|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 299 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 57 |
|
|
|
Rettifika |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
17.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 299/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1086/2014
tal-14 ta' Ottubru 2014
li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-petrika fiż-żoni VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 43/2014 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2014. |
|
(2) |
Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata tagħhom għall-2014. |
|
(3) |
Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd għall-2014 allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Ottubru 2014.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Lowri EVANS
Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(2) Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 43/2014 tal-20 ta' Jannar 2014 li jiffissa għall-2014 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 24, 28.1.2014, p. 1).
ANNESS
|
Nru |
49/TQ43 |
|
L-Istat Membru |
Il-Belġju |
|
L-Istokk |
ANF/8ABDE. |
|
L-Ispeċi |
Petrika (Lophiidae) |
|
Iż-Żona |
VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe |
|
Id-data tal-għeluq |
13.9.2014 |
|
17.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 299/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1087/2014
tal-14 ta' Ottubru 2014
li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għar-rebekkini u r-raj fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIa u IV minn bastimenti li jtajru l-bandiera tad-Danimarka
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-kwoti għall-2014 huma stabbiliti bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 43/2014 (2). |
|
(2) |
Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2014. |
|
(3) |
Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd għall-2014 allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Ottubru 2014.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Lowri EVANS
Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 43/2014 tal-20 ta' Jannar 2014 li jiffissa għall-2014 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 24, 28.1.2014, p. 1).
ANNESS
|
Nru |
55/TQ43 |
|
Stat Membru |
Id-Danimarka |
|
Stokk |
SRX/2AC4-C |
|
Speċi |
Rebekkini u raj (Rajiformes) |
|
Żona |
L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIa u IV |
|
Data tal-għeluq |
21.9.2014 |
|
17.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 299/5 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1088/2014
tal-14 ta' Ottubru 2014
li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-megrim fiż-żoni VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 43/2014 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2014. |
|
(2) |
Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata tagħhom għall-2014. |
|
(3) |
Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd għall-2014 allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Ottubru 2014.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Lowri EVANS
Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(2) Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 43/2014 tal-20 ta' Jannar 2014 li jiffissa għall-2014 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 24, 28.1.2014, p. 1).
ANNESS
|
Nru |
50/TQ43 |
|
L-Istat Membru |
Il-Belġju |
|
L-istokk |
LEZ/8ABDE. |
|
L-ispeċi |
Megrim (Lepidorhombus spp.) |
|
Iż-żona |
VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe |
|
Id-data tal-għeluq |
13.9.2014 |
|
17.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 299/7 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1089/2014
tas-16 ta' Ottubru 2014
li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 367/2014 li jiffissal-bilanċ nett disponibbli għan-nefqa tal-FAEG
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 16(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 367/2014 (2) jistabbilixxi l-bilanċ nett disponibbli għan-nefqa tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG), kif ukoll l-ammonti disponibbli għas-snin baġitarji 2014 sal-2020 għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) skont l-Artikoli 10c(2), 136 u 136b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (3) u l-Artikolu 66(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). |
|
(2) |
B'konformità mal-Artikolu 136a(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u mal-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, sal-31 ta' Diċembru 2013, Franza, il-Latvja u r-Renju Unit kienu nnotifikaw lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħhom li jittrasferixxu ċertu perċentwal mil-limiti massimi nazzjonali annwali tagħhom għas-snin kalendarji bejn l-2014 u l-2019 għall-ipprogrammar tal-iżvilupp rurali ffinanzjat mill-FAEŻR kif speċifikat fir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). Il-limiti nazzjonali rilevanti ġew addattati permezz tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 994/2014 (6). |
|
(3) |
Bi qbil mal-Artikolu 136a(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u l-Artikolu 14(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, sal-31 ta' Diċembru 2013, il-Kroazja, Malta, il-Polonja u s-Slovakkja kienu nnotifikaw lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħhom li jittrasferixxu għal pagamenti diretti ċertu perċentwal mill-ammont allokat għall-appoġġ ta' miżuri fi ħdan l-ipprogrammar tal-iżvilupp rurali ffinanzjat mill-FAEŻR fil-perjodu bejn l-2015 u l-2020 kif speċifikat fir-Regolament (UE) Nru 1305/2013. Il-limiti massimi nazzjonali rilevanti ġew addattati permezz tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 994/2014. |
|
(4) |
Bi qbil mal-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 (7), se jiġu aġġustati skont l-aġġustament tekniku previst fl-Artikolu 6(1) ta' dak ir-Regolament, is-sottolimitu massimu għall-infiq b'rabta mas-suq u l-pagamenti diretti tal-qafas finanzjarju pluriennwali stabbilit fl-Anness I ta' dak ir-Regolament, wara li jsiru t-trasferimenti bejn il-FAEŻR u l-pagamenti diretti. |
|
(5) |
Għaldaqstant, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 367/2014 għandu jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 367/2014 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 1 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 1 Il-bilanċ nett disponibbli għan-nefqa tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG), kif ukoll l-ammonti disponibbli għas-snin tal-baġit 2014 sal-2020 għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) skont l-Artikoli 10c(2), 136, 136a u 136b tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u l-Artikoli 14 u 66(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, huma stabbiliti fl-Anness ta' dan ir-Regolament.” |
|
(2) |
L-Anness huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Ottubru 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 367/2014 tal-10 ta' April 2014 li jiffissal-bilanċ nett disponibbli għan-nefqa tal-FAEG (ĠU L 108, 11.4.2014, p. 13).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta' Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608).
(5) Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487).
(6) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 994/2014 tat-13 ta' Mejju 2014 li jemenda l- Annessi VIII u VIIIc tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009, l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Annessi II, III u VI tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 280, 24.9.2014, p. 1).
(7) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).
ANNESS
“ANNESS
|
(EUR miljun — prezzijiet attwali) |
|||||||
|
Sena baġitarja |
L-ammonti disponibbli għall-FAEŻR |
L-ammonti ttrasferiti mill-FAEŻR |
Il-bilanċ nett disponibbli għan-nefqa tal-FAEG |
||||
|
L-Artikolu 10b tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 |
L-Artikolu 136 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 |
L-Artikolu 136b tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 |
L-Artikolu 66, tar-Regolament Nru 1307/2013 |
L-Artikolu 136a(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1307/2013 |
L-Artikolu 136a(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u l-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 1307/2013 |
||
|
2014 |
296,3 |
51,6 |
|
4,0 |
|
|
43 778,1 |
|
2015 |
|
|
51,600 |
4,000 |
621,999 |
499,384 |
44 189,785 |
|
2016 |
|
|
|
4,000 |
648,733 |
498,894 |
44 474,161 |
|
2017 |
|
|
|
4,000 |
650,434 |
498,389 |
44 706,955 |
|
2018 |
|
|
|
4,000 |
652,110 |
497,873 |
44 730,763 |
|
2019 |
|
|
|
4,000 |
654,405 |
497,320 |
44 754,915 |
|
2020 |
|
|
|
4,000 |
656,699 |
496,647 |
44 776,948 ” |
|
17.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 299/10 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1090/2014
tas-16 ta' Ottubru 2014
li japprova l-permetrina bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tipi 8 u 18
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u partikolarment it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 89(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 (2) jistabbilixxi lista ta' sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati bil-ħsieb li possibbilment jiġu inklużi fl-Anness I, IA jew IB tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Dik il-lista tinkludi l-permetrina. |
|
(2) |
Il-permetrina ġiet evalwata f'konformità mal-Artikolu 90(2) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 għall-użu fi prodotti bijoċidali tat-tip ta' prodott 8, preservattivi tal-injam, u t-tip ta' prodott 18, insettiċidi, akariċidi u prodotti biex jikkontrollaw artropodi oħrajn, kif definit fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
|
(3) |
L-Irlanda ġiet magħżula bħala l-Awtorità Kompetenti tal-evalwazzjoni u ssottomettiet ir-rapporti ta' valutazzjoni, flimkien mar-rakkomandazzjonijiet tagħha, lill-Kummissjoni fis-7 ta' Diċembru 2010 f'konformità mal-paragrafi 4 u 6 tal-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007. |
|
(4) |
L-opinjoni tal-Aġenżija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi ġiet ifformulata fit-8 ta' April 2014 mill-Kumitat tal-Prodotti Bijoċidali, fid-dawl tal-konklużjonijiet tal-Awtorità Kompetenti tal-evalwazzjoni. |
|
(5) |
Skont dawk l-opinjonijiet, prodotti bijoċidali użati għall-prodotti tat-tip 8 u 18 u li fihom il-permetrina huma mistennija li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill bil-kundizzjoni li jiġu ssodisfati ċerti speċifikazzjonijiet u kundizzjonijiet marbuta mal-użu tagħhom. |
|
(6) |
Għalhekk jixraq li l-użu tal-permetrina fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 8 u 18 jiġi approvat soġġett għall-konformità ma' ċerti speċifikazzjonijiet u kundizzjonijiet. |
|
(7) |
Billi l-evalwazzjonijiet ma indirizzawx in-nanomaterjali, l-approvazzjonijiet ma għandhomx ikopru tali materjali skont l-Artikolu 4(4) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
|
(8) |
Għandu jitħalla jgħaddi perjodu ta' żmien raġonevoli qabel ma sustanza attiva tiġi approvata, sabiex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jippreparaw lilhom infushom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw. |
|
(9) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-permetrina għandha tiġi approvata bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 8 u 18, soġġett għall-ispeċifikazzjonijiet u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Ottubru 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 tal-4 ta' Diċembru 2007 dwar it-tieni fażi tal-programm ta' ħidma ta' 10 snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward it-tqegħid fis-suq ta' prodotti bijoċidali (ĠU L 325, 11.12.2007, p. 3).
(3) Id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 1998 dwar it-tqegћid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1).
ANNESS
|
Isem Komuni |
Isem tal-IUPAC Numri tal-Identifikazzjoni |
Grad minimu ta' purità tas-sustanza attiva (1) |
Data tal-approvazzjoni |
Data tal-iskadenza tal-approvazzjoni |
Tip ta' prodott |
Kundizzjonijiet speċifiċi (2) |
||||||||
|
Permetrina |
Isem tal-IUPAC: 3-fenossibenżil (1RS,3RS;1RS,3SR)-3-(2,2-diklorovinil)-2,2-dimetilċiklopropankarbossilat Nru tal-KE: 258-067-9 Nru tal-CAS: 52645-53-1 Il-proporzjon cis:trans huwa 25:75. |
930 g/kg |
L-1 ta' Mejju 2016 |
It-30 ta' April 2026 |
8 |
Il-valutazzjoni tal-prodott għandha tagħti attenzjoni partikolari għall-esponimenti, ir-riskji u l-effikaċja marbuta ma' kwalunkwe użu kopert minn applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, iżda mhux indirizzat fil-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tal-Unjoni tas-sustanza attiva. Għall-prodotti bijoċidali l-awtorizzazzjonijiet huma soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
Għall-oġġetti ttrattati, japplikaw il-kundizzjonijiet li ġejjin: Fejn oġġett ittrattat ikun ġie ttrattat bil-permetrina jew ikun jinkorporaha intenzjonalment, u fejn ikun meħtieġ minħabba l-possibbiltà ta' kuntatt mal-ġilda kif ukoll tar-rilaxx tal-permetrina f'kundizzjonijiet normali tal-użu, il-persuna responsabbli għat-tqegħid tal-oġġett fis-suq għandha tiżgura li t-tikketta tagħti tagħrif dwar ir-riskju ta' sensitizzazzjoni tal-ġilda, kif ukoll it-tagħrif imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 58(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
||||||||
|
18 |
Il-valutazzjoni tal-prodott għandha tagħti attenzjoni partikolari għall-esponimenti, ir-riskji u l-effikaċja marbuta ma' kwalunkwe użu kopert minn applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, iżda mhux indirizzat fil-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tal-Unjoni tas-sustanza attiva. Għall-prodotti bijoċidali l-awtorizzazzjonijiet huma soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
Għall-oġġetti ttrattati, japplikaw il-kundizzjonijiet li ġejjin: Fejn oġġett ittrattat ikun ġie ttrattat bil-permetrina jew ikun jinkorporaha intenzjonalment, u fejn ikun meħtieġ minħabba l-possibbiltà ta' kuntatt mal-ġilda kif ukoll tar-rilaxx tal-permetrina f'kundizzjonijiet normali tal-użu, il-persuna responsabbli għat-tqegħid tal-oġġett fis-suq għandha tiżgura li t-tikketta tagħti tagħrif dwar ir-riskju ta' sensitizzazzjoni tal-ġilda, kif ukoll it-tagħrif imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 58(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
(1) Il-purità indikata f'din il-kolonna kienet il-grad minimu ta' purità tas-sustanza attiva użat għall-evalwazzjoni li saret f'konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. Is-sustanza attiva fil-prodott imqiegħed fis-suq jista' jkollha l-istess purità jew purità differenti jekk ikun ġie ppruvat li hija teknikament ekwivalenti għas-sustanza attiva evalwata.
(2) Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji komuni tal-Anness VI tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, il-kontenut u l-konklużjonijiet tar-rapporti tal-valutazzjoni jinsabu fuq is-sit tal-Kummissjoni: http://ec.europa.eu/environment/chemicals/biocides/index_en.htm
|
17.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 299/15 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1091/2014
tas-16 ta' Ottubru 2014
li japprova t-tralopiril bħala sustanza attiva ġdida għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 21
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 90(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fis-17 ta' Lulju 2007, ir-Renju Unit irċieva applikazzjoni, skont l-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), għall-inklużjoni tas-sustanza attiva tralopiril fl-Anness I tagħha għall-użu fi prodotti tat-tip 21, prodotti għall-użu kontra t-tkabbir tal-ħaxix tal-baħar mal-karini, kif definiti fl-Anness V ta' dik id-Direttiva. |
|
(2) |
Fl-14 ta' Mejju 2000, it-tralopiril ma kinitx fis-suq bħala sustanza attiva ta' prodott bijoċidali. |
|
(3) |
Ir-Renju Unit ressaq ir-rapport ta' valutazzjoni, flimkien mar-rakkomandazzjonijiet relevanti, lill-Kummissjoni fl-1 ta' Settembru 2009 skont l-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 98/8/KE. |
|
(4) |
L-opinjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi ġiet ifformulata fit-8 ta' April 2014 mill-Kumitat dwar il-Prodotti Bijoċidali, fid-dawl tal-konklużjonijiet tal-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni. |
|
(5) |
Skont dik l-opinjoni jidher li l-prodotti bijoċidali użati għall-prodott tat-tip 21, u li fihom it-tralopiril jistgħu jiġu mistennija li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/8/KE, sakemm jiġu ssodisfati ċerti speċifikazzjonijiet u kundizzjonijiet b'rabta mal-użu tagħhom. |
|
(6) |
Għaldaqstant, huwa xieraq li l-użu tat-tralopiril fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 21 jiġi approvat soġġett għall-konformità ma' dawn l-ispeċifikazzjonijiet u l-kundizzjonijiet. |
|
(7) |
Billi l-evalwazzjonijiet ma indirizzawx in-nanomaterjali, l-approvazzjonijiet ma għandhomx ikopru tali materjali skont l-Artikolu 4(4) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
|
(8) |
Għandu jitħalla jgħaddi perjodu ta' żmien raġonevoli qabel sustanza attiva tkun approvata, sabiex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jippreparaw ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw. |
|
(9) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
It-tralopiril għandha tiġi approvata bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodott tat-tip 21, soġġett għall-ispeċifikazzjonijiet u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Ottubru 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.
(2) Id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 1998 dwar it-tqegћid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1).
ANNESS
|
Isem Komuni |
Isem tal-IUPAC Numri tal-Identifikazzjoni |
Grad minimu ta' purità tas-sustanza attiva (1) |
Data tal-approvazzjoni |
Data tal-iskadenza tal-approvazzjoni |
Tip ta' prodott |
Kundizzjonijiet speċifiċi (2) |
||||||||
|
Tralopiril |
Isem tal-IUPAC: 4-bromo-2-(4-klorofenil)-5-(trifluworometil)-1H-pirrol-3-karbonitrile Nru tal-KE: Mhux applikabbli Nru tal-CAS: 122454-29-9 |
975 g/kg |
fl-1 ta' April 2015. |
fil-31 ta' Marzu 2025. |
21 |
Il-valutazzjoni tal-prodott għandha tagħti attenzjoni partikolari lill-esponimenti, ir-riskji u l-effikaċja marbuta ma' kwalunkwe użu kopert minn applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, iżda mhux indirizzat fil-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tal-Unjoni tas-sustanza attiva. F'każ li l-prodotti li fihom it-tralopiril huma sussegwentement awtorizzati għall-użu fi prodotti għall-użu kontra t-tkabbir tal-ħaxix tal-baħar mal-karini mhux professjonali, persuni li jagħmlu prodotti li fihom tralopiril disponibbli fis-suq għal utenti mhux professjonali għandhom jiżguraw li l-prodotti jkollhom magħhom ingwanti adattati. L-awtorizzazzjonijiet huma soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) Il-purità indikata f'din il-kolonna kienet il-grad minimu ta' purità tas-sustanza attiva użata għall-evalwazzjoni li saret skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. Is-sustanza attiva fil-prodott imqiegħed fis-suq jista' jkollha l-istess purità jew purità differenti jekk ikun ġie ppruvat li hija teknikament ekwivalenti għas-sustanza attiva evalwata.
(2) Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji komuni tal-Anness VI tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, il-kontenut u l-konklużjonijiet tar-rapporti tal-valutazzjoni jinsabu fis-sit tal-Kummissjoni: http://ec.europa.eu/environment/chemicals/biocides/index_en.htm
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-istabbiliment ta' limiti ta' residwi ta' sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 u li jemenda d-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 152, 16.6.2009, p. 11).
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1).
|
17.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 299/19 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1092/2014
tas-16 ta' Ottubru 2014
li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu ta' dolċifikanti f'ċerti pejsts tal-frott jew tal-ħaxix
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni tal-addittivi tal-ikel approvati għall-użu fl-ikel u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom. |
|
(2) |
Il-lista tal-Unjoni tal-addittivi tal-ikel tista' tiġi aġġornata skont il-proċedura komuni li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jew fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew wara li ssir applikazzjoni. |
|
(3) |
Fl-24 ta' April 2014 ġiet ippreżentata talba għall-awtorizzazzjoni tal-użu ta' dolċifikanti fil-prodotti kollha li jidħlu fis-sottokategorija 04.2.5.3 tal-ikel: “pejsts tal-frott jew tal-ħaxix oħra simili” tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008. Din is-sottokategorija tinkludi l-pejsts tal-frott jew tal-ħaxix simili għall-ġamm, għall-ġeli (ġelatini) u għall-marmellati kif iddefinit mid-Direttiva tal-Kunsill 2001/113/KE (3). Sussegwentement l-applikazzjoni saret disponibbli għall-Istati Membri skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008. |
|
(4) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/113/KE tiddeskrivi u tiddefinixxi l-ġamm, il-ġelatini u l-marmellati. Il-pejsts tal-frott jew tal-ħaxix, simili għall-ġamm, il-ġeli u l-marmellati, li jaqgħu fis-sottokategorija tal-ikel 04.2.5.3, jista' jkun fihom ingredjenti oħrajn apparti dawk elenkati fl-Anness II tad-Direttiva 2001/113/KE (eż. vitamini, minerali u taħwir). |
|
(5) |
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jawtorizza l-użu ta' dolċifikanti Aspartam (E 951), Neotam (E 961) u Melħ tal-aspartam-aċesulfam (E 962) fil-ġamm, fil-ġeli u fil-marmellati b'valuri enerġetiċi mnaqqsa, kif ukoll f'pejsts tal-frott oħra simili bħal pejsts għal fuq il-ħobż abbażi ta' frott imnixxef b'valuri enerġetiċi mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud. |
|
(6) |
Estensjoni tal-użu ta' dawk id-dolċifikanti għall-pejsts tal-frott jew tal-ħaxix simili l-oħra kollha b'valuri enerġetiċi mnaqqsa se tippermetti l-użu tagħhom b'mod simili bħal ma jintużaw fil-ġamm, fil-ġeli u fil-marmellati b'valuri enerġetiċi mnaqqsa. |
|
(7) |
Peress li l-pejsts tal-frott jew tal-ħaxix jintużaw bħala alternattiva għall-ġamm, għall-ġeli u għall-marmellati, l-użu ta' dolċifikanti f'dawn il-pejsts mhux se jwassal għal żieda ta' esponiment tal-konsumatur u għalhekk dan mhuwiex ta' tħassib għas-sikurezza. |
|
(8) |
Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, il-Kummissjoni għandha titlob l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel biex taġġorna l-lista tal-Unjoni ta' addittivi tal-ikel stipulata fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, ħlief meta l-aġġornament inkwistjoni ma jkunx mistenni jħalli effett fuq is-saħħa tal-bniedem. Peress li l-estensjoni tal-użu tal-Aspartam (E 951), in-Neotam (E 961) u l-Melħ ta' aspartam-aċesulfam (E 962) għall-pejsts tal-frott simili l-oħra kollha b'valuri enerġetiċi mnaqqsa, tikkostitwixxi aġġornament ta' dik il-lista li mhuwiex mistenni li jħalli effett fuq is-saħħa tal-bniedem, ma hemmx bżonn tintalab l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel. |
|
(9) |
Għalhekk, l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 għandu jiġi emendat kif xieraq. |
|
(10) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Ottubru 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1).
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/113/KE tal-20 ta' Diċembru 2001 li għandha x'taqsam mal-ġamm tal-frott, il-ġelatini u l-marmellati u mal-purejiet tal-qastan mogħtija l-ħlewwa maħsuba għal konsum mill-bniedem (ĠU L 10, tat-12.1.2002, p. 67).
ANNESS
Fil-Parti E tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 l-annotazzjonijiet fis-sottokategorija tal-ikel 04.2.5.3 “Pejsts tal-frott jew tal-ħaxix oħra simili” għal E 951, E 961 u E 962 huma sostitwiti b'dan li ġej:
|
|
“E 951 |
Aspartam |
1 000 |
|
pejsts tal-frott jew tal-ħaxix b'valuri enerġetiċi mnaqqsa biss u pejsts għall-ħobż abbażi ta' frott imnixxef, b'valuri enerġetiċi mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud |
|
|
E 961 |
Neotam |
32 |
|
pejsts tal-frott jew tal-ħaxix b'valuri enerġetiċi mnaqqsa biss u pejsts għall-ħobż abbażi ta' frott imnixxef, b'valuri enerġetiċi mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud |
|
|
E 962 |
Melħ tal-aspartam-aċesulfam |
1 000 |
(11)b (49) (50) |
pejsts tal-frott jew tal-ħaxix b'valuri enerġetiċi mnaqqsa biss u pejsts għall-ħobż abbażi ta' frott imnixxef, b'valuri enerġetiċi mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud” |
|
17.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 299/22 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1093/2014
tas-16 ta' Ottubru 2014
li jemenda u jikkoreġi l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu ta' ċerti kuluri fil-ġobon misjur imħawwar
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta' addittivi tal-ikel approvati għall-użu fl-ikel, u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom. |
|
(2) |
Il-lista tal-Unjoni tal-addittivi tal-ikel tista' tiġi aġġornata skont il-proċedura komuni li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jew fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew wara li ssir applikazzjoni. |
|
(3) |
Il-lista tal-Unjoni ta' addittivi tal-ikel ġiet stabbilita abbażi tal-addittivi tal-ikel permessi għall-użu fl-ikel skont id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/35/KE (3), id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/36/KE (4) u d-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/2/KE (5) u wara r-reviżjoni tal-konformità tagħhom mal-Artikoli 6, 7 u 8 tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008. Il-lista tal-Unjoni tinkludi l-addittivi tal-ikel abbażi tal-kategoriji tal-ikel li jistgħu jiżdiedu magħhom. |
|
(4) |
Minħabba d-diffikultajiet preżenti matul it-trasferiment tal-addittivi tal-ikel għas-sistema l-ġdida ta' kategorizzazzjoni prevista fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, l-użu ta' kuluri tal-ikel permessi f'ċertu ikel tħalla barra minn dik il-lista, billi f'dak iż-żmien ma kienet ipprovduta ebda informazzjoni dwar l-użu u l-ħtieġa li jintużaw il-kuluri tal-ikel f'ġobon misjur imħawwar, bħall-ġobon bil-pesto aħdar u aħmar, ġobon wasabi u ġobon imraħħam aħdar bil-ħxejjex aromatiċi. |
|
(5) |
Fit-2 ta' April 2013 tressqet talba għall-korrezzjoni tal-lista tal-Unjoni biex l-użu ta' kumplessi tar-ram tal-klorofilli u l-klorofillini (E 141) u estratt tal-paprika, tal-kapsantin, tal-kapsorubin (E 160c) jkompli u għall-awtorizzazzjoni tal-użu tal-koċineal, l-aċidu karminiku, il-karminji (E 120) u l-annatto, il-biksin, u n-norbiksin (E 160b) f'ċertu ġobon misjur bit-togħma miżjuda u saret disponibbli għall-Istati Membri skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008. |
|
(6) |
Il-koċineal, l-aċidu karminiku, il-karminji (E 120) u l-annatto, il-biksin, u n-norbiksin (E 160b) bħalissa huma approvati għall-użu f'ċerti ġobnijiet misjura. L-istess ħtieġa teknoloġika ġiet identifikata wkoll għall-użu tal-koċineal, tal-aċidu karminiku, u tal-karminji (E 120) fil-ġobon bil-pesto aħmar u tal-annatt, tal-biksin, u tan-norbiksin (E 160b) f'ġobon bil-pesto aħmar u aħdar. |
|
(7) |
L-approvazzjonijiet attwali biex jintużaw il-koċineal, l-aċidu karminiku, il-karminji (E 120) u l-annatt, il-biksin, u n-norbiksin (E 160b) iqisu d-dożi aċċettabbli ta' kuljum (ADI) stabbiliti mill-Kumitat Xjentifiku tal-Ikel, fl-1983 u fl-1979 rispettivament. |
|
(8) |
Il-ġobnijiet bil-pesto aħmar u aħdar jirrappreżentaw volum żgħir tas-suq tal-ġobon globali. Mhuwiex mistenni li l-awtorizzazzjoni tal-użu tal-koċineal, tal-aċidu karminiku, u tal-karminji (E 120) fil-ġobon bil-pesto aħmar u tal-annatt, tal-biksin, u tan-norbiksin (E 160) fil-ġobon bil-pesto aħmar u aħdar se jkollha impatt sinifikanti fuq l-espożizzjoni totali għaż-żewġ kuluri. |
|
(9) |
Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, il-Kummissjoni għandha titlob l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel biex taġġorna l-lista tal-Unjoni ta' addittivi tal-ikel stipulata fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, ħlief meta l-aġġornament inkwistjoni ma jkunx mistenni jħalli effett fuq is-saħħa tal-bniedem. Peress li l-awtorizzazzjoni għall-użu tal-koċineal, tal-aċidu karminiku, tal-karminji (E 120) fil-ġobon bil-pesto aħmar u tal-annat, tal-biksin, u tan-norbiksin (E 160b) fil-ġobon bil-pesto aħmar u aħdar tikkostitwixxi aġġornament ta' dik il-lista li mhux mistenni jħalli effett fuq saħħet il-bniedem, ma hemmx bżonn tintalab l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel. |
|
(10) |
Għalhekk, l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 għandu jiġi emendat kif xieraq. |
|
(11) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Ottubru 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1).
(3) Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/35/KE tat-30 ta' Ġunju 1994 dwar is-sustanzi li jagħtu ħlewwa għall-użu f'oġġetti tal-ikel (ĠU L 237, 10.9.1994, p. 3).
(4) Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/36/KE tat-30 ta' Ġunju 1994 dwar il-kuluri għall-użu fl-ikel (ĠU L 237, 10.9.1994, p. 13).
(5) Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/2/KE tal-20 ta' Frar tal-1995 dwar l-addittivi tal-ikel għajr kuluri u sostanzi li jagħtu ħlewwa (ĠU L 61, 18.3.1995, p. 1).
ANNESS
Fil-Parti E tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, il-kategorija tal-ikel 1.7.2 “Ġobon misjur” hija emendata kif ġej:
|
(1) |
l-entrata għal E 120 tinbidel b'dan li ġej:
|
|
(2) |
l-entrata għal E 141 tinbidel b'dan li ġej:
|
|
(3) |
l-ewwel entrata għal E 160b li tispeċifika l-livell massimu ta' 15 mg/l jew mg/kg tinbidel b'dan li ġej:
|
|
(4) |
l-entrata għal E 160c tinbidel b'dan li ġej:
|
|
17.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 299/25 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1094/2014
tas-16 ta' Ottubru 2014
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
|
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Ottubru 2014.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
AL |
59,9 |
|
MA |
141,8 |
|
|
MK |
63,3 |
|
|
ZZ |
88,3 |
|
|
0707 00 05 |
TR |
158,2 |
|
ZZ |
158,2 |
|
|
0709 93 10 |
TR |
142,8 |
|
ZZ |
142,8 |
|
|
0805 50 10 |
AR |
82,0 |
|
CL |
106,8 |
|
|
TR |
113,9 |
|
|
UY |
109,1 |
|
|
ZA |
101,1 |
|
|
ZZ |
102,6 |
|
|
0806 10 10 |
BR |
200,4 |
|
MK |
34,4 |
|
|
TR |
143,7 |
|
|
ZZ |
126,2 |
|
|
0808 10 80 |
BA |
36,3 |
|
BR |
49,0 |
|
|
CL |
84,1 |
|
|
CN |
117,9 |
|
|
NZ |
147,6 |
|
|
US |
192,1 |
|
|
ZA |
137,5 |
|
|
ZZ |
109,2 |
|
|
0808 30 90 |
CN |
75,7 |
|
TR |
116,3 |
|
|
ZA |
80,2 |
|
|
ZZ |
90,7 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.
|
17.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 299/27 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1095/2014
tas-16 ta' Ottubru 2014
dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni ta' tewm fis-subperjodu tal-1 ta' Diċembru 2014 sat-28 ta' Frar 2015
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 188 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta' liċenzji għall-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 341/2007 (3) jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji, u jintroduċi sistema għal liċenzji għall-importazzjoni u ċertifikati ta' oriġini għat-tewm u għal ċerti prodotti agrikoli oħra importati minn pajjiżi terzi. |
|
(2) |
Il-kwantitajiet li għalihom ġew introdottti applikazzjonijiet għal-liċenzji “A” minn importaturi tradizzjonali u minn importaturi ġodda fl-ewwel sebat ijiem ta' xogħol tax-xahar ta' Ottubru 2014, skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 341/2007, jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli għall-prodotti li joriġinaw miċ-Ċina. |
|
(3) |
Għaldaqstant, skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, jeħtieġ issa li jiġi stabbilit sa liema punt l-applikazzjonijiet għal-liċenzji “A” mibgħuta lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-14 tax-xahar ta' Ottubru 2014 jistgħu jiġu sodisfatti skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 341/2007. |
|
(4) |
Sabiex tiġi żgurata ġestjoni effikaċi tal-proċedura tal-ħruġ taċ-ċertifikati tal-importazzjoni, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ eżatt wara li jiġi ppubblikat, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni “A” ippreżentati skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 341/2007 fl-ewwel sebat ijiem ta' xogħol tax-xahar ta' Ottubru 2014 u mibgħuta lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-14 tax-xahar ta' Ottubru 2014 ġew sodisfatti skont il-perċentwali tal-kwantitajiet mitluba indikati fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Ottubru 2014.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.
(3) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 341/2007 tad-29 ta' Marzu 2007 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji u li jintroduċi sistema għal liċenzji tal-importazzjoni u ċertifikati ta' oriġini għat-tewm u għal ċerti prodotti agrikoli oħra importati minn pajjiżi terzi (ĠU L 90, 30.3.2007, p. 12).
ANNESS
|
Oriġini |
Nru tas-serje |
Koeffiċjent ta' allokazzjoni |
||
|
L-Arġentina |
|
|
||
|
09.4104 |
100 % |
||
|
09.4099 |
100 % |
||
|
Iċ-Ċina |
|
|
||
|
09.4105 |
52,561008 % |
||
|
09.4100 |
0,407882 % |
||
|
Pajjiżi terzi oħra |
|
|
||
|
09.4106 |
100 % |
||
|
09.4102 |
— |
||
|
“—”: Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal liċenzja. |
||||
DEĊIŻJONIJIET
|
17.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 299/29 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL,
meħuda bi qbil komuni mal-President elett tal-Kummissjoni,
tal-15 ta' Ottubru 2014
li tadotta l-lista tal-persuni l-oħra li l-Kunsill jipproponi li jinħatru Membri tal-Kummissjoni, u li tħassar u tissostitwixxi d-Deċiżjoni 2014/648/UE, Euratom
(2014/716/UE, Euratom)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 17(3) u (5) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 17(7) tiegħu,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2013/272/UE tal-Kunsill Ewropew tat-22 ta' Mejju 2013 dwar in-numru ta' membri tal-Kummissjoni Ewropea (1),
Billi:
|
(1) |
Il-mandat tal-Kummissjoni maħtura permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2010/80/UE (2) jintemm fil-31 ta' Ottubru 2014. |
|
(2) |
Kummissjoni ġdida, li tikkonsisti minn ċittadin wieħed ta' kull Stat Membru, inklużi l-President tagħha u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, għandha tinħatar sal-31 ta' Ottubru 2019. |
|
(3) |
Il-Kunsill Ewropew innomina lis-Sur Jean-Claude JUNCKER bħala l-persuna proposta lill-Parlament Ewropew bħala President tal-Kummissjoni, u l-Parlament Ewropew ħatru bħala President tal-Kummissjoni fis-Sessjoni Plenarja tiegħu tal-15 ta' Lulju 2014. |
|
(4) |
Fit-30 ta' Awwissu 2014, il-Kunsill Ewropew, bi qbil mal-President elett tal-Kummissjoni, ħatar lis-Sinjura Federica MOGHERINI bħala Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà skont l-Artikolu 18(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. |
|
(5) |
Permezz tad-Deċiżjoni 2014/648/UE, Euratom (3), il-Kunsill adotta, bi qbil komuni mal-President elett tal-Kummissjoni, il-ista ta' persuni oħra li huwa jipproponi li jinħatru Membri tal-Kummissjoni sal-31 ta' Ottubru 2019. |
|
(6) |
Bi qbil komuni mal-President elett tal-Kummissjoni, id-Deċiżjoni 2014/648/UE, Euratom għandha titħassar qabel ma l-lista li tinsab fiha tiġi sottomessa għal vot ta' approvazzjoni tal-Parlament Ewropew u għandha tiġi sostitwita b'din id-Deċiżjoni. |
|
(7) |
Skont l-Artikolu 17(7), it-tielet subparagrafu, tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-President, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u l-Membri l-oħra tal-Kummissjoni huma soġġetti bħala korp għal vot ta' kunsens mill-Parlament Ewropew, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Bi qbil komuni mas-Sur Jean-Claude JUNCKER, il-President elett tal-Kummissjoni, il-Kunsill jipproponi li jinħatru l-persuni li ġejjin bħala Membri tal-Kummissjoni Ewropea sal-31 ta' Ottubru 2019:
|
|
Is-Sur Vytenis Povilas ANDRIUKAITIS |
|
|
Is-Sur Andrus ANSIP |
|
|
Is-Sur Miguel ARIAS CAÑETE |
|
|
Is-Sur Dimitris AVRAMOPOULOS |
|
|
Is-Sinjura Elżbieta BIEŃKOWSKA |
|
|
Is-Sinjura Violeta BULC |
|
|
Is-Sinjura Corina CREȚU |
|
|
Is-Sur Valdis DOMBROVSKIS |
|
|
Is-Sinjura Kristalina GEORGIEVA |
|
|
Is-Sur Johannes HAHN |
|
|
Is-Sur Jonathan HILL |
|
|
Is-Sur Phil HOGAN |
|
|
Is-Sinjura Věra JOUROVÁ |
|
|
Is-Sur Jyrki KATAINEN |
|
|
Is-Sinjura Cecilia MALMSTRÖM |
|
|
Is-Sur Neven MIMICA |
|
|
Is-Sur Carlos MOEDAS |
|
|
Is-Sur Pierre MOSCOVICI |
|
|
Is-Sur Tibor NAVRACSICS |
|
|
Is-Sur Günther OETTINGER |
|
|
Is-Sur Maroš ŠEFČOVIČ |
|
|
Is-Sur Christos STYLIANIDES |
|
|
Is-Sinjura Marianne THYSSEN |
|
|
Is-Sur F.C.G.M. (Frans) TIMMERMANS |
|
|
Is-Sur Karmenu VELLA |
|
|
Is-Sinjura Margrethe VESTAGER kif ukoll: |
|
|
Is-Sinjura Federica MOGHERINI, maħtura Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta ' Sigurtà. |
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni 2014/648/UE, Euratom hija b'dan imħassra.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tintbagħat lill-Parlament Ewropew.
Għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Ottubru 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
S. GOZI
(1) ĠU L 165, 18.6.2013, p. 98.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2010/80/UE tad-9 ta' Frar 2010 dwar il-ħatra tal-Kummissjoni Ewropea (ĠU L 38, 11.2.2010, p. 7).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill, meħuda bi qbil komuni mal-President elett tal-Kummissjoni, tal-5 ta' Settembru 2014 li tadotta l-lista tal-persuni l-oħra li l-Kunsill jipproponi li jinħatru Membri tal-Kummissjoni (2014/648/UE, Euratom) (ĠU L 268, 9.9.2014, p. 5).
Rettifika
|
17.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 299/32 |
Rettifika tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 46/2014 tal-20 ta' Jannar 2014 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 16 tal-21 ta' Jannar 2014 )
F'paġna 4, l-Anness:
minflok:
“Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 765/2006, l-entrata Nru 210 hija sostitwita minn din li ġejja:”
aqra:
“Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 765/2006, l-entrata Nru 199 hija sostitwita minn din li ġejja:”
F'paġna 4, l-Anness, it-tabella, l-ewwel kolonna:
minflok:
“210”
aqra:
“199.”
|
17.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 299/33 |
Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI tat-12 ta' Ġunju 2007 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-sistema ta' informazzjoni ta' Schengen Tat-Tieni Ġenerazzjoni (SIS II)
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 205 tas-7 ta' Awwissu 2007 )
F'paġna 67, il-premessa 40:
minflok:
“Fir-rigward ta' l-Iżvizzera, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp fid-dispożizzjonijiet ta' l-Acquis ta' Schengen, …”,
aqra:
“Fir-rigward tal-Isvizzera, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp fid-dispożizzjonijiet tal-Acquis ta' Schengen, …”;
F'paġna 81, l-Artikolu 61, il-paragrafu 1:
minflok:
“1. Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jikkontrollaw li l-attivitajiet ta' pproċessar ta' data personali ta' l-Awtorità tat-tmexxija huma magħmula bi qbil ma' din id-Dieċiżjoni. …”
aqra:
“1. Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jikkontrolla li l-attivitajiet ta' pproċessar ta' data personali tal-Awtorità tat-tmexxija huma magħmula bi qbil ma' din id-Deċiżjoni. …”