ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 274

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 57
16 ta' Settembru 2014


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 972/2014 tal-11 ta' Settembru 2014 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 973/2014 tal-11 ta' Settembru 2014 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

4

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 974/2014 tal-11 ta' Settembru 2014 li jistabbilixxi l-metodu rifrattometru biex jitkejjel residwu xott solubbli fi prodotti proċessati minn frott u ħaxix għall-finijiet tal-klassifikazzjoni tagħhom fin-Nomenklatura Magħquda

6

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 975/2014 tal-11 ta' Settembru 2014 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni

11

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 976/2014 tal-15 ta' Settembru 2014 li jestendi d-dazju antidumping definittiv impost mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 791/2011 fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, għal importazzjonijiet ta' ċerti drappijiet kemxejn modifikati b'malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ, li wkoll joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

13

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 977/2014 tal-15 ta’ Settembru 2014 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

21

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

16.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 274/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 972/2014

tal-11 ta' Settembru 2014

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi, fuqha, jew li żżid kull subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan tal-applikazzjoni ta' tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti.

(3)

Skont dawn ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati skont il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' din it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jiġi pprovdut li l-informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa fir-rigward tal-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tista', għal ċertu perjodu, tibqa' tiġi invokata mid-detentur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (2). Dan il-perjodu għandu jkun ta' tliet xhur.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness huma kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda skont il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' din it-tabella.

Artikolu 2

L-informazzjoni tariffarja vinkolanti li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum mill-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Settembru 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Algirdas ŠEMETA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali tal-Komunita (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Prodott likwidu li jikkonsisti f'silan, MDP monomeru tal-fosfat, reżini dimetakrilati, 2-idrossietilmetakrilat (HEMA), kopolimer, materjal għall-mili, etanol, ilma u inizjaturi. Huwa maħsub biex jintuża għas-snien.

Il-prodott jipprepara l-wiċċ tal-kavitajiet tas-snien biex jingħaqad mal-materjal għall-mili. Jista' jintuża wkoll biex jiddesensitizza l-għeruq, biex jissiġilla d-dentina qabel is-simentazzjoni tar-ristorazzjonijiet bl-amalgama, bħala kisi protettiv għal materjali ristorattivi tal-jonomera tal-ħġieġ jew biex jgħaqqad is-siġillanti għall-kavitajiet u x-xquq fis-snien.

3006 40 00

Il-klassifikazzjoni hija stabbilita bir-regoli ġenerali 1, 3(a) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-Nota 4(f) tal-Kapitolu 30 u l-kliem tal-kodiċijiet NM 3006 u 3006 40 00 .

Minħabba l-karatteristiċi oġġettivi tiegħu, jiġifieri l-preżenza tal-etanol u l-ilma, il-prodott huwa aktar fluwidu mill-materjal tradizzjonali għall-mili u huwa kapaċi jinfiltra faċilment fis-snien.

Għalkemm il-prodott jidher qisu kolla, l-użu tiegħu huwa dak ta' primer fuq is-snien, sabiex jattiva d-dentina fuq il-wiċċ biex jingħaqad mal-materjal għall-mili. Il-prodott jibqa' fuq is-sinna matul u wara t-trattament u jsir parti integrali tal-mili.

Il-klassifikazzjoni skont l-intestatura 3506 bħala kolla hija eskluża billi l-intestatura 3006 tipprovdi l-iktar deskrizzjoni speċifika. Barra minn hekk, uħud mill-użi maħsubin, (id-desensitizzazzjoni tal-għeruq, l-issiġillar tad-dentina u l-użu tiegħu bħala kisi protettiv) mhumiex tipiċi tal-kolla.

Għaldaqstant, il-prodott għandu jiġi kklassifikat skont il-kodiċi NM 3006 40 00 bħal siment għas-snien u mili ieħor għas-snien.


16.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 274/4


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 973/2014

tal-11 ta' Settembru 2014

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, jeħtieġ li jiġu adottati miżuri dwar il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi, fuqha, jew li żżid kull subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan tal-applikazzjoni ta' tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti.

(3)

Skont dawn ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati skont il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' din it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jiġi pprovdut li l-informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa fir-rigward tal-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tista', għal ċertu perjodu, tibqa' tiġi invokata mid-detentur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (2). Dan il-perjodu għandu jkun ta' tliet xhur.

(5)

Il-Kumitat tal-Kodiċi Doganali ma ħariġx opinjoni fil-limitu ta' żmien stipulat mill-President tiegħu.,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness huma kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda skont il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' din it-tabella.

Artikolu 2

L-informazzjoni tariffarja vinkolanti li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Settembru 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Algirdas ŠEMETA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunita (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Prodott li jikkonsisti minn bċejjeċ bojod trasparenti kemxejn glutinużi u jwaħħlu b'tul ta' madwar 1 ċm u dijametru ta' madwar 3 mm. Il-prodott iżomm fil-wiċċ fis-salmura, għandu konsistenza qisu ġell u għandu dehra simili għat-taljarini tal-ħġieġ. Huwa jitpoġġa għall-bejgħ bl-imnut f'pakketti ta' 250 g (160 g ta' piż nett xott).

Il-prodott huwa magħmul billi jitħallat id-dqiq tat-tuberi tal-konjak (Amorphophallus konjac) mal-ilma li jkun fih l-idrossidu tal-kalċju (il-proporzjonijiet tat-taħlita f'% skont it-toqol: dqiq tat-tuberi tal-onjak 3-7, ilma 93-97).

It-taħlita mbagħad titgħalla u l-ġell li jirriżulta jiġi pressat f'forma sabiex tingħata l-għamla finali lill-prodott.

1901 90 91

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-Nota 2 tal-Kapitolu 19 u l-kliem tal-kodiċijiet NM 1901 , 1901 90 u 1901 90 91 .

Il-preparazzjonijiet tal-ikel tal-intestatura 1901 isiru b'bażi ta' dqiq, xgħir u barli mitħun oħxon, pasta, lamtu jew estratt tax-xgħir. It-termini “dqiq” u “pasta” jinkludu dqiq, pasta u trab minn oriġini veġetali ta' kull kapitlu, ħlief dqiq, pasta u trab ta' veġetali mnixxfin (l-intestatura 0712 ) jew ta' veġetali leguminużi mnixxfin (l-intestatura 1106 ) (ara n-Nota 2 tal-Kapitolu 19). It-tuberi tal-konjak (sħaħ, mitħunin jew f'forma ta' trab) huma kklassifikati skont l-intestatura 1212 (ara wkoll in-Noti ta' Spjegazzjoni għan-Nomenklatura Magħquda għall-intestatura 1212 ).

Għalkemm il-prodott għandu konsistenza ta' ġell, huwa mhuwiex muċilaġni jew aġent li jgħaqqad derivat mill-prodotti veġetali tal-intestatura 1302 .

Għaldaqstant il-prodott għandu jiġi klassifikat skont il-Kodiċi NM 1901 90 91 .


16.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 274/6


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 974/2014

tal-11 ta' Settembru 2014

li jistabbilixxi l-metodu rifrattometru biex jitkejjel residwu xott solubbli fi prodotti proċessati minn frott u ħaxix għall-finijiet tal-klassifikazzjoni tagħhom fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa nomenklatura tal-oġġetti, minn hawn 'il quddiem imsejħa bħala n-“Nomenklatura Magħquda” jew “NM”, li hija stabbilita fl-Anness I għal dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 558/93 (2) stabbilixxa l-metodu rifrattometru li għandu jintuża biex jitkejjel il-kontenut ta' zokkor fi prodotti pproċessati minn frott u ħxejjex għall-finijiet tan-nota Addizzjonali 1 tal-Kapitolu 8 tan-NM u fin-noti Addizzjonali 2 u 6 tal-Kapitolu 20 tan-NM.

(3)

Ir-Regolament (KEE) Nru 558/93 kien tħassar mill-acquis attiv mill-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni 2009/C 30/04 (3) tagħha.

(4)

Għalkemm ir-Regolament (KEE) Nru 558/93 kien tħassar mill-acquis attiv, il-metodu rifrattometru għadu meħtieġ għal laboratorji doganali fl-Istati Membri bħala għodda importanti u insostitwibbli biex jiġi ddeterminat il-kontenut ta' diversi zokkrijiet imfisser bħala sukrożju tal-prodotti tal-Kapitoli 8 u 20 tan-NM.

(5)

Sabiex jiġi żgurat li l-awtoritajiet doganali japplikaw approċċ uniformi għall-finijiet tal-klassifikazzjoni doganali, huwa meħtieġ li jiġi stabbilit metodu biex jitkejjel il-kontenut ta' residwu xott solubbli fi prodotti proċessati minn frott u ħaxix.

(6)

Għal dan l-għan huwa xieraq li jintuża l-metodu rifrattometru ispirat mill-metodu stabbilit fir-Regolament (KEE) Nru 558/93 filwaqt li titqis l-esperjenza miksuba minn avvanz teknoloġiku fit-teknika tal-laboratorju u l-esperjenza xjentifika akkumulata.

(7)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-metodu tal-kejl tar-residwu xott solubbli fi prodotti proċessati minn frott u ħaxix li jiġi użat biex jiġi ddeterminat il-kontenut taz-zokkor espress bħala sukrożju fil-prodotti fil-Kapitoli 8 u 20 tan-Nomenklatura Magħquda għall-finijiet tal-klassifikazzjoni tagħhom fin-Nomenklatura Magħquda huwa stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Settembru 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Algirdas ŠEMETA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 558/93 tal-10 ta' Marzu 1993 dwar il-metodu rifrattometru biex jitkejjel residwu xott solubbli fi prodotti proċessati minn frott u ħaxix, li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 543/86 u li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (ĠU L 58, 11.3.1993, p. 50).

(3)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni li tistabbilixxi rikonoxximent formali li ċertu numru ta' atti ta' liġi Komunitarja fil-qasam tal-agrikoltura m'għadhomx jgħoddu (ĠU C 30, 6.2.2009, p. 18).


ANNESS

METODU TA' KEJL TA' RESIDWU XOTT SOLUBBLI FI PRODOTTI PROĊESSATI MINN FROTT U ĦAXIX PERMEZZ TAR-RIFRATTOMETRIJA

(DETERMINAZZJONI TAL-VALUR BRIX)

1.   DEFINIZZJONI

Il-kontenut ta' residwu xott solubbli (il-valur Brix, stabbilit bir-rifrattometrija) ifisser il-perċentwali ta' piż ta' sukrożju f'soluzzjoni milwiema ta' sukrożju li, skont ċerti kundizzjonijiet, għandu l-istess indiċi refrattiv bħall-prodott analizzat.

2.   APPARAT

It-tip ewlieni ta' apparat li jintuża huwa Rifrattometru tat-tip Abbe. Inkella, huwa permess ukoll l-użu ta' rifrattometru diġitali.

Dan l-apparat għandu jippermetti li l-perċentwali ta' piż ta' sukrożju jiġi stabbilit sal-eqreb ± 0,1 %.

Ir-rifrattometru jrid jiġi kkalibrat b'temperatura ta' 20 °C minn sistema li tippermetti l-aġġustament tat-temperatura taċ-ċellola tal-kejl minn + 15 °C sa + 25 °C bi preċiżjoni ta' ± 0,5 °C.

L-istruzzjonijiet għat-tħaddim ta' dan l-apparat, u partikolarment dawk li għandhom x'jaqsmu mall-kalibrazzjoni u provenjenza ta' dawl, għandhom jiġu strettament osservati.

3.   METODU

3.1.   Preparazzjoni tal-kampjun

3.1.1.   Prodotti likwidi

Ħawwad b'attenzjoni u pproċedi għad-determinazzjoni.

3.1.2.   Prodotti semi-densi, purées, meraq tal-frott b'sustanza ssospenduta

Ħawwad b'attenzjoni kampjun medju tal-laboratorju u mbagħad omoġenizza.

Saffi parti mill-kampjun minn garża xotta mitwija f'erbgħa, neħħi l-ewwel qtar u pproċedi għad-determinazzjoni fuq il-filtrat.

3.1.3.   Prodotti densi (ġamm u ġeli)

Jekk il-prodott li ġa ġie omoġenizzat ma jistax jintuża direttament, iżen 40 g tal-prodott sal-eqreb 0,01 g fi flixkun li jesa' 250 ml u żid 100 ml ilma distillat.

Għalli bil-mod għal żewġ jew tlett minuti, u ħawwad b'virga tal-ħġieġ.

Berred, ferra l-kontenut tal-flixkun ġo reċipjent miżun adattat u uża l-ilma ddistillat bħala likwidu biex tifflaxxja, żid l-ilma distillat sabiex tikseb madwar 200 g ta' prodott, iżnu sal-eqreb 0,01 g, u ħawwad it-taħlita sewwa.

Ħalliha toqgħod għal 20 minuta, imbagħad saffiha minn filter mitwi jew lenbut tat-tip Buechner. Agħmel valutazzjoni fuq il-filtrat.

3.1.4.   Prodotti ffriżati

Ħalli l-friża tinżel u neħħi l-għadam jew iż-żerriegħa u l-qlub.

Ħallat il-prodott mal-likwidu li jkun ħareg minnu waqt li nħallet il-friża u kompli kif spjegat fil-punti 3.1.2 u 3.1.3 rispettivament.

3.1.5.   Prodotti xotti jew prodotti li jkollhom fihom frott sħiħ jew biċċiet ta' frott

Qattal-kampjun tal-laboratorju — jew parti minnu — f'biċċiet żgħar, neħħi l-għadam jew iż-żerriegħa u l-qlub u ħallat b'attenzjoni.

Iżen 10 sa 20 g tal-prodott sal-eqreb 0,01 g ġo flixkun.

Żid l-ilma distillat daqs ħames darbiet il-piż tal-prodott.

Saħħan banjumarija għal 30 minuta waqt li kultant tħawwad b'virga tal-ħġieġ.

Meta jibred, kompli kif deskritt fil-punt 3.1.3.

3.1.6.   Prodotti li jkollhom fihom l-alkoħol

Iżen madwar 100 g ta' kampjun sal-eqreb 0,01 g fi flixkun miżun.

Poġġi l-flixkun ġo banjumarija għal 30 minuta, kultant ħawwad b'virga tal-ħġieġ, u żid ilma distillat jekk ikun meħtieg.

Fejn il-kontenut tal-alkoħol jeċċedi madwar 5 % tal-massa żid aktar ilma distillat u erġa' saħħan fil-banju tal-ilma mgħolli għal 45 minuta.

Wara li jibred iżen il-kontenut finali tar-reċipjent, saffi jekk meħtieg, u kompli bil-valutazzjoni.

3.2.   Valutazzjoni

Il-prinċipju huwa t-tnaqqis tal-kontenut ta' residwu xott solubbli ta' prodott mill-indiċi refrattiv tiegħu.

It-temperatura tal-kejl għandha tkun ta' bejn 15 u 25 °C.

Bl-użu ta' rifrattometru diġitali t-temperatura għandha tkun ta' 20 °C.

Wassal il-kampjun sat-temperatura tal-qies billi tgħaddas il-kontenitur ġo banju tal-ilma fit-temperatura rikjesta.

Poġġi kampjun żgħir fuq il-priżma t'isfel tar-refrattometru, filwaqt li b'attenzjoni żgura li l-kampjun jgħatti l-wiċċ tal-ħġieġa b'uniformità meta l-priżmi jintrassu ma' xulxin.

Kejjel skont l-istruzzjonijiet operattivi għall-apparat użat.

Aqra l-perċentwali tal-piż tas-sukrożju sal-eqreb 0,1 %.

Agħmel mill-anqas żewg valutazzjonijiet fuq l-istess kampjun preparat.

4.   ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

Kalkolazzjoni u formola

Il-kontenut ta' residwu xott solubbli tal-prodott huwa espress kull 100 gramma tal-prodott (g/100 g). Dan huwa ekwivalenti għal valur fi °Brix.

Il-kontenut ta' residwu xott solubbli għandu jiġi kkalkulat kif ġej:

Il-perċentwali ta' kontenut ta' sukrożju indikat bir-rifrattometrija jintuża direttament.

Jekk il-qari tal-kejl isir f'temperatura li ma tkunx + 20 °C, ikkoreġi kif indikat fit-tabella annessa.

Jekk il-kejl ikun sar fuq soluzzjoni miżjuda, il-kontenut ta' residwu xott solubbli (M) jigi kalkolat billi tintuża l-formula segwenti:

Formula

M' ikun il-piż (fi grammi) ta' residwu xott solubbli kull 100 g ta' prodott indikat mir-rifrattometru u E il-piż (fi grammi) ta' prodott kull 100 g ta' soluzzjoni.

Ir-riżultat ta' dak il-kalkolu għandu jingħata sa post deċimali wieħed (± 0,1 °Brix).

Tabella 1

Korrezzjonijiet meta l-valutazzjoni ssir f'temperatura li ma tkunx ta' 20 °C

Temperatura °C

Sukrożju fi grammi għal kull 100 gramma tal-prodott

5

10

15

20

30

40

50

60

70

75

 

Naqqas

15

0,25

0,27

0,31

0,31

0,34

0,35

0,36

0,37

0,36

0,36

16

0,21

0,23

0,27

0,27

0,29

0,31

0,31

0,32

0,31

0,23

17

0,16

0,18

0,20

0,20

0,22

0,23

0,23

0,23

0,20

0,17

18

0,11

0,12

0,14

0,15

0,16

0,16

0,15

0,12

0,12

0,09

19

0,06

0,07

0,08

0,08

0,08

0,09

0,09

0,08

0,07

0,05

 

Żid

21

0,06

0,07

0,07

0,07

0,07

0,07

0,07

0,07

0,07

0,07

22

0,12

0,14

0,14

0,14

0,14

0,14

0,14

0,14

0,14

0,14

23

0,18

0,20

0,20

0,21

0,21

0,21

0,21

0,22

0,22

0,22

24

0,24

0,26

0,26

0,27

0,28

0,28

0,28

0,28

0,29

0,29

25

0,30

0,32

0,32

0,34

0,36

0,36

0,36

0,36

0,36

0,37

5.   PREĊIŻJONI

Id-dettalji ta' test inter-laboratorju li għandu x'jaqsam ma' dejta ta' preċiżjoni tal-metodu li twettaq fuq żewġ kampjuni huma mogħtija f'dan il-punt. Huma jirriflettu r-rekwiżiti ta' prestazzjoni għall-metodu deskritt f'dan l-anness. Id-dejta ta' preċiżjoni hija mogħtija fit-tabella 2 hawn taħt.

Is-sors ta' dejta ta' preċiżjoni

Id-dejta ta' preċiżjoni kienet ħarġet minn test inter-laboratorju li twettaq f'1999/2000 bil-parteċipazzjoni tal-Laboratorji Doganali Ewropej.

Il-valutazzjoni ta' dejta ta' preċiżjoni twettqet skont ISO 5725.

Tabella 2

Dejta ta' preċiżjoni

L-isem tal-kampjun

Għadd ta' laboratorji

Medja (°Brix)

Limitu ta' ripetibilità r (%)

Limitu ta' riproduzzjoni R (%)

Cocktail tal-frott

11

18,9

3,0

4,7

Ananas

10

19,4

1,7

1,7

Ix-xropp ta' tuffieħ ippriżervat

12

19,5

2,0

2,7

Frott tropikali

9

12,8

2,9

4,0

Ġamm tal-frawli

12

59,8

4,0

7,2

Meraq tat-tuffieħ

12

11,1

1,4

4,7

Konċentrat tal-meraq tal-larinġ

9

65,2

1,3

2,6

Meraq tal-larinġ fi trab

11

99,8

2,3

5,3


16.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 274/11


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 975/2014

tal-11 ta' Settembru 2014

li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa nomenklatura tal-oġġetti, minn hawn 'il quddiem imsejħa bħala n-“Nomenklatura Magħquda” jew “NM”, li hija stabbilita fl-Anness I ta' dak ir-Regolament.

(2)

Fl-interess taċ-ċertezza legali, huwa neċessarju li jiġi ċċarat li meta fit-testi tan-nota Addizzjonali 1 tal-Kapitolu 8 u n-noti Addizzjonali 2 u 6 tal-Kapitolu 20 hija użata l-espressjoni “iċ-ċifra indikata b'rifrattometru”, din tikkorrispondi maċ-ċifra miksuba bl-użu tal-metodu rifrattometru biex jitkejjel residwu xott solubbli fi prodotti proċessati minn frott u ħaxix għall-finijiet tal-klassifikazzjoni tagħhom fin-Nomenklatura Magħquda preskritta fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 974/2014 (2).

(3)

Huwa għalhekk xieraq li tiġi inkluża fit-test ta' dawn in-noti Addizzjonali referenza għall-metodu rifrattometru biex ikun hemm referenza faċli meta jiġu klassifikati prodotti li jaqgħu taħt l-intestaturi u s-subintestaturi kkonċernati mill-imsemmija noti Addizzjonali.

(4)

Sabiex tkun żgurata interpretazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda madwar l-Unjoni fir-rigward tal-kejl tal-kontenut ta' zokkor ta' diversi prodotti bl-użu tal-metodu rifrattometru, in-nota Addizzjonali 1 tal-Kapitolu 8 u n-noti Addizzjonali 2 u 6 tal-Kapitolu 20 għandhom jiġu emendati.

(5)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 għalhekk għandu jkun emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Parti Tnejn tan-Nomenklatura Magħquda stipulata fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 hija emendata kif ġej:

(1)

fil-Kapitolu 8, in-nota Addizzjonali 1 tinbidel b'dan li ġej:

“1.

Il-kontenut ta' zokkrijiet varji espressi bħala sukrożju (kontenut taz-zokkor) tal-prodotti klassifikati f'dan il-kapitlu jikkorrespondi maċ-ċifra indikata b'rifrattometru (użat skont il-metodu spjegat fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (KEE) Nru 974/2014 (*)) f'temperatura ta' 20 °Ċ u mmoltiplikata bil-fattur 0,95.

(*)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 974/2014 tal-11 ta' Settembru 2014 li jistabbilixxi l-metodu rifrattometru biex jitkejjel residwu xott solubbli fi prodotti proċessati minn frott u ħaxix għall-finijiet tal-klassifikazzjoni tagħhom fin-Nomenklatura Magħquda (ĠU L 274, 16.9.2014, p. 6).”"

;

(2)

fil-Kapitolu 20, in-nota Addizzjonali 2 tinbidel b'dan li ġej:

“2.

(a)

Il-kontenut ta' diversi zokkrijiet imfisser bħala sukrożju (kontenut ta' zokkor) tal-prodotti klassifikati f'dan il-kapitlu jikkorrespondi maċ-ċifra indikata b'rifrattometru (użat skont il-metodu preskritt fl-Anness għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 974/2014) f'temperatura ta' 20 °Ċ u mmoltiplikata b'wieħed nill-fatturi li ġejjin:

0,93 fir-rigward tal-prodotti taħt is-subintestaturi minn 2008 20 sa 2008 80, 2008 93, 2008 97 u 2008 99,

0,95 għal prodotti taħt l-intestaturi l-oħrajn.

(b)

L-espressjoni ‘Valur Brix’, imsemmija fis-subintestatura tal-intestatura 2009, tikkorrespondi għaċ-ċifra indikata b'rifrattometru (użat skont il-metodu preskritt fl-Anness għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 974/2014) f'temperatura ta' 20 °C.”

;

(3)

fil-Kapitolu 20, in-nota Addizzjonali 6 tinbidel b'dan li ġej:

“6.

Għall-għanijiet tas-subintestaturi 2009 69 51 u 2009 69 71,‘meraq konċentrat tal-għeneb (inkluż il-most tal-għeneb)’ jfisser meraq tal-għeneb (inkluż il-most tal-għeneb) li għalih iċ-ċifra indikata b'rifrattometru (użat skont il-metodu preskritt fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 974/2014) f'temperatura ta' 20 °Ċ mhijiex inqas minn 50,9 %.”

.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Settembru 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Algirdas ŠEMETA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 974/2014 tal-11 ta' Settembru 2014 li jistabbilixxi l-metodu rifrattometru biex jitkejjel residwu xott solubbli fi prodotti proċessati minn frott u ħaxix għall-finijiet tal-klassifikazzjoni tagħhom fin-Nomenklatura Magħquda (ara l-paġna 6 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


16.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 274/13


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 976/2014

tal-15 ta' Settembru 2014

li jestendi d-dazju antidumping definittiv impost mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 791/2011 fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, għal importazzjonijiet ta' ċerti drappijiet kemxejn modifikati b'malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ, li wkoll joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b'mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,

Billi:

1.   PROĊEDURI

1.1.   Miżuri eżistenti

(1)

F'Awwissu 2011, il-Kunsill, billi implimenta r-Regolament (UE) Nru 791/2011 (2), impona dazju antidumping definittiv li jvarja bejn 48,4 % u 62,9 % fuq importazzjonijiet ta' drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ, b'daqs taċ-ċellula ta' aktar minn 1,8 mm kemm fit-tul u kif ukoll fil-wisa' u li jiżnu aktar minn 35 g/m2, esklużi d-diski tal-fibra tal-ħġieġ, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 7019 51 00 u ex 7019 59 00 (il-prodott ikkonċernat) u li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Dawn il-miżuri minn issa 'l quddiem se jissejħu “il-miżuri fis-seħħ” u l-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri fis-seħħ minn issa 'l quddiem se tissejjaħ “l-investigazzjoni oriġinali”.

(2)

F'Lulju 2012, wara investigazzjoni kontra l-evażjoni skont l-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku, bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 672/2012 (3) il-Kunsill estenda, mill-miżuri fis-seħħ, id-dazju applikabbli għall-kumpaniji l-oħra kollha għal importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat ikkonsenjati mill-Malasja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw fil-Malasja kif ukoll jekk le.

(3)

F'Jannar 2013, wara investigazzjoni kontra l-evażjoni skont l-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku, bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 21/2013 (4) il-Kunsill estenda, mill-miżuri fis-seħħ, id-dazju applikabbli għall-kumpaniji l-oħra kollha għal importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat ikkonsenjati mit-Tajwan u t-Tajlandja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw fit-Tajwan u t-Tajlandja kif ukoll jekk le.

(4)

F'Diċembru 2013, wara investigazzjoni kontra l-evażjoni skont l-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku, bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1371/2013 (5) il-Kunsill estenda, mill-miżuri fis-seħħ, id-dazju applikabbli għall-kumpaniji l-oħra kollha għal importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat ikkonsenjati mill-Indja u l-Indoneżja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw fl-Indja u l-Indoneżja kif ukoll jekk le.

1.2.   Talba

(5)

F'Novembru 2013, il-Kummissjoni rċeviet talba skont l-Artikoli 13(3) u 14(5) tar-Regolament bażiku biex tinvestiga l-possibbiltà ta' evażjoni tal-miżuri tal-antidumping imposti fuq ċerti drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina permezz ta' importazzjonijiet ta' ċerti drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ b'modifika żgħira li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, u biex tissoġġetta dawn l-importazzjonijiet għal reġistrazzjoni.

(6)

Din it-talba ġiet ippreżentata minn Saint-Gobain Adfors CZ s.r.o., Tolnatext Fonalfeldolgozo, Valmieras “Stikla Skiedra” AS u Vitrulan Technical Textiles GmbH, erba' produtturi fl-Unjoni ta' ċerti drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ.

(7)

It-talba kien fiha biżżejjed evidenza prima facie li l-miżuri antidumping fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina qegħdin jiġu evaduti permezz ta' importazzjonijiet ta' ċertu prodott kemxejn modifikat li joriġinaw mir-RPĊ, li fihom bil-piż iktar “ftietel” milli “ħjut” u għalhekk huma ddikjarati taħt il-kodiċi NM ex 7019 40 00, u mhumiex suġġetti għal dazji.

1.3.   Bidu

(8)

Wara li ddeterminat, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li hemm biżżejjed evidenza prima facie biex tinbeda investigazzjoni skont l-Artikoli 13(3) u 14(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni nediet investigazzjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 1356/2013 (6) (ir-Regolament tal-ftuħ) dwar il-possibbiltà ta' evażjoni ta' miżuri antidumping imposti fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u ordnat ukoll lill-awtoritajiet tad-dwana biex jirreġistraw l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ, b'daqs taċ-ċellula ta' aktar minn 1,8 mm kemm fit-tul kif ukoll fil-wisa' u li jiżnu aktar minn 35 g/m2, esklużi d-diski tal-fibra tal-ħġieġ, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 7019 40 00 (il-kodiċi TARIC 7019400011, 7019400021 u 7019400050), mid-19 ta' Diċembru 2013.

1.4.   Il-prodott ikkonċernat u l-prodott f'investigazzjoni

(9)

Il-prodott ikkonċernat huwa l-istess kif definit fl-investigazzjoni oriġinali, jiġifieri drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ, b'daqs ta' ċellula ta' aktar minn 1,8 mm, kemm fit-tul kif ukoll fil-wisa' u li jiżnu iżjed minn 35 g/m2, minbarra diski tal-fibra tal-ħġieġ, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 7019 51 00 u ex 7019 59 00 li fihom bil-piż aktar “ħjut” milli “ftietel”.

(10)

Il-prodott f'investigazzjoni, jiġifieri l-prodott li allegatament intuża biex ikunu evitati l-miżuri oriġinali, huwa l-istess bħal dak definit fil-premessa 8, iżda fih bil-piż iktar “ftietel” milli “ħjut”.

1.5.   Investigazzjoni u partijiet ikkonċernati bl-investigazzjoni

(11)

Il-Kummissjoni uffiċjalment avżat lill-awtoritajiet tar-RPĊ wara l-bidu tal-investigazzjoni u bagħtet kwestjonarji lill-produtturi esportaturi fir-RPĊ u lill-importaturi fl-Unjoni magħrufa li huma kkonċernati. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu smigħ fiż-żmien stipulat fir-Regolament tal-ftuħ. Il-partijiet kollha kienu infurmati li nuqqas ta' kooperazzjoni jista' jwassal għall-applikazzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku u għal sejbiet li jkunu bbażati fuq il-fatti disponibbli.

(12)

L-ebda produttur Ċiniż ma ppreżenta ruħu u talab eżenzjoni minn xi estensjoni possibbli tad-dazji attwali jew għamel xi sottomissjoni relattiva għall-investigazzjoni.

(13)

L-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Konvertituri tal-Plastik sostniet li kienet baqgħet newtrali dwar ir-riżultat tal-investigazzjoni. Partijiet interessati oħra, bħalma huma l-importaturi mhux relatati u l-utenti, ma għamlu l-ebda sottomissjoni relattiva għall-investigazzjoni.

(14)

Il-Kummissjoni wettqet investigazzjonijiet fuq il-post fil-bini tal-produttur tal-Unjoni lmentatur li kien qed jikkoopera Saint-Gobain Adfors CZ s.r.o., ir-Repubblika Ċeka.

1.6.   Il-perjodi tal-investigazzjoni u r-rappurtar

(15)

Il-perjodu tal-investigazzjoni kien stabbilit mill-1 ta' April 2010 sat-30 ta' Settembru 2013 (“PI”) sabiex jiġi investigat il-bdil allegat fix-xejra tal-kummerċ. Il-perjodu ta' rappurtar (“PR”) kopra l-perjodu mill-1 ta' Ottubru 2012 sat-30 ta' Settembru 2013, biex jiġi investigat jekk l-importazzjonijiet sarux bi prezzijiet aktar baxxi mill-prezz mhux dannuż stabbilit fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri eżistenti.

2.   RIŻULTATI TAL-INVESTIGAZZJONI

2.1.   Kunsiderazzjonijiet ġenerali

(16)

Skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku, il-valutazzjoni tal-eżistenza tal-prattiki ta' evażjoni possibbli saret billi ġie analizzat suċċessivament: (1) jekk kienx hemm tibdil fix-xejra tal-kummerċ bejn ir-RPĊ u l-Unjoni; (2) jekk din il-bidla nibtitx minn xi prattika, proċess jew ħidma li għalihom ma kienx hemm raġuni jew ġustifikazzjoni ekonomika suffiċjenti għajr l-impożizzjoni tad-dazju; (3) jekk kienx hemm evidenza ta' ħsara jew li l-effetti rimedjali tad-dazju kienu qed jiġu kompromessi f'termini tal-prezzijiet u/jew tal-kwantitajiet tal-prodott f'investigazzjoni; u (4) jekk kienx hemm evidenza ta' dumping b'rabta mal-valuri normali stabbiliti preċedentement għall-prodott simili, jekk neċessarju skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2 tar-Regolament bażiku.

2.2.   Modifika żgħira u karatteristiċi essenzjali

(17)

L-investigazzjoni wriet li l-prodott f'investigazzjoni huwa drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ, bid-daqs taċ-ċellula ta' aktar minn 1,8 mm kemm fit-tul u kif ukoll fil-wisa' u li jiżnu aktar minn 35 g/m2, esklużi d-diski tal-fibra tal-ħġieġ, li joriġinaw mir-RPĊ, li fihom bil-piż aktar “ftietel” milli “ħjut”. “Ftietel” u “ħjut” jikkonsistu minn ġemgħa ta' ħajta waħda jew aktar ta' filament ta' fibri tal-ħġieġ twal (kontinwi). Skont in-noti tas-Sistema Armonizzata, id-differenza ewlenija bejn “ftietel” u “ħjut” hija li l-assemblaġġ ta' dik tal-ewwel huwa maħlul b'liwja żgħira jew bl-ebda liwja (inqas minn ħames dawriet kull metru) filwaqt li l-assemblaġġ ta' “ħjut” huwa aktar milwi b'aktar minn ħames dawriet kull metru. Il-prodott li allegatament qed jevadi l-miżuri huwa bażikament l-istess bħall-prodott ikkonċernat ħlief li fih bil-piż iktar “ftietel” milli “ħjut” u għalhekk attwalment jista' jiġi ddikjarat taħt il-kodiċi NM ex 7019 40 00, mhux suġġetta għal dazji, filwaqt li l-prodott ikkonċernat fih bil-piż aktar “ħjut” minn “ftietel” u attwalment jaqa' taħt il-kodiċi NM ex 7019 51 00 u ex 7019 59 00. F'ħafna każijiet id-differenza bejn iż-żewġ prodotti mhijiex viżibbli u l-kodiċi korretta tista' tiġi stabbilita biss permezz ta' eżamijiet fil-laboratorju.

(18)

L-investigazzjoni ma sabet l-ebda differenza fil-proċess ta' produzzjoni tal-prodott f'investigazzjoni u l-prodott ikkonċernat, minbarra l-proporzjon tal-piż bejn “ftietel” u “ħjut” li jintuża f'kull prodott. Barra minn hekk, il-produttur ilmentatur li kkoopera kkonferma li l-ispiża tal-produzzjoni tal-prodott f'investigazzjoni f'termini ta' materja prima hija simili għall-ispiża tal-prodott ikkonċernat, iżda l-prodott f'investigazzjoni jeħtieġ aktar żmien ta' produzzjoni minħabba li l-makkinarju tal-produzzjoni jrid ikun operat f'veloċità aktar baxxa. Dan jimplika li ma hemm l-ebda benefiċċju ekonomiku għall-produtturi esportaturi biex jipproduċu l-prodott f'investigazzjoni għajr l-evitar tal-miżuri fis-seħħ. Barra minn hekk, instab li xi utenti tal-prodott ikkonċernat qalbu għall-prodott f'investigazzjoni wara l-impożizzjoni tal-miżuri provviżorji imposti fis-17 ta' Frar 2011 mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 138/2011 (7), li jimplika li ma hemmx differenza materjali bejn il-prodott ikkonċernat u l-prodott f'investigazzjoni għall-utenti.

(19)

Kif imsemmi fil-premessa 15 tar-Regolament tal-antidumping proviżorju, iż-żewġ prodotti jistgħu jinstabu f'qisien ta' ċelloli u piżijiet differenti għal kull metru kwadru u l-aktar li jintużaw hu bħala materjal tat-tisħiħ fis-settur tal-bini (insulazzjoni termali esterna, tisħiħ tal-irħam/tal-art, tiswija tal-ħitan).

(20)

L-ebda esportatur Ċiniż jew parti interessati oħra ma għamlu xi sottomissjoni li tmur kontra dawn il-konklużjonijiet.

(21)

Għalhekk, huwa konkluż li l-prodott f'investigazzjoni għandu biss modifika żgħira meta mqabbel mal-prodott ikkonċernat u ma huwa importat għall-ebda ġustifikazzjoni ekonomika oħra għajr li jevadi d-dazji antidumping fis-seħħ.

2.3.   Bidla fix-xejra tal-kummerċ

(22)

Minħabba li ma kien hemm l-ebda kooperazzjoni mill-esportaturi Ċiniżi, is-sejbiet tal-investigazzjoni kienu stabbiliti fuq il-bażi tat-tagħrif li kien jinsab fl-ilment u ġew kkontrollati kontra l-informazzjoni misjuba fil-bażi tad-dejta tal-kummerċ Eurostat COMEXT, u kkompletati minnha.

(23)

Il-prodott ikkonċernat huwa ddikjarat taħt il-kodiċi NM ex 7019 51 00 u ex 7019 59 00 u l-prodott f'investigazzjoni taħt il-kodiċi NM ex 7019 40 00. Dawn il-kodiċi NM kollha huma wiesgħa u jkopru bosta prodotti oħra li huma differenti mill-prodott konċernat u l-prodott f'investigazzjoni.

(24)

Għandu jiġi nnutat li l-prodott f'investigazzjoni huwa ddikjarat taħt il-kodiċi NM ex 7019 40 00 li tkopri wkoll prodotti oħra msejħa “drapp minsuġ ta' ftietel” użati b'mod partikolari mill-industrija tal-konvertituri tal-plastik biex jiġu magħmula materjali komposti użati fl-industrija tal-karozzi, it-trasport marittimu, l-inġenji tal-ajru u tax-xfafar tar-riħ. Għalhekk ma kien hemm l-ebda mod dirett biex tkun investigata xi bidla possibbli fix-xejra tal-kummerċ tal-prodott f'investigazzjoni fis-suq tal-Unjoni. Minflok, jeħtieġ li jsir użu mill-fatti disponibbli.

(25)

Fil-perjodu 2010-2013, l-industrija tal-konvertituri tal-plastik tal-Unjoni sofriet minn għeluq tal-impjanti u tnaqqis sinifikanti fid-daqs tal-kapaċità ta' produzzjoni, bħala riżultat ta' xejriet tas-suq negattivi fit-tul. Bħala konsegwenza, kellu jiġi osservat tnaqqis ta' importazzjonijiet taħt il-kodiċi NM ex 7019 40 00, imma nstab li seħħ bil-kontra, kif jidher fit-Tabella 1. Fl-2011 biss, dawn l-importazzjonijiet naqsu, u dan kien segwit minn żidiet fl-importazzjoni fis-snin 2012 u l-PR. Din l-osservazzjoni anomala indikat li raġuni oħra kkawżat iż-żieda fl-importazzjonijiet taħt dik il-kodiċi.

Tabella 1

L-evoluzzjoni tal-importazzjonijiet tal-prodott f'investigazzjoni u l-prodott ikkonċernat li joriġina mir-RPĊ

Total ta' importazzjonijiet fis-suq tal-UE (m2)

2010

2011

2012

PR

(1.10.2012–30.9.2013)

Kodiċi NM 7019 40 00

(inkluż il-prodott f'investigazzjoni)

118 702 857

67 954 286

109 676 429

120 453 571

Il-kodiċi NM 7019 51 00 , 7019 59 00 taħt il-miżuri (*)

(inkluż il-prodott ikkonċernat)

383 759 571

195 440 571

101 987 143

77 862 714

(26)

Meta ġew eżaminati ulterjorment ix-xejriet fis-suq tal-Unjoni, intwera li f'erba' Stati Membri (il-Latvja, il-Pajjiżi l-Baxxi, is-Slovakkja u s-Slovenja) kien hemm żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet fil-kodiċi NM 7019 40 00, li ma setgħetx tiġi spjegata mill-ħtiġijiet ta' dawn il-pajjiżi stess billi ma għandhomx industrija sinifikanti tal-konvertituri. Għall-PR, l-importazzjonijiet tal-kodiċi NM ex 7019 40 00 fl-erba' pajjiżi rrappreżentaw 32 % tal-importazzjonijiet kollha lejn l-Unjoni f'dik il-kodiċi.

(27)

Kif muri fit-Tabella 2, kien hemm biss ftit importazzjonijiet fil-kodiċi NM ex 7019 40 00 f'dawk l-erba' pajjiżi qabel l-impożizzjoni tad-dazji inizjali fl-2011 u kien hemm żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet fl-2012 u l-PR, ftit wara li l-miżuri antidumping ġew imposti.

(28)

Iż-żieda fl-importazzjonijiet murija fit-tabella tindika bidla fix-xejra tal-kummerċ li seħħet wara l-impożizzjoni ta' miżuri.

Tabella 2

L-evoluzzjoni tal-importazzjonijiet fil-Pajjiżi l-Baxxi, is-Slovakkja, is-Slovenja u l-Latvja tal-prodott f'investigazzjoni li joriġina mir-RPĊ

Total ta' importazzjonijiet fil-Pajjiżi l-Baxxi, fis-Slovakkja, fis-Slovenja u l-Latvja (m2)

2010

2011

2012

PR

(1.10.2012–30.9.2013)

Kodiċi NM 7019 40 00

(inkluż il-prodott f'investigazzjoni)

2 427 857

6 934 285

46 680 000

39 018 571

Il-kodiċi NM 7019 51 00 , 7019 59 00 taħt il-miżuri (**)

(inkluż il-prodott ikkonċernat)

59 469 857

47 970 857

14 711 285

15 857 142

Konklużjoni dwar il-bidla fix-xejra tal-kummerċ

(29)

Fuq il-bażi tal-fatti disponibbli, huwa kkunsidrat li ż-żieda globali fl-importazzjonijiet tal-prodott f'investigazzjoni wara l-impożizzjoni tal-miżuri tal-antidumping u t-tnaqqis parallel fl-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat jikkostitwixxu bidla sinifikanti fix-xejra tal-kummerċ.

2.4.   In-natura tal-prassi ta' evażjoni u n-nuqqas ta' raġuni valida jew ġustifikazzjoni ekonomika suffiċjenti

(30)

L-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku jitlob li l-bidla fix-xejra tal-kummerċ tinbet minn prattika, proċess jew ħidma li għalihom ma hemmx raġuni valida jew ġustifikazzjoni ekonomika suffiċjenti għajr għall-impożizzjoni tad-dazju.

(31)

Kemm il-prodott ikkonċernat kif ukoll il-prodott f'investigazzjoni jintużaw l-aktar fil-materjali tat-tisħiħ fis-settur tal-bini (insulazzjoni termali esterna, tisħiħ tal-irħam/tal-art, tiswija tal-ħitan) u l-utenti finali taż-żewġ prodotti huma l-istess. Il-modifika żgħira tal-prodott f'investigazzjoni ma tagħti ebda karatteristika sostanzjali differenti fir-rigward tal-prodott ikkonċernat. Ukoll, ma hemm l-ebda differenza fil-prezz bejn dawn il-prodotti fis-suq tal-Unjoni.

(32)

L-investigazzjoni ma żvelat l-ebda kawża adegwata jew ġustifikazzjoni ekonomika oħra għall-importazzjonijiet tal-prodott f'investigazzjoni minbarra l-evitar tal-ħlas tad-dazju fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat.

(33)

Huwa għalhekk konkluż li, fin-nuqqas ta' kwalunkwe raġuni valida jew ġustifikazzjoni ekonomika suffiċjenti fit-tifsira tat-tielet sentenza tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku, il-bidla fix-xejra tal-kummerċ bejn ir-RPĊ u l-Unjoni kienet minħabba l-impożizzjoni tal-miżuri fis-seħħ.

2.5.   L-imminar tal-effetti remedjali tad-dazju f'termini ta' prezzijiet u/jew il-kwantitajiet tal-prodott simili

(34)

Biex tivvaluta jekk l-importazzjonijiet tal-prodott f'investigazzjoni, f'termini ta' kwantitajiet u prezzijiet, xekklux l-effetti remedjali tal-miżuri fis-seħħ, intużat dejta pprovduta mill-ilmentaturi, u din ġiet ikkontrollata mal-informazzjoni fil-bażi tad-dejta tal-kummerċ Eurostat COMEXT u kkompletata minnha.

(35)

Iż-żieda fl-importazzjonijiet tal-prodott f'investigazzjoni mir-RPĊ f'dak li għandu x'jaqsam mal-impożizzjoni tal-miżuri proviżorji kienet sinifikanti f'termini ta' kwantitajiet.

(36)

It-tqabbil tal-livell ta' eliminazzjoni tal-ħsara kif stabbilit fir-Regolament oriġinali u l-prezz medju peżat ta' esportazzjoni wera twaqqigħ sinifikanti tal-prezz. Għaldaqstant ġie konkluż li l-effetti rimedjali tal-miżuri fis-seħħ qed jiġu mdgħajfa f'termini kemm ta' kwantità kif ukoll ta' prezz.

2.6.   L-evidenza ta' dumping fir-rigward tal-valur normali li kien stabbilit preċedentement għall-prodott simili

(37)

Finalment, b'konformità mal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk kienx hemm evidenza ta' dumping b'rabta mal-valur normali stabbilit preċedentement fl-investigazzjoni oriġinali.

(38)

Fl-investigazzjoni oriġinali, il-valur normali ġie stabbilit abbażi tal-prezzijiet fil-Kanada, li f'dik l-investigazzjoni nstab li kien pajjiż b'ekonomija tas-suq adegwata li hija analoga għar-RPĊ. Skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku, ġie kkunsidrat xieraq li jintuża l-valur normali kif stabbilit qabel fl-investigazzjoni oriġinali.

(39)

Fin-nuqqas ta' kooperazzjoni minn xi produttur Ċiniż tal-prodott f'investigazzjoni, il-prezzijiet tal-esportazzjoni tal-prodott f'investigazzjoni kienu bbażati fuq il-fatti disponibbli, jiġifieri fuq il-prezz medju ta' esportazzjoni tal-prodott f'investigazzjoni matul il-PR kif irrappurtat fil-COMEXT, u riprodott fit-Tabella 3.

(40)

Fl-istħarriġ oriġinali, il-Kanada ntużat bħala pajjiż analogu. Il-valur normali li ntuża għall-kalkoli ta' dumping tal-prodott ikkonċernat ivarja bejn 0,168 EUR/m2 u 0,257 EUR/m2. Il-medja tal-valur normali fl-investigazzjoni oriġinali kienet ta' 0,193 EUR/m2.

(41)

Skont l-Artikoli 2(11) u 2(12) tar-Regolament bażiku, id-dumping ġie stabbilit billi tqabblu l-valuri normali medji rispettivi għal kull tip ta' prodott kif stabbilit fir-Regolament oriġinali u l-prezzijiet medji tal-esportazzjoni korrispondenti tal-prodott f'investigazzjoni matul il-PR, espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni bid-dazju mhux imħallas. Dan it-tqabbil wera l-eżistenza ta' dumping.

Tabella 3

Prezzijiet medji tal-importazzjoni EUR/m2 għall-prodott f'investigazzjoni ddikjarat taħt il-kodiċi NM ex 7019 40 00 li joriġina fiċ-Ċina

Il-prezzijiet medji tal-prodott f'investigazzjoni ddikjarati fil-kodiċi NM ex 7019 40 00 (EUR/m2)

2010

2011

2012

PR

(1.10.2012–30.9.2013)

CIF (***) (l-Istati Membri kollha)

0,159

0,173

0,166

0,147

CIF (***) (il-Latvja, il-Pajjiżi l-Baxxi, is-Slovakkja u s-Slovenja)

0,194

0,104

0,097

0,061

3.   TALBIET GĦAL EŻENZJONI

(42)

Peress li l-ebda waħda mill-partijiet interessati ma ppreżentat ruħha wara l-bidu tal-investigazzjoni, ma saru l-ebda talbiet għal eżenzjoni mill-estensjoni possibbli tal-miżuri skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament bażiku.

(43)

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, il-produtturi esportaturi Ċiniżi li ma ppreżentawx ruħhom f'dan il-proċediment u li ma esportawx il-prodott f'investigazzjoni lejn l-Unjoni fil-PR u li jikkunsidraw li jagħmlu talba għall-eżenzjoni mid-dazju antidumping estiż, skont l-Artikoli 11(4) u 13(4) tar-Regolament bażiku, se jkollhom jimlew kwestjonarju sabiex jippermettu lill-Kummissjoni tistabbilixxi jekk eżenzjoni tistax tkun ġustifikata. Din l-eżenzjoni tista' tingħata wara l-valutazzjoni tal-qagħda tas-suq, il-kapaċità ta' produzzjoni u l-użu tal-kapaċità, l-akkwist u l-bejgħ u l-probabbiltà tat-tkomplija tal-prattiċi li għalihom ma hemmx raġuni valida jew ġustifikazzjoni ekonomika suffiċjenti u l-evidenza ta' dumping. Il-Kummissjoni normalment twettaq ukoll żjara ta' verifika fil-post. It-talba għandha tkun indirizzata lill-Kummissjoni, bl-informazzjoni rilevanti kollha, partikolarment kull modifika fl-attivitajiet tal-kumpanija li għandhom x'jaqsmu mal-produzzjoni u l-bejgħ.

(44)

Meta eżenzjoni tkun mistħoqqa, il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, tipproponi l-emenda tal-miżuri estiżi fis-seħħ skont dan. Sussegwentement, kull eżenzjoni mogħtija tkun immonitorjata biex tkun żgurata l-osservanza tal-kundizzjonijiet stabbiliti fiha.

4.   MIŻURI

(45)

Minħabba s-sejbiet ta' hawn fuq, ġie konkluż li d-dazju antidumping definittiv impost fuq l-importazzjonijiet ta' drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ, b'daqs taċ-ċellula ta' aktar minn 1,8 mm kemm fit-tul u kif ukoll fil-wisa' u li jiżnu aktar minn 35 g/m2, esklużi d-diski tal-fibra tal-ħġieġ, li bħalissa jaqgħu fil-kodiċijiet tan-NM ex 7019 51 00 u ex 7019 59 00 u li joriġinaw mir-RPĊ ġie evadut permezz ta' importazzjonijiet ta' ċertu prodott kemxejn modifikat li bħalissa jaqa' fil-kodiċi NM ex 7019 40 00, li joriġina mir-RPĊ.

(46)

Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku, il-miżuri antidumping fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mir-RPĊ għandhom jiġu estiżi għall-importazzjonijiet tal-prodott f'investigazzjoni.

(47)

Skont l-Artikoli 13(3) u 14(5) tar-Regolament bażiku, li jipprevedu li kull miżura estiża għandha tkun applikata kontra l-importazzjoni rreġistrata mid-data tar-reġistrazzjoni, id-dazju antidumping għandu jinġabar fuq l-importazzjonijiet kollha fl-Unjoni ta' drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ, ta' daqs taċ-ċelluli ta' mhux aktar minn 1,8 mm kem fit-tul kif ukoll fil-wisgħa u li jiżnu aktar minn 35 g/m2, esklużi d-diski tal-fibra tal-ħġieġ, li joriġinaw mir-RPĊ u li bħalissa jinsabu fil-kodiċi tan-NM ex 7019 40 00 (il-kodiċijiet TARIC 7019400011, 7019400021 u 7019400050) li daħlu fl-Unjoni skont ir-reġistrazzjoni imposta mir-Regolament tal-ftuħ.

5.   DIVULGAZZJONI

(48)

Il-partijiet kollha interessati ġew mgħarrfa bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li wasslu għall-konklużjonijiet imsemmija u ġew mistiedna biex jikkummentaw. L-ebda argument ma ġie ppreżentat li ta lok għal modifika tas-sejbiet definittivi.

(49)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huwa skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Id-dazju definittiv antidumping impost mir-Regolament (UE) Nru 791/2011 fuq importazzjonijiet ta' drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ, b'daqs taċ-ċellula ta' aktar minn 1,8 mm kemm fit-tul u kif ukoll fil-wisa' u li jiżnu aktar minn 35 g/m2, esklużi d-diski tal-fibra tal-ħġieġ, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 7019 51 00 u ex 7019 59 00 u li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, huwa b'dan estiż għal importazzjonijiet fl-Unjoni ta' drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ, b'daqs taċ-ċellula ta' aktar minn 1,8 mm kemm fit-tul u kif ukoll fil-wisa' u li jiżnu aktar minn 35 g/m2, esklużi d-diski tal-fibra tal-ħġieġ, li bħalissa jaqgħu fil-kodiċi NM ex 7019 40 00 (il-kodiċi TARIC 7019400011, 7019400021 u 7019400050) u li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

2.   Ir-rata tad-dazju antidumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u prodott mill-kumpaniji ta' hawn taħt tkun kif ġej:

Kumpanija

Dazju (%)

Kodiċi addizzjonali TARIC

Yuyao Mingda Fiberglass Co., Ltd

62,9

B006

Grand Composite Co., Ltd u l-kumpanija relatata tagħha Ningbo Grand Fiberglass Co., Ltd

48,4

B007

Yuyao Feitian Fiberglass Co., Ltd

60,7

B122

Kumpaniji elenkati fl-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 791/2011

57,7

B008

Il-kumpaniji l-oħra kollha

62,9

B999

3.   L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 għandha tkun soġġetta għall-preżentazzjoni lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri ta' fattura kummerċjali valida, li tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 791/2011. Jekk ma tiġi ppreżentata ebda fattura bħal din, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-kumpaniji l-oħrajn kollha.

4.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 2

Id-dazju jinġabar fuq importazzjonijiet irreġistrati skont l-Artikolu 2 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1356/2013 u l-Artikoli 13(3) u 14(5) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 fl-Unjoni ta' drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ, b'daqs taċ-ċellula ta' aktar minn 1,8 mm kemm fit-tul u kif ukoll fil-wisa' u li jiżnu aktar minn 35 g/m2, esklużi d-diski tal-fibra tal-ħġieġ, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 7019 40 00 (il-kodiċijiet TARIC 7019400011, 7019400021 u 7019400050), li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

Artikolu 3

L-awtoritajiet doganali huma b'dan mitluba jwaqqfu r-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet stabbiliti b'konformità mal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1356/2013.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Settembru 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 791/2011 tat-3 ta' Awwissu 2011 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 204, 9.8.2011, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 672/2012 tas-16 ta' Lulju 2012 li jestendi d-dazju anti-dumping definittiv impost mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 791/2011 dwar l-importazzjonijiet ta' ċerti drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta' ċerti drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ ikkunsinjati mill-Malasja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Malasja kif ukoll jekk le (ĠU L 196, 24.7.2012, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 21/2013 tal-10 ta' Jannar 2013 li jestendi d-dazju definittiv anti-dumping impost mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 791/2011 dwar ċerti drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta' ċerti drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ kkunsinjati mit-Tajwan u t-Tajlandja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mit-Tajwan u t-Tajlandja kif ukoll jekk le (ĠU L 11, 16.1.2013, p. 1).

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1371/2013 tas-16 ta' Diċembru 2013 li jestendi d-dazju definittiv antidumping impost mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 791/2011 fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta' ċerti drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ kunsinjati mill-Indja u mill-Indoneżja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Indja u mill-Indoneżja kif ukoll jekk le (ĠU L 346, 20.12.2013, p. 20).

(6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1356/2013 tas-17 ta' Diċembru 2013 li jniedi investigazzjoni dwar il-possibbiltà ta' ċirkomvenzjoni ta' miżuri tal-antidumping imposti mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 791/2011 fuq importazzjonijiet ta' ċerti drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina permezz ta' importazzjonijiet ta' ċerti drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ b'modifika żgħira li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, u li jissoġġetta dawn l-importazzjonijiet għal reġistrazzjoni (ĠU L 341, 18.12.2013, p. 43).

(7)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 138/2011 tas-16 ta' Frar 2011 li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjoni ta' ċerti drappijiet b'malja miftuħa tal-fibra tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 43, 17.2.2011, p. 9).

(*)  fl-2011 ġew imposti miżuri provviżorji fit-18 ta' Frar u miżuri definittivi fid-9 ta' Awwissu.

(**)  fl-2011 ġew imposti miżuri provviżorji fit-18 ta' Frar u miżuri definittivi fid-9 ta' Awwissu.

(***)  Sors COMEXT.

Il-volum f'COMEXT huwa muri f'tunnellati metriċi u maqlub għal metri kwadri skont ir-rata ta' konverżjoni: 1 m2 = 0,14 kg.


16.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 274/21


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 977/2014

tal-15 ta’ Settembru 2014

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Settembru 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 KG)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MK

85,5

TR

65,0

XS

82,8

ZZ

77,8

0707 00 05

TR

123,8

ZZ

123,8

0709 93 10

TR

130,4

ZZ

130,4

0805 50 10

AR

165,6

CL

149,6

IL

155,5

UY

149,1

ZA

171,8

ZZ

158,3

0806 10 10

BR

168,3

EG

160,8

MA

157,9

MK

32,3

TR

125,6

ZZ

129,0

0808 10 80

BA

50,7

BR

64,6

CL

85,3

NZ

123,8

US

129,5

ZA

98,0

ZZ

92,0

0808 30 90

CN

101,9

TR

131,1

ZZ

116,5

0809 30

TR

128,1

ZZ

128,1

0809 40 05

MK

27,1

ZZ

27,1


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.