ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 287

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 57
1 ta' Ottubru 2014


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1034/2014 tal-25 ta' Settembru 2014 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1035/2014 tal-25 ta' Settembru 2014 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

3

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1036/2014 tal-25 ta' Settembru 2014 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

6

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1037/2014 tal-25 ta' Settembru 2014 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

9

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1038/2014 tal-25 ta' Settembru 2014 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

14

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1039/2014 tat-30 ta' Settembru 2014 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

20

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2014/688/UE

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill tal-25 ta' Settembru 2014 li tissottoponi 4-iodjo-2,5-dimetossi-N-(2-metossibenzil)fenetilamina (25I-NBOMe), 3,4-dikloro-N-[[1-(dimetilamino)ċikloessil]metil]benzamida (AH-7921), 3,4-metilenediossipirovaleron (MDPV) u 2-(3-metossifenil)-2-(etilamino)ċikloessanon (metossetamina) għal miżuri ta' kontroll

22

 

 

2014/689/UE

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' Settembru 2014 dwar miżuri għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni fl-Unjoni tal-vajrus tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer mill-Alġerija, il-Libja, il-Marokk u t-Tuneżija (notifikata bid-dokument C(2014) 6868)  ( 1 )

27

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/447/PESK tad-9 ta' Lulju 2014 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/354/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) ( ĠU L 201, 10.7.2014 )

32

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

1.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 287/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1034/2014

tal-25 ta' Settembru 2014

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan tal-applikazzjoni ta' tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti.

(3)

Skont dawn ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta'din it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jiġi pprovdut li l-informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa fir-rigward tal-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tista', għal ċertu perjodu, tibqa' tiġi invokata mid-detentur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (2). Dan il-perjodu għandu jkun ta' tliet xhur.

(5)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness jiġu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda skont il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.

Artikolu 2

L-informazzjoni tariffarja vinkolanti li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Settembru 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Heinz ZOUREK

Direttur-Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali


(1)   ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Vettura bil-mutur ġdida tat-tip pick-up, b'magna li titqabbad b'kompressjoni b'pistuni b'kombustjoni interna b'ċilindrata ta' 2 179 cm3, gerboks manwali b'ħames veloċitajiet u ger tar-rivers. Il-piż gross totali tagħha huwa ta' madwar 2 950  kg u l-kapaċità ta' tagħbija totali tagħha hija ta' madwar 1 000  kg. It-tul tal-bażi tar-roti huwa ta' 3 150  mm.

Il-vettura bil-mutur tikkonsisti f'żewġ partijiet separati:

Kabina b'erba' bibien, il-bibien kollha huma mgħammra bi twieqi, u ħames sits, inkluż is-sit tas-sewwieq, f'żewġ fillieri (żewġ sits ta' quddiem u tliet sits ta' wara). Il-kabina għandha intern standard b'arja kundizzjonata operata manwalment, sits standard b'ċinturini bi tliet ponot, aġġustabbli, trażżin għar-ras ta' quddiem aġġustabbli, kolonna tal-istering aġġustabbli u dawl għall-ispazju tal-passiġġieri. Hija mgħammra b'riċevitur ta' xandir bir-radju.

Spazju miftuħ għat-tagħbija b'tul ta' 1 429  mm, b'sett ta' ankri biex titqabbad tagħbija.

8703 32 19

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u mill-kliem tal-kodiċi tan-NM 8703 , 8703 32 u 8703 32 19 .

Il-klassifikazzjoni skont l-intestatura 8704 bħala vettura għat-trasport ta' merkanzija hija eskluża, minħabba l-użu intiż tagħha, li huwa inerenti għall-karatteristiċi oġġettivi kollha tagħha u l-apparenza ġenerali, bħala vettura li prinċipalment tfasslet għat-trasport ta' persuni. In-nuqqas ta' karatteristiċi interni ta' lussu ma jipprekludix il-klassifikazzjoni bħala vettura għat-trasport ta' persuni. Il-vettura għandha żewġ ringieli ta' sits u t-tul intern massimu tal-erja għat-trasport ta' merkanzija huwa inqas minn 50 % tat-tul tal-bażi tar-roti (ara wkoll in-Noti ta' Spjegazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda għall-intestatura 8703 ).

Għalhekk, il-vettura għandha tiġi kklassifikata taħt il-kodiċi NM 8703 32 19 bħala vettura bil-mutur imfassla prinċipalment għat-trasport ta' persuni.


1.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 287/3


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1035/2014

tal-25 ta' Settembru 2014

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan tal-applikazzjoni ta' tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti.

(3)

Skont dawn ir-regoli ġenerali, l-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella li tinsab fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' din it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jiġi pprovdut li l-informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa fir-rigward tal-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tista', għal ċertu perjodu, tibqa' tiġi invokata mid-detentur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (2). Dan il-perjodu għandu jkun ta' tliet xhur.

(5)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella li tinsab fl-Anness jiġu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' din it-tabella.

Artikolu 2

L-informazzjoni tariffarja vinkolanti li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Settembru 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Heinz ZOUREK

Direttur Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali


(1)   ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

1.

Rota ta' turbina magħmula minn liga bbażata fuq in-nikil li tikkonsisti fi xfafar irranġati b'mod radjali u fus ċentrali biex jitqiegħed fuq ix-xaft ta' turboċarġer tal-gass tal-egżost.

Ir-rota hija l-komponent ta' turbina li tittrasforma l-enerġija tal-gass tal-egżost tal-mutur li jkun dieħel f'moviment ta' rotazzjoni li jdawwar ir-rota tal-kompressur tat-turboċarger.

 (*1) Ara l-immaġni 1

8411 99 00

Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-Nota 2(b) għat-Taqsima XVI u mill-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 8411 u 8411 99 00 .

Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 8414 bħala partijiet ta' kompressuri hija eskluża minħabba li r-rota tat-turbina hija parti adattata biss jew prinċipalment għall-użu ma' turbina tal-gass tal-egżost tal-intestatura 8411 (ara wkoll in-Noti ta' Spjega tas-Sistema Armonizzata (NSSA) għall-intestatura 8414 , esklużjoni (a), u Noti ta' Spjega għan-Nomenklatura Magħquda (NSNM) għas-subintestatura 8414 90 00 ).

Ir-rota tat-turbina għandha għalhekk tiġi kklassifikata taħt il-kodiċi NM 8411 99 00 bħala partijiet minn turbini tal-gass.

2.

Kopertura tat-turbina magħmula minn metall bażi li tikkonsisti f'kavità għar-rota tat-turbina, ftuħ biex jidħol il-pajp tal-gass tal-egżost u ftuħ biex joħroħ il pajp tal-gass tal-egżost.

Il-kopertura hija l-komponent ta' turbina li jkun fih ir-rota tat-turbina u li jippermettilha tibdel l-enerġija tal-gass tal-egżost mill-mutur li tkun dieħla f'moviment ta' rotazzjoni li jdawwar ir-rota tal-kompressur tat-turboċarger.

 (*1) Ara l-immaġni 2

8411 99 00

Il-klassifikazzjoni hija stabbilita bir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-Nota 2(b) għat-Taqsima XVI u bil-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 8411 u 8411 99 00 .

Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 8414 bħala partijiet ta' kompressuri hija eskluża minħabba li l-kopertura tat-turbina hija parti adattata biss jew prinċipalment għall-użu ma' turbina tal-gass tal-egżost tal-intestatura 8411 (ara wkoll l-NSSA tal-intestatura 8414 , esklużjoni (a), u -NSNM għas-subintestatura 8414 90 00 ).

Il-kopertura tat-turbina għandha għalhekk tiġi kklassifikata taħt il-kodiċi NM 8411 99 00 bħala partijiet minn turbini tal-gass.


Immaġni 1

Immaġni 2

Image 1

Image 2


(*1)  L-immaġini huma biss għall-finijiet ta' informazzjoni.


1.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 287/6


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1036/2014

tal-25 ta' Settembru 2014

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan tal-applikazzjoni ta' tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti.

(3)

Skont dawn ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta'din it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jiġi pprovdut li l-informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa fir-rigward tal-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tista', għal ċertu perjodu, tibqa' tiġi invokata mid-detentur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (2). Dak il-perjodu għandu jkun ta' tliet xhur.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness jiġu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda skont il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' din it-tabella.

Artikolu 2

L-informazzjoni tariffarja vinkolanti li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Settembru 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Heinz ZOUREK

Direttur Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Għaqda Doganali


(1)   ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali tal-Komunita (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi-NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Assemblaġġ ta' ċirkwit stampat ippreżentat għall-inkorporazzjoni f'apparat għar-reċezzjoni tat-televixin li jinkludi skrin LCD u apparat għar-riproduzzjoni tal-vidjos.

L-assemblaġġ jinkludi l-interfaċċi li ġejjin għall-konnessjoni ma' apparat estern:

input għall-VGA,

inputs għall-HDMI (li jaqblu mal-HDCP),

inputs tal-vidjo għall-RGB (konnetturi SCART),

input għall-komponent tal-vidjo,

input u output tal-vidjo CVBS,

input u output tal-awdjo,

output tal-lawdspiker,

sokit għall-USB.

L-assembaġġ jinkludi wkoll diversi interfaċċi interni, pereżempju, sinjalar differenzjali ta' vultaġġ baxx (low-voltage differential signaling-LVDS) interfaċċa għall-konnessjoni ma' skrin LCD u interfaċċa għall-provvista interna tal-enerġija.

L-assemblaġġ ma jinkorporax l-hekk imsejjaħ “tuner” li jinkludi ċirkwiti tal-frekwenza tar-radju (blokka RF), ċirkwiti tal-frekwenza intermedjarja (blokka IF) u ċirkwiti ta' demodulazzjoni (blokka DEM), għar-riċezzjoni ta' sinjali diġitali tat-televixin.

L-iskrin LCD mhuwiex inkluż mal-preżentazzjoni.

L-assemblaġġ għandu diversi funzjonijiet, pereżempju, il-konverżjoni analoga-diġitali, id-dekodifikazzjoni tal-vidjo (pereżempju, MPEG 4), scaling, id-dekodifikazzjoni tal-awdjo, l-amplifikazzjoni tal-awdjo, ir-riċevitur HDMI u t-trażmettitur tal-output tal-LVDS għal skrin LCD.

Barra minn sinjali standard tat-televixin jew tal-vidjo, l-iscaler huwa kapaċi wkoll jipproċessa bosta riżoluzzjonijiet deħlin tat-tip ta' makkinarju għall-ipproċessar automatiku tad-dejta (automatic data-processing, ADP) (sa 1 920 × 1 080 pixel) fir-riżoluzzjoni nattiva ta' skrin LCD.

L-assemblaġġ huwa kapaċi jirriproduċi immaġini u ħsejjes minn memorja ta' USB.

8529 90 65

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, nota 2(b) ta' mat-Taqsima XVI u mill-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 8529 , 8529 90 u 8529 90 65 .

L-assemblaġġ ma għandux biss komponenti elettroniċi li jwettqu l-funzjoni ta' riproduzzjoni tal-vidjo, iżda fih ukoll komponenti li jwettqu funzjonijiet addizzjonali, bħat-trażmettitur tal-output LVDS għal skrin LCD u l-iscaler li huwa, minħabba l-kapaċità tiegħu li jipproċessa diversi riżoluzzjonijiet tat-tip li jipproċessaw id-dejta awtomatikament, iddisinjat b'mod speċifiku għall-apparat ta' riċezzjoni tat-televixin li jinkludi skrin LCD. Billi l-assemblaġġ fih iktar komponenti (funzjonalitajiet) milli hemm kopert mill-intestatura 8521 , il-klassifikazzjoni taħt dik l-intestatura bħala apparat ta' riproduzzjoni tal-vidjo hija eskluża.

Billi ma għandux skrin LCD, il-klassifikazzjoni skont is-sottointestatura 8528 72 40 bħala apparat ta' riċezzjoni tat-televixin bi skrin hija eskluża.

L-assemblaġġ għandu għalhekk jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 8529 90 65 bħala assemblaġġi elettroniċi għal apparat tal-intestatura 8528 .


1.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 287/9


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1037/2014

tal-25 ta' Settembru 2014

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan tal-applikazzjoni ta' tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti.

(3)

Skont dawn ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta'din it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jiġi pprovdut li l-informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa fir-rigward tal-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tista', għal ċertu perjodu, tibqa' tiġi invokata mid-detentur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (2). Dan il-perjodu jkun ta' tliet xhur.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness tiġi kklassifikata fin-Nomenklatura Magħquda skont il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' din it-tabella.

Artikolu 2

L-informazzjoni tariffarja vinkolanti li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Settembru 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Heinz ZOUREK

Direttur Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Għaqda Doganali


(1)   ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunita (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi-NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

1.

Komponent semikonduttur (l-hekk imsejjaħ “modulu LED”) li jikkonsisti f'ċippa LED konnessa b'mod parallel ma' dijodu ta' protezzjoni Zener, ippreżentat f'qafas tal-plastik b'kisja forma ta' koppla tal-plastik trasparenti, b'dimensjonijiet ta' madwar 7 × 7 × 5 mm, mingħajr pads ta' konnessjoni.

Il-kostruzzjoni fiżika tal-komponent hija indiviżibbli fis-sens li, minkejja li xi elementi jistgħu teoretikament jitneħħew u jiġu ssostitwiti, din kieku tkun biċċa xogħol twila u delikata li ma tkunx ekonomika taħt kundizzjonijiet normali ta' manifattura.

Il-modulu LED huwa mfassal biex jiġi armat fuq bordijiet ta' ċirkwiti stampati bl-użu, pereżempju, ta' tekniki tal-issaldjar b'apparat għall-armar fuq l-uċuħ (SMD).

Huwa ppreżentat għall-użu f'applikazzjonijiet ta' dawl bħal fil-flash tat-telefowns ċellulari, id-dawl fil-karozzi, il-projetturi tad-dawl, is-sinjali tat-traffiku, u apparat domestiku.

 (*1) Ara l-immaġni 1

8541 40 10

Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, nota 8 tal-Kapitolu 85 kif ukoll mill-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 8541 , 8541 40 u 8541 40 10 .

Billi ċ-ċippa LED u d-dijodu tal-protezzjoni huma kkumbinati għal kull tip ta' użu b'mod li ma jistgħux jinqasmu, u d-dijodu tal-protezzjoni jintuża biss għall-protezzjoni taċ-ċippa LED kontra l-vultaġġ żejjed, il-karatteristiċi u l-proprjetajiet tal-modulu bħala dijodu li jarmi d-dawl tal-intestatura 8541 għalhekk mhumiex fundamentalment mibdula. Għaldaqstant, bl-applikazzjoni tan-nota 8 tal-Kapitolu 85, l-aħħar paragrafu, il-klassifikazzjoni tal-komponent taħt l-intestatura 9405 hija eskluża.

Għaldaqstant, il-komponent għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 8541 40 10 bħala dijodi li jarmu d-dawl.

2.

Komponent semikonduttur magħmul minn modulu LED armata bl-issaldjar fuq bord ta' ċirkwiti stampat b'ġewwa tal-metall, b'għoli ta' madwar 7 mm u dijametru ta' madwar 21 mm.

Il-modulu LED jinkludi ċippa LED konnessa b'mod parallel ma' dijodu ta' protezzjoni Zener, ippreżentat f'qafas tal-plastik b'kisja forma ta' koppla tal-plastik trasparenti.

Il-bord ta' ċirkwiti stampat b'ġewwa tal-metall li huwa ddisinjat speċifikament bħala sink tas-sħana; dan jinkludi pads għall-issaldjar għall-konnessjoni tal-provvista tal-enerġija u huwa msawwar għall-applikazzjoni finali f'tagħmir tad-dawl.

Dan huwa ppreżentat għall-użu f'applikazzjonijiet ta' dawl bħal fil-flash tat-telefowns ċellulari, id-dawl fil-karozzi, il-projetturi tad-dawl, is-sinjali tat-traffiku, u apparat domestiku.

 (*1) Ara l-immaġni 2

8541 40 10

Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, nota 8 tal-Kapitolu 85 kif ukoll mill-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 8541 , 8541 40 u 8541 40 10 .

Għalkemm il-komponent jinkludi modulu LED u bord ta' ċirkwiti stampat li jista' jiżżarma, il-funzjoni tal-komponent tibqa' l-istess bħal dik tal-modulu LED waħdu. Il-funzjoni unika tal-bord ta' ċirkwiti stampat b'ġewwa tal-metall hija d-dissipazzjoni tas-sħana (sink tas-sħana) peress li l-bord ta' ċirkwiti stampat ma jipprovdi l-ebda interkonnessjoni ma' komponenti oħrajn iżda jippermetti biss trasferiment termali aħjar mill-modulu LED għall-midja ta' madwaru. Il-komponent għandu għalhekk ikun ikklassifikat bħala modulu LED waħdu.

Billi ċ-ċippa LED u d-dijodu tal-protezzjoni huma kkumbinati għal kull tip ta' użu b'mod li ma jistgħux jinqasmu, u d-dijodu tal-protezzjoni jintuża biss għall-protezzjoni taċ-ċippa LED kontra l-vultaġġ żejjed, il-karatteristiċi u l-proprjetajiet tal-modulu bħala dijodu li jarmi d-dawl tal-intestatura 8541 għalhekk mhumiex fundamentalment mibdula. Għaldaqstant, bl-applikazzjoni tan-nota 8 tal-Kapitolu 85, l-aħħar paragrafu, il-klassifikazzjoni tal-komponent taħt l-intestatura 9405 hija eskluża.

Għaldaqstant, il-komponent għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 8541 40 10 bħala dijodi li jarmu d-dawl.

3.

Komponent semikonduttur (l-hekk imsejjaħ “pakkett LED”) li jikkonsisti minn erba' ċipep LED, kull waħda konessa b'mod parallel b'dijodu ta' protezzjoni Zener, ippreżentat f'qafas tal-plastik b'tieqa tal-ħġieġ trasparenti fin-naħa ta' fuq u tmien pads għall-kuntatt fuq wara, b'dimensjonijiet ta' madwar 6 × 5 × 1 mm.

Il-kostruzzjoni fiżika tal-komponent hija indiviżibbli fis-sens li, minkejja li xi elementi jistgħu teoretikament jitneħħew u jiġu ssostitwiti, din kieku tkun biċċa xogħol twila u delikata li ma tkunx ekonomika taħt kundizzjonijiet normali ta' manifattura.

Iċ-ċipep LED mhumiex interkonnessi. L-interkonnessjonijiet bejn iċ-ċipep LED u d-dijodi Zener huma magħmula bit-twaħħil tal-wajers.

Il-pakkett LED huwa mfassal biex jiġi armat fuq bordijiet ta' ċirkwiti stampati bl-użu, pereżempju, ta' tekniki tal-issaldjar SMD.

Huwa ppreżentat għall-użu f'applikazzjonijiet tad-dawl bħad-dwal tax-xena jew għad-divertiment, id-dawl li jaqbel mal-burdata (mood lighting) u d-dawl arkitettoniku fuq ġewwa u fuq barra.

 (*1) Ara l-immaġni 3

8541 40 10

Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, nota 8 tal-Kapitolu 85 kif ukoll mill-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 8541 , 8541 40 u 8541 40 10 .

Billi ċ-ċipep LED u d-dijodi tal-protezzjoni huma kkumbinati għal kull tip ta' użu b'mod li ma jistgħux jinqasmu, u d-dijodi tal-protezzjoni jintużaw biss għall-protezzjoni taċ-ċipep LED kontra l-vultaġġ żejjed, indipendentement mill-għadd ta' ċipep LED, il-karatteristiċi u l-proprjetajiet tal-komponent bħala dijodu li jarmi d-dawl tal-intestatura 8541 għalhekk mhumiex fundamentalment mibdula. Għaldaqstant, bl-applikazzjoni tan-nota 8 tal-Kapitolu 85, l-aħħar paragrafu, il-klassifikazzjoni tal-komponent taħt l-intestatura 9405 hija eskluża.

Għaldaqstant, il-komponent għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 8541 40 10 bħala dijodi li jarmu d-dawl.

4.

Komponent semikonduttur (l-hekk imsejjaħ “is-sensiela LED”) li jinkludi 156 ċippa LED ippreżentati f'qafas tal-plastic tond b'kisja tal-plastik trasparenti u żewġ pads ta' kuntatt elettriku fin-naħa ta' fuq u sink tas-sħana metalliku fuq wara, b'għoli ta' madwar 2 mm u dijametru ta' madwar 49 mm.

Il-kostruzzjoni fiżika tal-komponent hija indiviżibbli fis-sens li, minkejja li xi elementi jistgħu teoretikament jitneħħew u jiġu ssostitwiti, din kieku tkun biċċa xogħol twila u delikata li ma tkunx ekonomika taħt kundizzjonijiet normali ta' manifattura.

Iċ-ċipep LED huma interkonnessi f'sensiela serje-parallel bl-interkonnessjonijiet magħmula bit-twaħħil tal-wajers.

Is-sensiela LED hija maħsuba biex tiġi armata bil-viti mal-prodott finali.

Hija ppreżentata għall-użu f'applikazzjonijiet ta' dawl ġenerali bħad-dawl għall-bejgħ bl-imnut u l-ospitalità u d-dawl kummerċjali, għall-uffiċċji, residenzjali u għall-konsumatur, dawl industrijali, dawl fit-toroq u żoni esterjuri u lampi mmodifikati (retrofit).

 (*1) Ara l-immaġni 4

8541 40 10

Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, nota 8 tal-Kapitolu 85 kif ukoll mill-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 8541 , 8541 40 u 8541 40 10 .

Bħala komponent din hija magħmula biss minn ċipep LED li huma kkumbinati għal kull tip ta' użu b'mod li ma jistgħux jinqasmu, indipendentement min-numru ta' ċipep LED, il-komponent xorta jaqa' taħt l-intestatura 8541 . Għaldaqstant, bl-applikazzjoni tan-nota 8 tal-Kapitolu 85, l-aħħar paragrafu, il-klassifikazzjoni tal-komponent taħt l-intestatura 9405 hija eskluża.

Għaldaqstant, il-komponent għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 8541 40 10 bħala dijodi li jarmu d-dawl.


Immaġni 1

Immaġni 2

Image 3

Image 4

Immaġni 3

Immaġni 4

Image 5

Image 6


(*1)  L-istampi huma biss għal finijiet ta' informazzjoni.


1.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 287/14


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1038/2014

tal-25 ta' Settembru 2014

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan tal-applikazzjoni ta' tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti.

(3)

Skont dawn ir-regoli ġenerali, l-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċijiet tan-NM indikati fil-kolonna (2), bis-saħħa tar-raġunijiet imniżżla fil-kolonna (3) ta' din it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jiġi pprovdut li l-informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa fir-rigward tal-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tista', għal ċertu perjodu, tibqa' tiġi invokata mid-detentur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (2). Dan il-perjodu għandu jkun ta' tliet xhur.

(5)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċijiet tan-NM indikati fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.

Artikolu 2

L-informazzjoni tariffarja vinkolanti li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Settembru 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Heinz ZOUREK

Direttur Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali


(1)   ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

1.

Tubu tal-plastik b'tul ta' 142 cm b'bużżieqa tal-plastik fuq tarf wieħed (l-hekk imsejjaħ “kateter bużżieqa”).

Is-segment prossimali tal-kateter għandu dijametru ta' 0,63 mm u huwa magħmul minn hypotube u miksi bil-politetrafluworetilen (PTFE).

Il-parti distali tal-kateter għandha dijametru f'firxa minn 0,79 sa 1,02 mm u hija magħmula minn blokki tal-polietere ammide (PEBA) u miksija b'materjal idrofiliku.

Il-bużżieqa għandha tul minn 6 sa 27 mm u dijametru minn 2 sa 5 mm.

It-tubu għandu konnessjoni Luer, ponta atrawmatika (flessibbli) u żewġ strippi markaturi tad-deheb.

Il-konnessjoni Luer tagħmel possibbli li wieħed iqabbad it-tubu ma' apparat li jintefaħ li jintuża biex ikabbar il-bużżieqa.

Il-ponta atrawmatika sservi biex timbotta l-kateter 'il fuq minn vina fil-ġisem sal-arterja koronarja. Meta l-kateter ikun f'postu, fl-arterja koronarja, il-bużżieqa tintefaħ sabiex id-depożiti xaħmin (plakka aterosklerotika) jiġu ppressati kontra l-ħajt tal-vina. Permezz tal-kompressjoni tal-plakka, id-dijametru intern tal-vina jikber.

Il-markaturi jagħmluha possibbli li tiġi allokata l-pożizzjoni eżatta tal-ponta atrawmatika fil-ġisem.

Il-kateter bużżieqa jitneħħa mill-ġisem u jintrema wara t-trattament.

Il-prodott huwa ppreżentat f'imballaġġ u hu sterilizzat.

 (*1) Ara l-immaġni Nru 1

9018 39 00

Il-klassifikazzjoni hija determinata permezz tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u bil-kliem tal-kodiċijiet NM 9018 u 9018 39 00 .

Minħabba l-karatteristiċi oġġettivi tiegħu, jiġifieri l-kombinazzjoni tal-bużżieqa, il-ponta atrawmatika, il-markaturi lewn id-deheb u l-konnessjoni Luer, meta t-tubu jiġi ppreżentat, jista' jiġi identifikat bħala strument jew apparat tal-Kapitolu 90, użat fix-xjenzi mediċi.

Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 9021 hija eskluża minħabba li t-tubu ma jiddaħħalx fil-ġisem biex jagħmel tajjeb għal difett jew diżabbiltà iżda jitneħħa wara t-trattament.

Għaldaqstant, il-prodott għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 9018 39 00 bħala kateteri (ara wkoll in-Noti ta' Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata (HSEN) għall-intestatura 9018 , il-Grupp (I)).

2.

Tubu ikkurvat tal-plastik (hekk imsejjaħ “kateter gwida”) b'dijametru intern ta' bejn 1,47 mm u 2,29 mm u tul ta' 100 cm b'markatur radjopaku u b'ponta atrawmatika (flessibbli).

Il-prodott huwa magħmul minn unità ta' sezzjoni ċatta immaljata doppja tal-azzar inossidabbli, miksija b'materjal tal-plastik (PEBA, poliftalamid (PPA), Najlon) u b'kisja lubrikant tal-wiċċ ta' ġewwa tas-silikon tal-kateter ta' gwida.

Il-kateter ta' gwida jippermetti l-aċċess għall-arterja koronarja permezz ta' vina. Permezz ta' dan il-kateter ta' gwida jista' jintuża apparat ieħor li jwassal għall-arterja.

Il-markatur radjopak jagħmilha possibbli li jsib il-pożizzjoni eżatta tal-ponta atrawmatika fil-ġisem.

Il-kateter ta' gwida jitneħħa mill-ġisem u jintrema wara t-trattament.

Il-prodott huwa ppreżentat f'imballaġġ u hu sterilizzat.

 (*1) Ara l-immaġni Nru 2

9018 39 00

Il-klassifikazzjoni hija determinata permezz tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u bil-kliem tal-kodiċijiet NM 9018 u 9018 39 00 .

Minħabba l-karatteristiċi oġġettivi tiegħu, jiġifieri l-kombinazzjoni tal-kurva, il-markatur radjopak, il-ponta atrawmatika u l-kisi lubrikanti, meta t-tubu jiġi ppreżentat, jista' jiġi identifikat bħala strument jew apparat tal-Kapitolu 90, użat fix-xjenzi mediċi.

Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 9021 hija eskluża minħabba li t-tubu ma jiddaħħalx fil-ġisem biex jagħmel tajjeb għal difett jew diżabbiltà iżda jitneħħa wara t-trattament.

Għaldaqstant, il-prodott għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 9018 39 00 bħala kateteri (ara wkoll l-HSEN għall-intestatura 9018 , il-Grupp (I)).

3.

Wajer ta' metall flessibbli (l-hekk imsejjaħ “wajer ta' gwida”) b'dijametru ta' 0,35 mm, u b'tul li jvarja bejn 180 — 300 cm, żewġ markaturi radjopaki u b'ponta fit-tond.

Il-wajer huwa magħmul minn liga tal-metall għal użu bijomediku, b'kisja prossimali ta' PTFE u kisja distali tas-silikon jew ta' materjal idrofiliku.

Il-markaturi radjopaki jagħmluha possibbli li tiġi allokata l-pożizzjoni eżatta tal-wajer fil-ġisem.

Il-wajer jintuża biex jiggwida u jippożizzjona t-tagħmir fl-interventi tal-arterja koronarja.

Il-wajer ta' gwida jitneħħa mill-ġisem u jintrema wara t-trattament.

Il-prodott huwa ppreżentat f'ippakkjar u huwa sterilizzat.

 (*1) Ara l-immaġni Nru 3

9018 39 00

Il-klassifikazzjoni hija determinata permezz tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, u bil-kliem tal-kodiċijiet NM 9018 u 9018 39 00 .

Minħabba l-karatteristiċi oġġettivi tiegħu, jiġifieri l-kombinazzjoni tad-disinn u tal-markaturi radjopaki, il-wajer, meta jiġi ppreżentat, jista' jiġi identifikat bħala strument jew apparat tal-Kapitolu 90, użat fix-xjenzi mediċi.

Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 9021 hija eskluża peress li l-wajer ma jiddaħħalx fil-ġisem biex jagħmel tajjeb għal difett jew diżabbiltà iżda jitneħħa wara t-trattament.

Għaldaqstant, il-prodott għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 9018 39 00 bħala gwidi għall-wajers (ara wkoll l-HSEN għall-intestatura 9018 , il-Grupp (I)).

4.

Apparat li jintefaħ li jitħaddem bl-idejn magħmul minn polikarbonat ta' saħħa kbira, mgħammar b'manometru u bi skala ta' volum. Għandu konnessjoni tal-pajp ta' pressjoni għolja (tat-tip Luer) u jista' jintefaħ, b'aġġustamenti ta' pressjoni preċiżi, sa 20 atmosferi (atm).

L-apparat irid jiġi użat f'ambjent mediku għall-infiħ u d-deflazzjoni tal-kateteri bżieżaq.

Il-manometru jintuża għall-monitoraġġ tal-pressjoni ġewwa l-kateter bużżieqa meta jintefaħ jew jitbattal mill-arja waqt l-interventi mediċi.

L-iskala tal-volum tindika l-ammont ta' likwidu (massimu ta' 20 ml) li permezz tal-pressjoni jiddaħħal fil-kateter u wkoll l-ammont ta' likwidu li jgħaddi lura liberament hekk kif il-bużżieqa titbattal mill-arja.

Il-konnessjoni Luer tagħmilha possibbli li l-apparat għall-inflazzjoni jikkonnettja mal-kateter-bużżieqa.

L-apparat huwa għall-użu ta' pazjent wieħed biss u jintrema wara t-trattament.

Il-prodott huwa ppreżentat f'ippakkjar u huwa sterilizzat.

 (*1) Ara l-immaġni Nru 4

9018 90 84

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata permezz tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u bil-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 9018 , 9018 90 u 9018 90 84 .

Billi ammont żgħir ta' likwidu jiddaħħal fil-kateter permezz ta' pressjoni, iżda mbagħad jirritorna lura liberament, l-apparat ma jqajjimx volumi ta' likwidi u lanqas ma jħallihom jgħaddu b'mod kontinwu (ara l-HSEN għall-intestatura 8413 , il-paragrafu 1). Għaldaqstant, il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 8413 bħala pompi għal likwidi hija eskluża.

Minħabba l-karatteristiċi oġġettivi tiegħu, jiġifieri l-kombinazzjoni tad-disinn, tal-aġġustamenti ta' pressjoni preċiża, l-ammont żgħir ta' likwidu użat u l-konnessjoni tat-tip Luer, l-apparat, meta jiġi ppreżentat, jista' jiġi identifikat bħala strument jew apparat tal-Kapitolu 90, użat fix-xjenzi mediċi (ara wkoll l-HSEN għall-intestatura 9018 , il-ħames paragrafu).

Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 9021 hija eskluża minħabba li l-oġġett ma jintlibisx, ma jinġarrx u ma jiddaħħalx fil-ġisem biex jagħmel tajjeb għal difett jew diżabbiltà.

Għaldaqstant, il-prodott għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 9018 90 84 bħala strumenti oħra u tagħmir użati fix-xjenzi mediċi, kirurġiċi, dentali jew veterinarji.

Immaġni 1

Image 7

Immaġni 2

Image 8

Immaġni 3

Image 9

Immaġni 4

Image 10

(*1)  L-Immaġni huma biss għal finijiet ta' informazzjoni.


1.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 287/20


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1039/2014

tat-30 ta' Settembru 2014

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Settembru 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)   ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

168,9

MK

65,0

TR

76,0

XS

74,9

ZZ

96,2

0707 00 05

MK

29,8

TR

100,9

ZZ

65,4

0709 93 10

TR

110,4

ZZ

110,4

0805 50 10

AR

132,3

CL

136,0

IL

107,6

TR

108,6

UY

128,2

ZA

152,7

ZZ

127,6

0806 10 10

BR

167,5

MK

103,8

TR

121,9

ZZ

131,1

0808 10 80

BA

41,5

BR

56,4

CL

114,7

NZ

120,5

US

135,4

ZA

106,8

ZZ

95,9

0808 30 90

CN

104,2

TR

117,2

ZZ

110,7


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

1.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 287/22


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL

tal-25 ta' Settembru 2014

li tissottoponi 4-iodjo-2,5-dimetossi-N-(2-metossibenzil)fenetilamina (25I-NBOMe), 3,4-dikloro-N-[[1-(dimetilamino)ċikloessil]metil]benzamida (AH-7921), 3,4-metilenediossipirovaleron (MDPV) u 2-(3-metossifenil)-2-(etilamino)ċikloessanon (metossetamina) għal miżuri ta' kontroll

(2014/688/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/387/ĠAI tal-10 ta' Mejju 2005 dwar l-iskambju ta' informazzjoni, il-valutazzjoni tar-riskju u l-kontroll fuq sustanzi psikoattivi ġodda (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(3) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Tfasslu rapporti dwar il-valutazzjoni tar-riskji dwar is-sustanzi psikoattivi ġodda 4-iodjo-2,5-dimetossi-N-(2-metossibenzil)fenetilamina (25I-NBOMe), 3,4-dikloro-N-[[1-(dimetilamino)ċikloessil]metil]benzamida (AH-7921), 3,4-metilenediossipirovaleron (MDPV) u 2-(3-metossifenil)-2-(etilamino)ċikloessanon (metossetamina) b'mod konformi mad-Deċiżjoni 2005/387/ĠAI f'sessjoni speċjali tal-Kumitat Xjentifiku estiż taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (EMCDDA), u sussegwentement intbagħtu lill-Kummissjoni u lill-Kunsill fit-23 ta' April 2014.

(2)

25I-NBOMe, AH-7921, MDPV u l-metossetamina ma kinux taħt evalwazzjoni fil-livell tan-Nazzjonijiet Uniti meta l-evalwazzjoni tar-riskju ntalbet fil-livell tal-Unjoni, iżda ġew evalwati f'Ġunju 2014 mill-Kumitat ta' Esperti dwar id-Dipendenza mid-Droga tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa.

(3)

25I-NBOMe, AH-7921, MDPV u l-metossetamina ma għandhom l-ebda użu mediku stabbilit jew rikonoxxut (għall-bniedem jew veterinarju). Minbarra l-użu tagħhom f'materjali ta' referenza analitika u fir-riċerka xjentifika li tinvestiga l-proprjetajiet kimiċi tagħhom, il-farmakoloġija u t-tossikoloġija bħala riżultat tat-tfaċċar tagħhom fis-suq tad-drogi — u, fil-każ ta' 25I-NBOMe, anki fil-qasam tan-newrokimika — ma hemm l-ebda indikazzjoni li dawn qed jintużaw għal skopijiet oħra.

(4)

25I-NBOMe hija derivattiv sintetiku b'saħħtu ta' 2,5-dimetossi-4-iodjo fenetilamina (2C-I), serotonergiku alluċinoġenu klassiku, li kien soġġett għal valutazzjoni tar-riskju u għal miżuri ta' kontroll u sanzjonijiet kriminali fil-livell tal-Unjoni mill-2003 permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/847/ĠAI (2).

(5)

Huwa diffiċli li jiġu determinati l-effetti fiżiċi speċifiċi ta' 25I-NBOMe għaliex ma hemmx studji ppublikati li jivvalutaw it-tossiċità akuta u kronika tagħha, l-effetti psikoloġiċi u ta' mġiba, u l-potenzjal tad-dipendenza, u minħabba l-iskarsità tal-informazzjoni u d-dejta disponibbli. Osservazzjonijiet kliniċi ta' individwi li użaw din is-sustanza jissuġġerixxu li għandha effetti alluċinoġeniċi u għandha l-potenzjal li twassal għal aġitazzjoni gravi, konfużjoni, alluċinazzjonijiet tas-smigħ u viżwali intensi, aggressjoni, inċidenti vjolenti u trawma kkaġunata mill-individwu stess.

(6)

Kien hemm erba' mwiet assoċjati ma' 25I-NBOMe rreġistrati fi tliet Stati Membri. Tossiċità severa assoċjata mal-użu tagħha ġiet irrapportata f'erba' Stati Membri, li nnotifikaw 32 intossikazzjoni mhux fatali. Jekk din is-sustanza psikoattiva ġdida ssir aktar disponibbli u tibda tintuża aktar, l-implikazzjonijiet għas-saħħa individwali u pubblika jistgħu jkunu sinifikanti. Ma hemmx informazzjoni disponibbli dwar ir-riskji soċjali assoċjati ma' 25I-NBOMe.

(7)

Wieħed u għoxrin Stat Membru u n-Norveġja rrapportaw lill-EMCDDA u l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) li sabu 25I-NBOMe. L-ebda dejta ta' prevalenza ma hija disponibbli dwar l-użu ta' 25I-NBOMe, iżda l-informazzjoni limitata li teżisti turi li tista' tiġi kkunsmata f'firxa wiesgħa ta' kuntesti, bħal pereżempju fid-dar, fil-bars, fin-nightclubs u fil-festivals tal-mużika.

(8)

25I-NBOMe hija apertament kummerċjalizzata u mibjugħa fuq l-Internet bħala “kimika għar-riċerka” u informazzjoni minn sekwestri, kampjuni miġbura, websajts tal-utenti u l-bejjiegħa bl-imnut fuq l-Internet tissuġġerixxi li qed tinbiegħ bħala droga fiha nnifisha u kkummerċjalizzata wkoll bħala sostitut “legali” għal-LSD. EMCDDA identifika aktar minn 15il-bejjiegħ bl-imnut fuq l-Internet li jbigħu din is-sustanza, li jistgħu jkunu bbażati fi ħdan l-Unjoni u ċ-Ċina.

(9)

Ir-rapport dwar il-valutazzjoni tar-riskji juri li hemm evidenza xjentifika limitata disponibbli dwar 25I-NBOMe u jindika li jeħtieġ ikun hemm aktar riċerka biex jiġu determinati r-riskji għas-saħħa u dawk soċjali li din iġġib magħħa. Madankollu, l-evidenza u l-informazzjoni disponibbli jipprovdu raġuni suffiċjenti biex 25I-NBOMe tkun soġġetta għal miżuri ta' kontroll fl-Unjoni. Bħala riżultat tar-riskji għas-saħħa li din iġġib magħha, kif iddokumentat permezz tal-individwazzjoni tagħha f'diversi każijiet rapportati ta' mewt, il-fatt li l-utenti jistgħu jikkunsmawha bla ma jafu, u minħabba n-nuqqas ta' valur jew użu mediku, 25I-NBOMe għandha tkun soġġetta għal miżuri tal-kontroll fl-Unjoni.

(10)

Billi sitt Stati Membri jikkontrollaw 25I-NBOMe fil-leġislazzjoni nazzjonali biex b'hekk jikkonformaw mal-obbligi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1971 dwar Sustanzi Psikotropiċi u seba' Stati Membri jużaw miżuri leġislattivi oħrajn biex jikkontrollawha, li din is-sustanza tkun sottoposta għal miżuri ta' kontroll fl-Unjoni kollha jista' jgħin biex jiġi evitat il-ħolqien ta' ostakli fl-infurzar transfruntier tal-liġi u l-kooperazzjoni ġudizzjarja, u jgħin biex jipproteġu mir-riskji li d-disponibbiltà u l-użu tagħha jistgħu joħolqu.

(11)

AH-7921 hija opjojd analġesiku sintetiku strutturalment atipiku komunement magħrufa mill-fornituri fuq l-Internet, mill-utenti tal-websajts u mill-midja bħala “doksilam”. Din tista' faċilment tiġi konfuża ma' “doksilamina”, mediċina antistamina bi proprjetajiet sedattivi-ipnotiċi, li tista' twassal għal dożi eċċessivi mhux intenzjonati.

(12)

Huwa diffiċli li jiġu determinati l-effetti fiżiċi speċifiċi ta' AH-7921 għaliex ma hemmx studji ppublikati li jivvalutaw it-tossiċità akuta u kronika tagħha, l-effetti psikoloġiċi u ta' mġiba, il-potenzjal tad-dipendenza, u wkoll l-iskarsità tal-informazzjoni u d-dejta disponibbli. Abbażi ta' rapporti tal-utenti, l-effetti ta' AH-7921 jidhru li jixbhu lil dawk ta' opjojdi klassiċi b'sentiment ta' ewforija ħafifa, ħakk u rilassament; id-dardir jidher li huwa effett avvers tipiku. Minbarra awtoesperimentazzjoni bl-AH-7921, kif ukoll “l-użu rikreattiv”, xi utenti jirrapportaw li mmedikaw lilhom infushom b'din il-mediċina biex itaffu l-uġigħ, oħrajn biex itaffu s-sintomi ta' rtirar minħabba l-waqfien tal-użu ta' opjodi oħra. Dan jista' jindika potenzjal li AH-7921 tinxtered fost dawk li jinjettaw opjojdi.

(13)

Ma hemm l-ebda dejta prevalenti dwar l-użu ta' AH-7921, iżda l-informazzjoni disponibbli tissuġġerixxi li ma tintużax ħafna, u meta tintuża, dak l-użu jkun fl-ambjent domestiku.

(14)

Ġew irreġistrati 15-il fatalità fi tliet Stati Membri bejn Diċembru 2012 u Settembru 2013, fejn AH-7921 weħidha, jew flimkien ma' sustanzi oħra, ġiet individwata f'kampjuni meħuda postmortem. Filwaqt li mhuwiex possibbli li jiġi ddeterminat b'ċertezza r-rwol ta' AH-7921 f'dawk l-imwiet kollha, f'xi każijiet ġie speċifikament imniżżel fil-kawża tal-mewt. Stat Membru rrapporta sitt każijiet mhux fatali ta' intossikazzjoni assoċjati ma' AH-7921. Jekk din is-sustanza psikoattiva ġdida issir aktar disponibbli u tibda tintuża aktar, l-implikazzjonijiet għas-saħħa individwali u pubblika jistgħu jkunu sinifikanti. Ma hemmx informazzjoni oħra disponibbli dwar ir-riskji soċjali assoċjati ma' AH-7921.

(15)

Ir-rapport dwar il-valutazzjoni tar-riskji juri li hemm ftit evidenza xjentifika disponibbli dwar AH-7921 u jindika li jeħtieġ issir aktar riċerka biex jiġu determinati r-riskji għas-saħħa u dawk soċjali li din iġġib magħha. Madankollu, l-evidenza u l-informazzjoni disponibbli jipprovdu raġuni suffiċjenti biex AH-7921 tkun soġġetta għal miżuri ta' kontroll fl-Unjoni. Bħala riżultat tar-riskji għas-saħħa li din iġġib magħha, kif iddokumentat permezz tal-individwazzjoni tagħha f'diversi każijiet rapportati ta' mewt, il-fatt li l-utenti jistgħu bla ma jafu jikkunsmawha, u n-nuqqas ta' valur jew użu mediku tas-sustanza, AH-7921 għandha tkun soġġetta għal miżuri tal-kontroll fl-Unjoni.

(16)

Billi Stat Membru jikkontrolla AH-7921 fil-leġislazzjoni nazzjonali biex b'hekk jikkonforma mal-obbligi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1971 dwar Sustanzi Psikotropiċi u ħames Stati Membri jużaw miżuri leġislattivi oħrajn biex jikkontrollawha, li din is-sustanza tkun sottoposta għal miżuri ta' kontroll fl-Unjoni kollha jista' jgħin biex jiġi evitat il-ħolqien ta' ostakli fl-infurzar transfruntier tal-liġi u l-kooperazzjoni ġudizzjarja, u jgħin biex jipproteġu mir-riskji li d-disponibbiltà u l-użu tagħha jistgħu joħolqu.

(17)

MDPV hija derivattiv sintetiku ta' katinon b'ċirku sostitwit, kimikament relatata mal-pirovaleron, li huma t-tnejn suġġetti għal kontroll skont il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1971 dwar Sustanzi Psikotropiċi.

(18)

Informazzjoni dwar it-tossiċità akuta u kronika assoċjati ma' MDPV, kif ukoll dwar l-effetti psikoloġiċi u ta' mġiba, u dwar id-dipendenza potenzjali, ma tinġabarx b'mod uniformi madwar l-Unjoni. Informazzjoni minn studji ppubblikati, ikkonfermata minn każijiet kliniċi, tissuġġerixxi li l-profil psikofarmakoloġiku osservat għall-MDPV huwa simili għal dak tal-kokaina u l-metamfetamina, għalkemm aktar b'saħħitha u aktar fit-tul. Barra minn hekk, MDPV instabet li hija għaxar darbiet iktar qawwija fil-kapaċità tagħha li tikkawża attivazzjoni lokomotriċi, takikardija u pressjoni għolja.

(19)

Websajts tal-utenti jindikaw li t-tossiċità akuta tagħha tista' tipprovoka effetti avversi fuq il-bnedmin, simili għal dawk assoċjati ma' stimulanti oħra. Dawn jinkludu l-psikożi paranojjika, takikardija, ipertensjoni, diaforeżi, problemi ta' nifs, aġitazzjoni gravi, alluċinazzjonijiet tas-smigħ u viżwali, ansjetà profonda, ipertermija, okkorrenzi vjolenti u disfunzjonijiet multipli ta' organi.

(20)

Ġew irreġistrati 108 fatalità fi tmien Stati Membri u n-Norveġja bejn Settembru 2009 u Awwissu 2013, fejn l-MDPV instabet f'kampjuni bijoloġiċi post mortem jew implikata fil-kawża tal-mewt. Ġew irrapportati total ta' 525 intossikazzjoni mhux fatali assoċjati mal-MDPV minn tmien Stati Membri. Jekk din is-sustanza psikoattiva ġdida ssir aktar disponibbli u tibda tintuża aktar, l-implikazzjonijiet għas-saħħa individwali u pubblika jistgħu jkunu sinifikanti.

(21)

L-individwazzjoni tal-MDPV kienet ukoll irrapportata f'kampjuni bijoloġiċi relatati ma' inċidenti tat-traffiku fatali u mhux fatali, jew sewqan taħt l-influwenza tad-drogi, f'erba' Stati Membri mill-2009.

(22)

MDPV ilha preżenti fis-suq tad-droga tal-UE minn Novembru 2008 u 27 Stat Membru, in-Norveġja u t-Turkija rrapportaw sekwestri ta' bosta kilogrammi tas-sustanza. MDPV qed tinbiegħ bħala sustanza fiha nnifisha iżda nstabet ukoll flimkien ma' sustanzi oħra. Hija disponibbli sew mingħand fornituri u bejjiegħa bl-imnut fuq l-Internet, “head shops” u traffikanti tad-droga fil-livell tat-triq. Hemm xi indikazzjonijiet li jissuġġerixxu ċertu ammont ta' organizzazzjoni fil-manifattura ta' pilloli u d-distribuzzjoni ta' din is-sustanza fl-Unjoni.

(23)

Ir-rapport tal-valutazzjoni tar-riskju jiżvela li aktar riċerka hija meħtieġa biex jiġu ddeterminati r-riskji għas-saħħa u dawk soċjali kkawżati minn MDPV. Madankollu, l-evidenza u l-informazzjoni disponibbli jipprovdu raġuni suffiċjenti biex MDPV tkun soġġetta għal miżuri ta' kontroll fl-Unjoni. Bħala riżultat tar-riskji għas-saħħa li din iġġib magħha, kif iddokumentat permezz tal-individwazzjoni tagħha f'diversi każijiet rapportati ta' mewt, il-fatt li l-utenti jistgħu jikkunsmawha bla ma jafu, u n-nuqqas ta' valur jew użu mediku ta-sustanza, MDPV għandha tkun soġġett għal miżuri tal-kontroll fl-Unjoni.

(24)

Billi 21 Stat Membru jikkontrollaw MDPV fil-leġislazzjoni nazzjonali biex b'hekk jikkonformaw mal-obbligi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1971 dwar Sustanzi Psikotropiċi u erba' Stati Membri jużaw miżuri leġislattivi oħrajn biex jikkontrollawha, li din is-sustanza tkun sottoposta għal miżuri ta' kontroll fl-Unjoni kollha jista' jgħin biex jiġi evitat il-ħolqien ta' ostakli fl-infurzar transfruntier tal-liġi u l-kooperazzjoni ġudizzjarja, u jgħin biex jipproteġu mir-riskji li d-disponibbiltà u l-użu tagħha jistgħu joħolqu.

(25)

Il-metossetamina hija sustanza arilċikloessilamina li hija kimikament simili għal ketamina u s-sustanza internazzjonalment ikkontrollata l-fenċiklidina (PCP). Simili għall-ketamina u l-PCP, hija għandha proprjetajiet dissoċjattivi.

(26)

M'hemmx studji li jivvalutaw it-tossiċità kronika u akuta assoċjati mal-metossetamina, kif ukoll l-effetti psikoloġiċi u ta' mġiba, u d-dipendenza potenzjali. L-esperjenzi awtoddikjarati mill-websajts tal-utenti jissuġġerixxu effetti avversi simili għall-intossikazzjoni bil-ketamina. Dawn jinkludu nawsja u remettar sever, diffikultà biex tieħu n-nifs, takikardja, diżorjentazzjoni, ansjetà, katatonija, aggressjoni, alluċinazzjonijiet, il-paranoja u psikożi. Barra minn hekk, intossikazzjonijiet akuti mill-metissetamina jistgħu jinkludu effetti stimulanti (aġitazzjoni, takikardija u pressjoni għolja) u karatteristiċi tal-moħħ, li mhumiex dak li wieħed jistenna minn intossikazzjoni akuta mill-ketamina.

(27)

Għoxrin mewta assoċjata mal-metossetamina ġew irrapportati minn sitt Stati Membri li individwaw is-sustanza f'kampjuni postmortem. Użata weħidha jew flimkien ma' sustanzi oħra, il-metossetamina nstabet f'20 intossikazzjoni mhux fatali rrapportati minn ħames Stati Membri. Jekk din is-sustanza psikoattiva ġdida ssir aktar disponibbli u tibda tintuża aktar, l-implikazzjonijiet għas-saħħa individwali u pubblika jistgħu jkunu sinifikanti.

(28)

Tlieta u għoxrin Stat Membru, it-Turkija u n-Norveġja rrapportaw li indivdwaw l-metossetamina, minn Novembru 2010. Informazzjoni disponibbli tissuġġerixxi li qed tinbiegħ u użata bħala sustanza fiha nfisha, iżda hija wkoll qed tinbiegħ bħala sostitut “legali” għall-ketamina minn bejjiegħa bl-imnut fuq l-Internet, “head-shops” u traffikanti tad-droga fil-livell tat-triq.

(29)

Kwantitajiet ta' bosta kilogrammi f'forma ta' trab ġew issekwestrati fi ħdan l-Unjoni, iżda ma hemmx informazzjoni dwar l-involviment possibbli ta' kriminalità organizzata. Il-manifattura tal-metossetamina ma teħtieġx tagħmir sofistikat.

(30)

Il-prevalenza tad-dejta hija limitata għal stħarriġ mhux rappreżentattiv f'żewġ Stati Membri. Dawk l-istudji jissuġġerixxu li l-prevalenza tal-użu tal-metossetamina hija aktar baxxa minn dik tal-ketamina. L-informazzjoni disponibbli tissuġġerixxi li tista' tkun ikkunsmata f'firxa wiesgħa ta' ambjenti, inkluż fid-dar, bars, nightclubs u festivals tal-mużika.

(31)

Ir-rapport tal-valutazzjoni tar-riskju jiżvela li se tkun meħtieġa aktar riċerka biex jiġu ddeterminati r-riskji għas-saħħa u dawk soċjali kkawżati mill-metossetamina. Madankollu, l-evidenza u l-informazzjoni disponibbli jipprovdu raġunijiet suffiċjenti biex il-metossetamina tkun soġġetta għal miżuri ta' kontroll fl-Unjoni. Bħala riżultat tar-riskji għas-saħħa li din iġġib magħha, kif iddokumentat permezz tal-individwazzjoni tagħha f'diversi każijiet rapportati ta' mewt, il-fatt li l-utenti jistgħu jikkunsmawha bla ma jafu, u n-nuqqas ta' valur jew użu mediku, il-metossetamina għandha tkun soġġetta għal miżuri tal-kontroll fl-Unjoni.

(32)

Billi disa' Stati Membri jikkontrollaw il-metossetamina fil-leġislazzjoni nazzjonali biex b'hekk jikkonformaw mal-obbligi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1971 dwar Sustanzi Psikotropiċi u disa' Stati Membri jużaw miżuri leġislattivi oħrajn biex jikkontrollawha, li din is-sustanza tkun sottoposta għal miżuri ta' kontroll fl-Unjoni kollha jista' jgħin biex jiġi evitat it-tfaċċar ta' ostakli fl-infurzar transfruntier tal-liġi u l-kooperazzjoni ġudizzjarja, u jgħin biex jipproteġu mir-riskji li d-disponibbiltà u l-użu tagħha jistgħu joħolqu.

(33)

Id-Deċiżjoni 2005/387/ĠAI tirriżerva s-setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kunsill bil-ħsieb li jingħata rispons rapidu u bbażat fuq għarfien espert fil-livell tal-Unjoni għat-tfaċċar ta' sustanzi psikoattivi ġodda individwati u rrappurtati mill-Istati Membri, billi jissottometti dawk is-sustanzi għal miżuri ta' kontroll fl-Unjoni kollha. Billi ġew issodisfati l-kondizzjonijiet u l-proċedura biex jingħata bidu għall-eżerċizzju ta' tali setgħat ta' implimentazzjoni, għandha tiġi adottata deċiżjoni ta' implimentazzjoni sabiex tqiegħed 25I-NBOMe, AH-7921, MDPV u l-metossetamina taħt kontroll fl-Unjoni kollha,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-sustanzi psikoattivi ġodda li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għall-miżuri ta' kontroll madwar l-Unjoni:

(a)

4-iodjo- 2,5-dimetoksi-N-(2-metoksibenzil) fenetilamina (25I-NBOMe);

(b)

3,4-dikloro-N-[[1-dimetilamino) ċikloeksil] metil] benżamid (AH-7921);

(c)

3,4-metilenediossipirovaleron (MDPV);

(d)

2- (3-metossifenil)-2-(etillamino)ċikloeżanon (metossetamina).

Artikolu 2

Sat-2 ta' Ottubru 2015, l-Istati Membri għandhom, skont il-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom jagħmlu s-sustanzi psikoattivi l-ġodda msemmija fl-Artikolu 1 soġġetti għal miżuri ta' kontroll u pieni kriminali, kif stipulat fil-leġislazzjoni tagħhom b'mod konformi mal-obbligi tagħhom skont il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar is-Sustanzi Psikotropiċi tal-1971.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Settembru 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

F. GUIDI


(1)   ĠU L 127, 20.5.2005, p. 32.

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/847/ĠAI tas-27 ta' Novembru 2003 dwar miżuri ta' kontroll u sanzjonijiet kriminali rigward drogi sintetiċi ġodda 2C-I, 2C-T-2, 2C-T-7 u TMA-2 (ĠU L 321, 6.12.2003, p. 64).


1.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 287/27


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-29 ta' Settembru 2014

dwar miżuri għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni fl-Unjoni tal-vajrus tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer mill-Alġerija, il-Libja, il-Marokk u t-Tuneżija

(notifikata bid-dokument C(2014) 6868)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/689/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta' kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE 90/425/KEE u 90/675/KEE (1), b'mod partikolari l-Artikolu 18(7) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta' Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 22(6) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tistabbilixxi l-prinċipji tal-kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fl-Unjoni minn pajjiżi terzi. Din tistabbilixxi l-miżuri li jistgħu jiġu adottati mill-Kummissjoni, jekk marda li tista' tkun ta' theddida serja għas-saħħa tal-annimali jew għas-saħħa pubblika, timmanifesta ruħha jew tinfirex fit-territorju ta' pajjiż terz.

(2)

Id-Direttiva 97/78/KE tistabbilixxi l-prinċipji tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fl-Unjoni minn pajjiżi terzi. Din tistabbilixxi l-miżuri li jistgħu jiġu adottati mill-Kummissjoni, jekk marda li tista' tkun ta' theddida serja għas-saħħa tal-annimali jew għas-saħħa pubblika, timmanifesta ruħha jew tinfirex fit-territorju ta' pajjiż terz.

(3)

Il-marda tal-ilsien u d-dwiefer hija endemika fil-Libja u ġiet ikkonfermata l-preżenza tagħha fit-Tuneżija fil-25 ta' April 2014 u fl-Alġerija fit-23 ta' Lulju 2014.

(4)

Din hija waħda mill-aktar mard li jittieħed malajr fl-ifrat, in-nagħaġ, il-mogħoż u l-ħnieżer. Il-vajrus li jikkawża din il-marda għandu l-potenzjal li jinfirex malajr, l-aktar permezz ta' prodotti miksuba minn annimali infettati u oġġetti mhux ħajjin kontaminati, inklużi l-mezzi ta' trasport bħall-vetturi għall-ġarr tal-bhejjem. Il-vajrus jista' jippersisti wkoll għal diversi ġimgħat f'ambjent kontaminat barra ġisem l-annimal li jkollu l-marda, dejjem skont it-temperatura.

(5)

Il-preżenza tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fl-Alġerija, il-Libja u t-Tuneżija tista' tikkostitwixxi riskju serju għall-popolazzjoni tal-bhejjem fl-Unjoni.

(6)

Għalkemm il-marda tal-ilsien u d-dwiefer ma ġietx ikkonfermata fil-Marokk, dan il-pajjiż terz huwa pajjiż minn fejn jistgħu jgħaddu l-vetturi għall-ġarr tal-bhejjem li jkunu sejrin mill-Alġerija, il-Libja u t-Tuneżija lejn l-Unjoni.

(7)

Minħabba d-deterjorament drastiku tas-sitwazzjoni tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Libja u tal-firxa tagħha fit-Tuneżija u l-Alġerija, jeħtieġ li jiġu adottati ċerti miżuri ta' protezzjoni fil-livell tal-Unjoni li jqisu s-soppravivenza fl-ambjent tal-vajrus tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer u r-rotot ta' trażmissjoni potenzjali ta' dak il-vajrus.

(8)

Il-vetturi u l-bastimenti għall-ġarr tal-bhejjem użati għat-trasport tal-annimali ħajjin mill-Alġerija, il-Libja jew it-Tuneżija, jistgħu jiġu kkontaminati bil-vajrus tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer f'dawk il-pajjiżi infettati u għalhekk jikkostitwixxu riskju li jintroduċu l-marda mal-wasla tagħhom fl-Unjoni.

(9)

It-tindif u d-diżinfezzjoni xierqa tal-vetturi u l-bastimenti għall-ġarr tal-bhejjem huwa l-aħjar mod kif jitnaqqas ir-riskju tat-trażmissjoni rapida tal-vajrus fuq distanzi kbar.

(10)

Għalhekk, huwa xieraq li l-vetturi u l-bastimenti kollha għall-ġarr tal-bhejjem li ttrasportaw annimali ħajjin lejn destinazzjonijiet fl-Alġerija, fil-Libja jew fit-Tuneżija, jiġu mnaddfa u diżinfettati b'mod xieraq u li dan it-tindif u d-diżinfezzjoni jiġi dokumentat kif suppost fid-dikjarazzjoni ppreżentata mill-operatur jew mis-sewwieq lill-awtorità kompetenti fil-punt tad-dħul.

(11)

L-operatur jew is-sewwieq għandu jiżgura li għal kull vettura u bastiment għall-ġarr tal-bhejjem jinżamm iċ-ċertifikat tat-tindif u d-diżinfezzjoni għal perjodu minimu ta' tliet snin.

(12)

L-Istati Membri għandu jkollhom il-possibbiltà li jissuġġettaw il-vetturi li jittrasportaw l-għalf minn jew li ttrasportaw l-għalf lejn pajjiżi infettati u li minnhom ma jistax jiġi eskluż ir-riskju sinifikanti tal-introduzzjoni tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fit-territorju tal-Unjoni, għal diżinfezzjoni fuq il-post tar-roti jew ta' kull parti oħra tal-vettura li titqies neċessarja biex jitnaqqas dan ir-riskju.

(13)

Barra minn hekk, għalkemm l-importazzjonijiet ta' annimali ħajjin ta' speċijiet suxxettibbli għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer mhumiex awtorizzati minn kull pajjiż fl-Afrika, skont id-Direttiva tal-Kunsill 2009/156/KE, hija awtorizzata l-importazzjoni ta' ċerti kategoriji ta' ekwidi li ġejjin mill-Alġerija, mil-Libja u mit-Tuneżija u skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/57/UE (3) huwa permess li jsir it-tranżitu fl-Unjoni tal-ekwidi li ġejjin minn dawk il-pajjiżi terzi u qegħdin fi triqthom lejn pajjiż terz ieħor. (4). Għaldaqstant, l-Istati Membri għandu jkollhom il-possibbiltà li jissuġġettaw il-vetturi għall-ġarr tal-bhejjem ħajjin li jittrasportaw ekwidi li ġejjin minn dawk il-pajjiżi terzi, għal diżinfezzjoni fuq il-post tar-roti jew ta' kull parti oħra tal-vettura li titqies neċessarja biex jitnaqqas ir-riskju ta' introduzzjoni tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fl-Unjoni.

(14)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, “vettura għall-ġarr tal-bhejjem” jew “bastiment għall-ġarr tal-bhejjem” tfisser kull vettura jew bastiment li qed jintużaw jew li ntużaw għat-trasportazzjoni ta' annimali terrestri ħajjin.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li mal-wasla tal-operatur jew tas-sewwieq ta' vettura għall-ġarr tal-bhejjem jew ta' bastiment għall-ġarr tal-bhejjem mill-Alġerija, il-Marokk, il-Libja jew it-Tuneżija, jipprovdi fil-punt tad-dħul tal-Unjoni, informazzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li turi li l-bhejjem jew il-kompartament tal-ġarr, fejn applikabbli l-kaxxa tat-trakk, ir-rampa tat-tagħbija, it-tagħmir li jkun miss mal-annimali, ir-roti u l-kabina tas-sewwieq u l-ħwejjeġ u l-bwiez protettivi użati matul il-ħatt, tnaddfu u ġew diżinfettati wara l-aħħar ħatt tal-annimali.

2.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi inkluża f'dikjarazzjoni mimlija skont il-mudell stipulat fl-Anness I jew fi kwalunkwe format ieħor ekwivalenti li jinkludi mill-inqas l-informazzjoni stipulata f'dak il-mudell.

3.   Il-kopja oriġinali tad-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tinżamm mill-awtorità kompetenti għal perjodu ta' tliet snin.

Artikolu 3

1.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-punt tad-dħul fl-Unjoni għandha tikkontrolla viżwalment il-vetturi għall-ġarr tal-bhejjem li ġejjin mill-Alġerija, il-Libja, il-Marokk jew it-Tuneżija sabiex tiddetermina jekk tnaddfux u ġewx diżinfettati b'mod sodisfaċenti.

2.   L-awtorità kompetenti responsabbli mill-ħruġ taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni fl-Alġerija, il-Libja, il-Marokk jew it-Tuneżija ta' annimali ħajjin li jridu jinġarru, għandha tikkontrolla viżwalment il-vetturi għall-ġarr tal-bhejjem sabiex tiddetermina jekk tnaddfux u ġewx diżinfettati b'mod sodisfaċenti qabel it-tagħbija tal-annimali.

3.   Jekk il-kontrolli msemmija fil-paragrafi 1 u 2 juru li t-tindif u d-diżinfezzjoni twettqu b'mod sodisfaċenti jew jekk l-awtoritajiet kompetenti minbarra l-miżuri stipulati fil-paragrafu 1, ordnaw, organizzaw u wettqu diżinfezzjoni addizzjonali ta' vetturi jew bastimenti għall-ġarr tal-bhejjem li tnaddfu qabel, l-awtorità kompetenti għandha tiddikjara dak il-fatt billi toħroġ ċertifikat skont il-mudell stabbilit fl-Anness II.

4.   Jekk il-kontrolli msemmija fil-paragrafi 1 u 2 juru li t-tindif u d-diżinfezzjoni tal-vettura jew tal-bastiment għall-ġarr tal-bhejjem ma twettqux b'mod sodisfaċenti, l-awtorità kompetenti għandha tieħu waħda mill-miżuri li ġejjin:

(a)

tordna li l-vettura jew il-bastiment għall-ġarr tal-bhejjem jitnaddaf u jiġi diżinfettat kif suppost f'post innominat mill-awtorità kompetenti, viċin kemm jista' jkun tal-punt tad-dħul fl-Istat Membru kkonċernat u toħroġ iċ-ċertifikat imsemmi fil-paragrafu 3;

(b)

jekk ma jkunx hemm faċilità adattata għat-tindif u d-diżinfezzjoni viċin il-punt tad-dħul jew jekk hemm riskju li l-prodotti residwi tal-annimali jistgħu jiġu rilaxxati minn vettura jew bastiment għall-ġarr tal-bhejjem mhux imnaddaf:

(i)

tiċħad id-dħul fl-Unjoni tal-vettura jew tal-bastiment għall-ġarr tal-bhejjem; jew

(ii)

twettaq diżinfezzjoni preliminarja fuq il-post tal-vettura jew tal-bastiment għall-ġarr tal-bhejjem li ma jkunx tnaddaf jew ġie diżinfettat b'mod sodisfaċenti sakemm titwettaq l-applikazzjoni tal-miżuri stipulati fil-punt (a).

5.   Il-kopja oriġinali taċ-ċertifikat imsemmi fil-paragrafu 3 għandha tinżamm mill-operatur jew mis-sewwieq tal-vettura għall-ġarr tal-bhejjem għal perjodu ta' tliet snin. L-awtorità kompetenti għandha żżomm kopja ta' dak iċ-ċertifikat għal perjodu ta' tliet snin.

Artikolu 4

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-punt tad-dħul fl-Unjoni tista' tissuġġetta kull vettura li tkun ittrasportat għalf li jkun ġej mill-Alġerija, il-Libja, il-Marokk jew it-Tuneżija u li minnha ma jistax jiġi eskluż ir-riskju sinifikanti tal-introduzzjoni tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fl-Unjoni, għal diżinfezzjoni fuq il-post tar-roti jew ta' kull parti oħra tal-vettura li titqies neċessarja biex jitnaqqas dan ir-riskju.

Artikolu 5

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-post tad-dħul ta' spezzjoni fil-fruntiera tista' tissuġġetta vetturi għall-ġarr tal-bhejjem li jittrasportaw ekwidi mill-Alġerija, il-Libja jew it-Tuneżija li jiġu introdotti fl-Unjoni skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2009/156/KE u f'każ ta' tranżitu skont id-Deċiżjoni 2010/57/UE, u li minnhom ma jistax jiġi eskluż ir-riskju sinifikanti tal-introduzzjoni tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fit-territorju tal-Unjoni, għal diżinfezzjoni fuq il-post tar-roti jew ta' kull parti oħra tal-vettura li titqies neċessarja biex jitnaqqas dan ir-riskju.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-1 ta' Ottubru 2015.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Settembru 2014.

Għall-Kummissjoni

Tonio BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56.

(2)   ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9.

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/156/KE tat-30 ta' Novembru 2009 dwar kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta' ekwidi (ĠU L 192, 23.7.2010, p. 1).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/57/UE tat-3 ta' Frar 2010 li tistabbilixxi garanziji tas-saħħa għat-tranżitu tal-equidae (razza taż-żwiemel) li jkunu qegħdin jiġu ttrasportati mit-territorji elenkati fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE (ĠU L 32, 4.2.2010, p. 9).


ANNESS I

Dikjarazzjoni mudell li trid tingħata mill-operatur/mis-sewwieq tal-vettura/tal-bastiment għall-ġarr tal-bhejjem li ġej mill-Alġerija, il-Libja, il-Marokk u t-Tuneżija

Jien, l-operatur/is-sewwieq tal-vettura/tal-bastiment għall-ġarr tal-bhejjem (1)

niddikjara li:

Il-ħatt l-aktar riċenti tal-annimali u l-għalf sar fi:

Pajjiż, reġjun, post

Data (jj.xx.ssss)

Ħin (ss:mm)

 

 

 

 

Wara l-ħatt, il-vettura/il-bastiment għall-ġarr tal-bhejjem tnaddfet u ġiet diżinfettata. It-tindif u d-diżinfezzjoni inkludew il-kompartiment tal-bhejjem jew tat-tagħbija, [il-kaxxa tat-trakk] (2), ir-rampa tat-tagħbija, it-tagħmir li jkun miss mal-annimali, ir-roti u l-kabina tas-sewwieq u l-ħwejjeġ u l-bwiez protettivi użati matul il-ħatt.

It-tindif u d-diżinfezzjoni twettqu fi:

Pajjiż, reġjun, post

Data (jj.xx.ssss)

Ħin (ss:mm)

 

 

 

 

Id-diżinfettant intuża skont il-konċentrazzjonijiet rakkomandati mill-manifattur (3):

It-tagħbija li jmiss ta' annimali se sseħħ fi:

Pajjiż, reġjun, post

Data (jj.xx.ss)

Ħin (ss:mm)

 

 

 

 

Data

Post

Firma tal-operatur/tas-sewwieq

 

 

 

Isem l-operatur/is-sewwieq tal-vettura għall-ġarr tal-bhejjem u l-indirizz kummerċjali (f'ittri kbar)


(1)  Daħħal in-numru tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni/ta' identifikazzjoni tal-vettura/tal-bastiment għall-ġarr tal-bhejjem.

(2)  Ħassar jekk mhux applikabbli.

(3)  Indika s-sustanza u l-konċentrazzjoni tagħha.


ANNESS II

Ċertifikat ta' tindif u diżinfezzjoni għall-vetturi/għall-bastimenti għall-garr tal-bhejjem li ġejjin mill-Alġerija, il-Libja, il-Marokk u t-Tuneżija

Jien, li hawn taħt jidher ismi, niċċertifika uffiċjalment li spezzjonajt:

1.

il-vetturi/il-bastimenti għall-ġarr tal-bhejjem bil-pjanċi tar-reġistrazzjoni/ta' identifikazzjoni (1) llum u permezz ta' kontroll viżiv sibt il-kompartament tal-bhejjem jew tat-tagħbija, [il-kaxxa tat-trakk] (2), ir-rampa tat-tagħbija, it-tagħmir li jkun miss mal-annimali, ir-roti u l-kabina tas-sewwieq u l-ħwejjeġ u l-bwiez protettivi użati matul il-ħatt, imnaddfa b'mod sodisfaċenti.

2.

l-informazzjoni mressqa fil-forma ta' dikjarazzjoni kif stipulat fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/689/UE jew fi kwalunkwe forma ekwivalenti oħra li tkopri l-punti stipulati fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/689/UE.

Data

Ħin

Post

Awtorità kompetenti

Firma tal-uffiċjal (*1)

 

 

 

 

 

Timbru:

Isem f'ittri kbar:


(1)  Daħħal in-numru/i tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni/ta' identifikazzjoni tal-vettura/i/bastiment/i għall-ġarr tal-bhejjem.

(2)  Ħassar jekk mhux applikabbli.

(*1)  Il-kulur tat-timbru u l-firma għandu jkun differenti minn dak użat għall-istampar.


Rettifika

1.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 287/32


Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/447/PESK tad-9 ta' Lulju 2014 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/354/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS)

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 201 tal-10 ta' Lulju 2014 )

F'paġna 29, punt (4) tal-Artikolu 1, l-Artikolu l-ġdid 12(6):

minflok:

“6.   In-nefqa għandha tkun eliġibbli mid-9 ta' Lulju 2014.”

,

aqra:

“6.   In-nefqa għandha tkun eliġibbli mill-1 ta' Lulju 2014.”

.