ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 301

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 57
21 ta' Ottubru 2014


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1102/2014 tal-20 ta' Ottubru 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 204/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1103/2014 tal-20 ta' Ottubru 2014 li jimplimenta l-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) Nru 204/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

3

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1104/2014 tal-20 ta' Ottubru 2014 li jimplimenta l-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) Nru 356/2010 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi, fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Somalja

5

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1105/2014 tal-20 ta' Ottubru 2014 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

7

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2014 tas-16 ta' Ottubru 2014 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-iskampu fiż-żoni VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju

12

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1107/2014 tas-16 ta' Ottubru 2014 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-aringi fl-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żoni Vb, VIb u VIaN minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Franza

14

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1108/2014 tal-20 ta' Ottubru 2014 dwar l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni ta' Clostridium butyricum (FERM BP-2789) bħala addittiv fl-għalf għad-dundjani tas-simna u għad-dundjani mkabbra għat-tgħammir (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Miyarisan Pharmaceutical Co.Ltd. irrapreżentat minn Miyarisan Pharmaceutical Europe S.L.U.) ( 1 )

16

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1109/2014 tal-20 ta' Ottubru 2014 dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni tas-Saccharomyces cerevisiae CBS 493.94 bħala addittiv għall-għalf għall-bhejjem għat-tismin, għar-ruminanti żgħar għat-tismin, għall-baqar tal-ħalib u għar-ruminanti żgħar tal-ħalib u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1288/2004 u (KE) Nru 1811/2005 (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Alltech France) ( 1 )

19

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1110/2014 tal-20 ta' Ottubru 2014 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

22

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1111/2014 tal-20 ta' Ottubru 2014 li jiffissa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni u l-applikazzjonijiet għad-dazji tal-importazzjoni imressqin mill-1 sas-7 ta' Ottubru 2014 u li jistipula l-kwantitajiet li għandhom jiżdiedu mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2015 fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħin bir-Regolament (KE) Nru 616/2007 fis-settur tal-laħam tat-tjur

24

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2014/725/UE

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill tal-14 ta' Ottubru 2014 li tawtorizza lill-Isvezja tapplika rata mnaqqsa ta' taxxa fuq l-elettriku fornut direttament lill-bastimenti rmiġġati f'port skont l-Artikolu 19 tad-Direttiva 2003/96/KE

27

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/726/PESK tal-20 ta' Ottubru 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2012/389/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità Marittima Reġjonali fil-Qarn tal-Afrika (EUCAP NESTOR)

29

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/727/PESK tal-20 ta' Ottubru 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2011/137/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

30

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/728/PESK tal-20 ta' Ottubru 2014 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/638/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Ginea

33

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/729/PESK tal-20 ta' Ottubru 2014 li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/231/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Somalja

34

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/730/PESK tal-20 ta' Ottubru 2014 li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

36

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

21.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 301/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1102/2014

tal-20 ta' Ottubru 2014

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 204/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/137/PESK tat-28 ta' Frar 2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u l-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 204/2011 (2) jimplimenta wħud mill-miżuri stabbiliti fid-Deċiżjoni 2011/137/PESK.

(2)

Fis-27 ta' Awwissu 2014, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni (“UNSCR”) 2174 (2014) li testendi l-applikazzjoni ta' miżuri ta' projbizzjoni tal-ivvjaġġar u l-iffriżar tal-assi kif stabbilit fil-paragrafu 22 tal-UNSCR 1970 (2011) u l-paragrafu 23 tal-UNSCR 1973 (2011) u li temenda t-termini tal-embargo imposti mill-paragrafu 9 tal-UNSCR 1970 (2011), il-paragrafu 13 tal-UNSCR 2009 (2011) u l-paragrafi 9 u 10 tal-UNSCR 2095 (2013).

(3)

Fi-20 ta' Ottubru 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/727/PESK (3) li skont il-UNSCR 2174 (2014).

(4)

Xi wħud minn dawn il-miżuri jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat u għalhekk, b'mod partikolari sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi fl-Istati Membri kollha, huwa neċessarju li jkun hemm azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex dawn jiġu implimentati.

(5)

Ir-Regolament (UE) Nru 204/2011 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 204/2011 huwa b'dan emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 3(2), il-punt (c) huwa sostitwit b'li ġej:

“(c)

l-għoti ta' assistenza teknika, il-finanzjament jew l-għajnuna finanzjarja relatata ma' tagħmir militari mhux letali maħsubin biss għall-għajnuna ta' sigurtà jew ta' diżarm lill-Gvern Libjan;”

;

(2)

Fl-Artikolu 6, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'li ġej:

“1.   L-Anness II jinkludi l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi nnominati mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet skont il-paragrafu 22 tal-UNSCR 1970 (2011), il-paragrafi 19, 22 jew 23 tal-UNSCR 1973 (2011) jew il-paragrafu 4 tal-UNSCR 2174 (2013).”

;

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-20 ta' Ottubru 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 58, 3.3.2011, p. 53.

(2)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 204/2011 tat-2 ta' Marzu 2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (ĠU L 58, 3.3.2011, p. 53).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) Nru 727/2014 tal-20 ta' Ottubru 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2011/137/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (ara l-paġna 30 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).


21.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 301/3


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 1103/2014

tal-20 ta' Ottubru 2014

li jimplimenta l-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) Nru 204/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 204/2011 tat-2 ta' Marzu 2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 16(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-2 ta' Marzu 2011, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 204/2011.

(2)

Fis-27 ta' Ġunju 2014, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 1970 (2011) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Libja aġġorna l-lista ta' individwi u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi.

(3)

L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 204/2011 għandu għalhekk jiġi emendat kif adatt,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 204/2011 għandu jiġi emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-20 ta' Ottubru 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 58, 3.3.2011, p. 1.


ANNESS

L-entrati stipulati fl-Anness II u tar-Regolament (UE) Nru 204/2011 li jikkonċernaw il-persuni elenkati hawn taħt huma sostitwiti bl-entrati li ġejjin:

DORDA, Abu Zayd Umar

Direttur, Organizzazzjoni tas-Sigurtà Esterna. Fidil għar-reġim. Kap tal-aġenzija tal-intelligence esterna.

Status/post preżunt: detenut fil-Libja.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 17.3.2011 (indikazzjoni tal-UE: 28.2.2011).

AL-SENUSSI, Il-Kurunell Abdullah

Titlu: Kurunell

Data tat-twelid: 1949

Post tat-twelid: is-Sudan

Magħruf bħala: Ould Ahmed, Abdoullah

Numru tal-passaport: B0515260

Data tat-twelid: 1948

Post tat-twelid: Anefif (Kidal), Mali

Data tal-ħruġ: l-10 ta' Jannar 2012

Inħareġ fi: Bamako, Mali

Data ta' skadenza: 10 Jan 2017

Magħruf bħala: Ould Ahmed, Abdoullah

Nurmu tal-Karta tal-Identità ta' Mali: 073/SPICRE

Post tat-twelid: Anefif, Mali

Data tal-ħruġ: is-6 ta' Diċembru 2011

Inħarġet fi: Essouck, Mali

Direttur tal-Intelligence Militari. Involviment tal-Intelligence Militari fis-soppressjoni tad-dimostrazzjonijiet. Passat li jinkludi suspett ta' involviment fil-massakru tal-ħabs ta' Abu Selim. Ikkundannat in absentia għall-bumbardament ta' titjira tal-UTA. Ħaten Muammar QADHAFI.

Status/post preżunt: detenut fil-Libja

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 17.3.2011 (indikazzjoni tal-UE: 28.2.2011).


21.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 301/5


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 1104/2014

tal-20 ta' Ottubru 2014

li jimplimenta l-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) Nru 356/2010 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi, fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Somalja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 356/2010 tas-26 ta' April 2010 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi, fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Somalja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-26 ta' April 2010, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 356/2010.

(2)

Fit-23 u l-24 ta' Settembru 2014, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, stabbilit skont ir-Riżoluzzjonijiet 751 (1992) u 1907 (2009) tal-Kunsill tan-Nazzjonijiet Uniti, approva ż-żieda ta' żewġ individwi mal-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi soġġetti għal miżuri restrittivi.

(3)

L-Aness I għar-Regolament (UE) Nru 356/2010 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 356/2010 huwa b'dan emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-20 ta' Ottubru 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 105, 26.4.2010, p. 1.


ANNESS

I.

L-entrati hawn taħt għandhom jiddaħħlu fil-lista stipulata fl- Anness I għar-Regolament (UE) Nru 356/2010.

LISTA TA' PERSUNI FIŻIĊI U ĠURIDIĊI, ENTITAJIET JEW KORPI MSEMMIJA FL-ARTIKOLI 2 U 8

I.   Persuni

14.

Maalim Salman (magħruf ukoll bħala (a) Mu'alim Salman, (b) Mualem Suleiman, (c) Ameer Salman, (d) Ma'alim Suleiman, (e) Maalim Salman Ali, (f) Maalim Selman Ali, (g) Ma'alim Selman, (h) Ma'alin Sulayman)

Data tat-twelid: bejn wieħed u ieħor fl-1979. Post tat-twelid: Nairobi, il-Kenja. Post: Somalja. Data ta' inklużjoni NU: 23 ta' Settembru 2014.

Maalim Salman intgħażel mill-mexxej ta' al-Shabaab Ahmed Abdi aw-Mohamed magħruf ukoll bħala Godane sabiex ikun il-kap tal-ġellieda barranin Afrikani għal al-Shabaab. Hu ħarreġ ċittadini barranin li kienu qed jippruvaw jissieħbu ma' al-Shabaab bħala ġellieda barranin Afrikani, u kien involut f'operazzjonijiet immirati lejn turisti, stabbilimenti ta' divertiment, u knejjes fl-Afrika.

Minkejja li hu ffukat prinċipalment fuq operazzjonijiet barra s-Somalja, Salman hu magħruf li jirrisjedi fis-Somalja u jħarreġ ġellieda barranin fis-Somalja qabel jassenjahom f'post ieħor. Xi ġellieda barranin ta' al-Shabaab għandhom preżenza fis-Somalja wkoll. Pereżempju, Salman ta l-ordni sabiex ġellieda barranin ta' al-Shabaab imorru fin-nofsinhar tas-Somalja bħala rispons għal offensiva tal-Missjoni tal-Unjoni Afrikana fis-Somalja (AMISOM).

Fost attakki terroristiċi oħra, al-Shabaab kienu reponsabbli mill-attakk fiċ-ċentru kummerċjali ta' Westgate f'Nairobi, il-Kenja f'Settembru 2013, li wassal għall-mewt ta' mill-anqas 67 persuna. Aktar reċentiement, al-Shabaab ħadu r-responsabbiltà tal-attakk tal-31 ta' Awwissu 2014 fuq il-ħabs tal-Aġenzija Nazzjonali ta' Intelligence u Sigurtà f'Mogadixu, bil-qtil ta' tliet gwardji tas-sigurtà u żewġ persuni ċivili, u l-feriment ta' 15 oħra.

15.

Ahmed Diriye (magħruf ukoll bħala (a) Sheikh Ahmed Umar Abu Ubaidah, (b) Sheikh Omar Abu Ubaidaha, (c) Sheikh Ahmed Umar, (d) Sheikh Mahad Omar Abdikarim, (e) Abu Ubaidah, (f) Abu Diriye).

Data tat- twelid: bejn wieħed u ieħor fl-1972. Post tat-twelid: Somalja. Post: is-Somalja. Data ta' inklużjoni NU: 24 ta' Settembru 2014.

Ahmed Diriye ġie maħtur bħala l-emir il-ġdid ta' Al-Shabaab wara l-mewt tal-mexxej preċedenti Ahmed Abdi aw-Mohamed, individwu elenkat mill-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà skont ir-riżoluzzjonijiet 751 (1992) u 1907 (2009). Dan tħabbar pubblikament f'dikjarazzjoni mill-kelliem għal Al-Shabaab, Sheikh Ali Dheere, li ħarġet fis-6 ta' Settembru 2014. Diriye kien membru anzjan ta' Al-Shabaab u bħala l-emir għandu r-responsabbiltà ta' kmand għall-operazzjonijiet ta' Al-Shabaab. Hu ser ikun direttament responsabbli għall-attivitajiet ta' Al-Shabaab li jkomplu jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tas-Somalja. Minn dakinhar Diriye adotta l-isme Għarbi ta' Sheikh Ahmed Umar Abu Ubaidah.


21.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 301/7


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 1105/2014

tal-20 ta' Ottubru 2014

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 tat-18 ta' Jannar 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 442/2011 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 32(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-18 ta' Jannar 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 36/2012.

(2)

Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni, għandhom jinżdiedu 16-il persuna u żewġ entitajiet fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012.

(3)

L-informazzjoni relatata ma' tliet persuni u entità waħda li tinsab fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 għandha wkoll tiġi aġġornata.

(4)

Bis-sentenza tagħha tat-3 ta' Lulju 2014 fil-Kawża T-203/12 (2), Mohamad Nedal Alchaar vs il-Kunsill, il-Qorti Ġenerali annullat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 363/2013 (3) sa fejn dan inkluda lil Dr. Mohammad Nidal Al-Shaar fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi, kif tidher fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012.

(5)

L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-20 ta' Ottubru 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 16, 19.1.2012, p. 1.

(2)  Għadha ma ġietx ippubblikata.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 363/2013 tat-22 ta' April 2013 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 111, 23.4.2013, p. 1).


ANNESS

I.

Il-persuni u l-entitajiet li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-lista ta' persuni, entitajiet jew korpi fiżiċi u ġuridiċi kif stabbilit fl-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012.

A.   Persuni

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

Houmam Jaza'iri

(magħruf ukoll bħala Humam al-Jazaeri)

Data tat-twelid: 1977

Ministru tal-Ekonomija u l-Kummerċ Esteru mis-27.8.2014. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

21.10.2014

2.

Mohamad Amer Mardini

(magħruf ukoll bħala Mohammad Amer Mardini)

Data tat-twelid: 1959.

Post tat-twelid: Damasku

Ministru tal-Edukazzjoni Għolja mis-27.8.2014. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

21.10.2014

3.

Mohamad Ghazi Jalali

(magħruf ukoll bħala Mohammad Ghazi al-Jalali)

Data tat-twelid: 1969

Post tat-twelid: Damasku

Ministru tal-Komunikazzjoni u t-Teknoloġija mis-27.8.2014. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

21.10.2014

4.

Kamal Cheikha

(magħruf ukoll bħala Kamal al-Sheikha)

Data tat-twelid: 1961.

Post tat-twelid: Damasku

Ministru tar-Riżorsi tal-Ilma mis-27.8.2014. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

21.10.2014

5.

Hassan Nouri

(magħruf ukoll bħala Hassan al-Nouri)

Data tat-twelid: 9.2.1960

Ministru tal-Iżvilupp Amministrattiv mis-27.8.2014. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

21.10.2014

6.

Mohammad Walid Ghazal

Data tat-twelid: 1951.

Post tat-twelid: Aleppo.

Ministru tad-Djar u l-Iżvilupp Urban mis-27.8.2014. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

21.10.2014

7.

Khalaf Souleymane Abdallah

(magħruf ukoll bħala Khalaf Sleiman al-Abdullah)

Data tat-twelid: 1960.

Post tat-twelid: Deir Ezzor

Ministru tax-Xogħol mis-27.8.2014. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

21.10.2014

8.

Nizar Wahbeh Yazaji

(magħruf ukoll bħala Nizar Wehbe Yazigi)

Data tat-twelid: 1961

Post tat-twelid: Damasku

Ministru tas-Saħħa mis-27.8.2014. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

21.10.2014

9.

Hassan Safiyeh

(magħruf ukoll bħala Hassan Safiye)

Data tat-twelid: 1949

Post tat-twelid: Latakia

Ministru tal-Kummerċ Intern u l-Protezzjoni tal-Konsumatru mis-27.8.2014. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

21.10.2014

10.

Issam Khalil

Data tat-twelid: 1965

Post tat-twelid: Banias

Ministru tal-Kultura mis-27.8.2014. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

21.10.2014

11.

Mohammad Mouti' Mouayyad

(magħruf ukoll bħala Mohammad Muti'a Moayyad)

Data tat-twelid: 1968

Post tat-twelid: Ariha (Idlib)

Ministru tal-Istat mis-27.8.2014. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

21.10.2014

12.

Ghazwan Kheir Bek

(magħruf ukoll bħala Ghazqan Kheir Bek)

Data tat-twelid: 1961.

Post tat-twelid: Latakia

Ministru tat-Trasport mis-27.8.2014. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

21.10.2014

13.

Ġeneral Maġġur Ghassan Ahmed Ghannan

(magħruf ukoll bħala l-Ġeneral Maġġur Ghassan Ghannan, magħrul ukoll bħala l-Brigadier Ġeneral Ghassan Ahmad Ghanem)

 

Bħala kmandant tal-155 Missile Brigade, huwa qed jappoġġa lir-reġim Sirjan u hu responsabbli għar-repressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili. Hu responsabbli għall-isparar ta' mill-anqas 25 Missila Scud lejn diversi postijiet ċivili bejn Jannar u Marzu 2013. Assoċjat ma' Maher al-Assad.

21.10.2014

14.

Kurunell Mohammed Bilal

(magħruf ukoll bħala Tenent Kurunell Muhammad Bilal)

 

Bħala uffiċjal għoli fis-Servizz tal-Intelligence tal-Forza tal-Ajru tas-Sirja, hu jappoġġa lir-reġim Sirjan u huwa responsabbli għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili. Hu assoċjat ukoll maċ-Ċentru ta' Riċerka tal-Istudji Xjentifiċi (SSRC) elenkat.

21.10.2014

15.

Mohamed Farahat

(magħruf ukoll bħala Muhammad Farahat)

 

Viċi President tal-Finanzi u l-Amministrazzjoni ta' Tri-Ocean Energy, li ġiet elenkata mill-Kunsill peress li tibbenefika minn u tappoġġa lir-reġim Sirjan, għaldaqstant hu assoċjat ma' entità elenkata.

Fid-dawl tal-pożizzjoni għolja tiegħu fi Tri-Ocean Energy, hu responsabbli għall-attivitajiet tal-entità fil-forniment taż-żejt lir-reġim.

21.10.2014

16.

Abdelhamid Khamis Abdullah

(magħruf ukoll bħala Abdulhamid Khamis Abdullah magħruf ukoll bħala Hamid Khamis magħruf ukoll bħala Abdelhamid Khamis Ahmad Adballa)

 

President tal-Overseas Petroleum Trading Company (OPT), li ġiet elenkata mill-Kunsill peress li tibbenefika minn u tappoġġa lir-reġim Sirjan. Hu kkoordina kunsinni ta' żejt lir-reġim Sirjan mal-kumpannija taż-żejt elenkata tal-istat Sirjan Sytrol. Għaldaqstant, qed jibbenefika minn u jipprovdi appoġġ lir-reġim Sirjan.

Fid-dawl tal-pożizzjoni tiegħu bħala l-aktar persuna anzjana fl-entità hu responsabbli għall-attivitajiet tagħha.

21.10.2014

B.   Entitajiet

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

Pangates International Corp Ltd

(magħrufa wkoll bħala Pangates)

PO Box 8177

Sharjah Airport International Free Zone

L-Emirati Għarab Magħquda

Pangates taġixxi bħala intermedjarju fil-forniment taż-żejt lir-reġim Sirjan. Għaldaqstant, hi qed tappoġġa lir-reġim Sirjan u tibbenefika minnu. Hi assoċjata wkoll mal-kumpannija taż-żejt Sirjana elenkata Sytrol.

21.10.2014

2.

Abdulkarim Group

(magħrufa ukoll bħala Al Karim for Trade and Industry/Al Karim Group)

5797 Damasku

Sirja

Kumpannija prinċipali ta' Pangates li għandha kontroll operattiv fuqha. Bħala tali, tipprovdi appoġġ lil u qed tibbenefika mir-reġim Sirjan. Hi assoċjata wkoll mal-kumpannija taż-żejt Sirjana elenkata Sytrol.

21.10.2014

II.

L-entrati dwar il-persuni u l-entitajiet elenkati hawn taħt, kif stabbiliti fl-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012, huma ssostitwiti mill-entrati li ġejjin.

A.   Persuni

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

6.

Muhammad (Image) Dib (Image) Zaytun (Image)

(a.k.a. Mohammed Dib Zeitoun)

Data tat-twelid: 20 ta' Mejju 1951;

Post tat-twelid: Damasku;

Passaport diplomatiku Nru D000001300

Kap tad-Direttorat tas-Sigurtà Ġenerali; involut fil-vjolenza kontra d-dimostranti.

21.10.2014

33.

Ayman (Image) Jabir (Image)

(a.k.a. Jaber)

Post tat-twelid: Latakia

Soċju ta' Mahir al-Assad għall-milizzja ta' Shabiha. Involut direttament fir-repressjoni u l-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili u fil-koordinazzjoni tal-gruppi tal-milizzja ta' Shabiha. Jipprovdi wkoll appoġġ finanzjarju lir-reġim.

21.10.2014

50.

Tarif (Image) Akhras (Image,Image)

(a.k.a. Al Akhras)

Data tat-twelid: 2 ta' Ġunju 1951;

Post tat-twelid: Homs, Sirja;

Passaport Sirjan Nru 0000092405

Negozjant prominenti li jibbenefika minn u jappoġġa lir-reġim. Fundatur tal-Akhras Group (prodotti, kummerċ, ipproċessar u loġistika) u ex President tal-Kamra tal-Kummerċ ta' Homs. Relazzjonijiet ta' negozju mill-qrib mal-familja tal-President Al-Assad. Membru tal-Bord tal-Federazzjoni tal-Kamra tal-Kummerċ Sirjana. Ipprovda appoġġ loġistiku għar-reġim (karozzi tal-linja u tank loaders).

21.10.2014

B.   Entitajiet

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

17.

Souruh Company

(magħrufa wkoll bħala SOROH Al Cham Company)

Indirizz: Adra Free Zone Area Damascus — Syria;

Tel: +963-11-5327266;

Mobile: +963-933-526812;

+963-932-878282;

Fax:+963-11-5316396

Email: sorohco@gmail.com

Website: http://sites.google.com/site/sorohco

Il-maġġoranza tal-azzjonijiet tal-kumpannija jappartjenu direttament jew indirettament lil Rami Makhlouf.

21.10.2014


21.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 301/12


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1106/2014

tas-16 ta' Ottubru 2014

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-iskampu fiż-żoni VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 43/2014 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2014.

(2)

Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata tagħhom għall-2014.

(3)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd għall-2014 allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Ottubru 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 43/2014 tal-20 ta' Jannar 2014 li jiffissa għall-2014 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 24, 28.1.2014, p. 1).


ANNESS

Nru

51/TQ43

L-Istat Membru

Il-Belġju

L-istokk

NEP/8ABDE.

L-ispeċi

Skampu (Nephrops norvegicus)

Iż-żona

VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe

Id-data tal-għeluq

13.9.2014


21.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 301/14


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1107/2014

tas-16 ta' Ottubru 2014

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-aringi fl-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żoni Vb, VIb u VIaN minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Franza

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kwoti għall-2014 huma stabbiliti bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 43/2014 (2).

(2)

Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2014.

(3)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd għall-2014 allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Ottubru 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 43/2014 tal-20 ta' Jannar 2014 li jiffissa għall-2014 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 24, 28.1.2014, p. 1).


ANNESS

Nru

56/TQ43

Stat Membru

Franza

Stokk

HER/5B6ANB

Speċi

Aringa (Clupea harengus)

Żona

L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni Vb, VIb u VIaN

Data tal-għeluq

22.9.2014


21.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 301/16


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1108/2014

tal-20 ta' Ottubru 2014

dwar l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni ta' Clostridium butyricum (FERM BP-2789) bħala addittiv fl-għalf għad-dundjani tas-simna u għad-dundjani mkabbra għat-tgħammir (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Miyarisan Pharmaceutical Co.Ltd. irrapreżentat minn Miyarisan Pharmaceutical Europe S.L.U.)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni.

(2)

Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ġiet ippreżentata applikazzjoni għal użu ġdid ta' preparazzjoni ta' Clostridium butyricum (FERM BP-2789). L-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, u mid-dejta rilevanti biex tappoġġja t-talbiet tagħha.

(3)

L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta' Clostridium butyricum (FERM BP-2789) bħala addittiv fl-għalf għad-dundjani tas-simna u d-dundjani mkabbra għat-tgħammir, biex tiġi kklassifikata fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”.

(4)

L-użu tal-preparazzjoni tal-Clostridium butyricum (FERM BP-2789), li tagħmel parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”, kien awtorizzat għal għaxar snin bħala addittiv fl-għalf għall-użu fuq tiġieġ tas-simna bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 903/2009 (2) u għal speċijiet ta' tjur minuri (ħlief għasafar li jbidu) u għall-qżieqeż miftuma u speċijiet minuri ta' porċini (miftuma) bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 373/2011 (3).

(5)

Fl-opinjoni tagħha tal-4 ta' Marzu 2014 (4), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu, il-preparazzjoni ta' Clostridium butyricum (FERM BP-2789) ma għandhiex effett avvers fuq saħħet l-annimali, saħħet il-bniedem u l-ambjent. Hija kkonkludiet ukoll li l-addittiv għandu l-potenzjal li jtejjeb il-prestazzjoni fid-dundjani tas-simna u li din il-konklużjoni tista' tiġi estiża għal dundjani mkabbra għat-tgħammir. L-Awtorità tqis li ma hemmx bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għall-monitoraġġ wara l-kummerċjalizzazzjoni. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu tal-analiżi tal-addittivi tal-għalf fl-għalf li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta' Referenza mwaqqaf bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(6)

Il-valutazzjoni tal-preparazzjoni ta' Clostridium butyricum (FERM BP-2789) turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, l-użu ta' din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(7)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “stabbilizzanti għall-batterja tal-musrana”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Ottubru 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 903/2009 tat-28 ta' Settembru 2009 dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta' Clostridium butyricum FERM-P 2789 bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ għat-tismin (detentur tal-awtorizzazzjoni Miyarisan Pharmaceutical Co. Ltd, irrappreżentat minn Mitsui & Co. Deutschland GmbH) (ĠU L 256, 29.9.2009, p. 26).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 373/2011 tal-15 ta' April 2011 dwar l-awtorizzazzjoni tat-tħejjija ta' Clostridium butyricum FERM-BP 2789 bħala addittiv għall-għalf għal speċi tat-tjur minuri ħlief għasafar li jbidu, ħnienes miftuma u speċi tal-porċini (miftuma) u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 903/2009 (detentur tal-awtorizzazzjoni Miyarisan Pharmaceutical Co. Ltd., irrappreżentat minn Miyarisan Pharmaceutical Europe S.L.U.) ĠU L 102, 16.4.2011, p. 10.

(4)  EFSA Journal 2013; 11(1):3040.


ANNESS

Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Età massima

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni

CFU/kg tal-oġġett tal-għalf komplet b'kontenut ta' umdità ta' 12 %

Kategorija tal-addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: stabilizzanti tal-batterja tal-musrana

4b1830

Miyarisan Pharmaceutical Co.Ltd. irrapreżentata minn Miyarisan Pharmaceutical Europe S.L.U.

Clostridium butyricum

FERM BP-2789

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni ta' Clostridium butyricum FERM BP-2789 li fiha minimu ta' addittiv f'forma solida ta' 5 × 108 CFU/g.

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

Spori vijabbli ta' Clostridium butyricum FERM BP-2789.

Metodu analitiku  (1)

Enumerazzjoni: metodu tat-tferrigħ ibbażat fuq l-istandard ISO 15213.

Identifikazzjoni: metodu ta' elettroforeżi bil-ġell f'kamp pulsat (PFGE).

Dundjani tas-simna

Dundjani mrobbija għat-tgħammir

1.25 × 108

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlita lesta minn qabel, indika l-kundizzjonijiet tal-ħażna u l-istabbiltà għat-tgerbib.

2.

Permess l-użu f'għalf li fih (għall-kategorija tal-annimali) il-koċċidjostati awtorizzati: monensina-sodika, robenidina, maduramiċina-ammonju, lażaloċid-sodju, jew diklażuril.

3.

Għas-sikurezza: waqt l-immaniġġar għandhom jintużaw tagħmir għall-protezzjoni tal-imnifsejn u nuċċali tas-sikurezza.

l-10 ta' Novembru 2024


(1)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi huma disponibbli fuq is-sit li ġej tal-Laboratorju ta' Referenza tal-Unjoni Ewropea għall-Addittivi fl-Għalf: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx


21.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 301/19


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1109/2014

tal-20 ta' Ottubru 2014

dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni tas-Saccharomyces cerevisiae CBS 493.94 bħala addittiv għall-għalf għall-bhejjem għat-tismin, għar-ruminanti żgħar għat-tismin, għall-baqar tal-ħalib u għar-ruminanti żgħar tal-ħalib u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1288/2004 u (KE) Nru 1811/2005 (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Alltech France)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fin-nutriment tal-annimali u l-bażi u l-proċeduri biex tingħata din l-awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10 ta' dan ir-Regolament jipprevedi l-valutazzjoni mill-ġdid ta' addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2).

(2)

Il-preparazzjoni tas-Saccharomyces cerevisiae CBS 493.94 f'konformità mad-Direttiva 70/524/KEE ġiet awtorizzata mingħajr limitu ta' żmien bħala addittiv tal-għalf għall-għoġġiela u l-baqar għat-tismin bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1288/2004 (3) u għall-baqar tal-ħalib bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1811/2005 (4). Din il-preparazzjoni ġiet sussegwentement imdaħħla fir-Reġistru tal-addittivi tal-għalf bħala prodott eżistenti, skont l-Artikolu 10(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Din il-preparazzjoni kienet awtorizzata għal perjodu ta' għaxar snin għaż-żwiemel bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 886/2009 (5).

(3)

Skont l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 u flimkien mal-Artikolu 7 ta' dan l-istess Regolament, ġiet ippreżentata applikazzjoni għall-valutazzjoni mill-ġdid tas-Saccharomyces cerevisiae CBS 493.94 bħala addittiv għall-għalf għall-bhejjem għat-tismin, għar-ruminanti żgħar imrobbija għat-tismin, għall-baqar tal-ħalib u għar-ruminanti żgħar tal-ħalib, bit-talba li l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-“addittivi żootekniċi”. Flimkien ma' dik l-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(4)

Fl-opinjoni tagħha tat-8 ta' April 2014 (6), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu, il-preparazzjoni tas-Saccharomyces cerevisiae CBS 493.94 ma għandhiex effett avvers fuq saħħet l-annimali, saħħet il-bniedem jew l-ambjent. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-użu tal-preparazzjoni għandu l-potenzjal li jżid il-produzzjoni tal-ħalib tal-baqar tal-ħalib u li l-effikaċja tagħha tista' tiġi estrapolata għar-ruminanti żgħar tal-ħalib. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-użu tal-preparazzjoni għandu l-potenzjal li jtejjeb il-produzzjoni tal-bhejjem imrobbija għat-tismin u li din l-effikaċja tista' tiġi estrapolata għar-ruminanti żgħar imrobbija għat-tismin. L-Awtorità tqis li ma hemmx bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għall-monitoraġġ wara l-kummerċjalizzazzjoni. L-Awtorità vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu tal-analiżi tal-addittivi tal-għalf fl-għalf li jkun ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta' Referenza mwaqqaf bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Il-valutazzjoni tal-preparazzjoni tas-Saccharomyces cerevisiae CBS 493.94 turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stabbiliti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ġew issodisfati. Għaldaqstant, l-użu ta' din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(6)

Ir-Regolamenti (KE) Nru 1288/2004 u (KE) Nru 1811/2005 għandhom għalhekk jiġu emendati kif meħtieġ.

(7)

Billi r-raġunijiet dwar is-sikurezza ma jeħtiġux applikazzjoni immedjata tal-emendi tal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni, jixraq li jkun permess perjodu tranżitorju biex il-partijiet interessati jħejju lilhom infushom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni.

(8)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Awtorizzazzjoni

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “stabbilizzanti għall-batterja li tinsab fil-musrana”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali suġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 1288/2004

Titħassar l-entrata E 1704 Saccharomyces cerevisiae CBS 493.94 li tirreferi għall-baqar għat-tismin mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1288/2004.

Artikolu 3

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 1811/2005

Titħassar l-entrata E 1704 Saccharomyces cerevisiae CBS 493.94 mill-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1811/2005.

Artikolu 4

Miżuri tranżitorji

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness u l-għalf li jkun fih din il-preparazzjoni, li huma prodotti u ttikkettati qabel l-10 ta' Mejju 2015 skont ir-regoli applikabbli qabel l-10 ta' Novembru 2014 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Ottubru 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta' Novembru 1970 li tirrigwarda addittivi f'għalf għall-bhejjem (ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1288/2004 tal-14 ta' Lulju 2004 dwar l-awtorizazzjoni permanenti ta' ċerti addittivi u l-awtorizzazzjoni proviżorja ta' użu ġdid ta' addittiv diġà awtorizzat fl-ikel tal-annimali (ĠU L 243, 15.7.2004, p. 10).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1811/2005 tal-4 ta' Novembru 2005 dwar l-awtorizzazzjonijiet proviżorji u permanenti ta' ċerti addittivi fl-għalf u l-awtorizzazzjoni provviżorja għal użu ġdid ta' addittiv li diġà huwa awtorizzat fl-għalf (ĠU L 291, 5.11.2005, p. 12).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 886/2009 tal-25 ta' Settembru 2009 dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni tas-Saccharomyces cerevisiae CBS 493.94 bħala addittiv fl-għalf għaż-żwiemel (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Alltech France) (ĠU L 254, 26.9.2009, p. 66).

(6)  EFSA Journal 2014; 12(5):3666.


ANNESS

Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni

CFU/kg tal-oġġett tal-għalf komplet b'kontenut ta' meraq ta' 12 %

Kategorija tal-addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: stabilizzaturi tal-flora tal-imsaren

4a1704

ALLTECH

France

Saccharomyces cerevisiae

CBS 493.94

Kompożizzjoni tal-addittiv:

Preparazzjoni ta' Saccharomyces cerevisiae CBS 493.94 li fiha minimu ta'

addittiv f'forma solida ta' 1 × 109 CFU/g

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

Saccharomyces cerevisiae CBS 493.94.

Metodu analitiku  (1)

Enumerazzjoni: il-metodu pour plate bl-użu ta' agar magħmul minn glukożju, estratt tal-ħmira u kloramfenikol

Metodu tar-reazzjoni katina tal-polymerase (PCR)

Baqar tal-ħalib u ruminanti żgħar tal-ħalib.

1 × 107

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlita lesta minn qabel, indika l-kundizzjonijiet tal-ħażna u l-istabbiltà għat-tgerbib.

2.

Għas-sikurezza: matul l-immaniġġar irid jitħares it-teħid tan-nifs

l-10 ta' Novembru 2024

Baqar għat-tismin u ruminanti żgħar tat-tismin.

1 × 108


(1)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi huma disponibbli fis-sit li ġej tal-Laboratorju ta' Referenza tal-Unjoni Ewropea għall-Addittivi fl-Għalf: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports


21.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 301/22


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1110/2014

tal-20 ta' Ottubru 2014

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Ottubru 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

57,3

MA

115,8

MK

55,7

XS

78,2

ZZ

76,8

0707 00 05

AL

28,7

TR

165,1

ZZ

96,9

0709 93 10

TR

133,7

ZZ

133,7

0805 50 10

AR

105,8

CL

106,8

TR

107,0

UY

48,6

ZA

96,2

ZZ

92,9

0806 10 10

BR

219,0

PE

323,0

TR

148,4

ZZ

230,1

0808 10 80

BA

34,8

BR

52,6

CL

82,9

CN

117,9

NZ

155,8

US

192,1

ZA

157,5

ZZ

113,4

0808 30 90

CN

75,7

TR

112,1

ZZ

93,9


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


21.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 301/24


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1111/2014

tal-20 ta' Ottubru 2014

li jiffissa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni u l-applikazzjonijiet għad-dazji tal-importazzjoni imressqin mill-1 sas-7 ta' Ottubru 2014 u li jistipula l-kwantitajiet li għandhom jiżdiedu mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2015 fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħin bir-Regolament (KE) Nru 616/2007 fis-settur tal-laħam tat-tjur

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 188 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 616/2007 (2) fetaħ kwoti tariffarji annwali għall-importazzjoni ta' prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur li joriġinaw mill-Brażil, mit-Tajlandja u minn pajjiżi terzi oħrajn.

(2)

Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-1 sas-7 ta' Ottubru 2014 għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2015 huma iktar mill-kwantitajiet disponibbli għal ċerti kwoti. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi stabbilit sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet mitluba, ikkalkulat skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (3).

(3)

Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-1 sas-7 ta' Ottubru 2014 għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2015 huma iktar mill-kwantitajiet disponibbli għal ċerti kwoti. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi stabbilit sa liema punt jistgħu jiġu allokati d-dazji tal-importazzjoni, billi jiġi ffissat il-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantijiet mitluba, ikkalkulat skont l-Artikolu 6(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006, flimkien mal-Artikolu 7(2) tiegħu.

(4)

Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni u mill-applikazzjonijiet għad-dazji tal-importazzjoni imressqin mill-1 sas-7 ta' Ottubru 2014 għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2015 huma inqas mill-kwantitajiet disponibbli għal ċerti kwoti. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu stabbiliti l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet, u li dawn jiżdiedu mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu tal-kwota li jmiss.

(5)

Sabiex tiġi żgurata l-ġestjoni effiċjenti tal-miżura, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqin skont ir-Regolament (KE) Nru 616/2007 għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2015 għandhom jiġu mmultiplikati bil-koeffiċjent tal-allokazzjoni mogħti fil-parti A tal-Anness ta' dan ir-Regolament.

2.   Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 616/2007 u li għandhom jiżdiedu mas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2015 huma mogħtija fil-parti A tal-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

1.   Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għad-dazji tal-importazzjoni mressqin skont ir-Regolament (KE) Nru 616/2007 għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2015 għandhom jiġu mmultiplikati bil-koeffiċjent tal-allokazzjoni mogħti fil-parti B tal-Anness ta' dan ir-Regolament.

2.   Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet għad-dazji tal-importazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 616/2007 u li għandhom jiżdiedu mas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2015 huma mogħtija fil-parti B tal-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Ottubru 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 616/2007 tal-4 ta' Ġunju 2007 dwar il-ftuħ u l-mod ta' ġestjoni tal-kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur tal-laħam tat-tjur li joriġina mill-Brażil, it-Tajlandja u pajjiżi terzi oħra (ĠU L 142, 5.6.2007, p. 3).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b'sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13).


ANNESS

PARTI A

Numru tal-grupp

Numru tal-ordni

Koeffiċjent tal-allokazzjoni — applikazzjonijiet imressqin għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2015

Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2015

 

 

(%)

(f'kg)

1

09.4211

0,401123

2

09.4212

1,311645

4 A

09.4214

09.4251

09.4252

11,793242

0,716093

7 247 253

6 A

09.4216

09.4260

0,452286

1,059327

7

09.4217

37 034 400

8

09.4218

9 276 800

PARTI B

Numru tal-grupp

Numru tal-ordni

Koeffiċjent tal-allokazzjoni — applikazzjonijiet imressqin għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2015

Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2015

 

 

(%)

(f'kg)

5 A

09.4215

09.4254

09.4255

09.4256

0,60308

4,241146

4,464306

4 745 003


DEĊIŻJONIJIET

21.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 301/27


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL

tal-14 ta' Ottubru 2014

li tawtorizza lill-Isvezja tapplika rata mnaqqsa ta' taxxa fuq l-elettriku fornut direttament lill-bastimenti rmiġġati f'port skont l-Artikolu 19 tad-Direttiva 2003/96/KE

(2014/725/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta' Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta' enerġija u elettriku (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/384/UE (2) tawtorizza lill-Isvezja tapplika rata mnaqqsa ta' taxxa fuq l-elettriku fornut direttament lill-bastimenti rmiġġati f'port (“elettriku mix-xatt”) skont l-Artikolu 19 tad-Direttiva 2003/96/KE sal-25 ta' Ġunju 2014.

(2)

Permezz tal-ittra tat-13 ta' Diċembru 2013, l-Isvezja talbet awtorizzazzjoni biex tkompli tapplika rata mnaqqsa ta' taxxa fuq l-elettriku mix-xatt skont l-Artikolu 19 tad-Direttiva 2003/96/KE.

(3)

Permezz tat-tnaqqis fit-taxxa li bi ħsiebha tapplika, l-Isvezja għandha l-għan li tkompli tħeġġeġ użu usa' ta' elettriku mix-xatt bħala mezz inqas dannuż għall-ambjent sabiex il-bastimenti jissoddisfaw il-bżonnijiet tagħhom ta' elettriku filwaqt li jkunu rmiġġati fil-portijiet meta mqabbel mal-ħruq ta' karburant tal-bastimenti abbord.

(4)

Sakemm l-użu tal-elettriku mix-xatt jevita l-emissjonijiet ta' tniġġis tal-arja assoċjati mal-ħruq ta' fjuwils tal-bunker abbord il-bastimenti rmiġġati, dan jikkontribwixxi għal titjib tal-kwalità tal-arja lokali fl-ibliet portwali. Taħt il-kundizzjonijiet speċifiċi tal-istruttura tal-ġenerazzjoni tal-elettriku fir-reġjun konċernat, jiġifieri s-suq tal-elettriku Nordiku inkluż l-Isvezja, id-Danimarka, il-Finlandja u n-Norveġja, l-użu tal-elettriku mill-grid tax-xatt minflok l-elettriku iġġenerat permezz tal-ħruq ta' karburant tal-bastimenti abbord il-bastimenti huwa mistenni wkoll li jnaqqas l-emissjonijiet CO2. Il-miżura għalhekk hija mistennija tikkontribwixxi għall-objettivi tal-politiki ambjentali, tas-saħħa u tal-klima tal-Unjoni.

(5)

Il-permess li l-Isvezja titħalla tapplika rata mnaqqsa ta' taxxa fuq l-elettriku mix-xatt ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jiżdied l-użu tal-elettriku mix-xatt, minħabba li l-ġenerazzjoni abbord se tibqa' l-alternattiva l-iktar kompetittiva fil-biċċa l-kbira tal-każijiet. Għall-istess raġuni, u minħabba li bħalissal-penetrazzjoni tat-teknoloġija fis-suq hija relattivament baxxa, il-miżura x'aktarx li ma twassalx għal distorsjonijiet sinifikanti fil-kompetizzjoni matul iż-żmien li fih tiġi applikata għalhekk mhux se jkollha effett negattiv fuq il-funzjonament xieraq tas-suq intern.

(6)

Mill-Artikolu 19(2) tad-Direttiva 2003/96/KE joħroġ li kull awtorizzazzjoni mogħtija skont dik id-dispożizzjoni jrid ikollha żmien strettament limitat. Minħabba l-ħtieġa li l-perjodu jkun twil biżżejjed biex jippermetti l-evalwazzjoni tajba tal-miżura, iżda wkoll il-ħtieġa li ma jiġux imminati żviluppi futuri tal-qafas legali eżistenti, huwa xieraq li l-awtorizzazzjoni mitluba tingħata għal perjodu ta' sitt snin.

(7)

Sabiex tingħata ċertezza legali lill-operaturi tal-portijiet u l-bastimenti u sabiex tiġi evitata żieda potenzjali fil-piż amministrattiv għad-distributuri u r-ridistributuri tal-elettriku li tista' tirriżulta minn bidliet fir-rata tat-taxxa tas-sisa fuq l-elettriku mix-xatt, għandu jiġi żgurat li l-Isvezja tista' tapplika t-tnaqqis tat-taxxa speċifiku eżistenti li din id-Deċiżjoni hija marbuta miegħu mingħajr interruzzjoni. L-awtorizzazzjoni mitluba għandha għalhekk tingħata b'effett mis-26 ta' Ġunju 2014, sabiex l-arranġamenti preċedenti skont id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/384/UE ikomplu mingħajr interruzzjoni.

(8)

Din id-Deċiżjoni ma għandiex tibqa' tapplika mid-data li fiha r-regoli ġenerali dwar il-vantaġġi tat-taxxa għall-elettriku mix-xatt isiru applikabbli permezz ta' att leġislattiv futur tal-Unjoni

(9)

Din id-Deċiżjoni hija bla ħsara għall-applikazzjoni tar-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Isvezja hija b'dan awtorizzata tapplika rata mnaqqsa ta' taxxa fuq l-elettriku fornut direttament lil bastimenti rmiġġati fil-portijiet (“elettriku mix-xatt”), ħlief għal opri ta' użu privat rekreattiv, sakemm il-livelli minimi ta' tassazzjoni skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2003/96/KE jkunu rrispettati.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mis-26 ta' Ġunju 2014 sal-25 ta' Ġunju 2020.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Isvezja.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-14 ta' Ottubru 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

P. C. PADOAN


(1)  ĠU L 283, 31.10.2003, p. 51.

(2)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/384/UE tal-20 ta' Ġunju 2011 li tawtorizza lill-Isvezja tapplika rata mnaqqsa ta' taxxa fuq l-elettriku għall-elettriku pprovdut direttament lill-vapuri rmiġġati f'port (“elettriku mill-art”) skont l-Artikolu 19 tad-Direttiva 2003/96/KE (ĠU L 170, 30.6.2011, p. 36).


21.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 301/29


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/726/PESK

tal-20 ta' Ottubru 2014

li temenda d-Deċiżjoni 2012/389/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità Marittima Reġjonali fil-Qarn tal-Afrika (EUCAP NESTOR)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-22 ta' Lulju 2014 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/485/PESK (1) li temenda d-Deċiżjoni 2012/389/PESK (2) u li testendi l-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità Marittima Reġjonali fil-Qarn tal-Afrika (EUCAP NESTOR) sat-12 ta' Diċembru 2016.

(2)

Id-Deċiżjoni 2012/389/PESK għandha tiġi emendata biex jiġi estiż il-perijodu kopert mill-ammont ta' referenza finanzjarja sal-15 ta' Ottubru 2015,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 13(1) tad-Deċiżjoni 2012/389/PESK hija sostitwita kif ġej:

“1.   L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub sabiex ikopri n-nefqa relatata mal-EUCAP NESTOR għall-ewwel perijodu mis-16 ta' Lulju 2012 sal-15 ta' Novembru 2013 għandu jkun ta' EUR 22 880 000.

L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUCAP NESTOR għall-perijodu mis-16 ta' Novembru 2013 sal-15 ta' Ottubru 2014 għandu jkun ta' EUR 11 950 000.

L-ammont ta' referenza finanzjarja intiż biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUCAP NESTOR għall-perijodu mis-16 ta' Ottubru 2014 sal-15 ta' Ottubru 2015 għandu jkun ta' EUR 17 900 000.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Għandha tapplika mis-16 ta' Ottubru 2014.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-20 ta' Ottubru 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/485/PESK tat-22 ta' Lulju 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2012/389/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità Marittima Reġjonali fil-Qarn tal-Afrika (EUCAP NESTOR) (ĠU L 217, 23.7.2014, p. 39).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/389/PESK tas-16 ta' Lulju 2012 dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità Marittima Reġjonali fil-Qarn tal-Afrika (EUCAP NESTOR) (ĠU L 187, 17.7.2012, p. 40).


21.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 301/30


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/727/PESK

tal-20 ta' Ottubru 2014

li temenda d-Deċiżjoni 2011/137/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-28 ta' Frar 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/137/PESK (1).

(2)

Fis-27 ta' Ġunju 2014, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 1970 (2011) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (“UNSCR”) dwar il-Libja aġġorna l-lista ta' individwi u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi. Il-listi li jinsabu fl-Annessi I u III tad-Deċiżjoni 2011/137/PESK għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

(3)

Fis-27 ta' Awwissu 2014, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta l-UNSCR 2174 (2014), li testendi l-applikazzjoni ta' miżuri ta' projbizzjoni għall-ivvjaġġar u ffriżar tal-assi kif stabbilit fil-paragrafu 22 tal-UNSCR 1970 (2011) u l-paragrafu 23 tal-UNSCR 1973 (2011).

(4)

Barra minn hekk, il-UNSCR 2174 (2014) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti temenda l-kamp ta' applikazzjoni tal-embargo fuq l-armi impost bil-paragrafu 9 tal-UNSCR 1970 (2011) u l-paragrafi 9 u 10 tal-UNSCR 2095 (2013). Huwa għalhekk meħtieġ li tiġi emendata d-Deċiżjoni 2011/137/PESK sabiex jiġi iktar ċċarat l-ambitu tal-kamp ta' applikazzjoni tal-embargo fuq l-armi.

(5)

Id-Deċiżjoni 2011/137/PESK għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(6)

Tinħtieġ azzjoni ulterjuri mill-Unjoni sabiex jiġu implimentati xi wħud minn dawn l-emendi,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2011/137/PESK hija b'dan emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 2 huwa sostitwit bit-test li ġej:

“Artikolu 2

1.   L-Artikolu 1 ma għandux japplika għal:

(a)

il-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment ta' tagħmir militari mhux letali, jew ta' tagħmir li jista' jintuża għar-repressjoni interna, maħsub biss għal użu umanitarju jew protettiv;

(b)

il-forniment ta' assistenza teknika, taħriġ jew assistenza oħra, inkluż il-persunal, relatat ma' tali tagħmir;

(c)

il-forniment ta' assistenza finanzjarja relatata ma' tali tagħmir.

2.   L-Artikolu 1 ma għandux japplika għal:

(a)

il-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment ta' armi u materjal relatat;

(b)

il-forniment ta' assistenza teknika, taħriġ jew assistenza oħra, inkluż il-persunal, relatat ma' tali tagħmir;

(c)

il-forniment ta' assistenza finanzjarja relatata ma' tali tagħmir,

kif approvat minn qabel mill-Kumitat stabbilit skont il-paragrafu 24 tal-UNSCR 1970 (2011) (‘il-Kumitat’).

3.   L-Artikolu 1 ma għandux japplika għall-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment ta' armi ħfief, armi ta' kalibru żgħir u materjal relatat, esportati temporanjament lejn il-Libja għall-użu esklussiv tal-persunal tan-Nazzjonijiet Uniti (NU), rappreżentanti tal-midja u ħaddiema umanitarji u ta' għajnuna għall-iżvilupp u persunal assoċjat, notifikati lill-Kumitat bil-quddiem u fin-nuqqas ta' deċiżjoni negattiva mill-Kumitat fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol minn tali notifika.

4.   L-Artikolu 1 ma għandux japplika għall-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment ta' tagħmir militari mhux letali maħsub biss għall-assistenza ta' sigurtà jew ta' diżarm lill-Gvern Libjan, kif ukoll il-forniment ta' assistenza teknika relatata, taħriġ jew assistenza finanzjarja.

5.   L-Artikolu 1 ma għandux japplika għall-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment ta' lbies protettiv, inklużi ġkieket tal-flak u elmi militari, esportati temporanjament lejn il-Libja minn persunal tan-NU, persunal tal-Unjoni jew tal-Istati Membri tagħha, rappreżentanti tal-mezzi tal-informazzjoni u ħaddiema umanitarji u dawk għall-iżvilupp u persunal assoċjat għall-użu personali tagħhom biss.

6.   L-Artikolu 1 ma għandux japplika għall-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment ta' tagħmir militari mhux letali maħsub biss għal użu umanitarju jew protettiv, u assistenza teknika jew taħriġ relatati.”

;

(2)

Fl-Artikolu 5(1), punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(a)

persuni elenkati fl-Anness I tal-UNSCR 1970 (2011), u persuni addizzjonali indikati mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat f'konformità mal-paragrafu 22 tal-UNSCR 1970 (2011), il-paragrafu 23 tal-UNSCR 1973 (2011), u l-paragrafu 4 tal-UNSCR 2174 (2014), kif elenkati fl-Anness I ta' din id-Deċiżjoni.”

(3)

Fl-Artikolu 6(1), punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(a)

persuni u entitajiet elenkati fl-Anness II tal-UNSCR 1970 (2011), u persuni u entitajiet addizzjonali indikati mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat f'konformità mal-paragrafu 22 tal-UNSCR 1970 (2011), il-paragrafi 19 u 23 tal-UNSCR 1973 (2011), u l-paragrafu 4 tal-UNSCR 2174 (2014), kif elenkati fl-Anness III ta' din id-Deċiżjoni.”

.

Artikolu 2

L-Annessi I u III tad-Deċiżjoni 2011/137/PESK għandhom jiġu emendati kif stipulat fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-20 ta' Ottubru 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  Deċiżjoni 2011/137/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (ĠU L 58, 3.3.2011, p. 53).


ANNESS

L-entrati stipulati fl-Annessi I u III tad-Deċiżjoni 2011/137/PESK li jikkonċernaw il-persuni elenkati hawn taħt huma sostitwiti bl-entrati li ġejjin:

 

DORDA, Abu Zayd Umar

Direttur, Organizzazzjoni tas-Sigurtà Esterna. Fidil għar-reġim. Kap tal-aġenzija tal-intelligence esterna.

Status/post preżunt: detenut fil-Libja.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 17.3.2011 (indikazzjoni tal-UE: 28.2.2011).

 

AL-SENUSSI, Il-Kurunell Abdullah

Titlu: Kurunell

Data tat-twelid: 1949

Post tat-twelid: is-Sudan

Magħruf bħala: Ould Ahmed, Abdoullah

Numru tal-passaport: B0515260

Data tat-twelid: 1948

Post tat-twelid: Anefif (Kidal), Mali

Data tal-ħruġ: l-10 ta' Jannar 2012

Inħareġ fi: Bamako, Mali

Data ta' skadenza: 10 Jan 2017

Magħruf bħala: Ould Ahmed, Abdoullah

Nurmu tal-Karta tal-Identità ta' Mali: 073/SPICRE

Post tat-twelid: Anefif, Mali

Data tal-ħruġ: is-6 ta' Diċembru 2011

Inħarġet fi: Essouck, Mali

Direttur tal-Intelligence Militari. Involviment tal-Intelligence Militari fis-soppressjoni tad-dimostrazzjonijiet. Passat li jinkludi suspett ta' involviment fil-massakru tal-ħabs ta' Abu Selim. Ikkundannat in absentia għall-bumbardament ta' titjira tal-UTA. Ħaten Muammar QADHAFI.

Status/post preżunt: detenut fil-Libja

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 17.3.2011 (indikazzjoni tal-UE: 28.2.2011).


21.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 301/33


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/728/PESK

tal-20 ta' Ottubru 2014

li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/638/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Ginea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-25 ta' Ottubru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/638/PESK (1).

(2)

Abbażi ta' rieżami tad-Deċiżjoni 2010/638/PESK, il-miżuri restrittivi għandhom jiġu estiżi sas-27 ta' Ottubru 2015.

(3)

Id-Deċiżjoni 2010/638/PESK għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2010/638/PESK hija emendata kif ġej:

 

Fl-Artikolu 8, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sas-27 ta' Ottubru 2015. Hija għandha tinżamm taħt rieżami kostanti. Hija għandha tiġġedded jew tiġi emendata, skont kif meħtieġ, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-20 ta' Ottubru 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/638/PESK tal-25 ta’ Ottubru 2010 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Ginea (ĠU L 280, 26.10.2010, p. 10).


21.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 301/34


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2014/729/PESK

tal-20 ta' Ottubru 2014

li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/231/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Somalja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/231/PESK tas-26 ta' April 2010 dwar miżuri restrittivi kontra s-Somalja u li tirrevoka l-Pożizzjoni Komuni 2009/138/PESK (1), b'mod partikolari l-Artikoli 7 u 8 tagħha,

Billi:

(1)

Fis-26 ta' April 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/231/PESK.

(2)

Fit-23 u l-24 ta' Settembru 2014, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti stabbilit skont ir-Riżoluzzjonijiet 751 (1992) u 1907 (2009) tal-Kunsill tan-Nazzjonijiet Uniti, approva ż-żieda ta' żewġ individwi mal-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi.

(3)

L-Anness għad-Deċiżjoni 2010/231/PESK għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I għad-Deċiżjoni 2010/231/PESK għandu jiġi emendat b'dan kif jidher fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-20 ta' Ottubru 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 105, 27.4.2010, p. 17.


ANNESS

I.

L-entrati hawn taħt għandhom jiddaħħlu fil-lista stipulata fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2010/231/PESK.

LISTA TA' PERSUNI U ENTITAJIET IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2

I.   Persuni

14.

Maalim Salman (magħruf ukoll bħala (a) Mu'alim Salman, (b) Mualem Suleiman, (c) Ameer Salman, (d) Ma'alim Suleiman, (e) Maalim Salman Ali, (f) Maalim Selman Ali, (g) Ma'alim Selman, (h) Ma'alin Sulayman)

Data tat-twelid: bejn wieħed u ieħor fl-1979. Post tat-twelid: Nairobi, il-Kenja. Post: Somalja. Data ta' inklużjoni NU: 23 ta' Settembru 2014.

Maalim Salman intgħażel mill-mexxej ta' al-Shabaab Ahmed Abdi aw-Mohamed magħruf ukoll bħala Godane sabiex ikun il-kap tal-ġellieda barranin Afrikani għal al-Shabaab. Hu ħarreġ ċittadini barranin li kienu qed jippruvaw jissieħbu ma' al-Shabaab bħala ġellieda barranin Afrikani, u kien involut f'operazzjonijiet immirati lejn turisti, stabbilimenti ta' divertiment, u knejjes fl-Afrika.

Minkejja li hu ffukat prinċipalment fuq operazzjonijiet barra s-Somalja, Salman hu magħruf li jirrisjedi fis-Somalja u jħarreġ ġellieda barranin fis-Somalja qabel jassenjahom f'post ieħor. Xi ġellieda barranin ta' al-Shabaab għandhom preżenza fis-Somalja wkoll. Pereżempju, Salman ta l-ordni sabiex ġellieda barranin ta' al-Shabaab imorru fin-nofsinhar tas-Somalja bħala rispons għal offensiva tal-Missjoni tal-Unjoni Afrikana fis-Somalja (AMISOM).

Fost attakki terroristiċi oħra, al-Shabaab kienu reponsabbli mill-attakk fiċ-ċentru kummerċjali ta' Westgate f'Nairobi, il-Kenja f'Settembru 2013, li wassal għall-mewt ta' mill-anqas 67 persuna. Aktar reċenti, al-Shabaab ħadu r-responsabbiltà tal-attakk tal-31 ta' Awwissu 2014 fuq il-ħabs tal-Aġenzija Nazzjonali ta' Intelligence u Sigurtà f'Mogadixu, bil-qtil ta' tliet gwardji tas-sigurtà u żewġ persuni ċivili, u l-feriment ta' 15 oħra.

15.

Ahmed Diriye (magħruf ukoll bħala (a) Sheikh Ahmed Umar Abu Ubaidah, (b) Sheikh Omar Abu Ubaidaha, (c) Sheikh Ahmed Umar, (d) Sheikh Mahad Omar Abdikarim, (e) Abu Ubaidah, (f) Abu Diriye.

Data tat-twelid: bejn wieħed u ieħor fl-1972. Post tat-twelid: Somalja. Post: is-Somalja. Data ta' inklużjoni NU: 24 ta' Settembru 2014.

Ahmed Diriye ġie maħtur bħala l-emir il-ġdid ta' Al-Shabaab wara l-mewt tal-mexxej preċedenti Ahmed Abdi aw-Mohamed, individwu elenkat mill-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà skont ir-riżoluzzjonijiet 751 (1992) u 1907 (2009). Dan tħabbar pubblikament f'dikjarazzjoni mill-kelliem għal Al-Shabaab, Sheikh Ali Dheere, li ħarġet fis-6 ta' Settembru 2014. Diriye kien membru anzjan ta' Al-Shabaab u bħala l-emir għandu r-responsabbiltà ta' kmand għall-operazzjonijiet ta' Al-Shabaab. Hu ser ikun direttament responsabbli għall-attivitajiet ta' Al-Shabaab li jkomplu jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tas-Somalja. Minn dakinhar Diriye adotta l-isme Għarbi ta' Sheikh Ahmed Umar Abu Ubaidah.


21.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 301/36


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2014/730/PESK

tal-20 ta' Ottubru 2014

li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu.

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK tal-31 ta' Mejju 2013 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 30(1) tagħha,

Billi:

(1)

Fil-31 ta' Mejju 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK.

(2)

Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni, 16-il persuna u żewġ entitajiet għandhom jinżdiedu mal-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK.

(3)

L-informazzjoni relatata ma' tliet persuni u entità waħda li tinsab fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK għandha wkoll tiġi aġġornata.

(4)

B'segwitu għas-sentenza tat-3 ta' Lulju 2014 tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-203/12 (2), Mohamad Nedal Alchaar vs il-Kunsill, Dr. Mohammad Nidal Al-Shaar għandu jitneħħa mil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK.

(5)

L-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK huwa emendat kif jidher fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-20 ta' Ottubru 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 147, 1.6.2013, p. 14.

(2)  Għadha ma ġietx ippubblikata.


ANNESS

I.

Il-persuni u l-entitajiet li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-lista ta' persuni, entitajiet jew korpi fiżiċi u ġuridiċi kif stabbilit fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK.

A.   Persuni

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

Houmam Jaza'iri

(magħruf ukoll bħala Humam al-Jazaeri)

Data tat-twelid: 1977

Ministru tal-Ekonomija u l-Kummerċ Esteru mis-27.8.2014. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

21.10.2014

2.

Mohamad Amer Mardini

(magħruf ukoll bħala Mohammad Amer Mardini)

Data tat-twelid: 1959.

Post tat-twelid: Damasku

Ministru tal-Edukazzjoni Għolja mis-27.8.2014. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

21.10.2014

3.

Mohamad Ghazi Jalali

(magħruf ukoll bħala Mohammad Ghazi al-Jalali)

Data tat-twelid: 1969

Post tat-twelid: Damasku

Ministru tal-Komunikazzjoni u t-Teknoloġija mis-27.8.2014. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

21.10.2014

4.

Kamal Cheikha

(magħruf ukoll bħala Kamal al-Sheikha)

Data tat-twelid: 1961.

Post tat-twelid: Damasku

Ministru tar-Riżorsi tal-Ilma mis-27.8.2014. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

21.10.2014

5.

Hassan Nouri

(magħruf ukoll bħala Hassan al-Nouri)

Data tat-twelid: 9.2.1960

Ministru tal-Iżvilupp Amministrattiv mis-27.8.2014. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

21.10.2014

6.

Mohammad Walid Ghazal

Data tat-twelid: 1951.

Post tat-twelid: Aleppo.

Ministru tad-Djar u l-Iżvilupp Urban mis-27.8.2014. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

21.10.2014

7.

Khalaf Souleymane Abdallah

(magħruf ukoll bħala Khalaf Sleiman al-Abdullah)

Data tat-twelid: 1960.

Post tat-twelid: Deir Ezzor

Ministru tax-Xogħol mis-27.08.2014. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

21.10.2014

8.

Nizar Wahbeh Yazaji

(magħruf ukoll bħala Nizar Wehbe Yazigi)

Data tat-twelid: 1961

Post tat-twelid: Damasku

Ministru tas-Saħħa mis-27.8.2014. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

21.10.2014

9.

Hassan Safiyeh

(magħruf ukoll bħala Hassan Safiye)

Data tat-twelid: 1949

Post tat-twelid: Latakia

Ministru tal-Kummerċ Intern u l-Protezzjoni tal-Konsumatru mis-27.8.2014. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

21.10.2014

10.

Issam Khalil

Data tat-twelid: 1965

Post tat-twelid: Banias

Ministru tal-Kultura mis-27.8.2014. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

21.10.2014

11.

Mohammad Mouti' Mouayyad

(magħruf ukoll bħala Mohammad Muti'a Moayyad)

Data tat-twelid: 1968

Post tat-twelid: Ariha (Idlib)

Ministru tal-Istat mis-27.8.2014. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

21.10.2014

12.

Ghazwan Kheir Bek

(magħruf ukoll bħala Ghazqan Kheir Bek)

Data tat-twelid: 1961.

Post tat-twelid: Latakia

Ministru tat-Trasport mis-27.8.2014. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

21.10.2014

13.

Ġeneral Maġġur Ghassan Ahmed Ghannan

(magħruf ukoll bħala l-Ġeneral Maġġur Ghassan Ghannan, magħrul ukoll bħala l-Brigadier Ġeneral Ghassan Ahmad Ghanem)

 

Bħala kmandant tal-155 Missile Brigade, huwa qed jappoġġa lir-reġim Sirjan u hu responsabbli għar-repressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili. Hu responsabbli għall-isparar ta' mill-anqas 25 Missila Scud lejn diversi postijiet ċivili bejn Jannar u Marzu 2013. Assoċjat ma' Maher al-Assad.

21.10.2014

14.

Kurunell Mohammed Bilal

(magħruf ukoll bħala Tenent Kurunell Muhammad Bilal)

 

Bħala uffiċjal għoli fis-Servizz tal-Intelligence tal-Forza tal-Ajru tas-Sirja, hu jappoġġa lir-reġim Sirjan u huwa responsabbli għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili. Hu assoċjat ukoll maċ-Ċentru ta' Riċerka tal-Istudji Xjentifiċi (SSRC) elenkat.

21.10.2014

15.

Mohamed Faraha

(magħruf ukoll bħala Muhammad Farahat)

 

Viċi President tal-Finanzi u l-Amministrazzjoni ta' Tri-Ocean Energy, li ġiet elenkata mill-Kunsill peress li tibbenefika minn u tappoġġa lir-reġim Sirjan, għaldaqstant hu assoċjat ma' entità elenkata.

Fid-dawl tal-pożizzjoni għolja tiegħu fi Tri-Ocean Energy, hu responsabbli għall-attivitajiet tal-entità fil-forniment taż-żejt lir-reġim.

21.10.2014

16.

Abdelhamid Khamis Abdullah

(magħruf ukoll bħala Abdulhamid Khamis Abdullah

magħruf ukoll bħala Hamid Khamis

magħruf ukoll bħala Abdelhamid Khamis Ahmad Adballa)

 

President tal-Overseas Petroleum Trading Company (OPT), li ġiet elenkata mill-Kunsill peress li tibbenefika minn u tappoġġa lir-reġim Sirjan. Hu kkoordina kunsinni ta' żejt lir-reġim Sirjan mal-kumpannija taż-żejt elenkata tal-istat Sirjan Sytrol. Għaldaqstant, qed jibbenefika minn u jipprovdi appoġġ lir-reġim Sirjan.

Fid-dawl tal-pożizzjoni tiegħu bħala l-aktar persuna anzjana fl-entità hu responsabbli għall-attivitajiet tagħha.

21.10.2014

B.   Entitajiet

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

Pangates International Corp Ltd

(magħrufa wkoll bħala Pangates)

PO Box 8177

Sharjah Airport International Free Zone

L-Emirati Għarab Magħquda

Pangates taġixxi bħala intermedjarju fil-forniment taż-żejt lir-reġim Sirjan. Għaldaqstant, hi qed tappoġġa lir-reġim Sirjan u tibbenefika minnu. Hi assoċjata wkoll mal-kumpannija taż-żejt Sirjana elenkata Sytrol.

21.10.2014

2.

Abdulkarim Group

(magħrufa ukoll bħala Al Karim for Trade and Industry/Al Karim Group)

5797 Damasku

Sirja

Kumpannija prinċipali ta' Pangates li għandha kontroll operattiv fuqha. Bħala tali, tipprovdi appoġġ lil u qed tibbenefika mir-reġim Sirjan. Hi assoċjata wkoll mal-kumpannija taż-żejt Sirjana elenkata Sytrol.

21.10.2014

II.

L-entrati dwar il-persuni elenkati hawn taħt, kif stabbiliti fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK, huma ssostitwiti mill-entrati li ġejjin.

A.   Persuni

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

6.

Muhammad (Image) Dib (Image) Zaytun (Image)

(magħruf ukoll bħala Mohammed Dib Zeitoun)

Data tat-twelid: 20 ta' Mejju 1951;

Post tat-twelid: Damasku;

Passaport diplomatiku Nru D000001300

Kap tad-Direttorat tas-Sigurtà Ġenerali; involut fil-vjolenza kontra d-dimostranti.

21.10.2014

33.

Ayman (Image) Jabir (Image)

(magħruf ukoll bħala Jaber)

Post tat-twelid: Latakia

Soċju ta' Mahir al-Assad għall-milizzja ta' Shabiha. Involut direttament fir-repressjoni u l-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili u fil-koordinazzjoni tal-gruppi tal-milizzja ta' Shabiha. Jipprovdi wkoll appoġġ finanzjarju lir-reġim.

21.10.2014

50.

Tarif (Image) Akhras (Image,Image)

(magħruf ukoll bħala Al Akhras)

Data tat-twelid: 2 ta' Ġunju 1951;

Post tat-twelid: Homs, Sirja;

Passaport Sirjan Nru 0000092405

Negozjant prominenti li jibbenefika minn u jappoġġa lir-reġim. Fundatur tal-Akhras Group (prodotti, kummerċ, ipproċessar u loġistika) u ex President tal-Kamra tal-Kummerċ ta' Homs. Relazzjonijiet ta' negozju mill-qrib mal-familja tal-President Al-Assad. Membru tal-Bord tal-Federazzjoni tal-Kamra tal-Kummerċ Sirjana. Ipprovda appoġġ loġistiku għar-reġim (karozzi tal-linja u tank loaders).

21.10.2014

B.   Entitajiet

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

17.

Souruh Company

(magħrufa wkoll bħala SOROH Al Cham Company)

Indirizz: Adra Free Zone Area Damascus — Syria;

Tel: +963-11-5327266;

Mobile: +963-933-526812;

+963-932-878282;

Fax:+963-11-5316396

Email: sorohco@gmail.com

Website: http://sites.google.com/site/sorohco

Il-maġġoranza tal-azzjonijiet tal-kumpannija jappartjenu direttament jew indirettament lil Rami Makhlouf.

21.10.2014

III.

Il-persuna elenkata hawn taħt tneħħiet mil-lista stabbilita fit-Taqsima A tal-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK.

118.

Dr. Mohammad (

Image

) (magħruf ukoll bħala Mohamed, Muhammad, Mohammed) Nidal (

Image

) Al-Shaar (

Image

) (magħruf ukoll bħala Al-Chaar, Al-Sha'ar, Al-Cha'ar).