ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 284

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 57
30 ta' Settembru 2014


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1025/2014 tal-25 ta' Lulju 2014 li jemenda l-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 li japplika l-arranġamenti għall-prodotti li joriġinaw f'ċerti stati li huma parti mill-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) provdut għalihom fi ftehimiet li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehim ta' Sħubija Ekonomika, kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 38/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda ċerti Regolamenti relatati mal-politika kummerċjali komuni fir-rigward tal-għoti ta' setgħat iddelegati u ta' implimentazzjoni għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri

1

 

*

Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1026/2014 tal-25 ta' Lulju 2014 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 li japplika l-arranġamenti għall-prodotti li joriġinaw f'ċerti stati li huma parti mill-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (l-Istati AKP) previsti fi ftehimiet li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika, kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 527/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 fir-rigward tal-esklużjoni ta' għadd ta' pajjiżi mil-lista ta' reġjuni jew stati li kkonkludew in-negozjati

3

 

*

Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1027/2014 tal-25 ta' Lulju 2014 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 li japplika l-arranġamenti għall-prodotti li joriġinaw f'ċerti Stati li huma parti mill-Grupp ta' Stati Afrikani, Karibej u Paċifiċi (AKP) previsti fi ftehim li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehim ta' Sħubija Ekonomika, kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 527/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 fir-rigward tal-esklużjoni ta' għadd ta' pajjiżi mil-lista ta' reġjuni jew Stati li kkonkludew in-negozjati

5

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1028/2014 tas-26 ta' Settembru 2014 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1207/2011 li jistabbilixxi rekwiżiti għall-prestazzjoni u l-interoperabilità tas-sorveljanza għall-ajru uniku Ewropew ( 1 )

7

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1029/2014 tas-26 ta' Settembru 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 73/2010 li jistipula r-rekwiżiti dwar il-kwalità tad-dejta ajrunawtika u l-informazzjoni ajrunawtika għall-Ajru Uniku Ewropew ( 1 )

9

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1030/2014 tad-29 ta' Settembru 2014 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-formats uniformi u d-data għad-divulgazzjoni tal-valuri użati sabiex jiġu identifikati istituzzjonijiet sistemikament importanti globali skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

14

 

*

Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1031/2014 tad-29 ta' Settembru 2014 li jistabbilixxi miżuri temporanji eċċezzjonali oħra ta' appoġġ għall-produtturi ta' ċertu frott u ħaxix

22

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1032/2014 tad-29 ta’ Settembru 2014 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

40

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1033/2014 tad-29 ta' Settembru 2014 li jistabbilixxi l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji tal-importazzjoni addizzjonali għal għasel iswed fis-settur taz-zokkor applikabbli mill-1 ta' Ottubru 2014

42

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2014/680/UE, Euratom

 

*

Deċiżjoni tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-24 ta' Settembru 2014 li taħtar imħallfin fil-Qorti tal-Ġustizzja

45

 

 

2014/681/UE, Euratom

 

*

Deċiżjoni tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-istati membri tal-24 ta' Settembru 2014 li taħtar imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja

46

 

 

2014/682/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta' Settembru 2014 li taħtar membru supplenti Bulgaru fil-Kumitat tar-Reġjuni

47

 

 

2014/683/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta' Settembru 2014 li taħtar membru mir-Renju Unit fil-Kumitat tar-Reġjuni

48

 

 

2014/684/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta' Settembru 2014 taħtar disa' membri Griegi u tnax-il membru supplenti Grieg fil-Kumitat tar-Reġjuni

49

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/685/PESK tad-29 ta' Settembru 2014 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo EULEX KOSOVO

51

 

 

2014/686/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Lulju 2014 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.33927 (12/C) (ex 11/NN) implimentata mill-Belġju Skema ta' garanzija li tipproteġi l-ishma ta' membri individwali ta' kooperattivi finanzjarji (notifikata bid-dokument C(2014) 1021)  ( 1 )

53

 

 

2014/687/UE

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Settembru 2014 li tistabbilixxi l-konklużjonijiet tal-aħjar metodi tekniċi disponibbli (BAT), skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għall-produzzjoni tal-polpa, il-karta u l-kartun (notifikata bid-dokument C(2014) 6750)  ( 1 )

76

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

30.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 284/1


REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1025/2014

tal-25 ta' Lulju 2014

li jemenda l-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 li japplika l-arranġamenti għall-prodotti li joriġinaw f'ċerti stati li huma parti mill-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) provdut għalihom fi ftehimiet li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehim ta' Sħubija Ekonomika, kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 38/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda ċerti Regolamenti relatati mal-politika kummerċjali komuni fir-rigward tal-għoti ta' setgħat iddelegati u ta' implimentazzjoni għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 tal-20 ta' Diċembru 2007 li japplika l-arranġamenti għall-prodotti li joriġinaw f'ċerti stati li huma parti mill-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) provdut għalihom fi ftehimiet li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehim ta' Sħubija Ekonomika (1) kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 38/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2014 li jemenda ċerti Regolamenti relatati mal-politika kummerċjali komuni fir-rigward tal-għoti ta' setgħat iddelegati u ta' implimentazzjoni għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri (2), u b'mod partikolari L-Artikolu 2(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-lista ta' pajjiżi benefiċjarji tar-reġim ta' importazzjoni tal-UE mingħajr dazju mingħajr kwoti hija stabbilita mill-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 (ir-Regolament dwar l-Aċċess għas-Suq).

(2)

Il-Botswana, il-Kamerun, il-Côte d'Ivoire, il-Fiġi, il-Gana, il-Kenja, in-Namibja u s-Sważiland ma kinux ħadu l-passi meħtieġa lejn ir-ratifika tal-Ftehim rispettiv tagħhom u għalhekk, skont l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007, u b'mod partikolari l-punt (b) tiegħu, mhux se jibqgħu jkunu koperti mill-arranġament dwar l-aċċess għas-suq permess mir-Regolament (KE) Nru 1528/2007, mill-1 ta' Ottubru 2014. Dan jirriżulta mir-Regolament (UE) Nru 527/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(3)

Il-Côte d'Ivoire u l-Gana, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ikkonkludew in-negozjati dwar Ftehim ta' Sħubija Ekonomika fit-30 ta' Ġunju 2014.

(4)

Il-Botswana, in-Namibja u s-Sważiland, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ikkonkludew in-negozjati dwar Ftehim ta' Sħubija Ekonomika fil-15 ta' Lulju 2014.

(5)

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 24a tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 biex temenda l-Anness I għal dak ir-Regolament sabiex iżżid reġjuni jew stati mill-Grupp ta' Stati tal-AKP li kkonkludew negozjati dwar ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu XXIV GATT 1994.

(6)

Wara d-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, iż-żieda tal-Botswana, il-Côte d'Ivoire, il-Gana, in-Namibja u s-Sważiland mal-Anness I għar-Regolament dwar l-Aċċess għas-Suq se tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet tal-Artikolu 2(3) ta' dak ir-Regolament u b'mod partikolari l-punt (b) tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Iż-żieda tal-pajjiżi mal-Anness I

Fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 jiddaħħlu l-pajjiżi li ġejjin:

 

Ir-Repubblika tal-Botswana;

 

Ir-Repubblika tal-Côte d'Ivoire;

 

Ir-Repubblika tal-Gana;

 

Ir-Repubblika tan-Namibja;

 

Ir-Renju tas-Sważiland.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa japplika mill-1 ta' Ottubru 2014.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmula fi Brussell, il-25 ta' Lulju 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 348 tal-31.12.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 18, 21.1.2014, p. 52.

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 527/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 fir-rigward tal-esklużjoni ta' għadd ta' pajjiżi mil-lista ta' reġjuni jew stati li kkonkludew in-negozjati (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 59).


30.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 284/3


REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1026/2014

tal-25 ta' Lulju 2014

li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 li japplika l-arranġamenti għall-prodotti li joriġinaw f'ċerti stati li huma parti mill-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (l-Istati AKP) previsti fi ftehimiet li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika, kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 527/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 fir-rigward tal-esklużjoni ta' għadd ta' pajjiżi mil-lista ta' reġjuni jew stati li kkonkludew in-negozjati

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 tal-20 ta' Diċembru 2007 li japplika l-arranġamenti għall-prodotti li joriġinaw f'ċerti stati li huma parti mill-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (l-Istati AKP) previsti fi ftehimiet li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika (1), kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 527/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 fir-rigward tal-esklużjoni ta' għadd ta' pajjiżi mil-lista ta' reġjuni jew stati li kkonkludew in-negozjati (2), u b'mod partikolari l-Artikoli 2a u 2b tiegħu,

Billi:

(1)

Il-lista tal-pajjiżi benefiċjarji tar-reġim ta' importazzjoni bla dazju u bla kwoti tal-UE hija stabbilita mill-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 (“Ir-Regolament għall-Aċċess għas-Suq”).

(2)

In-negozjati bejn dwar il-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika (“il-Ftehim”) bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Istati Paċifiċi, minn naħa l-oħra, ġew konklużi fit-23 ta' Novembru 2007.

(3)

Il-Botswana, il-Kamerun, il-Côte d'Ivoire, il-Fiġi, il-Gana, il-Kenja, in-Namibja u s-Sważiland ma kinux ħadu l-passi neċessarji għar-ratifika tal-ftehimiet rispettivi tagħhom. Konsegwentement, f'konformitá mal-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007, u partikolarment il-punt (b) tiegħu, l-Anness I għal dak ir-Regolament kien ġie emendat mir-Regolament (UE) Nru 527/2013. Dawn il-pajjiżi ma baqgħux koperti minn arranġament ta' aċċess għas-suq kif permess bir-Regolament (KE) Nru 1528/2007, mill-1 ta' Ottubru 2014.

(4)

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikoli 2a u 2b tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 biex jemendaw l-Anness I ta' dan ir-Regolament billi terġa' ddaħħal dawn il-pajjiżi li tneħħew skont ir-Regolament (UE) Nru 527/2013, hekk kif dawn il-pajjiżi jkunu ħadu l-passi meħtieġa lejn ir-ratifika tal-ftehimiet rispettivi tagħhom.

(5)

Il-Fiġi ħadu l-passi neċessarji lejn ir-ratifika tal-Ftehim tagħhom u infurmaw id-depożitarju tal-Ftehim b'dan il-fatt fis-17 ta' Lulju 2014,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-reintegrazzjoni ta' pajjiż fl-Anness I

Fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1528/2007, qed jiġi miżjud il-pajjiżi li ġej:

 

Ir-Repubblika tal-Gżejjer tal-Fiġi.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa japplika mill-1 ta' Ottubru 2014.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Lulju 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 348, 31.12.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 165, 18.6.2013, p. 59.


30.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 284/5


REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1027/2014

tal-25 ta' Lulju 2014

li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 li japplika l-arranġamenti għall-prodotti li joriġinaw f'ċerti Stati li huma parti mill-Grupp ta' Stati Afrikani, Karibej u Paċifiċi (AKP) previsti fi ftehim li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehim ta' Sħubija Ekonomika, kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 527/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 fir-rigward tal-esklużjoni ta' għadd ta' pajjiżi mil-lista ta' reġjuni jew Stati li kkonkludew in-negozjati

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 tal-20 ta' Diċembru 2007 li japplika l-arranġamenti għall-prodotti li joriġinaw f'ċerti Stati li huma parti mill-Grupp ta' Stati Afrikani, Karibej u Paċifiċi (AKP) previsti fi ftehim li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehim ta' Sħubija Ekonomika (1), kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 527/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 fir-rigward tal-esklużjoni ta' għadd ta' pajjiżi mil-lista ta' reġjuni jew Stati li kkonkludew in-negozjati (2), u b'mod partikolari l-Artikoli 2a u 2b tiegħu,

Billi:

(1)

Il-lista tal-pajjiżi benefiċjarji tar-reġim ta' importazzjoni bla dazju u bla kwoti tal-UE hija stabbilita mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 (Ir-Regolament għall-Aċċess għas-Suq).

(2)

In-negozjati dwar il-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika (il-Ftehim) bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Parti tal-Afrika Ċentrali, min-naħa l-oħra, ġew konklużi fis-17 ta' Diċembru 2007.

(3)

Il-Botswana, il-Kamerun, il-Côte d'Ivoire, il-Fiġi, il-Gana, il-Kenja, in-Namibja u s-Sważiland ma kinux ħadu l-passi neċessarji għar-ratifika tal-ftehimiet rispettivi tagħhom. Konsegwentement, f'konformitá mal-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007, u partikolarment il-punt (b) tiegħu, l-Anness I ta' dak ir-Regolament ġie emendat bir-Regolament (UE) Nru 527/2013. Dawk il-pajjiżi ma baqgħux koperti minn arranġament ta' aċċess għas-suq kif permess skont ir-Regolament (KE) Nru 1528/2007, mill-1 ta' Ottubru 2014.

(4)

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikoli 2a u 2b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 sabiex temenda l-Anness I ta' dak ir-Regolament billi terġa' ddaħħal dawk il-pajjiżi li tneħħew skont ir-Regolament (UE) Nru 527/2013, hekk kif dawk il-pajjiżi jkunu ħadu l-passi meħtieġa biex jirratifikaw il-Ftehimiet rispettivi tagħhom.

(5)

Il-Kamerun ħa l-passi neċessarji biex jirratifika l-Ftehim tiegħu u informa d-depożitorju tal-Ftehim b'dan il-fatt fit-22 ta' Lulju 2014,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-reintegrazzjoni ta' pajjiżi fl-Anness I

Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007, jiddaħħal il-pajjiż li ġej:

 

Ir-Repubblika tal-Kamerun.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa japplika mill-1 ta' Ottubru 2014.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Lulju 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 348, 31.12.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 165, 18.6.2013, p. 59.


30.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 284/7


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1028/2014

tas-26 ta' Settembru 2014

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1207/2011 li jistabbilixxi rekwiżiti għall-prestazzjoni u l-interoperabilità tas-sorveljanza għall-ajru uniku Ewropew

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 552/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 dwar l-interoperabilità tax-Xibka Ewropea ta' Amministrazzjoni ta' Traffiku tal-Ajru (ir-Regolament dwar l-interoperabilità) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1207/2011 (2) jistabbilixxi rekwiżiti dwar is-sistemi li jikkontribwixxu għall-għoti ta' dejta ta' sorveljanza sabiex ikunu żgurati l-armonizzazzjoni tal-prestazzjoni, l-interoperabilità u l-effiċjenza ta' dawk is-sistemi fi ħdan in-netwerk Ewropew għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u sabiex ikun hemm koordinazzjoni ċivili-militari.

(2)

Sabiex ikunu jistgħu jgħammru inġenji tal-ajru ġodda b'kapaċitajiet ġodda, l-operaturi għandu jkollhom l-ispeċifikazzjonijiet meħtieġa għat-tagħmir mill-inqas 24 xahar qabel id-data ta' applikazzjoni prevista. Madankollu, l-Ispeċifikazzjonijiet taċ-Ċertifikazzjoni rilevanti ma ġewx adottati mill-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASA) qabel Diċembru 2013. Bħala konsegwenza ta' dan, l-operaturi mhux se jkunu jistgħu jgħammru inġenji tal-ajru ġodda bil-funzjonalitajiet il-ġodda ADS-B “Out” u Mode S Enhanced sat-8 ta' Jannar 2015. Għalhekk, ir-Regolament (UE) Nru 1207/2011 għandu jiġi emendat, sabiex l-operaturi kkonċernati jingħataw biżżejjed żmien addizzjonali għal dan l-għan.

(3)

Dewmien fiċ-ċertifikazzjoni u d-disponibbiltà tat-tagħmir meħtieġ, kif ukoll ir-restrizzjonijiet tal-kapaċità industrijali rigward it-tgħammir tal-inġenji tal-ajru, jaffettwaw l-installazzjoni bla xkiel ta' sistemi ġodda f'inġenji tal-ajru tal-flotta eżistenti. Għadd ta' inġenji tal-ajru, b'mod partikolari dawk li jintużaw għal operazzjonijiet transatlantiċi, għandhom ukoll ikunu mgħammra b'funzjonalità ADS-B “Out” sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2020, skont l-ordnijiet tal-Amministrazzjoni Federali tal-Avjazzjoni tal-Istati Uniti (FAA). Id-data għall-installazzjoni ta' sistemi ġodda f'inġenji tal-ajru eżistenti għall-ADS-B “Out” u Mode S Enhanced għandha għalhekk tiġi posposta u tinġieb aktar konformi mal-iskadenza għar-rekwiżiti tal-FAA ADS-B.

(4)

Operaturi ta' inġenji tal-ajru tal-Istat għandhom jibbenefikaw minn posponimenti simili fid-dati tal-implimentazzjoni li jibbenefikaw minnhom operaturi oħra tal-inġenji tal-ajru. Għalhekk, anki l-iskadenza għar-retroinstallazzjoni tal-funzjonalitajiet ġodda ADS-B “Out” u Mode S Enhanced fl-inġenji tal-ajru tal-Istat għandha tiġi posposta.

(5)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1207/2011 għandu jiġi emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ajru Uniku li ġie stabbilit permezz tal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 549/2004,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1207/2011 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 4 jinbidel b'dan li ġej:

“4.   L-operaturi għandhom jiżguraw li:

(a)

l-inġenji tal-ajru li joperaw it-titjiriet imsemmija fl-Artikolu 2(2) b'ċertifikat individwali tal-ajrunavigabilità li jkun inħareġ għall-ewwel darba fit-8 ta' Jannar 2015 jew wara, ikunu mgħammra bi transponders tar-radars ta' sorveljanza sekondarji li jkollhom il-kapaċitajiet imniżżla fil-Parti A tal-Anness II;

(b)

l-inġenji tal-ajru b'massa ta' tluq massima ċċertifikata li taqbeż il-5 700 kg jew b'kapaċità massima ta' tajran b'veloċità moderata reali fl-arja ta' aktar minn 250 knots, li joperaw it-titjiriet imsemmija fl-Artikolu 2(2), b'ċertifikat individwali tal-ajrunavigabilità li jkun inħareġ għall-ewwel darba fit-8 ta' Ġunju 2016 jew wara, ikunu mgħammra bi transponders tar-radars ta' sorveljanza sekondarji li, minbarra li jkollhom il-kapaċitajiet imniżżla fil-Parti A tal-Anness II, ikollhom ukoll il-kapaċitajiet imniżżla fil-Parti B ta' dak l-Anness;

(c)

l-inġenji tal-ajru bi ġwienaħ fissi b'massa ta' tluq massima ċċertifikata li taqbeż il-5 700 kg jew b'kapaċità massima ta' tajran b'veloċità moderata reali fl-arja ta' aktar minn 250 knots, li joperaw it-titjiriet imsemmija fl-Artikolu 2(2), b'ċertifikat individwali tal-ajrunavigabilità li jkun inħareġ għall-ewwel darba fit-8 ta' Ġunju 2016 jew wara, ikunu mgħammra bi transponders tar-radars ta' sorveljanza sekondarji li, minbarra li jkollhom il-kapaċitajiet imniżżla fil-Parti A tal-Anness II, ikollhom ukoll il-kapaċitajiet imniżżla fil-Parti C ta' dak l-Anness.”

(b)

Il-paragrafu 5 jinbidel b'dan li ġej:

“5.   L-operaturi għandhom jiżguraw li:

(a)

sa mhux aktar tard mis-7 ta' Diċembru 2017, l-inġenji tal-ajru li joperaw it-titjiriet imsemmija fl-Artikolu 2(2) b'ċertifikat individwali ta' ajrunavigabilità li jkun inħareġ għall-ewwel darba qabel it-8 ta' Jannar 2015, ikunu mgħammra bi transponders tar-radars ta' sorveljanza sekondarji li jkollhom il-kapaċitajiet imniżżla fil-Parti A tal-Anness II;

(b)

sa mhux aktar tard mis-7 ta' Ġunju 2020, l-inġenji tal-ajru b'massa ta' tluq massima ċċertifikata li taqbeż il-5 700 kg jew b'kapaċità massima ta' tajran b'veloċità moderata reali fl-arja ta' aktar minn 250 knots, li joperaw it-titjiriet imsemmija fl-Artikolu 2(2), b'ċertifikat individwali tal-ajrunavigabilità li jkun inħareġ għall-ewwel darba qabel it-8 ta' Ġunju 2016, ikunu mgħammra bi transponders tar-radars ta' sorveljanza sekondarji li, minbarra li jkollhom il-kapaċitajiet imniżżla fil-Parti A tal-Anness II, ikollhom ukoll il-kapaċitajiet imniżżla fil-Parti B ta' dak l-Anness;

(c)

sa mhux aktar tard mis-7 ta' Ġunju 2020, l-inġenji tal-ajru bi ġwienaħ fissi b'massa ta' tluq massima ċċertifikata li taqbeż il-5 700 kg jew b'kapaċità massima ta' tajran b'veloċità moderata reali fl-arja ta' aktar minn 250 knots, li joperaw it-titjiriet imsemmija fl-Artikolu 2(2), b'ċertifikat individwali tal-ajrunavigabilità li jkun inħareġ għall-ewwel darba qabel it-8 ta' Ġunju 2016, ikunu mgħammra bi transponders tar-radars ta' sorveljanza sekondarji li, minbarra li jkollhom il-kapaċitajiet imniżżla fil-Parti A tal-Anness II, ikollhom ukoll il-kapaċitajiet imniżżla fil-Parti C ta' dak l-Anness.”

(2)

Fl-Artikolu 8, il-paragrafu 2 jinbidel b'li ġej:

“2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sa mhux aktar tard mis-7 ta' Ġunju 2020, l-inġenji tal-ajru tal-Istat tat-tip tat-trasport b'massa ta' tluq massima ċċertifikata li taqbeż il-5 700 kg jew b'kapaċità massima ta' tajran b'veloċità moderata reali fl-arja ta' aktar minn 250 knots, li joperaw skont l-Artikolu 2(2), ikunu mgħammra bi transponders tar-radars ta' sorveljanza sekondarji li, minbarra li jkollhom il-kapaċità mniżżla fil-Parti A tal-Anness II, ikollhom ukoll il-kapaċità mniżżla fil-Parti B u l-Parti C ta' dak l-Anness.”

(3)

Fl-Artikolu 14, il-paragrafu 1 jinbidel b'li ġej:

“1.   Inġenji tal-ajru ta' tipi speċifiċi li l-ewwel ċertifikat tal-ajrunavigabilità tagħhom ikun inħareġ qabel it-8 ta' Ġunju 2016 u li għandhom massa ta' tluq massima li taqbeż il-5 700 kg jew veloċità massima ta' tajran b'veloċità moderata reali fl-arja ta' aktar minn 250 knots, li m'għandhomx is-sett sħiħ tal-parametri deskritti fil-Parti C tal-Anness II disponibbli fuq bus diġitali abbord l-inġenju tal-ajru jistgħu jkunu eżentati mill-konformità mar-rekwiżiti tal-punt (c) tal-Artikolu 5(5).”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Settembru 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 26.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1207/2011 tat-22 ta' Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti għall-prestazzjoni u l-interoperabilità tas-sorveljanza għall-ajru uniku Ewropew (ĠU L 305, 23.11.2011, p. 35).


30.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 284/9


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1029/2014

tas-26 ta' Settembru 2014

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 73/2010 li jistipula r-rekwiżiti dwar il-kwalità tad-dejta ajrunawtika u l-informazzjoni ajrunawtika għall-Ajru Uniku Ewropew

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 552/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 dwar l-interoperabilità tax-Xibka Ewropea ta' Amministrazzjoni ta' Traffiku tal-Ajru (ir-Regolament ta' interoperabilità) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikoli 3(13), 7(5) u 10(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 73/2010 (2) jirreferu għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2096/2005 (3), li ġie rrevokat mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1035/2011 (4). Ir-referenzi għar-Regolament (KE) Nru 2096/2005 fir-Regolament (UE) Nru 73/2010 għandhom għalhekk jiġu aġġornati biex jirreferu għar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1035/2011.

(2)

L-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 73/2010 jirreferi għall-istandards stabbiliti mill-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO). Madankollu, minn mindu ġie adottat ir-Regolament (UE) Nru 73/2010, l-ISO rrevediet u nnumerat mill-ġdid xi wħud minn dawn l-istandards. Ir-referenzi fir-Regolament (UE) Nru 73/2010 għall-istandards rilevanti tal-ISO għandhom għalhekk jiġu aġġornati biex tiġi żgurata l-koerenza mal-aħħar numerazzjoni u edizzjoni ta' dawn l-istandards.

(3)

L-Annessi I, III u XI tar-Regolament (UE) Nru 73/2010 jirreferu għal diversi definizzjonijiet u dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness 15 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (il-Konvenzjoni ta' Chicago), u b'mod aktar speċifiku, it-Tnax-il Edizzjoni tiegħu ta' Lulju 2004, li tinkorpora l-Emenda Nru 34. Minn mindu ġie adottat ir-Regolament (UE) Nru 73/2010, l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO) emendat għadd ta' definizzjonijiet u dispożizzjonijiet u xi ftit mill-istruttura tal-Anness 15 tal-Konvenzjoni ta' Chicago, dan l-aħħar, fl-Erbatax-il Edizzjoni tagħha ta' Lulju 2013, li tinkorpora l-Emenda Nru 37. Għaldaqstant, ir-referenzi fir-Regolament (UE) Nru 73/2010 tal-Anness 15 tal-Konvenzjoni ta' Chicago għandhom jiġu aġġornati sabiex jissodisfaw l-obbligi ġuridiċi internazzjonali tal-Istati Membri u jiżguraw li jkun hemm konsistenza mal-qafas regolatorju internazzjonali tal-ICAO pprovdut.

(4)

Ir-Regolament (UE) Nru 73/2010 għandu jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ajru Uniku li ġie stabbilit bl-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 549/2004 (5),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 73/2010 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (7) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(7)

‘pakkett ta' informazzjoni ajrunawtika integrat’ (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ IAIP) tfisser pakkett ta' dokumenti jew mezzi elettroniċi, li jikkonsisti mill-elementi li ġejjin:

(a)

pubblikazzjonijiet ta' informazzjoni ajrunawtika (minn hawn 'il quddiem imsejħa AIP), inklużi l-emendi;

(b)

supplimenti għall-AIP;

(c)

in-NOTAM kif definit fil-punt (17) u bullettini ta' informazzjoni ta' qabel it-titjira;

(d)

ċirkolari ta' informazzjoni ajrunawtika; u

(e)

listi ta' verifika u listi ta' NOTAMs validi;”

(b)

il-punt (8) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(8)

‘dejta dwar l-ostakli’ tfisser dejta dwar l-oġġetti fissi u mobbli kollha (kemm jekk temporanji kif ukoll permanenti), jew partijiet minnhom, li jinsabu f'żona maħsuba għall-moviment ta' inġenji tal-ajru fuq l-art jew li jestendu lil hinn minn superfiċje definita maħsuba biex tipproteġi l-inġenji tal-ajru waqt li qed itiru jew li jinsabu barra minn dawk is-superfiċji definiti u li ġew ivvalutati li huma ta' periklu għan-navigazzjoni bl-ajru;”

(c)

il-punt (10) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(10)

‘dejta għall-immappjar tal-ajrudromi’ tfisser id-dejta miġbura għall-fini ta' ġbir tal-informazzjoni għall-immappjar tal-ajrudromi;”

(d)

il-punt (13) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(13)

‘fornitur ta' servizz ta' informazzjoni ajrunawtika’ tfisser l-organizzazzjoni responsabbli għall-forniment ta' servizz ta' informazzjoni ajrunawtika, iċċertifikata skont ir-rekwiżiti tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1035/2011;”

(e)

il-punt (24) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(24)

dejta kritika' tfisser dejta kif ikklassifikata skont il-punt c) tal-klassifikazzjoni tal-integrità definita fil-Kapitolu 1, it-Taqsima 1.1 tal-Anness 15 tal-Konvenzjoni ta' Chicago dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (minn hawn 'il quddiem il-Konvenzjoni ta' Chicago);”

(f)

il-punt (25) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(25)

‘dejta essenzjali’ tfisser id-dejta kif ikklassifikata skont il-punt b) tal-klassifikazzjoni tal-integrità definita fil-Kapitolu 1, it-Taqsima 1.1 tal-Anness 15 tal-Konvenzjoni ta' Chicago;”

(2)

Fl-Artikolu 7, il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“5.   Mingħajr preġudizzju għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (KE) Nru 1035/2011, il-partijiet imsemmija fl-Artikolu 2(2) għandhom jiżguraw li l-persunal tagħhom responsabbli għall-kompiti fil-forniment ta' dejta ajrunawtika jew ta' informazzjoni ajrunawtika huwa mħarreġ b'mod adegwat, u li jkun kompetenti u awtorizzat għall-impjieg li jrid jiżvolġi.”

(3)

Fl-Artikolu 10, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Mingħajr preġudizzju għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (KE) Nru 1035/2011, il-partijiet imsemmija fl-Artikolu 2(2) għandhom jimplimentaw u jżommu sistema ta' ġestjoni tal-kwalità li tkopri l-attivitajiet tagħhom relatati mal-forniment ta' dejta ajrunawtika u ta' informazzjoni ajrunawtika, b'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness VII, il-Parti A.”

(4)

L-Anness I huwa emendat skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament.

(5)

L-Anness III huwa sostitwit bit-test fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

(6)

L-Anness XI huwa sostitwit bit-test fl-Anness III ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Settembru 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 26.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissojni (UE) Nru 73/2010 tas-26 ta' Jannar 2010 li jistipula r-rekwiżiti dwar il-kwalità tad-dejta ajrunawtika u l-informazzjoni ajrunawtika għall-Ajru Uniku Ewropew (ĠU L 23, 27.1.2010, p. 6).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2096/2005 tal-20 ta' Diċembru 2005 li jistabbilixxi rekwiżiti komuni għall-forniment ta' servizzi ta' navigazzjoni bl-ajru (ĠU L 335, 21.12.2005, p. 13).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1035/2011 tas-17 ta' Ottubru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti komuni għall-forniment ta' servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 482/2008 u (UE) Nru 691/2010 (ĠU L 271, 18.10.2011, p. 23).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament qafas) (ĠU L 96, 31.3.2004, p. 1).


ANNESS I

Fl-Anness I, Parti B, il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(a)

tiġi pprovduta diġitalment skont l-istandards tal-ICAO msemmija fil-punti 9, 9a u 12 tal-Anness III;”


ANNESS II

“ANNESS III

DISPOŻIZZJONIJIET IMSEMMIJA FL-ARTIKOLI U FL-ANNESSI

1.

Kapitolu 3, Taqsima 3.7 (Sistema ta' ġestjoni tal-kwalità) tal-Anness 15 għall-Konvenzjoni ta' Chicago — Servizzi ta' Informazzjoni Ajrunawtika (l-Erbatax-il Edizzjoni — Lulju 2013, li tinkorpora l-Emenda Nru 37).

2.

Kapitolu 3, Taqsima 1.2.1 (Sistema ta' referenza orizzontali) tal-Anness 15 għall-Konvenzjoni ta' Chicago — Servizzi ta' Informazzjoni Ajrunawtika (l-Erbatax-il Edizzjoni — Lulju 2013, li tinkorpora l-Emenda Nru 37).

3.

Kapitolu 3, Taqsima 1.2.2 (Sistema ta' referenza vertikali) tal-Anness 15 għall-Konvenzjoni ta' Chicago — Servizzi ta' Informazzjoni Ajrunawtika (l-Erbatax-il Edizzjoni — Lulju 2013, li tinkorpora l-Emenda Nru 37).

4.

Kapitolu 4 (Pubblikazzjonijiet dwar l-Informazzjoni Ajrunawtika (AIP)) tal-Anness 15 għall-Konvenzjoni ta' Chicago — Servizzi ta' Informazzjoni Ajrunawtika (l-Erbatax-il Edizzjoni — Lulju 2013, li tinkorpora l-Emenda Nru 37).

5.

Kapitolu 4, Taqsima 4.3 (Speċifikazzjonijiet għal Emendi tal-AIP) tal-Anness 15 għall-Konvenzjoni ta' Chicago — Servizzi ta' Informazzjoni Ajrunawtika (l-Erbatax-il Edizzjoni — Lulju 2013, li tinkorpora l-Emenda Nru 37).

6.

Kapitolu 4, Taqsima 4.4 (Speċifikazzjonijiet għas-Supplimenti tal-AIP) tal-Anness 15 għall-Konvenzjoni ta' Chicago — Servizzi ta' Informazzjoni Ajrunawtika (l-Erbatax-il Edizzjoni — Lulju 2013, li tinkorpora l-Emenda Nru 37).

7.

Kapitolu 5 (NOTAM) tal-Anness 15 għall-Konvenzjoni ta' Chicago — Servizzi ta' Informazzjoni Ajrunawtika (l-Erbatax-il Edizzjoni — Lulju 2013, li tinkorpora l-Emenda Nru 37).

8.

Kapitolu 6, Taqsima 6.2 (Għoti ta' informazzjoni fil-forma ta' kopja stampata) tal-Anness 15 għall-Konvenzjoni ta' Chicago — Servizzi ta' Informazzjoni Ajrunawtika (l-Erbatax-il Edizzjoni — Lulju 2013, li tinkorpora l-Emenda Nru 37).

9.

Kapitolu 10, Taqsima 10.1 (Żoni ta' kopertura u rekwiżiti għall-forniment tad-dejta) tal-Anness 15 għall-Konvenzjoni ta' Chicago — Servizzi ta' Informazzjoni Ajrunawtika (l-Erbatax-il Edizzjoni — Lulju 2013, li tinkorpora l-Emenda Nru 37).

9a

Kapitolu 10, Taqsima 10.2 (Sett ta' dejta dwar it-terren — il-kontenut, l-ispeċifikazzjoni numerika u l-istruttura) tal-Anness 15 għall-Konvenzjoni ta' Chicago — Servizzi ta' Informazzjoni Ajrunawtika (l-Erbatax-il Edizzjoni — Lulju 2013, li tinkorpora l-Emenda Nru 37).

10.

Appendiċi 1 (Kontenut tal-Pubblikazzjoni ta' Informazzjoni Ajrunawtika (AIP)) tal-Anness 15 għall-Konvenzjoni ta' Chicago — Servizzi ta' Informazzjoni Ajrunawtika (l-Erbatax-il Edizzjoni — Lulju 2013, li tinkorpora l-Emenda Nru 37).

11.

Appendiċi 7 (Klassifikazzjoni tal-integrità u r-riżoluzzjoni tal-pubblikazzjoni dwar id-dejta ajrunawtika) tal-Anness 15 għall-Konvenzjoni ta' Chicago — Servizzi ta' Informazzjoni Ajrunawtika (l-Erbatax-il Edizzjoni — Lulju 2013, li tinkorpora l-Emenda Nru 37).

12.

Appendiċi 8 (Rekwiżiti tad-dejta dwar terren u ostakli) tal-Anness 15 għall-Konvenzjoni ta' Chicago — Servizzi ta' Informazzjoni Ajrunawtika (l-Erbatax-il Edizzjoni — Lulju 2013, li tinkorpora l-Emenda Nru 37).

13.

Speċifikazzjoni tal-Object Management Group Unified Modelling Language (UML), il-Verżjoni 2.1.1.

14.

L-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni, ISO 19107:2003 — Informazzjoni Ġeografika — skema Spazjali (l-Ewwel Edizzjoni — 8.5.2003).

15.

L-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni, ISO 19115:2003 — Informazzjoni Ġeografika — Metadejta (l-Ewwel Edizzjoni — 8.5.2003 [Corrigendum Cor 1:2006 5.7.2006]).

16.

L-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni, ISO 19139:2007 — Informazzjoni Ġeografika — Metadejta — implimentazzjoni tal-iskema XML (l-Ewwel Edizzjoni — 17.4.2007).

17.

L-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni, ISO 19118:2011 — Informazzjoni Ġeografika — Kodifikar (it- Edizzjoni — 10.10.2011).

18.

L-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni, ISO 19136:2007 — Informazzjoni Ġeografika — Geography Mark-up Language (GML) (l-Ewwel Edizzjoni — 23.8.2007).

19.

L-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni, ISO/IEC 19757-3:2006 — Teknoloġija informatika — Document Schema Definition Languages (DSDL) — Parti 3: Validazzjoni bbażata fuq regoli — Schematron (L-Ewwel Edizzjoni — 24.5.2006).

20.

Dok ICAO 9674-AN/946 — Sistema Ġeodetika Dinjija — Manwal tal-1984 (It-Tieni Edizzjoni — 2002).

21.

Kapitolu 7, Taqsima 7.3.2 (Algoritmu tal-kontroll ċikliku ta' ridondanza (CRC)) tal-ICAO Dok ICAO 9674-AN/946 — Sistema Ġeodetika Dinjija — 1984 (WGS-84) Manwal (it-Tieni Edizzjoni — 2002).

22.

L-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni, ISO/IEC 27002:2005 — Teknoloġija informatika — Tekniki ta' sikurezza — Kodiċi ta' prattika għall-ġestjoni tas-sigurtà tal-informazzjoni (it-Tieni Edizzjoni — 15.6.2005).

23.

L-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni, ISO 28000:2007: — Speċifikazzjoni għal sistemi ta' ġestjoni tas-sigurtà għall-katina tal-forniment (l-Ewwel Edizzjoni — 21.9.2007 taħt reviżjoni, li għandha tiġi sostitwita bit-Tieni Edizzjoni sal-31.1.2008 [Fl-istadju ta' inkjesta]).

24.

Eurocae ED-99 A, Rekwiżiti tal-Utent għall-Informazzjoni għall-Immappjar tal-Ajrudromi (Ottubru 2005).

25.

L-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni, ISO 19110:2005 — Informazzjoni Ġeografika — Metodoloġija għall-ikkatalogar tal-karatteristiċi (l-Ewwel Edizzjoni).”


ANNESS III

“ANNESS XI

DIFFERENZI TAL-ICAO MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 14

Kapitolu 3, Taqsima 3.5.2 (Kontroll ċikliku ta' ridondanza) tal-Anness 15 tal-Konvenzjoni ta' Chicago — Servizzi ta' Informazzjoni Ajrunawtika. (l-Erbatax-il edizzjoni — Lulju 2013, li tinkorpora l-Emenda Nru 37).”


30.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 284/14


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1030/2014

tad-29 ta' Settembru 2014

li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-formats uniformi u d-data għad-divulgazzjoni tal-valuri użati sabiex jiġu identifikati istituzzjonijiet sistemikament importanti globali skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1) u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 441(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex jgħinu tiġi żgurata konsistenza globali fid-divulgazzjoni u t-trasparenza fil-proċess ta' identifikazzjoni ta' istituzzjonijiet sistemikament importanti globali (G-SIIs), dawn l-istituzzjonijiet huma meħtieġa jiddivulgaw pubblikament il-valuri tal-indikaturi użati f'dak il-proċess.

(2)

Il-mudelli ta' divulgazzjoni użati minn istituzzjonijiet identifikati bħala G-SIIs f'konformità mal-Artikolu 131 tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għandhom iqisu l-istandards internazzjonali, b'mod partikolari dawk maħruġa mill-Kumitat ta' Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja.

(3)

Sabiex jiġu żgurati konsistenza u komparabilità tal-informazzjoni miġbura, id-data ta' referenza ta' rappurtar għandha tiġi stabbilita biex tikkoinċidi maċ-ċifri ta' tmiem is-sena ta' istituzzjoni finanzjarja tas-sena ta' qabel jew kwalunkwe data oħra miftiehma mal-awtorità rilevanti tagħha.

(4)

Bil-ħsieb li jiġi ffaċilitat l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni divulgata, u filwaqt li ġie innutat li d-dejta mill-Istati Membri kollha hija meħtieġa biex jitwettaq il-proċess ta' identifikazzjoni, l-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE) għandha tiġbor l-informazzjoni ta' kull istituzzjoni u tippubblikaha fuq il-websajt tagħha.

(5)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni sottomessi mill-ABE lill-Kummissjoni.

(6)

L-ABE wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implementazzjoni li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kosti u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Konċernati stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Format uniformi

Il-G-SIIs jimlew il-mudell stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament f'format elettroniku kif ippubblikat fuq il-websajt tal-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE). Bl-użu ta' dan il-mudell, Il-G-SIIs jiddivulgaw pubblikament il-valuri tal-indikaturi użati biex jiġi determinat il-punteġġ tal-istituzzjonijiet f'konformità mal-metodoloġija ta' identifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 131 tad-Direttiva 2013/36/UE.

Il-G-SIIs ma jkunux marbutin li jiddivulgaw pubblikament id-dejta anċillari u l-indikaturi anċillari.

Artikolu 2

Id-data tad-divulgazzjoni

Il-G-SIIs jiddivulgaw pubblikament l-informazzjoni ta' tmiem is-sena finanzjarja msemmija fl-Artikolu 1 sa mhux aktar tard minn erba' xhur wara kull tmiem is-sena finanzjarja.

L-awtoritajiet rilevanti jistgħu jippermettu lill-istituzzjonijiet li tmiem is-sena finanzjarja tagħhom huwa t-30 ta' Ġunju li jirrappurtaw il-valuri tal-indikaturi bbażati fuq il-pożizzjoni tagħhom sal-31 ta' Diċembru. Fi kwalunkwe każ, l-informazzjoni tiġi divulgata sa mhux aktar tard mill-31 ta' Lulju.

Artikolu 3

Il-post tad-divulgazzjoni

L-istituzzjonijiet jistgħu pubblikament jiddivulgaw il-valuri tal-indikaturi speċifikati fil-mudell stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament bil-mezz li huma jiddeterminaw biex jiddivulgaw l-informazzjoni meħtieġa mill-Parti Tmienja tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 skont l-Artikolu 434 ta' dan ir-Regolament.

Meta d-divulgazzjonijiet tal-valuri tal-indikaturi ma jkunux inklużi fil-mezz msemmi fl-ewwel paragrafu, il-G-SII tipprovdi referenza diretta għad-divulgazzjonijiet kompluti fuq il-websajt tal-istituzzjoni jew għall-mezz li bih dawn isiru disponibbli.

Mingħajr dewmien żejjed, wara id-divulgazzjoni ta' din l-informazzjoni mill-G-SIIs, l-awtoritajiet rilevanti jibagħtu dawn il-mudelli kompluti lill-ABE għal finijiet ta' ċentralizzazzjoni fuq il-websajt tagħha.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Settembru 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.

(2)  Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).


ANNESS

Dejta meħtieġa biex jiġu identifikati l-G-SIIs

Dejta tal-Bank Ġenerali

Taqsima 1: Informazzjoni Ġenerali

Risposta

a.

Informazzjoni ġenerali pprovduta mis-superviżur nazzjonali:

 

(1)

Kodiċi tal-pajjiż

 

(2)

Isem tal-bank

 

(3)

Data tas-sottomissjoni (ssss-xx-jj)

 

b.

Informazzjoni Ġenerali pprovduta mill-istituzzjoni ta' rappurtar:

 

(1)

Data tar-rappurtar (ssss-xx-jj)

 

(2)

Munita tar-rappurtar

 

(3)

Rata ta' konverżjoni tal-euro

 

(4)

Unità tar-rappurtar

 

(5)

Standard tal-kontabilità

 

(6)

Post tad-divulgazzjoni pubblika

 

Indikatur tad-Daqs

Taqsima 2: Skoperturi Totali

Ammont

a.

Skopertura tal-kontroparti ta' kuntratti derivattivi (metodu 1)

 

b.

Valur gross ta' tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli (SFTs)

 

c.

Skopertura tal-kontroparti tal-SFTs

 

d.

Assi oħrajn

 

(1)

Titoli riċevuti f'SFTs li huma rikonoxxuti bħala assi

 

e.

Entrati fil-karta bilanċjali totali (is-somma tal-entrati 2.a, 2.b, 2.c u 2.d, b'2.d. imnaqqsa (1))

 

f.

Skopertura futura potenzjali ta' kuntratti tad-derivattivi (metodu 1)

 

g.

Ammont nozzjonali ta' entrati li mhumiex fuq il-karta bilanċjali b'CCF ta' 0 %

 

(1)

Impenji tal-karti tal-kreditu kanċellabbli mingħajr kundizzjonijiet

 

(2)

Impenji kanċellabbli mingħajr kundizzjonijiet oħra

 

h.

Ammont nozzjonali ta' entrati li mhumiex fuq il-karta bilanċjali b'CCF ta' 20 %

 

i.

Ammont nozzjonali ta' entrati li mhumiex fuq il-karta bilanċjali b'CCF ta' 50 %

 

j.

Ammont nozzjonali ta' entrati li mhumiex fuq il-karta bilanċjali b'CCF ta' 100 %

 

k.

Entrati li mhumiex fuq il-karta bilanċjali totali (is-somma tal-entrati 2.f, 2.g, u 2.h sa 2.j, b'0,9 darbiet is-somma tal-entrati 2.g.(1) u 2.g.(2) imnaqqas)

 

I.

Entitajiet ikkonsolidati għall-finijiet ta' kontabilità iżda mhux għal skopijiet regolatorji bbażatii fuq ir-riskju:

 

(1)

Assi fil-karta bilanċjali

 

(2)

Skopertura futura potenzjali ta' kuntratti derivattivi

 

(3)

Impenji kanċellabbli mingħajr kundizzjonijiet

 

(4)

Impenji li mhumiex fuq il-karta bilanċjali oħra

 

(5)

Valur tal-investiment fl-entitajiet ikkonsolidati

 

m.

Aġġustamenti regolatorji

 

n.

Dejta anċillari:

 

(1)

Riċevibbli għal kollateral fi flus imqiegħda fi tranżazzjonijiet derivattivi

 

(2)

Ammont nozzjonali nett ta' derivattivi ta' kreditu

 

(3)

Ammont nozzjonali nett ta' derivattivi ta' kreditu għall-entitajiet fl-entrata 2.l.

 

(4)

Skoperturi li huma jew li mhumiex fil-karta bilanċjali bejn l-entitajiet inklużi fl-entrata 2.l.

 

(5)

Skoperturi li huma jew li mhumiex fil-karta bilanċjali tal-entitajiet inklużi fl-entrata 2.l. lil entitajiet ikkonsolidati għal finijiet regolatorji bbażati fuq ir-riskju

 

(6)

Skoperturi li huma jew li mhumiex fil-karta bilanċjali ta' entitajiet kkonsolidati għal finijiet regolatorji bbażati fuq ir-riskju għal entitajiet inklużi fil-punt 2.l.

 

(7)

Skoperturi totali għall-kalkolu tal-proporzjon ta' ingranaġġ (definizzjoni ta' Jannar 2014)

 

o.

Indikatur ta' skoperturi totali (is-somma tal-entrati 2.e, 2.k, 2.l.(1), 2.l.(2), 0,1 immultiplikata b'2.l.(3), 2.l.(4), bis-somma tal-entrati 2.l.(5) u 2.m imnaqqsa)

 

Indikaturi ta' Interkonnettività

Taqsima 3: Assi Intra Sistema Finanzjarja

Ammont

a.

Fondi ddepożitati ma' jew mislufin lil istituzzjonijiet finanzjarji oħra

 

(1)

Ċertifikati ta' depożitu

 

b.

Linji impenjati mhux prelevati estiżi għal istituzzjonijiet finanzjarji oħra

 

c.

Parteċipazzjonijiet ta' titoli maħruġa minn istituzzjonijiet finanzjarji oħra:

 

(1)

Titoli ta' dejn garantiti

 

(2)

Titoli ta' dejn mhux garantiti superjuri

 

(3)

Titoli ta' dejn subordinati

 

(4)

Karta kummerċjali

 

(5)

Stokk (inklużi l-pari u s-surplus ta' ishma komuni u ppreferuti)

 

(6)

Tpaċija ta' pożizzjonijiet qosra fir-rigward ta' parteċipazzjonijiet tal-istokk speċifiċi inklużi fl-entrata 3.c.(5)

 

d.

Skopertura attwali pożittiva netta ta' tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli ma' istituzzjonijiet finanzjarji oħra

 

e.

Derivattivi barra l-borża (OTC) ma' istituzzjonijiet finanzjarji oħra li għandhom valur ġust pożittiv nett:

 

(1)

Valur ġust pożittiv nett (inkluż kollateral miżmum jekk ikun fi ħdan il-ftehim prinċipali ta' netting)

 

(2)

Skopertura futura potenzjali

 

f.

Indikatur tal-assi tas-sistema intra finanzjarja (is-somma tal-entrati 3.a, 3.b sa 3.c. (5), 3.d, 3.e. (1), u 3.e.(2), bi 3.c. (6) imnaqqsa)

 


Taqsima 4: Obbligazzjonijiet Intra Sistema Finanzjarja

Ammont

a.

Depożiti minħabba istituzzjonijiet depożitarji

 

b.

Depożiti minħabba istituzzjonijiet finanzjarji mhux depożitarji

 

c.

Linji impenjati mhux prelevati miksuba minn istituzzjonijiet finanzjarji oħra

 

d.

Skopertura attwali negattiva netta ta' tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli ma' istituzzjonijiet finanzjarji oħra

 

e.

Derivattivi OTC ma' istituzzjonijiet finanzjarji oħra li għandhom valur ġust negattiv nett:

 

(1)

Valur ġust negattiv nett (inkluż kollateral provdut jekk ikun fi ħdan il-ftehim prinċipali ta' netting)

 

(2)

Skopertura futura potenzjali

 

f.

Dejta anċillari:

 

(1)

Fondi mislufin minn istituzzjonijiet finanzjarji oħra

 

(2)

Ċertifikati ta' depożitu inklużi fl-entrati 4.a u 4.b

 

g.

Indikatur ta' obbligazzjonijiet tas-sistema intra finanzjarja (is-somma tal-entrati 4.a sa 4.e (2))

 


Taqsima 5: Titoli Pendenti

Ammont

a.

Titoli ta' dejn garantiti

 

b.

Titoli ta' dejn mhux garantiti superjuri

 

c.

Titoli ta' dejn subordinati

 

d.

Karta kummerċjali

 

e.

Ċertifikati ta' depożitu

 

f.

Ekwità komuni

 

g.

Ishma ppreferuti u kwalunkwe forom oħra ta' finanzjament subordinat mhux inklużi fl-entrata 5.c.

 

h.

Dejta anċillari:

 

(1)

Valur kontabilistiku ta' ekwitajiet li għalihom mhux disponibbli prezz tas-suq

 

i.

Indikatur ta' titoli pendenti (is-somma tal-entrati 5.a sa 5.g)

 

Indikaturi tas-Sostitwibbiltà/tal-Infrastruttura tal-Istituzzjoni Finanzjarja

Taqsima 6: Pagamenti magħmula fis-sena rrappurtata (pagamenti intragrupp esklużi)

Irrappurtati fi

Ammont fil-munita speċifikata

Ammont

a.

Dollaru Awstraljan

AUD

 

 

b.

Real Brażiljan

BRL

 

 

c.

Dollaru Kanadiż

CAD

 

 

d.

Frank Svizzeru

CHF

 

 

e.

Renminbi Yuan

CNY

 

 

f.

Euro

EUR

 

 

g.

Lira Sterlina

GBP

 

 

h.

Dollaru ta' Ħong Kong

HKD

 

 

i.

Rupi Indjan

INR

 

 

j.

Jen

JPY

 

 

k.

Krone Svediż

SEK

 

 

l.

Dollaru Amerikan

USD

 

 

m.

Dejta anċillari:

(1)

Peso Messikan

MXN

 

 

(2)

Dollaru tan-New Zealand

NZD

 

 

(3)

Rublu Russu

RUB

 

 

n.

Indikatur tal-attività tal-pagamenti (is-somma tal-entrati 6.a sa 6.l)

 


Taqsima 7: Assi Taħt Kustodja

Ammont

a.

Indikatur tal-assi taħt kustodja

 


Taqsima 8: Tranżazzjonijiet Sottoskritti fi Swieq tad-Dejn u tal-Ekwita

Ammont

a.

Attività ta' sottoskrizzjoni tal-ekwità

 

b.

Attività ta' sottoskrizzjoni tad-dejn

 

c.

Indikatur tal-attività tal-pagamenti (is-somma tal-entrati 8.a sa 8.b)

 

Indikaturi tal-Kumplessità

Taqsima 9: Ammont Nozzjonali ta' Derivattivi Barra l-Borża (OTC)

Ammont

a.

Derivattivi OTC ikklerjati permezz ta' kontroparti ċentrali

 

b.

Derivattivi OTC miftiehma b'mod bilaterali

 

c.

Indikatur tad-derivattivi OTC (is-somma tal-entrati 9.a u 9.b)

 


Taqsima 10: Titoli għan-Negozjar u Disponibbli għall-Bejgħ

Ammont

a.

Titoli miżmuma għan-negozjar (HFT)

 

b.

Titoli disponibbli għall-bejgħ (AFS)

 

c.

Titoli għan-negozjar u tal-AFS li jissodisfaw id-definizzjoni tal-assi tal-ewwel livell

 

d.

Titoli għan-negozjar u tal-AFS li jissodisfaw id-definizzjoni tal-assi tat-tieni livell, b'haircuts

 

e.

Dejta anċillari:

 

(1)

Titoli miżmuma sal-maturità

 

f.

Indikaturi tan-negozjar u tal-AFS (is-somma tal-entrati 10.a u 10.b, bis-somma ta' 10.c u 10.d imnaqqsa)

 


Taqsima 11: Assi tat-tielet livell

Ammont

a.

Indikatur tal-assi tat-tielet livell

 

Indikaturi tal-Attività Transġuriżdizzjonali

Taqsima 12: Pretensjonijiet transġuriżdizzjonali

Ammont

a.

Pretensjonijiet barranin fuq bażi tar-riskju finali (attività tad-derivattivi eskluża)

 

b.

Dejta anċillari:

 

(1)

Pretensjonijiet derivattivi barranin abbażi tar-riskju finali

 

c.

Indikatur tal-pretensjonijiet transġuriżdizzjonali (entrata 12.a)

 


Taqsima 13: Obbligazzjonijiet Transġuriżdizzjonali

Ammont

a.

Obbligazzjonijiet barranin (derivattivi u obbligazzjonijiet lokali fil-munita lokali esklużi)

 

(1)

Kwalunkwe obbligazzjonijiet barranin lil uffiċċji relatati inklużi fl-entrata 13.a.

 

b.

Obbligazzjonijiet lokali fil-munita lokali (attività tad-derivattivi eskluża)

 

c.

Dejta anċillari:

 

(1)

Obbligazzjonijiet derivattivi barranin abbażi tar-riskju finali

 

d.

Indikatur tal-obbligazzjonijiet transġuriżdizzjonali (is-somma tal-entrati 13.a u 13.b, b'13.a. (1) imnaqqsa)

 

Indikaturi Addizzjonali

Taqsima 14: Indikaturi Anċillari

Ammont

a.

Obbligazzjonijiet totali

 

b.

Finanzjament għall-konsumatur

 

c.

Proporzjon ta' dipendenza tal-finanzjament tal-operaturi (id-differenza bejn l-entrati 14.a u 14.b, diviża b'14.a)

 

d.

Dħul nett barrani

 

e.

Dħul nett totali

 

f.

Dħul gross totali

 

g.

Valur gross ta' flus mislufa u valur ġust gross ta' titoli mislufa f'SFTs

 

h.

Valur gross ta' flus mislufa u valur ġust gross ta' titoli mislufa f'SFTs

 

i.

Valur ġust pożittiv gross ta' tranżazzjonijiet derivattivi barra l-borża (OTC)

 

j.

Valur ġust negattiv gross ta' tranżazzjonijiet derivattivi OTC

 

 

Ammont f'unitajiet uniċi

k.

Numru ta' ġuriżdizzjonijiet

 


30.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 284/22


REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1031/2014

tad-29 ta' Settembru 2014

li jistabbilixxi miżuri temporanji eċċezzjonali oħra ta' appoġġ għall-produtturi ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 219(1) flimkien mal-Artikolu 228 tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-7 ta' Awwissu l-gvern Russu introduċa projbizzjoni fuq l-importazzjonijiet ta' ċertu prodotti mill-Unjoni lejn ir-Russja, inklużi l-frott u l-ħaxix. Din il-projbizzjoni ħolqot theddida serja ta' xkiel fis-suq ikkawżat minn tnaqqis sinifikanti fil-prezzijiet minħabba l-fatt li f'daqqa waħda għeb suq importanti tal-esportazzjoni.

(2)

Din it-theddida ta' xkiel fis-suq hija ta' rilevanza partikolari għas-settur tal-frott u l-ħaxix billi f'dan iż-żmien tas-sena jinqatgħu kwantitajiet kbar ta' prodotti li jistgħu jitħassru.

(3)

Għaldaqstant, jidher li l-miżuri normali disponibbli fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 mhumiex biżżejjed biex jindirizzaw is-sitwazzjoni li tfaċċat fis-suq.

(4)

Sabiex ikun evitat li s-sitwazzjoni eżistenti tas-suq ssir xkiel tas-suq aktar gravi u fit-tul, ġiet adottat ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 932/2014 (2). Dan ippreveda għal ammonti massimi ta' appoġġ għal operazzjonijiet ta' irtirar, nuqqas ta' ħsad u ħsad bikri. Madanakollu, huma meħtieġa miżuri ta' appoġġ oħra. Għaldaqstant, il-mekkaniżmu introdott f'dak ir-regolament għandu jiġi ssupplimentat b'miżuri fil-forma ta' appoġġ addizzjonali mmirat għal ċertu kwantitajiet ta' prodotti, ikkalkulat abbażi tal-esportazzjonijiet tradizzjonali lejn ir-Russja.

(5)

Għandhom jiġu adottati aktar miżuri temporanji eċċezzjonali ta' appoġġ għat-tadam, iz-zunnarija, il-kaboċċi, il-bżar ħelu, il-pastard u l-brokkoli bir-ras, il-ħjar ul-gherkins, il-faqqiegħ, it-tuffieħ, il-lanġas, l-għanbaqar, il-frott bla għadma, l-għeneb frisk tal-mejda, il-frott tal-kiwi, il-larinġ ħelu, il-klementin u l-mandolin.

(6)

Filwaqt li jitqiesu l-kwantitajiet stmati affettwati mill-projbizzjoni, l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għandha tingħata skont il-kwantitajiet ta' prodotti inkwistjoni. Il-kalkolu ta' dawk il-kwantitajiet għandu jsir għal kull Stat Membru skont il-livell tal-esportazzjonijiet tiegħu lejn ir-Russja tal-prodotti kkonċernati għat-tliet snin preċedenti u filwaqt li jitnaqqsu l-kwantitajiet li diġà ġew notifikati skont ir-Regolament Delegat (UE) Nru 932/2014.

(7)

Huwa mistenni li prodotti koperti permezz ta' dan ir-Regolament, illi kieku kienu jiġu esportati lejn ir-Russja, se jitmexxew lejn is-swieq ta' Stati Membri oħra. Produtturi tal-istess prodotti f'dawn l-Istati Membri, li tradizzjonalment ma jesportawx il-prodotti tagħhom lejn ir-Russja, jistgħu minħabba dan jaffaċċjaw xkiel sinifikanti tas-suq u tnaqqis fil-prezzijiet.

(8)

Għaldaqstant, biex ikun stabbilizzat aktar is-suq, l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għandha tkun disponibbli wkoll għal produtturi fl-Istati Membri kollha fir-rigward ta' wieħed jew aktar mill-prodotti koperti b'dan ir-Regolament, iżda l-kwantità involuta ma għandhiex taqbeż it-3 000 tunnellata għal kull Stat Membru.

(9)

L-Istati Membri għandhom jibqgħu ħielsa li jiddeċidu li ma jużawx il-kwantità ta' 3 000 tunnellata. Meta jagħmlu dan, għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni fil-ħin biex il-Kummissjoni tkun tista' tiddeċidi dwar allokazzjoni mill-ġdid tal-kwantitajiet li ma jkunux intużaw.

(10)

L-irtirar mis suq, in-nuqqas ta' ħsad u l-ħsad bikri huma miżuri effettivi ta' mmaniġġjar tal-kriżi fil-każ ta' eċċess ta' frott u ħaxix minħabba ċirkostanzi temporanji u imprevedibbli. L-Istati Membri għandu jkollhom il-possibbiltà li jallokaw il-kwantitajiet disponibbli għalihom għal waħda jew aktar minn dawn il-miżuri sabiex isir l-aktar użu effiċjenti tal-ammonti disponibbli.

(11)

Bħal fir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 932/2014, għandha titneħħa b'mod temporanju r-restrizzjoni eżistenti ta' 5 % bħala proporzjon tal-volum tal-produzzjoni kkummerċjalizzata għall-irtirar mis-suq appoġġat. Għaldaqstant, l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għandha tingħata anki meta l-irtirar jaqbeż il-limitu ta' 5 %.

(12)

L-assistenza finanzjarja mogħtija għall-irtirar mis-suq għandha tkun ibbażata fuq l-ammonti rispettivi stabbiliti fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 (3) għall-irtirar għad-distribuzzjoni b'xejn u għall-irtirar għal destinazzjonijiet oħra. Għal dawk il-prodotti li għalihom l-ebda ammont ma ġie ffissat fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, l-ammonti massimi għandhom jiġu stabbiliti f'dan ir-Regolament.

(13)

Filwaqt li jitqies li l-ammonti ta' tadam stabbiliti fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jirreferu għas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni tat-tadam għall-ipproċessar u tat-tadam għall-konsum frisk, huwa xieraq li jiġi ċċarat li għall-iskop ta' dan ir-Regolament, l-ammont massimu applikabbli għat-tadam għall-konsum frisk huwa relatat mal-perjodu mill-1 ta' Novembru sal-31 ta' Mejju.

(14)

Fid-dawl tax-xkiel eċċezzjonali tas-suq u biex jiġi żgurat li l-produtturi kollha tal-frott u l-ħaxix jirċievu appoġġ tal-Unjoni, l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għall-irtirar mis-suq għandha tiġi estiża għall-produtturi tal-frott u l-ħaxix li mhumiex membri ta' xi organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta.

(15)

Sabiex titħeġġeġ id-distribuzzjoni b'xejn ta' frott u ħaxix irtirati għal ċertu organizzazzjonijiet, bħall-organizzazzjonijiet tal-karità u l-iskejjel u destinazzjonijiet oħra ekwivalenti approvati mill-Istati Membri, il-100 % tal-ammonti massimi ffissati fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 għandu jkun applikabbli wkoll għall-produtturi li mhumiex membri ta' xi organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta. L-irtirar għal destinazzjonijiet oħra għajr għad-distribuzzjoni b'xejn, għandu jirċievi 50 % tal-ammonti massimi fissi. F'dan il-kuntest, il-produtturi li mhumiex membri ta' organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta għandhom jissodisfaw kundizzjonijiet identiċi jew simili għal dawk tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi. Għaldaqstant, bħall-organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti, dawn għandhom ikunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011.

(16)

L-organizzazzjonijiet tal-produtturi huma l-atturi bażiċi tas-settur tal-frott u l-ħaxix u huma l-aktar entitajiet adattati biex jiżguraw li l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għall-irtirar mis-suq titħallas lill-produtturi li mhumiex membri ta' xi organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta. Huma għandhom jiżguraw li din l-assistenza titħallas lill-produtturi li mhumiex membri ta' xi organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta permezz ta' kuntratt konkluż. Billi l-Istati Membri ma għandhomx l-istess grad ta' organizzazzjoni min-naħa tal-forniment tas-suq tal-frott u l-ħaxix, huwa xieraq li l-awtorità kompetenti tal-Istati Membri tħallas l-appoġġ direttament lill-produtturi meta dan huwa ġġustifikat kif jixraq.

(17)

L-ammonti tal-appoġġ għan-nuqqas ta' ħsad u l-ħsad bikri għandhom ikunu ffissati mill-Istati Membri għal kull ettaru f'livell li jkopri mhux aktar minn 90 % tal-ammonti massimi għall-irtirar mis-suq applikabbli għall-irtirar għal destinazzjonijiet għajr għad-distribuzzjoni b'xejn kif stabbilit fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, għal prodotti li għalihom ma ġie ffissat l-ebda ammont f'dak l-Anness, f'dan ir-Regolament. Għat-tadam għall-konsum frisk, l-ammont li għandu jitqies mill-Istati Membri għandu jkun dak stabbilit fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 għall-perjodu mill-1 ta' Novembru sal-31 ta' Mejju. In-nuqqas ta' ħsad għandu jingħata appoġġ anki meta l-produzzjoni kummerċjali tkun ittieħdet miż-żona tal-produzzjoni inkwistjoni matul iċ-ċiklu ta' produzzjoni normali.

(18)

L-organizzazzjonijiet tal-produtturi jikkonċentraw il-provvista u huma kapaċi jaġixxu aktar malajr minn produtturi li mhumiex membri ta' organizzazzjonijiet bħal dawn meta jkollhom ilaħħqu ma' kwantitajiet ikbar b'impatt immedjat fuq is-suq. Għaldaqstant, biex l-implimentazzjoni tal-miżuri eċċezzjonali ta' appoġġ stipulati f'dan ir-Regolament tkun aktar effiċjenti u biex titħaffef l-istabilizzazzjoni tas-suq, huwa xieraq li, fir-rigward ta' produtturi li huma membri ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti, tiżdied l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għall-irtirar għal destinazzjonijiet oħra għajr id-distribuzzjoni b'xejn, għan-nuqqas ta' ħsad u għall-ħsad bikri għal 75 % tal-ammonti massimi rilevanti stabbiliti għall-appoġġ għall-irtirar għal destinazzjonijiet oħra.

(19)

Fir-rigward tal-irtirar, l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għall-operazzjonijiet ta' nuqqas ta' ħsad u ħsad bikri għandha tiġi estiża għall-produtturi li mhumiex membri ta' xi organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta. L-assistenza finanzjarja għandha tkun 50 % tal-ammonti massimi ta' appoġġ stabbiliti għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi.

(20)

Minħabba l-għadd kbir ta' produtturi li mhumiex membri ta' organizzazzjoni tal-produtturi u l-ħtieġa li jitwettqu kontrolli li huma affidabbli iżda fattibbli, l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni ma għandhiex tingħata għal ħsad bikri tal-frott u l-ħaxix li l-ħsad normali tagħhom ikun diġà beda, u għal miżuri ta' nuqqas ta' ħsad l-produzzjoni kummerċjali tkun ittieħdet miż-żona tal-produzzjoni inkwistjoni matul iċ-ċiklu ta' produzzjoni normali għal produtturi li mhumiex membri ta' organizzazzjoni tal-produtturi. F'dan il-kuntest, il-produtturi li mhumiex membri ta' organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta għandhom ikunu soġġetti, bħall-organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti, għad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011.

(21)

Għall-produtturi li mhumiex membri ta' organizzazzjoni tal-produtturi, il-ħlas tal-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għal operazzjonijiet ta' nuqqas ta' ħsad u ħsad bikri għandu jsir direttament mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru. Dik l-awtorità kompetenti għandha tħallas l-ammonti rilevanti lill-produtturi skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 u r-regoli u l-proċeduri nazzjonali rilevanti.

(22)

Sabiex jiġi garantit li l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għall-produtturi ta' ċertu frott u ħaxix tintuża għall-għanijiet maħsuba u biex jiġi żgurat l-użu effiċjenti tal-baġit tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom iwettqu livell raġonevoli ta' kontrolli. B'mod partikolari, għandhom isiru kontrolli dokumentati, ta' identità u fiżiċi kif ukoll kontrolli fuq il-post li jkopru ammont raġonevoli ta' prodotti, żoni, organizzazzjonijiet tal-produtturi u produtturi li mhumiex membri ta' organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operazzjonijiet tal-irtirar, il-ħsad bikri u n-nuqqas ta' ħsad għat-tadam jikkonċernaw biss il-varjetajiet maħsubin għall-konsum frisk.

(23)

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'mod regolari dwar l-operazzjonijiet implimentati mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-produtturi li mhumiex membri.

(24)

Sabiex ikun hemm impatt immedjat fuq is-suq u biex jingħata kontribut għall-istabbilizzazzjoni tal-prezzijiet, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Is-Suġġett u l-kamp ta' applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli għal miżuri ta' appoġġ eċċezzjonali temporanji tal-Unjoni li jridu jingħataw lil organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħaxix rikonoxxuti skont l-Artikolu 154 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u lil produtturi li mhumiex membri ta' organizzazzjonijiet ta' dan it-tip.

Dawn il-miżuri ta' appoġġ temporanji eċċezzjonali tal-Unjoni għandhom ikopru l-operazzjonijiet ta' irtirar, nuqqas ta' ħsad u ħsad bikri.

2.   L-appoġġ msemmi fil-paragrafu 1 għandu jingħata fir-rigward tal-prodotti li ġejjin tas-settur tal-frott u l-ħaxix maħsuba għall-konsum frisk:

(a)

it-tadam tal-kodiċi NM 0702 00 00;

(b)

iz-zunnarija tal-kodiċi NM 0706 10 00;

(c)

il-kaboċċi tal-kodiċi NM 0704 90 10;

(d)

il-bżar ħelu tal-kodiċi NM 0709 60 10;

(e)

il-pastard u l-brokkoli bir-ras tal-kodiċi NM 0704 10 00;

(f)

il-ħjar tal-kodiċi NM 0707 00 05;

(g)

il-gherkins tal-kodiċi NM 0707 00 90;

(h)

il-faqqiegħ tal-ġeneru Agaricus tal-kodiċi NM 0709 51 00;

(i)

it-tuffieħ tal-kodiċi NM 0808 10;

(j)

il-lanġas tal-kodiċi NM 0808 30;

(k)

l-għanbaqar tal-kodiċi NM 0809 40 05;

(l)

il-frott bla għadma tal-kodiċi NM 0810 20, 0810 30 u 0810 40;

(m)

l-għeneb frisk tal-mejda tal-kodiċi NM 0806 10 10;

(n)

il-frott tal-kiwi tal-kodiċi NM 0810 50 00;

(o)

il-larinġ ħelu tal-kodiċi NM 0805 10 20;

(p)

il-klementin tal-kodiċi NM 0805 20 10;

(q)

il-mandolin (inkluż iċ-ċitru ta' Tanġier u s-satsumas), il-wilking u ibridi taċ-ċitru simili tal-kodiċi NM 0805 20 30, 0805 20 50, 0805 20 70 u 0805 20 90.

3.   L-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkopri l-attivitajiet imwettqa fil-perjodu mit-30 ta' Settembru 2014 sakemm ikunu ġew eżawriti f'kull Stat Membru konċernat il-kwantitajiet stabbiliti fl-Artikolu 2(1) jew il-31 ta' Diċembru 2014, kwalunkwe data tiġi l-ewwel.

Artikolu 2

Allokazzjoni tal-kwantitajiet massimi għall-Istati Membri

1.   L-appoġġ msemmi fl-Artikolu 1(1) għandha tkun disponibbli għall-Istati Membri b'rabta mal-kwantitajiet ta' prodotti stabbiliti fl-Anness I.

Dak l-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni għandu jkun disponibbli wkoll fl-Istati Membri kollha għal operazzjonijiet ta' irtirar, ħsad bikri jew nuqqas ta' ħsad, fir-rigward ta' prodott wieħed jew aktar minn dawk imsemmija fl-Artikolu 1(2) kif determinat mill-Istat Membru, sakemm il-kwantità addizzjonali involuta ma taqbiżx it-3 000 tunnellata għal kull Stat Membru.

2.   Fir-rigward tal-kwantitajiet għal kull Stat Membru msemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw għal kull prodott jew grupp ta' prodotti l-kwantitajiet, għall-irtirar mis-suq għad-distribuzzjoni b'xejn u għall-irtirar mis-suq għal destinazzjonijiet oħra għajr id-distribuzzjoni b'xejn kif ukoll iż-żona ekwivalenti għall-ħsad bikri u nuqqas ta' ħsad.

3.   Sal-31 ta' Ottubru 2014 l-Istati Membri jistgħu jiddeċidu li ma jużawx il-kwantità ta' 3 000 tunnellata jew parti minnha. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe kwantitajiet mhux użati sal-31 ta' Ottubru 2014. Mill-mument tan-notifika, l-operazzjonijiet mwettqa f'dak l-Istat Membru ma għandhomx ikunu eliġibbli għall-appoġġ skont dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Allokazzjoni tal-kwantitajiet għall-produtturi

L-Istati Membri għandhom jallokaw il-kwantitajiet imsemmija fl-Artikolu 2 bejn l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-produtturi li mhumiex membri ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi skont is-sistema li min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel.

Madanakollu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċidu li jistabbilixxu sistema differenti għall-allokazzjoni ta' kwantitajiet, sakemm is-sistema stabbilita tkun ibbażata fuq kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji. Għal dan il-għan, l-Istati Membri jistgħu jqisu kemm hu kbir l-effett tal-projbizzjoni Russa fuq l-importazzjonijiet fuq il-produtturi inkwistjoni.

Artikolu 4

Assistenza finanzjarja għall-irtirar lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi

1.   L-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għandha tingħata għall-irtirar mis-suq għad-distribuzzjoni b'xejn kif imsemmi fl-Artikolu 34(4) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u għal destinazzjonijiet oħra għajr id-distribuzzjoni b'xejn li ssir b'rabta mal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(2) ta' dan ir-Regolament u matul il-perjodu msemmi fl-Artikolu 1(3) ta' dan ir-Regolament.

2.   Il-limitu massimu ta' 5 % msemmi fl-Artikolu 34(4) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u fl-Artikolu 79(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 ma għandux japplika fir-rigward tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(2) ta' dan ir-Regolament meta dawn il-prodotti jiġu rtirati matul il-perjodu msemmi fl-Artikolu 1(3) ta' dan ir-Regolament.

3.   Għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(2) ta' dan ir-Regolament, iżda li mhumiex elenkati fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, l-ammonti massimi għall-assistenza għandhom ikunu dawk stabbiliti fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

4.   Għat-tadam, l-ammont massimu għandu jkun l-ammont stipulat fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 għall-perjodu mill-1 ta' Novembru u sal-31 ta' Mejju.

5.   B'deroga mill-Artikolu 34(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għall-irtirar mis-suq għal destinazzjonijet oħra għajr id-distribuzzjoni b'xejn għandha tkun 75 % tal-ammonti massimi ta' appoġġ għal destinazzjonijiet oħra msemmija fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 u fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

6.   L-assistenza finanzjarja tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun disponibbli għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi anki jekk dawn ma jistipulawx tali operazzjonijiet tas-suq fil-programmi operazzjonali tagħhom u fl-istrateġiji nazzjonali tal-Istati Membri. L-Artikolu 32(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u l-Artikolu 55(4) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 ma għandhomx japplikaw b'rabta mal-assistenza finanzjarja tal-Unjoni skont dan l-Artikolu.

7.   L-assistenza finanzjarja tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhiex titqies għall-iskop tal-kalkolu tal-limiti msemmija fl-Artikolu 34(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

8.   Il-limitu ta' terz tan-nefqa msemmi fir-raba' sottoparagrafu tal-Artikolu 33(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u l-limitu massimu ta' 25 % għaż-żieda tal-fond operazzjonali msemmi fl-Artikolu 66(3(c) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 ma għandhomx japplikaw fir-rigward tan-nefqa mġarrba għall-operazzjonijiet tal-irtirar tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(2) ta' dan ir-Regolament meta dawn il-prodotti jiġu rtirati matul il-perjodu msemmi fl-Artikolu 1(3) ta' dan ir-Regolament.

9.   In-nefqa mġarrba skont dan l-Artikolu għandha tifforma parti mill-fond operazzjonali tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi.

Artikolu 5

Assistenza finanzjarja għall-irtirar lill-produtturi li mhumiex membri tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi

1.   L-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għandha tingħata lil produtturi tal-frott u l-ħaxix li mhumiex membri ta' organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta skont dan l-Artikolu għal:

(a)

irtirar mis-suq għad-distribuzzjoni b'xejn kif imsemmi fl-Artikolu 34(4) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;

(b)

irtirar mis-suq għal destinazzjonijiet oħra għajr id-distribuzzjoni b'xejn.

Għall-irtirar mis-suq imsemmi fil-punt (a) tal-ewwel sottoparagrafu, l-ammonti massimi ta' assistenza finanzjarja għandhom ikunu l-ammonti stabbiliti fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 u fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Għat-tadam, l-ammont massimu għandu jkun l-ammont stipulat fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 għall-perjodu mill-1 ta' Novembru u sal-31 ta' Mejju.

Għall-irtirar mis-suq imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel sottoparagrafu, l-ammonti massimi ta' assistenza finanzjarja għandhom ikunu 50 % tal-ammonti stabbiliti fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 u fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Għat-tadam, dak l-ammont massimu għandu jkun 50 % tal-ammont stabbilit fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 għall-perjodu mill-1 ta' Novembru u sal-31 ta' Mejju.

2.   L-assistenza finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun disponibbli għall-irtirar tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(2) meta dawn il-prodotti jiġu rtirati matul il-perjodu msemmi fl-Artikolu 1(3).

3.   Il-produtturi għandhom jikkonkludu kuntratt ma' organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta għall-kwantità kollha li trid titwassal skont dan l-Artikolu. L-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom jaċċettaw it-talbiet raġonevoli kollha magħmula minn produtturi li mhumiex membri ta' xi organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta. Il-kwantitajiet li jaslu mingħand produtturi li ma jkunux membri għandhom ikunu konsistenti mar-rendimenti u l-uċuħ reġjonali inkwistjoni.

4.   L-assistenza finanzjarja għandha titħallas lill-produtturi li mhumiex membri ta' xi organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta mill-organizzazzjoni tal-produtturi li magħha huma ffirmaw tali kuntratt.

L-organizzazzjoni tal-produtturi għandha żżomm l-ammonti li jikkorrispondu għall-kostijiet reali li tkun ġarrbet biex tirtira l-prodotti rispettivi mis-suq. L-evidenza ta' dawn il-kostijiet għandha tiġi pprovduta permezz ta' fatturi.

5.   Għal raġunijiet ġustifikati kif suppost, bħal grad limitat ta' organizzazzjoni tal-produtturi fl-Istat Membru inkwistjoni, u b'mod mhux diskriminatorju, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw li produttur mhux membru ta' organizzazzjoni tal-produtturi jagħmel notifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru, minflok ma jiffirma l-kuntratt imsemmi fil-paragrafu 3. Għal din it-tip ta' notifika, għandu japplika mutatis mutandis l-Artikolu 78 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011. Il-kwantitajiet li jaslu mingħand produtturi li ma jkunux membri għandhom ikunu konsistenti mar-rendimenti u l-uċuħ reġjonali inkwistjoni.

F'dawn il-każijiet, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha tħallas l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni direttament lill-produttur. L-Istati Membri għandhom jadottaw regoli ġodda jew japplikaw ir-regoli jew il-proċeduri nazzjonali eżistenti għal dan l-għan.

6.   Meta r-rikonoxximent ta' organizzazzjoni tal-produtturi jkun ġie sospiż skont l-Artikolu 114(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, il-membri tagħha għandhom jitqiesu bħala produtturi li mhumiex membri ta' organizzazzjoni tal-produtturi rrikonoxxuta għall-finijiet ta' dan l-Artikolu.

7.   Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, kif ukoll l-Artikolu 4(6) sa (9) ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw mutatis mutandis fir-rigward ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 6

Assistenza finanzjarja għal nuqqas ta' ħsad u ħsad bikri lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi

1.   Għandha tingħata assistenza finanzjarja tal-Unjoni fir-rigward tal-operazzjonijiet ta' nuqqas ta' ħsad u ħsad bikri li jsiru f'rabta mal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(2) u matul il-perjodu msemmi fl-Artikolu 1(3).

2.   L-assistenza għall-ħsad bikri għandha tkopri biss il-prodotti li huma fiżikament fl-għelieqi u li huma effettivament maħsuda bikrin. B'deroga mill-Artikolu 85(4) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-ammonti tal-appoġġ, li jinkludu kemm l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni u l-kontribuzzjoni tal-organizzazzjoni tal-produtturi, għal nuqqas ta' ħsad u l-ħsad bikri, għal kull ettaru f'livell li jkopri mhux aktar minn 90 % tal-ammonti ffissati għall-irtirar mis-suq għal destinazzjonijiet oħra għajr għad-distribuzzjoni bla ħlas fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 u fl-Anness II ta' dan ir-Regolament. Għat-tadam, dak l-ammont għandu jkun 90 % tal-ammont stabbilit fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 għall-perjodu mill-1 ta' Novembru u sal-31 ta' Mejju għall-irtirar mis-suq għal destinazzjonijiet għajr oħra id-distribuzzjoni b'xejn.

B'deroga mill-Artikolu 34(4) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għan-nuqqas ta' ħsad u l-ħsad bikri għandha tkun 75 % tal-ammonti stabbiliti mill-Istati Membri skont l-ewwel subparagrafu.

3.   B'deroga mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 85(3) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, il-miżuri tan-nuqqas ta' ħsad imsemmija fl-Artikolu 84(1)(b) ta' dan ir-Regolament jistgħu, fir-rigward tal-prodotti msemmija fl-Artiklu 1(2) ta' dan ir-Regolament u matul il-perjodu msemmi fl-Artikolu 1(3) ta' dan ir-Regolament, jitwettqu anke meta l-produzzjoni kummerċjali tkun ittieħdet miż-żona tal-produzzjoni inkwistjoni matul iċ-ċiklu normali tal-produzzjoni. F'każijiet bħal dawn, l-ammonti ta' appoġġ imsemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandhom jitnaqqsu b'mod proporzjonali, filwaqt li titqies il-produzzjoni diġà maħsuda, kif stabbilit abbażi ta' rekords tal-istokkijiet u l-kontijiet finanzjarji tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi inkwistjoni.

4.   L-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għandha tingħata anki jekk l-organizzazzjonijiet tal-produtturi ma jistipulawx dawk l-operazzjonijiet fil-qafas tal-programmi operazzjonali tagħhom. L-Artikolu 32(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u l-Artikolu 55(4) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 ma għandhomx japplikaw b'rabta mal-assistenza finanzjarja tal-Unjoni skont dan l-Artikolu.

5.   Il-limitu ta' terz tan-nefqa msemmi fir-raba' sottoparagrafu tal-Artikolu 33(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u l-limitu massimu ta' 25 % għaż-żieda tal-fond operazzjonali msemmi fl-Artikolu 66(3)(c) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 ma għandhomx japplikaw fir-rigward tan-nefqa mġarrba għall-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u relatati mal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(2) ta' dan ir-Regolament u matul il-perjodu msemmi fl-Artikolu 1(3) ta' dan ir-Regolament.

6.   L-assistenza finanzjarja tal-Unjoni ma għandhiex titqies għall-fini tal-kalkolu tal-limiti msemmija fl-Artikolu 34(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

7.   In-nefqa mġarrba skont dan l-Artikolu għandha tifforma parti mill-fond operazzjonali tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi.

Artikolu 7

Assistenza finanzjarja għal nuqqas ta' ħsad u ħsad bikri lill-produtturi li mhumiex membri ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi

1.   L-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għandha tingħata lill-produtturi li mhumiex membri ta' organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta biex iwettqu operazzjonijiet ta' nuqqas ta' ħsad u ta' ħsad bikri fir-rigward tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(2) u matul il-perjodu msemmi fl-Artikolu 1(3).

B'deroga mill-Artikolu 85(3) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, għandu japplika dan li ġej:

(a)

l-appoġġ għall-ħsad bikri għandu jkopri biss lill-prodotti li huma fiżikament fl-għelieqi u li effettivament inħasdu kmieni u li għalihom ma jkunx beda l-ħsad normali;

(b)

miżuri ta' nuqqas ta' ħsad ma għandhomx isiru meta l-produzzjoni kummerċjali tkun ittieħdet miż-żona inkwistjoni matul iċ-ċiklu ta' produzzjoni normali;

(c)

il-ħsad bikri u n-nuqqas ta' ħsad fl-ebda ċirkostanza ma għandhom ikunu applikati t-tnejn għall-istess prodott u fl-istess żona partikolari.

2.   L-ammonti ta' assistenza finanzjarja tal-Unjoni għall-operazzjonijiet ta' nuqqas ta' ħsad u ħsad bikri għandhom ikunu 50 % tal-ammonti ffissati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 6(2).

3.   Il-produtturi li mhumiex membri ta' organizzazzjoni ta' produtturi rikonoxxuta għandhom jagħmlu notifika xierqa lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru skont id-dispożizzjonijiet dettaljati adottati mill-Istat Membru skont l-Artikolu 85(1)(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011.

F'dawn il-każijiet, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha tħallas l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni direttament lill-produttur. L-Istati Membri għandhom jadottaw regoli ġodda jew japplikaw ir-regoli jew il-proċeduri nazzjonali eżistenti għal dan l-għan.

4.   Meta r-rikonoxximent ta' organizzazzjoni tal-produtturi jkun ġie sospiż skont l-Artikolu 114(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, il-membri tagħha għandhom jitqiesu bħala produtturi li mhumiex membri ta' organizzazzjoni tal-produtturi rrikonoxxuta għall-finijiet ta' dan l-Artikolu.

5.   Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, għandhom japplikaw mutatis mutandis fir-rigward ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 8

Kontrolli matul l-operazzjonijiet tal-irtirar, in-nuqqas ta' ħsad u l-ħsad bikri

1.   L-operazzjonijiet tal-irtirar imsemmija fl-Artikoli 4 u 5 għandhom ikunu soġġetti għal kontrolli tal-ewwel livell skont l-Artikolu 108 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011. Madankollu, dawk il-kontrolli għandhom ikopru tal-anqas 10 % tal-kwantità ta' prodotti rtirati mis-suq u tal-inqas 10 % tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi li jibbenefikaw mill-assistenza finanzjarja tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament.

Madankollu, għall-operazzjonijiet ta' rtirar imsemmija fl-Artikolu 5(5), il-kontrolli tal-ewwel livell għandhom ikopru 100 % tal-kwantità tal-prodotti rtirati.

2.   L-operazzjonijiet ta' nuqqas ta' ħsad u ta' ħsad bikri msemmija fl-Artikoli 6 u 7 għandhom ikunu soġġetti għall-kontrolli u l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 110 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, ħlief fir-rigward tar-rekwiżit li ma jkun sar l-ebda ħsad parzjali meta tiġi applikata d-deroga stipulata fl-Artikolu 6(3) ta' dan ir-Regolament. Il-kontrolli għandhom ikopru tal-anqas 25 % taż-żoni tal-produzzjoni inkwistjoni.

Għall-operazzjonijiet ta' nuqqas ta' ħsad u ta' ħsad bikri msemmija fl-Artikolu 7, il-kontrolli għandhom ikopru 100 % taż-żoni tal-produzzjoni inkwistjoni.

3.   L-operazzjonijiet tal-irtirar imsemmija fl-Artikoli 4 u 5 għandhom ikunu soġġetti għal kontrolli tat-tieni livell skont l-Artikolu 109 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011. Madankollu, il-verifiki fuq il-post għandhom ikopru tal-inqas 40 % tal-entitajiet soġġetti għal kontrolli tal-ewwel livell, u tal-inqas 5 % tal-kwantità ta' prodotti rtirati mis-suq.

4.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa ta' kontroll biex jiżguraw li l-operazzjonijiet ta' rtirar, ta' nuqqas ta' ħsad u ta' ħsad bikri għat-tadam ikopru biss il-varjetajiet maħsuba għall-konsum frisk.

Artikolu 9

Applikazzjoni għal assistenza finanzjarja tal-Unjoni u l-ħlas tagħha

1.   L-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom japplikaw għall-pagament tal-assistenza finanzjarja tal-Unjoni msemmija fl-Artikoli 4, 5 u 6 sal-31 ta' Jannar 2015.

2.   L-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom japplikaw għall-ħlas tal-assistenza finanzjarja totali tal-Unjoni msemmija fl-Artikoli 4 u 6 ta' dan ir-Regolament skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 72 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 sal-31 ta' Jannar 2015.

Madanakollu, l-ewwel paragrafu tal-ewwel sentenza tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 72 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 u l-limitu massimu ta' 80 % tal-ammont tal-għajnuna approvat inizjalment għal programm operazzjonali stabbilit fit-tielet paragrafu ta' dak l-Artikolu ma għandhomx japplikaw.

3.   Produtturi li ma jkunux membri ta' organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta u li ma ffirmawx kuntratt ma' organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta għandhom, sad-data msemmija fil-paragrafu 1, japplikaw huma stess għand l-awtoritajiet kompetenti maħtura mill-Istati Membri għall-ħlas tal-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għall-finijiet tal-Artikoli 5 u 7.

4.   L-applikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom ikunu akkumpanjati minn dokumenti ta' sostenn li jiġġustifikaw l-ammont tal-assistenza finanzjarja tal-Unjoni ikkonċernat u għandu jkun fihom impenn bil-miktub li l-applikant ma rċeviex, u mhux se jirċievi fondi nazzjonali jew mingħand l-Unjoni doppji jew kumpens b'polza tal-assigurazzjoni fir-rigward tal-operazzjonijiet li jikkwalifikaw għall-assistenza finanzjarja tal-Unjoni skont dan ir-Regolament.

Artikolu 10

Notifiki

1.   Sat-30 ta' Settembru 2014, il-15 ta' Ottubru 2014, il-31 ta' Ottubru 2014, il-15 ta' Novembru 2014, it-30 ta' Novembru 2014, il-15 ta' Diċembru 2014, il-31 ta' Diċembru 2014, il-15 ta' Jannar 2015, il-31 ta' Jannar 2015 u l-15 ta' Frar 2015 l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-informazzjoni li ġejja għal kull prodott:

(a)

il-kwantitajiet irtirati għad-distribuzzjoni b'xejn;

(b)

il-kwantitajiet irtirati għal destinazzjonijiet oħra għajr id-distribuzzjoni b'xejn;

(c)

iż-żona ekwivalenti għall-ħsad bikri jew in-nuqqas ta' ħsad;

(d)

l-ispiża totali mġarrba għall-kwantitajiet u żoni msemmija fil-punti (a), (b) u (c).

L-operazzjonijiet implimentati biss għandhom jiġu inklużi fin-notifiki.

Għal dawk in-notifiki, l-Istati Membri għandhom jużaw il-mudelli stabbiliti fl-Anness III.

2.   Meta ssir l-ewwel notifika, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-ammonti ta' appoġġ stabbiliti minnhom skont l-Artikolu 79(1) jew 85(4) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 u l-Artikoli 4 u 5 ta' dan ir-Regolament, billi jużaw il-mudelli stabbiliti fl-Anness IV.

Artikolu 11

Il-ħlas tal-assistenza finanzjarja tal-Unjoni

In-nefqa tal-Istati Membri fir-rigward ta' dawk il-ħlasijiet skont dan ir-Regolament għandha tkun eliġibbli biss għall-assistenza finanzjarja tal-Unjoni jekk tkun tħallset sat-30 ta' Ġunju 2015.

Artikolu 12

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Settembru 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 932/2014 tad-29 ta' Awwissu 2014 li jistabbilixxi miżuri temporanji eċċezzjonali ta' appoġġ għal produtturi ta' ċertu frott u ħaxix u li jemenda r-Regolament ta' Delega (UE) Nru 913/2014 (ĠU L 259, 30.8.2014, p. 2).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat (ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1).


ANNESS I

Kwantitajiet massimi ta' prodotti allokati għal kull Stat Membru kif imsemmi fl-Artikolu 2(1)

(tunnellati)

Tuffieħ u lanġas

Għanbaqar, għeneb tal-mejda u frott tal-kiwi

Tadam, zunnarija, bżar ħelu, ħjar u gherkins

Larinġ, klementin u mandolin

Il-Belġju

43 300

1 380

14 750

0

Il-Ġermanja

13 100

0

0

0

Il-Greċja

5 100

28 475

750

10 750

Spanja

8 700

6 900

20 400

58 600

Franza

28 950

500

1 600

0

Il-Kroazja

1 050

0

0

7 900

L-Italja

35 805

38 845

0

2 620

Ċipru

0

0

0

16 220

Il-Litwanja

0

0

4 000

0

L-Ungerija

725

570

0

0

Il-Pajjiżi l-Baxxi

22 200

0

6 800

0

Il-Polonja

18 750

0

0

0

Il-Portugall

4 120

225

0

0


ANNESS II

Ammonti massimi ta' appoġġ għall-irtirar mis-suq ta' prodotti li mhumiex elenkati fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 kif imsemmi fl-Artikoli 4, 5 u 6 ta' dan ir-Regolament

Prodott

Appoġġ massimu (EUR/100 kg)

Distribuzzjoni b'xejn

Destinazzjonijiet oħra

Zunnarija

12,81

8,54

Kaboċċi

5,81

3,88

Bżar ħelu

44,4

30

Brokkoli bir-ras

15,69

10,52

Ħjar u gherkins

24

16

Faqqiegħ

43,99

29,33

Għanbaqar

34

20,4

Frott bla għadma

12,76

8,5

Għeneb frisk tal-mejda

39,16

26,11

Frott tal-kiwi

29,69

19,79


ANNESS III

Mudelli għan-notifiki kif imsemmi fl-Artikolu 10

NOTIFIKA DWAR L-IRTIRAR — DISTRIBUZZJONI B'XEJN

Stat Membru:

Perjodu kopert:

Data:


Prodott

Organizzazzjonijiet tal-produtturi

Produtturi mhux membri

Kwantitajiet totali (t)

Total tal-assistenza finanzjarja tal-Unjoni (EUR)

Kwantitajiet (t)

Assistenza finanzjarja tal-Unjoni (EUR)

Kwantitajiet (t)

Assistenza finanzjarja tal-Unjoni (EUR)

irtirar

trasport

għażla u ppakkjar

TOTAL

irtirar

trasport

għażla u ppakkjar

TOTAL

(a)

(b)

(c)

(d)

(e) = (b) + (c) + (d)

(f)

(g)

(h)

(i)

(j) = (g) + (h) + (i)

(k) = (a) + (f)

(l) = (e) + (j)

Tuffieħ

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Lanġas

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total ta' Tuffieħ u Lanġas

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Tadam

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Zunnarija

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Bżar ħelu

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Ħjar u Gherkins

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total ta' Ħxejjex

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Għanbaqar

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Għeneb frisk tal-mejda

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Frott tal-kiwi

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total ta' Frott Ieħor

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Larinġ

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Klementin

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Mandolin

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total ta' Ċitru

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Kaboċċi

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Pastard u brokkoli bir-ras

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Faqqiegħ

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Frott bla għadma

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total ta' Oħrajn

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

TOTAL

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

*

Għandha timtela paġna tal-Excel waħda differenti għal kull notifika.

NOTIFIKA DWAR L-IRTIRAR — DESTINAZZJONIJIET OĦRA

Stat Membru:

Perjodu kopert:

Data:


Prodott

Organizzazzjonijiet tal-produtturi

Produtturi mhux membri

Kwantitajiet totali (t)

Total tal-assistenza finanzjarja tal-Unjoni (EUR)

Kwantitajiet

(t)

Assistenza finanzjarja tal-Unjoni

(EUR)

Kwantitajiet

(t)

Assistenza finanzjarja tal-Unjoni

(EUR)

(a)

(b)

(c)

(d)

(e) = (a) + (c)

(f) = (b) + (d)

Tuffieħ

 

 

 

 

 

 

Lanġas

 

 

 

 

 

 

Total ta' Tuffieħ u Lanġas

 

 

 

 

 

 

Tadam

 

 

 

 

 

 

Zunnarija

 

 

 

 

 

 

Bżar ħelu

 

 

 

 

 

 

Ħjar u Gherkins

 

 

 

 

 

 

Total ta' Ħxejjex

 

 

 

 

 

 

Għanbaqar

 

 

 

 

 

 

Għeneb frisk tal-mejda

 

 

 

 

 

 

Frott tal-kiwi

 

 

 

 

 

 

Total ta' Frott Ieħor

 

 

 

 

 

 

Larinġ

 

 

 

 

 

 

Klementin

 

 

 

 

 

 

Mandolin

 

 

 

 

 

 

Total ta' Ċitru

 

 

 

 

 

 

Kaboċċi

 

 

 

 

 

 

Pastard u brokkoli bir-ras

 

 

 

 

 

 

Faqqiegħ

 

 

 

 

 

 

Frott bla għadma

 

 

 

 

 

 

Total ta' Oħrajn

 

 

 

 

 

 

TOTAL

 

 

 

 

 

 

*

Għandha timtela paġna tal-Excel waħda differenti għal kull notifika.

NOTIFIKA DWAR IN-NUQQAS TA' ĦSAD U L-ĦSAD BIKRI

Stat Membru:

Perjodu kopert:

Data:


Prodott

Organizzazzjonijiet tal-produtturi

Produtturi mhux membri

Kwantitajiet totali

(t)

Total tal-assistenza finanzjarja tal-Unjoni (EUR)

Żona

(ha)

Kwantitajiet

(t)

Assistenza finanzjarja tal-Unjoni

(EUR)

Żona

(ha)

Kwantitajiet

(t)

Assistenza finanzjarja tal-Unjoni

(EUR)

(a)

(b)

(c)

(d)

(e)

(f)

(g) = (b) + (e)

(h) = (c) + (f)

Tuffieħ

 

 

 

 

 

 

 

 

Lanġas

 

 

 

 

 

 

 

 

Total ta' Tuffieħ u Lanġas

 

 

 

 

 

 

 

 

Tadam

 

 

 

 

 

 

 

 

Zunnarija

 

 

 

 

 

 

 

 

Bżar ħelu

 

 

 

 

 

 

 

 

Ħjar u Gherkins

 

 

 

 

 

 

 

 

Total ta' Ħxejjex

 

 

 

 

 

 

 

 

Għanbaqar

 

 

 

 

 

 

 

 

Għeneb frisk tal-mejda

 

 

 

 

 

 

 

 

Frott tal-kiwi

 

 

 

 

 

 

 

 

Total ta' Frott Ieħor

 

 

 

 

 

 

 

 

Larinġ

 

 

 

 

 

 

 

 

Klementin

 

 

 

 

 

 

 

 

Mandolin

 

 

 

 

 

 

 

 

Total ta' Ċitru

 

 

 

 

 

 

 

 

Kaboċċi

 

 

 

 

 

 

 

 

Pastard u brokkoli bir-ras

 

 

 

 

 

 

 

 

Faqqiegħ

 

 

 

 

 

 

 

 

Frott bla għadma

 

 

 

 

 

 

 

 

Total ta' Oħrajn

 

 

 

 

 

 

 

 

TOTAL

 

 

 

 

 

 

 

 

*

Għandha timtela paġna tal-Excel waħda differenti għal kull notifika.


ANNESS IV

TABELLI LI GĦANDHOM JINTBAGĦTU MAL-EWWEL NOTIFIKA KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 10(1)

IRTIRAR — DESTINAZZJONIJIET OĦRA

Ammonti massimi ta' appoġġ iffissati mill-Istat Membru skont l-Artikolu 79(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 u l-Artikoli 4 u 5 ta' dan ir-Regolament

Stat Membru:

Data:


Prodott

Kontribut tal-Organizzazzjoni tal-Produtturi

(EUR/100 kg)

Assistenza finanzjarja tal-Unjoni

(EUR/100 kg)

Tuffieħ

 

 

Lanġas

 

 

Tadam

 

 

Zunnarija

 

 

Kaboċċi

 

 

Bżar ħelu

 

 

Pastard u brokkoli bir-ras

 

 

Ħjar u Gherkins

 

 

Faqqiegħ

 

 

Għanbaqar

 

 

Frott bla għadma

 

 

Għeneb frisk tal-mejda

 

 

Frott tal-kiwi

 

 

Larinġ

 

 

Klementin

 

 

Mandolin

 

 

NUQQAS TA' ĦSAD U ĦSAD BIKRI

Ammonti massimi ta' appoġġ iffissati mill-Istat Membru skont l-Artikolu 85(4) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 u l-Artikolu 6 ta' dan ir-Regolament

Stat Membru:

Data:


Prodott

Fil-miftuħ

Serra

Kontribut tal-Organizzazzjoni tal-Produtturi

(EUR/ha)

Assistenza finanzjarja tal-Unjoni

(EUR/ha)

Kontribut tal-Organizzazzjoni tal-Produtturi

(EUR/ha)

Assistenza finanzjarja tal-Unjoni

(EUR/ha)

Tuffieħ

 

 

 

 

Lanġas

 

 

 

 

Tadam

 

 

 

 

Zunnarija

 

 

 

 

Kaboċċi

 

 

 

 

Bżar ħelu

 

 

 

 

Pastard u brokkoli bir-ras

 

 

 

 

Ħjar u Gherkins

 

 

 

 

Faqqiegħ

 

 

 

 

Għanbaqar

 

 

 

 

Frott bla għadma

 

 

 

 

Għeneb frisk tal-mejda

 

 

 

 

Frott tal-kiwi

 

 

 

 

Larinġ

 

 

 

 

Klementin

 

 

 

 

Mandolin

 

 

 

 


30.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 284/40


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1032/2014

tad-29 ta’ Settembru 2014

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Settembru 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 KG)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MK

67,6

TR

85,0

XS

74,9

ZZ

75,8

0707 00 05

MK

29,8

TR

100,6

ZZ

65,2

0709 93 10

TR

110,7

ZZ

110,7

0805 50 10

AR

139,2

CL

139,2

IL

107,6

TR

120,7

UY

112,1

ZA

171,0

ZZ

131,6

0806 10 10

BR

167,9

MK

103,8

TR

119,6

ZZ

130,4

0808 10 80

BA

41,5

BR

56,4

CL

101,5

NZ

110,2

US

135,4

ZA

97,0

ZZ

90,3

0808 30 90

CN

104,2

TR

115,8

ZZ

110,0

0809 40 05

MK

13,1

ZZ

13,1


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


30.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 284/42


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1033/2014

tad-29 ta' Settembru 2014

li jistabbilixxi l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji tal-importazzjoni addizzjonali għal għasel iswed fis-settur taz-zokkor applikabbli mill-1 ta' Ottubru 2014

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 183 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 (2) jistipula li l-prezz cif tal-importazzjoni għall-melassa (għasel iswed) tal-kwalità standard definita fl-Artikolu 27 tar-Regolament imsemmi huwa kkunsidrat bħala “prezz rappreżentattiv”.

(2)

Biex il-prezzijiet rappreżentattivi jiġu stabbiliti, għandha titqies l-informazzjoni kollha stipulata fl-Artikolu 29 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, għajr fil-każi pprovduti fl-Artikolu 30 tar-Regolament imsemmi u, skont il-każ, dawk il-prezzijiet għandhom jiġu stabbiliti jsir skont il-metodu stipulat fl-Artikolu 33 tar-Regolament imsemmi.

(3)

Għall-aġġustament tal-prezz li ma jikkonċernax il-kwalità standard, skont il-kwalità tal-melassa (għasel iswed) offruta, huwa xieraq li jitnaqqsu jew jiżdiedu l-prezzijet skont l-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006.

(4)

Fejn ikun hemm differenza bejn il-prezz inizjali għall-prodott ikkonċernat u l-prezz rappreżentattiv, jeħtieġ li jiġu stabbiliti dazji tal-importazzjoni addizzjonali, skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 39 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006. Fil-każ li d-dazji tal-importazzjoni jiġu sospiżi skont l-Artikolu 40 tar-Regolament imsemmi, jeħtieġ li jiġu ffissati l-ammonti partikolari għal dawk id-dazji.

(5)

Jeħtieġ li jiġu stabbiliti l-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji tal-importazzjoni addizzjonali għall-melassa (għasel iswed), b'rabta mal-kodiċijiet tan-NM 1703 10 00 u 1703 90 00, skont l-Artikolu 34 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006.

(6)

Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tapplika kemm jista' jkun malajr wara li d-dejta aġġornata ssir disponibbli, jeħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji tal-importazzjoni addizzjonali għal għasel iswed tal-kodiċjiet tan-Nomenklatura Magħquda 1703 10 00 u 1703 90 00 huma stabbiliti fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Settembru 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 dwar il-kummerċ ma' pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24).


ANNESS

Il-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji tal-importazzjoni addizzjonali għal għasel iswed fis-settur taz-zokkor, applikabbli mill-1 ta' Ottubru 2014

(f'EUR)

Il-kodiċi tan-NM:

L-ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

L-ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

L-ammont tad-dazju li għandu jiġi applikat fuq l-importazzjoni b'riżultat tas-sospensjoni msemmija fl-Artikolu 40 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006 għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat (1)

1703 10 00  (2)

13,48

0

1703 90 00  (2)

15,93

0


(1)  Skont l-Artikolu 40 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, dan l-ammont jissostitwixxi r-rata tad-Dazju Doganali Komuni ffissata għal dawn il-prodotti.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006.


DEĊIŻJONIJIET

30.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 284/45


DEĊIŻJONI TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI

tal-24 ta' Settembru 2014

li taħtar imħallfin fil-Qorti tal-Ġustizzja

(2014/680/UE, Euratom)

IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 253 u 255 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a(1) tiegħu,

billi:

(1)

Il-mandati ta' erbatax-il imħallef u erba' avukati ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja waslu biex jiskadu fis-6 ta' Ottubru 2015. Hu meħtieġ li jsiru ħatriet ġodda għall-perijodu mis-7 ta' Ottubru 2015 sas-6 ta' Ottubru 2021.

(2)

Is-Sur Koen LENAERTS u s-Sinjura Rosario SILVA DE LAPUERTA ġew proposti bil-ħsieb li jiġu mġedda l-funzjonijiet tagħhom ta' mħallfin fil-Qorti tal-Ġustizzja.

(3)

Il-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ta opinjoni dwar l-idoneità tas-Sur Koen LENAERTS u tas-Sinjura Rosario SILVA DE LAPUERTA għall-qadi tal-funzjonijiet ta' mħallfin fil-Qorti tal-Ġustizzja.

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għandhom jinħatru mħallfin fil-Qorti tal-Ġustizzja għall-perijodu mis-7 ta' Ottubru 2015 sas-6 ta' Ottubru 2021:

Is-Sur Koen LENAERTS

Is-Sinjura Rosario SILVA DE LAPUERTA

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Settembru 2014.

Il-President

S. SANNINO


30.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 284/46


DEĊIŻJONI TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI

tal-24 ta' Settembru 2014

li taħtar imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja

(2014/681/UE, Euratom)

IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 253 u 255 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikoli 5 u 7 tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u wara r-riżenja tas-Sur George ARESTIS, b'effett mis-6 ta' Ottubru 2014, għandu jinħatar imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja għall-bqija tal-mandat tas-Sur George ARESTIS, jiġifieri sas-6 ta' Ottubru 2018.

(2)

Ġie propost is-Sur Constantinos LYCOURGOS għall-post li sar vakanti.

(3)

Il-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ta opinjoni dwar l-idoneità tas-Sur Constantinos LYCOURGOS għall-qadi tal-funzjonijiet ta' mħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Constantinos LYCOURGOS inħatar imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja għall-perijodu mis-7 ta' Ottubru 2014 sas-6 ta' Ottubru 2018.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Settembru 2014.

Il-President

S. SANNINO


30.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 284/47


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-25 ta' Settembru 2014

li taħtar membru supplenti Bulgaru fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2014/682/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-GvernBulgaru,

Billi:

(1)

Fit-22 ta' Diċembru 2009 u fit-18 ta' Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE (1) u 2010/29/UE (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2010 sal-25 ta' Jannar 2015. Fl-10 ta' Lulju 2012, permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/403/UE (3) is-Sinjura Kornelia MARINOVA nħatret membru supplenti sal-25 ta' Jannar 2015.

(2)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sinjura Kornelia MARINOVA sar vakanti siġġu ta' membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huwa b'dan maħtur bħala membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta' Jannar 2015:

Is-Sinjura Madlena BOYADZHIEVA, Chair of the Municipal Council of the Municipality of Teteven.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Settembru 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

F. GUIDI


(1)  ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22.

(2)  ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/403/UE tal-10 ta' Lulju 2012 li taħtar sitt membri Bulgari u tmien membri supplenti Bulgari tal-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 188, 18.7.2012, p. 16).


30.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 284/48


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-25 ta' Settembru 2014

li taħtar membru mir-Renju Unit fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2014/683/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gverntar-Renju Unit,

Billi:

(1)

Fit-22 ta' Diċembru 2009 u fit-18 ta' Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE (1) u 2010/29/UE (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2010 sal-25 ta' Jannar 2015. Fil-11 ta' Marzu 2014, permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/C 74/01 (3), is-Sur Andrew LEWER inħatar membru sal-25 ta' Jannar 2015.

(2)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Andrew LEWER, sar vakanti siġġu ta' membru.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huwa b'dan maħtur membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta' Jannar 2015:

Is-Sinjura Ann STRIBLEY, Councillor.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Settembru 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

F. GUIDI


(1)  ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22.

(2)  ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li taħtar erba' membri mir-Renju Unit fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU C 74, 13.3.2014, p. 1).


30.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 284/49


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-25 ta' Settembru 2014

taħtar disa' membri Griegi u tnax-il membru supplenti Grieg fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2014/684/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-GvernGrieg,

Billi:

(1)

Fit-22 ta' Diċembru 2009 u fit-18 ta' Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE (1) u 2010/29/UE (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2010 sal-25 ta' Jannar 2015. Fid-9 ta' April 2010, permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/217/UE (3), is-Sur Dimitris MARAVELIAS inħatar membru supplenti sal-25 ta' Jannar 2015. Fil-21 ta' Marzu 2011, permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/191/UE (4) is-Sur Ioannis BOUTARIS, is-Sur Dimitrios KALOGEROPOULOS, is-Sur Georgios KOTRONIAS, is-Sur Nikolaos PAPANDREOU, is-Sur Ioannis SGOUROS u s-Sur Grigorios ZAFEIROPOULOS inħatru membri, u s-Sur Pavlos ALTINIS, is-Sur Athanasios GIAKALIS, is-Sur Aristeidis GIANNAKIDIS, is-Sur Dimitrios DRAKOS, is-Sur Polydoros LAMPRINOUDIS, is-Sur Christos LAPPAS, is-Sur Ioannis MACHAIRIDIS u s-Sur Dimitrios BIRMPAS inħatru membri supplenti sal-25 ta' Jannar 2015. Fid-29 ta' Ottubru 2012, permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/676/UE (5), is-Sur Spyridon SPYRIDON inħatar membru u s-Sur Dimitrios PETROVITS inħatar membru supplenti sal-25 ta' Jannar 2015.

(2)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Ioannis BOUTARIS, is-Sur Theodoros GKOTSOPOULOS, is-Sur Dimitrios KALOGEROPOULOS, is-Sur Georgios KOTRONIAS, is-Sur Nikolaos PAPANDREOU, is-Sur Ioannis SGOUROS, is-Sur Konstantinos SIMITSIS, is-Sur Spyridon SPYRIDON u s-Sur Grigorios ZAFEIROPOULOS saru vakanti disa' siġġijiet ta' membri fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(3)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Pavlos ALTINIS, is-Sur Dimitrios BIRMPAS, is-Sur Dimitrios DRAKOS, is-Sur Athanasios GIAKALIS, is-Sur Aristeidis GIANNAKIDIS, is-Sur Ioannis KOURAKIS, is-Sur Polydoros LAMPRINOUDIS, is-Sur Christos LAPPAS, is-Sur Ioannis MACHAIRIDIS, is-Sur Dimitrios MARAVELIAS, is-Sur Dimitrios PETROVITS u s-Sur Dimitrios PREVEZANOS, saru vakanti tnax-il siġġu ta' membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin huma b'dan maħtura fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta' Jannar 2015:

(a)

bħala membri:

Is-Sur Konstantinos AGORASTOS, Governor of Thessaly Region

Is-Sur Dimitrios KALOGEROPOULOS, Advisor, politically accountable to the elected Municipal Council of Maroussi (bidla fil-mandat)

Is-Sur Stavros KALAFATIS, Municipal Councillor of Thessaloniki

Is-Sur Alexandros KAHRIMANIS, Governor of the Region of Epirus

Is-Sur Ioannis KOURAKIS, Municipal Councillor of Heraklion

Is-Sur Dimitrios MARAVELIAS, Regional Councillor of Attica

Is-Sur Ioannis SGOUROS, Regional Councillor of Attica (bidla fil-mandat)

Is-Sur Konstantinos TZANAKOULIS, Municipal Councillor of Larissa

Is-Sur Nikolaos CHIOTAKIS, Municipal Councillor of Kifissia

u

(b)

bħala membri supplenti:

Is-Sur Dimitrios BIRMPAS, Mayor of Aigaleo (bidla fil-mandat)

Is-Sur Ioannis BOUTARIS, Mayor of Thessaloniki

Is-Sur Fotios CHATZIDIAKOS, Mayor of Rhodes

Is-Sur Georgios DAKIS, Regional Councillor, West Macedonia Region

Is-Sur Nikolaos KARAPANOS, Mayor of the city of Messolonghi

Is-Sur Panagiotis KATSIVELAS, Mayor of Trifylia

Is-Sur Charalampos KOKKINOS, Regional Councillor, South Aegean Region

Is-Sinjura Anna PAPADIMITRIOU, Regional Councillor, Region of Attica

Is-Sur Dimitrios PETROVITS, Deputy Governor, Region of Evros (bidla fil-mandat)

Is-Sur Dimitrios PREVEZANOS, Mayor of Skiathos (bidla fil-mandat)

Is-Sur Konstantinos SIMITSIS, Municipal Councillor of Kavala

Is-Sur Petros SOULAS, Mayor of Kordelio-Evosmos.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Settembru 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

F. GUIDI


(1)  ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22.

(2)  ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/217/UE tad-9 ta' April 2010 li taħtar membru Grieg u membru supplenti Grieg fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 96, 16.4.2010, p. 7).

(4)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/191/UE tal-21 ta' Marzu 2011 li taħtar għaxar membri Griegi u disa' membri supplenti Griegi fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 81, 29.3.2011, p. 12).

(5)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/676/UE tad-29 ta' Ottubru 2012 li taħtar membru Grieg u membru supplenti Grieg fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 305, 1.11.2012, p. 26).


30.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 284/51


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/685/PESK

tad-29 ta' Settembru 2014

li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (1) EULEX KOSOVO

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fl-4 ta' Frar 2008, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK (2).

(2)

Fit-8 ta' Ġunju 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/322/PESK (3), li emendat l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK u estendietha għal perijodu ta' sentejn sal-14 ta' Ġunju 2012.

(3)

Fil-5 ta' Ġunju 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/291/PESK (4), li emendat l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK u estendietha għal perijodu ta' sentejn sal-14 ta' Ġunju 2014.

(4)

Fit-12 ta' Ġunju 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/349/PESK (5) li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK u li testendiha għal perjodu ta' sentejn sal-14 ta' Ġunju 2016, u li tipprevedi ammont ta' referenza finanzjarja għall-perijodu mill-15 ta' Ġunju 2014 sal-14 ta' Ottubru 2014.

(5)

L-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK għandha tiġi emendata biex tipprevedi ammont ġdid ta' referenza finanzjarja maħsub sabiex ikopri l-perijodu mill-15 ta' Ottubru 2014 sal-14 ta' Ġunju 2015.

(6)

Fil-qafas tal-mandat tagħha u f'konformità mal-konklużjonijiet tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà tat-2 ta' Settembru 2014, EULEX KOSOVO għandha tipprovdi wkoll appoġġ għal proċedimenti ġudizzjarji kriminali rilokati fi Stat Membru, soġġett għall-konklużjoni tal- arranġamenti legali kollha meħtieġa biex jiġu koperti l-istadji kollha ta' dawn il-proċedimenti.

(7)

EULEX KOSOVO ser titmexxa fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' timpedixxi l-ksib tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat,

(8)

L-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK hija b'dan emendata kif ġej:

(1)

Jiżdied l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 3a

Proċedimenti ġudizzjarji rilokati

1.   Għall-finijiet tal-qadi tal-mandat tagħha, inklużi r-responsabbiltajiet eżekuttivi tagħha, kif jinsabu fl-Artikolu 3(a) u (d), EULEX KOSOVO għandha tappoġġa l-proċedimenti rilokati fi Stat Membru, sabiex jiġu proċessati u jiġu ġudikati l-akkużi kriminali li jirriżultaw mill-investigazzjoni tal-allegazzjonijiet li tqajmu f'rapport bl-isem ‘It-trattament inuman ta' persuni u t-traffikar illeċitu ta' organi tal-bnedmin fil-Kosovo’ li nħareġ fit-12 ta' Diċembru 2010 mir-Relatur Speċjali għall-Kumitat dwar l-Affarijiet Legali u d-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa.

2.   L-imħallfin u l-prosekuturi responsabbli mill-proċedimenti għandu jkollhom indipendenza u awtonomija sħaħ fil-qadi ta' dmirijiethom.”

.

(2)

Fl-Artikolu 8(2), tiżdied is-sentenza li ġejja:

“L-Imħallfin u l-Prosekuturi ta' EULEX KOSOVO għandu jkollhom l-ogħla kwalifika professjonali meħtieġa għal-livell jew il-kumplessità tal-materja mressqa quddiemhom u għandhom jinħatru wara proċess ta' għażla indipendenti.”

.

(3)

Fl-Artikolu 16(1), il-paragrafu finali hu sostitwit b'dan li ġej:

“L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa ta' EULEX KOSOVO mill-15 ta' Ottubru 2014 sal-14 ta' Ġunju 2015 għandu jkun ta' EUR 55 820 000.

L-ammont ta' referenza finanzjarja għall-perijodu sussegwenti għal EULEX KOSOVO għandu jiġi deċiż mill-Kunsill.”

.

(4)

Fl-Artikolu 18 jiżdied il-paragrafu li ġej:

“5.   L-awtorizzazzjoni mogħtija lir-Rappreżentant Għoli biex jirrilaxxa lil partijiet terzi u lill-awtoritajiet lokali kompetenti informazzjoni u dokumenti klassifikati tal-UE ġġenerati għall-finijiet ta' EULEX KOSOVO skont il-paragrafi 1 u 2 m'għandhiex testendi għal informazzjoni miġbura jew dokumenti ġġenerati għall-fini tal-proċedimenti ġudizzjarji li jsiru fil-qafas tal-mandat ta' EULEX KOSOVO. Dan ma jżommx milli tiġi rilaxxata informazzjoni mhux sensittiva marbuta mal-organizzazzjoni amministrattiva jew l-effiċjenza tal-proċedimenti.”

.

(5)

Fl-Artikolu 20, it-tieni paragrafu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Hija għandha tiskadi fl-14 ta' Ġunju 2016. Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi fuq proposta mir-Rappreżentant Għoli, u jqis is-sorsi ta' finanzjament kumplimentari kif ukoll il-kontribuzzjonijiet minn imsieħba oħra, għandu jieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa sabiex jiġi żgurat li l-mandat ta' EULEX KOSOVO b'appoġġ għall-proċedimenti ġudizzjarji rilokati msemmijin fl-Artikolu 3a u l-mezzi finanzjarji meħtieġa relatati jibqgħu fis-seħħ sakemm dawn il-proċedimenti ġudizzjarji jkunu ġew konklużi.”

.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Settembru 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

S. GOZI


(1)  Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għal pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244(1999) u mal-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni ta' indipendenza tal-Kosovo.

(2)  Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK tal-4 ta' Frar 2008 dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (EULEX KOSOVO) (ĠU L 42, 16.2.2008, p. 92).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/322/PESK tat-8 ta' Ġunju 2010 li temenda u testendi l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, il-EULEX KOSOVO (ĠU L 145, 11.6.2010, p. 13).

(4)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/291/PESK tal-5 ta' Ġunju 2012 li temenda u testendi l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX KOSOVO (ĠU L 146, 6.6.2012, p. 46).

(5)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/349/PESK tat-12 ta' Ġunju 2014 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX KOSOVO (ĠU L 174, 13.6.2014, p. 42).


30.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 284/53


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-3 ta' Lulju 2014

dwar l-għajnuna mill-Istat SA.33927 (12/C) (ex 11/NN)

implimentata mill-Belġju Skema ta' garanzija li tipproteġi l-ishma ta' membri individwali ta' kooperattivi finanzjarji

(notifikata bid-dokument C(2014) 1021)

(It-testi bil-Franċiż u bl-Olandiż biss huma awtentiċi)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/686/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

Wara li talbet lill-partijiet interessati biex jippreżentaw il-kummenti tagħhom skont id-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq (1) u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,

Billi:

1.   IL-PROĊEDURA

(1)

Permezz tal-ittra tas-7 ta' Novembru 2011, l-Istat Belġjan innotifika lill-Kummissjoni li huwa adotta skema ta' garanzija (“l-iskema ta' garanzija għall-kooperattivi” jew “il-miżura”) biex ikopri l-ishma tal-azzjonisti individwali f'dawk il-kooperattivi rikonoxxuti li jew jinsabu taħt superviżjoni prudenzjali tal-Bank Nazzjonali tal-Belġju (Banque nationale de Belgique — BNB) jew inkella li investew minn tal-inqas nofs l-assi tagħhom f'istituzzjoni soġġetta għal tali superviżjoni (“kooperattivi finanzjarji”).

(2)

Permezz tal-ittra tas-6 ta' Diċembru 2011, il-Kummissjoni indikat lill-Istat Belġjan li l-miżura għandha mnejn tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat illeċita (2) u ħeġġet lill-Istat Belġjan biex iżomm lura milli jieħu passi ulterjuri għall-implimentazzjoni tal-miżura. Il-Kummissjoni stiednet lill-Istat Belġjan biex jikkummenta dwar is-sejbiet preliminari tiegħu, u dan huwa għamlu permezz tal-ittra tat-22 ta' Diċembru 2011.

(3)

Permezz tad-Deċiżjoni tat-3 ta' April 2012 (“id-Deċiżjoni tal-Ftuħ”), il-Kummissjoni informat lill-Belġju li hija kienet tat bidu għall-proċedura stipulata fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“it-Trattat”) fir-rigward tal-miżura u ordnat lill-Belġju biex, f'konformità mal-Artikolu 11(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (3), jissospendi l-miżura sa ma l-Kummissjoni tiddeċiedi dwar il-kompatibbiltà tagħha mas-suq intern. Il-Kummissjoni talbet lill-Belġju biex iwaqqaf immedjatament kwalunkwe azzjoni li tkun timplimenta ulterjorment l-iskema ta' garanzija għall-kooperattivi u biex jastjeni milli jagħmel pagamenti fil-qafas tal-miżura. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tagħti bidu għall-proċedura — li permezz tagħha l-Kummissjoni stiednet ukoll lill-partijiet interessati biex jikkummentaw dwar il-miżura — ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (4).

(4)

Permezz tal-ittri tal-24 ta' April 2012 u tal-31 ta' Mejju 2012, l-Istat Belġjan talab li jingħata żmien addizzjonali biex jirreaġixxi għad-Deċiżjoni tal-Ftuħ; il-Kummissjoni ma oġġezzjonatx għal dan. Permezz tal-ittra tat-18 ta' Ġunju 2012, l-Istat Belġjan bagħat reazzjoni dwar id-Deċiżjoni tal-Ftuħ li magħha kien hemm mehmuża, fost l-oħrajn, ittra mingħand il-Gvernatur tal-BNB indirizzata lill-Ministru tal-Finanzi Belġjan, iddatata s-7 ta' Ottubru 2011.

(5)

Fis-17 ta' Awwissu 2012, il-Grupp Arco (“ARCO” (5)) ippreżenta wkoll il-kummenti tiegħu fir-rigward tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ. Fid-29 ta' Awwissu 2012, il-Kummissjoni ttrażmettiet din is-sottomissjoni lill-Istat Belġjan, u b'hekk tat l-opportunità lill-Istat Membru biex jirreaġixxi għall-kummenti ta' ARCO. Madankollu, fis-16 ta' Ottubru 2012, l-Istat Belġjan indika li ma kienx se jagħmel użu minn din l-opportunità.

(6)

Il-mistoqsijiet ta' segwitu min-naħa tal-Kummissjoni dwar il-miżura, b'mod partikolari fis-17 ta' Settembru 2012 u fl-24 ta' Lulju 2013, twieġbu mill-Istat Belġjan fil-5 ta' Diċembru 2012 u fl-20 ta' Settembru 2013 rispettivament.

2.   L-ISFOND FATTWALI

2.1.   Il-ħolqien tal-miżura notifikata

(7)

It-twaqqif tal-iskema ta' garanzija għall-kooperattivi kien marbut ma' miżuri ta' salvataġġ f'każ ieħor ta' għajnuna mill-Istat.

(8)

Fit-30 ta' Settembru 2008, Dexia ħabbret żieda kapitali ta' EUR 6,4 biljun, sottoskritta mill-azzjonisti eżistenti tagħha (li wieħed minnhom kien ARCO) u mill-awtoritajiet tal-Belġju, Franza u l-Lussemburgu. Quddiem il-Kummissjoni Speċjali tal-Parlament Belġjan inkarigata mill-analiżi taċ-ċirkostanzi taż-żarmar ta' Dexia (il-“Kummissjoni Dexia”), il-Ministru tal-Finanzi Belġjan kompetenti fi żmien l-għoti tal-għajnuna mill-Istat lill-Dexia fl-2008 spjega li, b'segwitu għat-talbiet ta' intervent favur ARCO, f'Settembru/Ottubru 2008 kienet diġà ttieħdet deċiżjoni politika biex tiġi adottata skema ta' garanzija għall-kooperattivi. Huwa spjega li, sabiex jintlaħaq ftehim dwar Dexia, il-gvern kellu fl-istess ħin jieħu deċiżjoni dwar ARCO u Ethias. (6) Mid-dikjarazzjonijiet tal-Ministru tal-Finanzi Belġjan attwali, jidher biċ-ċar ukoll li l-impenn tal-2008 kien ittieħed biex jiġi żgurat li ARCO jaqbel li jieħu sehem fis-salvataġġ ta' Dexia (7).

(i)   Il-komunikazzjonijiet tal-istampa

(9)

Fl-10 ta' Ottubru 2008, il-gvern Belġjan ħabbar, permezz ta' stqarrija għall-istampa mis-servizzi tal-Ministru tal-Finanzi, li ddeċieda li:

iżid il-kopertura tal-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti għall-istituzzjonijiet ta' kreditu, minn EUR 20 000 għal EUR 100 000

ipoġġi għad-dispożizzjoni skema simili għal prodotti finanzjarji oħrajn (b'mod partikolari prodotti ta' assigurazzjoni tal-ħajja tal-“fergħa 21” (8) u ishma f'kooperattivi finanzjarji). (9)

(10)

Fil-21 ta' Jannar 2009, il-Prim Ministru u l-Ministru tal-Finanzi kkonfermaw fi stqarrija għall-istampa konġunta, l-impenn li ħa l-gvern preċedenti (10) biex jintroduċi skema ta' garanzija għall-kooperattivi. (11) Fl-istess jum, ARCO ppubblika l-istqarrija għall-istampa tal-gvern Belġjan fuq il-websajt tiegħu. B'kuntrast ma' dan, kooperattivi finanzjarji oħrajn tbiegħdu mill-analoġija bejn id-depożiti u l-ishma fil-kooperattivi finanzjarji li tirfed l-iskema ta' garanzija għall-kooperattivi. (12)

(ii)   Il-proċess leġiżlattiv

(11)

Fil-15 ta' Ottubru 2008, il-Parlament Belġjan approva liġi (13) li tippermetti lill-gvern Belġjan jieħu miżuri biex jippreserva l-istabbiltà finanzjarja. Fl-14 ta' Novembru 2008 (14), l-Istat Belġjan ippubblika Digriet Irjali li żied il-livell ta' kopertura fil-qafas tal-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti għall-istituzzjonijiet ta' kreditu għal EUR 100 000, filwaqt li introduċa skema ta' garanzija tal-assigurazzjoni għall-prodotti ta' assigurazzjoni tal-ħajja tal-“fergħa 21”. Fid-29 ta' Ottubru 2008, il-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja ta opinjoni favorevoli dwar il-verżjoni abbozzata ta' dan id-Digriet Irjali. (15)

(12)

Fl-14 ta' April 2009 (16), l-Istat Belġjan emenda l-Liġi tal-15 ta' Ottubru 2008, li awtorizzat lill-gvern jadotta, permezz tad-Digriet Irjali, sistema ta' garanzija tal-kapital imħallas għal rimborż lill-azzjonisti individwali tas-sehem tagħhom fil-kapital tal-kooperattivi finanzjarji. Permezz tad-Digriet Irjali tal-10 ta' Ottubru 2011 (17) l-awtoritajiet Belġjani mmodifikaw id-Digriet Irjali tal-14 ta' Novembru 2008. Id-Digriet Irjali tal-10 ta' Ottubru 2011 fih dettalji oħra dwar l-iskema ta' garanzija għall-kooperattivi.

(13)

Fis-7 ta' Ottubru 2011, il-Gvernatur tal-BNB kiteb ittra lill-Ministru tal-Finanzi ta' dak iż-żmien biex jagħti opinjoni dwar id-Digriet Irjali (abbozzat) tal-10 ta' Ottubru 2011; pass proċedurali li kien meħtieġ skont il-Liġi dwar l-organizzazzjoni tal-BNB. (18) Il-Gvernatur irrimarka li l-gvern seta' legalment jieħu Digriet Irjali fuq skema ta' garanzija għall-kooperattivi f'każ ta' kriżi mhux mistennija li tolqot is-swieq finanzjarji jew f'każ ta' theddida serja ta' kriżi sistemika. Il-Gvernatur ikkonkluda li ċ-ċirkostanzi kienu jidhru li jirriflettu dawn il-kundizzjonijiet u li skema ta' garanzija għall-kooperattivi tkun tippermetti li jiġu limitati l-effetti ta' kriżi bħal din. (19) Madankollu fl-istess ħin, l-ittra tal-Gvernatur żammet espressament milli tieħu pożizzjoni dwar jekk l-ishma individwali ta' kooperattivi finanzjarji humiex, fl-essenza tagħhom, depożiti jew le (20). L-ittra indikat ukoll li l-miżura tista' tqajjem kwistjonijiet ta' għajnuna mill-Istat (21) u esprimiet tħassib li n-natura mhux obbligatorja tal-iskema ta' garanzija għall-kooperattivi tista' twassal għal problemi ta' “għażla avversa” (22).

(14)

Fit-13 ta' Ottubru 2011, it-tliet impriżi kooperattivi ta' ARCO (ARCOFIN, ARCOPAR u ARCOPLUS) applikaw biex jieħdu sehem fl-iskema ta' garanzija għall-kooperattivi. Il-gvern Belġjan approva t-talba tagħhom permezz tad-Digriet Irjali tas-7 ta' Novembru 2011. (23) Bħala parti mill-applikazzjoni tiegħu, ARCO ħallas ukoll xi tariffi li ammontaw għal total ta' EUR 2,05 miljun. (24)

(15)

Fit-8 ta' Diċembru 2011, il-Laqgħat Ġenerali ta' ARCOFIN, ARCOPAR u ARCOPLUS approvaw il-proposti tal-bords eżekuttivi tagħhom li jipproċedu għal-likwidazzjoni.

2.2.   Id-Direttiva 94/19/KE dwar l-iskemi ta' garanzija għal depożiti

(16)

L-Artikolu 3 tad-Direttiva 94/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 1994 dwar skemi ta' garanzija għal depożiti (25) (“id-Direttiva SGD”) jobbliga lil kull Stat Membru biex:

…jassigura li fit-territorju tiegħu, waħda jew aktar skemi ta' garanzija ta' depożitu jkunu introdotti u uffiċjalment rikonoxxuti. Ħlief f'[ċerti] ċirkostanzi …., l-ebda istituzzjoni ta' kreditu  (26) awtorizzata f'dak l-Istat Membru…, ma tista' tieħu depożiti  (27) sakemm ma tkunx membru ta' skema bħal dik

(17)

Fl-1998, l-Istat Belġjan ittraspona d-Direttiva SGD f'liġi nazzjonali u adotta skema ta' garanzija tad-depożiti li tkopri l-aggregat tad-depożiti ta' depożitur f'każ ta' nuqqas ta' disponibbiltà. Il-garanzija Belġjana tad-depożiti ġiet fdata lil fond ta' garanzija tad-depożiti. Permezz tad-Digriet Irjali tal-14 ta' Novembru 2008, l-Istat Belġjan sussegwentement ħoloq “Fond ta' Protezzjoni Speċjali”, li jkopri l-inizjattivi ulterjuri tal-Istat Belġjan. (28)

(18)

Fil-forma oriġinali tiegħu, l-Artikolu 7 tad-Direttiva SGD kien jipprevedi li l-aggregat tad-depożiti ta' kull depożitur kellu jkun kopert sal-ammont ta' EUR 20 000. Fil-laqgħa tiegħu tas-7 ta' Ottubru 2008, il-Kunsill ECOFIN qabel li l-kopertura tad-depożiti, li dak iż-żmien kienet prevista mid-Direttiva SGD, għandha tiġi miżjuda. Skont l-istqarrija tal-istampa tiegħu, huwa qabel illi:

“l-Istati Membri kollha għandhom, għal perjodu inizjali ta' minn tal-inqas sena, jipprovdu protezzjoni tal-garanzija tad-depożiti għall-individwi għal ammont minimu ta' EUR 50 000, filwaqt li jirrikonoxxu l-fatt li ħafna Stati Membri jiddeċiedu li jgħollu l-ammont minimu tagħhom għal EUR 100 000. Nilqgħu bi ħġarna l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tressaq b'urġenza proposta xierqa li tippromwovi l-konverġenza ta' skemi ta' garanzija tad-depożiti”.  (29)

(19)

F'dak li jirrigwarda l-kopertura, l-Artikolu 2 tad-Direttiva SGD jipprevedi li l-iskemi ta' garanzija tad-depożiti ma għandhomx jipproteġu l-istrumenti kapitali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu. (30)

(20)

Id-Direttiva 2009/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 li temenda d-Direttiva 94/19/KE dwar skemi ta' garanzija għal depożiti fir-rigward tal-livell ta' kopertura u taż-żmien għar-rimborż (31) żiedet il-livell ta' kopertura tal-iskemi ta' garanzija tad-depożiti (l-ewwel għal minimu ta' EUR 50 000 u mbagħad fil-prinċipju għal minimu EUR 100 000 u sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2010).

(21)

Id-Direttiva 97/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Marzu 1997 dwar skemi ta' kumpens għall-investitur (32) (“id-Direttiva dwar Skemi ta' Kumpens għall-Investitur”) tipprevedi kumpens għall-investituri f'każijiet fejn ditta tal-investiment ma tkunx f'pożizzjoni li tirritorna l-assi li jappartjenu lil xi investitur. Kumpens bħal dan huwa disponibbli pereżempju fejn ikun hemm frodi jew negliġenza f'ditta jew fejn ikun hemm żbalji jew problemi fis-sistemi ta' ditta. Madankollu, l-iskemi ta' kumpens għall-investituri ma jkoprux ir-riskju ta' investiment (pereżempju meta investitur ikun xtara stokks li mbagħad jaqgħu fil-valur).

2.3.   Il-qafas legali Belġjan għall-kumpaniji kooperattivi

(22)

Il-Kodiċi Belġjan tal-Kumpaniji (33) — u b'mod partikolari l-Artikoli 350 sa 436 — jiddefinixxi l-qafas legali għall-kumpaniji kooperattivi. Hu jipprevedi li kooperattiva għandha tagħżel, fl-Istatuti ta' Assoċjazzjoni tagħha, jekk tiħux il-forma ta' “kumpanija b'responsabbiltà limitata” (jiġifieri, it-telf tal-azzjonisti ma jistax imur lil hinn mill-investiment kapitali tagħhom) jew dik ta' “kumpanija b'responsabbiltà illimitata” (jiġifieri, l-azzjonisti jkunu personalment responsabbli għad-dejn tal-kumpanija u għaldaqstant jistgħu jagħmlu telf li jmur lil hinn mill-investiment kapitali tagħhom).

(23)

Il-Kodiċi Belġjan tal-Kumpaniji (b'mod partikolari l-Artikoli 362, 364, 366, 367 u 374) jippermetti ċerti restrizzjonijiet fuq it-trasferibbiltà tal-ishma ta' kumpaniji kooperattivi. L-ishma ta' kumpaniji kooperattivi jistgħu jinbigħu lil azzjonisti oħrajn tal-kooperattiva iżda l-Istatuti ta' Assoċjazzjoni tal-kooperattiva jistgħu jorbtu trasferiment bħal dan b'xi kundizzjonijiet. It-trasferimenti lil partijiet terzi jistgħu jsiru biss skont ċerti kundizzjonijiet u lill-persuni definiti fl-Artikolu 366 tal-Kodiċi Belġjan tal-Kumpaniji.

(24)

Il-Kodiċi Belġjan tal-Kumpaniji (l-Artikolu 367) jipprevedi wkoll li l-azzjonisti tal-kooperattivi jistgħu joħorġu biss mill-kooperattiva fl-ewwel sitt xhur tas-sena finanzjarja. Fil-każ ta' tali ħruġ, l-Artikolu 374 tal-Kodiċi Belġjan tal-Kumpaniji jipprevedi li azzjonist ta' kooperattiva huwa intitolat li jirċievi l-valur tal-ishma tiegħu li jkun ibbażat fuq il-karta bilanċjali tal-kooperattiva.

(25)

Filwaqt li l-Kodiċi Belġjan tal-Kumpaniji jistabbilixxi l-qafas ġenerali għall-kumpaniji kooperattivi, id-Digriet Irjali tat-8 ta' Jannar 1962 (34) jistipula l-kriterji għall-“kooperattivi rikonoxxuti”. (35) B'mod konkret, kooperattiva rikonoxxuta ma tistax tirrifjuta azzjonisti ġodda jew teskludi azzjonisti eżistenti abbażi ta' spekulazzjoni; l-ishma ta' kumpanija kooperattiva għandhom, irrispettivament mill-valur tagħhom, drittijiet indaqs; l-azzjonisti kollha ta' kooperattiva għandhom drittijiet tal-vot indaqs fil-laqgħat ġenerali annwali (“AGM”); l-AGM għandha taħtar il-membri tal-bord tad-diretturi u tal-bord superviżorju; il-profitti operazzjonali tal-kooperattiva (wara li jitnaqqsu l-kostijiet kollha) jistgħu jitqassmu fost l-azzjonisti iżda biss fuq bażi pro rata għat-tranżazzjonijiet tagħhom mal-kooperattiva, u d-dividend imħallas fuq l-ishma tal-kooperattiva ma jistax jaqbeż ċertu perċentwali ddeterminat mid-Digriet Irjali.

(26)

L-Artikolu 21 tal-Kodiċi Belġjan tat-Taxxa jipprevedi li l-imgħax imħallas fuq l-ishma ta' kumpaniji kooperattivi rikonoxxuti huwa eżentat mit-taxxi minn ras il-għajn sa ċertu ammont. (36)

2.4.   Deskrizzjoni tal-miżura

(27)

L-iskema ta' garanzija għall-kooperattivi tkopri l-kapital imħallas (u mhux il-gwadanji kapitali potenzjali) minn azzjonisti individwali tal-kooperattivi, li jkun jammonta għal mhux aktar minn EUR 100 000.

(28)

B'kuntrast mal-iskema ta' garanzija tad-depożiti għall-istituzzjonijiet ta' kreditu, l-isħubija fl-iskema ta' garanzija għall-kooperattivi hija fakultattiva.

(29)

Jekk il-kooperattivi finanzjarji jridu jieħdu sehem fl-iskema ta' garanzija għall-kooperattivi, dawn iridu japplikaw mal-Ministeru tal-Finanzi. Il-Kunsill tal-Ministri għandu xahar żmien biex jiddeċiedi jekk jippermettix lill-kooperattiva finanzjarja li tkun applikat, tipparteċipa fl-iskema ta' garanzija għall-kooperattivi, soġġetta għal xi kundizzjonijiet skont kif ikun meħtieġ. Dawn il-kundizzjonijiet jistgħu jinkludu:

(a)

l-obbligu li jiġu riżervati offerti pubbliċi futuri għall-azzjonisti tal-istituzzjonijiet;

(b)

l-impenn tal-azzjonisti kollha tal-istituzzjonijiet li ma jirtirawx l-ishma jew kwalunkwe flus imħallsa lill-kumpanija kooperattiva u li ma jirriżenjawx mir-rwol tagħhom ta' azzjonisti sakemm mhux permezz ta' trasferiment tal-ishma; u

(c)

limitu massimu ta' 4,5 % fis-sena fuq l-imgħax li għandu jitħallas lill-azzjonisti.

(30)

Ladarba kooperattiva finanzjarja tkun applikat għall-kopertura, din ma tistax toħroġ mill-iskema għal perjodu ta' sena. Wara li jgħaddi dan il-perjodu, il-kooperattiva tista' ġġib fi tmiemha l-parteċipazzjoni tagħha billi tagħti preavviż ta' tliet xhur. Mhux se jkunilha possibbli li tirkupra l-kontribuzzjonijiet imħallsa, tkun xi tkun il-forma tagħhom. Jekk kooperattiva tiddeċiedi li toħroġ mill-iskema ta' garanzija għall-kooperattivi, trid tistenna li jgħaddu tliet snin qabel ma tkun tista' terġa' tipparteċipa.

(31)

L-ishma ta' kooperattivi li nħarġu qabel id-dħul fis-seħħ tad-Digriet Irjali tal-10 ta' Ottubru 2011 biss, huma koperti mill-miżura.

(32)

L-iskema ta' garanzija għall-kooperattivi hija disponibbli biss għall-azzjonisti individwali u mhux għall-azzjonisti tal-istituzzjonijiet ta' kooperattivi finanzjarji.

(33)

Il-finanzjament tal-Fond ta' Protezzjoni Speċjali joriġina minn:

(i)

kontribuzzjoni annwali ta' 0,15 % tal-ammont protett (pagabbli mill-parteċipanti kollha); u

(ii)

tariffa tad-dħul ta' darba ta' 0,10 % tal-ammont protett (pagabbli mill-kooperattivi).

(34)

Barra minn hekk, il-kooperattivi finanzjarji jistgħu jintalbu wkoll iħallsu kontribuzzjoni ta' qligħ kapitali lill-Fond ta' Protezzjoni Speċjali, b'rabta mal-parteċipazzjonijiet azzjonarji elenkati tagħhom. Il-kontribuzzjoni ta' qligħ kapitali tikkorrispondi ma' massimu ta' 10 % tad-differenza bejn il-prezz tal-bejgħ tal-ishma rilevanti (jew, jekk ma jsir l-ebda bejgħ għal perjodu ta' tliet snin wara ċ-ċessjoni tas-sistema ta' protezzjoni, il-prezz tal-istokk medju tal-għeluq tas-sehem rilevanti matul perjodu ta' 30 jum qabel it-tielet anniversarju) u l-prezz referenzjarju ffissat mill-gvern meta kooperattiva finanzjarja tissieħeb fi skema ta' garanzija għall-kooperattivi.

(35)

Il-Fond ta' Protezzjoni Speċjali jibda jgħaddi l-pagamenti jekk il-kooperattiva finanzjarja tfalli jew jekk is-superviżorju finanzjarju jkun wissa lill-Fond ta' Protezzjoni Speċjali li l-kooperattiva finanzjarja ma għadhiex tista' tħallas lura lill-azzjonisti tagħha li jkunu jixtiequ joħorġu minnha.

(36)

Jekk il-Fond ta' Protezzjoni Speċjali ma jkollux biżżejjed mezzi biex jissodisfa dmirijietu, jagħmel avvanz tal-mezzi neċessarji l-Uffiċċju tad-Depożiti u l-Kunsinni (Caisse des dépôts et consignations), li huwa korp governattiv mingħajr status legali. Skont jekk l-istituzzjoni falluta tkunx parteċipanta obbligatorja jew kooperattiva finanzjarja, dan l-avvanz jiġi rimborżat aktar tard billi:

jiġu allokati 50 % tal-kontribuzzjonijiet annwali li għandhom jitħallsu mill-parteċipanti obbligatorji;

tiġi allokata kontribuzzjoni annwali speċjali li għandha titħallas mill-kooperattivi finanzjarji (li l-parteċipazzjoni tagħhom tkun waħda volontarja)

(37)

Jekk jintervjeni l-Fond ta' Protezzjoni Speċjali, dan jakkwista d-drittijiet tal-azzjonist kooperattiv individwali, filwaqt li jingħata klassifika identika għal dik tal-azzjonisti l-oħra li jkun għad fadal. Din il-karatteristika hija differenti mill-iskema ta' garanzija tad-depożiti għall-istituzzjonijiet ta' kreditu fejn il-Fond għandu klassifika identika għal dik tal-kredituri l-oħra tal-kumpanija rilevanti.

2.5.   Deskrizzjoni ta' ARCO

(38)

Storikament, ARCO kien azzjonist ta' Artesia Banking Corporation NV (minn issa 'l quddiem imsejħa “Artesia”), li hija stess kienet tipposjedi 100 % tal-bank BACOB u 82 % tal-kumpanija tal-assigurazzjoni DVV. B'riżultat tal-amalgamazzjoni ta' Artesia ma' Dexia fl-2001, ARCO sar l-akbar azzjonist ta' Dexia b'sehem ta' madwar 15 %. (37)

(39)

ARCO huwa isem ta' grupp għal ARCOPAR, ARCOPLUS u ARCOFIN, li huma kollha kumpaniji kooperattivi rikonoxxuti. (38) ARCO għandu aktar minn 800 000 membru u 99 % minnhom huma persuni individwali. Il-kapital tal-azzjonisti individwali f'ARCOPAR, ARCOPLUS u ARCOFIN kien jammonta għal EUR 1,3 biljun, EUR 46 miljun u EUR 140 miljun rispettivament.

(40)

L-Istatuti ta' Assoċjazzjoni ta' ARCOPAR, ARCOPLUS u ARCOFIN jipprevedu li t-tliet entitajiet huma kumpaniji b'responsabbiltà limitata. (39)

(41)

L-Istatuti ta' Assoċjazzjoni tat-tliet entitajiet fihom dispożizzjonijiet li huma rilevanti għall-azzjonisti li jixtiequ joħorġu minnhom.

(42)

Pereżempju, l-Istatuti ta' Assoċjazzjoni ta' ARCOPAR jipprevedu li l-kooperattiva tista' tirrestrinġi l-ħruġ jekk aktar minn 10 % tal-kapital totali tal-kooperattiva jew tal-bażi tal-azzjonisti kellhom jippruvaw joħorġu fl-istess sena finanzjarja (40). Azzjonist li jkun jixtieq joħroġ minn ARCOPAR ikun jista' jġib il-kapital tiegħu lura. L-azzjonisti tal-ishma tal-kategoriji A, B u C ta' ARCOPAR (41) huma intitolati wkoll għal “riżerva bonus”. (42)

(43)

L-Artikolu 35 fl-Istatuti ta' Assoċjazzjoni ta' ARCOPAR jiddeskrivi l-ammont li l-azzjonisti ta' ARCOPAR huma intitolati li jirċievu f'każ ta' likwidazzjoni. Sostanzjalment, jekk ikun hemm bilanċ pożittiv wara r-ripagament tad-dejn u tal-kostijiet soċjali, l-azzjonisti jiġu rimborżati. (43)

(44)

Ir-riskji marbuta mal-investiment fl-ishma ta' ARCO ġew deskritti pereżempju fil-prospett ta' ARCOPAR approvat mill-awtoritajiet Belġjani f'Ġunju 2008 u ppubblikat għal operazzjoni ta' suq tal-kapital li seħħet bejn is-7 ta' Lulju 2008 u t-30 ta' Settembru 2008. Dan il-prospett jagħmilha ċara li l-profitti relatati ma' Dexia kienu jirrappreżentaw aktar minn 69 % tal-profitti netti ta' ARCOPAR fis-snin finanzjarji 2005/2006, 2006/2007 u 2007/2008. Il-prospett kien jirreferi wkoll għar-riskju li jkun hemm ħruġ kbir f'salt, filwaqt li enfasizza li f'likwidazzjoni l-azzjonisti jistgħu jitilfu kollox. Fl-istess ħin, ir-rapporti annwali tal-kumpanija għamluha ċara li ARCO żied ir-rata ta' dejn tiegħu billi rrikorra għall-ingranaġġ sabiex ikun jista' jinvesti. (44)

2.6.   Raġunijiet għall-inizjalar tal-proċedura ta' ftuħ

(45)

Fid-Deċiżjoni ta' Ftuħ tagħha, il-Kummissjoni kkonkludiet, fuq bażi preliminari, li l-miżura notifikata ssodisfat l-erba' kriterji (kumulattivi) tal-għajnuna mill-Istat u li kellha dubji jekk il-miżura setgħetx tiġi ddikjarata bħala kompatibbli mas-suq intern.

(46)

Il-Kummissjoni qieset il-miżura bħala imputabbli għall-Istat Belġjan, billi ġiet iffinanzjata mill-Fond ta' Protezzjoni Speċjali. Għal dan l-iskop, il-Kummissjoni nnutat li l-leġiżlazzjoni Belġjana stabbilixxiet il-kontribuzzjoni li l-parteċipanti kellhom iħallsu lill-Fond ta' Protezzjoni Speċjali u ddeterminat ukoll kif kellhom jintużaw dawn il-fondi. Barra minn hekk, il-Kummissjoni osservat li, jekk ikun hemm bżonn, l-Uffiċċju tad-Depożiti u l-Kunsinni javvanza fondi lill-Fond ta' Protezzjoni Speċjali. Il-Kummissjoni ddubitat kif l-Uffiċċju tad-Depożiti u l-Kunsinni jitħallas lura, billi ma kienx ċar jekk il-kooperattivi finanzjarji jkollhomx biżżejjed mezzi finanzjarji għad-dispożizzjoni tagħhom. Il-Kummissjoni ġiet fid-dubju wkoll jekk il-fatt li l-parteċipazzjoni għall-kooperattivi finanzjarji hija waħda fakultattiva, ifixkilx ir-rifinanzjament tal-Fond ta' Protezzjoni Speċjali milli jkun effikaċi.

(47)

Il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni li l-kooperattivi finanzjarji jistgħu jitqiesu bħala impriżi u li l-miżura ġabet magħha vantaġġ selettiv fil-konfront tagħhom. Fir-rigward tal-vantaġġ selettiv, l-iskema ta' garanzija għall-kooperattivi tidher li għenet lill-kooperattivi biex jew jattiraw kapital ġdid jew inkella biex iżommu l-kapital eżistenti, filwaqt li jikkonvinċu lill-azzjonisti kooperattivi eżistenti ma jirtirawx mill-kooperattivi finanzjarji. Protezzjoni bħal din kienet partikolarment rilevanti f'perjodi ta' inċertezza finanzjarja bħall-perjodu ta' bejn il-ħarifa 2008 u d-data li fiha ġie adottat id-Digriet Irjali, meta l-kooperattivi finanzjarji ġew imħarsa b'effikaċja mir-riskju ta' żborżamenti sinifikanti marbuta mal-ħruġ.

(48)

Il-Kummissjoni osservat ukoll li l-protezzjoni kienet estensiva u li l-Istat Belġjan ippermetta d-dħul fl-iskema ta' garanzija għall-kooperattivi, irrispettivament mis-saħħa finanzjarja tal-kooperattiva finanzjarja li tkun applikat. Fl-eżempju ta' ARCO, il-kooperattivi finanzjarji tħallew jidħlu fl-iskema ta' garanzija għall-kooperattivi meta dawn diġà kienu insolventi, biex imbagħad daħlu f'likwidazzjoni ftit taż-żmien wara.

(49)

Il-Kummissjoni kkonkludiet ukoll li l-miżura ħolqot distorsjoni fil-kompetizzjoni minħabba li l-kooperattivi finanzjarji kienu qed jikkompetu fis-suq għall-prodotti ta' investiment għall-konsumatur fejn ibbenefikaw minn vantaġġ selettiv li ma kienx disponibbli għall-atturi l-oħrajn tas-suq bi prodotti simili.

(50)

Il-Kummissjoni qieset ukoll li l-iskema ta' garanzija għall-kooperattivi kellha impatt fuq il-kummerċ intern tal-Unjoni. Fil-fatt, bosta fornituri internazzjonali tal-prodotti ta' investiment li huma attivi fis-suq Belġjan ma għandhomx dritt għall-istess sehem mis-suq li kwalunkwe kooperattiva finanzjarja kapaċi tippreserva permezz tal-miżura.

(51)

Il-Kummissjoni ġiet fid-dubju jekk il-kooperattivi finanzjarji setgħux jiġu kkunsidrati bħala istituzzjonijiet finanzjarji u jekk dan il-fattur kellux implikazzjonijiet fuq l-applikabbiltà tal-Komunikazzjoni Bankarja tal-2008. (45) Il-Kummissjoni kkonkludiet li billi l-kooperattivi finanzjarji ma jidhrux li huma istituzzjonijiet finanzjarji skont it-tifsira tal-Komunikazzjoni Bankarja tal-2008, l-għajnuna trid tiġi evalwata direttament fid-dawl tat-Trattat.

(52)

B'mod konkret, sabiex tkun kompatibbli mas-suq intern abbażi tal-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat, miżura trid tkun neċessarja, xierqa u proporzjonata. Il-Kummissjoni kienet qed tiddubita jekk il-miżura kinitx tissodisfa dawn it-tliet kriterji kumulattivi. Kellha dubji jekk il-protezzjoni tal-azzjonisti tal-kooperattivi finanzjarji kinitx neċessarja biex jiġi evitat taqlib serju tal-ekonomija Belġjana. Fir-rigward tar-riperkussjonijiet potenzjali, il-Kummissjoni rrimarkat li l-Belġju diġà kien adotta diversi miżuri (pereżempju, iż-żieda tal-kopertura fil-qafas tal-iskema ta' garanzija għad-depożiti għal EUR 100 000 u l-miżuri ta' għajnuna mill-Istat lil diversi banek f'forom varji [miżuri ta' rikapitalizzazzjoni, miżuri ta' likwidità u miżuri ad hoc]). Għaldaqstant, ma ratx għalfejn, apparti dawn il-miżuri kollha, kien neċessarju li tingħata protezzjoni lill-azzjonisti tal-kooperattivi finanzjarji.

(53)

Il-Kummissjoni ddubitat li kien xieraq li tingħata protezzjoni lill-azzjonisti tal-kooperattivi finanzjarji. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni osservat li l-kooperattivi finanzjarji mhumiex istituzzjonijiet finanzjarji u meta jiġi kkunsidrat id-daqs tagħhom, ma dehrux li kienu ta' importanza sistemika. Hija stiednet lill-Istat Belġjan jispjega permezz ta' liema kanali t-telf tal-investiment — li ġġarrab ukoll mill-investituri f'fondi mutwi pereżempju — seta' ħoloq riperkussjonijiet negattivi kbar għall-ekonomija Belġjana.

(54)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni ddubitat jekk il-miżura kinitx proporzjonata. L-ewwel nett, ma kienx ċar għall-Kummissjoni jekk il-kooperattivi finanzjarji kinux se jħallsu remunerazzjoni xierqa għall-garanzija. It-tieni nett, il-Kummissjoni osservat li d-diskrezzjoni tas-sħubija fl-iskema flimkien man-nuqqas ta' verifika ta' vijabbiltà fil-proċedura tad-dħul prevista mill-Istat Belġjan, implikat li l-kooperattivi finanzjarji kellhom inċentiva biex jidħlu biss ladarba kienu ċerti li l-garanzija kienet se tiġi eżegwita. Dan seta' jwassal għal sitwazzjonijiet fejn il-benefiċjarji setgħu jużaw il-garanzija filwaqt li, sa ċertu punt, jevitaw li jħallsu għaliha. Fl-aħħar, il-Kummissjoni tħassbet ukoll jekk l-iskema ta' garanzija għall-kooperattivi kinitx se toħloq distorsjoni bla bżonn fil-kompetizzjoni, billi l-azzjonisti ta' kumpaniji kompetituri ma kinux protetti, u b'hekk jiġi ffaċilitat l-aċċess għal kapital għall-kooperattivi finanzjarji u jiżdied is-sehem globali tagħhom mis-suq tal-investiment għall-konsumatur.

3.   KUMMENTI MILL-PARTIJIET INTERESSATI DWAR ID-DEĊIŻJONI TA' FTUĦ

3.1.   Kummenti mingħand ARCO

(55)

Skont ARCO, fl-10 ta' Ottubru 2008, il-gvern Belġjan iddeċieda u ħabbar il-ħolqien tal-iskema ta' garanzija għall-kooperattivi bħala parti minn pakkett usa' (iż-żieda tal-garanzija tad-depożiti għad-depożiti tat-tfaddil ta' istituzzjonijiet ta' kreditu għal EUR 100 000 u l-estensjoni tal-iskema ta' garanzija għall-prodotti ta' assigurazzjoni tal-ħajja tal-“fergħa 21” u għal azzjonisti individwali ta' kooperattivi finanzjarji). ARCO saħaq li d-deċiżjoni tal-10 ta' Ottubru 2008 kienet implimentata għall-prodotti tal-“fergħa 21” permezz tal-liġi tal-15 ta' Ottubru 2008 u tad-Digriet Irjali tal-14 ta' Novembru 2008, u għaċ-ċertifikati ta' ishma maħruġa mill-kooperattivi finanzjarji permezz tal-liġi tal-14 ta' April 2009 u tad-Digriet Irjali tal-10 ta' Ottubru 2011.

(56)

ARCO ddikjara li l-iskema ta' garanzija għall-kooperattivi mhijiex għajnuna mill-Istat għax ma tikkonferixxix vantaġġ selettiv lill-kooperattivi finanzjarji. ARCO saħaq ukoll li l-Kummissjoni kkonkludiet li l-iskema ta' garanzija għall-prodotti tal-fergħa 21 ta' kumpaniji tal-assigurazzjoni ma kinux jinvolvu l-għajnuna mill-Istat, għax l-iskema kienet miftuħa għall-kumpaniji tal-assigurazzjoni kollha u għaldaqstant ma kinitx selettiva. (46) Barra minn hekk, ARCO jafferma li l-iskema ta' garanzija għall-kooperattivi hija miftuħa għall-kooperattivi finanzjarji kollha bl-istess kundizzjonijiet u għalhekk mhijiex selettiva.

(57)

F'konformità mal-osservazzjonijiet tal-gvern Belġjan, ARCO argumenta li l-karatteristiċi kollha tal-ishma f'kooperattivi finanzjarji jikkonfermaw li jissodisfaw l-istess ħtiġijiet tal-klijenti bħad-depożiti u li l-leġiżlatur jittrattahom bħala tali. ARCO enfasizza li l-gvern Belġjan kien imħasseb dwar l-effett ta' kontaminazzjoni. Kieku l-Istat Belġjan ma ntroduċiex l-iskema ta' garanzija għall-kooperattivi, kien idgħajjef il-fiduċja tal-investitur u seta' wassal għal assalt mill-prodotti kollha tat-tfaddil.

3.2.   Kummenti mingħand l-Istat Belġjan

(58)

L-Istat Belġjan argumenta illi l-iskema ta' garanzija għall-kooperattivi ma tissodisfax il-kriterji kumulattivi kollha tal-għajnuna mill-Istat, imniżżla fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat, u għaldaqstant ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat. B'mod konkret, l-Istat Belġjan iddikjara li hemm tliet kriterji tal-għajnuna mill-Istat li mhumiex issodisfati. L-ewwel nett, l-Istat Belġjan iddefenda l-fehma li l-miżura tirrappreżenta biss għajnuna lil individwi u mhux lil impriżi. Imbagħad, l-Istat Belġjan argumenta illi l-miżura ma tirrappreżentax vantaġġ selettiv għall-kooperattivi finanzjarji, u fl-aħħar nett, l-Istat Belġjan sostna li l-miżura ma toħloqx distorsjoni.

(59)

Fir-rigward tal-argument li l-għajnuna mhijiex ta' benefiċċju għall-impriżi, l-Istat Belġjan stqarr li l-iskema normali ta' garanzija għall-kooperattivi għall-istituzzjonijiet ta' kreditu, inkluża l-estensjoni tagħha (jiġifieri, l-iskema ta' garanzija għall-kooperattivi) ġiet adottata fl-implimentazzjoni tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill ECOFIN, tad-Direttiva SGD kif emendata u tad-Direttiva dwar l-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti, u f'konformità magħhom.

(60)

L-Istat Belġjan iddefenda l-fehma li l-ishma individwali f'kooperattivi finanzjarji għandhom il-karatteristiċi kollha tad-depożiti u jinxtraw ukoll bħala tali. Huwa enfasizza l-karatteristiċi segwenti:

(i)

Il-benefiċjarji (individwali) tal-iskema ta' garanzija għall-kooperattivi jixirqilhom l-istess protezzjoni bħad-depożituri ma' istituzzjonijiet oħrajn, attivi fl-istess settur u soġġetti għall-istess superviżjoni.

(ii)

Għal skopijiet ta' taxxa, kemm id-dividendi mħallsa mill-kooperattivi finanzjarji kif ukoll l-imgħax imħallas fuq id-depożiti huma — sa ċertu ammont fiss — eżentati mit-taxxa minn ras il-għajn. (47)

(iii)

L-azzjonisti individwali ta' kooperattivi finanzjarji jistgħu jinkitbu biss għal ammont massimu speċifiku ta' kapital, f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Istatuti ta' Assoċjazzjoni tal-kooperattiva finanzjarja.

(iv)

L-azzjonisti ta' kooperattivi finanzjarji jistgħu joħorġu mill-kumpanija biss fl-ewwel sitt xhur ta' sena finanzjarja, u azzjonist li jkun jixtieq joħroġ ma jkunx intitolat għal parti pro rata tal-gwadanji kapitali tal-kooperattiva. Skont l-Istat Belġjan, il-valur tal-ishma ta' kooperattiva ma jirriflettix il-valur tal-assi sottostanti tal-kooperattiva finanzjarja u għalhekk, l-ishma f'kooperattivi finanzjarji ma jikkompetux mal-prodotti ta' investiment inġenerali iżda jikkompetu biss mas-subsett tal-prodotti li diġà jibbenefikaw minn garanzija mill-Istat (jiġifieri, id-depożiti u l-prodotti ta' assigurazzjoni tal-ħajja tal-“fergħa 21”).

(v)

L-ishma f'kooperattivi finanzjarji huma rreġistrati u t-trasferibbiltà tagħhom hija limitata bil-liġi. (48) Ma jistgħux jiġu mibjugħa b'mod liberu bil-għan li jinħolqu gwadanji kapitali. L-azzjonisti f'kooperattivi finanzjarji huma intitolati biss għal dividend modest (eżentat mit-taxxa) u għal rimborż meta ma jibqgħux iktar azzjonisti.

(vi)

L-ishma f'kooperattivi finanzjarji ma jistgħux jiġu kkwalifikati bħala investiment f'ishma ta' korporattiva jew ta' entità elenkata.

(vii)

L-ishma f'kooperattivi finanzjarji ma jistgħux jiġu meqjusa bħala investiment ta' riskju billi l-azzjonisti ta' kooperattivi finanzjarji mhumiex intitolati jirċievu gwadanji kapitali.

(viii)

L-iskema ta' garanzija għall-kooperattivi tipproteġi biss l-ishma ta' persuni fiżiċi (għall-kuntrarju tal-istituzzjonijiet).

(61)

Fir-rigward tan-nuqqas ta' vantaġġ selettiv, l-Istat Belġjan indika li l-iskema ta' garanzija għall-kooperattivi tkopri biss l-ishma ta' kooperattivi finanzjarji maħruġa qabel l-10 ta' Ottubru 2011. L-Istat Belġjan osserva li wara dik id-data, il-kooperattivi finanzjarji ma setgħux jirrikorru għall-iskema ta' garanzija għall-kooperattivi biex jiksbu pożizzjoni f'xi suq. L-Istat Belġjan iċċara wkoll li ARCO ma kien ħareġ l-ebda sehem ġdid sa minn Settembru 2008.

(62)

L-Istat Belġjan ċaħad ukoll li l-iskema ta' garanzija għall-kooperattivi għenet lill-kooperattivi finanzjarji jżommu l-kapital eżistenti. Sabiex isostni dan l-argument, l-Istat Belġjan iddikjara li l-istqarrija għall-istampa tal-10 ta' Ottubru 2008 kienet sempliċement proposta għal inizjattiva ta' politika, li kemm semmiethom il-kooperattivi finanzjarji. Skont l-Istat Belġjan, l-istqarrija għall-istampa tal-10 ta' Ottubru 2008 ma kinitx tikkostitwixxi ftehim dettaljat li ġie kkoordinat ma' xi stqarrijiet għall-istampa konkorrenti minn kooperattivi finanzjarji. F'dan ir-rigward, l-Istat Belġjan għamel distinzjoni bejn l-istqarrija għall-istampa tiegħu u l-istqarrijiet għall-istampa maħruġa mill-gvern tar-Renju Unit u minn Lloyds fil-kawża Lloyds (49) li l-Kummissjoni għamlet referenza għalihom fid-Deċiżjoni ta' Ftuħ. L-Istat Belġjan ikkonkluda li l-istqarrija għall-istampa tal-10 ta' Ottubru 2008 mhijiex it-tip ta' miżura li tista' toffri vantaġġ selettiv lill-kooperattivi finanzjarji. Fir-rigward tal-istqarrija għall-istampa sussegwenti tal-21 ta' Jannar 2009, l-Istat Belġjan ikkunsidra l-fatt li ARCO ppubblika mal-ewwel din l-istqarrija għall-istampa tal-gvern fuq il-websajt tiegħu bħala ħaġa normali, billi dak iż-żmien, il-kooperattivi finanzjarji kollha (inkluż ARCO) kienu qed isegwu l-kwistjoni mill-qrib.

(63)

L-Istat Belġjan insista li l-Kummissjoni għandha ssegwi l-istess approċċ li kienet ħadet fir-rigward ta' Ethias, u kkonkluda li l-iskema ta' garanzija għall-kooperattivi ma kinitx selettiva. L-Istat Belġjan saħaq ukoll li l-pożizzjoni speċjali ta' kooperattivi ġenwini kienet diġà ġiet rikonoxxuta mill-Qorti tal-Ġustizzja f'Paint Graphos  (50). L-Istat Belġjan irrefera b'mod speċjali għall-paragrafu 61 ta' Paint Graphos, li minnu jidher biċ-ċar li, fid-dawl tal-karatteristiċi partikolari tagħhom, tali kooperattivi “ma jistgħux, fil-prinċipju, jitqiesu bħala li huma f'sitwazzjoni fattwali u legali komparabbli għal dik ta' kumpaniji kummerċjali”.

(64)

L-Istat Belġjan ipprovda wkoll tagħrif dwar l-għadd ta' azzjonisti ta' ARCO li ħarġu mill-entità sa mill-bidu tal-kriżi. Fis-snin finanzjarji li wasslu għal-likwidazzjoni volontarja, l-għadd ta' azzjonisti ta' ARCO li talbu li jkollhom il-kapital tagħhom rifuż kienu jammontaw għal 9 764 fl-2007/2008, 21 150 fl-2008/2009 u 23 762 fl-2010/2011.

(65)

Fir-rigward tal-effetti ta' distorsjoni tal-miżura, l-Istat Belġjan argumenta li l-Kummissjoni kellha tispjega sa fejn kien possibbli, ma' liema prodotti finanzjarji, jikkompetu l-ishma f'kooperattivi finanzjarji, anke jekk l-awtoritajiet Belġjani rrikonoxxew li, fi proċedura ta' għajnuna mill-Istat, il-Kummissjoni mhijiex obbligata tipproċedi b'eżerċizzju dettaljat ta' definizzjoni tas-swieq. Fis-sustanza, l-Istat Belġjan ddikjara li l-azzjonisti individwali ta' kooperattivi finanzjarji gawdew mill-istess livell ta' protezzjoni li ġie offrut lill-investituri fil-prodotti kollha simili ta' depożitu/tfaddil.

(66)

L-awtoritajiet Belġjani spjegaw ukoll li l-iskema ta' garanzija għall-kooperattivi għandha l-istess skop bħad-Direttiva SGD, jiġifieri li tipproteġi d-depożiti ta' faddala individwali, li żżomm il-fiduċja tad-depożituri u li tikseb stabbiltà akbar tas-swieq finanzjarji. L-Istat Belġjan jemmen li l-iskemi ta' garanzija tad-depożiti ta' Stati Membri oħrajn, xi drabi jkopru wkoll prodotti ta' depożitu mhux klassiċi u argumenta li l-Kummissjoni għandha tieħu dan il-fattur inkunsiderazzjoni. (51)

(67)

L-Istat Belġjan insista wkoll li — kieku l-Kummissjoni kellha tikkonkludi li l-iskema ta' garanzija għall-kooperattivi tirrappreżenta għajnuna mill-Istat — l-għajnuna għandha titqies bħala kompatibbli mas-suq intern, abbażi tal-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat. L-Istat Belġjan qies li mhux rilevanti jekk ARCO huwiex istituzzjoni finanzjarja jew le skont it-tifsira tal-Komunikazzjoni Bankarja tal-2008. Skont l-Istat Belġjan, il-mistoqsija kruċjali li l-Kummissjoni għandha twieġeb hija jekk l-iskema ta' garanzija għall-kooperattivi tikkostitwixxix intervent xieraq u neċessarju biex jiġi evitat taqlib serju tal-ekonomija.

(68)

L-Istat Belġjan iddefenda l-fehma li l-miżura hija neċessarja, li l-effetti tagħha huma limitati għall-minimu meħtieġ u li jeżistu mekkaniżmi ta' kondiviżjoni tal-piżijiet.

(69)

L-ewwel, l-Istat Belġjan żviluppa l-argument li l-iskema ta' garanzija għall-kooperattivi hija xierqa u neċessarja biex isserraħ ras id-depożituri fil-Belġju.

(70)

Il-Belġju ammetta li kien teoretikament possibbli li l-istituzzjonijiet li pproteġew id-depożiti fuq il-karta bilanċjali tagħhom setgħu jiksbu benefiċċju indirett mill-eżistenza ta' tali skemi ta' protezzjoni, billi dawn jikkontribwixxu biex jiġu evitati “assalti bankarji”. Madankollu, huwa spjega li l-iskemi ta' garanzija tad-depożiti huma neċessarji biex jiġu evitati l-assalti bankarji u t-taqlib tas-swieq finanzjarji. L-Istat Belġjan ammetta li l-iskema ta' garanzija għall-kooperattivi kienet meħtieġa biex jiġi evitat li tonqos il-fiduċja tal-pubbliku fis-sistema finanzjarja Belġjana. Il-fatt li l-ishma ta' kooperattivi jippreżentaw il-karatteristiċi bażiċi tal-prodotti tat-tfaddil u li iktar minn nofs il-fondi miżmuma mill-kooperattivi huma investiti f'banek, irrinforza s-similaritajiet tagħhom għad-depożiti u enfasizza l-importanza tagħhom għas-sistema bankarja Belġjana. Inadempjenza mhux kontrollata tal-kooperattivi finanzjarji jkollha effett valanga fuq l-istituzzjonijiet finanzjarji kollha u fuq l-ekonomija Belġjana. Li ma jingħatax l-istess livell ta' protezzjoni lill-ishma tal-kooperattivi finanzjarji bħalma jingħata lid-depożiti bażiċi, ikun jinvolvi l-istess riskju bħallikieku ma tingħatax protezzjoni lid-depożiti. Dan ikollu impatt kbir fuq il-fiduċja tal-pubbliku fil-prodotti kollha ta' depożitu fil-Belġju u joħloq riskju sistemiku. B'sostenn għall-argumenti tiegħu, l-Istat Belġjan irrefera għall-fatt li l-għadd ta' azzjonisti (persuni fiżiċi) fil-kooperattivi finanzjarji huwa kbir meta tikkumparah mal-popolazzjoni totali tal-Belġju. (52)

(71)

L-Istat Belġjan oġġezzjona wkoll bis-sħiħ għal-lingwaġġ li l-Kummissjoni użat fid-Deċiżjoni ta' Ftuħ, u b'mod partikolari għat-termini “strumenti kapitali” u “kapital ta' riskju” użati fil-premessa 62 u fin-nota f'qiegħ il-paġna 35 rispettivament.

(72)

Sabiex juri n-neċessità tal-iskema ta' garanzija għall-kooperattivi, l-Istat Belġjan ipprovda wkoll lill-Kummissjoni bl-ittri mill-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja u mill-Gvernatur tal-BNB indirizzati lill-Ministru tal-Finanzi ta' dak iż-żmien, iddatati d-29 ta' Ottubru 2008 (53) u s-7 ta' Ottubru 2011 (54) rispettivament.

(73)

Meta kkummenta dwar il-kompatibbiltà tal-miżura, l-Istat Belġjan irrefera għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar Ethias. Skont l-Istat Belġjan, il-Kummissjoni aċċettat miżuri li ffavorixxew lil Ethias, inkluża l-estensjoni tal-iskema ta' garanzija tad-depożiti għall-prodotti tal-“fergħa 21” kif xieraq u neċessarju, biex jiġi evitat taqlib serju fl-ekonomija Belġjana.

(74)

It-tieni nett, l-Istat Belġjan sostna l-fehma tiegħu li l-miżura hija proporzjonata. Il-kooperattivi finanzjarji jikkondividu l-piż, inter alia permezz tal-kontribuzzjonijiet tagħhom lill-Fond ta' Protezzjoni Speċjali. L-Istat Belġjan qies il-livell ta' remunerazzjoni għall-garanzija bħala raġonevoli u simili għall-kontribuzzjonijiet għal skemi ta' garanzija ta' istituzzjonijiet protetti oħrajn. L-Istat Belġjan ma qabilx li n-natura volontarja tal-iskema ta' garanzija għall-kooperattivi setgħet trendi l-miżura sproporzjonata.

(75)

L-Istat Belġjan afferma li, kieku l-Kummissjoni kellha tikkonkludi li l-miżura tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, hija għandha tqis li l-miżura kienet għajnuna ta' likwidazzjoni kompatibbli mar-regoli fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat. L-Istat Belġjan fakkar li d-Digriet Irjali tas-7 ta' Novembru 2011 jipprevedi ċar u tond li, kwalunkwe pagament mill-Fond ta' Protezzjoni Speċjali f'każ ta' likwidazzjoni ta' kwalunkwe kooperattiva rilevanti, iseħħ biss wara li tinħareġ u tiġi approvata l-ordni finali tal-likwidazzjoni.

(76)

L-Istat Belġjan iddefenda wkoll il-fehma li, minħabba li l-persuni fiżiċi ma kinux impriżi, l-inġunzjoni ta' sospensjoni min-naħa tal-Kummissjoni ma kopritx il-pagament ta' individwi wara l-likwidazzjoni ta' ARCO.

(77)

Il-Belġju ssottometta xi kummenti ulterjuri f'ittra lill-Kummissjoni ddatata t-18 ta' Marzu 2014, li kien wara t-terminu ta' żmien stipulat.

(78)

Huwa argumenta li l-Kummissjoni ma setgħetx tipprojbixxi l-pagament ta' garanziji lill-azzjonisti individwali. Il-Kummissjoni ma setgħetx tobbliga lill-Belġju jissospendi l-pagamenti fil-qafas tal-iskema ta' garanzija għall-kooperattivi, u lanqas li jirkupra l-pagamenti li kienu saru lill-azzjonisti individwali fil-qafas tal-iskema.

(79)

L-azzjonisti, li kienu persuni fiżiċi, mhumiex impriżi skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat, u l-pagament tal-garanzija lill-azzjonisti individwali ma kien se jkollu l-ebda impatt fuq ARCO jew fuq il-possibbiltà li l-Istat Belġjan jirkupra l-għajnuna riċevuta minn dawn l-impriżi.

4.   VALUTAZZJONI TAL-MIŻURA

4.1.   Il-benefiċjarju tal-miżura

(80)

L-ewwel nett, bħala osservazzjoni preliminari, il-Kummissjoni tfakkar li fil-premessa (18) tad-Deċiżjoni ta' Ftuħ, hija argumentat li l-iskema ta' garanzija għall-kooperattivi kienet ta' benefiċċju għall-kooperattivi finanzjarji. Madankollu, analiżi bir-reqqa tal-kronoloġija u l-karatteristiċi tal-miżura żvelaw li ARCO kien l-uniku benefiċjarju reali tal-miżura, hekk kif se jiġi deskritt f'din it-taqsima.

(81)

F'dan il-każ partikolari, il-Kummissjoni tosserva li hemm differenza importanti bejn ARCO u l-kooperattivi finanzjarji l-oħra li kienu potenzjalment eliġibbli li jipparteċipaw fl-iskema ta' garanzija għall-kooperattivi.

(82)

Mid-deskrizzjoni tal-fatti, (55) jidher biċ-ċar li l-iskema ta' garanzija għall-kooperattivi mill-bidu kienet magħmula apposta għal ARCO, li kien daħal fl-inkwiet minħabba l-investimenti li kien għamel f'Dexia. Fl-aħħar mill-aħħar, ARCO kien l-unika kooperattiva finanzjarja li applikat biex tipparteċipa fil-miżura.

(83)

F'dak li jirrigwarda l-kooperattivi finanzjarji l-oħrajn, il-Kummissjoni tinnota li l-iskema ta' garanzija għall-kooperattivi hija skema volontarja, li l-Kunsill tal-Ministri kellu d-diskrezzjoni fuq l-ammissjoni jew le ta' kooperattiva finanzjarja fl-iskema ta' garanzija għall-kooperattivi, u fejn xieraq, abbażi ta' liema kundizzjonijiet; hija tinnota wkoll li l-ebda kooperattiva finanzjarja oħra ma applikat biex tissieħeb mal-iskema ta' garanzija għall-kooperattivi u li uħud minnhom tbiegħdu minnha b'mod attiv. Il-Kummissjoni tosserva wkoll li l-ebda kooperattiva finanzjarja oħra ma kellha problemi marbuta mal-investimenti tagħha bħalma kellu ARCO ma' Dexia.

(84)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-uniku benefiċjarju reali tal-iskema ta' garanzija għall-kooperattivi, li jwettaq attivitajiet ekonomiċi, huwa ARCO.

4.2.   It-tħabbira u l-implimentazzjoni tal-miżura jikkostitwixxu intervent uniku

(85)

Il-Kummissjoni tosserva li l-miżura ġiet deċiża u mħabbra mill-gvern fl-10 ta' Ottubru 2008. (56) Jidher biċ-ċar li l-gvern Belġjan kien ħa d-deċiżjoni li joffri lil ARCO l-benefiċċju ta' skema ta' garanzija għall-kooperattivi fl-istess waqt meta tfasslet il-miżura favur Dexia fl-2008. (57) Stqarrija oħra mill-istampa, tal-21 ta' Jannar 2009, kompliet tagħti iktar dettalji dwar il-miżura u wara dan inbdiet it-traspożizzjoni legali tal-impenn tal-gvern.

(86)

Il-Kummissjoni tinnota li l-lingwaġġ u t-tip ta' termini (bħal “décidé” u “l'engagement”) użati fl-istqarrijiet għall-istampa tal-10 ta' Ottubru 2008 u tal-21 ta' Jannar 2009, li jixhdu natura vinkolanti u mhux ambigwa, ħolqu aspettattiva leġittima li l-miżura kienet se tiġi implimentata.

(87)

L-istqarrijiet għall-istampa ntbagħtu wkoll permezz tal-kanali uffiċjali: l-istqarrija għall-istampa tal-10 ta' Ottubru 2008 intbagħtet mis-servizzi tal-Ministru tal-Finanzi, filwaqt li l-istqarrija għall-istampa tal-21 ta' Jannar 2009 intbagħtet f'isem il-Prim Ministru u l-Ministru tal-Finanzi. In-natura repetittiva ta' dawn il-komunikazzjonijiet għall-istampa rrinfurzaw il-messaġġ sottostanti.

(88)

Il-Kummissjoni tinnota li sa minn meta ħarġet l-istqarrija għall-istampa tal-10 ta' Ottubru 2008 diġà kien jidher biċ-ċar li l-iskema ta' garanzija għall-kooperattivi kienet se tkun imfassla bħala estensjoni tal-iskema ta' garanzija tad-depożiti. L-istqarrija għall-istampa tal-10 ta' Jannar 2009 fiha dettalji tekniċi oħrajn. Hekk kif l-istqarrija għall-istampa tal-21 ta' Jannar 2009 ġiet ippubblikata, ARCO ppubblikaha fuq il-websajt tiegħu. Jidher ċar li dan il-pass ittieħed bil-ħsieb li l-azzjonisti individwali tiegħu jserrħu moħħhom. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota l-konsistenza tal-miżura tul iż-żmien, minħabba li l-miżura ma nbidlitx materjalment bejn it-tħabbira inizjali tagħha fl-10 ta' Ottubru 2008 u d-Digriet Irjali finali.

(89)

Fis-sentenza tagħha tad-19 ta' Marzu 2013 fil-Kawżi Konġunti C-399/10 P u C-401/10 P (58) il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat li t-tħabbira ta' miżura u l-implimentazzjoni effettiva tagħha jistgħu jiġu analizzati bħala intervent uniku, jekk dan seta' jiġi ġġustifikat mill-kronoloġija u mill-iskop tat-tħabbira u tal-implimentazzjoni u miċ-ċirkostanzi tal-impriża fi żmien li seħħ tali intervent. Bl-istess mod, f'dak li jirrigwarda lil din il-miżura, fl-10 ta' Ottubru 2008, l-Istat Belġjan iddeċieda u ħabbar miżura li aktar tard ġiet implimentata għall-istess skop fir-rigward tal-benefiċjarju intiż oriġinarjament. Barra minn hekk, fid-deċiżjonijiet tagħha stess, il-Kummissjoni kkunsidrat it-tħabbira u l-implimentazzjoni bħala miżura waħda u qieset li l-miżura ħolqot vantaġġ sa mid-data li fiha ġiet imħabbra. (59) Tabilħaqq, il-Ministru tal-Finanzi Belġjan attwali kkwalifika l-miżura inkwistjoni bħala impenn li ttieħed fl-2008 (60).

(90)

Abbażi tal-informazzjoni fil-premessi minn 85 sa 89, il-Kummissjoni kkonkludiet li t-tħabbira u l-implimentazzjoni tal-iskema ta' garanzija għall-kooperattivi jridu jiġu ttrattati bħala miżura unika.

4.3.   L-eżistenza ta' għajnuna

(91)

Kif indikat fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat, “kull għajnuna, ta' kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz tar-riżorsi tal-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta' distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi għandha, sa fejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern”.

(92)

Kemm l-Istat Belġjan kif ukoll ARCO jargumentaw li l-Kummissjoni għandha teżamina jekk ARCO rċeviex l-għajnuna mill-Istat billi tibbaża lilha nnifisha fuq deċiżjoni oħra tal-Kummissjoni, jiġifieri dik li tikkonċerna lil Ethias. (61) Madankollu, l-għajnuna mill-Istat hija kunċett oġġettiv li huwa definit mit-Trattat. Sabiex tiġi kklassifikata bħala għajnuna mill-Istat, miżura trid tissodisfa l-erba' kriterji (kumulattivi) tal-għajnuna mill-Istat li ġejjin: il-miżura (i) għandha tingħata mill-Istat jew permezz tar-riżorsi tal-Istat; (ii) għandha tipprovdi vantaġġ selettiv lill-benefiċjarju tal-għajnuna; (iii) għandha (potenzjalment) twassal għal distorsjoni fil-kompetizzjoni u (iv) għandha tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri.

(93)

Il-Kummissjoni hija obbligata tevalwa dawn l-erba' kriterji u se tagħmel dan fil-premessi 94 sa 110.

Ir-riżorsi tal-Istat

(94)

Il-Kummissjoni trid tivvaluta jekk l-iskema ta' garanzija għall-kooperattivi hijiex iffinanzjata permezz tar-riżorsi tal-Istat u hijiex imputabbli għall-Istat.

(95)

Skont ġurisprudenza stabbilita, (62) il-mezzi finanzjarji kollha li s-settur pubbliku jista' effettivament juża biex jappoġġja l-impriżi, irrispettivament minn jekk dawn il-mezzi humiex assi permanenti tas-settur pubbliku jew le, jaqgħu taħt l-Artikolu 107(1) tat-Trattat, sakemm jibqgħu kostantement taħt il-kontroll pubbliku, u għaldaqstant jibqgħu disponibbli għall-Istat nazzjonali kompetenti.

(96)

B'mod partikolari, l-għajnuna mill-Istat hija involuta meta l-fondi jiġu minn kontribuzzjonijiet imposti mil-leġiżlazzjoni tal-Istat u meta dawn il-fondi jkunu mmaniġġjati u mqassma f'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dik il-leġiżlazzjoni, anke jekk ikunu amministrati minn istituzzjonijiet li ma għandhom xejn x'jaqsmu mal-Istat. L-istatus tal-korp jew tal-impriża li jagħti/tagħti l-għajnuna inkwistjoni, mhuwiex meqjus bħala l-fattur determinanti għall-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

(97)

Fir-rigward tal-organizzazzjoni tal-iskema ta' garanzija għall-kooperattivi, il-Kummissjoni tosserva li l-leġiżlazzjoni Belġjana tiddetermina l-kontribuzzjonijiet li għandhom jitħallsu mill-parteċipanti kif ukoll il-mod kif se jiġu użati dawn il-fondi. Għalhekk, il-kontribuzzjonijiet li jiffurmaw il-Fond ta' Protezzjoni Speċjali huma meqjusa bħala riżorsi tal-Istat anke jekk oriġinarjament dawn irriżultaw minn sorsi privati.

(98)

Barra minn hekk, jekk ikun meħtieġ, l-Uffiċċju tad-Depożiti u l-Kunsinni li huwa korp governattiv, javvanza l-fondi meħtieġa biex jiffinanzja r-rimborżi li l-Fond ta' Protezzjoni Speċjali huwa mistenni li jagħmel. Fi kwalunkwe każ, dan l-aspett tal-iskema ta' garanzija għall-kooperattivi joħloq riskju ekonomiku konkret biżżejjed ta' piżijiet suxxettibbli li jolqtu l-baġit tal-Istat Membru, biex ikun hemm il-preżenza ta' riżorsi tal-Istat skont l-Artikolu 107(1) tat-Trattat. (63)

(99)

Fir-rigward tal-imputabbiltà tal-miżura għall-Istat Belġjan, jidher biċ-ċar li l-iskema ta' garanzija għall-kooperattivi ma tistax titqies bħala traspożizzjoni tad-Direttiva SGD. Id-Direttiva SGD tobbliga biss lill-Istati Membri jintroduċu skema ta' garanzija tad-depożiti għad-depożiti tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u l-Artikolu 2 ta' din id-Direttiva espliċitament jipprevedi li l-istrumenti kollha li jaqgħu fit-tifsira ta' fondi proprji ta' istituzzjonijiet ta' kreditu huma esklużi minn kwalunkwe ripagament mill-iskemi ta' garanzija tad-depożiti. Jekk Stat Membru jiddeċiedi li jistabbilixxi skemi oħra ta' ripagament li jiggarantixxu prodotti finanzjarji oħra, deċiżjoni bħal din ma tkunx toriġina mil-liġi tal-Unjoni iżda tikkostitwixxi inizjattiva tal-Istat Membru stess. (64) Il-Kummissjoni tosserva wkoll li l-Istat Belġjan jirreferi għall-Iskema ta' Kumpens għall-Investituri iżda l-paragun huwa irrelevanti billi l-iskemi ta' kumpens għall-investituri mhumiex maħsuba biex ikopru r-riskji ta' investiment. Kif diġà ġie spjegat fil-premessa (21), l-iskemi ta' kumpens għall-investituri huma sempliċement maħsuba għall-każijiet fejn ditta tal-investiment ma tkunx f'pożizzjoni li tirritorna l-assi li jappartjenu lil xi investitur pereżempju minħabba frodi jew inkella minħabba xi problemi bis-sistemi tad-ditta.

Vantaġġ selettiv

(100)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-iskema ta' garanzija għall-kooperattivi ħolqot vantaġġ għal ARCO. Il-Qorti tal-Ġustizzja aċċettat li l-impriżi jistgħu jakkwistaw vantaġġ fl-għamla ta' aċċess akbar għall-kapital meta miżura meħuda minn Stat Membru favur l-investituri żżid ir-rieda ta' dawn tal-aħħar biex ipoġġu flushom f'sett partikolari ta' miri ta' investiment. (65) F'dan il-każ partikolari, il-miżura għenet lill-entitajiet tal-Grupp ARCO jżommu l-kapital eżistenti tagħhom, filwaqt li kkonvinċiet lill-azzjonisti tal-kooperattivi eżistenti ma jirtirawx minn dawk il-kooperattivi finanzjarji (66), u dan ikkostitwixxa vantaġġ partikolarment sinifikanti meta wieħed jikkunsidra t-tensjoni li kien hemm fis-suq tul il-perjodu li ġie immedjatament wara l-falliment tal-Lehman Brothers. Fil-21 ta' Jannar 2009, ARCO ppubblika stqarrija għall-istampa mill-gvern Belġjan fuq il-websajt tiegħu biex iserraħ ras l-azzjonisti tiegħu, u dan juri biċ-ċar illi l-possibbiltà li jagħti s-serħan il-moħħ lill-investituri kienet ta' vantaġġ kbir għal ARCO. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tosserva li l-prospett ta' ARCOPAR maħruġ fis-sajf tal-2008 (67) kien irrefera għar-riskju mġarrab mill-azzjonisti individwali li jitilqu mill-kooperattiva finanzjarja. (68), (69)

(101)

Jidher b'mod ċar ukoll illi l-miżura hija selettiva. L-ewwel nett, tapplika biss għad-detenturi ta' ishma ta' kooperattiva finanzjarja u mhux għal persuni li għandhom prodotti ta' investiment maħruġa minn impriżi kompetituri. Għaldaqstant l-atturi finanzjarji li pproponew fondi ta' bonds konservattivi jew fondi tas-suq monetarju jew inkella fondi mutwi li jiggarantixxu kapital, setgħu joffru lill-klijenti tagħhom garanzija simili. L-Istat Belġjan isostni illi l-ishma individwali ta' kooperattivi finanzjarji huma, fis-sustanza tagħhom, simili għad-depożiti. (70) Madankollu, diversi elementi li semma l-Istat Belġjan jirreferu għal kooperattivi inġenerali u mhux għall-kooperattivi finanzjarji. Barra minn dan, id-deskrizzjoni tal-ishma ta' kooperattiva finanzjarja li ta l-Istat Belġjan ma fihiex referenzi għal informazzjoni rilevanti, bħalma huma r-riskji ta' investiment f'dawn l-istrumenti, (71) li mhumiex tipiċi għad-depożiti.

(102)

In-natura selettiva tal-miżura tidher ukoll meta wieħed iqabbel it-trattament maħsub għall-kooperattivi finanzjarji ma' dak marbut ma' kooperattivi rikonoxxuti oħrajn li mhumiex finanzjarji. L-Istat Belġjan serraħ fuq is-sentenza Paint Graphos biex jiffavorixxi trattament speċjali li minnu jibbenefikaw azzjonisti individwali ta' kooperattivi finanzjarji. Paint Graphos kienet sentenza preliminari relatata ma' deċiżjoni ta' rinviju minn qorti Taljana li xtaqet tkun taf jekk il-benefiċċji għat-taxxa li gawdew minnhom il-kooperattivi tal-produtturi u tal-ħaddiema jistgħux jiġu kklassifikati bħala għajnuna mill-Istat skont it-tifsra tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. Fis-sentenza tagħha, il-Qorti kkonkludiet li l-vantaġġ tat-taxxa kellu jiġi evalwat b'rabta mal-erba' kriterji kumulattivi tal-għajnuna mill-Istat u tat gwida aktar dettaljata dwar kif għandha ssir l-evalwazzjoni li tivverifika jekk benefiċċju għat-taxxa jirrappreżentax vantaġġ selettiv. (72) Il-Qorti saħqet li għandu jiġi determinat (i) jekk tali benefiċċju għat-taxxa jistax jiġi ġġustifikat mill-karatteristiċi inerenti tas-sistema tat-taxxa, (73) (ii) jekk kienx hemm proċeduri xierqa ta' kontroll u monitoraġġ (74) u (iii) jekk il-benefiċċju għat-taxxa kienx proporzjonali u li ma kienx imur lil hinn mill-minimu neċessarju. (75)

(103)

Il-Kummissjoni tqis li l-argument tal-Istat Belġjan ma jistax jiġi aċċettat għax in-natura tal-vantaġġ ikkonferit mill-miżura hija differenti f'termini kwalitattiv minn dik li ġiet eżaminata mill-Qorti fil-Kawża Paint Graphos. Il-miżura adottata mill-Belġju tinvolvi l-ħolqien ta' benefiċċju pożittiv u mhux eżenzjoni minn piż fiskali jew minn obbligu ta' ħlas ta' xi imposta. Konsegwentement, l-analiżi standard maqsuma fi tliet stadji li l-qrati tal-Unjoni kienu approvaw meta eżaminaw jekk vantaġġ fiskali jew eżenzjoni minn xi imposta humiex selettivi jew le, ma tistax tiġi applikata għall-miżura.

(104)

Fi kwalunkwe każ, anke kieku l-analiżi Paint Graphos setgħet tiġi applikata għall-miżura inkwistjoni, il-karatteristiċi speċifiċi ta' din tal-aħħar huma tali li hija tibqa' ta natura selettiva.

(105)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni tosserva li l-Kawża Paint Graphos tirreferi għall-kooperattivi kollha tal-produtturi u tal-ħaddiema u mhux għal subsettur relattivament żgħir bħalma huma l-kooperattivi finanzjarji. Jekk, kif qed jiddikjara l-Belġju, għandu jkun hemm trattament speċjali għall-kooperattivi “ġenwini”, dak it-trattament speċjali għandu japplika għall-kooperattivi rikonoxxuti kollha. Għalhekk, l-enfasi limitata tal-miżura fuq il-kooperattivi finanzjarji biss, fiha nnifisha, hija biżżejjed biex tistabbilixxi n-natura selettiva tal-miżura.

(106)

It-tieni nett, il-Kummissjoni tosserva li, fil-fehma tal-Istat Belġjan, il-kooperattivi finanzjarji dehru li jistħoqqilhom privileġġi addizzjonali sa mill-10 ta' Ottubru 2008. Il-Kummissjoni tosserva li qabel dik id-data, il-kooperattivi rikonoxxuti ngħataw tip ta' trattamet favorevoli b'riżultat tal-istatus speċjali tagħhom, fl-għamla ta' eżenżjoni mit-taxxa minn ras il-għajn. (76) Il-Kummissjoni ma tiħux pożizzjoni f'din id-Deċiżjoni dwar jekk il-vantaġġ tat-taxxa huwiex proporzjonat, iżda temmen li ma kien hemm l-ebda raġuni biex f'daqqa waħda fl-10 ta' Ottubru 2008, jiġi introdott kumpens addizzjonali jew tingħata protezzjoni ulterjuri lill-kumpaniji li għandhom status ta' kooperattivi finanzjarji.

(107)

Fl-aħħar nett, anke kieku l-Kummissjoni kellha twettaq analiżi ispirata mill-Kawża Paint Graphos, hekk kif qed jipproponi l-Belġju, hija temmen li xejn ma jiġġustifika l-għoti ta' garanzija ta' 100 % lill-azzjonisti individwali ta' ARCO (jiġifieri, il-parti (i) tal-analiżi tal-Kawża Paint Graphos), li l-entitajiet tiegħu kienu kumpaniji b'responsabbiltà limitata. Minħabba n-natura ta' kumpaniji bħal dawn, hekk kif iddeterminat mir-regoli ġenerali tal-Belġju dwar il-liġi tal-kumpaniji, l-azzjonisti individwali ta' ARCO kellhom ikunu konxji li setgħu jitilfu l-kapital kollu tagħhom f'każ ta' likwidazzjoni. (77) Barra minn hekk, il-protezzjoni ta' 100 % tal-kapital sottoskritt mill-azzjonisti individwali tal-kooperattivi finanzjarji mhijiex miżura proporzjonata (il-parti (iii) tal-analiżi tal-Kawża Paint Graphos) billi b'hekk dawn l-azzjonisti kienu se jkunu mħarsa minn kwalunkwe riskju, u dan joħloq vantaġġ indebitu għall-impriżi li huma azzjonisti tagħhom. (78)

Distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri

(108)

L-iskema ta' garanzija għall-kooperattivi tipprovdi lill-kooperattivi finanzjarji b'vantaġġ li atturi oħrajn li joffru prodotti ta' investiment għall-konsumatur u kooperattivi mhux finanzjarji rikonoxxuti oħrajn ma għandhomx. Bis-saħħa tal-miżura, ARCO rnexxielu jippreserva s-sehem mis-suq għal perjodu ta' żmien itwal. ARCO ma batiex minn ħruġ ta' kapital, jew inkella dan seħħ aktar tard u b'livell aktar baxx milli kieku kien jiġri fin-nuqqas tal-miżura. Konsegwentement, dawn l-atturi l-oħrajn, li kellhom jiffaċċjaw il-kompetizzjoni abbażi tal-merti tagħhom u li ma setgħux iserrħu fuq l-iskema ta' garanzija għall-kooperattivi, ma setgħux jibbenefikaw mill-kapital illi seta' kien disponibbli għall-investiment. Għalhekk, l-iskema ta' garanzija għall-kooperattivi toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni. (79)

(109)

Meta Stat Membru jagħti l-għajnuna lil xi impriża, l-attività interna tista' tiġi miżmuma jew miżjuda b'konsegwenza ta' dan, b'tali mod li jonqsu l-opportunitajiet għall-impriżi stabbiliti fi Stati Membri oħrajn li jippenetraw (ulterjorment) fis-suq. (80) Billi hemm bosta fornituri internazzjonali tal-prodotti ta' investiment attivi fis-suq Belġjan, il-miżura bla ebda dubju għandha effett fuq il-kummerċ madwar l-Unjoni kollha.

Konklużjoni

(110)

Abbażi tal-analiżi li saret fil-premessi 91 sa 109, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-iskema ta' garanzija għall-kooperattivi tinvolvi r-riżorsi tal-Istat, tirrappreżenta vantaġġ selettiv għal ARCO, toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni u tolqot il-kummerċ intern tal-Unjoni, u għaldaqstant tissodisfa l-kriterji kollha ta' għajnuna mill-Istat. Dawn l-elementi kollha kienu preżenti sa mhux aktar tard minn meta ġie adottat id-Digriet Irjali tal-10 ta' Ottubru 2011, iżda l-vantaġġ maħluq mill-miżura kien jeżisti diġà minn meta l-awtoritajiet Belġjani ħabbru, fl-10 ta' Ottubru 2008, il-ħolqien ta' tali miżura. L-ammont globali tal-vantaġġ irid jittieħed inkunsiderazzjoni meta tiġi eżaminata l-kompatibbiltà tal-għajnuna u, jekk ikun meħtieġ, l-irkupru mill-benefiċjarji tagħha wkoll.

4.4.   Il-kompatibbiltà tal-għajnuna

(111)

Wara li stabbilixxiet li l-iskema ta' garanzija għall-kooperattivi tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat, il-Kummissjoni trid tistabbilixxi jekk din l-għajnuna tistax titqies bħala kompatibbli mas-suq intern.

(112)

L-Artikolu 107(1) tat-Trattat jipprevedi li l-għajnuna mill-Istat tkun inkompatibbli mas-suq intern u għaldaqstant hija pprojbita, sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor fit-Trattat. Il-paragrafi (2) u (3) tal-Artikolu 107 tat-Trattat sussegwentement jiddefinixxu żewġ kategoriji ta' għajnuna kompatibbli.

(113)

L-ewwel, l-Artikolu 107(2) tat-Trattat jelenka l-kategoriji tal-għajnuna mill-Istat li huma awtomatikament eżentati mill-prinċipju ta' projbizzjoni, iżda l-iskema ta' garanzija għall-kooperattivi ma taqa' taħt l-ebda kategorija minn dawn.

(114)

It-tieni, l-Artikolu 107(3) tat-Trattat ikopri diversi kategoriji ta' għajnuna li jistgħu jitqiesu bħala kompatibbli mas-suq intern. Teoretikament, is-subparagrafi (b) jew (c) tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat jistgħu japplikaw.

(115)

Fir-rigward tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat, il-Kummissjoni spjegat fil-linji gwida tagħha kif se tapplika l-eżenzjoni stipulata f'din id-dispożizzjoni għal ċerti tipi ta' għajnuna. Madankollu, il-Kummissjoni tosserva li l-miżura ma tikkorrespondi mal-ebda tip ta' għajnuna minn dawk koperti mil-linji gwida. Barra minn hekk, la l-Belġju u lanqas ARCO ma taw xi indikazzjoni ta' objettiv ta' interess komuni għall-iskopijiet ta' din id-dispożizzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni għandha teżamina l-kompatibbiltà possibbli tal-miżura abbażi biss tal-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat.

(116)

Fir-rigward tal-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat, il-Kummissjoni tosserva li l-Istat Belġjan qed isostni li, jekk il-Kummissjoni tikkonkludi li l-iskema ta' garanzija għall-kooperattivi tinvolvi l-għajnuna mill-Istat, il-miżura għandha tiġi evalwata skont l-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat. Din id-dispożizzjoni tippermetti li għajnuna tiġi ddikjarata bħala kompatibbli mas-suq intern jekk l-għajnuna tkun meħtieġa għar-rimedju ta' taqlib serju tal-ekonomija ta' Stat Membru.

(117)

Madankollu, l-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat jirrikjedi interpretazzjoni restrittiva ta' x'jista' jitqies bħala taqlib serju tal-ekonomija ta' Stat Membru. It-taqlib inkwistjoni jrid ikun jolqot l-ekonomija kollha ta' Stat Membru u mhux sempliċement l-ekonomija ta' wieħed mir-reġjuni tiegħu jew ta' xi żoni tat-territorju. (81)

(118)

Meta l-kriżi finanzjarja laħqet l-ewwel qofol tagħha fil-ħarifa tal-2008, il-Kummissjoni ddeċidiet fil-Komunikazzjoni Bankarja tal-2008 li l-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat seta' jintuża biex jiġu evalwati l-miżuri ta' għajnuna mill-Istat meħuda bil-għan li jiġu indirizzati l-problemi ta' istituzzjonijiet finanzjarji. (82)

(119)

Barra mis-settur finanzjarju, il-Kummissjoni żviluppat ukoll, skont l-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat, il-qafas temporanju għal miżuri ta' għajnuna mill-Istat biex isostnu l-appoġġ għall-finanzjament fil-kriżi finanzjarja u ekonomika attwali (“Qafas Temporanju”). (83) Madankollu, dan il-qafas ma japplikax għall-miżura. Minflok, huwa jimmira lejn l-ekonomija reali billi jippermetti lill-Istati Membri jieħdu miżuri xierqa biex itejbu l-aċċess għal finanzjament għall-impriżi li huma disposti jinvestu matul il-kriżi finanzjarja, f'perjodu meta l-finanzjament bankarju jsir aktar skars. Il-problemi ta' ARCO mhumiex relatati ma' nuqqas ta' finanzjament bankarju iżda huma marbuta ma' assi (jiġifieri, l-ishma ta' Dexia) li l-valwazzjoni tagħhom kellha tiġi aġġustata 'l isfel. Barra minn dan, l-iskema ta' garanzija għall-kooperattivi — li tiggarantixxi 100 % ta' strument ta' obbligazzjoni — mhija koperta mill-ebda kategorija ta' għajnuna minn dawk diskussi f'dak il-qafas, taħt l-intestatura 4.3.

(120)

Billi l-kooperattivi finanzjarji mhumiex istituzzjonijiet finanzjarji għall-finijiet tal-Komunikazzjoni Bankarja tal-2008 (84), l-għajnuna se jkollha tiġi evalwata direttament fid-dawl tat-Trattat. Sabiex tkun konformi mal-kriterji ġenerali għall-kompatibbiltà skont l-Artikolu 107(3) tat-Trattat, il-miżura għandha tikkonforma mal-kundizzjonijiet segwenti (85):

(a)    L-adegwatezza : L-għajnuna għandha tkun immirata tajjeb sabiex tkun kapaċi tilħaq b'mod effettiv l-objettiv li jiġi rmedjat taqlib serju fl-ekonomija. Dan ma jkunx il-każ jekk il-miżura ma tkunx adegwata biex tirmedja t-taqlib.

(b)    In-neċessità : Il-miżura ta' għajnuna trid, kemm fl-ammont tagħha kif ukoll fl-għamla tagħha, tkun neċessarja biex jintlaħaq l-objettiv. Għaldaqstant, trid tkun tal-ammont minimu meħtieġ biex jintlaħaq l-objettiv, u trid tieħu l-aktar forma adegwata biex tirmedja t-taqlib.

(c)    Il-proporzjonalità : L-effetti pożittivi tal-miżura jridu jikkompensaw, kif xieraq, għad-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni, sabiex id-distorsjonijiet ikunu limitati għall-minimu meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi tal-miżura.

(121)

F'dak li jirrigwarda n-natura adegwata jew le tal-miżura, il-Kummissjoni tosserva li l-impatt tal-kooperattivi finanzjarji fuq l-ekonomija globali huwa fundamentalment differenti minn dak tal-banek tradizzjonali, li huma esposti għal “assalti bankarji”. Kieku d-depożitanti kollha ta' bank kellhom jiddeċiedu li jirtiraw flushom fl-istess ħin, bank ikun obbligat iċedi l-assi likwidi kollha tiegħu fuq perjodu ta' żmien qasir (u għaldaqstant jiskatta l-“bejgħ bl-għaġġla”), u dan ikollu konsegwenzi serji fuq is-self lill-ekonomija reali u jista' joħloq ukoll rigress fil-prezzijiet tal-assi. Min-naħa l-oħra, il-kooperattivi finanzjarji ma jsellfux lill-ekonomija reali. Huma għandhom ukoll dritt statutorju li jillimitaw il-ħruġ (86) biex kwalunkwe ċessjoni ta' assi mhux ordnata, fil-prinċipju, tkun tista' tiġi evitata. Dan l-element aħħari jenfasizza differenza importanti fir-rigward tal-effetti sistemiċi bejn id-depożiti u l-parteċipazzjonijiet azzjonarji tal-kooperattivi.

(122)

Jidher biċ-ċar ukoll li minn lat legali, l-azzjonisti ta' kooperattivi finanzjarji huma l-azzjonisti ta' kumpanija b'responsabbiltà limitata. B'riżultat ta' dan l-istatus, l-azzjonisti individwali ta' kooperattivi finanzjarji huma legalment esposti għall-possibbiltà li jitilfu, parzjalment jew totalment, l-ispiża kapitali inizjali tagħhom. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tieħu nota wkoll tal-fatt li l-Gvernatur tal-BNB ma kkonfermax li l-ishma tal-kooperattivi finanzjarji kienu simili għad-depożiti tat-tfaddil f'istituzzjoni ta' kreditu. (87)

(123)

Il-Kummissjoni tosserva wkoll li l-pożizzjoni tal-azzjonisti individwali tal-kooperattivi finanzjarji fl-“istruttura kaskata” (88) f'każ ta' likwidazzjoni jew ta' falliment ta' dawn l-entitajiet hija differenti ħafna minn dik li jkollu detentur ta' depożitu tat-tfaddil f'istituzzjoni ta' kreditu. L-istituzzjonijiet ta' kreditu huma entitajiet regolati li għalihom ir-regolatur jaċċerta ruħu li jkun hemm ċertu ammont ta' kapital disponibbli. Dan il-kapital jikkostitwixxi l-ewwel miżura ta' rpar f'każ ta' likwidazzjoni jew falliment. Madankollu, l-azzjonisti ta' kooperattivi finanzjarji ma jgawdux minn din it-tip ta' protezzjoni. F'każ ta' likwidazzjoni jew falliment, huma fost l-ewwel li jintlaqtu.

(124)

Abbażi tal-argumenti żviluppati fil-premessi (121) sa (123), il-Kummissjoni tikkonkludi li l-iskema ta' garanzija għall-kooperattivi sempliċement tħares lill-kooperattivi finanzjarji u lill-azzjonisti individwali tagħhom mill-konsegwenzi tal-investimenti passati tagħhom. Madankollu, mhijiex miżura xierqa biex tevita t-taqlib serju tal-ekonomija Belġjana.

(125)

F'dak li jirrigwarda l-kwistjoni ta' jekk il-miżura hijiex neċessarja jew le, il-Kummissjoni tfakkar li l-Istat Belġjan diġà kien ħa miżuri sinifikanti biex jipprevjeni t-taqlib fl-ekonomija tiegħu. Kien diġà adotta miżuri oħrajn biex jistabbilizza s-sistema finanzjarja Belġjana u b'mod partikolari l-banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn li fihom kienu qed jinvestu l-kooperattivi finanzjarji. L-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti Belġjana pproteġiet id-depożiti sa limitu ta' EUR 100 000 u l-Istat Belġjan għen lil Fortis, KBC, Dexia u Ethias permezz ta' rikapitalizzazzjoni, miżuri ta' likwidità, miżuri ta' assi danneġġati u miżuri ad hoc. Il-Kummissjoni tikkonkludi li ma kienx meħtieġ li jiġu protetti l-azzjonisti individwali fil-każ ta' kooperattivi finanzjarji li, fl-aħħar mill-aħħar, huma kumpaniji b'responsabbiltà limitata.

(126)

Fir-rigward tal-ittra tal-Gvernatur tal-BNB li rrefera għaliha l-Istat Belġjan, il-Kummissjoni tinnota li din tmur lura għal Ottubru 2011, ħafna wara l-10 ta' Ottubru 2008 meta tħabbret il-miżura. Barra minn hekk, l-ittra ma tgħidx li l-miżura hija neċessarja biex jiġi evitat taqlib serju tal-ekonomija Belġjana. Kulma tgħid huwa li l-miżura tkun tippermetti (89) li jiġu limitati l-effetti negattivi tal-kriżi (sistemika). Fir-rigward tal-ittra tal-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja, il-Kummissjoni tosserva li din sempliċement tittratta l-kopertura miżjuda tal-iskema ta' garanzija tad-depożiti u l-introduzzjoni tal-iskema ta' garanzija tal-prodotti ta' assigurazzjoni tal-“fergħa 21”.

(127)

F'dak li jirrigwarda l-proporzjonalità jew le tal-miżura, il-Kummissjoni tosserva li t-tfassil tal-miżura ma joffrix biżżejjed protezzjoni kontra l-għażla avversa. (90) In-natura volontarja tal-iskema ta' garanzija għall-kooperattivi, flimkien man-nuqqas evidenti ta' test ta' vijabbiltà, joħolqu inċentiv biex wieħed jirrikorri għall-iskema ladarba jkun ċert li l-garanzija se tiġi eżegwita. F'xenarju bħal dan, il-benefiċjarju jista' juża l-garanzija filwaqt li jevita sa ċertu punt il-pagament ta' tariffi ta' garanzija sal-aħħar mument eżatt qabel il-likwidazzjoni.

(128)

Il-Kummissjoni temmen ukoll li l-iskema ta' garanzija għall-kooperattivi toħloq distorsjonijiet bla bżonn tal-funzjonament normali tas-suq. Il-miżura ppermettiet lil ARCO jħares il-pożizzjoni tiegħu fis-suq ta' prodotti finanzjarji għall-konsumatur u konsegwentement il-kompetituri li ma setgħux iserrħu fuq l-iskema ta' garanzija għall-kooperattivi esperjenzaw jew setgħu jesperjenzaw impatt negattiv fuq is-sehem tagħhom mis-suq u fuq il-profittabbiltà tagħhom.

(129)

B'konklużjoni ta' dan kollu, il-miżura ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern għax la hija xierqa, la neċessarja u lanqas proporzjonata għall-finijiet tal-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat, u ma tinkludix l-kamp ta' applikazzjoni ta' kwalunkwe dispożizzjoni oħra li tirregola l-kompatibbiltà tal-għajnuna mill-Istat.

4.5.   Il-kalkolu tal-għajnuna

(130)

Fir-rigward tal-kalkolu tal-vantaġġ li għandu jiġi rkuprat mingħand ARCO, il-Kummissjoni tqis il-parametri u l-fatti li ġejjin (91):

l-ammont massimu ta' ħruġ ta' kapital abbażi tal-Istatuti ta' Assoċjazzjoni ta' ARCO, li huwa limitat għal 10 % tal-kapital totali jew għal 10 % tal-bażi tal-azzjonisti tiegħu (92),

il-fatt li l-azzjonisti individwali biss huma koperti mill-iskema ta' garanzija għall-kooperattivi,

it-tfassil speċifiku tal-iskema ta' garanzija għall-kooperattivi, li min-naħa l-waħda huwa volontarju u jħalli f'idejn il-kooperattivi finanzjarji biex jagħżlu jipparteċipawx jew le, u li min-naħa l-oħra jippermetti anki lill-kooperattivi finanzjarji ta' riskju kbir ta' falliment jew ta' likwidazzjoni japplikaw għall-iskema (kif ġara meta, fit-8 ta' Diċembru 2011, ftit wara li ġew ammessi fl-iskema, il-Laqgħat Ġenerali ta' ARCOFIN, ARCOPAR u ARCOPLUS approvaw il-proposti tal-bords eżekuttivi tagħhom li jipproċedu għal-likwidazzjoni volontarja),

il-fatt li, sew qabel ma pproċeda għal-likwidazzjoni, ARCO kien diġà f'sitwazzjoni finanzjarja dgħajfa, billi — kif deskritt fil-premessi (38), (44) u (82) — hu kien investa ħafna f'ishma ta' Dexia, bank li mill-ħarifa tal-2008 kellu jiġi salvat mill-falliment mill-gvern Belġjan, dak Franċiż u dak Lussemburgiż, u b'konsegwenza ta' dan kwalunkwe waqgħa sinifikanti fil-valur tal-ishma ta' Dexia kienet għadha ta' detriment għall-pożizzjoni finanzjarja ta' ARCO, b'mod partikolari għax ARCO ffinanzja l-parteċipazzjoni tiegħu għas-salvataġġ ta' Dexia billi ħa fuqu parti mid-dejn li kellha.

u l-fatt li fl-2011, ARCO ħallas it-tariffa tad-dħul u l-primjum annwali ta' garanzija.

(131)

Il-vantaġġ li ARCO akkwista kien il-protezzjoni mill-ħruġ ta' kapital illi, li kieku, ARCO kien ikun jista' jwaqqaf biss billi japplika d-dispożizzjonijiet tal-Istatuti ta' Assoċjazzjoni tiegħu hekk kif ikun tilef l-10 % (93) tal-kapital tiegħu jew inkella l-10 % tal-bażi tal-azzjonisti tiegħu. Ħruġ ta' tali kobor aktarx li kien se jiġri hekk kif ARCO kien ikun spiċċa oġġettivament f'sitwazzjoni ta' insolvenza, fi proċedura ta' falliment, jew fi proċedimenti ta' likwidazzjoni, jew inkella — b'mod aktar suġġettiv kif ġara f'ċerti każijiet oħrajn ta' assalti bankarji (94) — hekk kif l-azzjonisti tiegħu jkunu ntebħu li ARCO ma kienx għadu investiment sikur, pereżempju minħabba l-iskopertura kbira tiegħu għas-sitwazzjoni finanzjarja u għall-valur fis-suq ta' Dexia.

(132)

Il-Kummissjoni tieħu approċċ konservattiv (95) fl-ikkalkolar tal-vantaġġ akkwistat minn ARCO, filwaqt li tieħu inkunsiderazzjoni l-ħruġ potenzjali ta' kapital fuq perjodu annwali wieħed biss minflok fuq diversi perjodi. Permezz ta' dan il-proċess, il-kalkolu għandu jirrifletti l-effett minimu tal-iskema ta' garanzija għall-kooperattivi, minkejja li fil-verità l-garanzija setgħet ukoll pprevjeniet lil ARCO milli jġarrab, għal diversi drabi, it-tluq ta' azzjonisti u l-ħruġ ta' kapital, sal-livell massimu awtorizzat. L-Istatuti ta' Assoċjazzjoni ppermettew lil ARCO jwaqqaf ħruġ ta' kapital f'każ li jkunu ġew irtirati 10 % tal-kapital jew inkella f'każ li jkunu telqu 10 % tal-bażi tal-azzjonisti. Għall-finijiet tal-ikkalkolar tal-ammont ta' għajnuna, il-Kummissjoni tassumi li ARCO kien se jagħżel l-aktar alternattiva effettiva fost dawn iż-żewġ għażliet, jiġifieri l-alternattiva li tkun ippreservat l-ogħla livell ta' kapital. Fir-rigward tal-opzjoni marbuta mat-tluq tal-bażi tal-azzjonisti, il-Kummissjoni se tirreferi għall-aktar numru baxx ta' azzjonisti individwali matul il-perjodu li fih inħoloq il-vantaġġ (li jibda mill-10 ta' Ottubru 2008), li tikkostitwixxi suppożizzjoni konservattiva oħra, u se tattribwixxi lil dawn l-azzjonisti s-sehem medju ta' kapital matul dik is-sena. Fir-rigward tal-opzjoni marbuta mal-ħruġ tal-kapital, il-Kummissjoni se tirreferi wkoll għas-sena bl-inqas ammont ta' kapital.

(133)

Il-Kummissjoni tqis ukoll li l-vantaġġ tal-miżura kien parzjalment imnaqqas permezz tal-fatt li ARCO, kostitwit mit-tliet entitajiet legali ARCOPAR, ARCOFIN u ARCOPLUS, kellu jħallas tariffa tad-dħul ta' darba u tariffa ta' garanzija għal sena, anke jekk dawn il-pagamenti seħħew biss fil-ħarifa tal-2011, eżatt qabel ma ARCO applika għal-likwidazzjoni.

(134)

Il-vantaġġ li nkiseb mill-miżura għaldaqstant huwa l-inqas wieħed mill-ammonti li jirriżultaw minn dawn iż-żewġ kalkoli: (a) 10 % tal-kapital tas-sena bl-inqas kapital fil-perjodu li jkopri mill-10 ta' Ottubru 2008 sat-8 ta' Diċembru 2011, wara li jitnaqqas l-ammont totali tat-tariffi mħallsa diġà; u (b) 10 % tal-inqas ammont ta' azzjonisti fil-perjodu li jkopri mill-10 ta' Ottubru 2008 sat-8 ta' Diċembru 2011, immultiplikat bis-sehem medju tal-kapital għal kull azzjonist tal-istess sena, wara li jitnaqqas l-ammont totali tat-tariffi mħallsa diġà;

(135)

F'termini assoluti, il-probabilità li l-investituri jirtiraw il-kapital, qed tikber maż-żmien, u dan jagħmilha aktar diffiċli li jiġi kkalkolat l-imgħax li għandu jitħallas għall-vantaġġ irċevut. Sabiex tippermetti li tiġi eliminata t-totalità tal-vantaġġ miksub minn ARCO filwaqt li fl-istess ħin tippermetti lill-Istat Membru jkollu metodu operabbli li permezz tiegħu jista' jiġi kkalkulat l-imgħax ta' rkupru, (96) il-Kummissjoni tqis li t-totalità tal-vantaġġ kienet kompletament disponibbli tal-inqas mit-8 ta' Diċembru 2011, u titlob li l-ammonti li għandhom jiġu rkuprati jkollhom imgħax mit-8 ta' Diċembru 2011 sal-irkupru effettiv tagħhom.

(136)

Sabiex tkun tista' tivverifika l-kalkoli tal-għajnuna, il-Kummissjoni titlob lill-Belġju jipprovdilha lista tal-għadd ta' azzjonisti ta' ARCOPAR, ARCOFIN u ARCOPLUS rispettivament, għall-perjodu li jkopri mill-10 ta' Ottubru 2008 sat-8 ta' Diċembru 2011, hekk kif irreġistrat fl-aħħar ta' kull sena.

(137)

Fil-kummenti addizzjonali tagħhom sottomessi aktar minn sena u nofs wara l-iskadenza stabbilita għas-sottomissjoni tal-kummenti dwar id-deċiżjoni li tinfetaħ il-proċedura, l-awtoritajiet Belġjani ma pprovdew l-ebda informazzjoni ġdida dwar is-sustanza tal-każ. Huma jiddikjaraw li l-Kummissjoni ma tistax tipprojbixxi l-pagament tal-garanziji mogħtija lill-azzjonisti individwali, ma tistax tobbliga lill-Istat jissospendi kwalunkwe pagament fil-qafas tal-iskema ta' garanzija għall-kooperattivi u ma tistax tirkupra pagamenti magħmula fil-qafas ta' dik l-iskema lill-azzjonisti individwali.

(138)

B'sostenn għall-argumenti tagħhom, l-awtoritajiet Belġjani rrimarkaw li l-azzjonisti individwali ma kinux impriżi skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat u qiesu li l-pagament tal-garanzija lill-azzjonisti individwali ma jkollu l-ebda impatt fuq ARCO jew fuq il-probabbiltà li l-Istat Belġjan jirkupra l-għajnuna.

(139)

Bi tweġiba għal dan, il-Kummissjoni indikat li l-ammonti li għandhom jiġu rkuprati skont din id-Deċiżjoni, kienu fil-fatt jikkostitwixxu għajnuna lil ARCO.

(140)

Il-Kummissjoni stqarret ukoll li l-fatt li għajnuna mogħtija mill-Istat instabet li kienet inkompatibbli mas-suq uniku skont l-Artikolu 108(2) tat-Trattat, kien biżżejjed biex jiġġustifika li l-Istat jiġi ordnat jabolixxi dik l-għajnuna (97). Għaldaqstant, l-awtoritajiet Belġjani ma setgħux jiddikjaraw li l-projbizzjoni fuq il-pagament ta' garanzija meqjusa bħala għajnuna inkompatibbli kienet tmur kontra d-dritt tal-Unjoni.

(141)

Għalhekk huma kienu obbligati jikkonformaw mal-ordni mniżżla fid-deċiżjoni li jiftħu proċedura biex tiġi sospiża l-implimentazzjoni tal-miżura inkwistjoni, u għaldaqstant li ma jagħmlu l-ebda pagament.

(142)

Għaldaqstant huwa ġġustifikat ukoll li l-Belġju għandu jkompli jastjeni milli jagħmel kwalunkwe pagament skont il-miżura ta' għajnuna.

Konklużjoni

(143)

Il-Kummissjoni tqis li l-iskema ta' garanzija għall-kooperattivi tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat favur ARCOPAR, ARCOFIN u ARCOPLUS implimentata b'mod illeċitu mill-Belġju, bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. L-Istat Belġjan għandu jirtira l-leġiżlazzjoni li fuqha tissejjes l-iskema ta' garanzija għall-kooperattivi (b'mod partikolari l-Liġi tal-14 ta' April 2009 u d-Digriet Irjali tal-10 ta' Ottubru 2011) u għandu jirkupra l-vantaġġ mingħand ARCOPAR, ARCOFIN u ARCOPLUS,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iskema ta' garanzija li ġiet adottata b'mod illeċitu mill-Belġju għall-kooperattivi finanzjarji ta' ARCO, u b'mod partikolari għal ARCOFIN, ARCOPLUS u ARCOPAR, bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, hija inkompatibbli mas-suq intern.

Artikolu 2

1.   Il-Belġju huwa mistenni jirkupra l-għajnuna inkompatibbli msemmija fl-Artikolu 1 mingħand il-benefiċjarji, li l-ammont tagħha jkun dak li jirriżulta l-aktar baxx minn dawn iż-żewġ kalkoli li ġejjin:

(a)

10 % tal-kapital tas-sena bl-inqas kapital matul il-perjodu li jkopri mill-10 ta' Ottubru 2008 sat-8 ta' Diċembru 2011, wara li jitnaqqas l-ammont totali tat-tariffi mħallsa diġà; jew

(b)

10 % tal-inqas ammont ta' azzjonisti fil-perjodu li jkopri mill-10 ta' Ottubru 2008 sat-8 ta' Diċembru 2011, immultiplikat bis-sehem medju tal-kapital għal kull azzjonist tal-istess sena, wara li jitnaqqas l-ammont totali tat-tariffi mħallsa diġà.

2.   L-ammonti li għandhom jiġu rkuprati jridu jinkludu l-imgħax mit-8 ta' Diċembru 2011 sal-irkupru effettiv tagħhom.

3.   L-imgħax jiġi kkalkulat fuq bażi komposta f'konformità mal-Kapitolu V tar-Regolament (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta' April 2004 li jimplementa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (98).

4.   Il-Belġju jkompli jżomm lura milli jagħmel kwalunkwe pagament skont l-iskema msemmija fl-Artikolu 1, b'effett mid-data ta' notifika ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

1.   Il-Belġju jġib fi tmiemha l-miżura ta' għajnuna msemmija fl-Artikolu 1, billi l-miżura hija inkompatibbli mas-suq intern.

2.   L-irkupru tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1 ikun immedjat u effettiv.

3.   Il-Belġju jiżgura li din id-deċiżjoni tiġi implimentata fi żmien erba' xhur mid-data ta' notifika ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

1.   Fi żmien xahrejn min-notifika ta' din id-Deċiżjoni, il-Belġju jrid jippreżenta l-informazzjoni segwenti lill-Kummissjoni:

(a)

deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri li diġà ttieħdu u ta' dawk ippjanati biex tiġi żgurata l-konformità ma' din id-Deċiżjoni;

(b)

id-dokumenti li juru li ħarġet l-ordni lill-benefiċjarju biex jirrimborża l-għajnuna.

2.   Il-Belġju jrid iżomm lill-Kummissjoni informata bil-progress tal-miżuri nazzjonali meħuda biex tiġi implimentata din id-Deċiżjoni sakemm l-irkupru tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1 ikun sar kollu. Huwa jipprovdi immedjatament, fuq sempliċi talba min-naħa tal-Kummissjoni, l-informazzjoni dwar il-miżuri diġà meħuda u dawk ippjanati biex jikkonforma ma' din id-Deċiżjoni. Huwa jipprovdi wkoll informazzjoni dettaljata fir-rigward tal-ammonti tal-għajnuna u tal-imgħax li jkunu diġà ġew irkuprati mill-benefiċjarju.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Lulju 2014.

Għall-Kummissjoni

Joaquín ALMUNIA

Viċi President


(1)  ĠU C 213, 19.7.2012, p. 64.

(2)  Il-Kunsill tal-Istat Belġjan ġibed ukoll l-attenzjoni fuq il-fatt li l-miżura potenzjalment tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. Ara l-Opinjoni tal-Kunsill tal-Istat Nru 46.131/2 tal-4 ta' Marzu 2009.

(3)  ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1.

(4)  Ara n-nota f'qiegħ il-paġna 1.

(5)  ARCO se jiġi deskritt f'aktar dettall fil-premessi 38 sa 44.

(6)  Ara (http://www.dekamer.be/kvvcr/pdf_sections/comm/dexia/N031_20120125reynders.pdf) — Traskrizzjonijiet tal-Kummissjoni Dexia — smigħ tal-25 ta' Jannar 2012 mal-Ministru Reynders, il-paġni 7 u 32; Dawn it-traskrizzjonijiet jgħidu hekk: “…fl-2008, xi membri tal-Gvern ħadmu flimkien fil-Kunsill ristrett biex talbu lill-Istat jintervjeni favur Ethias u ARCO. Fid-dawl tas-sitwazzjoni ta' kriżi li kien hemm, il-Gvern impenja ruħu, fl-10 ta' Ottubru 2008 u fil-21 ta' Jannar 2009, li jipproteġi s-sehem tal-kapital tal-azzjonisti fil-kooperattivi…” permezz ta' deċiżjoni politika, u ma' ċertu punt, irrealizzajt li ma stajtx (u lanqas il-Prim Ministru ta' dak iż-żmien) nikkonkludi l-ftehim mal-kollegi tagħna [pro memoria: Franza u l-Lussemburgu kienu l-Istati Membri l-oħra involuti fil-fajl Dexia] u flimkien mad-Diretturi ta' Dexia jekk fl-istess ħin ma kinux se jittieħdu deċiżjonijiet dwar Ethias u ARCO. …, Għalhekk, għall-azzjonisti tal-kooperattivi, aħna ħadna dan l-impenn… U għaliex fi tliet stadji u wara li għadda ftit taż-żmien mhux ħażin? Għaliex qabel xejn ridna nittraduċu dan il-ftehim politiku fi strument ġuridiku. (“…en 2008, des membres du gouvernement sont intervenus en Conseil restreint afin de demander à l'Etat d'intervenir pour Ethias et pour ARCO. Compte tenu de la situation de crise dans laquelle on était, le gouvernement s'est engagé le 10 octobre 2008 et le 21 janvier 2009 à protéger la part de capital des coopérateurs personnes physiques dans des sociétés coopératives…' dans une décision politique, j'ai donc bien compris à un moment donné que je ne pourrais paset le premier ministre aussi à l'époqueboucler l'accord avec nos collègues [pro memoria: Franza u l-Lussemburgu kienu l-Istati Membri l-oħra involuti fil-fajl Dexia] et avec la direction de Dexiasi en même temps, il n'y avait pas des décisions prises sur Ethias et sur ARCO. …, Donc, pour les coopérateurs des coopératives, nous avions pris cet engagement …. Alors pourquoi en trois étapes et pourquoi avec pas mal de temps? Parce qu'il a d'abord fallu faire en sorte que cet accord politique puisse se traduire dans un texte”.)

(7)  F'artiklu ppubblikat fir-rivista Trends tal-15 ta' Mejju 2014, li huwa wkoll disponibbli fuq il-websajt tiegħu, il-Ministru ġie kkwotat li qal “lejn l-aħħar ta' Settembru 2008, matul l-ewwel kriżi ta' Dexia, tlabna lil Holding Communal, ARCO u Ethias biex jieħdu sehem f'żieda kapitali li ma kellhomx flus għaliha. In-nies wara ARCO u Ethias kellhom bżonn ta' garanzija, inkella kienu se jirtiraw it-tfaddil tagħhom. Dan kien se jwassal għall-falliment ta' ARCO. Il-garanzija trid tiġi kkunsidrata fil-kuntest tal-mument: ARCO, Ethias u Holding Communal ġew obbligati jieħdu sehem fiż-żieda tal-kapital ta' Dexia billi ma kien hemm l-ebda soluzzjoni oħra. Kienu l-2008…Il-gvern federali — b'ħames partiti politiċi — ta garanzija tal-gvern. Għalhekk il-faddala tal-ARCO ma rtirawx flushom, bil-ħsieb li ‘Irridu nkomplu nappoġġjawhom, u jekk l-affarijiet ma jmorrux sew hemm xibka tas-sigurtà’.” (“Eind september 2008, bij de eerste Dexia-crisis, werd aan de Gemeentelijke Holding, Arco en Ethias gevraagd om deel te nemen aan een kapitaalverhoging waarvoor ze het geld niet hadden. De achterban van onder andere Arco en Ethias had waarborgen nodig, anders zouden ze hun spaargeld weghalen. Dat had het faillissement van Arco betekend. Die waarborg heeft dus veel te maken met de context van dat moment. Arco, Ethias en de Gemeentelijke Holding waren verplicht om mee te gaan in de kapitaalverhoging van Dexia, omdat er geen andere oplossing was. Dat was 2008. […] Op dat moment kende de federale wetgever — met vijf partijen — een overheidswaarborg toe. Het resultaat was dat de Arcospaarders hun geld lieten staan. Ze dachten: we moeten blijven steunen, en als het misloopt is er een vangnet.”)

(8)  Il-kunċett ta' prodott ta' assigurazzjoni tal-ħajja tal-“fergħa 21” huwa definit fil-punt 21 tal-Anness I ta' mad-Digriet Irjali dwar is-superviżjoni tal-kumpaniji tal-assigurazzjoni u jirrigwarda lil dawk il-prodotti ta' assigurazzjoni li mhumiex marbuta ma' fond ta' investiment (b'paragun mal-prodotti ta' assigurazzjoni tal-ħajja tal-“fergħa 23”). Il-prodotti tal-“fergħa 21” fil-prinċipju joffru redditu ta' investiment garantit li jista' jiżdied permezz ta' parteċipazzjoni fir-riżultat tal-investiment tal-kumpanija tal-assigurazzjoni.

(9)  L-istqarrija għall-istampa tinkludi l-paragrafu segwenti: “Il-Gvern iddeċieda li jestendi l-protezzjoni mogħtija minn dan il-fond lil istituzzjonijiet oħra tas-settur finanzjarju (b'mod partikolari kumpaniji tal-assigurazzjoni jew kooperattivi approvati) li jagħmlu talba għal prodotti simili għal depożiti bankarji, bħal pereżempju ċerti prodotti li jagħmlu parti mill-fergħa 21. Ċerti korpi diġà wrew l-interess tagħhom”. (“Le gouvernement a décidé d'étendre la protection donnée par ce fonds à 'autres institutions du secteur financier ((notamment des compagnies d'assurances ou des coopératives agrées)) qui en feraient la demande pour des produits assimilables à des dépôts bancaires comme par exemple certains produits faisant partie de la branche 21. Certains organismes ont déjà fait part de leur intérêt”).

(10)  Fit-18 ta' Diċembru 2008, il-gvern preċedenti rriżenja u fit-30 ta' Diċembru 2008 beda l-mandat tiegħu gvern ġdid.

(11)  F'din l-istqarrija għall-istampa, il-gvern Belġjan sostna l-impenn tiegħu li jadotta skema ta' garanzija għall-kooperattivi: “il-Gvern jikkonferma l-impenn meħud mill-Gvern preċedenti li joffri sistema ta' garanziji lill-membri tas-soċjetatijiet kooperattivi approvati” (“le gouvernment confirme l'engagement pris par le gouvernement précédent d'offrir un régime de garantie aux associés des sociétés coopératives agréées”). L-istqarrija għall-istampa kien fiha wkoll dettalji tekniċi dwar l-iskema ta' garanzija għall-kooperattivi.

(12)  Fil-prospett relatat mal-ishma kooperattivi tiegħu tal-5 ta' Ottubru 2010 (il-paġna 4), ArgenCo spjega dan li ġej: “l-ishma kooperattivi ma jikkwalifikawx bħala dejn maħruġ minn istituzzjoni ta' kreditu u lanqas ma jikkwalifikaw bħala depożitu. Konsegwentement, l-ishma mhumiex koperti minn xi skema ta' garanzija tad-depożiti.” Fil-paġna 6 tal-prospett tiegħu tal-15 ta' Mejju 2009, Lanbokas/Agricaisse wassal messaġġ simili fejn iddikjara li l-akkwirenti ta' ishma kooperattivi għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni n-nuqqas ta' protezzjoni mill-iskema ta' garanzija tad-depożiti.

(13)  Moniteur Belge, 17.10.2008, Ed.2, N.2008 — 3690 [2008/03425].

(14)  Moniteur Belge, 17.11.2008, Ed.2, N.2008 — 4088 [2008/03450].

(15)  Il-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja kkonkluda li l-estensjoni tal-iskema ta' garanzija tad-depożiti kienet indispensabbli għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja Belġjana, filwaqt li stqarr li “il-miżuri proposti huma effettivament indispensabbli sabiex tinżamm l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja Belġjana u għandhom jiddaħħlu fis-seħħ mill-aktar fis possibbli”. (“Le Comité de Stabilité Financière 'estime que les mesures proposées sont effectivement indispensables afin de préserver la stabilité du système financier belge et doivent pouvoir entrer en vigueur dans les plus brefs délais”).

(16)  Moniteur Belge, 21.4.2009, Ed.1, N.2009 1426 [2009/03147].

(17)  Moniteur Belge, 12.10.2011, Ed.2, N.2011 2682 [2011/205241].

(18)  Wara l-introduzzjoni tal-iskema ta' garanzija għall-kooperattivi, il-Liġi dwar l-organizzazzjoni tal-BNB ġiet aġġustata kif xieraq, u ġie introdott l-Artikolu 36/24 (http://www.nbb.be/doc/ts/Enterprise/juridisch/F/loi_organique.pdf).

(19)  “Jidher li ċ-ċirkostanzi attwali qed iwieġbu għal dawn il-kundizzjonijiet, fis-sens li l-kriżi tad-dejn sovran, it-taqlib attwali fis-swieq finanzjarji u l-falliment tas-swieq interbankarji qed ipoġġu l-ekonomija tagħna f'riskju ta' kriżi sistemika serja. B'hekk, garanzija min-naħa tal-Istat li tkopri l-ishma individwali ta' ċerti kooperattivi approvati, tkun tippermetti li jiġu limitati l-effetti ta' din il-kriżi.” (“Les circonstances actuelles nous semblent répondre à ces conditions, en ce que la crise des dettes souveraines, les perturbations actuelles sur les marches financiers et le dysfonctionnement des marchés interbancaires font peser sur notre économie un risque grave de cette crise systémique. A cet effet, une garantie d'Etat couvrant les parts des coopérateurs de certaines sociétés coopératives agréées permettrait de limiter les effets de cette crise.”)

(20)  “Il-leġiżlatur jiġġustifika din id-dispożizzjoni abbażi ta' analoġija bejn l-ishma individwali ta' ċerti kooperattivi u d-depożiti bankarji. Billi din l-opinjoni hija limitata għall-abbozz tad-Digriet Irjali, hija ma għandhiex għalfejn teżamina l-analoġija msemmija.” (“Le législateur justifie cette disposition sur la base d'une assimilation des parts de coopérateurs de certaines sociétés coopératives à des dépôtsbancaires. Le présent avis étant limité à l'avant-projet d'Arrêté royal, il n'examine pas l'assimilation pratiquée par le législateur.”)

(21)  “Mill-ewwel daqqa t'għajn, ma jidhirx li se jkun faċli nikkonvinċu lill-Kummissjoni dwar il-fatt li l-miżura, li l-abbozz tad-Digriet Irjali għandu l-għan li jimplimenta, hija miftuħa għall-atturi kollha komparabbli tas-suq u għaldaqstant ma taqax taħt il-kamp ta' applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.” (“Prima facie, il ne nous semble pas évident de convaincre à coup sûr la Commission de ce que la mesure que l'avant-projet d'Arrêté royal vise à exécuter s'adresse bien à tous les acteurs comparables du marché et ne relève donc pas du champ d'application des règles sur les Aides d'Etat.”)

(22)  “Din in-natura fakultattiva tal-iskema twassal għal riskju ta' għażla avversa, li minħabba fiha l-uniċi kooperattivi li effettivament jikkontribwixxu għall-Fond ta' Protezzjoni Speċjali jkunu dawk esposti ferm għal riskju ta' telf.” (“Ce caractère facultatif donne lieu à un risque de sélection adverse par lequel seules les sociétés coopératives fortement exposées à des risques de perte contribueraient effectivement au Fonds Spécial de Protection.”)

(23)  Moniteur Belge, 18.11.2011 Ed.2, N.2011 2974 [2011/03368].

(24)  L-impriża kooperattiva ARCOPAR ħallset total ta' EUR 1 794 102, ARCOFIN ħallset EUR 193 391 u ARCOPLUS ħallset EUR 63 265.

(25)  ĠU L 135, 31.5.1994, p. 5.

(26)  L-Artikolu 1(4) tad-Direttiva SGD jiddefinixxi “istituzzjoni ta' kreditu” bħala “intrapriża li n-negozju tagħha jkun li tirċievi depożiti jew fondi oħra ripagabbli mill-pubbliku u li tagħti krediti mill-kont tagħha.”

(27)  L-Artikolu 1(1) tad-Direttiva SGD jiddefinixxi “depożitu” bħala “xi bilanċ ta' kreditu li jirriżulta minn fondi li jitħallew f'kont jew minn sitwazzjonijiet temporanji li joħorġu minn tranżazzjonijiet bankarji normali u li l-istituzzjoni ta' kreditu għandha tħallas skont il-kundizzjonijiet legali u kontrattwali applikabbli, u xi dejn b'xhieda ta' ċertifikat maħruġ mill-istituzzjoni ta' kreditu”.

(28)  Is-segment tad-depożiti bejn il-EUR 50 000 u l-EUR 100 000 u l-kopertura ta' mhux aktar minn EUR 100 000 tal-prodotti ta' assigurazzjoni tal-ħajja tal-fergħa 21 u tal-ishma individwali tal-kooperattivi finanzjarji.

(29)  http://www.consilium.europa.eu/ueDocs/cms_Data/docs/pressData/en/ecofin/103250.pdf.

(30)  L-Artikolu 2 tad-Direttiva SGD jgħid dan li ġej: “Dawn li ġejjin għandhom ikunu esklużi minn xi skemi ta' garanzija ta' pagament lura: …

l-istrumenti kollha li jidħlu fid-definizzjoni ta' ‘fondi tagħha’ fl-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/299/KEE tas-17 ta' April 1989 dwar il-fondi tagħhom tal-istituzzjonijiet ta' kreditu”.

(31)  ĠU L 68, 13.3.2009, p. 3.

(32)  ĠU L 84, 26.3.1997, p. 22.

(33)  Moniteur Belge, 6.8.1999, Ed 2, N.99-2630 [99/09646].

(34)  http://www.ejustice.just.fgov.be/cgi_loi/loi_a.pl?language=nl&caller=list&cn=1962010830&la=n&fromt ab = wet&sql = dt='koninklijk%20besluit'&tri = dd+as+rank&rech=1&numero=1.

(35)  Il-Kunsill Nazzjonali tal-Kooperattivi — imwaqqaf mil-Liġi tal-20 ta' Lulju 1955 — għandu rwol importanti fil-proċess ta' rikonoxximent ta' kooperattivi rikonoxxuti.

(36)  L-istess artikolu tal-Kodiċi tat-Taxxa jelenka prodotti finanzjarji oħrajn li l-introjtu tagħhom ukoll huwa parzjalment jew totalment eżentat mit-taxxi minn ras il-għajn.

(37)  Sors: “Entreprendre avec du capital coopératif: Le Groupe ARCO 1935-2005”; Maarten Van Dijck, Kadoc, Lannoo, paġni 176-177.

(38)  Għandu jiġi rrimarkat li eżatt wara t-tranżazzjoni Dexia fl-2001, ARCOFIN ċeda temporanjament l-istatus tiegħu ta' kooperattiva rikonoxxuta. Fil-pubblikazzjoni “Entreprendre avec du capital coopératif” dan il-perjodu huwa deskritt kif ġej (verżjoni tradotta, mhux uffiċjali): “Ftit tax-xhur wara t-tranżazzjoni Dexia, ARCO bidel l-Istatuti ta' Assoċjazzjoni tal-entitajiet kooperattivi tiegħu biex jippermetti lil dawk l-azzjonisti li kienu diġà azzjonisti qabel it-tranżazzjoni Dexia, jieħdu sehem fil-prospetti mtejbin ta' profitt għall-Grupp Dexia u għall-entitajiet ARCO. L-Istatuti ta' Assoċjazzjoni l-ġodda pprevedew li, minn issa 'l quddiem, il-proporzjon minimu ta' rimborż lill-azzjonisti kien se jammonta għal 80 % u dak massimu għal 90 % tal-profitt annwali ordinarju. Konsegwentement, id-dividend ta' ARCOFIN f'Marzu seta' jiġi miżjud minn 6 % net għal 8 % gross. Minħabba li dik iż-żieda wasslet għal ksur tad-dividend massimu previst (6 %) għall-kooperattivi rikonoxxuti, ARCOFIN tilef l-istatus tiegħu bħala kooperattiva rikonoxxuta għall-Kunsill Nazzjonali għall-Kooperattivi. Dan implika li l-eżenzjoni tat-taxxa minn ras il-għajn ma baqgħetx applikabbli. Wara t-taxxa minn ras il-għajn, il-maġġoranza tal-azzjonisti kooperattivi kienu għadhom qed jaqilgħu dividend nett ta' 6,8 %. F'Marzu 2005, id-dividend gross ġie miżjud għal 8,5 %.”

(39)  http://www.groeparco.be/website/groeparco/assets/files/arcopar/ARCOPAR_20100629_FR.pdf.

(40)  L-Istatuti ta' Assoċjazzjoni jispeċifikaw li “… irtirar bħal dan jista' jiġi miċħud jekk, b'segwitu għall-irtirar, aktar minn 1/10 tal-azzjonisti jew aktar minn 1/10 tal-kapital investit ikollu jitneħħa matul sena finanzjarja waħda…” (“…cette démission peut être refusée si à la suite de la démission, plus d'1/10 des actionnaires ou plus d'1/10 du capital placé devrait disparaître au cours du même exercice…”).

(41)  Dawn huma ishma li ilhom hemm minn qabel l-amalgamazzjoni ma' Dexia.

(42)  Fuq il-websajt tiegħu (http://www.groeparco.be/faq/be-fr/150/detail/item/789/) ARCO jispjega li r-riżerva bonus ġiet introdotta fl-2004 fl-Istatuti ta' Assoċjazzjoni tal-kumpanija. Sakemm ir-riżultati ta' ARCOPAR kienu jippermettu, l-entità setgħet iżżid ammont mar-riżerva bonus sal-2010. L-azzjonisti kooperattivi li kienu diġà azzjonisti qabel it-3 ta' Lulju 2001 (jiġifieri, id-detenturi tal-ishma tal-kategoriji A, B u C) huma intitolati għal sehem proporzjonali tar-riżerva bonus. Din ir-riżerva bonus tiżdied mal-valur kapitali tal-ishma tagħhom. Pereżempju: L-azzjonist X joħroġ mill-kooperattiva b'valur kapitali ta' EUR 100 u l-ammont tal-kapital totali tal-ishma tal-kategoriji A, B u C jammonta għal EUR 10 000. B'riżultat ta' hekk, l-azzjonist X jipposjedi 1/100 tal-kapital totali tal-kumpanija. Ir-riżerva bonus totali tammonta għal EUR 500. L-applikazzjoni tal-proporzjon 1/100 twassal għal ammont ta' EUR 5. L-azzjonist X se jirċievi, fil-mument tal-ħruġ tiegħu, kapital ta' EUR 100 + EUR 5 tar-riżerva bonus.

(43)  L-Artikolu 35 fl-Istatuti ta' Assoċjazzjoni ta' ARCOPAR jistipula li: “Ħlief jekk l-Assemblea Ġenerali ma tiddeċidiex mod ieħor, l-assi kollha tal-kumpanija jridu jiġu likwidati. Fil-każ li l-ishma kollha ma jiġux irrilaxxati bl-istess mod, il-likwidaturi jitolbu li jsiru pagamenti addizzjonali, jew inkella jagħmlu pagamenti minn qabel biex jiżguraw li jinżamm bilanċ. Wara li jitħallsu d-djun u l-imposti soċjali, il-bilanċ qabel xejn iservi bħala rimborż għall-kapital imħallas fuq l-ishma. Fi kwalunkwe każ, il-bilanċ eventwali tal-likwidazzjoni jrid isir b'kunsiderazzjoni tal-objettivi tal-kumpanija” (“Sauf si l'Assemblée générale en décide autrement, tous les actifs de la société sont réalisés. Au cas où les parts ne sont pas toutes libérées dans la même mesure, les liquidateurs restaurent l'équilibre, soit en demandant des versements supplémentaires, soit en effectuant des paiement préalables. Après paiement des dettes et des charges sociales, le solde servira d'abord au remboursement des sommes libérées sur les parts. En tout cas, le solde éventuel de la liquidation doit être affecté en tenant compte des objectifs de la société”).

(44)  Il-proporzjon tad-dejn ta' ARCOPAR (jiġifieri id-dejn/l-obbligazzjonijiet totali) kien jammonta għal 19,1 % (il-31 ta' Marzu 2011), filwaqt li l-proporzjoni tad-dejn ta' ARCOPLUS u ta' ARCOFIN kienu jammontaw għal 6,5 % (il-31 ta' Marzu 2011) u għal 25,9 % (il-31 ta' Diċembru 2010) rispettivament.

(45)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni — L-applikazzjoni ta' regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għal miżuri meħuda fejn jidħlu istituzzjonijiet finanzjarji fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja preżenti (ĠU C 270, 25.10.2008, p. 8).

(46)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-kawża N256/09 — Għajnuna ta' Ristrutturar għal Ethias, ĠU C 252, 18.9.2010, p. 5. Il-Premessa 99 ta' din id-Deċiżjoni tgħid dan li ġej (verżjoni mhux uffiċjali): “Il-Kummissjoni tirrimarka li minkejja li Ethias ibbenefikat mill-estensjoni tal-iskema, il-parteċipanti kollha fis-suq għandhom aċċess għaliha bl-istess kundizzjonijiet. Fid-dawl ta' dan li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-vantaġġ ikkonferit mill-miżura mhuwiex selettiv u għaldaqstant ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE”.

(47)  Ara l-premessa 26 u n-nota f'qiegħ il-paġna 36.

(48)  Ara l-premessa 23.

(49)  Il-Kawża N428/09: Ir-ristrutturar tal-Lloyds Banking Group, ĠU C 46, 24.2.2010, p. 2, premessa 124.

(50)  Ara l-Kawżi Konġunti C-78/08 sa C-80/08, Paint Graphos and others, [2011] Ġabra I-7611, il-paragrafu 61.

(51)  L-Istat Belġjan jirreferi pereżempju għall-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti Irlandiża, li tkopri wkoll id-depożiti li jmorru lil hinn mil-livell limitu ta' EUR 100 000, għall-Fond ta' Garanzija għad-Depożituri u l-Investituri Daniż, li skont l-Istat Belġjan ikopri totalment il-kontijiet tal-pensjonijiet, il-kontijiet tal-klijenti tal-avukati kif ukoll id-depożiti tal-prezz tax-xiri ta' proprjetajiet immobbli sa disa' xhur wara li jkun sar id-depożitu, u għall-Awtorità Ċiprijotta għas-Superviżjoni u l-Iżvilupp ta' Kumpaniji Kooperattivi li, skont l-Istat Belġjan, tħares id-depożiti permanenti tal-membri tal-kumpaniji kooperattivi ta' tfaddil.

(52)  L-Istat Belġjan spjega li ARCO għandu 800 000 azzjonist individwali, Cera għandu aktar minn 400 000, Lanbokas/Agricaisse għandu 150 000 u ArgenCo kważi 70 000.

(53)  Ara wkoll il-premessa 11.

(54)  Ara wkoll il-premessa 13.

(55)  Ara b'mod partikolari r-rendikont li ta l-Ministru tal-Finanzi ta' dak iż-żmien lill-Kummissjoni Dexia, deskritt fil-premessa 8 u fin-nota f'qiegħ il-paġna nru 6. Ara wkoll l-istqarrijiet tal-Ministru tal-Finanzi attwali, ippubblikati fir-rivista Trends u ċċitati fin-nota f'qiegħ il-paġna nru 7.

(56)  Hekk kif ġie kkonfermat ukoll mir-rendikont li ta l-Ministru tal-Finanzi ta' dak iż-żmien lill-Kummissjoni Dexia, deskritt fil-premessa 8 u fin-nota f'qiegħ il-paġna nru 6.

(57)  “Fl-istess ħin” (“En même temps”) fid-dikjarazzjonijiet tal-Ministru tal-Finanzi ta' dak iż-żmien lill-Kummissjoni Dexia, iċċitati fin-nota f'qiegħ il-paġna nru 6.

(58)  Ara l-Kawżi Konġunti C-399/10 P u C-401/10 P, Bouygues SA u Bouygues Télécom SA vs. Il-Kummissjoni Ewropea et al. [2013] Ġabra I-0000.

(59)  Ara pereżempju l-premessa (48) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Marzu 2010 fil-Kawża NN11/10 dwar il-miżuri ta' appoġġ f'kapital b'rabta mal-Irish Nationwide Building Society, ĠU C 60, 25.2.2011, p. 6, “Barra minn hekk, il-Kummissjoni tosserva li l-għajnuna ġiet effettivament mogħtija fit-22 ta' Diċembru 2009 abbażi tal-indikazzjoni mill-Ministru tal-Finanzi bl-intenzjoni li jirrikapitalizza lill-INBS”; il-premessa 41 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Awwissu 2010 fil-Kawża NN 35/10 dwar it-tielet rikapitalizzazzjoni favur l-Anglo Irish Bank, ĠU C 290, 27.10.2010, p. 4: “Barra minn hekk, il-Kummissjoni tosserva li r-rikapitalizzazzjoni ġiet mogħtija b'mod effettiv fit-30 ta' Ġunju 2010, abbażi tal-indikazzjoni mill-Ministru tal-Finanzi bl-intenzjoni li jirrikapitalizza lill-Anglo”, il-premessi 49 u 50 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Lulju 2012 fil-Kawża SA.34824 dwar l-impenn ta' rikapitalizzazzjoni tal-Bank Nazzjonali tal-Greċja permezz tal-Hellenic Financial Stability Fund (HFSF), ĠU C 359, 21.11.2012, p. 18Ir-rikapitalizzazzjoni tranżitorja ffinalizzata fit-28 ta' Mejju 2012 hija l-implimentazzjoni tal-obbligu meħud fl-ittra ta' impenn u għaldaqstant hija kontinwazzjoni tal-istess għajnuna”.Raġunament simili ġie applikat ukoll f'kawżi oħrajn li jirrigwardaw banek Griegi: l-impenn ta' rikapitalizzazzjoni tal-Bank Alpha permezz tal-HFSF, SA.34823, ĠU C 357, 20.11.2012, p. 36; l-impenn ta' rikapitalizzazzjoni tal-Eurobank permezz tal-HFSF, SA.34825, ĠU C 359, 21.11.2012, p. 31, u l-impenn ta' rikapitalizzazzjoni tal-Bank Piraeus permezz tal-HFSF, SA.34826, ĠU C 359, 21.11.2012, p. 43.

(60)  Ara n-nota f'qiegħ il-paġna nru 7.

(61)  Kif deskritt fil-premessi 56 u 63.

(62)  Ara l-Kawża C-262/12 Vent de Colère [2013] Ġabra I-0000, il-paragrafu 21, u l-Kawża T-358/94 Air France vs. Il-Kummissjoni [1996] Ġabra II-2109, il-paragrafi 63 sa 69.

(63)  Ara l-Kawża C-279/08 P Il-Kummissjoni vs. Il-Pajjiżi l-Baxxi [2011] Ġabra I-7671, il-paragrafu 111.

(64)  F'dan ir-rigward, ara l-Kawża C-460/07 Puffer [2009] Ġabra I-3251, il-paragrafi 69 sa 71, u l-Kawża T-351/02 Deutsche Bahn vs. Il-Kummissjoni [2006] Ġabra II-1047, il-paragrafi 99 sa 104.

(65)  Il-Kawża C-156/98 Il-Ġermanja vs. Il-Kummissjoni [2000] Ġabra I-6857, il-paragrafi 26 u 27; u l-Kawża C-382/99 Il-Pajjiżi l-Baxxi vs. Il-Kummissjoni [2002] Ġabra I-5163, il-paragrafi 38 u 60 sa 66. Ara wkoll il-Kawża T-445/05 Associazione italiana del risparmio gestito and Fineco Asset Management vs. Il-Kummissjoni [2009] Ġabra II-289, il-paragrafu 131.

(66)  Ara wkoll l-istqarrijiet tal-Ministru tal-Finanzi Belġjan attwali, ippubblikati fir-rivista Trends u ċċitati fin-nota f'qiegħ il-paġna nru 7.

(67)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 39.

(68)  Ara l-premessa (44).

(69)  Barra minn hekk, ARCO akkwista vantaġġ mill-miżura sal-punt fejn hu seta' juża l-iskema ta' garanzija għall-kooperattivi biex jattira kapital ġdid, anke jekk il-Kummissjoni tirrikonoxxi li sa mill-10 ta' Ottubru 2008, ARCO ma użax din il-possibbiltà. B'kuntrast ma' dan, filwaqt li kooperattivi finanzjarji oħrajn bħal ArgenCo u Lanbokas/Agricaisse tabilħaqq iġġeneraw kapitali ġodda, huma tbiegħdu b'mod espliċitu mill-iskema ta' garanzija għall-kooperattivi kif deskritt fin-nota f'qiegħ il-paġna nru 12.

(70)  Ara l-premessa 60, li tiddeskrivi dak li l-Istat Belġjan iqis bħala l-karatteristiċi ewlenin tal-ishma individwali ta' kooperattivi finanzjarji.

(71)  Il-premessa 44 b'mod partikolari tindika li l-azzjonisti ta' ARCO kienu investew, permezz tal-ingranaġġ, f'assi li huma kkaratterizzati minn riskju kbir marbut ma' impriża waħda (jiġifieri, Dexia).

(72)  Ara l-paragrafi 48 sa 76 tas-sentenza.

(73)  Il-paragrafi 67 sa 73 tas-sentenza.

(74)  Il-paragrafu 74 tas-sentenza.

(75)  Il-paragrafi 75 sa 76 tas-sentenza.

(76)  Ara l-premessa 26.

(77)  Ara fil-premessa 44, it-taqsira tal-fatturi tar-riskji marbuta mal-ishma ta' ARCOPAR, deskritti mal-prospett ta' dan tal-aħħar, li ġie ppublikat fis-sajf 2008.

(78)  Billi l-analiżi fil-premessa 107 hija biżżejjed biex tindika li l-iskema ta' garanzija għall-kooperattivi ma tissodisfax il-kriterji deskritti f'Paint Graphos, il-Kummissjoni ma għandhiex għalfejn tesprimi ruħha, f'din id-Deċiżjoni, dwar il-kwistjoni jekk hemmx proċeduri xierqa ta' kontroll u monitoraġġ biex jiġi evitat li l-entitajiet ekonomiċi jagħżlu u jibdlu l-forma legali tagħhom bl-iskop uniku li jieħdu vantaġġ minn ċerti benefiċċji għal dik it-tip ta' impriża (il-parti (ii) tal-analiżi tal-Kawża Paint Graphos).

(79)  Ara, għal analiżi simili, is-sejbiet tal-Qorti fil-Kawża C-156/98 Il-Ġermanja vs. Il-Kummissjoni [2000] Ġabra I-6857, il-paragrafi 29 sa 31.

(80)  Ara l-Kawża C-197/11 Libert et al. [2013] Ġabra I-0000, il-paragrafi 76 sa 79.

(81)  Ara l-Kawżi Konġunti T-132/96 u T-143/96 Freistaat Sachsen, Volkswagen AG u Volkswagen Sachen GmbH vs. Il-Kummissjoni [1999] Ġabra II-3663, il-paragrafu 167.

(82)  Fl-istess ħin, il-punt (11) tal-Komunikazzjoni Bankarja tal-2008 żied jgħid li l-użu tal-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat ma għandux jiġi estiż lil hinn mis-settur finanzjarju ta' dak iż-żmien.

(83)  ĠU C 83, 7.4.2009, p. 1.

(84)  L-attivitajiet ta' istituzzjonijiet finanzjarji huma, pereżempju dawk elenkati fl-Anness I ta' mad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1.

(85)  Ara l-Kawża 730/79 Philip Morris [1980] Ġabra 2671.

(86)  Ara l-premessa 41.

(87)  Kif indikat fil-premessa 13.

(88)  Meta kumpanija tfalli, l-azzjonisti tagħha jitilfu l-iskopertura tagħhom skont il-grad li jkollhom fl-istruttura tal-obbligazzjonijiet. Dan il-proċess jissejjaħ l-“istruttura kaskata”.

(89)  Il-Kummissjoni tinnota li l-ittra tabilħaqq tuża l-forma kondizzjonali “permettrait” u mhux il-forma futura aktar assertiva “permettra”.

(90)  Ara wkoll il-kummenti fl-ittra tal-Gvernatur tal-BNB fil-premessa 13.

(91)  Għall-finijiet ta' sempliċità, il-Kummissjoni żviluppat mudell ta' perjodu uniku, li jassumi li l-azzjonisti individwali jistgħu joħorġu biss matul dak il-perjodu. Din hija suppożizzjoni konservattiva.

(92)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 40.

(93)  Il-Kummissjoni tosserva li jekk l-azzjonisti l-oħrajn ta' ARCO ma jirtirawx flushom, l-azzjonisti individwali jkunu jistgħu jirtiraw perċentwal ikbar. Madankollu, sabiex tieħu approċċ konservattiv, il-Kummissjoni użat rata ta' 10 %, għall-finijiet ta' dawn il-kalkoli.

(94)  Sabiex tkun tista' tqabbel ma' każ tipiku ta' bank li ġarrab assalt bankarju fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja reċenti, ara l-Kawża Northern Rock, ĠU C 149, 1.7.2009, p. 16.

(95)  Jiġifieri, billi tissottovaluta potenzjalment il-vantaġġ.

(96)  Ara l-Kawża C-403/10 P Mediaset vs. Il-Kummissjoni [2011] Ġabra I-117*, Pubb. somm., il-paragrafi 126 u 127, u l-każistika ċċitata fiha.

(97)  Ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta' Novembru 2011 fil-Kawża T-384/08, Elliniki Nafpigokataskevastiki et al. vs. Il-Kummissjoni (Ġabra II, il-paġna 380, il-paragrafu 133).

(98)  ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1.


30.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 284/76


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-26 ta' Settembru 2014

li tistabbilixxi l-konklużjonijiet tal-aħjar metodi tekniċi disponibbli (BAT), skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għall-produzzjoni tal-polpa, il-karta u l-kartun

(notifikata bid-dokument C(2014) 6750)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/687/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(5) tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2010/75/UE jeżiġi li l-Kummissjoni torganizza skambju ta' informazzjoni bejnha u l-Istati Membri, l-industriji kkonċernati u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi li jippromwovu l-protezzjoni tal-ambjent sabiex tiffaċilita t-tfassil ta' dokumenti ta' referenza dwar l-aħjar metodi tekniċi disponibbli (BAT) kif iddefiniti fl-Artikolu 3(11) ta' dik id-Direttiva.

(2)

Skont l-Artikolu 13(2) tad-Direttiva 2010/75/UE, l-iskambju ta' informazzjoni għandu jindirizza l-prestazzjoni tal-istallazzjonijiet u l-metodi f'termini ta' emissjonijiet, espressi bħala medji għal perjodu qasir u perjodu twil, fejn ikun addattat, u l-kondizzjonjiet ta' referenza assoċjati, il-konsum u n-natura tal-materja prima, il-konsum tal-ilma, l-użu tal-enerġija u l-ġenerazzjoni tal-iskart u l-metodi tekniċi użati, il-monitoraġġ assoċjat, l-effetti transmedjali, il-vijabbiltà ekonomika u teknika u l-iżviluppi fihom u l-aħjar metodi tekniċi disponibbli u l-metodi tekniċi disponibbli wara li jiġu kkunsidrati l-kwistjonijiet imsemmijin fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 13(2) ta' dik id-Direttiva.

(3)

“Il-Konklużjonijiet tal-BAT” kif iddefiniti fl-Artikolu 3(12) tad-Direttiva 2010/75/UE huma l-elementi prinċipali tad-dokumenti ta' referenza tal-BAT u jistabbilixxu l-konklużjonijiet dwar l-aħjar metodi tekniċi disponibbli, id-deskrizzjoni tagħhom, l-informazzjoni sabiex tiġi vvalutata l-applikabbiltà tagħhom, il-livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-aħjar metodi tekniċi disponibbli, il-monitoraġġ assoċjat, il-livelli ta' konsum assoċjati u, fejn addattat, il-miżuri rilevanti ta' rimedjazzjoni tas-sit.

(4)

Skont l-Artikolu 14(3) tad-Direttiva 2010/75/UE, il-konklużjonijiet tal-BAT għandhom ikunu r-referenza meta jiġu stipulati l-kondizzjonijiet għall-permessi għall-istallazzjonijiet koperti mill-Kapitolu II ta' dik id-Direttiva.

(5)

L-Artikolu 15(3) tad-Direttiva 2010/75/UE jitlob li l-awtorità kompetenti tistabbilixxi valuri limitu tal-emissjonijiet li jassiguraw li, f'kondizzjonijiet normali ta' tħaddim, l-emissjonijiet ma jaqbżux il-livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-aħjar metodi tekniċi disponibbli kif stabbilit fid-deċiżjonijiet dwar il-konklużjonijiet tal-BAT imsemmijin fl-Artikolu 13(5) tad-Direttiva 2010/75/UE.

(6)

L-Artikolu 15(4) tad-Direttiva 2010/75/UE jipprevedi derogi mir-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 15(3) biss meta l-kostijiet assoċjati mal-kisba tal-livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT jegħlbu b'mod sproporzjonat il-benefiċċji ambjentali minħabba l-pożizzjoni ġeografika, il-kondizzjonijiet ambjentali lokali jew il-karatteristiċi tekniċi tal-istallazzjoni kkonċernata.

(7)

L-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2010/75/UE jipprovdi li r-rekwiżiti tal-monitoraġġ imsemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 14(1) tad-Direttiva għandhom ikunu bbażati fuq il-konklużjonijiet dwar il-monitoraġġ kif deskritt fil-konklużjonijiet tal-BAT.

(8)

Skont l-Artikolu 21(3) tad-Direttiva 2010/75/UE, fi żmien erba' snin mill-pubblikazzjoni ta' deċiżjonijiet dwar il-konklużjonijiet tal-BAT, l-awtorità kompetenti għandha terġa' tikkunsidra u, jekk ikun meħtieġ, taġġorna l-kondizzjonijiet kollha għal permess u tassigura li l-istallazzjoni tikkonforma ma' dawk il-kondizzjonijiet għal permess.

(9)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Mejju 2011 (2) tistabbilixxi forum, għall-iskambju ta' informazzjoni skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2010/75/UE dwar l-emissjonijiet industrijali, li huwa ffurmat minn rappreżentanti tal-Istati Membri, l-industriji kkonċernati u organizzazzjonijiet mhux governattivi li jippromwovu l-protezzjoni tal-ambjent.

(10)

B'konfornità mal-Artikolu 13(4) tad-Direttiva 2010/75/UE, il-Kummissjoni kisbet l-opinjoni ta' dak il-forum dwar il-kontenut propost tad-dokument ta' referenza tal-BAT għall-produzzjoni tal-polpa, il-karta u l-kartun fl-20 ta' Settembru 2013 u poġġietha għad-dispożizzjoni tal-pubbliku (3).

(11)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 75(1) tad-Direttiva 2010/75/UE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-konklużjonijiet tal-BAT għall-produzzjoni tal-polpa, il-karta u l-kartun huma stabbiliti fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Settembru 2014.

Għall-Kummissjoni

Janez POTOČNIK

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17.

(2)  ĠU C 146, 17.5.2011, p. 3.

(3)  https://circabc.europa.eu/w/browse/6516b21a-7f84-4532-b0e1-52d411bd0309


ANNESS

KONKLUŻJONIJIET TAL-BAT GĦALL-PRODUZZJONI TAL-POLPA, TAL-KARTA U TAL-KARTUN

KAMP TA' APPLIKAZZJONI 79
KONSIDERAZZJONIJIET ĠENERALI 80
LIVELLI TA' EMISSJONIJIET ASSOĊJATI MAL-BAT 80
PERJODI TAT-TEĦID TAL-MEDJA GĦALL-EMISSJONIJIET FL-ILMA 80
KONDIZZJONIJIET TA' REFERENZA GĦALL-EMISSJONIJIET FL-ARJA 80
PERJODI TA' TEĦID TAL-MEDJA GĦALL-EMISSJONIJIET FL-ARJA 81
DEFINIZZJONIJIET 81

1.1.

Konklużjonijiet ġenerali tal-BAT għall-industrija tal-polpa u tal-karta

84

1.1.1.

Sistema ta' mmaniġġjar ambjentali

84

1.1.2.

Ġestjoni tal-materjali u manutenzjoni tajba

85

1.1.3.

Immaniġġjar tal-ilma u tal-ilma mormi

86

1.1.4.

Konsum u effiċjenza tal-enerġija

87

1.1.5.

Emissjonijiet tal-irwejjaħ

88

1.1.6.

Monitoraġġ tal-parametri ewlenin tal-proċess u tal-emissjonijiet fl-ilma u fl-arja

89

1.1.7.

Immaniġġjar tal-iskart

91

1.1.8.

Emissjonijiet fl-ilma

92

1.1.9.

Emissjonijiet ta' storbju

93

1.1.10.

Dikummissjonar

94

1.2.

Konklużjonijiet tal-BAT għall-proċess kraft tal-produzzjoni tal-polpa

94

1.2.1.

Ilma mormi u emissjonijiet fl-ilma

94

1.2.2.

Emissjonijiet fl-arja

96

1.2.3.

Ġenerazzjoni tal-iskart

102

1.2.4.

Konsum u effiċjenza tal-enerġija

103

1.3.

Konklużjonijiet tal-BAT għall-proċess tal-produzzjoni tal-polpa bis-sulfit

104

1.3.1.

Ilma mormi u emissjonijiet fl-ilma

104

1.3.2.

Emissjonijiet fl-arja

106

1.3.3.

Konsum u effiċjenza tal-enerġija

108

1.4.

Konklużjonijiet tal-BAT għall-produzzjoni mekkanika tal-polpa u l-produzzjoni kimikomekkanika tal-polpa

109

1.4.1.

Ilma mormi u emissjonijiet fl-ilma

109

1.4.2.

Konsum u effiċjenza tal-enerġija

110

1.5.

Konklużjonijiet tal-BAT għall-ipproċessar ta' karta għar-riċiklaġġ

111

1.5.1.

Ġestjoni tal-materjali

111

1.5.2.

Ilma mormi u emissjonijiet fl-ilma

112

1.5.3.

Konsum u effiċjenza tal-enerġija

114

1.6.

Konklużjonijiet tal-BAT għall-produzzjoni tal-karta u l-proċessi relatati

114

1.6.1.

Ilma mormi u emissjonijiet fl-ilma

114

1.6.2.

Emissjonijiet fl-arja

117

1.6.3.

Ġenerazzjoni tal-iskart

117

1.6.4.

Konsum u effiċjenza tal-enerġija

117

1.7.

Deskrizzjoni tat-tekniki

118

1.7.1.

Deskrizzjoni tat-tekniki għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-emissjonijiet fl-arja

118

1.7.2.

Deskrizzjoni tat-tekniki biex jitnaqqas l-użu tal-ilma ħelu/il-fluss tal-ilma mormi u t-tagħbija tat-tniġġis fl-ilma mormi

121

1.7.3.

Deskrizzjoni tat-tekniki għall-prevenzjoni tal-ġenerazzjoni tal-iskart u l-immaniġġjar tal-iskart

126

KAMP TA' APPLIKAZZJONI

Dawn il-konklużjonijiet tal-BAT jirrigwardaw l-attivitajiet speċifikati fit-Taqsimiet 6.1 (a) u 6.1 (b) tal-Anness I tad-Direttiva 2010/75/UE, jiġifieri l-produzzjoni integrata u mhux integrata fl-istallazzjonijiet industrijali ta':

(a)

polpa mill-injam jew materjal fibruż ieħor;

(b)

karta jew kartun b'kapaċità ta' produzzjoni li taqbeż l-20 tunnellata kuljum.

B'mod partikolari, dawn il-konklużjonijiet tal-BAT ikopru l-proċessi u l-attivitajiet li ġejjin:

i.

proċess kimiku li jipproduċi l-polpa:

a.

process kraft (sulfat) tal-produzzjoni tal-polpa

b.

proċess tal-produzzjoni tal-polpa bis-sulfit

ii.

proċess mekkaniku u kimikomekkaniku għall-produzzjoni tal-polpa

iii.

l-ipproċessar ta' karti għar-riċiklaġġ bit-tneħħija tal-linka jew mingħajrha

iv.

il-produzzjoni tal-karta u proċessi relatati

v.

il-bojlers ta' rkupru u l-kalkari tal-ġir kollha mħaddma fil-fabbriki tal-polpa u tal-karta

Dawn il-konklużjonijiet tal-BAT ma jindirizzawx l-attivitajiet li ġejjin:

i.

il-produzzjoni ta' polpa minn materja prima fibruża mhux mill-injam (eż. polpa minn pjanti annwali);

ii.

magni stazzjonarji ta' kombustjoni interna;

iii.

impjanti ta' kombustjoni għall-ġenerazzjoni tal-fwar u l-enerġija għajr bojlers ta' rkupru;

iv.

tagħmir li jnixxef b'berners interni għall-magni tal-karta u l-magni tal-kisi.

Dokumenti ta' referenza oħra li huma rilevanti għall-attivitajiet koperti minn dawn il-konklużjonijiet tal-BAT huma dawn li ġejjin:

Dokumenti ta' referenza

Attività

Sistemi ta' Tkessiħ Industrijali (ICS)

Is-sistemi ta' tkessiħ industrijali, eż. torrijiet tat-tkessiħ, skambjaturi tas-sħana tal-pjanċi

L-Ekonomija u l-Effetti Transmedjali (ECM)

L-ekonomija u l-effetti transmedjali tal-metodi tekniċi

L-Emissjonijiet mill-Ħażna (EFS)

L-emissjonijiet minn tankijiet, pajpijiet u kimiċi maħżuna

L-Effiċjenza Enerġetika (ENE)

L-effiċjenza enerġetika ġenerali

L-Impjanti ta' Kombustjoni Kbar (LCP)

Il-ġenerazzjoni tal-fwar u l-elettriku f'fabbriki tal-polpa u tal-karta permezz ta' impjanti ta' kombustjoni

Il-Prinċipji Ġenerali tal-Monitoraġġ (MON)

Il-monitoraġġ tal-emissjonijiet

L-Inċinerazzjoni tal-Iskart (WI)

L-inċinerazzjoni u l-ko-inċinerazzjoni tal-iskart fuq il-post

L-Industriji għat-Trattament tal-Iskart (WT)

Il-preparazzjoni tal-iskart bħala karburanti

KONSIDERAZZJONIJIET ĠENERALI

Il-metodi tekniċi elenkati u deskritti f'dawn il-konklużjonijiet tal-BAT la huma preskrittivi u lanqas eżawrjenti. Jistgħu jintużaw metodi tekniċi oħra li jassiguraw livell ta' protezzjoni ambjentali mill-anqas ekwivalenti.

Sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor, il-konklużjonijiet tal-BAT japplikaw b'mod ġenerali.

IL-LIVELLI TAL-EMISSJONIJIET ASSOĊJATI MAL-BAT

Fejn il-livelli tal-emissjonijiet assoċjati mal-aħjar metodi tekniċi disponibbli (BAT-AELs) jingħataw għall-istess perjodu tat-teħid tal-medja f'unitajiet differenti (eż. bħala valuri tal-konċentrazzjoni u tat-tagħbija speċifika (jiġifieri għal kull tunnellata ta' produzzjoni netta)), dawn il-modi differenti ta' espressjoni tal-BAT-AELs għandhom jitqiesu bħala alternattivi ekwivalenti.

Għall-fabbriki integrati tal-polpa u l-karta u ta' ħafna prodotti, il-BAT-AELs iddefiniti għall-proċessi individwali (il-produzzjoni tal-polpa, u l-produzzjoni tal-karta) u/jew il-prodotti jridu jiġu kkombinati skont regola tat-taħlit ibbażata fuq il-proporzjon ta' skariku tal-addittivi tagħhom.

PERJODI TAT-TEĦID TAL-MEDJA GĦALL-EMISSJONIJIET FL-ILMA

Sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor, il-perjodi ta' teħid tal-medja assoċjati mal-BAT-AELs għall-emissjonijiet fl-ilma huma ddefiniti kif ġej.

Medja ta' kuljum

Il-medja fuq perjodu ta' kampjunar ta' 24 siegħa meħuda bħala kampjun kompost proporzjonali għall-fluss (1) jew, bil-kundizzjoni li tintwera biżżejjed stabbiltà tal-fluss, minn kampjun tal-fluss proporzjonali għall-ħin (1)

Medja ta' kull sena

Medja tal-medji kollha ta' kuljum meħuda fi żmien sena, ippeżata skont il-produzzjoni ta' kuljum, u espressa bħala massa tas-sustanzi emessi għal kull unità ta' massa tal-prodotti/materjali ġġenerati jew ipproċessati

KONDIZZJONIJIET TA' REFERENZA GĦALL-EMISSJONIJIET FL-ARJA

Il-BAT-AELs għall-emissjonijiet fl-arja jirreferu għal kondizzjonijiet standard: gass xott, temperatura ta' 273,15 K, u pressjoni ta' 101,3 kPa. Fejn il-BAT-AELs jingħataw bħala valuri tal-konċentrazzjoni, jiġi indikat il-livell ta' referenza ta' O2 ( % skont il-volum).

Il-konverżjoni għall-konċentrazzjoni ta' referenza tal-ossiġnu

Il-formula għall-kalkolu tal-konċentrazzjoni tal-emissjonijiet f'livell ta' referenza tal-ossiġnu hija murija hawn taħt.

fejn:

ER (mg/Nm3)

:

konċentrazzjoni tal-emissjonijiet b'referenza għal-livell ta' referenza tal-ossiġnu OR

OR (vol %)

:

livell ta' referenza tal-ossiġnu

EM (mg/Nm3)

:

konċentrazzjoni mkejla tal-emissjonijiet b'referenza għal-livell imkejjel tal-ossiġnu OM

OM (vol %)

:

livell imkejjel tal-ossiġnu. 25467400

PERJODI TA' TEĦID TAL-MEDJA GĦALL-EMISSJONIJIET FL-ARJA

Sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor, il-perjodi ta' teħid tal-medja assoċjati mal-BAT-AELs għall-emissjonijiet fl-arja huma definiti kif ġej.

Medja ta' kuljum

Medja fuq perjodu ta' 24 siegħa bbażata fuq medji validi ta' kull siegħa minn kejl kontinwu

Medja fuq il-perjodu tat-teħid tal-kampjuni

Valur medju ta' tliet kejlijiet konsekuttivi ta' mill-anqas 30 minuta kull wieħed

Medja ta' kull sena

Fil-każ ta' kejl kontinwu: medja tal-medji validi kollha ta' kull siegħa. Fil-każ ta' kejl perjodiku: medja tal-“medji tul il-perjodu ta' kampjunar” kollha miksuba matul sena waħda.

DEFINIZZJONIJIET

Għall-finijiet ta' dawn il-konklużjonijiet tal-BAT, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

Terminu użat

Definizzjoni

Impjant ġdid

Impjant li jkun ingħata permess għall-ewwel darba fis-sit tal-istallazzjoni wara l-pubblikazzjoni ta' dawn il-konklużjonijiet tal-BAT jew sostituzzjoni kompleta ta' impjant fuq is-sisien eżistenti tal-istallazzjoni wara l-pubblikazzjoni ta' dawn il-konklużjonijiet tal-BAT.

Impjant eżistenti

Impjant li mhuwiex impjant ġdid.

Rinnovamenti maġġuri

Bidla maġġuri fid-disinn jew fit-teknoloġija ta' impjant/sistema ta' tnaqqis u b'aġġustamenti jew sostituzzjonijiet maġġuri tal-unitajiet tal-ipproċessar u t-tagħmir assoċjat.

Sistema ġdida għat-tnaqqis tat-trab

Sistema għat-tnaqqis tat-trab imħaddma għall-ewwel darba fis-sit tal-istallazzjoni wara l-pubblikazzjoni ta' dawn il-konklużjonijiet tal-BAT.

Sistema eżistenti għat-tnaqqis tat-trab

Sistema għat-tnaqqis tat-trab li ma tkunx sistema għat-tnaqqis tat-trab ġdida.

Gassijiet bir-riħa mhux kondensabbli (NCG)

Gassijiet bir-riħa mhux kondensabbli, li jirreferu għall-gassijiet jintnu tal-proċess kraft tal-produzzjoni tal-polpa.

Gassijiet ikkonċentrati bir-riħa mhux kondensabbli (CNCG)

Gassijiet ikkonċentrati bir-riħa mhux kondensabbli (jew “gassijiet qawwija bir-riħa”): Gassijiet li fihom it-TRS mit-tisjir, l-evaporazzjoni u mit-tneħħija tal-kondensati.

Gassijiet qawwija bir-riħa

Gassijiet ikkonċentrati bir-riħa mhux kondensabbli (CNCG).

Gassijiet dgħajfin bir-riħa

Gassijiet dilwiti bir-riħa mhux kondensabbli: Gassijiet li fihom it-TRS li mhumiex gassijiet qawwija bir-riħa (eż. gassijiet li jiġu minn tankijiet, filters tal-ħasil, laned tal-laqx, filters tal-ħama tal-ġir, magni tat-tnixxif).

Gassijiet dgħajfa residwi

Gassijiet dgħajfin li jiġu emessi b'modi għajr permezz ta' bojler ta' rkupru, kalkara tal-ġir jew berner tat-TRS.

Kejl kontinwu

Kejl permezz ta' sistema tal-kejl awtomatizzata (AMS) installata b'mod permanenti fis-sit.

Kejl perjodiku

Stabbiliment ta' kwantitajiet maħsuba biex jitkejlu (kwantità partikolari soġġetta għal kejl) f'intervalli ta' żmien speċifikati bl-użu ta' metodi manwali jew awtomatizzati.

Emissjonijiet diffużi

Emissjonijiet li jirriżultaw minn kuntatt dirett (mhux inkanalat) ta' sustanzi jew trab volatili mal-ambjent f'kondizzjonijiet normali ta' tħaddim.

Produzzjoni integrata

Kemm il-polpa kif ukoll il-karta/kartun jiġu prodotti fl-istess sit. Il-polpa normalment ma tiġix imnixxfa qabel il-manifattura tal-karta/kartun.

Produzzjoni mhux integrata

Jew (a) produzzjoni ta' polpa kummerċjali (għall-bejgħ) f'fabbriki li ma joperawx magni tal-karta, jew (b) produzzjoni ta' karta/kartun billi tintuża biss polpa prodotta f'impjanti oħra (polpa kummerċjali).

Produzzjoni netta

(i)

Għall-fabbriki tal-karta: il-produzzjoni mhux ippakkjata, li terġa' tinbiegħ wara l-aħħar slitter winder, jiġifieri qabel il-konverżjoni.

(ii)

Għall-magni tal-kisi off-line: il-produzzjoni wara l-kisi.

(iii)

Għall-fabbriki tat-tissues: il-produzzjoni li terġa' tinbiegħ wara l-magna tat-tissues qabel kull proċess ta' tkebbib mill-ġdid u bl-esklużjoni ta' ebda qalba.

(iv)

Għall-fabbriki tal-polpa kummerċjali: il-produzzjoni wara l-ippakkjar (ADt).

(v)

Għall-fabbriki integrati: Produzzjoni netta tal-polpa tirreferi għall-produzzjoni wara l-ippakkjar (ADt) flimkien mal-polpa ttrasferita għall-fabbrika tal-karta (polpa kkalkulata f'livell ta' 90 % xuttaġni, jiġifieri xxuttata fl-arja). Produzzjoni netta ta' karta: l-istess bħal (i)

Fabbrika ta' karta speċjali

Fabbrika li tipproduċi diversi gradi ta' karta u kartun għal skopijiet partikolari (industrijali u/jew mhux industrijali) li huma kkaratterizzati minn karatteristiċi partikolari, minn suq relattivament żgħir tal-użu finali jew minn applikazzjonijiet speċjalizzati li sikwit ikunu ddisinjati apposta għal klijent jew għal grupp ta' utenti finali partikolari. Eżempji ta' karti speċjali jinkludu l-karti tas-sigaretti, il-karti tal-filters, il-karta metalizzata, il-karta termali, il-karta saħħara, it-tikketti li jeħlu, karta li tleqq (cast coated paper), kif ukoll l-inforra tal-ġipsum u karti speċjali: bix-xama' għat-tneħħija tax-xagħar, tal-insulazzjoni, tat-tisqif, tal-asfaltar, u applikazzjonijiet jew trattamenti oħra speċifiċi. Dawn il-gradi kollha jaqgħu barra mill-kategoriji standard tal-karta.

Injam iebes

Grupp ta' speċijiet ta' injam li jinkludu pereżempju s-siġra tal-luq, il-fagu, il-betula u l-ewkaliptu. It-terminu injam iebes jintuża bħala l-oppost ta' injam artab.

Injam artab

Injam minn koniferi li jinkludu pereżempju l-arżnu u l-prinjol. It-terminu injam artab jintuża bħala l-oppost ta' injam iebes.

Kawstiċizzjoni

Proċess fiċ-ċiklu tal-ġir li fih l-idrossidu (likur abjad) jiġi riġenerat bir-reazzjoni Ca(OH)2 + CO3 2- → CaCO3 (s) + 2 OH-

AKRONIMI

Terminu użat

Definizzjoni

ADt

Tunnellati (ta' polpa) Imnixxfa bl-Arja espressa bħala 90 % xuttaġni.

AOX

Alidi organiċi li jistgħu jiġu assorbiti mkejla skont il-metodu tal-istandard EN ISO: 9562 għall-ilma li jintrema.

BOD

Domanda bijokimika ta' ossiġnu. Il-kwantità ta' ossiġnu maħlul meħtieġ mill-mikroorganiżmi biex jiddekomponu l-materja organika fl-ilma li jintrema.

CMP

Polpa kemimekkanika.

CTMP

Polpa kemitermomekkanika.

COD

Domanda kimika ta' ossiġnu; l-ammont ta' materja organika kimikament ossidabbli fl-ilma li jintrema (normalment tirreferi għal analiżi b'ossidazzjoni dikromatika).

DS

Solidi xotti, espressi bħala % tal-piż.

DTPA

Aċidu dietiltriamina pentaċetiku (aġent ta' kumpless/kelazzjoni użat fl-ibbliċjar bil-perossidu).

ECF

Mingħajr Kloru Elementali.

EDTA

Aċidu etildiamina tetraċetiku (aġent ta' kumpless/kelazzjoni).

H2S

Sulfid tal-idroġenu.

LWC

Karta miksija ħafifa.

NOx

Is-somma ta' ossidu tan-nitroġenu (NO) u dijossidu tan-nitroġenu (NO2), espressa bħala NO2.

NSSC

Polpa semikimika tas-sulfit newtrali.

RCF

Fibri riċiklati.

SO2

Dijossidu tal-kubrit.

TCF

Kompletament Mingħajr Kloru.

Nitroġenu totali (Tot-N)

Nitroġenu totali (Tot-N) mogħti bħala N, jinkludi n-nitroġenu organiku, l-ammonja u l-ammonju liberi (NH4 +-N), in-nitriti (NO2 --N) u n-nitrati (NO3 --N).

Fosfru totali (Tot-P)

Fosfru totali (Tot-P) mogħti bħala P, jinkludi l-fosfru maħlul flimkien ma' kwalunkwe fosfru li ma jistax jinħall li jinġarr fl-effluwent fil-forma ta' preċipitati jew fil-mikrobi.

TMP

Polpa termomekkanika.

TOC

Karbonju organiku totali.

TRS

Kubrit imnaqqas totali. Is-somma tal-komposti jintnu tal-kubrit li ġejjin iġġenerati fil-proċess tal-produzzjoni tal-polpa: sulfid tal-idroġenu, metil merkaptan, sulfat tad-dimetil u sulfur tad-dimetil, espressi bħala kubrit.

TSS

Solidi totali sospiżi (fl-ilma li jintrema). Is-solidi sospiżi jikkonsistu minn frammenti żgħar ta' fibri, fillers, trabijiet fini, bijomassa li ma qagħditx (agglomerazzjoni ta' mikroorganiżmi) u partiċelli żgħar oħra.

VOC

Komposti organiċi volatili kif iddefiniti fl-Artikolu 3(45) tad-Direttiva 2010/75/UE.

1.1.   KONKLUŻJONIJIET ĠENERALI TAL-BAT GĦALL-INDUSTRIJA TAL-POLPA U L-KARTA

Japplikaw il-konklużjonijiet tal-BAT speċifiċi għall-proċessi li hemm inklużi fit-Taqsimiet 1.2 sa 1.6, flimkien mal-konklużjonijiet ġenerali tal-BAT imsemmija f'din it-taqsima.

1.1.1.   Sistema ta' mmaniġġjar ambjentali

BAT 1.

Biex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali ġenerali tal-impjanti għall-produzzjoni tal-polpa, tal-karta u tal-kartun, il-BAT għandu jimplimenta u jżomm ma' sistema ta' mmaniġġjar ambjentali (EMS) li tinkorpora l-karatteristiċi kollha li ġejjin:

(a)

l-impenn tal-maniġment, inkluż il-maniġment superjuri;

(b)

definizzjoni ta' politika ambjentali li tinkludi t-titjib kontinwu tal-istallazzjoni mill-maniġment;

(c)

l-ippjanar u l-istabbiliment tal-proċeduri, l-għanijiet u l-miri meħtieġa, flimkien ma' ppjanar u investiment finanzjarju;

(d)

l-implimentazzjoni ta' proċeduri li jagħtu attenzjoni partikolari lil:

i.

l-istruttura u r-responsabbiltà

ii.

it-taħriġ, l-għarfien u l-kompetenza

iii.

il-komunikazzjoni

iv.

l-involviment tal-impjegati

v.

id-dokumentazzjoni

vi.

il-kontroll effiċjenti tal-proċessi

vii.

il-programmi ta' manutenzjoni

viii.

l-istat ta' preparazzjoni u r-reazzjoni għall-emerġenzi

ix.

is-salvagwardja tal-konformità mal-leġislazzjoni ambjentali;

(e)

il-kontroll tal-prestazzjoni u t-teħid ta' azzjoni korrettiva, b'attenzjoni partikolari għal:

i.

il-monitoraġġ u l-kejl (ara wkoll id-Dokument ta' Referenza dwar il-Prinċipji Ġenerali tal-Monitoraġġ)

ii.

l-azzjoni korrettiva u preventiva

iii.

iż-żamma tar-rekords

iv.

il-verifika interna u esterna indipendenti (fejn hu fattibbli) biex jiġi ddeterminat jekk l-EMS tikkonformax jew le mal-arranġamenti ppjanati u tkunx ġiet implimentata u miżmuma sewwa;

(f)

l-eżami tal-EMS u l-idoneità, l-adegwatezza u l-effikaċja kontinwi tagħha mill-maniġment superjuri;

(g)

l-insegwiment tal-iżvilupp ta' teknoloġiji aktar nodfa;

(h)

il-konsiderazzjoni tal-impatti ambjentali mid-dikummissjonar eventwali tal-istallazzjoni fl-istadju tat-tfassil ta' impjant ġdid, u matul il-ħajja operattiva tiegħu;

(i)

l-applikazzjoni ta' standards settorjali fuq bażi regolari.

Applikabbiltà

Il-kamp ta' applikazzjoni (eż. il-livell tad-dettalji) u n-natura tal-EMS (eż. standardizzata jew mhux standardizzata) ġeneralment se jkunu relatati man-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-istallazzjoni, u l-firxa tal-impatti ambjentali li jista' jkollha.

1.1.2.   Il-ġestjoni tal-materjali u manutenzjoni tajba

BAT 2.

Il-BAT għandu japplika l-prinċipji ta' manutenzjoni tajba biex jitnaqqas l-impatt ambjentali tal-proċess tal-produzzjoni billi tintuża kombinazzjoni tal-metodi tekniċi mogħtija hawn taħt.

 

Metodu tekniku

a

Għażla u kontroll bir-reqqa tas-sustanzi kimiċi u l-addittivi

b

Analiżi tal-input-output b'inventarju tas-sustanzi kimiċi, li tinkludi l-kwantitajiet u l-proprjetajiet tossikoloġiċi

c

L-użu tas-sustanzi kimiċi jitnaqqas għal-livell minimu meħtieġ mill-ispeċifikazzjonijiet tal-kwalità tal-prodott finali

d

Jiġi evitat l-użu ta' sustanzi li jagħmlu l-ħsara (eż. aġenti ta' dispersjoni jew tat-tindif jew aġenti tensjoattivi li fihom in-nonilfenol etossilat) u jiġu sostitwiti b'alternattivi li jagħmlu anqas ħsara

e

Titnaqqas kemm jista' jkun it-tnixxija ta' sustanzi fil-ħamrija, id-depożiti fl-arja u l-ħżin b'mod mhux xieraq ta' materja prima, prodotti jew residwi

f

Jiġi stabbilit programm għall-immaniġġjar tat-tnixxijiet u jiżdied it-trażżin ta' sorsi ta' tnixxija, u b'hekk tiġi evitata l-kontaminazzjoni tal-ħamrija u tal-ilma ta' taħt l-art

g

Tfassil xieraq tas-sistemi tal-pajpijiet u tal-ħżin biex l-uċuħ jinżammu nodfa u titnaqqas il-ħtieġa tal-ħasil u t-tindif

BAT 3.

Biex jitnaqqas il-ħruġ ta' aġenti ta' kelazzjoni organiċi li ma jibbijodegradawx faċilment, bħall-EDTA jew id-DTPA li joħorġu mill-ibbliċjar bil-perossidu, il-BAT għandu juża kombinazzjoni tal-metodi tekniċi mogħtija hawn taħt.

 

Metodu tekniku

Applikabbiltà

a

Stabbiliment tal-kwantità ta' aġenti kelanti li jiġu rilaxxati fl-ambjent permezz ta' kejl perjodiku

Mhux applikabbli għall-fabbriki li ma jużawx aġenti kelanti

b

Ottimizzazzjoni tal-proċessi biex jitnaqqsu l-konsum u l-emissjoni ta' aġenti kelanti mhux faċilment bijodegradabbli

Mhux applikabbli għall-fabbriki li jeliminaw 70 % jew aktar tal-EDTA/DTPA fl-impjant għat-trattament tal-ilma li jintrema tagħhom jew fil-proċess

c

Użu preferenzjali ta' aġenti kelanti bijodegradabbli jew eliminabbli, biex hekk jiġu eliminati b'mod gradwali l-prodotti mhux degradabbli

L-applikabbiltà tiddependi fuq id-disponibbiltà ta' sostituti xierqa (aġenti bijodegradabbli li jissodisfaw pereżempju r-rekwiżiti tat-tleqqija tal-polpa)

1.1.3.   L-immaniġġjar tal-ilma u tal-ilma li jintrema

BAT 4.

Biex jitnaqqsu l-ġenerazzjoni tat-tniġġis u l-ammont ta' tniġġis fl-ilma li jintrema bħala riżultat tal-ħażna u l-preparazzjoni tal-injam, il-BAT għandu juża kombinazzjoni tal-metodi tekniċi mogħtija hawn taħt.

 

Metodu tekniku

Applikabbiltà

a

Tneħħija xotta tal-qoxra (deskrizzjoni ara t-Taqsima 1.7.2.1)

Applikabbiltà ristretta meta tkun meħtieġa purità u tleqqija għolja bl-ibbliċjar TCF

b

Immaniġġar taz-zkuk tal-injam b'mod li jevita l-kontaminazzjoni tal-qoxra u l-injam bir-ramel u l-ġebel

Applikabbli b'mod ġenerali

c

Il-pavimentar tal-maħżen tal-injam u b'mod partikolari l-uċuħ użati għall-ħażna tal-laqx

L-applikabbiltà tista' tkun ristretta minħabba d-daqs tal-maħżen tal-injam u ż-żona tal-ħażna

d

Kontroll tal-fluss tal-ilma tal-bexx u tnaqqis tal-iskol tal-ilma minn wiċċ l-art tal-maħżen tal-injam

Applikabbli b'mod ġenerali

e

Ġbir tal-ilma kkontaminat li jiskula mill-maħżen tal-injam u s-separazzjoni tal-effluwent tas-solidi sospiżi qabel it-trattament bijoloġiku

L-applikabbiltà tista' tkun ristretta mil-livell ta' kontaminazzjoni tal-ilma li jkun skula (konċentrazzjoni baxxa) u/jew id-daqs tal-impjant tat-trattament tal-ilma li jintrema (volumi kbar)

Il-fluss tal-effluwent assoċjat mal-BAT mit-tneħħija xotta tal-qoxra tas-siġar huwa ta' 0,5 – 2,5 m3/ADt.

BAT 5.

Biex jitnaqqsu l-użu tal-ilma ħelu u l-ġenerazzjoni tal-ilma li jintrema, il-BAT għandu jagħlaq is-sistema tal-ilma sal-punt teknikament fattibbli skont il-grad tal-polpa u l-karta mmanifatturati billi juża kombinazzjoni tal-metodi tekniċi mogħtija hawn taħt.

 

Metodu tekniku

Applikabbiltà

a

Monitoraġġ u ottimizzazzjoni tal-użu tal-ilma

Applikabbli b'mod ġenerali

b

Evalwazzjoni tal-għażliet għar-riċirkolazzjoni tal-ilma

c

Iċ-ċirkwiti tal-ilma jingħalqu b'mod li jibbilanċja l-iżvantaġġi potenzjali ta' dan l-għeluq; żieda ta' tagħmir addizzjonali jekk ikun meħtieġ

d

Separazzjoni u użu mill-ġdid tal-ilma li jintuża għall-issiġillar u l-ġenerazzjoni ta' vakwu fil-pompi, li ma jkunx ikkontaminat ħafna,

e

Separazzjoni u użu mill-ġdid tal-ilma nadif tat-tkessiħ mill-ilma kkontaminat tal-proċess

f

Użu mill-ġdid tal-ilma tal-proċess minflok ma jintuża l-ilma ħelu (riċirkolazzjoni tal-ilma u għeluq taċ-ċirkwiti tal-ilma)

Applikabbli għal impjanti ġodda u għal rinnovamenti maġġuri.

L-applikabbiltà tista' tkun limitata minħabba r-rekwiżiti tal-kwalità tal-ilma u/jew tal-kwalità tal-prodott jew minħabba restrizzjonijiet tekniċi (bħall-preċipitazzjoni/inkrustazzjoni fis-sistema tal-ilma) jew żieda fil-fastidju tar-riħa

g

Trattament fil-linja ta' (partijiet tal-)ilma tal-proċess biex tittejjeb il-kwalità tal-ilma biex tippermetti r-riċirkolazzjoni jew l-użu mill-ġdid

Applikabbli b'mod ġenerali

Il-fluss tal-ilma li jintrema assoċjat mal-BAT fil-punt tal-iskariku wara t-trattament tal-ilma li jintrema bħala medji ta' kull sena huma:

Settur

Fluss tal-ilma li jintrema assoċjat mal-BAT

Polpa Kraft ibbliċjata

25 – 50 m3/ADt

Polpa Kraft mhux ibbliċjata

15 – 40 m3/ADt

Polpa bbliċjata tas-sulfit tal-grad tal-karta

25 – 50 m3/ADt

Polpa tas-sulfit tal-manjezju

45 – 70 m3/ADt

Polpa li ddewweb

40 – 60 m3/ADt

Polpa NSSC

11 – 20 m3/ADt

Polpa mekkanika

9 – 16 m3/t

CTMP u CMP

9 – 16 m3/ADt

Fabbriki tal-karta RCF mingħajr tneħħija tal-linka

1,5 – 10 m3/t (it-tarf ta' fuq tal-medda huwa assoċjat prinċipalment mal-produzzjoni ta' kartun tal-kaxxi)

Fabbriki tal-karta RCF bi tneħħija tal-linka

8 – 15 m3/t

Fabbriki tal-karta tissue bbażati fuq l-RCF bi tneħħija tal-linka

10 – 25 m3/t

Fabbriki tal-karta mhux integrati

3,5 – 20 m3/t

1.1.4.   Il-Konsum u l-użu effiċjenti tal-enerġija

BAT 6.

Biex jitnaqqas il-konsum tal-fjuwil u l-enerġija fil-fabbriki tal-polpa u tal-karta, il-BAT għandu juża t-teknika (a) u kombinazzjoni tat-tekniki l-oħra mogħtija hawn taħt.

 

Metodu tekniku

Applikabbiltà

a

Tintuża sistema ta' ġestjoni tal-enerġija li tinkludi l-karatteristiċi kollha li ġejjin:

i.

Valutazzjoni tal-konsum tal-enerġija u tal-produzzjoni ġenerali tal-fabbrika

ii.

Sejbien, kwantifikazzjoni u ottimizzazzjoni tal-potenzjali għall-irkupru tal-enerġija

iii.

Monitoraġġ u salvagwardja tas-sitwazzjoni ottimizzata tal-konsum tal-enerġija

Applikabbli b'mod ġenerali

b

Irkupru tal-enerġija permezz tal-inċinerazzjoni ta' dak l-iskart u r-residwi li jirriżultaw mill-produzzjoni tal-polpa u tal-karta li jkollhom kontenut organiku u valur kalorifiku għoljin, filwaqt li jitqies il-BAT 12

Applikabbli biss jekk ma jkunx possibbli r-riċiklaġġ jew l-użu mill-ġdid tal-iskart u tar-residwi ġġenerati mill-produzzjoni ta' polpa u karta b'kontenut organiku għoli u valur kalorifiku għoli

c

Id-domanda tal-proċessi tal-produzzjoni għall-fwar u l-enerġija tiġi koperta kemm jista' jkun permezz tal-koġenerazzjoni tas-sħana u l-enerġija (CHP)

Applikabbli għall-impjanti ġodda kollha u għar-rinnovamenti kbar tal-impjant tal-enerġija. L-applikabbiltà fl-impjanti eżistenti tista' tkun limitata minħabba t-tqassim tal-fabbrika u l-ispazju disponibbli

d

Użu tas-sħana żejda għat-tnixxif tal-bijomassa u l-ħama, biex jissaħħan l-ilma tal-alimentazzjoni tal-bojlers u l-ilma tal-proċess, biex jissaħħan il-bini, eċċ.

L-applikabbiltà ta' dan il-metodu tekniku tista' tkun limitata f'każijiet fejn is-sorsi u l-pożizzjonijiet tas-sħana jkunu 'l bogħod minn xulxin

e

Użu ta' termokompressuri

Applikabbli kemm għall-impjanti ġodda kif ukoll għal dawk eżistenti għall-gradi kollha ta' karta u għall-magni tal-kisi, sakemm tkun disponibbli pressjoni tal-fwar medja

f

Iżolament tal-fittings tal-pajpijiet tal-fwar u tal-kondensat

Applikabbli b'mod ġenerali

g

Użu ta' sistemi ta' vakwu effiċjenti fl-enerġija għat-tneħħija tal-ilma

h

Użu ta' muturi, pompi u aġitaturi elettriċi ta' effiċjenza kbira

i

Użu ta' inverters tal-frekwenza għall-fannijiet, il-kompressuri u l-pompi

j

Tqabbil tal-livelli tal-pressjoni tal-fwar mal-ħtiġijiet attwali ta' pressjoni

Deskrizzjoni

(c):Ġenerazzjoni simultanja tas-sħana u l-enerġija elettrika u/jew mekkanika fi proċess wieħed, imsejjaħ impjant ta' koġenerazzjoni tas-sħana u l-enerġija (CHP). L-impjanti CHP fl-industrija tal-polpa u tal-karta ġeneralment jużaw turbini tal-fwar u/jew turbini tal-gass. Il-vijabbiltà ekonomika (l-iffrankar li jista' jinkiseb u ż-żmien għall-kumpens (payback time)) se jiddependu prinċipalment fuq il-prezzijiet tal-elettriku u l-fjuwils.

1.1.5.   L-emissjonijiet ta' irwejjaħ

Dwar l-emissjonijiet ta' gassijiet jintnu li fihom il-kubrit minn fabbriki tal-polpa kraft u tas-sulfit, ara l-BAT speċifiku għall-proċessi mogħti fit-Taqsimiet 1.2.2 u 1.3.2.

BAT 7.

Biex tiġi evitata u mnaqqsal-emissjoni ta' komposti bir-riħa li joriġinaw mis-sistema tal-ilma li jintrema, il-BAT għandu juża kombinazzjoni tat-tekniki mogħtija hawn taħt.

 

Metodu tekniku

I.   Applikabbli għal irwejjaħ relatati mal-għeluq tas-sistemi tal-ilma

a

Il-proċessi tal-fabbriki tal-karta, it-tankijiet, pajpijiet u kaxxi għall-ħażna tal-istokk u l-ilma jiġu mfassla b'mod li jiġu evitati ħinijiet ta' żamma fit-tul, żoni mejta jew żoni t' ftit taħlit fiċ-ċirkwiti tal-ilma u l-unitajiet relatati, biex jiġu evitati depożiti mhux ikkontrollati u t-tħassir u d-dekompożizzjoni ta' materja organika u bijoloġika.

b

Użu ta' bijoċidi, aġenti dispersivi jew aġenti ossidanti (eż. diżinfezzjoni katalitika bil-perossidu tal-idroġenu) biex jiġu kkontrollati l-irwejjaħ u t-tkabbir ta' batterji tat-tħassir.

c

Jiġu installati proċessi ta' trattament intern ('kliewi') biex jitnaqqsu l-konċentrazzjonijiet ta' materja organika u konsegwentement il-problemi possibbli ta' rwejjaħ fis-sistema tal-ilma abjad.

II.   Applikabbli għal irwejjaħ relatati mat-trattament tal-ilma li jintrema u l-immaniġġar tal-ħama, biex jiġu evitati kundizzjonijiet fejn l-ilma li jintrema jew il-ħama jsiru anerobiċi

a

Implimentazzjoni ta' sistemi tad-dranaġġ magħluqa b'fetħiet ikkontrollati, billi jintużaw kimiċi f'xi każijiet biex titnaqqas il-formazzjoni ta' sulfid tal-idroġenu u biex dan jiġi ossidizzat fis-sistemi tad-dranaġġ.

b

Tiġi evitata l-arjazzjoni eċċessiva fil-baċiri tal-ugwalizzazzjoni iżda jinżamm taħlit suffiċjenti.

c

Tiġi assigurata kapaċità ta' arjazzjoni u proprjetajiet ta' taħlit suffiċjenti fit-tankijiet tal-arjazzjoni; reviżjoni tas-sistema tal-arjazzjoni b'mod regolari.

d

Jiġi żgurat tħaddim xieraq tal-ġbir sekondarju għall-iċċarar tal-ħama u l-ippumpjar tal-ħama ta' ritorn

e

Limitazzjoni taż-żmien taż-żamma tal-ħama fil-ħażniet tal-ħama billi l-ħama jintbagħat kontinwament fl-unitajiet tat-tneħħija tal-ilma.

f

Tiġi evitata l-ħażna aktar milli hemm bżonn ta' ilma li jintrema fil-baċir tat-tixrid; żomm il-baċir tat-tixrid vojt.

g

Jekk jintużaw nixxiefa tal-ħama, trattament tal-gassijiet tal-fetħiet tan-nixxiefa termiċi tal-ħama permezz ta' tgħerik jew bijofiltrazzjoni (bħall-filters tal-kompost).

h

Jiġu evitati t-torrijiet tat-tkessiħ tal-arja għall-effluwent ta' ilma mhux ittrattat billi jintużaw skambjaturi tal-pjanċi tas-sħana.

1.1.6.   Il-monitoraġġ tal-parametri ewlenin tal-proċess u tal-emissjonijiet fl-ilma u fl-arja

BAT 8.

Il-BAT għandu jimmonitorja l-parametri ewlenin tal-proċess skont it-tabella mogħtija hawn taħt.

I.   Il-monitoraġġ ta' parametri ewlenin tal-proċess rilevanti għall-emissjonijiet fl-arja

Parametru

Frekwenza tal-monitoraġġ

Pressjoni, temperatura, ossiġnu, CO u kontenut tal-fwar tal-ilma fil-gass mit-tromba taċ-ċumnija għall-proċessi ta' kombustjoni

Kontinwu

II.   Il-monitoraġġ ta' parametri ewlenin tal-proċess rilevanti għall-emissjonijiet fl-ilma

Parametru

Frekwenza tal-monitoraġġ

Fluss tal-ilma, temperatura u pH

Kontinwu

Kontenut ta' P u N fil-bijomassa, indiċi tal-volum ta' ħama, ammonijaka u ortofosfat eċċessivi fl-effluwent, u kontrolli mikroskopiċi tal-bijomassa

Perjodiku

Volum tal-fluss u tal-kontenut ta' CH4 tal-bijogass prodott fit-trattament anerobiku tal-ilma li jintrema

Kontinwu

Kontenuti ta' H2S u CO2 tal-bijogass prodott fit-trattament anerobiku tal-ilma li jintrema

Perjodiku

BAT 9.

Il-BAT għandu jwettaq il-monitoraġġ u l-kejl tal-emissjonijiet fl-arja, kif indikat hawn taħt, fuq bażi regolari bil-frekwenza indikata u skont l-istandards EN. Jekk ma jkunux disponibbli standards EN, il-BAT għandu juża standards ISO, standards nazzjonali jew internazzjonali oħra li jassiguraw il-forniment ta' dejta ta' kwalità xjentifika ekwivalenti.

 

Parametru

Frekwenza tal-monitoraġġ

Sors tal-emissjonijiet

Monitoraġġ assoċjat ma'

a

NOx u SO2

Kontinwu

Bojler ta' rkupru

BAT 21

BAT 22

BAT 36

BAT 37

Perjodiku jew kontinwu

Kalkara tal-ġir

BAT 24

BAT 26

Perjodiku jew kontinwu

Berner iddedikat tat-TRS

BAT 28

BAT 29

b

Trab

Perjodiku jew kontinwu

Berner ta' rkupru (kraft) u kalkara tal-ġir

BAT 23

BAT 27

Perjodiku

Bojler ta' rkupru (sulfit)

BAT 37

c

TRS (inkluż H2S)

Kontinwu

Bojler ta' rkupru

BAT 21

Perjodiku jew kontinwu

Kalkara tal-ġir u berner iddedikat tat-TRS

BAT 24

BAT 25

BAT 28

Perjodiku

Emissjonijiet diffużi minn sorsi differenti (eż. mil-linja tal-fibri, mit-tankijiet, mil-laned tal-laqx, eċċ.) u gassijiet dgħajfa residwi

BAT 11

BAT 20

d

NH3

Perjodiku

Bojler ta' rkupru mgħammar b'SNCR

BAT 36

BAT 10.

Il-BAT għandu jwettaq il-monitoraġġ tal-emissjonijiet fl-ilma, kif indikat hawn taħt, bil-frekwenza indikata u skont l-istandards EN. Jekk ma jkunux disponibbli standards EN, il-BAT għandu juża standards ISO, standards nazzjonali jew internazzjonali oħra li jassiguraw il-forniment ta' dejta ta' kwalità xjentifika ekwivalenti.

 

Parametru

Frekwenza tal-monitoraġġ

Monitoraġġ assoċjat ma'

a

Domanda kimika ta' ossiġnu (COD) jew

Karbonju organiku totali (TOC) (2)

Kuljum (3)  (4)

BAT 19

BAT 33

BAT 40

BAT 45

BAT 50

b

BOD5 jew BOD7

Kull ġimgħa (darba fil-ġimgħa)

c

Solidi sospiżi totali (TSS)

Kuljum (3)  (4)

d

Nitroġenu totali

Kull ġimgħa (darba fil-ġimgħa) (3)

e

Fosfru totali

Kull ġimgħa (darba fil-ġimgħa) (3)

f

EDTA, DTPA (5)

Kull xahar (darba fix-xahar)

g

AOX (skont l-EN ISO 9562:2004) (6)

Kull xahar (darba fix-xahar)

BAT 19: kraft ibbliċjat

Darba kull xahrejn

BAT 33: ħlief fabbriki TCF u NSSC

BAT 40: ħlief fabbriki CTMP u CMP

BAT 45

BAT 50

h

Metalli rilevanti (e.g. Zn, Cu, Cd, Pb, Ni)

Darba fis-sena

 

BAT 11.

Il-BAT għandu jimmonitorja u jivvaluta regolarment l-emissjonijiet diffużi totali mnaqqsa ta' kubrit minn sorsi rilevanti.

Deskrizzjoni

Il-valutazzjoni tal-emissjonijiet diffużi totali mnaqqsa ta' kubrit tista' ssir permezz ta' kejl u valutazzjoni perjodiċi tal-emissjonijiet diffużi minn sorsi differenti (eż. il-linja tal-fibra, it-tankijiet, il-laned tal-laqx, eċċ.) permezz ta' kejl dirett.

1.1.7.   L-immaniġġjar tal-iskart

BAT 12.

Biex jitnaqqsu l-kwantitajiet ta' skart li jintbagħtu għar-rimi, il-BAT għandu jimplimenta valutazzjoni tal-iskart (inklużi inventarji tal-iskart) u sistema ta' ġestjoni, biex jiffaċilita l-użu mill-ġdid tal-iskart, jew jekk ma jsirx hekk, ir-riċiklaġġ tal-iskart, jew jekk ma jsirx hekk, 'irkupru ieħor', inkluża kombinazzjoni tal-metodi tekniċi mogħtija hawn taħt.

 

Metodu tekniku

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a

Ġbir separat ta' frazzjonijiet differenti tal-iskart (inkluża s-separazzjoni u l-klassifikazzjoni ta' skart perikoluż)

Ara t-Taqsima 1.7.3

Applikabbli b'mod ġenerali

b

Amalgamazzjoni ta' frazzjonijiet xierqa tar-residwi biex jinkisbu taħlitiet li jistgħu jintużaw aħjar

Applikabbli b'mod ġenerali

c

Trattament minn qabel ta' residwi tal-proċess qabel użu mill-ġdid jew riċiklaġġ

Applikabbli b'mod ġenerali

d

Irkupru ta' materjali u riċiklaġġ ta' residwi tal-proċess fuq il-post

Applikabbli b'mod ġenerali

e

Irkupru tal-enerġija fuq is-sit jew barra minnu, minn skart b'kontenut organiku għoli

Għall-użu mhux fuq il-post, l-applikabbiltà tiddependi fuq id-disponibbiltà ta' parti terza

f

Użu estern tal-materjal

Tiddependi fuq id-disponibbiltà ta' parti terza

g

Trattament minn qabel tal-iskart qabel ir-rimi

Applikabbli b'mod ġenerali

1.1.8.   L-emissjonijiet fl-ilma

Tingħata aktar informazzjoni dwar it-trattament tal-ilma li jintrema fil-fabbriki tal-polpa u l-karta u l-BAT-AELs speċifiċi għall-proċessi fit-Taqsimiet 1.2 sa 1.6.

BAT 13.

Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tan-nutrijenti (nitroġenu u fosfru) fl-ilmijiet riċeventi, il-BAT għandu jissostitwixxi l-addittivi kimiċi b'kontenut għoli ta' nitroġenu u ta' fosfru b' addittivi li fihom kontenut baxx ta' nitroġenu u fosfru.

Applikabbiltà

Applikabbli jekk in-nitroġenu fl-addittivi kimiċi ma jkunx bijodisponibbli (jiġifieri ma jistax iservi bħala nutrijent fit-trattament bijoloġiku) jew jekk il-bilanċ tan-nutrijenti jkun pożittiv.

BAT 14.

Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' inkwinanti fl-ilmijiet riċeventi, il-BAT għandu juża l-metodi tekniċi kollha mogħtija hawn taħt.

 

Metodu tekniku

Deskrizzjoni

a

Trattament primarju (fiżiku-kimiku)

Ara t-Taqsima 1.7.2.2

b

Trattament sekondarju (bijoloġiku) (7)

BAT 15.

Meta jeħtieġ li jitneħħew aktar sustanzi organiċi, nitroġenu jew fosfru, il-BAT għandu juża trattament terzjarju kif deskritt fit-Taqsima 1.7.2.2.

BAT 16.

Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' inkwinanti fl-ilmijiet riċeventi minn impjanti tat-trattament bijoloġiku tal-ilma li jintrema, il-BAT għandu juża l-metodi tekniċi kollha mogħtija hawn taħt.

 

Metodu tekniku

a

Tfassil u tħaddim xieraq tal-impjant tat-trattament bijoloġiku

b

Kontroll regolari tal-bijomassa attiva

c

Aġġustament tal-provvista tan-nutrijenti (nitroġenu u fosfru) għall-ħtieġa attwali tal-bijomassa attiva

1.1.9.   L-emissjonijiet ta' storbju

BAT 17.

Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' storbju mill-manifattura tal-polpa u l-karta, il-BAT għandu juża kombinazzjoni tal-metodi tekniċi mogħtija hawn taħt.

 

Metodu tekniku

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a

Programm ta' tnaqqis tal-istorbju

Programm ta' tnaqqis tal-istorbju jinkludi l-identifikazzjoni tas-sorsi u taż-żoni affettwati, kalkoli u kejl tal-livelli ta' storbju biex is-sorsi jiġu kklassifikati skont il-livelli ta' storbju, u l-identifikazzjoni tal-aktar kombinazzjoni kost-effettiva ta' metodi tekniċi, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tagħhom.

Applikabbli b'mod ġenerali.

b

Ippjanar strateġiku tal-pożizzjoni tat-tagħmir, l-unitajiet u l-bini

Il-livelli tal-istorbju jistgħu jitnaqqsu billi tiżdied id-distanza bejn l-emittent u r-riċevitur u billi l-bini jintuża bħala lqugħ għall-istorbju.

Applikabbli b'mod ġenerali għall-impjanti ġodda. Fil-każ tal-impjanti eżistenti, il-pożizzjonament differenti tat-tagħmir u tal-unitajiet tal-produzzjoni jista' jkun limitat min-nuqqas ta' spazju jew mill-ispejjeż eċċessivi.

c

Metodi operattivi u ta' ġestjoni f'binjiet li fihom tagħmir storbjuż

Dan jinkludi:

spezzjoni u manutenzjoni aħjar tat-tagħmir biex jiġu evitati l-ħsarat

għeluq tal-bibien u t-twieqi ta' żoni mgħottija

tħaddim tat-tagħmir minn persunal bl-esperjenza

evitar ta' attivitajiet storbjużi matul il-lejl

dispożizzjonijiet għall-kontroll tal-istorbju waqt l-attivitajiet ta' manutenzjoni

Applikabbli b'mod ġenerali.

d

Għeluq ta' tagħmir u unitajiet storbjużi

Għeluq ta' tagħmir storbjuż, bħal dak li jittratta l-injam, unitajiet idrawliċi, u kompressuri f'unitajiet separati, bħal bini jew kabinetti soundproofed, fejn il-kisi intern-estern ikun magħmul minn materjal li jassorbi l-impatti.

e

Użu ta' tagħmir li ma jagħmilx ħafna storbju u mezzi li jnaqqsu l-istorbju fuq it-tagħmir u l-kanali.

f

Iżolament tal-vibrazzjonijiet

Iżolament tal-vibrazzjonijiet tal-makkinarju u arranġament diżakkoppjat tas-sorsi ta' storbju u komponenti potenzjalment riżonanti.

g

Soundproofing tal-bini

Dan jista' jinkludi l-użu ta':

materjali li jassorbu l-istorbju fil-ħitan u s-soqfa

bibien li jiżolaw l-istorbju

twieqi bi ħġieġ doppju

h

Tnaqqis tal-istorbju

Il-propagazzjoni tal-istorbju tista' titnaqqas billi jiddaħħlu barrieri bejn l-emittenti u r-riċevituri. Barrieri xierqa jinkludu ħitan ta' protezzjoni, ċnut u binjiet. Metodi tekniċi xierqa għat-tnaqqis tal-istorbju jinkludu t-twaħħil ta' apparat li jnaqqas il-ħoss u attenwaturi ma' tagħmir storbjuż bħall-molol tal-fwar u l-fetħiet tal-apparat li jnixxef.

Applikabbli b'mod ġenerali għall-impjanti ġodda. Fil-każ tal-impjanti eżistenti, l-inseriment ta' ostakoli għall-ħsejjes jista' jkun limitat min-nuqqas ta' spazju.

i

Użu ta' magni akbar tat-trattament tal-injam biex jitnaqqsu l-ħinijiet tal-irfigħ u t-trasport u l-istorbju miz-zkuk jaqgħu fuq gzuz tal-injam jew fuq il-mejda tal-alimentazzjoni.

Applikabbli b'mod ġenerali.

j

Titjib fil-modi ta' ħidma, eż. tluq taz-zkuk minn distanza iżgħar għal fuq il-gzuz taz-zkuk jew il-mejda tal-alimentazzjoni; feedback immedjat tal-livell ta' storbju għall-ħaddiema.

1.1.10.   Dikummissjonar

BAT 18.

Biex jiġu evitati r-riskji ta' tniġġis meta jiġi dikummissjonat impjant, il-BAT għandu juża l-metodi tekniċi ġenerali mogħtija hawn taħt.

 

Metodu tekniku

a

Jassigura li t-tankijiet u l-pajpijiet ta' taħt l-art jiġu evitati fil-fażi tat-tfassil jew li l-pożizzjoni tagħhom tkun magħrufa bl-eżatt u dokumentata.

b

Jistabbilixxi struzzjonijiet għat-tbattil tat-tagħmir tal-proċess, tar-reċipjenti u l-pajpijiet.

c

Jassigura għeluq nadif meta l-faċilità tingħalaq, eż. biex jitnaddaf u jiġi riabilitat is-sit. Għandhom jiġu salvagwardjati l-funzjonijiet naturali tal-ħamrija, jekk possibbli.

d

Juża programm ta' monitoraġġ, speċjalment fir-rigward tal-ilma ta' taħt l-art, biex jiġu identifikati impatti futuri possibbli fuq is-sit jew fiż-żoni ġirien.

e

Jiżviluppa u jżomm għeluq tas-sit jew skema ta' waqfien, ibbażata fuq analiżi tar-riskju, li tinkludi organizzazzjoni trasparenti tax-xogħol tal-għeluq, filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet lokali speċifiċi rilevanti.

1.2.   KONKLUŻJONIJIET TAL-BAT GĦALL-PROĊESS TAL-PRODUZZJONI TAL-POLPA KRAFT

Għall-fabbriki integrati tal-polpa u l-karta kraft, japplikaw il-konklużjonijiet tal-BAT speċifiċi għall-proċess tal-produzzjoni tal-karta mogħtija fit-Taqsima 1.6, flimkien mal-konklużjonijiet tal-BAT f'din it-taqsima.

1.2.1.   Ilma li jintrema u emissjonijiet fl-ilma

BAT 19.

Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' inkwinanti fl-ilmijiet riċeventi mill-fabbrika sħiħa, il-BAT għandu juża bbliċjar TCF jew ECF modern (ara d-deskrizzjoni fit-Taqsima 1.7.2.1), u kombinazzjoni xierqa tal-metodi tekniċi speċifikati fil-BAT 13, BAT 14, BAT 15 u BAT 16 u tat-tekniki mogħtija hawn taħt.

 

Metodu tekniku

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a

Tisjir modifikat qabel l-ibbliċjar

Ara t-Taqsima 1.7.2.1

Applikabbli b'mod ġenerali

b

Tneħħija tal-lignin bl-ossiġnu qabel l-ibbliċjar

c

Skrinjar magħluq tal-brown stock u ħasil effiċjenti tal-brown stock

d

Riċiklaġġ parzjali tal-ilma tal-proċess fl-impjant tal-ibbliċjar

Ir-riċiklaġġ tal-ilma jista' jkun limitat minħabba l-inkrustazzjoni fl-ibbliċjar

e

Monitoraġġ effettiv u kontroll tat-tixrid b'sistema xierqa ta' rkupru

Applikabbli b'mod ġenerali

f

Żamma tal-kapaċità tal-bojler għall-evaporazzjoni u għall-irkupru tal-likur iswed suffiċjenti biex tlaħħaq mat-tagħbijiet massimi

Applikabbli b'mod ġenerali

g

Tneħħija tal-kondensati kontaminati (maħmuġin) u użu mill-ġdid tal-kondensati fil-proċess

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT

Ara t-Tabella 1 u t-Tabella 2. Dawn il-livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT ma japplikawx għall-fabbriki tat-tidwib tal-polpa kraft.

Il-fluss ta' ilma li jintrema ta' referenza għall-fabbriki kraft huwa stabbilit fil-BAT 5.

Tabella 1

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-iskariku dirett ta' ilma li jintrema fl-ilmijiet riċeventi minn fabbrika tal-polpa kraft ibbliċjata

Parametru

Medja ta' kull sena

kg/ADt (8)

Domanda kimika ta' ossiġnu (COD)

7 – 20

Solidi sospiżi totali (TSS)

0,3 – 1,5

Nitroġenu totali

0,05 – 0,25 (9)

Fosfru totali

0,01 – 0,03 (9)

Ewkaliptu: 0,02 – 0,11 kg/ADt (10)

Aloġeni marbuta b'mod organiku li jistgħu jiġu assorbiti (AOX) (11)  (12)

0 – 0,2


Tabella 2

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-iskariku dirett ta' ilma li jintrema fl-ilmijiet riċeventi minn fabbrika tal-polpa kraft mhux ibbliċjata

Parametru

Medja ta' kull sena

kg/ADt (13)

Domanda kimika ta' ossiġnu (COD)

2,5 – 8

Solidi totali sospiżi (TSS)

0,3 – 1,0

Total ta' nitroġenu

0,1 – 0,2 (14)

Total ta' fosfru totali

0,01 – 0,02 (14)

Il-konċentrazzjoni tal-BOD fl-effluwenti ttrattati hija mistennija li tkun baxxa (madwar 25 mg/l bħala kampjun kompost ta' 24 siegħa).

1.2.2.   Emissjonijiet fl-arja

1.2.2.1.   Tnaqqis tal-emissjonijiet f'gassijiet bir-riħa qawwija u dgħajfa

BAT 20.

Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' rwejjaħ u l-emissjonijiet totali mnaqqsa ta' kubrit minħabba gassijiet bir-riħa qawwija u dgħajfa, il-BAT għandu jevita l-emissjonijiet diffużi billi jaqbad l-effluwent gassuż kollu bbażat fuq il-proċess li fih il-kubrit, inklużi l-fetħiet kollha li fihom il-kubrit, billi japplika l-metodi tekniċi kollha mogħtija hawn taħt.

 

Metodu tekniku

Deskrizzjoni

a

Sistemi ta' ġbir għal gassijiet bir-riħa qawwija u dgħajfa, li jinkludu l-karatteristiċi li ġejjin:

għotjien, hoods għall-ġbid tal-arja, kanali, u sistema tal-estrazzjoni b'kapaċità suffiċjenti;

sistema kontinwa għas-sejbien tat-tnixxijiet;

miżuri u tagħmir tas-sikurezza.

b

Inċinerazzjoni ta' gassijiet qawwija u dgħajfa mhux kondensabbli

L-inċinerazzjoni tista' titwettaq bl-użu ta':

bojler ta' rkupru

kalkara tal-ġir (15)

berner iddedikat tat-TRS mgħammar bi scrubbers imxarrba għat-tneħħija tal-SOx; jew

bojler tal-enerġija (16)

Biex tkun assigurata d-disponibbiltà kostanti tal-inċinerazzjoni għal gassijiet qawwija bir-riħa, jiġu installati sistemi ta' riserva. Il-kalkari tal-ġir jistgħu jservu bħala riserva għall-bojlers ta' rkupru; tagħmir ieħor ta' riserva huma l-flares u l-package boiler

c

Reġistrazzjoni tan-nuqqas ta' disponibbiltà tas-sistema tal-inċinerazzjoni u kull emissjoni li tirriżulta (17)

Applikabbiltà

Applikabbli b'mod ġenerali għall-impjanti ġodda u għal rinnovamenti maġġuri ta' impjanti eżistenti. L-istallazzjoni tat-tagħmir neċessarju tista' tkun diffiċli għall-impjanti eżistenti minħabba t-tqassim u r-restrizzjonijiet tal-ispazju. L-applikabbiltà tal-inċinerazzjoni tista' tkun limitata għal raġunijiet ta' sigurtà, u f'dan il-każ jistgħu jintużaw scrubbers imxarrbin.

Il-livell ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT tal-kubrit totali mnaqqas (TRS) fil-gassijiet dgħajfa residwi huwa ta' 0,05 – 0,2 kg S/ADt.

1.2.2.2.   Tnaqqis tal-emissjonijiet minn bojler ta' rkupru

Emissjonijiet ta' SO2 u TRS

BAT 21.

Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-SO2 u tat-TRS minn bojler ta' rkupru, il-BAT għandu juża kombinazzjoni tal-metodi tekniċi mogħtija hawn taħt.

 

Metodu tekniku

Deskrizzjoni

a

Żieda fil-kontenut ta' solidi xotti (DS) tal-likur iswed

Il-likur iswed jista' jiġi kkonċentrat permezz ta' proċess ta' evaporazzjoni qabel il-ħruq

b

Titjib tal-ħruq

Il-kundizzjonijiet tal-ħruq jistgħu jittejbu, eż. permezz ta' taħlit tajjeb tal-arja u l-fjuwil, kontroll tat-tagħbija tal-forn, eċċ.

c

Scrubber imxarrab

Ara t-Taqsima 1.7.1.3

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT

Ara t-Tabella 3.

Tabella 3

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-emissjonijiet tal-SO2 u tat-TRS minn bojler ta' rkupru

Parametru

Medja ta' kuljum (18)  (19)

mg/Nm3 f'livell ta' 6 % O2

Medja ta' kull sena (18)

mg/Nm3 f'livell ta' 6 % O2

Medja ta' kull sena (18)

kg S/ADt

SO2

DS < 75 %

10 – 70

5 – 50

DS 75 – 83 % (20)

10 – 50

5 – 25

Kubrit totali mnaqqas (TRS)

1 – 10 (21)

1 – 5

S gassuż (TRS-S + SO2-S)

DS < 75 %

0,03 – 0,17

DS 75 – 83 % (20)

0,03 – 0,13

Emissjonijiet ta' NOx

BAT 22.

Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' NOx minn bojler ta' rkupru, il-BAT għandu juża sistema ta' ħruq ottimizzata li tinkludi l-karatteristiċi kollha mogħtija hawn taħt.

 

Metodu tekniku

a

Kontroll kompjuterizzat tal-kombustjoni

b

Taħlit tajjeb tal-fjuwil u l-arja

c

Sistemi ta' alimentazzjoni tal-arja fi stadji, eż. billi jintużaw reġistri tal-arja u fetħiet għad-dħul tal-arja differenti

Applikabbiltà

It-teknika (c) hija applikabbli għall-bojlers ta' rkupru ġodda u fil-każ ta' rinnovament maġġuri ta' bojlers ta' rkupru, billi din it-teknika teħtieġ bidliet konsiderevoli fis-sistemi tal-alimentazzjoni tal-arja u fil-forn.

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT

Ara t-Tabella 4.

Tabella 4

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-emissjonijiet ta' NOx minn bojler ta' rkupru

Parametru

Medja ta' kull sena (22)

mg/Nm3 f'livell ta' 6 % O2

Medja ta' kull sena (22)

kg NOx/ADt

NOx

Injam artab

120 – 200 (23)

DS < 75 %: 0,8 – 1,4

DS 75 – 83 % (24): 1,0 – 1,6

Injam iebes

120 – 200 (23)

DS < 75 %: 0,8 – 1,4

DS 75 – 83 % (24): 1,0 – 1,7

Emissjonijiet ta' trab

BAT 23.

Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tat-trab minn bojler ta' rkupru, il-BAT għandu juża preċipitatur elettrostatiku (ESP) jew kombinazzjoni ta' ESP u scrubber imxarrab.

Deskrizzjoni

Ara t-Taqsima 1.7.1.1.

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT

Ara t-Tabella 5.

Tabella 5

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-emissjonijiet tat-trab minn bojler ta' rkupru

Parametru

Sistema ta' tnaqqis tat-trab

Medja ta' kull sena

mg/Nm3 f'livell ta' 6 % O2

Medja ta' kull sena

kg trab/ADt

Trab

Ġdida jew rinnovament maġġuri

10 – 25

0,02 – 0,20

Eżistenti

10 – 40 (25)

0,02 – 0,3 (25)

1.2.2.3.   Tnaqqis tal-emissjonijiet minn kalkara tal-ġir

Emissjonijiet ta' SO2

BAT 24.

Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-SO2 minn kalkara tal-ġir, il-BAT għandu japplika metodu tekniku wieħed jew kombinazzjoni tat-tekniki mogħtija hawn taħt.

 

Metodu tekniku

Deskrizzjoni

a

Għażla tal-fjuwil/fjuwil b'kontenut baxx ta' kubrit

Ara t-Taqsima 1.7.1.3

b

Limitazzjoni tal-inċinerazzjoni ta' gassijiet bir-riħa qawwija li fihom il-kubrit fil-kalkara tal-ġir

c

Kontroll tal-kontenut tal-Na2S fl-alimentazzjon tal-ħama tal-ġir

d

Scrubber tal-alkalina

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT

Ara t-Tabella 6.

Tabella 6

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-emissjonijiet ta' SO2 u tal-kubrit minn kalkara tal-ġir

Parametru (26)

Medja ta' kull sena

mg SO2/Nm3 f'livell ta' 6 % O2

Medja ta' kull sena

kg S/ADt

SO2 meta l-gassijiet qawwija ma jinħarqux fil-kalkara tal-ġir

5 – 70

SO2 meta l-gassijiet qawwija jinħarqu fil-kalkara tal-ġir

55 – 120

S gassuż (TRS-S + SO2-S) meta l-gassijiet qawwija ma jinħarqux fil-kalkara tal-ġir

0,005 – 0,07

S gassuż (TRS-S + SO2-S) meta l-gassijiet qawwija jinħarqu fil-kalkara tal-ġir

0,055 – 0,12

Emissjonijiet ta' TRS

BAT 25.

Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tat-TRS minn kalkara tal-ġir, il-BAT għandu japplika metodu tekniku wieħed jew kombinazzjoni tal-metodi tekniċi mogħtija hawn taħt.

 

Metodu tekniku

Deskrizzjoni

a

Kontroll tal-ossiġnu żejjed

Ara t-Taqsima 1.7.1.3

b

Kontroll tal-kontenut ta' Na2S fl-alimentazzjoni tal-ħama tal-ġir

c

Kombinazzjoni ta' ESP u scrubber tal-alkalina

Ara t-Taqsima 1.7.1.1

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT

Ara t-Tabella 7.

Tabella 7

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-emissjonijiet tat-TRS minn kalkara tal-ġir

Parametru

Medja ta' kull sena

mg S/Nm3 f'livell ta' 6 % O2

Kubrit totali mnaqqas (TRS)

< 1 – 10 (27)

Emissjonijiet ta' NOx

BAT 26.

Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-NOx minn kalkara tal-ġir, il-BAT għandu japplika kombinazzjoni tal-metodi tekniċi mogħtija hawn taħt.

 

Metodu tekniku

Deskrizzjoni

a

Kombustjoni u kontroll tal-kombustjoni ottimizzati

Ara t-Taqsima 1.7.1.2

b

Taħlit tajjeb tal-fjuwil u l-arja

c

Berner b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' NOx

d

Għażla tal-fjuwil/fjuwil b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' N

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT

Ara t-Tabella 8.

Tabella 8

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-emissjonijiet ta' NOx minn kalkara tal-ġir

Parametru

Medja ta' kull sena

mg/Nm3 f'livell ta' 6 % O2

Medja ta' kull sena

kg NOx/ADt

NOx

Fjuwils likwidi

100 – 200 (28)

0,1 – 0,2 (28)

Fjuwils gassużi

100 – 350 (29)

0,1 – 0,3 (29)

Emissjonijiet ta' trab

BAT 27.

Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tat-trab minn kalkara tal-ġir, il-BAT għandu juża preċipitatur elettrostatiku (ESP) jew kombinazzjoni ta' ESP u scrubber imxarrab.

Deskrizzjoni

Ara t-Taqsima 1.7.1.1.

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT

Ara t-Tabella 9.

Tabella 9

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-emissjonijiet tat-trab minn kalkara tal-ġir

Parametru

Sistema ta' tnaqqis tat-trab

Medja ta' kull sena

mg/Nm3 f'livell ta' 6 % O2

Medja ta' kull sena

kg trab/ADt

Trab

Ġdida jew rinnovamenti maġġuri

10 – 25

0,005 – 0,02

Eżistenti

10 – 30 (30)

0,005 – 0,03 (30)

1.2.2.4.   Tnaqqis tal-emissjonijiet minn berner għal gassijiet qawwija bir-riħa (berner iddedikat għat-TRS)

BAT 28.

Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-SO2 mill-inċinerazzjoni ta' gassijiet qawwija bir-riħa f'berner iddedikat għat-TRS, il-BAT għandu juża scrubber tal-SO2 bl-alkalina.

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT

Ara t-Tabella 10.

Tabella 10

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-emissjonijiet tal-SO2 u tat-TRS mill-inċinerazzjoni ta' gassijiet qawwija f'berner iddedikat għat-TRS

Parametru

Medja ta' kull sena

mg/Nm3 f'livell ta' 9 % O2

Medja ta' kull sena

kg S/ADt

SO2

20 – 120

TRS

1 – 5

 

S gassużi (TRS-S + SO2-S)

0,002 – 0,05 (31)

BAT 29.

Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-NOx mill-inċinerazzjoni ta' gassijiet bir-riħa qawwija f'berner iddedikat għat-TRS, il-BAT għandu juża metodu tekniku wieħed jew kombinazzjoni tal-metodi tekniċi mogħtija hawn taħt.

 

Metodu tekniku

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a

Ottimizzazzjoni tal-berner/ħruq

Ara t-Taqsima 1.7.1.2

Applikabbli b'mod ġenerali

b

Inċinerazzjoni fi stadji

Ara t-Taqsima 1.7.1.2

Applikabbli b'mod ġenerali għall-impjanti ġodda u għal rinnovamenti maġġuri. Għall-fabbriki eżistenti, applikabbli biss jekk l-ispazju jippermetti l-inseriment ta' tagħmir ġdid

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT

Ara t-Tabella 11.

Tabella 11

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-emissjonijiet ta' NOx mill-inċinerazzjoni ta' gassijiet qawwija f'berner iddedikat għat-TRS

Parametru

Medja ta' kull sena

mg/Nm3 f'livell ta' 9 % O2

Medja ta' kull sena

kg NOx/ADt

NOx

50 – 400 (32)

0,01 – 0,1 (32)

1.2.3.   Ġenerazzjoni tal-iskart

BAT 30.

Biex tiġi evitata l-ġenerazzjoni tal-iskart u jiġi minimizzat l-ammont ta' skart solidu li jrid jintrema, il-BAT għandu jirriċikla fil-proċess it-trab mill-ESPs tal-bojler ta' rkupru tal-likur iswed.

Applikabbiltà

Ir-riċirkolazzjoni tat-trab tista' tkun limitata minħabba elementi mhux tal-proċess fit-trab.

1.2.4.   Konsum u effiċjenza tal-enerġija

BAT 31.

Biex jitnaqqas il-konsum tal-enerġija termali (fwar), jiġi massimizzat il-benefiċċju tat-trasportaturi tal-enerġija li jintużaw, u biex jitnaqqas il-konsum tal-elettriku, il-BAT għandu japplika kombinazzjoni tal-metodi tekniċi mogħtija hawn taħt.

 

Metodu tekniku

a

Kontenut għoli ta' solidi xotti magħmul mill-qoxra tal-injam, bl-użu ta' preses jew tnixxif effiċjenti

b

Bojlers tal-fwar ta' effiċjenza kbira, eż. temperaturi baxxi tal-gass mit-tromba ta' ċumnija

c

Sistemi ta' tisħin sekondarju effettivi

d

Għeluq tas-sistemi tal-ilma, inkluż l-impjant tal-ibbliċjar

e

Konċentrazzjoni kbira ta' polpa (teknika ta' konsistenza medja jew ħoxna)

f

Impjant tal-evaporazzjoni ta' effiċjenza kbira

g

Irkupru tas-sħana mit-tankijiet tat-tidwib, eż. permezz ta' scrubbers tal-fetħiet

h

Irkupru u użu tal-flussi ta' temperatura baxxa mill-effluwenti u sorsi oħra ta' sħana li jintremaja biex jissaħħan il-bini, l-ilma tal-alimentazzjoni tal-bojlers u l-ilma tal-proċess

i

Użu xieraq tas-sħana sekondarja u tal-kondensat sekondarju

j

Monitoraġġ u kontroll tal-proċessi, bl-użu ta' sistemi ta' kontroll avvanzati

k

Ottimizzazzjoni tan-netwerk integrat tal-iskambjaturi tas-sħana

l

Irkupru tas-sħana mill-gass taċ-ċumnija mill-bojler ta' rkupru bejn l-ESP u l-fann

m

Assigurazzjoni tal-ogħla konsistenza possibbli tal-polpa fl-iskrinjar u t-tindif

n

Użu ta' kontroll tal-veloċità ta' diversi muturi kbar

o

Użu ta' pompi tal-vakwu effiċjenti

p

Daqs xieraq tal-pajpijiet, tal-pompi u tal-fannijiet

q

Livelli ottimizzati tat-tankijiet

BAT 32.

Biex iżid l-effiċjenza tal-ġenerazzjoni tal-enerġija, il-BAT għandu japplika kombinazzjoni tal-metodi tekniċi mogħtija hawn taħt.

 

Metodu tekniku

a

Kontenut solidu xott għoli tal-likur iswed (iżid l-effiċjenza tal-bojler, il-ġenerazzjoni tal-fwar u b'hekk il-ġenerazzjoni tal-elettriku)

b

Pressjoni u temperatura għolja tal-bojler ta' rkupru; fil-bojlers ta' rkupru ġodda l-pressjoni tista' tkun mill-anqas 100 bar u t-temperatura 510 °C

c

Pressjoni baxxa tal-fwar fl-iżbokk daqs kemm teknikament fattibbli

d

Turbina ta' kondensazzjoni għall-produzzjoni tal-enerġija mill-fwar żejjed

e

Effiċjenza kbira tat-turbina

f

Tisħin minn qabel tal-ilma tal-alimentazzjoni għal temperatura qrib it-temperatura tat-togħlija

g

Tisħin minn qabel tal-arja tal-kombustjoni u l-fjuwil iċċarġjat lill-bojlers

1.3.   KONKLUŻJONIJIET TAL-BAT GĦALL-PROĊESS TAL-PRODUZZJONI TAL-POLPA BIS-SULFIT

Għall-fabbriki integrati tal-polpa u l-karta bis-sulfit, japplikaw il-konklużjonijiet tal-BAT speċifiċi għall-proċess tal-produzzjoni tal-karta mogħtija fit-Taqsima 1.6, flimkien mal-BAT f'din it-taqsima.

1.3.1.   L-ilma li jintrema u l-emissjonijiet fl-ilma

BAT 33.

Biex jiġu evitati u mnaqqsal-emissjonijiet ta' inkwinanti fl-ilmijiet riċeventi mill-fabbrika kollha, il-BAT għandu juża kombinazzjoni xierqa tal-metodi tekniċi speċifikati fil-BAT 13, il-BAT 14, il-BAT 15 u l-BAT 16 u tal-metodi tekniċi mogħtija hawn taħt.

 

Metodu tekniku

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a

Tisjir modifikat estiż qabel l-ibbliċjar.

Ara t-Taqsima 1.7.2.1

L-applikabbiltà tista' tkun limitata minħabba r-rekwiżiti tal-kwalità tal-polpa (meta tkun meħtieġa ħafna saħħa).

b

Tneħħija tal-lignin bl-ossiġnu qabel l-ibbliċjar

c

Skrinjar magħluq tal-brown stock u ħasil effiċjenti tal-brown stock.

Applikabbli b'mod ġenerali.

d

Evaporazzjoni tal-effluwenti mill-istadju tal-estrazzjoni sħuna tal-alkalina u inċinerazzjoni tal-konċentrati f'bojler tas-soda.

Applikabbiltà limitata għall-fabbriki tad-dissolving pulp, meta trattament bijoloġiku f'ħafna stadji tal-effluwenti jipprovdi sitwazzjoni ambjentali ġenerali aktar favorevoli.

e

Ibbliċjar TCF.

Applikabbiltà limitata għall-fabbriki tal-polpa tal-karti kummerċjali li jipproduċu polpa ta' tleqqija għolja u għall-fabbriki li jimmanifatturaw polpa speċjali għal applikazzjonijiet kimiċi.

f

Ibbliċjar biċ-ċirkwit magħluq.

Applikabbli biss għal impjanti li jużaw l-istess bażi għat-tisjir u aġġustament tal-pH fl-ibbliċjar.

g

Ibbliċjar minn qabel ibbażat fuq l-MgO u riċirkolazzjoni tal-likwidi tal-ħasil mill-ibbliċjar minn qabel għall-ħasil tal-brown stock.

L-applikabbiltà tista' tkun limitata minn fatturi bħall-kwalità tal-prodott (eż. purità, indafa u tleqqija), in-numru kappa wara t-tisjir, il-kapaċità idrawlika tal-istallazzjoni u l-kapaċità tat-tankijiet, l-evaporaturi u l-bojlers ta' rkupru, u l-possibbiltà li jitnaddaf it-tagħmir tat-tindif.

h

Aġġustament tal-pH ta' likur dgħajjef qabel/ġewwa l-impjant tal-evaporazzjoni.

Applikabbli b'mod ġenerali għall-impjanti bbażati fuq il-manjeżju. Meħtieġa l-kapaċità żejda fil-bojler ta' rkupru u fiċ-ċirkwit tal-irmied.

i

Trattament anerobiku tal-kondensati mill-evaporaturi.

Applikabbli b'mod ġenerali.

j

Tneħħija u rkupru tal-SO2 mill-kondensati tal-evaporaturi.

Applikabbli jekk ikun meħtieġ għall-protezzjoni tat-trattament anerobiku tal-effluwent.

k

Monitoraġġ u kontroll effettiv tat-tixrid, anki b'sistema ta' rkupru tal-kimiċi u l-enerġija.

Applikabbli b'mod ġenerali.

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT

Ara t-Tabella 12 u t-Tabella 13. Dawn il-livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT ma japplikawx għall-fabbriki tad-dissolving pulp u għall-manifattura ta' polpa speċjali għal applikazzjonijiet kimiċi.

Il-fluss ta' ilma li jintrema ta' referenza għall-fabbriki tas-sulfit huwa stabbilit fil-BAT 5.

Tabella 12

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-iskariku dirett ta' ilma li jintrema fl-ilmijiet riċeventi minn fabbrika tal-polpa li timmanifattura polpa tal-grad ta' karta bbliċjata bis-sulfit u magnefite

Parametru

Polpa tal-grad ta' karta bbliċjata bis-sulfit (33)

Polpa tal-grad ta' karta magnefite (33)

 

Medja ta' kull sena

kg/ADt (34)

Medja ta' kull sena

kg/ADt

Domanda kimika ta' ossiġnu (COD)

10 – 30 (35)

20 – 35

Solidi sospiżi totali (TSS)

0,4 – 1,5

0,5 – 2,0

Nitroġenu totali

0,15 – 0,3

0,1 – 0,25

Fosfru totali

0,01 – 0,05 (35)

0,01 – 0,07

 

Medja ta' kull sena

mg/l

 

Aloġeni marbuta b'mod organiku li jistgħu jiġu assorbiti (AOX)

0,5 – 1,5 (36)  (37)

 


Tabella 13

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-iskariku dirett ta' ilma li jintrema fl-ilmijiet riċeventi minn fabbrika tal-polpa bis-sulfit li timmanifattura polpa NSSC

Parametru

Medja ta' kull sena

kg/ADt (38)

Domanda kimika ta' ossiġnu (COD)

3,2 – 11

Solidi sospiżi totali (TSS)

0,5 – 1,3

Nitroġenu totali

0,1 – 0,2 (39)

Fosfru totali

0,01 – 0,02

Il-konċentrazzjoni tal-BOD fl-effluwenti ttrattati hija mistennija li tkun baxxa (madwar 25 mg/l bħala kampjun kompost ta' 24 siegħa).

1.3.2.   Emissjonijiet fl-arja

BAT 34.

Biex jiġu evitati u mnaqqsal-emissjonijiet tal-SO2, il-BAT għandu jiġbor il-flussi kollha b'konċentrazzjoni kbira tal-gass SO2 mill-produzzjoni tal-likur aċiduż, id-diġesturi, id-diffużuri jew il-blow tanks u jirkupra l-komponenti tal-kubrit.

BAT 35.

Biex jiġu evitati u mnaqqsal-emissjonijiet li fihom il-kubrit u l-emissjonijiet bir-riħa mill-ħasil, mill-iskrinjar u mill-evaporaturi, il-BAT għandu jiġbor dawn il-gassijiet dgħajfa u japplika wieħed mill-metodi tekniċi mogħtija hawn taħt.

 

Metodu tekniku

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a

Inċinerazzjoni f'bojler ta' rkupru

Ara t-Taqsima 1.7.1.3

Mhux applikabbli għall-fabbriki tal-polpa bis-sulfit li jużaw tisjir ibbażat fuq il-kalċju. Dawn il-fabbriki ma joperawx bojler ta' rkupru

b

Scrubber imxarrab

Ara t-Taqsima 1.7.1.3

Applikabbli b'mod ġenerali

BAT 36.

Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-NOx minn bojler ta' rkupru, il-BAT għandu juża sistema ta' ħruq ottimizzata li tinkludi wieħed mill-metodi tekniċi mogħtija hawn taħt jew kombinazzjoni tagħhom.

 

Metodu tekniku

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a

Ottimizzazzjoni tal-bojler ta' rkupru permezz ta' kontroll tal-kundizzjonijiet ta' ħruq

Ara t-Taqsima 1.7.1.2

Applikabbli b'mod ġenerali

b

Injezzjoni gradwali tal-likur mitfi

Applikabbli għal bojlers ta' rkupru kbar u bojlers ta' rkupru li jkunu ġarrbu rinnovamenti kbar

c

Tnaqqis mhux katalittiku selettiv (SNCR)

Il-modifikazzjoni tal-bojlers ta' rkupru eżistenti tista' tkun limitata minħabba l-problemi ta' skala u l-ħtiġijiet akbar assoċjati ta' tindif u manutenzjoni. Għall-fabbriki bbażati fuq l-ammonju, ma kienet irrapportata l-ebda applikazzjoni; iżda minħabba kundizzjonijiet speċifiċi fil-gass li jintrema, l-SNCR huwa mistenni li jkun mingħajr effett. Mhux applikabbli għall-fabbriki bbażati fuq is-sodju minħabba r-riskju ta' splużjoni

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT

Ara t-Tabella 14.

Tabella 14

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-emissjonijiet ta' NOx u NH3 minn bojler ta' rkupru

Parametru

Medja ta' kuljum

mg/Nm3 f'livell ta' 5 % O2

Medja ta' kull sena

mg/Nm3 f'livelli ta' 5 % O2

NOx

100 – 350 (40)

100 – 270 (40)

NH3 (ħruġ ta' ammonijaka għall-SNCR)

< 5

BAT 37.

Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tat-trab u tal-SO2 minn bojler ta' rkupru, il-BAT għandu juża wieħed mill-metodi tekniċi mogħtija hawn taħt u jillimita l-“operazzjoni aċiduża” tal-iscrubbers għall-minimu meħtieġ biex jassigura l-funzjonament xieraq tagħhom.

 

Metodu tekniku

Deskrizzjoni

a

ESP jew multiċikluni bi scrubbers ta' venturi b'ħafna stadji

Ara t-Taqsima 1.7.1.3

b

ESP jew multiċikluni bi scrubbers downstream bi dħul doppju b'ħafna stadji

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT

Ara t-Tabella 15.

Tabella 15

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-emissjonijiet tat-trab u tal-SO2 minn bojler ta' rkupru

Parametru

Medja fuq il-perjodu tat-teħid tal-kampjuni

mg/Nm3 f'livell ta' 5 % O2

Trab

5 – 20 (41)  (42)

 

Medja ta' kuljum

mg/Nm3 f'livell ta' 5 % O2

Medja ta' kull sena

mg/Nm3 f'livell ta' 5 % O2

SO2

100 – 300 (43)  (44)  (45)

50 – 250 (43)  (44)

Il-livell tal-prestazzjoni ambjentali assoċjat mal-BAT huwa d-dewmien ta' operazzjoni bl-aċidu ta' madwar 240 siegħa fis-sena għall-iscrubbers, u anqas minn 24 siegħa fix-xahar għall-aħħar scrubber monosulfit.

1.3.3.   Il-konsum u l-effiċjenza tal-enerġija

BAT 38.

Biex jitnaqqas il-konsum tal-enerġija termali (fwar), jiġi massimizzat il-benefiċċju tat-trasportaturi tal-enerġija li jintużaw, u biex jitnaqqas il-konsum tal-elettriku, il-BAT għandu juża kombinazzjoni tal-metodi tekniċi mogħtija hawn taħt.

 

Metodu tekniku

a

Kontenut għoli ta' solidi xotti magħmul mill-qoxra tal-injam, bl-użu ta' preses jew tnixxif effiċjenti

b

Bojlers tal-fwar ta' effiċjenza kbira, eż. temperaturi baxxi tal-gass tal-egżost

c

Sistemi ta' tisħin sekondarju effettivi

d

Għeluq tas-sistemi tal-ilma, inkluż l-impjant tal-ibbliċjar

e

Konċentrazzjoni kbira tal-polpa (metodi tekniċi ta' konsistenza medja jew ħoxna)

f

Irkupru u użu tal-flussi ta' temperatura baxxa mill-effluwenti u sorsi oħra ta' sħana li jintremaja biex jissaħħan il-bini, l-ilma tal-alimentazzjoni tal-bojlers u l-ilma tal-proċess

g

Użu xieraq tas-sħana sekondarja u tal-kondensat sekondarju

h

Monitoraġġ u kontroll tal-proċessi, bl-użu ta' sistemi ta' kontroll avvanzati

i

Ottimizzazzjoni tan-netwerk integrat tal-iskambjaturi tas-sħana

j

Assigurazzjoni tal-ogħla konsistenza possibbli tal-polpa fl-iskrinjar u t-tindif

k

Livelli ottimizzati tat-tankijiet

BAT 39.

Biex iżid l-effiċjenza tal-ġenerazzjoni tal-enerġija, il-BAT għandu japplika kombinazzjoni tal-metodi tekniċi mogħtija hawn taħt.

 

Metodu tekniku

a

Pressjoni u temperatura għolja tal-bojler ta' rkupru

b

Pressjoni baxxa tal-fwar fl-iżbokk fit-turbina tal-pressjoni lura daqs kemm teknikament fattibbli

c

Turbina ta' kondensazzjoni għall-produzzjoni tal-enerġija mill-fwar żejjed

d

Effiċjenza kbira tat-turbina

e

Tisħin minn qabel tal-ilma tal-alimentazzjoni għal temperatura qrib it-temperatura tat-togħlija

f

Tisħin minn qabel tal-arja tal-kombustjoni u l-fjuwil iċċarġjat lill-bojlers

1.4.   KONKLUŻJONIJIET TAL-BAT GĦALL-PRODUZZJONI TAL-POLPA MEKKANIKA U L-PRODUZZJONI TAL-POLPA KEMIMEKKANIKA

Il-konklużjonijiet tal-BAT f'din it-taqsima japplikaw għall-fabbriki integrati kollha tal-polpa mekkanika, il-karta u l-kartun u għall-fabbriki tal-polpa mekkanika, il-fabbriki tal-polpa CTMP u CMP. il-BAT 49, il-BAT 51, il-BAT 52c u l-BAT 53 japplikaw għall-produzzjoni tal-karta f'fabbriki integrati tal-polpa mekkanika, il-karta u l-kartun, flimkien mal-konklużjonijiet tal-BAT f'din it-taqsima.

1.4.1.   L-ilma li jintrema u l-emissjonijiet fl-ilma

BAT 40.

Biex jitnaqqas l-użu tal-ilma ħelu, il-fluss tal-ilma li jintrema, u t-tagħbija tat-tniġġis, il-BAT għandu juża kombinazzjoni xierqa tal-metodi tekniċi speċifikati fil-BAT 13, fil-BAT 14, fil-BAT 15 u fil-BAT 16 u tal-metodi tekniċi mogħtija hawn taħt.

 

Metodu tekniku

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a

Fluss kontra l-kurrent tal-ilma tal-proċess u separazzjoni tas-sistemi tal-ilma.

Ara t-Taqsima 1.7.2.1

Applikabbli b'mod ġenerali

b

Ibbliċjar b'konsistenza għolja.

c

Stadju tal-ħasil qabel l-irfinar tal-polpa mekkanika tal-injam artab permezz ta' trattament minn qabel tal-laqx.

d

Sostituzzjoni tal-NaOH bis-Ca(OH)2 jew Mg(OH)2 bħala alkali fl-ibbliċjar bil-perossidu.

L-applikabbiltà għall-ogħla livelli ta' tleqqija tista' tkun ristretta

e

Irkupru tal-fibri u l-fillers u trattament tal-ilma abjad (produzzjoni tal-karta).

Applikabbli b'mod ġenerali

f

Disinn u kostruzzjoni ottimali tat-tankijiet u l-kaxxi (produzzjoni tal-karta).

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT

Ara t-Tabella 16. Dawn il-BAT-AELs japplikaw ukoll għall-fabbriki tal-polpa mekkanika. Il-fluss ta' ilma li jintrema ta' referenza għall-fabbriki integrati tal-polpa mekkanika, CTM u CTMP huma stabbiliti biss fil-BAT 5.

Tabella 16

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-iskariku dirett ta' ilma li jintrema fl-ilmijiet riċeventi mill-produzzjoni integrata tal-karta u l-kartun minn polpi mekkaniċi prodotti fis-sit

Parametru

Medja ta' kull sena

kg/t

Domanda kimika ta' ossiġnu (COD)

0,9 – 4,5 (46)

Solidi sospiżi totali (TSS)

0,06 – 0,45

Nitroġenu totali

0,03 – 0,1 (47)

Fosfru totali

0,001 – 0,01


Tabella 17

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-iskariku ta' ilma li jintrema fl-ilmijiet riċeventi minn fabbrika tal-polpa CTMP jew CMP

Parametru

Medja ta' kull sena

kg/ADt

Domanda totali ta' ossiġnu (COD)

12 – 20

Solidi sospiżi totali (TSS)

0,5 – 0,9

Nitroġenu totali

0,15 – 0,18 (48)

Fosfru totali

0,001 – 0,01

Il-konċentrazzjoni tal-BOD fl-effluwenti ttrattati hija mistennija li tkun baxxa (madwar 25 mg/l bħala kampjun kompost ta' 24 siegħa).

1.4.2.   Il-konsum u l-effiċjenza tal-enerġija

BAT 41.

Biex jitnaqqas il-konsum tal-enerġija termali u elettrika, il-BAT għandu juża kombinazzjoni tal-metodi tekniċi mogħtija hawn taħt.

 

Metodu tekniku

Applikabbiltà

a

Użu ta' raffinaturi li jużaw l-enerġija b'mod effiċjenti

Applikabbli meta jiġi mibdul, mibni mill-ġdid jew imtejjeb tagħmir tal-proċess

b

Irkupru estensiv tas-sħana sekondarja minn raffinaturi TMP u CTMP u użu mill-ġdid tal-fwar irkuprat fit-tnixxif tal-karta jew tal-polpa

Applikabbli b'mod ġenerali

c

Minimizzazzjoni tat-telf tal-fibra billi jintużaw sistemi effiċjenti ta' raffinazzjoni tar-rifjuti (raffinaturi sekondarji)

d

Stallazzjoni ta' tagħmir li jiffranka l-enerġija, inkluż kontroll awtomatizzat tal-proċess minflok sistemi manwali

e

Tnaqqis tal-użu tal-ilma ħelu permezz ta' trattament intern tal-ilma tal-proċess u sistemi ta' riċirkolazzjoni

f

Tnaqqis tal-użu dirett tal-fwar permezz ta' integrazzjoni bir-reqqa tal-proċessi bl-użu pereżempju ta' pinch analysis

1.5.   KONKLUŻJONIJIET TAL-BAT GĦALL-IPPROĊESSAR TA' KARTA GĦAR-RIĊIKLAĠĠ

Il-konklużjonijiet tal-BAT f'din it-taqsima japplikaw għall-fabbriki RCF integrati kollha u għall-fabbriki tal-polpa RCF. Il-BAT 49, il-BAT 51, il-BAT 52c u l-BAT 53 japplikaw ukoll għall-produzzjoni tal-karta f'fabbriki integrati tal-polpa, karta u kartun RCF, flimkien mal-konklużjonijiet tal-BAT f'din it-taqsima.

1.5.1.   Il-ġestjoni tal-materjali

BAT 42.

Biex ikun evitat it-tniġġis tal-ħamrija u tal-ilma ta' taħt l-art jew biex jitnaqqas ir-riskju ta'dan, u biex jitnaqqas il-ġarr bir-riħ tal-karta għar-riċiklaġġ u l-emissjonijiet imxerrda tat-trab mid-depost tal-karti għar-riċiklaġġ, il-BAT għandu juża metodu tekniku jew kombinazzjoni tal-metodi tekniċi mogħtija hawn taħt.

 

Metodu tekniku

Applikabbiltà

a

Uċuħ ebsin taż-żona tal-ħżin ta' karti għar-riċiklaġġ

Applikabbli b'mod ġenerali

b

Ġbir tal-iskol ikkontaminat miż-żona tal-ħżin tal-karti għar-riċiklaġġ u trattament f'impjant tat-trattament tal-ilma li jintrema (ilma tax-xita mhux ikkontaminat, eż. mis-soqfa jista' jiġi skarikat separatament)

L-applikabbiltà tista' tkun limitata mill-grad ta' kontaminazzjoni tal-iskol (konċentrazzjoni baxxa) u/jew id-daqs tal-impjanti tat-trattament tal-ilma li jintrema (volumi kbar)

c

Tidwir tat-terren tad-depost tal-karti għar-riċiklaġġ bi stekkati bħala protezzjoni kontra l-ġarr bir-riħ

Applikabbli b'mod ġenerali

d

Tindif regolari taż-żona tal-ħażna u knis tal-mogħdijiet assoċjati u tbattil tal-gullies biex jitnaqqsu l-emissjonijiet imxerrda tat-trab. Dan inaqqas id-debris tal-karti u l-fibri li jittajru bir-riħ u t-tgħaffiġ tal-karti mit-traffiku fuq is-sit, li jista' jikkawża emissjoni addizzjonali tat-trab, speċjalment fl-istaġun xott.

Applikabbli b'mod ġenerali

e

Ħażna tal-balal jew tal-karti maħlula taħt saqaf biex il-materjal jiġi protett mill-influwenzi tat-temp (indewwa, proċessi ta' degradazzjoni mikrobijoloġiċi, eċċ.)

L-applikabbiltà tista' tkun limitata mid-daqs taż-żona

1.5.2.   L-ilma li jintrema u l-emissjonijiet fl-ilma

BAT 43.

Biex inaqqas l-użu tal-ilma ħelu, il-fluss tal-ilma li jintrema, u t-tagħbija tat-tniġġis, il-BAT għandu juża kombinazzjoni tal-metodi tekniċi mogħtija hawn taħt.

 

Metodu tekniku

Deskrizzjoni

a

Separazzjoni tas-sistemi tal-ilma

Ara t-Taqsima 1.7.2.1

b

Fluss kontra l-kurrent tal-ilma tal-proċess u riċirkolazzjoni tal-ilma

c

Riċiklaġġ parzjali tal-ilma li jintrema ttrattat wara trattament bijoloġiku

Ħafna fabbriki tal-karta RCF jirriċiklaw fluss parzjali ta' ilma li jintrema ttrattat b'mod bijoloġiku lura fiċ-ċirkwit tal-ilma, speċjalment fabbriki li jipproduċu corrugated medium jew Testliner

d

Iċċarar tal-ilma abjad

Ara t-Taqsima 1.7.2.1

BAT 44.

Biex iżomm għeluq avvanzat taċ-ċirkwit tal-ilma f'fabbriki li jipproċessaw il-karta għar-riċiklaġġ u biex jevita l-effetti negattivi possibbli miż-żieda fir-riċiklaġġ tal-ilma tal-proċess, il-BAT għandu juża metodu tekniku jew kombinazzjoni tal-metodi tekniċi mogħtija hawn taħt.

 

Metodu tekniku

Deskrizzjoni

a

Monitoraġġ u kontroll kontinwu tal-kwalità tal-ilma tal-proċess

Ara t-Taqsima 1.7.2.1

b

Prevenzjoni u eliminazzjoni tal-bijoriti bl-użu ta' metodi li jimminimizzaw l-emissjonijiet tal-bijoċidi

c

Tneħħija tal-kalċju mill-ilma tal-proċess permezz ta' preċipitazzjoni kkontrollata tal-karbonat tal-kalċju

Applikabbiltà

Il-metodi tekniċi (a) — (c) huma applikabbli għall-fabbriki tal-karta RCF b'għeluq avanzat taċ-ċirkwit tal-ilma.

BAT 45.

Biex jevita u jnaqqas it-tagħbija tat-tniġġis tal-ilma li jintrema fl-ilmijiet riċeventi mill-fabbrika kollha, il-BAT għandu juża kombinazzjoni xierqa tal-metodi tekniċi speċifiċi fil-BAT 13, il-BAT 14, il-BAT 15, il-BAT 16, il-BAT 43 u l-BAT 44.

Għall-fabbriki integrati tal-karta RCF, il-BAT-AELs jinkludu l-emissjonijiet mill-produzzjoni tal-karta, billi ċ-ċirkwiti tal-ilma abjad tal-magna tal-karti huma konnessi mill-qrib ma' dawk tal-preparazzjoni tal-istokk.

Il-livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT

Ara t-Tabella 18 u t-Tabella 19.

Il-livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT fit-Tabella 18 japplikaw ukoll għall-fabbriki tal-polpa RCF mingħajr tneħħija tal-linka, u l-livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT fit-Tabella 19 japplikaw ukoll għall-fabbriki tal-polpa RCF bi tneħħija tal-linka.

Il-fluss tal-ilma li jintrema ta' referenza għall-fabbriki RCF huwa stabbilit fil-BAT 5.

Tabella 18

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-iskariku dirett ta' ilma li jintrema fl-ilmijiet riċeventi mill-produzzjoni integrata ta' karta u kartun minn polpa ta' fibri riċiklati, prodotta mingħajr tneħħija tal-linka fis-sit

Parametru

Medja ta' kull sena

kg/t

Domanda kimika ta' ossiġnu (COD)

0,4 (49) – 1,4

Solidi sospiżi totali (TSS)

0,02 – 0,2 (50)

Nitroġenu totali

0,008 – 0,09

Fosfru totali

0,001 – 0,005 (51)

Aloġeni marbuta b'mod organiku li jistgħu jiġu assorbiti (AOX)

0,05 for wet strength paper


Tabella 19

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-iskariku dirett ta' ilma li jintrema fl-ilmijiet riċeventi mill-produzzjoni integrata ta' karta u kartun minn polpa ta' fibri riċiklati prodotta bi tneħħija tal-linka fis-sit

Parametru

Medja ta' kull sena

kg/t

Domanda totali ta' ossiġnu (COD)

0,9 – 3,0

0,9 – 4,0 għall-karta tissue

Solidi sospiżi totali (TSS)

0,08 – 0,3

0,1 – 0,4 għall-karta iġjenika

Nitroġenu totali

0,01 – 0,1

0,01 – 0,15 għall-karta tissue

Fosfru totali

0,002 – 0,01

0,002 – 0,015 għall-karta tissue

Aloġeni marbuta b'mod organiku li jistgħu jiġu assorbiti (AOX)

0,05 għall-karta ta' saħħa mxarrba

Il-konċentrazzjoni tal-BOD fl-effluwenti ttrattati hija mistennija li tkun baxxa (madwar 25 mg/l bħala kampjun kompost ta' 24 siegħa).

1.5.3.   Il-konsum u l-effiċjenza tal-enerġija

BAT 46.

Il-BAT għandu jnaqqas il-konsum tal-enerġija elettrika fil-fabbriki tal-karta li jipproċessaw RCF billi juża kombinazzjoni tal-metodi tekniċi mogħtija hawn taħt.

 

Metodu tekniku

Applikabbiltà

a

Produzzjoni ta' polpa ta' konsistenza ħoxna għad-diżintegrazzjoni tal-karta għar-riċiklaġġ f'fibri separati

Applikabbli b'mod ġenerali għall-impjanti ġodda u għall-impjanti eżistenti fil-każ ta' rinnovament maġġuri

b

Skrinjar oħxon u fin effiċjenti permezz ta' ottimizzazzjoni tad-disinn tar-rotors, l-iskrins u t-tħaddim tal-iskrins, li tippermetti l-użu ta' tagħmir iżgħar b'konsum speċifiku aktar baxx ta' enerġija

c

Kunċetti ta' preparazzjoni tal-istokk li jiffrankaw l-enerġija li jneħħu l-impuritajiet kemm jista' jkun kmieni fil-proċess ta' produzzjoni mill-ġdid tal-polpa, billi jużaw għadd iżgħar ta' komponenti tal-magni u dawn ikunu mtejba, u b'hekk jillimitaw l-ipproċessar tal-fibri li juża ħafna enerġija

1.6.   KONKLUŻJONIJIET TAL-BAT GĦALL-PRODUZZJONI TAL-KARTA U L-PROĊESSI RELATATI

Il-konklużjonijiet tal-BAT f'din it-taqsima japplikaw għall-fabbriki tal-karta u l-fabbriki tal-kartun kollha mhux integrati u għall-parti li tipproduċi l-karta u l-kartun tal-fabbriki integrati kraft, tas-sulfit, CTMP u CMP.

Il-BAT 49, il-BAT 51, il-BAT 52c u l-BAT 53 japplikaw għall-fabbriki integrati kollha tal-polpa u l-karta.

Għall-fabbriki integrati tal-polpa u l-karta kraft, tas-sulfit, CTMP u CMP, japplika wkoll il-BAT speċifiku għall-proċess għall-produzzjoni tal-polpa, flimkien mal-konklużjonijiet tal-BAT f'din it-taqsima.

1.6.1.   L-ilma li jintrema u l-emissjonijiet fl-ilma

BAT 47.

Biex inaqqas il-ġenerazzjoni tal-ilma li jintrema, il-BAT għandu juża kombinazzjoni tal-metodi tekniċi mogħtija hawn taħt.

 

Metodu tekniku

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a

Disinn u kostruzzjoni ottimali tat-tankijiet u l-kaxxi

Ara t-Taqsima 1.7.2.1

Applikabbli għall-impjanti ġodda u għall-impjanti eżistenti fil-każ ta' rinnovament maġġuri

b

Irkupru tal-fibri u l-fillers u trattament tal-ilma abjad

Applikabbli b'mod ġenerali

c

Riċirkolazzjoni tal-ilma

Applikabbli b'mod ġenerali. Il-materjal organiku, inorganiku u kollojdali maħlul jista' jillimita l-użu mill-ġdid tal-ilma fl-erja tal-wajers

d

Ottimizzazzjoni tal-bexxiexa fil-magna tal-karti

Applikabbli b'mod ġenerali

BAT 48.

Biex inaqqas l-użu tal-ilma ħelu u l-emissjonijiet fl-ilma minn fabbriki ta' karta speċjali, il-BAT għandu juża kombinazzjoni tal-metodi tekniċi mogħtija hawn taħt.

 

Metodu tekniku

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a

Titjib tal-ippjanar tal-produzzjoni tal-karta

Titjib tal-ippjanar biex jiġu ottimizzati l-kombinazzjonijiet tal-lottijiet tal-produzzjoni u t-tul

Applikabbli b'mod ġenerali

b

Ġestjoni taċ-ċirkwiti tal-ilma biex jaqblu mal-bidliet

Aġġustament taċ-ċirkwiti tal-ilma biex ikunu jistgħu jlaħħqu mal-bidliet fil-gradi tal-karta, fil-kuluri u fl-addittivi kimiċi li jintużaw

c

Impjant tat-trattament tal-ilma li jintrema lest biex ilaħħaq mal-bidliet

Aġġustament tat-trattament tal-ilma li jintrema biex ikun jista' jlaħħaq mal-varjazzjonijiet tal-flussi, mal-konċentrazzjonijiet baxxi ta' addittivi kimiċi u t-tipi u l-ammonti differenti ta' dawn

d

Aġġustament tas-sistema tal-broke u tal-kapaċitajiet tal-kaxxi

e

Minimizzazzjoni tal-ħruġ ta' addittivi kimiċi (eż. aġenti reżistenti kontra l-griż/ilma) li fihom komposti per- jew polifluworinati jew li jikkontribwixxu għall-formazzjoni tagħhom

Applikabbli biss għal impjanti li jipproduċu karta bi proprjetajiet reżistenti għall-griż/ilma

f

Bidla għal għajnuniet għall-prodotti li fihom livell baxx ta' AOX (eż. biex jiġi sostitwit l-użu ta' aġenti tas-saħħa mxarrba bbażati fuq reżini tal-epikloridrina)

Applikabbli biss għall-impjanti li jipproduċu gradi ta' karta b'saħħa mxarrba kbira

BAT 49.

Biex jitnaqqsu t-tagħbijiet tal-emissjonijiet ta' kuluri tal-kisi u aġenti li jgħaqqdu li jistgħu jiddisturbaw l-impjant bijoloġiku tat-trattament tal-ilma li jintrema, il-BAT għandu juża l-metodu tekniku (a) mogħti hawn taħt jew, jekk dan ma jkunx teknikament fattibbli, il-metodu tekniku (b) mogħti hawn taħt.

 

Metodu tekniku

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a

Irkupru tal-kuluri tal-kisi/riċiklaġġ tal-pigmenti

L-effluwenti li fihom kuluri tal-kisi jinġabru separatament. Il-kimiċi tal-kisi jiġu rkuprati pereżempju permezz ta':

(i)

ultrafiltrazzjoni;

(ii)

proċess ta' skrining-flokkulazzjoni-deidratazzjoni bir-ritorn tal-pigmenti għall-proċess tal-kisi. L-ilma ċċarat jista' jerġa' jintuża fil-proċess

Għall-ultrafiltrazzjoni, l-applikabbiltà tista' tkun limitata meta:

il-volumi tal-effluwent ikunu żgħar ħafna

l-effluwenti tal-kisi jkunu ġġenerati f'diversi postijiet fil-fabbrika

iseħħu bosta bidliet fil-kisi; jew

riċetti differenti tal-kulur tal-kisi ma jkunux kompatibbli

b

Trattament minn qabel tal-effluwenti li fihom kuluri tal-kisi

L-effluwenti li fihom kuluri tal-kisi jiġu ttrattati pereżempju permezz ta' flokkulazzjoni biex jiġi protett it-trattament bijoloġiku sussegwenti tal-ilma li jintrema

Applikabbli b'mod ġenerali

BAT 50.

Biex tiġi evitata u mnaqqsa t-tagħbija tat-tniġġis tal-ilma li jintrema fl-ilmijiet riċeventi mill-fabbrika kollha, il-BAT għandu juża kombinazzjoni xierqa tal-metodi tekniċi speċifikati fil-BAT 13, fil-BAT 14, fil-BAT 15, fil-BAT 47, fil-BAT 48 u fil-BAT 49.

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT

Ara t-Tabella 20 u t-Tabella 21.

Il-BAT-AELs fit-Tabella 20 u t-Tabella 21 japplikaw ukoll għall-proċess tal-produzzjoni tal-karta u l-kartun tal-fabbriki integrati tal-polpa u l-karta kraft, tas-sulfit, CTMP u CMP.

Il-fluss ta' ilma li jintrema ta' referenza għall-fabbriki mhux integrati tal-karta u l-kartun huwa stabbilit fil-BAT 5.

Tabella 20

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-iskariku dirett ta' ilma li jintrema fl-ilmijiet riċeventi minn fabbrika mhux integrata tal-karta u l-kartun (eskluża l-karta speċjali)

Parametru

Medja ta' kull sena

kg/t

Domanda kimika ta' ossiġnu (COD)

0,15 – 1,5 (52)

Solidi sospiżi totali (TSS)

0,02 – 0,35

Nitroġenu totali

0,01 – 0,1

0,01 – 0,15 għall-karta tissue

Fosfru totali

0,003 – 0,012

Aloġeni marbuta b'mod organiku li jistgħu jiġu assorbiti (AOX)

0,05 għall-karta dekorattiva u ta' saħħa mxarrba

Il-konċentrazzjoni tal-BOD fl-effluwenti ttrattati hija mistennija li tkun baxxa (madwar 25 mg/l bħala kampjun kompost ta' 24 siegħa).

Tabella 21

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-iskariku dirett ta' ilma li jintrema fl-ilmijiet riċeventi minn fabbrika mhux integrata ta' karta speċjali

Parametru

Medja ta' kull sena

kg/t (53)

Domanda kimika ta' ossiġnu (COD)

0,3 – 5 (54)

Solidi sospiżi totali (TSS)

0,10 – 1

Nitroġenu totali

0,015 – 0,4

Fosfru totali

0,002 – 0,04

Aloġeni marbuta b'mod organiku li jistgħu jiġu assorbiti (AOX)

0,05 għall-karta dekorattiva u ta' saħħa mxarrba

1.6.2.   L-emissjonijiet fl-arja

BAT 51.

Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-VOC minn magni tal-kisi off-line jew on-line, il-BAT għandu jagħżel riċetti tal-kulur tal-kisi (kompożizzjonijiet) li jnaqqsu l-emissjonijiet tal-VOC.

1.6.3.   Il-ġenerazzjoni tal-iskart

BAT 52.

Biex jitnaqqas l-ammont ta' skart li jrid jintrema, il-BAT għandu jevita l-ġenerazzjoni tal-iskart u jwettaq operazzjonijiet ta' riċiklaġġ billi juża kombinazzjoni tal-metodi tekniċi mogħtija hawn taħt (ara l-BAT 20 ġenerali).

 

Metodu tekniku

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a

Irkupru tal-fibri u tal-fillers u trattament tal-ilma abjad

Ara t-Taqsima 1.7.2.1

Applikabbli b'mod ġenerali

b

Sistema ta' riċirkolazzjoni tal-broke

Il-broke minn postijiet/fażijiet differenti tal-proċess tal-produzzjoni tal-karta jiġi miġbur, magħmul polpa mill-ġdid u ritornat fl-alimentazzjoni tal-fibra

Applikabbli b'mod ġenerali

c

Irkupru tal-kuluri tal-kisi/riċiklaġġ tal-pigmenti

Ara t-Taqsima 1.7.2.1

 

d

Użu mill-ġdid tal-ħama tal-fibri mit-trattament primarju tal-ilma li jintrema

Il-ħama b'kontenut għoli ta' fibra mit-trattament primarju tal-ilma li jintrema jista' jerġa' jintuża fi proċess tal-produzzjoni

L-applikabbiltà tista' tkun limitata mir-rekwiżiti tal-kwalità tal-prodott

1.6.4.   Il-konsum u l-effiċjenza tal-enerġija

BAT 53.

Biex jitnaqqas il-konsum tal-enerġija termali u elettrika, il-BAT għandu juża kombinazzjoni tal-metodi tekniċi mogħtija hawn taħt.

 

Metodu tekniku

Applikabbiltà

a

Metodi tekniċi ta' skrining li jiffrankaw l-enerġija (disinn ottimizzat tar-rotors, skrins u tħaddim tal-iskrins)

Applikabbli għall-fabbriki ġodda jew rinnovamenti maġġuri

b

Irfinar tal-aħjar prattika b'irkupru tas-sħana mir-raffinaturi

c

Deidratazzjoni ottimizzata fit-taqsima tal-pressa tal-magna tal-karti/wide nip press

Mhux applikabbli għall-karta tissue u bosta gradi ta' karta speċjali

d

Irkupru tal-kondensat tal-fwar u użu ta' sistemi effiċjenti għall-irkupru tas-sħana mill-arja tal-egżost

Applikabbli b'mod ġenerali

e

Tnaqqis tal-użu dirett tal-fwar b'integrazzjoni attenta tal-proċess bl-użu pereżempju ta' pinch analysis

f

Raffinaturi effiċjenti ħafna

Applikabbli għall-impjanti ġodda

g

Ottimizzazzjoni tal-mod ta' ħidma fir-raffinaturi eżistenti (eż. tnaqqis tal-ħtiġijiet ta' enerġija mingħajr tagħbija)

Applikabbli b'mod ġenerali

h

Disinn ottimizzat tal-ippumpjar, kontroll b'veloċità varjabbli tad-drives għall-pompi, drives mingħajr gerijiet

i

Teknoloġiji avanzati tal-irfinar

j

Tisħin tal-kaxxa tal-fwar tax-xibka tal-karti biex jittejbu l-proprjetajiet ta' tbattil/kapaċità ta' deidratazzjoni

Mhux applikabbli għall-karta tissue u bosta gradi ta' karta speċjali

k

Sistema ottimizzata tal-vakwu (eż. fannijiet turbo minflok water ring pumps)

Applikabbli b'mod ġenerali

l

Ottimizzazzjoni tal-ġenerazzjoni u manutenzjoni tan-netwerk tad-distribuzzjoni

m

Ottimizzazzjoni tal-irkupru tas-sħana, tas-sistema tal-arja, tal-iżolament

n

Użu ta' muturi ta' effiċjenza kbira (EFF1)

o

Tisħin minn qabel tal-ilma tal-bexx bi skambjatur tas-sħana

p

Użu tas-sħana li jintremaja għat-tnixxif tal-ħama jew għat-titjib tal-bijomassa deidrata

q

Irkupru tas-sħana mill-axial blowers (jekk jintużaw) għall-arja ta' provvista tal-hood tat-tnixxif

r

Irkupru tas-sħana tal-arja tal-egżost mill-Yankee hood bi trickling tower

s

Irkupru tas-sħana mill-arja sħuna infraħamra tal-egżost

1.7.   DESKRIZZJONI TAL-METODI TEKNIĊI

1.7.1.   Deskrizzjoni tal-metodi tekniċi għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-emissjonijiet fl-arja

1.7.1.1.   Trab

Metodu tekniku

Deskrizzjoni

Preċipitatur elettrostatiku (ESP)

Il-preċipitaturi elettrostatiċi joperaw b'mod li l-partikuli jiġu ċċarġjati u separati taħt l-influwenza ta' kamp elettriku. Huma kapaċi joperaw f'firxa wiesgħa ta' kundizzjonijiet.

Scrubber tal-alkalina

Ara t-Taqsima 1.7.1.3 (scrubber imxarrab).

1.7.1.2.   NOx

Metodu tekniku

Deskrizzjoni

Tnaqqis tal-proporzjon arja/fjuwil

Il-metodu tekniku huwa bbażat prinċipalment fuq il-karatteristiċi li ġejjin:

kontroll attent tal-arja użata għall-kombustjoni (livell baxx ta' ossiġnu żejjed),

minimizzazzjoni tat-tnixxijiet tal-arja fil-forn,

disinn modifikat tal-kompartiment ta' kombustjoni tal-forn.

Kombustjoni u kontroll tal-kombustjoni ottimizzati

Dan il-metodu tekniku, li huwa bbażat fuq monitoraġġ permanenti tal-parametri xierqa ta' kombustjoni (eż. kontenut ta' O2, CO, proporzjon fjuwil/arja, komponenti mhux maħruqa, juża teknoloġija ta' kontroll biex jinkisbu l-aħjar kundizzjonijiet ta' kombustjoni.

Il-formazzjoni u l-emissjonijiet tal-NOx jistgħu jitnaqqsu billi jiġu aġġustati l-parametri tat-tħaddim, id-distribuzzjoni tal-arja, l-ossiġnu żejjed, l-iffurmar tal-fjamma u l-profil tat-temperatura.

Inċinerazzjoni fi stadji

L-inċinerazzjoni fi stadji hija bbażata fuq l-użu ta' żewġ żoni ta' ħruq, bi proporzjonijiet tal-arja u temperaturi kkontrollati fl-ewwel kompartiment. L-ewwel żona ta' ħruq topera f'kundizzjonijiet substojkjometriċi biex taqleb il-komposti tal-ammonja f'nitroġenu elementari f'temperatura għolja. Fit-tieni żona, l-alimentazzjoni addizzjonali tal-arja tkompli l-kombustjoni f'temperatura aktar baxxa. Wara l-inċinerazzjoni f'żewġ stadji, il-gass mit-tromba taċ-ċumnija jgħaddi għat-tieni kompartiment biex tiġi rkuprata s-sħana mill-gassijiet, li jipproduċi l-fwar għall-proċess.

Għażla tal-fjuwil/fjuwil b'N baxx

L-użu ta' fjuwils b'kontenut baxx ta' nitroġenu jnaqqas l-ammont ta' emissjonijiet tal-NOx mill-ossidazzjoni tan-nitroġenu li fih il-fjuwil waqt il-kombustjoni.

Il-kombustjoni tas-CNCG jew ta' fjuwils ibbażati fuq il-bijomassa żżid l-emissjonijiet tal-NOx meta mqabbel maż-żejt u l-gass naturali, billi s-CNCG u l-fjuwils kollha derivati mill-injam fihom aktar nitroġenu miż-żejt u l-gass naturali.

Minħabba t-temperaturi ogħla tal-kombustjoni, it-tħaddim bil-gass iwassal għal livelli ogħla ta' NOx mit-tħaddim biż-żejt.

Berner b'emissjonijiet baxxi ta' NOX

Il-berners b'emissjonijiet baxxi ta' NOx huma bbażati fuq il-prinċipji tat-tnaqqis tat-temperaturi massimi tal-fjamma, l-ittardjar iżda t-tlestija tal-kombustjoni u ż-żieda tat-trasferiment tas-sħana (żieda fl-emissività tal-fjamma). Dan jista' jkun assoċjat ma' disinn modifikat tal-kompartiment tal-kombustjoni tal-forn.

Injezzjoni fi stadji tal-likur mitfi

L-injezzjoni ta' likur mitfi tas-sulfit fil-bojler f'diversi livelli vertikali tipprevjeni l-formazzjoni tal-NOx, u tipprovdi għal kombustjoni sħiħa.

Tnaqqis mhux katalittiku selettiv (SNCR)

Il-metodu tekniku huwa bbażat fuq it-tnaqqis tal-NOx għan-nitroġenu permezz ta' reazzjoni mal-ammonijaka jew l-urea f'temperatura għolja. L-ilma tal-ammonijaka (sa 25 % NH3), il-komposti prekursuri tal-ammonijaka jew is-soluzzjoni tal-urea jiġu injettati fil-gass tal-kombustjoni biex inaqqsu l-NO għal N2. Ir-reazzjoni għandha effett ottimali f'medda ta' temperaturi ta' madwar 830 °C sa 1 050  °C, u jrid jiġi pprovdut ħin ta' żamma suffiċjenti biex l-aġenti injettati jirreaġixxu mal-NO. Ir-rati ta' dożaġġ tal-ammonijaka jew tal-urea jridu jiġu kkontrollati biex il-ħruġ tal-NH3 jinżamm f'livelli baxxi.

1.7.1.3.   Prevenzjoni u kontroll tal-emissjonijiet tal-SO2/TRS

Metodu tekniku

Deskrizzjoni

Likur iswed b'kontenut solidu xott għoli

B'kontenut solidu xott ogħla tal-likur iswed, it-temperatura tal-kombustjoni tiżdied. Dan jivvaporizza aktar sodju (Na), li jista' jintrabat mal-SO2 biex jifforma Na2SO4 u b'hekk inaqqas l-emissjonijiet tal-SO2 mill-bojler ta' rkupru. Żvantaġġ tat-temperatura ogħla huwa li l-emissjonijiet tal-NOx jistgħu jiżdiedu

Għażla tal-fjuwil/fjuwil b'S baxx

L-użu ta' fjuwils b'kontenut baxx ta' kubrit, b'kontenut ta' kubrit ta' madwar 0,02 — 0,05 % skont il-piż (eż. bijomassa tal-foresta, qoxra, żejt b'kontenut baxx ta' kubrit, gass) inaqqas l-emissjonijiet tal-SO2 iġġenerati mill-ossidazzjoni tal-kubrit fil-fjuwil waqt il-kombustjoni

Ħruq ottimizzat

Metodi tekniċi bħal sistema ta' kontroll effiċjenti tar-rata ta' ħruq (arja-fjuwil, temperatura, ħin ta' residenza), kontroll tal-ossiġnu żejjed jew taħlit tajjeb tal-arja u l-fjuwil

Kontroll tal-kontenut ta' Na2S fl-alimentazzjoni tal-ħama tal-ġir

Il-ħasil u l-filtrazzjoni effiċjenti tal-ħama tal-ġir inaqqsu l-konċentrazzjoni tal-Na2S, u b'hekk inaqqsu l-formazzjoni tas-sulfid tal-idroġenu fil-kalkara waqt il-proċess tal-ħruq mill-ġdid

Ġbir u rkupru tal-emissjonijiet tal-SO2

Jinġabru flussi konċentrati ħafna ta' gass SO2 mill-produzzjoni tal-likur bl-aċidu, id-diġesturi, id-diffużuri jew il-blow tanks. L-SO2 jiġi rkuprat f'tankijiet tal-assorbiment b'livelli ta' pressjoni differenti, għal raġunijiet kemm ekonomiċi kif ukoll ambjentali

Inċinerazzjoni ta' gassijiet bir-riħa u TRS

Il-gassijiet qawwija li jinġabru jistgħu jiġu meqruda billi jinħarqu fil-bojler ta' rkupru, fil-berners iddedikati tat-TRS, jew fil-kalkara tal-ġir. Il-gassijiet dgħajfa li jinġabru huma adatti għal ħruq fil-bojler ta' rkupru, fil-kalkara tal-ġir, fil-bojler tal-enerġija jew fil-berner tat-TRS. Il-gassijiet tal-fetħiet tat-tankijiet tat-tidwib jistgħu jinħarqu f'bojlers ta' rkupru moderni

Ġbir u inċinerazzjoni ta' gassijiet dgħajfa f'bojler ta' rkupru

Kombustjoni tal-gassijiet dgħajfa (volum kbir, konċentrazzjoni baxxa ta' SO2) flimkien ma' sistema ta' riserva.

Il-gassijiet dgħajfa u komponenti oħra bir-riħa jinġabru fl-istess ħin biex jinħarqu fil-bojler ta' rkupru. Mill-gass tal-egżost tal-bojler ta' rkupru, id-dijossidu tal-kubrit imbagħad jiġi rkuprat bi scrubbers b'ħafna stadji kontra l-kurrent u jerġa' jintuża bħala kimika tat-tisjir. Bħala sistema ta' riserva, jintużaw l-iscrubbers.

Scrubber imxarrab

Il-komposti gassużi jiġu mdewba f'likwidu xieraq (ilma jew soluzzjoni tal-alkalina). Tista' tinkiseb it-tneħħija simultanja ta' komposti solidi u gassużi. 'L isfel mill-iscrubber imxarrab, il-gassijiet taċ-ċumnija jiġu saturati bl-ilma u hija meħtieġa separazzjoni tal-qtajriet qabel l-iskariku tal-gassijiet taċ-ċumnija. Il-likwidu li jirriżulta jrid jiġi ttrattat bi proċess tal-ilma li jintrema u l-materja mhux solubbli tiġi miġbura permezz ta' sedimentazzjoni jew filtrazzjoni

ESP jew multiċikluni bi scrubbers b'venturi ta' ħafna stadji jew scrubbers downstream ta' 'ħafna stadji bi dħul doppju

Is-separazzjoni tat-trab titwettaq fi preċipitatur elettrostatiku jew ċiklun f'ħafna stadji. Għall-proċess tas-sulfit tal-manjeżju, it-trab li jinżamm fl-ESP jikkonsisti prinċipalment minn MgO iżda wkoll xi ftit jew wisq, minn K, Na jew komposti tas-Ca. L-irmied irkuprat tal-MgO jiġi sospiż bl-ilma u mnaddaf permezz ta' ħasil u taħlit tal-ġir mal-ilma biex jifforma Mg(OH)2 li mbagħad jintuża bħala soluzzjoni tal-iscrubbing bl-alkalina fl-iscrubbers ta' ħafna stadji biex jiġi rkuprat il-komponent tal-kubrit tal-kimiċi tat-tisjir. Għall-proċess tas-sulfit tal-ammonju, il-bażi tal-ammonijaka (NH3) ma tiġix irkuprata, billi fil-proċess tal-kombustjoni din tiġi dekomposta fin-nitroġenu. Wara t-tneħħija tat-trab, il-gass mit-tromba taċ-ċumnija jiġi mkessaħ billi jgħaddi minn scrubber tat-tkessiħ imħaddem bl-ilma u mbagħad jidħol fi scrubber tal-gass taċ-ċumnija bi tliet stadji jew aktar fejn l-emissjonijiet tal-SO2 jitgħerku (scrubbed) bis-soluzzjoni tal-alkalina Mg(OH)2 fil-każ tal-proċess tas-sulfit tal-manjeżju, u b'soluzzjoni ta' NH3 100 % ġdida fil-każ tal-proċess tas-sulfit tal-ammonju.

1.7.2.   Deskrizzjoni tal-metodi tekniċi biex jitnaqqas l-użu tal-ilma ħelu/il-fluss tal-ilma li jintrema u t-tagħbija tat-tniġġis fl-ilma li jintrema

1.7.2.1.   Metodi tekniċi integrati tal-proċess

Metodu tekniku

Deskrizzjoni

Tneħħija xotta tal-qoxra

It-tneħħija xotta tal-qoxra taz-zkuk tal-injam f'tumbling drums xotti (l-ilma jintuża biss fil-ħasil taz-zkuk, u mbagħad jiġi riċiklat b'tisfija mimima biss għall-impjant tat-trattament tal-ilma li jintrema)

Ibbliċjar kompletament mingħajr kloru (TCF)

Fl-ibbliċjar TCF, l-użu ta' kimiċi tal-ibbliċjar li fihom il-kloru huwa evitat kompletament u b'hekk jiġu evitati wkoll l-emissjonijiet ta' sustanzi organiċi u organoklorinati mill-ibbliċjar

Ibbliċjar modern mingħajr kloru elementali (ECF)

L-ibbliċjar modern ECF jimminimizza l-konsum tad-dijossidu tal-kloru billi jintuża stadju wieħed jew kombinazzjoni tal-istadji tal-ibbliċjar li ġejjin: ossiġnu, stadju ta' idrolisi b'aċidu sħun, stadju tal-ożonu b'konsistenza medja u ħoxna, stadji bil-perossidu tal-idroġenu atmosferiku u l-perossidu tal-idroġenu taħt pressjoni jew l-użu ta' stadju bid-dijossidu tal-kloru sħun

Tneħħija estiża tal-lignin

It-tneħħija estiża tal-lignin permezz ta' (a) tisjir modifikat jew (b) tneħħija tal-lignin bl-ossiġnu, iżżid il-grad ta' tneħħija tal-lignin tal-polpa (u hekk tbaxxi n-numru kappa) qabel l-ibbliċjar u b'hekk tnaqqas l-użu tal-kimiċi tal-ibbliċjar u t-tagħbija tal-COD fl-ilma li jintrema. It-tnaqqis tan-numru kappa b'unità waħda qabel l-ibbliċjar jista' jnaqqas il-COD merħi fl-impjant tal-ibbliċjar b'madwar 2 kg COD/ADt. Il-lignin imneħħi jista' jiġi rkuprat u jintbagħat fis-sistema tal-irkupru tal-kimiċi u l-enerġija

(a)

Tisjir modifikat estiż

It-tisjir estiż (sistemi bil-lott jew kontinwi) jinkludi perjodi itwal ta' tisjir f'kundizzjonijiet ottimizzati (eż. il-konċentrazzjoni tal-alkali fil-likur tat-tisjir tiġi aġġustata biex tkun aktar baxxa fil-bidu u aktar għolja fit-tmiem tal-proċess tat-tisjir), biex jinħareġ ammont massimu ta' lignin qabel l-ibbliċjar, mingħajr degradazzjoni bla bżonn tal-karboidrati jew telf eċċessiv tas-saħħa tal-polpa. B'hekk l-użu tal-kimiċi fl-istadju sussegwenti tal-ibbliċjar u t-tagħbija organika tal-ilma li jintrema mill-impjant tal-ibbliċjar jistgħu jitnaqqsu

(b)

Tneħħija tal-lignin bl-ossiġnu

It-tneħħija tal-lignin bl-ossiġnu hija alternattiva biex titneħħa frazzjoni sostanzjali tal-lignin li jifdal wara t-tisjir, f'każ li l-impjant tat-tisjir ikun irid jitħaddem b'numri kappa ogħla. Il-polpa tirreaġixxi taħt kundizzjonijiet tal-alkalina mal-ossiġnu biex tneħħi xi ftit mil-lignin residwu

Skrining u ħasil magħluq u effiċjenti tal-brown stock

L-iskrining tal-brown stock jitwettaq bi skrins tal-pressjoni bl-islots f'ċiklu magħluq b'ħafna stadji. L-impuritajiet u s-soddieda mbagħad jitneħħew fi stadju bikri tal-proċess.

Il-ħasil tal-brown stock jissepara l-kimiċi organiċi u inorganiċi maħlula mill-fibri tal-polpa. Il-polpa tal-brown stock l-ewwel tista' tinħasel fid-diġestur, imbagħad f'ħassiela ta' effiċjenza kbira qabel u wara t-tneħħija tal-lignin bl-ossiġnu, jiġifieri qabel l-ibbliċjar. It-trasferiment, il-konsum tal-kimiċi fl-ibbliċjar, u t-tagħbija tal-emissjonijiet fl-ilma li jintrema kollha jitnaqqsu. Barra minn hekk, huwa jippermetti l-irkupru tal-kimiċi tat-tisjir mill-ilma tal-ħasil. Il-ħasil effiċjenti jitwettaq permezz ta' ħasil f'ħafna stadji kontra l-kurrenti, bl-użu ta' filters u preses. Is-sistema tal-ilma fl-impjant tal-iskrining tal-brown stock hija magħluqa għal kollox

Riċiklaġġ parzjali tal-ilma tal-proċess fl-impjant tal-ibbliċjar

Il-filtrati tal-aċidu u tal-alkalina jiġu riċiklati fl-impjant tal-ibbliċjar b'mod kontrokurrent għall-fluss tal-polpa. L-ilma jiġi msaffi jew għall-impjant tat-trattament tal-ilma li jintrema jew, fi ftit każijiet, għall-ħasil ta' wara l-ossiġnu.

Il-ħassiela effiċjenti fl-istadji intermedji tal-ħasil huma rekwiżit għall-emissjonijiet baxxi. F'fabbriki effiċjenti (Kraft) jinkiseb fluss tal-effluwent minn impjant tal-ibbliċjar ta' 12 — 25 m3/ADt

Monitoraġġ u kontroll tat-tixrid, anki b'irkupru tal-kimiċi u l-enerġija

Sistema effettiva ta' kontroll, qbid u rkupru tat-tixrid li tipprevjeni l-ħruġ aċċidentali ta' tagħbijiet organiċi, u xi kultant tossiċi, kbar jew b'valuri massimi tal-pH (għall-impjant sekondarju tat-trattament tal-ilma li jintrema) tinkludi:

monitoraġġ tal-konduttività jew tal-pH f'postijiet strateġiċi biex jiġi identifikat telf u tixrid;

ġbir tal-likur iddevjat jew imxerred bl-ogħla konċentrazzjoni possibbli ta' solidi fil-likur;

ritorn tal-likur u l-fibra miġbura għall-proċess f'postijiet xierqa;

prevenzjoni tat-tixrid ta' flussi kkonċentrati jew li jagħmlu ħsara minn żoni kritiċi tal-proċess (inkluż it-tall oil u t-terpentina) milli jidħlu fit-trattament bijoloġiku tal-effluwent;

tankijiet ta' lqugħ ta' daqs xieraq għall-ġbir u l-ħażna ta' likuri tossiċi jew konċentrati sħan

Żamma ta' evaporazzjoni tal-likur iswed u kapaċità tal-bojler ta' rkupru suffiċjenti biex tlaħħaq mat-tagħbijiet massimi

Biżżejjed kapaċità fl-impjant tal-evaporazzjoni tal-likur iswed u fil-bojler ta' rkupru tassigura li l-likur u s-solidi xotti addizzjonali li jirriżultaw mill-ġbir tat-tixrid jew tal-effluwenti tal-impjant tal-ibbliċjar ikunu jistgħu jiġi ttrattati. Dan inaqqas it-telf ta' likur iswed dgħajjef, effluwenti kkonċentrati oħra tal-proċess u potenzjalment il-filtrati tal-impjant tal-ibbliċjar.

L-evaporatur b'ħafna effetti jikkonċentra l-likur iswed dgħajjef mill-ħasil tal-brown stock u, f'xi każijiet, anki l-bijomassa mill-impjant tat-trattament tal-effluwent u/jew il-kejk tal-melħ mill-impjant tas-ClO2. Kapaċità ta' evaporazzjoni addizzjonali 'l fuq mill-ħidma normali tagħti biżżejjed kontinġenza biex jiġi rkuprat it-tixrid u biex jiġu ttrattati flussi ta' riċiklaġġ potenzjali tal-filtrat tal-ibbliċjar

Tneħħija tal-kondensati kontaminati (maħmuġin) u użu mill-ġdid tal-kondensati fil-proċess

It-tneħħija tal-kondensati kkontaminati (maħmuġin) u l-użu mill-ġdid tal-kondensati fil-proċess inaqqas l-ammont ta' ilma ħelu li tieħu fabbrika u t-tagħbija organika għall-impjant tat-trattament tal-ilma li jintrema.

F'kolonna tat-tneħħija, il-fwar jitmexxa kontra l-kurrent minn ġol-kondensati ffiltrati qabel tal-proċess li fihom komposti mnaqqsa ta' kubrit, terpenes, metanol u komposti organiċi oħra. Is-sustanzi volatili tal-kondensat jakkumulaw fil-fwar ta' fuq bħala gassijiet mhux kondensabbli u metanol u jitneħħew mis-sistema. Il-kondensati ppurifikati jistgħu jerġgħu jintużaw fil-proċess, eż. għall-ħasil fl-impjant tal-ibbliċjar, fil-ħasil tal-brown stock, fiż-żona tal-kawstiċizzjoni (ħasil u dilwizzjoni tal-ħama, bexxiexa tal-filters tal-ħama), bħala likur tal-iscrubbing tat-TRS għall-kalkari tal-ġir, jew bħala ilma li jifforma l-likur abjad.

Il-gassijiet mhux kondensabbli li jitneħħew mill-aktar kondensati kkonċentrati jiġu alimentati fis-sistema tal-ġbir ta' gassijiet bir-riħa qawwija u jinħarqu. Il-gassijiet imneħħija minn kondensati moderatament ikkontaminati jinġabru fis-sistema tal-gass ta' konċentrazzjoni għolja b'volum baxx (LVHC) u jinħarqu

Evaporazzjoni u inċinerazzjoni tal-effluwenti mill-istadju tal-estrazzjoni tal-alkalina bis-sħana

L-effluwenti l-ewwel jiġu kkonċentrati permezz tal-evaporazzjoni u mbagħad jinħarqu bħala bijokarburant f'bojler ta' rkupru. Il-karbonat tas-sodju li fih it-trab u l-materjal maħlul mill-qiegħ tal-forn jiġu maħlula biex tiġi rkuprata s-soluzzjoni tas-soda

Riċirkolazzjoni tal-likwidi tal-ħasil mill-ibbliċjar minn qabel għall-ħasil tal-brown stock u l-evaporazzjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet mill-ibbliċjar minn qabel ibbażat fuq l-MgO

Rekwiżiti għall-użu ta' dan il-metodu tekniku huma numru kappa relattivament baxx wara t-tisjir (eż. 14 — 16), biżżejjed kapaċità fit-tankijiet, fl-evaporaturi u fil-bojler ta' rkupru biex ilaħħqu mal-flussi addizzjonali, il-possibbiltà li t-tagħmir tal-ħasil jitnaddaf mid-depożiti, u livell moderat ta' tleqqija tal-polpa (≤ 87 % ISO) billi f'xi każijiet dan il-metodu tekniku jista' jwassal għal telf żgħir tat-tleqqija.

Għall-produtturi ta' polpa tal-karta kummerċjali jew oħrajn li jridu jilħqu livelli għoljin ħafna ta' tleqqija, jista' jkun diffiċli li jiġi applikat ibbliċjar minn qabel ibbażat fuq l-MgO

Fluss kontra l-kurrent tal-ilma tal-proċess

F'fabbriki integrati, l-ilma ħelu jiddaħħal prinċipalment permezz tal-bexxiexa tal-magna tal-karti minn fejn jiġi alimentat 'il fuq lejn id-dipartiment tal-produzzjoni tal-polpa

Separazzjoni tas-sistemi tal-ilma

Is-sistemi tal-ilma ta' unitajiet differenti tal-proċess (eż. l-unità tal-produzzjoni tal-polpa, il-magna tal-ibbliċjar u tal-karti) jiġu separati permezz ta' ħasil u deidratazzjoni tal-polpa (eż. permezz ta' preses tal-ħasil). Din is-separazzjoni tipprevjeni t-trasferiment ta' inkwinanti għall-passi suċċessivi tal-proċess u tippermetti t-tneħħija ta' sustanzi ta' disturb minn volum iżgħar

Ibbliċjar ta' konsistenza għolja bil-(perossidu)

Għal ibbliċjar ta' konsistenza ħoxna, il-polpa tiġi deidrata eż. permezz ta' twin wire jew pressa oħra qabel ma jiżdiedu l-kimiċi tal-ibbliċjar. Dan jippermetti użu aktar effiċjenti tal-kimiċi tal-ibbliċjar u jrendi polpa aktar nadifa, ikun hemm anqas trasferiment ta' sustanzi ħżiena għall-magna tal-karti, u jiġġenera anqas COD. Il-perossidu residwu jista' jiġi riċirkolat u jerġa' jintuża

Irkupru tal-fibri u l-fillers u trattament tal-ilma abjad

L-ilma abjad mill-magna tal-karti jista' jiġi ttrattat bil-metodi tekniċi li ġejjin:

(a)

Apparat li 'ma jarmi xejn' (ġeneralment filtru tanbur jew filtru forma ta' diska jew unitajiet ta' dissolved air flotation, eċċ.) li jisseparaw is-solidi (fibri u fillers) mill-ilma tal-proċess. Id-dissolved air flotation fiċ-ċirkwiti tal-ilma abjad tittrasforma s-solidi sospiżi, it-trab fin, il-materjal kollojdali ta' daqs żgħir u s-sustanzi anjoniċi f'mases ta' partikoli żgħar qishom trofof tas-suf li mbagħad jitneħħew. Il-fibri u l-fillers jiġu riċirkolati fil-proċess. L-ilma abjad ċar jista' jerġa' jintuża f'bexxiexa b'rekwiżiti anqas stretti għall-kwalità tal-ilma.

(b)

L-ultrafiltrazzjoni addizzjonali tal-ilma abjad iffiltrat minn qabel twassal għal filtrat ċar ħafna ta' kwalità tajba biżżejjed biex jintuża bħala ilma tal-bexxiexa bi pressjoni għolja, bħala ilma tal-issiġillar u għad-dilwizzjoni tal-addittivi kimiċi

Iċċarar tal-ilma abjad

Is-sistemi tal-iċċarar tal-ilma li jintużaw kważi esklussivament fl-industrija tal-karti huma bbażati fuq is-sedimentazzjoni, fuq il-filtrazzjoni (filtru diska) u l-flotation. L-aktar metodu tekniku użat huwa d-dissolved air flotation. L-iskart anjoniku u t-trab fin jiġu agglomerati f'mases ta' partikoli żgħar qishom trofof tas-suf li jistgħu jiġu ttrattati fiżikament bl-użu ta' addittivi. Polimeri jew elettroliti inorganiċi molekulari għolja u solubbli fl-ilma jintużaw bħala flokkulanti. L-agglomerati ġġenerati (mases ta' partikoli żgħar qishom trofof tas-suf) imbagħad jiġu misjuqa f'wiċċ l-ilma fil-baċir tal-iċċarar. Fid-dissolved air flotation (DAF), il-materjal solidu sospiż jeħel mal-bżieżaq tal-arja

Riċirkolazzjoni tal-ilma

L-ilma ċċarat jiġi riċirkolat bħala ilma tal-proċess fi ħdan unità jew f'fabbriki integrati minn magna tal-karti għall-fabbrika tal-polpa u mill-produzzjoni tal-polpa għall-impjant tat-tneħħija tal-qoxra. L-effluwent jiġi skarikat prinċipalment mill-punti bl-ogħla tagħbija ta' tniġġis (eż. filtrat ċar tal-filtru diska fil-produzzjoni tal-polpa, tneħħija tal-qoxra)

Tfassil u kostruzzjoni ottimali tat-tankijiet u tal-kaxxi (produzzjoni tal-karta)

It-tankijiet taż-żamma għall-istokk u l-ħażna tal-ilma abjad huma mfassla b'mod li jkunu jistgħu jlaħħqu mal-varjazzjonijiet fil-proċess u l-flussi varjabbli anki waqt it-tqabbid u t-tifi

Stadju tal-ħasil qabel l-irfinar tal-polpa mekkanika mill-injam artab

Xi fabbriki jittrattaw minn qabel il-laqx tal-injam artab billi jgħaqqdu t-tisħin minn qabel taħt pressjoni, kompressjoni għolja u mili biex itejbu l-proprjetajiet tal-polpa. Stadju tal-ħasil qabel l-irfinar u l-ibbliċjar inaqqas b'mod sinifikanti s-COD billi jneħħi fluss żgħir iżda kkonċentrat ħafna ta' effluwent li jista' jiġi ttrattat separatament

Sostituzzjoni tal-NaOH bis-Ca(OH)2 jew l-Mg (OH)2 bħala alkali fl-ibbliċjar bil-perossidu

L-użu tas-Ca(OH)2 bħala alkali jwassal għal tnaqqis ta' madwar 30 % fit-tagħbija tal-emissjonijiet ta' COD; filwaqt li jżomm livelli għoljin ta' tleqqija. Anki l-Mg(OH)2 jintuża biex jissostitwixxi l-NaOH

Ibbliċjar b'ċirkwit magħluq

Fil-fabbriki tal-polpa bis-sulfit li jużaw is-sodju bħala bażi tat-tisjir, l-effluwent tal-impjant tal-ibbliċjar jista' jiġi ttrattat, eż. permezz ta' ultrafiltrazzjoni, flotation u separazzjoni tar-reżina u l-aċidi grassi li jippermetti bbliċjar biċ-ċirkwit magħluq. Il-filtrati mill-ibbliċjar u l-ħasil jerġgħu jintużaw fl-ewwel stadju tal-ħasil wara t-tisjir u fl-aħħar nett jiġu riċiklati lejn l-unitajiet tal-irkupru kimiku

Aġġustament tal-pH tal-likur dgħajjef qabel/ġewwa l-impjant tal-evaporazzjoni

In-newtralizzazzjoni ssir qabel l-evaporazzjoni jew wara l-ewwel stadju tal-evaporazzjoni, biex iżżomm l-aċidi organiċi maħlula fil-konċentrat, biex jintbagħtu mal-likur mitfi lejn il-bojler ta' rkupru

Trattament anerobiku tal-kondensati mill-evaporaturi

Ara t-Taqsima 1.7.2.2 (trattament anerobiku/aerobiku kkombinat)

Tneħħija u rkupru tal-SO2 mill-kondensati tal-evaporaturi

L-SO2 jitneħħa mill-konċentrati; il-konċentrati jiġu ttrattati b'mod bijoloġiku, filwaqt li l-SO2 li jitneħħa jintbagħat għall-irkupru bħala kimika tat-tisjir.

Monitoraġġ u kontroll kontinwu tal-kwalità tal-ilma tal-proċess

Hija meħtieġa ottimizzazzjoni tas-'sistema tal-fibra-ilma-kimika-addittivi-enerġija' sħiħa għal sistemi tal-ilma magħluqa avvanzati. Din teħtieġ monitoraġġ kontinwu tal-kwalità tal-ilma u motivazzjoni tal-persunal, għarfien u azzjoni relatati mal-miżuri meħtieġa biex jassiguraw il-kwalità tal-ilma meħtieġa

Prevenzjoni u eliminazzjoni tal-bijoriti permezz ta' metodi li jimminimizzaw l-emissjonijiet tal-bijoċidi

Input kontinwu ta' mikroorganiżmi mill-ilma u l-fibri jwassal għal ekwilibriju mikrobijoloġiku speċifiku f'kull impjant tal-karti. Biex jiġi evitat ħafna tkabbir tal-mikroorganiżmi, id-depożiti ta' bijomassa agglomerata jew bijoriti fiċ-ċirkwiti tal-ilma u t-tagħmir, ħafna drabi jintużaw bijodispersanti jew bijoċidi. Meta tintuża diżinfezzjoni katalittika bil-perossidu tal-idroġenu, il-bijoriti u l-mikrobi liberi fl-ilma tal-proċess u l-materjal insolubbli tal-karta jiġu eliminati mingħajr l-użu ta' bijoċidi

Tneħħija tal-kalċju mill-ilma tal-proċess permezz ta' preċipitazzjoni kkontrollata tal-karbonat tal-kalċju

It-tnaqqis tal-konċentrazzjoni tal-kalċju permezz ta' tneħħija kkontrollata tal-karbonat tal-kalċju (eż. f'ċellula ta' dissolved air flotation) inaqqas ir-riskju ta' preċipitazzjoni mhux mixtieqa ta' karbonat tal-kalċju jew ta' akkumulazzjoni tal-ġebla fis-sistemi tal-ilma u fit-tagħmir, eż. fir-rombli tas-sezzjoni, fil-wajers, fil-feltri u fiż-żennuni tal-bexxiexa, fil-pajpijiet jew fl-impjanti bijoloġiċi tat-trattament tal-ilma li jintrema

Ottimizzazzjoni tal-bexxiexa fil-magna tal-karti

L-ottimizzazzjoni tal-bexxiexa tinvolvi: a) l-użu mill-ġdid tal-ilma tal-proċess (eż. ilma abjad iċċarat) biex jitnaqqas l-użu tal-ilma ħelu, u b) l-applikazzjoni ta' żennuni ta' tifsila speċjali għall-bexxiexa

1.7.2.2.   It-trattament tal-ilma li jintrema

Metodu tekniku

Deskrizzjoni

Trattament primarju

Trattament fiżiku-kimiku, bħal ekwalizzazzjoni, newtralizzazzjoni jew sedimentazzjoni.

L-ekwalizzazzjoni (eż. f'baċiri tal-ekwalizzazzjoni) tintuża biex tipprevjeni varjazzjonijiet kbar fir-rata tal-fluss, fit-temperatura u fil-konċentrazzjonijiet ta' inkwinanti u b'hekk tevita t-tagħbija eċċessiva tas-sistema tat-trattament tal-ilma li jintrema

Trattament (bijoloġiku) sekondarju

Għat-trattament tal-ilma li jintrema permezz ta' mikroorganiżmi, il-proċessi disponibbli huma trattament aerobiku u anerobiku. F'pass ta' kjarifika sekondarju, is-solidi u l-bijomassa jiġu separati mill-effluwenti permezz ta' sedimentazzjoni, xi drabi kombinata ma' flokkulazzjoni

(a)

Trattament aerobiku

Fit-trattament bijoloġiku aerobiku tal-ilma li jintrema, il-materjal bijodegradabbli maħlul u kollojdali fl-ilma jiġi ttrasformat bil-preżenza tal-arja, permezz ta' mikroorganiżmi, parzjalment f'sustanza solida taċ-ċelloli (bijomassa) u parzjalment f'dijossidu tal-karbonju u ilma. Il-proċessi użati huma:

ħama attivat fi stadju wieħed jew f'żewġ stadji;

proċessi tar-reattur tal-bijorita;

bijorita/ħama attivat (impjant kompatt tat-trattament bijoloġiku). Dan il-metodu tekniku jikkonsisti fil-kombinazzjoni tal-moving bed carriers (trasportaturi b'sodda mobbli) mal-ħama attivat (BAS).

Il-bijomassa ġġenerata (ħama żejjed) tiġi sseparata mill-effluwent qabel l-iskariku tal-ilma.

(b)

Trattament anerobiku/aerobiku kombinat

It-trattament anerobiku tal-ilma li jintrema jaqleb il-kontenut organiku tal-iskart permezz ta' mikroorganiżmi bil-preżenza tal-arja, f'metanu, dijossidu tal-karbonju, sulfid, eċċ. Il-proċess jitwettaq f'reattur b'tank ermetiku. Il-mikroorganiżmi jinżammu fit-tank bħala bijomassa (ħama). Il-bijogass iffurmat b'dan il-proċess bijoloġiku jikkonsisti minn metanu, dijossidu tal-karbonju u gassijiet oħra bħall-idroġenu u s-sulfid tal-idroġenu u huwa tajjeb għall-ġenerazzjoni tal-enerġija.

It-trattament anerobiku għandu jitqies bħala pretrattament qabel it-trattament aerobiku, minħabba t-tagħbijiet li jifdal ta' COD. It-trattament minn qabel anerobiku jnaqqas l-ammont ta' ħama ġġenerat mit-trattament bijoloġiku

Trattament terzjarju

Trattament avvanzat jinkludi metodi tekniċi, bħal filtrazzjoni għal aktar tneħħija ta' solidi, nitrifikazzjoni u denitrifikazzjoni għat-tneħħija tan-nitroġenu jew għall-flokkulazzjoni/preċipitazzjoni segwita minn filtrazzjoni għat-tneħħija tal-fosfru. It-trattament terzjarju normalment jintuża f'każijiet fejn it-trattament primarju u t-trattament bijoloġiku ma jkunux suffiċjenti biex jinkisbu livelli baxxi ta' TSS, ta' nitroġenu jew ta' fosfru, li jistgħu jkunu meħtieġa pereżempju minħabba l-kundizzjonijiet lokali

Impjant tat-trattament bijoloġiku mfassal u mħaddem sewwa

Impjant tat-trattament bijoloġiku mfassal u mħaddem sewwa jinkludi t-tfassil u d-dimensjonament xierqa tat-tankijiet/baċiri tat-trattament (eż. it-tankijiet tas-sedimentazzjoni) skont it-tagħbijiet idrawliċi u tal-inkwinanti. Emissjonijiet baxxi tat-TSS jinkisbu billi tkun assigurata il-preċipitazzjoni tajba tal-bijomassa attiva. Rivalutazzjonijiet perjodiċi tad-disinn, id-dimensjonament u tat-tħaddim tal-impjant tat-trattament tal-ilma li jintrema jiffaċilitaw il-kisba ta' dawn l-għanijiet

1.7.3.   Deskrizzjoni tal-metodi tekniċi għall-prevenzjoni tal-ġenerazzjoni tal-iskart u l-immaniġġjar tal-iskart

Metodu tekniku

Deskrizzjoni

Sistema ta' valutazzjoni tal-iskart u ta' mmaniġġjar tal-iskart

Is-sistemi ta' valutazzjoni tal-iskart u ta' mmaniġġjar tal-iskart jintużaw biex jiġu identifikati alternattivi fattibbli għall-ottimizzazzjoni tal-prevenzjoni, l-użu mill-ġdid, l-irkupru, ir-riċiklaġġ u r-rimi finali tal-iskart. L-inventarji tal-iskart jippermettu l-identifikazzjoni u l-klassifikazzjoni tat-tip, tal-karatteristiċi, tal-ammont u tal-oriġini ta' kull frazzjon tal-iskart

Ġbir separat ta' frazzjonijiet partijiet differenti tal-iskart

Il-ġbir separat ta' frazzjonijiet differenti tal-iskart fil-punti tal-oriġini u, jekk ikun xieraq, il-ħażna intermedja, jistgħu jtejbu l-alternattivi għall-użu mill-ġdid jew għar-riċirkolazzjoni. Il-ġbir separat jinkludi wkoll is-segregazzjoni u l-klassifikazzjoni ta' frazzjonijiet ta' skart perikoluż (eż. residwi ta' żejt u griż, żjut idrawliċi u tat-transformers, skart ta' batteriji, ruttam ta' apparat elettriku, solventi, żebgħa, bijoċidi jew residwi kimiċi)

Amalgamazzjoni ta' frazzjonijiet xierqa tar-residwi

Amalgamazzjoni ta' frazzjonijiet xierqa tar-residwi skont l-alternattivi preferuti għall-użu mill-ġdid/riċiklaġġ, trattament ulterjuri u rimi

Trattament minn qabel tar-residwi tal-proċess qabel l-użu mill-ġdid jew ir-riċiklaġġ

It-trattament minn qabel jinkludi metodi tekniċi bħal:

deidratazzjoni pereżempju tal-ħama, tal-qoxra jew tar-rifjuti u f'xi każijiet it-tnixxif biex tiżdied il-kapaċità ta' użu mill-ġdid qabel l-użu (eż. żieda tal-valur kalorifiku qabel l-inċinerazzjoni); jew

deidratazzjoni biex jitnaqqsu l-piż u l-volum għat-trasport. Għad-deidratazzjoni jintużaw preses biċ-ċinturin, preses bil-vit, ċentrifugi decanter jew preses tal-filters tal-kompartiment;

tifrik/tqattigħ tar-rifjuti, eż. mill-proċessi RCF u tneħħija tal-partijiet metalliċi, biex jittejbu l-karatteristiċi tal-kombustjoni qabel l-inċinerazzjoni;

stabbilizzazzjoni bijoloġika qabel id-deidratazzjoni, jekk ikun previst użu agrikolu

Irkupru tal-materjali u riċiklaġġ tar-residwi tal-proċess fil-post

Il-proċessi għall-irkupru tal-materjali jinkludu metodi tekniċi bħal:

separazzjoni tal-fibri mill-flussi tal-ilma u riċirkolazzjoni fil-materjal tal-alimentazzjoni;

irkupru ta' addittivi kimiċi, pigmenti tal-kisi, eċċ.;

irkupru ta' kimiċi tat-tisjir permezz ta' bojlers ta' rkupru, kawstiċizzjoni, eċċ.

Irkupru tal-enerġija fuq jew 'il barra mis-sit minn skart b'ħafna kontenut organiku

Ir-residwi mit-tneħħija tal-qoxra, it-tlaqqix, l-iskrining, eċċ. bħall-qoxra tas-siġra, il-ħama tal-fibri jew residwi oħra prinċipalment organiċi jinħarqu minħabba l-valur kalorifiku tagħhom f'inċineraturi jew f'impjanti tal-enerġija mill-bijomassa għall-irkupru tal-enerġija

Użu estern tal-materjal

Jista' jsir użu tal-materjal ta' skart xieraq mill-produzzjoni tal-polpa u l-karta f'setturi industrijali oħra, pereżempju permezz ta':

ħruq fil-kalkari jew taħlit mal-materjal tal-alimentazzjoni fil-produzzjoni tas-siment, taċ-ċeramika jew tal-briks (jinkludi wkoll l-irkupru tal-enerġija);

bdil f'kompost tal-ħama tal-karti jew frazzjonijiet ta' skart xierqa li jixterdu fl-art fl-agrikoltura;

użu ta' frazzjonijiet ta' skart inorganiku (ramel, ġebel, frak taż-żrar, irmied, ġir) għall-kostruzzjoni, bħall-pavimentar, toroq, saffi tal-kisi, eċċ.

L-idoneità tal-frazzjonijiet tal-iskart għall-użu 'l barra mis-sit hija ddeterminata mill-kompożizzjoni tal-iskart (eż. kontenut inorganiku/minerali) u l-evidenza li l-operazzjoni prevista tar-riċiklaġġ ma tikkawżax ħsara lill-ambjent jew lis-saħħa

Trattament minn qabel ta' frazzjoni tal-iskart qabel ir-rimi

It-trattament minn qabel tal-iskart qabel ir-rimi jinkludi miżuri (deidratazzjoni, tnixxif, eċċ.) li jnaqqsu l-piż u l-volum għat-trasport u r-rimi


(1)  F'każijiet speċjali, jista' jkun meħtieġ li tiġi applikata proċedura ta' kampjunar differenti (eż. kampjunar f'ħin speċifiku)

(2)  Hemm tendenza li s-COD jiġi sostitwit bit-TOC għal raġunijiet ekonomiċi u ambjentali. Jekk it-TOC diġà jitkejjel bħala parametru ewlieni tal-proċess, ma jkunx meħtieġ li jitkejjel is-COD; madankollu, għandha tiġi stabbilita korrelazzjoni bejn iż-żewġ parametri għas-sors speċifiku tal-emissjonijiet u l-pass tat-trattament tal-ilma li jintrema.

(3)  Jistgħu jintużaw ukoll metodi rapidi ta' ttestjar. Ir-riżultati tat-testijiet rapidi għandhom jiġu ċċekkjati regolarment (eż. kull xahar) mal-istandards EN jew, jekk ma jkunux disponibbli standards EN, ma' standards ISO, nazzjonali jew internazzjonali oħra li jassiguraw il-forniment ta' dejta ta' kwalità xjentifika ekwivalenti.

(4)  Għal fabbriki li jaħdmu anqas minn sebat ijiem fil-ġimgħa, il-frekwenza tal-monitoraġġ għas-COD u t-TSS tista' titnaqqas biex tkopri l-ġranet li fihom il-fabbrika tkun operattiva jew biex testendi l-perjodu tat-teħid tal-kampjuni għal 48 jew 72 siegħa.

(5)  Applikabbli fejn jintużaw EDTA jew DTPA (aġenti kelanti) fil-proċess.

(6)  Mhux applikabbli għal impjanti li jipprovdu evidenza li ma jiġi ġġenerat jew miżjud l-ebda AOX permezz ta' addittivi kimiċi jew materja prima.

(7)  Mhux applikabbli għal impjanti fejn it-tagħbija bijoloġika tal-ilma li jintrema wara t-trattament primarju tkun baxxa ħafna, eż. xi fabbriki tal-karta li jipproduċu karta speċjali.

(8)  Il-meded tal-BAT-AEL jirreferu għall-produzzjoni ta' polpa kummerċjali u l-parti tal-produzzjoni tal-polpa tal-fabbriki integrati (l-emissjonijiet mill-produzzjoni tal-karta mhumiex inklużi).

(9)  Impjant bijoloġiku kompatt għat-trattament tal-ilma li jintrema jista' jwassal għal livelli ta' emissjonijiet daqsxejn ogħla.

(10)  It-tarf ta' fuq tal-medda jirreferi għall-fabbriki li jużaw ewkaliptu minn reġjuni b'livelli ogħla ta' fosfru (eż. l-ewkaliptu Iberjan).

(11)  Applikabbli għall-fabbriki li jużaw kimiċi tal-ibbliċjar li fihom il-kloru.

(12)  Għall-fabbriki li jipproduċu polpa bi proprjetajiet ta' saħħa, ebusija u purità għoljin (eż. Għall-kartun tal-imballaġġ tal-likwidi u LWC), jista' jseħħ livell ta' emissjonijiet ta' AOX sa 0,25 kg/ADt.

(13)  Il-meded tal-BAT-AEL jirreferu għall-produzzjoni ta' polpa kummerċjali u l-parti tal-produzzjoni tal-polpa tal-fabbriki integrati (l-emissjonijiet mill-produzzjoni tal-karta mhumiex inklużi).

(14)  Impjant bijoloġiku kompatt għat-trattament tal-ilma li jintrema jista' jwassal għal livelli ta' emissjonijiet daqsxejn ogħla.

(15)  Il-livelli ta' emissjonijiet tal-SOx tal-kalkara tal-ġir jiżdiedu b'mod sinifikanti meta jiddaħħlu gassijiet qawwija mhux kondensabbli (NCG) fil-kalkara u ma jintuża l-ebda scrubber tal-alkalina.

(16)  Applikabbli għat-trattament ta' gassijiet bir-riħa dgħajfin.

(17)  Applikabbli għat-trattament ta' gassijiet bir-riħa qawwija.

(18)  Iż-żieda fil-kontenut ta' DS tal-likur iswed twassal għal emissjonijiet aktar baxxi ta' SO2 u emissjonijiet aktar għoljin ta' NOx. Minħabba f'hekk, bojler ta' rkupru b'livelli baxxi ta' emissjonijiet ta' SO2, jista' jkun fit-tarf ta' fuq tal-medda għall-NOx u viċi versa.

(19)  Il-BAT-AELs ma jkoprux perjodi li matulhom il-bojler ta' rkupru jitħaddem fuq kontenut ta' DS ferm aktar baxx mill-kontenut normali ta' DS minħabba t-tifi jew manutenzjoni tal-impjant ta' konċentrazzjoni tal-likur iswed.

(20)  Kieku bojler ta' rkupru kellu jaħraq likur iswed b'DS ta' > 83 %, f'dak il-każ il-livelli tal-emissjonijiet ta' SO2 u ta' S gassuż iridu jitqiesu mill-ġdid fuq bażi ta' każ b'każ.

(21)  Il-medda hija applikabbli mingħajr l-inċinerazzjoni ta' gassijiet bir-riħa qawwija.

DS = kontenut solidu xott tal-likur iswed.

(22)  Iż-żieda fil-kontenut ta' DS tal-likur iswed twassal għal emissjonijiet aktar baxxi ta' SO2 u emissjonijiet aktar għoljin ta' NOx. Minħabba f'hekk, bojler ta' rkupru b'livelli baxxi ta' emissjonijiet għas-SO2, jista' jkun fit-tarf ta' fuq tal-medda għall-NOx u viċi versa.

(23)  Il-livell attwali tal-emissjonijiet ta' NOx ta' bojler ta' rkupru jiddependi fuq il-kontenut ta' DS u l-kontenut ta' nitroġenu tal-likur iswed, u l-ammont u l-kombinazzjoni ta' NCG u flussi oħra li fihom in-nitroġenu (eż. gass tal-fetħiet tat-tank tat-tidwib, metanol separat mill-kondensat, ħama bijoloġika) maħruqa. Aktar ma jkun għoli l-kontenut tad-DS il-kontenut tan-nitroġenu fil-likur iswed, u l-ammont ta' NCG u flussi oħra li fihom in-nitroġenu maħruqa, l-emissjonijiet ikunu aktar qrib it-tarf ta' fuq tal-medda tal-BAT-AEL.

(24)  Kieku bojler ta' rkupru kellu jaħraq likur iswed b'DS ta' > 83 %, f'dak il-każ il-livelli tal-emissjonijiet tan-NOx iridu jitqiesu mill-ġdid fuq bażi ta' każ b'każ.

DS = kontenut solidu xott tal-likur iswed.

(25)  Għal bojler ta' rkupru eżistenti mgħammar b'ESP li jkun riesaq lejn it-tmiem tal-ħajja operattiva tiegħu, il-livelli tal-emissjonijiet jistgħu jiżdiedu maż-żmien sa 50 mg/Nm3 (li jikkorrispondu għal 0,4 kg/ADt).

(26)  “gassijiet qawwija” jinkludu l-metanol u t-terpentina

(27)  Għall-kalkari tal-ġir li jaħarqu gassijiet qawwija (inklużi l-metanol u t-terpentina), it-tarf ta' fuq tal-medda tal-AEL jista' jkun sa 40 mg/Nm3.

(28)  Meta jintużaw fjuwils likwidi li joriġinaw minn materja veġetali (eż. terpentina, metanol, tall-oil), inklużi dawk miksuba bħala prodotti sekondarji tal-proċess tal-produzzjoni tal-polpa, jistgħu jseħħu livelli ta' emissjonijiet sa 350 mg/Nm3 (li jikkorrispondu għal 0,35 kg NOx/ADt).

(29)  Meta jintużaw fjuwils gassużi li joriġinaw minn materja veġetali (eż. gassijiet mhux kondensabbli), inklużi dawk miksuba bħala prodotti sekondarji tal-proċess tal-produzzjoni tal-polpa, jistgħu jseħħu livelli ta' emissjonijiet sa 450 mg/Nm3 (li jikkorrispondu għal 0,45 kg NOx/ADt).

(30)  Għal kalkara tal-ġir eżistenti mgħammra b'ESP li jkun riesaq lejn it-tmiem tal-ħajja operattiva tiegħu, il-livelli tal-emissjonijiet jistgħu jiżdiedu maż-żmien sa 50 mg/Nm3 (li jikkorrispondu għal 0,05 kg/ADt).

(31)  Dan il-BAT-AEL huwa bbażat fuq fluss ta' gass fil-medda ta' 100-200 Nm3/ADt.

(32)  Meta fl-impjanti eżistenti ma tkunx fattibbli bidla għall-inċinerazzjoni fi stadji, jistgħu jseħħu livelli ta' emissjonijiet sa 1 000 mg/Nm3 (li jikkorrispondu għal 0,2 kg/ADt).

(33)  Il-meded tal-BAT-AEL jirreferu għall-produzzjoni ta' polpa kummerċjali u l-parti tal-produzzjoni tal-polpa tal-fabbriki integrati (l-emissjonijiet mill-produzzjoni tal-karta mhumiex inklużi).

(34)  Il-BAT-AELs ma japplikawx għall-fabbriki tal-polpa naturali bi protezzjoni kontra l-griż).

(35)  Il-BAT-AEL għas-COD u l-fosfru totali ma japplikawx għall-polpa kummerċjali bbażata fuq l-ewkaliptu

(36)  Il-fabbriki tal-polpa kummerċjali bis-sulfit jistgħu japplikaw stadju ta' bbliċjar ħafif bis-ClO2 biex jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-prodott, u b'hekk iwasslu għal emissjonijiet ta' AOX.

(37)  Mhux applikabbli għall-fabbriki TCF.

(38)  Il-meded tal-BAT-AEL jirreferu għall-produzzjoni ta' polpa kummerċjali u l-parti tal-produzzjoni tal-polpa tal-fabbriki integrati (l-emissjonijiet mill-produzzjoni tal-karta mhumiex inklużi).

(39)  Minħabba l-emissjonijiet aktar għoljin speċifiċi għall-proċess, il-BAT-AEL għan-nitroġenu totali ma japplikax għall-produzzjoni tal-polpa NSSC ibbażata fuq l-ammonju.

(40)  Għall-fabbriki bbażati fuq l-ammonju, jistgħu jseħħu livelli għolja ta' emissjonijiet ta' NOx: sa 580 mg/Nm3 bħala medja ta' kuljum u sa 450 mg/Nm3 bħala medja ta' kull sena.

(41)  Għall-bojlers ta' rkupru mħaddma f'fabbriki li jużaw aktar minn 25 % ta' njam iebes (rikk fil-potassju) f'materja prima, jistgħu jseħħu livelli ogħla ta' emissjonijiet tat-trab sa 30 mg/Nm3.

(42)  Il-BAT-AEL għat-trab ma japplikax għall-fabbriki bbażati fuq l-ammonju.

(43)  Minħabba l-emissjonijiet ogħla speċifiċi għall-proċess, il-BAT-AEL għall-SO2 ma japplikax għal bojlers ta' rkupru mħaddma b'mod permanenti taħt kundizzjonijiet 'aċidużi', jiġifieri billi jintuża l-likur tas-sulfit bħala mezz ta' ħasil ta' scrubber imxarrab bħala parti mill-proċess ta' rkupru tas-sulfit.

(44)  Fil-każ ta' scrubbers eżistenti b'venturi ta' ħafna stadji, jistgħu jseħħu livelli ogħla ta' emissjonijiet ta' SO2 sa 400 mg/Nm3 bħala valur medju ta' kuljum u sa 350 mg/Nm3 bħala medja ta' kull sena.

(45)  Mhux applikabbli waqt 'operazzjoni bl-aċidu', jiġifieri perjodi li fihom isiru tlaħliħ u tindif tal-inkrustazzjoni fl-iscrubbers. Matul dawn il-perjodi l-emissjonijiet jistgħu jkunu sa 300 – 500 mg SO2/Nm3 (f'livell ta' 5 % O2) għat-tindif ta' wieħed mill-iscrubbers u sa 1 200 mg SO2/Nm3 (valuri medji ta' kull nofs siegħa, f'livell ta' 5 % O2) meta jitnaddaf il-ħassiel finali.

(46)  Fil-każ ta' polpa mekkanika bbliċjata ħafna (70-100 % ta' fibra fil-karta finali), jistgħu jseħħu livelli ta' emissjonijiet ta' 8 kg/t.

(47)  Meta ma jkunux jistgħu jintużaw aġenti bijodegradabbli jew aġenti kelanti eliminabbli minħabba r-rekwiżiti tal-kwalità tal-polpa (eż. tleqqija għolja), l-emissjonijiet tan-nitroġenu totali jistgħu jkunu ogħla minn dan il-BAT-AEL u għandhom jiġu vvalutati fuq bażi ta' każ b'każ.

(48)  Meta ma jkunux jistgħu jintużaw aġenti bijodegradabbli jew aġenti kelanti eliminabbli minħabba r-rekwiżiti tal-kwalità tal-polpa (eż. tleqqija għolja), l-emissjonijiet tan-nitroġenu totali jistgħu jkunu ogħla minn dan il-BAT-AEL u għandhom jiġu vvalutati fuq bażi ta' każ b'każ.

(49)  Għall-fabbriki b'ċirkwiti tal-ilma kompletament magħluqa, ma hemmx emissjonijiet ta' COD.

(50)  Għall-impjanti eżistenti, jistgħu jseħħu livelli sa 0,45 kg/t, minħabba t-tnaqqis kontinwu tal-kwalità tal-karta għar-riċiklaġġ u d-diffikultà tat-titjib kontinwu tal-impjant tal-effluwent.

(51)  Għall-fabriki b'kanal għall-ilma li jintrema ta' bejn 5 u 10 m3/t, l-ogħla punt tal-medda huwa ta' 0,008 kg/t.

(52)  Għall-fabbriki tal-karta grafika, it-tarf ta' fuq tal-medda jirreferi għal fabbriki li jimmanifatturaw il-karta li jużaw il-lamtu għall-proċess tal-kisi.

(53)  Fabbriki li jkollhom karatteristiċi speċjali, bħal numru għoli ta' bidliet fil-grad (eż. ta' ≥ 5 kuljum bħala medja ta' kull sena) jew li jipproduċu karti speċjali ħfief ħafna (≤ 30 g/m2 bħala medja ta' kull sena) jista' jkollhom emissjonijiet ogħla mit-tarf ta' fuq tal-medda.

(54)  It-tarf ta' fuq tal-medda tal-BAT-AEL jirreferi għall-fabbriki li jipproduċu karta mitħuna ħafna li teħtieġ irfinar intensiv u għall-fabbriki li jkollhom bidliet frekwenti fil-gradi tal-karta (eż. ≥ 1 – 2 bidliet fil-jum bħala medja ta' kull sena).