bajd jew tal-ħut li għadu qed jikber. Għaldaqstant, il-pretensjonijiet magħmula f'dan ir-rigward għandhom ikunu rifjutati.

(31)

Fl-investigazzjonijiet preċedenti li għalihom irreferew il-partijiet interessati, u għall-kuntrarju tal-investigazzjoni attwali, il-prodotti affumikati ma kinux inklużi fl-ilment li wassal għat-tnedija ta' dawn il-każijiet. Għaldaqstant, ma kinux fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dawn l-investigazzjonijiet u b'konsegwenza ta' dan ma ġewx investigati. Il-premessa 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 437/2004 indirizzat pretensjoni minn parti interessata li l-ħuta sħiħa ffriżata u l-flettijiet għandhom ikunu esklużi mill-proċedura. Madankollu, l-investigazzjoni ma sabitx jew ma kkonkludietx b'mod speċifiku li l-prodotti affumikati għandhom ikunu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tal-prodott. Fuq il-bażi li l-investigazzjoni attwali sabet li l-preżentazzjonijiet kollha tat-troti għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, tekniċi u kimiċi bażiċi, dan l-argument għandu jkun irrifjutat.

(32)

Għal dawn ir-raġunijiet il-pretensjoni li l-prodotti affumikati għandhom ikunu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tal-prodott f'dan l-istadju kienet irrifjutata.

C.   SUSSIDJU

1.   Introduzzjoni

(33)

L-ilmentatur allega li l-GTT qiegħed jissussidja lis-settur tal-akkwakultura. L-ilment kien jinkludi evidenza prima facie għal diversi prattiki ta' sussidju inklużi kemm fil-leġiżlazzjoni kif ukoll f'għadd ta' dokumenti ta' politika li huma l-bażi għall-għajnuna mill-Istat lis-settur.

(34)

Il-Kummissjoni rrevediet u analizzat id-dokumenti pprovduti fl-ilment kif ukoll dokumenti addizzjonali sottomessi mill-GTT u mill-produtturi esportaturi fil-kampjun matul l-investigazzjoni u sabet li dawn id-dokumenti kollha juru li s-settur tal-akkwakultura fir-Repubblika tat-Turkija jirċievi trattament preferenzjali f'diversi oqsma.

(35)

Id-deċiżjoni tal-awtoritajiet Torok li jissussidjaw b'mod speċifiku lis-settur tal-akkwakultura tmur lura għall-2003 u wasslet biex ammonti kbar ta' flus pubbliċi ġew trasferiti lill-produtturi u lill-esportaturi Torok tul dawn l-aħħar għaxar snin.

(36)

Fil-qafas tal-konsultazzjonijiet ta' qabel il-bidu bejn il-GTT u l-Kummissjoni, kif imsemmi fil-premessi 3 u 4 aktar 'il fuq, il-GTT ma nnegax l-eżistenza ta' kull waħda mill-iskemi investigati.

2.   L-iskemi investigati

(37)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-GTT u lill-produtturi esportaturi fil-kampjun, fejn talbet informazzjoni dwar l-iskemi li ġejjin li allegatament kienu jinvolvu l-għoti ta' sussidji lill-industrija tal-akkwakultura:

L-appoġġ tal-Istat għal investimenti magħmula fis-settur tal-akkwakultura

Eżenzjoni mit-taxxa tad-dwana

Eżenzjoni mill-VAT

Tnaqqis fit-taxxa

Appoġġ għall-primjum tas-sigurtà soċjali (kontribuzzjoni minn min iħaddem)

Appoġġ rigward l-imgħax

Allokazzjoni ta' art

Appoġġ għat-taxxa fuq l-introjtu

Appoġġ għall-primjum tas-sigurtà soċjali (il-kontribuzzjoni tal-impjegati)

Sussidji diretti mogħtija lill-produtturi tat-troti

Sussidji diretti lil min irabbi t-troti

Sussidji diretti għall-produzzjoni organika tat-troia

Appoġġ speċifiku għall-ħut li għadu qed jikber

Self issussidjat u assigurazzjoni għall-produtturi tat-troti

Self għall-Investimenti b'Imgħax Baxx u Self għan-Negozju mingħand Ziraat Bankasi

Self għall-Investimenti b'Imgħax Baxx u Self għan-Negozju mingħand il-Kooperattivi tal-Kreditu għall-Agrikultura

Pula ta' Assigurazzjoni għall-Agrikultura u Rati ta' Appoġġ għall-Primjum

Sussidji għall-konsulenza

Sussidji għall-bastimenti tas-sajd

Xiri ta' fjuwil għad-dgħajjes tas-sajd (Tnaqqis fit-taxxa tal-konsum ta' fjuwil għall-bastimenti)

Ir-rimi ta' bastimenti tas-sajd

Sussidji oħrajn u programmi ta' sussidji oħrajn

3.   Appoġġ mill-Istat għall-investimenti fis-settur tal-akkwakultura

3.1.   Introduzzjoni

(38)

Il-GTT introduċa skema ta' appoġġ għan-negozji li jinvestu fondi f'ċerti setturi u f'ċerti reġjuni, inkluż is-settur tal-akkwakultura. L-għan ta' din l-iskema huwa li:

iżżid il-produzzjoni u l-impjiegi,

tħeġġeġ investimenti kbar li jikkontribwixxu għall-kompetittività internazzjonali,

tistimula l-investimenti barranin diretti,

tappoġġja l-investimenti għall-ħarsien tal-ambjent u għall-attivitajiet ta' R&Ż, f'konformità mal-miri deskritti fid-diversi pjanijiet ta' żvilupp u programmi annwali tat-Turkija li huma speċifikati hawn taħt.

3.2.   Bażi ġuridika

(39)

Dawn id-dispożizzjonijiet ġuridiċi li ġejjin jipprevedu l-appoġġ mill-Istat għall-investimenti fis-settur tal-akkwakultura: Id-Digriet Tork Nru 2012/3305 ippubblikat fid-19 ta' Ġunju 2012 rigward l-Appoġġ mill-Istat għall-Investimenti u l-Communique Nru 2012/1 ippubblikata fl-20 ta' Ġunju 2012 dwar l-Implimentazzjoni tad-Digriet rigward l-Appoġġ mill-Istat għall-Investimenti fil-Gazzetti Uffiċjali Nru 28328 u 28329 rispettivament.

3.3.   Is-sejbiet tal-investigazzjoni

(40)

Għalkemm id-Digriet Tork Nru 2012/3305 huwa l-iskema ta' appoġġ rilevanti għall-perjodu tal-investigazzjoni, dispożizzjonijiet simili kienu fis-seħħ sa mill-2006 u anki qabel. Dan il-fatt huwa rilevanti minħabba li s-sussidji marbuta max-xiri ta' assi fissi, bħas-sussidji għall-investimenti, jistgħu jkunu allokati għall-perjodu tal-investigazzjoni anki jekk ingħataw qabel il-perjodu tal-investigazzjoni.

(41)

L-investigazzjoni kkonfermat l-eżistenza tad-diversi skemi ta' appoġġ mill-Istat. Il-produzzjoni tal-akkwakultura hija elenkata b'mod espliċitu fl-Anness 2/A tad-Digriet Nru 2012/3305 fost is-setturi li jistgħu jibbenefikaw minn inċentivi bħall-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT), eżenzjoni mid-dazju doganali, tnaqqis mit-taxxa, kontribuzzjonijiet għall-investiment, appoġġ għall-primjum tas-sigurtà soċjali (il-kontribuzzjoni minn min iħaddem, l-allokazzjoni ta' art, appoġġ għar-rata tal-imgħax, appoġġ għat-taxxa fuq l-introjtu u appoġġ għall-primjum tas-sigurtà soċjali (il-kontribuzzjoni tal-impjegati). Skont il-livell tal-iżvilupp ekonomiku tas-sitt reġjuni ddeterminat mid-Digriet Nru 2012/3305, l-intensità tal-għajnuna tista' tvarja.

(42)

Għalkemm l-investigazzjoni kkonfermat l-eżistenza ta' programmi ta' “Investiment reġjonali”, l-ebda waħda mill-kumpaniji fil-kampjun ma bbenefikat mill-iskemi kollha. Xi wħud minnhom ibbenefikaw mill-eżenzjonijiet mill-VAT u d-dazju doganali li japplikaw bl-istess mod għas-sitt reġjuni tat-Turkija. Madankollu, peress li l-kumpaniji fil-kampjun xtraw makkinarju u tagħmir mill-kumpaniji tal-Unjoni fi ħdan l-Unjoni Doganali ta' bejn l-UE u t-Turkija, ma kienx hemm dazju doganali x'jitħallas. Barra minn hekk, peress li t-Turkija tapplika sistema tal-VAT skont il-kontribut u r-riżultat, il-benefiċċji miksuba waqt il-perjodu tal-investigazzjoni kienu jikkonsistu biss fi gwadann ta' xahrejn sakemm il-kumpaniji tħallsu lura l-VAT tagħhom mill-awtoritajiet tat-taxxa. Il-benefiċċju reali jkun l-imgħax pagabbli lil bank kummerċjali għall-perjodu sakemm il-VAT titħallas lura. Dan il-benefiċċju huwa negliġibbli u ma ġiex analizzat aktar.

(43)

Waħda mill-kumpaniji fil-kampjun ibbenefikat minn tnaqqis fit-taxxa peress li xtrat makkinarju fil-qafas tar-regolament imsemmi hawn fuq dwar l-appoġġ mill-Istat għall-investimenti. Minflok ir-rata ta' 20 % ta' taxxa fuq il-kumpaniji li tiġi applikata b'mod ġenerali din ħallset biss 4 %.

(44)

L-istess kumpanija fil-kampjun ibbenefikat ukoll mill-Programm ta' Appoġġ għall-Primjum tas-Sigurtà Soċjali. Bħala detentur ta' ċertifikat ta' inkoraġġiment għall-investiment hija gawdiet mill-appoġġ għall-primjum tas-sigurtà soċjali għall-kontribuzzjoni minn min iħaddem u tal-impjegati. Wara li lestiet l-investiment tagħha, l-ishma ta' min iħaddem u tal-impjegati tal-primjum tas-sigurtà soċjali li jikkorrispondu għall-paga minima kienu eżentati mill-Istituzzjoni tas-Sigurtà Soċjali għall-ħolqien ta' impjiegi ġodda. Il-Ministeru tal-Ekonomija ffinanzja l-iskema.

3.4.   Konklużjoni

(45)

L-appoġġ mill-Istat għall-investiment huwa provviżorjament meqjus bħala sussidju fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku, meta l-appoġġ mill-Istat jieħu l-forma ta' inċentiv ta' taxxa, jiġifieri, meta suppost għandu jitħallas id-dħul tal-gvern iżda dan jinħafer jew ma jinġabarx.

(46)

Is-sussidju huwa speċifiku u kumpensatorju peress li l-benefiċċju tas-sussidju huwa limitat b'mod speċifiku għal lista ta' setturi ekonomiċi. L-aċċess għas-sussidju huwa limitat ukoll għal ċerti impriżi li joperaw f'ċerti setturi. Barra minn hekk, is-sussidju ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta' nuqqas ta' speċifiċità tal-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament bażiku, minħabba l-għadd u l-kwalità tar-restrizzjonijiet applikabbli għal ċerti setturi, l-aktar fosthom dawk ristretti għal ċerti tipi ta' impriżi jew li jeskludu għal kollox ċerti setturi.

(47)

L-akkwakultura hija indikata b'mod espress fl-Anness 2A tad-Digriet bħala waħda mill-attivitajiet li jistgħu jibbenefikaw minn dan it-tip ta' eżenzjonijiet mit-taxxa. L-Anness 4 tad-Digriet jelenka s-setturi li ma jistgħu jibbenefikaw minn l-ebda inċentiv taħt din l-iskema.

(48)

Għaldaqstant, skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku s-sussidji msemmija hawn fuq huma kkunsidrati kontribuzzjoni finanzjarja tal-gvern li tagħti benefiċċju lill-benefiċjarji.

3.5.   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(49)

Kumpanija gawdiet mill-benefiċċju taħt l-iskemi msemmija hawn fuq. Madankollu, il-benefiċċju għall-kumpanija nstab li kien negliġibbli.

4.   Sussidji diretti lill-produtturi tat-troti

4.1.   Introduzzjoni

(50)

Is-sussidji diretti għal kull kg ta' troti prodott huma l-iskema ewlenija ta' sussidju li tagħti benefiċċju lill-prodott ikkonċernat. Dawn is-sussidji huma eżaminati kull sena bħala parti mill-eżami annwali tas-sussidji lill-agrikultura.

4.2.   Bażi ġuridika

(51)

Id-dispożizzjonijiet ġuridiċi li ġejjin jipprevedu sussidji diretti: Id-Digriet Tork Nru 2013/4463 dwar is-sussidji fl-agrikoltura fl-2013, datat is-7 ta' Marzu 2013 u ppubblikat fil-Gazzetta Uffiċjali Nru 28612 fit-8 ta' April 2013 (li japplika b'lura mill-1 ta' Jannar 2013).

4.3.   Is-sejbiet tal-investigazzjoni

(52)

L-investigazzjoni kkonfermat l-eżistenza ta' sussidji diretti għat-troti. Instab li għall-perjodu tal-investigazzjoni l-livell tas-sussidju għal kull kg ta' troti kien stabbilit għal 0,65 TL/kg għal produzzjoni sa 250 tunnellata fis-sena. Nofs dan l-ammont (0,325 TL/kg) ingħata għal-kwantitajiet prodotti bejn 251-500 tunnellata/sena u ma ngħata l-ebda sussidju għal kwantitajiet prodotti 'l fuq minn 500 tunnellata. Is-sussidju ngħata lill-produtturi tal-prodott ikkonċernat b'liċenzja mingħand il-Ministeru tal-Ikel, l-Agrikultura u l-Bhejjem.

(53)

Qabel ma jsir l-ebda pagament, il-produtturi jridu jkunu rreġistrati fis-sistema ta' reġistrazzjoni tal-akkwakultura tal-Ministeru tal-Ikel, l-Agrikultura u l-Bhejjem. Huma soġġetti għal żjarat ta' spezzjoni regolari u għal għarrieda.

(54)

Tlieta mill-erba' gruppi ta' kumpaniji fil-kampjun ibbenefikaw minn sussidji diretti waqt il-perjodu tal-investigazzjoni peress li kienu jrabbu t-troti huma stess. Madankollu l-akbar grupp, Ternaeben, ma kienx irabbi t-troti iżda kien jixtrihom (l-aktar troti ħajjin u ħut sħiħ iffriżat) mingħand azjendi mhux relatati u jipproċessahom. Għaldaqstant ma rċeviex sussidji diretti. B'riżultat ta' dan, qamet il-kwistjoni dwar jekk il-benefiċċju ta' sussidji diretti kienx japplika daqstant tajjeb għal Ternaeben daqs it-tliet gruppi ta' kumpaniji l-oħrajn fil-kampjun li mhux biss kienu jrabbu iżda wkoll xtraw xi troti mingħand kumpaniji mhux relatati għall-ipproċessar.

(55)

F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tenfasizza li l-prodott ikkonċernat ikopri kemm il-materja prima, jiġifieri t-troti ħajjin u l-prodotti downstream (il-ħut frisk, iffriżat sħiħ, flettijiet, troti affumikati). Peress li l-produzzjoni tat-troti ħajjin hija ssussidjata u prattikament dawk kollha li jrabbu t-troti fit-Turkija jibbenefikaw minn din l-iskema, il-produtturi kollha tal-prodott ikkonċernat (jiġifieri t-troti ħajjin u l-prodotti downstream) jibbenefikaw minn din l-iskema ta' sussidju dirett, irrispettivament minn jekk irabbux it-troti huma nfushom jew jekk jixtruhomx għal aktar ipproċessar.

(56)

Il-benefiċċju lill-produtturi tal-prodott ikkonċernat jista' jintwera f'kull każ. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni qabblet l-ispiża tat-trobbija tat-tliet kumpaniji fil-kampjun li jrabbu t-troti huma nfushom (inkluż ammont ta' bejgħ raġonevoli u konservattiv, spejjeż ġenerali u amministrattivi (SG&A) u qligħ) mal-prezz imħallas sabiex jixtru ħut ħaj jew imkessaħ minn fornituri mhux relatati. Il-Kummissjoni sabet li fil-każ tat-tliet kumpaniji l-prezz tax-xiri tal-ħut ħaj jew imkessaħ kien aktar baxx mill-ispiża medja tat-trobbija.

(57)

Rigward il-grupp Ternaeben, il-Kummissjoni qabblet l-ispiża medja ta' trobbija tat-tliet kumpaniji l-oħrajn fil-kampjun (inkluż ammont ta' SG&A raġonevoli u konservattiv u qligħ) mal-prezz medju tax-xiri individwali li Ternaeben iħallas għall-ħut imkessaħ jew ħaj. Instab li l-ispiża medja tat-trobbija tat-tliet kumpaniji l-oħrajn fil-kampjun kienet ogħla mill-prezz medju tax-xiri ta' Ternaeben. Il-prezz medju tax-xiri tiegħu nstab li kien konformi mal-kumpaniji l-oħrajn fil-kampjun.

(58)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-kumpaniji fil-kampjun, ukoll diment li xraw troti minn kumpaniji mhux relatati, ibbenefikaw mill-iskema ta' sussidju dirett.

(59)

L-ilmentatur allega li sar ħlas ta' appoġġ żejjed għall-produzzjoni organika tat-troti u l-produzzjoni għal kull unità ta' ħut li għadu qed jikber. L-investigazzjoni kkonfermat l-eżistenza tal-ħlas ta' appoġġ żejjed għall-produzzjoni organika tat-troti. Madankollu, instab li teżisti biss kumpanija waħda fit-Turkija għall-produzzjoni organika tat-troti iżda din il-kumpanija falliet dan l-aħħar. Għalhekk, ma ngħata l-ebda sussidju għall-produzzjoni organika tat-troti matul il-perjodu tal-investigazzjoni.

(60)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni sabet li l-appoġġ speċifiku għall-produzzjoni taż-żgħar kienet teżisti fl-2012 iżda ġie abbandunat mill-2013 peress li l-livell ta' produzzjoni taż-żgħar fit-Turkija kien diġà jissodisfa l-ħtiġijiet tas-suq.

4.4.   Konklużjoni

(61)

Fuq il-bażi tas-sejbiet tal-investigazzjoni, il-Kummissjoni tikkonkludi b'mod provviżorju li l-kontribuzzjoni pubblika msemmija hawn fuq tieħu l-forma ta' għotja diretta fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku u għaldaqstant tipprovdi benefiċċju dirett lill-produtturi Torok tat-troti f'konformità mal-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. “Benefiċċju” jingħata minħabba li l-finanzjament dirett (l-għotja) isir mill-awtoritajiet pubbliċi mingħajr ebda rata ta' imgħax jew dritt. Fondi bla ħlas bħal dawn normalment ma jkunux disponibbli fis-suq.

(62)

L-iskema ta' sussidji diretti hija speċifika u kumpensatorja fit-tifsira tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku peress li l-aċċess għaliha huwa limitat għal ċerti impriżi. L-intrapriżi involuti fl-akkwakultura huma msemmija b'mod ċar u t-trota hija indikata b'mod ċar bħala waħda mill-ispeċijiet li jibbenefikaw minn din l-iskema ta' sussidju. Din l-għotja diretta hija speċifika, peress li l-awtorità awtorizzanti, u l-leġiżlazzjoni li fuqha taħdem l-awtorità awtorizzanti, tillimita b'mod espliċitu l-aċċess għal dawn l-għotjiet għall-impriżi li joperaw fis-settur tal-akkwakultura.

4.5.   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(63)

Il-benefiċċju totali għal kull kumpanija kien l-ammont medju ta' sussidju dirett riċevut matul il-perjodu tal-investigazzjoni għall-ħut ħaj imrobbi minnhom stess u l-ammont medju ta' sussidju mogħti mill-GTT, ikkalkolat abbażi tas-sussidji totali mogħtija u diviżi bl-ammont totali ta' produzzjoni tat-troti fit-Turkija għall-ħut ħaj mixtri.

(64)

It-tabella ta' hawn taħt turi l-ammont ta' benefiċċju ddeterminat b'mod provviżorju għal dawn l-għotjiet imsemmija aktar 'il fuq, bil-benefiċċju jittieħed bħala l-ammont riċevut mill-kumpaniji kkonċernati matul il-perjodu tal-investigazzjoni.

Sussidji Diretti u Mhux Diretti

Isem il-Kumpanija

Marġni ta' sussidju

GMS

7,0 %

Kilic

9,6 %

Özpekler

6,8 %

Ternaeben

9,5 %

5.   Self sussidjat

5.1.   Introduzzjoni

(65)

Ċerti entitajiet pubbliċi u privati ipprovdew self preferenzjali lill-kumpaniji li joperaw fis-settur tal-akkwakultura. L-entitajiet ewlenin involuti huma deskritti hawn taħt.

(66)

Il-Kooperattivi ta' Kreditu għall-Agrikultura (Agricultural Credit Cooperatives — ACCs) huma entitajiet ġuridiċi privati li ġew stabbiliti minn produtturi agrikoli (jiġifieri persuni reali jew entitajiet ġuridiċi li huma impenjati fil-produzzjoni agrikola) fit-Turkija sabiex jappoġġjaw il-ħtiġijiet finanzjarji tagħhom fin-negozju tagħhom.

(67)

Il-Bank Agrikolu tar-Repubblika tat-Turkija (Türkiye Cumhurriyeti Ziraat Bankasi jew “Ziraat Bankasi”) huwa bank proprjetà tal-Istat u korp pubbliku, li l-ishma tiegħu huma kompletament proprjetà tas-Sotto Segretarjat tat-Teżor. Fil-qafas ta' programm governattiv kif stipulat fil-premessa 70 hawn taħt, li japplika wkoll għall-perjodu tal-investigazzjoni, Ziraat Bankasi jipprovdi self preferenzjali lis-settur tal-akkwakultura, sabiex jippromwovi l-produzzjoni agrikola u l-kummerċ agrikolu. F'dan ir-rigward, il-Kunsill tal-Ministri kull sena jiddetermina t-tul, il-proċeduri u l-prinċipji tal-programm u t-Teżor jittrasferixxi l-ammont li jifdal tal-ħlas tal-imgħax, li jikkorrispondi għar-rata tal-imgħax skontata, lil Ziraat Bankasi. Għaldaqstant huwa kkunsidrat li Ziraat Bankasi għandu l-awtorità governattiva u għalhekk huwa kkunsidrat korp pubbliku.

(68)

L-Organizzazzjoni għall-Iżvilupp tal-Intrapriżi Żgħar u Medji (KOSGEB) hija korp pubbliku li għandha l-għan li żżid is-sehem tal-intrapriżi żgħar u medji (SMEs) fl-iżvilupp ekonomiku u soċjali billi toffrilhom servizzi ta' kwalità u appoġġ għall-iżvilupp tas-setgħa ta' kompetizzjoni tal-SMEs u għat-tixrid tal-kultura tal-intraprenditorija. KOSGEB taqa' taħt il-kompetenza tal-Ministeru tax-Xjenza, l-Industrija u t-Teknoloġija u hija parzjalment indipendenti.

(69)

Türk Eximbank (Eximbank) inkera mill-Gvern Tork fil-21 ta' Awwissu 1987 bid-Digriet Nru 87/11914, wara l-ordni tal-Liġi Nru 3332 u huwa għalkollox proprjetà tal-Istat u korp pubbliku li jaġixxi bħala l-akbar strument tal-gvern Tork għall-inċentivi ta' esportazzjoni fl-istrateġija tat-Turkija għall-esportazzjoni sostenibbli. Eximbank ingħata mandat mill-gvern sabiex jappoġġja lill-kummerċ barrani u lill-kuntratturi/investituri Torok li joperaw barra l-pajjiż, sabiex jiżdiedu l-esportazzjonijiet tan-negozji Torok u tissaħħaħ il-kompetittività internazzjonali tagħhom. Għaldaqstant, huwa kkunsidrat li Eximbank għandu l-awtorità governattiva u għalhekk huwa kkunsidrat korp pubbliku.

5.2.   Bażi ġuridika

(70)

Id-dispożizzjonijiet ġuridiċi li ġejjin jipprevedu self issussidjat: Id-Digriet Tork Nru 2013/4271 ippubblikat fil-Gazzetta Uffiċjali Nru 28561 u li jġib id-data tas-16 ta' Frar 2013 dwar l-Estensjoni ta' self għall-investiment b'imgħax baxx u self għan-negozju minn Ziraat Bankasi u ACCs fl-2013, Id-Digriet Tork Nru 2010/27612 ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali fil-15 ta' Ġunju 2010 dwar self b'rati ta' imgħax ta' żero fil-mija għall-SMEs u l-Liġi Torka Nru 3332, ippubblikata fil-31 ta' Marzu 1987 fil-Gazzetta Uffiċjali Nru 19417 (bis) dwar il-krediti għall-esportazzjoni minn Eximbank, il-Bank Tork għall-Kreditu għall-Esportazzjoni.

5.3.   Is-sejbiet tal-investigazzjoni

(71)

Is-self preferenzjali mingħand Eximbank u KOSGEB kien investigat fuq il-bażi tal-allegazzjonijiet rispettivi fl-ilment dwar is-self issussidjat. L-investigazzjoni kkonfermat l-eżistenza ta' self b'imgħax baxx. Madankollu, l-ebda wieħed mill-produtturi esportaturi fil-kampjun ma nstab li kien ibbenefika minn xi self mogħti mill-ACCs.

(72)

Il-Kummissjoni sabet li waħda mill-kumpaniji fil-kampjun kisbet erba' selfiet preferenzjali mingħand Ziraat Bankasi taħt id-dispożizzjonijiet tad-Digriet Nru 4271/2013 waqt il-perjodu tal-investigazzjoni. Fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tas-self lill-Akkwakultura, Ziraat Bankasi estenda s-self għall-investiment fir-rigward tax-xiri ta' makkinarju u tagħmir u l-bank kompla jestendi s-self operattiv sabiex jiffinanzja l-ispejjeż operattivi.

(73)

Minbarra s-self preferenzjali mingħand Ziraat Bankasi kumpanija waħda fil-kampjun ibbenefikat minn self b'rata ta' imgħax ta' żero fil-mija skont id-Digriet Nru 2010/27612 li fuq il-bażi tiegħu KOSGEB tamministra d-diversi programmi ta' appoġġ għall-SMEs. L-SMEs li joperaw fis-settur tal-Akkwakultura għandhom id-dritt ukoll li jibbenefikaw minn dawn il-programmi ta' appoġġ.

(74)

Barra minn hekk, waqt l-investigazzjoni nstab li żewġ kumpaniji fil-kampjun ingħataw żewġ u sitt selfiet b'imgħax baxx minn Eximbank rispettivament. Ir-rappreżentanti ta' Eximbank ikkonfermaw matul iż-żjara ta' verifika li saret mal-GTT li Eximbank jipprovdi self lill-esportaturi Torok f'kundizzjonijiet aħjar minn dawk ġeneralment disponibbli fis-suq.

5.4.   Konklużjoni

(75)

Is-self b'imgħax baxx imsemmi hawn fuq huwa provviżorjament ikkunsidrat bħala sussidju fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(i) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku.

(76)

Fuq il-bażi tas-sejbiet tal-investigazzjoni, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarju jieħu l-forma ta' skont fir-rati tal-imgħax ta' self meħud għall-produzzjoni fl-akkwakultura. L-iskema, self appoġġjat mill-Istat, jagħti benefiċċju lill-benefiċjarju tas-self billi dan is-self jingħata taħt kundizzjonijiet finanzjarji li ma jirriflettux il-kundizzjonijiet tas-suq għas-self b'maturità paragunabbli. Dan jingħata taħt ir-rati tas-suq.

(77)

Dawn l-iskemi huma speċifiċi fit-tifsira tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku, peress li l-awtoritajiet awtorizzanti jew il-leġiżlazzjoni li fuqha joperaw l-awtoritajiet awtorizzanti tillimita b'mod espliċitu l-aċċess għal ċerti impriżi.

(78)

Is-self kollu msemmi hawn fuq huwa għalhekk ikkunsidrat bħala sussidju kumpensabbli, li jagħti benefiċċju u huwa speċifiku fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku.

5.5.   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(79)

L-Artikolu 6(b) tar-Regolament bażiku jipprovdi li l-benefiċċju fuq self preferenzjali kien ikkalkolat b'mod provviżorju bħala d-differenza bejn l-ammont ta' imgħax imħallas u l-ammont li jitħallas għal self kummerċjali simili li l-kumpaniji jistgħu jiksbu fis-suq. Bħala punt ta' referenza l-Kummissjoni applikat ir-rata tal-imgħax medja ppeżata għas-self Tork għall-perjodu tal-investigazzjoni billi użat il-pjattaforma ta' kummerċ elettronika Bloomberg (Indiċi WAIRCOMM).

(80)

Il-benefiċċju kien ikkalkolat għall-perjodu tal-investigazzjoni bħala d-differenza bejn l-imgħax imħallas realment waqt il-perjodu tal-investigazzjoni, u l-imgħax li kieku kien jitħallas skont il-punt ta' referenza.

(81)

Il-marġnijiet ikkalkolati ta' sussidju għall-produtturi esportaturi fil-kampjun ibbażati fuq din il-metodoloġija huma kif ġej:

Selfiet preferenzjali

Isem il-Kumpanija

Marġni ta' sussidju

Kilic

0,1 %

Özpekler

0,3 %

6.   Pula ta' Assigurazzjoni għall-Agrikultura u Rati ta' Appoġġ għall-Primjum

6.1.   Introduzzjoni

(82)

Il-Liġi dwar l-Assigurazzjoni Agrikola u r-Regolament dwar il-Prinċipji ta' Implimentazzjoni tal-Pula ta' Assigurazzjoni għall-Agrikultura jistipulaw il-mira tal-gvern sabiex jipprovdi kopertura ta' assigurazzjoni kontra kull telf tal-istokk u l-ħsad tal-ħut tal-produtturi tat-troti minħabba l-possibbiltà ta' ħafna mard, diżastri naturali, inċidenti, eċċ.

(83)

It-tipi ta' assigurazzjoni li huma koperti taħt il-Pula ta' Assigurazzjoni għall-Agrikultura huma (i) Assigurazzjoni għall-Uċuħ tar-Raba', (ii) Assigurazzjoni għas-Serer, (iii) Assigurazzjoni għall-Bhejjem Kbar, (iv) Assigurazzjoni għall-Bhejjem Żgħar, (v) Assigurazzjoni għall-Pollam, u (vi) Assigurazzjoni għall-Akkwakultura.

6.2.   Bażi ġuridika

(84)

Il-bażi ġuridika ta' dan il-programm hija l-Liġi dwar l-Assigurazzjoni Agrikola Nru 5363 u d-Digriet Tork Nru 2012/4138 rigward ir-riskji, il-prodotti u r-reġjuni fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Pula ta' Assigurazzjoni għall-Agrikultura u Rati ta' Appoġġ għall-Primjum ippubblikat fil-Gazzetta Uffiċjali Nru 28537 u datat it-23 ta' Jannar 2013.

6.3.   Is-sejbiet tal-investigazzjoni

(85)

L-investigazzjoni kkonfermat l-eżistenza ta' din l-iskema ta' sussidju. Skont l-Artikoli 12 u 13 tal-Liġi dwar l-Assigurazzjoni għall-Agrikultura Nru 5363 u d-Digriet Nru 2012/4138 rigward ir-Riskji, il-Prodotti u r-Reġjuni fil-Kamp ta' Applikazzjoni tal-Pula ta' Assigurazzjoni għall-Agrikultura u Rati ta' Appoġġ għall-Primjum (Digriet Nru 2012/4138), il-produtturi ta' prodotti tal-akkwakultura jistgħu jibbenefikaw minn appoġġ għall-primjum tal-assigurazzjoni mingħand il-gvern kif ipprovdut fl-Artikolu 1/6 tad-Digriet Nru 2012/4138.

(86)

Kumpanija li tkun tixtieq tapplika għall-Pula ta' Assigurazzjoni għall-Agrikultura tressaq projezzjoni għall-polza tal-assigurazzjoni li tkun tixtieq. Il-kumpanija mbagħad tiġi spezzjonata mill-Pula ta' Assigurazzjoni għall-Agrikultura għal valutazzjoni tar-riskju u offruta polza tal-assigurazzjoni inkluż l-ammont tal-primjum pagabbli. Jekk il-kumpanija li topera fis-settur tal-agrikultura taċċetta l-offerta, il-gvern iħallas nofs il-primjum tal-assigurazzjoni.

(87)

Il-Kummissjoni sabet li l-bdiewa fit-Turkija ġeneralment ma jassigurawx il-prodotti tagħhom. Waħda biss mill-kumpaniji fil-kampjun ibbenefikat għal tliet xhur mill-programm tal-gvern ta' appoġġ għall-primjum tal-assigurazzjoni waqt il-perjodu tal-investigazzjoni. Imbagħad qalbet għal assiguratur privat.

6.4.   Konklużjoni

(88)

Fil-prattika, il-benefiċċju mogħti minn din l-iskema jieħu l-għamla ta' tnaqqis fl-ispejjeż finanzjarji mġarrba fil-kopertura tal-assigurazzjoni tal-ħajja tal-ħut fl-akkwakultura. Din l-iskema tikkostitwixxi sussidju fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(i) tar-Regolament bażiku fl-għamla ta' għotja diretta mill-gvern lill-produtturi tat-troti u “kontribuzzjoni finanzjarja” fis-sens tar-Regolament bażiku minħabba li l-benefiċjarju tas-sussidju jibbenefika minn primjum tal-assigurazzjoni vantaġġjuż, li huwa ferm aktar baxx mil-livell ta' primjums tal-assigurazzjoni disponibbli fis-suq għall-kopertura ta' riskji simili. L-iskema tagħti benefiċċju fit-tifsira tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. Il-benefiċċju huwa ugwali għad-differenza bejn il-primjums offruti fil-kuntest ta' polza tal-assigurazzjoni kummerċjali u l-primjum issussidjat.

(89)

Is-sussidju huwa speċifiku billi l-awtorita awtorizzanti u l-leġiżlazzjoni li fuqha l-awtorità awtorizzanti topera tillimita b'mod espliċitu l-aċċess għal din l-għotja għal intrapriżi li joperaw fis-settur tal-agrikultura u timmira saħansitra b'mod espliċitu lejn ir-riskji mġarrba mill-produtturi tal-akkwakultura.

6.5.   Il-kalkolu tal-ammont ta' sussidju

(90)

Kumpanija waħda biss ibbenefikat minn din l-iskema. Madankollu, il-benefiċċju għall-kumpanija nstab li kien negliġibbli.

6.6.   Sussidji għall-konsultazzjoni

(91)

Din l-iskema għandha l-għan li tipprovdi l-għarfien u l-esperjenza meħtieġa lill-produtturi tal-akkwakultura sabiex jimmodernizzaw u jżidu l-produzzjoni u jsiru aktar effiċjenti. L-ebda wieħed mill-produtturi esportaturi fil-kampjun ma nstab li kien ibbenefika minn din l-iskema waqt il-perjodu tal-investigazzjoni.

6.7.   Sussidji għall-fjuwil u r-rimi tal-bastimenti tas-sajd

(92)

Dawn is-sussidji huma marbuta max-xiri ta' fjuwil għad-dgħajjes tas-sajd, jew marbuta mar-rimi ta' bastimenti tas-sajd. Dawn il-ħlasijiet ta' sussidji jibbenefikaw b'mod speċifiku lill-attivitajiet tas-sajd. L-ebda wieħed mill-produtturi esportaturi fil-kampjun ma nstab li kien ibbenefika minn dawn is-sussidji waqt il-perjodu tal-investigazzjoni.

6.8.   Konklużjoni dwar is-sussidju

(93)

Il-Kummissjoni kkalkolat l-ammonti ta' sussidji kumpensabbli skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku għall-kumpaniji investigati, skema wara skema, u żiedet dawn iċ-ċifri flimkien sabiex tikkalkola ammont totali ta' sussidju għal kull grupp għall-perjodu tal-investigazzjoni.

(94)

Biex jiġi kkalkolat it-total tal-marġnijiet tas-sussidji hawn taħt, il-Kummissjoni l-ewwel ikkalkolat il-perċentwali tas-sussidju, li huwa l-ammont tas-sussidju fuq it-totali tal-fatturat tal-kumpanija. Dan il-perċentwal imbagħad intuża għall-kalkolu tas-sussidju allokat lill-esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni.

(95)

Imbagħad kien ikkalkolat l-ammont ta' sussidju għal kull ekwivalenti ta' ħuta sħiħa għall-prodott ikkonċernat esportat lejn l-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni, u l-marġnijiet ta' hawn taħt ikkalkolati bħala perċentwal tal-valur CIF tal-istess esportazzjonijiet għal kull ekwivalenti ta' ħuta sħiħa.

(96)

Fil-każ tal-produtturi esportaturi li kkooperaw u li ma kinux fil-kampjun, il-Kummissjoni kkalkolat il-marġni medju ta' sussidju ppeżat. Għaldaqstant, dak il-marġni kien stabbilit fuq il-bażi tal-marġnijiet tal-produtturi esportaturi fil-kampjun.

(97)

Fil-każ tal-produtturi esportaturi l-oħrajn kollha, il-Kummissjoni stabbilixxiet il-marġni ta' sussidju fuq il-bażi tal-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni ddeterminat il-livell ta' kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi. Il-livell ta' kooperazzjoni huwa l-volum ta' esportazzjonijiet tal-produtturi esportaturi lejn l-Unjoni espress bħala proporzjon tal-volum totali ta' esportazzjoni — kif irrapportat fl-istatistika tal-importazzjonijiet tal-Eurostat — mill-pajjiż ikkonċernat lejn l-Unjoni.

(98)

Il-livell ta' kooperazzjoni f'dan il-każ huwa għoli minħabba li l-importazzjonijiet tal-produtturi esportaturi li kkooperaw jammontaw għal aktar minn 80 % tal-esportazzjonijiet totali lejn l-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni. Abbażi ta' dan, il-Kummissjoni ddeċidiet li tibbaża l-marġni ta' sussidju residwali fil-livell tal-kumpanija fil-kampjun mal-ogħla marġni ta' sussidju.

Isem il-Kumpanija

Marġni ta' sussidju

GMS

7,0 %

Kilic

9,7 %

Özpekler

7,1 %

Ternaeben

9,5 %

Medja peżata tal-kampjun

8,2 %

Marġni ta' sussidju madwar il-pajjiż kollu

9,7 %

D.   DANNU

1.   Id-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni

(99)

Il-prodott simili kien immanifatturat minn aktar minn 700 produttur fl-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni. Dawn jikkositwixxu “l-industrija tal-Unjoni” skont it-tifsira tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament bażiku.

(100)

Il-produzzjoni totali fl-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni kienet stmata għal madwar 170 miljun kg “ekwivalenti għal ħut sħiħ” (WFE), abbażi tad-dejta pprovduta mill-assoċjazzjonijiet nazzjonali u Ewropej tal-produtturi u minn kumpaniji individwali. Kif indikat fil-premessa 10 disa' produtturi tal-Unjoni ntgħażlu fil-kampjun li jirrappreżenta aktar minn 12 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili.

2.   Konsum fl-Unjoni

(101)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-konsum fl-Unjoni fuq il-bażi tal-volum ta' bejgħ totali stmat tal-produtturi tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni u l-volum totali ta' importazzjoni bbażat fuq l-Eurostat.

(102)

Il-volum ta' bejgħ totali tal-produtturi tal-Unjoni kien stmat kif stipulat fil-premessa 130 hawn taħt.

(103)

Rigward il-volum ta' importazzjoni, l-Eurostat jirrapporta l-piżijiet netti għal sitt kodiċijiet NM differenti, jiġifieri ħut ħaj, frisk, imkessaħ, iffriżat u/jew affumikat fil-forma ta' ħut sħiħ u/jew imnaddaf jew flettijiet. Il-piżijiet netti kienu kkonvertiti f'WFE għall-finijiet ta' tqabbil billi l-kwantità ta' importazzjoni rreġistrata fl-Eurostat ġiet diviża bil-fatturi ta' konverżjoni li ġejjin. Dawn il-fatturi ta' konverżjoni kienu pprovduti fl-ilment u jintużaw spiss fl-industrija.

Tabella 1

Fatturi ta' konverżjoni

Preżentazzjoni tal-prodott

Fattur

Ħaj

1,00

Frisk/imkessaħ/iffriżat (imnaddaf)

0,85

Flettijiet: Friski/imkessħin/iffriżati

0,47

Flettijiet: Affumikati

0,40

(104)

Il-kodiċijiet NM rilevanti jkopru wkoll tipi oħrajn ta' ħut mhux inkluż fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din l-investigazzjoni, bħat-troti l-kannella (Salmo trutta), it-troti cutthroat (Oncorhynchus clarki), it-trota dehbija (Oncorhynchus aguabonita) u t-trota gila (Oncorhynchus gilae). Madankollu, l-investigazzjoni sabet li speċijiet minbarra l-prodott ikkonċernat ma kinux prodotti fit-Turkija, jew inkella prodotti biss fi kwantitajiet negliġibbli. Dan kien ibbażat fuq l-informazzjoni pprovduta mill-industrija Torka lill-Federazzjoni tal-Produtturi Ewropej tal-Akkwakultura (FEAP) u sorsi oħrajn ta' informazzjoni pubblika (8) kontroverifikati, fejn kien possibbli, mal-istatistika uffiċjali Torka rilevanti. Fuq din il-bażi, kien konkluż li l-istatistika tal-Eurostat kienet tipprovdi dejta affidabbli biżżejjed u kompluta dwar l-importazzjoni.

(105)

Il-konsum fl-Unjoni, kif stabbilit, baqa' stabbli mill-2010 sal-2011, imbagħad naqas b'5 % bejn l-2011 u l-2012 u kompla jinżel b'7 % mill-2012 sal-perjodu tal-investigazzjoni. B'kollox, il-konsum naqas bi 12 % fil-perjodu kkunsidrat.

Tabella 2

Konsum fl-Unjoni (kg WFE)

 

2010

2011

2012

Il-perjodu tal-investigazzjoni

Konsum totali tal-Unjoni

183 399 382

183 932 215

173 599 493

162 108 475

Indiċi

100

100

95

88

Sors: FEAP, Eurostat

3.   Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

3.1.   Il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

(106)

Kif indikat fil-premessa 103), il-Kummissjoni stabbilixxiet il-volum ta' importazzjonijiet fuq il-bażi tal-Eurostat, espress f'kg WFE. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet kien stabbilit abbażi tal-volum ta' importazzjoni mit-Turkija u l-konsum totali fl-Unjoni.

(107)

L-importazzjonijiet fl-Unjoni mill-pajjiż ikkonċernat żviluppaw kif ġej:

Tabella 3

Il-volum ta' importazzjoni (kg WFE) u s-sehem mis-suq

 

2010

2011

2012

Il-perjodu tal-investigazzjoni

Il-volum ta' importazzjonijiet mit-Turkija (kg WFE)

15 664 502

21 510 620

22 113 656

27 008 376

Indiċi

100

137

141

172

Sehem mis-suq

9 %

12 %

13 %

17 %

Indiċi

100

137

149

195

Sors: L-Eurostat

(108)

Minkejja t-tnaqqis fil-konsum, il-volumi ta' importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni żdiedu b'mod stabbli matul il-perjodu kkunsidrat u b'kollox bi 72 %. Dan wassal għal żieda fis-sehem tas-suq korrispondenti minn 9 % fl-2010 għal 17 % fil-perjodu tal-investigazzjoni, jiġifieri żieda ta' 8 punti perċentwali jew ta' 95 % matul il-perjodu kkunsidrat.

3.2.   Prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat u t-twaqqigħ tal-prezz

(109)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-prezzijiet medji tal-importazzjoni fuq il-bażi tal-Eurostat billi ddividiet il-volum totali ta' importazzjonijiet mit-Turkija espressi f'kg WFE bil-valur totali ta' dawk l-importazzjonijiet. It-twaqqigħ tal-prezz tal-importazzjonijiet kien stabbilit fuq il-bażi tad-dejta tal-produtturi esportaturi fil-kampjun.

(110)

Il-prezz medju tal-importazzjonijiet fl-Unjoni mill-pajjiż ikkonċernat żviluppa kif ġej:

Tabella 4

Prezzijiet tal-importazzjoni (EUR/kg WFE)

 

2010

2011

2012

Il-perjodu tal-investigazzjoni

It-Turkija

2,63

2,78

2,83

2,75

Indiċi

100

106

108

105

Sors: L-Eurostat

(111)

Il-prezz medju tal-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat żdied bi 8 % bejn l-2010 u l-2012 u sussegwentement naqas bi 3 % bejn l-2012 u l-perjodu tal-investigazzjoni. B'mod globali, il-prezz medju tal-importazzjoni żdied b'5 % matul il-perjodu kkunsidrat.

(112)

Il-Kummissjoni ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu tal-investigazzjoni billi qabblet: (a) il-prezzijiet tal-bejgħ medji ppeżati għal kull tip ta' prodott tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun mitluba lill-klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, aġġustati għal livell ta' prezz mill-fabbrika; u (b) il-prezzijiet medji ppeżati korrispondenti għal kull tip ta' prodott tal-importazzjonijiet mill-produtturi esportaturi fil-kampjun lill-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni, stabbilit fuq bażi ta' Spiża, assigurazzjoni u merkanzija (CIF).

(113)

Dan it-tqabbil tal-prezzijiet sar fuq bażi ta' tip b'tip għal tranżazzjonijiet fl-istess livell ta' kummerċ, debitament aġġustati fejn meħtieġ, u wara t-tnaqqis tar-rifużjonijiet u l-iskontijiet. Ir-riżultat tat-tqabbil kien espress bħala perċentwal tal-fatturat tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun matul il-perjodu tal-investigazzjoni. Dan wera marġni ta' twaqqigħ medju ppeżat li jvarja bejn 5 % u 18 % tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat fis-suq tal-Unjoni.

(114)

Produttur esportatur fil-kampjun argumenta li l-Kummissjoni għandha tagħti konsiderazzjoni debita lil kull differenza fil-livell tal-kummerċ. Madankollu, l-investigazzjoni wriet li ma kienet teżisti l-ebda differenza fil-livell tal-kummerċ bejn il-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun u l-produtturi esportaturi Torok fil-kampjun. L-argument għalhekk għandu jiġi rifjutat.

(115)

L-Assoċjazzjoni tal-Esportaturi tal-Eġew (li jirrappreżentaw lill-esportaturi Torok) u produttur esportatur sostnew li l-industrija tal-Unjoni hija ffukata l-aktar fuq il-produzzjoni tat-troti organiċi u tat-troti roża li għandhom primjum tal-prezz sinifikanti meta mqabbel mat-troti esportati mit-Turkija. Għaldaqstant, huma sostnew li l-prezzijiet ma jistgħux jitqabblu. Madankollu, kif spjegat fil-premessa 113 hawn fuq, it-tqabbil tal-prezzijiet sar fuq bażi ta' tip b'tip għat-tranżazzjonijiet fl-istess livell ta' kummerċ debitament aġġustat fejn meħtieġ. Bħala konsegwenza kull differenza fil-prezz fuq tipi differenti tal-prodott kienu debitament ikkunsidrati.

(116)

L-Assoċjazzjoni tal-Esportaturi tal-Eġew sostniet ukoll li l-industrija tal-Unjoni tuża proċessi differenti ta' produzzjoni li jirriżultaw f'karatteristiċi ottiċi u sensorji differenti u f'differenza fit-tul ta' żmien kemm idum tajjeb il-prodott. Kien allegat li t-troti prodotti mill-industrija tal-Unjoni għandhom ukoll meded differenti ta' piż meta mqabbla mat-troti prodotti fit-Turkija. Dawn l-elementi kollha allegatament għandhom impatt fuq it-tqabbil tal-prezz u għaldaqstant għandhom ikunu kkunsidrati. Madankollu, ma kienet ipprovduta l-ebda evidenza li tissustanzja dawn id-dikjarazzjonijiet, u lanqas l-evidenza miksuba waqt l-investigazzjoni ma tappoġġja dawn il-pretensjonijiet. Kif spjegat fil-premessa 113) it-tqabbil tal-prezzijiet sar fuq bażi ta' tip b'tip għal tranżazzjonijiet fl-istess livell ta' kummerċ aġġustati fejn meħtieġ. Kull differenza bbażata fuq tipi differenti tal-prodott għaldaqstant kienu debitament ikkunsidrati.

(117)

Għalhekk, id-dikjarazzjonijiet magħmula rigward it-tqabbil tal-prezzijiet għandhom ikunu rrifjutati.

4.   Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

4.1.   Rimarki ġenerali

(118)

F'konformità mal-Artikolu 8(4) tar-Regolament bażiku, l-eżami tal-impatt tal-importazzjonijiet issussidjati fuq l-industrija tal-Unjoni kien jinkludi valutazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li għandhom effett fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat.

(119)

Kif imsemmi fil-premessa 10, intuża l-kampjunar għad-determinazzjoni tad-dannu possibbli li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni.

(120)

Għad-determinazzjoni tad-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi ta' danni makroekonomiċi u dawk mikroekonomiċi. Il-Kummissjoni vvalutat l-indikaturi makroekonomiċi fuq il-bażi tad-dejta fl-ilment, l-FEAP u l-Eurostat. Id-dejta kienet tirrigwarda lill-produtturi kollha tal-Unjoni. Il-Kummissjoni vvalutat l-indikaturi makroekonomiċi fuq il-bażi tad-dejta fit-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Id-dejta kienet tirrigwarda lill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Iż-żewġ settijiet ta' dejta nstabu li jirrappreżentaw is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

(121)

L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività u l-kobor tal-marġni tas-sussidju.

(122)

L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet medji tal-unità, il-kost tal-unità, l-ispejjeż tax-xogħol, l-inventarji, il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti, u l-abbiltà li jiżdied il-kapital.

4.2.   Indikaturi makroekonomiċi

4.2.1.   Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

(123)

Il-volum tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni nkiseb mill-FEAP u mingħand l-ilmentatur. Id-dejta mill-FEAP tinġabar fuq bażi ta' ex-farm u tirreferi għall-ħut ħaj maqbud f'kull Stat Membru. Peress li d-dejta tal-FEAP kienet tkopri biss parti mill-perjodu tal-investigazzjoni, din ġiet kompluta fuq il-bażi tal-istimi tal-ilmentatur. Barra minn hekk, peress li d-dejta tal-FEAP tinġabar fuq bażi ta' ex-farm u tirreferi għall-ħut ħaj maqbud, u sabiex jiġi evitat l-għadd doppju, il-proporzjon ta' importazzjonijiet mis-sorsi kollha maħsuba għall-ipproċessar mill-ġdid (madwar 20 % tal-volumi kollha tal-importazzjoni, minbarra l-“affumikat”, skont l-informazzjoni pprovduta mill-produtturi esportaturi fil-kampjun fit-tweġibiet għall-kwestjonarju) żdied mal-produzzjoni tal-UE ta' ħut ħaj.

(124)

Fuq din il-bażi, il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw tul il-perjodu kkunsidrat kif ġej:

Tabella 5

Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

 

2010

2011

2012

Il-perjodu tal-investigazzjoni

Il-volum ta' produzzjoni (kg WFE)

168 291 314

161 896 836

151 960 522

136 950 842

Indiċi

100

96

90

81

Il-kapaċità tal-produzzjoni (kg WFE)

220 309 323

215 689 275

209 607 237

183 616 771

Indiċi

100

98

95

83

L-użu tal-kapaċità

76 %

75 %

72 %

75 %

Indiċi

100

98

95

98

Sors: l-ilment, l-FEAP, id-dejta mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun u mill-produtturi esportaturi fil-kampjun, l-Eurostat.

(125)

Il-produzzjoni naqset kull sena matul il-perjodu kkunsidrat. Fil-perjodu tal-investigazzjoni, il-produzzjoni naqset b'19 % meta mqabbla mal-2010. Dan it-tnaqqis kien aktar ovvju mit-tnaqqis fil-konsum matul il-perjodu kkunsidrat.

(126)

Il-kapaċità tal-produzzjoni kienet stmata billi l-volum tal-produzzjoni ġie diviż bir-rata tal-użu tal-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun.

(127)

Il-kapaċità tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqset bi 17 % matul il-perjodu kkunsidrat. Is-sejbiet tal-investigazzjoni jindikaw li għadd ta' produtturi tal-Unjoni għalqu l-faċilitajiet ta' produzzjoni tagħhom matul il-perjodu kkunsidrat u b'hekk naqqsu l-kapaċità totali ta' produzzjoni tal-Unjoni.

(128)

Ir-rata tal-użu tal-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni kienet madwar 75 % matul il-perjodu kkunsidrat, bi tnaqqis ta' punt perċentwal wieħed bejn l-2010 u t-tmiem tal-perjodu tal-investigazzjoni.

4.2.2.   Il-volum ta' bejgħ u s-sehem mis-suq

(129)

Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw matul il-perjodu kkunsidrat kif ġej:

Tabella 6

Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq

 

2010

2011

2012

Il-perjodu tal-investigazzjoni

Il-volum tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni (kg WFE)

163 321 913

156 440 124

146 677 898

130 729 993

Indiċi

100

96

90

80

Sehem mis-suq

89 %

85 %

84 %

81 %

Indiċi

100

96

95

91

Sors: l-ilment, l-FEAP, id-dejta mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, l-Eurostat

(130)

Il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni kien stabbilit fuq il-bażi tal-volum totali ta' produzzjoni, kif deskritt fil-premessa 123 billi tnaqqas il-bejgħ tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni.

(131)

Il-volum tal-bejgħ tal-esportazzjoni kien ibbażat fuq id-dejta tal-Eurostat ikkonvertita f'kg WFE. Speċijiet oħrajn tat-troti li setgħu kienu inklużi fil-kodiċijiet NM ikkonċernati kienu kkunsidrati negliġibbli peress li ma kinux prodotti fl-Unjoni, jew prodotti biss fi kwantitajiet żgħar ħafna. Għaldaqstant, kien ikkunsidrat li l-Eurostat kien jipprovdi dejta li kienet affidabbli biżżejjed għall-esportazzjoni tat-troti qawsalla matul il-perjodu kkunsidrat.

(132)

B'hekk, il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas b'mod kostanti bejn l-2010 u l-perjodu tal-investigazzjoni u inġenerali b'20 % matul il-perjodu kkunsidrat. Din it-tendenza negattiva kienet aktar evidenti mit-tnaqqis fil-konsum totali matul l-istess perjodu kif deskritt fil-premessa 105.

(133)

B'riżultat ta' dan is-sehem mis-suq li għandha l-industrija tal-Unjoni naqas ukoll matul il-perjodu kkunsidrat u inġenerali waqa' bi 8 punti perċentwali matul l-istess perjodu. Fl-istess waqt l-importazzjonijiet Torok żdiedu bi 72 % u s-sehem mis-suq korrispondenti bi 8 punti perċentwali, kif deskritt fil-premessa 108) hawn fuq, li kienu jikkorrispondu għal telf mis-sehem fis-suq tal-industrija tal-Unjoni.

4.2.3.   It-tkabbir

(134)

Il-konsum fl-Unjoni naqas mill-2011 sal-aħħar tal-perjodu tal-investigazzjoni. Minkejja t-tnaqqis fid-domanda fis-suq tal-Unjoni, l-importazzjonijiet mit-Turkija kważi rduppjaw u rriżultaw f'sehem dejjem akbar mis-suq matul il-perjodu kkunsidrat. B'hekk, l-industrija tal-Unjoni tilfet parti mis-sehem mis-suq tagħha, filwaqt li l-importazzjonijiet ikkonċernati rnexxielhom iżidu sehemhom fis-suq tal-Unjoni li kien qiegħed jonqos. Fl-istess waqt, il-volum tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqas aktar milli ċkien is-suq filwaqt li l-volum tal-importazzjonijiet mit-Turkija żdied kemm f'termini assoluti kif ukoll f'dawk relattivi.

4.2.4.   L-impjiegi u l-produttività

(135)

L-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej tul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 7

L-impjiegi u l-produttività

 

2010

2011

2012

Il-perjodu tal-investigazzjoni

Numru ta' impjegati

3 692

3 413

3 144

2 862

Indiċi

100

92

85

78

Il-produttività (kg WFE/impjegat)

45 578

47 431

48 332

47 847

Indiċi

100

104

106

105

Sors: l-ilment, l-FEAP, id-dejta mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun

(136)

L-impjiegi tal-industrija tal-Unjoni kienu stmati fuq il-bażi tal-volum totali ta' produzzjoni, diviż bil-produttività tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Minħabba t-tnaqqis fil-volum tal-produzzjoni (Tabella 5), il-livell tal-impjiegi tal-industrija tal-Unjoni naqas bi 22 % matul il-perjodu kkunsidrat.

(137)

Peress li l-impjiegi naqsu b'rata ogħla mill-volum tal-produzzjoni, il-produttività stmata għal kull impjegat, imkejla bħala produzzjoni f'kg WFE għal kull impjegat, żdiedet b'5 % matul il-perjodu kkunsidrat.

4.2.5.   Il-kobor tal-ammont tas-sussidji kumpensabbli u rkupru minn sussidju jew dumping fl-imgħoddi

(138)

Il-marġnijiet tas-sussidju kollha huma ogħla b'mod sinifikanti mil-livell de minimis. Rigward l-impatt tal-kobor tal-ammont ta' sussidji kumpensabbli fuq l-industrija tal-Unjoni, minħabba l-volum u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mit-Turkija, l-impatt mhuwiex meqjus negliġibbli.

(139)

Peress li din hija l-ewwel investigazzjoni antisussidji li tirrigwarda l-prodott ikkonċernat, ma hemm l-ebda dejta disponibbli biex wieħed jivvaluta l-effetti ta' sussidji jew dumping possibbli fl-imgħoddi.

4.3.   Indikaturi mikroekonomiċi

4.3.1.   Prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet

(140)

Il-prezzijiet medji peżati tal-bejgħ ta' unità tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun lill-klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 8

Il-prezzijiet tal-bejgħ fl-Unjoni

 

2010

2011

2012

Il-perjodu tal-investigazzjoni

Il-prezzijiet medji tal-bejgħ ta' unità lil klijenti mhux relatati EUR/kg WFE

2,76

2,91

2,89

2,95

Indiċi

100

105

105

107

Spiża tal-produzzjoni għal kull unità EUR/kg WFE

2,73

2,84

2,89

2,98

Indiċi

100

104

106

109

Sors: Dejta tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun

(141)

Il-prezzijiet medji tal-bejgħ ta' unità tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun l-ewwel żdiedu minn EUR 2,76 għal kull kg WFE fl-2010 għal EUR 2,91 fl-2011, imbagħad niżlu għal EUR 2,89 fl-2012 u reġgħu żdiedu għal EUR 2,95 fil-perjodu tal-investigazzjoni. B'mod globali, il-prezz medju tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żdied b'7 % matul il-perjodu kkunsidrat. Madankollu din iż-żieda ma kinitx suffiċjenti biex wieħed ilaħħaq maż-żieda parallela ta' 9 % tal-ispejjeż ta' produzzjoni matul l-istess perjodu. Minħabba f'hekk, il-prezz tal-bejgħ medju nett tal-unità waqa' taħt l-ispejjeż ta' produzzjoni għal kull unità matul il-perjodu tal-investigazzjoni.

(142)

L-ispiża tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żdiedet minn EUR 2,73 għal kull kg WFE fl-2010 għal EUR 2,84 fl-2011. Fl-2012 kienet osservata żieda aktar moderata għal EUR 2,89. Żieda akbar għal EUR 2,98 seħħet fil-perjodu tal-investigazzjoni meta l-ispiża tal-produzzjoni qabżet il-prezzijiet tal-bejgħ medji għal kull unità — biex globalment il-produzzjoni tal-Unjoni ma baqgħetx profittabbli. L-aktar element importanti tal-ispiża tal-produzzjoni hija l-ispiża tal-għalf (ħut mitħun u żejt tal-ħuta) flimkien mal-ispejjeż tal-enerġija u l-ispejjeż tal-bajd jew tal-ħut li għadu qed jikber, li żdiedu matul il-perjodu kkunsidrat u li għalhekk ikunu riflessi fiż-żieda tal-ispiża medja tal-produzzjoni.

4.3.2.   Il-kostijiet lavorattivi

(143)

Il-kostijiet lavorattivi medji tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 9

Spejjeż tax-xogħol medji għal kull impjegat

 

2010

2011

2012

Il-perjodu tal-investigazzjoni

Spejjeż tax-xogħol medji għal kull impjegat (EUR)

26 585

26 958

28 276

27 757

Indiċi

100

101

106

104

Sors: Dejta tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun

(144)

Bejn l-2010 u l-perjodu tal-investigazzjoni, il-kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żdiedu b'4 %. Din iż-żieda globali matul il-perjodu kkunsidrat hija relattivament baxxa u f'kull każ taħt iż-żieda ġenerali fil-kost lavorattiv (7,5 %) (9) u r-rata ta' inflazzjoni (9,6 %) (10) fl-Unjoni matul l-istess perjodu.

4.3.3.   Inventarji

(145)

It-trota hija prodott li jitħassar, u li diment li ma jiġix iffriżat, idum tajjeb għal anqas minn ġimagħtejn. Peress li l-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun ma jżommux stokk ta' troti wara li jaqbduhom u, sa ċertu punt sinifikanti, ma jiffriżawx il-produzzjoni tagħhom, il-livelli tal-istokk mhumiex meqjusa bħala indikatur sinifikanti ta' danni f'din l-investigazzjoni.

4.3.4.   Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-abbiltà li jiżdied il-kapital.

(146)

Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 10

Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redittu fuq l-investimenti

 

2010

2011

2012

Il-perjodu tal-investigazzjoni

Il-profittabbiltà tal-bejgħ fl-Unjoni lil klijenti mhux relatati (% tad-dħul tal-bejgħ)

1,1 %

2,5 %

– 0,1 %

– 0,8 %

Indiċi

100

230

– 13

– 88

Fluss tal-flus (EUR 1 000 )

– 1 242

2 828

1 715

– 5 210

Indiċi

100

428

338

– 220

Investimenti (EUR 1 000 )

3 952

4 158

4 371

10 265

Indiċi

100

105

111

260

Redditu fuq l-investimenti

1,8 %

4,3 %

– 0,2 %

– 1,3 %

Indiċi

100

238

– 13

– 74

Sors: Dejta tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun

(147)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun billi l-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni ġie espress bħala perċentwal tal-fatturat ta' dak il-bejgħ. Fl-2010 u fl-2011 il-profittabbiltà żdiedet xi ftit iżda baqgħet f'livelli baxxi ftit biss ogħla mill-ekwilibriju. Is-sitwazzjoni kompliet tmur lura fl-2012 meta l-profittabbiltà saret negattiva u t-telf kompla jikber matul il-perjodu tal-investigazzjoni. Dan, kif spjegat fil-premessa 142, huwa dovut għat-tendenza taż-żieda fl-ispejjeż tal-produzzjoni filwaqt li l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tgħolli l-prezzijiet tagħha skont dawn. Matul il-perjodu kkonċernat, għadd ta' produtturi tal-Unjoni fallew.

(148)

Il-fluss tal-flus nett hija l-abbiltà tal-produtturi tal-Unjoni li jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom huma stess. It-tendenza fil-fluss tal-flus nett żdiedet mill-2010 għall-2011 u wara naqset. Bejn l-2012 u l-perjodu tal-investigazzjoni din naqset drastikament, biex ġabet it-total tal-fluss tal-flus kumulattiv matul il-perjodu kkonċernat għal wieħed negattiv. B'mod ġenerali, it-tendenza negattiva fil-fluss tal-flus issegwi t-tendenza ta' tnaqqis fil-profittabbiltà, għalkemm il-fluss tal-flus negattiv fl-2010 u t-tnaqqis sostanzjali bejn l-2012 u l-perjodu tal-investigazzjoni kienu wkoll ir-riżultat ta' investimenti magħmula minħabba sforzi ta' konsolidazzjoni kif spjegat fil-premessa 149.

(149)

L-investimenti żdiedu bi ftit biss bejn l-2010 u l-2012 filwaqt li kien hemm żieda sinifikanti fil-perjodu tal-investigazzjoni. L-investimenti kienu marbuta mal-akkwist ta' faċilitajiet ta' produzzjoni minn kumpaniji magħluqa u/jew mal-konsolidazzjoni ta' kumpaniji relatati u mhux is-sostituzzjoni ta' assi eżistenti jew l-akkwist ta' tagħmir ieħor u/jew ġdid. B'hekk, iż-żieda fl-investimenti osservata matul il-perjodu tal-investigazzjoni kienet relatata l-aktar mal-konsolidazzjoni. Dan huwa kkonfermat mill-fatt li l-kapaċità totali ta' produzzjoni naqset bi 17 % matul il-perjodu kkunsidrat.

(150)

Ir-redditu fuq l-investimenti huwa l-profitt f'perċentwal tal-valur nett skont il-kotba tal-investimenti. Ir-redditu fuq l-investimenti segwa l-istess tendenza tal-profittabbiltà, jiġifieri żdied mill-2010 sal-2011 filwaqt li baqa' biss ftit ogħla mill-punt ta' ekwilibriju. Wara, ir-redditu fuq l-investiment niżel u sar negattiv fl-2012. Huwa kompla jonqos aktar matul il-perjodu tal-investigazzjoni. Dan l-iżvilupp negattiv irriżulta mill-fatt li l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx iżżid il-prezzijiet tagħha, minkejja t-tendenza ta' żieda fl-ispejjeż ta' produzzjoni.

(151)

F'dak li jirrigwarda l-abbiltà li jiżdied il-kapital, id-deterjorament tal-abbiltà tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun li jiġġeneraw flus kontanti għall-prodott simili kienet qiegħda ddgħajjef is-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom billi naqset il-fondi ġġenerati internament. Rigward il-finanzjament mill-banek, dawn bdew iħabbtu wiċċhom ma' diffikultajiet kbar biex jiksbu finanzjament mill-bank. L-investigazzjoni sabet li, b'mod ġenerali, l-abbiltà li jiżdied il-kapital marret lura.

5.   Konklużjoni dwar id-dannu

(152)

L-investigazzjoni wriet biċ-ċar f'dan l-istadju li l-industrija tal-Unjoni sofriet danni materjali. Id-dannu rriżulta f'telf mis-sehem fis-suq u tnaqqis fil-profittabbiltà, b'mod partikolari. Fl-istess waqt, l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat rebħu sehem mis-suq u nstabu li naqqsu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni.

(153)

Ċerti indikaturi tad-danni, bħall-prezz tal-bejgħ għal kull unità, il-kost lavorattiv medju għal kull impjegat, il-produttività u l-investimenti, żviluppaw b'mod pożittiv. Rigward il-prezzijiet tal-bejgħ għal kull unità, iż-żieda kienet dovuta għal żieda fl-ispejjeż tal-produzzjoni. Madankollu, din iż-żieda ma kkumpensatx għaż-żieda sħiħa tal-ispiża ta' kull unità, biex b'hekk il-profittabbiltà saret negattiva fl-2012. Kif spjegat fil-premessa 144 iż-żieda fil-kost lavorattiv medju tal-industrija tal-Unjoni għal kull impjegat kienet taħt iż-żieda ġenerali fil-kost lavorattiv u r-rata ta' inflazzjoni fl-Unjoni. L-industrija tal-Unjoni kellha tnaqqas in-numru ta' impjegati tagħha li wassal għal żieda fil-produttività għal kull impjegat. Iż-żieda fl-investimenti kienet marbuta l-aktar mal-akkwist ta' faċilitajiet ta' produzzjoni mingħand kumpaniji magħluqa u mal-konsolidazzjoni u mhux mas-sostituzzjoni ta' assi eżistenti jew l-akkwist ta' tagħmir ġdid.

(154)

Il-parti l-kbira tal-indikaturi tad-danni wrew tendenzi negattivi. L-industrija tal-Unjoni ġarrbet tnaqqis fil-profittabbiltà, fil-fluss tal-flus u fir-redditu fuq l-investimenti. Il-profittabbiltà u r-redditu fuq l-investimenti, li kienu ftit ogħla mill-punt ta' ekwilibriju matul l-2010 u l-2011, saru negattivi fl-2012 u komplew jonqsu matul il-perjodu tal-investigazzjoni. Fl-istess waqt, il-volum tal-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-impjiegi u l-ishma mis-suq naqsu taħt il-pressjoni tal-importazzjonijiet issussidjati.

(155)

Fuq il-bażi ta' dak li ntqal aktar 'il fuq, il-Kummissjoni f'dan l-istadju kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament bażiku.

E.   KAWŻALITÀ

(156)

F'konformità mal-Artikolu 8(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet issussidjati mill-pajjiż ikkonċernat ikkawżawx dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. Skont l-Artikolu 8(6) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk fatturi magħrufa oħrajn setgħux fl-istess ħin għamlu ħsara lill-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni assigurat li kull dannu possibbli kkawżat minn fatturi oħrajn minbarra dawk mill-importazzjonijiet issussidjati mill-pajjiż ikkonċernat ma ġewx attribwiti lill-importazzjonijiet issussidjati. Dawn il-fatturi huma:

(a)

Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn

(b)

Il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

(c)

L-iżvilupp tal-konsum

(d)

Kompetizzjoni ma' speċijiet oħrajn ta' ħut

(e)

Piżijiet amministrattivi u regolatorji, restrizzjonijiet ġeografiċi

(f)

Pressjoni fuq il-prezzijiet magħmula minn bejjiegħa kbar

(g)

Investimenti żejda, spejjeż finanzjarji, tibdil fir-rati tal-kambju u telf straordinarju marbut ma' tilwim

1.   L-effetti tal-importazzjonijiet issussidjati

(157)

Biex tistabbilixxi l-eżistenza ta' rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet issussidjati tal-prodott ikkonċernat mit-Turkija u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni analizzat il-volum u l-livelli tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet issussidjati u sa fejn dawn setgħu kkawżaw id-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

(158)

L-investigazzjoni wriet li l-importazzjonijiet issussidjati mill-pajjiż ikkonċernat kważi rduppjaw matul il-perjodu kkunsidrat. Dan wassal għal żieda fis-sehem mis-suq ta' 8 punti perċentwali, minn 9 % fl-2010 għal 17 % fil-perjodu tal-investigazzjoni. Dan seħħ minkejja tendenza ta' tnaqqis fil-konsum. Fl-istess waqt l-industrija tal-Unjoni tilfet 8 punti perċentwali mis-sehem tagħha fis-suq.

(159)

Il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet issussidjati żdiedu b'5 % bejn l-2010 u l-perjodu tal-investigazzjoni. Din iż-żieda kienet dovuta għal żieda globali fl-ispejjeż ta' produzzjoni. Madankollu, il-prezzijiet tal-importazzjoni baqgħu f'livelli aktar baxxi b'mod sinifikanti minn dawk tal-industrija tal-Unjoni. L-importazzjonijiet issussidjati waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b'marġni medju ta' tnaqqis ta' 9 % matul il-perjodu tal-investigazzjoni. Fl-istess waqt, minħabba ż-żieda fl-importazzjonijiet issussidjati tal-prodott ikkonċernat li ħolqot pressjoni sinifikanti fuq il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tgħolli l-prezzijiet tal-bejgħ tagħha biżżejjed biex ikunu jistgħu jkopru ż-żieda fl-ispejjeż ta' produzzjoni tagħha u f'kull każ mhux aktar mill-prezzijiet tal-importazzjonijiet issussidjati mit-Turkija.

(160)

Instab li ż-żieda fl-importazzjonijiet issussidjati mit-Turkija u ż-żieda fis-sehem tagħhom fis-suq kienu jikkoinċidu b'mod ċar mat-telf tas-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni, it-tnaqqis fil-volumi ta' produzzjoni, fil-kapaċità ta' produzzjoni u fl-impjiegi, it-tnaqqis fil-profittabbiltà, fil-fluss tal-flus u fir-redditu fuq l-investimenti. B'hekk, l-importazzjonijiet issussidjati nstabu li kienu qegħdin jagħmlu pressjoni fuq l-industrija tal-Unjoni li sussegwentement ikkontribwiet għan-nuqqas ta' abbiltà tagħha li żżid il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha skont l-ispejjeż, għat-telf tas-sehem mis-suq u għad-deterjorament ekonomiku u finanzjarja globali,

(161)

Abbażi ta' dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni f'dan l-istadju kkonkludiet li l-istat ta' deterjorament tal-industrija tal-Unjoni kellu jkun attribwit għaż-żieda fl-importazzjonijiet bi prezzijiet issussidjati mit-Turkija u li dawn l-importazzjonijiet kellhom rwol determinanti fid-dannu materjali li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni.

2.   L-effetti ta' fatturi oħra

2.1.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

(162)

Il-volum ta' importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn (iċ-Ċili, in-Norveġja, il-Bosnjal-Ħerzegovina u oħrajn) żviluppa kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 11

Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

Il-pajjiż

 

2010

2011

2012

Il-perjodu tal-investigazzjoni

Total tal-pajjiżi terzi kollha minbarra l-pajjiż ikkonċernat

Volum (kg WFE)

4 412 967

5 981 471

4 807 938

4 370 106

 

Indiċi

100

136

109

99

 

Sehem mis-suq

2,4 %

3,3 %

2,8 %

2,7 %

 

Indiċi

100

135

115

112

 

Prezz medju (EUR/kg WFE)

2,63

2,85

2,80

2,94

 

Indiċi

100

108

106

112

Sors: L-Eurostat

(163)

Il-volum ta' importazzjoni mill-pajjiżi terzi l-oħrajn kolha kien f'livell baxx u saħansitra naqas xi ftit matul il-perjodu kkunsidrat. Dan żdied bejn l-2010 u l-2011, iżda naqas sussegwentement u laħaq volumi kemxejn aktar baxxi matul il-perjodu tal-investigazzjoni milli fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat fl-2010. Is-sehem mis-suq ħa l-istess xejra. Dan żdied bejn l-2010 u l-2011, iżda reġa' naqas fl-2012 u fil-perjodu tal-investigazzjoni. B'mod globali, is-sehem mis-suq tagħhom żdied ftit minn 2,4 % għal 2,7 % matul il-perjodu kkunsidrat. Fl-istess waqt l-importazzjonijiet mit-Turkija kienu f'livell ferm ogħla kemm f'termini ta' volum kif ukoll fl-ishma mis-suq u kellhom tendenza ta' żieda kostanti.

(164)

Il-prezzijiet medji tal-importazzjoni kienu qegħdin jiżdiedu matul il-perjodu kkunsidrat. B'kollox il-prezzijiet medji totali tal-importazzjoni żdiedu bi 12 % matul il-perjodu kkunsidrat. Il-prezzijiet tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi oħrajn kienu aktar baxxi mill-prezzijiet medji tal-bejgħ ta' kull unità tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun iżda ogħla mill-prezzijiet tal-importazzjoni mit-Turkija, ħlief fl-2012 fejn kienu ftit aktar baxxi.

(165)

Fid-dawl tal-volumi ta' importazzjoni baxxi u stabbli kif ukoll l-ishma mis-suq pjuttost baxxi u stabbli mill-pajjiżi terzi l-oħrajn kollha u l-livelli tal-prezzijiet tagħhom li segwew il-livelli tal-prezz globali fl-Unjoni, il-Kummissjoni f'dan l-istadju kkonkludiet li l-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi l-oħrajn ma kkontribwewx għad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

2.2.   Il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

(166)

Il-volum tal-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni żviluppa kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 12

Il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni

 

2010

2011

2012

Il-perjodu tal-investigazzjoni

Volum ta' esportazzjoni (kg WFE)

4 969 401

5 456 712

5 282 624

6 220 849

Indiċi

100

110

106

125

Prezz medju (EUR/kg WFE)

4,08

4,60

4,13

4,16

Indiċi

100

113

101

102

Sors: L-Eurostat

(167)

Il-bejgħ tal-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni żdied b'25 % matul il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, is-suq tal-Unjoni huwa s-suq ewlieni għall-industrija tal-Unjoni u l-esportazzjonijiet tagħha kienu jammontaw biss għal madwar 3 % tal-produzzjoni tagħha fl-2010-2011 u madwar 5 % fil-perjodu tal-investigazzjoni. Il-prezzijiet tal-bejgħ tal-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni kienu madwar 30 % ogħla mill-prezz medju tal-bejgħ tagħhom fl-Unjoni, b'mod li jiġġeneraw qligħ akbar mill-bejgħ fis-suq tal-Unjoni.

(168)

Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni f'dan l-istadju kkonkludiet li l-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni ma ħassritx ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet issussidjati u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

2.3.   L-iżvilupp tal-konsum

(169)

Il-konsum fl-Unjoni baqa' stabbli mill-2010 sal-2011 u naqas bi 12 % bejn l-2011 u l-perjodu tal-investigazzjoni, globalment naqas bi 12 %. Madankollu, fil-kuntest tat-tnaqqis fil-konsum l-importazzjonijiet issussidjati mit-Turkija rnexxielhom iżidu s-sehem mis-suq tagħhom bi 8 punti perċentwali jew 95 % filwaqt li l-industrija tal-Unjoni tilfet sehem mis-suq ta' 8 punti perċentwali wkoll. Għaldaqstant, it-telf fil-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq mill-industrija tal-Unjoni ma setax ikun dovut biss mit-tnaqqis ġenerali fil-konsum. Għaldaqstant, iż-żieda kostanti ta' importazzjonijiet issussidjati f'suq li qiegħed jonqos bi prezzijiet li jwaqqgħu l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni kkawżat dannu b'mod indipendenti u kif kien konkluż fil-premessa 160 kellha rwol determinanti.

(170)

Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni f'dan l-istadju kkonkludiet li t-tnaqqis fil-konsum, filwaqt li seta' kkontribwixxa għad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni, ma setax, waħdu, joħloq id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni u għaldaqstant ma setax iħassar ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet issussidjati u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

2.4.   Kompetizzjoni ma' speċijiet oħrajn ta' ħut

(171)

L-Assoċjazzjoni tal-Esportaturi tal-Eġew iddikjarat li d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni kien ikkawżat mill-kompetizzjoni ma' speċijiet oħrajn ta' ħut bħall-pangasjus, it-trota l-kbira u s-salamun.

(172)

F'dak li jirrigwarda l-pangasjus, l-importazzjonijiet naqsu b'madwar 24 % matul il-perjodu kkunsidrat. Dan huwa b'kuntrast maż-żieda fl-importazzjonijiet tal-prodott ikknċernat matul l-istess perjodu.

(173)

Rigward speċijiet oħrajn ta' ħut, wieħed jinnota li skont l-informazzjoni disponibbli, jiġifieri studju disponibbli għall-pubbliku mill-Fødevareøkonomisk Institut tal-Università ta' Kopenħagen (11) it-trota l-kbira u s-salamun huma sostituti li jikkompetu fl-istess segment tas-suq. B'kuntrast, it-trota soġġetta għal din l-investigazzjoni hija mibjugħa f'segmenti differenti tas-suq u ma hemm l-ebda korrelazzjoni diretta bejn il-prezz tat-trota l-kbira jew is-salamun u l-prezz tat-trota soġġetta għal din l-investigazzjoni.

(174)

Fuq din il-bażi dawn id-dikjarazzjonijiet għandhom ikunu rrifjutati.

(175)

Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni f'dan l-istadju kkonkludiet li l-kompetizzjoni ma' speċijiet oħrajn ta' ħut ma kkontribwixxietx għad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

2.5.   Il-piżijiet amministrattivi u regolatorji, ir-restrizzjonijiet ġeografiċi

(176)

L-Assoċjazzjoni tal-Esportaturi tal-Eġew sostniet ukoll li d-dannu materjali sofrut mill-industrija tal-Unjoni kien ikkawżat mill-piżijiet amministrattivi u regolatorju kif ukoll il-limitazzjonijiet biex jintużaw ċerti żoni ġeografiċi għall-finijiet tal-akkwakultura.

(177)

Il-kawżalità allegata bejn ir-rekwiżiti amministrattivi u regolatorji msemmija u d-dannu ma kinitx issostanzjata. B'mod partikolari, ma ntweriex li l-qafas amministrattiv u regolatorju inklużi l-limitazzjonijiet ġeografiċi rigward żoni disponibbli għal finijiet ta' akkwakultura kien jinbidel matul il-perjodu kkunsidrat b'mod li seta' jikkawża d-dannu. Fil-fatt, dawn l-elementi msemmija sempliċement jikkaratterizzaw l-ambjent ekonomiku u regolatorju tas-settur tal-akkwakultura fl-Unjoni u ma jistgħux jispjegaw id-degradazzjoni tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. Għalhekk din il-pretensjoni ma għandhiex tiġi milqugħha.

(178)

Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni f'dan l-istadju kkonkludiet li l-piżijiet amministrattivi u regolatorji u l-limitazzjonijiet ġeografiċi allegati ma ħassrux ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet issussidjati u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

2.6.   Pressjoni fuq il-prezzijiet ikkawżata mill-bejjiegħa bl-imnut il-kbar

(179)

L-Assoċjazzjoni tal-Esportaturi tal-Eġew u wieħed mill-produtturi esportaturi fil-kampjun sostnew li l-bejjiegħa bl-imnut il-kbar fl-Unjoni għandhom setgħa kbira ta' negozjar u li kull dannu mġarrab mill-produtturi tal-Unjoni kien dovut għall-pressjoni fuq il-prezzijiet ikkawżata minn bejjiegħa bħal dawn u mhux dovut għall-importazzjonijiet mit-Turkija.

(180)

L-ebda wieħed mill-bejjiegħa bl-imnut il-kbar ma ppreżenta ruħu u kkoopera f'din l-investigazzjoni. F'kull każ, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mit-Turkija kienu ssussidjati u baxxi aktar mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kollu kkunsidrat. Waqt il-perjodu tal-investigazzjoni, il-marġnijiet ta' tnaqqis kienu bejn 5 % u 18 %. F'xenarju bħal dan, il-pressjoni fuq il-prezzijiet li allegatament ġiet ikkawżata mill-bejjiegħa bl-imnut il-kbar ma setgħetx tispjega d-deterjorament ekonomiku u finanzjarju ġenerali u b'mod speċjali t-telf tas-sehem mis-suq iżda setgħet biss marġinalment tikkontribwixxi għad-dannu mġarrab, jew xejn affattu.

(181)

Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni f'dan l-istadju kkonkludiet li kull pressjoni possibbli fuq il-prezzijiet ikkawżata mill-bejjiegħa bl-imnut il-kbar ma setgħetx tħassar ir-rabta bejn l-importazzjonijiet issussidjati u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

2.7.   Investimenti żejda, spejjeż finanzjarji, tibdil fir-rata tal-kambju u telf straordinarju marbut ma' tilwim

(182)

L-Assoċjazzjoni tal-Esportaturi tal-Eġew sostniet li t-tnaqqis fil-prestazzjoni ta' mill-anqas uħud mill-produtturi tal-Unjoni kien dovut għal investimenti żejda pjuttost milli importazzjonijiet mit-Turkija. L-istess parti sostniet ukoll li t-tnaqqis fil-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni kien parzjalment dovut għal żieda fl-ispejjeż finanzjarji, tibdil fir-rati tal-kambju u l-ispejjeż imġarrba minħabba t-tilwim.

(183)

Il-pretensjonijiet rigward l-allegati investimenti żejda u spejjeż imġarrba bħala konsegwenza tat-tilwim ma kinux sostanzjati. Lanqas i s-sejbiet tal-investigazzjoni ma appoġġjaw il-pretensjoni li dawn il-fatturi kien ikollhom xi impatt materjali fuq il-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun.

(184)

Il-pretensjonijiet rigward iż-żieda fl-ispejjeż finanzjarji u l-bidliet fir-rati tal-kambju bl-ebda mod ma ġew speċifikati jew sostanzjati. Lanqas is-sejbiet tal-investigazzjoni ma appoġġjaw il-pretensjoni li dawn il-fatturi kien ikollhom xi impatt fuq il-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun.

(185)

Għaldaqstant dawn il-pretensjonijiet għandhom ikunu rrifjutati.

(186)

Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni f'dan l-istadju kkonkludiet li l-allegati investimenti żejda, spejjeż finanzjarji, bidliet fir-rata tal-kambju u telf straordinarju marbut mat-tilwim ma kkontribwixxewx għad-dannu mġarrab u għaldaqstant ma setgħux iħassru r-rabta bejn l-importazzjonijiet issussidjati u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

3.   Konklużjoni dwar il-kawżalità

(187)

L-analiżi ta' hawn fuq uriet li kien hemm żieda sostanzjali fil-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet issussidjati mill-pajjiż ikkonċernat. Iż-żieda f'dawn l-importazzjonijiet fi prezzijiet li naqqsu l-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni wasslu għal deterjorament fis-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Abbażi ta' dan, kien konkluż li l-importazzjonijiet mit-Turkija kellhom rwol determinanti fid-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

(188)

Ġew analizzati wkoll fatturi oħrajn li setgħu kkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni. F'dan ir-rigward instab li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra, il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, il-kompetizzjoni ma' speċijiet oħrajn ta' ħut, il-piżijiet amministrattivi u regolatorji, il-limitazzjonijiet ġeografiċi, l-investimenti żejda, l-ispejjeż finanzjarji, il-bidliet fir-rata tal-kambju u telf straordinarju marbut mat-tilwim ma kkontribwixxewx għad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Fatturi oħrajn bħall-iżvilupp tal-konsum fl-Unjoni u l-pressjoni fuq il-prezzijiet magħmula mill-bejjiegħa bl-imnut il-kbar setgħu kkontribwixxew għad-dannu mġarrab iżda ma setgħux iħassru r-rabta kawżali stabbilita bejn l-importazzjonijiet issussidjati u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni.

(189)

Abbażi ta' dan li ntqal, il-Kummissjoni f'dan l-istadju kkonkludiet li d-dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni kien ikkawżat mill-importazzjonijiet issussidjati mill-pajjiż ikkonċernat u li l-ebda fattur ieħor ma jħassar dik ir-rabta kawżali. Id-dannu jikkonsisti fost l-oħrajn fit-tnaqqis fil-produzzjoni u l-kapaċità ta' produzzjoni, fil-volum tal-bejgħ, fis-sehem mis-suq, fl-impjiegi waqt li l-qligħ u r-redditu fuq l-investiment saru negattivi matul il-perjodu kkunsidrat.

F.   INTERESS TAL-UNJONI

(190)

Skont l-Artikolu 31 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk setgħetx tikkonkludi b'mod ċar li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li tadotta miżuri f'dan il-każ, minkejja d-determinazzjoni tal-issussidjar dannuż. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq l-apprezzament ta' kull wieħed mill-bosta interessi involuti, inklużi dawk tal-industrija tal-Unjoni, tal-importaturi u tal-utenti.

1.   L-interess tal-industrija tal-Unjoni

(191)

L-investigazzjoni stabbilixxiet li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali kkawżat mill-importazzjonijiet issussidjati mit-Turkija.

(192)

L-impożizzjoni ta' miżuri għandha treġġa' lura l-kompetizzjoni ġusta fis-suq. It-tendenza ta' tnaqqis tal-industrija tal-Unjoni fil-prestazzjoni finanzjarja hija r-riżultat tad-diffikultà tagħha biex tikkompeti mal-importazzjonijiet issussidjati mill-pajjiż ikkonċernat. Għaldaqstant l-impożizzjoni ta' dazji kumpensatorji tqiegħed lill-industrija tal-Unjoni fil-pożizzjoni li żżid il-prezzijiet tagħha sabiex tkopri l-ispejjeż tal-produzzjoni u b'hekk iżżid is-sehem tagħha mis-suq, l-impjiegi, il-produzzjoni u ttejjeb l-indikaturi tal-prestazzjoni finanzjarja tagħha bħall-profittabbiltà, il-fluss tal-flus u r-redditu fuq l-investimenti.

(193)

Jekk ma jiġux imposti miżuri, il-pressjoni fuq il-prezzijiet mill-importazzjonijiet mit-Turkija aktarx li tkompli sseħħ b'aktar effetti negattivi fuq il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni. Dan it-tnaqqis ulterjuri fil-prestazzjoni finalment iwassal għal aktar tnaqqis fil-produzzjoni u aktar għeluq ta' siti ta' produzzjoni, li allura jheddu l-impjiegi u l-investimenti fl-Unjoni.

(194)

Abbażi ta' dan, il-Kummissjoni f'dan l-istadju kkonkludiet li l-miżuri kumpensatorji kienu fl-interess tal-industrija tal-Unjoni.

2.   L-interess ta' importaturi mhux relatati

(195)

Fin-Notifika ta' Bidu l-Kummissjoni stiednet lill-importaturi u lill-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentawhom biex jippreżentaw ruħhom. Kif indikat fil-premessa 12 hawn fuq, tliet kumpaniji ppreżentaw ruħhom billi wieġbu għall-formola tal-kampjun għall-importaturi mhux relatati. Għalhekk intbagħtu kwestjonarji lit-tliet kumpaniji li ppreżentaw ruħhom, iżda waħda minnhom biss wieġbet. Mit-tweġiba deher li għalkemm din il-parti kienet importat ammont żgħir ħafna ta' troti waqt il-perjodu tal-investigazzjoni, ma kienx soltu tagħha li timporta t-troti iżda prodotti ta' ħut ieħor. L-ammont ta' troti importati minn din il-kumpanija ma kienx biżżejjed biex jitqies rappreżentattiv tal-bqija.

(196)

Aktar tard tfaċċa importatur ieħor iżda dan ma weġibx għall-kwestjonarju. Dan l-importatur iddikjara li l-impożizzjoni ta' dazji fuq it-troti mit-Turkija tinterrompi l-attivitajiet ta' importazzjoni tiegħu iżda dan ma tax dettalji dwar din il-pretensjoni u lanqas ma pprovda xi informazzjoni rilevanti għall-evalwazzjoni ta' kull impatt fuq l-attivitajiet kummerċjali tiegħu, bħall-profittabbiltà, il-prezzijiet tal-importazzjoni u tal-bejgħ mill-ġdid.

(197)

Għalkemm ma jistax ikun eskluż li l-importaturi mhux relatati sejrin ikunu affettwati mill-impożizzjoni ta' dazji kumpensatorji, l-għan ta' dawn id-dazji huwa li jiġu assigurati mill-ġdid il-kundizzjonijiet ekwi fis-suq tal-Unjoni. Hemm sorsi oħrajn ta' forniment u l-importaturi fl-Unjoni għandhom ikunu kapaċi jibdlu s-sorsi ta' forniment tagħhom b'reazzjoni għall-impożizzjoni tad-dazji. B'mod globali, l-investigazzjoni ma sabet l-ebda effett negattiv sinifikanti mill-impożizzjoni tad-dazji fuq l-importaturi/in-negozjanti mhux relatati fl-Unjoni.

(198)

Fid-dawl ta' dak li ntqal u fin-nuqqas ta' dejta oħra mingħand l-importaturi/in-negozjanti mhux relatati, il-Kummissjoni kkonkludiet f'dan l-istadju li l-impożizzjoni ta' miżuri ġeneralment mhijiex se jkollha effett ħażin sinifikanti fuq l-importaturi/in-negozjanti mhux relatati.

3.   L-interess tal-utenti, tal-konsumaturi, tal-fornituri

(199)

Fin-Notifika ta' Bidu l-Kummissjoni stiednet lill-utenti u lill-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentawhom, u lill-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-konsumaturi sabiex jippreżentaw ruħhom. Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkuntattjat lill-partijiet kollha magħrufa u rilevanti. Madankollu, ħadd minn dawn il-partijiet ma ppreżenta ruħu.

(200)

Wara l-iskadenza msemmija fin-Notifika ta' Bidu, żewġ partijiet li sostnew li kienu fornituri ta' makkinarju lill-produtturi/proċessuri Torok tat-troti ppreżentaw lilhom infushom.

(201)

Parti minnhom iddikjarat li l-impożizzjoni tad-dazji tirriżulta f'żieda fil-prezzijiet għall-konsumaturi finali. Madankollu, din il-parti ma ssostanzjatx din il-pretensjoni. L-investigazzjoni ma sabet l-ebda effett negattiv sinifikanti mill-impożizzjoni tad-dazji fuq il-konsumaturi finali. Kif imsemmi hawn fuq, l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi ma kkooperawx u ma pprovdew l-ebda informazzjoni li minnha l-impatt tal-miżuri seta' jiġi evalwat fid-dettall. F'kull każ, għalkemm id-dazji kumpensatorji jista' jkollhom effett fuq il-prezzijiet tal-importazzjoni, din iż-żieda potenzjali tal-prezzijiet tista' mill-anqas titnaqqas parzjalment permezz tal-katina ta' distribuzzjoni u kull żieda fil-prezz għall-konsumatur finali tista' għalhekk tkun insinifikanti fil-livell tal-konsumatur.

(202)

Barra minn hekk, l-għan tad-dazji kumpensatorji huwa li jerġgħu jkunu assigurati l-kundizzjonijiet ekwi fis-suq tal-Unjoni, u mhux li jitnaqqsu l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' importazzjonijiet bi prezzijiet ġusti.

(203)

Fid-dawl ta' dan, kif ukoll fin-nuqqas ta' kooperazzjoni mill-organizzazzjonijiet tal-utenti u tal-konsumaturi fl-investigazzjoni u b'mod partikolari l-livelli ta' miżuri, il-Kummissjoni kkonkludiet f'dan l-istadju li l-impożizzjoni ta' miżuri ġeneralment mhijiex se jkollha xi effett ħażin sinifikanti fuq l-utenti, il-konsumaturi jew il-fornituri.

4.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(204)

Abbażi ta' dak li ntqal, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kien hemm l-ebda raġuni konvinċenti li mhuwiex fl-interess tal-Unjoni li timponi miżuri fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mit-Turkija f'dan l-istadju tal-investigazzjoni.

G.   MIŻURI KUMPENSATORJI PROVVIŻORJI

(205)

Fuq il-bażi tal-konklużjonijiet li waslet għalihom il-Kummissjoni dwar is-sussidjar, id-dannu, il-kawżalità u l-interess tal-Unjoni, għandhom jiġu imposti miżuri kumpensatorji sabiex jiġi evitat aktar dannu lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet issussidjati.

1.   Livell ta' eliminazzjoni tad-dannu (Marġni ta' dannu)

(206)

Sabiex jiġi ddeterminat il-livell ta' dawn il-miżuri, il-Kummissjoni l-ewwel stabbilixxiet l-ammont ta' dazju neċessarju sabiex jiġi eliminat id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

(207)

Id-dannu jiġi eliminat jekk l-industrija tal-Unjoni tkun kapaċi tkopri l-ispejjeż tal-produzzjoni u tikseb qligħ qabel it-taxxa fuq il-bejgħ tal-prodott simili fis-suq tal-Unjoni li jista' jkun raġonevolment miksub taħt kundizzjonijiet normali ta' kompetizzjoni minn industrija f'dan it-tip ta' settur, b'mod partikolari fl-assenza ta' importazzjonijiet issussidjati.

(208)

L-importazzjonijiet mit-Turkija bdew jiżdiedu bi kwantitajiet sinifikanti l-aktar fl-2008, jiġifieri qabel il-perjodu kkunsidrat. Għaldaqstant, il-profittabbiltà li għamlet l-industrija tal-Unjoni fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat fl-2010 ma kinitx meqjusa rappreżentattiva. Peress li qabel l-2008 il-pressjoni tal-importazzjonijiet mit-Turkija ma kinitx sostanzjali fuq is-suq tal-Unjoni, kien ikkunsidrat li l-marġnijiet tal-qligħ li nkiseb qabel dak il-perjodu setgħu jkunu raġonevoli. Abbażi tal-ilment, fl-2006 u fl-2007 l-industrija tat-troti fid-Danimarka għamlet marġni ta' qligħ li fil-medja laħaq jew qabeż il-livell ta' 12 %. Għalhekk, fuq din il-bażi, kien ikkunsidrat f'dan l-istadju li marġni ta' qligħ ta' 12 % tal-fatturat seta' jitqies bħala livell xieraq li l-industrija tal-Unjoni setgħet tistenna li tikseb fl-assenza ta' sussidjar dannuż.

(209)

L-Assoċjazzjoni tal-Esportaturi tal-Eġew u produttur esportatur wieħed iddikjaraw li l-qligħ fil-mira għandu jkun aktar baxx minn 12 % għar-raġunijiet li (i) f'investigazzjonijiet preċedenti (salamun; trota qawsalla kbira) il-qligħ fil-mira użat kien aktar baxx, (ii) il-marġni ta' qligħ attwali miksub mill-industrija tal-Unjoni fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat kien ukoll aktar baxx u (iii) il-marġni ta' qligħ ta' 12 % jirreferi għall-industrija tat-troti fid-Danimarka biss u mhux l-industrija fl-Unjoni kollha u għaldaqstant ma kienx rappreżentattiv. Fl-aħħar nett, il-produttur esportatur kompla jiddikjara li għandu jintuża marġni ta' qligħ ta' 3 % peress li tali qligħ kien konformi mal-marġni ta' qligħ medju tal-industrija globali tal-ikel.

(210)

L-ewwel nett, rigward it-tqabbil mal-investigazzjonijiet dwar it-trota l-kbira u s-salamun, għandu jkun innotat li kull investigazzjoni għandha tasal għall-konklużjonijiet tagħha abbażi tal-merti proprji. F'dan il-każ speċifiku, fil-fajl tal-investigazzjoni ta' din l-investigazzjoni kien hemm disponibbli informazzjoni meqjusa raġonevoli u għaldaqstant intużat.

(211)

It-tieni nett, il-livell ta' qligħ fil-mira fuq il-bejgħ tal-prodott simili fis-suq tal-Unjoni għandu jkun dak li jista' raġonevolment jinkiseb taħt kundizzjonijiet normali ta' kompetizzjoni minn industrija ta' dan it-tip f'dan is-settur, jiġifieri fl-assenza ta' importazzjonijiet issussidjati. Minħabba li matul il-perjodu kkunsidrat u anki qablu l-importazzjonijiet issussidjati kienu preżenti fi kwantitajiet sostanzjali, ma jistax ikun aċċettat li kien hemm kundizzjonijiet normali ta' kompetizzjoni. Il-livell ta' qligħ ta' 12 % inkiseb fin-nuqqas ta' preżenza sostanzjali ta' importazzjonijiet mit-Turkija fis-suq tal-Unjoni u b'hekk ikkunsidrat bħala qligħ fil-mira raġonevoli fiċ-ċirkostanza ta' dan il-każ f'dan l-istadju.

(212)

It-tielet nett, l-industrija tat-troti fid-Danimarka kienet meqjusa rappreżentattiva biżżejjed għas-suq tal-Unjoni peress li d-Danimarka huwa wieħed mill-pajjiżi ewlenin fl-Unjoni li jipproduċu t-troti. Fin-nuqqas ta' informazzjoni oħra disponibbli f'dan l-istadju din intużat għall-fini tad-determinazzjoni tal-livell ta' qligħ fil-mira.

(213)

Fl-aħħar nett, il-pretensjoni li l-marġni ta' qligħ ġenerali tal-industrija tal-ikel għamel marġni ta' qligħ ferm aktar baxx ma kinitx issostanzjata. Il-Kummissjoni kkunsidrat li f'kul każ il-marġni ta' qligħ magħmul mill-industrija Daniża tat-troti għandu jikkunsidra aħjar l-ispeċifiċitajiet ta' din l-industrija u għalhekk ikun aktar xieraq. Tabilħaqq, l-industrija tal-ikel tikkonsisti f'diversi subkategoriji li jappartjenu għal segmenti differenti tas-suq u li huma soġġetti għal kundizzjonijiet tas-suq differenti li mhux neċessarjament ikunu applikabbli għall-industrija tat-troti.

(214)

Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni kkonkludiet f'dan l-istadju li huwa raġonevoli li jintuża marġni ta' qligħ fil-mira ta' fatturat ta' 12 %.

(215)

Abbażi ta' dan, il-Kummissjoni kkalkolat prezz tal-prodott simili li ma jagħmilx ħsara lill-industrija tal-Unjoni billi naqset il-marġni ta' qligħ reali miksub matul il-perjodu tal-investazzjoni mill-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni u ssostitwietu b'marġni ta' qligħ ta' 12 %.

(216)

Il-Kummissjoni mbagħad iddeterminat il-livell ta' eliminazzjoni tad-dannu fuq il-bażi ta' tqabbil tal-prezz medju tal-importazzjoni ppeżat tal-produtturi esportaturi Torok fil-kampjun, kif stabbilit għall-kalkoli ta' tnaqqis tal-prezzijiet, mal-prezz medju ppeżat tal-prodott simili li ma jagħmilx ħsara mibjugħ mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni. Kull differenza li tirriżulta minn dan it-tqabbil kienet espressa bħala perċentwal tal-valur CIF medju ppeżat tal-importazzjoni.

(217)

Il-livell ta' eliminazzjoni tad-dannu għall-“kumpaniji fl-Anness I” u għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha” huwa ddefinit bl-istess mod bħall-marġni ta' sussidju għal dawn il-kumpaniji (ara l-premessi 96 u 97).

2.   Miżuri provviżorji

(218)

Dazji kumpensatorji provviżorji għandhom ikunu imposti fuq l-importazzjonijiet tat-troti qawsalla ħajjin (Oncorhynchus mykiss) li jiżnu 1,2 kg jew anqas kull waħda, jew friski, imkessħin, iffriżati u/jew affumikati fil-forma ta' ħut sħiħ jew mingħajr ir-ras jew fil-forma ta' flettijiet li joriġinaw mit-Turkija, skont ir-regola tal-anqas dazju fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni qabblet il-marġnijiet tad-dannu mal-marġnijiet tas-sussidju. L-ammont tad-dazji għandu jkun iffissat fil-livell tal-anqas marġni ta' sussidju.

(219)

Abbażi ta' dan li ntqal, ir-rati ta' dazju kumpensatorju provviżorju, espressi fuq il-prezz tal-fruntiera CIF tal-Unjoni, dazju doganali mhux imħallas, għandhom ikunu kif ġej:

Kumpanija

Marġni ta' sussidju

Marġni ta' dannu

Dazju kompensatorju

GMS

7,0 %

27 %

7,0 %

Kilic

9,7 %

41 %

9,7 %

Özpekler

7,1 %

26 %

7,1 %

Ternaeben

9,5 %

20 %

9,5 %

Kumpaniji oħra li kkooperaw

8,2 %

26 %

8,2 %

Il-kumpaniji l-oħra kollha

9,7 %

41 %

9,7 %

(220)

Il-miżuri kumpensatorji ta' hawn fuq huma stabbiliti fil-forma ta' dazji ad valorem, jiġifieri fi proporzjon mal-valur tal-importazzjoni.

(221)

Ir-rati ta' dazju kumpensatorju tal-kumpaniji individwali speċifikati f'dan ir-Regolament kienu stabbiliti fuq il-bażi tas-sejbiet ta' din l-investigazzjoni. Għaldaqstant, dawn kienu jirriflettu s-sitwazzjoni misjuba waqt din l-investigazzjoni fir-rigward ta' dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati ta' dazju huma esklussivament applikabbli għal importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mill-pajjiż ikkonċernat u li hu manifatturat mill-entitajiet ġuridiċi speċifiċi msemmija.

(222)

L-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat prodott minn kull kumpanija oħra mhux imsemmija b'mod speċifiku fil-parti operazzjonali ta' dan ir-Regolament, inklużi entitajiet relatati ma' dawk imsemmija b'mod speċifiku, għandhom ikunu soġġetti għar-rata ta' dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”. Ma għandhom ikunu soġġetti għall-ebda rata ta' dazju kumpensatorju individwali.

(223)

Kumpanija tista' titlob li jiġu applikati dawn ir-rati ta' dazju kumpensatorju individwali jekk sussegwentement tibdel l-isem tal-entità tagħha. It-talba trid tkun indirizzata lill-Kummissjoni. (12). It-talba trid tinkludi l-informazzjoni kollha rilevanti li turi li l-bidla ma taffettwax lid-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha. Jekk il-bidla fl-isem tal-kumpanija ma jaffettwax lid-dritt tagħha li tibbenefika mir-rata ta' dazju li tapplika għaliha, tiġi ppubblikata notifika ta' informazzjoni dwar il-bidla tal-isem f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(224)

Biex jitnaqqsu r-riskji ta' evażjoni minħabba d-differenza fir-rati tad-dazju, jeħtieġu miżuri speċjali biex tkun assigurata l-applikazzjoni tad-dazji kumpensatorji individwali. Il-kumpaniji b'dazji kumpensatorji individwali jridu jippreżentaw fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri. Il-fatturi jridu jkunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II. L-importazzjonijiet li ma jkunux akkumpanjati minn dik il-fattura għandhom ikunu soġġetti għad-dazju kumpensatorju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”.

(225)

Biex ikun żgurat infurzar xieraq tad-dazji kumpensatorji, id-dazju residwali għall-kumpaniji l-oħrajn kollha għandu japplika mhux biss għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx f'din l-investigazzjoni, iżda wkoll għall-produtturi li ma esportawx lejn l-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni.

H.   DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

(226)

Fl-interessi ta' amministrazzjoni tajba, il-Kummissjoni se tistieden lill-partijiet interessati jissottomettu kummenti bil-miktub u/jew jitolbu seduta mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċeduri kummerċjali bi skadenza fissa.

(227)

Is-sejbiet li jikkonċernaw l-impożizzjoni ta' dazji provviżorji huma provviżorji u jistgħu jiġu emendati fl-istadju definittiv tal-investigazzjoni.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dazju kumpensatorju provviżorju huwa hawnhekk impost fuq l-importazzjonijiet tat-troti qawsalla (Oncorhynchus mykiss):

li jiżnu ħajjin 1,2 kg jew anqas kull waħda, jew

friski, imkessħin, iffriżati u/jew affumikati:

fil-forma ta' ħut sħiħ (bir-ras), bil-garġi mneħħija jew le, kemm jekk imnaddfa kif ukoll jekk le, li jiżnu 1,2 kg jew anqas kull waħda, jew

bla ras, bil-garġi mneħħija jew le, kemm jekk imnaddfa kif ukoll jekk le, li jiżnu 1 kg jew anqas kull waħda, jew

fil-forma ta' flettijiet li jiżnu 400 g jew anqas kull waħda,

li fil-preżent jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 0301 91 90, ex 0302 11 80, ex 0303 14 90, ex 0304 42 90, ex 0304 82 90 u ex 0305 43 00 (kodiċijiet TARIC 0301919011, 0302118011, 0303149011, 0304429010, 0304829010 u 0305430011) u li joriġinaw mit-Turkija.

2.   Ir-rati tad-dazju kumpensatorju provviżorju applikabbli għall-prezz nett, bla ħlas fuq il-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u prodott mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandhom ikunu kif ġej:

Kumpanija

Dazju kumpensatorju provviżorju

Kodiċi TARIC addizzjonali

Akyol Su Ürn.Ürt.Taş.Kom.İth.İhr.Paz.San. ve Tic. Ltd. Şti

Asya Söğüt Su Ürünleri Üretim Dahili Paz.ve İhr. Ltd.Şti

GMS Su Ürünleri Üretim İth. Paz. San. ve Tic. Ltd. Şti

Gümüşdoga Su Ürünleri Üretim Ihracat Ithalat AŞ

Gümüş-Yel Su Ürünleri üretim İhracat ve İthalat Ltd. Şti

Hakan Komandit Şirketi

İskele Su Ürünleri Hayv.Gida Tur.Inş.Paz.Ihr.Ltd.Şti

Karaköy Su Ürünleri Üretim Paz.Tic.İhr. ve İth.Ltd.Şti

Özgü Su Ürün. Üret. Taş. Komis. İth. İhr. Paz. San. ve Tic. Ltd. Şti

7,0 %

B964

BAFA Su Ürünleri Yavru Üretim Merkezi Sanayi Ticaret AŞ

9,7 %

B965

Özpekler İnşaat Taahhüd Dayanıklı Tüketim Malları Su Ürünleri Sanayi ve Ticaret Limited Şirketi

7,1 %

B966

Ternaeben Gida ve Su Ürünleri Ithalat ve Ihracat Sanayi Ticaret AŞ

9,5 %

B967

Il-kumpaniji fl-Anness I

8,2 %

 

Il-kumpaniji l-oħra kollha

9,7 %

B999

3.   L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 għandha tiddependi mill-preżentazzjoni lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri ta' fattura kummerċjali valida, li għandha tkun konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness II. Jekk din il-fattura ma tiġix ippreżentata, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”.

4.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti fis-seħħ rigward id-dazji tad-dwana.

Artikolu 2

1.   Mingħajr ħsara għall-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 597/2009, il-partijiet interessati jistgħu jagħmlu talba għall-iżvelar tal-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom ġie adottat dan ir-Regolament, jagħtu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u japplikaw biex jinstemgħu verbalment mill-Kummissjoni fi żmien xahar mid-dejta tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

2.   Skont l-Artikolu 31(4) tar-Regolament (KE) Nru 597/2009, il-partijiet ikkonċernati jistgħu jikkummentaw fuq l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament fi żmien xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1 japplika għal perjodu ta' erba' xhur.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Ottubru 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93.

(2)  Avviż ta' Bidu ta' proċediment ta' kontra s-sussidju rigward l-importazzjonijiet ta' ċerta trota qawsalla li toriġina fit-Turkija (ĠU C 44, 15.2.2014, p. 9).

(3)  ĠU C 297, 4.9.2014, p. 23.

(4)  Notifika tal-Bidu ta' proċedura antidumping li tikkonċerna importazzjonijiet ta' rainbow trout li toriġina mit-Turkija (ĠU C 44, 15.2.2014, p. 18).

(5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 437/2004 tat-8 ta' Marzu 2004 li jimponi dazju definittiv ta' antidumping u li jiġbru b'mod definittiv id-dazju impost fuq importazzjonijiet ta' troti kbar rainbow li joriġinaw fin-Norveġja u fil-Gżejjer tal-Faeroe (ĠU L 72, 11.3.2004, p. 23).

(6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 628/2005 tat-22 ta' April 2005 li jimponi dazju antidumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet tas-salamun imrobbi fil-farms li joriġina min-Norveġja, ĠU L 104, 23.4.2005, p. 5 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 85/2006 tas-17 ta' Jannar 2006 li jimponi dazju definittiv ta' antidumping u li jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq importazzjonijiet tas-salamun imrobbi li joriġina min-Norveġja (ĠU L 15, 20.1.2006, p. 1).

(7)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 437/2004 tat-8 ta' Marzu 2004 li jimponi dazju definittiv ta' antidumping u li jiġbru b'mod definittiv id-dazju impost fuq l-importazzjonijiet ta' troti kbar rainbow li joriġinaw fin-Norveġja u fil-Gżejjer tal-Faeroe (ĠU L 72, 11.3.2004, p. 23).

(8)  L-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikultura tan-Nazzjonijiet Uniti; il-Ministeru Tork tal-Ikel, l-Agrikultura u l-Bhejjem; l-Assoċjazzjoni Torka tal-Frott tal-Baħar

(9)  L-Eurostat: Indiċi tal-kost lavorattiv tal-UE-28, valur nominali — dejta trimestrali (NACE Rev. 2)

(10)  L-Eurostat: HICP tal-UE 28 — rata ta' inflazzjoni — rata ta' bidla medja annwali kumulattiva ( %) mill-2010 sal-2013.

(11)  Nielsen, M., Jensen, C. L., Nielsen, R., Petersen, C. S., & Ravensbeck, L. (2008). Globale markedsmodeller for laksefisk, fiskemel og olie, herunder data for engroshandel. København: Museum Tusculanum. (Rapport/Fødevareøkonomisk Institut; Nr. 198). http://curis.ku.dk/ws/files/44694071/Rapport_198.pdf

(12)  European Commission, Directorate-General for Trade, Directorate H, Rue de la Loi 170, 1040 Brussels, Belgium.


ANNESS I

Produtturi esportaturi Torok mhux inklużi fil-kampjun li kkooperaw u li ma ngħatawx eżami individwali:

Isem

Kodiċi TARIC addizzjonali

Abalıoğlu Yem-Soya ve Tekstil San. A.Ş.

B968

Ada Su Ürünleri Turizm İnşaat ve Ticaret Ltd. Şti.

B969

Ahmet Aydeniz Gıda San. ve Tic. A.Ş.

B970

Alba Lojistik İhracat İthalat Ltd. Şti.

B971

Alba Su Ürünleri A.Ş.

B972

Alfam Su Ürünleri A.Ş.

B973

Alima Su Ürünleri ve Gida San. Tic. A.Ş.

B974

Alka Su Ürünleri A.Ş.

B975

Azer Altin Su Ürünleri

B976

Bağcı Balık Gıda ve Enerji Üretimi San ve Tic. A.Ş.

B977

Çamlı Yem Besicilik Sanayii ve Ticaret A.Ş

B978

Çirçir Su Ürünleri Ltd. Şti.

B979

Ipaş Su Ürünleri A.Ş.

B980

Kemal Balıkçılık Ihr. Ltd. Şti.

B981

Liman Entegre Balıkçılık San ve Tic. Ltd. Şti.

B982

Miray Su Ürünleri

B983

Önder Su Ürünleri San. ve Tic. Ltd. Şti.

B984

Penta Su Ürünleri Üretim ve Sanayi Tic. A.Ş.

B985

Tai Su Ürünleri Ltd. Şti.

B986

TSM Deniz Ürünleri San. Tic. A.Ş.

B987

Ugurlu Balık A.Ş.

B988

Yaşar Dış Tic. A.Ş.

B989


ANNESS II

Il-fattura kummerċjali valida msemmija fl-Artikolu 1(4) trid tinħareġ u turi dan li ġej:

1.

L-isem u l-funzjoni tal-uffiċjal tal-entità li toħroġ il-fattura kummerċjali.

2.

Id-dikjarazzjoni li ġejja:

“Jiena, hawn taћt iffirmat, niddikjara li t-trota qawsalla mibjugħa gћall-esportazzjoni fil-Komunità Ewropea u li hi koperta b'din il-fattura ġiet manifatturata minn (l-isem u l-indirizz tal-kumpanija) (il-kodiċi addizzjonali TARIC) fit-Turkija. Jiena niddikjara li l-informazzjoni mogħtija f'din il-fattura hija sħiħa u korretta.”

3.

L-isem u l-firma tal-uffiċjal tal-entità li qed toħroġ il-fattura kummerċjali.


6.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 319/36


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1196/2014

tat-30 ta' Ottubru 2014

li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 808/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistiċi tal-Komunità dwar is-soċjetà tal-informazzjoni

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 808/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar l-istatistiċi tal-Komunità dwar is-soċjetà tal-informazzjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 808/2004 stabbilixxa qafas komuni għall-produzzjoni sistematika ta' statistika Ewropea dwar is-soċjetà tal-informazzjoni.

(2)

Huma meħtieġa l-miżuri ta' implimentazzjoni biex jiġi deċiż liema dejta għandha titressaq għat-tħejjija tal-istatistika fil-Modulu 1: “L-intrapriżi u s-soċjetà tal-informazzjoni” u l-Modulu 2: “Individwi, djar u s-soċjetà tal-informazzjoni”, u biex jiġu ffissati l-iskadenzi għat-trażmissjoni tagħhom.

(3)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament jikkonformaw mal-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tas-Sistema tal-Istatistika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-dejta li trid tiġi trażmessa għall-produzzjoni tal-istatistika Ewropea dwar is-soċjetà tal-informazzjoni kif imsemmi fl-Artikoli 3(2) u 4 tar-Regolament (KE) Nru 808/2004 fil-Modulu 1: “L-intrapriżi u s-soċjetà tal-informazzjoni” u l-Modulu 2: “Individwi, djar u s-soċjetà tal-informazzjoni”, għandhom ikunu kif speċifikat fl-Annessi I u II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Ottubru 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 143, 30.4.2004, p. 49.


ANNESS I

Modulu 1: L-intrapriżi u s-soċjetà tal-informazzjoni

1.   IS-SUĠĠETTI U D-DETTALJI TAGĦHOM

(a)

Is-suġġetti li jridu jiġu koperti għas-sena ta' referenza 2015, magħżula mil-lista fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 808/2004, huma:

is-sistemi tal-ICT u l-użu tagħhom fl-intrapriżi,

il-kompetenza fl-ICT fl-unità tal-intrapriża u l-bżonn għal kompetenza fl-ICT,

l-użu li l-intrapriżi jagħmlu mill-Internet u minn netwerks elettroniċi oħrajn,

l-użu tat-teknoloġiji u l-aċċess għalihom li jipprovdi l-possibbiltà li wieħed jaqbad mal-Internet jew ma' netwerks oħra minn kullimkien kull ħin (konnettività ubikwa),

il-proċessi u l-u aspetti organizzattivi tan-negozju elettroniku,

is-sigurtà u l-fiduċja fl-ICT,

il-kummerċ elettroniku,

ostakli għall-użu tal-ICT, tal-Internet u ta' netwerks elettroniċi oħrajn, proċessi ta' kummerċ elettroniku u negozju elettroniku,

(b)

Għandhom jinġabru l-karatteristiċi li ġejjin marbuta mal-intrapriżi:

Sistemi ta' ICT u l-użu tagħhom fl-intrapriżi

Id-dettall li jrid jinġabar dwar l-intrapriżi kollha:

l-użu tal-kompjuter.

Il-karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi li jużaw il-kompjuters:

(fakultattiv) il-persuni impjegati jew perċentwal tat-total ta' persuni impjegati li jużaw il-kompjuter għall-għanijiet tan-negozju.

Kompetenza tal-ICT fl-unità tal-intrapriża u l-ħtieġa tal-kompetenzi fl-ICT

Il-karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi li jużaw il-kompjuters:

l-impjieg ta' speċjalisti tal-ICT,

l-għoti ta' kwalunkwe tip ta' taħriġ għall-iżvilupp ta' ħiliet marbutin mal-ICT għall-ispeċjalisti tal-ICT, matul is-sena kalendarja preċedenti,

l-għoti ta' kwalunkwe tip ta' taħriġ għall-iżvilupp ta' ħiliet marbutin mal-ICT għall-persuni impjegati oħra, matul is-sena kalendarja preċedenti,

ir-reklutaġġ, jew tentattiv li jiġu reklutati, speċjalisti tal-ICT, matul is-sena kalendarja preċedenti,

it-twettiq tax-xogħlijiet tal-ICT li jidhru hawn taħt tul is-sena kalendarja preċedenti (“B'mod ewlieni mill-impjegati stess tal-intrapriża, fosthom dawk li jkunu impjegati fl-intrapriża prinċipali jew f'intrapriża affiljata”; “B'mod ewlieni minn fornitur barrani”; “Ma japplikax”):

il-manutenzjoni tal-infrastruttura tal-ICT (servers, kompjuters, stampaturi, netwerks),

is-sostenn tas-softwer li jintuża fl-uffiċċju,

żvilupp ta' softwer/sistemi tal-ġestjoni ta' negozju,

is-sostenn ta' softwer/sistemi tal-ġestjoni ta' negozju,

l-iżvilupp ta' applikazzjonijiet tal-web,

is-sostenn tal-applikazzjonijiet tal-web,

is-sigurtà u l-protezzjoni tad-dejta.

Id-dettall li jrid jinġabar dwar l-intrapriżi li jużaw il-kompjuter u li rreklutaw jew ippruvaw jirreklutaw l-ispeċjalisti tal-ICT fis-sena kalendarja preċedenti:

il-karigi vojta ta' speċjalisti tal-ICT li ma setgħux jimtlew fis-sena kalendarja preċedenti.

L-użu li l-intrapriżi jagħmlu mill-Internet u minn netwerks elettroniċi oħrajn

Id-dettall li jrid jinġabar dwar l-intrapriżi li jużaw il-kompjuters:

l-aċċess għall-Internet.

Il-karatteristiċi li jridu jinġabru dwar l-intrapriżi li għandhom aċċess għall-Internet:

il-persuni impjegati, jew perċentwal tal-għadd totali ta' persuni impjegati li jużaw il-kompjuters b'aċċess għall-Internet għall-użu tan-negozju,

konnessjoni mal-Internet: DSL jew kwalunkwe tip ieħor ta' konnessjoni fissa broadband,

konnessjoni mal-Internet: konnessjoni broadband ċellulari permezz ta' apparat portabbli bl-użu tan-netwerks tat-telefown ċellulari (“3G” jew “4G”),

(fakultattiv) konnessjoni mal-Internet: konnessjoni broadband mobbli permezz ta' kompjuter li jista' jinġarr bl-użu tan-netwerks tat-telefown ċellulari (“3G” jew “4G”),

(fakultattiv) konnessjoni mal-Internet: konnessjoni broadband mobbli permezz ta' apparat ieħor li jista' jinġarr bħalma hu smartphone, bl-użu tan-netwerks tat-telefown ċellulari (“3G” jew “4G”),

l-użu ta' websajt,

il-persuni impjegati jew perċentwal tal-għadd totali tal-persuni impjegati li għandhom apparat portabbli li ngħatalhom mill-intrapriża, li jippermetti konnessjoni mal-Internet permezz tan-netwerks tat-telefown ċellulari, għall-użu tan-negozju,

l-użu ta' netwerks soċjali, mhux biss biex jiddaħħlu r-reklami mħallsa,

l-użu ta' blogs jew mikroblogs tal-intrapriża, mhux biss biex jiddaħħlu r-reklami mħallsa,

l-użu ta' websajts li jqassmu kontenut multimedjali, mhux biss biex jiddaħħlu r-reklami mħallsa,

l-użu ta' għodod ta' tqassim tal-għarfien bbażati fuq il-wiki, mhux biss biex jiddaħħlu r-reklami mħallsa,

l-użu ta' reklami mħallsa fuq l-Internet.

Id-dettall li jrid jinġabar dwar l-intrapriżi li għandhom id-DSL, jew kwalunkwe tip ieħor ta' konnessjoni broadband fissa, mal-Internet:

veloċità massima għat-tniżżil ikkuntrattata tal-iktar konnessjoni tal-Internet veloċi f'Mbit/s; ([0, < 2]; [2, < 10]; [10, < 30]; [30, < 100]; [>= 100]).

Il-karatteristiċi li jridu jinġabru dwar l-intrapriżi li għandhom websajt:

il-provvista tal-faċilità li ġejja: deskrizzjoni tal-prodotti jew tas-servizzi, listi tal-prezzijiet,

il-provvista tal-faċilità li ġejja: il-faċilità biex tordna, tirriżerva jew tibbukkja onlajn,

il-provvista tal-faċilità li ġejja: il-possibbiltà li l-viżitaturi jippersonalizzaw jew jiddisinjaw il-prodotti jew is-servizzi onlajn,

il-provvista tal-faċilità li ġejja: it-traċċar jew informazzjoni dwar l-istatus tal-ordnijiet li jkunu saru,

il-provvista tal-faċilità li ġejja: kontenut ippersonalizzat fil-websajt għall-viżitaturi regolari/rikorrenti,

il-provvista tal-faċilità li ġejja: ħoloq jew referenzi għall-profili tal-intrapriża fil-mezzi soċjali,

(fakultattiv) il-provvista tal-faċilità li ġejja: stqarrija speċifika dwar il-politika ta' privatezza, is-siġill ta' privatezza jew iċ-ċertifikat tas-sikurezza tal-websajt,

(fakultattiv) il-provvista tal-faċilità li ġejja: reklamar ta' karigi vojta jew applikazzjoni għal xogħol onlajn.

Il-karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi li jużaw mezzi soċjali, li jirreferu speċifikament għal netwerks soċjali, bloggijiet jew mikrobloggijiet tal-intrapriża, websajts li jqassmu kontenut multimedjali, għodod ta' tqassim tal-għarfien fuq il-bażi ta' wiki għal finijiet li mhumiex it-tqegħid ta' reklami mħallsa:

l-użu ta' mezzi soċjali għall-iżvilupp tal-immaġni tal-intrapriża jew għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti,

l-użu ta' mezzi soċjali għall-ksib jew għat-tweġib tal-opinjonijiet, valutazzjonijiet jew mistoqsijiet tal-klijenti,

l-użu ta' mezzi soċjali biex jiġu involuti l-klijenti fl-iżvilupp jew fl-innovazzjoni ta' prodotti jew servizzi,

l-użu ta' mezzi soċjali għall-kollaborazzjoni mas-sħab fin-negozju jew ma' organizzazzjonijiet oħra,

l-użu ta' mezzi soċjali għar-reklutaġġ tal-impjegati,

l-użu ta' mezzi soċjali għall-iskambju tal-fehmiet, tl-opinjonijiet jew tal-għarfien fi ħdan l-intrapriża,

L-aċċess għat-teknoloġiji u l-użu tagħhom li jipprovdu l-possibbiltà li wieħed jaqbad mal-Internet jew ma' netwerks oħra minn kullimkien kull ħin (konnettività ubikwa),

Il-karatteristiċi li jridu jinġabru dwar l-intrapriżi li għandhom aċċess għall-Internet:

(fakultattiv) il-provvista ta' aċċess mill-bod għas-sistema tal-emejl, għad-dokumenti jew għall-applikazzjonijiet tal-intrapriża,

(fakultattiv) l-użu ta' servizzi tal-cloud computing, minbarra servizzi mingħajr ħlas.

Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi li għandhom aċċess għall-Internet u li jixtru s-servizzi tal-cloud computing:

(fakultattiv) l-użu tal-emejl bħala servizz tal-cloud computing,

(fakultattiv) l-użu tas-softwer tal-uffiċċju bħala servizz tal-cloud computing,

(fakultattiv) l-ospitar tal-bażi(jiet) tad-dejta tal-intrapriża bħala servizz tal-cloud computing,

(fakultattiv) il-ħżin ta' fajls bħala servizz tal-cloud computing,

(fakultattiv) l-użu tas-softwer tal-finanzi jew tal-kontabbilità bħala servizz tal-cloud computing,

(fakultattiv) l-użu ta' Servizz tal-Ġestjoni tar-Relazzjonijiet mal-Klijenti (CRM) bħala servizz tal-cloud computing,

(fakultattiv) l-użu tas-saħħa informatika għat-tmexxija tas-softwer tal-intrapriża bħala servizz tal-cloud computing,

(fakultattiv) l-użu tas-servizzi tal-cloud computing mibgħuta minn servers komuni tal-fornituri tas-servizzi,

(fakultattiv) l-użu tas-servizzi tal-cloud computing mibgħuta minn servers ta' fornituri tas-servizzi, riżervati esklużivament għall-intrapriża.

Proċessi tan-negozju elettroniku u aspetti organizzattivi

Il-karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi li jużaw il-kompjuters:

l-użu ta' pakket ta' softwer tal-ERP (l-Ippjanar tar-Riżorsi għall-Intrapriżi) biex tinqasam l-informazzjoni fost oqsma funzjonali differenti,

l-użu ta' kwalunkwe applikazzjoni ta' softwer għall-ġestjoni tal-informazzjoni dwar il-klijenti (Ġestjoni tar-Relazzjonijiet mal-Klijenti — is-softwer tas-CRM) li jippermetti lill-intrapriża taqbad, taħżen u tpoġġi għad-dispożizzjoni ta' funzjonijiet oħrajn tan-negozju, l-informazzjoni dwar il-klijenti tagħha,

l-użu ta' kwalunkwe applikazzjoni ta' softwer għall-ġestjoni tal-informazzjoni dwar il-klijenti (Ġestjoni tar-Relazzjonijiet mal-Klijenti — is-softwer tas-CRM) li jippermetti l-analiżi tal-informazzjoni dwar il-klijenti għal skopijiet ta' kummerċjalizzazzjoni,

l-iskambju elettroniku ta' informazzjoni ta' Ġestjoni tal-Katina tal-Provvista (SCM) ma' fornituri jew ma' klijenti biex jiġu kkoordinati d-disponibbiltà u t-twassil ta' prodotti jew ta' servizzi lill-konsumatur finali, mingħajr il-bżonn li l-informazzjoni tiddaħħal manwalment.

(fakultattiv) il-bgħit ta' fatturi lil intrapriżi oħrajn jew lil awtoritajiet pubbliċi, matul is-sena kalendarja preċedenti,

(fakultattiv) il-perċentwal tal-fatturi kollha li ntbagħtu bħala fatturi elettroniċi ta' tifsila standard addattata għall-ipproċessar awtomatiku, lil intrapriżi oħrajn jew lill-awtoritajiet pubbliċi, matul is-snin kalendarji preċedenti,

(fakultattiv) il-perċentwal tal-fatturi kollha li ntbagħtu bħala fatturi elettroniċi f'forma li mhijiex addattata għall-ipproċessar awtomatiku, lil intrapriżi oħrajn jew lill-awtoritajiet pubbliċi, matul is-sena kalendarja preċedenti,

(fakultattiv) il-perċentwal tal-fatturi kollha li ntbagħtu biss bħala fatturi fuq il-karta, lil intrapriżi oħrajn jew lill-awtoritajiet pubbliċi, matul is-sena kalendarja preċedenti,

(fakultattiv) il-perċentwal tal-fatturi kollha li waslu bħala fatturi elettroniċi ta' tifsila standard li hija addattata għall-ipproċessar awtomatiku, matul is-sena kalendarja preċedenti,

(fakulattiva) il-perċentwal tal-fatturi kollha li waslu bħala fatturi jew fuq il-karta jew elettroniċi f'forma li mhijiex addattata għall-ipproċessar awtomatiku, matul is-sena kalendarja preċedenti,

Il-karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi li jaqsmu l-informazzjoni ta' Ġestjoni tal-Katina tal-Provvista b'mod elettroniku:

l-iskambju elettroniku ta' informazzjoni ta' Ġestjoni tal-Katina tal-Provvista mal-fornituri jew mal-konsumaturi permezz ta' websajts (il-websajt tal-intrapriża, il-websajt tas-sħab tan-negozju jew il-portali tal-web),

l-iskambju elettroniku ta' informazzjoni ta' Ġestjoni tal-Katina tal-Provvista mal-fornituri jew mal-klijenti permezz ta' skambju elettroniku ta' informazzjoni li tkun addattata għall-ipproċessar awtomatiku.

Is-sigurtà u l-fiduċja fl-ICT,

Id-dettall li jrid jinġabar dwar l-intrapriżi li jużaw il-kompjuters:

il-preżenza ta' politika ddefinita b'mod formali dwar l-ICT.

Karatteristiċi li jridu jinġabru dwar l-intrapriżi li jużaw il-kompjuters u li għandhom politika ta' sigurtà tal-ICT iddefinita b'mod formali:

riskju indirizzat fil-politika dwar is-sigurtà tal-ICT: it-tħassir jew il-korruzzjoni tad-dejta minħabba xi attakk jew minħabba xi inċident mhux mistenni,

riskju indirizzat fil-politika dwar is-sigurtà tal-ICT: l-iżvelar ta' dejta kunfidenzjali minħabba interferenza, attakki ta' “pharming” jew “phishing” jew bi żball,

riskju indirizzat fil-politika dwar is-sigurtà tal-ICT: waqfien tas-servizzi tal-ICT minħabba xi attakk minn barra (eżempju attakk li jikkawża nuqqas ta' servizz),

il-perjodu tad-definizzjoni jew tal-analiżi l-aktar riċenti tal-politika tas-sigurtà tal-ICT (“fl-aħħar tnax-il xahar”; “aktar minn tnax-il xahar u sa 24 xahar ilu”; “aktar minn 24 xahar ilu”).

Il-kummerċ elettroniku

Il-karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi li jużaw il-kompjuters:

il-wasla ta' ordnijiet għal prodotti jew għas-servizzi li jkunu saru permezz ta' websajts jew applikazzjonijiet (bejgħ bl-Internet), fis-sena kalendarja preċedenti,

(fakultattiv) ostakli li jillimitaw jew jipprevjenu l-bejgħ permezz ta' websajt jew applikazzjoni minħabba li l-prodotti jew is-servizzi ma jkunux addattati biex jinbiegħu bl-Internet,

(fakultattiv) ostakli li jillimitaw jew jipprevjenu l-bejgħ permezz ta' websajt jew applikazzjoni minħabba problemi loġistiċi,

(fakultattiv) ostakli li jillimitaw jew jipprevjenu l-bejgħ permezz ta' websajt jew applikazzjoni minħabba problemi marbutin mal-ħlas,

(fakultattiv) ostakli li jillimitaw jew jipprevjenu l-bejgħ permezz ta' websajt jew applikazzjoni minħabba problemi tal-ICT marbutin mas-sigurtà jew mal-protezzjoni tad-dejta,

(fakultattiv) ostakli li jillimitaw jew jipprevjenu l-bejgħ permezz ta' websajt jew applikazzjoni minħabba problemi marbutin mal-qafas legali,

(fakultattiv) ostakli li jillimitaw jew jipprevjenu l-bejgħ permezz ta' websajt jew applikazzjoni spejjeż ta' investiment għoljin meta mqabbla mal-benefiċċji mistennija,

il-wasla ta' ordnijiet għal prodotti jew servizzi permezz ta' messaġġi tat-tip EDI (bejgħ tat-tip EDI), fis-sena kalendarja preċedenti,

l-ordnijiet li saru għal prodotti jew għal servizzi permezz ta' websajt, applikazzjoni, jew messaġġi tat-tip EDI, fis-sena kalendarja preċedenti.

Il-karatteristiċi li jridu jinġabru dwar l-intrapriżi li rċevew ordnijiet permezz ta' websajts jew applikazzjoni matul is-sena kalendarja preċedenti:

il-valur jew il-perċentwal tad-dħul totali tal-bejgħ kummerċjali elettroniku li jirriżulta minn ordnijiet li saru bil-websajts, jew b'applikazzjoni fis-sena kalendarja preċedenti,

il-perċentwal tal-bejgħ kummerċjali elettroniku (dħul) lil konsumaturi privati (B2C) li jirriżulta minn ordnijiet li jkunu saru permezz ta' websajts jew applikazzjoni fis-sena kalendarja preċedenti,

il-perċentwal tal-bejgħ kummerċjali elettroniku (dħul) lil intrapriżi oħra (B2B) u bejgħ kummerċjali elettroniku lill-awtoritajiet pubbliċi (B2G) li jirriżulta minn ordnijiet li jkunu saru permezz ta' websajts jew applikazzjoni, fis-sena kalendarja preċedenti,

bejgħ elettroniku skont l-oriġini: mill-pajjiż tal-istabbiliment, fis-sena kalendarja preċedenti,

bejgħ elettroniku skont l-oriġini: minn pajjiżi oħra tal-UE, fis-sena kalendarja preċedenti,

bejgħ elettroniku skont l-oriġini: mill-bqija tad-dinja, fis-sena kalendarja preċedenti,

(fakultattiv) l-użu ta' sistemi ta' ħlas onlajn għal bejgħ permezz ta' websajt jew applikazzjoni, jiġifieri ħlas integrat mat-transazzjoni tal-ordni,

(fakultattiv) l-użu ta' sistemi ta' ħlas offlajn għal bejgħ permezz ta' websajt jew applikazzjoni, jiġifieri ħlas mhux integrat mat-transazzjoni tal-ordni.

Il-karatteristiċi li għandhom jinġabru għall-intrapriżi li rċevew ordnijiet għal prodotti jew servizzi permezz ta' messaġġi tat-tip EDI:

il-valur jew il-perċentwal tad-dħul totali tal-bejgħ kummerċjali elettroniku li jirriżulta minn ordnijiet li waslu permezz ta' messaġġi tat-tip EDI, fis-sena kalendarja preċedenti,

bejgħ elettroniku skont l-oriġini: mill-pajjiż tal-istabbiliment, fis-sena kalendarja preċedenti,

bejgħ elettroniku skont l-oriġini: minn pajjiżi oħra tal-UE, fis-sena kalendarja preċedenti,

bejgħ elettroniku skont l-oriġini: mill-bqija tad-dinja, fis-sena kalendarja preċedenti.

Il-karatteristiċi li jridu jinġabru dwar l-intrapriżi li għamlu ordnijiet permezz ta' websajt jew applikazzjoni jew messaġġi tat-tip EDI:

(fakultattiv) l-ordnijiet għal prodotti jew għal servizzi mibgħuta permezz ta' websajt jew applikazzjoni, fis-sena kalendarja preċedenti,

(fakultattiv) l-ordnijiet għal prodotti jew għal servizzi mibgħuta permezz ta' messaġġi tat-tip EDI, fis-sena kalendarja preċedenti,

l-ordnijiet li saru għal prodotti jew servizzi sa valur ta' mill-inqas 1 % tal-valur totali tax-xiri, permezz ta' websajt, applikazzjoni jew messaġġ tat-tip EDI matul is-sena kalendarja preċedenti.

Il-karatteristiċi li jridu jinġabru dwar l-intrapriżi li jkunu għamlu l-ordnijiet permezz ta' websajt, applikazzjoni jew messaġġ tat-tip EDI għall-valur ta' mill-inqas 1 % tal-valur totali tax-xiri fis-sena kalendarja preċedenti:

(fakultattiv) xiri elettroniku skont l-oriġini: mill-pajjiż tal-istabbiliment, fis-sena kalendarja preċedenti,

(fakultattiv) xiri elettroniku skont l-oriġini: minn pajjiżi oħra tal-UE, fis-sena kalendarja preċedenti,

(fakultattiv) xiri elettroniku skont l-oriġini: mill-bqija tad-dinja, fis-sena kalendarja preċedenti.

(c)

Il-karatteristiċi li ġejjin dwar il-kuntest tal-impriża għandhom jinġabru jew jinkisbu minn sorsi alternattivi:

Il-karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi kollha:

l-attività ekonomika prinċipali tal-intrapriża, fis-sena kalendarja preċedenti,

l-għadd medju ta' persuni impjegati, fis-sena kalendarja preċedenti.

id-dħul totali (f'termini ta' valur, eskluża l-VAT), fis-sena kalendarja preċedenti.

2.   KOPERTURA

Il-karatteristiċi speċifikati fl-intestaturi 1(b) sa (c) ta' dan l-Anness għandhom jinġabru u jinkisbu għall-intrapriżi kklassifikati taħt l-attivitajiet ekonomiċi li ġejjin, għad-daqsijiet ta' intrapriżi li ġejjin u bl-ambitu ġeografiku li ġej.

(a)

Attività ekonomika: intrapriżi kklassifikati fil-kategoriji li ġejjin tan-NACE Rev. 2:

Kategorija tan-NACE

Deskrizzjoni

Taqsima C

“Manifattura”

Taqsimiet D, E

“Elettriku, gass u fwar, provvista tal-ilma, immaniġġjar ta' dranaġġ u ta' skart”

Taqsima F

“Bini”

Taqsima G

“Negozju bl-ingrossa u bl-imnut; tiswija ta' vetturi bil-mutur u ta' muturi”

Taqsima H

“Trasport u ħażna”

Taqsima I

“Akkommodazzjoni u attivitajiet ta' servizzi marbuta mal-ikel”

Taqsima J

“Informazzjoni u komunikazzjoni”

Taqsima L

“Attivitajiet marbuta ma' proprjetà immobbli”

Diviżjonijiet 69-74

“Attivitajiet professjonali, xjentifiċi u tekniċi”

Taqsima N

“Attivitajiet amministrattivi u ta' sostenn”

Grupp 95.1

“Tiswija ta' kompjuters u tagħmir għall-komunikazzjoni”

(b)

Daqs tal-intrapriża: intrapriżi b'10 persuni impjegati jew aktar. Intrapriżi b'inqas minn 10 persuni impjegati jistgħu jiġu koperti b'mod fakultattiv.

(c)

L-ambitu ġeografiku: intrapriżi li jinsabu fi kwalunkwe parti tat-territorju tal-Istat Membru.

3.   PERJODI TA' REFERENZA

Il-perjodu ta' referenza hija s-sena 2014 għad-dettalji li jirreferu għas-sena kalendarja preċedenti. Il-perjodu ta' referenza huwa l-2015 għad-dettalji l-oħra.

4.   TQASSIM

Għas-suġġetti u l-karatteristiċi tagħhom elenkati fl-intestatura 1(b) ta' dan l-Anness, għandhom jingħataw Il-karatteristiċi kuntestwali li ġejjin.

(a)

Tqassim tal-attività ekonomika: skont l-aggregati tan-NACE Rev. 2 li ġejjin:

Aggregazzjoni tan-NACE Rev. 2 għall-kalkolu possibbli tal-aggregati nazzjonali

10-18

19-23

24-25

26-33

35-39

41-43

45-47

47

49-53

55

58-63

68

69-74

77-82

26.1-26.4, 26.8, 46.5, 58.2, 61, 62, 63.1, 95.1

Aggregazzjoni tan-NACE Rev. 2 għall-kalkolu possibbli tal-aggregati Ewropej

10-12

13-15

16-18

26

27-28

29-30

31-33

45

46

55-56

58-60

61

62-63

77-78 + 80-82

79

95.1

(b)

Tqassim skont il-klassifika tad-daqs: id-dejta għandha tiġi maqsuma skont il-klassifiki tad-daqs li ġejjin skont l-għadd ta' persuni impjegati:

Klassifika tad-daqs

10 persuni impjegati jew aktar

minn 10 sa 49 persuna impjegata

minn 50 sa 249 persuna impjegata

250 persuni impjegati jew aktar

Fejn ikun kopert, it-tqassim li ġej għandu jiġi applikat għall-intrapriżi li għandhom inqas minn 10 persuni impjegati. (“Il-ġbir tad-dettalji għall-klassifiki tad-daqs inqas minn 5 persuni impjegati” u “b'minn 5 sa 9 persuni impjegati” ikun fakultattiv.)

Klassifika tad-daqs

Inqas minn 10 persuni impjegati

Inqas minn 5 persuni impjegati (fakultattiv)

minn 5 sa 9 persuni impjegati (fakultattiv)

5.   PERJODIĊITÀ

Id-dejta għandha tingħata darba għas-sena 2015.

6.   SKADENZI

(a)

Id-dejta aggregata msemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 808/2004, fejn meħtieġ immarkata bħala kunfidenzjali jew mhux affidabbli, trid tiġi trażmessa lill-Eurostat qabel il-5 ta' Ottubru 2015. Sa dakinhar, is-sett tad-dejta għandu jkun iffinalizzat, ivvalidat u aċċettat.

(b)

Il-metadejta msemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 808/2004 trid tintbagħat lill-Eurostat qabel il-31 ta' Mejju 2015.

(c)

Ir-rapport dwar il-kwalità msemmi fl-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 808/2004 għandu jintbagħat lill-Eurosat sal-5 ta' Novembru 2015.

(d)

Id-dejta u l-metadejta għandhom jingħataw lill-Eurostat skont l-istandard ta' skambju speċifikat mill-Eurostat permezz tas-servizzi tal-Punt tad-Dħul Uniku. Il-metadejta u r-rapport tal-kwalità għandhom jingħataw bit-tifsila standard tal-metadejta ddefinita mill-Eurostat.


ANNESS II

Modulu 2: Individwi, unitajiet domestiċi u s-soċjetà tal-informazzjoni

1.   IS-SUĠĠETTI U D-DETTALJI TAGĦHOM

(a)

Is-suġġetti li jridu jiġu koperti għas-sena ta' referenza 2015, magħżula mil-lista fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 808/2004, huma:

l-aċċess għall-ICTs u l-użu tiegħu minn individwi u/jew unitajiet domestiċi,

l-użu tal-Internet u networks elettroniċi oħra għal raġunijiet differenti minn individwi u/jew unitajiet domestiċi,

kompetenzi u ħiliet fl-ICT,

ostakli għall-użu tal-ICT u l-Internet,

l-użu tal-ICT minn individwi biex jiskambjaw l-informazzjoni u s-servizzi ma' amministrazzjonijiet governattivi u pubbliċi (e-gvern),

l-aċċess għat-teknoloġiji u l-użu tagħhom li jippermettu konnessjoni mal-Internet jew ma' networks oħra minn kullimkien kull ħin (konnettività ubikwa)

is-sigurtà u l-fiduċja fl-ICT.

(b)

Għandhom jinġabru d-dettalji li ġejjin:

L-aċċess għal-ICT u l-użu tiegħu minn individwi u/jew minn unitajiet domestiċi

Il-karatteristiċi li jridu jinġabru dwar id-djar kollha:

l-aċċess għal kompjuter mid-dar,

l-aċċess għall-Internet mid-dar (bi kwalunkwe apparat).

Il-karatteristiċi li jridu jinġabru dwar id-djar li għandhom aċċess għall-Internet:

it-tip ta' konnessjoni broadband li tintuża għall-aċċess tal-Internet mid-dar: konnessjoni broadband fissa, pereżempju DSL, ADSL, VDSL, kejbil, kejbil fibrottiku, satellita, konnessjonijiet WiFi pubbliċi,

it-tip ta' konnessjoni broadband li tintuża għall-aċċess tal-Internet mid-dar: konnessjoni broadband mobbli (permezz ta' netwerk tat-telefown ċellulari, ta' mill-inqas 3G, pereżempju UMTS bl-użu ta' (SIM) card, jew ċavetta USB, telefown ċellulari jew smartphone li jintużaw bħala modem),

(fakultattiv) it-tip ta' konnessjoni li tintuża għall-aċċess tal-Internet mid-dar: aċċess bil-linja normali tat-telefown billi jċempel jew permezz ta' ISDN,

tip ta' konnessjoni broadband li tintuża għall-aċċess tal-Internet mid-dar: konnessjoni narrowband mobbli (permezz ta' netwerk tat-telefown ċellulari, ta' mill-inqas 3G, pereżempju 2G+/GPRS bl-użu ta' (SIM) card, jew ċavetta USB, telefown ċellulari jew smartphone li jintużaw bħala modem).

Il-karatteristiċi li jridu jinġabru dwar l-individwi kollha:

l-użu l-aktar riċenti tal-kompjuter mid-dar, fuq il-post tax-xogħol jew f'post ieħor (f'dawn l-aħħar tliet xhur; bejn tliet xhur u sena ilu; aktar minn sena ilu; qatt ma ntuża kompjuter).

Il-karatteristiċi li jridu jinġabru dwar l-individwi li jkunu użaw kompjuter f'dawn l-aħħar tliet xhur:

il-frekwenza medja tal-użu tal-kompjuter (kuljum jew kważi kuljum; tal-inqas darba fil-ġimgħa (iżda mhux kuljum); inqas minn darba fil-ġimgħa),

L-użu tal-Internet għal raġunijiet differenti minn individwi u/jew fid-djar

Il-karatteristiċi li jridu jinġabru dwar l-individwi kollha:

l-aktar użu reċenti tal-Internet (f'dawn l-aħħar tliet xhur; bejn tliet xhur u sena ilu; aktar minn sena ilu; qatt ma ntuża l-Internet).

Il-karatteristiċi li jridu jinġabru dwar l-individwi li diġà jkunu użaw l-Internet:

l-aktar attività ta' kummerċ bl-Internet riċenti għall-użu privat (f'dawn l-aħħar tliet xhur; bejn tliet xhur u sena ilu; aktar minn sena ilu; qatt ma xtraw jew ordnaw xejn fuq l-Internet).

Il-karatteristiċi li jridu jinġabru dwar l-individwi li jkunu użaw l-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur:

il-frekwenza medja ta' użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur (kuljum jew kważi kuljum; tal-inqas darba fil-ġimgħa (iżda mhux kuljum); inqas minn darba fil-ġimgħa),

użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur biex wieħed jibgħat u/jew jirċievi l-emejls,

l-użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur għal skopijiet privati ta' telefonati minn fuq l-Internet, telefonati viżivi (permezz ta' webcam) minn fuq l-Internet (bl-użu ta' applikazzjonijiet bħal Skype jew Facetime),

l-użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur għal skopijiet privati ta' parteċipazzjoni f'netwerks soċjali (ħolqien ta' profil tal-utent, impustar ta' messaġġi jew xi kontribuzzjoni oħra),

l-użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur għal skopijiet privati biex wieħed itella' kontenut maħluq minnu stess (testijiet, ritratti, vidjos, mużika, softwer eċċ.) għat-tqassim fi kwalunkwe websajt,

l-użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur għal skopijiet privati biex wieħed jaqra aħbarijiet, gazzetti u rivisti tal-aħbarijiet onlajn,

l-użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur għal skopijiet privati biex wieħed ifittex it-tagħrif dwar is-saħħa (eż. dwar korriment, mard, nutriment, titjib tas-saħħa),

l-użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur għal skopijiet privati biex wieħed ifittex it-tagħrif dwar offerti edukattivi, ta' taħriġ jew ta' korsijiet,

l-użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur għal skopijiet privati biex jiġu kkonsultati wikis (għall-ksib ta' għarfien dwar kwalunkwe suġġett,

l-użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur għal skopijiet privati biex wieħed isib l-informazzjoni dwar oġġetti jew servizzi,

l-użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur għal skopijiet privati biex wieħed iniżżel is-softwer (minbarra s-softwer tal-logħob),

l-użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur għal skopijiet privati ta' impustar ta' opinjonijiet dwar kwistjonijiet ċiviċi jew politiċi permezz ta' websajts (eż. bloggijiet, netwerks soċjali),

l-użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur għal skopijiet privati biex wieħed jieħu sehem f'konsultazzjonijiet jew votazzjonijiet onlajn għad-definizzjoni ta' kwistjonijiet ċiviċi u politiċi (eż. l-ippjanar urban, l-iffirmar ta' xi petizzjoni),

l-użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur għal skopijiet privati biex wieħed ifittex impjieg jew jibgħat applikazzjoni għal impjieg,

l-użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur għall-parteċipazzjoni f'netwerks professjonali (ħolqien ta' profil tal-utent, impustar ta' messaġġi jew xi kontribuzzjonijiet oħra eż. fuq LinkedIn, Xing),

l-użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur għal skopijiet privati biex wieħed juża servizzi marbuta mal-ivvjaġġar jew mal-akkomodazzjoni konnessa mal-ivvjaġġar,

l-użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur għal skopijiet privati għall-bejgħ ta' prodotti jew servizzi, eż. permezz ta' rkantijiet onlajn,

l-użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur għal skopijiet privati għall-użu ta' servizzi bankarji fuq l-Internet,

l-użu tal-ispazju ta' ħżin fl-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur għal skopijiet privati biex wieħed iżomm fajls ta' dokumenti, ritratti, mużika, vidjo jew oħrajn (eż. Google Drive, Dropbox, Windows OneDrive (li qabel kien Skydrive), iCloud, Amazon Cloud Drive),

l-użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur għal attivitajiet ta' tagħlim għal skopijiet edukattivi, professjonali jew privati: segwiment ta' korsijiet onlajn,

l-użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur għal attivitajiet ta' tagħlim għal skopijiet edukattivi, professjonali jew privati: l-użu ta' materjal li jinsab onlajn li mhuwiex kors sħiħ (eż. materjali awdjoviżwali, softwer tat-tagħlim onlajn, kotba tal-istudju elettroniċi),

l-użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur għal attivitajiet ta' tagħlim għal skopijiet edukattivi, professjonali jew privati: il-komunikazzjoni ma' ħarrieġa jew ma' studenti permezz tal-websajts/portali edukattivi,

l-użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur għal attivitajiet ta' tagħlim għal skopijiet edukattivi, professjonali jew privati: oħrajn.

Dettall li jrid jinġabar dwar individwi li jkunu użaw l-Internet biex jipparteċipaw f'netwerks soċjali f'dawn l-aħħar tliet xhur għal skopijiet privati:

il-frekwenza medja tal-użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur (kuljum jew kważi kuljum; tal-inqas darba fil-ġimgħa (iżda mhux kuljum); inqas minn darba fil-ġimgħa),

Il-karatteristiċi li jridu jinġabru dwar l-individwi li jkunu użaw l-Internet għal attivitajiet kummerċjali għall-użu privat f'dawn l-aħħar 12-il xahar:

l-użu tal-Internet biex wieħed jordna l-ikel jew il-merċa fl-aħħar 12-il xahar,

l-użu tal-Internet biex wieħed jordna oġġetti tad-dar fl-aħħar 12-il xahar,

l-użu tal-Internet biex wieħed jordna mediċina fl-aħħar 12-il xahar,

l-użu tal-Internet biex wieħed jordna ħwejjeġ jew oġġetti sportivi fl-aħħar 12-il xahar,

l-użu tal-Internet biex wieħed jordna ħardwer tal-kompjuter fl-aħħar 12-il xahar,

l-użu tal-Internet biex wieħed jordna tagħmir elettroniku (inklużi kameras) fl-aħħar 12-il xahar,

l-użu tal-Internet biex jiġu ordnati servizzi tat-telekomunikazzjoni (eż. televixin, abbonamenti għall-broadband, abbonamenti għal telefown b'linja fissa jew ċellulari, tqegħid ta' flus f'kards telefoniċi mħallsa minn qabel) f'dawn l-aħħar 12-il xahar,

l-użu tal-Internet għax-xiri ta' ishma, poloz tal-assigurazzjoni u servizzi finanzjarji oħra fl-aħħar 12-il xahar,

l-użu tal-Internet biex wieħed jibbukkja l-akkomodazzjoni waqt btala (lukandi, eċċ.) fl-aħħar 12-il xahar,

l-użu tal-Internet biex wieħed jordna arranġamenti oħra ta' vvjaġġar (biljetti għat-trasport, kiri ta' karozza, eċċ.) f'dawn l-aħħar 12-il xahar,

l-użu tal-Internet biex wieħed jordna biljetti għal avvenimenti fl-aħħar 12-il xahar,

l-użu tal-Internet biex wieħed jordna films jew mużika f'dawn l-aħħar tnax-il xahar,

l-użu tal-Internet biex wieħed jordna kotba, rivisti jew gazzetti (inklużi kotba elettroniċi) f'dawn l-aħħar 12-il xahar,

l-użu tal-Internet biex wieħed jordna materjal tat-tagħlim elettroniku f'dawn l-aħħar tnax-il xahar,

l-użu tal-Internet biex wieħed jordna softwer tal-logħob tal-kompjuter, softwer ieħor tal-kompjuter u aġġornamenti ta' softwer f'dawn l-aħħar 12-il xahar (għandu jiġi rapportat separatament:

l-użu tal-Internet biex wieħed jordna oġġetti jew servizzi oħrajn fl-aħħar 12-il xahar,

prodotti jew servizzi mixtrija jew ordnati fl-aħħar 12-il xahar mingħand bejjiegħa nazzjonali,

prodotti jew servizzi mixtrija jew ordnati fl-aħħar 12-il xahar mingħand bejjiegħa minn pajjiżi oħrajn tal-UE,

prodotti jew servizzi mixtrija jew ordnati fl-aħħar 12-il xahar mingħand bejjiegħa mill-bqija tad-dinja,

prodotti jew servizzi mixtrija jew ordnati fl-aħħar 12-il xahar: il-pajjiż tal-oriġini tal-bejjiegħa mhux magħruf,

l-għadd ta' ordnijiet jew prodotti jew servizzi mixtrija permezz tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur (l-għadd ta' ordnijiet/xirjiet jew fi klassifikazzjonijiet: bejn ordni/xirja waħda u tnejn; bejn > 2 u 5 ordnijiet/xirjiet; bejn > 5 u 10 ordnijiet/xirjiet; > 10 ordijiet/xirjiet),

il-valur totali tal-prodotti jew tas-servizzi (minbarra ishma jew servizzi finanzjarji oħrajn) mixtrijin minn fuq l-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur (l-ammont f'euro jew fi klassifikazzjonijiet: inqas minn EUR 50 euro, minn EUR 50 sa inqas minn EUR 100, minn EUR 100 sa inqas minn EUR 500, minn EUR 500 sa inqas minn EUR 1 000, EUR 1 000 jew iżjed; mhux magħruf),

problemi mġarrba fil-kummerċ permezz tal-Internet: falliment tekniku tal-websajt waqt li tkun qed issir l-ordni jew ikun qed isir il-ħlas,

problemi mġarrba fil-kummerċ permezz tal-Internet: diffikultajiet biex tinsab l-informazzjoni dwar garanziji u drittijiet legali oħra,

problemi mġarrba fil-kummerċ permezz tal-Internet: il-veloċità tat-twassil tkun iżjed bil-mod milli jkun indikat,

problemi mġarrba fil-kummerċ permezz tal-Internet: spejjeż finali ogħla minn dawk indikati (eż. pustaġġ ogħla, ħlas mhux mistenni għat-tranżazzjoni),

problemi mġarrba fil-kummerċ permezz tal-Internet: prodotti mibgħuta bi żball flok oħrajn jew prodotti mibgħuta bil-ħsara,

problemi mġarrba fil-kummerċ permezz tal-Internet: problemi ta' frodi (eż. ma ntbagħat ebda prodtt jew ma ngħata ebda servizz, użu ħażin tad-dettalji tal-karta ta' kreditu),

problemi mġarrba fil-kummerċ permezz tal-Internet: diffikultà dwar ilment jew rimedju, jew ebda tweġiba sodisfaċenti wara lment,

problemi mġarrba fil-kummerċ permezz tal-Internet: bejjiegħ barrani ma jbigħx f'pajjiżek,

problemi mġarrba fil-kummerċ bl-Internet: oħrajn,

problemi mġarrba fil-kummerċ bl-Internet: xejn.

Kompetenzi u ħiliet fl-ICT

Il-karatteristiċi li jridu jinġabru dwar l-individwi li jkunu użaw l-Internet f'dawn l-aħħar 12-il xahar:

il-ħiliet għat-trasferiment ta' fajls bejn il-kompjuter u apparati oħra,

il-ħiliet biex wieħed jinstalla s-softwer jew l-applikazzjonijiet,

il-ħiliet biex wieħed ibiddel is-settings ta' kwalunkwe softwer, fosthom is-sistema operattiva jew programmi ta' sigurtà,

il-ħiliet biex wieħed jikkopja jew iċaqlaq fajls jew fowlders,

il-ħiliet fl-użu tas-softwer tal-word processing,

il-ħiliet għall-ħolqien ta' preżentazzjonijiet jew dokumenti li jintegraw test flimkien ma' stampi jew tabelli,

il-ħiliet fl-użu tas-softwer tal-ispread sheets,

il-ħiliet ta' editjar ta' ritratti, jew fajls tal-vidjo jew tal-awdjo,

il-ħiliet tal-kitba ta' kodiċijiet fil-lingwaġġ tal-ipprogrammar.

Il-karatteristiċi li jridu jinġabru dwar l-individwi li jkunu użaw is-softwer tal-ispread sheets f'dawn l-aħħar 12-il xahar:

il-ħiliet fl-użu tal-funzjonijiet avvanzati tas-softwer tal-ispread sheets għall-organizzazzjoni u l-analiżi tad-dejta, bħalma huma klassifikazzjoni, tgħarbil, l-użu ta' formuli, il-ħolqien ta' tabelli.

Ostakli għall-użu tal-ICT u l-Internet

Il-karatteristiċi li li jridu jinġabru dwar il-familji mingħajr aċċess għall-Internet mid-dar:

ir-raġuni għan-nuqqas ta' aċċess għall-Internet mid-dar: aċċess għall-Internet minn xi mkien ieħor,

ir-raġuni għan-nuqqas ta' aċċess għall-Internet mid-dar: ma għandhomx bżonn l-Internet (minħabba li mhux utli, mhux interessanti, eċċ.),

ir-raġuni għan-nuqqas ta' aċċess għall-Internet mid-dar: l-ispejjeż tat-tagħmir huma għoljin wisq,

ir-raġuni għan-nuqqas ta' aċċess għall-Internet mid-dar: l-ispejjeż għall-aċċess huma għoljin wisq (telefown, abbonament tad-DSL, eċċ.),

ir-raġuni għan-nuqqas ta' aċċess għall-Internet mid-dar: nuqqas ta' ħiliet,

ir-raġuni għan-nuqqas ta' aċċess għall-Internet mid-dar: tħassib dwar sigurtà jew privatezza,

ir-raġuni għan-nuqqas ta' aċċess għall-Internet mid-dar: l-Internet bil-broadband mhux disponibbli fiż-żona tagħna,

ir-raġuni għan-nuqqas ta' aċċess għall-Internet mid-dar: oħrajn.

Karatteristiċi li għandhom jinġabru għall-individwi li jkunu wżaw l-Internet iżda dan ma għamluhx għal attivitajiet ta' kummerċ bl-Internet f'dawn l-aħħar tnax-il xahar:

ostakli għall-kummerċ bl-Internet: preferenza għax-xiri li jsir fuq il-post, wieħed ikun irid jara l-prodott, lealtà lejn il-ħwienet, drawwa,

ostakli għall-kummerċ bl-Internet: in-nuqqas ta' ħiliet jew għarfien (eż. l-utent ma kienx jaf kif juża l-websajt jew l-użu tagħha kien ikkumplikat wisq),

ostakli għall-kummerċ bl-Internet: it-twassil tal-oġġetti ordnati bl-Internet huwa problema (eż. idum wisq jew diffiċli mil-lat loġistiku),

ostakli għall-kummerċ bl-Internet: ħosbien dwar is-sigurtà tal-ħlas jew dwar il-privatezza (eż. l-għotja tad-dettalji tal-karta ta' kreditu jew ta' dettalji personali fuq l-Internet),

ostakli għall-kummerċ bl-Internet: ħosbien dwar il-fiduċja li wieħed jirċievi jew li jibgħat lura oġġetti, ħosbien dwar ilmenti jew rimborż,

ostakli għall-kummerċ bl-Internet: dak li jkun ma jkollux karta ta' ħlas biex ikun jista' jħallas bl-Internet,

(fakultattiv) ostakli għall-kummerċ bl-Internet: bejjiegħ barrani ma jbigħx f'pajjiżek,

ostakli għal kummerċ bl-Internet: oħrajn.

L-użu tal-ICT minn individwi biex jiskambjaw l-informazzjoni u s-servizzi ma' amministrazzjonijiet governattivi u pubbliċi (e-gvern),

Il-karatteristiċi li jridu jinġabru dwar l-individwi li jkunu użaw l-Internet f'dawn l-aħħar 12-il xahar:

l-użu tal-Internet f'dawn l-aħħar 12-il xahar għal għanijiet privati biex wieħed jikseb l-informazzjoni minn websajts ta' awtoritajiet pubbliċi jew ta' servizzi pubbliċi,

l-użu tal-Internet f'dawn l-aħħar 12-il xahar għal għanijiet privati biex wieħed iniżżel formoli uffiċjali minn websajts ta' awtoritajiet pubbliċi jew ta' servizzi pubbliċi,

l-użu tal-Internet f'dawn l-aħħar 12-il xahar għal għanijiet privati biex jintbagħtu formoli mimlija lil awtoritajiet pubbliċi jew lil servizzi pubbliċi,

Il-karatteristiċi li jridu jinġabru dwar individwi li ma bagħtux formoli mimlija lil websajts ta' awtoritajiet pubbliċi għal għanijiet privati f'dawn l-aħħar 12-il xahar:

ir-raġuni għaliex ma ntbagħtux formoli mimlijin lil websajts ta' awtoritajiet pubbliċi: mhux meħtieġ tressiq ta' formoli uffiċjali.

Il-karatteristiċi li jridu jinġabru dwar l-individwi li ma bagħtux formoli mimlija lil websajts ta' awtoritajiet pubbliċi għal għanijiet privati f'dawn l-aħħar 12-il xhar, u li ma tawx bħala raġuni għal dan li ma kellhomx jibagħtu formoli uffiċjali:

ir-raġuni għaliex ma bagħtux formoli mimlijin lill-awtoritajiet pubbliċi permezz tal-Internet: ma kien hemm ebda servizz ta' websajt ta' dan it-tip disponibbli,

ir-raġuni għaliex ma bagħtux formoli mimlijin lill-awtoritajiet pubbliċi permezz tal-Internet: in-nuqqas ta' ħiliet jew għarfien (eż. l-utent ma kienx jaf kif juża l-websajt jew l-użu tagħha kien ikkumplikat wisq),

ir-raġuni għaliex ma bagħtux formoli mimlijin lill-awtoritajiet pubbliċi permezz tal-Internet: tħassib dwar il-protezzjoni u s-sigurtà tad-dejta personali,

(fakultattiv) ir-raġuni għaliex ma bagħtux formoli mimlijin lill-awtoritajiet pubbliċi permezz tal-Internet: nuqqas ta' firem elettroniċi jew ID/ċertifikati elettroniċi (meħtieġa għall-awtentifikazzjoni/użu tas-servizz),

ir-raġuni għaliex ma bagħtux formoli mimlijin lill-awtoritajiet pubbliċi permezz tal-Internet: ħadli ħsieb ħaddieħor (eż. konsulent, konsulent fiskali, qraba jew membri tal-familja),

ir-raġuni għaliex ma bagħtux formoli mimlijin lill-awtoritajiet pubbliċi permezz tal-Internet: oħrajn.

Is-sigurtà u l-fiduċja fl-ICT

Il-karatteristiċi li jridu jinġabru dwar l-individwi li jkunu użaw l-Internet f'dawn l-aħħar 12-il xahar:

inċidenti mġarrba minħabba l-użu tal-Internet għal skopijiet privati f'dawn l-aħħar 12-il xahar: il-kompjuter ġie infettat b'virus jew b'xi infezzjoni oħra (eż. worm, Trojan horse) li wassal għal telf ta' informazzjoni jew ta' ħin,

inċidenti mġarrba minħabba l-użu tal-Internet għal skopijiet privati f'dawn l-aħħar 12-il xahar: l-abbuż ta' informazzjoni personali li tkun intbagħtet fuq l-Internet, jew vjolazzjonijiet oħra tal-privatezza (eż. l-abbuż ta' ritratti, ta' vidjos, jew ta' dejta personali mtellgħin fuq websajts komunitarji),

inċidenti mġarrba minħabba l-użu tal-Internet għal skopijiet privati f'dawn l-aħħar 12-il xahar: telf finanzjarju minħabba messaġġi frawdulenti (“phishing”) jew direzzjoni mill-ġdid għal websajts foloz li jitolbu l-informazzjoni personali (“pharming”),

inċidenti mġarrba minħabba l-użu tal-Internet għal skopijiet privati f'dawn l-aħħar 12-il xahar: telf finanzjarju minħabba użu frawdulenti ta' karti tal-ħlas (ta' kreditu kif ukoll ta' debitu),

inċidenti mġarrba minħabba l-użu tal-Internet għal skopijiet privati f'dawn l-aħħar 12-il xahar: it-tfal daħlu fuq websajts mhux addattati għalihom.

tħassib dwar is-sigurtà li jillimita jew ikun ta' ostaklu biex dak li jkun jordna jew jixtri oġġetti jew servizzi għall-użu privat permezz tal-Internet fl-aħħar 12-il xahar,

tħassib dwar is-sigurtà li jillimita jew iservi ta' ostaklu għat-twettiq ta' attivitajiet bankarji, bħall-ġestjoni tal-kontijiet għal għanijiet privati permezz tal-Internet fl-aħħar 12-il xahar,

tħassib dwar is-sigurtà li jillimita jew iservi ta' ostaklu għall-għotja ta' informazzjoni personali lil komunitajiet onlajn għal netwerking soċjali u professjonali fl-aħħar 12-il xahar,

tħassib dwar is-sigurtà li jillimita jew iservi ta' ostaklu għall-komunikazzjoni ma' servizzi jew amministrazzjonijiet pubbliċi għal għanijiet privati permezz tal-Internet fl-aħħar 12-il xahar,

tħassib dwar is-sigurtà li jillimita jew iservi ta' ostaklu għat-tniżżil għal għanijiet privati ta' software, mużika, fajls ta' vidjos, logħob jew fajls oħra tad-dejta mill-Internet fl-aħħar 12-il xahar,

tħassib dwar is-sigurtà li jillimita jew iservi ta' ostaklu għall-użu tal-Internet b'apparat mobbli (eż. laptop) permezz ta' konnessjoni mingħajr fil minn postijiet barra d-dar fl-aħħar 12-il xahar,

il-ħolqien ta' fajls rduppjati għas-sigurtà (dokumenti, ritratti, eċċ) minn kompjuter privat għal fuq xi apparat ta' ħżin estern (eż. CD, DVD, hard disk estern, ċavetta USB għall-ħżin), jew għal fuq spazju tal-ħżin fl-Internet (iva (jew b'mod awtomatiku, kif ukoll manwalment); le),

l-għarfien li l-kukis jistgħu jintużaw biex jiġu rintraċċati l-movimenti tan-nies fuq l-Internet, biex jinħolqu l-profili ta' kull utent biex jitfasslu reklami apposta għall-utenti,

it-tibdil, imqar darba, tas-settings tal-brawżer tal-Internet għall-prevenzjoni jew għal-limitazzjoni tal-kukis li jiddaħħlu fil-kompjuter ta' dak li jkun.

L-aċċess għat-teknoloġiji u l-użu tagħhom li jippermettu konnessjoni mal-Internet jew ma' networks oħra minn kullimkien kull ħin (konnettività ubikwa)

Il-karatteristiċi li jridu jinġabru dwar l-individwi li jkunu użaw l-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur:

l-użu ta' apparat ċellulari (jew smartphone) biex jinkiseb aċċess għall-Internet minn barra d-dar jew ix-xogħol,

l-użu ta' apparat ċellulari (jew smartphone) permezz ta' netwerk ċellulari biex jinkiseb aċċess għall-Internet minn barra d-dar jew ix-xogħol,

l-użu ta' apparat ċellulari (jew smartphone) permezz ta' netwerk mingħajr fil (eż. WiFi) biex jinkiseb aċċess għall-Internet minn barra d-dar jew ix-xogħol,

l-użu ta' kompjuter portabbli (eż laptop, tablet) biex jinkiseb aċċess għall-Internet minn barra d-dar jew ix-xogħol,

l-użu ta' kompjuter portabbli (eż laptop, tablet) permezz ta' netwerk ċellulari, bl-użu ta' ċavetta USB jew ta' (SIM) kard jew telefown ċellulari jew smartphone bħala modem, għall-aċċess tal-Internet minn barra d-dar jew ix-xogħol,

l-użu ta' komputer portabbli (eż laptop, tablet) biex jinkiseb aċċess għall-Internet permezz ta' netwerk mingħajr fil (eż WiFi) minn barra d-dar jew ix-xogħol,

l-użu ta' apparati oħra biex jinkiseb aċċess għall-Internet minn barra d-dar jew ix-xogħol,

l-ebda użu ta' apparati ċellulari biex jinkiseb aċċess għall-Internet minn barra d-dar jew ix-xogħol.

2.   KOPERTURA

(a)

L-unitajiet statistiċi tad-dettalji elenkati fl-intestatura 1(b) ta' dan l-Anness li jikkonċernaw l-d-djar huma: d-djar fejn hemm mill-inqas membru wieħed li għandu bejn is-16 u l-74 sena.

(b)

L-unitajiet statistiċi tad-dettalji elenkati fl-intestatura 1(b) ta' dan l-Anness li jikkonċernaw l-individwi li: għandhom bejn is-16 u l-74 sena.

(c)

L-ambitu ġeografiku fih djar u/jew individwi li jkunu jgħixu fi kwalunkwe parti tat-territorju tal-Istat Membru.

3.   PERJODU TA' REFERENZA

Il-perjodu ewlieni ta' referenza għall-ġbir tal-istatistika huwa l-ewwel kwart tal-2015.

4.   KARATTERISTIĊI TAL-KUNTEST SOĊJOEKONOMIKU

(a)

Għas-suġġetti u l-karatteristiċi tagħhom elenkati fl-intestatura 1(b) ta' dan l-Anness li għandhom x'jaqsmu mad-unitajiet domestiċi, għandom jinġabru l-karatteristiċi kuntestwali li ġejjin:

ir-reġjun tar-residenza (skont il-klassifikazzjoni tar-reġjuni NUTS1),

(fakultattiva) ir-reġjun tar-residenza skont il-klassifikazzjoni NUTS2,

post ġeografiku: li jgħixu f'reġjuni inqas żviluppati; li jgħijxu f'reġjuni ta' tranżizzjoni; li jgħixu f'reġjuni aktar żviluppati;

il-livell tal-urbanizzazzjoni: li jgħixu f'żoni ppopolati ħafna; li jgħixu f'żoni fejn il-popolazzjoni hija ta' daqs medju; li jgħixu f'żoni ta' popolazzjoni skarsa,

tip ta' dar: l-għadd ta' membri fil-familja; (fakultattiva) l-għadd tal-persuni b'età ta' bejn is-16 u l-24 sena; (fakultattiva) l-għadd ta' studenti b'età ta' bejn is-16 u l-24 sena; (fakultattiva) l-għadd tal-persuni b'età ta' bejn il-25 u l-64 sena; (fakultattiva) l-għadd tal-persuni b'età ta' 65 sena jew iżjed (iridu jinġabru separatament: l-għadd tat-tfal ta' taħt is-16-il sena, (fakultattiva) l-għadd tat-tfal ta' età bejn l-14 u l-15-il sena, (fakultattiva) l-għadd tat-tfal ta' età bejn il-5 snin u t-13-il sena, (fakultattiva) l-għadd tat-tfal ta' età ta' 4 snin jew inqas),

(fakultattiva) dħul nett fix-xahar tad-dar (għandu jinġabar bħala valur jew bħala faxex skont id-daqs, kompatibbli mad-dħul kwartili),

(fakultattiva) dħul nett totali fix-xahar għad-dar ekwivalizzat, trażmess fi kwintili.

(b)

Għas-suġġetti u l-karatteristiċi tagħhom elenkati fl-intestatura 1(b) ta' dan l-Anness li għandhom x'jaqsmu mal-individwi, għandhom jinġabru l-karatteristiċi kuntestwali li ġejjin:

is-sess: maskili; femminili,

il-pajjiż tat-twelid: imwieled fil-pajjiż; imwieled pajjiż ieħor: imwieled fi Stat Membru ieħor tal-UE; imwieled f'pajjiż ieħor: imwieled f'pajjiż mhux fl-UE,

pajjiż taċ-ċittadinanza: il-pajjiż li jgħix fih; ċittadin ta' pajjiż ieħor: ċittadin ta' Stat Membru ieħor tal-UE; ċittadin ta' pajjiż ieħor: ċittadin ta' pajjiż mhux fl-UE,

età, fi snin magħluqa; (fakultattiva) taħt is-16-il sena u/jew aktar minn 74 sena,

il-livell tal-edukazzjoni (l-ogħla livell ta' edukazzjoni mitmum) skont il-Klassifikazzjoni tal-Istandards Internazzjonali tal-Edukazzjoni (ISCED 2011): l-iżjed l-iżjed edukazzjoni sekondarja bikrija (ISCED 0, 1 jew 2); edukazzjoni sekondarja għolja u edukazzjoni postsekondarja li mhix terzjarja (ISCED 3 jew 4); edukazzjoni terzjarja (ISCED 5, 6, 7 jew 8); edukazzjoni inqas minn dik primarja (ISCED 0); edukazzjoni primarja (ISCED 1); edukazzjoni sekondarja bikrija (ISCED 2); edukazzjoni sekondarja għolja (ISCED 3); edukazzjoni postsekondarja li mhix terzjarja (ISCED 4); edukazzjoni postsekondarja li mhix terzjarja (ISCED 5); baċellerat jew l-ekwivalenti (ISCED 6); master's jew l-ekwivalenti (ISCED 7); dottorat jew l-ekwivalenti (ISCED 8);

sitwazzjoni tal-impjieg: impjegat jew jaħdem għal rasu (inklużi ħaddiema tal-familja) (fakultattiva: impjegat jew jaħdem għal rasu full-time, impjegat jew jaħdem għal rasu part-time, impjegat b'xogħol permanenti jew b'xogħol għal żmien mhux limitat; impjegat b'impjieg temporanju jew b'kuntratt b'dewmien limitat; impjegat għal rasu, inklużi ħaddiema tal-familja),

(fakultattiva) settur ekonomiku tal-impjieg:

It-Taqsimiet tan-NACE Rev. 2

Deskrizzjoni

A

Agrikoltura, forestrija u sajd

B, C, D u E

Il-manifattura, ix-xogħol fil-minjieri u fil-barrieri, u industrija oħra

F

Bini

G, H u I

In-negozju bl-ingrossa u bl-imnut, trasport, akkomodazzjoni u attivitajiet tas-servizz marbuta mal-ikel

J

Informazzjoni u komunikazzjoni

K

Attivitajiet finanzjarji u tal-assigurazzjoni

L

Attivitajiet marbuta mal-proprjetà immobbli

M u N

Servizzi kummerċjali

O, P, u Q

Attivitajiet marbuta mal-amministrazzjoni pubblika, mad-difiża, mal-edukazzjoni, mas-saħħa tal-bniedem u mal-ħidma soċjali

R, S, T u U

Servizzi oħra

sitwazzjoni tal-impjieg: mingħajr impjieg; studenti li mhumiex fil-forza tax-xogħol; oħrajn li mhumiex fil-forza tax-xogħol (fakultattiva għal oħrajn li mhumiex fil-forza tax-xogħol: irtirati jew ħadu rtir bikri jew irtiraw min-negozju; b'diżabbiltà permanenti; f'servizz komunitarju jew militari obbligatorju; xogħol tad-dar; persuna inattiva oħra),

impjieg skont il-Klassifika tal-Istandards tal-Impjiegi Internazzjonali (ISCO-08): ħaddiema manwali; ħaddiema mhux manwali; ħaddiema tal-ICT, ħaddiema mhux tal-ICT; (fakultattiva) l-okkupazzjonijiet kollha skont l-ISCO-08 ikkodifikati fil-livell ta' 2 ċifri.

5.   PERJODIĊITÀ

Id-dejta għandha tingħata darba għas-sena 2015.

6.   SKADENZI GĦAT-TRAŻMISSJONI TAR-RIŻULTATI

(a)

Id-dokumentazzjoni tad-dejta individwali, li ma tippermettix l-identifikazzjoni diretta tal-unitajiet statistiċi kkonċernati, imsemmija fl-Artikolu 6 u fl-Anness II(6) tar-Regolament (KE) Nru 808/2004 trid tiġi trażmessa lill-Eurostat qabel il-5 ta' Ottubru 2015. Sa dakinhar, is-sett tad-dejta għandu jkun iffinalizzat, ivvalidat u aċċettat.

(b)

Il-metadejta msemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 808/2004 trid tintbagħat lill-Eurostat qabel il-31 ta' Mejju 2015.

(c)

Ir-rapport tal-kwalità msemmi fl-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 808/2004 irid jintbagħat lill-Eurostat qabel il-5 ta' Novembru 2015.

(d)

Id-dejta u l-metadejta għandhom jingħataw lill-Eurostat skont l-istandard ta' skambju speċifikat mill-Eurostat permezz tas-servizzi tal-Punt tad-Dħul Uniku. Il-metadejta u r-rapport tal-kwalità għandhom jingħataw bit-tifsila standard tal-metadejta ddefinita mill-Eurostat.


6.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 319/55


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1197/2014

tal-5 ta' Novembru 2014

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Novembru 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

57,9

MA

75,8

MK

50,7

ZZ

61,5

0707 00 05

AL

84,5

JO

193,6

TR

136,8

ZZ

138,3

0709 93 10

MA

61,4

TR

125,2

ZZ

93,3

0805 20 10

MA

130,2

TR

61,9

ZZ

96,1

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

TR

66,4

ZZ

66,4

0805 50 10

MA

52,7

TR

90,4

ZZ

71,6

0806 10 10

BR

309,4

LB

284,9

PE

379,1

TR

139,3

US

400,6

ZA

133,6

ZZ

274,5

0808 10 80

BA

34,8

BR

52,7

CA

88,6

CL

88,2

CN

68,5

NZ

142,6

US

233,5

ZA

143,5

ZZ

106,6

0808 30 90

CN

118,3

ZA

57,4

ZZ

87,9


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.