ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 304 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 57 |
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI |
|
|
|
2014/733/UE |
|
|
* |
||
|
|
Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Senegal |
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
* |
||
|
* |
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1119/2014 tas-16 ta' Ottubru 2014 li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta' residwi għall-klorur tal-benżalkonju u l-klorur tad-dideċildimetilammonju f'ċerti prodotti jew fuqhom ( 1 ) |
|
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1123/2014 tat-22 ta' Ottubru 2014 li jemenda d-Direttiva 2008/38/KE li tistabbilixxi lista ta' użu intiż tal-materjali tal-għalf għall-annimali għal skopijiet partikolari nutrizzjonali ( 1 ) |
|
|
|
||
|
|
DIRETTIVI |
|
|
* |
||
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
2014/734/UE |
|
|
* |
||
|
|
2014/735/UE |
|
|
* |
||
|
|
2014/736/UE |
|
|
* |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
23.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 304/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-8 ta' Ottubru 2014
dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Senegal u tal-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu
(2014/733/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikolu 43 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
L-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Senegal innegozjaw Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”) u Protokoll ta' Implimentazzjoni(minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Protokoll”) tal-Ftehim ta' Sħubija li jagħtu opportunitajiet tas-sajd lill-bastimenti tal-Unjoni fl-ilmijiet li jaqgħu fis-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tar-Repubblika tas-Senegal f'dak li għandu x'jaqsam mas-sajd. |
(2) |
Il-Ftehim u l-Protokoll ġew inizjalati fil-25 ta' April 2014 wara li ntemmu dawn in-negozjati. |
(3) |
Il-Ftehim jħassar il-Ftehim preċedenti li ġie konkluż bejn il-Gvern tar-Repubblika tas-Senegal u l-Komunità Ekonomika Ewropea dwar is-sajd lil hinn mill-kosta tas-Senegal (1) u li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 1981. |
(4) |
L-Artikolu 17 tal-Ftehim u l-Artikolu 12 tal-Protokoll jipprevedu, rispettivament, l-applikazzjoni provviżorja tagħhom mid-data tal-iffirmar tagħhom. |
(5) |
Il-Ftehim u l-Protokoll tiegħu għandhom jiġu ffirmati. |
(6) |
Sabiex ikun żgurat li l-bastimenti tal-Unjoni jkomplu jwettqu l-attivitajiet tas-sajd tagħhom, il-Ftehim u l-Protokoll tiegħu għandhom jiġu applikati b'mod provviżorju sa ma jitlestew il-proċeduri meħtieġa għall-konklużjoni tagħhom, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-iffirmar tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Senegal u tal-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu f'isem l-Unjoni b'dan huwa awtorizzat, dejjem jekk dan il-Ftehim u dan il-Protokoll ikunu ġew konklużi.
It-test tal-Ftehim u dak tal-Protokoll huma mehmużin ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill hu awtorizzat jaħtar persuni biex jifirmaw il-Ftehim u l-Protokoll f'isem l-Unjoni.
Artikolu 3
Skont l-Artikolu 17 tiegħu, il-Ftehim għandu japplika b'mod provviżorju mid-data tal-iffirmar tiegħu (2) sa ma jitlestew il-proċeduri meħtieġa għall-konklużjoni tiegħu.
Artikolu 4
Skont l-Artikolu 12 tiegħu, il-Protokoll għandu japplika b'mod provviżorju mid-data tal-iffirmar tiegħu (3) sa ma jitlestew il-proċeduri meħtieġa għall-konklużjoni tiegħu.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-8 ta' Ottubru 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
M. LUPI
(1) Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika tas-Senegal u l-Komunità Ekonomika Ewropea dwar is-sajd lil hinn mill-kosta tas-Senegal (ĠU L 226, 29.8.1980, p. 17).
(2) Id-data tal-iffirmar tal-Ftehim se tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.
(3) Id-data tal-iffirmar tal-Protokoll se tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.
23.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 304/3 |
FTEHIM TA' SĦUBIJA DWAR IS-SAJD SOSTENIBBLI BEJN L-UNJONI EWROPEA U R-REPUBBLIKA TAS-SENEGAL
L-UNJONI EWROPEA, minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Unjoni”, u
R-REPUBBLIKA TAS-SENEGAL, minn hawn 'il quddiem imsejħa “is-Senegal”,
minn hawn 'il quddiem imsejħin “il-Partijiet”,
FILWAQT LI JQISU r-relazzjoni ta' ħidma mill-qrib bejn l-Unjoni u s-Senegal, speċjalment fil-kuntest tal-Ftehim ta' Cotonou, u x-xewqa tagħhom it-tnejn li jsaħħu dik ir-relazzjoni,
WARA LI KKUNSIDRAW il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1982 dwar il-Liġi tal-Baħar u l-Ftehim tal-1995 dwar l-Istokkijiet ta' Ħut Transżonali,
DETERMINATI li japplikaw id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet meħudin mill-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd rilevanti li l-Partijiet huma membri tagħhom,
KONXJI mill-importanza tal-prinċipji stabbiliti fil-Kodiċi ta' Mġiba dwar is-Sajd Responsabbli li ġie adottat mill-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti (l-FAO) fl-1995,
DETERMINATI li jikkooperaw, fl-interess reċiproku tagħhom, għall-istabbiliment ta' sajd responsabbli biex jiġi żgurat l-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar u l-konservazzjoni fit-tul tagħhom,
KONVINTI li din il-kooperazzjoni għandha tissejjes fuq il-kumplimentarjetà tal-inizjattivi u l-azzjonijiet imwettqin kemm b'mod konġunt kif ukoll minn kull waħda mill-Partijiet billi jiġu żgurati l-koerenza tal-politiki u s-sinerġija tal-isforzi,
DEĊIŻI, għall-finijiet ta' kooperazzjoni bħal din, li l-Partijiet għandhom jistabbilixxu d-djalogu meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-politiki tas-sajd tas-Senegal billi jinvolvu lill-operaturi tas-soċjetà ċivili, u b'mod partikulari lill-industrija tas-sajd,
ĦERQANA biex jistabbilixxu t-termini u l-kundizzjonijiet li jirregolaw l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fl-ilmijiet tas-Senegal, minn naħa waħda, u li jirregolaw l-appoġġ mogħti mill-Unjoni għall-iżvilupp tas-sajd sostenibbli f'dawk l-ilmijiet, min-naħa l-oħra;
DEĊIŻI li jikkooperaw mill-qrib mil-lat ekonomiku fl-industrija tas-sajd u fl-attivitajiet relatati magħha billi jħeġġu l-kooperazzjoni bejn il-kumpaniji miż-żewġ Partijiet,
FTEHMU KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim:
(a) |
“l-awtoritajiet tas-Senegal” tfisser il-Ministeru tar-Repubblika tas-Senegal li huwa responsabbli għall-qasam tas-sajd; |
(b) |
“l-awtoritajiet tal-Unjoni” tfisser il-Kummissjoni Ewropea; |
(c) |
“attività tas-sajd” tfisser it-tiftix għall-ħut, it-tfigħ il-baħar, il-kalar, it-tkarkir u l-irfigħ tal-irkaptu tas-sajd, it-teħid tal-qabdiet abbord, it-trasbord, iż-żamma abbord, l-ipproċessar abbord, it-trasferiment, it-tqegħid fil-gaġeġ, is-simna u l-ħatt l-art tal-ħut u tal-prodotti tas-sajd; |
(d) |
“bastiment tas-sajd” tfisser kull bastiment jew dgħajsa oħra użata għas-sajd jew mgħammra biex tintuża għal hekk, jew li tkun ta' tip li s-soltu jintuża għal hekk skont il-liġijiet tas-Senegal; |
(e) |
“bastiment tas-sajd tal-Unjoni” tfisser kull bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera ta' Stat Membru tal-UE u li huwa rreġistrat fl-Unjoni; |
(f) |
“ilmijiet tas-Senegal” tfisser l-ilmijiet li jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni tas-Senegal; |
(g) |
“Ftehim” tfisser il-Ftehim, il-Protokoll u l-Anness u l-Appendiċi tiegħu; |
(h) |
“forza maġġuri” tfisser avvenimenti li jseħħu f'daqqa waħda, li ma jistgħux jiġu previsti u li ma jistgħux jiġu evitati, li jistgħu jipperikolaw jew jipprevjenu l-attivitajiet normali tas-sajd fl-ilmijiet tas-Senegal. |
Artikolu 2
Suġġett
Dan il-Ftehim jistabbilixxi l-prinċipji, ir-regoli u l-proċeduri li jirregolaw:
(a) |
il-kundizzjonijiet li bihom il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni jistgħu jwettqu l-attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tas-Senegal fil-limiti tal-ammonti żejda disponibbli; |
(b) |
il-kooperazzjoni ekonomika, finanzjarja, teknika u xjentifika fis-settur tas-sajd, bil-għan li jiġi promoss is-sajd sostenibbli fl-ilmijiet tas-Senegal u li jiġi żviluppat is-settur tas-sajd tas-Senegal; |
(c) |
il-kooperazzjoni dwar il-metodi ta' kontroll tas-sajd fl-ilmijiet tas-Senegal sabiex jiġu żgurati l-konformità mar-regoli u l-kundizzjonijiet imsemmijin hawn fuq, l-effikaċja tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni tar-riżorsi tas-sajd u l-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolat. |
Artikolu 3
Prinċipji
1. Il-Partijiet jintrabtu li jippromwovu s-sajd responsabbli fl-ilmijiet tas-Senegal skont il-Kodiċi ta' Mġiba dwar is-Sajd Responsabbli tal-FAO.
2. Is-Senegal jintrabat li ma joffrix kundizzjonijiet iktar favorevoli minn dawk previsti f'dan il-Ftehim lil partijiet ta' flotot barranin oħrajn li jkun hemm fl-ilmijiet tiegħu li l-bastimenti tagħhom ikollhom l-istess karatteristiċi bħal dawk imsemmija f'dan il-Ftehim u li jkunu qed jistadu għall-istess speċijiet.
3. Il-Partijiet jintrabtu li jiżguraw li dan il-Ftehim jiġi implimentat skont l-Artikolu 9 tal-Ftehim ta' Cotonou dwar l-elementi essenzjali marbutin mad-drittijiet tal-bniedem, mal-prinċipji demokratiċi u mal-Istat tad-dritt u dwar l-element fundamentali marbut mal-amministrazzjoni t-tajba, skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 8 u 96 tiegħu.
4. Il-Partijiet jintrabtu li jiżguraw li dan il-Ftehim jiġi implimentat skont il-prinċipji tal-amministrazzjoni ekonomika u soċjali tajba, u b'mod li titħares il-qagħda tar-riżorsi tas-sajd.
5. Id-Dikjarazzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (l-ILO) dwar id-drittijiet u l-prinċipji fundamentali fuq il-post tax-xogħol tapplika kollha kemm hi għall-baħrin li jittellgħu abbord il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni. Dan għandu x'jaqsam l-iktar mal-libertà tal-assoċjazzjoni, mar-rikonoxximent effettiv tad-dritt tal-ħaddiema għan-negozjar kollettiv u mat-tneħħija tad-diskriminazzjoni marbuta mal-impjiegi u mal-professjoni.
6. Il-Partijiet għandhom jikkonsultaw bejniethom qabel ma jadottaw kwalunkwe deċiżjoni li tista' taffettwa l-attivitajiet tal-bastimenti tal-Unjoni fil-kuntest ta' dan il-Ftehim.
Artikolu 4
Aċċess għall-ilmijiet tas-Senegal
1. Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni jistgħu jwettqu l-attivitajiet tagħhom fl-ilmijiet tas-Senegal biss jekk ikollhom awtorizzazzjoni tas-sajd maħruġa skont dan il-Ftehim u ma jistgħu jwettqu l-ebda attività oħra tas-sajd li mhix fil-kuntest ta' dan il-Ftehim.
2. L-awtoritajiet tas-Senegal jistgħu joħorġu awtorizzazzjonijiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fil-kuntest ta' dan il-Ftehim biss u dawn il-bastimenti ma tista' tinħarġilhom l-ebda awtorizzazzjoni oħra lil hinn minn dan il-kuntest, b'mod partikulari fil-forma ta' liċenzji privati.
Artikolu 5
Liġi applikabbli u implimentazzjoni
1. Mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet previsti f'dan il-Ftehim, l-attivitajiet tas-sajd regolati minn dan il-Ftehim għandhom jaqgħu taħt il-liġijiet tas-Senegal.
2. L-awtoritajiet tas-Senegal għandhom jgħarrfu lill-awtoritajiet tal-Unjoni bi kwalunkwe emenda fil-liġijiet li tista' taffettwa l-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni. Dawn il-liġijiet għandhom japplikaw għal dawn il-bastimenti mis-sittin jum minn meta l-awtoritajiet tal-Unjoni jirċievu n-notifika.
3. Is-Senegal jintrabat li jieħu l-passi xierqa kollha biex jiżgura li l-miżuri ta' kontroll tas-sajd previsti f'dan il-Ftehim jiġu applikati b'mod effettiv. Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom jikkooperaw mal-awtoritajiet tas-Senegal li għandhom ir-responsabbiltà jwettqu dawn il-kontrolli.
4. L-Unjoni tintrabat li tieħu l-passi xierqa kollha biex tiżgura li l-bastimenti tagħha jħarsu d-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim u tal-leġislazzjoni tas-Senegal rilevanti.
5. L-awtoritajiet tal-Unjoni għandhom jgħarrfu lill-awtoritajiet tas-Senegal bi kwalunkwe emenda fil-liġijiet li tista' taffettwa l-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fil-kuntest ta' dan il-Ftehim.
Artikolu 6
Kontribuzzjoni finanzjarja
1. Fil-kuntest ta' dan il-Ftehim, l-Unjoni għandha tagħti kontribuzzjoni finanzjarja lis-Senegal sabiex:
(a) |
tiffinanzja parti mill-ispejjeż tal-aċċess tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għar-riżorsi tas-sajd tas-Senegal, irrispettivament mill-parti mill-ispejjeż tal-aċċess li jridu jħallsu s-sidien tal-bastimenti; |
(b) |
issaħħaħ il-kapaċità tas-Senegal li jfassal u jimplimenta politika sostenibbli tas-sajd permezz tal-appoġġ settorjali. |
2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja għall-appoġġ settorjali għandha tkun separata mill-ħlasijiet marbutin mal-ispejjeż tal-aċċess. Din tiddependi fuq il-kisba tal-għanijiet tal-politika settorjali tas-sajd tas-Senegal skont il-proċeduri previsti fil-Protokoll ta' dan il-Ftehim u skont il-programmazzjoni annwali u pluriennali ta' implimentazzjoni u tiġi stabbilita abbażi ta' dan.
3. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mogħtija mill-Unjoni għandha titħallas kull sena, skont il-proċeduri stabbiliti fil-Protokoll. L-ammont ta' din il-kontribuzzjoni jista' jinbidel fil-każijiet li ġejjin:
(a) |
f'każ ta' forza maġġuri; |
(b) |
f'każ ta' tnaqqis fl-opportunitajiet tas-sajd mogħtija lill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, b'mod partikulari huma u jiġu applikati miżuri ta' ġestjoni tal-istokkijiet ikkonċernati, li jitqiesu bħala meħtieġa għall-konservazzjoni u għall-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi abbażi tal-aqwa parir xjentifiku disponibbli; |
(c) |
f'każ ta' żieda fl-opportunitajiet tas-sajd mogħtija lill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni jekk il-qagħda tar-riżorsi tas-sajd tkun tippermetti dan skont l-aqwa parir xjentifiku disponibbli; |
(d) |
f'każ ta' evalwazzjoni mill-ġdid tal-kundizzjonijiet tal-kontribuzzjoni finanzjarja għall-appoġġ settorjali, meta r-riżultati tal-programmazzjoni annwali u pluriennali osservati mill-Partijiet jiġġustifikaw dan; |
(e) |
f'każ li dan il-Ftehim jiġi sospiż skont l-Artikolu 13 tiegħu; |
(f) |
f'każ li dan il-Ftehim jintemm skont l-Artikolu 14 tiegħu. |
Artikolu 7
Kumitat Konġunt
1. Għandu jitwaqqaf Kumitat Konġunt magħmul minn rappreżentanti tal-awtoritajiet tal-Unjoni u tas-Senegal, li jkollu r-responsabbiltà jimmonitorja l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim. Barra minn hekk, il-Kumitat jista' jadotta emendi għall-Protokoll, għall-Anness u għall-Appendiċi.
2. Sabiex jimmonitorja l-implimentazzjoni tal-Ftehim, il-Kumitat Konġunt għandu jwettaq b'mod partikulari dan li ġej:
(a) |
għandu jimmonitorja t-twettiq ta' dan il-Ftehim u l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tiegħu u, b'mod partikulari, id-definizzjoni tal-programmazzjoni annwali u pluriennali msemmija fl-Artikolu 6(2) u l-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tagħha; |
(b) |
għandu jiżgura l-komunikazzjoni u l-kooperazzjoni meħtieġa dwar kwistjonijiet ta' interess komuni fil-qasam tas-sajd; |
(c) |
iservi ta' forum sabiex jissolvew b'mod amikevoli l-kwistjonijiet li jistgħu jinqalgħu mill-interpretazzjoni jew l-implimentazzjoni tal-Ftehim. |
3. Ir-rwol ta' teħid tad-deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt jikkonsisti fl-approvazzjoni tal-emendi għall-Protokoll ta' dan il-Ftehim u għall-Anness u l-Appendiċi tiegħu li għandhom x'jaqsmu ma' dan li ġej:
(a) |
ir-reviżjoni tal-opportunitajiet tas-sajd u b'hekk tal-kontribuzzjoni finanzjarja rilevanti; |
(b) |
il-proċeduri tal-appoġġ settorjali; |
(c) |
il-kundizzjonijiet li bihom il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni jistgħu jwettqu l-attivitajiet tas-sajd tagħhom. |
Id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu b'kunsens u għandhom jitniżżlu f'anness mal-minuti tal-laqgħa.
4. Il-Kumitat Konġunt għandu jwettaq ħidmietu skont l-għanijiet ta' dan il-Ftehim u skont ir-regoli rilevanti adottati mill-organizzazzjonijiet reġjonali tas-sajd.
5. Dan il-Kumitat għandu jiltaqa' tal-inqas darba f'sena, fis-Senegal jew fl-Unjoni, fuq bażi alternattiva, jew f'post ieħor magħżul bi ftehim reċiproku, u għandu jkun presedut mill-Parti ta' fejn tkun qed issir il-laqgħa. Dan għandu jiltaqa' b'mod straordinarju fuq talba ta' waħda mill-Partijiet.
Artikolu 8
Kooperazzjoni fil-qasam tas-sorveljanza u tal-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolat
Il-Partijiet jintrabtu li jikkollaboraw mill-qrib fil-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolat sabiex ikun hemm sajd responsabbli u sostenibbli.
Artikolu 9
Kooperazzjoni fil-qasam tax-xjenza
1. Il-Partijiet se jippromwovu l-kooperazzjoni fil-qasam tax-xjenza sabiex ikun żgurat monitoraġġ aħjar tal-qagħda tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar fl-ilmijiet tas-Senegal.
2. Il-Partijiet għandhom jikkonsultaw bejniethom, l-iktar fi ħdan grupp ta' ħidma konġunta xjentifika, kif ukoll fi ħdan l-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti, bil-għan li jsaħħu l-ġestjoni u l-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi fl-Oċean Atlantiku, u li jikkooperaw b'rabta mar-riċerka xjentifika rilevanti.
Artikolu 10
Kooperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet professjonali tas-sajd, is-settur privat u s-soċjetà ċivili
1. Il-Partijiet għandhom jippromwovu l-kooperazzjoni ekonomika u teknika fis-settur tas-sajd u fis-setturi marbutin miegħu. Huma jistgħu jikkonsultaw bejniethom sabiex jiffaċilitaw u jikkoordinaw l-azzjonijiet differenti li jistgħu jiġu previsti għal dan il-għan.
2. Il-Partijiet jintrabtu li jippromwovu l-iskambju tal-informazzjoni dwar it-tekniki u l-irkaptu tas-sajd, il-metodi ta' konservazzjoni u l-ipproċessar industrijali tal-prodotti tas-sajd.
3. Il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom sabiex joħolqu l-kundizzjonijiet adattati għall-promozzjoni tar-relazzjonijiet bejn l-intrapriżi tagħhom fl-oqsma tekniċi, ekonomiċi u kummerċjali, billi jinkoraġġixxu l-ħolqien ta' ambjent favorevoli għall-iżvilupp tan-negozju u tal-investiment. Meta jkun xieraq, huma għandhom jippromwovu t-twaqqif ta' kumpaniji konġunti.
Artikolu 11
Kamp ta' applikazzjoni
Dan il-Ftehim għandu japplika għat-territorji li fihom japplika t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea skont il-kundizzjonijiet previsti f'dak it-Trattat, minn naħa waħda, u għas-Senegal, min-naħa l-oħra.
Artikolu 12
Tul ta' żmien
Dan il-Ftehim għandu japplika għal perjodu ta' ħames snin minn meta jidħol fis-seħħ u għandu jiġġedded b'mod taċitu sakemm ma jintemmx skont l-Artikolu 14.
Artikolu 13
Sospensjoni
1. L-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim tista' tiġi sospiża b'mod unilaterali minn waħda mill-Partijiet fil-każijiet li ġejjin:
(a) |
f'każ ta' forza maġġuri; |
(b) |
f'każ ta' nuqqas ta' qbil bejn il-Partijiet dwar l-interpretazzjoni ta' dan il-Ftehim jew l-implimentazzjoni tiegħu; |
(c) |
f'każ ta' ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim minn waħda mill-Partijiet, b'mod partikulari tal-Artikolu 3(3) dwar il-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem. |
2. Għandha tintbagħat notifika bil-miktub dwar is-sospensjoni tal-Ftehim lill-Parti l-oħra u s-sospensjoni għandha tidħol fis-seħħ tliet xhur wara li tasal din in-notifika. Il-Partijiet għandhom jikkonsultaw bejniethom hekk kif tasal in-notifika tas-sospensjoni sabiex isibu soluzzjoni amikevoli għal din is-sitwazzjoni fi żmien tliet xhur. Dawn il-konsultazzjonijiet jistgħu jibqgħu għaddejjin anki wara li tidħol fis-seħħ is-sospensjoni. Jekk tinstab soluzzjoni amikevoli għal din is-sitwazzjoni, il-Ftehim jerġa' jibda jiġi implimentat mingħajr dewmien u l-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 6 jitnaqqas b'mod proporzjonat u pro rata temporis.
Artikolu 14
Terminazzjoni
1. Dan il-Ftehim jista' jintemm b'mod unilaterali minn waħda mill-Partijiet fil-każijiet li ġejjin:
(a) |
f'każ ta' forza maġġuri; |
(b) |
f'każ ta' degradazzjoni tal-istokkijiet ikkonċernati skont l-aqwa parir xjentifiku indipendenti u affidabbli disponibbli; |
(c) |
f'każ ta' nuqqas ta' użu tal-opportunitajiet tas-sajd mogħtija lill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni; |
(d) |
f'każ ta' ksur tal-impenji li daħlu għalihom il-Partijiet fil-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolat. |
2. Għandha tintbagħat notifika bil-miktub dwar it-terminazzjoni tal-Ftehim lill-Parti l-oħra u t-terminazzjoni għandha tidħol fis-seħħ sitt xhur wara li tasal din in-notifika, sakemm il-Partijiet ma jaqblux bejniethom li jtawlu dan il-perjodu. Il-Partijiet għandhom jikkonsultaw bejniethom hekk kif tasal in-notifika tat-terminazzjoni sabiex isibu soluzzjoni amikevoli għal din is-sitwazzjoni fi żmien sitt xhur. Jekk tinstab soluzzjoni amikevoli għal din is-sitwazzjoni, il-Ftehim jerġa' jibda jiġi implimentat mingħajr dewmien u l-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 6 jitnaqqas b'mod proporzjonat u pro rata temporis.
Artikolu 15
Tħassir
Il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika tas-Senegal u l-Komunità Ekonomika Ewropea dwar is-sajd lil hinn mill-kosta tas-Senegal li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 1981 b'dan qed jitħassar.
Artikolu 16
Dħul fis-seħħ
Dan il-Ftehim qed jitfassal f'żewġ kopji bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Ispanjol, bl-Isvediż, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bit-Taljan u bl-Ungeriż, u kull wieħed minn dawn it-testi huwa awtentiku bl-istess mod.
Dan jidħol fis-seħħ fid-data meta l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin li lestew il-proċeduri meħtieġa għal dak il-għan.
Artikolu 17
Applikazzjoni provviżorja
L-iffirmar ta' dan il-Ftehim min-naħa tal-Partijiet iwassal għall-applikazzjoni provviżorja tiegħu qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu.
Għall-Unjoni Ewropea
Għar-Repubblika tas-Senegal
PROTOKOLL
dwar l-Implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd sostenibbli Bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Senegal
Artikolu 1
Kamp ta' applikazzjoni
1. Qed jiġu stabbiliti l-opportunitajiet tas-sajd li ġejjin għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni:
— |
għall-ispeċijiet tal-ħut li jpassi ħafna (imniżżlin fl-Anness I tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1982 dwar il-Liġi tal-Baħar), ħlief għall-ispeċijiet li huma protetti jew ipprojbiti mill-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (l-ICCAT):
|
— |
għall-ħut tal-qiegħ li jgħix f'baħar fond:
|
Dan il-paragrafu għandu japplika suġġett għall-Artikoli 5 u 6 ta' dan il-Protokoll.
2. L-opportunitajiet tas-sajd deskritti fl-ewwel paragrafu għandhom x'jaqsmu biss maż-żoni tas-sajd tas-Senegal li l-koordinati ġeografiċi tagħhom huma mogħtija fl-Anness.
Artikolu 2
Tul ta' żmien
Dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu għandhom japplikaw għal perjodu ta' ħames snin minn meta jidħol fis-seħħ il-Protokoll, jew minn meta dan jibda jiġi applikat b'mod provviżorju.
Artikolu 3
Kontribuzzjoni finanzjarja
1. Għall-perjodu msemmi fl-Artikolu 2, il-valur totali stmat tal-Protokoll huwa ta' EUR 13 930 000. Dan l-ammont huwa mqassam kif ġej:
1.1. |
EUR 8 690 000 bħala l-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 6 tal-Ftehim, li għandhom jiġu allokati kif ġej:
|
1.2. |
EUR 5 240 000 li jikkorrispondu għall-ammont stmat tal-imposti li s-sidien tal-bastimenti jridu jħallsu għall-awtorizzazzjonijiet tas-sajd maħruġin huwa u jiġi applikat l-Artikolu 4 tal-Ftehim u skont il-proċeduri previsti fil-punt 3 tal-Kapitolu II. |
2. Il-paragrafu 1 għandu japplika suġġett għall-Artikoli 5, 6, 7 u 8 ta' dan il-Protokoll u għall-Artikoli 13 u 14 tal-Ftehim.
3. Is-Senegal għandu jiżgura l-monitoraġġ tal-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fiż-żoni tas-sajd tiegħu sabiex tkun żgurata ġestjoni xierqa tat-tunnellaġġ ta' referenza stabbilit fil-paragrafu 1.1(1) għall-ispeċijiet ta' ħut li jpassi ħafna u tal-qabdiet totali permissibbli għall-ispeċijiet ta' ħut tal-qiegħ imniżżlin fl-iskeda teknika korrispondenti mogħtija fl-Appendiċi tal-Anness ta' dan il-Protokoll, filwaqt li jqis il-qagħda tal-istokkijiet u kwalunkwe ammont żejjed disponibbli. Huwa u jwettaq dan il-monitoraġġ, is-Senegal għandu jgħarraf lill-awtoritajiet tal-Unjoni hekk kif il-livell ta' qabdiet tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jkunu jinsabu fiż-żoni tas-sajd tiegħu jilħaq it-80 % tat-tunnellaġġ ta' referenza jew it-80 % tal-qabdiet totali permissibbli għall-ispeċijiet tal-ħut tal-qiegħ. Malli tirċievi din in-notifika, l-Unjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri tagħha biha.
4. Malli l-livell ta' qabdiet jilħaq it-80 % tat-tunnellaġġ ta' referenza jew it-80 % tal-qabdiet totali permissibbli stabbiliti għall-ispeċijiet tal-ħut tal-qiegħ, is-Senegal għandu jiżgura l-monitoraġġ ta' kull xahar tal-qabdiet tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni. Dan il-monitoraġġ għandu jseħħ kuljum ladarba tiġi implimentata s-sistema ta' rappurtar elettroniku msemmija fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu IV tal-Anness ta' dan il-Protokoll. Is-Senegal għandu jgħarraf lill-awtoritajiet tal-Unjoni malli jintlaħaq il-livell tat-tunnellaġġ ta' referenza jew tal-qabdiet totali permissibbli msemmi hawn fuq. Malli tirċievi din in-notifika, l-Unjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri tagħha biha wkoll.
5. Jekk il-kwantità annwali tal-ispeċijiet ta' ħut li jpassi ħafna maqbudin mill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fl-ilmijiet tas-Senegal taqbeż il-livell annwali tat-tunnellaġġ ta' referenza msemmi fil-paragrafu 1.1(1), l-ammont totali tal-kontribuzzjoni finanzjarja annwali għandu jiżdied b'55 Euro għall-ewwel sena, b'50 Euro għat-tieni, it-tielet u r-raba' sena u b'45 Euro għall-ħames sena għal kull tunnellata addizzjonali maqbuda.
6. Il-qabdiet totali permissibbli għall-ispeċijiet tal-ħut tal-qiegħ imniżżlin fl-iskeda teknika korrispondenti mogħtija fl-Appendiċi tal-Anness ta' dan il-Protokoll jikkorrispondu għall-ammont massimu tal-qabdiet ta' dawn l-ispeċijiet awtorizzati. Jekk il-kwantità totali ta' qabdiet ta' dawn l-ispeċijiet taqbeż il-limitu permissibbli, l-imposta mniżżla fl-iskeda teknika li s-sidien tal-bastimenti biss iridu jħallsu għandha tiżdied b'50 % għall-qabdiet li jaqbżu l-limitu.
7. Madankollu, l-ammont totali annwali mħallas mill-Unjoni ma jistax ikun ogħla mid-doppju tal-ammont indikat fil-paragrafu 1.1(1). Meta l-kwantitajiet maqbudin mill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni jaqbżu l-kwantitajiet li jikkorrispondu għad-doppju ta' dan l-ammont, l-ammont dovut għall-kwantità li taqbeż dan il-limitu għandu jitħallas is-sena ta' wara.
8. L-Unjoni għandha tħallas il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1.1(1) għall-aċċess tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għar-riżorsi tas-sajd tas-Senegal sa mhux aktar tard minn disgħin (90) jum mid-data tal-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll għall-ewwel sena u sa mhux aktar tard mid-data tal-anniversarju tal-iffirmar tal-Protokoll għas-snin ta' wara.
9. Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1.1(1) għandha titħallas f'kont tat-Teżor Pubbliku tas-Senegal. Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1.1(2) u maħsuba għall-appoġġ settorjali għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tad-Direttorat tas-Sajd Marittimu f'kont tad-depożitu miftuħ fil-kotba tat-Teżor Pubbliku. L-awtoritajiet tas-Senegal għandhom jgħarrfu kull sena lill-Kummissjoni Ewropea bin-numri tal-kontijiet tal-bank rilevanti.
Artikolu 4
Appoġġ settorjali
1. Sa mhux aktar tard minn tliet (3) xhur wara li jidħol fis-seħħ dan il-Protokoll jew, fejn ikun applikabbli, wara li jibda japplika b'mod provviżorju, il-Kumitat Konġunt għandu jiddeċiedi fuq programm settorjali pluriennali kif ukoll fuq il-proċeduri ta' implimentazzjoni tiegħu, b'mod partikulari fuq dan li ġej:
(1) |
il-linji gwida annwali u pluriennali għall-użu tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 3(1.1)(2); |
(2) |
il-miri annwali u pluriennali li għandhom jintlaħqu sabiex biż-żmien ikun hemm sajd sostenibbli u responsabbli, filwaqt li jitqiesu l-prijoritajiet imsemmija mis-Senegal fil-politika nazzjonali tas-sajd tiegħu u f'politiki oħrajn marbutin mal-istabbiliment ta' sajd responsabbli u sostenibbli jew li għandhom impatt fuqu, speċjalment fir-rigward tal-appoġġ għas-sajd artiġjanali u tas-sorveljanza, tal-kontroll u tal-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolat (is-sajd IUU), kif ukoll il-prijoritajiet marbutin mat-tisħiħ tal-kapaċitajiet xjentifiċi tas-Senegal fis-settur tas-sajd; |
(3) |
il-kriterji u l-proċeduri li għandhom jintużaw biex jiġu evalwati r-riżultati miksubin fuq bażi annwali, fosthom, fejn ikun xieraq, l-indikaturi baġitarji u finanzjarji. |
2. Il-Kumitat Konġunt għandu jidentifika l-għanijiet u għandu jagħmel valutazzjoni tal-impatt li l-proġetti mistennija jkollhom sabiex japprova l-allokazzjoni tal-ammonti tal-kontribuzzjoni finanzjarja għall-appoġġ settorjali min-naħa tas-Senegal.
3. Kull sena, is-Senegal għandu jibgħat rapport dwar il-progress li jkun sar fuq il-proġetti implimentati bil-finanzjament tal-appoġġ settorjali, li għandu jiġi eżaminat mill-Kumitat Konġunt, fil-forma ta' rapport annwali tar-riżultati miksubin. Is-Senegal għandu jagħmel ukoll rapport finali qabel ma jiskadi l-Protokoll.
4. Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja għall-appoġġ settorjali għandu jsir f'serje ta' ħlasijiet parzjali, abbażi ta' approċċ ibbażat fuq l-analiżi tar-riżultati tal-implimentazzjoni tal-appoġġ settorjali u tal-bżonnijiet identifikati matul il-programmazzjoni. L-Unjoni tista' tissospendi parti mill-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja speċifika prevista fl-Artikolu 3(1.1)(2) ta' dan il-Protokoll, jew tissospendih kollu kemm hu, fil-każijiet li ġejjin:
4.1. |
meta r-riżultati miksubin ma jkunux konformi mal-programmazzjoni wara li l-Kumitat Konġunt iwettaq evalwazzjoni; |
4.2. |
f'każ li din il-kontribuzzjoni finanzjarja ma tintużax skont il-programmazzjoni maqbula. |
Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja għandu jibda mill-ġdid wara konsultazzjoni bejn il-Partijiet u ftehim bejniethom, u/jew meta r-riżultati tal-implimentazzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 4 jiġġustifikawh. Madankollu, il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja speċifika prevista fl-Artikolu 3(1.1)(2) ma jistax isir wara perjodu ta' sitt (6) xhur minn meta jiskadi dan il-Protokoll.
5. Il-Kumitat Konġunt għandu japprova kwalunkwe emenda proposta għall-programm settorjali pluriennali.
Artikolu 5
Kooperazzjoni fil-qasam tax-xjenza
1. Il-Partijiet jintrabtu li jippromwovu, fil-livell tar-reġjun tal-Afrika tal-Punent, il-kooperazzjoni b'rabta mas-sajd responsabbli. Il-Partijiet jintrabtu li jħarsu r-rakkomandazzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet kollha tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (l-ICCAT) u li jqisu l-pariri xjentifiċi ta' organizzazzjonijiet reġjonali kompetenti oħrajn bħall-Kumitat tas-Sajd għall-Atlantiku Ċentrali tal-Lvant (CECAF).
2. Il-Partijiet jintrabtu li jlaqqgħu b'mod regolari u meta jkun hemm bżonn il-grupp ta' ħidma xjentifika konġunta sabiex jeżamina kull kwistjoni xjentifika li għandha x'taqsam mal-implimentazzjoni ta' dan il-Protokoll. Il-Kumitat Konġunt jistabbilixxi l-mandat, il-kompożizzjoni u l-funzjonament ta' dan il-grupp ta' ħidma xjentifika konġunta.
3. Abbażi tar-rakkomandazzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet adottati mill-ICCAT u fid-dawl tal-aqwa parir xjentifiku disponibbli, bħal dak tas-CECAF u, fejn ikun xieraq, tar-riżultati tal-laqgħat tal-grupp ta' ħidma xjentifika konġunta, il-Kumitat Konġunt għandu jadotta miżuri biex tkun żgurata l-ġestjoni sostenibbli tal-ispeċijiet tal-ħut koperti minn dan il-Protokoll u li jikkonċernaw l-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni.
Artikolu 6
Reviżjoni tal-opportunitajiet tas-sajd
1. Il-Kumitat Konġunt jista' jirrevedi l-opportunitajiet tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 1, sakemm ir-rakkomandazzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet adottati mill-ICCAT u l-opinjonijiet tas-CECAF jikkonfermaw li din ir-reviżjoni tiżgura l-ġestjoni sostenibbli tal-ispeċijiet tal-ħut imsemmija f'dan il-Protokoll u suġġetti għal validazzjoni mill-grupp ta' ħidma xjentifika.
2. F'dan il-każ, il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 3(1.1)(1) għandha tiġi riveduta b'mod proporzjonat u pro rata temporis. Madankollu, l-ammont totali annwali tal-kontribuzzjoni finanzjarja mħallas mill-Unjoni ma jistax ikun ogħla mid-doppju tal-ammont imsemmi fl-Artikolu 3(1.1)(1).
Artikolu 7
Opportunitajiet ġodda tas-sajd u sajd sperimentali
1. F'każ li l-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni jkunu interessati f'attivitajiet tas-sajd li mhumiex previsti fl-Artikolu 1, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin fi ħdan il-Kumitat Konġunt biex tinħareġ awtorizazzjoni eventwali għal dawn l-attivitajiet il-ġodda. Fejn ikun xieraq, il-Kumitat Konġunt għandu jiddeċiedi dwar il-kundizzjonijiet li japplikaw għal dawn l-opportunitajiet il-ġodda tas-sajd u, jekk ikun hemm bżonn, jemenda dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu.
2. L-awtorizzazzjoni għat-twettiq ta' attivitajiet ġodda tas-sajd għandha tinħareġ filwaqt li jitqiesu l-aqwa pariri xjentifiċi u, fejn ikun xieraq, abbażi tar-riżultati ta' kampanji xjentifiċi vvalidati mill-grupp ta' ħidma xjentifika konġunta.
3. Wara l-konsultazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-Kumitat Konġunt jista' jawtorizza kampanji tas-sajd sperimentali fiż-żoni tas-sajd tas-Senegal sabiex jiġu ttestjati l-fattibbiltà teknika u l-vijabbiltà ekonomika tal-attivitajiet tas-sajd il-ġodda. Għal dan il-għan, u fuq talba tas-Senegal, il-Kumitat Konġunt għandu jistabbilixxi, każ b'każ, l-ispeċijiet, il-kundizzjonijiet u kwalunkwe parametru ieħor rilevanti. Il-Partijiet għandhom iwettqu s-sajd sperimentali skont il-kundizzjonijiet li jkun stabbilixxa l-grupp ta' ħidma xjentifika konġunt.
Artikolu 8
Sospensjoni
L-implimentazzjoni ta' dan il-Protokoll, inkluż il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja, tista' tiġi sospiża b'mod unilaterali minn waħda mill-Partijiet fil-każijiet imniżżlin fl-Artikolu 13 tal-Ftehim u bil-kundizzjonijiet stabbiliti fih.
Artikolu 9
Terminazzjoni
Dan il-Protokoll jista' jintemm b'mod unilaterali minn waħda mill-Partijiet fil-każijiet imniżżlin fl-Artikolu 14 tal-Ftehim u bil-kundizzjonijiet stabbiliti fih.
Artikolu 10
Kompjuterizzazzjoni tal-iskambji
1. Is-Senegal u l-Unjoni intrabtu li jimplimentaw mingħajr dewmien is-sistemi kompjuterizzati meħtieġa għall-iskambju elettroniku tal-informazzjoni u d-dokumenti kollha marbutin mal-implimentazzjoni tal-Ftehim.
2. Il-verżjoni elettronika ta' kwalunkwe dokument f'kull każ għandha titqies li hija ekwivalenti għall-verżjoni stampata tiegħu.
3. Is-Senegal u l-Unjoni għandhom jgħarrfu minnufih lil xulxin b'kull ħsara fis-sistema kompjuterizzata. F'dan il-każ, l-informazzjoni u d-dokumenti marbutin mal-implimentazzjoni tal-Ftehim għandha teħdilhom posthom b'mod awtomatiku l-verżjoni stampata tagħhom.
Artikolu 11
Kunfidenzjalità tad-dejta
1. Is-Senegal u l-Unjoni jintrabtu li jittrattaw f'kull ħin id-dejta personali kollha dwar il-bastimenti tal-Unjoni u l-attivitajiet tas-sajd tagħhom miksuba fil-kuntest tal-Ftehim strettament skont il-prinċipji rispettivi tagħhom tal-kunfidenzjalità u tal-protezzjoni tad-dejta.
2. Il-Partijiet għandhom jiżguraw li d-dejta aggregata marbuta mal-attivitajiet tas-sajd fiż-żoni tas-sajd tas-Senegal biss titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, skont id-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-ICCAT u tal-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd l-oħrajn. Id-dejta li tista' titqies bħala kunfidenzjali għandha tintuża mill-awtoritajiet kompetenti biss għall-implimentazzjoni tal-Ftehim u għall-finijiet tal-ġestjoni tas-sajd, tal-kontroll u tas-sorveljanza.
Artikolu 12
Applikazzjoni provviżorja
Dan il-Protokoll u l-Anness u l-Appendiċi tiegħu għandhom japplikaw b'mod provviżorju minn meta ż-żewġ Partijiet jiffirmawh.
Artikolu 13
Dħul fis-seħħ
Dan il-Protokoll u l-Anness u l-Appendiċi tiegħu għandhom jidħlu fis-seħħ fid-data meta l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin li lestew il-proċeduri meħtieġa għal dak il-għan.
Għall-Unjoni Ewropea
Ghar-Repubblika tas-Senegal
ANNESS
IL-KUNDIZZJONIJIET LI JIRREGOLAW L-ATTIVITAJIET TAS-SAJD BIL-BASTIMENTI TAL-UNJONI EWROPEA FIŻ-ŻONA TAS-SAJD TAS-SENEGAL
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
1. Ħatra tal-awtorità kompetenti
Għall-finijiet ta' dan l-Anness u sakemm ma jkunx indikat mod ieħor, kull referenza għall-Unjoni Ewropea (l-UE) jew għar-Repubblika tas-Senegal (is-Senegal) bħala awtorità kompetenti għandha tfisser:
— |
għall-UE: il-Kummissjoni Ewropea, fejn ikun applikabbli permezz tad-delegazzjoni tal-UE fis-Senegal; |
— |
għar-Repubblika tas-Senegal: il-Ministeru għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi. |
2. Għall-finijiet tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiiet ta' dan l-Anness, it-terminu “awtorizzazzjoni tas-sajd” huwa ekwivalenti għat-terminu “liċenzja” kif iddefinit fil-liġijiet tas-Senegal.
3. Żoni tas-sajd
Iż-żoni tas-sajd tas-Senegal huma l-partijiet mill-ilmijiet tas-Senegal li fihom is-Senegal jawtorizza lill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni jwettqu attivitajiet tas-sajd skont l-Artikolu 5.1 tal-Ftehim.
3.1. |
Il-koordinati ġeografiċi taż-żoni tas-sajd tas-Senegal u tal-linji ta' bażi huma mogħtija fl-Appendiċi 4 tal-Anness ta' dan il-Protokoll. |
3.2. |
Bl-istess mod, iż-żoni li fihom ma jistax isir sajd skont il-liġijiet nazzjonali fis-seħħ, bħall-parks nazzjonali, iż-żoni protetti tal-baħar u ż-żoni ta' trobbija tal-ħut, u ż-żoni li fihom ma jistax isir tbaħħir huma mogħtija fl-Appendiċi 4 tal-Anness ta' dan il-Protokoll. |
3.3. |
Is-Senegal għandu jgħarraf lis-sidien tal-bastimenti bil-koordinati taż-żoni tas-sajd u taż-żoni pprojbiti meta joħorġilhom l-awtorizzazzjoni tas-sajd. |
3.4. |
Is-Senegal għandu jgħarraf lill-Kummissjoni Ewropea bi kwalunkwe bidla f'dawn iż-żoni tal-inqas xahrejn qabel ma din tibda tapplika. |
4. Perjodu ta' waqfien mis-sajd għal raġunijiet bijoloġiċi
Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li huma awtorizzati jwettqu l-attivitajiet tagħhom skont dan il-Protokoll għandhom iħarsu kwalunkwe perjodu ta' waqfien mis-sajd għal raġunijiet bijoloġiċi stabbilit mil-leġislazzjoni tas-Senegal.
5. Ħatra ta' destinatarju
Kull bastiment tas-sajd tal-Unjoni li jkun beħsiebu jħott il-ħut l-art jew jittrasbordah f'port tas-Senegal għandu jiġi rrappreżentat minn destinatarju li jkun residenti fis-Senegal.
6. Ikklerjar tal-ħlasijiet tas-sidien tal-bastimenti
Qabel ma jidħol fis-seħħ il-Protokoll, is-Senegal għandu jgħarraf lill-UE bid-dettalji tal-kont tat-Teżor pubbliku li fih għandhom jiġu ddepożitati l-ammonti finanzjarji li l-bastimenti tal-UE għandhom iħallsu skont il-Ftehim. Sidien il-bastimenti għandhom iħallsu l-ispejjeż marbutin ma' dawn it-trasferimenti bankarji.
7. Kuntatti
Id-dettalji ta' kuntatt tal-Ministeru għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi, kif ukoll dawk tad-Direttorat għall-Protezzjoni u għas-Sorveljanza tas-Sajd (DPSP) tas-Senegal huma mogħtija fl-Appendiċi 7.
KAPITOLU II
AWTORIZZAZJONIJIET TAS-SAJD
1. Prerekwiżiti biex tinkiseb awtorizzazzjoni tas-sajd — il-bastimenti eliġibbli
L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 4 tal-Ftehim għandhom jinħarġu bil-kundizzjoni li l-bastiment ikun imniżżel fir-reġistru tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u li jkunu ntlaħqu l-obbligi preċedenti kollha marbutin ma' sid il-bastiment, mal-kaptan jew mal-bastiment innifsu li jkunu ġejjin mill-attivitajiet tas-sajd tagħhom fis-Senegal skont il-Ftehim.
2. Talba għal awtorizzazzjoni tas-sajd
1. |
L-awtoritajiet kompetenti tal-UE għandhom iressqu, b'mod elettroniku, talba għal kull bastiment li jixtieq jistad skont dan il-Ftehim, lill-Ministeru għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi, u jibagħtu kopja tagħha lid-Delegazzjoni tal-UE fis-Senegal, mill-inqas għoxrin (20) jum tax-xogħol qabel jibda l-perjodu ta' validità mitlub. L-awtoritajiet kompetenti tal-UE se jibagħtu t-talbiet oriġinali direttament lid-Direttorat tas-Sajd Marittimu (DPM) permezz tad-Delegazzjoni tal-UE. |
2. |
It-talbiet għandhom jintbagħtu lid-Direttorat tas-Sajd Marittimu fuq formoli mfasslin skont il-mudell mogħti fl-Appendiċi 1. |
3. |
Kull talba għal awtorizzazzjoni tas-sajd għandu jkollha magħha d-dokumenti li ġejjin:
|
4. |
Għat-tiġdid ta' awtorizzazzjoni tas-sajd skont il-Protokoll fis-seħħ għal bastiment li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tiegħu ma jkunux inbidlu, it-talba għat-tiġdid għandu jkollha magħha biss il-prova tal-ħlas tal-imposta. |
3. Imposta b'rata fissa/avvanzi
1. |
L-ammont tal-imposta għall-ispeċijiet tal-ħut tal-qiegħ huwa mniżżel fl-iskeda teknika mogħtija fl-Appendiċi 2. L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandhom jinħarġu wara li l-avvanz indikat f'din l-iskeda teknika jkun tħallas lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. |
2. |
L-imposta għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni u għall-bastimenti tas-sajd bil-qasab u x-xlief, f'Euro għal kull tunnellata ta' ħut maqbuda fiż-żoni tas-sajd tas-Senegal, għandha tkun kif ġej:
L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandhom jinħarġu wara li jkunu tħallsu lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti l-imposti b'rata fissa li ġejjin:
|
3. |
L-ammont tal-imposta b'rata fissa jinkludi t-taxxi nazzjonali u lokali kollha minbarra t-taxxi tal-portijiet u l-ispejjeż għall-provvista tas-servizzi. |
4. |
Meta l-perjodu ta' validità tal-awtorizzazzjoni tas-sajd ikun ta' inqas minn sena, b'mod partikulari minħabba perjodu ta' waqfien mis-sajd għal raġunijiet bijoloġiċi, l-ammont tal-imposta b'rata fissa għandu jiġi adattat b'mod proporzjonat għall-perjodu ta' validità mitlub. |
4. Ħruġ tal-awtorizzazzjoni tas-sajd u lista provviżorja tal-bastimenti awtorizzati li jistadu
1. |
Ladarba jirċievi t-talbiet għall-awtorizzazzjoni tas-sajd skont il-punti 2.2 u 2.3, is-Senegal għandu jistabbilixxi, fi żmien ħamest ijiem, għal kull kategorija ta' bastimenti, il-lista provviżorja ta' bastimenti awtorizzati li jistadu. |
2. |
Din il-lista għandha tintbagħat minnufih lill-awtorità nazzjonali responsabbli għall-kontroll tas-sajd u lill-UE. |
3. |
L-UE għandha tgħaddi l-lista provviżorja lil sid il-bastiment jew lid-destinatarju. Jekk l-uffiċċji tal-UE jkunu magħluqin, is-Senegal jista' jibgħat il-lista provviżorja direttament lil sid il-bastiment jew lir-rappreżentant tiegħu u jibgħat kopja lill-UE. |
4. |
Il-bastimenti għandhom ikunu awtorizzati jistadu hekk kif jitniżżlu fil-lista provviżorja. Dawn il-bastimenti għandhom dejjem iżommu kopja tal-lista provviżorja abbord sa ma tinħareġ l-awtorizzazzjoni tas-sajd tagħhom. |
5. |
L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għall-bastimenti kollha għandhom jinħarġu lis-sidien tal-bastimenti jew lir-rappreżentanti tagħhom permezz tad-Delegazzjoni tal-UE fis-Senegal mid-Direttorat tas-Sajd Marittimu fi żmien għoxrin (20) jum tax-xogħol minn meta jaslu d-dokumenti kollha msemmija fil-punt 2.3. |
6. |
Fl-istess ħin, sabiex ma jkunx hemm dewmien fil-possibbiltà tal-bastimenti li jistadu fiż-żona, għandha tintbagħat kopja tal-awtorizzazzjoni tas-sajd lis-sidien tal-bastimenti b'mezzi elettroniċi. Din il-kopja tista' tintuża għal perjodu massimu ta' 60 jum mid-data tal-ħruġ tal-awtorizzazzjoni tas-sajd. Matul dan il-perjodu, il-kopja se titqies bħala ekwivalenti għall-oriġinal. |
7. |
L-awtorizzazzjoni tas-sajd għandha tinżamm abbord il-ħin kollu, mingħajr ħsara għall-punti 4 u 6 ta' din it-Taqsima. |
5. Trasferiment tal-awtorizzazzjoni tas-sajd
1. |
L-awtorizzazzjoni tas-sajd għandha tinħareġ f'isem bastiment speċifiku u ma tistax tiġi ttrasferita. |
2. |
Madankollu, fuq talba tal-UE u f'każ ta' prova ta' forza maġġuri, b'mod partikulari f'każ ta' telf ta' bastiment jew ta' nuqqas ta' użu fit-tul tiegħu minħabba ħsara teknika gravi, l-awtorizzazzjoni tas-sajd tiegħu għandha tinbidel b'awtorizzazzjoni tas-sajd ġdida maħruġa f'isem bastiment ieħor tal-istess kategorija bħal dik tal-bastiment li għandu jinbidel, mingħajr ma jkun hemm bżonn titħallas imposta ġdida. |
3. |
F'dan il-każ, il-kalkolu tal-livell tal-qabdiet biex jiġi stabbilit kwalunkwe ħlas addizzjonali eventwali għandu jqis l-għadd tal-qabdiet totali taż-żewġ bastimenti. |
4. |
Is-sid tal-bastiment li għandu jinbidel, jew ir-rappreżentant tiegħu, għandu jagħti lura l-awtorizzazzjoni mħassra tas-sajd lid-Direttorat tas-Sajd Marittimu permezz tad-Delegazzjoni tal-UE fis-Senegal. |
5. |
Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-awtorizzazzjoni tas-sajd il-ġdida għandha tkun dik li fiha l-awtorizzazzjoni tas-sajd imħassra tkun ingħatat lura lid-Direttorat tas-Sajd Marittimu. Id-Delegazzjoni tal-UE għandha tiġi mgħarrfa bit-trasferiment tal-awtorizzazzjoni tas-sajd. |
6. Perjodu ta' validità tal-liċenzja
1. |
L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni u għall-bastimenti tas-sajd bil-qasab u x-xlief jinħarġu għal perjodu ta' sena. L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għall-bastimenti tat-tkarkir għas-sajd għall-ħut tal-qiegħ li jgħix f'baħar fond għandhom jinħarġu għal perjodu ta' tliet xhur. |
2. |
L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandhom ikunu jistgħu jiġġeddu. |
3. |
Sabiex jiġi stabbilit meta jibda l-perjodu ta' validità tal-awtorizzazzjoni tas-sajd:
|
7. Bastimenti ta' appoġġ
1. |
Fuq talba tal-UE, is-Senegal għandu jawtorizza l-bastimenti tas-sajd tal-UE li jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd sabiex jiġu megħjuna minn bastimenti ta' appoġġ. |
2. |
It-tali appoġġ la jista jinkludi l-provvista tal-fjuwil u lanqas it-trasbord tal-qabdiet. |
3. |
Il-bastimenti ta' appoġġ għandhom itajru l-bandiera ta' Stat Membru tal-UE, u ma jistgħux ikunu mgħammra għas-sajd. |
4. |
Il-bastimenti ta' appoġġ għandhom ikunu suġġetti għall-istess proċedura għat-trażmissjoni tat-talbiet għal awtorizzazzjoni tas-sajd imsemmija fil-Kapitolu II, safejn din tkun tapplika għalihom. |
5. |
Is-Senegal għandu jistabbilixxi l-lista tal-bastimenti ta' appoġġ awtorizzati u jibgħatha minnufih lill-awtorità nazzjonali responsabbli għall-kontroll tas-sajd u lill-UE. |
KAPITOLU III
MIŻURI TEKNIĊI
Il-miżuri tekniċi li japplikaw għall-bastimenti tat-tkarkir għas-sajd għall-ħut tal-qiegħ li jgħix f'baħar fond li jkollhom awtorizzazzjoni għas-sajd, marbutin maż-żona, mal-irkaptu tas-sajd u mal-qabdiet inċidentali, huma ddefiniti fl-iskeda teknika mogħtija fl-Appendiċi 2.
Il-bastimenti tas-sajd għat-tonn għandhom iħarsu r-rakkomandazzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet kollha adottati mill-ICCAT.
KAPITOLU IV
KONTROLL, MONITORAĠĠ U SORVELJANZA
TAQSIMA 1
Skema tar-rappurtar tal-qabdiet
1. Ġurnal ta' abbord tas-sajd
1. |
Il-kaptan ta' bastiment tal-Unjoni li jkun qed jistad skont il-Ftehim għandu jżomm ġurnal ta' abbord tas-sajd, li l-mudell tiegħu għal kull kategorija tas-sajd jinsab fl-Appendiċi 3a u 3b ta' dan l-Anness. |
2. |
Il-ġurnal ta' abbord tas-sajd għandu jimtela mill-kaptan għal kull jum li fih il-bastiment ikun fiż-żona tas-sajd tas-Senegal. |
3. |
Fil-ġurnal ta' abbord tas-sajd, il-kaptan għandu jikteb kuljum il-kwantità ta' kull speċi, identifikata bil-kodiċi alfa 3 tal-FAO tagħha, maqbuda u miżmuma abbord, mogħtija f'kilogrammi ta' piż ħaj jew, fejn ikun meħtieġ, fl-għadd ta' ħut individwali. Għal kull speċi ewlenija, il-kaptan għandu jagħmel nota wkoll meta ma jinqabad xejn minnha. |
4. |
Jekk ikun il-każ, fil-ġurnal ta' abbord tas-sajd, il-kaptan għandu jikteb ukoll kuljum il-kwantitajiet ta' kull speċi mormija lura l-baħar, mogħtija f'kilogrammi ta' piż ħaj jew, fejn ikun meħtieġ, fl-għadd ta' ħut individwali. |
5. |
Il-ġurnal ta' abbord tas-sajd għandu jimtela b'mod li jkun jista' jinqara, b'ittri kapitali, u għandu jiġi ffirmat mill-kaptan. |
6. |
Il-kaptan għandu jkun responsabbli għall-preċiżjoni tad-dejta rreġistrata fil-ġurnal ta' abbord tas-sajd. |
2. Rappurtar tal-qabdiet
1. |
Il-kaptan għandu jirrapporta l-qabdiet tal-bastiment billi jibgħat lis-Senegal il-ġurnali ta' abbord tas-sajd tiegħu għall-perjodu li fih kien preżenti fiż-żoni tas-sajd tas-Senegal. |
2. |
Sa meta tiddaħħal is-sistema elettronika ta' rappurtar tad-dejta dwar is-sajd imsemmija fil-punt 4 ta' din it-Taqsima, il-ġurnali ta' abbord tas-sajd għandhom jintbagħtu b'wieħed mill-modi li ġejjin:
|
3. |
Il-kaptan għandu jibgħat kopja tal-ġurnali kollha ta' abbord tas-sajd lill-UE. Fil-każ tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn, il-kaptan għandu jibgħat ukoll kopja tal-ġurnali kollha ta' abbord tas-sajd lil wieħed mill-istituti xjentifiċi li ġejjin:
|
4. |
Ir-ritorn tal-bastiment fiż-żona tas-sajd tas-Senegal fil-perjodu ta' validità tal-awtorizzazzjoni tas-sajd tiegħu għandu jwassal għal rappurtar ġdid tal-qabdiet. |
5. |
F'każ li ma jitħarsux id-dispożizzjonijiet dwar ir-rappurtar tal-qabdiet, is-Senegal jista' jissospendi l-awtorizzazzjoni tas-sajd tal-bastiment ikkonċernat sakemm jinkiseb ir-rapport dwar il-qabdiet li jkun nieqes u jista' jippenalizza lil sid il-bastiment skont id-dispożizzjonijiet previsti għal dan il-għan fil-leġislazzjoni nazzjonali fis-seħħ. Jekk ir-reat jiġi ripetut, is-Senegal jista' jirrifjuta li jġedded l-awtorizzazzjoni tas-sajd. |
6. |
Is-Senegal għandu jgħarraf lill-UE minnufih b'kull sanzjoni li tiġi applikata f'dan il-kuntest. |
3. Rappurtar kull tliet xhur tal-qabdiet fil-każ tal-bastimenti tat-tkarkir
Sa meta tiddaħħal is-sistema elettronika ta' rappurtar tad-dejta dwar is-sajd imsemmija fil-punt 4 ta' din it-Taqsima, il-Kummissjoni Ewropea għandha tgħarraf lid-Direttorat tas-Sajd Marittimu qabel tmiem it-tielet xahar ta' kull perjodu ta' tliet xhur, bil-kwantitajiet maqbudin mill-bastimenti tat-tkarkir fil-perjodu ta' tliet xhur ta' qabel, billi tuża l-mudell mogħti fl-Appendiċi 3c ta' dan l-Anness.
4. Tranżizzjoni għal sistema elettronika ta' rappurtar tad-dejta dwar is-sajd (ERS)
Iż-żewġ Partijiet jaqblu li jiżguraw it-tranżizzjoni għal sistema elettronika ta' rappurtar tad-dejta dwar is-sajd abbażi tal-karatteristiċi tekniċi ddefiniti fl-Appendiċi 6. Il-Partijiet jaqblu li jiddefinixxu l-proċeduri komuni sabiex din it-tranżizzjoni tkun tista' sseħħ malajr kemm jista' jkun. Is-Senegal għandu jgħarraf lill-UE hekk kif jintlaħqu l-kundizzjonijiet għal din it-tranżizzjoni. Ġie maqbul perjodu ta' xahrejn mid-data meta tintbagħat din l-informazzjoni sabiex matulu ssir kompletament operattiva.
5. Kalkolu tal-imposti għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn
1. Dikjarazzjoni annwali
1.1. |
Għandha tintbagħat dikjarazzjoni annwali tal-qabdiet ibbażata fuq il-ġurnali ta' abbord tas-sajd u fuq l-informazzjoni mogħtija mill-kaptan lill-istituti xjentifiċi msemmija hawn fuq għall-validazzjoni. |
1.2. |
Ladarba tiġi vvalidata, din id-dikjarazzjoni tintbagħat lid-Direttorat tas-Sajd Marittimu, lid-Direttorat għall-Protezzjoni u għas-Sorveljanza tas-Sajd u lis-CRODT għall-verifika. |
1.3. |
Is-Senegal jgħarraf malajr lill-UE bir-riżultat ta' din il-verifika. |
1.4. |
L-UE se tikkuntattja lill-istituti xjentifiċi tagħha jekk ikun hemm bżonn ta' aktar kjarifiki, u mbagħad tgħaddi dawn il-kjarifiki lis-Senegal. Dawn in-notifiki għandhom isiru b'mezzi elettroniċi. |
1.5. |
Jekk ikun hemm bżonn, jiltaqa' wkoll il-grupp ta' ħidma xjentifika konġunt. |
1.6. |
Jistgħu jinbdew aktar diskussjonijiet dwar il-proċess ta' verifika jekk ikun hemm bżonn u, f'każ ta' bżonn, tista' ssir laqgħa wkoll li fiha jieħdu sehem l-istituti xjentifiċi kollha. |
2. Kalkolu finali
2.1. |
Abbażi tar-rappurtar tal-qabdiet tiegħu kkonfermat miċ-ċentru u mill-istituti xjentifiċi msemmija hawn fuq, għal kull bastiment tas-sajd għat-tonn, l-UE għandha tistabbilixxi kalkolu finali tal-imposti li jridu jitħallsu mill-bastiment għall-istaġun annwali tiegħu għas-sena kalendarja ta' qabel. |
2.2. |
L-UE għandha tibgħat dan il-kalkolu finali lis-Senegal u lil sid il-bastiment qabel il-15 ta' Lulju tas-sena ta' wara s-sena li fiha jkunu saru l-qabdiet. |
2.3. |
Meta l-kalkolu finali jkun ikbar mill-imposta b'rata fissa prevista mħallsa biex tinkiseb l-awtorizzazzjoni tas-sajd, sid il-bastiment għandu jħallas il-bilanċ pendenti lis-Senegal qabel it-30 ta' Awwissu tas-sena li tkun għaddejja. Meta l-kalkolu finali jkun inqas mill-imposta b'rata fissa mistennija, l-ammont li jifdal ma jistax jiġi kklejmjat mill-ġdid minn sid il-bastiment. |
TAQSIMA 2
Dħul fl-ilmijiet tas-Senegal u ħruġ minnhom
1. |
Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li joperaw fl-ilmijiet tas-Senegal fil-kuntest ta' dan il-Protokoll għandhom jgħarrfu lill-awtoritajiet kompetenti tas-Senegal, tal-inqas sitt (6) sigħat bil-quddiem, li huma jkun beħsiebhom jidħlu fl-ilmijiet tas-Senegal jew joħorġu minnhom. |
2. |
Meta jkunu qed jinnotifikaw id-dħul tagħhom fl-ilmijiet tas-Senegal jew il-ħruġ tagħhom minnhom, il-bastimenti għandhom jibagħtu wkoll il-pożizzjoni tagħhom, kif ukoll il-qabdiet li diġà jkollhom maqbudin u miżmumin abbord, identifikati bil-kodiċi alfa 3 tal-FAO tagħhom, mogħtija f'kilogrammi ta' piż ħaj jew, fejn ikun meħtieġ, fl-għadd ta' ħut individwali, mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 2 tal-Appendiċi 6. Din l-informazzjoni għandha tintbagħat permezz tal-posta elettronika jew permezz ta' feks fl-indirizzi mogħtija fl-Appendiċi 7. |
3. |
Bastiment li jinqabad jistad mingħajr ma jkun avża lill-awtorità kompetenti tas-Senegal għandu jitqies bħala bastiment mingħajr awtorizzazzjoni tas-sajd u għalhekk ikunu esposti għas-sanzjonijiet previsti fil-liġi nazzjonali. |
4. |
L-indirizz tal-posta elettronika, in-numru tal-feks u tat-telefown, u l-koordinati tar-radju tal-awtoritajiet kompetenti tas-Senegal għandhom jinhemżu mal-awtorizzazzjoni tas-sajd. |
TAQSIMA 3
Trasbord u ħatt l-art
1. |
Il-bastimenti tas-sajd bil-qasab u x-xlief għandhom iħottu l-art il-ħut li jkunu qabdu fiż-żoni tas-sajd tas-Senegal fil-port ta' Dakar u jistgħu jbigħuhom lill-intrapriżi lokali bi prezzijiet tas-suq internazzjonali ddefiniti abbażi ta' negozjati bejn l-operaturi. |
2. |
Kull bastiment tas-sajd tal-Unjoni li jopera fl-ilmijiet tas-Senegal fil-kuntest ta' dan il-Protokoll li jagħmel operazzjoni ta' trasbord fl-ilmijiet tas-Senegal għandu jagħmel dan fil-port ta' Dakar, bl-awtorizzazzjoni tal-awtorità kompetenti tas-Senegal. |
3. |
Is-sidien ta' dawn il-bastimenti li jħottu l-ħut l-art jew jittrasbordawh, jew ir-rappreżentanti tagħhom, għandhom jibagħtu lill-awtoritajiet kompetenti tas-Senegal tal-inqas 72 siegħa bil-quddiem, it-tagħrif li ġej:
|
4. |
It-trasbord u l-ħatt l-art jitqiesu bħala ħruġ mill-ilmijiet tas-Senegal. Il-bastimenti għandhom jagħtu lill-awtoritajiet kompetenti tas-Senegal ir-rapporti dwar il-qabdiet tagħhom u javżawhom jekk humiex beħsiebhom ikomplu jistadu fl-ilmijiet tas-Senegal, jew jekk humiex beħsiebhom joħorġu minnhom. |
5. |
Kwalunkwe operazzjoni ta' trasbord jew ta' ħatt l-art ta' qabdiet li mhix imsemmija fil-punti t'hawn fuq hija pprojbita fl-ilmijiet tas-Senegal. Kwalunkwe persuna li tikser din id-dispożizzjoni jistgħu jsirulha s-sanzjonijiet previsti fir-regolamenti tas-Senegal li jkunu fis-seħħ. |
TAQSIMA 4
Sistema ta' monitoraġġ bis-satellita (VMS)
1. Messaġġi dwar il-pożizzjoni tal-bastimenti — is-sistema tal-VMS
1. |
Il-bastimenti tal-UE li jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd għandhom ikunu mgħammra b'sistema ta' monitoraġġ bis-satellita (Sistema ta' Monitoraġġ tal-Bastimenti — VMS) li tippermetti l-komunikazzjoni awtomatika u kontinwa tal-pożizzjoni tagħhom, kull sagħtejn, liċ-ċentru għall-kontroll tas-sajd (iċ-Ċentru għall-Monitoraġġ tas-Sajd — iċ-ĊMS) tal-Istat tal-bandiera tagħhom. |
2. |
Kull messaġġ dwar il-pożizzjoni:
|
3. |
L-ewwel pożizzjoni rreġistrata wara d-dħul fiż-żona tas-Senegal għandha tiġi identifikata bil-kodiċi “ENT”. Il-pożizzjonijiet kollha ta' wara għandhom jiġu identifikati bil-kodiċi “POS”, ħlief għall-ewwel pożizzjoni rreġistrata wara l-ħruġ miż-żona tas-Senegal, li għandha tiġi identifikata bil-kodiċi “EXI”. |
4. |
Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jiżgura l-ipproċessar awtomatiku u, jekk ikun meħtieġ, it-trażmissjoni elettronika tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni. Il-messaġġi dwar il-pożizzjoni għandhom jiġu rreġistrati b'mod sigur u għandhom jinżammu għal perjodu ta' tliet snin. |
2. Trażmissjoni min-naħa tal-bastiment f'każ ta' ħsara fis-sistema tal-VMS
1. |
Il-kaptan għandu jiżgura f'kull ħin li s-sistema tal-VMS tal-bastiment tiegħu tkun qed taħdem bis-sħiħ u li l-messaġġi dwar il-pożizzjoni jkunu qed jiġu trażmessi b'mod korrett liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera. |
2. |
F'każ ta' ħsara fis-sistema tal-VMS tal-bastiment, din is-sistema għandha tissewwa jew tinbidel fi żmien xahar. Wara dak il-perjodu, il-bastiment ma jibqax awtorizzat jistad fiż-żoni tas-sajd tas-Senegal. |
3. |
Il-bastimenti li jkunu qegħdin jistadu fiż-żoni tas-sajd tas-Senegal b'sistema tal-VMS difettuża għandhom jibagħtu l-messaġġi dwar il-pożizzjoni tagħhom permezz ta' ittra elettronika, bir-radju jew permezz ta' feks liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera, mill-inqas kull erba' sigħat, u għandhom jipprovdu l-informazzjoni obbligatorja kollha mniżżla fil-punt 1.2(i) ta' din it-Taqsima. |
3. Komunikazzjoni sigura tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni lis-Senegal
1. |
Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jibgħat awtomatikament il-messaġġi dwar il-pożizzjoni tal-bastimenti kkonċernati liċ-ĊMS tas-Senegal. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u ċ-ĊMS tas-Senegal għandhom jiskambjaw l-indirizzi elettroniċi ta' kuntatt tagħhom u għandhom jgħarrfu minnufih lil xulxin b'kull tibdil f'dawn l-indirizzi. |
2. |
It-trażmissjoni tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni bejn iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u ċ-ĊMS tas-Senegal għandha ssir b'mod elettroniku bl-użu ta' sistema sigura tal-komunikazzjoni. |
3. |
Iċ-ĊMS tas-Senegal għandu jgħarraf liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u lill-UE minnufih b'kull interruzzjoni fil-wasla tal-messaġġi konsekuttivi dwar il-pożizzjoni ta' bastiment li jkollu awtorizzazzjoni tas-sajd, meta l-bastiment ikkonċernat ma jkunx innotifika l-ħruġ tiegħu miż-żoni tas-sajd tas-Senegal. |
4. Funzjonament ħażin tas-sistema ta' komunikazzjoni
1. |
Is-Senegal għandu jiżgura li t-tagħmir elettroniku tiegħu jkun kompatibbli ma' dak taċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u għandu jgħarraf lill-UE minnufih b'kull nuqqas ta' funzjonament fil-komunikazzjoni u l-wasla tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni bil-għan li tinstab soluzzjoni teknika mill-aktar fis possibbli. |
2. |
Il-Kumitat Konġunt għandu jipprova jsolvi kwalunkwe tilwim li jista' jirriżulta minn dan. |
3. |
Il-kaptan għandu jitqies responsabbli għal kull manipulazzjoni ppruvata tas-sistema tal-VMS tal-bastiment li jkollha l-għan li tfixkel l-operat tagħha jew li tiffalsifika l-messaġġi tagħha dwar il-pożizzjoni tal-bastiment. Kull ksur għandu jkun suġġett għall-pieni previsti mil-leġiżlazzjoni tas-Senegal li tkun fis-seħħ. |
5. Bidla fil-frekwenza tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni
1. |
Abbażi ta' evidenza dokumentata li tipprova ksur, is-Senegal jista' jistaqsi liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera, filwaqt li jibgħat kopja wkoll lill-UE, biex iqassar l-intervall biex il-bastiment jibgħat il-messaġġi dwar il-pożizzjoni tiegħu għal kull siegħa għall-perjodu stabbilit tal-investigazzjoni. |
2. |
Is-Senegal għandu jibgħat din l-evidenza dokumentata liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u lill-UE. |
3. |
Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jibgħat minnufih il-messaġġi dwar il-pożizzjoni lis-Senegal skont il-frekwenza mnaqqsa. |
4. |
Fi tmiem il-perjodu stabbilit tal-investigazzjoni, is-Senegal għandu jgħarraf liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u lill-UE b'kull monitoraġġ li jista' jkun meħtieġ. |
6. Validità tal-messaġġ tal-VMS f'każ ta' tilwim
Id-dejta dwar il-pożizzjoni mogħtija mis-sistema tal-VMS biss għandha titqies bħala awtentika f'każ ta' nuqqas ta' qbil bejn il-Partijiet.
TAQSIMA 5
Osservaturi
1. Osservazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd
1.1. |
Il-bastimenti li jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd għandhom ikunu suġġetti għal skema ta' osservazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd tagħhom imwettqin fil-kuntest ta' dan il-Ftehim. |
1.2. |
Fil-każ tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn, l-iskema ta' osservazzjoni għandha tkun konformi mad-dispożizzjonijiet previsti fir-rakkomandazzjonijiet adottati mill-ICCAT (il-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku). |
2. Bastimenti u osservaturi magħżulin
2.1. |
Meta joħroġ l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd, is-Senegal għandu jgħarraf lill-UE u lil sid il-bastiment, jew lid-destinatarju tiegħu, bil-bastimenti li fuqhom ikun irid jittella' abbord osservatur, kif ukoll bil-ħin li matulu l-osservatur ikun se jkun abbord kull bastiment. |
2.2. |
Is-Senegal għandu jgħarraf lill-UE u lil sid il-bastiment li fuqu jkun irid jittella' abbord osservatur, jew lid-destinatarju tiegħu, b'isem l-osservatur magħżul għal dak il-bastiment sa mhux aktar tard minn 15-il jum qabel id-data prevista għall-imbark. Is-Senegal għandu jgħarraf minnufih lill-UE u lil sid il-bastiment, jew lid-destinatarju tiegħu, bi kwalunkwe bidla fil-bastimenti u fl-osservaturi magħżulin. |
2.3. |
Is-Senegal għandu jagħmel ħiltu sabiex ma jagħżilx osservaturi għall-bastimenti li diġà jkollhom osservatur abbord jew li diġà jkunu obbligati formalment li jtellgħu abbord osservatur waqt l-istaġun tas-sajd ikkonċernat fil-kuntest tal-attivitajiet tagħhom f'żoni oħrajn tas-sajd minbarra dawk tas-Senegal. |
2.4. |
Għall-bastimenti tat-tkarkir għas-sajd għall-ħut tal-qiegħ li jgħix f'baħar fond, iż-żmien tal-osservatur abbord ma jistax jaqbeż xahrejn. L-osservaturi m'għandhomx iqattgħu iżjed ħin abbord il-bastiment milli għandhom bżonn biex iwettqu dmirijiethom. |
3. Kontribuzzjoni finanzjarja b'rata fissa
3.1. |
Meta jibagħtu l-ħlas tal-imposta annwali, is-sidien tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni mgħammra bi friża u tal-bastimenti tas-sajd bil-qasab u x-xlief għandhom jibagħtu wkoll somma fissa ta' EUR 400 għal kull bastiment lid-Direttorat għall-Protezzjoni u għas-Sorveljanza tas-Sajd għall-funzjonament tajjeb tal-programm tal-osservaturi. |
3.2. |
Meta jibagħtu l-ħlas tal-imposta ta' kull tliet xhur, sidien il-bastimenti tat-tkarkir għandhom jibagħtu wkoll somma fissa ta' EUR 100 għal kull bastiment lid-Direttorat għall-Protezzjoni u għas-Sorveljanza tas-Sajd għall-funzjonament tajjeb tal-programm tal-osservaturi. |
4. Paga tal-osservatur
Is-Senegal għandu jħallas il-paga u l-kontribuzzjonijiet soċjali tal-osservatur.
5. Kundizzjonijiet tal-imbark
5.1. |
Il-kundizzjonijiet tal-imbark tal-osservatur, b'mod partikulari t-tul ta' żmien tiegħu abbord, għandhom jiġu ddefiniti bi ftehim reċiproku bejn sid il-bastiment jew id-destinatarju tiegħu u s-Senegal. |
5.2. |
Meta jkun abbord, l-osservatur għandu jiġi ttrattat bħala uffiċjal. Madankollu, l-ilqugħ tal-osservatur abbord għandu jqis l-istruttura teknika tal-bastiment. |
5.3. |
Sid il-bastiment għandu jħallas l-ispejjeż tal-akkomodazzjoni u tal-ikel għall-osservatur abbord il-bastiment. |
5.4. |
Il-kaptan għandu jieħu l-miżuri kollha li jaqgħu fir-responsabbiltà tiegħu sabiex jiżgura s-sigurtà fiżika u l-benesseri ġenerali tal-osservatur. |
5.5. |
L-osservatur għandu jingħata l-faċilitajiet kollha meħtieġa sabiex iwettaq dmirijietu. Huwa għandu jkollu aċċess għall-mezzi ta' komunikazzjoni, għad-dokumenti marbutin mal-attivitajiet tas-sajd tal-bastiment, b'mod partikulari l-ġurnal ta' abbord tas-sajd u l-ġurnal tan-navigazzjoni, kif ukoll għall-partijiet tal-bastiment marbutin b'mod dirett ma' dmirijietu. |
6. Obbligi tal-osservatur
6.1. |
Waqt li jkun abbord l-osservatur għandu: |
6.2. |
jieħu l-miżuri x-xierqa kollha sabiex ma jinterrompix jew ifixkel l-operazzjonijiet tas-sajd; |
6.3. |
jirrispetta l-proprjetà u t-tagħmir li jkun hemm abbord; |
6.4. |
jirrispetta n-natura kunfidenzjali ta' kull dokument tal-bastiment. |
7. Imbark u żbark tal-osservatur
7.1. |
L-osservatur għandu jimbarka f'port magħżul minn sid il-bastiment. |
7.2. |
Sid il-bastiment jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jinnotifika lis-Senegal, b'perjodu ta' notifika ta' għaxart ijiem qabel l-imbark, dwar id-data, il-ħin u l-port tal-imbark tal-osservatur. Jekk l-osservatur jimbarka f'pajjiż barrani, sid il-bastiment għandu jħallas l-ispejjeż tal-ivvjaġġar tiegħu lejn il-port tal-imbark. |
7.3. |
Jekk l-osservatur ma jasalx għall-imbark fi żmien 12-il siegħa mid-data u l-ħin previsti, sid il-bastiment għandu jinħeles awtomatikament mill-obbligu tiegħu li jippermetti lill-osservatur jimbarka. Huwa għandu jkun ħieles li jħalli l-port u li jibda l-operazzjonijiet tas-sajd tiegħu. |
7.4. |
Meta l-osservatur ma jiżbarkax f'port tas-Senegal, sid il-bastiment għandu jiżgura r-ritorn tal-osservatur lura lejn is-Senegal mill-aktar fis possibbli, u għandu jagħmel dan bi spejjeż tiegħu. |
8. Kompiti tal-osservatur
L-osservatur għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin:
8.1. |
josserva l-attivitajiet tas-sajd tal-bastiment; |
8.2. |
jivverifika l-pożizzjoni tal-bastiment waqt l-attivitajiet tas-sajd tiegħu; |
8.3. |
jieħu kampjuni bijoloġiċi bħala parti minn programm xjentifiku; |
8.4. |
jieħu nota tal-irkaptu tas-sajd użat; |
8.5. |
jivverifika d-dejta dwar il-qabdiet li jkunu saru fiż-żoni tas-sajd tas-Senegal u li jkunu rrappurtati fil-ġurnal ta' abbord tas-sajd; |
8.6. |
jivverifika l-perċentwali tal-qabdiet inċidentali u jagħti stima tal-qabdiet mormija lura l-baħar; |
8.7. |
jikkomunika l-osservazzjonijiet tiegħu bir-radju, b'feks jew bil-posta elettronika mill-inqas darba fil-ġimgħa waqt li l-bastiment ikun qed jistad fiż-żoni tas-sajd tas-Senegal, inkluż il-kwantità ta' qabdiet ewlenin u inċidentali abbord. |
9. Rapport tal-osservatur
9.1. |
Qabel ma jħalli l-bastiment, l-osservatur għandu jissottometti rapport tal-osservazzjonijiet tiegħu lill-kaptan tal-bastiment. Il-kaptan tal-bastiment għandu d-dritt jagħmel kummenti fir-rapport tal-osservatur. Ir-rapport għandu jiġi ffirmat mill-osservatur u mill-kaptan. Il-kaptan għandu jirċievi kopja tar-rapport tal-osservatur. |
9.2. |
L-osservatur għandu jibgħat ir-rapport tiegħu lis-Senegal, li għandu jibgħat kopja tiegħu lill-UE fi żmien tmint ijiem mill-iżbark tal-osservatur. |
TAQSIMA 6
Spezzjoni fuq il-baħar u fil-port
1. Spezzjoni fuq il-baħar
1.1. |
L-ispezzjoni fuq il-baħar, fiż-żoni tas-sajd tas-Senegal, tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd għandha ssir minn bastimenti u spetturi tas-Senegal li jkunu identifikati b'mod ċar bħala bastimenti u spetturi maħturin sabiex iwettqu verifiki tas-sajd. |
1.2. |
Qabel ma jitilgħu abbord, l-ispetturi tas-Senegal għandhom iwissu lill-bastiment tal-UE bid-deċiżjoni tagħhom li jwettqu spezzjoni. L-ispezzjoni għandha ssir minn mhux iktar minn żewġ spetturi, li jridu jipprovdu prova tal-identità u l-pożizzjoni uffiċjali tagħhom bħala spetturi qabel ma jwettqu l-ispezzjoni. |
1.3. |
L-ispetturi tas-Senegal għandhom jibqgħu abbord il-bastiment tas-sajd tal-Unjoni għall-ħin meħtieġ sabiex iwettqu l-kompiti marbutin mal-ispezzjoni biss. Huma għandhom iwettqu l-ispezzjoni b'mod li jnaqqas kemm jista' jkun l-impatt tagħha fuq il-bastiment u fuq l-attività tas-sajd u l-merkanzija tiegħu. |
1.4. |
Is-Senegal jista' jawtorizza lill-UE tieħu sehem fl-ispezzjoni fuq il-baħar bħala osservatur. |
1.5. |
Il-kaptan tal-bastiment tas-sajd tal-Unjoni għandu jiffaċilita l-imbark tal-ispetturi tas-Senegal u għandu jiffaċilitalhom xogħolhom. |
1.6. |
Fi tmiem kull spezzjoni, l-ispetturi tas-Senegal għandhom ifasslu rapport tal-ispezzjoni. Il-kaptan tal-bastiment tas-sajd tal-Unjoni għandu d-dritt jagħmel kummenti fir-rapport tal-ispezzjoni. Ir-rapport tal-ispezzjoni għandu jiġi ffirmat mill-ispettur li jkun qed ifasslu u mill-kaptan tal-bastiment tas-sajd tal-Unjoni. |
1.7. |
L-ispetturi tas-Senegal għandhom jagħtu kopja tar-rapport tal-ispezzjoni lill-kaptan tal-bastiment tas-sajd tal-Unjoni qabel ma jħallu l-bastiment. Is-Senegal għandu jibgħat kopja tar-rapport tal-ispezzjoni lill-UE fi żmien tmint ijiem mill-ispezzjoni. |
2. Spezzjoni fil-port
2.1. |
L-ispezzjoni fil-port ta' bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jħottu l-art jew jittrasbordaw, fl-ilmijiet ta' port tas-Senegal, qabdiet li huma jkunu għamlu fiż-żona tas-Senegal, għandha ssir minn spetturi awtorizzati. |
2.2. |
L-ispezzjoni għandha ssir minn mhux iktar minn żewġ spetturi, li jridu jipprovdu prova tal-identità u l-pożizzjoni uffiċjali tagħhom bħala spetturi qabel ma jwettqu l-ispezzjoni. L-ispetturi tas-Senegal għandhom jibqgħu abbord il-bastiment tas-sajd tal-Unjoni għall-ħin meħtieġ sabiex iwettqu l-kompiti marbutin mal-ispezzjoni biss u għandhom iwettqu l-ispezzjoni b'mod li jnaqqas kemm jista' jkun l-impatt tagħha fuq il-bastiment, fuq il-ħatt l-art jew l-operazzjoni tat-trasbord u fuq il-merkanzija. |
2.3. |
Is-Senegal jista' jawtorizza lill-UE tieħu sehem fl-ispezzjoni fil-port bħala osservatur. |
2.4. |
Il-kaptan tal-bastiment tas-sajd tal-Unjoni għandu jiffaċilita xogħol l-ispetturi tas-Senegal. |
2.5. |
Fi tmiem kull spezzjoni, l-ispettur tas-Senegal għandu jfassal rapport tal-ispezzjoni. Il-kaptan tal-bastiment tas-sajd tal-Unjoni għandu d-dritt jagħmel kummenti fir-rapport tal-ispezzjoni. Ir-rapport tal-ispezzjoni għandu jiġi ffirmat mill-ispettur li jkun qed ifasslu u mill-kaptan tal-bastiment tas-sajd tal-Unjoni. |
2.6. |
Malli tintemm l-ispezzjoni, l-ispettur tas-Senegal għandu jagħti kopja tar-rapport tal-ispezzjoni lill-kaptan tal-bastiment tas-sajd tal-Unjoni. Is-Senegal għandu jibgħat kopja tar-rapport tal-ispezzjoni lill-UE fi żmien tmint ijiem mill-ispezzjoni. |
TAQSIMA 7
Ksur tar-regoli
1. Trattament tal-ksur
1.1. |
Kull ksur imwettaq minn bastiment tas-sajd tal-Unjoni li jkollu awtorizzazzjoni tas-sajd skont dan l-Anness għandu jissemma f'rapport tal-ispezzjoni. Dan ir-rapport għandu jintbagħat lill-UE u lill-Istat tal-bandiera mill-aktar fis possibbli. |
1.2. |
L-iffirmar tar-rapport tal-ispezzjoni min-naħa tal-kaptan għandha tkun mingħajr ħsara għad-dritt ta' sid il-bastiment li jiddefendi ruħu mill-akkuża tal-ksur. |
2. Detenzjoni tal-bastiment — Laqgħa ta' informazzjoni
2.1. |
Meta l-leġislazzjoni tas-Senegal li tkun fis-seħħ dwar il-ksur tippermetti dan, kull bastiment tas-sajd tal-Unjoni li jkun wettaq ksur jista' jiġi mġiegħel iwaqqaf l-attività tas-sajd tiegħu u jirritorna lejn il-port ta' Dakar, f'każ li jkun qed ibaħħar. |
2.2. |
Is-Senegal għandu jinnotifika lill-UE fi żmien 24 siegħa b'kull detenzjoni ta' bastiment tas-sajd tal-Unjoni li jkollu awtorizzazzjoni tas-sajd. Din in-notifika għandu jkollha magħha evidenza dokumentata tal-ksur allegat. |
2.3. |
Qabel ma jieħu kwalunkwe miżura kontra l-bastiment, il-kaptan, l-ekwipaġġ jew il-merkanzija, ħlief għal miżuri mmirati għall-ħarsien tal-evidenza, is-Senegal għandu jorganizza, fuq talba tal-UE, fi żmien jum wieħed tax-xogħol min-notifika tad-detenzjoni tal-bastiment, laqgħa ta' informazzjoni sabiex jiġu ċċarati l-fatti li wasslu għad-detenzjoni tal-bastiment u sabiex jiġi spjegat x'azzjoni oħra tista' tittieħed. Rappreżentant tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment jista' jattendi din il-laqgħa ta' informazzjoni. |
3. Pieni għall-ksur — Proċedura ta' kompromess
3.1. |
Is-Senegal għandu jistabbilixxi l-piena għall-ksur allegat skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tiegħu fis-seħħ. |
3.2. |
Meta s-soluzzjoni għall-ksur tkun tinvolvi proċeduri legali, qabel jingħata bidu għalihom, u sakemm il-ksur ma jkunx jinvolvi att kriminali, għandha tinbeda proċedura ta' kompromess bejn is-Senegal u l-UE sabiex jiġu stabbiliti t-termini tal-piena u l-livell tagħha. Il-proċedura ta' kompromess għandha tintemm sa mhux aktar tard minn tlett ijiem min-notifika tad-detenzjoni tal-bastiment. |
3.3. |
Rappreżentanti tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment u tal-UE jistgħu jieħdu sehem f'din il-proċedura ta' kompromess. |
4. Proċeduri legali — Garanzija bankarja
4.1. |
Jekk il-proċedura ta' kompromess tfalli u l-ksur jitressaq quddiem il-qorti kompetenti, sid il-bastiment li jkun wettaq il-ksur għandu jiddepożita garanzija bankarja f'bank magħżul mis-Senegal, li l-ammont tagħha, kif stabbilit mis-Senegal, ikun ikopri l-ispejjeż marbutin mad-detenzjoni tal-bastiment, il-multa stmata u kwalunkwe kumpens li jista' jkun hemm 'il quddiem. Il-garanzija bankarja ma tistax tiġi rkuprata qabel ma jkunu ġew konklużi l-proċeduri legali. |
4.2. |
Il-garanzija bankarja għandha tiġi rrilaxxata u tingħata lura lil sid il-bastiment mingħajr dewmien wara li tinqata' s-sentenza:
|
4.3. |
Is-Senegal għandu jgħarraf lill-UE bir-riżultat tal-proċeduri legali fi żmien tmint ijiem minn meta tingħata s-sentenza. |
5. Rilaxx tal-bastiment u tal-ekwipaġġ
Il-bastiment u l-ekwipaġġ tiegħu għandhom jiġu awtorizzati jħallu l-port ladarba l-multa tkun tħallset fi proċedura ta' kompromess, jew ladarba l-garanzija bankarja tkun ġiet iddepożitata.
TAQSIMA 8
Sorveljanza parteċipattiva marbuta mal-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolat (is-sajd IUU)
1. Għan
Bil-għan li tissaħħaħ is-sorveljanza tas-sajd fl-ibħra miftuħa u li tissaħħaħ il-ġlieda kontra s-sajd IUU, il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom javżaw bil-preżenza ta' kull bastiment fiż-żoni tas-sajd tas-Senegal li ma jkunx fil-lista tal-bastimenti barranin awtorizzati jistadu fis-Senegal mogħtija mis-Senegal.
2. Proċedura
2.1. |
Jekk il-kaptan ta' bastiment tas-sajd tal-UE josserva bastiment tas-sajd iwettaq attivitajiet li jistgħu jkunu attivitajiet tas-sajd IUU, huwa jista' jiġbor l-akbar ammont ta' informazzjoni possibbli dwar din l-osservazzjoni. |
2.2. |
Ir-rapporti ta' osservazzjoni għandhom jintbagħtu minnufih u fl-istess ħin lill-awtoritajiet tas-Senegal u lill-awtorità kompetenti tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment li jkun wettaq l-osservazzjoni, li min-naħa tagħha għandha tibgħathom lill-Kummissjoni Ewropea jew lill-organizzazzjoni li din tkun għażlet. |
2.3. |
Il-Kummissjoni Ewropea mbagħad għandha tibgħat din l-informazzjoni lis-Senegal. |
3. Reċiproċità
Is-Senegal għandu jibgħat lill-Unjoni Ewropea, mill-aktar fis possibbli, kull rapport ta' osservazzjoni li jkollu fil-pussess tiegħu dwar bastimenti tas-sajd li jkunu qed iwettqu attivitajiet li jistgħu jkunu attivitajiet tas-sajd IUU fiż-żoni tas-sajd tas-Senegal.
KAPITOLU V
IMBARK TAL-BAĦRIN
1. |
Sidien il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jkunu qed joperaw fil-kuntest ta' dan il-Protokoll għandhom jimpjegaw ċittadini mill-pajjiżi AKP bil-kundizzjonijiet u l-limiti li ġejjin:
|
2. |
Is-sidien tal-bastimenti għandhom jagħmlu ħilithom biex itellgħu abbord baħrin li jkunu ġejjin mis-Senegal. |
3. |
Id-Dikjarazzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (l-ILO) dwar il-prinċipji u d-drittijiet fundamentali fuq il-post tax-xogħol għandha tapplika kollha kemm hi għall-baħrin li jittellgħu abbord il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni. Dan għandu x'jaqsam l-iktar mal-libertà tal-assoċjazzjoni, mar-rikonoxximent effettiv tad-dritt tal-ħaddiema għan-negozjar kollettiv u mat-tneħħija tad-diskriminazzjoni marbuta mal-impjiegi u max-xogħol. |
4. |
Il-kuntratti tax-xogħol tal-baħrin li jkunu ġejjin mis-Senegal u mill-pajjiżi AKP, li kopja tagħhom għandha tintbagħat lill-firmatarji tagħhom u lill-Aġenzija nazzjonali tal-Affarijiet Marittimi, għandhom jiġu stabbiliti bejn ir-rappreżentant(i) tas-sidien tal-bastimenti u l-baħrin u/jew it-trejdjunjins tagħhom jew ir-rappreżentanti tagħhom. Dawn il-kuntratti għandhom jiżguraw, għall-baħrin, il-kopertura fis-sistema tas-sigurtà soċjali applikabbli għalihom, skont il-leġiżlazzjoni applikabbli, inkluża l-assigurazzjoni fuq il-ħajja u l-assigurazzjoni fuq il-mard u l-inċidenti. |
5. |
Il-pagi tal-baħrin mill-pajjiżi AKP għandhom jitħallsu mis-sidien tal-bastimenti. Dawn il-pagi għandhom jiġu stabbiliti bi ftehim reċiproku bejn sidien il-bastimenti jew ir-rappreżentanti tagħhom u l-baħrin u/jew it-trejdjunjins tagħhom jew ir-rappreżentanti tagħhom. Madankollu, il-kundizzjonijiet ta' ħlas tal-baħrin m'għandhomx ikunu agħar minn dawk tal-ekwipaġġi tal-pajjiżi rispettivi tagħhom u, fi kwalunkwe każ, m'għandhomx ikunu agħar minn dawk stabbiliti fl-istandards tal-ILO. |
6. |
Kull baħri impjegat mill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandu jirrapporta lill-kaptan maħtur tal-bastiment lejlet id-data proposta għall-imbark tiegħu. Jekk il-baħri ma jitfaċċax fid-data u l-ħin previsti għall-imbark, sid il-bastiment għandu jinħeles b'mod awtomatiku mill-obbligu tiegħu li jtella' lil dan il-baħri abbord. |
Appendiċijiet
1 — |
Talba għal awtorizzazzjoni tas-sajd |
2 — |
Skeda teknika |
3 — |
Mudelli tal-ġurnal ta' abbord tas-sajd u tar-rappurtar tal-qabdiet |
4 — |
Koordinati ġeografiċi taż-żoni tas-sajd |
5 — |
Komunikazzjoni tal-messaġġi tal-VMS lis-Senegal — format tad-dejta tal-VMS — rapport dwar il-pożizzjoni |
6 — |
Linji gwida għall-implimentazzjoni tas-sistema elettronika ta' rappurtar tad-dejta dwar l-attivitajiet tas-sajd (is-sistema ERS) |
7 — |
Dettalji ta' kuntatt tas-Senegal |
Appendiċi 1
FTEHIM DWAR IS-SAJD BEJN L-UNJONI EWROPEA U S-SENEGAL TALBA GĦAL AWTORIZZAZZJONI TAS-SAJD
Test ta 'immaġni
Appendiċi 2
SKEDA TEKNIKA GĦALL-ISPEĊIJIET TAL-ĦUT LI JGĦIX F'BAĦAR FOND
|
|||||||||||||||||
L-ispeċijiet fil-mira huma l-ispeċijiet tal-merluzz l-iswed imsejħin Merluccius senegalensis u Merluccius polli |
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
Iż-żona tas-sajd awtorizzata hija ddefinita kif ġej (1):
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
Xbieki tat-tkarkir konvenzjonali tal-qiegħ jew xbieki tat-tkarkir għall-merluzz, b'daqs minimu tal-malji ta' 70 mm. L-użu ta' kwalunkwe mezz jew tagħmir ieħor li jimblokka l-malji tax-xbieki jew li jnaqqas l-azzjoni selettiva tagħhom huwa pprojbit. Madankollu, bil-għan li jiġi evitat li x-xbieki jitherrew jew jiċċarrtu, huwa permess li jitwaħħlu biss sottovesti ta' protezzjoni magħmulin mix-xibka jew minn materjal ieħor taħt il-parti ta' isfel tal-manka tax-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ. Dawn is-sottovesti għandhom jitwaħħlu biss mal-parti ta' quddiem u mal-ġnub tal-manka tax-xbieki tat-tkarkir. Għall-parti ta' fuq tax-xbieki tat-tkarkir, jista' jintuża apparat ta' protezzjoni biss jekk dan ikun magħmul minn biċċa waħda tax-xibka biss, magħmula mill-istess materjal tal-manka, li l-malji tagħha jkunu tal-anqas ta' 300 mm meta d-drapp ikun stirat. Mhux permess l-irduppjar tal-ħajt sempliċi jew immaljat tal-manka tax-xbieki tat-tkarkir. |
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
7 % ta' ċefalopodi, 7 % ta' krustaċji u 15 % ta' speċijiet oħrajn ta' ħut tal-qiegħ li jgħix f'baħar fond. Il-perċentwali tal-qabdiet inċidentali stabbiliti hawn fuq għandhom jiġu kkalkulati fi tmiem kull vjaġġ tas-sajd, skont il-piż totali tal-qabda, skont ir-regolamenti tas-Senegal. Huma pprojbiti ż-żamma abbord, it-trasbord, il-ħatt l-art, il-ħażna u l-bejgħ tal-ħut qarmuċ tas-sottoklassi Chondrichthyes kollu jew parti minnu li huwa protett minn miżuri ta' protezzjoni meħudin fil-kuntest tal-pjan ta' azzjoni tal-Unjoni Ewropea għall-konservazzjoni u l-ġestjoni tal-klieb il-baħar, kif ukoll fil-qafas ta' organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd u ta' organizzazzjonijiet reġjonali tas-sajd kompetenti — b'mod partikulari tal-kelb il-baħar tal-qarnuna bajda oċeaniku (Carcharhinus longimanus), tat-tawru seta (Carcharhinus falciformis), tal-kelb il-baħar l-abjad (Carcharodon carcharias), tal-gabdoll (Cetorhinus maximus), tal-pixxiplamtu (Lamna nasus), tal-pixxivolpi t'għajnu kbira (Alopias superciliosus), tal-ixkatlu komuni (Squatina squatina), tal-manta ġganta (Manta birostris) u tal-ispeċijiet tal-familja tal-kurazza komuni (Sphyrnidae). Meta bi żball jinqabdu speċijiet tal-ħut qarmuċ tas-sottoklassi Chondrichthyes li ma jistgħux jinżammu abbord, m'għandhiex issirilhom ħsara. Il-ħut minn dawn l-ispeċijiet maqbud għandu jintefa' lura l-baħar minnufih. |
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
Ammont ta' qabdiet awtorizzat: |
2 000 tunnellata fis-sena |
||||||||||||||||
Imposta: |
EUR 90 għal kull tunnellata |
||||||||||||||||
L-imposta għandha tiġi kkalkulata fi tmiem kull perjodu ta' tliet xhur li għalih il-bastiment ikun ingħata awtorizzazzjoni tas-sajd, filwaqt li jitqiesu l-qabdiet li jkunu saru matul dak il-perjodu. Il-liċenzja tingħata biss jekk isir ħlas bil-quddiem ta' EUR 500 għal kull bastiment, li għandu jitnaqqas mill-ammont totali tal-imposta u li għandu jitħallas fil-bidu ta' kull perjodu ta' tliet xhur li għalih il-bastiment ikun ingħata awtorizzazzjoni tas-sajd. |
|||||||||||||||||
|
2 bastimenti |
||||||||||||||||
|
Bastimenti tat-tkarkir għas-sajd għall-ħut tal-qiegħ li jgħix f'baħar fond |
||||||||||||||||
|
20 % tal-ekwipaġġ |
||||||||||||||||
|
Mill-1 ta' Mejju sat-30 ta' Ġunju (3) |
(1) Fejn ikun xieraq, iż-żona tas-sajd tista' tiġi ddefinita permezz ta' koordinati li jistabbilixxu l-konfini tal-poligonu li fih huwa permess is-sajd. L-awtoritajiet tas-Senegal għandhom jibagħtu dawn il-koordinati lill-Kummissjoni Ewropea qabel ma jidħol fis-seħħ dan il-Protokoll.
(2) Din id-dispożizzjoni se tiġi analizzata mill-ġdid sena wara li tibda tiġi applikata.
(3) Il-perjodu ta' waqfien mis-sajd għal raġunijiet bijoloġiċi, l-istess bħal miżuri tekniċi ta' konservazzjoni oħrajn, se jiġi evalwat sena wara li l-Protokoll jibda jiġi implimentat, u 'l quddiem jista' jiġi adattat, fuq rakkomandazzjoni tal-grupp ta' ħidma xjentifika konġunt, sabiex titqies il-qagħda tal-istokkijiet.
Appendiċi 4
KOORDINATI ĠEOGRAFIĊI
Żoni tas-sajd u żoni li fihom ma jistax isir sajd fis-Senegal
Qabel ma jidħol fis-seħħ dan il-Ftehim, is-Senegal għandu jinnotifika l-koordinati taż-żoni tas-sajd tiegħu u l-koordinati taż-żoni li fihom ma jistax isir tbaħħir u sajd.
Appendiċi 5
KOMUNIKAZZJONI TAL-MESSAĠĠI TAL-VMS LIS-SENEGAL FORMAT TAD-DEJTA TAL-VMS — RAPPORT DWAR IL-POŻIZZJONI
Element tad-dejta |
Kodiċi |
Obbligatorju/Fakultattiv |
Kontenut |
Bidu tar-reġistrazzjoni |
SR |
O |
Dettall dwar is-sistema li jindika l-bidu tar-reġistrazzjoni |
Destinatarju |
AD |
O |
Dettall dwar il-messaġġ — Il-kodiċi alfa-3 tal-pajjiż destinatarju (ISO-3166) |
Mingħand |
FR |
O |
Dettall dwar il-messaġġ — Il-kodiċi alfa-3 tal-pajjiż li jkun qed jibgħat il-messaġġ (ISO-3166) |
Stat tal-bandiera |
FS |
O |
Detall dwar il-messaġġ — Il-kodiċi alfa-3 tal-Istat tal-bandiera (ISO-3166) |
Tip ta' messaġġ |
TM |
O |
Dettall dwar il-messaġġ — It-tip ta' messaġġ (ENT, POS, EXI) |
Sinjal tas-sejħa bir-radju (IRCS) |
RC |
O |
Dettall dwar il-bastiment — Is-sinjal internazzjonali tas-sejħa bir-radju tal-bastiment (IRCS) |
Numru ta' referenza intern tal-parti kontraenti |
IR |
F |
Dettall dwar il-bastiment — in-numru uniku tal-parti kontraenti, mogħti bħala l-kodiċi alfa-3 (ISO-3166) segwit min-numru. |
Numru tar-reġistrazzjoni estern: |
XR |
O |
Dettall dwar il-bastiment — in-numru mmarkat fuq il-ġenb tal-bastiment (ISO 8859.1) |
Latitudni |
LT |
O |
Dettall dwar il-pożizzjoni tal-bastiment — il-pożizzjoni fi gradi u fi gradi deċimali +/- GG.ggg (WGS84) |
Lonġitudni |
LG |
O |
Dettall dwar il-pożizzjoni tal-bastiment — il-pożizzjoni fi gradi u fi gradi deċimali +/- GGG.ggg (WGS84) |
Rotta |
CO |
O |
Ir-rotta tal-bastiment fuq skala ta' 360°grad |
Veloċità |
SP |
O |
Il-veloċità tal-bastiment f'wieħed minn kull għaxar mili nawtiċi |
Data |
DA |
O |
Dettall dwar il-pożizzjoni tal-bastiment — id-data tar-reġistrazzjoni tal-pożizzjoni f'UTC (SSSSXXJJ) |
Ħin |
TI |
O |
Dettall dwar il-pożizzjoni tal-bastiment — il-ħin tar-reġistrazzjoni tal-pożizzjoni f'UTC (SSMM) |
Tmiem ir-reġistrazzjoni |
ER |
O |
Dettall dwar is-sistema li jindika tmiem ir-reġistrazzjoni |
It-trażmissjoni tad-dejta hija strutturata kif ġej:
|
Il-karattri użati jridu jkunu konformi mal-istandard tal-ISO 8859.1; |
|
Linja mmejla doppja (//) u l-kodiċi “SR” jindikaw il-bidu tal-messaġġ; |
|
Kull element tad-dejta jiġi identifikat mill-kodiċi tiegħu u jingħażel mill-elementi l-oħra tad-dejta permezz ta' linja mmejla doppja (//); |
|
Linja mmejla waħda (/) tissepara l-kodiċi minn mad-dejta; |
|
Il-kodiċi “ER” segwit minn linja mmejla doppja (//) jindika tmiem il-messaġġ; |
|
L-elementi tad-dejta fakultattivi għandhom jiddaħħlu bejn il-bidu u t-tmiem tal-messaġġ. |
Appendiċi 6
LINJI GWIDA GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAS-SISTEMA ELETTRONIKA TA' RAPPURTAR TAD-DEJTA DWAR L-ATTIVITAJIET TAS-SAJD (IS-SISTEMA ERS)
1. Dispożizzjonijiet ġenerali
(1) |
Kull bastiment tas-sajd tal-Unjoni għandu jkun mgħammar b'sistema elettronika, minn hawn 'il quddiem imsejħa “s-sistema ERS”, li tkun kapaċi tirreġistra u tibgħat dejta marbuta mal-attivitajiet tas-sajd tal-bastiment, minn hawn 'il quddiem imsejħa “dejta tal-ERS”, kull meta l-bastiment ikun qed jopera fl-ilmijiet tas-Senegal. |
(2) |
Bastiment tal-UE li ma jkunx mgħammar b'sistema ERS, jew li s-sistema ERS tiegħu ma tkunx qed taħdem, mhuwiex awtorizzat jidħol fl-ilmijiet tas-Senegal biex iwettaq attivitajiet tas-sajd fihom. |
(3) |
Id-dejta tal-ERS tintbagħat skont il-proċeduri tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment, jiġifieri l-ewwel tintbagħat liċ-Ċentru tal-Monitoraġġ tas-Sajd (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “ĊMS”) tal-Istat tal-bandiera, li jiżgura li din titqiegħed b'mod awtomatiku għad-dispożizzjoni tad-Direttorat għall-Protezzjoni u għas-Sorveljanza tas-Sajd (DPSP) tas-Senegal. |
(4) |
L-Istat tal-bandiera u s-Senegal għandhom jiżguraw li ċ-ĊMS tagħhom ikunu mgħammra bit-tagħmir tal-informatika u bis-softwer meħtieġa biex isseħħ it-trażmissjoni awtomatika tad-dejta tal-ERS fil-format XML u li dawn għandhom proċedura ta' salvagwardja li kapaċi tirreġistra u taħżen id-dejta tal-ERS f'forma li tista' tinqara minn kompjuter għal perjodu ta' mill-inqas tliet snin. |
(5) |
It-trażmissjoni tad-dejta tal-ERS għandha sseħħ bl-użu tal-mezzi elettroniċi ta' komunikazzjoni mmaniġġjati mill-Kummissjoni Ewropea f'isem l-UE, identifikati bħala “DEH” (“Data Exchange Highway”). |
(6) |
L-Istat tal-bandiera u s-Senegal għandhom jagħżlu korrispondent tal-ERS kull wieħed li jkun il-punt ta' kuntatt.
|
2. Produzzjoni u trażmissjoni tad-dejta tal-ERS
(1) |
Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom:
|
(2) |
Il-kaptan huwa responsabbli għall-preċiżjoni tad-dejta tal-ERS irreġistrata u mibgħuta. |
(3) |
Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jibgħat b'mod awtomatiku u mingħajr dewmien id-dejta tal-ERS liċ-ĊMS tas-Senegal. |
(4) |
Iċ-ĊMS tas-Senegal għandu jikkonferma li tkun waslitlu d-dejta tal-ERS permezz ta' messaġġ ta' ritorn u għandu jittratta d-dejta kollha tal-ERS b'mod kunfidenzjali. |
3. Nuqqas fis-sistema ers abbord il-bastiment u/jew fit-trażmissjoni tad-dejta tal-ERS bejn il-bastiment u ċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera
(1) |
L-Istat tal-bandiera għandu jgħarraf mingħajr dewmien lill-kaptan u/jew lil sid il-bastiment li jtajjar il-bandiera tiegħu, jew lir-rappreżentant tiegħu, b'kull nuqqas tekniku fis-sistema ERS installata abbord il-bastiment jew b'xi nuqqas fil-funzjonament tat-trażmissjoni tad-dejta tal-ERS bejn il-bastiment u ċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera. |
(2) |
L-Istat tal-bandiera għandu jgħarraf lis-Senegal bin-nuqqas innutat u bil-miżuri korrettivi li jkunu ttieħdu. |
(3) |
F'każ ta' ħsara fis-sistema ERS abbord il-bastiment, il-kaptan u/jew is-sid għandhom jiżguraw li l-ħsara tissewwa jew li s-sistema ERS tinbidel fi żmien għaxart ijiem. Jekk il-bastiment jidħol f'xi port matul dan il-perjodu ta' għaxart ijiem, huwa ma jkunx jista' jkompli bl-attivitajiet tas-sajd tiegħu fl-ilmijiet tas-Senegal sakemm is-sistema ERS tiegħu ma tkunx qed taħdem b'mod perfett, ħlief jekk is-Senegal jagħtih awtorizzazzjoni biex jagħmel dan.
|
(4) |
Kull bastiment tal-UE li jopera fl-ilmijiet tas-Senegal b'sistema ERS difettuża għandu jibgħat kuljum u sa mhux aktar tard min-23:59 UTC, id-dejta kollha tal-ERS liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera bi kwalunkwe mezz ieħor ta' komunikazzjoni elettronika disponibbli li jkun aċċessibbli għaċ-ĊMS tas-Senegal. |
(5) |
Id-dejta tal-ERS li ma tkunx setgħet titqiegħed għad-dispożizzjoni tas-Senegal permezz tas-sistema ERS minħabba nuqqas fis-sistema għandha tintbagħat liċ-ĊMS tas-Senegal miċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera b'mezz ieħor elettroniku maqbul b'mod reċiproku. Din it-trażmissjoni alternattiva għandha titqies bħala prijoritarja, filwaqt li jiġi mifhum li jista' jkun li ma jkunux jistgħu jitħarsu l-iskadenzi li s-soltu japplikaw għat-trażmissjoni. |
(6) |
Jekk iċ-ĊMS tas-Senegal ma jirċevix id-dejta tal-ERS mingħand bastiment għal tlett ijiem konsekuttivi, is-Senegal jista' joħroġ struzzjonijiet lill-bastiment biex imur immedjatament f'port magħżul mis-Senegal għall-investigazzjoni. |
4. Nuqqas min-naħa taċ-ĊMS — iċ-ĊMS tas-Senegal ma jkunx qed jirċievi d-dejta tal-ERS
(1) |
Meta ĊMS ma jkunx qed jirċievi d-dejta tal-ERS, il-korrispondent tal-ERS tiegħu għandu jgħarraf minnufih lill-korrispondent tal-ERS taċ-ĊMS l-ieħor u, jekk ikun meħtieġ, għandu jikkollabora miegħu sabiex tiġi solvuta l-problema. |
(2) |
Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u ċ-ĊMS tas-Senegal għandhom jaqblu b'mod reċiproku qabel it-tnedija operattiva tal-ERS dwar il-mezzi ta' komunikazzjoni elettroniċi alternattivi li għandhom jintużaw għat-trażmissjoni tad-dejta tal-ERS f'każ li jkun hemm nuqqas min-naħa taċ-ĊMS, u għandhom jgħarrfu lil xulxin minnufih b'kull emenda fihom. |
(3) |
Meta ċ-ĊMS tas-Senegal javża li ma jkunx irċieva d-dejta tal-ERS, iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jidentifika l-kawżi tal-problema u għandu jieħu l-miżuri x-xierqa biex isolvi l-problema. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jgħarraf liċ-ĊMS tas-Senegal u lill-UE bir-riżultati u bil-miżuri li jkunu ttieħdu fi żmien 24 siegħa minn meta jkun ġie nnutat in-nuqqas. |
(4) |
Jekk ikun hemm bżonn ta' iktar minn 24 siegħa biex tissolva l-problema, iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jibgħat minnufih id-dejta tal-ERS li tkun nieqsa liċ-ĊMS tas-Senegal billi juża wieħed mill-mezzi elettroniċi alternattivi msemmija fil-punt (5) tal-paragrafu 3. |
(5) |
Is-Senegal għandu javża lis-servizzi ta' kontroll kompetenti tiegħu sabiex il-bastimenti tal-UE ma jitqisux miċ-ĊMS tas-Senegal bħala bastimenti li qed iwettqu ksur minħabba n-nuqqas ta' trażmissjoni tad-dejta tal-ERS minħabba nuqqas min-naħa ta' wieħed miċ-ĊMS. |
5. Manutenzjoni ta' ĊMS
(1) |
ĊMS għandu jiġi mgħarraf bl-operazzjonijiet ippjanati ta' manutenzjoni taċ-ĊMS l-ieħor (programm ta' manutenzjoni) li jistgħu jaffettwaw l-iskambju tad-dejta tal-ERS, mill-inqas 72 siegħa qabel, b'indikazzjoni, jekk ikun possibbli, tad-data tal-manutenzjoni u tat-tul ta' żmien tagħha. Għall-operazzjonijiet ta' manutenzjoni li ma jkunux ippjanati, din l-informazzjoni għandha tintbagħat liċ-ĊMS l-ieħor mill-aktar fis possibbli. |
(2) |
Matul l-operazzjoni ta' manutenzjoni, id-disponibbiltà tad-dejta tal-ERS tista' titpoġġa fi stat ta' stennija sakemm is-sistema terġa' ssir operattiva. Imbagħad, id-dejta tal-ERS ikkonċernata terġa' titpoġġa għad-dispożizzjoni immedjatament wara li tintemm l-operazzjoni ta' manutenzjoni. |
(3) |
Jekk l-operazzjoni ta' manutenzjoni ddum iktar minn 24 siegħa, id-dejta tal-ERS għandha tintbagħat liċ-ĊMS l-ieħor b'wieħed mill-mezzi elettroniċi alternattivi msemmija fil-punt (5) tal-paragrafu 3. |
(4) |
Is-Senegal għandu javża lis-servizzi ta' kontroll kompetenti tiegħu sabiex il-bastimenti tal-UE ma jitqisux li qed iwettqu ksur minħabba n-nuqqas ta' trażmissjoni tad-dejta tal-ERS minħabba operazzjoni ta' manutenzjoni ta' ĊMS. |
Appendiċi 7
ID-DETTALJI TA' KUNTATT TAS-SENEGAL
1. Id-Direttorat tas-Sajd Marittimu (DPM)
Indirizz: Place du Tirailleur, 1 rue Joris, BP 289 Dakar |
Indirizz tal-posta elettronika: infos@dpm.sn; cjpmanel@gmail.com |
Numru tat-telefown: + 221 338230137 |
Numru tal-feks: + 221 338214758 |
2. Għat-talbiet għal awtorizzazzjoni tas-sajd
Indirizz: Place du Tirailleur, 1 rue Joris, BP 289 Dakar |
Indirizz tal-posta elettronika: infos@dpm.sn; cjpmanel@gmail.com |
Numru tat-telefown: + 221 338230137 |
Numru tal-feks: + 221 338214758 |
3. Id-Direttorat għall-Protezzjoni u għas-Sorveljanza tas-Sajd (DPSP) u n-Notifika ta' Dħul u Ħruġ
Isem iċ-ĊMS (il-kodiċi tas-sejħa): Papa Sierra
Dettalji tar-radju:
|
VHF: F1 l-istazzjon 16; F2 l-istazzjon 71 |
|
HF: F1 5.283 MHZ; F2 7.3495 MHZ |
Indirizz:
Indirizz tal-posta elettronika: crrsdpsp@gmail.com
Indirizz tal-posta elettronika (alternattiv): surpeche@hotmail.com
Numru tat-telefown: + 221 338602465
Numru tal-feks: + 221 338603119
4. Iċ-Ċentru ta' Riċerka Oċeanografika ta' Dakar Thiaroye (CRODT)
Indirizz: Pôle de Recherches de Hann Sis au Laboratoire National d'Elevage et de Recherches vétérinaires (PRH/LNERV) |
BP 2241 Dakar |
Indirizz tal-posta elettronika: massal.fall@gmail.com |
Numru tat-telefown: + 221 773339289/776483936 |
Numru tal-feks: + 221 338328265 |
REGOLAMENTI
23.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 304/41 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1118/2014
tat-8 ta' Ottubru 2014
dwar l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd skont il-Protokoll ta' Implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Senegal
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikolu 43(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
L-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Senegal innegozjaw Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”) u Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Protokoll”), li jagħtu opportunitajiet tas-sajd lill-bastimenti tal-UE fl-ilmijiet li jaqgħu fis-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tar-Repubblika tas-Senegal f'dak li għandu x'jaqsam mas-sajd. |
(2) |
Fit-8 ta' Ottubru 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/733/UE dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Senegal u tal-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu (1). |
(3) |
Għandu jiġi ddefinit il-metodu għall-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati Membri kemm għall-perjodu tal-applikazzjoni provviżorja u kemm għall-perjodu kollu tal-Protokoll. |
(4) |
Taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 (2), jekk jirriżulta li l-għadd ta' awtorizzazzjonijiet tas-sajd jew l-ammont ta' opportunitajiet ta' sajd mogħtija lill-Unjoni taħt il-Protokoll ma jkunux ġew użati għalkollox, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri kkonċernati. In-nuqqas ta' tweġiba sal-iskadenza li għandha tiġi ffissata mill-Kunsill għandu jiġi kkunsidrat bħala konferma li l-bastimenti tal-Istat Membru kkonċernat mhux qed jagħmlu użu sħiħ mill-opportunitajiet tas-sajd tagħhom fil-perijodu stabbilit. Jinħtieġ li tiġi ffissata tali skadenza. |
(5) |
Biex ikun żgurat it-twettiq tal-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni, il-Protokoll jipprevedi li jista' jiġi applikat b'mod provviżorju minn kull Parti mid-data tal-iffirmar tiegħu. Jinħtieġ għalhekk li dan ir-Regolament jibda japplika mid-data tal-iffirmar tal-Protokoll, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. L-opportunitajiet tas-sajd stabbiliti mill-Protokoll għandhom jitqassmu bejn l-Istati Membri kif ġej:
(a) |
il-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni:
|
(b) |
il-bastimenti tas-sajd bil-qasab u x-xlief:
|
(c) |
il-bastimenti tat-tkarkir:
|
2. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 għandu japplika mingħajr preġudizzju għall-Ftehim.
3. Jekk l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet tas-sajd mill-Istati Membri msemmijin fil-paragrafu 1 ma jkoprux l-opportunitajiet kollha tas-sajd stabbiliti mill-Protokoll, il-Kummissjoni għandha tqis l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet tas-sajd minn kwalunkwe Stat Membru ieħor skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1006/2008.
4. Id-data sa meta l-Istati Membri għandhom jikkonfermaw li mhumiex qed jużaw bis-sħiħ l-opportunitajiet tas-sajd li jkunu ngħatawlhom skont il-Ftehim, kif imsemmi fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1006/2008, għandha tkun għaxart ijiem tax-xogħol minn meta l-Kummissjoni tgħarrafhom li l-opportunitajiet tas-sajd mhumiex qed jintużaw kollha.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu jibda japplika mid-data tal-iffirmar tal-Protokoll.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-8 ta' Ottubru 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
M. LUPI
(1) Ara paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(2) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 tad-29 ta' Settembru 2008 dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità barra mill-ilmijiet tal-Komunità u l-aċċess ta' bastimenti ta' pajjiżi terzi għall-ilmijiet tal-Komunità, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93 u (KE) Nru 1627/94 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 3317/94 (ĠU L 286, 29.10.2008, p. 33).
23.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 304/43 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1119/2014
tas-16 ta' Ottubru 2014
li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta' residwi għall-klorur tal-benżalkonju u l-klorur tad-dideċildimetilammonju f'ċerti prodotti jew fuqhom
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1)(a) u l-Artikolu 16(1)(a) tiegħu,
Billi:
(1) |
Sa issa, ma ġew stipulati l-ebda livelli massimi ta' residwi (maxiumum residue levels — MRLs) għall-klorur tal-benżalkonju (benzalkonium chloride — BAC) u għall-klorur tad-dideċildimetilammonju (didecyldimethylammonium chloride — DDAC) u dawk is-sustanzi ma ġewx inklużi fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
(2) |
Il-BAC mhuwiex sustanza attiva approvata fi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). Id-DDAC ġie approvat bħala sustanza attiva fi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti għall-użu fuq pjanti ornamentali, iżda l-awtorizzazzjonijiet kollha tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom id-DDAC ġew irrevokati wara l-irtirar tal-approvazzjoni (3). Iż-żewġ sustanzi jintużaw bħala bijoċidi għad-diżinfezzjoni. Dak l-użu jista' jwassal għal traċċi ta' residwi fl-ikel. |
(3) |
Il-Kummissjoni rċeviet informazzjoni mill-Istati Membri u mill-operaturi kummerċjali li turi l-preżenza tal-BAC u d-DDAC f'ċerti prodotti jew fuqhom li jwassal għal residwi ogħla mill-MRL bażiku ta' 0,01 mg/kg stipulat fir-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
(4) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, minn hawn 'il quddiem “l-Awtorità”, fl-2012 u fl-2013, ġabret dejta ta' monitoraġġ biex tinvestiga l-preżenza ta' residwi tal-BAC u d-DDAC fl-ikel. Dik id-dejta ġiet iġġenerata mill-Istati Membri u l-operaturi tan-negozji tal-ikel u wriet li dawk is-sustanzi jkunu preżenti f'livelli li jvarjaw skont is-sors u l-prodott, iżda li l-livelli spiss jaqbżu l-livell bażiku tal-MRL ta' 0,01 mg/kg. Dawn is-sejbiet jipprovdu xhieda ta' preżenza inevitabbli ta' BAC u DDAC f'ċerti prodotti jew fuqhom. |
(5) |
L-Awtorità pprovdiet rapport tekniku dwar l-evalwazzjoni statistika tad-dejta miġbura (4). Hija vvalutat jekk l-MRLs temporanji proposti mis-servizzi tal-Kummissjoni jipproteġux biżżejjed il-konsumaturi fir-rigward tal-possibbiltà tagħhom ta' esponiment għal residwi minħabba l-użu fi prodotti bijoċidali u tat opinjoni motivata dwar l-MRLs proposti (5). Dan ir-rapport u l-opinjoni għaddiethom lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri u għamlithom disponibbli għall-pubbliku. |
(6) |
Fl-opinjoni motivata tagħha, l-Awtorità kkonkludiet li filwaqt li l-valutazzjoni tar-riskju hija affettwata minn grad għoli ta' inċertezzi minħabba l-informazzjoni limitata disponibbli, l-MRLs temporanji proposti huma mistennija li jipproteġu biżżejjed lill-konsumatur. L-Awtorità qieset il-valutazzjonijiet tas-saħħa mwettqin mill-Bundesinstitut für Risikobewertung (BfR) (6) (7) Ġermaniż dwar il-BAC u d-DDAC. La l-esponiment tul il-ħajja għas-sustanzi permezz tal-konsum tal-prodotti kollha tal-ikel li jista' jkun fihom dawn is-sustanzi, u lanqas l-esponiment f'medda qasira ta' żmien minħabba konsum estrem tal-uċuħ tar-raba' relevanti ma wrew li kien hemm riskju li tinqabeż id-doża aċċettabbli ta' kuljum (acceptable daily intake — ADI) jew id-doża akuta ta' referenza (acute reference dose — ARfD). L-Awtorità pproponiet li tinbidel id-definizzjoni tar-residwu għal BAC. |
(7) |
Huwa xieraq li jiġu stabbiliti MRLs temporanji għall-BAC u d-DDAC, abbażi tad-dejta disponibbli ta' monitoraġġ u tal-opinjoni motivata tal-Awtorità. Dawn l-MRLs temporanji għandhom jiġu riveduti fi żmien ħames snin, biex jiġu evalwati d-dejta u l-informazzjoni ġodda li jkunu saru disponibbli. |
(8) |
Abbażi tal-opinjoni motivata tal-Awtorità u fid-dawl tal-fatturi relevanti għas-suġġett li qed jiġi kkunsidrat, l-emendi xierqa għall-MRLs jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
(9) |
Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
(10) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Ottubru 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 175/2013 tas-27 ta' Frar 2013 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-irtirar tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva klorur tad-dideċildimetilammonju (ĠU L 56, 28.2.2013, p. 4).
(4) European Food Safety Authority; Evaluation of monitoring data on residues of didecyldimethylammonium chloride (DDAC) and benzalkonium chloride (BAC). EFSA supporting publication 2013:EN-483, 30 pp.
(5) European Food Safety Authority; Reasoned opinion on the dietary risk assessment for proposed temporary maximum residue levels (MRLs) of didecyldimethylammonium chloride (DDAC) and benzalkonium chloride (BAC). EFSA Journal 2014;12(4):3675, 23 pp.
(6) Bundesinstitut für Risikobewertung; Gesundheitliche Bewertung der Rückstände von Didecyldimethylammoniumchlorid (DDAC) in Lebensmitteln. L-opinjoni tal-BfR Nru 027/2012, tad-9 ta' Lulju 2012, kif emendata fil-21 ta' Jannar 2013, 16 pp.
(7) Bundesinstitut für Risikobewertung; Health assessment of benzalkonium chloride residues in food. L-opinjoni tal-BfR Nru 032/2012, tat-13 ta' Lulju 2012, 14 pp.
ANNESS
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huwa emendat kif ġej:
Fil-Parti A, jiżdiedu l-kolonni li ġejjin għall-klorur tal-benżalkonju u l-klorur tad-dideċildimetilammonju:
“Residwi ta' pestiċidi u livelli massimi ta' residwi (mg/kg)
Numru tal-kodiċi |
Gruppi u eżempji ta' prodotti individwali li għalihom japplikaw l-MRLs (1) |
Klorur tal-benżalkonju (taħlita ta' kloruri tal-alkilbenżildimetilammonju b'tulijiet tal-ktajjen tal-alkili ta' C8, C10, C12, C14, C16 u C18) |
Klorur tad-dideċildimetilammonju (taħlita ta' mlieħ tal-ammonju alkil-kwaternarju b'tulijiet tal-ktajjen tal-alkili ta' C8, C10 u C12) |
||
0100000 |
|
0,1 (+) |
0,1 (+) |
||
0110000 |
|
|
|
||
0110010 |
Tronġ (Shaddocks, pomelo, sweeties, tanġelo (minbarra minneola), ugli u ibridi oħra) |
|
|
||
0110020 |
Larinġ (Bergamott, larinġ tal-bakkaljaw, kinotto u ibridi oħra) |
|
|
||
0110030 |
Lumi (Tronġ, lumi, Id Buddha (Citrus medica var. sarcodactylis)) |
|
|
||
0110040 |
Xkomp |
|
|
||
0110050 |
Mandolin (Klementina, ċitru tat-tanġier, minneola u ibridi oħra tangor (Citrus reticulata × sinensis)) |
|
|
||
0110990 |
Oħrajn |
|
|
||
0120000 |
|
|
|
||
0120010 |
Lewż |
|
|
||
0120020 |
Ġewż tal-Brażil |
|
|
||
0120030 |
Ġewż tal-anakardju |
|
|
||
0120040 |
Qastan |
|
|
||
0120050 |
Ġewż tal-Indi |
|
|
||
0120060 |
Ġellewż (Filbert) |
|
|
||
0120070 |
Macadamia |
|
|
||
0120080 |
Ġewż Amerikan |
|
|
||
0120090 |
Ġewż tal-arżnu |
|
|
||
0120100 |
Pistaċċi |
|
|
||
0120110 |
Ġewż |
|
|
||
0120990 |
Oħrajn |
|
|
||
0130000 |
|
|
|
||
0130010 |
Tuffieħ (Tuffieħ selvaġġ) |
|
|
||
0130020 |
Lanġas (Lanġas Orjentali) |
|
|
||
0130030 |
Sfarġel |
|
|
||
0130040 |
Naspli |
|
|
||
0130050 |
Naspla tal-Ġappun |
|
|
||
0130990 |
Oħrajn |
|
|
||
0140000 |
|
|
|
||
0140010 |
Berquq |
|
|
||
0140020 |
Ċirasa (Ċirasa ħelwa, ċirasa qarsa) |
|
|
||
0140030 |
Ħawħ (Nuċiprisk u ibridi simili) |
|
|
||
0140040 |
Għanbaqar (Għanbaqra ħamra, għanbaqra ħadra, għanbaqra mirabella, pruna selvaġġa, tamal aħmar/tamal Ċiniż/żinżel Ċiniż (Ziziphus zizyphus)) |
|
|
||
0140990 |
Oħrajn |
|
|
||
0150000 |
|
|
|
||
0151000 |
|
|
|
||
0151010 |
Għeneb tal-mejda |
|
|
||
0151020 |
Għeneb tal-inbid |
|
|
||
0152000 |
|
|
|
||
0153000 |
|
|
|
||
0153010 |
Tut |
|
|
||
0153020 |
Ċawsli iswed (Kukku Logan, Kukku Tay, Kukku Boysen, Kukku sħaba u ibridi ta' Rubus oħrajn) |
|
|
||
0153030 |
Lampun (Vinilampun, lampun Artiku/lampun, (Rubus arcticus), lampun tal-meraq (Rubus arcticus × Rubus idaeus)) |
|
|
||
0153990 |
Oħrajn |
|
|
||
0154000 |
|
|
|
||
0154010 |
Riħan blu (Riħan kuħħal) |
|
|
||
0154020 |
Cranberries (riħan lingon/riħan kuħħal aħmar (V. vitis-idaea)) |
|
|
||
0154030 |
Passolina (ħamra, sewda u bajda) |
|
|
||
0154040 |
Gooseberries (Inkluż ibridi ma' speċijiet oħrajn ta' Ribes) |
|
|
||
0154050 |
Warda Skoċċiża |
|
|
||
0154060 |
Ċawsli (frawli Arbutus) |
|
|
||
0154070 |
Għanżalor (naspla Mediterranja) (kukku tal-kiwi (Actinidia arguta)) |
|
|
||
0154080 |
Sebuq (mirtill aronia iswed/kukku tat-tuffieħ, fraxxnu tal-muntanja, argużier, żagħrun, naspli tas-silġ, u kukku tas-siġar ieħor) |
|
|
||
0154990 |
Oħrajn |
|
|
||
0160000 |
|
|
|
||
0161000 |
|
|
|
||
0161010 |
Tamal |
|
|
||
0161020 |
Tin |
|
|
||
0161030 |
Żebbuġ tal-mejda |
|
|
||
0161040 |
Larinġ tal-qsari (Kumkwat marumi, kumkwat nagami, xkomp fortunella (Citrus aurantifolia × Fortunella spp.)) |
|
|
||
0161050 |
Karambola (Bilimbi) |
|
|
||
0161060 |
Persimmon |
|
|
||
0161070 |
Ġambul (għanbaqra ta' Ġava) (tuffieħa ta' Ġava/tuffieħa tal-ilma, tuffieħa warda, ċirasa tal-Brażil, ċirasa tas-Surinam/grumikama (Eugenia uniflora)) |
|
|
||
0161990 |
Oħrajn |
|
|
||
0162000 |
|
|
|
||
0162010 |
Kiwi |
|
|
||
0162020 |
Liċċi (Litchi) (Pulasan, rambutan/liċċi sufin, longan, mangosteen, langsat, salak) |
|
|
||
0162030 |
Frotta tal-passjoni |
|
|
||
0162040 |
Bajtar tax-xewk (frotta tal-kaktus) |
|
|
||
0162050 |
Tuffieħa stilla |
|
|
||
0162060 |
Persimmon Amerikana (Kaki ta' Virġinja) (Kaki sewda, kaki bajda, kaki ħadra, kanistell/kaki safra, kaki mammey) |
|
|
||
0162990 |
Oħrajn |
|
|
||
0163000 |
|
|
|
||
0163010 |
Avokado |
|
|
||
0163020 |
Banana (Banana nanija, pjantaġġni, bananito) |
|
|
||
0163030 |
Mango |
|
|
||
0163040 |
Papajja |
|
|
||
0163050 |
Rummien |
|
|
||
0163060 |
Ċerimojja (Anona ħamra, puma kannella, ilama (Annona diversifolia) u frott ieħor Annonnaceae ta' daqs medju) |
|
|
||
0163070 |
Gwava (Pitaya ħamra/frott tad-dragun (Hylocereus undatus)) |
|
|
||
0163080 |
Ananas |
|
|
||
0163090 |
Frott tas-siġra tal-ħobż (Jackfruit) |
|
|
||
0163100 |
Durian |
|
|
||
0163110 |
Soursop (guanabana) |
|
|
||
0163990 |
Oħrajn |
|
|
||
0200000 |
|
0,1 (+) |
0,1 (+) |
||
0210000 |
|
|
|
||
0211000 |
|
|
|
||
0212000 |
|
|
|
||
0212010 |
Kassava (Daxin, eddoe/taro tal-Ġappun, tannja) |
|
|
||
0212020 |
Patata ħelwa |
|
|
||
0212030 |
Jammijiet (Fażola tal-patata/fażola tal-jam, fażola tal-jam tal-Messiku) |
|
|
||
0212040 |
Ararut |
|
|
||
0212990 |
Oħrajn |
|
|
||
0213000 |
|
|
|
||
0213010 |
Pitravi |
|
|
||
0213020 |
Zunnarija |
|
|
||
0213030 |
Ċelerjak |
|
|
||
0213040 |
Għeruq mustarda (Għeruq tal-anġelika, għeruq tal-karfus tal-muntanji, għeruq tal-ġenzjana) |
|
|
||
0213050 |
Artiċokks ta' Ġerusalem (Crosne) |
|
|
||
0213060 |
Zunnarija bajda |
|
|
||
0213070 |
Għeruq tat-tursin |
|
|
||
0213080 |
Ravanell (Ravanell iswed, ravanell Ġappuniż, ravanell żgħir u varjetajiet simili, ċiperu (Cyperus esculentus)) |
|
|
||
0213090 |
Leħjet il-bodbod (leħjet il-bodbod sewda, sassefrika, leħjet il-bodbod Spanjola/Spanish oysterplant, lappa li tittiekel) |
|
|
||
0213100 |
Swedes |
|
|
||
0213110 |
Rapa |
|
|
||
0213990 |
Oħrajn |
|
|
||
0220000 |
|
|
|
||
0220010 |
Tewm |
|
|
||
0220020 |
Basal (Basal ieħor tal-basla, basal komuni) |
|
|
||
0220030 |
Xalott |
|
|
||
0220040 |
Basal tar-rebbiegħa u basal ta' Wales (Basal ieħor aħdar u varjetajiet simili) |
|
|
||
0220990 |
Oħrajn |
|
|
||
0230000 |
|
|
|
||
0231000 |
|
|
|
||
0231010 |
Tadam (Tadam ċiras, Physalis spp., goġi komuni, goġi taċ-Ċina (Lycium barbarum u L. chinense) tadam tas-siġra) |
|
|
||
0231020 |
Bżar ħelu (Bżar felfel) |
|
|
||
0231030 |
Brinġiel (Pepino, brinġiel Afrikan/brinġiel abjad (S. macrocarpon)) |
|
|
||
0231040 |
Okra (swaba tan-nisa) |
|
|
||
0231990 |
Oħrajn |
|
|
||
0232000 |
|
|
|
||
0232010 |
Ħjar |
|
|
||
0232020 |
Ħjar tal-pikles |
|
|
||
0232030 |
Courgettes (Kukurbit tas-sajf, qara' (patisson), kalabaxx (Lagenaria siceraria), ċentinarja, karavella/bettiegħ morr, qara' serp, luffa angulata/teroi) |
|
|
||
0232990 |
Oħrajn |
|
|
||
0233000 |
|
|
|
||
0233010 |
Bettieħ (Kiwano) |
|
|
||
0233020 |
Qara' aħmar (Qara' tax-xitwa, qara' (varjetà tardiva)) |
|
|
||
0233030 |
Dulliegħ |
|
|
||
0233990 |
Oħrajn |
|
|
||
0234000 |
|
|
|
||
0239000 |
|
|
|
||
0240000 |
|
|
|
||
0241000 |
|
|
|
||
0241010 |
Brokkoli (Brokkoli tal-Kalabrija, brokkoli raab, brokkoli Ċiniż) |
|
|
||
0241020 |
Pastard |
|
|
||
0241990 |
Oħrajn |
|
|
||
0242000 |
|
|
|
||
0242010 |
Brussels sprouts |
|
|
||
0242020 |
Kaboċċa (Kaboċċa bil-ponta, kaboċċa ħamra, kaboċċa Savoy, kaboċċa bajda) |
|
|
||
0242990 |
Oħrajn |
|
|
||
0243000 |
|
|
|
||
0243010 |
Kaboċċa Ċiniża (Mustarda Indjana jew Ċiniża, pak choi, kaboċċa Ċiniża ċatta/tai goo choi, choi sum, kaboċċa ta' Pekin/pe-tsai) |
|
|
||
0243020 |
Kaboċċi tal-weraq twal (Borecole/kaboċċa mberfla, collards, kaboċċa Portugiża, kaboċċa medullosa) |
|
|
||
0243990 |
Oħrajn |
|
|
||
0244000 |
|
|
|
||
0250000 |
|
|
|
||
0251000 |
|
|
|
||
0251010 |
Valerjanella (valerjanella tal-Italja) |
|
|
||
0251020 |
Ħass (Ħass, lollo rosso (ħass għat-tqattigħ), ħass iceberg, ħass romaine (cos)) |
|
|
||
0251030 |
Skalora (indivja tal-werqa wiesgħa) (Ċikwejra selvaġġa, ċikwejra ħamra, radiccho, indivja tal-werqa mberfla, Ċikwejra kaboċċata (C. endivia var. crispum/C. intybus var. foliosum), weraq taċ-ċikwejra selvaġġa) |
|
|
||
0251040 |
Krexxuni (Nebbieta tal-fażola mung, nebbieta tax-xnien) |
|
|
||
0251050 |
Krexxun tal-art |
|
|
||
0251060 |
Aruka, Rukla (Aruka salvaġġa (Diplotaxis spp.)) |
|
|
||
0251070 |
Mustarda ħamra |
|
|
||
0251080 |
Weraq u nebbieta tal-Brassica spp, inklużi l-weraq tal-ġidra (Miżuna, weraq tal-piżelli u tar-ravanell u speċijiet oħra li jinħasdu meta l-weraq ikun għadu żgħir, inkluż speċijiet tal-brassica (pjanti li jinħasdu sal-istadju fejn ikollhom l-ewwel 8 werqiet), weraq tal-kolrabi) |
|
|
||
0251990 |
Oħrajn |
|
|
||
0252000 |
|
|
|
||
0252010 |
Spinaċi (Spinaċi ta' New Zealand, spinaċi amaranthus (pakkhom, tampara), weraq tat-tajer, bitterblad/bitawiri) |
|
|
||
0252020 |
Burdlieq (Ħass/Insalata tal-minaturi, burdlieqa tal-ġonna, burdlieqa komuni, sorrel, ħaxixa tal-ħġieġ, agretti (Salsola soda)) |
|
|
||
0252030 |
Weraq tal-pitravi (selq) (Weraq tal-pitravi) |
|
|
||
0252990 |
Oħrajn |
|
|
||
0253000 |
|
|
|
||
0254000 |
|
|
|
||
0255000 |
|
|
|
||
0256000 |
|
|
|
||
0256010 |
Maxxita |
|
|
||
0256020 |
Kurrat selvaġġ |
|
|
||
0256030 |
Weraq tal-karfus (Weraq tal-bużbież, weraq tal-kosbor, weraq tax-xibt, weraq tal-karwija, weraq tal-karfus tal-muntanji, anġelika, Sorfolja tal-mirra u weraq oħrajn Apiacea, weraq tal-kosbor falz/jintnu/kosbor twil/ħaxixa tinten (Eryngium foetidum)) |
|
|
||
0256040 |
Tursin (Weraq tat-tursin tal-għerq kbir) |
|
|
||
0256050 |
Salvja (savorja tax-xitwa, savorja tas-sajf, weraq Borago officinalis) |
|
|
||
0256060 |
Klin |
|
|
||
0256070 |
Sagħtar (Merqtux, origanu) |
|
|
||
0256080 |
Ħabaq (Weraq balm, nagħniegħ, pepermint, tulsi, ħabaq ħelu, ħabaq muswaf, fjuri kommestibbli (qronfol Indjan u oħrajn), pennywort, werqa tal-betel salvaġġa, weraq tal-kari) |
|
|
||
0256090 |
Weraq tar-rand (Ħaxixa lumija) |
|
|
||
0256100 |
Stregun (Issopu) |
|
|
||
0256990 |
Oħrajn |
|
|
||
0260000 |
|
|
|
||
0260010 |
Fażola (bil-miżwed) (Fażola ħadra/fażola Franċiża/fażola tinqasam, fażola ta' Spanja, fażola tat-tqattigħ, fażola twila Ċiniża, fażola guwar, fażola tas-sojja) |
|
|
||
0260020 |
Fażola (mingħajr miżwed) (Ful, fażola twila, fażola jack, fażola bajda ta' Lima, piżelli tal-baqra) |
|
|
||
0260030 |
Piżelli (bil-miżwed) (Mangetout/piżelli taz-zokkor/piżelli tas-silġ) |
|
|
||
0260040 |
Piżelli (mingħajr miżwed) (Piżelli tal-ġonna, piżelli ħodor, ċiċri) |
|
|
||
0260050 |
Għads |
|
|
||
0260990 |
Oħrajn |
|
|
||
0270000 |
|
|
|
||
0270010 |
Sfraġ |
|
|
||
0270020 |
Kardun (Zkuk borago officinalis) |
|
|
||
0270030 |
Karfus |
|
|
||
0270040 |
Bużbież |
|
|
||
0270050 |
Qaqoċċ (Fjura tal-banana) |
|
|
||
0270060 |
Kurrat |
|
|
||
0270070 |
Rabarbru |
|
|
||
0270080 |
Rimi tal-pjanta tal-bambu |
|
|
||
0270090 |
Qlub tal-palm |
|
|
||
0270990 |
Oħrajn |
|
|
||
0280000 |
|
|
|
||
0280010 |
Fungi kkultivati (Faqqiegħ komuni, faqqiegħ forma ta' ġajdra, faqqiegħ shiitake, fungus mycelium (partijiet veġetattivi)) |
|
|
||
0280020 |
Fungi selvaġġi (Chanterelle, tartuf, morkell, fungi porċini) |
|
|
||
0280990 |
Oħrajn |
|
|
||
0290000 |
|
|
|
||
0300000 |
|
0,1 (+) |
0,1 (+) |
||
0300010 |
Fażola (Ful, fażola tan-navy, fażola twila, fażola jack, fażola bajda ta' Lima beans, fażola tal-għelieqi, piżelli tal-baqra) |
|
|
||
0300020 |
Għads |
|
|
||
0300030 |
Piżelli (Ċiċri, piżelli tal-għelieqi, ġulbiena sewda) |
|
|
||
0300040 |
Lupini |
|
|
||
0300990 |
Oħrajn |
|
|
||
0400000 |
|
0,1 (+) |
0,1 (+) |
||
0401000 |
|
|
|
||
0401010 |
Kittien |
|
|
||
0401020 |
Karawett |
|
|
||
0401030 |
Żerriegħa tal-pepprin |
|
|
||
0401040 |
Żerriegħa tal-ġunġlien |
|
|
||
0401050 |
Żerriegħa tal-ġirasol |
|
|
||
0401060 |
Żerriegħa tal-lift (Żerriegħa tal-lift tal-għasafar, żerriegħa tal-lift tal-ġidra) |
|
|
||
0401070 |
Fażola tas-sojja |
|
|
||
0401080 |
Żerriegħa tal-mustarda |
|
|
||
0401090 |
Żerriegħa tal-qoton |
|
|
||
0401100 |
Żrieragħ tal-qara' ħamra (Żrieragħ oħrajn tal-Cucurbitaceae) |
|
|
||
0401110 |
Għosfor |
|
|
||
0401120 |
Fiddloqqom (Żrieragħ ta' lsien il-fart vjola/Fjura tal-Kanarji (Echium planatgineum), żrieragħ ta' lsien il-fart (Buglossoides arvensis)) |
|
|
||
0401130 |
Kamelina |
|
|
||
0401140 |
Żerriegħa tal-qanneb |
|
|
||
0401150 |
Fażola tar-riġnu |
|
|
||
0401990 |
Oħrajn |
|
|
||
0402000 |
|
|
|
||
0402010 |
Żebbuġ għall-produzzjoni taż-żejt |
|
|
||
0402020 |
Ġewż tal-palm (żrieragħ tal-palm għaż-żejt) |
|
|
||
0402030 |
Frott tal-palm |
|
|
||
0402040 |
Kapok |
|
|
||
0402990 |
Oħrajn |
|
|
||
0500000 |
|
0,1 (+) |
0,1 (+) |
||
0500010 |
Xgħir |
|
|
||
0500020 |
Qamħ Saraċin (Amaranthus, kinoa) |
|
|
||
0500030 |
Qamħirrum |
|
|
||
0500040 |
Millieġ (Millieġ denb il-volpi, teff, millieġ tas-swaba, millieġ tal-Indja) |
|
|
||
0500050 |
Ħafur |
|
|
||
0500060 |
Ross (Ross abjad/selvaġġ (Zizania aquatica)) |
|
|
||
0500070 |
Segala |
|
|
||
0500080 |
Sorgu |
|
|
||
0500090 |
Qamħ (Spelt, tritikale) |
|
|
||
0500990 |
Oħrajn (żrieragħ tal-ħaxix Kanarji (Phalaris canariensis)) |
|
|
||
0600000 |
|
0,1 (+) |
0,1 (+) |
||
0610000 |
|
|
|
||
0620000 |
|
|
|
||
0630000 |
|
|
|
||
0631000 |
|
|
|
||
0631010 |
Fjuri tal-kamumilla |
|
|
||
0631020 |
Fjuri tal-ħibiskus |
|
|
||
0631030 |
Petali tal-ward |
|
|
||
0631040 |
Fjuri tal-ġiżimin (Fjuri tas-sebuqa (Sambucus nigra)) |
|
|
||
0631050 |
Xkomp (linden) |
|
|
||
0631990 |
Oħrajn |
|
|
||
0632000 |
|
|
|
||
0632010 |
Weraq tal-frawli |
|
|
||
0632020 |
Weraq tar-rooibos (Weraq tal-ġingo) |
|
|
||
0632030 |
Maté |
|
|
||
0632990 |
Oħrajn |
|
|
||
0633000 |
|
|
|
||
0633010 |
Għeruq tal-valerjana |
|
|
||
0633020 |
Għeruq tal-ġinseng |
|
|
||
0633990 |
Oħrajn |
|
|
||
0639000 |
|
|
|
||
0640000 |
|
|
|
||
0650000 |
|
|
|
||
0700000 |
|
0,1 (+) |
0,1 (+) |
||
0800000 |
|
(+) |
(+) |
||
0810000 |
|
0,1 |
0,1 |
||
0810010 |
Ħlewwa |
|
|
||
0810020 |
Karwija sewda |
|
|
||
0810030 |
Żerriegħa tal-karfus (Żerriegħa tal-muntanji) |
|
|
||
0810040 |
Żerriegħa tal-kosbor |
|
|
||
0810050 |
Żerriegħa tal-kemmun |
|
|
||
0810060 |
Żerriegħa tax-xibt |
|
|
||
0810070 |
Żerriegħa tal-bużbież |
|
|
||
0810080 |
Fienu |
|
|
||
0810090 |
Noċemuskata |
|
|
||
0810990 |
Oħrajn |
|
|
||
0820000 |
|
0,1 |
0,1 |
||
0820010 |
Bżar tal-Ġamajka |
|
|
||
0820020 |
Bżar tas-Sichuan (bżar tal-ħlewwa, bżar tal-Ġappun) |
|
|
||
0820030 |
Karwija |
|
|
||
0820040 |
Kardamonu |
|
|
||
0820050 |
Frott tal-ġnibru |
|
|
||
0820060 |
Bżar iswed, aħdar u abjad (Bżar twil tal-Indi, bżar tal-Perù) |
|
|
||
0820070 |
Mżiewed tal-vanilla |
|
|
||
0820080 |
Tamar tal-Indja |
|
|
||
0820990 |
Oħrajn |
|
|
||
0830000 |
|
0,1 |
0,1 |
||
0830010 |
Kannella (Kassja) |
|
|
||
0830990 |
Oħrajn |
|
|
||
0840000 |
|
|
|
||
0840010 |
Għud is-sus |
0,1 |
0,1 |
||
0840020 |
Ġinġer |
0,1 |
0,1 |
||
0840030 |
Żagħfran tal-Indja (Kurkuma) |
0,1 |
0,1 |
||
0840040 |
Għerq tal-mustarda |
|
|
||
0840990 |
Oħrajn |
0,1 |
0,1 |
||
0850000 |
|
0,1 |
0,1 |
||
0850010 |
Imsiemer tal-qronfol |
|
|
||
0850020 |
Kappar |
|
|
||
0850990 |
Oħrajn |
|
|
||
0860000 |
|
0,1 |
0,1 |
||
0860010 |
Żagħfran |
|
|
||
0860990 |
Oħrajn |
|
|
||
0870000 |
|
0,1 |
0,1 |
||
0870010 |
Qoxra ta' barra tan-noċemuskata |
|
|
||
0870990 |
Oħrajn |
|
|
||
0900000 |
|
0,1 (+) |
0,1 (+) |
||
0900010 |
Pitravi taz-zokkor (għerq) |
|
|
||
0900020 |
Kannamiela |
|
|
||
0900030 |
Għeruq taċ-ċikwejra |
|
|
||
0900990 |
Oħrajn |
|
|
||
1000000 |
|
0,1 (+) |
0,1 (+) |
||
1010000 |
|
|
|
||
1011000 |
|
|
|
||
1011010 |
Muskoli |
|
|
||
1011020 |
Xaħam |
|
|
||
1011030 |
Fwied |
|
|
||
1011040 |
Kliewi |
|
|
||
1011050 |
Ġewwieni li jittiekel |
|
|
||
1011990 |
Oħrajn |
|
|
||
1012000 |
|
|
|
||
1012010 |
Muskoli |
|
|
||
1012020 |
Xaħam |
|
|
||
1012030 |
Fwied |
|
|
||
1012040 |
Kliewi |
|
|
||
1012050 |
Ġewwieni li jittiekel |
|
|
||
1012990 |
Oħrajn |
|
|
||
1013000 |
|
|
|
||
1013010 |
Muskoli |
|
|
||
1013020 |
Xaħam |
|
|
||
1013030 |
Fwied |
|
|
||
1013040 |
Kliewi |
|
|
||
1013050 |
Ġewwieni li jittiekel |
|
|
||
1013990 |
Oħrajn |
|
|
||
1014000 |
|
|
|
||
1014010 |
Muskoli |
|
|
||
1014020 |
Xaħam |
|
|
||
1014030 |
Fwied |
|
|
||
1014040 |
Kliewi |
|
|
||
1014050 |
Ġewwieni li jittiekel |
|
|
||
1014990 |
Oħrajn |
|
|
||
1015000 |
|
|
|
||
1015010 |
Muskoli |
|
|
||
1015020 |
Xaħam |
|
|
||
1015030 |
Fwied |
|
|
||
1015040 |
Kliewi |
|
|
||
1015050 |
Ġewwieni li jittiekel |
|
|
||
1015990 |
Oħrajn |
|
|
||
1016000 |
|
|
|
||
1016010 |
Muskoli |
|
|
||
1016020 |
Xaħam |
|
|
||
1016030 |
Fwied |
|
|
||
1016040 |
Kliewi |
|
|
||
1016050 |
Ġewwieni li jittiekel |
|
|
||
1016990 |
Oħrajn |
|
|
||
1017000 |
|
|
|
||
1017010 |
Muskoli |
|
|
||
1017020 |
Xaħam |
|
|
||
1017030 |
Fwied |
|
|
||
1017040 |
Kliewi |
|
|
||
1017050 |
Ġewwieni li jittiekel |
|
|
||
1017990 |
Oħrajn |
|
|
||
1020000 |
|
|
|
||
1020010 |
Frat |
|
|
||
1020020 |
Nagħaġ |
|
|
||
1020030 |
Mogħoż |
|
|
||
1020040 |
Żwiemel |
|
|
||
1020990 |
Oħrajn |
|
|
||
1030000 |
|
|
|
||
1030010 |
Tiġieġ |
|
|
||
1030020 |
Papri |
|
|
||
1030030 |
Wiżż |
|
|
||
1030040 |
Summien |
|
|
||
1030990 |
Oħrajn |
|
|
||
1040000 |
|
|
|
||
1050000 |
|
|
|
||
1060000 |
|
|
|
||
1070000 |
|
|
|
||
|
(1) Għal-lista kompluta ta' prodotti li joriġinaw minn pjanti u annimali li għalihom japplikaw l-MRLs għandha ssir referenza għall-Anness I.
Klorur tal-benżalkonju (taħlita ta' kloruri tal-alkilbenżildimetilammonju b'tulijiet tal-ktajjen tal-alkili ta' C8, C10, C12, C14, C16 u C18)
(+) |
Dawn l-MRLs għandhom jiġu rieżaminati sal-31 ta' Diċembru 2019. Rivalutazzjoni tad-dejta tista' twassal għal modifika fl-MRLs.
|
(+) |
Il-livell massimu ta' residwi applikabbli għall-għerq tal-mustarda (Armoracia rusticana) fil-grupp tal-ħwawar (kodiċi 0840040) huwa dak stabbilit għall-għerq tal-mustarda (Armoracia rusticana) fil-kategorija tal-Ħxejjex, fil-grupp tal-ħxejjex tal-għeruq u tuberi (kodiċi 0213040) filwaqt li jitqiesu l-bidliet li jkun hemm fil-livelli minħabba l-ipproċessar (tnixxif) skont l-Artikolu 20 (1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.
|
(+) |
Dawn l-MRLs għandhom jiġu rieżaminati sal-31 ta' Diċembru 2019. Rivalutazzjoni tad-dejta tista' twassal għal modifika fl-MRLs.
|
Klorur tad-dideċildimetilammonju (taħlita ta' mlieħ tal-ammonju alkil-kwaternarju b'tulijiet tal-ktajjen tal-alkili ta' C8, C10 u C12)
(+) |
Dawn l-MRLs għandhom jiġu rieżaminati sal-31 ta' Diċembru 2019. Rivalutazzjoni tad-dejta tista' twassal għal modifika fl-MRLs.
|
(+) |
Il-livell massimu ta' residwi applikabbli għall-għerq tal-mustarda (Armoracia rusticana) fil-grupp tal-ħwawar (kodiċi 0840040) huwa dak stabbilit għall-għerq tal-mustarda (Armoracia rusticana) fil-kategorija tal-Ħxejjex, fil-grupp tal-ħxejjex tal-għeruq u tuberi (kodiċi 0213040) filwaqt li jitqiesu l-bidliet li jkun hemm fil-livelli minħabba l-ipproċessar (tnixxif) skont l-Artikolu 20 (1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.
|
(+) |
Dawn l-MRLs għandhom jiġu rieżaminati sal-31 ta' Diċembru 2019. Rivalutazzjoni tad-dejta tista' twassal għal modifika fl-MRLs.
|
23.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 304/75 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1120/2014
tal-20 ta' Ottubru 2014
li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-merlangu fiż-żoni VIIb, VIIc, VIId, VIIe, VIIf, VIIg, VIIh, VIIj u VIIk minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Spanja
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-kwoti għall-2014 huma stabbiliti bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 43/2014 (2). |
(2) |
Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament, minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2014. |
(3) |
Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2014 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi rilokat, ittrasbordat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jaqbdu dawk il-bastimenti wara dik id-data.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Ottubru 2014.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Lowri EVANS
Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 43/2014 tal-20 ta' Jannar 2014 li jiffissa għall-2014 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 24, 28.1.2014, p. 1).
ANNESS
Nru |
52/TQ43 |
Stat Membru |
Spanja |
Stokk |
WHG/7X7 A-C |
Speċi |
Merlangu (Merlangius merlangus) |
Żona |
VIIb, VIIc, VIId, VIIe, VIIf, VIIg, VIIh, VIIj u VIIk |
Data tal-għeluq |
16.9.2014 |
23.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 304/77 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1121/2014
tal-20 ta' Ottubru 2014
li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għal-lingwata komuni fiż-żoni VIIIa u VIIIb minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Spanja
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-kwoti għall-2014 huma stabbiliti bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 43/2014 (2). |
(2) |
Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament, minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2014. |
(3) |
Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2014 għandha titqies li hi eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi rilokat, ittrasbordat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jaqbdu dawk il-bastimenti wara dik id-data.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Ottubru 2014.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Lowri EVANS
Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 43/2014 tal-20 ta' Jannar 2014 li jiffissa għall-2014 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 24, 28.1.2014, p. 1).
ANNESS
Nru |
53/TQ43 |
Stat Membru |
Spanja |
Stokk |
SOL/8AB. |
Speċi |
Lingwata komuni (solea solea) |
Żona |
Iż-żoni VIIIa u VIIIb |
Data tal-għeluq |
16.9.2014 |
23.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 304/79 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1122/2014
tal-20 ta' Ottubru 2014
li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-marlin abjad fl-Oċean Atlantiku minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Spanja
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 43/2014 (2), jistabbilixxi l-kwoti għall-2014. |
(2) |
Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2014. |
(3) |
Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd għall-2014 allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Ottubru 2014.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Lowri EVANS
Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 43/2014 tal-20 ta' Jannar 2014 li jiffissa għall-2014 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 24, 28.1.2014, p. 1).
ANNESS
Nru |
57/TQ43 |
Stat Membru |
Spanja |
Stokk |
WHM/ATLANT |
Speċi |
Marlin abjad (Tetrapturus albidus) |
Żona |
L-Oċean Atlantiku |
Data tal-għeluq |
26.9.2014 |
23.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 304/81 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1123/2014
tat-22 ta' Ottubru 2014
li jemenda d-Direttiva 2008/38/KE li tistabbilixxi lista ta' użu intiż tal-materjali tal-għalf għall-annimali għal skopijiet partikolari nutrizzjonali
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 767/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' għalf, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 79/373/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 80/511/KEE, id-Direttivi tal-Kunsill 82/471/KEE, 83/228/KEE, 93/74/KEE, 93/113/KE u 96/25/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/217/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(5) tiegħu.
Billi:
(1) |
Bi qbil mal-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 l-Kummissjoni rċeviet applikazzjoni biex jiżdied l-iskop nutruzzjonali partikolari l-“istabilizzazzjoni tal-bilanċ tal-ilma u l-elettroliti biex tgħin id-diġestjoni fiżjoloġika” u biex jiġi supplimentat l-iskop nutrizzjonali partikolari s-“sostenn għall-funzjoni renali fil-każ ta' insuffiċjenza kronika renali” għall-klieb adulti bħala speċi fil-mira mal-lista ta' użi maħsubin għal skopijiet nutrizzjonali partikolari fil-Parti B tal-Anness I tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/38/KE (2). |
(2) |
Barra minn hekk, bi qbil mal-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 767/2009, il-Kummissjoni rċeviet applikazzjonijiet biex jinbidlu l-kundizzjonijiet marbutin mal-iskopijiet nutrizzjonali partikolari s-“sostenn għall-funzjoni tal-qalb fil-każ ta' insuffiċjenza kardijaka” kronika għall-“klieb u l-qtates” u t-“tnaqqis ta' ram fil-fwied”. |
(3) |
Il-Kummissjoni qiegħdet l-applikazzjonijiet kollha, inklużi d-dossiers, għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri. |
(4) |
Wara li vvaluta d-dossiers li kienu inklużi ma' dawk l-applikazzjonijiet, il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali (il-Kumitat) ikkonferma li l-kompożizzjoni speċifika tal-għalf ikkonċernat jissodisfa l-iskopijiet nutrizzjonali partikolari maħsuba u li ma għandhiex effetti ħżiena fuq is-saħħa tal-annimali, fuq is-saħħa tal-bniedem, fuq l-ambjent jew fuq il-benessri tal-annimali. Għaldaqstant, l-applikazzjonijiet huma validi. |
(5) |
Bħala riżultat tal-valutazzjoni tal-Kumitat, l-iskopijiet nutrizzjonali partikolari l-“istabilizzazzjoni tal-bilanċ tal-ilma u l-elettroliti biex tgħin id-diġestjoni fiżjoloġika” u s-“sostenn għall-funzjoni renali fil-każ ta' insuffiċjenza kronika renali” għall-klieb adulti għandhom jinżiedu mal-lista ta' użi maħsuba u l-kundizzjonijiet marbutin mal-iskopijiet nutrizzjonali partikolari s-“sostenn għall-funzjoni tal-qalb fil-każ ta' insuffiċjenza kronika” kardijaka u l-“għajnuna għall-funzjoni renali f'każ ta' insuffiċjenza renali kronika” għall-“klieb u l-qtates” u t-“tnaqqis ta' ramm fil-fwied” għandhom jinbidlu. Bħala riżultat tal-annotazzjoni l-ġdida l-“istabilizzazzjoni tal-bilanċ tal-ilma u l-elettroliti” biex tgħin id-diġestjoni fiżjoloġika, l-iskop nutrizzjonali partikolari l-“istabilizzazzjoni tal-bilanċ tal-ilma u l-elettroliti” ma għadux meħtieġ u għandu jitħassar. |
(6) |
Biex tkun żgurata l-konformità mal-kontenut massimu ta' ċerti nutrijenti stabbiliti bħala “karatteristiċi nutrizzjonali essenzjali” ta' xi wħud mill-iskopijiet nutrizzjonali partikolari, għandu jiġi previst ir-rekwiżit li l-għalf dijetetiku rispettiv jitqiegħed fis-suq bħala għalf komplut. Din id-dispożizzjoni tiżgura wkoll l-użu sikur tal-għalf ikkonċernat. |
(7) |
L-Anness I tad-Direttiva 2008/38/KE kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 5/2014 (3) stabbilixxa l-inkorporazzjoni tal-addittivi tal-għalf tal-grupp funzjonali “stabbilizzanti għall-batterji li jkun hemm fil-musrana” kif imsemmi fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) f'ċertu għalf għal skopijiet nutrizzjonali partikolari. Madankollu, l-addittivi tal-għalf li fil-preżent huma rreġistrati fil-grupp “mikroorganiżmi” u li qegħdin fil-proċedura ta' awtorizzazzjoni mill-ġdid kif imsemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, jistgħu bl-istess mod jiġu inkorporati fil-grupp tal-għalf għal skopijiet nutrizzjonali partikolari. Għaldaqstant, sakemm jiġu awtorizzati mill-ġdid, l-addittivi tal-għalf eżistenti tal-grupp “mikroorganiżmi” ukoll għandhom ikunu koperti mill-Anness I tad-Direttiva 2008/38/KE. |
(8) |
Għalhekk, id-Direttiva 2008/38/KE għandha tiġi emendata skont dan. |
(9) |
Billi ma hemmx raġunijiet ta' sikurezza biex jibdew japplikaw immedjatament il-modifiki għall-għalf li fil-preżent qed jitqiegħed fis-suq b'mod legali, jixraq li l-partijiet interessati jingħataw perjodu tranżitorju li fih jistgħu jħejju ruħhom biex jilħqu r-rekwiżiti l-ġodda. |
(10) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament jikkonformaw mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tad-Direttiva 2008/38/KE huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
L-għalf li huwa inkluż fl-Anness ta' dan ir-Regolemant u li kien ġie prodott u ttikkettat qabel it-12 ta' Mejju 2015 u li jikkonforma mad-Direttiva 2008/38/KE qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament jista' jibqa' jitqiegħed fis-suq u jintuża sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti. Jekk dan l-għalf ikun maħsub għall-annimali ta' kumpanija, id-data msemmija fl-aħħar sentenza hija t-12 ta' Novembru 2016.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Ottubru 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(2) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/38/KE tal-5 ta' Marzu 2008 li tistabbilixxi lista ta' użu intiż tal-materjali tal-għalf għall-annimali għal skopijiet partikolari nutrizzjonali (ĠU L 62, 6.3.2008, p. 9).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 5/2014 tas-6 ta' Jannar 2014 li jemenda d-Direttiva 2008/38/KE li tistabbilixxi lista ta' użu intiż tal-materjali tal-għalf għall-annimali għal skopijiet partikolari nutrizzjonali (ĠU L 2, 7.1.2014, p. 3).
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29).
ANNESS
Il-Parti B tal-Anness I tad-Direttiva 2008/38/KE hija emendata kif ġej:
(a) |
Ir-ringiela tal-iskop nutrizzjonali partikolari “sostenn tal-funzjoni tal-qalb fil-każ ta' insuffiċjenza kardijaka kronika” hija sostitwita b'dan li ġej:
|
(b) |
Ir-ringiela tal-iskop nutrizzjonali partikolari “sostenn tal-funzjoni renali fil-każ ta' insuffiċjenza renali kronika” hija sostitwita b'dan li ġej:
|
(c) |
Ir-ringiela tal-iskop nutrizzjonali partikolari “tnaqqis tar-ram fil-fwied” hija sostitwita b'dan li ġej:
|
(d) |
Ir-ringiela tal-iskop nutrizzjonali partikolari “tnaqqis tal-livelli tal-jodju fl-għalf f'każ ta' ipertirojdiżmu” sostitwita b'dan li ġej:
|
(e) |
Ir-ringiela tal-iskop nutrizzjonali partikolari “stabbilizzazzjoni tal-bilanċ tal-ilma u l-elettroliti” hija sostitwita b'dan li ġej:
|
(f) |
Ir-ringiela tal-iskop nutrizzjonali partikolari “restorazzjoni nutrizzjonali, konvalexxenza”, tal-ispeċi jew kategorija ta' annimali “Klieb” hija sostitwita b'dan li ġej:
|
(g) |
Ir-ringiela tal-iskop nutrizzjonali partikolari “stabilizzazzjoni tad-diġestjoni fiżjoloġika”, speċi jew kategorija ta' annimali: “Speċijiet ta' annimali li huwa awtorizzat għalihom l-istabilizzant tal-batterji tal-musrana” hija sostitwita b'dan li ġej:
|
(*) Fejn ikun rilevanti, il-manifattur jista' wkoll jirrakkomanda l-użu għall-insuffiċjenza renali temporanja.
(**) Jekk l-għalf ikun rakkomandat għall-insuffiċjenza renali temporanja, il-perjodu tal-użu rakkomandat għandu jkun ta' bejn ħmistax u erba' ġimgħat.
(***) Kalkolu maħdum skont il-metodu Differenza tal-Joni Qawwijin (Strong Ion Difference) (il-Valur SID): L-SID huwa d-differenza bejn it-totali tal-konċentrazzjonijiet tal-katjoni qawwijin u l-anjoni qawwijin; [SID] = [mmol Na+/l] + [mmol K+/l] + [mmol Ca++/l] + [mmol Mg++/l] – [mmol Cl-/l] – [mmol Anjoni Qawwijin Oħrajn/l].
23.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 304/87 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1124/2014
tat-22 ta' Ottubru 2014
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Ottubru 2014.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
AL |
56,9 |
MA |
97,6 |
|
MK |
63,6 |
|
XS |
78,2 |
|
ZZ |
74,1 |
|
0707 00 05 |
AL |
54,3 |
MK |
50,7 |
|
TR |
164,7 |
|
ZZ |
89,9 |
|
0709 93 10 |
TR |
145,6 |
ZZ |
145,6 |
|
0805 50 10 |
AR |
78,7 |
CL |
106,8 |
|
TR |
107,1 |
|
UY |
86,1 |
|
ZA |
96,2 |
|
ZZ |
95,0 |
|
0806 10 10 |
BR |
237,9 |
MD |
39,0 |
|
PE |
346,9 |
|
TR |
150,1 |
|
ZZ |
193,5 |
|
0808 10 80 |
BA |
34,8 |
BR |
51,3 |
|
CL |
87,1 |
|
CN |
117,7 |
|
NZ |
143,4 |
|
US |
191,0 |
|
ZA |
111,1 |
|
ZZ |
105,2 |
|
0808 30 90 |
TR |
116,3 |
ZZ |
116,3 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.
DIRETTIVI
23.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 304/89 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2014/99/UE
tal-21 ta' Ottubru 2014
li għall-finijiet biex tiġi adattata mal-progress tekniku, temenda d-Direttiva 2009/126/KE dwar il-Fażi II tal-irkupru tal-fwar tal-petrol waqt ir-riforniment bil-karburant tal-vetturi bil-mutur fl-istazzjonijiet ta' servizz
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar il-Fażi II tal-irkupru tal-fwar tal-petrol waqt ir-riforniment bil-karburant tal-vetturi bil-mutur fl-istazzjonijiet ta' servizz (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha,
Billi:
(1) |
Meta jkun meħtieġ, id-Direttiva 2009/126/KE tipprovdi għall-adattament tekniku tal-Artikoli 4 u 5 tagħha mal-progress tekniku ħalli tiżgura konsistenza ma' kull standard rilevanti li jfassal il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN). |
(2) |
Fil-25 ta' Settembru 2013, is-CEN għamel disponibbli l-Istandards EN 16321-1:2013 u EN 16321-2:2013. L-Istandard EN 16321-1:2013 jispeċifika l-metodi tat-test għall-approvazzjoni tat-tip ta' sistemi tal-irkupru tal-fwar tal-petrol maħsuba biex jintużaw fl-istazzjonijiet tas-servizz. L-Istandard EN 16321-2:2013 jispeċifika l-metodi tal-ittestjar li għandhom jintużaw fl-istazzjonijiet tas-servizz sabiex jivverifikaw it-tħaddim ta' dawn is-sistemi tal-irkupru tal-fwar. |
(3) |
Għalhekk hemm bżonn isir adattament tekniku tal-Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva 2009/126/KE ħalli tkun żgurata l-konsistenza ma' dawk l-istandards. |
(4) |
Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2009/126/KE, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Id-Direttiva 2009/126/KE hija emendata kif ġej:
(1) |
Il-paragrafu 1 tal-Artikolu 4 għandu jinbidel b'dan li ġej: “1. B'effett mid-data meta s-sistemi tal-Fażi II tal-irkupru tal-fwar tal-petrol isiru obbligatorji skont l-Artikolu 3, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-effiċjenza tal-qbid tal-fwar tal-petrol ta' dawn is-sistemi tkun 85 % jew aktar bħalma jiċċertifika l-manifattur skont l-Istandard EN 16321-1:2013.” |
(2) |
Il-paragrafu 1 tal-Artikolu 5 għandu jinbidel b'dan li ġej: “1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-effiċjenza tal-qbid tal-fwar tal-petrol waqt it-tħaddim tas-sistemi tal-Fażi II tal-irkupru tal-fwar tal-petrol tiġi ttestjata mill-inqas darba kull sena skont l-Istandard EN 16321-2:2013.” |
Artikolu 2
1. Sa mhux aktar tard mit-12 ta' Mejju 2016, l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma għandhom jgħaddu t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni minnufih.
L-Istati Membri għandhom ukoll japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mit-13 ta' Mejju 2016.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn din ir-referenza meta jiġu ppubblikati b'mod uffiċjali. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir din ir-referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam li tkopri din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Ottubru 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 285, 31.10.2009, p. 36.
DEĊIŻJONIJIET
23.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 304/91 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tad-9 ta' Ottubru 2014
dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda, u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fuq in-naħa l-oħra, rigward is-sostituzzjoni tal-Protokoll 4 ta' dak il-Ftehim, fir-rigward tad-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva, bi protokoll ġdid li, rigward ir-regoli ta' oriġini, jirreferi għall-Konvenzjoni reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji
(2014/734/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4) flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Il-Protokoll 4 tal-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom fuq naħa, u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fuq in-naħa l-oħra (1), (“il-Ftehim”), jirrigwarda d-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva, (“Protokoll 4”). |
(2) |
Il-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (2) (“il-Konvenzjoni”) tistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar l-oriġini ta' prodotti kkummerċjati skont il-ftehimiet rilevanti konklużi bejn il-partijiet kontraenti għall-Konvenzjoni. Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u l-parteċipanti l-oħra fil-proċess ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni fil-Balkani tal-Punent ġew mistiedna jingħaqdu mas-sistema pan-Ewropea tal-akkumulazzjoni djagonali ta' oriġini fl-aġenda ta' Tessaloniki, approvata mill-Kunsill Ewropew ta' Ġunju 2003. Huma ġew mistiedna jissieħbu mal-Konvenzjoni b'deċiżjoni tal-Konferenza Ministerjali Ewro-Mediterranja ta' Ottubru 2007. |
(3) |
L-Unjoni kif ukoll dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja ffirmaw il-Konvenzjoni fil-15 ta' Ġunju 2011. |
(4) |
L-Unjoni u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja ddepożitaw l-istrumenti tagħhom ta' aċċettazzjoni għand id-depożitarju tal-Konvenzjoni fis-26 ta' Marzu 2012 u fl-14 ta' Ġunju 2012, rispettivament. Bħala konsegwenza, f'applikazzjoni tal-Artikolu 10(3) tal-Konvenzjoni, il-Konvenzjoni daħlet fis-seħħ fir-rigward tal-Unjoni u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja fl-1 ta' Mejju 2012 u fl-1 ta' Awwissu 2012 rispettivament. |
(5) |
L-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni jipprovdi li kull parti kontraenti għall-Konvenzjoni għandha tieħu miżuri xierqa biex tiżgura li l-Konvenzjoni tiġi applikata b'mod effettiv. Għal dak il-għan, il-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim għandu jadotta deċiżjoni li tissostitwixxi l-Protokoll 4 bi protokoll ġdid li, fir-rigward tar-regoli tal-oriġini, jirreferi għall-Konvenzjoni. |
(6) |
Il-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandha għalhekk tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni mehmuża, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda, u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fuq in-naħa l-oħra, rigward is-sostituzzjoni tal-Protokoll 4 ta' dak il-Ftehim, fir-rigward tad-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva, bi protokoll ġdid li, rigward ir-regoli ta' oriġini, jirreferi għall-Konvenzjoni reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni mehmuża.
2. Jista' jintlaħaq qbil dwar xi tibdil żgħir fl-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni mir-rappreżentanti tal-Unjoni fil-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, mingħajr deċiżjoni ulterjuri mill-Kunsill.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, id-9 ta' Ottubru 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
A. ALFANO
(1) ĠU L 84, 20.3.2004, p. 13.
ABBOZZ
DEĊIŻJONI Nru … TAL-KUNSILL TA' STABILIZZAZZJONI U ASSOĊJAZZJONI TAL-UE-DIK LI KIENET IR-REPUBBLIKA JUGOSLAVA TAL-MAĊEDONJA
ta'
li tissostitwixxi l-Protokoll 4 tal-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom fuq naħa, u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fuq in-naħa l-oħra, dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva
IL-KUNSILL TA' STABBILIZZAZZJONI U ASSOĊJAZZJONI TAL-UE — DIK LI KIENET IR-REPUBBLIKA JUGOSLAVA TAL-MAĊEDONJA,
Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda, u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fuq in-naħa l-oħra (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 40 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Protokoll 4 tal-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda, u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fuq in-naħa l-oħra, dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 40 tal-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda, u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fuq in-naħa l-oħra (“il-Ftehim”) jirreferi għall-Protokoll 4 tal-Ftehim (“Protokoll 4”) li jistabbilixxi r-regoli tal-oriġini u jipprovdi għal akkumulazzjoni ta' oriġini bejn l-Unjoni, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, it-Turkija u kwalunkwe pajjiż jew territorju li jipparteċipa fil-proċess ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni. |
(2) |
L-Artikolu 39 tal-Protokoll 4 jipprovdi li l-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni stipulat fl-Artikolu 108 tal-Ftehim jista' jiddeċiedi li jemenda d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll 4. |
(3) |
Il-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (2), (“il-Konvenzjoni”), għandha l-għan li tissostitwixxi l-protokolli dwar ir-regoli tal-oriġini li jinsabu fis-seħħ bħalissa fost il-pajjiżi taż-żona Pan-Ewro-Mediterranja b'att legali wieħed. Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u l-parteċipanti l-oħra fil-proċess ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni fil-Balkani tal-Punent ġew mistiedna jingħaqdu mas-sistema pan-Ewropea tal-akkumulazzjoni djagonali ta' oriġini fl-aġenda ta' Tessaloniki, approvata mill-Kunsill Ewropew ta' Ġunju 2003. Huma ġew mistiedna jissieħbu mal-Konvenzjoni b'deċiżjoni tal-Konferenza Ministerjali Ewro-Mediterranja ta' Ottubru 2007. |
(4) |
L-Unjoni kif ukoll dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja ffirmaw il-Konvenzjoni fil-15 ta' Ġunju 2011. |
(5) |
L-Unjoni u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja ddepożitaw l-istrumenti tagħhom ta' aċċettazzjoni għand id-depożitarju ta' din il-Konvenzjoni fis-26 ta' Marzu 2012 u l-14 ta' Ġunju 2012, rispettivament. Bħala konsegwenza, f'applikazzjoni tal-Artikolu 10(3) tal-Konvenzjoni, il-Konvenzjoni daħlet fis-seħħ fir-rigward tal-Unjoni Ewropea u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja fl-1 ta' Mejju 2012 u fl-1 ta' Awwissu 2012, rispettivament. |
(6) |
Fejn it-tranżizzjoni lejn il-Konvenzjoni ma tkunx simultanja għall-partijiet kontraenti għall-Konvenzjoni kollha fi ħdan iż-żona ta' akkumulazzjoni, ma għandhiex twassal għal sitwazzjoni anqas favorevoli minn qabel skont il-Protokoll 4. |
(7) |
Il-Protokoll 4 għandu għalhekk jiġi sostitwit bi protokoll ġdid li jagħmel referenza għall-Konvenzjoni. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Protokoll 4 tal-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda, u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fuq in-naħa l-oħra, rigward id-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva, jiġi sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Hija tapplika mill-….
Magħmul fi
Għall-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-UE — dik li kienet ir- Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja
Il-President
(1) ĠU L 84, 20.3.2004, p. 13.
ANNESS
Protokoll 4
dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva
Artikolu 1
Regoli ta' oriġini applikabbli
1. Għall-fini tal-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim, japplikaw l-Appendiċi I u d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Appendiċi II tal-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (1) (“il-Konvenzjoni”).
2. Ir-referenzi kollha għall-“ftehim rilevanti” fl-Appendiċi I u fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Appendiċi II tal-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali ta' oriġini Pan-Ewro-Mediterranji jinftiehmu bħala li jirreferu għal dan il-Ftehim.
Artikolu 2
Soluzzjoni tat-tilwim
1. Fejn iqumu tilwimiet b'rabta mal-proċeduri ta' verifikazzjoni tal-Artikolu 32 tal-Appendiċi I tal-Konvenzjoni li ma jkunux jistgħu jissolvew bejn l-awtoritajiet doganali li jkunu qed jitolbu l-verifikazzjoni u l-awtoritajiet doganali li jkunu responsabbli milli jwettqu dik il-verifikazzjoni, dawn jitressqu quddiem il-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.
2. Fil-każijiet kollha s-soluzzjoni tat-tilwim bejn l-importatur u l-awtoritajiet doganali tal-pajjiż tal-importazzjoni sseħħ skont il-leġiżlazzjoni ta' dak il-pajjiż.
Artikolu 3
Emendi għall-Protokoll
Il-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jista' jiddeċiedi li jemenda d-dispożizzjonijiet ta' dan il-Protokoll.
Artikolu 4
Irtirar mill-Konvenzjoni
1. Jekk l-Unjoni Ewropea jew dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja jagħtu avviż bil-miktub lid-depożitarju tal-Konvenzjoni dwar l-intenzjoni tagħhom li jirtiraw mill-Konvenzjoni skont l-Artikolu 9 tagħha, l-Unjoni Ewropea u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja sejrin immedjatament jidħlu f'negozjati dwar ir-regoli tal-oriġini għall-iskop tal-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim.
2. Sad-dħul fis-seħħ ta' dawn ir-regoli ta' oriġini ġodda nnegozjati, ir-regoli tal-oriġini li jinsabu f'Appendiċi I u, fejn xieraq, id-dispożizzjonijiet rilevanti ta' Appendiċi II tal-Konvenzjoni, applikabbli fil-mument tal-irtirar, jibqgħu japplikaw għal dan il-Ftehim. Madankollu, mill-mument tal-irtirar, ir-regoli tal-oriġini li jinsabu fl-Appendiċi I u, fejn xieraq, id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Appendiċi II tal-Konvenzjoni jiġu interpretati fis-sens li jippermettu akkumulazzjoni bilaterali bejn l-Unjoni Ewropea u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja biss.
Artikolu 5
Dispożizzjonijiet ta' tranżizzjoni — akkumulazzjoni
1. Minkejja l-Artikolu 3 tal-Appendiċi I tal-Konvenzjoni, ir-regoli dwar l-akkumulazzjoni previsti fl-Artikoli 3 u 4 ta' dan il-Protokoll, kif emendati permezz tal-Protokoll tal-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda, u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fuq in-naħa l-oħra, sabiex iqisu l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija mal-Unjoni Ewropea (2), ikomplu japplikaw bejn l-Unjoni Ewropea u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja sa meta l-Konvenzjoni tkun daħlet fis-seħħ fir-rigward tal-Partijiet Kontraenti kollha elenkati fl-Artikoli 3 u 4 ta' dan il-Protokoll.
2. Minkejja l-Artikoli 16(5) u 21(3) tal-Appendiċi I tal-Konvenzjoni, fejn l-akkumulazzjoni tinvolvi biss l-Istati tal-EFTA, il-Gżejjer Faeroe, l-Unjoni Ewroepa, it-Turkija u l-parteċipanti fil-Proċess ta' Stabilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni, il-prova tal-oriġini tista' tkun ċertifikat ta' moviment EUR.1 jew dikjarazzjoni tal-oriġini.
23.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 304/97 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tad-9 ta' Ottubru 2014
dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni stabbilit permezz tal-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom fuq naħa, u r-Repubblika tal-Montenegro, fuq in-naħa l-oħra, dwar is-sostituzzjoni tal-Protokoll 3 ta' dak il-Ftehim, dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u metodi ta' koperazzjoni amministrattiva, bi Protokoll ġdid li, rigward ir-regoli ta' oriġini, jirreferi għall-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji
(2014/735/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4) flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Il-Protokoll 3 tal-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom fuq naħa, u r-Repubblika tal-Montenegro, fuq in-naħa l-oħra (1), (“il-Ftehim”), jikkonċerna d-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta' koperazzjoni amministrattiva, (“Protokoll 3”). |
(2) |
Il-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (2), (“il-Konvenzjoni”) tistabilixxi dispożizzjonijiet dwar l-oriġini ta' prodotti kkummerċjati skont il-Ftehimiet rilevanti konklużi bejn il-Partijiet Kontraenti. Il-Montenegro u l-parteċipanti l-oħra tal-Proċess ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni fil-Balkani tal-Punent ġew mistiedna jingħaqdu mas-sistema pan-Ewropea ta' akkumulazzjoni djagonali ta' oriġini fl-aġenda ta' Tessaloniki, approvata mill-Kunsill Ewropew ta' Ġunju 2003. Huma ġew mistiedna jissieħbu mal-Konvenzjoni b'deċiżjoni tal-Konferenza Ministerjali Ewro-Mediterranja ta' Ottubru 2007. |
(3) |
L-Unjoni u l-Montenegro ffirmaw il-Konvenzjoni fil-15 ta' Ġunju 2011. |
(4) |
L-Unjoni u l-Montenegro ddepożitaw l-istrumenti tagħhom ta' aċċettazzjoni għand id-depożitarju tal-Konvenzjoni fis-26 ta' Marzu 2012 u t-2 ta' Lulju 2012, rispettivament. Bħala konsegwenza, f'applikazzjoni tal-Artikolu 10(3) tal-Konvenzjoni, il-Konvenzjoni daħlet fis-seħħ b'rabta mal-Unjoni u l-Montenegro fl-1 ta' Mejju 2012 u fl-1 ta' Settembru 2012 rispettivament. |
(5) |
L-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni jipprovdi li kull Parti Kontraenti għandha tieħu miżuri xierqa biex tiżgura li l-Konvenzjoni tiġi applikata b'mod effettiv. Għal dan l-għan, il-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim għandu jadotta deċiżjoni li tissostitwixxi l-Protokoll 3 bi protokoll ġdid li, rigward ir-regoli ta' oriġini, jirreferi għall-Konvenzjoni. |
(6) |
Il-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandha għalhekk tkun ibbażata fuq fl-abbozz tad-Deċiżjoni hawn mehmuż, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni stabbilit permezz tal-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom fuq naħa, u r-Repubblika tal-Montenegro, fuq in-naħa l-oħra, dwar is-sostituzzjoni tal-Protokoll 3 ta' dak il-Ftehim, dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u metodi ta' koperazzjoni amministrattiva, bi protokoll ġdid li, rigward ir-regoli ta' oriġini, jirreferi għall-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli ta' oriġini pan-Ewro-Mediterranji, għandha tiġi bbażata fuq abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni li jinsab mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Jista' jintlaħaq qbil dwar xi tibdil żgħir fl-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni mir-rappreżentanti tal-Unjoni fil-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, mingħajr deċiżjoni ulterjuri mill-Kunsill.
Artikolu 2
Id-deċiżjoni tal-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, id-9 ta' Ottubru 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
A. ALFANO
(1) ĠU L 108, 29.4.2010, p. 3.
ABBOZZ
DEĊIŻJONI Nru … TA' STABILIZZAZZJONI U TA' ASSOĊJAZZJONI UE-MONTENEGRO
ta'
li tissostitwixxi l-Protokoll 3 għall-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Montenegro, min-naħa l-oħra, dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u dwar il-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva
IL-KUNSILL TA' STABBILIZZAZZJONI U ASSOĊJAZZJONI TAL-UE U L-MONTENEGRO,
Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Montenegro, min-naħa l-oħra, iffirmat fil-Lussemburgru fil-15 ta' Ottubru 2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Protokoll 3 tal-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Montenegro, min-naħa l-oħra, dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 44 tal-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Montenegro, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”) jirreferi għall-Protokoll 3 dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u dwar il-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva (“Protokoll 3”) li jistabbilixxi r-regoli tal-oriġini u jipprovdi għal kumulazzjoni ta' oriġini bejn l-Unjoni, il-Montenegro, it-Turkija u kwalunkwe pajjiż jew territorju li jipparteċipa fil-Proċess ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni. |
(2) |
L-Artikolu 39 tal-Protokoll 3 jipprovdi li l-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni stabbilit fl-Artikolu 119 tal-Ftehim jista' jiddeċiedi li jemenda d-dispożizzjonijiet ta' dak il-Protokoll. |
(3) |
Il-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini Pan-Ewro-Mediterranji (2), (“il-Konvenzjoni”), għandha l-għan li tissostitwixxi l-protokolli dwar ir-regoli tal-oriġini li jinsabu fis-seħħ bħalissa fost il-pajjiżi taż-żona Pan-Ewro-Mediterranja, b'att legali wieħed. Il-Montenegro u parteċipanti oħra tal-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni fil-Balkani tal-Punent ġew mistiedna jingħaqdu mas-sistema pan-Ewropea ta' akkumulazzjoni djagonali ta' oriġini fl-aġenda ta' Tessaloniki, approvata mill-Kunsill Ewropew ta' Ġunju 2003. Huma ġew mistiedna jissieħbu mal-Konvenzjoni b'deċiżjoni tal-Konferenza Ministerjali Ewro-Mediterranja ta' Ottubru 2007. |
(4) |
L-Unjoni u l-Montenegro ffirmaw il-Konvenzjoni fil-15 ta' Ġunju 2011. |
(5) |
L-Unjoni u l-Montenegro ddepożitaw l-istrumenti tagħhom ta' aċċettazzjoni għand id-depożitarju ta' din il-Konvenzjoni fis-26 ta' Marzu 2012 u fit-2 ta' Lulju 2012, rispettivament. B'konsegwenza ta' hekk, fl-applikazzjoni tal-Artikolu 10(3) tal-Konvenzjoni, il-Konvenzjoni daħlet fis-seħħ f'relazzjoni mal-Unjoni u l-Montenegro fl-1 ta' Mejju 2012 u fl-1 ta' Settembru 2012 rispettivament. |
(6) |
Fejn it-tranżizzjoni lejn il-Konvenzjoni ma tkunx simultanja għall-Partijiet Kontraenti kollha fiż-żona ta' kumulazzjoni, m'għandhiex twassal għal sitwazzjoni anqas favorevoli minn qabel skont il-Protokoll 3. |
(7) |
Il-Protokoll 3 għandu għalhekk jiġi sostitwit bi protokoll ġdid sabiex jagħmel referenza għall-Konvenzjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Protokoll 3 tal-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Montenegro, min-naħa l-oħra, rigward id-definizzjoni tal-kunċett ta' 'prodotti oriġinarji' u metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva, huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Hija tapplika mill-1 ta' Settembru 2014.
Magħmul fi
Għall-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni
Il-President
(1) ĠU L 108, 29.4.2010, p. 3.
ANNESS
Protokoll 3
dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u dwar metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva
Artikolu 1
Regoli ta' oriġini applikabbli
Għall-fini tal-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim, Appendiċi I u d-dispożizzjonijiet rilevanti ta' Appendiċi II għall-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (“il-Konvenzjoni”) għandhom japplikaw. (1)
Ir-referenzi kollha għal “ftehim rilevanti” f'Appendiċi I u fid-dispożizzjonijiet rilevanti ta' Appendiċi II għall-Konvenzjoni għandhom jiġu interpretati bħala li jfissru dan il-Ftehim.
Artikolu 2
Soluzzjoni tat-Tilwim
Fejn iqumu tilwimiet b'rabta mal-proċeduri ta' verifikazzjoni tal-Artikolu 32 tal-Appendiċi I għall-Konvenzjoni li ma jkunux jistgħu jissolvew bejn l-awtoritajiet doganali li jkunu qed jitolbu l-verifikazzjoni u l-awtoritajiet doganali li jkunu responsabbli milli jwettqu din il-verifikazzjoni, jiġu sottomessi lill-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni.
Fil-każijiet kollha s-soluzzjonijiet tat-tilwim bejn l-importatur u l-awtoritajiet doganali tal-pajjiż tal-importazzjoni jsiru skont il-leġiżlazzjoni ta' dak il-pajjiż.
Artikolu 3
Emendi għall-Protokoll
Il-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jista' jiddeċiedi li jemenda d-dispożizzjonijiet ta' dan il-Protokoll.
Artikolu 4
Irtirar mill-Konvenzjoni
1. Jekk l-Unjoni Ewropea jew il-Montenegro jagħtu avviż bil-miktub lid-depożitarju tal-Konvenzjoni dwar l-intenzjoni tagħhom li jirtiraw mill-Konvenzjoni skont l-Artikolu 9 tagħha, l-Unjoni Ewropea u l-Montenegro għandhom jidħlu minnufih f'negozjati dwar ir-regoli tal-oriġini għall-iskop tal-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim.
2. Sad-dħul fis-seħħ ta' dawn ir-regoli ta' oriġini appena nnegozjati, ir-regoli tal-oriġini li jinsabu f'Appendiċi I u, fejn xieraq, id-dispożizzjonijiet rilevanti ta' Appendiċi II tal-Konvenzjoni, applikabbli fil-mument ta' rtirar, għandhom jibqgħu japplikaw għal dan il-Ftehim. Madankollu, mill-mument ta' rtirar, ir-regoli tal-oriġini li jinsabu f'Appendiċi I u, fejn xieraq, id-dispożizzjonijiet rilevanti ta' Appendiċi II tal-Konvenzjoni jiġu interpretati fis-sens li jippermettu kumulazzjoni bilaterali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Montenegro biss.
Artikolu 5
Kumulazzjoni — tad-dispożizzjonijiet tranżitorji
1. Minkejja l-Artikolu 3 tal-Appendiċi I tal-Konvenzjoni, ir-regoli dwar il-kumulazzjoni previsti fl-Artikoli 3 u 4 tal-Protokoll 3 ta' dan il-Ftehim, kif adottati mill-Unjoni Ewropea u l-Montenegro dwar il-konklużjoni tal-Ftehim (2), għandhom ikomplu japplikaw bejn il-Partijiet għal dan il-Ftehim sakemm il-Konvenzjoni ssir applikabbli għall-Partijiet Kontraenti kollha għall-Konvenzjoni elenkati f'dawk l-Artikoli.
2. Minkejja l-Artikoli 16(5) u 21(3) tal-Appendiċi I tal-Konvenzjoni, fejn il-kumulazzjoni tinvolvi biss l-Istati tal-EFTA, il-Gżejjer Faroe, l-Unjoni Ewropa, it-Turkija u l-parteċipanti fil-Proċess ta' Stabilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni, il-prova tal-oriġini tista' tkun ċertifikat ta' moviment EUR. 1 jew dikjarazzjoni tal-oriġini.
23.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 304/102 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-22 ta' Ottubru 2014
li tikkoreġi l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/461/UE dwar deroga temporanja mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE, rigward ir-regoli ta' oriġini tal-gambli u gambli kbar, li huma ppreparati u ppreżervati, ġejjin mill-Groenlandja
(2014/736/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta' Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji barranin mal-Unjoni Ewropea (“Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Barranija”) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 16 tal-Anness VI tagħha,
Billi:
(1) |
Fil-verżjonijiet lingwistiċi kollha tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/461/UE (2), tħalliet barra parti min-Numru tal-Ordni indikat fit-tabella fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni għall-oġġetti koperti mid-deroga mid-Deċiżjoni 2013/755/UE. In-Numru tal-Ordni sħiħ għandu jkun 09.0691. |
(2) |
L-operaturi tal-Unjoni ma jisgħux jirrikorru għall-benefiċċju tal-kwota tariffarja mingħajr ma jiddaħħal in-Numru tal-Ordni preċiż fil-Kaxxa 39 tad-Dokument Amminstrattiv Singolu msemmi fl-Artikolu 205(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (3) flimkien mal-kodiċi tat-trattament korrispondenti fil-Kaxxa 36. |
(3) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/461/UE daħlet fis-seħħ fil-15 ta' Lulju 2014 iżda ġiet applikata retroattivament mill-1 ta' Jannar 2014. Din id-Deċiżjoni għandha għalhekk tapplika retroattivament mill-1 ta' Jannar 2014. |
(4) |
Sabiex jiġu evitati konsegwenzi ekonomiċi bla bżonn għall-operaturi, jeħtieġ li jkun żgurat id-dħul fis-seħħ imminenti sabiex l-operaturi tal-Unjoni jkunu jistgħu jirrikorru għall-benefiċċju tal-kwota tariffarja fl-iqsar żmien possibbli. |
(5) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/461/UE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan. |
(6) |
Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fit-tabella fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/461/UE, in-Numru tal-Ordni “09.xxxx” huwa sostitwit bi “09.0691”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2014.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Ottubru 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 344, 19.12.2013, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/461/UE tal-14 ta' Lulju 2014 dwar deroga temporanja mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE, rigward ir-regoli ta' oriġini tal-gambli u gambli kbar, li huma ppreparati u ppreżervati, ġejjin mill-Groenlandja (ĠU L 207, 15.7.2014, p. 20).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).