|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 314 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 57 |
|
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
31.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 314/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1164/2014
tal-31 ta' Ottubru 2014
li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 411/2014 li jwassal għall-ftuħ u l-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji tal-Unjoni għall-importazzjoni taċ-ċanga u tal-vitella friska u ffriżata li toriġina mill-Ukraina
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikulari l-punti (a), (c) u (d) tal-Artikolu 187 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 374/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jipprevedi arranġamenti preferenzjali għall-2014 għad-dazji doganali marbuta mal-importazzjoni ta' ċerti oġġetti li joriġinaw mill-Ukraina. Skont l-Artikolu 3 ta' dak ir-Regolament, il-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness III tiegħu għandhom jitħallew jiġu impurtati fl-Unjoni fil-limiti tal-kwoti tariffarji stabbiliti f'dak l-Anness. |
|
(2) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 411/2014 (3) fetaħ u ppreveda l-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji tal-Unjoni għall-importazzjoni taċ-ċanga u tal-vitella li joriġinaw mill-Ukraina sal-31 ta' Ottubru 2014. |
|
(3) |
Ir-Regolament (UE) Nru 374/2014 ġie emendat bir-Regolament (UE) Nru 1150/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). Primarjament, l-emenda tipprevedi l-estensjoni tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 374/2014 sal-31 ta' Diċembru 2015, u għall-istabbiliment tal-kwantitajiet u tal-kwoti għall-2015. Għalhekk, jixraq li r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 411/2014 jiġi emendat skont dan. |
|
(4) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emenda tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 411/2014
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 411/2014 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 2 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 2 Il-perjodi tal-kwoti tariffarji fuq l-importazzjoni 1. Il-kwota tariffarja fuq l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(1) għandha tinfetaħ mill-25 ta' April sal-31 ta' Diċembru 2014 u mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2015. 2. Il-kwantità stabbilita għall-kwota tariffarja annwali fuq l-importazzjoni għall-2015 għan-numru tal-ordni stabbilit fl-Anness I għandha tiġi maqsuma għal darba oħra f'erba' perjodi sekondarji, kif jidher hawn taħt:
|
|
(2) |
L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
Għandu jiddaħħal l-Artikolu 3a li ġej: “Artikolu 3a L-applikazzjonijiet tad-drittijiet tal-importazzjoni għall-perjodu tal-kwota tal-2015 1. L-applikazzjonijiet għad-drittijiet tal-importazzjoni għandhom jitressqu matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar qabel kull perjodu sekondarju msemmi fl-Artikolu 2(2). 2. Mat-tressiq tal-applikazzjoni għad-drittijiet tal-importazzjoni għandha tiġi ddepożitata garanzija ta' EUR 6 għal kull 100 kilogramma ta' piż nett. 3. Huma u jressqu l-ewwel applikazzjoni għal kull sena speċifika tal-kwota, l-applikanti għad-drittijiet tal-importazzjoni jridu juru li kwantità ta' ċanga li taqa' taħt il-kodiċijiet tan-NM 0201 jew 0202 tkun ġiet impurtata minnhom jew f'isimhom, skont id-dispożizzjonijiet tad-dwana rilevanti, matul il-perjodu ta' 12-il xahar eżatt qabel l-ewwel applikazzjoni tagħhom (minn hawn 'il quddiem imsejħa ‘il-kwantità ta' referenza’). Kumpanija ffurmata mill-fużjoni ta' kumpaniji li kull waħda minnhom tkun impurtat kwantitajiet ta' referenza, tista' tuża dawk il-kwantitajiet ta' referenza bħala l-bażi għall-applikazzjoni tagħha. 4. Il-kwantità totali koperta minn applikazzjoni għad-drittijiet tal-importazzjoni mressqa fil-perjodu sekondarju tal-kwota tariffarja fuq l-importazzjoni ma għandhiex taqbeż il-25 % tal-kwantità ta' referenza tal-applikant. L-applikazzjonijiet li ma jħarsux din ir-regola ma jiġux aċċettati mill-awtoritajiet kompetenti. 5. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet totali, fosthom dikjarazzjonijiet nulli, tal-applikazzjonijiet kollha, espressi f'kilogrammi ta' piż tal-prodott, fl-14 tax-xahar li fih jitressqu l-applikazzjonijiet. 6. Id-drittijiet tal-importazzjoni għandhom jingħataw mit-23 jum tax-xahar li fih jitressqu l-applikazzjonijiet, u mhux aktar tard mill-aħħar jum ta' dak ix-xahar. 7. Jekk l-applikazzjoni tal-koeffiċjent tal-allokazzjoni msemmi fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 tirriżulta fl-allokazzjoni ta' inqas drittijiet tal-importazzjoni milli jkunu tressqu applikazzjonijiet għalihom, il-garanzija ddepożitata skont il-paragrafu 2 għandha tinħeles proporzjonatament, mingħajr dewmien. 8. Id-drittijiet tal-importazzjoni għandhom ikunu validi mill-ewwel jum tal-perjodu sekondarju li għalih tressqet l-applikazzjoni sal-31 ta' Diċembru 2015. Id-drittijiet tal-importazzjoni ma għandhomx ikunu trasferibbli.” |
|
(4) |
L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:
|
|
(5) |
Għandu jiddaħħal l-Artikolu 4 a li ġej: “Artikolu 4a Ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni għall-perjodu tal-kwota 2015 1. Il-ħelsien fiċ-ċirkulazzjoni libera tal-kwantitajiet assenjati skont il-kwota tariffarja fuq l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(1) għandu jkun suġġett għall-preżentazzjoni ta' liċenzja tal-importazzjoni. 2. L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għandhom ikopru l-kwantità totali tad-drittijiet tal-importazzjoni allokati. Għandu jiġi rispettat l-obbligu msemmi fl-Artikolu 23(1) tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 (*1). 3. L-applikazzjonijiet għal-liċenzji għandhom jitressqu biss fl-Istat Membru fejn l-applikant ikun applika għad-drittijiet tal-importazzjoni skont il-kwoti tariffarji fuq l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(1) u fejn ikun kisibhom. 4. Kull ħruġ tal-liċenzja ta' importazzjoni għandu jirriżulta fi tnaqqis korrispondenti fid-drittijiet tal-importazzjoni li nkisbu u l-garanzija ddepożitata bi qbil mal-Artikolu 3a(2) għandha tiġi rrilaxxata b'mod proporzjonali mingħajr dewmien. 5. Il-liċenzji tal-importazzjoni għandhom jinħarġu f'isem l-operatur li jkun ingħata d-drittijiet tal-importazzjoni mal-applikazzjoni tiegħu. 6. L-applikazzjonijiet għal-liċenzji għandhom jirreferu għal numru tal-ordni wieħed biss. Jistgħu jikkonċernaw diversi prodotti koperti minn kodiċijiet tan-NM differenti. F'dan il-każ, il-kodiċijiet kollha tan-NM u d-deskrizzjonijiet tagħhom għandhom jiġu indikati fil-kaxex 15 u 16 tal-applikazzjoni għal-liċenzja u tal-liċenzja stess, rispettivament. 7. L-applikazzjonijiet għal-liċenzji u l-liċenzji tal-importazzjoni għandhom juru:
8. Kull liċenzja għandha ssemmi l-kwantità għal kull kodiċi tan-NM. 9. B'deroga mill-Artikolu 5(3)(b) tar-Regolament (KE) Nru 382/2008, il-liċenzji tal-importazzjoni għandhom jibqgħu validi għal 30 jum mid-data reali tal-ħruġ tagħhom fit-tifsira tal-Artikolu 22(2) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008. Madankollu. il-perjodu ta' validità tal-liċenzji tal-importazzjoni, ma għandux jaqbeż il-31 ta' Diċembru 2015. (*1) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 tal-11 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-garanziji u l-użu tal-euro (ĠU L 255, 28.8.2014, p. 18).” " |
|
(6) |
L-Artikolu 5 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 5 Notifiki lill-Kummissjoni għall-perjodu tal-kwota 2014 1. B'deroga mit-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni:
2. Sa mhux aktar tard mit-30 ta' April 2015, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet tal-prodotti li jkunu effettivament inħelsu fiċ-ċirkolazzjoni libera matul il-perjodu tal-kwota tariffarja tal-2014. 3. Fil-każ tan-notifiki msemmija fil-paragrafi 1 u 2, il-kwantitajiet għandhom jingħataw f'kilogrammi.” |
|
(7) |
Għandu jiddaħħal l-Artikolu 5a li ġej: “Artikolu 5a Notifiki lill-Kummissjoni għall-perjodu tal-kwota 2015 1. B'deroga mit-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-10 jum tax-xahar wara l-aħħar jum ta' kull perjodu sekondarju, bil-kwantitajiet, fosthom id-dikjarazzjonijiet nulli, koperti mil-liċenzji li jkunu ħarġu tul dak il-perjodu sekondarju. 2. B'deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet, fosthom id-dikjarazzjonijiet nulli, koperti minn liċenzji tal-importazzjoni mhux użati jew parzjalment użati, u li jikkorrispondu għad-differenza bejn il-kwantitajiet imdaħħla fuq wara tal-liċenzji tal-importazzjoni u l-kwantitajiet li għalihom ikunu nħarġu:
3. Sa mhux aktar tard mit-30 ta' April 2016, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet tal-prodotti li jkunu effettivament inħelsu fiċ-ċirkolazzjoni libera matul dak il-perjodu tal-kwota tariffarja. 4. Fil-każ tan-notifiki msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3, il-kwantità għandha tingħata f'kilogrammi ta' piż tal-prodott.” |
|
(8) |
L-Anness I għandu jiġi ssostitwit bit-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Id-dħul fis-seħħ u l-applikazzjoni
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mit-2 ta' Novembru 2014.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Ottubru 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 374/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar it-tnaqqis jew l-eliminazzjoni tad-dazji doganali fuq oġġetti li joriġinaw mill-Ukraina (ĠU L 118, 22.4.2014, p. 1).
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 411/2014 tat-23 ta' April 2014 li jwassal għall-ftuħ u l-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji tal-Unjoni għall-importazzjoni taċ-ċanga u tal-vitella friska u ffriżata li toriġina mill-Ukraina (ĠU L 121, 24.4.2014, p. 27).
(4) Regolament (UE) Nru 1150/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' Ottubru 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 374/2014 dwar it-tnaqqis jew l-eliminazzjoni ta' dazji doganali fuq oġġetti li joriġinaw fl-Ukraina (ĠU L 313, 31.10.2014, p. 1).
ANNESS
“ANNESS I
Irrispettivament mir-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem tad-deskrizzjoni tal-prodotti għandu jitqies bħala ta' valur indikattiv biss, minħabba li l-applikabbiltà tal-arranġamenti preferenzjali, fil-kuntest ta' dan l-Anness, tiddependi mill-ambitu tal-kodiċijiet tan-NM.
|
Numru tal-ordni |
Kodiċi tan-NM |
Deskrizzjoni |
Perjodu ta' importazzjoni |
Kwanità f'tunnellati (piż nett) |
Dazju applikabbli (f'EUR/t) |
|
09.4270 |
0201 10 00 0201 20 20 0201 20 30 0201 20 50 0201 20 90 0201 30 00 0202 10 00 0202 20 10 0202 20 30 0202 20 50 0202 20 90 0202 30 10 0202 30 50 0202 30 90 |
Laħam tal-annimali bovini: frisk, imkessaħ jew iffriżat |
Sena 2014 Sena 2015 |
12 000 12 000 |
0” |
|
31.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 314/7 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1165/2014
tal-31 ta' Ottubru 2014
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2535/2001 rigward l-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-prodotti tal-ħalib li joriġinaw mill-Ukraina
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikulari l-punt (a) tal-Artikolu 187 tiegħu
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 374/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jipprevedi arranġamenti preferenzjali għad-dazji doganali marbuta mal-importazzjoni ta' ċerti oġġetti li joriġinaw mill-Ukraina. Skont l-Artikolu 3 ta' dak ir-Regolament, il-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness III tiegħu għandhom jitħallew jiġu impurtati fl-Unjoni fil-limiti tal-kwoti tariffarji stabbiliti f'dak l-Anness. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 (3) ġie emendat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 415/2014 (4) biex jinkludi l-kwoti tariffarji għall-prodotti tal-ħalib imsemmijin fir-Regolament (UE) Nru 374/2014 li huma miftuħa sal-31 ta' Ottubru 2014. |
|
(2) |
Ir-Regolament (UE) Nru 374/2014 ġie emendat bir-Regolament (UE) Nru 1150/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). Primarjament, l-emenda tipprevedi t-titwil tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 374/2014 sal-31 ta' Diċembru 2015, u għall-istabbiliment tal-kwantitajiet u tal-kwoti għall-2015. Għalhekk jixraq li tiġi prevista l-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji msemmijin fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001 għall-2015. |
|
(3) |
Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 2535/2001 għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(4) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emenda tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001
Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001, il-Parti L hija sostitwita bit-test stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Id-dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Ottubru 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 374/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar it-tnaqqis jew l-eliminazzjoni ta' dazji doganali fuq oġġetti li joriġinaw fl-Ukraina (ĠU L 118, 22.4.2014, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 tal-14 ta' Diċembru 2001 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward l-arranġamenti għall-importazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u li jiftaħ il-kwoti tariffarji (ĠU L 341, 22.12.2001, p. 29).
(4) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 415/2014 tat-23 ta' April 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2535/2001 dwar l-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-prodotti tal-ħalib li joriġinaw mill-Ukraina u li jidderoga minnu (ĠU L 121, 24.4.2014, p. 49).
(5) Ir-Regolament (UE) Nru 1150/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' Ottubru 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 374/2014 dwar it-tnaqqis jew l-eliminazzjoni tad-dazji doganali fuq oġġetti li joriġinaw mill-Ukraina (ĠU L 313, 31.10.2014, p. 1).
ANNESS
“I. L
IL-KWOTI TARIFFARJI MSEMMIJA FL-ANNESS III TAR-REGOLAMENT (UE) Nru 374/2014
Kwota fis-sena mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru
|
Numru tal-kwota |
Kodiċi tan-NK |
Deskrizzjoni (1) |
Il-pajjiż tal-oriġini |
Perjodu ta' importazzjoni |
Kwantità tal-kwota (f'tunnellati f'piż tal-prodott) |
Kwantità tal-kwota Kull sitt xhur (f'tunnellati f'piż tal-prodott) |
Dazju tal-importazzjoni (f'EUR/100 kg piż nett) |
|
09.4600 |
0401 |
Ħalib u krema, mhux fi trab, ħbub jew forom solidi oħrajn; jogurt, mhux mogħti togħma jew li fih frott, ġewż jew kawkaw miżjud; prodotti tal-ħalib iffermentati jew aċidifikati, mhux mogħtija togħma jew li fihom frott, ġewż jew kawkaw miżjud u mhux fi trab, ħbub jew forom solidi oħrajn |
L-UKRAINA |
Is-sena 2014 Is-sena 2015 |
8 000 8 000 |
— 4 000 |
0 0 |
|
0402 91 |
|
|
|
|
|
|
|
|
0402 99 |
|
|
|
|
|
|
|
|
0403 10 11 |
|
|
|
|
|
|
|
|
0403 10 13 |
|
|
|
|
|
|
|
|
0403 10 19 |
|
|
|
|
|
|
|
|
0403 10 31 |
|
|
|
|
|
|
|
|
0403 10 33 |
|
|
|
|
|
|
|
|
0403 10 39 |
|
|
|
|
|
|
|
|
0403 90 51 |
|
|
|
|
|
|
|
|
0403 90 53 |
|
|
|
|
|
|
|
|
0403 90 59 |
|
|
|
|
|
|
|
|
0403 90 61 |
|
|
|
|
|
|
|
|
0403 90 63 |
|
|
|
|
|
|
|
|
0403 90 69 |
|
|
|
|
|
|
|
|
09.4601 |
0402 10 |
Ħalib u krema, fi trab, ħbub jew forom solidi oħra: prodotti tal-ħalib iffermentati jew aċidifikati, fi trab, ħbub few forom solidi oħrajn, mhux mogħtija togħma partikulari u lanqas bil-frott, lewż jew kawkaw miżjud; prodotti magħmulin minn kostitwenti naturali tal-ħalib, mhux speċifikati jew inklużi band'oħra |
L-UKRAINA |
Is-sena 2014 Is-sena 2015 |
1 500 1 500 |
— 750 |
0 0 |
|
0402 21 |
|
|
|
|
|
|
|
|
0402 29 |
|
|
|
|
|
|
|
|
0403 90 11 |
|
|
|
|
|
|
|
|
0403 90 13 |
|
|
|
|
|
|
|
|
0403 90 19 |
|
|
|
|
|
|
|
|
0403 90 31 |
|
|
|
|
|
|
|
|
0403 90 33 |
|
|
|
|
|
|
|
|
0403 90 39 |
|
|
|
|
|
|
|
|
0404 90 21 |
|
|
|
|
|
|
|
|
0404 90 23 |
|
|
|
|
|
|
|
|
0404 90 29 |
|
|
|
|
|
|
|
|
0404 90 81 |
|
|
|
|
|
|
|
|
0404 90 83 |
|
|
|
|
|
|
|
|
0404 90 89 |
|
|
|
|
|
|
|
|
09.4602 |
0405 10 |
Butir u xaħmijiet u żjut oħra miġjuba mill-ħalib; dlik (pejst) tal-butir b'kontenut tax-xaħam, bħala piż, li jaqbeż il-75 % iżda anqas minn 80 % |
L-UKRAINA |
Is-sena 2014 Is-sena 2015 |
1 500 1 500 |
— 750 |
0 0 |
|
0405 20 90 |
|
|
|
|
|
|
|
|
0405 90 |
|
|
|
|
|
|
(1) Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, il-kliem għad-deskrizzjoni tal-prodotti għandu jitqies li m'għandux aktar minn valur indikattiv, l-applikabbiltà tal-iskema preferenzjali li tkun stabbilita, għall-finijiet ta' dan l-Anness, bil-kopertura tal-kodiċijiet tan-NK.”
|
31.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 314/12 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1166/2014
tal-31 ta' Ottubru 2014
li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 412/2014 li jwassal għall-ftuħ u l-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji tal-Unjoni fuq l-importazzjoni ta' bajd, prodotti tal-bajd u albumina li joriġinaw mill-Ukraina
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-punti (a), (c) u (d) tal-Artikolu 187 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti prodotti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli u jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009 u (KE) Nru 614/2009 (2), u b'mod partikolari l-punti (a), (b) (c) u (d) tal-Artikolu 9 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 374/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jipprevedi arranġamenti preferenzjali għall-2014 rigward id-dazji doganali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti li joriġinaw mill-Ukraina. Bi qbil mal-Artikolu 3 ta' dak ir-Regolament, il-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness III tiegħu għandhom jiġu aċċettati għall-importazzjoni fl-Unjoni fi ħdan il-limiti tal-kwoti tariffarji kif stabbilit f'dak l-Anness. |
|
(2) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 412/2014 (4) fetaħ u ppreveda l-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji tal-Unjoni fuq l-importazzjoni ta' bajd, prodotti tal-bajd u albumina li joriġinaw mill-Ukraina sal-31 ta' Ottubru 2014. |
|
(3) |
Ir-Regolament (UE) Nru 374/2014 ġie emendat bir-Regolament (UE) Nru 1150/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). Primarjament l-emenda tipprevedi l-estensjoni tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 374/2014 sal-31 ta' Diċembru 2015 u għall-istabbiliment tal-kwantitajiet ta' kwoti għall-2015. Għalhekk jixraq li jiġi emendat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 412/2014. |
|
(4) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emenda tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 412/2014
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 412/2014 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 2 Il-perjodi tal-kwoti tariffarji fuq l-importazzjoni 1. Il-kwoti tariffarji fuq l-importazzjoni msemmijin fl-Artikolu 1(1) għandhom jinfetħu mill-25 ta' April sal-31 ta' Diċembru 2014 u mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2015. 2. Il-kwantità stabbilita għall-kwota tariffarja fuq l-importazzjoni annwali għall-2015 għal kull numru ta' ordni stabbilit fl-Anness I għandha terġa' tinqasam f'erba' perjodi sekondarji kif ġej,
|
|
(2) |
It-titolu tal-Artikolu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej: “L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni u l-liċenzji tal-importazzjoni għall-perjodu tal-kwota 2014” |
|
(3) |
Jiddaħħal l-Artikolu 3a li ġej: “Artikolu 3a L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni u l-liċenzji tal-importazzjoni għall-perjodu tal-kwota 2015 1. Il-ħelsien għaċ-ċirkolazzjoni libera tal-kwantitajiet li ngħataw skont il-kwoti tariffarji fuq l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(1) għandu jkun suġġett għall-preżentazzjoni ta' liċenzja tal-importazzjoni. 2. Fil-ħin li operatur iressaq l-applikazzjoni għal liċenzja tal-importazzjoni, dan għandu jiddepożita garanzija ta' EUR 20 għal kull 100 kilogramma. 3. L-applikazzjonijiet għal-liċenzji għandhom jirreferu għal numru tal-ordni wieħed biss. Huma jistgħu jkunu jikkonċernaw għadd ta' prodotti li jaqgħu taħt kodiċijiet differenti tan-NM. F'dan il-każ, il-kodiċijiet tan-NM kollha u d-deskrizzjonijiet tagħhom għandhom jinkitbu fil-kaxxi 15 u 16 tal-applikazzjoni għal-liċenzja u tal-liċenzja rispettivament. Fil-każ tal-kwota tariffarja 09.4275 stabbilita fl-Anness I, il-kwantità totali għandha tiġi kkonvertita għall-ekwivalenza fil-qxur tal-bajd. 4. Fuq l-applikazzjonijiet għal-liċenzji u l-liċenzji għandu jkun miktub:
5. Kull liċenzja għandha ssemmi l-kwantità relattiva ma' kull kodiċi tan-NM. 6. L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għandhom jitressqu fl-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' qabel kull wieħed mill-perjodi sekondarji msemmijin fl-Artikolu 2(2). 7. L-applikazzjonijiet għal-liċenzji għandhom ikunu għal kwantità minima ta' tunnellata waħda u kwantità massima ta' 10 % tal-kwantità disponibbli għall-kwota kkonċernata fil-perjodu sekondarju tal-kwota kkonċernata. 8. Sal-14-il jum tax-xahar meta jitressqu l-applikazzjonijiet, l-lstati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-kwantitajiet totali, fosthom id-dikjarazzjonijiet nulli, tal-applikazzjonijiet kollha, espressi fil-piż ekwivalenti f'kilogrammi għall-qxur tal-bajd fil-każ tal-kwota tariffarja 09.4275 stabbilita fl-Anness I u f'kilogrammi tal-piż tal-prodott fil-każ tal-kwota tariffarja 09.4276, u disaggregati skont in-numru tal-ordni. 9. Il-liċenzji tal-importazzjoni għandhom jinħarġu mit-23 jum tax-xahar li jitressqu l-applikazzjonijiet, u mhux iżjed tard mill-aħħar jum ta' dak ix-xahar. 10. Fejn rilevanti, il-Kummissjoni għandha tistabblilixxi l-kwantità li għaliha ma jkunux saru applikazzjonijiet għal liċenzji u li tiġi miżjuda awtomatikament mal-kwantità stabbilita għall-perjodu sekondarju tal-kwota li jkun imiss.” |
|
(4) |
L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:
|
|
(5) |
Jiddaħħal l-Artikolu 4 a li ġej: “Artikolu 4a Il-validità tal-liċenzji tal-importazzjoni għall-perjodu tal-kwota 2015 B'deroga mill-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 376/2008, il-liċenzji tal-importazzjoni għandhom ikunu validi għal 150 jum mill-ewwel jum tal-perjodu sekondarju li għalih ikunu nħarġu. Madankollu, il-perjodu ta' validità tal-liċenzji tal-importazzjoni jiskadi mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2015.” |
|
(6) |
L-Artikolu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 5 Notifiki lill-Kummissjoni għall-perjodu tal-kwota 2014 1. B'deroga mit-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni:
2. Mhux aktar tard mit-30 ta' April 2015, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet tal-prodotti li realment inħelsu għaċ-ċirkolazzjoni libera waqt il-perjodu tal-kwota tariffarja fuq l-importazzjoni 2014. 3. Fil-każ tan-notifiki msemmijin fil-paragrafi 1 u 2, il-kwantità għandha tkun espressa fil-piż ekwivalenti f'kilogrammi għall-qxur tal-bajd fil-każ tal-kwota tariffarja 09.4275 stabbilita fl-Anness I u f'kilogrammi tal-piż tal-prodott fil-każ tal-kwota tariffarja 09.4276, u disaggregati skont in-numru tal-ordni.” |
|
(7) |
Jiddaħħal l-Artikolu 5 a li ġej: “Artikolu 5a Notifiki lill-Kummissjoni għall-perjodu tal-kwota 2015 1. B'deroga mit-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-10 jum wara x-xahar tal-applikazzjoni, bil-kwantitajiet, fosthom id-dikjarazzjonijiet nulli, koperti mil-liċenzji li jkunu ħarġu. 2. B'deroga mit-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet, fosthom id-dikjarazzjonijiet nulli, koperti mil-liċenzji tal-importazzjoni mhux użati jew użati biss parzjalment u li jikkorrispondu mad-differenza bejn il-kwantitajiet miktuba fuq wara tal-liċenzji tal-importazzjoni u l-kwantitajiet li għalihom inħarġu:
3. Mhux aktar tard mit-30 ta' April 2016, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet tal-prodotti li realment inħelsu għaċ-ċirkolazzjoni libera waqt dak il-perjodu tal-kwota tariffarja fuq l-importazzjoni. 4. Fil-każ tan-notifiki msemmijin fil-paragrafi 1, 2 u 3, il-kwantità għandha tkun espressa fil-piż ekwivalenti f'kilogrammi għall-qxur tal-bajd fil-każ tal-kwota tariffarja 09.4275 stabbilita fl-Anness I u f'kilogrammi tal-piż tal-prodott fil-każ tal-kwota tariffarja 09.4276, u disaggregati skont in-numru tal-ordni.” |
|
(8) |
L-Anness I huwa sostitwit bit-test tal-Anness ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Id-dħul fis-seħħ u l-applikazzjoni
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mit-2 ta' Novembru 2014.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u huwa applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Ottubru 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) ĠU L 150, 20.5.2014, p. 1.
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 374/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar it-tnaqqis jew l-eliminazzjoni ta' dazji doganali fuq oġġetti li joriġinaw fl-Ukraina (ĠU L 118, 22.4.2014, p. 1).
(4) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 412/2014 tat-23 ta' April 2014 li jwassal għall-ftuħ u l-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji tal-Unjoni fuq l-importazzjoni ta' bajd, prodotti tal-bajd u albumina li joriġinaw mill-Ukraina (ĠU L 121, 24.4.2014, p. 32).
(5) Regolament (UE) Nru 1150/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' Ottubru 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 374/2014 dwar it-tnaqqis jew l-eliminazzjoni ta' dazji doganali fuq oġġetti li joriġinaw fl-Ukraina (ĠU L 313, 31.10.2014, p. 1).
ANNESS
“ANNESS I
Irrispettivament mir-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem tad-deskrizzjoni tal-prodotti għandu jitqies bħala ta' valur indikattiv biss, minħabba li l-applikabbiltà tal-arranġamenti preferenzjali, fil-kuntest ta' dan l-Anness, tiddependi mill-ambitu tal-kodiċijiet tan-NM.
|
Numru tal-ordni |
Kodiċi tan-NM |
Deskrizzjoni |
Perjodu ta' importazzjoni |
Kwantità f'tunnellati |
Dazju applikabbli (EUR/t) |
|
09.4275 |
0407 21 00 0407 29 10 0407 90 10 0408 11 80 0408 19 81 0408 19 89 0408 91 80 0408 99 80 3502 11 90 3502 19 90 3502 20 91 3502 20 99 |
Bajd tal-pullam fil-qxur, friski, ppriżervati jew imsajrin; Bajd tal-għasafar, mhux fil-qxur, u l-isfar tal-bajd, frisk, imnixxef, imsajjar bil-fwar jew mgħolli fl-ilma, iffurmat, iffriżat jew ippriżervat b'xi mod ieħor, biz-zokkor jew sustanza oħra li tagħti togħma ħelwa, jew mingħajrhom, li hu tajjeb għall-konsum mill-bniedem; l-albumini tal-bajd u tal-ħalib, tajbin għall-konsum mill-bniedem |
Sena 2014 |
1 500 (espress fl-ekwivalenza tal-bajd bil-qxur) |
0 |
|
Sena 2015 |
1 500 (espress fl-ekwivalenza tal-bajd bil-qxur) |
||||
|
09.4276 |
0407 21 00 0407 29 10 0407 90 10 |
Bajd tal-pullam fil-qxur, friski, ppriżervati jew imsajrin |
Sena 2014 |
3 000 (espress fil-piż nett) |
0” |
|
Sena 2015 |
3 000 (espress fil-piż nett) |
|
31.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 314/17 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1167/2014
tal-31 ta' Ottubru 2014
li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 413/2014 li jwassal għall-ftuħ u l-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji tal-Unjoni għall-importazzjoni tal-laħam tat-tajr li joriġina mill-Ukraina
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikulari l-punti (a), (c) u (d) tal-Artikolu 187 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 374/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jipprevedi arranġamenti preferenzjali għall-2014 għad-dazji doganali marbuta mal-importazzjoni ta' ċerti oġġetti li joriġinaw mill-Ukraina. Skont l-Artikolu 3 ta' dak ir-Regolament, il-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness III tiegħu għandhom jitħallew jiġu impurtati fl-Unjoni fil-limiti tal-kwoti tariffarji stabbiliti f'dak l-Anness. |
|
(2) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 413/2014 (3) wassal għall-ftuħ u l-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji tal-Unjoni għall-importazzjoni tal-laħam tat-tajr li joriġina mill-Ukraina sal-31 ta' Ottubru 2014. |
|
(3) |
Ir-Regolament (UE) Nru 374/2014 ġie emendat bir-Regolament (UE) Nru 1150/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). L-emenda primarjament tipprevedi l-estensjoni tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 374/2014 sal-31 ta' Diċembru 2015 u biex jiġu ffissati l-kwantitajiet tal-kwoti għall-2015. Għalhekk jixraq li r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 413/2014 jiġi emendat. |
|
(4) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emenda tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 413/2014
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 413/2014 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 2 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 2 Il-perjodu tal-kwoti tariffarji fuq l-importazzjoni 1. Il-kwoti tariffarji fuq l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(1) għandhom jinfetħu mill-25 ta' April sal-31 ta' Diċembru 2014 u mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2015. 2. Il-kwantità stabbilita għall-kwota tariffarja tal-importazzjoni annwali għall-2015 u għal kull numru tas-serje stipulat fl-Anness I għandha tkun maqsuma f'erba' subperjodi, kif ġej:
|
|
(2) |
L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
Għandu jiddaħħal l-Artikolu 3a li ġej: “Artikolu 3a Applikazzjonijiet għad-drittijiet tal-importazzjoni għall-perjodu tal-kwota 2015 1. L-applikazzjonijiet għad-drittijiet tal-importazzjoni għandhom jitressqu fl-ewwel sebat ijiem tax-xahar qabel kull subperjodu msemmi fl-Artikolu 2(2). 2. Mat-tressiq tal-applikazzjoni għad-drittijiet tal-importazzjoni għandha tiġi ddepożitata garanzija ta' EUR 35 għal kull 100 kilogramma. 3. L-applikanti għad-drittijiet tal-importazzjoni, meta jippreżentaw l-ewwel applikazzjoni tagħhom għal sena ta' kwota partikolari, jridu juru li kwantità ta' prodotti tat-tjur li jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-NM 0207 , 0210 99 39 , 1602 31 , 1602 32 jew 1602 39 21 ġiet impurtata minnhom jew f'isimhom, skont id-dispożizzjonijiet tad-dwana rilevanti, matul il-perjodu ta' 12-il xahar eżatt qabel l-ewwel applikazzjoni tagħhom (minn hawn 'il quddiem imsejħa ‘il-kwantità ta' referenza’). Kumpanija ffurmata mill-fużjoni ta' kumpaniji li kull waħda minnhom tkun impurtat kwantità ta' referenza, tista' tuża dawk il-kwantitajiet ta' referenza bħala l-bażi għall-applikazzjoni tagħha. 4. Il-kwantità totali koperta minn applikazzjoni għad-drittijiet tal-importazzjoni mressqa fil-perjodu tal-kwota tariffarja fuq l-importazzjoni ma għandhiex taqbeż il-25 % tal-kwantità ta' referenza tal-applikant. L-applikazzjonijiet li ma jħarsux din ir-regola ma jiġux aċċettati mill-awtoritajiet kompetenti. 5. Mhux aktar tard mill-14-il jum tax-xahar li fih jitressqu l-applikazzjonijiet, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet totali, inklużi d-dikjarazzjonijiet nulli, tal-applikazzjonijiet kollha, espressi f'kilogrammi ta' piż tal-prodott u mqassmin skont in-numru tal-ordni. 6. Id-drittijiet tal-importazzjoni jibdew jingħataw mit-23 jum tax-xahar li fih jitressqu l-applikazzjonijiet u mhux aktar tard mill-aħħar jum ta' dak ix-xahar. 7. Jekk l-applikazzjoni tal-koeffiċjent tal-allokazzjoni msemmi fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 tirriżulta fl-allokazzjoni ta' inqas drittijiet tal-importazzjoni milli jkunu tressqu applikazzjonijiet għalihom, il-garanzija ddepożitata skont il-paragrafu 2 għandha tiġi rrilaxxata proporzjonatament, mingħajr dewmien. 8. Id-drittijiet tal-importazzjoni għandhom ikunu validi mill-ewwel jum tas-subperjodu li fih tkun ġiet sottomessal-applikazzjoni, sal-31 ta' Diċembru 2015. Id-drittijiet tal-importazzjoni ma għandhomx ikunu trasferibbli.” |
|
(4) |
L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:
|
|
(5) |
Għandu jiddaħħal l-Artikolu 4a li ġej: “Artikolu 4a Ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni għall-perjodu tal-kwota 2015 1. Ir-rilaxx għaċ-ċirkulazzjoni ħielsa tal-kwantitajiet assenjati skont il-kwota tariffarja fuq l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(1) għandu jkun suġġett għall-preżentazzjoni ta' liċenzja tal-importazzjoni. L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għandhom ikopru l-kwantità totali tad-drittijiet tal-importazzjoni allokati. L-obbligu msemmi fl-Artikolu 23(1) tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 (*1) għandu jiġi rispettat. 2. L-applikazzjonijiet għal-liċenzja jistgħu jitressqu biss fl-Istat Membru fejn l-applikant ikun applika għad-drittijiet tal-importazzjoni skont il-kwoti tariffarji fuq l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(1) u fejn ikun kisibhom. 3. Fiż-żmien meta tinħareġ il-liċenzja tal-importazzjoni għandha tiġi ddepożitata garanzija ta' EUR 75 għal kull 100 kilogramma mill-operatur. Kull ħruġ ta' liċenzja tal-importazzjoni għandu jirriżulta fi tnaqqis korrispondenti fid-drittijiet tal-importazzjoni li jkunu nkisbu u l-garanzija ddepożitata għad-drittijiet tal-importazzjoni għandha tiġi rrilaxxata proporzjonalment, mingħajr dewmien. 4. Il-liċenzji tal-importazzjoni għandhom jinħarġu ladarba japplika għalihom, f'ismu, l-operatur li jkun kiseb id-drittijiet tal-importazzjoni. 5. L-applikazzjonijiet għal-liċenzja għandhom jirreferu għal numru tal-ordni wieħed biss. Jistgħu jikkonċernaw diversi prodotti koperti minn kodiċijiet tan-NM differenti. F'dan il-każ, il-kodiċijiet kollha tan-NM u d-deskrizzjonijiet tagħhom għandhom jiġu indikati fil-kaxex 15 u 16 tal-applikazzjoni għal-liċenzja u tal-liċenzja stess, rispettivament. 6. L-applikazzjonijiet għal-liċenzja u l-liċenzji tal-importazzjoni għandhom juru:
7. Kull liċenzja għandha ssemmi l-kwantità għal kull kodiċi tan-NM. 8. Skont l-Artikolu 22(2) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008, il-liċenzji tal-importazzjoni għandhom ikunu validi għal 30 jum mid-data proprja li fiha tkun inħarġet il-liċenzja. It-terminu ta' validità tal-liċenzji tal-importazzjoni, madankollu, ma għandux jaqbeż il-31 ta' Diċembru 2015. (*1) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 tal-11 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-garanziji u l-użu tal-euro (ĠU L 255, 28.8.2014, p. 18).” " |
|
(6) |
L-Artikolu 5 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 5 Notifiki lill-Kummissjoni għall-perjodu tal-kwota 2014 1. B'deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni:
2. Sa mhux aktar tard mit-30 ta' April 2015, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet tal-prodotti li jkunu ġew irrilaxxati effettivament għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa matul il-perjodu tal-kwota 2014. 3. Fil-każ tan-notifiki msemmija fil-paragrafi 1 u 2, il-kwantità għandha tingħata f'kilogrammi u għandha titqassam skont in-numru tal-ordni.” |
|
(7) |
Għandu jiddaħħal l-Artikolu 5 a li ġej: “Artikolu 5a Notifiki lill-Kummissjoni għall-perjodu tal-kwota 2015 1. B'deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-10 jum tax-xahar ta' wara l-aħħar jum ta' kull subperjodu, bil-kwantitajiet, inklużi d-dikjarazzjonijiet nulli, koperti mil-liċenzji li jkunu ħarġu matul dak is-subperjodu. 2. B'deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet, inklużi d-dikjarazzjonijiet nulli, koperti minn liċenzji tal-importazzjoni mhux użati jew parzjalment użati, u li jikkorrispondu għad-differenza bejn il-kwantitajiet imdaħħla fuq wara tal-liċenzji tal-importazzjoni u l-kwantitajiet li għalihom ikunu nħarġu:
3. Sa mhux aktar tard mit-30 ta' April 2016, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-kwantitajiet tal-prodotti li jkunu ġew irrilaxxati effettivament għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa matul dak il-perjodu tal-kwota. 4. Fil-każ tan-notifiki msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3, il-kwantità għandha tingħata f'kilogrammi ta' piż tal-prodott u għandha titqassam skont in-numru tal-ordni.” |
|
(8) |
L-Anness I għandu jinbidel bit-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu jibda japplika mit-2 ta' Novembru 2014.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Ottubru 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 374/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar it-tnaqqis jew l-eliminazzjoni tad-dazji doganali fuq oġġetti li joriġinaw fl-Ukraina (ĠU L 118, 22.4.2014, p. 1).
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 413/2014 tat-23 ta' April 2014 li jwassal għall-ftuħ u l-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji tal-Unjoni għall-importazzjoni tal-laħam tat-tajr li joriġina mill-Ukraina (ĠU L 121, 24.4.2014, p. 37).
(4) Regolament (UE) Nru 1150/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' Ottubru 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 374/2014 dwar it-tnaqqis jew l-eliminazzjoni ta' dazji doganali fuq oġġetti li joriġinaw fl-Ukraina (ĠU L 313, 31.10.2014, p. 1).
ANNESS
“ANNESS I
Irrispettivament mir-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem tad-deskrizzjoni tal-prodotti għandu jitqies bħala ta' valur indikattiv biss, minħabba li l-applikabbiltà tal-arranġamenti preferenzjali, fil-kuntest ta' dan l-Anness, tiddependi mill-ambitu tal-kodiċijiet tan-NM. Meta huma indikati l-kodiċijiet ta' qabel tan-NM (il-kodiċijiet ‘ex’), l-użu tal-iskema preferenzjali għandu jiġi stabbilit abbażi tal-kodiċi tan-NM u tad-deskrizzjoni korrispondenti, meħudin flimkien.
|
Numru tal-ordni |
Kodiċi tan-NM |
Deskrizzjoni |
Perjodu ta' importazzjoni |
Kwanità f'tunnellati (piż nett) |
Ħlas applikabbli (f'EUR/t) |
|
09.4273 |
0207 11 30 0207 11 90 0207 12 0207 13 10 0207 13 20 0207 13 30 0207 13 50 0207 13 60 0207 13 99 0207 14 10 0207 14 20 0207 14 30 0207 14 50 0207 14 60 0207 14 99 0207 24 0207 25 0207 26 10 0207 26 20 0207 26 30 0207 26 50 0207 26 60 0207 26 70 0207 26 80 0207 26 99 0207 27 10 0207 27 20 0207 27 30 0207 27 50 0207 27 60 0207 27 70 0207 27 80 0207 27 99 0207 41 30 0207 41 80 0207 42 0207 44 10 0207 44 21 0207 44 31 0207 44 41 0207 44 51 0207 44 61 0207 44 71 0207 44 81 0207 44 99 0207 45 10 0207 45 21 0207 45 31 0207 45 41 0207 45 51 0207 45 61 0207 45 81 0207 45 99 0207 51 10 0207 51 90 0207 52 90 0207 54 10 0207 54 21 0207 54 31 0207 54 41 0207 54 51 0207 54 61 0207 54 71 0207 54 81 0207 54 99 0207 55 10 0207 55 21 0207 55 31 0207 55 41 0207 55 51 0207 55 61 0207 55 81 0207 55 99 0207 60 05 0207 60 10 ex 0207 60 21 (1) 0207 60 31 0207 60 41 0207 60 51 0207 60 61 0207 60 81 0207 60 99 0210 99 39 1602 31 1602 32 1602 39 21 |
Il-laħam u l-ġewwieni li jista' jittiekel tat-tajr: frisk, imkessaħ jew iffriżat; laħam ieħor, ippreparat jew ippreservat, tad-dundjan u ta' tajr tal-ispeċi Gallus domesticus |
Sena 2014 Sena 2015 |
16 000 16 000 |
0 |
|
09.4274 |
0207 12 |
Il-laħam u l-ġewwieni li jista' jittiekel tat-tajr: mhux imqatta' f'biċċiet, iffriżat |
Is-sena 2014 Is-sena 2015 |
20 000 20 000 |
0 |
(1) Farawni frisk jew imkessaħ, nofsu jew kwart minnu.”
|
31.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 314/23 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1168/2014
tal-31 ta' Ottubru 2014
li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 414/2014 li jwassal għall-ftuħ u l-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji tal-Unjoni fuq l-importazzjoni ta' laħam tal-majjal frisk u ffriżat li joriġina mill-Ukraina
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikulari l-punti (a), (c) u (d) tal-Artikolu 187 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 374/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jipprevedi arranġamenti preferenzjali għall-2014 għad-dazji doganali marbuta mal-importazzjoni ta' ċerti oġġetti li joriġinaw mill-Ukraina. Skont l-Artikolu 3 ta' dak ir-Regolament, il-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness III tiegħu għandhom jiġu aċċettati għall-importazzjoni fl-Unjoni fi ħdan il-limiti tal-kwoti tariffarji kif stabbilit f'dak l-Anness. |
|
(2) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 414/2014 (3) wassal għall-ftuħ u l-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji tal-Unjoni fuq l-importazzjoni ta' laħam tal-majjal frisk u ffriżat li joriġina mill-Ukraina sal-31 ta Ottubru 2014. |
|
(3) |
Ir-Regolament (UE) Nru 374/2014 ġie emendat bir-Regolament (UE) Nru 1150/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). L-emenda primarjament tipprevedi l-estensjoni tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 374/2014 sal-31 ta' Diċembru 2015 u biex jiġu ffissati l-kwantitajiet tal-kwoti għall-2015. Għalhekk jixraq li r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 414/2014 jiġi emendat. |
|
(4) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emenda tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 414/2014
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 414/2014 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 2 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 2 Il-perjodu tal-kwoti tariffarji fuq l-importazzjoni 1. Il-kwoti tariffarji fuq l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(1) għandhom jinfetħu mill-25 ta' April sal-31 ta' Diċembru 2014 u mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2015. 2. Il-kwantità stabbilita għall-kwota tariffarja tal-importazzjoni annwali għall-2015 u għal kull numru tas-serje stipulat fl-Anness I għandha tkun maqsuma f'erba' subperjodi, kif ġej:
|
|
(2) |
L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
Għandu jiddaħħal l-Artikolu 3a li ġej: “Artikolu 3a Applikazzjonijiet għad-drittijiet tal-importazzjoni għall-perjodu tal-kwota 2015 1. Applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni ma jistgħux jitressqu ħlief matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar qabel kull subperjodu msemmi fl-Artikolu 2(2). 2. Mat-tressiq tal-applikazzjoni għad-drittijiet tal-importazzjoni għandha tiġi ddepożitata garanzija ta' EUR 20 għal kull 100 kilogramma. 3. L-applikanti għad-drittijiet tal-importazzjoni jridu juru li kwantità ta' prodotti tal-laħam tal-majjal li jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-NM 0203 tkun ġiet impurtata minnhom jew f'isimhom, skont id-dispożizzjonijiet tad-dwana rilevanti, matul il-perjodu ta' 12-il xahar eżatt qabel l-ewwel applikazzjoni tagħhom (minn hawn 'il quddiem imsejħa ‘il-kwantità ta' referenza’). Kumpanija ffurmata mill-fużjoni ta' kumpaniji li kull waħda minnhom tkun impurtat kwantitajiet ta' referenza, tista' tuża dawk il-kwantitajiet ta' referenza bħala l-bażi għall-applikazzjoni tagħha. 4. Il-kwantità totali koperta minn applikazzjoni għad-drittijiet tal-importazzjoni mressqa fil-perjodu tal-kwota tariffarja fuq l-importazzjoni ma għandhiex taqbeż il-25 % tal-kwantità ta' referenza tal-applikant. L-applikazzjonijiet li ma jħarsux din ir-regola ma jiġux aċċettati mill-awtoritajiet kompetenti. 5. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, sal-14-il jum tax-xahar li fih jitressqu l-applikazzjonijiet, bil-kwantitajiet totali, inklużi prospetti nulli, bl-applikazzjonijiet kollha, espressi f'kilogrammi ta' piż tal-prodott u mqassma skont in-numru tal-ordni. 6. Id-drittijiet tal-importazzjoni għandhom jingħataw mit-23 jum tax-xahar li fihom l-applikazzjonijiet jiġu sottomessi u mhux aktar tard mill-aħħar jum ta' dak ix-xahar. 7. Jekk l-applikazzjoni tal-koeffiċjent tal-allokazzjoni msemmi fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 tirriżulta fl-allokazzjoni ta' inqas drittijiet tal-importazzjoni milli jkunu tressqu applikazzjonijiet għalihom, il-garanzija ddepożitata skont il-paragrafu 2 għandha tiġi rrilaxxata proporzjonalment, mingħajr dewmien. 8. Id-drittijiet tal-importazzjoni għandhom ikunu validi mill-ewwel jum tas-subperjodu li fih tkun ġiet sottomessal-applikazzjoni, sal-31 ta' Diċembru 2015. Id-drittijiet tal-importazzjoni ma għandhomx ikunu trasferibbli.” |
|
(4) |
L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:
|
|
(5) |
Għandu jiddaħħal l-Artikolu 4a li ġej: “Artikolu 4a Ħruġ tal-liċenzji ta' importazzjoni għall-perjodu tal-kwoti 2015 1. Ir-rilaxx għaċ-ċirkulazzjoni ħielsa tal-kwantitajiet assenjati skont il-kwota tariffarja fuq l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(1) għandu jkun suġġett għall-preżentazzjoni ta' liċenzja tal-importazzjoni. 2. L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għandhom ikopru l-kwantità totali tad-drittijiet tal-importazzjoni allokati. L-obbligu msemmi fl-Artikolu 23(1) tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 (*1) għandu jiġi rispettat. 3. L-applikazzjonijiet għal-liċenzji jistgħu jitressqu biss fl-Istat Membru fejn l-applikant ikun applika għad-drittijiet tal-importazzjoni skont il-kwoti tariffarji fuq l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(1) u fejn ikun kisibhom. 4. Fiż-żmien meta tinħareġ il-liċenzja tal-importazzjoni għandha tiġi ddepożitata garanzija ta' EUR 50 għal kull 100 kilogramma mill-operatur. Kull ħruġ ta' liċenzja tal-importazzjoni għandu jirriżulta fi tnaqqis korrispondenti fid-drittijiet tal-importazzjoni li jkunu nkisbu u l-garanzija ddepożitata għad-drittijiet tal-importazzjoni għandha tiġi rrilaxxata proporzjonalment, mingħajr dewmien. 5. Il-liċenzji tal-importazzjoni għandhom jinħarġu mill-operatur li jkun kiseb id-drittijiet tal-importazzjoni, u f'ismu. 6. L-applikazzjonijiet għal-liċenzja għandhom jirreferu għal numru tal-ordni wieħed biss. Jistgħu jikkonċernaw diversi prodotti koperti minn kodiċijiet tan-NM differenti. F'dan il-każ, il-kodiċijiet kollha tan-NM u d-deskrizzjonijiet tagħhom għandhom jiġu indikati fil-kaxex 15 u 16 tal-applikazzjoni għal-liċenzja u tal-liċenzja stess, rispettivament. 7. L-applikazzjonijiet għal-liċenzja u l-liċenzji tal-importazzjoni għandhom juru:
8. Kull liċenzja għandha ssemmi l-kwantità għal kull kodiċi tan-NM. 9. Skont l-Artikolu 22(2) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008, il-liċenzji tal-importazzjoni għandhom ikunu validi għal 30 jum mid-data proprja li fiha tkun inħarġet il-liċenzja. It-terminu ta' validità tal-liċenzji tal-importazzjoni, madankollu, ma għandux jaqbeż il-31 ta' Diċembru 2015. (*1) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 tal- 11 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-garanziji u l-użu tal-euro (ĠU L 255, 28.8.2014, p. 18).” " |
|
(6) |
L-Artikolu 5 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 5 Notifiki lill-Kummissjoni għall-perjodu tal-kwoti 2014 1. B'deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni:
2. Sa mhux aktar tard mit-30 ta' April 2015, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet tal-prodotti li jkunu ġew irrilaxxati effettivament għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa matul il-perjodu tal-kwota 2014. 3. Fil-każ tan-notifiki msemmija fil-paragrafi 1 u 2, il-kwantità għandha tingħata f'kilogrammi u għandha titqassam skont in-numru tal-ordni.” |
|
(7) |
Għandu jiddaħħal l-Artikolu 5 a li ġej: “Artikolu 5a Notifiki lill-Kummissjoni għall-perjodu tal-kwoti 2015 1. B'deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-10 jum tax-xahar ta' wara l-aħħar jum ta' kull subperjodu, bil-kwantitajiet, inklużi prospetti nulli, koperti mil-liċenzji li jkunu ħarġu matul dak is-subperjodu. 2. B'deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet koperti minn liċenzji tal-importazzjoni mhux użati jew parzjalment użati, u li jikkorrispondu għad-differenza bejn il-kwantitajiet imdaħħla fuq wara tal-liċenzji tal-importazzjoni u l-kwantitajiet li għalihom ikunu nħarġu:
3. Sa mhux aktar tard mit-30 ta' April 2016, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet tal-prodotti li jkunu ġew irrilaxxati effettivament għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa matul dak il-perjodu tal-kwota. 4. Fil-każ tan-notifiki msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3, il-kwantità għandha tingħata f'kilogrammi ta' piż tal-prodott u għandha titqassam skont in-numru tal-ordni.” |
|
(8) |
L-Anness I għandu jinbidel bit-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mit-2 ta' Novembru 2014.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Ottubru 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 374/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar it-tnaqqis jew l-eliminazzjoni tad-dazji doganali fuq oġġetti li joriġinaw fl-Ukraina (ĠU L 118, 22.4.2014, p. 1).
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 414/2014 tat-23 ta' April 2014 li jwassal għall-ftuħ u l-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji tal-Unjoni fuq l-importazzjoni ta' laħam tal-majjal frisk u ffriżat li joriġina mill-Ukraina (ĠU L 121, 24.4.2014, p. 44).
(4) Regolament (UE) Nru 1150/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' Ottubru 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 374/2014 dwar it-tnaqqis jew l-eliminazzjoni ta' dazji doganali fuq oġġetti li joriġinaw fl-Ukraina (ĠU L 313, 31.10.2004, p. 1).
ANNESS
“ANNESS I
Irrispettivament mir-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem tad-deskrizzjoni tal-prodotti għandu jitqies bħala ta' valur indikattiv biss, minħabba li l-applikabbiltà tal-kwoti tariffarji fuq l-importazzjoni hjia ddeterminata, fil-kuntest ta' dan l-Anness, mill-ambitu tal-kodiċijiet tan-NM.
|
Numru tal-ordni |
Kodiċijiet tan-NM |
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Perjodu ta' importazzjoni |
Kwanità f'tunnellati (piż nett) |
Dazju applikabbli (EUR/t) |
|
09.4271 |
0203 11 10 0203 12 11 0203 12 19 0203 19 11 0203 19 13 0203 19 15 0203 19 55 0203 19 59 0203 21 10 0203 22 11 0203 22 19 0203 29 11 0203 29 13 0203 29 15 0203 29 55 0203 29 59 |
Laħam tal-ħnieżer domestiċi, frisk, imkessaħ jew iffriżat |
Sena 2014 Sena 2015 |
20 000 20 000 |
0 |
|
09.4272 |
0203 11 10 0203 12 19 0203 19 11 0203 19 15 0203 19 59 0203 21 10 0203 22 19 0203 29 11 0203 29 15 0203 29 59 |
Laħam tal-ħnieżer domestiċi, frisk, imkessaħ jew iffriżat, minbarra l-qatgħat tal-koxxa, tal-flett u qatgħat mingħajr għadam |
Sena 2014 Sena 2015 |
20 000 20 000 |
0” |
|
31.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 314/28 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1169/2014
tal-31 ta' Ottubru 2014
li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 416/2014 li jwassal għall-ftuħ u l-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji tal-Unjoni għall-importazzjoni ta' ċerti ċereali li joriġinaw mill-Ukraina
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 tal-Kunsill (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 187(a) u (b) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 374/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jipprevedi arranġamenti preferenzjali dwar id-dazji doganali marbuta mal-importazzjoni ta' ċerti oġġetti li joriġinaw mill-Ukraina. Skont l-Artikolu 3 ta' dak ir-Regolament, il-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness III tiegħu għandhom jitħallew jiġu impurtati fl-Unjoni fil-limiti tal-kwoti tariffarji stabbiliti f'dak l-Anness. |
|
(2) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 416/2014 (3) fetaħ il-kwoti tariffarji fuq l-importazzjoni ta' ċerti ċereali li joriġinaw mill-Ukraina sal-31 ta' Ottubru 2014 u ppreveda l-amministrazzjoni tagħhom. |
|
(3) |
Ir-Regolament (UE) Nru 374/2014 ġie emendat mir-Regolament (UE) Nru 1150/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). B'mod essenzjali, l-emenda tikkonsisti mit-titwil taż-żmien tal-applikabbiltà tar-Regolament (UE) Nru 374/2014 sal-31 ta' Diċembru 2015 u l-istabbiliment tal-kwantitajiet tal-kwoti għas-sena 2015. |
|
(4) |
Għalhekk jeħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 416/2014 jiġi emendat skont dan. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament jikkonformaw mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 416/2014
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 416/2014 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Fl-Artikolu 1(1), id-data tal-“31 ta' Ottubru 2014” għandha tiġi sostitwita bid-data tal-“31 ta' Diċembru 2015”; |
|
(2) |
Fl-Artikolu 2(1) it-tieni subparagrafu jinbidel b'dan li ġej: “L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għandhom jitressqu għand l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kull ġimgħa, sa mhux aktar tard mill-Ġimgħa fis-13:00, ħin ta' Brussell. Ma jkunux jistgħu jitressqu aktar:
|
|
(3) |
L-Artikolu 3 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 3 Il-validità tal-liċenzji tal-importazzjoni It-tul tal-validità tal-liċenzji tal-importazzjoni jibda mill-jum meta din tinħareġ effettivament, bi qbil mal-Artikolu 22(2) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008, u jintemm fi tmiem it-tieni xahar ta' wara dan il-jum. F'kwalunkwe każ, din il-validità tiskadi mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2014 għas-sena 2014 u mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2015 għas-sena 2015, rispettivament.” |
|
(4) |
l-Anness hu mibdul bit-test li jidher fl-Anness ma' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Id-dħul fis-seħħ u l-applikazzjoni
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu jgħodd b'effett mit-2 ta' Novembru 2014.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Ottubru 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 374/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar it-tnaqqis jew l-eliminazzjoni tad-dazji doganali fuq oġġetti li joriġinaw fl-Ukraina (ĠU L 118, 22.4.2014, p. 1).
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 416/2014 tat-23 ta' April 2014 li jwassal għall-ftuħ ul-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji tal-Unjoni għall-importazzjoni ta' ċerti ċereali li joriġinaw mill-Ukraina (ĠU L 121, 24.4.2014, p. 53).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 1150/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' Ottubru 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 374/2014 dwar it-tnaqqis jew l-eliminazzjoni tad-dazji doganali fuq oġġetti li joriġinaw fl-Ukraina (ĠU L 313, 31.10.2014, p. 1).
ANNESS
“ANNESS
Mingħajr ħsara għar-regoli tal-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem tad-deskrizzjoni tal-prodotti għandu jitqies bħala ta' valur indikattiv biss, minħabba li l-applikabbiltà tal-arranġamenti preferenzjali, fil-kuntest ta' dan l-Anness, tiddependi mill-ambitu tal-kodiċijiet tan-NM. Meta l-kodiċijiet tan-NM ikollhom ‘ex’ quddiemhom, l-użu tal-iskema preferenzjali għandu jiġi stabbilit abbażi tal-kodiċi tan-NM u tad-deskrizzjoni tal-prodott.
|
Numru tal-ordni |
Kodiċi tan-NM |
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Perjodu |
Kwantità f'tunnellati |
|
09.4306 |
1001 99 (00) |
qamħ spelt, qamħ komuni u meslin (wiċċ imħallat ta' qamħ u segala), minbarra ż-żerriegħa |
Sena 2014 Sena 2015 |
950 000 950 000 |
|
1101 00 (15-90) |
dqiq tal-qamħ komuni u tal-ispelt, dqiq tal-meslin |
|||
|
1102 90 (90) |
dqiq taċ-ċereali ħlief il-qamħ, il-meslin, is-segala, il-qamħirrum, ix-xgħir, il-ħafur, ir-ross |
|||
|
1103 11 (90) |
qamħ komuni u spelt mitħun oħxon u dqiq oħxon tagħhom |
|||
|
1103 20 (60) |
gerbub tal-qamħ |
|||
|
09.4307 |
1103 90 (00) |
xgħir, minbarra ż-żerriegħa |
Sena 2014 Sena 2015 |
250 000 250 000 |
|
1102 90 (10) |
dqiq tax-xgħir |
|||
|
ex 1103 20 (25) |
gerbub tax-xgħir |
|||
|
09.4308 |
1005 90 (00) |
qamħirrum minbarra ż-żerriegħa |
Sena 2014 Sena 2015 |
400 000 400 000 ” |
|
1102 20 (10-90) |
dqiq tal-qamħirrum |
|||
|
1103 13 (10-90) |
qamħirrum mitħun oħxon (groats) u pasta tal-qamħirrum |
|||
|
1103 20 (40) |
gerbub tal-qamħirrum |
|||
|
1104 23 (40-98) |
ħbub oħrajn maħdumin tal-qamħirrum |