ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 283

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 57
27 ta' Settembru 2014


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Avviż rigward id-dħul fis-seħħ tal-Protokoll ta’ Nagoya dwar l-Aċċess għal Riżorsi Ġenetiċi u l-Qsim Ġust u Ekwu ta’ Benefiċċji li Jirriżultaw mill-Użu tagħhom għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika

1

 

*

Avviż dwar id-dħul fis-seħħ fl-Unjoni tal-Protokoll ta' Nagoya dwar l-Aċċess għal Riżorsi Ġenetiċi u l-Qsim Ġust u Ekwu ta' Benefiċċji li Jirriżultaw mill-Użu tagħhom għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika

1

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1012/2014 tal-25 ta' Settembru 2014 li jaddatta r-Regolament (KE) Nru 1340/2008 dwar il-kummerċ ta' ċerti prodotti tal-azzar bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Kazakistan, minħabba l-adeżjoni tal-Kroazja fl-Unjoni Ewropea

2

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1013/2014 tas-26 ta' Settembru 2014 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

9

 

*

Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1014/2014 tat-22 ta' Lulju 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 (UE) u r-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kontenut u l-kostruzzjoni ta' sistema komuni ta' monitoraġġ u evalwazzjoni għall-operazzjonijiet finanzjati mill-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd

11

 

*

Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1015/2014 tat-22 ta' Lulju 2014 li jemenda l-Annessi II u II tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li japplika skema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati u li jħassar ir-Regolament Iddelegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 154/2013

20

 

*

Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1016/2014 tat-22 ta' Lulju 2014 li jemenda l-Anness II mar-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li japplika skema ġeneralizzata ta' preferenzi tariffarji

23

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1017/2014 tal-24 ta' Settembru 2014 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għar-roundnose grenadier fl-ilmijiet tal-UE u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VIII, IX, X, XII u XIV minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Irlanda

25

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1018/2014 tal-24 ta' Settembru 2014 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għaċ-ċinturin iswed fl-UE u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni V, VI, VII u XII minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Irlanda

27

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1019/2014 tal-25 ta' Settembru 2014 li jistabbilixxi projbizzjoni għas-sajd għall-bażuga kaħlija fl-ilmijiet tal-UE u dawk internazzjonali taż-żoni VI, VII u VIII minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Irlanda

29

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1020/2014 tal-25 ta' Settembru 2014 li jirreġistra denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Българско розово масло (Bulgarsko rozovo maslo) (IĠP)]

31

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1021/2014 tas-26 ta' Settembru 2014 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 li jimplementa r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta' ċertu għalf u ikel ta' oriġini mhux mill-annimali ( 1 )

32

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1022/2014 tas-26 ta' Settembru 2014 li jemenda għall-220 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al-Qaida

40

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1023/2014 tas-26 ta’ Settembru 2014 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

42

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1024/2014 tas-26 ta' Settembru 2014 li jiffissal-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandha tapplika għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqa mit-8 sal-14 ta' Settembru 2014 fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 891/2009 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 170/2013 fis-settur taz-zokkor u s-sospensjoni tat-tressiq tal-applikazzjoni għal liċenzji bħal dawn

44

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2014/675/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta' Settembru 2014 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar emenda għall-Anness II tal-Ftehim taż-ŻEE

47

 

 

2014/676/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta' Settembru 2014 li taħtar membru supplenti Ċek fil-Kumitat tar-Reġjuni

56

 

 

2014/677/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta' Settembru 2014 li taħtar membru Olandiż u erba' membri supplenti Olandiżi fil-Kumitat tar-Reġjuni

57

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/678/PESK tas-26 ta' Settembru 2014 li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

59

 

 

2014/679/UE

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Settembru 2014 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/270/UE fir-rigward tal-perjodu ta' applikazzjoni tagħha u fir-rigward tal-moviment għal faċilitajiet tal-ippakkjar ta' tuberi tal-patata li joriġinaw f'żoni demarkati sabiex jiġi evitat it-tixrid fl-Unjoni tal-Epitrix cucumeris (Harris), l-Epitrix similaris (Gentner), l-Epitrix subcrinita (Lec.) u l-Epitrix tuberis (Gentner) (notifikata bid-dokument C(2014) 6731)

61

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

27.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 283/1


Avviż rigward id-dħul fis-seħħ tal-Protokoll ta’ Nagoya dwar l-Aċċess għal Riżorsi Ġenetiċi u l-Qsim Ġust u Ekwu ta’ Benefiċċji li Jirriżultaw mill-Użu tagħhom għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika

Il-Protokoll ta' Nagoya dwar l-Aċċess għal Riżorsi Ġenetiċi u l-Qsim Ġust u Ekwu ta' Benefiċċji li Jirriżultaw mill-Użu tagħhom għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika (1) adottat fid-29 ta' Ottubru 2010 ser jidħol fis-seħħ, skont l-Artikolu 33(1) tal-Protokoll, fit-12 ta' Ottubru 2014.


(1)   ĠU L 150, 20.5.2014, p. 234.


27.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 283/1


Avviż dwar id-dħul fis-seħħ fl-Unjoni tal-Protokoll ta' Nagoya dwar l-Aċċess għal Riżorsi Ġenetiċi u l-Qsim Ġust u Ekwu ta' Benefiċċji li Jirriżultaw mill-Użu tagħhom għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika

L-Unjoni approvat il-“Protokoll ta' Nagoya dwar l-Aċċess għal Riżorsi Ġenetiċi u l-Qsim Ġust u Ekwu ta' Benefiċċji li Jirriżultaw mill-Użu tagħhom għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika” fis-16 ta' Mejju 2014  (1).

Skont l-Artikolu 33(1) tiegħu, l-imsemmi Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fid-dsatax-il jum wara d-data tad-depożitu tal-ħamsin strument ta' ratifika, aċċettazzjoni, approvazzjoni jew adeżjoni. Il-ħamsin strument ta' ratifika, aċċettazzjoni, approvazzjoni jew adeżjoni ġie ddepożitat fl-14 ta' Lulju 2014. Għaldaqstant, il-Protokoll se jidħol fis-seħħ fl-Unjoni Ewropea fit-12 ta' Ottubru 2014.


(1)   ĠU L 150, 20.5.2014, p. 231.


REGOLAMENTI

27.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 283/2


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1012/2014

tal-25 ta' Settembru 2014

li jaddatta r-Regolament (KE) Nru 1340/2008 dwar il-kummerċ ta' ċerti prodotti tal-azzar bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Kazakistan, minħabba l-adeżjoni tal-Kroazja fl-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Att ta' Adeżjoni tal-Kroazja, u b'mod partikolari l-Artikolu 50 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 50 tal-Att ta' Adeżjoni, tal-Kroazja, fejn l-atti tal-istituzzjonijiet adottati qabel l-adeżjoni jeħtieġu adattament minħabba l-adeżjoni, u l-adattamenti meħtieġa mhumiex previsti fl-Att ta' Adeżjoni jew fl-Annessi tiegħu, l-atti meħtieġa għandhom jiġu adottati mill-Kunsill jekk l-att oriġinali ma kienx adottat mill-Kummissjoni.

(2)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1340/2008 (1) li ġie adottat qabel l-adeżjoni tal-Kroazja, u jeħtieġ li jkun adattat minħabba din l-adeżjoni u adattament bħal dan mhuwiex previst fl-Att ta' Adeżjoni tal-Kroazja jew l-Annessi tiegħu.

(3)

Għalhekk, ikun xieraq li jiżdiedu “HR” li jidentifikaw lill-Kroazja bħala Stat Membru destinatarju bin-numru tas-serje standardizzat mehmuż ma' kull liċenzja ta' esportazzjoni jew dokument ekwivalenti u jiżdiedu l-isem u d-dettalji ta' kuntatt tal-awtorità nazzjonali Kroata mal-lista tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti inkarigati mill-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1340/2008.

(4)

Applikazzjoni retroattiva ta' dan ir-Regolament hija meħtieġa biex jiġi żgurat li l-kummerċ tal-prodotti tal-azzar skont ir-Regolament (KE) Nru 1340/2008 ma jiġix affettwat.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 1340/2008 għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1340/2008 hu emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 9, il-paragrafu 6 hu sostitwit b'dan li ġej:

“6.   In-numru tas-serje jkun magħmul mill-elementi li ġejjin:

żewġ ittri li jidentifikaw il-pajjiż esportatur kif gej:

KZ = Repubblika tal-Kazakistan,

żewġ ittri li jidentifikaw l-Istat Membru destinatarju kif ġej:

BE = Il-Belġju

BG = Il-Bulgarija

CZ = Ir-Repubblika Ċeka

DK = Id-Danimarka

DE = Il-Ġermanja

EE = L-Estonja

IE = L-Irlanda

GR = Il-Greċja

ES = Spanja

FR = Franza

HR = Il-Kroazja

IT = L-Italja

CY = Ċipru

LV = Il-Latvja

LT = Il-Litwanja

LU = Il-Lussemburgu

HU = L-Ungerija

MT = Malta

NL = Il-Pajjiżi l-Baxxi

AT = L-Awstrija

PL = Il-Polonja

PT = Il-Portugall

RO = Ir-Rumanija

SI = Is-Slovenja

SK = Is-Slovakkja

FI = Il-Finlandja

SE = L-Isvezja

GB = Ir-Renju Unit,

numru b'ċifra waħda li jidentifika s-sena ta' kwota korrispondenti għall-aħħar ċifra fis-sena konċernata, eż. ‘9’ għas-sena 2009;

numru b'żewġ ċifri li jidentifika l-uffiċċju tal-ħruġ fil-pajjiż ta' esportazzjoni,

numru b'ħames ċifri li jsegwu b'mod konsekuttiv bejn 00 001 sa 99 999 li jiġi allokat għall-Istat Membru destinatarju speċifiku.”

.

(2)

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1340/2008 jiġi sostitwit bit-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Japplika mill-1 ta' Lulju 2013.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Settembru 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

F. GUIDI


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1340/2008 tat-8 ta' Diċembru 2008 dwar il-kummerċ ta' ċerti prodotti tal-azzar bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Kazakistan (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 1).


ANNESS

“ANNESS IV

СПИСЪК НА КОМПЕТЕНТНИТЕ НАЦИОНАЛНИ ОРГАНИ

LISTA DE LAS AUTORIDADES NACIONALES COMPETENTES

SEZNAM PŘÍSLUŠNÝCH VNITROSTÁTNÍCH ORGÁNŮ

LISTE OVER KOMPETENTE NATIONALE MYNDIGHEDER

LISTE DER ZUSTÄNDIGEN BEHÖRDEN DER MITGLIEDSTAATEN

PÄDEVATE RIIKLIKE ASUTUSTE NIMEKIRI

ΔΙΕΥΘΥΝΣΕΙΣ ΤΩΝ ΑΡΧΩΝ ΕΚΔΟΣΗΣ ΑΔΕΙΩΝ ΤΩΝ ΚΡΑΤΩΝ ΜΕΛΩΝ

LIST OF THE COMPETENT NATIONAL AUTHORITIES

LISTE DES AUTORITÉS NATIONALES COMPÉTENTES

POPIS NADLEŽNIH NACIONALNIH TIJELA

ELENCO DELLE COMPETENTI AUTORITÀ NAZIONALI

VALSTU KOMPETENTO IESTĀŽU SARAKSTS

ATSAKINGŲ NACIONALINIŲ INSTITUCIJŲ SĄRAŠAS

AZ ILLETÉKES NEMZETI HATÓSÁGOK LISTÁJA

LISTA TAL-AWTORITAJIET NAZZJONALI KOMPETENTI

LIJST VAN BEVOEGDE NATIONALE INSTANTIES

WYKAZ WŁAŚCIWYCH ORGANÓW KRAJOWYCH

LISTA DAS AUTORIDADES NACIONAIS COMPETENTES

LISTA AUTORITĂȚILOR NAȚIONALE COMPETENTE

ZOZNAM PRÍSLUŠNÝCH ŠTÁTNYCH ORGÁNOV

SEZNAM PRISTOJNIH NACIONALNIH ORGANOV

LUETTELO TOIMIVALTAISISTA KANSALLISISTA VIRANOMAISISTA

FÖRTECKNING ÖVER BEHÖRIGA NATIONELLA MYNDIGHETER

BELGIQUE/BELGIË

Service public fédéral de l'économie, des PME, des classes moyennes et de l'énergie

Direction générale du potentiel économique

Service des licences

Rue de Louvain 44

B-1000 Bruxelles

Fax (32-2) 277 50 63

Federale Overheidsdienst Economie, KMO,

Middenstand & Energie

Algemene Directie Economisch Potentieel

Dienst Vergunningen

Leuvenseweg 44

B-1000 Brussel

Fax (32-2) 277 50 63

DANMARK

Erhvervs- og Byggestyrelsen

Økonomi- og Erhvervsministeriet

Langelinie Allé 17

DK-2100 København Ø

Fax (45) 35 46 60 01

DEUTSCHLAND

Bundesamt für Wirtschaft und Ausfuhrkontrolle,

(BAFA)

Frankfurter Straße 29—35

D-65760 Eschborn 1

Fax (49) 6196 90 88 00

БЪЛГАРИЯ

Министерство на икономиката и енергетиката

дирекция ‘Регистриране, лицензиране и контрол’

ул. ‘Славянска’ № 8

1052 София

Факс: (359-2) 981 50 41

Fax (359-2) 980 47 10

ČESKÁ REPUBLIKA

Ministerstvo průmyslu a obchodu

Licenční správa

Na Františku 32

CZ-110 15 Praha 1

Fax (420) 224 21 21 33

FRANCE

Ministère de l'économie, des finances et de l'industrie

Direction générale des entreprises

Sous-direction des biens de consommation

Bureau textile-importations

Le Bervil

12, rue Villiot

F-75572 Paris Cedex 12

Fax (33) 153 44 91 81

REPUBLIKA HRVATSKA

Ministarstvo vanjskih i europskih poslova

Trg N. Š. Zrinskog 7-8,

10000 Zagreb

Tel. (385) 1 6444626

Fax (385) 1 6444601

ITALIA

Ministero dello Sviluppo Economico

Direzione Generale per la Politica Commerciale

DIV. III

Viale America, 341

I-00144 Roma

Tel. (39) 06 59 64 24 71/59 64 22 79

Fax (39) 06 59 93 22 35/59 93 26 36

E-mail: polcom3@mincomes.it

EESTI

Majandus- ja Kommunikatsiooniministeerium

Harju 11

EE-15072 Tallinn

Faks: +372 631 3660

IRELAND

Department of Enterprise, Trade and Employment

Import/Export Licensing, Block C

Earlsfort Centre

Hatch Street

IE-Dublin 2

Fax +353-1-631 25 62

ΕΛΛΑΔΑ

Υπουργείο Οικονομίας & Οικονομικών

Γενική Διεύθυνση Διεθνούς Οικονομικής Πολιτικής

Διεύθυνση Καθεστώτων Εισαγωγών-Εξαγωγών,

Εμπορικής Άμυνας

Κορνάρου 1

GR-105 63 Αθήνα

Φαξ (30-210) 328 60 94

ESPAÑA

Ministerio de Industria, Turismo y Comercio

Secretaría General de Comercio Exterior

Subdirección General de Comercio Exterior de Productos Industriales

Paseo de la Castellana 162

E-28046 Madrid

Fax +34-91 349 38 31

ΚΥΠΡΟΣ

Υπουργείο Εμπορίου, Βιομηχανίας και Τουρισμού

Υπηρεσία Εμπορίου

Μονάδα Έκδοσης Αδειών Εισαγωγής/Εξαγωγής

Οδός Ανδρέα Αραούζου Αρ. 6

CY-1421 Λευκωσία

Φαξ (357) 22 37 51 20

LATVIJA

Latvijas Republikas Ekonomikas ministrija

Brīvības iela 55

LV-1519 Rīga

Fakss: +371-728 08 82

LIETUVA

Lietuvos Respublikos ūkio ministerija

Prekybos departamentas

Gedimino pr. 38/2

LT-01104 Vilnius

Faks. +370-5-26 23 974

LUXEMBOURG

Ministère de l'économie et du commerce extérieur

Office des licences

BP 113

L-2011 Lussemburgu

Fax (352) 46 61 38

MAGYARORSZÁG

Magyar Kereskedelmi Engedélyezési Hivatal

Margit krt. 85.

HU-1024 Budapest

Fax (36-1) 336 73 02

MALTA

Diviżjoni għall-Kummerċ

Servizzi Kummerċjali

Lascaris

MT-Valletta CMR02

Fax (356) 25 69 02 99

NEDERLAND

Belastingdienst/Douane centrale dienst voor in- en uitvoer

Postbus 30003, Engelse Kamp 2

NL-9700 RD Groningen

Fax (31-50) 523 23 41

ÖSTERREICH

Bundesministerium für Wirtschaft und Arbeit

Außenwirtschaftsadministration

Abteilung C2/2

Stubenring 1

A-1011 Wien

Fax (43-1) 7 11 00/83 86

ROMÂNIA

Ministerul pentru Întreprinderi Mici și Mijlocii, Comerț, Turism și Profesii Liberale

Direcția Generală Politici Comerciale

Str. Ion Câmpineanu, nr. 16

București, sector 1

Cod poștal 010036

Tel. (40-21) 315 00 81

Fax (40-21) 315 04 54

e-mail: clc@dce.gov.ro

SLOVENIJA

Ministrstvo za finance

Carinska uprava Republike Slovenije

Carinski urad Jesenice

Spodnji plavž 6C

SI-4270 Jesenice

Faks (386-4) 297 44 72

SLOVENSKO

Odbor obchodnej politiky

Ministerstvo hospodárstva

Mierová 19

827 15 Bratislava 212

Slovenská republika

Fax (421-2) 48 54 31 16

SUOMI/FINLAND

Tullihallitus

PL 512

FI-00101 Helsinki

Faksi +358-20-492 28 52

Tullstyrelsen

PB 512

FI-00101 Helsingfors

Fax +358-20-492 28 52

POLSKA

Ministerstwo Gospodarki

Plac Trzech Krzyży 3/5

00-507 Warszawa

Polska

Fax (48-22) 693 40 21/693 40 22

PORTUGAL

Ministério das Finanças e da Administração Pública

Direcção-Geral das Alfândegas e dos Impostos

Especiais sobre o Consumo

Rua da Alfândega, n.o 5, r/c

P-1149-006 Lisboa

Fax (+ 351) 218 81 39 90

SVERIGE

Kommerskollegium

Box 6803

S-113 86 Stockholm

Fax (46-8) 30 67 59

UNITED KINGDOM

Department of Trade and Industry

Import Licensing Branch

Queensway House — West Precinct

Billingham

UK-TS23 2NF

Fax (44-1642) 36 42 69”


27.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 283/9


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 1013/2014

tas-26 ta' Settembru 2014

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 tat-18 ta' Jannar 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 442/2011 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 32(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-18 ta' Jannar 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 36/2012.

(2)

Permezz tas-sentenza tagħha tas-16 ta' Lulju 2014 fil-Kawża T-572/11, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea annullat id-deċiżjoni tal-Kunsill biex tinkludi lil Samir Hassan fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi li jinsabu fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 36/2012.

(3)

Samir Hassan għandu jiġi inkluż mill-ġdid fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi li jinsabu fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 36/2012, abbażi ta' dikjarazzjoni ġdida tar-raġunijiet.

(4)

Barra minn hekk, l-informazzjoni marbuta ma' żewġ entitajiet elenkati fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 36/2012 għandha tiġi aġġornata.

(5)

Ir-Regolament (UE) Nru 36/2012 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 36/2012 huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Settembru 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

S. GOZI


(1)   ĠU L 16, 19.1.2012, p. 1.


ANNESS

1.   

Il-persuni u l-entitajiet li ġejjin għandhom jiddaħħlu fil-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi li tinsab fit-Taqsima A fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 36/2012:

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“48.

Samir (

Image 1

) Hassan (

Image 2

)

 

Samir Hassan huwa negozjant prominenti, qrib figuri ewlenin tar-reġim Sirjan, bħal Rami Makhlouf u Issam Anbouba; minn Marzu 2014, huwa l-Viċi President għar-Russja tal-Kunsilli ta' Negozji Bilaterali wara l-ħatra tiegħu mill-Ministru tal-Ekonomija, Khodr Orfali. Barra minn hekk, huwa jappoġġa l-isforz ta' gwerra tar-reġim permezz ta' donazzjonijiet ta' flus. Għalhekk, Samir Hassan huwa assoċjat ma' persuni li jibbenifikaw minn jew li jappoġġa lir-reġim u jipprovdi appoġġ lil u jibbenefika mir-reġim Sirjan.

27.9.2014”

2.   

L-entrati li jikkonċernaw l-entitajiet elenkati hawn taħt, kif stipulat fit-Taqsima B tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 36/2012 huma sostitwiti bl-entrati li ġejjin:

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“54.

Overseas Petroleum Trading

magħrufa wkoll bħala ‘Overseas Petroleum Trading SAL (Off-Shore)’

magħrufa wkoll bħala ‘Overseas Petroleum Company’

Dunant Street, Snoubra Sector, Beirut, Lebanon.

Tipprovdi appoġġ lir-reġim Sirjan u tibbenefika mir-reġim billi torganizza bil-moħbi vjeġġi taż-żejt lir-reġim Sirjan.

23.7.2014

55.

Tri Ocean Trading magħrufa wkoll bħala Tri-Ocean Energy

35b Saray El Maadi Tower, Corniche El Nile, Cairo, Egypt, Postal Code 11431 P.O. Box: 1313 Maadi

Tipprovdi appoġġ lir-reġim Sirjan u tibbenefika mir-reġim billi torganizza bil-moħbi vjeġġi taż-żejt lir-reġim Sirjan.

23.7.2014”


27.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 283/11


REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1014/2014

tat-22 ta' Lulju 2014

li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 (UE) u r-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kontenut u l-kostruzzjoni ta' sistema komuni ta' monitoraġġ u evalwazzjoni għall-operazzjonijiet finanzjati mill-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 (UE) u r-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 107(1) flimkien mal-Artikolu 109(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 107 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 jistipula l-istabbiliment ta' sistema ta' monitoraġġ u evalwazzjoni komuni bl-għan li titkejjel il-prestazzjoni tal-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (il-FEMS). Dik is-sistema għandha tgħin b'mod partikolari biex jintwerew il-progress u l-kisbiet tal-Politika Komuni tas-Sajd u l-Politika Marittima Integrata tal-Unjoni; biex tiġi vvalutata l-effettività, l-effiċjenza u r-relevanza tal-operazzjonijiet tal-FEMS; biex tikkontribwixxi għal appoġġ immirat aħjar għall-Politika Komuni tas-Sajd u Politika Marittima Integrata tal-Unjoni; biex tappoġġa proċess ta' tagħlim komuni b'rabta mal-monitoraġġ u l-evalwazzjoni; u biex tipprovdi evalwazzjonijiet sodi bbażati fuq l-operazzjonijiet tal-FEMS li jikkontribwixxu għall-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet.

(2)

Il-kontenut u l-kostruzzjoni tas-sistema komuni ta' monitoraġġ u evalwazzjoni għandhom jiġu definiti biex ikun żgurat li jitwettqu biżżejjed attivitajiet ta' evalwazzjoni xierqa. Għaldaqstant huwa meħtieġ li tiġi determinata lista ta' indikaturi komuni biex jintużaw mill-Istati Membri biex id-dejta tkun tista' tiġi aggregata fil-livell tal-Unjoni u l-prestazzjoni tal-FEMS tkun tista' tiġi valutata mill-Kummissjoni fir-rigward tal-għanijiet tal-politika stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 508/2014.

(3)

Skont l-Artikolu 109 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 l-indikaturi komuni għandhom ikunu applikabbli għal kull programm u għandu jkollhom rabta mas-sitwazzjoni tal-bidu kif ukoll mal-eżekuzzjoni finanzjarja, il-prestazzjoni u r-riżultati tal-programm. Dawn l-indikaturi komuni għandhom jintużaw ukoll għall-analiżi tal-prestazzjoni msemmija fl-Artikolu 21(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

(4)

L-indikaturi komuni għandhom ikunu konformi mal-indikaturi stabbiliti fil-prijoritajiet tal-programm fl-Artikolu 27(4) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), li jinkludu indikaturi b'rabta man-nefqa allokata, indikaturi tal-prestazzjoni b'rabta mal-operazzjonijiet appoġġati u indikaturi tar-riżultati b'rabta mal-prijorità inkwistjoni. Dawn għandhom jinkludu wkoll indikaturi tal-kuntest b'rabta mas-sitwazzjoni tal-bidu qabel l-implimentazzjoni tal-programm.

(5)

L-indikaturi msemmija fl-Artikolu 107(2) tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 huma marbuta mal-impatt tal-programm fil-livell ta' kull Prijorità tal-Unjoni u mhumiex koperti b'dan ir-Regolament.

(6)

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni immedjata tal-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kontenut u l-kostruzzjoni tas-sistema ta' monitoraġġ u evalwazzjoni

1.   Is-sistema komuni ta' monitoraġġ u evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 107 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 għandha tkun magħmula minn dawn l-elementi:

(a)

loġika ta' intervent li turi l-interazzjonijiet bejn il-prijoritajiet, l-oqsma ta' attenzjoni iffukata u l-miżuri kif stipulat fl-Artikolu 18(1)(a) u l-Artikolu 116 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014;

(b)

il-ġabra ta' indikaturi komuni msemmija fl-Artikolu 109 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014;

(c)

id-dejta kumulattiva rilevanti dwar l-operazzjonijiet magħżula għall-iffinanzjar, kif stipulat fl-Artikolu 97(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 508/2014;

(d)

ir-rapport annwali dwar l-implimentazzjoni tal-programm operazzjonali, kif stipulat fl-Artikolu 114 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 flimkien mal-Artikolu 50 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013;

(e)

il-pjan ta' evalwazzjoni kif stipulat fl-Artikolu 115 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 flimkien mal-Artikolu 56 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013;

(f)

l-evalwazzjonijiet ex ante u ex post u l-evalwazzjonijiet l-oħra kollha marbuta mal-programmi tal-FEMS, kif stipulat fl-Artikoli 115, 116 u 117 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 flimkien mal-Artikoli 55, 56 u 57 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013;

(g)

l-eżami tal-prestazzjoni kif stipulat fl-Artikolu 21(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

2.   Meta tkun qed tapplika l-Artikolu 97(1)(a) u l-Artikoli 114 sa 117 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014, flimkien mal-Artikoli 21(1), 50, 55, 56 u 57 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, l-awtorità maniġerjali għandha tuża l-lista ta' indikaturi komuni msemmija fl-Artikolu 109 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 fl-elementi differenti tas-sistema komuni ta' monitoraġġ u evalwazzjoni.

Artikolu 2

Lista ta' Indikaturi Komuni

Il-lista ta' indikaturi komuni msemmija fl-Artikolu 109 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 hija stabbilita fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Lulju 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 149, 20.5.2014, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).


ANNESS

INDIKATURI KOMUNI LI GĦANDHOM JINTUŻAW FIS-SISTEMA KOMUNI TA' MONITORAĠĠ U EVALWAZZJONI

I.   INDIKATURI TAL-KUNTEST (1)

Prijorità tal-Unjoni 1 — Il-promozzjoni ta' sajd ambjentalment sostenibbli, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, innovattiv, kompetittiv u bbażat fuq l-għarfien

1.

Il-flotta tas-sajd

(a)

l-għadd ta' bastimenti

(b)

kW

(c)

GT

2.

Il-valur miżjud gross għal kull impjegat ekwivalenti ta' ingaġġ full-time (FTE) (1) (elf euro għal kull impjegat FTE)

3.

Profitt nett (elf euro)

4.

Ir-redditu fuq l-investiment ta' assi tanġibbli fissi (2) ( %)

5.

Indikaturi tas-sostenibbiltà bijoloġika (3)

(a)

indikatur tal-qbid sostenibbli

(b)

indikatur tal-istokk f'riskju

6.

Effiċjenza tal-karburant ta' qabdiet tal-ħut (litri ta' karburant/tunnellata ta' qabda żbarkata)

7.

Indikaturi tal-ekosistema kif definit għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4)

(a)

Il-medda ta' qiegħ il-baħar milquta b'mod sinifikanti minn attivitajiet tal-bniedem għat-tipi differenti ta' sottostrati ( %) (5)

(b)

Rati ta' qabdiet inċidentali ta' ċetaċji fis-sajd (qabda inċidentali għal kull unità ta' sforz) (6)

8.

Għadd ta' impjegati (FTE)

(a)

Għadd ta' impjegati (FTE) inklużi maskili u femminili

(b)

Għadd ta' impjegati (FTE) femminili

9.

L-inċidenza ta' korrimenti u inċidenti b'rabta max-xogħol

(a)

L-għadd ta' korrimenti u inċidenti b'rabta max-xogħol

(b)

% imqabbel mat-total ta' sajjieda

10.

Kopertura ta' żoni protetti tal-baħar (MPAs) (7)

(a)

Kopertura ta' żoni Natura 2000 magħżula skont id-direttivi dwar l-Għasafar u l-Ħabitats (km2)

(b)

Kopertura ta' miżuri ta' protezzjoni spazjali oħra skont l-Art. 13.4 tad-Direttiva 2008/56/KE (km2)

Prijorità tal-Unjoni 2 — It-trawwim ta' akkwakultura ambjentalment sostenibbli, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, innovattiva, kompetittiva u bbażata fuq l-għarfien

1.

Volum tal-produzzjoni tal-akkwakultura (tunnellati)

2.

Valur tal-produzzjoni tal-akkwakultura (elf euro)

3.

Profitt nett (elf euro)

4.

Volum tal-produzzjoni tal-akkwakultura organika (tunnellati)

5.

Volum tal-produzzjoni tas-sistema ta' riċirkulazzjoni (tunnellati)

6.

Għadd ta' impjegati (FTE)

(a)

Għadd ta' impjegati (FTE) inklużi maskili u femminili

(b)

Għadd ta' impjegati (FTE) femminili

Prijorità tal-Unjoni 3 — It-trawwim tal-implimentazzjoni tal-PKS — (Il-Kontroll u l-Ġbir tad-Dejta)

A.    Miżuri ta' Kontroll

1.

Ksur serju fl-iSM (għadd totali f'dawn l-aħħar 7 snin)

2.

Żbarki li huma soġġetti għall-kontroll fiżiku ( %)

3.

Riżorsi eżistenti disponibbli għall-kontroll

(a)

Kontroll ta' bastimenti u inġenji tal-ajru disponibbli (għadd)

(b)

Għadd ta' impjegati (FTE)

(c)

Allokazzjoni baġitarja (evoluzzjoni l-aħħar 5 snin, elf euro)

(d)

Bastimenti mgħammra b'ERS u/jew VMS (għadd)

B.    Miżuri għall-Ġbir tad-Dejta

L-eżekuzzjoni ta' sejħiet tad-dejta taħt id-DCF (8) ( %)

Prijorità tal-Unjoni 4 — Żieda fl-impjiegi u l-koeżjoni territorjali

It-tul tal-kosta, il-passaġġi fuq l-ilma ewlenin u l-korpi tal-ilma ewlenin

(a)

It-tul tal-kosta (km)

(b)

It-tul tal-passaġġi fuq l-ilma ewlenin(km)

(c)

It-tul tal-korpi tal-ilma ewlenin (km2)

Prijorità tal-Unjoni 5 — It-trawwim tal-kummerċjalizzazzjoni u l-ipproċessar

1.

L-organizzazzjonijiet tal-produtturi (POs), l-assoċjazzjonijiet tal-POs, l-organizzazzjonijiet bejn il-fergħat (IBOs)

(a)

Għadd ta' POs

(b)

Għadd ta' assoċjazzjonijiet ta' POs

(c)

Għadd ta' IBOs

(d)

Għadd ta' produtturi jew operaturi għal kull PO

(e)

Għadd ta' produtturi jew operaturi għal kull assoċjazzjoni ta' PO

(f)

Għadd ta' produtturi jew operaturi għal kull IBO

(g)

% ta' produtturi jew operaturi membri ta' PO

(h)

% ta' produtturi jew operaturi membri ta' assoċjazzjoni ta' POs

(i)

% ta' produtturi jew operaturi membri ta' IBO

2.

Valur annwali (9) ta' fatturat ta' produzzjoni kummerċjalizzata tal-UE

(a)

Valur annwali ta' fatturat ta' produzzjoni kummerċjalizzata tal-UE (elf euro)

(b)

% ta' produzzjoni mqiegħda fis-suq (valur) minn POs

(c)

% ta' produzzjoni mqiegħda fis-suq (valur) minn assoċjazzjoni ta' POs

(d)

% ta' produzzjoni mqiegħda fis-suq (valur) minn IBOs

(e)

% ta' produzzjoni mqiegħda fis-suq (volum) minn POs

(f)

% ta' produzzjoni mqiegħda fis-suq (volum) minn assoċjazzjoni ta' POs

(g)

% ta' produzzjoni mqiegħda fis-suq (volum) minn IBOs

Prijorità tal-Unjoni 6 — It-trawwim tal-implimentazzjoni tal-Politika Marittima Integrata

1.

Ambjent Komuni għall-Qsim tal-Informazzjoni (CISE) għas-sorveljanza tad-dominju tal-baħar tal-UE ( %).

2.

Kopertura ta' żoni protetti tal-baħar (MPAs)

(c)

Kopertura ta' żoni Natura 2000 magħżula skont id-direttivi dwar l-Għasafar u l-Ħabitats (km2)

(d)

Kopertura ta' miżuri ta' protezzjoni spazjali oħra skont l-Art. 13.4 tad-Direttiva 2008/56/KE (km2)

II.   INDIKATURI TA' PRESTAZZJONI

Prijorità tal-Unjoni 1 — Il-promozzjoni ta' sajd ambjentalment sostenibbli, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, innovattiv, kompetittiv u bbażat fuq l-għarfien (Għadd ta' proġetti) (*Indikaturi rilevanti wkoll għal proġetti tas-sajd fl-ilmijiet interni)

1.

L-innovazzjoni, is-servizzi ta' konsulenza u sħubijiet ma' xjenzati *

2.

Is-sistemi ta' allokazzjoni ta' opportunitajiet tas-sajd *

3.

Il-valur miżjud, il-kwalità, l-użu ta' qabdiet mhux mixtieqa u l-portijiet tas-sajd, is-siti tal-iżbark, is-swali tal-azzjoni u l-postijiet ta' kenn *

4.

Il-miżuri ta' konservazzjoni, it-tnaqqis tal-impatt tas-sajd fuq l-ambjent u l-addattament tas-sajd għall-ħarsien tal-ispeċijiet *

5.

Il-waqfien permanenti

6.

Il-ħarsien u r-restawr tal-bijodiversità u l-ekosistemi (10) *

7.

L-effiċjenza enerġetika u l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima *

8.

Il-bdil jew l-immodernizzar tal-magni *

9.

Il-promozzjoni tal-kapital uman u d-djalogu soċjali, id-diversifikazzjoni u il-forom ġodda ta' introjtu, in-negozji li għadhom kemm jiftħu għas-sajjieda u s-saħħa/sikurezza*

10.

Waqfien temporanju

11.

Fondi mutwi

Prijorità tal-Unjoni 2 — It-trawwim ta' akkwakultura ambjentalment sostenibbli, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, innovattiva, kompetittiva u bbażata fuq l-għarfien (Għadd ta' proġetti)

1.

L-innovazzjoni, is-servizzi ta' konsulenza

2.

L-investimenti produttivi fl-akkwakultura

3.

Il-limitazzjoni tal-impatt tal-akkwakultura fuq l-ambjent (immaniġġjar ekoloġiku, skemi tal-awditjar, servizzi ambjentali tal-akkwakultura)

4.

Iż-żieda fil-potenzjal tas-siti tal-akkwakultura u l-miżuri dwar is-saħħa pubblika u tal-annimali

5.

Il-promozzjoni tal-kapital uman tal-akkwakultura b'mod ġenerali u ta' bdiewa ġodda fis-settur tal-akkwakultura

6.

Assigurazzjoni fuq l-istokkijiet tal-akkwakultura

Prijorità tal-Unjoni 3 — It-trawwim tal-implimentazzjoni tal-PKS: Il-Kontroll u l-Ġbir tad-Dejta. (Għadd ta' proġetti)

1.

L-implimentazzjoni tas-sistema ta' kontroll, spezzjoni u infurzar

2.

L-appoġġ għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu tad-dejta

Prijorità tal-Unjoni 4 — Żieda fl-impjiegi u l-koeżjoni territorjali (Għadd ta' proġetti, minbarra 1)

1.

Għadd ta' strateġiji lokali ta' żvilupp implimentati

2.

Appoġġ preparatorju

3.

Kooperazzjoni

Prijorità tal-Unjoni 5 — It-trawwim tal-kummerċjalizzazzjoni u l-ipproċessar (Għadd ta' proġetti, minbarra 1 u 4)

1.

Għadd ta' organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi appoġġati għall-pjanijiet ta' produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni

2.

Miżuri ta' kummerċjalizzazzjoni u għall-għajnuna fil-ħżin

3.

Proċessar

4.

Għadd ta' operaturi li jibbenefikaw minn skemi ta' kumpens

Prijorità tal-Unjoni 6 — It-trawwim tal-implimentazzjoni tal-Politika Marittima Integrata (Għadd ta' proġetti)

1.

Sorveljanza marittima integrata

2.

Il-ħarsien u t-titjib ta' għarfien dwar l-ambjent tal-baħar (11)

III.   INDIKATURI TAR-RIŻULTATI

Prijorità tal-Unjoni 1 — Il-promozzjoni ta' sajd ambjentalment sostenibbli, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, innovattiv, kompetittiv u bbażat fuq l-għarfien

1.

Bidla fil-valur ta' produzzjoni (elf euro)

2.

Bidla fil-valur ta' produzzjoni (tunnellati)

3.

Bidla fi profitti netti (elf euro)

4.

Bidla f'qabdiet mhux mixtieqa (12)

(a)

Bidla f'qabdiet mhux mixtieqa (tunnellati)

(b)

Bidla f'qabdiet mhux mixtieqa ( %)

5.

Bidla fl-effiċjenza tal-karburant ta' qabdiet tal-ħut (litri ta' karburant/EUR qabda żbarkata)

6.

Bidla f' % ta' flotot żbilanċjati (13)

7.

Impjiegi maħluqa (FTE) fis-settur tas-sajd jew attivitajiet komplementari

8.

Impjiegi miżmuma (FTE) fis-settur tas-sajd jew attivitajiet komplementari

9.

Bidla fil-korrimenti u inċidenti b'rabta max-xogħol

(c)

Bidla fl-għadd ta' korrimenti u inċidenti b'rabta max-xogħol

(d)

Bidla f' % ta' korrimenti u inċidenti b'rabta max-xogħol meta mqabbla mat-total ta' sajjieda

10.

Bidla fil-kopertura ta' żoni protetti tal-baħar (MPAs) rilevanti għal UP 1:

(a)

Bidla fil-kopertura ta' żoni Natura 2000 magħżula skont id-direttivi dwar l-Għasafar u l-Ħabitats (km2)

(b)

Bidla fil-kopertura ta' miżuri ta' protezzjoni spazjali oħra skont l-Art. 13.4 tad-Direttiva 2008/56/KE (km2)

Prijorità tal-Unjoni 2 — It-trawwim ta' akkwakultura ambjentalment sostenibbli, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, innovattiva, kompetittiva u bbażata fuq l-għarfien

1.

Bidla fil-volum tal-produzzjoni tal-akkwakultura (tunnellati)

2.

Bidla fil-valur tal-produzzjoni tal-akkwakultura (elf euro)

3.

Bidla fi profitti netti (elf euro)

4.

Bidla fil-volum ta' produzzjoni tal-akkwakultura organika (tunnellati)

5.

Bidla fil-volum ta' produzzjoni tas-sistema ta' riċirkulazzjoni (tunnellati)

6.

Bidla fil-volum ta' produzzjoni tal-akkwakultura ċċertifikati taħt skemi volontarji ta' sostenibbiltà (tunnellati)

7.

Farms tal-akkwakultura li joffru servizzi ambjentali (għadd ta' farms)

8.

Impjiegi maħluqa (FTE)

9.

Impjiegi miżmuma (FTE)

Prijorità tal-Unjoni 3 — It-trawwim tal-implimentazzjoni tal-PKS — (Il-Kontroll u l-Ġbir tad-Dejta)

A.   Miżuri ta' Kontroll

1.

L-ammont ta' każijiet ta' ksur serju identifikati (14)

2.

Żbarki li kienu ġew soġġetti għall-kontroll fiżiku ( %)

B.   Miżuri għall-Ġbir tad-Dejta

Żieda fil-perċentwal ta' lħiq ta' sejħiet għad-dejta ( %) (15)

Prijorità tal-Unjoni 4 — Żieda fl-impjiegi u l-koeżjoni territorjali

1.

Impjiegi maħluqa (FTE) fis-settur tal-akkwakultura

2.

Impjiegi miżmuma (FTE) fis-settur tal-akkwakultura

3.

Negozji maħluqa (għadd)

Prijorità tal-Unjoni 5 — It-trawwim tal-kummerċjalizzazzjoni u l-ipproċessar

Bidla fil-produzzjoni tal-UE b'distinzjoni bejn POs u mhux POs

(a)

Bidla fil-valur tal-ewwel bejgħ f'POS (elf euro)

(b)

Bidla fil-volum tal-ewwel bejgħ f'POs (tunnellati)

(c)

Bidla fil-valur tal-ewwel bejgħ mhux f'POS (elf euro)

(d)

Bidla fil-volum tal-ewwel bejgħ mhux f'POs (tunnellati)

Prijorità tal-Unjoni 6 — It-trawwim tal-implimentazzjoni tal-Politika Marittima Integrata

1.

Żieda fl-Ambjent Komuni għall-Qsim tal-Informazzjoni (CISE) għas-sorveljanza tad-dominju tal-baħar tal-UE ( %).

2.

Bidla fil-kopertura ta' żoni protetti tal-baħar (MPAs) rilevanti għal UP 6:

(a)

Bidla fil-kopertura ta' żoni Natura 2000 magħżula skont id-direttivi dwar l-Għasafar u l-Ħabitats (km2)

(b)

Bidla fil-kopertura ta' miżuri ta' protezzjoni spazjali oħra skont l-Art. 13.4 tad-Direttiva 2008/56/KE (km2)


(1)  L-indikaturi tal-kuntest għandhom jiġu provduti fil-livell aggregat tal-UE.

(1)  Impjieg imkejjel f'ekwivalenti full-time.

(2)  Kif definit fil-linji gwida għall-analiżi tal-bilanċ bejn il-kapaċità tas-sajd u l-opportunitajiet tas-sajd. Il-valur tal-indikatur fejn disponibbli fir-rapport tal-flotta.

(3)  Kif definit fil-linji gwida għall-analiżi tal-bilanċ bejn il-kapaċità tas-sajd u l-opportunitajiet tas-sajd. Il-valur tal-indikaturi fejn disponibbli fir-rapport tal-flotta.

(4)  Id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika ta' l-Ambjent Marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina) (ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19).

(5)  Indikatur 6.1.2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/477/UE tal-1 ta' Settembru 2010 dwar kriterji u standards metodoloġiċi għal status ambjentali tajjeb ta' ilmijiet tal-baħar (ĠU L 232, 2.9.2010, p. 14).

(6)  Dawn jistgħu jiġu derivati minn rappurtar skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 812/2004 tas-26 ta' April 2004 li jippreskrivi miżuri li jikkonċernaw qabdiet inċidentali ta' ċetaċji fil-meded (żoni) tas-sajd u jemenda r-Regolament (KE) Nru 88/98 (ĠU L 150, 30.4.2004, p. 12).

(7)  Dejta dwar MPAs magħżula nazzjonalment hija inkluża fil-Bażi tad-Dejta Komuni dwar Żoni Magħżula (CDDA) miżmuma mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent. Dejta deskrittiva u spazjali għal kull żona Natura 2000 hija disponibbli fuq http://natura2000.eea.europa.eu

(8)  100 % minbarra n-nuqqas li tingħata l-ġabra sħiħa ta' dejta meħtieġa fi dan modulu fi ħdan sejħa speċifika għad-dejta b'rabta mal-għadd ġenerali ta' sejħiet għad-dejta f' %.

(9)  Perjodu bażi: 2009-2011.

(10)  Inklużi proġetti taħt il-miżura tal-FEMS rilevanti li jistgħu jappoġġaw l-għanijiet tal-kisba u ż-żamma ta' status ambjentali tajjeb kif meħtieġ mid-Direttiva 2008/56/KE.

(11)  Promozzjoni tal-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar u l-użu sostenibbli tar-riżorsi tal-baħar u kostali.

(12)  Qabdiet li jiġu żbarkati mhux għall-konsum mill-bniedem.

(13)  Skont l-istimi tal-valur inizjali fil-PO tal-FEMS.

(14)  Id-dejta meħtieġa se tkun disponibbli għall-Kummissjoni permezz ta' websajt li kull Stat Membri kellu jkollu installat sa mill-1.1.2012 f'konformità mal-Artikoli 93 u 116 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd.

(15)  100 % minbarra n-nuqqas li tingħata l-ġabra sħiħa ta' dejta meħtieġa fi ħdan modulu fi ħdan sejħa speċifika għad-dejta b'rabta mal-għadd ġenerali ta' sejħiet għad-dejta f' %.


27.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 283/20


REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1015/2014

tat-22 ta' Lulju 2014

li jemenda l-Annessi II u II tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li japplika skema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati u li jħassar ir-Regolament Iddelegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 154/2013

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidrat r-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 li japplika skema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 5(3) u 10(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 (“ir-Regolament GSP”) jistabbilixxi l-kriterji għall-għoti tal-preferenzi tariffarji skont l-arranġament ġenerali tal-Iskema ta' Preferenzi Ġeneralizzati (GSP).

(2)

L-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament GSP jistipula li pajjiż li ġie kklassifikat mill-Bank Dinji bħala pajjiż ta' dħul għoli jew bi dħul medju superjuri għal tliet snin konsekuttivi ma għandux jibbenefika mill-preferenzi tal-GSP.

(3)

L-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament GSP jistipula li pajjiż li jibbenefika minn arranġament għal aċċess preferenzjali għas-suq li jipprovdi l-istess preferenzi tariffarji bħall-GSP, jew aħjar, sostanzjalment għall-kummerċ kollu, m'għandux igawdi minn preferenzi GSP.

(4)

Il-lista tal-pajjiżi benefiċjarji tal-GSP ġenerali hija stabbilita bl-Anness II tar-Regolament GSP. L-Artikolu 5 tar-Regolament GSP jistipula li l-Anness II għandu jiġi rieżaminat sal-1 ta' Jannar ta' kull sena biex jirrifletti l-bidliet f'relazzjoni mal-kriterji stipulati fl-Artikolu 4. Barra minn hekk, huwa jipprevedi li l-pajjiż benefiċjarju tal-GSP u l-operaturi ekonomiċi jingħataw biżżejjed żmien għal adattament ordnat għal reviżjoni tal-istatus ta' GSP tal-pajjiż. Għaldaqstant, l-arranġament tal-GSP huwa li jkompli għal sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-bidla fl-istatus ta' pajjiż fuq il-bażi tal-Artikolu 4(1)(a) u għal sentejn mid-data tal-applikazzjoni ta' arranġament għal aċċess preferenzjali għas-suq, kif previst fl-Artikolu 4(1)(b).

(5)

It-Turkmenistan ġie kklassifikat mill-Bank Dinji bħala pajjiż bi dħul medju superjuri fl-2012, l-2013 u l-2014. Għaldaqstant, it-Turkmenistan ma jibqax jikkwalifika għal status ta' benefiċjarju tal-GSP skont l-Artikolu 4(1)(a) u għandu jitneħħa mill-Anness II tar-Regolament GSP. Id-deċiżjoni li pajjiż benefiċjarju jitneħħa mil-lista ta' pajjiżi benefiċjarji tal-GSP għandha tibda tapplika minn sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dik id-deċiżjoni. Fl-interessi ta' applikazzjoni uniformi, it-Turkmenistan għandu jitneħħa mill-Anness II b'effett mill-1 ta' Jannar 2016.

(6)

Arranġamenti ta' aċċess preferenzjali għas-suq ma' dawn il-pajjiżi bdew japplikaw f'diversi dati fl-2013: Il-Perù fl-1 ta' Marzu 2013, il-Kolombja, il-Ħonduras, in-Nikaragwa u l-Panama fl-1 ta' Awwissu 2013, il-Kosta Rika u l-El Salvador fl-1 ta' Ottubru 2013 u l-Gwatemala fl-1 ta' Diċembru 2013. Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi u bidla tal-istatus tagħhom tal-GSP skont ir-Regolament tal-GSP, il-Perù, il-Kolombja, il-Ħonduras, in-Nikaragwa, il-Panama, il-Kosta Rika, l-El Salvador u l-Gwatemala għandhom jitneħħew mill-Anness II b'effett mill-1 ta' Jannar 2016.

(7)

L-Artikolu 9(1) tar-Regolament tal-GSP jistabbilixxi l-kriterji speċifiċi ta' eliġibilità għall-għoti tal-preferenzi tariffarji skont l-arranġament speċjali dwar l-inċentivi għall-iżvilupp sostenibbli u l-governanza tajba (“GSP+”). Kundizzjoni ewlenija hija li l-pajjiż għandu jkun benefiċjarju tal-GSP. Il-lista tal-benefiċjarji tal-GSP hija stabbilita fl-Anness III tar-Regolament GSP.

(8)

Bħala konsegwenza tal-fatt li ma jibqgħux benefiċjarji tal-GSP, il-Kosta Rika, il-Gwatemala, l-El Salvador, il-Panama u l-Perù ma jibqgħux lanqas benefiċjarji tal-GSP + skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament tal-GSP. Dawk il-pajjiżi għalhekk għandhom jitneħħew mill-Anness III tar-Regolament GSP b'applikazzjoni mill-1 ta' Jannar 2016.

(9)

Bl-istess mod, kif preskritt bir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1421/2013 (2), l-Ekwador ma jibqax benefiċjarju tal-GSP mill-1 ta' Jannar 2015. Konsegwentement, f'konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament GSP, l-Ekwador, ma jibqax benefiċjarju tal-GSP + u għandu jitneħħa mill-Anness III tar-Regolament GSP b'effett mill-istess data.

(10)

Wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1421/2013 fl-1 ta' Jannar 2014, ir-Regolament Iddelegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 154/2013 (3) li pprovda verżjoni kkonsolidata tal-Anness II u wkoll għat-tneħħija tal-Iran u l-Ażerbajġan mil-lista ta' pajjiżi benefiċjarji tas-GSP ma jibqax japplika. Għalhekk, għal raġunijiet ta' ċarezza ġuridika, ir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 154/2013/KE għandu jitħassar. Madankollu, b'deroga mir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1421/2013, ir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 154/2013 għandu jibqa' japplika sat-22 ta' Frar 2014 fir-rigward tal-Azerbajġan u l-Iran. Konsegwentement għandu jiġi ċċarat li l-Iran u l-Azerbajġan kienu żammew l-status ta' benefiċjarji tal-GSP mill-1 ta' Jannar 2014 sat-22 ta' Frar 2014.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament (UE) No 978/2012

Ir-Regolament (UE) Nru 978/2012 huwa emendat kif ġej:

1.

Fl-Anness II, il-pajjiżi li ġejjin u l-kodiċi alfabetiku korrispondenti jitneħħew minn kolonni A u B, rispettivament:

CO

Il-Kolombja

CR

Il-Kosta Rika

GT

Il-Gwatemala

SV

L-El Salvador

HN

Il-Ħonduras

NI

In-Nikaragwa

PA

Il-Panama

PE

Il-Perù

TM

It-Turkmenistan

2.

L-Anness III hu emendat kif ġej:

(a)

il-pajjiż li ġej u l-kodiċi alfabetiku korrispondenti jitneħħew minn kolonni A u B, rispettivament:

EC

L-Ekwador

(b)

il-pajjiżi li ġejjin u l-kodiċi alfabetiku korrispondenti jitneħħew minn kolonni A u B, rispettivament:

CR

Il-Kosta Rika

GT

Il-Gwatemala

SV

L-El Salvador

PA

Il-Panama

PE

Il-Perù

Artikolu 2

Tħassir

Ir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 154/2013 huwa mħassar b'effett mill-1 ta' Jannar 2014.

B'deroga mir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1421/2013, it-tħassir jidħol fis-seħħ fit-23 ta' Frar 2014 fir-rigward tal-Ażerbajġan u l-Iran.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1(1) japplika mill-1 ta' Jannar 2016.

L-Artikolu 1(2)(a) japplika mill-1 ta' Jannar 2015.

L-Artikolu 1(2)(b) japplika mill-1 ta' Jannar 2016.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmula fi Brussell, it-22 ta' Lulju 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 303, 31.10.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament Iddelegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1421/2013 tat-30 ta' Ottubru 2013 li jemenda l-Anness I, II u IV tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li japplika skema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati (ĠU L 355, 31.12.2013, p. 1).

(3)  Ir-Regolament Iddelegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 154/2013 tat-18 ta' Diċembru 2012 li jemenda l-Anness II, tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li japplika skema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati (ĠU L 48, 21/02/2013, p. 1).


27.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 283/23


REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1016/2014

tat-22 ta' Lulju 2014

li jemenda l-Anness II mar-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li japplika skema ġeneralizzata ta' preferenzi tariffarji

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 li japplika skema ġeneralizzata ta' preferenzi tariffarji u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008, (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 5(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 (ir-Regolament SĠP) jistabbilixxi l-kriterji għall-għoti tal-preferenzi tariffarji skont l-arranġament ġenerali tal-Iskema Ġeneralizzata ta' Preferenzi (SĠP).

(2)

L-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament SĠP jistipula li pajjiż li ġie kklassifikat mill-Bank Dinji bħala pajjiż ta' dħul għoli jew bi dħul medju superjuri għal tliet snin konsekuttivi ma għandux jibbenefika mill-preferenzi tal-SĠP. Madankollu, skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament SĠP, l-Artikolu 4(1)(a) ma għandux japplika sal-21 ta' Novembru 2014 għall-pajjiżi li jkunu inizjalaw ftehim bilaterali ta' aċċess preferenzjali għas-suq sal-20 ta' Novembru 2012.

(3)

L-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament SĠP jistipula li pajjiż li jibbenefika minn arranġament għal aċċess preferenzjali għas-suq li jipprovdi l-istess preferenzi tariffarji bħall-SĠP, jew aħjar, sostanzjalment għall-kummerċ kollu, m'għandux igawdi minn preferenzi SĠP.

(4)

Il-lista tal-pajjiżi benefiċjarji tal-SĠP ġenerali hija stabbilita bl-Anness II tar-Regolament SĠP. L-Artikolu 5 tar-Regolament SĠP jistipula li l-Anness II għandu jiġi rieżaminat sal-1 ta' Jannar ta' kull sena biex jirrifletti l-bidliet f'relazzjoni mal-kriterji stipulati fl-Artikolu 4. Barra minn hekk, huwa jipprovdi għal pajjiż benefiċjarju tal-SĠP u l-operaturi ekonomiċi biex jingħataw biżżejjed żmien għal adattament ordnat għal reviżjoni tal-istatus ta' SĠP tal-pajjiż. Għaldaqstant, l-arranġament tal-SĠP huwa li tkompli għal sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' bidla fl-istatus ta' pajjiż fuq il-bażi tal- Artikolu 4(1)(a).

(5)

Bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 (2), ir-Repubblika tal-Botswana (il-Botswana), ir-Repubblika tal-Kamerun (il-Kamerun), ir-Repubblika tal-Côte d'Ivoire (il-Côte d'Ivoire), ir-Repubblika tal-Fiġi (il-Fiġi), ir-Repubblika tal-Gana (il-Gana), ir-Repubblika tal-Kenja (il-Kenja), ir-Repubblika tan-Namibja (in-Namibja) u r-Renju tas-Sważiland (is-Sważiland), fost oħrajn, qed jibbenefikaw minn arranġament preferenzjali għal aċċess għas-suq li jipprovdi l-istess livell ta' preferenzi tariffarji bħal-SĠP, jew aħjar minnha. Skont l- Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament SĠP, dawn il-pajjiżi ma kinux inklużi fl-Anness II billi kienu diġà jibbenefikaw minn tali aċċess preferenzjali għas-suq.

(6)

Il-pajjiżi msemmija hawn fuq huma inklużi fl-Anness I tar-Regolament SĠP bħala pajjiżi eliġibbli għall-SĠP.

(7)

Bir-Regolament (UE) Nru 527/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), mill-1 ta' Ottubru 2014, il-Botswana, il-Kamerun, il-Côte d'Ivoire, il-Fiġi, il-Gana, il-Kenja, in-Namibja u s-Sważiland ma jibqgħux koperti minn arranġament ta' aċċess għas-suq mogħti mir-Regolament (KE) Nru 1528/2007. Dawn il-pajjiżi huma pajjiżi eliġibbli għall-SĠP kif definit mill-Artikolu 2(c) tar-Regolament SĠP u, mill-1 ta' Ottubru 2014, jissodisfaw il-kriterji tal- Artikolu 4 tar-Regolament SĠP. Għalhekk dawn il-pajjiżi għandhom jiġu inklużi fl-Annesss II mar-Regolament SĠP b'applikazzjoni mill-1 ta' Ottubru 2014.

(8)

Il-Botswana u n-Namibja kienu klassifikati mill-Bank Dinji bħala pajjiżi b'introjtu medju superjuri fl-2011, il-2012 u l-2013. Madankollu, iż-żewġ pajjiżi inizjalaw aċċess preferenzjali bilaterali għas-suq mal-Unjoni, li jipprovdi l-istess preferenzi tariffarji bħall-SĠP, jew aħjar, sostanzjalment għall-kummerċ kollu sal 20 ta' Novembru 2012, iżda ma kienux applikawh. B'konsegwenza ta' dan, l-Artikolu 4(1)(a) ma japplikax għal dawn iż-żewġ pajjiżi sal-21 ta' Novembru 2014.

(9)

Skont l-Artikolu 5(2)(a) tar-Regolament SĠP, id-deċiżjoni li pajjiż benefiċjarju jitneħħa mil-lista ta' pajjiżi benefiċjarji tal-SĠP tibda tapplika minn sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dik id-Deċiżjoni. Madankollu, bħala konsegwenza tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament SĠP, it-tneħħija tal-Botswana u n-Namibja ma tistax tkun effettiva qabel it-22 ta' Novembru 2015. B'mod konsistenti mal-aġġornament annwali tal-Anness II tar-Regolament SĠP, it-tneħħija tal-Botswana u tan-Namibja minn dak l-Anness għandha tkun effettiva mill-1 ta' Jannar 2016. Konsegwentement, il-Botswana u n-Namibja għandhom ikunu nklużi fl-Anness II tar-Regolament SĠP mill-1 ta' Ottubru 2014 sal-31 ta' Diċembru 2015,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 978/2012

L-AnnessII tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-pajjiżi li ġejjin u l-kodiċi alfabetiku korrispondenti jiddaħħlu fil-kolonni A u B, rispettivament:

BW

Il-Botswana

CM

Il-Kamerun

CI

Il-Côte d'Ivoire

FJ

Il-Fiġi

GH

Il-Gana

KE

Il-Kenja

Na

In-Namibja

SZ

Is-Sważiland

(b)

il-pajjiżi li ġejjin u l-kodiċi alfabetiku korrispondenti jitneħħew minn kolonni A u B, rispettivament:

BW

Il-Botswana

NA

In-Namibja

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1(a) japplika mill-1 ta' Ottubru 2014.

L-Artikolu 1(b) japplika mill-1 ta' Jannar 2016.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Lulju 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 303, 31.10.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 tal-20 ta' Diċembru 2007 li japplika l-arranġamenti għall-prodotti li joriġinaw f'ċerti Stati li huma parti mill-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) previsti fi ftehim li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika (ĠU L 348, 31.12.2007, p. 1).

(3)  Regolament (UE) Nru 527/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 fir-rigward tal-esklużjoni ta' għadd ta' pajjiżi mil-lista ta' reġjuni jew stati li kkonkludew in-negozjati (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 59).


27.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 283/25


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1017/2014

tal-24 ta' Settembru 2014

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għar-roundnose grenadier fl-ilmijiet tal-UE u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VIII, IX, X, XII u XIV minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Irlanda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kwoti għall-2014 huma stabbiliti bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1262/2012 (2).

(2)

Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament, minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2014.

(3)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istati Membri msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2014 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi trażbordat, jġi trasportat jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jaqbdu dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Settembru 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)   ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1262/2012 tal-20 ta' Diċembru 2012 li jiffissa għall-2013 u l-2014 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tal-UE għal ċerti stokkijiet ta' ħut tal-baħar fond (ĠU L 356, 22.12.2012, p. 22).


ANNESS

In-numru

36/DSS

L-Istat Membru

L-Irlanda

L-istokk

RNG/8X14-

L-ispeċi

Ir-roundnose grenadier (Coryphaenoides rupestris)

Iż-żona

L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VIII, IX, X, XII u XIV

Id-data tal-għeluq

28.8.2014


27.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 283/27


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1018/2014

tal-24 ta' Settembru 2014

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għaċ-ċinturin iswed fl-UE u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni V, VI, VII u XII minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Irlanda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kwoti għall-2014 huma stabbiliti bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1262/2012 (2).

(2)

Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament, minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2014.

(3)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istati Membri msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2014 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi trażbordat, jġi trasportat jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jaqbdu dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Settembru 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)   ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1262/2012 tal-20 ta' Diċembru 2012 li jiffissa għall-2013 u l-2014 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tal-UE għal ċerti stokkijiet ta' ħut tal-baħar fond (ĠU L 356, 22.12.2012, p. 22).


ANNESS

In-numru

35/DSS

L-Istat Membru

L-Irlanda

L-istokk

BSF/56712-

L-ispeċi

Iċ-ċinturin iswed (Aphanopus carbo)

Iż-żona

L-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni V, VI, VII u XII

Id-data tal-għeluq

28.8.2014


27.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 283/29


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1019/2014

tal-25 ta' Settembru 2014

li jistabbilixxi projbizzjoni għas-sajd għall-bażuga kaħlija fl-ilmijiet tal-UE u dawk internazzjonali taż-żoni VI, VII u VIII minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Irlanda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kwoti għall-2014 huma stabbiliti bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1262/2012 (2).

(2)

Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament, minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2014.

(3)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd għall-2014 allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi trażbordat, jġi trasportat jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jaqbdu dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Settembru 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)   ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1262/2012 tal-20 ta' Diċembru 2012 li jiffissa għall-2013 u l-2014 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tal-UE għal ċerti stokkijiet ta' ħut tal-baħar fond (ĠU L 356, 22.12.2012, p. 22).


ANNESSI

In-numru

37/DSS

L-Istat Membru

L-Irlanda

L-istokk

SBR/678-

L-ispeċi

il-bażuga kaħlija (Pagellus bogaraveo)

Iż-żona

L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VI, VII u VIII

Id-data tal-għeluq

28.8.2014


27.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 283/31


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1020/2014

tal-25 ta' Settembru 2014

li jirreġistra denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Българско розово масло (Bulgarsko rozovo maslo) (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni ta' Franza għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Българско розово масло” (Bulgarsko rozovo maslo) ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2).

(2)

Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, id-denominazzjoni “Българско розово масло” (Bulgarsko rozovo maslo) għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni “Българско розово масло” (Bulgarsko rozovo maslo) (IĠP) hija reġistrata.

Id-denominazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu tidentifika prodott tal-klassi 2.10. Żjut essenzjali tal-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Settembru 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Neven MIMICA

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)   ĠU C 122, 25.4.2014, p. 12.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).


27.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 283/32


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1021/2014

tas-26 ta' Settembru 2014

li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 li jimplementa r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta' ċertu għalf u ikel ta' oriġini mhux mill-annimali

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 (2) jistabbilixxi regoli dwar iż-żieda li għandha sseħħ fil-livell tal-kontrolli uffiċjali fuq l-importazzjonijiet ta' ċertu għalf u ikel ta' oriġini mhux mill-annimali elenkati fl-Anness I tiegħu (“il-lista”), fil-punti tad-dħul fit-territorji li hemm referenza għalihom fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

(2)

L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 jistipula li l-lista għandha tiġi riveduta fuq bażi regolari, u tal-anqas kull tliet xhur, filwaqt li jitqiesu tal-anqas is-sorsi ta' informazzjoni li ssir referenza għalihom f'dak l-Artikolu.

(3)

L-okkorrenza u r-rilevanza ta' inċidenti li seħħew dan l-aħħar li involvew l-ikel u li ġew notifikati permezz tas-Sistema ta' Twissija Bikrija għall-Ikel u l-Għalf, is-sejbiet ta' awditi f'pajjiżi terzi mwettqa mill-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju, kif ukoll ir-rapporti ta' kull tliet xhur dwar kunsinni ta' għalf u ikel ta' oriġini mhux mill-annimali sottomessi mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009, jindikaw li l-lista għandha tiġi emendata.

(4)

B'mod partikolari, għall-kunsinni ta' brunġiel, karfus Ċiniż u fażola twila jarda li joriġinaw mill-Kambodja, żerriegħa tal-ġulġlien li toriġina mill-Indja u frott tad-dragun li joriġina mill-Vjetnam, is-sorsi rilevanti ta' informazzjoni jindikaw li tfaċċaw riskji ġodda li jeħtieġu l-introduzzjoni ta' żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali. Għaldaqstant, l-annotazzjonijiet li jikkonċernaw dawn il-kunsinni għandhom jiġu inklużi fil-lista.

(5)

Barra minn hekk, il-lista għandha tiġi emendata billi jitħassru l-entrati għall-komoditajiet li għalihom l-informazzjoni disponibbli tindika livell ġenerali sodisfaċenti fil-konformità mar-rekwiżiti ta' sikurezza rilevanti stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u li għalihom ma għadhiex ġustifikata żieda fil-kontrolli uffiċjali. Għaldaqstant, l-entrati fil-lista għal frawli u pomelos iffriżati miċ-Ċina għandhom jitħassru.

(6)

Sabiex jiġu żgurati l-konsistenza u ċ-ċarezza, huwa xieraq li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 jiġi sostitwit bit-test stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(7)

Ir-Regolament (KE) Nru 669/2009 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(8)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 huwa sostitwit bit-test stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Ottubru 2014.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Settembru 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 tal-24 ta' Lulju 2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta' ċertu għalf u ikel ta' oriġini mhux mill-annimali u li jemenda d-Deċiżjoni 2006/504/KE (ĠU L 194, 25.7.2009, p. 11).


ANNESS

“ANNESS I

Għalf u ikel mhux ta' oriġini mill-annimali soġġett għal żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali fil-punt tad-dħul deżinjat

Għalf u ikel

(l-użu maħsub)

Kodiċi NM (1)

Sottodiviżjoni TARIC

Il-pajjiż tal-oriġini

Periklu

Frekwenza ta' kontrolli fiżiċi u dwar l-identità u (%)

Għeneb imnixxef (frott tad-dielja)

(Ikel)

0806 20

 

L-Afganistan (AF)

Okratossin A

50

Karawett, fil-qoxra

1202 41 00

 

Il-Brażil (BR)

Aflatossini

10

Karawett, bla qoxra,

1202 42 00

 

Butir tal-karawett

2008 11 10

 

Karawett, ippreparat jew ippreservat b'xi mod ieħor

2008 11 91 ;

2008 11 96 ;

2008 11 98

 

(Għalf u ikel)

 

 

Fażola twila jarda

(Vigna unguiculata spp. sesquipedalis)

ex 0708 20 00 ;

ex 0710 22 00

10

10

Il-Kambodja (KH)

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi multipli abbażi ta' GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi uniċi (2)

50

Brunġiel

0709 30 00 ;

ex 0710 80 95

72

(Ikel — ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat)

 

 

Karfus Ċiniż (Apium graveolens)

(Ikel — ħxejjex aromatiċi friski jew imkessħa)

ex 0709 40 00

10

Il-Kambodja (KH)

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi multipli abbażi ta' GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi uniċi (3)

50

Brassica oleracea

(Brassica oħra li tittiekel, ‘Brokkoli Ċiniżi’) (4)

(Ikel — frisk jew imkessaħ)

ex 0704 90 90

40

Iċ-Ċina (CN)

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi multipli abbażi ta' GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi uniċi (5)

50

Te, sew jekk aromatizzat jew le

(Ikel)

0902

 

Iċ-Ċina (CN)

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi multipli abbażi ta' GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi uniċi (6)

10

Brunġiel

0709 30 00 ;

ex 0710 80 95

72

Ir-Repubblika Dominikana (DO)

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi multipli abbażi ta' GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi uniċi (7)

10

Bettieħ morr

(Momordica charantia)

(Ikel — ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat)

ex 0709 99 90 ;

ex 0710 80 95

70

70

Fażola twila jarda

(Vigna unguiculata spp. sesquipedalis)

ex 0708 20 00 ;

ex 0710 22 00

10

10

Ir-Repubblika Dominikana (DO)

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi multipli abbażi ta' GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi uniċi (7)

20

Bżar (ħelu u mhux) (Capsicum spp.)

0709 60 10 ;

ex 0709 60 99

20

(Ikel — ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat)

0710 80 51 ;

ex 0710 80 59

20

Larinġ (frisk jew imnixxef)

0805 10 20 ;

0805 10 80

 

L-Eġittu (EG)

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi multipli abbażi ta' GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi uniċi (8)

10

Frawli (frisk)

(Ikel)

0810 10 00

 

Bżar (ħelu u mhux) (Capsicum spp.)

0709 60 10 ;

ex 0709 60 99 ;

20

L-Eġittu (EG)

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi multipli abbażi ta' GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi uniċi (9)

10

(Ikel — frisk, imkessaħ jew iffriżat)

0710 80 51 ;

ex 0710 80 59

20

Weraq tal-betel (Piper betle L.)

(Ikel)

ex 1404 90 00

10

L-Indja (IN)

Salmonella (10)

10

Żerriegħa tal-ġulġlien

(Ikel — frisk jew imkessaħ)

1207 40 90

 

L-Indja (IN)

Salmonella (10)

20

Capsicum annuum, sħiħ

0904 21 10

 

L-Indja (IN)

Aflatossini

10

Capsicum annuum, imfarrak jew mitħun

ex 0904 22 00

10

Frott imnixxef tal-ġeneru Capsicum, sħiħ, għajr bżar ħelu (Capsicum annuum)

0904 21 90

 

Noċemuskata

(Myristica fragrans)

(Ikel — ħwawar imnixxfin)

0908 11 00 ;

0908 12 00

 

Enzimi; enzimi ppreparati

(Għalf u ikel)

3507

 

L-Indja (IN)

Kloramfenikol

50

Noċemuskata

(Myristica fragrans)

(Ikel — ħwawar imnixxfin)

0908 11 00 ;

0908 12 00

 

L-Indoneżja (ID)

Aflatossini

20

Piżelli bil-miżwed (bil-qoxra)

ex 0708 10 00

40

Il-Kenja (KE)

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi multipli abbażi ta' GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi uniċi (11)

10

Fażola bil-miżwed (bil-qoxra)

(Ikel — frisk jew imkessaħ)

ex 0708 20 00

40

Nagħniegħ

(Ikel — ħxejjex aromatiċi friski jew imkessħa)

ex 1211 90 86

30

Il-Marokk (MA)

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi multipli abbażi ta' GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi uniċi (12)

10

Fażola mnixxfa

(Ikel)

0713 39 00

 

In-Niġerja (NG)

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi multipli abbażi ta' GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi uniċi (13)

50

Għeneb tal-mejda

(Ikel — frisk)

0806 10 10

 

Il-Perù (PE)

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi multipli abbażi ta' GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi uniċi (14)

10

Dulliegħ (Egusi, Citrullus lanatus) żrieragħ u prodotti derivati

ex 1207 70 00 ;

ex 1106 30 90 ;

ex 2008 99 99

10

30

50

Sjerra Leone (SL)

Aflatossini

50

(Ikel)

 

 

Karawett, fil-qoxra

1202 41 00

 

Is-Sudan (SD)

Aflatossini

50

Karawett, bla qoxra,

1202 42 00

 

Butir tal-karawett

2008 11 10

 

Karawett, ippreparat jew ippreservat b'xi mod ieħor

2008 11 91 ;

2008 11 96 ;

2008 11 98

 

(Għalf u ikel)

 

 

Bżar (għajr dak ħelu) (Capsicum spp.)

(Ikel — frisk jew imkessaħ)

ex 0709 60 99

20

It-Tajlandja (TH)

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi multipli abbażi ta' GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi uniċi (15)

10

Weraq tal-betel (Piper betle L.)

(Ikel)

ex 1404 90 00

10

It-Tajlandja (TH)

Salmonella (10)

10

Weraq tal-kosbor

ex 0709 99 90

72

It-Tajlandja (TH)

Salmonella (10)

10

Ħabaq (sagru, ħelu)

ex 1211 90 86

20

Nagħniegħ

(Ikel — ħxejjex aromatiċi friski jew imkessħa)

ex 1211 90 86

30

Weraq tal-kosbor

ex 0709 99 90

72

It-Tajlandja (TH)

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi multipli abbażi ta' GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi uniċi (16)

10

Ħabaq (sagru, ħelu)

(Ikel — ħxejjex aromatiċi friski jew imkessħa)

ex 1211 90 86

20

Fażola twila jarda

(Vigna unguiculata spp. sesquipedalis)

ex 0708 20 00 ;

ex 0710 22 00

10

10

It-Tajlandja (TH)

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi multipli abbażi ta' GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi uniċi (16)

20

Brunġiel

0709 30 00 ;

ex 0710 80 95

72

(Ikel — ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat)

 

 

Berquq imnixxef

(Ikel)

0813 10 00

 

It-Turkija (TR)

Sulfiti (17)

10

Bżar Ħelu

(Capsicum annuum)

(Ikel — ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat)

0709 60 10 ;

0710 80 51

 

It-Turkija (TR)

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi multipli abbażi ta' GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi uniċi (18)

10

Weraq tad-dielja

(Ikel)

ex 2008 99 99

11; 19

It-Turkija (TR)

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi multipli abbażi ta' GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi uniċi (19)

10

Għeneb imnixxef (frott tad-dielja)

(Ikel)

0806 20

 

L-Uzbekistan (UZ)

Okratossin A

50

Weraq tal-kosbor

ex 0709 99 90

72

Il-Vjetnam (VN)

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi multipli abbażi ta' GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi uniċi (20)

20

Ħabaq (sagru, ħelu)

ex 1211 90 86

20

Nagħniegħ

1ex2119086

30

Tursin

(Ikel — ħxejjex aromatiċi friski jew imkessħa)

ex 0709 99 90

40

Frott tad-dragun

ex 0810 90 20

10

Il-Vjetnam (VN)

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi multipli abbażi ta' GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi uniċi (20)

20

Okra

ex 0709 99 90

20

Bżar (għajr dak ħelu) (Capsicum spp.)

(Ikel — frisk jew imkessaħ)

ex 0709 60 99

20

.

(1)  Fejn ikun meħtieġ li jiġu eżaminati biss ċerti prodotti skont kull kodiċi NM u ma tkun teżisti l-ebda sottodiviżjoni speċifika skont dak il-kodiċi, il-kodiċi NM jiġi mmarkat ‘ex’.

(2)  B'mod partikolari r-residwi ta': Karbofuran (l-ammont totali ta' karbofuran u 3-idrossi-karbofuran espress bħala karbofuran), klorbufam, Dimetoat (l-ammont totali ta' dimetoat u ometoat espress bħala dimetoat).

(3)  B'mod partikolari r-residwi ta': Karbofuran (l-ammont totali ta' karbofuran u 3-idrossi-karbofuran espress bħala karbofuran), Eżakonażol, Fentoat, Triadimefon u Triadimenol (l-ammont totali ta' triadimefon u triadimenol).

(4)  Speċijiet ta' Brassica oleracea L. convar. botrytis (L) Alef var.italica Plenck, kultivar alboglabra. Magħrufa wkoll bħala ‘Kai Lan’, ‘Gai Lan’, ‘Gailan’, ‘Kailan’, ‘Chinese bare Jielan’.

(5)  B'mod partikolari, ir-residwi ta': Klorfenapir, Fipronil (l-ammont totali ta' fipronil + metabolit tas-sulfan (MB46136) espress bħala fipronil), Karbendażim u benomil (l-ammont totali ta' benomil u karbendażim espress bħala karbendażim), Aċetamiprid, Dimetomorf u Propikonażol.

(6)  B'mod partikolari, ir-residwi ta': Buprofeżin; Imidakloprid; Fenvalerat u Esfenvalerat (l-ammont totali ta' isomeri RS u SR); Profenofos; Trifluralina; Triażofos; Triadimefon u Triadimenol (l-ammont totali ta' triadimefon u triadimenol), Ċipermetrina (ċipermetrina li tinkludi taħlitiet oħra ta' isomeri kostitwenti (l-ammont totali ta' isomeri)).

(7)  B'mod partikolari, ir-residwi ta': Amitraż (amitraż inklużi l-metaboliti li fihom il-grupp 2,4 -dimetilanilina espress bħala amitraż), Aċefat, Aldikarb (l-ammont totali ta' aldikarb, is-sulfossidu tiegħu u s-sulfon tiegħu, espress bħala aldikarb), Karbendażim u benomil (l-ammont totali ta' benomil u karbendażim espress bħala karbendażim), Klorfenapir, Klorpirifos, Ditijokarbamati (ditijokarbamati espressi bħala CS2, inklużi maneb, mankożeb, metiram, propineb, tiram u żiram), Diafentijuron, Diażinon, Diklorvos, Dikofol (l-ammont totali tal-isomeri p, p′ u o,p′), Dimetoat (l-ammont totali ta' dimetoat u ometoat espress bħala dimetoat), Endosulfan (l-ammont totali ta' isomeri alfa u beta u endosulfan-sulfat espress bħala endosulfan), Fenamidon, Imidakloprid, Malatijon (l-ammont totali ta' malatijon u malaosson espress bħala malatijon), Metamidofos, Metijokarb (l-ammont totali ta' metijokarb u sulfossidu tal-metijokarb u sulfon, espress bħala metijokarb), Metomil u Tijodikarb (l-ammont totali ta' metomil u tijodikarb espress bħala metomil), Monokrotofos, Ossamil, Profenofos, Propikonażol, Tijabendażol, Tijakloprid.

(8)  B'mod partikolari, ir-residwi ta': Karbendażim u benomil (l-ammont totali ta' benomil u karbendażim espress bħala karbendażim), Ċiflutrin (ċiflutrin inklużi taħlitiet oħra ta' isomeri kostitwenti (l-ammont totali ta' isomeri)) Ċiprodinil, Diażinon, Dimetoat (l-ammont totali ta' dimetoat u ometoat espress bħala dimetoat), Etijon, Fenitrotijon, Fenpropatrina, Fludiossonil, Eżaflumuron, Lambda-ċjalotrina, Metijokarb (l-ammont totali ta' metijokarb u sulfossidu tal-metijokarb u sulfon, espress bħala metijokarb), Metomil u Tijodikarb (l-ammont totali ta' metomil u tijodikarb espress bħala metomil), Ossamil, Pentoat, Tijofanat-metil.

(9)  B'mod partikolari, ir-residwi ta': Karbofuran (l-ammont totali ta' karbofuran u 3-idrossi-karbofuran espress bħala karbofuran), Klorpirifos, Ċipermetrina (ċipermetrina inklużi taħlitiet ta' isomeri kostitwenti (l-ammont totali ta' isomeri)), Ċiprokonażol, Dikofol (l-ammont totali ta' isomeri p, p′ u o,p′), Difenokonażol, Dinotefuran, Etijon, Flusilażol, Folpet, Prokloraż (l-ammont totali ta' prokloraż u l-metaboliti tiegħu li fihom il-grupp 2,4,6-Triklorofenol espress bħala prokloraż), Profenofos, Propikonażol, Tijofanat-metil u Triforina.

(10)  Il-metodu ta' referenza EN/ISO 6579 jew metodu validat meta mqabbel miegħu, kif imsemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 tal-15 ta' Novembru 2005 dwar kriterji mikrobijoloġiċi għall-prodotti tal-ikel (ĠU L 338, 22.12.2005, p. 1).

(11)  B'mod partikolari, ir-residwi ta': Dimetoat (l-ammont totali ta' dimetoat u ometoat espress bħala dimetoat), Klorpirifos, Aċefat, Metamidofos, Metomil u Tijodikarb (l-ammont totali ta' metomil u tijodikarb espress bħala metomil), Diafentjuron, Indossakarb bħala somma tal-isomeri S u R.

(12)  B'mod partikolari, ir-residwi ta': Klorpirifos, Ċipermetrina (ċipermetrina inklużi taħlitiet oħra ta' isomeri kostitwenti (l-ammont totali ta' isomeri)), Dimetoat (l-ammont totali ta' dimetoat u ometoat espress bħala dimetoat), Endosulfan (l-ammont totali ta' isomeri alfa u beta u endosulfan-sulfat espress bħala endosulfan), Eżakonażol, Paratijon-metil (l-ammont totali ta' Paratijon-metil u paraosson-metil espress bħala Paratijon-metil), Metomil u Tijodikarb (l-ammont totali ta' metomil u tijodikarb espress bħala metomil), Flutrijafol, Karbendażim u benomil (l-ammont totali ta' benomil u karbendażim espress bħala karbendażim), Flubendijammid, Miklobutanil, Malatijon (l-ammont totali ta' malatijon u malaosson espress bħala malatijon).

(13)  B'mod partikolari, ir-residwi ta' Diklorvos.

(14)  B'mod partikolari, ir-residwi ta': Dinikonażol, Etefon u Metomil u Tijodikarb (l-ammont totali ta' metomil u tijodikarb espress bħala metomil).

(15)  B'mod partikolari, ir-residwi ta': Karbofuran (l-ammont totali ta' karbofuran u 3-idrossi-karbofuran espress bħala karbofuran), Metomil u Tijodikarb (l-ammont totali ta' metomil u tijodikarb espress bħala metomil), Dimetoat (l-ammont totali ta' dimetoat u ometoat espress bħala dimetoat), Triażofos, Malatijon (l-ammont totali ta' malatijon u malaosson espress bħala malatijon), Profenofos, Protijofos, Etijon, Karbendażim u benomil (l-ammont totali ta' benomil u karbendażim espress bħala karbendażim), Triforina, Proċimidon, Formetanat: L-ammont totali ta' formetanat u l-imluħ tiegħu espress bħala (kloridrat tal-)formetanat.

(16)  B'mod partikolari, ir-residwi ta': Aċefat, Karbaril, Karbendażim u benomil (l-ammont totali ta' benomil u karbendażim espress bħala karbendażim), Karbofuran (l-ammont totali ta' karbofuran u 3-idrossi-karbofuran espress bħala karbofuran), Klorpirifos, Klorpirifos-metil, Dimetoat (l-ammont totali ta' dimetoat u ometoat espress bħala dimetoat), Etijon, Malatijon (l-ammont totali ta' malatijon u malaosson espress bħala malatijon), Metalassil u metalassil-M (metalassil inklużi taħlitiet oħra ta' isomeri kostitwenti inkluż il-metalassil-M (l-ammont totali ta' isomeri)), Metamidofos, Metomil u Tijodikarb (l-ammont totali ta' metomil u tijodikarb espress bħala metomil), Monokrotofos, Profenofos, Protijofos, Kwinalfos, Triadimefon u Triadimenol (l-ammont totali ta' triadimefon u triadimenol) Triażofos, Dikrotofos, EPN, Triforina.

(17)  Metodi ta' referenza: EN 1988-1:1998, EN 1988-2:1998 jew ISO 5522:1981.

(18)  B'mod partikolari, ir-residwi ta': Metomil u Tijodikarb (l-ammont totali ta' metomil u tijodikarb espress bħala metomil), Ossamil, Karbendażim u benomil (l-ammont totali ta' benomil u karbendażim espress bħala karbendażim), Klofenteżin, Diafentjuron, Dimetoat (l-ammont totali ta' dimetoat u ometoat espress bħala dimetoat), Formetanat: L-ammont totali ta' formetanat u l-imluħ tiegħu espress bħala (kloridrat tal-)formetanat, Malatijon (l-ammont totali ta' malatijon u malaosson espress bħala malatijon), Proċimidon, Tetradifon, Tijofanat-metil.

(19)  B'mod partikolari, ir-residwi ta': Ażossistrobin, Boskalid, Klorpirifos, Ditijokarbamati (ditijokarbamati espressi bħala CS2, inklużi maneb, mankożeb, metiram, propineb, tiram u żiram), Endosulfan (l-ammont totali ta' isomeri alfa- u beta- u endosulfan-sulfat espress bħala endosulfan), Kresoksim-metil, Lambda-ċjalotrina, Metalassil u metalassil-M (metalassil li jinkludi taħlitiet oħra ta' isomeri kostitwenti li jinkludu l-metalassil-M (l-ammont totali ta' isomeri)), Metossifenożid, Metrafenonu, Miklobutanil, Penkonażol, Piraklostrobin, Pirimetanil, Triadimefon u Triadimenol (l-ammont totali ta' triadimefon u triadimenol), Triflossistrobin.

(20)  B'mod partikolari, ir-residwi ta': Karbofuran (l-ammont totali ta' karbofuran u 3-idrossi-karbofuran espress bħala karbofuran), Karbendażim u benomil (l-ammont totali ta' benomil u karbendażim espress bħala karbendażim), Klorpirifos, Ditijokarbamati (ditijokarbamati espressi bħala CS2, inklużi maneb, mankożeb, metiram, propineb, tiram u żiram), Profenofos, Permetrina (l-ammont totali ta' isomeri), Eżakonażol, Difenokonażol, Propikonażol, Fipronil (l-ammont totali ta' fipronil + metabolita tas-sulfon (MB46136) espress bħala fipronil), Propargit, Flusilażol, Fentoat, Ċipermetrina (ċipermetrina inklużi taħlitiet oħra ta' isomeri kostitwenti (l-ammont totali ta' isomeri)), Metomil u Tijodikarb (l-ammont totali ta' metomil u tijodikarb espress bħala metomil), Kwinalfos, Penċikuron, Metidatijon, Dimetoat (l-ammont totali ta' dimetoat u ometoat espressa bħala dimetoat), Fenbukonażol”


27.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 283/40


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1022/2014

tas-26 ta' Settembru 2014

li jemenda għall-220 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al-Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al-Qaida, (1) u b'mod partikolari l-Artikoli 7(1)(a) u 7a(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament.

(2)

Fid-9 ta' Settembru 2014, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) ddeċieda li jemenda annotazzjoni waħda mil-lista tiegħu ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi. Barra minn hekk, individwu wieħed għandu jitneħħa mil-lista billi dan għandu jiġi elenkat taħt ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 753/2011 (2) u annotazzjoni eżistenti waħda għandha tkun emendata ulterjorment biex tinkludi informazzjoni addizzjonali li tidentifika skont id-Deċiżjoni tal-KSNU tal-15 ta' Awwissu 2014.

(3)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Settembru 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija


(1)   ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 753/2011 tal-1 ta' Awwissu 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan (ĠU L 199, 2.8.2011, p. 1).


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, huwa emendat kif ġej:

(1)

L-annotazzjoni li ġejja taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” titħassar:

“Qari Rahmat (alias Kari Rahmat). Data tat-twelid: (a) 1981 (b) 1982. Post tat-twelid: Shadal (varjant Shadaal) Bazaar, Distrett Achin, Provinċja Nangarhar, l-Afganistan. Indirizz: (a) Villaġġ Kamkai, Distrett Achin, Provinċja Nangarhar, l-Afganistan (b) Provinċja Nangarhar, l-Afganistan. Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 20.8.2014.”

(2)

L-annotazzjoni “Mokhtar Belmokhtar (alias (a) Belaouar Khaled Abou El Abass, (b) Belaouer Khaled Abou El Abass, (c) Belmokhtar Khaled Abou El Abes, (d) Khaled Abou El Abass, (e) Khaled Abou El Abbes, (f) Khaled Abou El Abes, (g) Khaled Abulabbas Na Oor, (h) Mukhtar Belmukhtar, (i) Abou Abbes Khaled, (j) Belaoua, (k) Belaour). Data tat-twelid: 1.6.1972. Post tat-twelid: Ghardaia, l-Alġerija. Nazzjonalità: Alġerin. Informazzjoni oħra: (a) Isem il-missier huwa Mohamed u isem l-omm huwa Zohra Chemkha, (b) Membru tal-Kunsill tal-Organizzazzjoni ta' Al-Qaida fil-Magreb Iżlamiku (AQIM); (c) Il-Kap ta' Katibat el Moulathamoune attiva fir-raba' reġjun ta' AQIM (is-Sahel, is-Sahara). Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4(b): 11.11.2003.” tinbidel b'dan li ġej:

“Mokhtar Belmokhtar (alias (a) Belaouar Khaled Abou El Abass, (b) Belaouer Khaled Abou El Abass, (c) Belmokhtar Khaled Abou El Abes, (d) Khaled Abou El Abass, (e) Khaled Abou El Abbes, (f) Khaled Abou El Abes, (g) Khaled Abulabbas Na Oor, (h) Mukhtar Belmukhtar, (i) Abou Abbes Khaled, (j) Belaoua, (k) Belaour). Data tat-twelid: 1.6.1972. Post tat-twelid: Ghardaia, l-Alġerija. Nazzjonalità: Alġerin. Informazzjoni oħra: (a) Isem il-missier huwa Mohamed u isem l-omm huwa Zohra Chemkha, (b) Membru tal-Kunsill tal-Organizzazzjoni ta' Al-Qaida fil-Magreb Iżlamiku (AQIM); (c) Il-Kap ta' AI Mouakaoune Biddam, AI Moulathamoun u AI Mourabitoun. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 11.11.2003.”

(3)

L-annotazzjoni “Hamid Hamad Hamid al-'Ali. Data tat-twelid: is-17 ta' Novembru 1960. Post tat-twelid: (a) il-Kuwajt, (b) il-Qatar. Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 15.8.2014.” tinbidel b'dan li ġej:

“Hamid Hamad Hamid al-'Ali. Data tat-twelid: is-17 ta' Novembru 1960. Post tat-twelid: (a) il-Kuwajt, (b) il-Qatar. Nazzjonalità: Kuwajti. Nru tal-Passaport: (a) 001714467 (passaport Kuwajti), (b) 101505554 (passport Kuwajti). Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 15.8.2014.”


27.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 283/42


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1023/2014

tas-26 ta’ Settembru 2014

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Settembru 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 KG)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MK

53,3

TR

83,3

XS

79,6

ZZ

72,1

0707 00 05

MK

29,8

TR

100,1

ZZ

65,0

0709 93 10

TR

108,4

ZZ

108,4

0805 50 10

AR

143,7

CL

91,2

IL

103,5

TR

117,7

UY

116,2

ZA

139,0

ZZ

118,6

0806 10 10

BR

167,9

MK

103,8

TR

113,0

ZZ

128,2

0808 10 80

BR

56,6

CL

121,2

NZ

126,0

US

135,4

ZA

153,7

ZZ

118,6

0808 30 90

CN

101,3

TR

118,4

ZZ

109,9

0809 40 05

MK

9,0

ZZ

9,0


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


27.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 283/44


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1024/2014

tas-26 ta' Settembru 2014

li jiffissal-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandha tapplika għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqa mit-8 sal-14 ta' Settembru 2014 fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 891/2009 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 170/2013 fis-settur taz-zokkor u s-sospensjoni tat-tressiq tal-applikazzjoni għal liċenzji bħal dawn

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 188(1) u (3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 891/2009 tal-Kummissjoni (2) u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 170/2013 tal-Kummissjoni (3) fetħu kwoti tarrifarji annwali għall-importazzjoni ta' prodotti fis-settur taz-zokkor.

(2)

Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet tal-liċenzji ta' importazzjoni mressqa mit-8 sal-14 ta' Settembru 2014 għas-subperjodu mill-1 sal-31 ta' Ottubru 2014 jeċċedu l-kwantitajiet disponibbli skont l-ordni numru 09.4321. Għalhekk, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet mitluba, ikkalkulati f'konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (4). Il-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet oħra għal liċenzji ta' importazzjoni skont dik l-ordni b'dak in-numru għandhom jiġu sospiżi sa tmiem il-perjodu tal-kwota.

(3)

Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet tal-liċenzji ta' importazzjoni mressqa mit-8 sal-14 ta' Settembru 2014 għas-subperjodu mill-1 sal-31 ta' Ottubru 2014 huma ugwali għall-kwantitajiet disponibbli skont l-ordni numru 09.4367. Il-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet oħra għal liċenzji ta' importazzjoni skont dik l-ordni b'dak in-numru għandhom jiġu sospiżi sa tmiem il-perjodu tal-kwota.

(4)

Sabiex tiġi żgurata l-ġestjoni effiċjenti tal-miżura, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet tal-liċenzji ta' importazzjoni mressqa skont ir-Regolament (KE) Nru 891/2009 u skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 170/2013 mit-8 sal-14 ta' Settembru 2014, għandhom jinħarġu skont il-koeffiċjent ta' allokazzjoni stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

2.   Il-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet ġodda għal liċenzji ta' importazzjoni skont l-ordinijiet bin-numri indikati fl-Anness hija sospiża sa tmiem il-perjodu tal-kwota 2014/2015.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Settembru 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009 tal-25 ta' Settembru 2009 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur taz-zokkor (ĠU L 254, 26.9.2009, p. 82).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 170/2013 tal-25 ta' Frar 2013 li jistipula miżuri ta' tranżizzjoni fis-settur taz-zokkor minħabba l-adeżjoni tal-Kroazja (ĠU L 55, 27.2.2013, p. 1).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b'sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13).


ANNESS

“Il-konċessjonijiet CXL taz-zokkor”

Il-perjodu tal-kwota 2014/2015

Applikazzjonijiet imressqa mit-8 sal-14 ta' Settembru 2014

In-numru tal-ordni

Il-pajjiż

Il-koeffiċjent tal-allokazzjoni (f'perċentwal)

Applikazzjonijiet ġodda

09.4317

L-Awstralja

09.4318

Il-Brażil

09.4319

Kuba

09.4320

Kull pajjiż terz

09.4321

L-Indja

33.311125

Sospiżi


“Iz-zokkor mill-Balkani”

Il-perjodu tal-kwota 2014/2015

Applikazzjonijiet imressqa mit-8 sal-14 ta' Settembru 2014

In-numru tal-ordni

Il-pajjiż

Il-koeffiċjent tal-allokazzjoni (f'perċentwal)

Applikazzjonijiet ġodda

09.4324

L-Albanija

09.4325

Il-Bosnja-Ħerzegovina

09.4326

Is-Serbja

09.4327

Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja


Il-miżuri tranżitorji, “Zokkor għal importazzjoni eċċezzjonali” u “Zokkor industrijali”

Il-perjodu tal-kwota 2014/2015

Applikazzjonijiet imressqa mit-8 sal-14 ta' Settembru 2014

In-numru tal-ordni

It-tip

Il-koeffiċjent tal-allokazzjoni (f'perċentwal)

Applikazzjonijiet ġodda

09.4367

Miżuri tranżitorji (il-Kroazja)

Sospiżi

09.4380

Importazzjoni eċċezzjonali

09.4390

Zokkor industrijali


DEĊIŻJONIJIET

27.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 283/47


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-25 ta' Settembru 2014

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar emenda għall-Anness II tal-Ftehim taż-ŻEE

(2014/675/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 43(2), 114(1) u 168(4)(b), flimkien mal-Artikolu 218(9), tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta' Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2) (“il-Ftehim taż-ŻEE”) daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1994.

(2)

Skont l-Artikolu 98 tal-Ftehim taż-ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jista' jiddeċiedi li jemenda, inter alia, l-Anness II tal-Ftehim taż-ŻEE.

(3)

L-Anness II tal-Ftehim taż-ŻEE fih dispożizzjonijiet u arranġamenti speċifiċi dwar regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE.

(5)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE.

(6)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 541/2011 (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE.

(7)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 544/2011 (6) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE.

(8)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 545/2011 (7) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE.

(9)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 546/2011 (8) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE.

(10)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 547/2011 (9) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE.

(11)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (10) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE.

(12)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 283/2013 (11) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE.

(13)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 284/2013 (12) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE.

(14)

Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 iħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE (13) u 91/414/KEE (14), li huma inkorporati fil-Ftehim taż-ŻEE u li konsegwentement għandhom jitħassru taħt il-Ftehim taż-ŻEE.

(15)

Ir-Regolament (UE) Nru 283/2013 iħassar ir-Regolament (UE) Nru 544/2011, li huwa inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE u li konsegwentement għandu jitħassar taħt il-Ftehim taż-ŻEE.

(16)

Ir-Regolament (UE) Nru 284/2013 jħassar ir-Regolament (UE) Nru 545/2011, li huwa inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE u li konsegwentement għandu jitħassar taħt il-Ftehim taż-ŻEE.

(17)

L-Anness II tal-Ftehim taż-ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ.

(18)

Il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għandha għalhekk tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni li jinsab mehmuż,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda proposta tal-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Settembru 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

F. GUIDI


(1)   ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.

(2)   ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3.

(3)  Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).

(4)  Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).

(5)  Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 541/2011 tal-1 ta' Ġunju 2011 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-lista tas-sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 187).

(6)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 544/2011 tal-10 ta' Ġunju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mar-rekwiżiti tad-dejta għas-sustanzi attivi (ĠU L 155, 11.6.2011, p. 1).

(7)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 545/2011 tal-10 ta' Ġunju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ir-rekwiżiti tad-dejta dwar prodotti għall-ħarsien tal-pjanti (ĠU L 155, 11.6.2011, p. 67).

(8)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 546/2011 tal-10 ta' Ġunju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar prinċipji uniformi għall-evalwazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 155, 11.6.2011, p. 127).

(9)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 547/2011 tat-8 ta' Ġunju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti ta' tikkettjar tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 155, 11.6.2011, p. 176).

(10)  Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 tat-18 ta' Settembru 2012 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta' tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 252, 19.9.2012, p. 26).

(11)  Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 283/2013 tal-1 ta' Marzu 2013 li jistipula r-rekwiżiti tad-dejta għas-sustanzi attivi, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 93, 3.4.2013, p. 1).

(12)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 284/2013 tal-1 ta' Marzu 2013 li jistipula r-rekwiżiti tad-dejta għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 93, 3.4.2013, p. 85).

(13)  Direttiva tal-Kunsill 79/117/KEE tal-21 ta' Diċembru 1978 li tiprojbixxi it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom ċerti sustanzi attivi (ĠU L 33, 8.2.1979, p. 36).

(14)  Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).


ABBOZZ

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru …/2014

ta'

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim taż-ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (2), kif ikkoreġut minn ĠU L 26, 28.1.2012, p. 38), għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE.

(3)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 541/2011 tal-1 ta' Ġunju 2011 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-lista tas-sustanzi attivi approvati (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 544/2011 tal-10 ta' Ġunju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mar-rekwiżiti tad-dejta għas-sustanzi attivi (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE.

(5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 545/2011 tal-10 ta' Ġunju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżiti tad-dejta dwar prodotti għall-ħarsien tal-pjanti (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE.

(6)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 546/2011 tal-10 ta' Ġunju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar prinċipji uniformi għall-evalwazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (6) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE.

(7)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 547/2011 tat-8 ta' Ġunju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti ta' tikkettjar tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (7) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE.

(8)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 tat-18 ta' Settembru 2012 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta' tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (8) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE.

(9)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 283/2013 tal-1 ta' Marzu 2013 li jistipula r-rekwiżiti tad-dejta għas-sustanzi attivi, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (9) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE.

(10)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 284/2013 tal-1 ta' Marzu 2013 li jistipula r-rekwiżiti tad-dejta għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (10) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE.

(11)

Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE (11) u 91/414/KEE (12), li huma inkorporati fil-Ftehim taż-ŻEE u li konsegwentement għandhom jitħassru taħt il-Ftehim taż-ŻEE.

(12)

Ir-Regolament (UE) Nru 283/2013 iħassar ir-Regolament (UE) Nru 544/2011 li huwa inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE u li konsegwentement għandu jitħassar taħt il-Ftehim taż-ŻEE.

(13)

Ir-Regolament (UE) Nru 284/2013 iħassar ir-Regolament (UE) Nru 545/2011 li huwa inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE u li konsegwentement għandu jitħassar taħt il-Ftehim taż-ŻEE.

(14)

L-Anness II tal-Ftehim taż-ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XV tal-Anness II tal-Ftehim taż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 12zzo (Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/204/UE):

“13.

32009 R 1107: Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1)

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

L-Istati tal-EFTA jkunu ħielsa li jillimitaw l-aċċess għas-suq tagħhom tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom sustanzi attivi approvati bi qbil mad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE jew il-Miżuri tranżitorji fl-Artikolu 80 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(b)

L-Istati tal-EFTA, bl-eċċezzjoni tal-Liechtenstein, jistgħu jkunu ‘l-Istat Membru relatur’ u ‘korelatur’.

(c)

Dan li ġej jiżdied mal-Artikolu 18:

‘L-allokazzjoni ta' evalwazzjoni tas-sustanzi attivi lejn Stat tal-EFTA, skont l-Artikolu 18(f) hija suġġetta għall-kunsens minn dak l-Istat.’

(d)

Dan li ġej jiżdied mal-Artikoli 37(4) u 42(2):

‘Għall-Istati tal-EFTA l-limitu ta' żmien ta' 120 jum għandu jibda mhux qabel id-data meta l-Att ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi li jinsabu fil-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti jiġi inkorporat fil-Ftehim preżenti.’

(e)

Dan li ġej jiżdied mal-Artikolu 47(3):

‘Għall-Istati tal-EFTA l-limitu ta' żmien ta' 120 jum jibda mhux qabel id-data meta l-Att ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi li jinsabu fil-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti b'riskju baxx jiġi inkorporat fil-Ftehim preżenti.’

(f)

Dan li ġej jiżdied mal-Artikolu 48:

‘L-Istati tal-EFTA jistgħu jillimitaw l-aċċess għas-suq tagħhom tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom organiżmi ġenetikament modifikati, meta l-miżuri li jirrestrinġu jew jipprojbixxu dawk l-organiżmi jkunu ttieħdu skont l-Artikolu 23 tad-Direttiva 2001/18/KE, hekk kif adattati minn dan il-Ftehim.’

(g)

L-Artikolu 49 ma japplikax għal-Liechtenstein.

(h)

L-Artikolu 80(6) huwa sostitwit b'dan li ġej:

‘Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti awtorizzati skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali applikabbli fil-mument tal-awtorizzazzjoni jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq sa meta l-prodott għall-ħarsien tal-pjanti tkun saritlu valutazzjoni tar-riskju skont ir-Regolament (UE) Nru 1107/2009.’

(i)

Dan li ġej jiżdied ma' ‘Żona A — Tramuntana’ fl-Anness I:

‘l-Islanda, in-Norveġja’

(j)

Dan li ġej jiżdied ma' ‘Żona B — Ċentru’ fl-Anness I:

‘il-Liechtenstein’

13a.

32011 R 0540: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati, (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1), kif ikkorreġut minn ĠU L 26, 28.1.2012, p. 38, kif emendat minn:

32011 R 0541: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 541/2011 tat-1 ta' Ġunju 2011 (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 187).

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

L-Istati tal-EFTA jkunu ħielsa li jillimitaw l-aċċess għas-suq tagħhom tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom sustanzi attivi approvati bi qbil mad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE jew il-Miżuri tranżitorji tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 l-Artikolu 80.

13b.

32011 R 0544: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 544/2011 tal-10 ta' Ġunju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mar-rekwiżiti tad-dejta għas-sustanzi attivi (ĠU L 155, 11.6.2011, p. 1).

13c.

32011 R 0545: Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 545/2011 tal-10 ta' Ġunju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżiti tad-dejta tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti (ĠU L 155, 11.6.2011, p. 67).

13d.

32011 R 0546: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 546/2011 tal-10 ta' Ġunju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar prinċipji uniformi għall-evalwazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 155, 11.6.2011, p. 127):

13e.

32011 R 0547: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 547/2011 tat-8 ta' Ġunju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti ta' tikkettjar tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 155, 11.6.2011, p. 176):

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

Dan li ġej jiżdied mal-lista taħt it-titolu ‘RSh 1’ fil-punt 1.1 tal-Anness II:

‘IS: Eitrað í snertingu við augu.

NO: Giftig ved øyekontakt.’

(b)

Dan li ġej jiżdied mal-lista taħt it-titolu ‘RSh 2’ fil-punt 1.1 tal-Anness II:

‘IS: Getur valdið ljósnæmingu.

NO: Kan gi overfølsomhet for sollys/UV-stråling.’

(c)

Dan li ġej jiżdied mal-lista taħt it-titolu ‘RSh 3’ fil-punt 1.1 tal-Anness II:

‘IS: Efnið brennir húð og augu í snertingu við gufu og veldur kali í snertingu við vökva.

NO: Kontakt med damp virker etsende på hud og øyne, og kontakt med væske gir frostskade.’

(d)

Dan li ġej jiżdied mal-lista fil-punt 1 tal-Anness III:

‘IS: Mengið ekki vatn með efninu eða íláti þess. (Hreinsið ekki búnað nálægt yfirborðsvatni/Koma skal í veg fyrir að mengun verði með afrennsli frá bæjarhlöðum og vegum.)

NO: Unngå forurensning av vannmiljøet med produktet eller emballasjen. (Ikke rengjør spredeutstyr nær overflatevann/unngå forurensning via avrenning fra gårdsplasser og veier).’

(e)

Dan li ġej jiżdied mal-lista taħt it-titolu ‘SPo 1’ taħt it-titolu ‘Dispożizzjonijiet Speċifi’ fil-punt 2.1 tal-Anness III:

‘IS: Ef efnið kemst í snertingu við húð skal fyrst hreinsa það af með þurrum klút og skola síðan húðina með miklu vatni.

NO: Etter kontakt med huden, fjern først produktet med en tørr klut, og vask deretter med mye vann.’

(f)

Dan li ġej jiżdied mal-lista taħt it-titolu ‘SPo 2’ taħt it-titolu ‘Dispożizzjonijiet Speċifi’ fil-punt 2.1 tal-Anness III:

‘IS: Þvoið allan hlífðarfatnað að lokinni notkun.

NO: Vask alt personlig verneutstyr etter bruk.’

(g)

Dan li ġej jżidied mal-lista taħt it-titolu ‘SPo 3’ taħt it-titolu ‘Dispożizzjonijiet Speċifi’ fil-punt 2.1 tal-Anness III:

‘IS: Forðist innöndun reyks eftir að kveikt hefur verið í efninu og yfirgefið þegar í stað svæðið sem er til meðhöndlunar.

NO: Pust ikke inn røyken etter at produktet har antent, og forlat det behandlede området øyeblikkelig.’

(h)

Dan li ġej jiżdied mal-lista taħt it-titolu ‘SPo 4’ taħt it-titolu ‘Dispożizzjonijiet Speċifi’ fil-punt 2.1 tal-Anness III:

‘IS: Opna skal ílátið utanhús og við þurr skilyrði.

NO: Beholderen skal åpnes utendørs og under tørre forhold.’

(i)

Dan li ġej jiżdied mal-lista taħt it-titolu ‘SPo 5’ taħt it-titolu ‘Dispożizzjonijiet Speċifi’ fil-punt 2.1 tal-Anness III:

‘IS: Loftræsta skal úðuð svæði/gróðurhús (vandlega/eða í tilgreindan tíma/þar til úðinn hefur þornað) áður en farið er þangað inn aftur.

NO: De behandlede områder/veksthus ventileres (grundig/eller angivelse av tid/inntil produktet har tørket) før man oppholder seg der igjen.’

(j)

Dan li ġej jiżdied mal-lista taħt it-titolu ‘SPe 1’ fil-punt 2.2 tal-Anness III:

‘IS: Til að vernda grunnvatn/jarðvegslífverur skal ekki nota þetta eða annað efni sem inniheldur (tilgreinið virkt efni eða flokk virkra efna eftir því sem við á) lengur eða oftar en (tilgreinið hversu lengi eða oft má nota efnið).

NO: For å beskytte (grunnvannet/jordlevende organismer) må dette produktet eller andre produkter som inneholder (angi navnet på virksomt stoff eller gruppe av virksomme stoffer) kun brukes/ikke brukes mer enn (angi tidsperiode eller antall behandlinger).’

(k)

Dan li ġej jiżdied mal-lista taħt it-titolu ‘SPe 2’ fil-punt 2.2 tal-Anness III:

‘IS: Til að vernda grunnvatn/vatnalífverur skal ekki nota þetta efni (á tilgreinda jarðvegsgerð eða við tilgreindar aðstæður).

NO: For å beskytte (grunnvannet/vannlevende organismer) må dette produktet ikke brukes (på beskrevet jordtype eller under beskrevne forhold).’

(l)

Dan li ġej jiżdied mal-lista taħt it-titolu ‘SPe 3’ fil-punt 2.2 tal-Anness III:

‘IS: Til að vernda vatnalífverur/plöntur utan markhóps/liðdýr utan markhóps/skordýr má ekki nota efnið nær óræktuðu landi/yfirborðsvatni en (tilgreind breidd svæðis sem er óheimilt að úða).

NO: For å beskytte (vannlevende organismer/viltlevende planter/insekter/leddyr) må dette produktet ikke brukes nærmere enn (angi avstand) fra (overflatevann/kantvegetasjon).’

(m)

Dan li ġej jiżdied mal-lista taħt it-titolu ‘SPe 4’ fil-punt 2.2 tal-Anness III:

‘IS: Til að vernda vatnalífverur/plöntur utan markhóps má ekki nota efnið á malbikað, steinsteypt, hellulagðt eða malarborið yfirborð eða vegi (járnbrautarspor) eða önnur svæði þar sem hætt er við afrennsli út í umhverfið.

NO: For å beskytte (vannlevende organismer/viltlevende planter) må dette produktet ikke brukes på harde overflater som asfalterte, betong- brostein- eller gruslagte områder og veier/jernbane, eller på andre områder med stor risiko for avrenning.’

(n)

Dan li ġej jiżdied mal-lista taħt it-titolu ‘SPe 5’ fil-punt 2.2 tal-Anness III:

‘IS: Til að vernda fugla/villt spendýr verður að gæta þess vandlega að efnið sé algerlega hulið jarðvegi; gætið þess sérstaklega að efnið sé hulið í endum raða.

NO: For å beskytte (fugler/ville pattedyr) skal produktet innblandes i jorden. Sørg også for at produktet er helt innblandet i enden av radene.’

(o)

Dan li ġej jiżdied mal-lista taħt it-titolu ‘SPe 6’ fil-punt 2.2 tal-Anness III:

‘IS: Hreinsið upp allt efni, sem hefur farið til spillis, til að vernda fugla/villt spendýr.

NO: For å beskytte (fugler/ville pattedyr) skal alt søl fjernes.’

(p)

Dan li ġej jiżdied mal-lista taħt it-titolu ‘SPe 7’ fil-punt 2.2 tal-Anness III:

‘IS: Óheimilt er að nota efnið á varptíma fugla.

NO: Må ikke brukes i fuglenes hekketid.’

(q)

Dan li ġej jiżdied mal-lista taħt it-titolu ‘SPe 8’ fil-punt 2.2 tal-Anness III:

‘IS: Hættulegt frævandi skordýrum/Til að vernda býflugur og önnur frævandi skordýr er óheimilt að nota efnið á blómstrandi nytjaplöntur/Óheimilt er að nota efnið þar sem býflugur eru í fæðuleit/Fjarlægið býkúpur meðan meðhöndlun með efninu fer fram eða hyljið þær á meðan og í (tilgreinið tíma) að lokinni meðhöndlun/Óheimilt er að nota efnið ef blómstrandi illgresi er til staðar/Eyða skal illgresi áður en það blómgast/Óheimilt er að nota efnið fyrir (tilgreinið tíma).

NO: Farlig for bier./For å beskytte bier og andre pollinerende insekter må dette produkt ikke brukes mens kulturen blomstrer./Må ikke brukes der biene søker næring./Dekk til eller flytt bikuber i behandlingsperioden og i (nevn antall timer/dager) etter behandlingen./Må ikke brukes i nærheten av blomstrende ugress./Fjern ugresset før det blomstrer./Må ikke brukes før (tidspunkt).’

(r)

Dan li ġej jiżdied mal-lista fil-punt 2.3 tal-Anness III:

‘IS: Til að koma í veg fyrir þolmyndun skal ekki nota þetta eða annað varnarefni sem inniheldur (tilgreinið virkt efni eða flokk virkra efna eftir því sem við á) oftar eða lengur en (tilgreinið hversu oft eða lengi má nota efnið).

NO: For å unngå utvikling av resistens må dette produkt eller andre produkter som inneholder (angi virksomt stoff eller gruppe av virksomme stoffer) kun brukes/ikke brukes mer enn (i tidsperioden eller antall ganger).’

(s)

Dan li ġej jiżdied mal-lista taħt it-titolu ‘SPr 1’ fil-punt 2.4 tal-Anness III:

‘IS: Beitu skal komið fyrir þannig að ekki sé hætta á að önnur dýr komist í hana. Festa skal beituna tryggilega þannig að nagdýr geti ekki dregið hana í burtu.

NO: Produktet skal plasseres på en slik måte at risikoen for at andre dyr kan innta produktet minimeres. Pass på at produkt i blokkform ikke kan flyttes vekk av de gnagere som skal bekjempes.’

(t)

Dan li ġej jiżdied mal-lista taħt it-titolu ‘SPr 2’ fil-punt 2.4 tal-Anness III:

‘IS: Auðkennið svæðið, sem meðhöndla á, meðan á meðhöndlun stendur. Varað skal við hættunni á að verða fyrir eitrun (beinni eða óbeinni) af völdum storkuvarans og tilgreina skal móteitrið við honum.

NO: Det behandlede området skal merkes i behandlingsperioden. Faren for forgiftning (primær eller sekundær) ved inntak av antikoaguleringsmidler, samt motgift, skal angis på oppslag.’

(u)

Dan li ġej jiżdied mal-lista taħt it-titolu ‘SPr 3’ fil-punt 2.4 tal-Anness III:

‘IS: Hræ nagdýra skulu fjarlægð daglega af meðhöndlaða svæðinu meðan meðhöndlun stendur yfir. Ekki má setja hræin í opin sorpílát.

NO: Døde gnagere skal fjernes fra behandlingsområdet hver dag. Døde gnagere må ikke plasseres i åpne avfallsbeholdere.’

13f.

32012 R 0844: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 tat-18 ta' Settembru 2012 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta' tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 252, 19.9.2012, p. 26).”

2.

It-test tal-punt 13b (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 544/2011) huwa sostitwit b'dan li ġej:

32013 R 0283: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 283/2013 tal-1 ta' Marzu 2013 li jistipula r-rekwiżiti tad-dejta għas-sustanzi attivi, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 93, 3.4.2013, p. 1).”

3.

It-test tal-punt 13c (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 545/2011) huwa sostitwit b'dan li ġej:

32013 R 0284: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 284/2013 tal-1 ta' Marzu 2013 li jistipula r-rekwiżiti tad-dejta għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 93, 3.4.2013, p. 85).”

Artikolu 2

It-test tal-punti 6 (id-Direttiva tal-Kunsill 79/117/KEE) u 12a (id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE) fil-Kapitolu XV tal-Anness II tal-Ftehim taż-ŻEE huma mħassra.

Artikolu 3

It-testi tar-Regolamenti (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 540/2011, kif ikkorreġuti mill-ĠU L 26, 28.1.2012, p. 38; (UE) Nru 541/2011, (UE) Nru 544/2011, (UE) Nru 545/2011, (UE) Nru 546/2011, (UE) Nru 547/2011, (UE) Nru 844/2012, (UE) Nru 283/2013 u (UE) Nru 284/2013 bil-lingwa Islandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, huma awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ f', dment li jkunu saru n-notifiki kollha, skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim taż-ŻEE (*1).

Għal-Liechtenstein, din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-istess jum jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn il-Liechtenstein u l-Awstrija li jistabbilixxi l-kooperazzjoni fil-qasam ta' proċeduri ta' awtorizzazzjoni għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u aġġuvanti skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, skont liema jkun l-iktar tard.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, …

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Is-Segretarji

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE


(1)   ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)   ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1.

(3)   ĠU L 153, 11.6.2011, p. 187.

(4)   ĠU L 155, 11.6.2011, p. 1.

(5)   ĠU L 155, 11.6.2011, p. 67.

(6)   ĠU L 155, 11.6.2011, p. 127.

(7)   ĠU L 155, 11.6.2011, p. 176.

(8)   ĠU L 252, 19.9.2012, p. 26.

(9)   ĠU L 93, 3.4.2013, p. 1.

(10)   ĠU L 93, 3.4.2013, p. 85.

(11)   ĠU L 33, 8.2.1979, p. 36.

(12)   ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

(*1)  [Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.] [Hemm indikati rekwiżiti kostituzzjonali.]


27.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 283/56


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-25 ta' Settembru 2014

li taħtar membru supplenti Ċek fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2014/676/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-GvernĊek,

Billi:

(1)

Fit-22 ta' Diċembru 2009 u fit-18 ta' Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE (1) u 2010/29/UE (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2010 sal-25 ta' Jannar 2015. Fl-24 ta' Settembru 2012, permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/524/UE (3), is-Sur Milan CHOVANEC inħatar membru supplenti sal-25 ta' Jannar 2015.

(2)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Milan CHOVANEC, sar vakanti siġġu ta' membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huwa b'dan maħtur membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta' Jannar 2015:

Is-sur Václav ŠLAJS, Hejtman Plzeňského kraje.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Settembru 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

F. GUIDI


(1)   ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22.

(2)   ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.

(3)   ĠU L 263, 28.9.2012, p. 41.


27.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 283/57


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-25 ta' Settembru 2014

li taħtar membru Olandiż u erba' membri supplenti Olandiżi fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2014/677/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-GvernOlandiż,

Billi:

(1)

Fit-22 ta' Diċembru 2009 u fit-18 ta' Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE (1) u 2010/29/UE (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2010 sal-25 ta' Jannar 2015. Fit-18 ta' Jannar 2011, permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/41/UE (3), is-Sur H.P.M. (Henk) KOOL inħatar bħala membru u s-Sur H.A.J. (Henk) AALDERINK, is-Sur J.P.W. (Jan Willem) GROOT u s-Sinjura L.W.C.M. (Loes) van der MEIJS ġew maħtura bħala membri supplenti sal-25 ta' Jannar 2015. Fil-11 ta' Diċembru 2012, permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/779/UE (4) is-Sinjura J.H.M. (Jon) HERMANS-VLOEDBELD ġiet maħtura bħala membru supplenti sal-25 ta' Jannar 2015.

(2)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur H.P.M. (Henk) KOOL, sar vakanti siġġu ta' membru fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(3)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur H.A.J. (Henk) AALDERINK, is-Sur J.P.W. (Jan Willem) GROOT u s-Sinjura L.W.C.M. (Jon) HERMANS-VLOEDBELD u s-Sinjura L.W.C.M. (Loes) van der MEIJS, saru vakanti erba' siġġijiet ta' membri supplenti,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huma b'dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta' Jannar 2015:

(a)

bħala membru:

Is-Sur O. (Onno) HOES, Burgemeester (mayor) ta' Maastricht

kif ukoll

(b)

bħala membri supplenti:

Is-Sinjura A. (Annemiek) JETTEN, Burgemeester (Mayor) ta' Sluis

Is-Sur R. (Rob) JONKMAN, Wethouder (alderman: membru tal-kunsill eżekuttiv) tal-muniċipalità ta' Opsterland

Is-Sur H.J.J. (Henri) LENFERINK, Burgemeester (sindku) ta' Leiden

Is-Sur C.L. (Cornelis) VISSER, Burgemeester (sindku) ta' Twenterand.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Settembru 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

F. GUIDI


(1)   ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22

(2)   ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.

(3)   ĠU L 19, 22.1.2011, p. 17.

(4)   ĠU L 342, 14.12.2012, p. 45.


27.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 283/59


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2014/678/PESK

tas-26 ta' Settembru 2014

li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK tal-31 ta' Mejju 2013 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 30(1) tagħha,

Billi:

(1)

Fil-31 ta' Mejju 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK.

(2)

Permezz tas-sentenza tagħha tas-16 ta' Lulju 2014 fil-Kawża T-572/11, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea annullat id-Deċiżjoni tal-Kunsill biex tinkludi lil Samir Hassan fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi li jinsabu fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2013/255/PESK.

(3)

Samir Hassan għandu jerġa' jiġi inkluż fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi, abbażi ta' dikjarazzjoni ġdida ta' raġunijiet.

(4)

Barra minn hekk, l-informazzjoni relatata ma' żewġ entitajiet elenkati fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2013/255/PESK għandha tiġi aġġornata.

(5)

Id-Deċiżjoni 2013/255/PESK għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Deċiżjoni 2013/255/PESK huwa emendat kif jidher fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Settembru 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

S. GOZI


(1)   ĠU L 147, 1.6.2013, p. 14.


ANNESS

1.   

Il-persuni u l-entitajiet li ġejjin għandhom jiddaħħlu fil-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi li tinsab fit-Taqsima A tal-Anness I tad-Deċiżjoni 2013/255/PESK:

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“48.

Samir (

Image 3

) Hassan (

Image 4

)

 

Samir Hassan huwa negozjant prominenti, qrib figuri ewlenin tar-reġim Sirjan, bħal Rami Makhlouf u Issam Anbouba; minn Marzu 2014, huwa l-Viċi President għar-Russja tal-Kunsilli ta' Negozji Bilaterali wara l-ħatra tiegħu mill-Ministru tal-Ekonomija, Khodr Orfali. Barra minn hekk, huwa jappoġġa l-isforz ta' gwerra tar-reġim permezz ta' donazzjonijiet ta' flus. Għalhekk, Samir Hassan huwa assoċjat ma' persuni li jibbenifikaw minn jew li jappoġġa lir-reġim u jipprovdi appoġġ lil u jibbenefika mir-reġim Sirjan.

27.9.2014”

2.   

L-entrati li jikkonċernaw l-entitajiet elenkati hawn taħt, kif stipulat fit-Taqsima B tal-Anness I tad-Deċiżjoni 2013/255/PESK huma sostitwiti bl-entrati li ġejjin:

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“54.

Overseas Petroleum Trading magħrufa wkoll bħala ‘Overseas Petroleum Trading SAL (Off-Shore)’ magħrufa wkoll bħala ‘Overseas Petroleum Company’

Dunant Street, Snoubra Sector, Beirut, Lebanon.

Tipprovdi appoġġ lir-reġim Sirjan u tibbenefika mir-reġim billi torganizza bil-moħbi vjeġġi taż-żejt lir-reġim Sirjan.

23.7.2014

55.

Tri Ocean Trading magħrufa wkoll bħala Tri-Ocean Energy

35b Saray El Maadi Tower, Corniche El Nile, Cairo, Egypt, Postal Code 11431 P.O. Box: 1313 Maadi

Tipprovdi appoġġ lir-reġim Sirjan u tibbenefika mir-reġim billi torganizza bil-moħbi vjeġġi taż-żejt lir-reġim Sirjan.

23.7.2014”


27.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 283/61


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-25 ta' Settembru 2014

li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/270/UE fir-rigward tal-perjodu ta' applikazzjoni tagħha u fir-rigward tal-moviment għal faċilitajiet tal-ippakkjar ta' tuberi tal-patata li joriġinaw f'żoni demarkati sabiex jiġi evitat it-tixrid fl-Unjoni tal-Epitrix cucumeris (Harris), l-Epitrix similaris (Gentner), l-Epitrix subcrinita (Lec.) u l-Epitrix tuberis (Gentner)

(notifikata bid-dokument C(2014) 6731)

(2014/679/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-pjanti jew għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b'mod partikolari r-raba' sentenza tal-Artikolu 16(3) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/270/UE (2) tipprevedi miżuri ta' emerġenza biex jiġu evitati l-introduzzjoni u t-tixrid tal-Epitrix cucumeris (Harris), l-Epitrix similaris (Gentner), l-Epitrix subcrinita (Lec.) u l-Epitrix tuberis (Gentner) fl-Unjoni.

(2)

L-iżvilupp tas-sitwazzjoni mindu d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/270/UE daħlet fis-seħħ wera li l-miżuri previsti minnha huma effikaċi u għandhom ikomplu japplikaw. Għalhekk, huwa xieraq li dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tapplika mingħajr limitazzjoni ta' żmien.

(3)

L-esperjenza turi li hu meħtieġ li tingħata aktar flessibilità fir-rigward tal-faċilità fejn it-tuberi tal-patata jgħaddu minn trattament li jiżgura li ma jibqax fuqhom aktar minn 0,1 % ta' ħamrija u li l-organiżmi speċifikati jitneħħew. Għalhekk, għandu jkun permess li dawk it-tuberi jiġu mċaqilqa 'l barra miż-żoni demarkati qabel iseħħ it-trattament. Il-moviment lejn dawk il-faċilitajiet għandu, madankollu, ikun soġġetti għal rekwiżiti li jiżguraw li r-riskju fitosanitarju rispettiv jitnaqqas għal livelli aċċettabbli.

(4)

Sabiex jiġi żgurat li l-organiżmi speċifikati ma jistgħux jistabbilixxu ruħhom jew jinxterdu barra miż-żona demarkata, għandhom jiġu stabbiliti rekwiżiti dwar ir-rimi ta' skart rilevanti tal-ħamrija u materjal ta' skart ieħor. Għal dan l-istess għan, għandhom jiġu stabbiliti wkoll rekwiżiti dwar il-vetturi u l-ippakkjar għat-trasport jew l-immaniġġjar ta' dawk it-tuberi tal-patata qabel ma jiċċaqalqu 'l barra miż-żona demarkata jew minn faċilità tal-ippakkjar li tkun tinsab barra minn dik iż-żona. Huwa meħtieġ ukoll li l-makkinarju użat għat-trattament ta' tuberi tal-patata fil-faċilitajiet tal-ippakkjar li jinsabu barra ż-żoni demarkati jitnaddaf biex tiġi evitata l-infestazzjoni ta' patata oħra mmaniġġjata mill-istess makkinarju.

(5)

Sabiex jiġi ffaċilitat il-kontroll mill-Istati Membri tal-ippakkjar 'il barra miż-żona demarkata tat-tuberi tal-patata li joriġinaw f'żona ta' dan it-tip, huwa importanti li l-faċilitajiet tal-ippakkjar li jinsabu barra miż-żoni demarkati jkunu awtorizzati għal dak l-iskop u jkunu meħtieġa li jżommu rekords tat-tuberi tal-patata ttrattata li joriġinaw fiż-żoni demarkati.

(6)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/270/UE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(7)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/270/UE hija emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 3 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 3

It-trasport ta' tuberi tal-patata fl-Unjoni

1.   Tuberi tal-patata li joriġinaw f'żoni demarkati fl-Unjoni stabbiliti skont l-Artikolu 5, li jiġu ppakkjati f'dawk iż-żoni jew fil-faċilitajiet imsemmija fl-Artikolu 3b jistgħu jiġu ttrasportati fl-Unjoni biss jekk jissodisfaw il-kundizzjonijiet, kif stipulat fil-punt (1) tat-Taqsima 2 tal-Anness I.

Tuberi tal-patata li joriġinaw f'żona demarkata, jistgħu jiġu mċaqalqa minn dik iż-żona demarkata lejn l-faċilità tal-ippakkjar li tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 3b li tkun qrib dik iż-żona ddemarkata sakemm il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (2) tat-Taqsima 2 tal-Anness I ikunu ġew issodisfati. It-tuberi tal-patata jistgħu jinħażnu f'dik il-faċilità.

Fil-każ tat-tieni subparagrafu, il-korp uffiċjali responsabbli għandu jwettaq l-azzjonijiet li ġejjin:

(a)

monitoraġġ intensiv għall-preżenza tal-organiżmi speċifikati permezz ta' spezzjonijiet addattati fuq il-pjanti tal-patata u, fejn huwa xieraq, fuq pjanti ospitanti oħra, inklużi l-għelieqi fejn jitkabbru dawn il-pjanti, mill-inqas fi ħdan raġġ ta' 100 m mill-faċilità tal-ippakkjar;

(b)

attivitajiet li jwasslu għas-sensibilizzazzjoni pubblika dwar it-theddid tal-organiżmi speċifikati u l-miżuri adottati biex dawn ma jiddaħlux u ma jinxterdux fl-Unjoni fil-viċinanza tal-faċilità tal-ippakkjar.

2.   Tuberi tal-patata introdotti fl-Unjoni skont l-Artikolu 2 minn pajjiżi terzi fejn hija magħrufa l-preżenza ta' organiżmu speċifikat wieħed jew aktar, jistgħu jiġu ttrasportati fl-Unjoni biss jekk jissodisfaw il-kundizzjonijiet, kif stipulat fil-punt (3) tat-Taqsima 2 tal-Anness I.

Artikolu 3a

Rekwiżiti li jirrigwardjaw l-vetturi, l-ippakkjar, il-makkinarju u l-ħamrija skartata

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe vettura u ppakkjar li ntużaw għat-trasport tat-tuberi tal-patata li joriġinaw f'żona demarkata qabel ma ġie ssodisfat il-punt 1(b) tat-Taqsima 2 tal-Anness I jiġu dekontaminati u mnaddfin b'mod xieraq fil-każijiet li ġejjin:

(a)

qabel ma jittieħdu 'l barra miż-żona demarkata; kif ukoll

(b)

qabel ma jitilqu minn faċilità tal-ippakkjar, kif imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1).

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-makkinarju użat biex jimmaniġġjaw it-tuberi tal-patata msemmija fil-paragrafu 1 f'faċilità tal-ippakkjar msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) jiġi dekontaminati u mnaddaf kif imiss wara kull użu.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ħamrija skartata, jew materjal ta' skart ieħor, li jirriżulta minn twettiq tar-rekwiżiti tal- Artikolu 3(1) u l-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu għandu jintrema b'tali mod li jiġi żgurat li l-organiżmi speċifikati ma jistgħux jistabbilixxu ruħhom jew jinxterdu barra ż-żona demarkata.

Artikolu 3b

Rekwiżiti li jikkonċernaw il-faċilitajiet tal-ippakkjar li jinsabu barra ż-żoni demarkati kkonċernati

Il-faċilitajiet tal-ippakkjar li jinsabu barra miż-żoni demarkati kkonċernati u l-immaniġġjar ta' tuberi tal-patata li joriġinaw fit-tali żoni, kif imsemmi fit-tieni subparagrafu tal- Artikolu 3(1), għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

ikunu awtorizzati mill-korp uffiċjali responsabbli mill-ippakkjar tat-tuberi tal-patata li joriġinaw f'żona demarkata; kif ukoll

(b)

iżommu għal sena mill-ħin tal-wasla ta' tuberi tal-patata f'dik il-faċilità, rekords tat-tuberi tal-patata ttrattati li joriġinaw f'żoni demarkati.”

(2)

L-Artikolu 7 jitħassar.

(3)

L-Anness I huwa emendat skont l-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Settembru 2014.

Għall-Kummissjoni

Tonio BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/270/UE tas-16 ta' Mejju 2012 fir-rigward ta' miżuri ta' emerġenza li jevitaw l-introduzzjoni u t-tixrid tal-Epitrix cucumeris (Harris), l-Epitrix similaris (Gentner), l-Epitrix subcrinita (Lec.) u l-Epitrix tuberis (Gentner) fl-Unjoni (ĠU L 132, 23.5.2012, p. 18).


ANNESS

L-Anness I tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/270/UE għandu jiġi emendat kif ġej:

It-Taqsima 2 hija ssostitwita b'dan li ġej:

“TAQSIMA 2

Kundizzjonijiet għat-trasport

(1)

It-tuberi tal-patata li joriġinaw f'żoni demarkati fl-Unjoni jistgħu jiċċaqilqu minn żoni bħal dawn lejn iż-żoni mhux demarkati fl-Unjoni biss jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

it-tuberi tal-patata tkabbru f'post ta' produzzjoni rreġistrat skont id-Direttiva tal-Kummissjoni 92/90/KEE (1) jew minn produttur irreġistrat skont id-Direttiva tal-Kummissjoni 93/50/KEE (2), jew ittrasportati minn maħżen jew ċentru tad-dispaċċ irreġistrat skont id-Direttiva 93/50/KEE;

(b)

it-tuberi tal-patata nħaslu jew tnaddfu b'mod li ma baqax aktar minn 0,1 % ta' ħamrija fuqhom, jew inkella għaddew minn metodu ekwivalenti applikat speċifikament sabiex ikollu l-istess riżultat u jneħħi l-organiżmi speċifikati kkonċernati u sabiex ikun żgurat li ma hemm l-ebda riskju ta' tixrid tal-organiżmi speċifikati;

(c)

il-materjal tal-ippakkjar li fih jiġu ttrasportati t-tuberi tal-patata jkun nadif. kif ukoll

(d)

it-tuberi tal-patata jiġu akkumpanjati mill-passaport tal-pjanti mħejji u maħruġ skont id-Direttiva tal-Kummissjoni 92/105/KEE (3).

(2)

Fil-każ ta' moviment ta' tuberi tal-patata għal faċilità tal-ippakkjar, kif imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1), flimkien mal-punt (1)(a), għandhom jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

it-tuberi tal-patata tkabbru f'għelieqi li ġew sottomessi għal trattament ta' insettiċida kontra l-organiżmi speċifikati f'waqtiet xierqa matul l-istaġun tat-tkabbir;

(b)

qabel il-ħsad twettqu spezzjonijiet uffiċjali, f'waqtiet xierqa, f'dawk l-għelieqi, u ma ġew skoperti l-ebda organiżmi speċifikat;

(c)

il-produttur għandu, bil-quddiem, jgħarraf lill-korpi uffiċjali responsabbli dwar l-intenzjoni tiegħu li jċaqlaq tuberi tal-patata skont dan il-punt, u dwar id-data tal-moviment maħsub;

(d)

it-tuberi tal-patata jiġu trasportati lejn faċilità tal-ippakkjar f'vetturi magħluqa, jew f'imballaġġ magħluq u nadif, b'tali mod li jiġi żgurat li l-organiżmi speċifikati ma jistgħux jaħarbu jew jinxterdu;

(e)

matul it-trasport tagħhom lejn il-faċilità tal-ippakkjar, it-tuberi tal-patata jkunu akkumpanjati minn dokument li jidentifika l-oriġini u d-destinazzjoni tagħhom; kif ukoll

(f)

minnufih mal-wasla fil-faċilità tal-ippakkjar, it-tuberi tal-patata jiġu suġġetti għat-trattament deskritt fil-punt 1(b) ta' din it-Taqsima.

(3)

Tuberi tal-patata introdotti fl-Unjoni skont it-Taqsima 1 minn pajjiżi terzi fejn hija magħrufa l-preżenza ta' organiżmu speċifikat wieħed jew aktar, jistgħu jiġu ttrasportati fl-Unjoni biss jekk ikunu akkumpanjati mill-passaport tal-pjanti msemmi fil-punt (1)(d).

(1)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 92/90/KEE tat-3 ta' Novembru 1992 li twaqqaf l-obbligi li għalihom produtturi u importaturi ta' pjanti, prodotti ta' pjanti u oġġetti oħra huma suġġetti u li twaqqaf dettalji għar-reġistrazzjoni tagħhom (ĠU L 344, 26.11.1992, p. 38).

(2)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 93/50/KEE tal-24 ta' Ġunju 1993 li tispeċifika ċerti pjanti mhux elenkati fl-Anness V, il-parti A tad-Direttiva tal-Kunsill 77/93/KEE, li l-produtturi tagħhom, jew l-imħażen, ċentri tad-dispaċċ fiz-zoni tal-produzzjoni ta' dawk il-pjanti, għandhom ikunu elenkati f'reġistru uffiċjali (ĠU L 205, 17.8.1993, p. 22).

(3)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 92/105/KEE tat-3 ta' Diċembru 1992 li tistabbilixxi grad ta' standardizzazzjoni għal passaporti ta' pjanti biex jintużaw għaċ-ċaqliq ta' ċerti pjanti, prodotti ta' pjanti jew oġġetti oħra ġewwa l-Komunità, u li tistabbilixxi l-proċeduri dettaljati dwar il-ħruġ ta' passaporti simili u l-kondizzjonijiet u l-proċeduri dettaljati għall-bdil tagħhom (ĠU L 4, 8.1.1993, p. 22).” ”