ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 310

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 57
30 ta' Ottubru 2014


Werrej

 

III   Atti oħrajn

Paġna

 

 

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 63/2014 tas-16 ta' Mejju 2014 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE

1

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 64/2014 tas-16 ta' Mejju 2014 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE

3

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 65/2014 tas-16 ta' Mejju 2014 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE

5

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 66/2014 tas-16 ta' Mejju 2014 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE

7

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 67/2014 tas-16 ta' Mejju 2014 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE

9

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 68/2014 tas-16 ta' Mejju 2014 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE

10

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 69/2014 tas-16 ta' Mejju 2014 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE

11

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 70/2014 tas-16 ta' Mejju 2014 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE

13

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 71/2014 tas-16 ta' Mejju 2014 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE

14

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 72/2014 tas-16 ta' Mejju 2014 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE

17

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 73/2014 tas-16 ta' Mejju 2014 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE

19

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 74/2014 tas-16 ta' Mejju 2014 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

21

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 75/2014 tas-16 ta' Mejju 2014 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

23

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 76/2014 tas-16 ta' Mejju 2014 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

25

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 77/2014 tas-16 ta' Mejju 2014 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

27

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 78/2014 tas-16 ta' Mejju 2014 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

29

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 79/2014 tas-16 ta' Mejju 2014 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

31

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 80/2014 tas-16 ta' Mejju 2014 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

32

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 81/2014 tas-16 ta' Mejju 2014 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

34

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 82/2014 tas-16 ta' Mejju 2014 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

35

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 83/2014 tas-16 ta' Mejju 2014 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

36

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 84/2014 tas-16 ta' Mejju 2014 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

37

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 85/2014 tas-16 ta' Mejju 2014 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

38

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 86/2014 tas-16 ta' Mejju 2014 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertfikazzjoni) u l-Anness IV (Enerġija) tal-Ftehim ŻEE

39

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 88/2014 tas-16 ta' Mejju 2014 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

40

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 89/2014 tas-16 ta' Mejju 2014 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

52

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 90/2014 tas-16 ta' Mejju 2014 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

54

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 91/2014 tas-16 ta' Mejju 2014 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

55

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 92/2014 tas-16 ta' Mejju 2014 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

56

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 93/2014 tas-16 ta' Mejju 2014 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

58

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 94/2014 tas-16 ta' Mejju 2014 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

59

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 95/2014 tas-16 ta' Mejju 2014 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

60

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 96/2014 tas-16 ta' Mejju 2014 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

62

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 97/2014 tas-16 ta' Mejju 2014 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

63

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 98/2014 tas-16 ta' Mejju 2014 li temenda l-Anness XV (Għajnuna mill-Istat) tal-Ftehim ŻEE

65

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 99/2014 tas-16 ta' Mejju 2014 li temenda l-Anness XVI (Akkwist pubbliku) tal-Ftehim ŻEE

67

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 100/2014 tas-16 ta' Mejju 2014 li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE

68

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 101/2014 tas-16 ta' Mejju 2014 li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE

69

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 102/2014 tas-16 ta' Mejju 2014 li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE

70

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 103/2014 tas-16 ta' Mejju 2014 li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE

72

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 104/2014 tas-16 ta' Mejju 2014 li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE

73

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 105/2014 tas-16 ta' Mejju 2014 li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE

75

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 106/2014 tas-16 ta' Mejju 2014 li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE

76

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 107/2014 tas-16 ta' Mejju 2014 li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE

77

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 108/2014 tas-16 ta' Mejju 2014 li temenda l-Anness XXII (Liġi tal-kumpaniji) tal-Ftehim ŻEE

78

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 109/2014 tas-16 ta' Mejju 2014 li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra mill-erba' libertajiet

80

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 110/2014 tas-16 ta' Mejju 2014 li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra mill-erba' libertajiet

82

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 111/2014 tas-16 ta' Mejju 2014 li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra mill-erba' libertajiet

83

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 112/2014 tas-16 ta' Mejju 2014 li temenda l-Protokoll 47 (dwar it-tneħħija tal-ostakoli tekniċi għall-kummerċ tal-inbid) tal-Ftehim ŻEE

84

 

 

Avviż lil qarrej

 

*

Nota lill-qarrej (Ara paġna 87)

87

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


III Atti oħrajn

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

30.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/1


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 63/2014

tas-16 ta' Mejju 2014

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/491/UE tas-7 ta' Ottubru 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2009/821/KE fir-rigward tal-lista ta' postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntiera (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/764/UE tat-13 ta' Diċembru 2013 dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbuta mad-deni klassiku tal-ħnieżer f'ċerti Stati Membri (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tiġi estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(4)

L-Anness I tal-Ftehim ŻEE għaldaqstant jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:

1.

Fil-punt 39 tal-Parti 1.2 (Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE) jiżdied dan l-inċiż:

“—

32013 D 0491: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/491/UE tas-7 ta' Ottubru 2013 (ĠU L 267, 9.10.2013, p. 3).”

2.

Taħt l-intestatura “ATTI LI L-ISTATI TAL-EFTA U L-AWTORITÀ TAS-SORVELJANZA TAL-EFTA GĦANDHOM IQISU KIF DOVUT” jiddaħħal il-punt li ġej wara l-punt 47 (Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/111/UE) fil-Parti 3.2:

“48.

32013 D 0764: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/764/UE tat-13 ta' Diċembru 2013 dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbuta mad-deni klassiku tal-ħnieżer f'ċerti Stati Membri (ĠU L 338, 17.12.2013, p. 102).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni 2013/491/UE u 2013/764/UE fl-ilsien Islandiżi u Norveġiż, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-17 ta' Mejju 2014, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Mejju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 267, 9.10.2013, p. 3.

(2)  ĠU L 338, 17.12.2013, p. 102.

(*)  Mhumiex indikati rekwiżiti kostituzzjonali.


30.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/3


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 64/2014

tas-16 ta' Mejju 2014

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/445/UE tad-29 ta' Awwissu 2013 li temenda l-Anness E tad-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE fir-rigward tal-mudell taċ-ċertifikati tas-saħħa għall-kummerċ fi ħdan l-Unjoni għall-annimali ovini u kaprini u r-rekwiżiti tas-saħħa li jirrigwardaw il-marda tal-ħakk (scrapie) (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni rigward l-annimali ħajjin għajr il-ħut u l-annimali tal-akkwakultura. Il-leġiżlazzjoni li tikkonċerna dawn il-kwistjonijiet ma tapplikax għall-Islanda, kif speċifikat fil-paragrafu 2 tal-Parti Introduttorja tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għalhekk, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għall-Islanda.

(3)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni li tikkonċerna kwistjonijiet veterinarji. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tiġi estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(4)

L-Anness I tal-Ftehim ŻEE għaldaqstant jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 2 (id-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE) fil-Parti 4.1 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE:

“—

32013 D 0445: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/445/UE tad-29 Awwissu 2013 (ĠU L 233, 31.8.2013, p. 48).”

Artikolu 2

It-test tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/445/UE fl-ilsien Norveġiż, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-17 ta' Mejju 2014, dment li jkunu saru n-notifiki kollha, skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li tinkorpora r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 630/2013 (2) fil-Ftehim ŻEE, skont liema minnhom jiġi l-aktar tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Mejju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 233, 31.8.2013, p. 48.

(*)  Mhumiex indikati rekwiżiti kostituzzjonali.

(2)  ĠU L 179, 29.6.2013, p. 60.


30.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/5


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 65/2014

tas-16 ta' Mejju 2014

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/784/UE tat-18 ta' Diċembru 2013 li temenda l-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa I, II u III għall-kummerċ ġewwa l-Unjoni fl-annimali ovini u kaprini għall-qatla, it-tismin u r-riproduzzjoni stipulati fl-Anness E tad-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni rigward l-annimali ħajjin għajr il-ħut u l-annimali tal-akkwakultura. Il-leġiżlazzjoni li tikkonċerna dawn il-kwistjonijiet ma tapplikax għall-Islanda, kif speċifikat fil-paragrafu 2 tal-Parti Introduttorja tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għalhekk, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għall-Islanda.

(3)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tiġi estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(4)

L-Anness I tal-Ftehim ŻEE għaldaqstant jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 2 (id-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE) fil-Parti 4.1 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE:

“—

32013 D 0784: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/784/UE tat-18 ta' Diċembru 2013 (ĠU L 346, 20.12.2013, p. 75).”

Artikolu 2

It-test tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/784/UE fl-ilsien Norveġiż, li għandu jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-17 ta' Mejju 2014, dment li jkunu saru n-notifiki kollha, skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li tinkorpora r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 630/2013 (2) fil-Ftehim ŻEE, skont liema minnhom jiġi l-aktar tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Mejju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 346, 20.12.2013, p. 75.

(*)  Mhumiex indikati rekwiżiti kostituzzjonali.

(2)  ĠU L 179, 29.6.2013, p. 60.


30.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/7


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 66/2014

tas-16 ta' Mejju 2014

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjon 2013/709/UE tat-2 ta' Diċembru 2013 li tawtorizza lil laboratorju fl-Istati Uniti tal-Amerika jwettaq testijiet seroloġiċi biex isegwi l-effettività tat-tilqim tal-idrofobija (1) tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni rigward l-annimali ħajjin għajr il-ħut u l-annimali tal-akkwakultura. Il-leġiżlazzjoni li tikkonċerna dawn il-kwistjonijiet ma tapplikax għall-Islanda, kif speċifikat fil-paragrafu 2 tal-Parti Introduttorja tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għalhekk, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għall-Islanda.

(3)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni li tikkonċerna kwistjonijiet veterinarji. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tiġi estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein.

(4)

L-Anness I tal-Ftehim ŻEE għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej jiżdied wara l-punt 54a (id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/304/UE) fil-Parti 4.2 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE:

“54b.

32013 D 0709: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/709/UE tat-2 ta' Diċembru 2013 lli tawtorizza lil laboratorju fl-Istati Uniti tal-Amerika jwettaq testijiet seroloġiċi biex isegwi l-effettività tat-tilqim tal-idrofobija (ĠU L 323, 4.12.2013, p. 34).

Dan l-att ma japplikax għall-Islanda.”

Artikolu 2

It-test tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/709/UE fl-ilsien Norveġiż, li għandu jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-17 ta' Mejju 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Mejju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 323, 4.12.2013, p. 34.

(*)  Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


30.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/9


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 67/2014

tas-16 ta' Mejju 2014

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/706/UE tad-29 ta' Novembru 2013 li temenda l-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/177/KE dwar l-istatus ta' ħelsien mill-mard tad-Danimarka għas-settiċemija emorraġika virali u tal-Irlanda u t-territorju tal-Irlanda ta' fuq tar-Renju Unit għall-marda virali tal-erpete tal-koi (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim taż-ŻEE.

(2)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni li tikkonċerna kwistjonijiet veterinarji. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tiġi estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein.

(3)

L-Anness I tal-Ftehim ŻEE għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 89 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/177/KE) fil-Parti 4.2 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim:

“—

32013 D 0706: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/706/UE tad-29 ta' Novembru 2013 (ĠU L 322, 3.12.2013, p. 42).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/706/UE fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-17 ta' Mejju 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Mejju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 322, 3.12.2013, p. 42.

(*)  Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


30.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/10


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 68/2014

tas-16 ta' Mejju 2014

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/302/UE tad-19 ta' Ġunju 2013 li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 2009/861/KE dwar miżuri tranżitorji skont ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ipproċessar ta' ħalib nej mhux konformi f'ċerti stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib fil-Bulgarija (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(2)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni li tikkonċerna kwistjonijiet veterinarji. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tiġi estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein.

(3)

L-Anness I tal-Ftehim ŻEE għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied fit-tieni inċiż (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/861/KE) taħt it-titolu “L-arranġamenti tranżitorji stabbiliti fl-atti li ġejjin għandhom japplikaw:” fil-punt 17 (ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fil-Parti 6.1 tal-Kapitolu I tal-Anness I:

“—

32013 D 0302: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/302/UE tad-19 ta' Ġunju 2013 (ĠU L 169, 21.6.2013, p. 73).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2013/302/UE fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-17 ta' Mejju 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Mejju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 169, 21.6.2013, p. 73.

(*)  Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


30.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/11


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 69/2014

tas-16 ta' Mejju 2014

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1079/2013 tal-31 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi miżuri tranżitorji għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 853/2004 u (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 1079/2013 iħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1162/2009 (2), li jinsab inkorporat fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement irid jitħassar skont il-Ftehim ŻEE.

(3)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni li tikkonċerna kwistjonijiet veterinarji. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tiġi estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein.

(4)

L-Anness I tal-Ftehim ŻEE għaldaqstant jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej jiżdied wara l-punt 19 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 101/2013) fil-Parti 6.1:

“20.

32013 R 1079: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1079/2013 tal-31 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi miżuri tranżitorji għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 853/2004, (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 292, 1.11.2013, p. 10).”

2.

It-test tal-punt 146 (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1162/2009) fil-Parti 1.2 jitħassar.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 1079/2013 bil-lingwa Islandiża u b'dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-17 ta' Mejju 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Mejju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 292, 1.11.2013, p. 10.

(2)  ĠU L 314, 1.12.2009, p. 10.

(*)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


30.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/13


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 70/2014

tas-16 ta' Mejju 2014

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 216/2014 tas-7 ta' Marzu 2014 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2075/2005 li jistabbilixxi regoli speċifiċi dwar kontrolli uffiċjali għat-Trichinella fil-laħam (1) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni li tikkonċerna kwistjonijiet veterinarji. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tiġi estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein.

(3)

L-Anness I tal-Ftehim ŻEE għaldaqstant jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 54 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2075/2005) fil-Parti 6.2 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE:

“—

32014 R 0216: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 216/2014 tas-7 ta' Marzu 2014 (ĠU L 69, 8.3.2014, p. 85).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 216/2014 bil-lingwa Islandiża u b'dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-17 ta' Mejju 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Mejju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 69, 8.3.2014, p. 85.

(*)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


30.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/14


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 71/2014

tas-16 ta' Mejju 2014

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1006/2013 tat-18 ta' Ottubru 2013 dwar l-awtorizzazzjoni tal-L ċistina bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali (1) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1014/2013 tat-22 ta' Ottubru 2013 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2380/2001, (KE) Nru 1289/2004, (KE) Nru 1455/2004, (KE) Nru 1800/2004, (KE) Nru 600/2005, (UE) Nru 874/2010, ir-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 388/2011, (UE) Nru 532/2011 u (UE) Nru 900/2011 rigward l-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni ta' ċerti addittivi fl-għalf tal-annimali (2) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE

(3)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1016/2013 tat-23 ta' Ottubru 2013 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni ta' razza ta' mikroorganiżmu DSM 11798 tal-familja Coriobacteriaceae bħala addittiv fl-għalf għall-ħnieżer (3) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1059/2013 tad-29 ta' Ottubru 2013 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' Saccharomyces cerevisiae MUCL 39885 bħala addittiv għall-għalf għall-bhejjem għat-tismin u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 492/2006 (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Prosol SpA) (4) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE

(5)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1061/2013 tad-29 ta' Ottubru 2013 dwar l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni ta' Enterococcus faecium NCIMB 10415 bħala addittiv fl-għalf tal-għoġġiela, il-gidjien, il-qtates u l-klieb u li temenda r-Regolament (KE) Nru 1288/2004 (id-detentur tal-awtorizzazzjoni DSM Nutritional Products Ltd irrappreżentat minn DSM Nutritional products Sp. Z o.o) (5) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(6)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1077/2013 tal-31 ta' Ottubru 2013 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni ta' Enterococcus faecium NBIMCC 8270 Lactobacillus acidophilus NBIMCC 8242, Lactobacillus helveticus NBIMCC 8269, Lactobacillus delbrueckii ssp. lactis NBIMCC 8250, Lactobacillus delbrueckii ssp. bulgaricus NBIMCC 8244, u Streptococcus thermophilus NBIMCC 8253 bħala addittivi fl-għalf għall-ħnienes mhux miftuma (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Lactina Ltd.) (6) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(7)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1101/2013 tas-6 ta' Novembru 2013 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni ta' Enterococcus faecium DSM 7134 u Lactobacillus rhamnosus DSM 7133 bħala addittiv tal-għalf għall-għoġġiela għat-trobbija u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1288/2004 (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Lactosan GmbH & CoKG) (7) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(8)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1061/2013 jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 102/2009 (8) li huwa inkorporat fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement jitħassar fil-Ftehim ŻEE.

(9)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar l-għalf. Il-leġiżlazzjoni li tirrigwarda l-għalf ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tiġi estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali fl-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein.

(10)

L-Anness I tal-Ftehim ŻEE għaldaqstant jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej jiġi miżjud mal-punti 1y (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2380/2001), 1zy (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1289/2004), 1zza (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1455/2004) u 1zzd (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1800/2004), 1zzj (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 600/2005), 2h (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 874/2010), 2zc (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 388/2011), 2zi (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 532/2011) u 2zp (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 900/2011):

“—

32013 R 1014: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1014/2013 tat-22 ta' Ottubru 2013 (ĠU L 281, 23.10.2013, p. 1).”

2.

L-inċiżi li ġejjin jiżdiedu mal-punt 1zt (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1288/2004):

“—

32013 R 1061: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1061/2013 tad-29 ta' Ottubru 2013 (ĠU L 289, 31.10.2013, p. 38),

32013 R 1101: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1101/2013 tas-6 ta' Novembru 2013 (ĠU L 296, 7.11.2013, p. 1).”

3.

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 1zzv (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 492/2006):

“—

32013 R 1059: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1059/2013 tad-29 ta' Ottubru 2013 (ĠU L 289, 31.10.2013, p. 30).”

4.

Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 2zzn (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1222/2013):

“2zzo.

32013 R 1006: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1006/2013 tat-18 ta' Ottubru 2013 dwar l-awtorizzazzjoni tas-sustanza L ċistina bħala addittiv fl-għalf għal kull speċi tal-annimali (ĠU L 279, 19.10.2013, p. 59).

2zzp.

32013 R 1016: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1016/2013 tat-23 ta' Ottubru 2013 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni ta' razza ta' mikroorganiżmu DSM 11798 tal-familja Coriobacteriaceae bħala addittiv fl-għalf għall-ħnieżer (ĠU L 282, 24.10.2013, p. 36).

2zzq.

32013 R 1059: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1059/2013 tad-29 ta' Ottubru 2013 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' Saccharomyces cerevisiae MUCL 39885 bħala addittiv għall-għalf għall-bhejjem għat-tismin u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 492/2006 (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Prosol SpA) (ĠU L 289, 31.10.2013, p. 30).

2zzr.

32013 R 1061: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1061/2013 tad-29 ta' Ottubru 2013 dwar l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni ta' Enterococcus faecium NCIMB 10415 bħala addittiv fl-għalf tal-għoġġiela, il-gidjien, il-qtates u l-klieb u li temenda r-Regolament (KE) Nru 1288/2004 (id-detentur tal-awtorizzazzjoni DSM Nutritional Products Ltd irrappreżentat minn DSM Nutritional products Sp. Z o.o) (ĠU L 289, 31.10.2013, p. 38).

2zzs.

32013 R 1077: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1077/2013 tal-31 ta' Ottubru 2013 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni ta' Enterococcus faecium NBIMCC 8270 Lactobacillus acidophilus NBIMCC 8242, Lactobacillus helveticus NBIMCC 8269, Lactobacillus delbrueckii ssp. lactis NBIMCC 8250, Lactobacillus delbrueckii ssp. bulgaricus NBIMCC 8244, u Streptococcus thermophilus NBIMCC 8253 bħala addittivi fl-għalf għall-ħnieżer mhux miftuma (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Lactina Ltd.) (ĠU L 292, 1.11.2013, p. 3).

2zzt.

32013 R 1101: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1101/2013 tas-6 ta' Novembru 2013 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni ta' Enterococcus faecium DSM 7134 u Lactobacillus rhamnosus DSM 7133 bħala addittiv tal-għalf għall-għoġġiela għat-trobbija u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1288/2004 (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Lactosan GmbH & CoKG) (ĠU L 296, 7.11.2013, p. 1).”

5.

It-test tal-punt 1zzzzzg (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 102/2009) jiġi mħassar.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1006/2013, (UE) Nru 1014/2013, (UE) Nru 1016/2013, (UE) Nru 1059/2013, (UE) Nru 1061/2013, (UE) Nru 1077/2013 u (UE) Nru 1101/2013, bil-lingwa Islandiża u b'dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, huma awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-17 ta' Mejju 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Mejju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 279, 19.10.2013, p. 59.

(2)  ĠU L 281, 23.10.2013, p. 1.

(3)  ĠU L 282, 24.10.2013, p. 36.

(4)  ĠU L 289, 31.10.2013, p. 30.

(5)  ĠU L 289, 31.10.2013, p. 38.

(6)  ĠU L 292, 1.11.2013, p. 3.

(7)  ĠU L 296, 7.11.2013, p. 1.

(8)  ĠU L 34, 4.2.2009, p. 8.

(*)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


30.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/17


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 72/2014

tas-16 ta' Mejju 2014

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1275/2013 tas-6 ta' Diċembru 2013 li jemenda l-Anness I tad-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi għall-arseniku, il-kadmju, iċ-ċomb, in-nitriti, iż-żejt tal-mustarda volatili u impuritajiet botaniċi perikolużi (1) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1334/2013 tat-13 ta' Diċembru 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1290/2008 fir-rigward ta' isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni u fir-rigward tad-doża rakkomandata ta' preparazzjoni ta' Lactobacillus rhamnosus (CNCM-I-3698) u Lactobacillus farciminis (CNCM-I-3699) (2) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar l-għalf. Il-leġiżlazzjoni li tirrigwarda l-għalf ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tiġi estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali fl-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein.

(4)

L-Anness I tal-Ftehim ŻEE għaldaqstant jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 1zzzzzd (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1290/2008):

“—

32013 R 1334: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1334/2013 tat-13 ta' Diċembru 2013 (ĠU L 335, 14.12.2013, p. 12).”

2.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 33 (id-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32013 R 1275: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1275/2013 tas-6 ta' Diċembru 2013 (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 86).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 1275/2013 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1334/2013 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-17 ta' Mejju 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Mejju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 328, 7.12.2013, p. 86.

(2)  ĠU L 335, 14.12.2013, p. 12.

(*)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


30.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/19


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 73/2014

tas-16 ta' Mejju 2014

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/60/UE tat-30 ta' Awwissu 2010 li tistipula ċerti derogi għat-tqegħid fis-suq ta' taħlitiet ta' żerriegħa ta' pjanti tal-għalf maħsubin għall-użu fil-preservazzjoni tal-ambjent naturali (1) tiġi inkorporata mal-Ftehim ŻEE.

(2)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni li tolqot kwistjonijiet fitosanitarji. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet fitosanitarji ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali għall-Anness I ta' mal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein.

(3)

L-Anness I tal-Ftehim ŻEE għaldaqstant jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 57 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/180/UE) tal-Kapitolu III tal-Anness I mal-Ftehim ŻEE:

“58.

32010 L 0060: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/60/UE tat-30 ta' Awwissu 2010 li tistipula ċerti derogi għat-tqegħid fis-suq ta' taħlitiet ta' żerriegħa ta' pjanti tal-għalf maħsubin għall-użu fil-preservazzjoni tal-ambjent naturali (ĠU L 228, 31.8.2010, p. 10).

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattament li ġej:

It-test tal-Artikolu 1(a) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

‘żona ta' sors’ tfisser żona b'tip ta' veġetazzjoni li huwa ta' interess speċjali għall-konservazzjoni tar-riżorsi ġenetiċi tal-pjanti u li hija nnominata b'konformità mar-regolamentazzjoni nazzjonali.”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2010/60/UE bil-lingwa Islandiż u dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-17 ta' Mejju 2014, sakemm in-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Mejju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 228, 31.8.2010, p. 10.

(*)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


30.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/21


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 74/2014

tas-16 ta' Mejju 2014

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1019/2013 tat-23 ta' Ottubru 2013 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2073/2005 fir-rigward l-istamina fi prodotti tas-sajd (1) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġislazzjoni rigward il-kwistjonijiet veterinarji u l-oġġetti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar il-kwistjonijiet veterinarji u prodotti alimentari ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali għall-Anness I u fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni m'għandhiex tapplika għal-Liechtenstein.

(3)

Għalhekk, l-Annessi I u II tal-Ftehim ŻEE jiġu emendati skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 52 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005) fil-Parti 6.2 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE:

“—

32013 R 1019: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1019/2013 tat-23 ta' Ottubru 2013 (ĠU L 282, 24.10.2013, p. 46).”

Artikolu 2

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 54zzzj (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005) tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“—

32013 R 1019: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1019/2013 tat-23 ta' Ottubru 2013 (ĠU L 282, 24.10.2013, p. 46).”

Artikolu 3

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 1019/2013 bil-lingwa Islandiża u b'dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-17 ta' Mejju 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Mejju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 282, 24.10.2013, p. 46.

(*)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


30.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/23


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 75/2014

tas-16 ta' Mejju 2014

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1138/2013 tat-8 ta' Novembru 2013 li jemenda l-Annessi II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livelli massimi ta' residwu għall-bitertanol, il-klorfenvinfos, id-dodin u l-vinklożolin f'ċerti prodotti (1) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni rigward l-għalf u l-oġġetti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar l-għalf u l-oġġetti tal-ikel ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli ma tkunx estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali għall-Anness I u fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein.

(3)

Għalhekk, l-Annessi I u II tal-Ftehim ŻEE jiġu emendati skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 40 (ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu II tal-Anness I mal-Ftehim ŻEE:

“—

32013 R 1138: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1138/2013 tal-8 ta' Novembru 2013 (ĠU L 307, 16.11.2013, p. 1).”

Artikolu 2

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 54zzy (ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“—

32013 R 1138: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1138/2013 tat-8 ta' Novembru 2013 (ĠU L 307, 16.11.2013, p. 1).”

Artikolu 3

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 1138/2013 bil-lingwa Islandiża u b'dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-17 ta' Mejju 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Mejju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 307, 16.11.2013, p. 1.

(*)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


30.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/25


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 76/2014

tas-16 ta' Mejju 2014

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2013/60/UE tas-27 ta' Novembru 2013 li temenda għar-raġunijiet ta' adattament għall-progress tekniku, id-Direttiva 97/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti komponenti u karatteristiċi ta' vetturi ta' żewġ jew tlett roti b'mutur, id-Direttiva 2002/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li għandha x'taqsam mal-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur b'żewġ roti jew bi tlieta u d-Direttiva 2009/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-installazzjoni ta' apparati tad-dawl u li jagħmlu sinjal bid-dawl fuq vetturi bil-mutur b'żewġ jew bi tliet roti (1) tiġi implimentata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu I tal-Anness II għall-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punti 45x (id-Direttiva 97/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) u 45za (id-Direttiva 2002/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32013 L 0060: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2013/60/UE tas-27 ta' Novembru 2013 (ĠU L 329, 10.12.2013, p. 15)”

.

2.

Li ġej jinżdied mal-punt 45zv (id-Direttiva 2009/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“, kif emendat bi:

32013 L 0060: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2013/60/UE tas-27 ta' Novembru 2013 (ĠU L 329, 10.12.2013, p. 15)”

.

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2013/60/UE bil-lingwa Islandiż u dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-17 ta' Mejju 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Mejju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 329, 10.12.2013, p. 15.

(*)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


30.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/27


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 77/2014

tas-16 ta' Mejju 2014

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1017/2013 tat-23 ta' Ottubru 2013 li jirrifjuta l-awtorizzazzjoni għal ċerti stqarrijiet dwar l-effetti tal-prodotti tal-ikel fuq is-saħħa, minbarra dawk li jirreferu għat-tnaqqis tar-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal (1) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1018/2013 tat-23 ta' Ottubru 2013 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 432/2012 li jistabbilixxi lista ta' indikazzjonijiet permessi dwar is-saħħa li jsiru fuq l-ikel, barra dawk li jirreferu għat-tnaqqis fir-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal (2) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1066/2013 tat-30 ta' Ottubru 2013 li jirrifjuta l-awtorizzazzjoni ta' ċerti stqarrijiet dwar l-effetti tal-prodotti tal-ikel fuq is-saħħa, minbarra dawk li jirreferu għat-tnaqqis tar-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal (3) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1067/2013 tat-30 ta' Ottubru 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 fir-rigward tal-livelli massimi tal-kontaminanti diossini, il-PCBs simili għad-diossini u l-PCBs mhux simili għad-diossini fil-fwied tal-annimali terrestri (4) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1069/2013 tat-30 ta' Ottubru 2013 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu ta' fosfati tas-sodju (E 339) fil-ġlud naturali għaz-zlazet (5) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(6)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2013/165/UE tas-27 ta' Marzu 2013 dwar il-preżenza tat-tossini T-2 u HT-2 f'ċereali u fi prodotti taċ-ċereali (6) tiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(7)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni b'rabta mal-prodotti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar l-oġġetti tal-ikel ma tapplikax għal-Liechtenstein dment li l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ ta' prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein.

(8)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punti 54zzzz (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006):

“—

32013 R 1067: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1067/2013 tat-30 ta' Ottubru 2013 (ĠU L 289, 31.10.2013, p. 56).”

2.

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 54zzzzr (ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32013 R 1069: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1069/2013 tat-30 ta' Ottubru 2013 (ĠU L 289, 31.10.2013, p. 61).”

3.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 54zzzzzp (Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 432/2012):

“—

32013 R 1018: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1018/2013 tat-23 ta' Ottubru 2013 (ĠU L 282, 24.10.2013, p. 43).”

4.

Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 78 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 851/2013):

“79.

32013 R 1017: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1017/2013 tat-23 ta' Ottubru 2013 li ma jagħtix kunsens li jiġu awtorizzati ċerti stqarrijiet li jirrigwardaw is-saħħa fuq il-prodotti tal-ikel, għajr dawk li jirreferu għal tnaqqis ta' riskju ta' mard u ta' riskju għall-iżvilupp u għas-saħħa tat-tfal (ĠU L 282, 24.10.2013, p. 39).

80.

32013 R 1066: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1066/2013 tat-30 ta' Ottubru 2013 li jirrifjuta l-awtorizzazzjoni ta' ċerti stqarrijiet dwar l-effetti tal-prodotti tal-ikel fuq is-saħħa, minbarra dawk li jirreferu għat-tnaqqis tar-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal (ĠU L 289, 31.10.2012, p. 49).”

5.

Taħt l-intestatura “ATTI LI TAGĦHOM IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦANDHOM JIEĦDU NOTA” jiddaħħal il-punt li ġej wara l-punt 14 (ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2012/154/UE):

“15.

32013 H 0165: Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2013/165/UE tas-27 ta' Marzu 2013 dwar il-preżenza tat-tossini T-2 u HT-2 f'ċereali u fi prodotti taċ-ċereali (ĠU L 91, 3.4.2013, p. 12).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (UE) Nru 1017/2013, (UE) Nru 1018/2013, (UE) Nru 1066/2013, (UE) Nru 1067/2013 u (UE) Nru 1069/2013 u d-Deċiżjoni 2013/165/UE bil-lingwa Islandiża u b'dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-17 ta' Mejju 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Mejju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 282, 24.10.2013, p. 39.

(2)  ĠU L 282, 24.10.2013, p. 43.

(3)  ĠU L 289, 31.10.2013, p. 49.

(4)  ĠU L 289, 31.10.2013, p. 56.

(5)  ĠU L 289, 31.10.2013, p. 61.

(6)  ĠU L 91, 3.4.2013, p. 12.

(*)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


30.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/29


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 78/2014

tas-16 ta' Mejju 2014

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1274/2013 tas-6 ta' Diċembru 2013 li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 fir-rigward ta' ċerti addittivi tal-ikel (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 59/2014 tat-23 ta' Jannar 2014 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-użu tad-diossidu tal-kubrit u tas-sulfiti (E220 sa E228) fil-prodotti aromatizzati bbażati fuq l-inbid (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni b'rabta mal-prodotti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar l-oġġetti tal-ikel ma tapplikax għal-Liechtenstein dment li l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ ta' prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein.

(4)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiżi li ġejjin jiżiedu mal-punt 54zzzzr (ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32013 R 1274: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1274/2013 tas-6 ta' Diċembru 2013 (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 79),

32014 R 0059: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 59/2014 tat-23 ta' Jannar 2014 (ĠU L 21, 24.1.2014, p. 9).”

2.

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 69 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012):

“—

32013 R 1274: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1274/2013 tas-6 ta' Diċembru 2013 (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 79).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (UE) Nru 1274/2013 u (UE) Nru 59/2014 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, huma awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-17 ta' Mejju 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Mejju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 328, 7.12.2013, p. 79.

(2)  ĠU L 21, 24.1.2014, p. 9.

(*)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


30.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/31


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 79/2014

tas-16 ta' Mejju 2014

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2013/647/UE tat-8 ta' Novembru 2013 dwar investigazzjonijiet tal-livelli tal-akrilammid fl-ikel (1) tiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni b'rabta mal-prodotti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar l-oġġetti tal-ikel ma tapplikax għal-Liechtenstein dment li l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ ta' prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein.

(3)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Taħt l-intestatura “ATTI LI TAGĦHOM IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦANDHOM JIEĦDU NOTA” tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE, il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 15 (ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2013/165/UE):

“16.

32013 H 0647: Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2013/647/UE tat-8 ta' Novembru 2013 dwar investigazzjonijiet tal-livelli tal-akrilammid fl-ikel (ĠU L 301, 12.11.2013, p. 15).”

Artikolu 2

It-testi tar-Rakkomandazzjoni 2013/647/UE bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-17 ta' Mejju 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Mejju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 301, 12.11.2013, p. 15.

(*)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


30.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/32


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 80/2014

tas-16 ta' Mejju 2014

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1056/2013 tad-29 ta' Ottubru 2013 li jemenda l-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta' residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali, fir-rigward tas-sustanza neomiċina (1) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1057/2013 tad-29 ta' Ottubru 2013 li jemenda l-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta' residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali, fir-rigward tas-sustanza karbonat tal-manganiż (2) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiżi li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 13 (Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010) tal-Kapitolu XIII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“—

32013 R 1056: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1056/2013 tad-29 ta' Ottubru 2013 (ĠU L 288, 30.10.2013, p. 60),

32013 R 1057: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1057/2013 tad-29 ta' Ottubru 2013 (ĠU L 288, 30.10.2013, p. 63).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1056/2013 u (UE) Nru 1057/2013 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-17 ta' Mejju 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Mejju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 288, 30.10.2013, p. 60.

(2)  ĠU L 288, 30.10.2013, p. 63.

(*)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


30.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/34


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 81/2014

tas-16 ta' Mejju 2014

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1235/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jemenda l-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta' residwu fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali, għal dak li jirrigwarda s-sustanza diklażuril (1) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiġi miżjud fil-punt 13 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010) tal-Kapitolu XIII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“—

32013 R 1235: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1235/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 (ĠU L 322, 3.12.2013, p. 21).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1235/2013 bil-lingwa Islandiża u b'dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-17 ta' Mejju 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Mejju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 322, 3.12.2013, p. 21.

(*)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


30.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/35


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 82/2014

tas-16 ta' Mejju 2014

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/196/UE tal-24 ta' April 2013 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/715/UE li tistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi b'qafas regolatorju applikabbli għas-sustanzi attivi għall-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u l-attivitajiet rispettivi ta' kontroll u infurzar li jiżguraw livell ta' protezzjoni għas-saħħa pubblika ekwivalenti għal dik fl-Unjoni (1) tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 15qb (id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/715/UE) tal-Kapitolu XIII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“—

32013 D 0196: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/196/UE tal-24 ta' April 2013 (ĠU L 113, 25.4.2013, p. 22).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/196/UE fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jkunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-17 ta' Mejju 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Mejju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 113, 25.4.2013, p. 22.

(*)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


30.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/36


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 83/2014

tas-16 ta' Mejju 2014

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1272/2013 tas-6 ta' Diċembru 2013 li jemenda l-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (“REACH”) fir-rigward tal-idrokarburi aromatiċi poliċikliċi (1) jiġi inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 12zc (ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XV tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“—

32013 R 1272: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1272/2013 tas-6 ta' Diċembru 2013 (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 69).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 1272/2013 bil-lingwa Islandiża u b'dik Norveġiża, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-17 ta' Mejju 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Mejju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 328, 7.12.2013, p. 69.

(*)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


30.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/37


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 84/2014

tas-16 ta' Mejju 2014

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/121/UE tas-7 ta' Marzu 2013 dwar ir-rekwiżiti tas-sikurezza li għandhom jiġu sodisfati mill-istandards Ewropej dwar ċerti sits għat-tfal skont id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sikurezza ġenerali tal-prodotti (1) tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 3r (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/477/UE) tal-Kapitolu XIX tal-Anness II għall-Ftehim ŻEE:

“3s.

32013 D 0121: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/121/UE tas-7 ta' Marzu 2013 dwar ir-rekwiżiti tas-sikurezza li għandhom jiġu sodisfati mill-istandards Ewropej dwar ċerti sits għat-tfal skont id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sikurezza ġenerali tal-prodotti (ĠU L 65, 8.3.2013, p. 23).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2013/121/UE fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-17 ta' Mejju 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Mejju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 65, 8.3.2013, p. 23.

(*)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


30.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/38


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 85/2014

tas-16 ta' Mejju 2014

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 681/2013 tas-17 ta' Lulju 2013 li jemenda l-Parti III tal-Anness II tad-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sikurezza tal-ġugarelli (1) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 1a (id-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XXIII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“—

32013 R 0681: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 681/2013 tas-17 ta' Lulju 2013 (ĠU L 195, 18.7.2013, p. 16).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 681/2013 bil-lingwa Islandiża u b'dik Norveġiża, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-17 ta' Mejju 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Mejju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 195, 18.7.2013, p. 16.

(*)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


30.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/39


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 86/2014

tas-16 ta' Mejju 2014

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertfikazzjoni) u l-Anness IV (Enerġija) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 4/2014 tas-6 ta' Jannar 2014 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 640/2009 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti ta' ekodiżinn għal muturi tal-elettriku (1) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

L-Annessi II u IV tal-Ftehim ŻEE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Li ġej jiżdied mal-punt 13 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 640/2009) tal-Kapitolu IV tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“, kif emendat bi:

32014 R 0004: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 4/2014 tal-6 ta' Jannar 2014 (ĠU L 2, 7.1.2014, p. 1).”

Artikolu 2

Li ġej jiżdied mal-punt 36 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 640/2009) tal-Anness IV tal-Ftehim ŻEE:

“, kif emendat bi:

32014 R 0004: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 4/2014 tal-6 ta' Jannar 2014 (ĠU L 2, 7.1.2014, p. 1).”

Artikolu 3

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 4/2014 bil-lingwa Islandiża u b'dik Norveġiża, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-17 ta' Mejju 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Mejju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 2, 7.1.2014, p. 1.

(*)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


30.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/40


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 88/2014

tas-16 ta' Mejju 2014

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta' operatur tat-trasport bit-triq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE (1) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-merkanzija (2) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 (3) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 iħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE (4), li huwa inkorporat fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandu jitħassar skont il-Ftehim ŻEE.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 iħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 881/92 (5) u (KEE) Nru 3118/93 (6) u d-Direttiva 2006/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) li huma inkorporati fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandhom jitħassru skont il-Ftehim ŻEE.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 1073/2009 iħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 684/92 (8) u (KE) Nru 12/98 (9), li huma inkorporati fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandhom jitħassru skont il-Ftehim ŻEE.

(7)

L-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:

1.

Il-punt li ġej jiżdied wara l-punt 19 (id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE):

“19a.

32009 R 1071: Ir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta' operatur tat-trasport bit-triq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 51).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

Fl-Artikolu 7(1), dwar l-Istati tal-EFTA l-kliem ‘fil-muniti nazzjonali tal-Istati Membri li ma jipparteċipawx fit-tielet stadju tal-unjoni ekonomika u monetarja’ jinqraw ‘fil-muniti tal-Istati tal-EFTA’ u l-kliem ‘ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea’ jinqraw ‘ippubblikat uffiċjalment f'kull Stat tal-EFTA’.

(b)

L-Istati tal-EFTA jirrikonoxxu ċ-ċertifikati maħruġa mill-Istati Membri tal-UE skont l-Artikolu 21 tar-Regolament. Għall-finijiet ta' dan ir-rikonoxximent, fid-dispożizzjonijiet taċ-ċertifikat stabbiliti fl-Anness III tar-Regolament, ir-referenzi għall-‘Istat(i) Membru/i’ tinqara ‘Stat(i) Membru/i tal-UE, l-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja’.

(c)

Il-Komunità u l-Istati Membri tal-KE jirrikonoxxu ċ-ċertifikat maħruġ mill-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja skont ir-Regolament kif addattat fl-Appendiċi 7 ta' dan l-Anness.

(d)

Meta jkun maħruġ mill-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja, iċ-ċertifikat jikkorrispondi mal-mudell stabbilit fl-Appendiċi 7 ta' dan l-Anness.

(e)

Fl-Anness I, ir-referenza għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 85/368/KEE tinbidel b'referenza għar-Rakkomandazzjoni 2008/C 111/01 tat-23 ta' April 2008 dwar it-twaqqif ta' Qafas Ewropew tal-Kwalifiki għat-tagħlim tul il-ħajja.”

2.

Dan li ġej jiżdied mal-punt 24e (ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“, kif emendat bi:

32009 R 1073: Ir-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 88).”

3.

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 25 (id-Direttiva 2006/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“25a.

32009 R 1072: Ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-merkanzija (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 72).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

L-Artikolu 1(2), jiġi ssostitwit b'li ġej:

‘Fil-każ ta' ġarr minn Parti Kontraenti lejn pajjiż terz u viċi versa, dan ir-Regolament ma japplikax għal dik il-parti ta' kwalunkwe vjaġġ imwettqa fit-territorju tal-Parti Kontraenti ta' ħatt jew ta' tagħbija, sakemm ma jsirx qbil mod ieħor mill-Partijiet Kontraenti.’

(b)

L-Artikolu 1(3), jiġi ssostitwit b'li ġej:

‘Dan ir-Regolament ma jaffettwax id-dispożizzjonijiet, marbuta mal-ġarr minn Stat tal-EFTA lejn pajjiż terz imsemmi fil-paragrafu 2, stabbiliti bi ftehimiet bilaterali konklużi bejn Stat tal-EFTA u pajjiż terz li, jew taħt awtorizzazzjonijiet bilaterali jew taħt ftehimiet ta' liberalizzazzjoni li jippermettu t-tagħbija u l-ħatt f'Parti Kontraenti minn trasportaturi stabbiliti f'Parti Kontraenti oħra, dment li jiġi rispettat il-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni bejn it-trasportaturi tal-Komunità u t-trasportaturi minn Stat tal-EFTA.’

(c)

L-Istati tal-EFTA jirrikonoxxu liċenzji Komunitarji u attestazzjonijiet tax-xufiera maħruġa mill-Istati Membri tal-UE skont ir-Regolament. Għall-għanijiet ta' tali rikonoxximent, fid-Dispożizzjonijiet Ġenerali tal-liċenzja tal-Komunità, stipulati fl-Anness II ta' dan ir-Regolament, u tal-attestazzjoni tax-xufier, stipulata fl-Anness III ta' dan ir-Regolament, ir-referenzi għal ‘il-Komunità’ jinbidlu għal ‘il-Komunità u l-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja’ u referenzi għal ‘l-Istati Membri’ jinbidlu għal ‘Stat(i) Membri tal-UE u (jew) l-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja.’

(d)

Il-Komunità u l-Istati Membri tal-UE jirrikonoxxu l-liċenzji u l-attestazzjonijiet tax-xufiera maħruġa minn Stat tal-EFTA skont dan ir-Regolament, kif addattat f'parti b) tal-Annessi II u III fl-Appendiċi 2 ta' dan l-Anness.

(e)

Meta maħruġin minn Stat tal-EFTA, il-liċenzji u l-attestazzjonijiet tax-xufiera jikkorrispondu mal-mudelli stabbiliti fl-Appendiċi 2 ta' dan l-Anness.

(f)

Fl-Artikolu 5(1)(b) u 5(2), il-kliem ‘skont it-tifsira tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal-25 ta' Novembru 2003 rigward l-istatus ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul’ u ‘skont it-tifsira tad-Direttiva 2003/109/KE’ ma japplikawx.

(g)

It-test tal-Artikolu 9(1)(e) jiġi mibdul ma' dan li ġej:

‘VAT (taxxa fuq il-valur miżjud) jew taxxa fuq il-fatturat fuq servizzi ta' trasport.’

(h)

F'sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 10:

fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, ‘Kummissjoni’ għandha tinqara ‘L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA’ u ‘Kunsill’ tinqara ‘Kumitat Permanenti tal-EFTA’;

jekk il-Kummissjoni tirċievi talba mingħand Stat Membru tal-UE jew l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA mingħand l-Islanda, il-Liechtenstein jew in-Norveġja biex tadotta miżuri ta' salvagwardja, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jiġi nnotifikat mingħajr telf ta' ħin dwar dan u jkun ipprovdut bl-informazzjoni rilevanti kollha.

Fuq talba ta' Parti Kontrenti, isiru konsultazzjonijiet fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE. Tali konsultazzjonijiet jistgħu wkoll ikunu mitluba fil-każ ta' prolungament tal-miżuri ta' salvagwardja.

Ladarba l-Kummissjoni Ewropea jew l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA tkun adottat deċiżjoni, din tinnotifika immedjatament il-miżuri meħuda lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE.

Jekk xi waħda mill-Partijiet Kontraenti konċernati tikkonsidra li l-miżuri ta' salvagwardja jkunu sejrin joħolqu żbilanċ bejn id-drittijiet u l-obbligi tal-Partijiet Kontraenti, l-Artikolu 114 tal-Ftehim japplika mutatis mutandis.”

4.

Il-punt li ġej jiddaħhal wara l-punt 32 (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 684/92):

“32 a.

32009 R 1073: Ir-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 88).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

L-Artikolu 1(2), jiġi ssostitwit b'li ġej:

‘Fil-każ ta' ġarr minn Parti Kontraenti lejn pajjiż terz u viċi versa, dan ir-Regolament ma japplikax għal dik il-parti tal-vjaġġ imwettqa fit-territorju tal-Parti Kontraenti ta' ħatt jew ta' tagħbija, sakemm ma jkunx maqbul mod ieħor mill-Partijiet Kontraenti.’

(b)

L-Artikolu 1(3) ma japplikax.

(c)

L-Istati tal-EFTA jirrikonoxxu l-liċenzja tal-Komunità maħruġa mill-Istati Membri tal-UE skont ir-Regolament. Għall-għanijiet ta' tali rikonoxximent, fid-dispożizzjonijiet tal-liċenzja tal-Komunità stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament, ir-referenzi għall-‘Istat(i) Membru/i’ tinqara ‘Stati(i) Membru/i tal-UE, l-Islanda, il-Liechtenstein u/jew in-Norveġja.’

(d)

Il-Komunità u l-Istati Membri tal-KE jirrikonoxxu l-liċenzji maħruġa mill-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja skont ir-Regolament kif addattat fl-Appendiċi 4 ta' dan l-Anness.

(e)

Meta tkun inħarġet mill-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja, il-liċenzja tikkorrispondi mal-mudell stabbilit fl-Appendiċi 4 ta' dan l-Anness.

(f)

It-test tal-Artikolu 16(1)(e) jiġi mibdul ma' dan li ġej:

‘VAT (taxxa fuq il-valur miżjud) jew taxxa fuq il-fatturat fuq servizzi ta' trasport.’”

5.

It-test tal-punti 19 (id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE), 25 (id-Direttiva 2006/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), 26a (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 881/92), 26c (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3118/93), 32 (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 684/92) u 33b (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 12/98) huwa mħassar.

Artikolu 2

L-Appendiċi 2, 4 u 7 tal-Anness XIII tal-Ftehim jiġi emendat kif speċifikat fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

It-testi tar-Regolamenti (KE) Nru 1071/2009, (KE) Nru 1072/2009 u (KE) Nru 1073/2009 bl-ilsien Iżlandiż u b'dak Norveġiż, li se jiġu ppublikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-17 ta' Mejju 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Mejju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 300, 14.11.2009, p. 51.

(2)  ĠU L 300, 14.11.2009, p. 72.

(3)  ĠU L 300, 14.11.2009, p. 88.

(4)  ĠU L 124, 23.5.1996, p. 1.

(5)  ĠU L 95, 9.4.1992, p. 1.

(6)  ĠU L 279, 12.11.1993, p. 1.

(7)  ĠU L 374, 27.12.2006, p. 5.

(8)  ĠU L 74, 20.3.1992, p. 1.

(9)  ĠU L 4, 8.1.1998, p. 10.

(*)  Huma indikati rekwiżiti kostituzzjonali.


ANNESS

L-Appendiċi 2, 4 u 7 tal-Anness XIII għall-Ftehim ŻEE għandhom jiġu emendati kif ġej:

1.

L-Appendiċi 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

APPENDIĊI 2

DOKUMENTI STABBILITI FL-ANNESS TAR-REGOLAMENT (KE) NRU 1072/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL, KIF ADATTATI GĦALL-FINIJIET TAL-FTEHIM TAŻ-ŻEE

(ara l-addatament (f) fil-punt 25 tal-Anness XIII tal-Ftehim)

 

ANNESS II

IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

(a)

(Kulur Pantone ċelesti, format DIN A4 karta ċelluloża 100 g/m2 jew aktar)

(L-ewwel paġna tal-liċenzja)

(Test fl-ilsien/ilsna (jew wieħed minnhom) uffiċjali tal-Istat tal-EFTA li joħorġ il-liċenzja)

Is-sinjal distintiv tal-Istat (1) li qed joħroġ il-liċenzja

 

Isem l-awtorità jew korp kompetenti

LIĊENZJA Nru …

(jew)

KOPJA VERA ĊERTIFIKATA Nru

għat-trasport internazzjonali ta' merkanzija bit-triq f'isem ħadd ieħor

Din il-liċenzja tintitola lil (2)

iwettaq trasport internazzjonali ta' merkanzija bit-triq, f'isem ħadd ieħor, fuq kwalunkwe rotta, għall-vjaġġi jew partijiet minn vjaġġi mwettqa f'isem ħadd ieħor fit-territorju tal-Komunità u tal-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja (3), kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-merkanzija, kif adattat għall-finijiet tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (il-Ftehim taż-ŻEE), u skont id-dispożizzjonijiet ġenerali ta' din il-liċenzja.

Rimarki partikolari:

 

Din il-liċenzja hija valida minn

sa

Maħruġa fi,

nhar

 (4)

 

(b)

(It-tieni paġna tal-liċenzja)

(Test fl-ilsien/ilsna (jew wieħed minnhom) uffiċjali tal-Istat tal-EFTA li joħorġ il-liċenzja)

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Din il-liċenzja hija maħruġa skont ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 kif adattat għall-finijiet tal-Ftehim ŻEE.

Din tintitola lid-detentur iwettaq trasport bit-triq internazzjonali ta' merkanzija f'isem ħadd ieħor fuq kwalunkwe rotta, għal vjaġġi jew partijiet minn vjaġġi mwettqa fit-territorju tal-Komunità u l-Istati tal-EFTA, u, fejn xieraq, soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti hawnhekk:

meta l-punt tat-tluq u l-punt tal-wasla ikunu jinsabu f'żewġ Stati differenti li jew huma Stati Membri tal-UE jew Stati tal-EFTA, bit-transitu jew mingħajru, minn Stat Membru wieħed jew aktar tal-UE jew l-Istati tal-EFTA jew pajjiżi terzi,

minn Stat Membru tal-UE jew Stat tal-EFTA lejn pajjiż terz jew viċi versa, bit-transitu jew mingħajru, minn Stat Membru wieħed jew aktar tal-UE jew minn Stati tal-EFTA jew pajjiżi terzi,

bejn pajjiżi terzi bi transitu mit-territorju ta' Stat Membru wieħed jew aktar tal-UE jew ta' Stati tal-EFTA,

u vjaġġi mingħajr tagħbija li għandhom rabta ma' dan it-trasport.

Fil-każ ta' trasport minn Stat Membru tal-UE jew Stat tal-EFTA lejn pajjiż terz jew viċi versa, din il-liċenzja mhix valida għal dik il-parti tal-vjaġġ imwettqa fl-Istati Membri tal-UE jew fl-Istat tal-EFTA tat-tagħbija jew il-ħatt.

Din il-liċenzja hija personali għad-detentur u mhijiex trasferibbli.

Hija tista' tiġi rtirata mill-awtorità kompetenti tal-Istat tal-EFTA li jkun ħariġha, partikolarment meta d-detentur:

ma jkunx konformi mal-kondizzjonijiet kollha għall-użu tal-liċenzja,

ikun ta informazzjoni li ma kinitx korretta fir-rigward tad-dejta meħtieġa biex tinħareġ jew tiġi estiża l-liċenzja.

L-oriġinal tal-liċenzja jrid jinżamm mill-impriża tat-trasport.

Kopja ċertifikata tal-liċenzja trid tinżamm fil-vettura (5). Fil-każ ta' grupp magħqud ta' vetturi trid tkun fil-vettura bil-mutur. Hija tkopri vetturi kombinati anke jekk it-trejler jew is-semitrejler ma jkunx irreġistrat jew awtorizzat biex juża t-toroq f'isem id-detentur tal-liċenzja jew jekk ikun irreġistrat jew awtorizzat juża t-toroq fi Stat Membru tal-UE jew Stat tal-EFTA ieħor.

Il-liċenzja trid tiġi preżentata fuq it-talba ta' kwalunkwe uffiċjal ta' spezzjoni awtorizzat.

Fit-territorju ta' kull Stat Membru tal-UE jew Stat tal-EFTA, id-detentur għandu jikkonforma mal-liġijiet, mar-regolamenti u mad-disposizzjonijiet amministrattivi fis-seħħ f'dak l-Istat, partikolarment fir-rigward tat-trasport u tat-traffiku.

ANNESS III

IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

(a)

(Kulur Pantone roża, format DIN A4 karta ċelluloża 100 g/m2 jew aktar)

(L-ewwel paġna tal-attestazzjoni)

(Test fl-ilsien/ilsna (jew wieħed minnhom) uffiċjali tal-Istat tal-EFTA li joħorġ l-attestazzjoni)

Is-sinjal distintiv tal-Istat (6) li qed joħroġ l-attestazzjoni

 

Isem l-awtorità jew korp kompetenti

ATTESTAZZJONI TAX-XUFIER Nru …

għat-trasport ta' merkanzija bit-triq f'isem ħadd ieħor permezz ta' liċenzja tal-Komunità jew liċenzja maħruġa mill-Islanda il-Liechtenstein jew in-Norveġja (7)

(Ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-merkanzija)

Din l-attestazzjoni tiċċertifika li fuq il-bażi tad-dokumenti ppreżentati minn:

 (8)

ix-xufier segwenti:

Isem u kunjom

Data u post tat-twelid

Nazzjonalità.

Tip u numru tar-riferenza tal-karta tal-identità

Data tal-ħruġ

Post tal-ħruġ

Numru tal-liċenzja tas-sewqan

Data tal-ħruġ

Post tal-ħruġ

Numru tas-sigurtà soċjali

huwa impjegat, skont il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi u, kif xieraq, mal-ftehimiet kollettivi, skont ir-regoli applikabbli fl-Istat tal-EFTA segwenti, bil-kundizzjonijiet tax-xogħol u t-taħriġ vokazzjonali ta' xufier applikabbli f'dak l-Istat tal-EFTA sabiex jagħmel operazzjonijiet tat-trasport tat-triq f'dak l-Istat:

 (9)

Rimarki partikolari

Din l-attestazzjoni hija valida minn

sa

Maħruġa fi

nhar

 (10)

 

(b)

(It-tieni paġna tal-attestazzjoni)

(Test fl-ilsien/ilsna (jew wieħed minnhom) uffiċjali tal-Istat tal-EFTA li joħorġ l-attestazzjoni)

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Din l-attestazzjoni hija maħruġa skont ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 kif adattat għall-għanijiet tal-Ftehim taż-ŻEE.

Hija tiċċertifika li x-xufier imsemmi hawnhekk huwa impjegat, skont il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi u, kif xieraq, mal-ftehimiet kollettivi, skont ir-regoli applikabbli fl-Istat tal-EFTA msemmi fl-attestazzjoni, bil-kundizzjonijiet tax-xogħol u t-taħriġ vokazzjonali ta' xufier applikabbli f'dak l-Istat tal-EFTA sabiex jagħmel operazzjonijiet tat-trasport tat-triq f'dak l-Istat.

L-attestazzjoni tax-xufier tappartjeni lit-trasportatur, li jagħmilha għad-disposizzjoni tax-xufier imsemmi fiha meta dak ix-xufier isuq vettura (11) użata fit-trasport bl-użu ta' liċenzja Komunitarja jew liċenzja minn Stat tal-EFTA maħruġa lil dak it-trasportatur. L-attestazzjoni tax-xufier mhijiex trasferibbli. L-attestazzjoni tax-xufier tkun valida biss sakemm il-kondizzjonijiet li tkun inħarġet taħthom ikunu għandhom issodisfati u trid tintbagħat minnufih lura mit-trasportatur lill-awtoritajiet tal-ħruġ jekk dawn il-kondizzjonijiet ma jibqgħux issodisfati.

Tista' tiġi rtirata mill-awtorità kompetenti tal-Istat tal-EFTA li jkun ħarġiha, partikolarment meta d-detentur:

ma jkunx ikkonforma mal-kundizzjonijiet kollha għall-użu tal-attestazzjoni,

ikun issupplixxa informazzjoni mhix korretta fir-rigward tad-dejta meħtieġa għall-ħruġ jew l-estensjoni tal-attestazzjoni.

Kopja ċċertifikata awtentika tal-attestazzjoni trid tinżamm mill-impriża tat-trasportatur.

Attestazzjoni oriġinali trid tinżamm fil-vettura u trid tiġi preżentata mix-xufier fuq talba ta' kwalunkwe uffiċjal tal-ispezzjoni awtorizzat.

(11)  ‘Vettura’ tfisser vettura bil-mutur irregistrata fi Stat tal-EFTA jew vetturi kombinati, li l-vettura bil-mutur tagħhom ta' mill-anqas tkun irreġistrata fi Stat tal-EFTA, użata esklusivament għat-trasport tal-merkanzija."

2.

L-Appendiċi 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

APPENDIĊI 4

DOKUMENTI STABBILITI FL-ANNESS TAR-REGOLAMENT (KE) NRU 1073/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL, KIF ADATTATI GĦALL-FINIJIET TAL-FTEHIM TAŻ-ŻEE

(ara adattament (e) fil-punt 32 tal-Anness XIII tal-Ftehim)

 

ANNESS II

IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

(a)

(Kulur Pantone ċelesti, format DIN A4 karta ċelluloża 100 g/m2 jew aktar)

(L-ewwel paġna tal-liċenzja)

(It-test bil-lingwa/i uffiċjali jew b'waħda mill-lingwi uffiċjali tal-Istat tal-EFTA li qed joħroġ il-liċenzja)

Is-sinjal distintiv tal-Istat (12) li qed joħroġ il-liċenzja

 

Isem l-awtorità jew korp kompetenti

LIĊENZJA Nru …

(jew)

KOPJA ĊERTIFIKATA AWTENTIKA Nru

għat-trasport internazzjonali tal-passiġġieri bil-kowċ jew bix-xarabank f'isem ħadd ieħor

Id-detentur ta' din il-liċenzja (13)

huwa awtorizzat jopera trasport internazzjonali ta' passiġġieri bit-triq f'isem ħadd ieħor fit-territorju tal-Komunità u l-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja (14) skont il-kondizzjonijiet stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank, kif adattat għall-finijiet tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (Ftehim ŻEE), u f'konformità mad-dispożizzjonijiet ġenerali ta' din il-liċenzja.

Kummenti:

 

Din il-liċenzja hija valida minn

Sa

Maħruġa fi

Nhar

 (15)

 

(b)

(It-tieni paġna tal-liċenzja)

(It-test bil-lingwa/i uffiċjali jew b'waħda mill-lingwi uffiċjali tal-Istat tal-EFTA li qed joħroġ il-liċenzja)

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

1.

Din il-liċenzja hija maħruġa skont ir-Regolament (KE) Nru 1073/2009 kif adattat għall-għanijiet tal-Ftehim taż-ŻEE.

2.

Din il-liċenzja qed tinħareġ mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat tal-EFTA tal-istabbiliment tat-trasportatur li jopera f'isem ħadd ieħor li:

(a)

huwa awtorizzat fl-Istat tal-EFTA fejn huwa stabbilit biex iwettaq ġarr permezz ta' servizzi regolari, inklużi servizzi regolari speċjali, jew servizzi okkażjonali bil-kowċ u x-xarabank;

(b)

jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti skont ir-regoli tal-Komunità, kif adattati għall-finijiet tal-Ftehim ŻEE, dwar id-dħul għall-professjoni ta' operatur tat-trasport ta' passiġġieri bit-triq f'operazzjonijiet ta' trasport nazzjonali u internazzjonali;

(c)

jissodisfa r-rekwiżiti legali dwar l-istandards għax-xufiera u l-vetturi.

3.

Din il-liċenzja tippermetti t-trasport internazzjonali ta' passiġġieri bil-kowċ u x-xarabank f'isem ħadd ieħor fuq ir-rotot kollha għal vjaġġi li jsiru fit-territorju tal-Komunità u l-Istati tal-EFTA:

(a)

meta l-punt tat-tluq u l-punt tal-wasla ikunu jinsabu f'żewġ Stati differenti li jew huma Stati Membri tal-UE jew Stati tal-EFTA, bit-transitu jew mingħajru, minn Stat Membru tal-UE wieħed jew aktar jew l-Istati tal-EFTA jew pajjiżi terzi,

(b)

meta l-punt tat-tluq u l-punt tal-wasla jkun fl-istess Stat Membru tal-UE jew Stat tal-EFTA, filwaqt li t-trikkib u l-inżul tal-passiġġiera jkunu fi Stat Membru tal-UE jew Stat tal-EFTA ieħor jew f'pajjiż terz;

(c)

minn Stat Membru tal-UE jew Stat tal-EFTA lejn pajjiż terz u viċi versa, bit-transitu jew mingħajru, minn Stat Membru tal-UE jew Stat tal-EFTA wieħed jew aktar jew pajjiżi terzi;

(d)

bejn pajjiżi terzi fejn waqt it-transitu jinqasam it-territorju ta' Stat Membru tal-UE jew ta' Stat tal-EFTA wieħed jew aktar;

u vjaġġi battala b'konnessjoni ma' operazzjonijiet ta' trasport skont il-kondizzjonijiet stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1073/2009 kif adattat għall-finijiet tal-Ftehim taż-ŻEE.

Fil-każ ta' operazzjoni tat-trasport minn Stat Membru tal-UE jew Stat tal-EFTA lejn pajjiż terz u viċi versa, din il-liċenzja ma tapplikax għal dik il-parti tal-vjaġġ imwettqa fl-Istat Membru tal-UE jew Stat tal-EFTA minn fejn irikkbu jew iniżżlu.

4.

Din il-liċenzja hija personali u mhux trasferibbli.

5.

Il-liċenzja tista' tiġi rtirata mill-awtorità kompetenti tal-Istat tal-EFTA li ħariġha partikolarment meta t-trasportatur:

(a)

ma jibqax jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(1), tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009;

(b)

ikun ta informazzjoni mhux preċiża rigward id-dejta meħtieġa għall-ħruġ jew it-tiġdid tal-liċenzja;

(c)

ikun wettaq ksur serju wieħed jew aktar tal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar it-trasport bit-triq, kif adattata għall-finijiet tal-Ftehim taż-ŻEE f'kwalunkwe Stat Membru tal-UE jew Stat tal-EFTA, b'mod partikolari rigward ir-regoli applikabbli għall-vetturi, il-ħin tas-sewqan u l-perjodi tal-mistrieħ għax-xufiera u l-provvista mingħajr awtorizzazzjoni ta' servizz parallel jew temporanju, kif imsemmi fil-ħames subparagrafu tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat tal-EFTA tal-istabbiliment tat-trasportatur li jkun ikkommetta dan il-ksur jistgħu, inter alia, jirtiraw il-liċenzja jew jirtiraw temporanjament jew permanentament xi wħud minn jew il-kopji ċertifikati awtentiċi kollha tal-liċenzja.

Dawn il-penali jiġu deċiżi skont is-serjetà tal-ksur li jkun wettaq id-detentur tal-liċenzja u skont l-għadd ta' kopji ċertifikati awtentiċi li jkollu fir-rigward is-servizzi tat-trasport internazzjonali tiegħu.

6.

Il-kopja oriġinali tal-liċenzja trid tinżamm mit-trasportatur. Il-kopja ċertifikata awtentikata tal-liċenzja trid tinżamm fil-vettura li tkun qed twettaq operazzjoni ta' trasport internazzjonali.

7.

Din il-liċenzja trid tiġi murija meta tintalab minn kwalunkwe uffiċjal tal-ispezzjoni awtorizzat.

8.

Id-detentur irid, fit-territorju ta' kull Stat Membru tal-UE jew Stat tal-EFTA, jikkonforma mal-liġijiet, ir-regolamenti u l-miżuri amministrattivi fis-seħħ f'dak l-Istat, partikolarment fir-rigward tat-trasport u t-traffiku.

9.

'Servizzi regolari' tfisser servizzi li jipprovdu għat-trasport ta' passiġġieri f'intervalli speċifikati fuq rotot speċifiċi, passiġġieri li jitrikkbu u jitniżżlu f'waqfiet predeterminati, u li huma miftuħa għal kulħadd, bla ħsara, fejn ikun xieraq, għal prenotazzjoni obbligatorja.

In-natura regolari tas-servizz ma tiġix affettwata minn xi aġġustament fil-kondizzjonijiet operazzjonali tas-servizz.

Servizzi regolari jeħtieġu awtorizzazzjoni.

‘Servizzi regolari speċjali’ tfisser servizzi regolari, organizzati minn min ikun, li jipprovdu għat-trasport ta' kategoriji speċifiċi ta' passiġġieri, bl-esklużjoni ta' passiġġieri oħra, f'intervalli speċifiċi, fuq rotot speċifiċi, filwaqt li l-passiġġieri jitrikkbu u jitniżżlu f'waqfiet predeterminati.

Servizzi regolari speċjali għandhom jinkludu:

(a)

it-trasport ta' ħaddiema bejn id-dar u x-xogħol;

(b)

it-trasport ta' tfal tal-iskola u studenti lejn u minn istituzzjonijiet edukattivi.

Il-fatt li servizz speċjali jista' jiġi mibdul skont il-ħtiġijiet tal-utenti ma għandux jaffettwa l-klassifika tiegħu bħala servizz regolari.

Is-servizzi regolari speċjali ma għandhomx bżonn awtorizzazzjoni jekk dawn ikunu koperti b'kuntratt bejn l-organizzatur u t-trasportatur.

L-organizzazzjoni ta' servizzi paralleli jew temporanji, li jaqdu lill-istess pubbliku bħal servizzi regolari eżistenti, jeħtieġu awtorizzazzjoni.

‘Servizzi okkażjonali’ tfisser servizzi li ma jaqgħux taħt id-definizzjoni ta' servizzi regolari, inklużi s-servizzi regolari speċjali, u li l-karatteristika prinċipali tagħhom tkun li dawn jġorru gruppi ffurmati bl-inizjattiva ta' konsumatur jew tat-trasportatur innifsu. L-organizzazjoni ta' servizzi paralleli jew temporanji komparabbli ma' servizzi regolari eżistenti u li jaqdu lill-istess pubbliku bħal tal-aħħar għandhom ikunu soġġetti għal awtorizzazzjoni skont il-proċedura stabbilita fil-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009. Dawn is-servizzi ma jifqux ikunu servizzi okkażjonali fuq il-bażi biss li dawn jiġu provduti f'ċerti intervalli.

Is-servizzi okkażjonali ma jeħtiġux awtorizzazzjoni.

3.

L-Appendiċi 7 huwa sostitwit b'dan li ġej:

APPENDIĊI 7

ĊERTIFIKAT IMSEMMI FL-ANNESS III TAR-REGOLAMENT (KE) NRU 1071/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL, KIF ADATTAT GĦALL-FINIJIET TAL-FTEHIM ŻEE

(ara addattament (D) fil-punt 19 tal-Anness XIII tal-Ftehim)

 

ANNESS III

IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

(Kulur Pantone stout fawn — Format DIN A4 karta ċelluloża 100 g/m2 jew iżjed)

(Test fil-lingwa/i uffiċjali jew f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat tal-EFTA li joħroġ iċ-ċertifikat)

Sinjal distintiv tal-Istat tal-EFTA (16)

 

Isem tal-awtorità jew tal-korp awtorizzat (17)

ĊERTIFIKAT TA' KOMPETENZA PROFESSJONALI FIT-TRASPORT BIT-TRIQ TAL-MERKANZIJA/TAL-PASSIĠĠIERI  (18)

Nru

Aħna

b'dan niċċertifikaw li (19)

imwieled nhar fi

għadda b'suċċess it-testijiet tal-eżaminazzjoni (sena: …; sezzjoni: …) (20) meħtieġa għall-għoti taċ-ċertifikat tal-kompetenza professjonali fit-trasport bit-triq tal-merkanzija/tal-passiġġieri (18) skont ir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta' operatur tat-trasport bit-triq (21), kif adattat għall-finijiet tal-Ftehim ŻEE.

Dan iċ-ċertifikat jikkostitwixxi prova suffiċjenti ta' kompetenza professjonali li jirreferi għaliha l-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009.

Maħruġ fi, nhar (22)

(18)  Aqta' kif xieraq."

(19)  Kunjom u isem; post u data tat-twelid."

(20)  Identifikazzjoni tal-eżami."

(18)  Aqta' kif xieraq."

(21)  ĠU L 300, 14.11.2009, p. 51."

(22)  Timbru u firma tal-awtorità jew il-korp awtorizzat biex joħroġ iċ-ċertifikat."


(1)  Is-sinjali distintivi huma IS (Islanda), FL (Liechtenstein), (N) in-Norveġja.

(2)  Isem jew l-isem tan-negozju u l-indirizz sħiħ tat-trasportatur.

(3)  Minn hawn 'il quddiem imsejħin ‘l-Istati tal-EFTA’.

(4)  Il-firma u s-siġill tal-awtorità jew tal-korp kompetenti għall-ħruġ tal-liċenzja.

(5)  ‘Vettura’ tfisser vettura bil-mutur irregistrata fi Stat tal-EFTA jew vetturi kombinati, li l-vettura bil-mutur tagħhom ta' mill-anqas tkun irreġistrata fi Stat tal-EFTA, użata esklusivament għat-trasport tal-merkanzija.

(6)  Is-sinjali distintivi huma IS (Islanda), FL (Liechtenstein), (N) in-Norveġja.

(7)  Minn hawn 'il quddiem imsejħin ‘l-Istati tal-EFTA’.

(8)  Isem jew l-isem tan-negozju u l-indirizz sħiħ tat-trasportatur.

(9)  Isem l-Istat tal-istabbiliment tat-trasportatur.

(10)  Il-firma u s-siġill tal-awtorità jew tal-korp kompetenti għall-ħruġ tal-liċenzja.

(12)  Is-sinjali distintivi huma IS (Islanda), FL (Liechtenstein), (N) in-Norveġja.

(13)  Isem jew l-isem tan-negozju u l-indirizz sħiħ tat-trasportatur.

(14)  Minn hawn 'il quddiem imsejħin ‘l-Istati tal-EFTA’.

(15)  Il-firma u t-timbru tal-awtorità jew il-korp kompetenti li qed t/joħroġ il-liċenzja.


30.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/52


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 89/2014

tas-16 ta' Mejju 2014

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim taż-ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 611/2012 tad-9 ta' Lulju 2012 li jemenda l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 612/2012 tad-9 ta' Lulju 2012 li jemenda l-Annessi II u III għar-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-merkanzija (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 613/2012 tad-9 ta' Lulju 2012 li jemenda l-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta' operatur tat-trasport bit-triq (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE.

(4)

L-Anness XIII tal-Ftehim taż-ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XIII tal-Ftehim jiġi emendat kif ġej:

1.

Dan li ġej jiżdied mal-punt 19a (ir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“, kif emendat bi:

32012 R 0613: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 613/2012 tad-9 ta' Lulju 2012 (ĠU L 178, 10.7.2012, p. 6).”

2.

Dan li ġej jiżdied mal-punt 25a (ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“, kif emendat bi:

32012 R 0612: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 612/2012 tad-9 ta' Lulju 2012 (ĠU L 178, 10.7.2012, p. 5).”

3.

Dan li ġej jiżdied mal-punt 32a (ir-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“, kif emendat bi:

32012 R 0611: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 611/2012 tad-9 ta' Lulju 2012 (ĠU L 178, 10.7.2012, p. 4).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (UE) Nru 611/2012, (UE) Nru 612/2012 u (UE) Nru 613/2012 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-17 ta' Mejju 2014, dment li n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim taż-ŻEE jkunu saru (*), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 88/2014 tas-16 ta' Mejju 2014 (4), skont liema l-aktar tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Mejju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 178, 10.7.2012, p. 4.

(2)  ĠU L 178, 10.7.2012, p. 5.

(3)  ĠU L 178, 10.7.2012, p. 6.

(*)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.

(4)  Ara paġna 40 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.


30.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/54


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 90/2014

tas-16 ta' Mejju 2014

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim taż-ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/992/UE tas-17 ta' Diċembru 2009 dwar ir-rekwiżiti minimi għad-dejta li trid tiddaħħal fir-reġistru elettroniku nazzjonali tal-impriżi tat-trasport bit-triq (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim taż-ŻEE.

(2)

L-Anness XIII tal-Ftehim taż-ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej huwa mdaħħal wara l-punt 19a (ir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XIII tal-Ftehim taż-ŻEE:

“19aa.

32009 D 0992: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/992/UE tas-17 ta' Diċembru 2009 dwar ir-rekwiżiti minimi għad-dejta li trid tiddaħħal fir-reġistru elettroniku nazzjonali tal-impriżi tat-trasport bit-triq (ĠU L 339, 22.12.2009, p. 36).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2009/992/UE fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-17 ta' Mejju 2014, dment li n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim taż-ŻEE jkunu saru (*), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 88/2014 tas-16 ta' Mejju 2014 (2), skont liema l-aktar tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Mejju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 339, 22.12.2009, p. 36.

(*)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.

(2)  Ara paġna 40 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.


30.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/55


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 91/2014

tas-16 ta' Mejju 2014

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1213/2010 tas-16 ta' Diċembru 2010 li jistabbilixxi regoli komuni li jikkonċernaw l-interkonnessjoni tar-reġistri elettroniċi nazzjonali tal-impriżi tat-trasport bit-triq (1) jiġi imkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

L-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 19aa (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/992/UE) tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE:

“19ab.

32010 R 1213: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1213/2010 tas-16 ta' Diċembru 2010 li jistabbilixxi regoli komuni li jikkonċernaw l-interkonnessjoni tar-reġistri elettroniċi nazzjonali tal-impriżi tat-trasport bit-triq (ĠU L 335, 18.12.2010, p. 21).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 1213/2010 fl-ilsien Islandiż u dak Norveġiż, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-17 ta' Mejju 2014, dment li n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE ikunu saru (*), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 88/2014 tas-16 ta' Mejju 2014 (2), skont liema l-aktar tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Mejju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 335, 18.12.2010, p. 21.

(*)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.

(2)  Ara paġna 40 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.


30.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/56


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 92/2014

tas-16 ta' Mejju 2014

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1236/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema ta' “vetturi ferrovjarji — vaguni tal-merkanzija” tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea u li temenda r-Regolament (UE) Nru 321/2013 (1) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1273/2013 tas-6 ta' Diċembru 2013 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 454/2011 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema “applikazzjonijiet telematiċi għal servizzi tal-passiġġieri” tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea (2) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/710/UE tat-2 ta' Diċembru 2013 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema tal-'operat u l-immaniġġjar tat-traffiku' tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (3) tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(4)

L-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 37dj (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 454/2011):

“—

32013 R 1273: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1273/2013 tas-6 ta' Diċembru 2013 (ĠU L 328, 7.12.2011, p. 72).”

2.

Dan li ġej jiżdied fil-punt 37dl (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/757/UE) tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE:

“, kif emendat bi:

32013 D 0710: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/710/UE tat-2 ta' Diċembru 2013 (ĠU L 323, 4.12.2013, p. 35).”

3.

Jiżdied l-inċiż li ġej fil-punt 37n (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 321/2013):

“, kif emendat bi:

32013 R 1236: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1236/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 (ĠU L 322, 3.12.2013, p. 23).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (UE) Nru 1236/2013 u (UE) Nru 1273/2013 u tad-Deċiżjoni 2013/710/KE, bil-lingwa Islandiża u b'dik Norveġiża, li se ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-17 ta' Mejju 2014, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Mejju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 322, 3.12.2013, p. 23.

(2)  ĠU L 328, 7.12.2013, p. 72.

(3)  ĠU L 323, 4.12.2013, p. 35.

(*)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


30.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/58


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 93/2014

tas-16 ta' Mejju 2014

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/753/UE tal-11 ta' Diċembru 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2012/226/UE dwar it-tieni sett ta' miri komuni tas-sikurezza fir-rigward tas-sistema ferrovjarja (1) tiġi inkorporta fil-Ftehim ŻEE.

(2)

L-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dan li ġej jiżdied fil-punt 42ed (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/226/UE) tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE:

“, kif emendat bi:

32013 D 0753: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/753/UE tal-11 ta' Diċembru 2013 (ĠU L 334, 13.12.2013, p. 37).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/753/UE fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-17 ta' Mejju 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Mejju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 334, 13.12.2013, p. 37.

(*)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


30.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/59


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 94/2014

tas-16 ta' Mejju 2014

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 530/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2012 dwar l-introduzzjoni aċċellerata ta' rekwiżiti ta' buq doppju jew ta' disinn ekwivalenti għal tankers taż-żejt b'buq wieħed (riformulazzjoni) (1) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 530/2012 jħassar ir-Regolament (KE) Nru 417/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), li hu inkorporat fil-Ftehim ŻEE, u li konsegwentement jitħassar mill-Ftehim ŻEE.

(3)

L-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-test tal-punt 56 m (ir-Regolament (KE) Nru 417/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XIII għall-Ftehim ŻEE jinbidel b'dan li ġej:

32012 R 0530: Ir-Regolament (UE) Nru 530/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2012 dwar l-introduzzjoni aċċellerata ta' rekwiżiti ta' buq doppju jew ta' disinn ekwivalenti għal tankers taż-żejt b'buq wieħed (riformulazzjoni) (ĠU L 172, 30.6.2012, p. 3).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 530/2012 bil-lingwa Islandiża u b'dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-17 ta' Mejju 2014, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Mejju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 172, 30.6.2012, p. 3.

(2)  ĠU L 64, 7.3.2002, p. 1.

(*)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


30.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/60


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 95/2014

tas-16 ta' Mejju 2014

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar l-investigazzjoni u l-prevenzjoni ta' aċċidenti u inċidenti fis-settur tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar id-Direttiva 94/56/KE (1) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 996/2010 iħassar id-Direttiva tal-Kunsill 94/56/KE (2), li hi inkorporata fil-Ftehim u li għalhekk titħassar mill-Ftehim ŻEE.

(3)

L-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-test tal-punt 66d (id-Direttiva tal-Kunsill 94/56/KE) tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE jinbidel b'li ġej:

32010 R 0996: Ir-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar l-investigazzjoni u l-prevenzjoni ta' aċċidenti u inċidenti fis-settur tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar id-Direttiva 94/56/KE (ĠU L 295, 12.11.2010, p. 35).

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim id-dispożizzjonijiet tar-Regolament jinqraw bl-adattament li ġej:

Is-sottoparagrafu segwenti jiżdied fl-Artikoli 18(5) u 19(1):

‘Minħabba l-fatt li l-Liechtenstein u l-Isvizzera għandhom bażi tad-dejta nazzjonali konġunta skont id-Direttiva 2003/42/KE, dejta rilevanti li tkun toriġina mil-Liechtenstein se tiġi integrata fir-repożitorju ċentrali flimkien mad-dejta Svizzera.’”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 996/2010 fl-ilsien Islandiż u dak Norveġiż li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-17 ta' Mejju 2014, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Mejju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 295, 12.11.2010, p. 35.

(2)  ĠU L 319, 12.12.1994, p. 14.

(*)  Huma indikati rekwiżiti kostituzzjonali.


30.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/62


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 96/2014

tas-16 ta' Mejju 2014

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Diċembru 2012 dwar id-drittijiet ta' aċċess għar-Repożitorju Ċentrali Ewropew tar-Rakkomandazzjonijiet dwar is-Sikurezza u t-tweġibiet tagħhom stabbilit bl-Artikolu 18(5) tar-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-investigazzjoni u l-prevenzjoni ta' aċċidenti u inċidenti fis-settur tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar id-Direttiva 94/56/KE (1) tiġi inkorporta fil-Ftehim ŻEE.

(2)

L-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 66d (ir-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fl-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE:

“66da.

32012 D 0780: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/780/UE tal-5 ta' Diċembru 2012 dwar id-drittijiet ta' aċċess għar-Repożitorju Ċentrali Ewropew tar-Rakkomandazzjonijiet dwar is-Sikurezza u t-tweġibiet tagħhom stabbilit bl-Artikolu 18(5) tar-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-investigazzjoni u l-prevenzjoni ta' aċċidenti u inċidenti fis-settur tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar id-Direttiva 94/56/KE (ĠU L 342, 14.12.2012, p. 46).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2012/780/UE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-17 ta' Mejju 2014, dment li n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim taż-ŻEE ikunu saru (*), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 95/2014 tas-16 ta' Mejju 2014 (2), skont liema l-aktar tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Mejju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 342, 14.12.2012, p. 46.

(*)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.

(2)  Ara paġna 60 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.


30.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/63


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 97/2014

tas-16 ta' Mejju 2014

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1103/2013 tas-6 ta' Novembru 2013 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 185/2010 fir-rigward tar-rikonoxximent tal-ekwivalenza ta' standards ta' sigurtà ta' pajjiżi terzi (1) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1116/2013 tad-6 ta' Novembru 2013 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 185/2010 fir-rigward ta' kjarifika u simplifikazzjoni ta' ċerti miżuri speċifiċi tas-sigurtà tal-avjazzjoni (2) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/7275/UE tas-6 ta' Novembru 2013 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 774 fir-rigward tal-kjarifika u s-simplifikazzjoni ta' ċerti miżuri speċifiċi ta' sigurtà fl-avjazzjoni tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(4)

L-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:

1.

Jiżdiedu l-inċiżi li ġejjin fil-punt 66he (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 185/2010):

“—

32013 R 1103: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1103/2013 tas-6 ta' Novembru 2013 (ĠU L 296, 7.11.2013, p. 6),

32013 R 1116: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1116/2013 tas-6 ta' Novembru 2013 (ĠU L 299, 9.11.2013, p. 1).”

2.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 66hf (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 774 finali):

“—

32013 D 7275: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/7275/UE tas-6.11.2013 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 774 fir-rigward tal-kjarifika u s-simplifikazzjoni ta' ċerti miżuri speċifiċi ta' sigurtà fl-avjazzjoni.”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1103/2013 u (UE) Nru 1116/2013 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-17 ta' Mejju 2014, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Mejju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 296, 7.11.2013, p. 6.

(2)  ĠU L 299, 9.11.2013, p. 1.

(*)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


30.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/65


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 98/2014

tas-16 ta' Mejju 2014

li temenda l-Anness XV (Għajnuna mill-Istat) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1407/2013 tat-18 ta' Diċembru 2013 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis  (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

L-Anness XV tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-test tal-punt 1ea (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1998/2006) tal-Anness XV tal-Ftehim ŻEE jinbidel b'dan ġej:

32013 R 1407: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1407/2013 tat-18 ta' Diċembru 2013, dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis (ĠU L 352, 24.12.2013, p. 1).

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

Dan li ġej jiġi miżjud fl-Artikolu 1(1): ‘Ir-Regolament ma japplikax għas-setturi mhux koperti mill-Artikoli 61 sa 64 tal-Ftehim ŻEE.’;

(b)

Il-kliem ‘l-Artikolu 107(1) tat-Trattat’ jaqra ‘l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE’;

(c)

Il-kliem ‘Artikolu 108(3) tat-Trattat KE’ jaqra ‘l-Artikolu 1(3) tal-Protokoll 3 tal-Ftehim ta' Sorveljanza u tal-Qorti’.”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 1407/2013 bil-lingwa Islandiża u b'dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-17 ta' Mejju 2014, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Mejju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 352, 24.12.2013, p. 1.

(*)  Mhumiex indikati rekwiżiti kostituzzjonali.


30.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/67


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 99/2014

tas-16 ta' Mejju 2014

li temenda l-Anness XVI (Akkwist pubbliku) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1336/2013 tat-13 ta' Diċembru 2013 li jemenda d-Direttivi 2004/17/KE, 2004/18/KE u 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti tal-applikazzjonijiet għall-proċeduri tal-għoti ta' kuntratti (1) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

L-Anness XVI tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punti 2 (id-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), 4 (id-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) u 5c (id-Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XVI tal-Ftehim ŻEE:

“—

32013 R 1336: ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1336/2013 tat-13 ta' Diċembru 2013 (ĠU L 335, 14.12.2013, p. 17).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 1336/2013 bil-lingwa Islandiża u b'dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-17 ta' Mejju 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Mejju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 335, 14.12.2013, p. 17.

(*)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


30.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/68


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 100/2014

tas-16 ta' Mejju 2014

li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/131/UE tal-4 ta' Marzu 2013 li tistabbilixxi l-gwida għall-utent u twaqqaf il-passi meħtieġa għall-parteċipazzjoni fl-EMAS, skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta' organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta' ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) (1) tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness XX tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 1ead (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/832/UE) tal-Anness XX tal-Ftehim ŻEE:

“1eae.

32013 D 0131: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/131/UE tal-4 ta' Marzu 2013 li tistabbilixxi l-gwida għall-utent u twaqqaf il-passi meħtieġa għall-parteċipazzjoni fl-EMAS, skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta' organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta' ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) (ĠU L 76, 19.3.2013, p. 1).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2013/131/UE fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-17 ta' Mejju 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Mejju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 76, 19.3.2013, p. 1.

(*)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


30.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/69


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 101/2014

tas-16 ta' Mejju 2014

li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/806/UE tas-17 ta' Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għat-tagħmir tal-immaġni (1) se tiġi inkorporata fil-Ftehim taż-ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness XX tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 2zj (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/641/UE) tal-Anness XX tal-Ftehim ŻEE:

“2zk.

32013 D 0806: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/806/UE tas-17 ta' Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għat-tagħmir tal-immaġni (ĠU L 353, 28.12.2013, p. 53).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2013/806/UE fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-17 ta' Mejju 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Mejju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 353, 28.12.2013, p. 53.

(*)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


30.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/70


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 102/2014

tas-16 ta' Mejju 2014

li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1042/2012 tas-7 ta' Novembru 2012 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1031/2010 għall-elenkar ta' pjattaforma tal-irkant li trid tinħatar mir-Renju Unit (1) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1143/2013 tat-13 ta' Novembru 2013 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1031/2010 dwar l-għażla taż-żmien, l-amministrazzjoni u aspetti oħra ta' rkantar ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità b'mod partikolari biex tiġi elenkata pjattaforma tal-irkant li għandha tiġi maħtura mill-Ġermanja (2) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Għalhekk, l-Anness XX tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiżi li ġejjin jiżdiedu fil-punt 21ala (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1031/2010) tal-Anness XX tal-Ftehim ŻEE:

“—

32012 R 1042: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1042/2012 tas-7 ta' Novembru 2012 (ĠU L 310, 9.11.2012, p. 19).

32013 R 1143: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1143/2013 tat-13 ta' Novembru 2013 (ĠU L 303, 14.11.2013, p. 10).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (UE) Nru 1042/2012 u (UE) Nru 1143/2013 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, huma awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-17 ta' Mejju 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Mejju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 310, 9.11.2012, p. 19.

(2)  ĠU L 303, 14.11.2013, p. 10.

(*)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


30.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/72


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 103/2014

tas-16 ta' Mejju 2014

li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2013/28/UE tas-17 ta' Mejju 2013 li temenda l-Anness II għad-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar vetturi li m'għadhomx jintużaw (1) tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness XX tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 32e (id-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XX tal-Ftehim ŻEE:

“—

32013 L 0028: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2013/28/UE tas-17 ta' Mejju 2013 (ĠU L 135, 22.5.2013, p. 14).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2013/28/UE bil-lingwa Islandiż u dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-17 ta' Mejju 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Mejju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 135, 22.5.2013, p. 14.

(*)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


30.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/73


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 104/2014

tas-16 ta' Mejju 2014

li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 830/2011 tas-27 ta' Lulju 2011 li jistabbilixxi għall-2011 il-“Lista tal-Prodcom” ta' prodotti industrijali previsti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3924/91 (1) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2012 tal-20 ta' Awwissu 2012 li jistabbilixxi għall-2011 il-“Lista tal-Prodcom” ta' prodotti industrijali previsti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3924/91 (2) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 936/2013 tat-12 ta' Settembru 2013 li jistabbilixxi għall-2013 il-“Lista ta' Prodcom” ta' prodotti industrijali stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3924/91 (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(4)

L-Anness XXI għall-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 4ai (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 860/2010) tal-Anness XXI tal-Ftehim ŻEE:

“4aj.

32011 R 0830: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 830/2011 tas-27 ta' Lulju 2011 li jistabbilixxi għall-2011 il-'Lista ta' Prodcom' ta' prodotti industrijali previsti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3924/91 (ĠU L 224, 30.8.2011, p. 1).

4ak.

32012 R 0907: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2012 tal-20 ta' Awwissu 2012 li jistabbilixxi għall-2012 il-'Lista tal-Prodcom' ta' prodotti industrijali previsti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3924/91 (ĠU L 276, 10.10.2012, p. 1).

4al.

32013 R 0936: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 936/2013 tat-12 ta' Settembru 2013 li jistabbilixxi għall-2013 il-'Lista ta' Prodcom' ta' prodotti industrijali stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3924/91 (ĠU L 271, 11.10.2013, p. 1).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (UE) Nru 830/2011, (UE) Nru 907/2012 u (UE) Nru 936/2013 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-17 ta' Mejju 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Mejju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 224, 30.8.2011, p. 1.

(2)  ĠU L 276, 10.10.2012, p. 1.

(3)  ĠU L 271, 11.10.2013, p. 1.

(*)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


30.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/75


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 105/2014

tas-16 ta' Mejju 2014

li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 912/2013 tat-23 ta' Settembru 2013 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 452/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-produzzjoni u l-iżvilupp tal-istatistika dwar l-edukazzjoni u t-tagħlim tul il-ħajja, fir-rigward ta' statistika fuq sistemi edukattivi u ta' taħriġ (1) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 912/2013 iħassar ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 88/2011 (2), li huwa inkorporat fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandu jitħassar skont il-Ftehim ŻEE.

(3)

L-Anness XXI għall-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-test tal-Punt 18wb (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 88/2011) tal-Anness XXI tal-Ftehim ŻEE qed jiġi mibdul b'li ġej:

32013 R 0912: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 912/2013 tat-23 ta' Settembru 2013 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 452/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-produzzjoni u l-iżvilupp tal-istatistika dwar l-edukazzjoni u t-tagħlim tul il-ħajja, fir-rigward ta' statistika fuq sistemi edukattivi u ta' taħriġ (ĠU L 252, 24.9.2013, p. 5):”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 912/2013 bil-lingwa Islandiża u b'dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-17 ta' Mejju 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Mejju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 252, 24.9.2013, p. 5.

(2)  ĠU L 29, 3.2.2011, p. 5.

(*)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


30.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/76


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 106/2014

tas-16 ta' Mejju 2014

li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1260/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2013 dwar statistika demografika Ewropea (1) se jiġi inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE.

(2)

L-Anness XXI tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dan li ġej jiddaħħal wara l-punt 18z2 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 349/2011) tal-Anness XXI tal-Ftehim ŻEE:

“18z3.

32013 R 1260: Ir-Regolament (KE) Nru 1260/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2013 dwar l-Istatistika Ewropea (ĠU L 330, 10.12.2013, p. 39).

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

Il-Liechtenstein hu eżentat milli jipprovdi dejta dwar l-ordni tat-twelid ħaj.

(b)

L-Artikolu 4 ma japplikax għall-Istati tal-EFTA.”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 1260/2013 bil-lingwa Islandiża u b'dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-17 ta' Mejju 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Mejju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 330, 10.12.2013, p. 39.

(*)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


30.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/77


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 107/2014

tas-16 ta' Mejju 2014

li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 859/2013 tal-5 ta' Settembru 2013 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 808/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistiċi tal-Komunità dwar is-soċjetà tal-informazzjoni (1) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

L-Anness XXI għall-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 28h (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1083/2012) tal-Anness XXI tal-Ftehim ŻEE:

“28i.

32013 R 0859: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 859/2013 tal-5 ta' Settembru 2013 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 808/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistiċi tal-Komunità dwar is-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU L 238, 6.9.2013, p. 5).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 859/2013 bil-lingwa Islandiża u b'dik Norveġiża, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-17 ta' Mejju 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Mejju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 238, 6.9.2013, p. 5.

(*)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


30.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/78


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 108/2014

tas-16 ta' Mejju 2014

li temenda l-Anness XXII (Liġi tal-kumpaniji) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1374/2013 tad-19 ta' Diċembru 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jaddotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 36 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1375/2013 tad-19 ta' Diċembru 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jaddotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 39 (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

L-Anness XXII tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiżi li ġejjin jiżdiedu fil-punt 10ba (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008) tal-Anness XXII tal-Ftehim ŻEE:

“—

32013 R 1374: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1374/2013 tad-19 ta' Diċembru 2013 (ĠU L 346, 20.12.2013, p. 38),

32013 R 1375: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1375/2013 tad-19 ta' Diċembru 2013 (ĠU L 346, 20.12.2013, p. 42).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (UE) Nru 1374/2013 u (UE) Nru 1375/2013 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-17 ta' Mejju 2014, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Mejju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 346, 20.12.2013, p. 38.

(2)  ĠU L 346, 20.12.2013, p. 42.

(*)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


30.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/80


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 109/2014

tas-16 ta' Mejju 2014

li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra mill-erba' libertajiet

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Huwa xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontreanti fil-Ftehim ŻEE tiġi estiża biex tinkludi r-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE (1).

(2)

Huwa xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontreanti fil-Ftehim ŻEE tiġi estiża biex tinkludi r-Regolament (UE) Nru 1292/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 294/2008 li jistabbilixxi l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (2).

(3)

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, sabiex jippermetti li din il-kooperazzjoni estiża tibda sseħħ mill-1 ta' Jannar 2014,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 1 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:

1.

Dan li ġej jiżdied fil-paragrafu 5:

“—

32013 R 1291: Ir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 104).

Il-Liechtenstein huwa eżentat mill-parteċipazzjoni f'dan il-programm u mill-kontribuzzjoni finanzjarja għalih.”

2.

Dan li ġej jiżdied fil-paragrafu 11(a):

“, kif emendat bi:

32013 R 1292: Ir-Regolament (UE) Nru 1292/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 294/2008 li jistabbilixxi l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 174).”

3.

It-test tal-paragrafu 11(b) jitħassar.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Tapplika mill-1 Jannar 2014.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Mejju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 104.

(2)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 174.

(*)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


30.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/82


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 110/2014

tas-16 ta' Mejju 2014

li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra mill-erba' libertajiet

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u partikolarment l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Huwa xieraq li tiġi estiża l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim ŻEE biex tinkludi r-Regolament (UE) Nru 1288/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi “Eramsus+”: il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport u li jħassar id-Deċiżjonijiet Nru 1719/2006/KE, Nru 1720/2006/KE u Nru 1298/2008/KE (1).

(2)

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat sabiex din il-kooperazzjoni estiża tkun tista' tibda sseħħ mill-1 ta' Jannar 2014,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 4 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Il-paragrafu li ġej jiddaħħal wara l-paragrafu 2 m:

“2n.

L-Istati tal-EFTA, b'effett mill-1 ta' Jannar 2014, jipparteċipaw f'dan il-programm li ġej:

32013 R 1288: Ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi ‘Erasmus+’: il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport u li jħassaar id-Deċiżjonijiet Nru 1719/2006/KE, Nru 1720/2006/KE u Nru 1298/2008/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 50).”

2.

It-test tal-paragrafu 3 huwa ssostitwit b'li ġej:

“L-Istati tal-EFTA jikkontribixxu finanzjarjament f'konformità mal-Artikolu 82(1)(a) tal-Ftehim għall-programmi u l-azzjonijiet imsemmijin fil-paragrafi 1, 2, 2a, 2b, 2c, 2d, 2e, 2f, 2 g, 2h, 2i, 2j, 2k, 2 l, 2 m u 2n.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim taż-ŻEE (*).

Tapplika mill-1 ta' Jannar 2014.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Mejju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 50.

(*)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


30.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/83


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 111/2014

tas-16 ta' Mejju 2014

li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra mill-erba' libertajiet

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u partikolarment l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Huwa xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti fil-Ftehim ŻEE tiġi estiża biex tinkludi r-Regolament (UE) Nru 1295/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Kreattiva (2014 sa 2020) u li jirrevoka d-Deċiżjonijiet Nru 1718/2006/KE, Nru 1855/2006/KE u Nru 1041/2009/KE (1).

(2)

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat sabiex din il-kooperazzjoni estiża tkun tista' tibda sseħħ mill-1 ta' Jannar 2014,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied fil-paragrafu 4 tal-Artikolu 9 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE:

“—

32013 R 1295: Ir-Regolament (UE) Nru 1295/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Kreattiva (2014 sa 2020) u li jirrevoka d-Deċiżjonijiet Nru 1718/2006/KE, Nru 1855/2006/KE u Nru 1041/2009/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 221).

Il-Liechtenstein jiġi eżentat mill-parteċipazzjoni f'dan il-programm u milli jagħti kontribut finanzjarju għalih.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim taż-ŻEE (*).

Tapplika mill-1 ta' Jannar 2014.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Mejju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 221.

(*)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


30.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/84


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 112/2014

tas-16 ta' Mejju 2014

li temenda l-Protokoll 47 (dwar it-tneħħija tal-ostakoli tekniċi għall-kummerċ tal-inbid) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 314/2012 tat-12 ta' April 2012 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 555/2008 u (KE) Nru 436/2009 f'dak li jirrigwarda d-dokumenti li jakkumpanjaw it-trasport tal-prodotti u r-reġistri li għandhom jinżammu fis-settur tal-inbid (1), kif ikkoreġut minn ĠU L 319, 16.11.2012, p. 10, għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 315/2012 tat-12 ta' April 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 606/2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 fir-rigward tal-kategoriji tal-prodotti tad-dwieli, il-prattiċi enoloġiċi u r-restrizzjonijiet applikabbli (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar l-inbid. Il-leġiżlazzjoni dwar l-inbid ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fis-seba' paragrafu tal-introduzzjoni tal-Protokoll 47 tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein.

(4)

Għalhekk il-Protokoll 47 għal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif meħtieġ.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Appendiċi 1 tal-Protokoll 47 tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 9 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 436/2009):

“—

32012 R 0314: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 314/2012 tat-12 ta' April 2012 (ĠU L 103, 13.4.2012, p. 21) kif ikkoreġut minn ĠU L 319, 16.11.2012, p. 10.”

2.

It-test tal-adattamenti tal-punt 9 jiġi ssostitwit b'dan li ġej:

“Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għandhom, għall-iskopijiet ta' dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

Japplikaw biss id-dispożizzjonijiet tar-Regolament li ġejjin:

 

Artikolu 21 (1) u (2)(a) u (b),

 

Artikoli 22 u 23,

 

Artikolu 24(1)(a), (2), (4) u (5), cf. Anness VI,

 

Artikoli 25 u 26, cf. Anness VIII,

 

Artikolu 29(1), (2)(a) u (c) u (3),

 

Artikolu 31(1), (2), (5) u (6), cf. Anness IXa,

 

Artikoli 32 sa 35,

 

Artikolu 47,

 

Artikolu 48(1) u

 

Artikolu 49.

Id-dispożizzjonijiet japplikaw bl-adattamenti li jistgħu jiġu derivati mid-dispożizzjonijiet tat-test ewlieni tal-Ftehim, l-adattamenti orizzontali fl-introduzzjoni tal-Protokoll 47 tal-Ftehim u l-adattamenti speċifiċi fl-Appendiċi 1 tal-Protokoll 47 tal-Ftehim.

(b)

Artikolu 24(4) l-ewwel subparagrafu japplika bl-adattamenti li ġejjin:

Meta d-dokumenti ta' akkumpanjament imsemmija fl-Artikolu 24(1) a) (iii) ikunu maħruġa minn Stat tal-EFTA, minflok il-logo tal-Unjoni u l-kliem ‘Unjoni Ewropea’, fl-intestatura jkollhom il-kliem ‘Żona Ekonomika Ewropea’.

(c)

Fit-tielet paragrafu tal-Artikolu 34(1) il-kliem ‘Meta l-ġarr ikun wieħed Komunitarju, din l-informazzjoni għandha tkun ikkomunikata skont ir-Regolament (KE) Nru 555/2008.’ jiġu ssostitwiti bi ‘Din l-informazzjoni tkun mibgħuta skont l-Appendiċi 2 tal-Protokoll 47 tal-Ftehim.’.

(d)

It-test li ġej jiddaħħal fl-Anness IXa B tar-Regolament:

‘—

bin-Norveġiż:

(a)

for vin med BOB: “Dette dokumentet attesterer riktigheten av den beskyttede opprinnelsesbetegnelsen”, “nr. […, …] i E-Bacchus-databasen”

(b)

for vin med BGB: “Dette dokumentet attesterer riktigheten av den beskyttede geografiske betegnelsen”, “nr. […, …] i E-Bacchus-databasen”

(c)

for vin uten BOB eller BGB, som markedsføres med angivelse av innhøstingsår: “Dette dokumentet attesterer riktigheten av innhøstingsåret, jf. artikkel 118z i forordning (EF) nr. 1234/2007”

(d)

for vin uten BOB eller BGB, som markedsføres med angivelse av den (eller de) druesorten(e) som er brukt til vinfremstilling: “Dette dokumentet attesterer riktigheten av den (eller de) druesorten(e) som er brukt til vinfremstilling, jf. artikkel 118z i forordning (EF) nr. 1234/2007”

(e)

for vin uten BOB eller BGB, som markedsføres med angivelse av innhøstingsår og med angivelse av den (eller de) druesorten(e) som er brukt til vinfremstilling: “Dette dokumentet attesterer riktigheten av innhøstingsåret og den (eller de) druesorten(e) som er brukt til vinfremstilling, jf. artikkel 118z i forordning (EF) nr. 1234/2007”.’”

3.

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 10 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 606/2009):

“—

32012 R 0315: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 315/2012 tat-12 ta' April 2012 (ĠU L 103, 13.4.2012, p. 38).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 314/2012, kif korretti minn ĠU L 319, 16.11.2012, p. 10 u (UE) Nru 315/2012 bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-17 ta' Mejju 2014, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Mejju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 103, 13.4.2012, p. 21.

(2)  ĠU L 103, 13.4.2012, p. 38.

(*)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


Avviż lil qarrej

30.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/87


NOTA LILL-QARREJ

Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 87/2014 ġiet irtirata qabel l-adozzjoni u għaldaqstant ma teżistix.