ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 318

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 57
5 ta' Novembru 2014


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1188/2014 tal-24 ta' Ottubru 2014 li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Ekstra deviško oljčno olje Slovenske Istre (DPO))

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1189/2014 tal-24 ta' Ottubru 2014 li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Sedano Bianco di Sperlonga (IĠP))

3

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1190/2014 tal-24 ta' Ottubru 2014 li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Mantequilla de Soria (DPO))

4

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1191/2014 tat-30 ta' Ottubru 2014 li jiddetermina l-format u l-mezzi għall-preżentazzjoni tar-rapport imsemmi fl-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar gassijiet fluworurati b'effett ta' serra

5

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1192/2014 tat-3 ta' Novembru 2014 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-merluzz tal-linja sewda fiż-żoni IIIa, fl-ilmijiet tal-UE tas-Sottodiviżjonijiet 22-32 minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Pajjiżi l-Baxxi

21

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1193/2014 tal-4 ta' Novembru 2014 li jemenda għall-222 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al-Qaida

23

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1194/2014 tal-4 ta' Novembru 2014 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

25

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2014/774/UE

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-31 ta' Ottubru 2014 li f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar gassijiet fluworurati b'effett ta' serra, tiddetermina l-valuri ta' referenza għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2015 sal-31 ta' Diċembru 2017 għal kull produttur jew importatur li jkun irrapporta t-tqegħid fis-suq tal-idrofluworokarburi skont ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument C(2014) 7920)

28

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 ( ĠU L 343, 22.12.2009 )

34

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

5.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 318/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1188/2014

tal-24 ta' Ottubru 2014

li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Ekstra deviško oljčno olje Slovenske Istre (DPO))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

B'konformità mal-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (KE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni tas-Slovenja għall-approvazzjoni ta' emenda fir-reġistru tal-ispeċifikazzjonijiet tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Ekstra deviško oljčno olje Slovenske Istre”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 148/2007 (2).

(2)

Billi l-emenda kkonċernata mhijiex minuri skont it-tifsira tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emenda f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (3), bi qbil mal-Artikolu 50(2)(a) tal-istess Regolament.

(3)

Billi l-Kummissjoni ma rċeviet ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-emenda fl-ispeċifikazzjoni għandha tiġi approvata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda fir-reġistru tal-ispeċifikazzjonijiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea rigward id-denominazzjoni “Ekstra deviško oljčno olje Slovenske Istre” hija approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Ottubru 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 148/2007 tal-15 ta' Frar 2007 li jirreġistra ċerti ismijiet fir-Reġistru ta' denominazzjoni protetta ta' oriġini u ta' indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Geraardsbergse mattentaart (IĠP) — Pataca de Galicia jew Patata de Galicia (IĠP) — Poniente de Granada (DPO) — Gata-Hurdes (DPO) — Patatas de Prades jew Patates de Prades (IĠP) — Mantequilla de Soria (DPO) — Huile d'olive de Nîmes (DPO) — Huile d'olive de Corse jew Huile d'olive de Corse — Oliu di Corsica (DPO) — Clémentine de Corse (IĠP) — Agneau de Sisteron (IĠP) — Connemara Hill Lamb jew Uain Sléibhe Chonamara (IĠP) — Sardegna (DPO) — Carota dell'Altopiano del Fucino (IĠP) — Stelvio jew Stilfser (DPO) — Limone Femminello del Gargano (IĠP) — Azeitonas de Conserva de Elvas e Campo Maior (DPO) — Chouriça de Carne de Barroso — Montalegre (IĠP) — Chouriço de Abóbora de Barroso — Montalegre (IĠP) — Sangueira de Barroso — Montalegre (IĠP) — Batata de Trásos- Montes (IĠP) — Salpicão de Barroso — Montalegre (IĠP) — Alheira de Barroso — Montalegre (IĠP) — Cordeiro de Barroso, Anho de Barroso jew Cordeiro de leite de Barroso (IĠP) — Azeite do Alentejo Interior (DPO) — Paio de Beja (IĠP) — Linguíça do Baixo Alentejo jew Chouriço de carne do Baixo Alentejo (IĠP) — Ekstra deviško oljčno olje Slovenske Istre (DPO)) (ĠU L 46, 16.2.2007, p. 14).

(3)  ĠU C 182, 14.6.2014, p. 23.


5.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 318/3


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1189/2014

tal-24 ta' Ottubru 2014

li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Sedano Bianco di Sperlonga (IĠP))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

B'konformità mal-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (KE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni tal-Italja għall-approvazzjoni ta' emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Sedano Bianco di Sperlonga”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 222/2010 (2).

(2)

Billi l-emenda kkonċernata mhijiex minuri fis-sens tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emenda f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (3), kif stipulat fl-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament imsemmi.

(3)

Billi l-Kummissjoni ma rċeviet ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-emenda fl-ispeċifikazzjoni għandha tiġi approvata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda fl-ispeċifikazzjoni ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li tikkonċerna d-denominazzjoni “Sedano Bianco di Sperlonga” (IĠP) hija b'dan approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Ottubru 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 222/2010 tas-17 ta' Marzu 2010 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Sedano Bianco di Sperlonga (IĠP)] (ĠU L 68, 18.3.2010, p. 1).

(3)  ĠU C 180, 13.6.2014, p. 26.


5.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 318/4


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1190/2014

tal-24 ta' Ottubru 2014

li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Mantequilla de Soria (DPO))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni ta' Spanja għall-approvazzjoni ta' emenda fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Mantequilla de Soria”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 148/2007 (2).

(2)

Billi l-emenda kkonċernata mhijiex minuri fis-sens tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emenda f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, kif stipulat fl-Artikolu 50(2)(a) ta' dak ir-Regolament (3).

(3)

Billi l-Kummissjoni ma ġiet mgħarrfa bl-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-emenda tal-ispeċifikazzjoni għandha tiġi approvata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda fl-ispeċifikazzjoni ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li tikkonċerna d-denominazzjoni “Mantequilla de Soria” (DPO), b'dan hija approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Ottubru 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolment tal-Kummissjoni (KE) Nru 148/2007 tal-15 ta' Frar 2007 li jirreġistra ċerti ismijiet fir-Reġistru ta' denominazzjoni protetta ta' oriġini u ta' indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Geraardsbergse mattentaart (IĠP) — Pataca de Galicia jew Patata de Galicia (IĠP) — Poniente de Granada (DPO) — Gata-Hurdes (DPO) — Patatas de Prades jew Patates de Prades (IĠP) — Mantequilla de Soria (DPO) — Huile d'olive de Nîmes (DPO) — Huile d'olive de Corse jew Huile d'olive de Corse — Oliu di Corsica (DPO) — Clémentine de Corse (IĠP) — Agneau de Sisteron (IĠP) — Connemara Hill Lamb jew Uain Sléibhe Chonamara (IĠP) — Sardegna (DPO) — Carota dell'Altopiano del Fucino (IĠP) — Stelvio jew Stilfser (DPO) — Limone Femminello del Gargano (IĠP) — Azeitonas de Conserva de Elvas e Campo Maior (DPO) — Chouriça de Carne de Barroso — Montalegre (IĠP) — Chouriço de Abóbora de Barroso — Montalegre (IĠP) — Sangueira de Barroso — Montalegre (IĠP) — Batata de Trásos-Montes (IĠP) — Salpicão de Barroso — Montalegre (IĠP) — Alheira de Barroso — Montalegre (IĠP) — Cordeiro de Barroso, Anho de Barroso jew Cordeiro de leite de Barroso (IĠP) — Azeite do Alentejo Interior (DPO) — Paio de Beja (IĠP) — Linguíça do Baixo Alentejo jew Chouriço de carne do Baixo Alentejo (IĠP) — Ekstra deviško oljčno olje Slovenske Istre (DPO)) (ĠU L 46, 16.2.2007, p. 14).

(3)  ĠU C 188, 20.6.2014, p. 18.


5.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 318/5


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1191/2014

tat-30 ta' Ottubru 2014

li jiddetermina l-format u l-mezzi għall-preżentazzjoni tar-rapport imsemmi fl-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar gassijiet fluworurati b'effett ta' serra

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar gassijiet fluworurati b'effett ta' serra u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 19(7) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1493/2007 (2) stabbilixxa l-format għar-rapport li għandu jiġi ppreżentat mill-produtturi, l-importaturi u l-esportaturi ta' ċerti gassijiet serra fluworurati f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tħassar bir-Regolament (UE) Nru 517/2014. L-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 jistabbilixxi obbligi ġodda ta' rappurtar dwar il-produzzjoni, l-importazzjoni, l-esportazzjoni, l-użu bħala materja prima u l-qerda tas-sustanzi elenkati fl-Anness I u II tar-Regolament (UE) Nru 517/2014. Għaldaqstant, dan ir-Regolament għandu jissostitwixxi r-Regolament (KE) Nru 1493/2007.

(2)

Sabiex tiġi żgurata l-uniformità u l-koerenza fil-ġbir tad-dejta u sabiex jiġi limitat il-piż amministrattiv, l-impriżi għandhom jissottomettu l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 permezz tal-għodda elettronika ta' rappurtar li fiha l-formoli rilevanti għall-attivitajiet individwali tagħhom ipprovduta mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, aċċessibbli mill-websajt tal-Kummissjoni Ewropea.

(3)

Id-dejta dwar il-kwantitajiet ta' HFCs esportati f'tagħmir li huwa mmanifatturat fl-UE għal dan l-għan, għalkemm mhux rilevanti għall-valur ta' referenza u l-kalkolu tal-kwota, ipprovduta fuq bażi volontarja, tista' tkun utli għall-monitoraġġ tal-impatti ekonomiċi tat-tnaqqis tal-kwantitajiet ta' idrofluworokarburi mqiegħda fis-suq.

(4)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 24(1) tar-Regolament (UE) Nru 517/2014.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-rapporti meħtieġa skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 għandhom jiġu ppreżentati b'mod elettroniku bl-użu tal-għodda ta' rappurtar abbażi tal-format stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament li, għal dak l-għan, jinsab disponibbli fuq il-websajt tal-Kummissjoni.

Artikolu 2

Ir-Regolament (KE) Nru 1493/2007 jitħassar.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Ottubru 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 150, 20.5.2014, p. 195.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1493/2007 tas-17 ta' Diċembru 2007 jistabbilixxi, b'osservanza tar-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, il-format tar-rapport li għandu jkun ippreżentat mill-produtturi, l-importaturi u l-esportaturi ta' ċerti gassijiet serra fluworinati (ĠU L 332, 18.12.2007, p. 7).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar ċerti gassijiet serra flworinati (ĠU L 161, 14.6.2006, p. 1).


ANNESS

SPJEGAZZJONI ĠENERALI

Sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor fit-taqsimiet ta' rappurtar ta' dan l-Anness, tad-dejta rrapportata għandha tkopri l-attivitajiet tal-impriża matul is-sena kalendarja li dwarha jkun intbagħat ir-rapport

L-unitajiet ta' kejl, il-gassijiet koperti, il-livell ta' dettall u l-indikazzjoni tas-sena li fiha l-attivitajiet għandhom jiġu rrappurtati għall-ewwel darba huma speċifikati separatament f'kull taqsima ta' rappurtar.

Il-format ġenerali tal-għodda ta' rappurtar huwa stabbilit fit-taqsimiet ta' rappurtar li ġejjin. In-numerazzjoni tat-taqsimiet ippreżentati hawn taħt ma għandha l-ebda rilevanza għan-numerazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 jew l-għodda elettronika ta' rrappurtar, iżda hija użata fil-formuli għal kalkolu awtomatiku ta' ċerti valuri.

Taqsimiet ta' rappurtar

Taqsima 1:   Timtela mill-produtturi ta' gassijiet l-Artikolu 19(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 u l-punt 1(a) u (c) tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 517/2014

Applikabbli għall-ewwel darba għal rappurtar dwar attivitajiet imwettqa fl-2014 (mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu 2015).

Il-kwantitajiet għandhom jiġu rrappurtati f'tunnellati metriċi bi preċiżjoni sat-tielet pożizzjoni deċimali, separatament għal kull gass elenkat fl-Anness I jew l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 517/2014. Għandhom jiġu rrapportati l-kwantitajiet tat-taħlitiet li jkun fihom dawk is-sustanzi mqiegħda fis-suq, filwaqt li jiġu indikati wkoll l-ammonti użati bħala komponenti ta' dawn it-taħlitiet minn sorsi oħra minbarra l-produzzjoni proprja tagħhom.

 

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI RRAPPORTATA

KUMMENTI

1A

Il-kwantità totali tal-produzzjoni mill-faċilitajiet fl-Unjoni

 

 

1B

il-kwantità tal-produzzjoni mill-faċilitajiet fl-Unjoni li tikkonsisti fi produzzjoni sekondarja rkuprata jew prodotti mhux mixtieqa fejn dik il-produzzjoni sekondarja jew dawk il-prodotti ġew meqruda fil-faċilitajiet qabel it-tqegħid fis-suq

Rapporti mill-produtturi li jwettqu l-qerda dwar il-kwantitajiet totali meqruda għandhom isiru fit-taqsima tar-rappurtar 8

 

1C

il-kwantità tal-produzzjoni mill-faċilitajiet fl-Unjoni li tikkonsisti fi produzzjoni sekondarja rkuprata jew prodotti mhux mixtieqa fejn dik il-produzzjoni sekondarja jew dawk il-prodotti ingħataw lil impriżi oħra sabiex jinqerdu u li preċedentement ma tqegħdux fis-suq.

Għandha tiġi identifikata l-impriża li twettaq il-qerda

KWANTITAJIET IKKALKULATI AWTOMATIKAMENT

 

1D

Il-kwantità totali tal-produzzjoni proprja meqruda li ma tkunx tqiegħdet fis-suq qabel

1D = 1B + 1C

1E

Il-produzzjoni disponibbli għall-bejgħ

1E = 1A – 1D

Taqsima 2:   Timtela mill-importaturi ta' gassijiet — l-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 u l-punt 2(a) tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 517/2014

Applikabbli għall-ewwel darba għal rappurtar dwar attivitajiet imwettqa fl-2014 (mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu 2015).

Il-kwantitajiet għandhom jiġu rrappurtati f'tunnellati metriċi bi preċiżjoni sat-tielet pożizzjoni deċimali, separatament għal kull gass elenkat fl-Anness I jew l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 517/2014, għal taħlitiet li fihom tal-anqas wieħed minn dawk il-gassijiet jew għal kull gass jew taħlita li jinsabu f'polioli mħalltin minn qabel importati.

L-importazzjoni fi kwantitajiet kbar biss għandhom jiġu rrapportati hawnhekk, inklużi l-kwantitajiet trasportati flimkien ma' tagħmir għall-fini tal-iċċarġjar tat-tagħmir wara l-importazzjoni, iżda mhux l-kwantitajiet li jinsabu fit-tagħmir. L-importazzjonijiet ta' gassijiet li jinsabu fi prodotti jew tagħmir għandhom jiġu rrappurtati fit-taqsima ta' rappurtar 11. L-importazzjonijiet kollha għandhom jiġu rapportati, ħlief l-importazzjonijiet għal tranżitu minn territorju doganali tal-Unjoni jew importazzjonijiet taħt proċeduri oħra li jippermettu moviment temporanju tal-merkanzija fit-territorju doganali, sakemm fil-każ tal-aħħar dawn l-oġġetti jibqgħu mhux aktar minn 45 jum fit-territorju doganali.

 

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI RRAPPORTATA

KUMMENTI

2A

L-ammont importat fl-Unjoni

 

Taqsima 3:   Timtela mill-esportaturi ta' gassijiet — l-Artikolu 19(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 u l-punt 3(a) u (b) tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 517/2014

Applikabbli għall-ewwel darba għal rappurtar dwar attivitajiet imwettqa fl-2014 (mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu 2015).

Il-kwantitajiet għandhom jiġu rrappurtati f'tunnellati metriċi bi preċiżjoni sat-tielet pożizzjoni deċimali, separatament għal kull gass elenkat fl-Anness I jew l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 517/2014, għal taħlitiet li fihom tal-anqas wieħed minn dawk il-gassijiet jew għal kull gass jew taħlita li jinsabu f'polioli mħalltin minn qabel esportati.

L-esportazzjonijiet ta' gassijiet fi kwantitajiet kbar biss, inklużi kwalunkwe kwantitajiet trasportati flimkien ma' tagħmir għall-fini tal-iċċarġjar ta' dak it-tagħmir wara l-esportazzjoni, għandha tiġi rrappurtata f'din it-Taqsima.

Il-kwantitajiet mill-produzzjoni proprja jew mill-importazzjoni proprji fornuti lil impriżi oħra fl-Unjoni għall-esportazzjoni diretta għandhom jiġu rrappurtati fit-taqsima ta' rappurtar 5.

 

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI RRAPPORTATA

KUMMENTI

3A

L-ammont totali esportat mill-Unjoni

 

 

3B

L-ammonti esportati mill-produzzjoni proprja jew mill-importazzjoni

 

KWANTITAJIET IKKALKULATI AWTOMATIKAMENT

 

3C

L-ammont esportat mixtri minn impriżi oħra fl-Unjoni

3C = 3A – 3B

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI RRAPPORTATA

 

3D

L-ammont esportat għar-riċiklaġġ

 

 

3E

L-ammont esportat għar-reklamazzjoni

 

 

3F

L-ammont esportat għall-qerda

 

Taqsima 4:   Timtela mill-produtturi u l-importaturi ta' gassijiet — l-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 u l-punti 1(d) 2(b) u 2(d) tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 517/2014

Applikabbli għall-ewwel darba għal rappurtar dwar attivitajiet imwettqa fl-2014 (mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu 2015).

Il-kwantitajiet għandhom jiġu rrappurtati f'tunnellati metriċi bi preċiżjoni sat-tielet pożizzjoni deċimali, separatament għal kull gass elenkat fl-Anness I jew l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 517/2014, jew għal taħlitiet li fihom tal-anqas wieħed minn dawk il-gassijiet jew għal kull gass jew taħlita li jinsabu f'polioli mħalltin minn qabel.

 

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI RRAPPORTATA

KUMMENTI

4A

Total ta' stokkijiet fl-1 ta' Jannar

 

 

4B

tagħhom: stokkijiet fl-1 ta' Jannar ta' kwantitajiet minn importazzjoni jew mill-produzzjoni proprja

 

 

 

4C

tagħhom: stokkijiet fl-1 ta' Jannar ta' kwantitajiet minn importazzjoni jew mill-produzzjoni proprja li preċedentement ma tqegħdux fis-suq

B'mod partikolari l-produzzjoni u l-importazzjoni proprja mhux mibjugħa mhux rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa

KWANTITAJIET IKKALKULATI AWTOMATIKAMENT

 

 

4D

tagħhom: stokkijiet fl-1 ta' Jannar ta' kwantitajiet minn importazzjoni jew mill-produzzjoni proprja li preċedentement tqiegħdu fis-suq

B'mod partikolari, importazzjonijiet proprji rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa

4D = 4B – 4C

 

4E

Stokkijiet oħra fl-1 ta' Jannar

B'mod partikolari minn xiri fl-Unjoni

4E = 4A – 4B

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI RRAPPORTATA

4F

Total ta' stokkijiet fil-31 ta' Diċembru

 

 

4G

tagħhom: stokkijiet fil-31 ta' Diċembru ta' kwantitajiet minn importazzjoni jew mill-produzzjoni proprja

 

 

 

4H

tagħhom: stokkijiet fil-31 ta' Diċembru ta' kwantitajiet minn importazzjoni jew mill-produzzjoni proprja li preċedentement ma tqegħdux fis-suq

B'mod partikolari, il-produzzjoni proprja mhux mibjugħa u l-importazzjoni proprja mhux rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa

KWANTITAJIET IKKALKULATI AWTOMATIKAMENT

 

 

4I

tagħhom: stokkijiet fil-31 ta' Diċembru ta' kwantitajiet minn importazzjoni jew mill-produzzjoni proprja li preċedentement tqiegħdu fis-suq

B'mod partikolari, importazzjoni proprja rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa

4I = 4G – 4H

 

4J

tagħhom: Stokkijiet oħra fil-31 ta' Diċembru

B'mod partikolari minn xiri fl-Unjoni

4J = 4F – 4G

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI RRAPPORTATA

4K

L-ammont reklamat mill-impriża nnifisha

 

4L

L-ammont riċiklat mill-impriża nnifisha

 

KWANTITAJIET IKKALKULATI AWTOMATIKAMENT

4M

L-ammont totali fiżikament imqiegħed fis-suq

4M = 1E + 2A – 3B + 4C – 4H

Taqsima 5:   Il-kwantitajiet għal użi eżentati skont l-Artikolu 15(2), timtela mill-produtturi u l-importaturi ta' idrofluworokarburi — l-Artikolu 19(1), (2) (3) u (4) tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 u l-punti 1(b) u 2(a) tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 517/2014

Applikabbli għall-ewwel darba għal rappurtar dwar attivitajiet imwettqa fl-2014 (mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu 2015).

Il-kwantitajiet għandhom jiġu rrappurtati f'tunnellati metriċi bi preċiżjoni sat-tielet pożizzjoni deċimali, separatament għal kull tal-idrofluworokarbur (għal gassijiet elenkati fit-Taqsima 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 517/2014, għal taħlitiet jew polioli mħalltin minn qabel li fihom tal-anqas wieħed minn dawk il-gassijiet).

 

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI RRAPPORTATA

KUMMENTI

5A

Il-kwantità importata fl-Unjoni sabiex tinqered

Għandha tiġi speċifikata l-impriża jew impriżi li jwettqu l-qerda

Rapporti mill-importaturi li jwettqu wkoll il-qerda huma nfushom dwar il-kwantitajiet totali meqruda għandhom isiru fit-taqsima tar-rappurtar 8

5B

Il-kwantità użata minn produttur jew importatur f'applikazzjonijiet ta' materja prima jew fornuta direttament minn produttur jew importatur lil impriżi għall-użu f'applikazzjonijiet ta' materja prima

L-impriża jew l-impriżi li jużaw il-materja prima għandhom jiġu speċifikati

Rapporti mill-produtturi jew importaturi li huma wkoll utenti tal-materja prima dwar l-użu tal-materja prima għandhom isiru fit-taqsima tar-rappurtar 7.

5C

Il-kwantità fornuta direttament lill-impriżi għall-esportazzjoni barra mill-Unjoni, fejn dawk il-kwantitajiet ma jsirux sussegwentement disponibbli lil parti oħra fl-Unjoni qabel l-esportazzjoni

Fuq bażi volontarja, il-kwantitajiet fornuti direttament lil impriżi għal manifattura ta' tagħmir fl-Unjoni, fejn dan it-tagħmir ikun sussegwentement esportat direttament barra mill-Unjoni

L-impriża jew l-impriżi li jesportaw għandhom jiġu speċifikati. Għandhom jiġu pprovduti d-dokumenti ta' verifika.

L-idrofluworokarburi fi kwantitajiet kbar biss għandhom jiġu rappurtati, mhux il-kwantitajiet li jinsabu fi prodotti jew f'tagħmir.

Id-dejta dwar il-provvista għall-manifattura ta' tagħmir li huwa esportat direttament tista' tiġi pprovduta għal skopijiet ta' informazzjoni, u għandha tispeċifika l-manifattur tat-tagħmir li jiġi esportat u l-kwantitajiet li kienu esportati.

5D

Il-kwantità fornuta direttament għall-użu f'tagħmir militari

L-impriża li tirċievi l-kwantità għall-użu f'tagħmir militari għandha tiġi speċifikata.

5E

Il-kwantità fornuta direttament lil impriża li tużaha għal inċiżjoni ta' materjal semikonduttur jew għat-tindif ta' kmamar ta' depożitu ta' fwar tal-kimika fi ħdan is-settur tal-manifattura tas-semikondutturi

Il-manifattur tas-semikondutturi riċeventi għandu jkun speċifikat.

5F

Il-kwantità fornuta direttament lil impriża li tipproduċi inalaturi b'doża mkejla għall-kunsinna ta' ingredjenti farmaċewtiċi

Għandu jiġi speċifikat il-produttur tal-inalaturi b'doża mkejla riċeventi għall-kunsinna ta' ingredjenti farmaċewtiċi.

Taqsima 6:   Il-kategoriji ta' applikazzjoni tal-gassijiet għas-suq tal-UE, timtela mill-produtturi u l-importaturi ta' gassijiet — l-Artikolu 19(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 u l-punti 1(a) u 2(a) tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 517/2014

Applikabbli għall-ewwel darba għal rappurtar dwar attivitajiet imwettqa fl-2014 (mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu 2015).

Il-kwantitajiet għandhom jiġu rrappurtati f'tunnellati metriċi bi preċiżjoni sat-tielet pożizzjoni deċimali, separatament għal kull gass elenkat fl-Anness I jew l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 517/2014, jew taħlitiet li fihom tal-anqas wieħed minn dawk il-gassijiet.

 

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI RRAPPORTATA

KUMMENTI

6A

Esportazzjoni

Għall-idrofluworokarburi, l-ammont irrapportat hawn [6A] għandu jkun l-istess ammont bħal dak irrapportat fit-taqsima tar-rappurtar 5 kif fornuti direttament lil impriżi għal esportazzjoni barra l-Unjoni, fejn dawk il-kwantitajiet ma jsirux sussegwentement disponibbli lil kwalunkwe parti oħra fl-Unjoni, qabel l-esportazzjoni [5C].

6B

Qerda

Għall-idrofluworokarburi, l-ammont irrapportat hawn [6B] għandu jkun l-istess ammont bħal dak irrapportat fit-taqsima tar-rappurtar 5 bħala importati fl-Unjoni sabiex jinqerdu [5A].

6C

Tagħmir militari

Għall-idrofluworokarburi, l-ammont irrapportat hawn [6C] għandu jkun l-istess ammont bħal dak irrapportat fit-taqsima tar-rappurtar 5 bħala fornuti direttament għall-użu f'tagħmir militari [5D].

6D

Tagħmir ta' refriġerazzjoni, arja kkundizzjonata u ta' tisħin

 

6E

Fluwidi ta' trasferiment tas-sħana oħra

 

6F

Produzzjoni ta' ragħwa

 

6G

Produzzjoni ta' polioli mħalltin minn qabel

 

6H

Protezzjoni min-nar

 

6I

Ajrusols — inalaturi b'doża medika

Għall-idrofluworokarburi, l-ammont irrapportat hawn [6I] għandu jkun l-istess ammont, jew ogħla minn dak irrapportat fit-taqsima tar-rappurtar 5 bħala fornuti direttament lil impriża li tipproduċi inalaturi b'dożar iffissat għall-kunsinna ta' ingredjenti farmaċewtiċi [5F].

6J

Ajrusols — użi oħra

 

6K

Solventi

 

6L

Materja prima

Għall-idrofluworokarburi, l-ammont irrapportat hawn [6L] għandu jkun l-istess ammont, jew ogħla minn dak irrapportat fit-taqsima tar-rappurtar 5 bħala użati minn produttur f'applikazzjonijiet ta' materja prima jew fornuti direttament minn produttur jew importatur lil impriżi għall-użu f'applikazzjonijiet ta' materja prima [5B].

6M

Manifattura ta' semikondutturi

Għall-idrofluworokarburi, l-ammont irrapportat hawn [6M] għandu jkun l-istess ammont, jew ogħla minn dak irrapportat fit-taqsima tar-rappurtar 5 bħala fornuti direttament lil impriża li tużahom għal inċiżjoni ta' materjal semikonduttur jew għat-tindif ta' kmamar ta' depożitu ta' fwar tal-kimika fi ħdan is-settur tal-manifattura tas-semikondutturi [5E].

6N

Manifattura fotovoltajka

 

6O

Manifattura elettronika oħra

 

6P

Tagħmir ta' kollegament tal-elettriku

 

6Q

Aċċeleraturi tal-partiċelli

 

6R

Operazzjonijiet ta' pressofunditura tal-manjeżju

 

6S

Anestetiki

 

6T

Applikazzjoni oħra jew mhux magħrufa

Applikazzjoni jew applikazzjonijiet oħrajn għandhom jiġu speċifikati, u għandha tingħata spjegazzjoni mir-relatur dwar applikazzjoni mhux magħrufa.

6U

Tnixxija matul il-ħażna, it-trasport jew it-trasferiment

 

6V

Aġġustamenti fil-kontabilità

Fejn dawn il-kwantitajiet jiġu rrappurtati, għandha tiġi pprovduta spjegazzjoni

KALKOLI TA' KWANTITAJIET IĠĠENERATI AWTOMATIKAMENT

6W

It-total tal-kwantitajiet għall-kategoriji għall-applikazzjonijiet

6W = 6A + 6B + 6C + 6D + 6E + 6F + 6G + 6H + 6I + 6J + 6K + 6L + 6M + 6N + 6O + 6P + 6Q + 6R + 6S + 6T + 6U + 6V

Jekk id-dejta tiġi rapportata kif suppost, imbagħad it-total tal-kwantitajiet għall-kategoriji għall-applikazzjonijiet [6W] se jikkorrispondi għall-kwantità totali kkalkulata fornuta lis-suq tal-Unjoni [6X].

6X

Kwantità totali fornuta lis-suq tal-Unjoni

6X = 1E + 2A – 3B + 4B – 4G + 4K

Taqsima 7:   Timtela mill-utenti tal-materja prima ta' gassijiet — l-Artikolu 19(3) tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 u l-punt 5(a) tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 517/2014

Applikabbli għall-ewwel darba għal rappurtar dwar attivitajiet imwettqa fl-2014 (mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu 2015).

Il-kwantitajiet għandhom jiġu rrappurtati f'tunnellati metriċi bi preċiżjoni sat-tielet pożizzjoni deċimali, separatament għal kull gass elenkat fl-Anness I jew l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 517/2014, jew taħlita li fiha tal-anqas wieħed minn dawk il-gassijiet.

Il-kwantitajiet effettivament użati bħala materja prima biss għandhom jiġu rrapportati hawnhekk.

Fejn l-idrofluworokarburi (gassijiet elenkati fit-Taqsima 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 517/2014, jew taħlita li fiha tal-anqas wieħed minn dawk il-gassijiet) ġew prodotti jew importati mill-impriża li tużahom bħala materja prima, il-kwantitajiet għandhom jiġu rrapportati fit-taqsima 5 ukoll. Fejn l-impriża pproduċiet jew importat dawk il-gassijiet u sussegwentement bigħethom għall-użu bħala materja prima lil impriżi oħra, il-kwantitajiet fornuti għandhom jiġu rrappurtati fit-taqsima tar-rappurtar 5 biss, li tispeċifika l-impriża li tużahom bħala materja prima.

 

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI RRAPPORTATA

KUMMENTI

7A

L-ammont użat bħala materja prima mill-impriża nnifisha

 

Taqsima 8:   Timtela mill-impriżi li jkunu qerdu l-gassijiet — l-Artikolu 19(2) tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 u l-punt 4 tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 517/2014

Applikabbli għall-ewwel darba għal rappurtar dwar attivitajiet imwettqa fl-2014 (mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu 2015).

Il-kwantitajiet għandhom jiġu rrappurtati f'tunnellati metriċi bi preċiżjoni sat-tielet pożizzjoni deċimali, separatament għal kull gass fluworurat b'effett ta' serra elenkat fl-Anness I jew l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 517/2014, jew taħlita li fiha tal-anqas wieħed minn dawk il-gassijiet.

Għandu jiġi rrapurtat it-total tal-kwantitajiet meqruda mill-impriżi stess li jirraportaw. Impriżi li huma produtturi għandhom jirraportaw ukoll dwar il-kwantitajiet tal-produzzjoni tagħhom stess li nqerdu, fit-taqsima tar-rappurtar 1.

Impriżi li huma importaturi ta' idrofluworokarburi (gassijiet elenkati fit-Taqsima 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 517/2014, jew taħlita li fiha tal-anqas wieħed minn dawk il-gassijiet) għandhom jirrapportaw il-kwantitajiet tal-importazzjonijiet li ġew meqruda, fit-taqsima tar-rappurtar 5.

Il-kwantitajiet mibgħuta biex jinqerdu lil impriżi oħra fl-UE ma għandhomx ikunu rrapportati hawnhekk. Il-kwantitajiet esportati biex jinqerdu barra l-UE għandhom jiġu rrappurtati fi 3F.

 

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI RRAPPORTATA

KUMMENTI

8A

L-ammont meqrud mill-kumpanija li tirraporta bl-użu ta' kombustjoni b'temperatura għolja

 

8B

L-ammont meqrud mill-kumpanija li tirraporta bl-użu ta' disoriment termali

 

8C

L-ammont meqrud mill-kumpanija li tirraporta bl-użu ta' teknoloġiji oħra

It-teknoloġiji ta' qerda li jintużaw għandhom jiġu speċifikati

KWANTITAJIET IKKALKULATI AWTOMATIKAMENT

8D

L-ammont totali meqrud mill-impriża nnifisha

8D = 8A + 8B + 8C

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI RRAPPORTATA

8E

Stokkijiet fl-1 ta' Jannar li għad iridu jinqerdu

 

8F

Stokkijiet fil-31 ta' Dicembru maħsuba għall-qerda u li għad iridu jinqerdu

 

Taqsima 9:   Timtela mill-produtturi jew l-importaturi li awtorizzaw l-użu tal-kwota ta' idrofluworokarbur lil impriżi li jqiegħdu fis-suq ta' tagħmir ta' refriġerazzjoni, ta' arja kundizzjonata u tagħmir ta' tisħin bil-pompa li jiċċarġja bl-idrofluworokarburi — l-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 u l-punti 1(e) u 2(c) tal-Anness VII tar-Regolament (EU) Nru 517/2014

Applikabbli għall-ewwel darba għal rappurtar dwar attivitajiet imwettqa fl-2015 (mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu 2016).

Il-kwantitajiet għandhom jiġu rrappurtati f'tunnellati ta' ekwivalenti ta' CO2 bi preċiżjoni ta' 1 tunnellata ta' ekwivalenti ta' CO2, mingħajr distinzjoni bejn idrofluworokarburi differenti.

Għandhom jiġu rrapurtati biss l-awtorizzazzjonijiet maħruġa matul is-sena kalendarja li dwaru jkun intbagħat ir-rapport.

 

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI RRAPPORTATA

KUMMENTI

9A

Il-kwantitajiet soġġetti għal awtorizzazzjonijiet għall-użu ta' kwota mogħtija lill-produtturi jew l-importaturi ta' tagħmir li jiċċarġja minn qabel skont l-Artikolu 18(2) tar-Regolament (UE) Nru 517/2014

L-impriża li tirċievi l-awtorizzazzjoni għandha tkun speċifikata.

Taqsima 10:   Timtela minn impriżi li jkunu rċevew il-kwota tagħhom esklussivament abbażi ta' dikjarazzjoni skont l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 u li jkunu awtorizzaw l-użu ta' kwota tal-idrofluworokarburi lill-impriżi li jqiegħdu ta' tagħmir ta' refriġerazzjoni, ta' arja kundizzjonata u tagħmir ta' tisħin bil-pompa li jiċċarġja bl-idrofluworokarburi fis-suq skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 18(2) tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 — l-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 u l-punti 1(e) u 2(c) tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 517/2014

Applikabbli għall-ewwel darba għal rappurtar dwar attivitajiet imwettqa fl-2015 (mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu 2016).

Il-kwantitajiet għandhom jiġu rrappurtati f'tunnellati metriċi bi preċiżjoni sat-tielet pożizzjoni deċimali, separatament għal kull tal-idrofluworokarbur (gassijiet elenkati fit-Taqsima 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 517/2014, jew taħlita li fiha tal-anqas wieħed minn dawk il-gassijiet).

Il-provvisti tal-idrofluworokarburi kollha marbuta mal-awtorizzazzjonijiet maħruġa matul is-sena kalendarja li dwarha jkun intbagħat ir-rapport, kif irrappurtat fit-aqsima 9, għandhom jiġu rrappurtati f'din it-taqsima tar-rappurtar. Din l-informazzjoni hija meħtieġa biex tiġi vverifikata l-konformità mal-Artikolu 18(2) tar-Regolament (UE) Nru 517/2014.

 

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI RRAPPORTATA

KUMMENTI

10A

L-ammont ta' gass ipprovdut lil impriżi, li ngħataw awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta' tagħmir ta' refriġerazzjoni, ta' arja kundizzjonata u tagħmir ta' tisħin bil-pompa li jiċċarġja bl-idrofluworokarburi.

L-impriża jew l-impriżi riċeventi għandhom jiġu speċifikati.

Mar-rapport, l-impriżi għandhom jissottomettu prova addizzjonali għal provvisti fiżiċi kollha rrappurtati hawn (eż. fatturi).

Taqsima 11:   Timtela minn impriżi li qiegħdu fis-suq gassijiet inklużi fi prodotti jew f'tagħmir skont l-Artikolu 19(4) tar-Regolament 517/2014 — l-Artikolu 19(4) tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 u l-punt 6 tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 517/2014

Applikabbli għall-ewwel darba għal rappurtar dwar attivitajiet imwettqa fl-2014 (mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu 2015).

Il-kwantitajiet ta' gassijiet fluworurati b'effett ta' serra elenkati fl-Anness I jew l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 jew taħlitiet li fihom tal-anqas wieħed minn dawk il-gassijiet li jinsabu fil-prodotti u t-tagħmir għandhom jiġu rrappurtati f'tunnellati metriċi bi preċiżjoni sat-tielet pożizzjoni deċimali, skont il-kategorija. Barra minn hekk għall-kwantità totali ta' gassijiet, għandu jiġi rrapurtat l-għadd ta' unitajiet skont il-kategorija, sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor.

Il-produtturi ta' prodotti jew tagħmir manifatturati fl-Unjoni ma għandhomx jirrappurtaw dwar prodotti u tagħmir jekk preċedentement il-gassijiet li jinsabu fihom kienu importati jew prodotti fl-Unjoni. Meta produttur jipproduċi hu stess gassijiet fi kwantitajiet kbar fl-Unjoni għall-użu fl-Unjoni għall-manifattura tal-prodotti u t-tagħmir tiegħu, ir-rappurtar tiegħu dwar il-produzzjoni (it-taqsima tar-rappurtar 1) bl-istess mod tkopri l-ammonti rilevanti tal-gass, għalhekk lanqas dawn l-ammonti ma għandhom jiġu rrappurtati f'din it-taqsima.

L-importaturi ta' prodotti u tagħmir li fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra elenkati fl-Anness I jew II tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 għandhom jirrapportaw dwar kull importazzjoni li tinkludi gass rilaxxata mid-dwana għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fl-Unjoni. L-importazzjonijiet ta' polioli mħalltin minn qabel, ma għandhomx jiġu rrapportati f'din it-taqsima iżda fit-taqsima 2. Fejn l-idrofluworokarburi (gassijiet elenkati fit-Taqsima 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 517/2014, jew taħlita li fiha tal-anqas wieħed minn dawk il-gassijiet) jinsabu f'tagħmir importat ta' refriġerazzjoni, ta' arja kundizzjonata jew tagħmir ta' tisħin bil-pompa, u qabel kienu ġew esportati mill-Unjoni, u kienu soġġetti għal-limitazzjoni tal-kwota għat-tqegħid fis-suq ta' idrofluworokarburi, li għandhom jiġu rrappurtati fit-taqsima tar-rappurtar 12 sabiex jagħtu prova ta' konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 517/2014.

Il-kategoriji ta' prodotti jew tagħmir elenkati hawn taħt jinkludu komponenti maħsuba għall-kategoriji speċifiċi tal-prodott jew tagħmir.

It-terminu “disinn dirett” jirreferi b'mod partikolari għal sistemi li jaħdmu bl-arja għall-arja, bl-ilma għall-arja, bis-salmur għall-arja; it-termini “disinn indirett” jirreferi b'mod partikoalri għal sistemi li jaħdmu bl-arja għall-ilma, bl-ilma għall-ilma, bis-salmura għall-ilma. inklużi l-pompi idroniċi tat-tisħin

 

KWANTITAJIET IKKALKULATI AWTOMATIKAMENT

KUMMENTI

11A

 

Tagħmir stazzjonarju ta' tkessiħ jew tisħin għall-kumdità

11A = 11A1 + 11A2 + 11A3 + 11A4 + 11A5 + 11A6 + 11A7 + 11A8 + 11A9 + 11A10 + 11A11 + 11A12 + 11A13 + 11A14

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI RRAPPORTATA

 

11A1

Tagħmir stazzjonarju ta' tkessiħ jew tisħin għall-kumdità, disinn dirett: Unitajiet indipendenti/monoblokk ta' tip mobbli

 

 

11A2

Tagħmir stazzjonarju ta' tkessiħ jew tisħin għall-kumdità, disinn dirett: unitajiet indipendenti/monoblokk tat-tip ta' fuq il-bejt

 

 

11A3

Tagħmir stazzjonarju ta' tkessiħ jew tisħin għall-kumdità, disinn dirett: unitajiet indipendenti/monoblokk tat-tip ieħor

Għandhom jiġu speċifikati t-tip jew tipi ta' tagħmir.

 

11A4

Tagħmir stazzjonarju ta' tkessiħ jew tisħin għall-kumdità, disinn dirett: unitajiet b' monosplit ċċarġjati bi 3 kilogrammi jew aktar ta' refriġerant

 

 

11A5

Tagħmir stazzjonarju ta' tkessiħ jew tisħin għall-kumdità, disinn dirett: unitajiet b' monosplit ċċarġjati b' inqas minn 3 kilogrammi ta' refriġerant

 

 

11A6

Tagħmir stazzjonarju ta' tkessiħ jew tisħin għall-kumdità, disinn dirett: unitajiet b'multiplit

 

 

11A7

Tagħmir stazzjonarju ta' tkessiħ jew tisħin għall-kumdità, disinn indirett: unitajiet indipendenti/monoblokk għal użu domestiku

 

 

11A8

Tagħmir stazzjonarju ta' tkessiħ jew tisħin għall-kumdità, disinn indirett: unitajiet indipendenti/monoblokk għal użu kummerċjali jew industrijali

 

 

11A9

Tagħmir stazzjonarju ta' tkessiħ jew tisħin għall-kumdità, disinn indirett: unitajiet indipendenti/monoblokk għal użu ieħor

Għandhom jiġu speċifikati l-użu jew l-użi intenzjonati.

 

11A10

Tagħmir stazzjonarju ta' tkessiħ jew tisħin għall-kumdità, disinn indirett: unitajiet bi split għal użu domestiku

 

 

11A11

Tagħmir stazzjonarju ta' tkessiħ jew tisħin għall-kumdità, disinn indirett: unitajiet bi split għal użu kummerċjali jew industrijali

 

 

11A12

Tagħmir stazzjonarju ta' tkessiħ jew tisħin għall-kumdità, disinn indirett: unitajiet bi split għal użu ieħor

Għandhom jiġu speċifikati l-użu jew l-użi intenzjonati.

 

11A13

Tagħmir stazzjonarju ta' tkessiħ jew tisħin għall-kumdità, kemm dirett u kemm indirett: unitajiet indipendenti/monoblokk

 

 

11A14

Tagħmir stazzjonarju ta' tkessiħ jew tisħin għall-kumdità, kemm dirett u kemm indirett: unitajiet bi split

 

KWANTITAJIET IKKALKULATI AWTOMATIKAMENT

11B

 

Tagħmir stazzjonarju ta' refriġerazzjoni

11B = 11B1 + 11B2 + 11B3 + 11B4 + 11B5 + 11B6 + 11B7 + 11B8 + 11B9 + 11B10 + 11B11 + 11B12 + 11B13 + 11B14

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI RRAPPORTATA

 

11B1

Tagħmir stazzjonarju ta' refriġerazzjoni, disinn dirett: unitajiet indipendenti/monoblokk għal użu domestiku

 

 

11B2

Tagħmir stazzjonarju ta' refriġerazzjoni, disinn dirett: unitajiet indipendenti/monoblokk għal użu kummerċjali jew industrijali

 

 

11B3

Tagħmir stazzjonarju ta' refriġerazzjoni, disinn dirett: unitajiet indipendenti/monoblokk għal użu ieħor

Għandhom jiġu speċifikati l-użu jew l-użi intenzjonati.

 

11B4

Tagħmir stazzjonarju ta' refriġerazzjoni, disinn dirett: unitajiet bi split għal użu kummerċjali jew industrijali

 

 

11B5

Tagħmir stazzjonarju ta' refriġerazzjoni, disinn dirett: unitajiet bi split għal użu ieħor

Għandhom jiġu speċifikati l-użu jew l-użi intenzjonati.

 

11B6

Tagħmir stazzjonarju ta' refriġerazzjoni, disinn indirett: unitajiet indipendenti/monoblokk għal użu kummerċjali jew industrijali

 

 

11B7

Tagħmir stazzjonarju ta' refriġerazzjoni, disinn indirett: unitajiet indipendenti/monoblokk għal użu ieħor

Għandhom jiġu speċifikati l-użu jew l-użi intenzjonati.

 

11B8

Tagħmir stazzjonarju ta' refriġerazzjoni, disinn indirett: unitajiet bi split għal użu kummerċjali jew industrijali

 

 

11B9

Tagħmir stazzjonarju ta' refriġerazzjoni, disinn indirett: unitajiet bi split għal użu ieħor

Għandhom jiġu speċifikati l-użu jew l-użi intenzjonati.

 

11B10

Tagħmir stazzjonarju ta' refriġerazzjoni, kemm dirett u kemm indirett: unitajiet indipendenti/monoblokk

 

 

11B11

Tagħmir stazzjonarju ta' refriġerazzjoni, kemm dirett u kemm indirett: unitajiet bi split

 

 

11B12

Tagħmir stazzjonarju ta' tkessiħ jew tisħin bi proċess, disinn dirett:

 

 

11B13

Tagħmir stazzjonarju ta' tkessiħ jew tisħin bi proċess, disinn indirett:

 

 

11B14

Tagħmir stazzjonarju ta' tkessiħ jew tisħin bi proċess, disinn dirett kif ukoll indirett

 

11C

 

magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ bil-pompa tas-sħana

 

KWANTITAJIET IKKALKULATI AWTOMATIKAMENT

11D

 

Kundizzjonament tal-arja/tisħin stazzjonarju inklużi pompi tat-tisħin kif ukoll tagħmir tar-refriġerazzjoni (HACR) għal kwalunkwe skop ieħor

11D = 11D1 + 11D2 + 11D3

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI RRAPPORTATA

 

11D1

Tagħmir stazzjonarju HACR għal kwalunkwe skop ieħor, disinn dirett

Għandhom jiġu speċifikati t-tip jew tipi u l-iskop jew l-iskopijiet tat-tagħmir.

 

11D2

Tagħmir stazzjonarju HACR għal kwalunkwe skop ieħor, disinn indirett

Għandhom jiġu speċifikati t-tip jew tipi u l-iskop jew l-iskopijiet tat-tagħmir.

 

11D3

Tagħmir stazzjonarju HACR għal kwalunkwe skop ieħor, disinn dirett kif ukoll indirett

Għandhom jiġu speċifikati t-tip jew tipi u l-iskop jew l-iskopijiet tat-tagħmir.

KWANTITAJIET IKKALKULATI AWTOMATIKAMENT

11E

 

Tagħmir ta' refriġerazzjoni mobbli

11E = 11E1 + 11E2 + 11E3 + 11E4

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI RRAPPORTATA

 

11E1

Tagħmir ta' refriġerazzjoni mobbli għal vetturi ħfief b'refriġerazzjoni (eż. vannijiet)

 

 

11E2

Tagħmir ta' refriġerazzjoni mobbli għal vetturi heavy-duty b'refriġerazzjoni (inklużi trakkijiet u trejlers)

 

 

11E3

Tagħmir ta' refriġerazzjoni mobbli għal bastimenti b'refriġerazzjoni

 

 

11E4

Kwalunkwe tip ieħor ta' tagħmir ta' refriġerazzjoni mobbli

Għandhom jiġu speċifikati t-tip jew tipi ta' tagħmir.

KWANTITAJIET IKKALKULATI AWTOMATIKAMENT

11F

 

Tagħmir tal-arja kundizzjonata mobbli

11F = 11F1 + 11F2 + 11F3 + 11F4 + 11F5 + 11F6 + 11F7 + 11F8 + 11F9

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI RRAPPORTATA

 

11F1

Tagħmir tal-arja kundizzjonata mobbli għal karozzi tal-passiġġieri

 

 

11F2

Tagħmir tal-arja kundizzjonata mobbli għal karozzi tal-linja

 

 

11F3

Tagħmir tal-arja kundizzjonata mobbli għal vannijiet (vetturi ħfief)

 

 

11F4

Tagħmir tal-arja kundizzjonata mobbli għal trakkijiet u trejlers (vetturi heavy-duty)

 

 

11F5

Tagħmir tal-arja kundizzjonata mobbli għal vetturi u makkinarju agrikolu, tal-forestrija u tal-kostruzzjoni

 

 

11F6

Tagħmir tal-arja kundizzjonata mobbli għal karozzi ferrovjarji

 

 

11F7

Tagħmir tal-arja kundizzjonata mobbli għal bastimenti

 

 

11F8

Tagħmir tal-arja kundizzjonata mobbli għal inġenji tal-ajru u ħelikopters

 

 

11F9

Kwalunkwe tip ieħor ta' tagħmir tal-arja kundizzjonata mobbli

Għandhom jiġu speċifikati t-tip jew tipi ta' tagħmir.

VALUR IKKALKULAT AWTOMATIKAMENT

11G

 

Total ta' tagħmir ta' tkessiħ, ta' arja kundizzjonata jew tagħmir ta' tisħin bil-pompa

11G = 11A + 11B + 11C + 11D + 11E + 11F

11H

 

Prodotti tal-fowm

11H = 11H1 + 11H2 + 11H3 + 11H4

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI RRAPPORTATA

 

11H1

Bordijiet insulati fil-polisterin estruż (XPS)

Il-kwantitajiet tal-bordijiet XPS għandhom jiġu rrapportati f'unitajiet ta' metri kubi (maġenb il-kwantitajiet ta' gassijiet fluworurati inklużi f'unitajiet ta' tunnellati metriċi)

 

11H2

Bordijiet insulati tal-poliuretan (PU)

Il-kwantitajiet tal-bordijiet PU għandhom jiġu rrapportati f'unitajiet ta' metri kubi (maġenb il-kwantitajiet ta' gassijiet fluworurati inklużi f'unitajiet ta' tunnellati metriċi)

 

11H3

Fowm b'komponent uniku (OCF)

L-unità ta' kejl tista' tkun unitajiet ta' kontenituri ta' OCF (maġenb il-kwantitajiet ta' gassijiet fluworurati inklużi f'unitajiet ta' tunnellati metriċi)

 

11H4

Prodotti ta' fowm oħra

Għandhom jiġu speċifikati l-kategoriji tal-prodott.

L-importazzjonijiet ta' polioli mħalltin minn qabel (eż. f'sistemi jew kontenituri ta' fowm) ma għandhomx jiġu rrapportati hawn iżda pjuttost fit-taqsima 2.

Il-kwantitajiet tal-prodotti tal-fowm għandhom jiġu rrapportati f'unitajiet ta' metri kubi, jew tunnellati kubi, jew unitajiet tal-prodott jew tat-tagħmir (maġenb il-kwantitajiet ta' gassijiet fluworurati inklużi f'unitajiet ta' tunnellati metriċi)

11I

 

Tagħmir għall-protezzjoni min-nirien (inklużi s-sistemi inkorporati fil-vetturi)

 

11J

 

Ajrusols mediċi jew farmaċewtiċi

 

11K

 

Ajrusols mhux mediċi

 

11L

 

Tagħmir mediku (mingħajr ajrusols)

 

11M

 

Tagħmir ta' kollegament għat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku

 

11N

 

Tagħmir ta' trażmissjoni u distribuzzjoni tal-elettriku ieħor

 

11O

 

Aċċeleraturi tal-partiċelli

 

11P

 

Prodotti u tagħmir oħrajn li fihom gassijiet elenkati fl-Anness I jew l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 517/2014

Għandhom jiġu speċifikati l-kategoriji tal-prodott jew tat-tagħmir.

L-unità tal-kejl tista' tkun volum, piż jew unitajiet ta' prodott/tagħmir.

(maġenb il-kwantitajiet ta' gassijiet fluworurati inklużi f'unitajiet ta' tunnellati metriċi)

KWANTITAJIET IKKALKULATI AWTOMATIKAMENT

11Q

Total ta' prodotti u tagħmir ieħor li fihom gassijiet fluworurati elenkati fl-Anness I jew l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 517/2014

11Q = 11G + 11H + 11I + 11J + 11K + 11L + 11M + 11N + 11O + 11P

Taqsima 12:   Timtela mill-importaturi ta' tagħmir ta' refriġerazzjoni, ta' arja kundizzjonata jew tagħmir ta' tisħin bil-pompa li jiċċarġja bl-idrofluworokarburi, fejn l-idrofluworokarburi li jinsabu fit-tagħmir importat preċedentement kienu esportati mill-Unjoni u akkwistati minn manifatturi ta' tagħmir direttament minn impriża li tesporta, u kienu soġġetti għal limitazzjoni tal-kwoti għat-tqegħid ta' idrofluworokarburi fis-suq tal-Unjoni — l-Artikolu 19(5) tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 u l-punt 6 tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 517/2014

Applikabbli għall-ewwel darba għal rappurtar dwar attivitajiet imwettqa fl-2017 (mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu 2018).

Il-kwantitajiet għandhom jiġu rrappurtati f'tunnellati metriċi bi preċiżjoni sat-tielet pożizzjoni deċimali, separatament għal kull tal-idrofluworokarbur (gassijiet elenkati fit-Taqsima 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 517/2014, jew taħlita li fiha tal-anqas wieħed minn dawk il-gassijiet).

 

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI RRAPPORTATA

KUMMENTI

12A

L-ammont ta' idrofluworokarburi ċċarġjati f'dan it-tagħmir importat li għalih l-idrofluworokarburi qabel kienu ġew esportati mill-Unjoni u li kienu ġew soġġetti għal limitazzjoni tal-kwoti għat-tqegħid tal-idrofluworokarburi fis-suq tal-Unjoni

Għandhom jiġu speċifikati l-impriża jew l-impriżi li jesportaw l-HFCs għas-sena jew snin tal-esportazzjoni.

Taqsima 13:   Timtela mill-importaturi ta' tagħmir ta' refriġerazzjoni, ta' arja kundizzjonata jew tagħmir ta' tisħin bil-pompa li jiċċarġja bl-idrofluworokarburi, fejn l-idrofluworokarburi li jinsabu fit-tagħmir huma kkunsidrati fis-sistema tal-kwoti permezz tal-użu ta' awtorizzazzjonijiet — l-Artikolu 19(5) tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 u l-punt 6 tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 517/2014.

Applikabbli għall-ewwel darba għal rappurtar dwar attivitajiet imwettqa fl-2017 (mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu 2018).

Il-kwantitajiet għandhom jiġu rrappurtati f'tunnellati ta' ekwivalenti ta' CO2 bi preċiżjoni ta' 1 tunnellata ta' ekwivalenti ta' CO2, mingħajr distinzjoni bejn idrofluworokarburi differenti (gassijiet elenkati fit-Taqsima 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 517/2014, jew taħlita li fiha tal-anqas wieħed minn dawk il-gassijiet).

L-impriżi għandhom jirrappurtaw dwar l-awtorizzazzjonijiet kollha li jirċievu għall-użu tal-kwoti ta' idrofluworokarburi li jkopru t-tqegħid fis-suq ta' idrofluworokarburi li jkunu jinsabu f'tagħmir ta' refriġerazzjoni, ta' arja kundizzjonata jew tagħmir ta' tisħin bil-pompa matul is-sena kalendarja li dwarha jkun intbagħat ir-rapport.

 

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI RRAPPORTATA

NOTI

13A

Il-kwantitajiet soġġetti għal awtorizzazzjonijiet għall-użu tal-kwoti ta' idrofluworokarburi riċevuti skont l-Artikolu 18(2) tar-Regolament (UE) Nru 517/2014

Għandhom jiġu speċifikati l-impriża jew l-impriżi li jagħtu awtorizzazzjoni u s-sena meta ngħatat l-awtorizzazzjoni.


5.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 318/21


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1192/2014

tat-3 ta' Novembru 2014

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-merluzz tal-linja sewda fiż-żoni IIIa, fl-ilmijiet tal-UE tas-Sottodiviżjonijiet 22-32 minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Pajjiżi l-Baxxi

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-politika komuni tas-sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 43/2014 (2), jistabbilixxi l-kwoti għall-2014.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament, minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru jew li huma rreġistrati fih, msemmi hemmhekk, eżawrew il-kwota allokata għall-2014.

(3)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2014 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, jiġi ttrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Novembru 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 43/2014 tal-20 ta' Jannar 2014 li jiffissa għall-2014 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 24, 28.1.2014, p. 1).


ANNESS

Nru

70/TQ43

Stat membru

Il-Pajjiżi l-Baxxi

Stokk

HAD/3 A/BCD

Speċi

Merluzz tal-linja sewda (Melanogrammus aeglefinus)

Żona

IIIa, l-ilmijiet tal-Unjoni tas-Sottodiviżjonijiet 22-32

Data tal-għeluq

16.10.2014


5.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 318/23


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1193/2014

tal-4 ta' Novembru 2014

li jemenda għall-222 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al-Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al-Qaida (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 7(1)(a) u 7a(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament.

(2)

Fit-28 ta' Ottubru 2014, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) iddeċieda li jneħħi persuna mill-lista tiegħu ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom għandu japplika l-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi wara li kkunsidra t-talba li saret minn din il-persuna sabiex titneħħa minn din il-lista u r-Rapport Komprensiv tal-Ombudsperson stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni tal-KSNU 1904(2009).

(3)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Novembru 2014.

Għall-Kummissjoni

F'isem il-President

Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija Strumenti


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, fl-annotazzjoni li ġejja taħt l-intestatura “Persuni ġuridiċi, gruppi u entitajiet”, hija mħassra:

“Al-Haramain Foundation (L-Istati Uniti tal-Amerika). Indirizz: (a) 1257 Siskiyou Blvd., Ashland, OR 97520, l-Istati Uniti tal-Amerika, (b) 3800 Highway 99 S, Ashland, OR 97520, l-Istati Uniti tal-Amerika, (c) 2151 E Division St, Springfield, MO 65803, l-Istati Uniti tal-Amerika. Tagħrif ieħor: Il-fergħa tal-Fondazzjoni Al-Haramain bbażata fl-Istati Uniti ġiet formalment stabbilita minn Suliman Hamd Suleiman al-Buthe u minn assoċjat fl-1997. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 28.9.2004.”


5.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 318/25


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1194/2014

tal-4 ta' Novembru 2014

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Novembru 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

55,3

MA

90,8

MK

57,9

ZZ

68,0

0707 00 05

AL

82,9

JO

193,6

TR

133,0

ZZ

136,5

0709 93 10

MA

78,6

TR

110,8

ZZ

94,7

0805 20 10

MA

110,4

TR

61,9

ZZ

86,2

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

TR

68,9

ZZ

68,9

0805 50 10

MA

52,7

TR

92,6

ZZ

72,7

0806 10 10

BR

306,9

LB

284,6

MD

36,9

PE

376,2

TR

137,9

US

400,6

ZA

133,6

ZZ

239,5

0808 10 80

BA

34,8

BR

53,2

CA

88,6

CL

88,7

CN

68,5

NZ

147,9

US

232,5

ZA

143,1

ZZ

107,2

0808 30 90

CN

75,3

TR

99,6

ZA

57,4

ZZ

77,4


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

5.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 318/28


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-31 ta' Ottubru 2014

li f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar gassijiet fluworurati b'effett ta' serra, tiddetermina l-valuri ta' referenza għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2015 sal-31 ta' Diċembru 2017 għal kull produttur jew importatur li jkun irrapporta t-tqegħid fis-suq tal-idrofluworokarburi skont ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument C(2014) 7920)

(It-testi Bulgaru, Ċek, Kroat, Olandiż, Ingliż, Estonjan, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Ungeriż, Taljan, Latvjan, Malti, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven u Spanjol biss huma awtentiċi)

(2014/774/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar gassijiet fluworurati b'effett ta' serra (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 16(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont ir-Regolament (UE) Nru 517/2014, it-tqegħid fis-suq tal-Unjoni ta' mill-inqas 100 tunnellata ta' ekwivalenti għal CO2 ta' idrofluworokarburi mill-produtturi jew mill-importaturi huwa suġġett għal limiti kwantitattivi sabiex jiġi żgurat it-tnaqqis gradwali tagħhom.

(2)

Il-Kummissjoni hija meħtieġa tiddetermina dawk il-limiti kwantitattivi u talloka l-kwoti għal kull produttur u importatur.

(3)

Għall-perjodu mill-2015 sal-2017, l-allokazzjoni tal-kwoti għall-produtturi u l-importaturi li rrapurtaw dejta skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għandha tkun determinata abbażi ta' valuri ta' referenza individwali.

(4)

Il-valuri ta' referenza jiġu kkalkulati fuq il-bażi tal-medja annwali tal-kwantitajiet ta' idrofluworokarburi li l-produtturi jew l-importaturi rrapportaw li jkunu qiegħdu fis-suq mill-2009 sal-2012, filwaqt li jiġu esklużi l-kwantitajiet tal-idrofluworokarburi għall-użu msemmi fl-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 matul l-istess perjodu, abbażi tad-dejta disponibbli.

(5)

Id-determinazzjoni tal-valur ta' referenza hija limitata mir-restrizzjonijiet tad-dejta rrapportata skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 842/2006.

(6)

Il-kalkolu tal-valuri ta' referenza abbażi tad-dejta rrappurtata rriżulta fi kwantitajiet negattivi għal xi impriżi. Għalhekk, jtiqies li dawn l-impriżi ma rrappurtawx it-tqegħid tal-idrofluworokarburi fis-suq mill-2009 sal-2012. Huma jistgħu jiksbu kwota skont l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) Nru 517/2014.

(7)

Il-valuri ta' referenza għall-produtturi u l-importaturi għandhom jiġu kkalkolati mill-ġdid kull tliet snin mill-2017 sabiex ikun żgurat li l-impriżi jitħallew ikomplu l-attivitajiet tagħhom abbażi tal-volumi medji li qiegħdu fis-suq fis-snin immedjatament preċedenti. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni għandha tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2017.

(8)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) Nru 517/2014,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Determinazzjoni tal-valuri ta' referenza

Għall-fini tal-allokazzjoni tal-kwota, il-valuri ta' referenza għal kull importatur u produttur għandhom ikunu dawk stabbiliti fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni, ikkalkulati abbażi tad-dejta rrappurtata f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 842/2006 billi jitnaqqsu mill-medja annwali tal-kwantitajiet ta' idrofluworokarburi (gassijiet fi kwantitajiet kbar) li tqiegħdu fis-suq tal-Unjoni fil-perjodu ta' bejn l-2009 u l-2012 il-kwantitajiet totali ta' idrofluworokarburi (bulk gassijiet) koperti mill-eżenzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) sa (e) tal-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 għal dak il-perjodu ta' żmien, fejn id-dejta hija disponibbli.

Il-medja annwali tal-gassijiet bil-kwantità mqiegħda fis-suq tal-Unjoni msemmija f'dan l-Artikolu ġie kkalkulat billi jitnaqqsu mill-kwantitajiet totali annwali ta' idrofluworokarburi (bulk gassijiet) prodotti u importati fis-suq tal-Unjoni, il-kwantitajiet totali ta' idrofluworokarburi (bulk gassijiet) esportati mis-suq tal-Unjoni, filwaqt li jitqies il-bilanċ fl-aħħar tas-sena tal-istokkijiet ta' gassijiet.

Artikolu 2

Perjodu ta' validità

Id-Deċiżjoni tapplika mill-1 ta' Jannar 2015 u tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2017.

Artikolu 3

Indirizzati

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil dawn l-impriżi:

1

A-Gas (UK) Ltd

Banyard R., Portbury West

BS20 7XH Bristol

Ir-Renju Unit

2

ALCOBRE, S.A.

C/Luis I, Nave 6B

28031 Madrid

Spanja

3

ALDIFRIO-Sociedade de Equipamentos de Frio e Ar Condicionado, Lda

Rua Principal Lote 17 cv

Bairro Estacal Novo

2690-226 Santa Iria Azoia

Il-Portugall

4

Andreas I. Kannas & Sons Ltd

46 Kallipoleos Av

1071 Nicosia

Ċipru

5

Arctica Ref OÜ

Pärnu mnt.139E/12

11317 Tallinn

Harjumaa

L-Estonja

6

ARKEMA France

420 rue d'Estienne d'Orves

Colombes cedex

92705

Franza

7

ARKEMA Quimica S.A.

Avda de Burgos 12

28036 Madrid

Spanja

8

Arthur-Friedrichs Kältemittel GmbH

Bei den Kämpen 22

21220 Seevetal

Il-Ġermanja

9

Bang & Bonsomer Estonia Ltd.

Järvevana tee 9 F

11314 Tallinn

L-Estonja

10

BLYE ENGINEERING CO LTD

Naxxar Road

San Gwann

SGN 9018

Malta

11

BOC Ltd UK

The Surrey Research Park,

10 Priestley Road

Guildford, Surrey

Ir-Renju Unit

12

BULK H24 DI PAVAN DANIELE E C.

10 Via Carro Maggiore

20060 Mediglia

L-Italja

13

Calorie fluor

15 Rue Henri Brisson

34500 Beziers

Franza

14

CARTESIO SRL

Via Volta, 19

20837 Veduggio Con Colzano

L-Italja

15

Centrum Klima S.A.

ul. Sochaczewska 144,

Wieruchów

05-850 Ożarów Mazowiecki

Il-Polonja

16

D. Maniadis — N. Tairis Ltd

117-119 Aghialou str

18544 Piraeus

Il-Greċja

17

DUPONT DE NEMOURS (Nederlands) B.V.

Baanhoekweg 22

Dordrecht 3313 LA

Il-Pajjiżi l-Baxxi

18

ELETANCO A.E. LTD

Christou Samara 8

Limassol

3050

Ċipru

19

Envasado Xiomara S.L.

Pol. Ind. La Torrecilla Chica, 6

Yeles, Toledo

45220

Spanja

20

Equinoxe Kft

Gubacsi u. 24, Citypoint 9, Business Park Building A

1097 Budapest

L-Ungerija

21

ESTO Cheb s.r.o.

Palackého 2087/8a

350 02 Cheb

Ir-Repubblika Ċeka

22

ETIS d.o.o.

Tržaška 333

1000 Ljubljana

Is-Slovenja

23

Eurotech Fire Protection Ltd.

Unit 6 The Business Centre

RG412QZ Wokingham

Ir-Renju Unit

24

Ferrotec GmbH

Seerosenstr. 1

72669 Unterensingen

Il-Ġermanja

25

FIBRAN s.a.

Terpni

622 00

Il-Greċja

26

Foosung Slovakia s.r.o.

L. Stura 1030/74

1901 Ilava

Is-Slovakkja

27

Frigo Chem Ltd.

Lotos 22 Str.

4006 Plovdiv

Il-Bulgarija

28

FRIGO KOR

Majstorska 11

10000 Zagreb

Il-Kroazja

29

Frigo Plus d.o.o

Ljudevita Posavskog 8

10360 Sesvete

Il-Kroazja

30

Frigocommerce International Ltd.

Dunav Blvd. 79 A

4003 Plovdiv

Il-Bulgarija

31

Friogas, S.A.

Poligono Industrial Sepes, Parcela 10

46500 Sagunto

Spanja

32

Galco S.A.

Avenue Carton de Wiart 79

1090 Brussels

Il-Belġju

33

Gases: Research, Innovation & Technology SL,

Pol. Ind. El Punsic parcela 8,3 CP

08279 Avinyo

Spanja

34

Gas-Servei

Motores, 151-155 nave no 9

8038 Barcelona

Spanja

35

General Gas S.r.l

Via Aosta, 5

20063 Cernusco S/N

L-Italja

36

GHC Gerling, Holz & Co. Handels GmbH

Ruhrstr. 113

22761 Hamburg

Il-Ġermanja

37

GREENCHEMICALS srl

Via G.DE Chirico, 4

20900 Monza

L-Italja

38

HARP International Limited

Gellihirion Industrial Estate

Pontypridd, Rhondda Cynon Taff

CF37 5SX

Ir-Renju Unit

39

Heatron Co. Ltd

153, Yiannou Kranidioti Avenue

2231 Latsia

Ċipru

40

Honeywell Fluorine Products B. V.

Laarderhoogtweg 18

1101 EA Amsterdam

Il-Pajjiżi l-Baxxi

41

Ingle AS

Ingliste küla Kehtna vald

79004 Raplamaa

L-Estonja

42

Linde AG Geschäftsbereich Linde Gas

Seitnerstr. 70

82049 Pullach

Il-Ġermanja

43

LINDE GAS ITALIA S.r.l.

Via G. Rossa, 3

20010 Arluno (MI)

L-Italja

44

Linde Gaz Polska Sp. z o.o.

al. Jana Pawła II 41a

31-864 Kraków

Il-Polonja

45

LORENZI MICAELA

Via Volta, 19

20837 Veduggio Con Colzano

L-Italja

46

Mariel Srl

Via Olubi,5

28013 Gattico (NO)

L-Italja

47

MATERO Ltd

22 Nikis Ave.

1664 Nicosia

Ċipru

48

MB Frigo Grupa d.o.o.

Bani 81

10010 Zagreb

Il-Kroazja

49

Mexichem UK Limited

The Heath Business & Technical Park

Runcorn, Cheshire

WA7 4QX

Ir-Renju Unit

50

Moralte OÜ

Ravila 53e

Tartu

51011

L-Estonja

51

National Refrigerants Ltd

6 Stanley Street

Liverpool

L1 6AF

Ir-Renju Unit

52

Odisey 71 Ltd

57 Vasil Drumev str

9002 Varna

Il-Bulgarija

53

Odisey Trade Ltd

57 Vasil Drumev str

9002 Varna

Il-Bulgarija

54

Polymer Insulation Products NV

Industrielaan 9

9990 Maldegem

Il-Belġju

55

REMEDICA Ltd

Aharnon 4

3056 Limassol Industrial Estate

Ċipru

56

REVERS Ltd

Katlakalna 4C

LV1073 Riga

Il-Latvja

57

S.C. LINDE GAZ ROMANIA S.R.L.

Strada Avram Imbroane Nr 9

Timișoara, județul Timiș

300136

Ir-Rumanija

58

Savi Inwestycje Sp. z o.o.

ul. Wołowska 2

55-120

Oborniki Śląskie

Il-Polonja

59

Sc. Electrocandy Srl.

Iasomiei 56 A

410174 Oradea

Ir-Rumanija

60

Settala Gas S.p.A.

Viale delle Industrie n°18

Settala

20090

L-Italja

61

SILCO D.O.O.

Sentrupert 5a

3303 Gomilsko

Is-Slovenja

62

Simat Prom d.o.o.

Rudeska cesta 96

10 000 Zagreb

Il-Kroazja

63

Sinteco S.R.L.

Via IV Novembre n. 51

28065 Cerano (NO)

L-Italja

64

Soc. Port. do Arlíquido, “Arlíquido”, Lda.

Rua Dr. António Loureiro Borges, 4 — 2°, Arquiparque, Miraflores

Algés

1495-131

Il-Portugall

65

SOLQUIMIA IBERIA, S.L.

C/Paraguay 4 (P.I. Centrovia)

50198 La Muela

Spanja

66

Solvay Fluor GmbH

Hans-Böckler-Allee 20

Hanover 30173

Il-Ġermanja

67

Solvay Bario E Derivati S.p.A.

84 Via Degli Olivetti

Massa

54100

L-Italja

68

Solvay Fluorés France

25 rue de Clichy

Paris

75009

Franza

69

Solvay Specialty Polymers France SAS

Avenue de la Republique

Tavaux

39501 Tavaux Cedex

Franza

70

Systherm D. Gazińska s.j.

ul. św. Wincentego 7

61003 Poznań

Il-Polonja

71

TAIRIS AEVE

68 Petrou Ralli str

12241 Egaleo

Il-Greċja

72

Tazzetti S.p.A.

Corso Europa 600/A

Volpiano (TO)

10088

L-Italja

73

Tazzetti, S.A.U.

Calle Roma 2

Torres de la Alameda

28813

Spanja

74

Tepostop

Pardubicka 1777

Prelouc

53501

Ir-Repubblika Ċeka

75

Termo Schiessl Sp. z o.o.

ul. Raszyńska 13

05-500 Piaseczno

Il-Polonja

76

TOPOX-FOAM, S.L.

POL. IND. EL MAS VELL C/DE L'OLI S/N

Vallmoll, Tarragona

43144

Spanja

77

Vrec

Kosouth U-12

Szatymaz

6763

L-Ungerija

78

Westfalen AG

Industrieweg 43

Münster 48155

Il-Ġermanja

79

WIGMORS

ul. Irysowa 5

51-117 Wrocław

Il-Polonja

 

 

Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Ottubru 2014.

Għall-Kummissjoni

Connie HEDEGAARD

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 150, 20.5.2014, p. 195.

(2)  Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar ċerti gassijiet serra flworinati Test b'rilevanza għaż-ŻEE (ĠU L 161, 14.6.2006, p. 1).


ANNESS

Il-valuri ta' referenza (1) għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2015 sal-31 ta' Diċembru 2017 għal kull produttur u importatur li rrapportaw li qiegħdu fis-suq tal-idrofluworokarburi mill-2009 sal-2012

Il-valur ta' referenza (RV) jiġi kkalkolat skont il-formula li ġejja:

RV = il-medja [2009-2012] (POM – ex)

Il-(POM – EX) huwa determinat kull sena u mbagħad tittieħed il-medja tul il-perjodu ta' 4 snin

fejn:

POM, jirreferi għall-gassijiet fi kwantitajiet kbar mqiegħda fis-suq. POM = Ρ + I – E + Δs, fejn: P: il-produzzjoni, I: l-importazzjonijiet, E: l-esportazzjonijiet diretti, Δs: id-differenza fl-aħħar tas-sena tal-istokkijiet, jiġifieri l-istokkijiet fl-1 ta' Jannar 20xx – l-istokkijiet fil-31 ta' Diċembru 20xx

EX, jirreferi għall-gassijiet fi kwantitajiet kbar koperti minn eżenzjonijiet skont il-punti (a) sa (e) tal-Artikolu 15(2) tar-Regolament abbażi tad-dejta disponibbli.


(1)  (Tagħrif kummerċjalment sensittiv — kunfidenzjali — ma jistax jiġi ppubblikat).


Rettifika

5.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 318/34


Rettifika tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 343 tat-22 ta' Diċembru 2009 )

F'paġna 14, Artikolu 4, punt (16):

flok

“(16)

Trasbord’ tfisser il-ħatt tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura kollha abbord bastiment għal fuq bastiment ieħor;”

aqra

“(16)

Trasbord’ tfisser il-ħatt ta' parti jew tat-totalità tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura abbord bastiment għal fuq bastiment ieħor;”