ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 271

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 57
12 ta' Settembru 2014


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 959/2014 tat-8 ta' Settembru 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina

1

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 960/2014 tat-8 ta' Settembru 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 833/2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina

3

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 961/2014 tat-8 ta' Settembru 2014 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina

8

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 962/2014 tad-29 ta' Awwissu 2014 li jirreġistra denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Pescabivona (IĠP)]

14

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 963/2014 tad-29 ta' Awwissu 2014 li jirreġistra denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Zázrivské vojky (IĠP)]

15

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 964/2014 tal-11 ta' Settembru 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' termini u kundizzjonijiet standard għal strumenti finanzjarji

16

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2014 tal-11 ta’ Settembru 2014 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

45

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/658/PESK tat-8 ta' Settembru 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina

47

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/659/PESK tat-8 ta' Settembru 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina

54

 

 

2014/660/UE

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Settembru 2014 dwar il-ftehim fuq mudell ta' finanzjament għall-kontribuzzjoni tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali għal strumenti finanzjarji konġunti illimitati ta' garanzija u ta' titolizzazzjoni favur impriżi żgħar u ta' daqs medju

58

 

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

 

2014/661/UE

 

*

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Settembru 2014 dwar il-monitoraġġ tal-preżenza tat-2 u 3-monokloropropan- 1,2-dijol (2 u 3-MCPD), it-2- u 3-MCPD esteri tal-aċidi grassi u esteri tal-aċidi grassi tal-gliċidol fl-ikel ( 1 )

93

 

 

2014/662/UE

 

*

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Settembru 2014 dwar prattiki tajba li jipprevenu u jnaqqsu l-preżenza ta' alkalojdi tal-oppju fiż-żerriegħa tal-peprin u fi prodotti taż-żerriegħa tal-peprin ( 1 )

96

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/451/UE tas-26 ta' Mejju 2014 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim ta' parteċipazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera fil-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya) ( ĠU L 205, 12.7.2014 )

101

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

12.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 271/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 959/2014

tat-8 ta' Settembru 2014

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentanta Għolja tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 (2) jagħti effett lil ċerti miżuri stipulati fid-Deċiżjoni 2014/145/PESK u jipprevedi l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi ta' persuni fiżiċi responsabbli għal, li jappoġġaw b'mod attiv jew li jimplimentaw, azzjonijiet jew politiki li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, jew l-istabilità jew is-sigurtà fl-Ukraina jew li jostakolaw il-ħidma ta' organizzazzjonijiet internazzjonali fl-Ukraina, u ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom; ta' persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi li jappoġġjaw, materjalment jew finanzjarjament, azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina; ta' persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi fil-Krimea jew Sevastopol li s-sjieda tagħhom tkun ġiet trasferita b'mod li jmur kontra l-liġi tal-Ukraina, jew ta' persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi li jkunu bbenefikaw minn tali trasferiment; jew ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi li b'mod attiv jappoġġaw materjalment jew finanzjarjament lil, jew jibbenefikaw minn, persuni Russi li jieħdu d-deċiżjoni responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea jew għad-destabbilizzazjoni tal-Lvant tal-Ukraina.

(2)

Fit-8 ta' Settembru 2014, il-Kunsill qabel li jestendi l-miżuri restrittivi bil-ħsieb li jolqot individwi jew entitajiet li jagħmlu tranżazzjonijiet mal-gruppi separatisti fir-reġjun ta' Donbass fl-Ukraina. Il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/658/PESK (3) li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK u tistipula kriterji tal-elenkar emendati għal dak il-għan.

(3)

Dik il-miżura taqa' fi ħdan l-ambitu tat-Trattat u, għalhekk, partikolarment bl-intenzjoni li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħha fl-Istati Membri kollha, hija neċessarja azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex tiġi implimentata.

(4)

Ir-Regolament(EU) Nru 269/2014 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(5)

Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament ikunu effettivi,għandu jidħol fis-seħħ b'effett immedjat.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-punt li ġej huwa miżjud mal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 269/2014:

“(e)

persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jagħmlu tranżazzjonijiet mal-gruppi separatisti fir-reġjun ta' Donbass fl-Ukraina.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Settembru 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

S. GOZI


(1)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16.

(2)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/658/PESK tat-8 ta' Settembru 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (ara l-paġna 47 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


12.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 271/3


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 960/2014

tat-8 ta' Settembru 2014

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 833/2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/659/PESK tat-8 ta' Settembru 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 833/2014 (2) jagħti effett lil ċerti miżuri previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESK (3). Dawk il-miżuri jinkludu restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni ta' prodotti u teknoloġiji b'użu doppju, restrizzjonijiet fuq il-forniment ta' servizzi relatati u fuq ċerti servizzi relatati mal-forniment ta' armi u apparat militari, restrizzjonijiet fuq il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni, direttament jew indirettament, ta' ċerti teknoloġiji għall-industrija taż-żejt fir-Russja fil-forma ta' rekwiżit ta' awtorizzazzjoni minn qabel, u restrizzjonijiet fuq l-aċċess għas-suq kapitali għal ċerti istituzzjonijiet finanzjarji.

(2)

Il-Kapijiet ta' Stat jew ta' Gvern tal-Unjoni Ewropea talbu li ssir ħidma preparatorja dwar aktar miżuri mmirati biex ikunu jistgħu jittieħdu passi ulterjuri mingħajr dewmien.

(3)

Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni, il-Kunsill hu tal-fehma li jixraq li jieħu aktar miżuri restrittivi b'reazzjoni għall-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina.

(4)

F'dan il-kuntest, jixraq li jiġu applikati restrizzjonijiet addizzjonali fuq l-esportazzjoni ta' prodotti u teknoloġiji b'użu doppju, kif stipulat fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 (4).

(5)

Barra minn hekk, il-forniment ta' servizzi għall-esplorazzjoni u l-produzzjoni taż-żejt fl-ilmijiet fondi, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni taż-żejt fl-Artiku jew proġetti taż-żejt tax-shale għandhom ikunu pprojbiti.

(6)

Biex issir pressjoni fuq il-Gvern Russu, huwa xieraq ukoll li jiġu applikati restrizzjonijiet ulterjuri fuq l-aċċess għas-suq tal-kapital għal ċerti istituzzjonijiet finanzjarji, li jeskludi istituzzjonijiet ibbażati fir-Russja bi status internazzjonali stabbiliti permezz ta' ftehimiet intergovernattivi mar-Russja bħala waħda mill-azzjonisti; restrizzjonijiet fuq persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi stabbiliti fir-Russja fis-settur tad-difiża, bl-eċċezzjoni ta' dawk li huma attivi l-aktar fl-industrija tal-ispazju u tal-enerġija nukleari; u restrizzjonijiet fuq persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi stabbiliti fir-Russja li l-attivitajiet prinċipali tagħhom jirrigwardaw il-bejgħ jew it-trasport taż-żejt mhux maħdum jew ta' prodotti petroliferi. Servizzi finanzjarji oħra mhux imsemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 833/2014, bħal servizzi ta' depożitu, servizzi ta' ħlas, servizzi ta' assigurazzjoni, self mill-istituzzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5(1) u (2) ta' dak ir-Regolament u derivati li jintużaw għal skopijiet ta' hedging fis-suq tal-enerġija mhumiex koperti minn dawn ir-restrizzjonijiet. Is-self għandu jitqies bħala self ġdid biss jekk ikun miġbud wara t-12 ta' Settembru 2014.

(7)

Dawn il-miżuri jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat u, għalhekk, b'mod partikolari bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tiegħu fl-Istati Membri kollha, hija neċessarja azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni.

(8)

Sabiex ikun żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan għandu jidħol fis-seħħ immedjatament,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 833/2014 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 1, il-punti (e) u (f), huma sostitwiti b'dan li ġej:

“(e)

‘servizzi ta' investiment’ tfisser is-servizzi u l-attivitajiet li ġejjin:

(i)

ir-riċezzjoni u t-trasmissjoni ta' ordnijiet rigward strument finanzjarju wieħed jew iktar,

(ii)

l-eżekuzzjoni ta' ordnijiet f'isem il-klijenti,

(iii)

in-negozjar fl-isem proprju,

(iv)

il-ġestjoni ta' portafoll,

(v)

konsulenza dwar l-investiment,

(vi)

is-sottoskrizzjoni ta' strumenti finanzjarji u/jew it-tqegħid ta' strumenti finanzjarji fuq bażi ta' impenn irrevokabbli,

(vii)

it-tqegħid ta' strumenti finanzjarji mingħajr bażi ta' impenn irrevokabbli,

(viii)

kwalunkwe servizz relatat mal-ammissjoni għan-negozjar f'suq regolat jew negozjar f'faċilità multilaterali tan-negozjar;

(f)

‘titoli trasferibbli’ tfisser il-klassijiet segwenti ta' titoli li huma negozjabbli fis-suq kapitali, bl-eċċezzjoni tal-istrumenti ta' ħlas:

(i)

ishma f'kumpaniji jew titoli oħra ekwivalenti għall-ishma f'kumpaniji, sħubijiet jew entitajiet oħra, ċertifikati ta' depożitu rigward l-ishma,

(ii)

il-kambjali jew forom oħra ta' dejn garantit, inklużi ċertifikati ta' depożitu rigward dawn it-titoli,

(iii)

kwalunkwe titolu ieħor li jagħti d-dritt għax-xiri jew il-bejgħ ta' kwalunkwe titolu trasferibbli ta' dan it-tip;”

.

(2)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 2a

1.   Għandhom ikunu pprojbiti l-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni, direttament jew indirettament, ta' prodotti u teknoloġija b'użu doppju kif inklużi fl-Anness I għar-Regolament 428/2009, kemm jekk joriġina fl-Unjoni kif ukoll le, lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi fir-Russja kif elenkati fl-Anness IV għal dan ir-Regolament.

2.   Għandu jkun ipprojbit:

(a)

li jingħataw għajnuna teknika, servizzi ta' senserija jew servizzi oħrajn relatati mal-prodotti jew it-teknoloġija stabbiliti fil-paragrafu 1 u l-forniment, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta' dawn il-prodotti u t-teknoloġija, b'mod dirett jew indirett lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fir-Russja, kif elenkat fl-Anness IV;

(b)

li jingħataw finanzjament jew għajnuna finanzjarja relatati mal-prodotti u t-teknoloġija msemmija fil-paragrafu 1, inklużi b'mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni, għal kwalunkwe bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta' dawn il-prodotti jew it-teknoloġija, jew għall-għoti ta' għajnuna teknika relatata, servizzi ta' senserija jew servizzi oħra, b'mod dirett jew indirett lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fir-Russja, kif elenkat fl-Anness IV.

3.   Il-projbizzjonijiet fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni ta' kuntratti jew ftehimiet konklużi qabel it-12 ta' Settembru 2014 u għall-forniment tal-assistenza neċessarja għall-manutenzjoni u s-sikurezza tal-kapaċitajiet eżistenti fl-UE.

4.   Il-projbizzjoni fil-paragrafi 1 u 2 ma għandhiex tapplika għall-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' prodotti u teknoloġija b'użu doppju maħsuba għall-industrija tal-ajrunawtika u tal-ispazju, jew il-forniment ta' għajnuna teknika jew finanzjarja relatata, għal użu mhux militari u għal utent aħħari mhux militari, kif ukoll għall-manutenzjoni u s-sikurezza ta' kapaċitajiet nukleari ċivili eżistenti fl-UE, għal użu mhux militari u għal utent aħħari mhux militari.”

.

(3)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 3a

1.   Għandu jkun ipprojbit il-forniment, dirett jew indirett, tas-servizzi assoċjati li ġejjin meħtieġa għall-esplorazzjoni u l-produzzjoni taż-żejt fl-ilma fond, għall-esplorazzjoni u l-produzzjoni taż-żejt fl-Artiku jew għal proġetti taż-żejt tax-shale fir-Russja:

 

(i) tħaffir, (ii) ittestjar ta' bjar, (iii) servizzi ta' llogjar u tlestija, (iv) forniment ta' bastimenti speċjalizzati li jżommu f'wiċċ l-ilma.

2.   Il-projbizzjonijiet fil-paragrafu 1 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni ta' obbligu li jirriżulta minn kuntratt jew ftehim qafas konkluż qabel it-12 ta' Settembru 2014 jew kuntratti anċillari meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta' tali kuntratti.

3.   Il-projbizzjoni fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika fejn is-servizzi inkwistjoni jkunu neċessarji għall-prevenzjoni jew il-mitigazzjoni urġenti ta' avveniment li probabbilment ikollu impatt serju u sinifikanti fuq is-saħħa u s-sikurezza tal-bniedem jew l-ambjent.”

.

(4)

Fl-Artikolu 4(1), il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(b)

biex jipprovdi, direttament jew indirettament, finanzjament jew assistenza finanzjarja relatata mal-prodotti u t-teknoloġiji elenkati fl-Elenku Militari Komuni, inkluż b'mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni jew garanziji ta' kreditu għall-esportazzjoni, kif ukoll assigurazzjoni u riassigurazzjoni għal kwalunkwe bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta' tali oġġetti, jew għal kwalunkwe forniment ta' assistenza teknika relatata, lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fir-Russja jew għall-użu fir-Russja;”

.

(5)

L-Artikolu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 5

1.   Għandu jkun ipprojbit li, direttament jew indirettament, jinxtraw, jinbiegħu jew jiġu pprovduti servizzi ta' investiment jew li tingħata assistenza fil-ħruġ ta', jew inkella li jsir negozjar ta' titoli trasferibbli u strumenti tas-suq tal-flus b'maturità li taqbeż id-90 jum, maħruġa wara l-1 ta' Awwissu 2014 sat-12 ta' Settembru 2014, jew b'maturità li taqbeż it-30 jum, maħruġa wara t-12 ta' Settembru 2014 minn:

(a)

istituzzjoni ewlenija tal-kreditu, jew istituzzjoni ewlenija oħra li jkollha mandat espliċitu li tippromwovi l-kompetittività tal-ekonomija Russa, id-diversifikazzjoni tagħha u tinkoraġġixxi l-investiment, stabbilita fir-Russja b'iktar minn 50 % ta' sjieda pubblika jew kontroll pubbliku fl-1 ta' Awwissu 2014, kif elenkata fl-Anness III; jew

(b)

persuna ġuridika, entità jew korp stabbilit barra l-Unjoni li iktar minn 50 % tad-drittijiet proprjetarji tiegħu jkunu direttament jew indirettament proprjetà ta' entità elenkata fl-Anness III; jew

(c)

persuna ġuridika, entità jew korp li jaġixxi f'isem jew taħt id-direzzjoni ta' entità msemmija fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu jew elenkata fl-Anness III.

2.   Għandu jkun ipprojbit li b'mod dirett jew indirett jinxtraw, jinbiegħu, jiġu pprovduti servizzi ta' investiment għal, jew assistenza fil-ħruġ ta', jew li b'xi mod ieħor isir negozjar f'titoli trasferibbli u strumenti fis-suq tal-flus b'maturità li taqbeż it-30 jum, maħruġa wara t-12 ta' Settembru 2014 minn:

(a)

persuna ġuridika, entità jew korp stabbiliti fir-Russja involuti b'mod predominanti f'attivitajiet tal-konċepiment, il-produzzjoni, il-bejgħ jew l-esportazzjoni ta' tagħmir jew servizzi militari, kif elenkati fl-Anness V, minbarra persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi attivi fis-setturi tal-ispazju jew tal-enerġija nukleari;

(b)

persuna ġuridika, entità jew korp stabbiliti fir-Russja, taħt kontroll pubbliku jew li aktar minn 50 % tagħhom jaqa' taħt sjieda pubblika u li għandhom assi totali stmati ta' aktar minn triljun rublu Russu, u li tal-inqas 50 % tad-dħul stmat tagħhom joriġina mill-bejgħ jew it-trasport taż-żejt mhux maħdum jew ta' prodotti petroliferi, kif elenkati fl-Anness VI;

(c)

persuna ġuridika, entità jew korp stabbiliti barra l-Unjoni li iktar minn 50 % tad-drittijiet proprjetarji tagħhom ikun, direttament jew indirettament, taħt is-sjieda ta' entità elenkata fil-punt (a) jew (b) ta' dan il-paragrafu; jew

(d)

persuna ġuridika, entità jew korp li jaġixxu f'isem jew taħt id-direzzjoni ta' entità msemmija fil-punt (a), (b) jew (c) ta' dan il-paragrafu.

3.   Għandu jkun ipprojbit li direttament jew indirettament wieħed jagħmel jew ikun parti minn kwalunkwe arranġament li jagħmel self ġdid jew kreditu b'maturità li taqbeż it-30 jum lil kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp imsemmija fil-paragrafu 1 jew 2, wara t-12 ta' Settembru 2014 ħlief għal self jew kreditu li għandu objettiv speċifiku u dokumentat li jipprovdi finanzjament għal importazzjonijiet jew esportazzjonijiet mhux ipprojbiti ta' oġġetti u servizzi mhux finanzjarji bejn l-Unjoni u r-Russja jew għal self li għandu objettiv speċifiku u dokumentat li jipprovdi finanzjament ta' emerġenza biex jissodisfa kriterji ta' solvenza u likwidità għal persuni ġuridiċi stabbiliti fl-Unjoni, li d-drittijiet proprjetarji tagħhom jappartjenu għal iktar minn 50 % lil kwalunkwe entità msemmija fl-Anness III.”

.

(5a)

Il-punt (a) tal-Artikolu 11(1) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(a)

entitajiet imsemmijin fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 5(1) u l-punti (c) u (d) tal-Artikolu 5(2), jew elenkati fl-Annessi III, IV, V u VI;”

.

(6)

L-Artikolu 12 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 12

Għandha tkun ipprojbita l-parteċipazzjoni, konxja u intenzjonali, f'attivitajiet li l-objettiv jew l-effett tagħhom ikun li jevitaw il-projbizzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 2, 2a, 3a, 4, jew 5, inkluż billi wieħed jaġixxi bħala sostitut għall-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 5, jew billi jintużaw l-eċċezzjonijiet fl-Artikolu 5(3) biex jiġu finanzjati entitajiet imsemmija fl-Artikolu 5.”

.

(7)

L-Anness I għal dan ir-Regolament huwa miżjud bħala l-Anness IV.

(8)

L-Anness II għal dan ir-Regolament huwa miżjud bħala l-Anness V.

(9)

L-Anness III għal dan ir-Regolament huwa miżjud bħala l-Anness VI.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Settembru 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

S. GOZI


(1)  Ara l-paġna 54 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 833/2014 tal-31 ta' Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU L 229, 31.7.2014, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESK tal-31 ta' Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU L 229, 31.7.2014, p. 13).

(4)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 tal-5 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta' oġġetti b'użu doppju (ĠU L 134, 29.5.2009, p. 1).


ANNESS I

“ANNESS IV

Lista ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi msemmija fl-Artikolu 2a

 

JSC Sirius (optoelettronika għal skopijiet ċivili u militari)

 

OJSC Stankoinstrument (inġinerija mekkanika għal skopijiet ċivili u militari)

 

OAO JSC Chemcomposite (materjali għal skopijiet ċivili u militari)

 

JSC Kalashnikov (armi ta' kalibru żgħir)

 

JSC Tula Arms Plant (sistemi tal-armamenti)

 

NPK Technologii Maschinostrojenija (munizzjon)

 

OAO Wysokototschnye Kompleksi (sistemi kontra l-inġenji tal-ajru u t-tankijiet tal-gwerra)

 

OAO Almaz Antey (impriża tal-istat; armi, munizzjon, riċerka)

 

OAO NPO Bazalt (impriża tal-istat, produzzjoni ta' makkinarju għall-produzzjoni ta' armi u munizzjon)”


ANNESS II

“ANNESS V

Lista ta' persuni, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 5(2)(a)

 

OPK OBORONPROM

 

UNITED AIRCRAFT CORPORATION

 

URALVAGONZAVOD”


ANNESS III

“ANNESS VI

Lista ta' persuni, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 5(2)(b)

 

ROSNEFT

 

TRANSNEFT

 

GAZPROM NEFT”


12.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 271/8


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 961/2014

tat-8 ta' Settembru 2014

li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-17 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 269/2014.

(2)

Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni, il-Kunsill iqis li għandhom jinżdiedu persuni u entitajiet addizzjonali mal-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi kif tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014.

(3)

L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-persuni u l-entitajiet elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament għandhom jinżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Settembru 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

S. GOZI


(1)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6.


ANNESS

Lista ta' persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 1

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

Alexander ZAKHARCHENKO

Александр Владимирович Захарченко

Imwieled fl-1976 f'Donetsk

Mis-7 t'Awwissu 'l hawn, ħa post Alexander Borodai bħala l-hekk imsejjaħ “Prim Ministru” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Fit-teħid u t-tħaddim ta' din il-kapaċità, Zakharchenko appoġġa azzjonijiet u politika li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina.

12.9.2014

2.

Vladimir KONONOV/magħruf ukoll bħala “Tsar”

Image

Imwieled fl-14.10.1974 f'Gorsky

Mill-14 t'Awwissu 'l hawn, ħa post Igor Strelkov/Girkin, bħala l-hekk imsejjaħ “Ministru tad-Difiża” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Hu maħsub li kkmanda diviżjoni ta' ġellieda separatisti f'Donetsk minn April 'l hawn u wiegħed li jsolvi l-kompitu strateġiku li jwaqqaf l-aggressjoni militari tal-Ukraina. Konokov b'hekk appoġġa azzjonijiet u politika li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina.

12.9.2014

3.

Miroslav Vladimirovich RUDENKO

Мирослав Владимирович Руденко

21.1.1983 f'Debalcevo

Kmandant tal-Milizzja tal-Poplu ta' Donbass. Huwa stqarr fost l-oħrajn li ser ikomplu l-ġlied tagħhom fil-bqija tal-pajjiż. Rudenko b'hekk appoġġa azzjonijiet u politika li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina.

12.9.2014

4.

Gennadiy Nikolaiovych TSYPKALOV

Геннадий Николаевич Цыпкалов.

Imwieled fis-6.21.1973

Ħa post Marat Bashirov bħala l-hekk imsejjaħ “Prim Ministru” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”. Qabel, kien attiv fl-Armata tal-milizzja tax-Xlokk. Tsyplakov b'hekk appoġġa azzjonijiet u politika li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina.

12.9.2014

5.

Andrey Yurevich PINCHUK

Андрей Юрьевич ПИНЧУК

 

“Ministru tas-Sigurtà Statali” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Assoċjat ma' Vladimir Antyufeyev, li huwa responsabbli għall-attivitajiet 'governattivi' separatisti tal-hekk imsejjaħ 'gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk'. Huwa b'hekk appoġġa azzjonijiet u politika li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina.

12.9.2014

6.

Oleg BEREZA

Олег БЕРЕЗА

 

“Ministru tal-Affarijiet Interni” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Assoċjat ma' Vladimir Antyufeyev, li huwa responsabbli għall-attivitajiet 'governattivi' separatisti tal-hekk imsejjaħ “Gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Huwa b'hekk appoġġa azzjonijiet u politika li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina.

12.9.2014

7.

Andrei Nikolaevich RODKIN

Андрей Николаевич Родкин

 

Rapprezentant f'Moska tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Fid-dikjarazzjonijiet tiegħu, tkellem fost l-oħrajn dwar kif il-milizzji jinsabu lesti jmorru għal gwerra tal-gwerillieri u s-sekwestru ta' sistemi ta' armi mill-forzi armati Ukraini. Huwa b'hekk appoġġa azzjonijiet u politika li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina.

12.9.2014

8.

Aleksandr KARAMAN

Александр караман

 

“Viċi Prim Ministru għall-Kwistjonijiet Soċjali” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Assoċjat ma' Vladimir Antyufeyev, li huwa responsabbli għall-attivitajiet 'governattivi' separatisti tal-hekk imsejjaħ “Gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Huwa b'hekk appoġġa azzjonijiet u politika li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina. Protett tal-Viċi Prim Ministru tar-Russja Dmitry Rogozin.

12.9.2014

9.

Georgiy L'vovich MURADOV

Георгий Львович Мурадов

Imwieled fid-19.11.1954

L-hekk imsejjaħ “Viċi Prim Ministru” tal-Krimea u Rapprezentant Plenipotenzjarju tal-Krimea għall-President Putin. Muradov qeda rwol importanti fil-konsolidazzjoni tal-kontroll istituzzjonali Russu fuq il-Krimea minn mindu saret l-annessjoni illegali. Huwa b'hekk appoġġa azzjonijiet u politika li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina.

12.9.2014

10.

Mikhail Sergeyevich SHEREMET

Михаил Сергеевич Шеремет

Imwieled fit-23.5.1971f'Dzhankoy

L-hekk imsejjaħ “L-Ewwel Viċi Prim Ministru” tal-Krimea. Sheremet qeda rwol ewlieni fl-organizzazzjoni u l-implimentazzjoni tar-referendum tas-16 ta' Marzu fil-Krimea dwar l-unifikazzjoni mar-Russja. Fi żmien ir-referendum, kien hemm rapporti li Sheremet ikkmanda lill-“forzi ta' awtodifiża” favur Moska fil-Krimea. Huwa b'hekk appoġġa azzjonijiet u politika li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina.

12.9.2014

11.

Yuri Leonidovich VOROBIOV

Юрий Леонидович Воробьев

Imwieled fit-2.2.1948 fi Krasnoyarsk

Viċi Speaker tal-Kunsill tal-Federazzjoni tal-Federazzjoni Russa. Fl-1 ta' Marzu 2014 Vorobiov appoġġa pubblikament fil-Kunsill tal-Federazzjoni l-iskjerament ta' forzi Russi fl-Ukraina. Wara huwa vvota favur id-digriet relatat.

12.9.2014

12.

Vladimir Volfovich ZHIRINOVSKY

Владимир Вольфович Жириновски

Imwieled fl-10.6.1964 f'Eidelshtein, il-Kazakistan

Membru tal-Kunsill tad-Duma tal-Istat; mexxej tal-partit tal-LDPR. Huwa appoġġa b'mod attiv l-użu tal-Forzi Armati Russi fl-Ukraina u l-annessjoni tal-Krimea. Appella b'mod attiv biex l-Ukraina tinqasam. Iffirma f'isem il-partit tal-LDPR li jippresiedi ftehim mal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”.

12.9.2014

13.

Vladimir Abdualiyevich VASILYEV

Image

Imwieled fil-11.8.1949 fi Klin

Viċi Speaker tad-Duma tal-Istat. Fl-20 ta' Marzu 2014 ivvota favur l-abbozz tal-Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-Repubblika tal-Krimea u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta' suġġetti federali ġodda — ir-repubblika tal-Krimea u l-Belt ta' Status Federali Sevastopol”.

12.9.2014

14.

Viktor Petrovich VODOLATSKY

Виктор Петрович Водолацкий

Imwieled fid-19.8.1957 fir-Reġjun ta' Azov.

President (“ataman”) tal-Unjoni tal-Forzi Kosakki Russi u Barranin, u deputat tad-Duma tal-Istat. Huwa appoġġa l-annessjoni tal-Krimea u ammetta li l-Kosakki Russi kellhom involviment attiv fil-konflitt Ukrain fuq in-naħa tas-separatisti appoġġati minn Moska. Fl-20 ta' Marzu 2014 ivvota favur l-abbozz ta' Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-Repubblika tal-Krimea u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta' suġġetti federali ġodda — ir-repubblika tal-Krimea u l-Belt ta' Status Federali Sevastopol”.

12.9.2014

15.

Leonid Ivanovich KALASHNIKOV

Леонид Иванович Калашников

Imwieled fis-6.8.1960 fi Stepnoy Dvorets

L-Ewwel Viċi President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Barranin tad-Duma tal-Istat. Fl-20 ta' Marzu 2014 huwa vvota favur l-abbozz ta' Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-Repubblika tal-Krimea u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta' suġġetti federali ġodda — ir-repubblika tal-Krimea u l-Belt ta' Status Federali Sevastopol”.

12.9.2014

16.

Vladimir Stepanovich NIKITIN

Image

Imwieled fil-5.4.1948 f'Opochka

L-Ewwel Viċi President tal-Kumitat dwar ir-Relazzjonijiet mal-Pajjiżi tal-KSI, l-Integrazzjoni Ewro-asjatika u r-Rabtiet mal-Kompatrijotti tad-Duma tal-Istat. Fl-20 ta' Marzu 2014 ivvota favur l-abbozz ta' Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-Repubblika tal-Krimea u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta' suġġetti federali ġodda — ir-repubblika tal-Krimea u l-Belt ta' Status Federali Sevastopol”.

12.9.2014

17.

Oleg Vladimirovich LEBEDEV

Олег Владимирович Лебедев

Imwieled fil-21.3.1964 f'Orel/Rudny

L-Ewwel Viċi President tal-Kumitat dwar ir-Relazzjonijiet mal-Pajjiżi tal-KSI, l-Integrazzjoni Ewro-asjatika u r-Rabtiet mal-Kompatrijotti tad-Duma tal-Istat. Fl-20 ta' Marzu 2014 huwa vvota favur l-abbozz ta' Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-Repubblika tal-Krimea u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta' suġġetti federali ġodda — ir-repubblika tal-Krimea u l-Belt ta' Status Federali Sevastopol”.

12.9.2014

18.

Ivan Ivanovich MELNIKOV

Иван Иванович Мельников

Imwieled fis-7.8.1950 f'Bogoroditsk

L-Ewwel Viċi Speaker, id-Duma tal-Istat. Fl-20 ta' Marzu 2014 huwa vvota favur l-abbozz ta' Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-Repubblika tal-Krimea u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta' suġġetti federali ġodda — ir-repubblika tal-Krimea u l-Belt ta' Status Federali Sevastopol”.

12.9.2014

19.

Igor Vladimirovich LEBEDEV

Игорь Владимирович Лебедев

Imwieled fis-27.9.1972 f'Moska

Viċi Speaker, id-Duma tal-Istat. Fl-20 ta' Marzu 2014 huwa vvota favur l-abbozz ta' Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-Repubblika tal-Krimea u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta' suġġetti federali ġodda — ir-repubblika tal-Krimea u l-Belt ta' Status Federali Sevastopol”.

12.9.2014

20.

Nikolai Vladimirovich LEVICHEV

Николай Владимирович Левичев

Imwieled fit-28.5.1953 f'Pushkin

Viċi Speaker, id-Duma tal-Istat. Fl-20 ta' Marzu 2014 huwa vvota favur l-abbozz ta' Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-Repubblika tal-Krimea u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta' suġġetti federali ġodda — ir-repubblika tal-Krimea u l-Belt ta' Status Federali Sevastopol”.

12.9.2014

21.

Svetlana Sergeevna ZHUROVA

Светлана Сергеевна Журова

Imwielda fis-7.1.1972 f'Pavlov-on-the-Neva

L-Ewwel Viċi President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Barranin, id-Duma tal-Istat. Fl-20 ta' Marzu 2014 hija vvotat favur l-abbozz ta' Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-Repubblika tal-Krimea u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta' suġġetti federali ġodda — ir-repubblika tal-Krimea u l-Belt ta' Status Federali Sevastopol”.

12.9.2014

22.

Aleksey Vasilevich NAUMETS

Алексей Васильевич Hаумец

Imwieled fil-11.2.1968

Maġġur Ġeneral tal-Armata Russa. Huwa l-kmandant tas-76 diviżjoni tal-ajru li kienet involuta fil-preżenza militari Russa fit-territorju tal-Ukraina, partikolarment waqt l-annessjoni illegali tal-Krimea.

12.9.2014

23.

Sergey Viktorovich CHEMEZOV

Image

Imwieled fl-20.8.1952f'Cheremkhovo

Sergei Chemezov huwa wieħed minn dawk magħrufa bħala assoċjati mill-qrib mal-President Putin, it-tnejn kienu uffiċjali tal-KGB stazzjonati fi Dresden u huwa membru tal-Kunsill Suprem tar-“Russja Magħquda”. Huwa qiegħed igawdi mir-rabtiet tiegħu mal-President Russu billi ġie promoss għal karigi għoljin f'kumpanniji kkontrollati mill-Istat. Huwa jippresiedi l-konglomerat ta' Rostec, il-korporazzjoni tad-difiża u l-manifattura industrijali ewlenija Russa kkontrollata mill-Istat. Wara deċiżjoni tal-gvern Russu, Technopromexport, sussidjarja ta' Rostec, qed tippjana li tibni impjanti tal-enerġija fil-Krimea u b'hekk tappoġġa l-integrazzjoni tagħha fil-Federazzjoni Russa.

Barra minn hekk, Rosoboronexport, sussidjarja ta' Rostec, appoġġat l-integrazzjoni ta' kumpanniji tad-difiża mill-Krimea fl-industrija tad-difiża tar-Russja, u b'hekk ikkonsolidat l-annessjoni illegali tal-Krimea fil-Federazzjoni Russa.

12.9.2014

24.

Alexander Mikhailovich BABAKOV

Aлександр Михайлович Бабаков

Imwieled fit-8.2.1963 f'Chisinau

Deputat tad-Duma tal-Istat, President tal-Kummissjoni tad-Duma tal-Istat dwar id-Dispożizzjonijiet Leġislattivi għall-Iżvilupp tal-Kumpless Industrijali Militari tal-Federazzjoni Russa. Huwa membru prominenti tar-“Russja Magħquda” u negozjant b'investimenti kbar fl-Ukraina u l-Krimea.

Fl-20 ta' Marzu 2014 huwa vvota favur l-abbozz ta' Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-Repubblika tal-Krimea u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta' suġġetti federali ġodda — ir-repubblika tal-Krimea u l-Belt ta' Status Federali Sevastopol”.

12.9.2014


12.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 271/14


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 962/2014

tad-29 ta' Awwissu 2014

li jirreġistra denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Pescabivona (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni tal-Italja għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Pescabivona”, ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012; id-denominazzjoni “Pescabivona” għandha għalhekk tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni “Pescabivona” (IĠP) hija rreġistrata.

Id-denominazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu tidentifika prodott tal-Klassi 1.6. Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati tal-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Awwissu 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Tonio BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU C 103, 8.4.2014, p. 13.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).


12.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 271/15


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 963/2014

tad-29 ta' Awwissu 2014

li jirreġistra denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Zázrivské vojky (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni tas-Slovakkja għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Zázrivské vojky” ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjrazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012; id-denominazzjoni “Zázrivské vojky” għandha għalhekk tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni “Zázrivské vojky” (IĠP) hija rreġistrata.

Id-denominazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu tidentifika prodott tal-Klassi 1.3 Ġobon tal-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Awwissu 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Tonio BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU C 109, 11.4.2014, p. 27.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).


12.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 271/16


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 964/2014

tal-11 ta' Settembru 2014

li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' termini u kundizzjonijiet standard għal strumenti finanzjarji

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 38(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex jiġi ffaċilitat l-użu ta' strumenti finanzjarji mwaqqfa fuq livell nazzjonali, reġjonali, transnazzjonali jew transfruntier u ġestiti minn jew taħt ir-responsabbiltà tal-awtorità ta' ġestjoni skont l-Artikolu 38(3)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, għandhom jiġu stabbiliti regoli dwar termini u kundizzjonijiet standard għal ċerti strumenti finanzjarji. Dawk it-termini u l-kundizzjonijiet standard jagħmlu dawk l-istrumenti lesti għall-użu — l-hekk imsejħa strumenti finanzjarji kummerċjalment disponibbli (off-the-shelf).

(2)

Sabiex jiġi ffaċilitat l-użu ta' strumenti finanzjarji, it-termini u l-kundizzjonijiet standard jeħtieġu li jiżguraw konformità mar-regoli tal-għajnuna mill-Istat u jiffaċilitaw l-għoti ta' appoġġ finanzjarju tal-Unjoni ta' riċevituri finali permezz ta' taħlita ta' strumenti finanzjarji u għotjiet.

(3)

It-termini u l-kundizzjonijiet standard ma jippermettux lil fornitur ta' finanzi, bħal investitur pubbliku jew privat jew sellief, maniġer tal-istrument finanzjarju, jew riċevitur finali li jirċievi kwalunkwe għajnuna mill-Istat li hija inkompatibbli mas-suq intern. It-termini u l-kundizzjonijiet standard iqisu r-Regolamenti rilevanti de minimis bħar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1407/2013 (2) u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1408/2013 (3), ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 (4), ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 702/2014 (5), il-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat biex jippromwovu investimenti ta' finanzjament ta' riskju (6) u l-linji gwida għall-għajnuna mill-Istat fis-setturi agrikoli u tal-forestrija u f'żoni rurali 2014-2020 (7).

(4)

Minħabba li r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat ma japplikawx għal attivitajiet agrikoli appoġġati mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, il-konformità mat-termini u l-kundizzjonijiet standard għandhom ikunu fuq bażi volontarja. Għal attivitajiet oħrajn li jirċievu appoġġ mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, japplikaw ir-regoli ġenerali tal-għajnuna mill-Istat u għalhekk, it-termini u l-kundizzjonijiet standard għandhom ikunu obbligatorji.

(5)

Huwa possibbli li l-impriżi fis-settur tas-sajd, b'mod partikolari intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs), jistgħu jibbenefikaw minn strumenti finanzjarji ffinanzjati minn Fond Strutturali u ta' Investiment Ewropew. Fil-każ li tali benefiċċju jkun iffinanzjat minn Fond Strutturali u ta' Investiment Ewropew ieħor milli l-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd, l-ammont totali tal-għajnuna mogħtija permezz tal-istrumenti finanzjarji lill-impriżi kollha fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura fuq tliet snin għandhom ikunu taħt limitu annwali ta' fatturat tas-sajd, l-akkwakultura u l-ipproċessar mill-Istat Membru speċifikat fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 717/2014 (8). Barra minn hekk ir-Regolament (UE) Nru 702/2014 u l-linji gwida għall-eżami tal-għajnuniet mill-Istat intenzjonati għas-settur tas-sajd u tal-akkwakultura (9) għandhom jiġu kkunsidrati.

(6)

It-termini u l-kundizzjonijiet standard għandhom jinkludu wkoll sett minimu ta' rekwiżiti ta' governanza li jiżguraw ġestjoni tajba tal-istrumenti finanzjarji sabiex jipprovdu regoli aktar dettaljati minn dawk inklużi fir-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

(7)

Sabiex jiġi appoġġat it-tkabbir għall-SMEs f'ambjent diffiċli ta' finazjament, self għall-kondiviżjoni tar-riskju tal-portafoll (“self RS”) huwa strument finanzjarju adegwat. Is-self RS jipprovdi self ġdid lill-SMEs b'aċċess aktar faċli għall-finanzjament billi jipprovdi intermedjarji finanzjarji b'kontribuzzjoni ta' finanzjament u kondiviżjoni tar-riskji tal-kreditu u b'hekk joffri lill-SMEs b'aktar fondi b'kundizzjonijiet preferenzjali f'termini ta' tnaqqis fir-rata tal-imgħax u/jew tnaqqis ta' kollateral.

(8)

Il-finanzjament permezz ta' self RS jista' jkun mod partikolarment effettiv ta' appoġġ tal-SMEs f'kuntest ta' disponibbiltà limitata ta' finanzjament jew għal relattivament motivazzjoni għal riskju baxx tal-intermedjarji finanzjarji għal ċerti setturi jew tipi ta' SMEs. F'dan il-kuntest, it-termini u l-kundizzjonijiet standard huma mod effettiv biex jiġi indirizzat dan il-falliment tas-suq.

(9)

Sabiex jiġi pprovdut inċentiv lill-intermedjarji finanzjarji biex iżidu s-self lill-SMEs koperti minn garanziji ffinanzjati mill-Unjoni, garanzija tal-portafoll b'limitu massimu tkun strument finanzjarju adegwat.

(10)

Il-garanzija tal-portafoll b'limitu massimu, għandha tindirizza d-distakk eżistenti fis-suq tad-dejn għall-SMEs billi tappoġġa self ġdid billi tipprovdi protezzjoni fuq ir-riskju tal-kreditu (f'forma ta' garanzija b'massimu ta' portafoll tal-ewwel telf) bl-għan li jitnaqqsu d-diffikultajiet partikolari li l-SMEs iħabbtu wiċċhom magħhom biex ikollhom aċċess għall-finanzjament minħabba n-nuqqas ta' kollateral suffiċjenti flimkien mar-riskju ta' kreditu relattivament għoli li jirrappreżentaw. Sabiex tikseb l-impatt mistenni, il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-portafoll b'limitu massimu, madankollu, m'għandhiex tieħu post garanziji ekwivalenti milqugħa mill-istituzzjonijiet finanzjarji rispettivi għall-istess għan taħt strumenti finanzjarji nazzjonali u reġjonali eżistenti tal-Unjoni. F'dan il-kuntest, it-termini u l-kundizzjonijiet standard huma mod effettiv biex jiġi indirizzat dan il-falliment tas-suq.

(11)

Sabiex jiġi inċentivat il-potenzjal tal-iffrankar tal-enerġija li jirriżulta mir-rinnovazzjoni ta' binjiet residenzjali, self għal rinnovazzjoni jkun strument finanzjarju adegwat.

(12)

Is-self għar-rinnovazzjoni għandu jimmira lejn kundizzjonijiet ta' self issussidjat fuq terminu twil u appoġġ tekniku bil-quddiem u l-finanzjament ta' ta' sidien ta' bini residenzjalibiex iħejju u jiimplimentaw proġetti ta' rinnovazzjoni ta' binjiet. Dan jassumi wkoll suq tal-finanzjament li fih il-banek intermedjarji huma essenzjalment l-uniku sors ta' finanzjament, iżda fejn dan il-finanzjament huwa jew ftit wisq (minħabba l-motivazzjoni għar-riskju tal-intermedjarju), ta' terminu qasir wisq, għali wisq jew inkella mhux xieraq għan-natura ta' rkupru fuq żmien twil tal-proġetti ffinanzjati. Dan, flimkien ma' sistema ineffiċjenti ta' identifikazzjoni u ksib ta' xogħlijiet għan-nom ta' sidienta' appartamenti multipli mingħajr ma tiġi eskluża l-possibbiltà li jiġu appoġġati individwi, jikkostitwixxi nuqqas fis-suq. F'dan il-kuntest, it-termini u l-kundizzjonijiet standard jkunu mod effettiv biex jiġi indirizzat dan il-falliment tas-suq.

(13)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta' Koordinament għall-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar termini u kundizzjonijiet standard għall-istrumenti finanzjarji li ġejjin:

(a)

self għall-kondiviżjoni tar-riskju tal-portafoll tas-self (“self RS”);

(b)

garanzija tal-limitu tal-portafoll;

(c)

self għar-rinnovazzjoni.

Artikolu 2

Termini u kundizzjonijiet addizzjonali

L-awtoritajiet ta' ġestjoni jistgħu jinkludu termini u kundizzjonijiet oħra minbarra dawk li għandhom jiġu inklużi fil-ftehim ta' finanzjament skont it-termini u l-kundizzjonijiet għall-istrument finanzjarju magħżul stabbilit f'dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Il-konformità mar-regoli tal-għajnuna mill-Istat skont it-termini u l-kundizzjonijiet standard

2.   Fil-każ ta' strumenti finanzjarji flimkien ma' għotjiet għal appoġġ tekniku lil destinatarji finali li jibbenefikaw minn wieħed mill-istrumenti, għotjiet bħal dawn ma jaqbżux il-5 % tal-kontribuzzjoni tal-Fondi tal-ESI għall-istrument u jkunu soġġetti għall-konklużjonijiet tal-valutazzjoni ex ante li tiġġustifika tali għotjiet imsemmija fl-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

3.   Il-korp li jimplimenta l-istrument finanzjarju (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “l-intermedjarju finanzjarju”) jamministra l-għotja għall-appoġġ tekniku. L-appoġġ tekniku ma jkoprix l-attivitajiet li huma koperti minn kostijiet u tariffi ta' ġestjoni riċevuti għall-ġestjoni tal-istrument finanzjarju. In-nefqa koperta mill-appoġġ tekniku tista' ma tikkostitwixxix parti mill-investiment li għandu jiġi ffinanzjat permezz ta' self taħt l-istrument finanzjarju rilevanti.

Artikolu 4

Il-governanza taħt termini u kundizzjonijiet standard

1.   L-awtorità ta' ġestjoni jew, jekk ikun applikabbli, il-maniġer tal-fond tal-fondi jkun rappreżentat f'kumitat ta' sorveljanza jew tip simili ta' struttura ta' governanza tal-istrument finanzjarju.

2.   L-awtorità ta' ġestjoni ma tipparteċipax direttament f'deċiżjonijiet ta' investiment individwali. Fil-każ ta' fond ta' fondi, l-awtorità ta' ġestjoni teżerċita r-rwol superviżorju tagħha biss fil-livell tal-fond ta' fondi mingħajr ma tinterferixxi f'deċiżjonijiet individwali tal-fond ta' fondi.

3.   L-istrument finanzjarju jkollu struttura ta' governanza li tippermetti għal deċiżjonijiet dwar il-kreditu u d-diversifikazzjoni tar-riskju sabiex isiru b'mod trasparenti skont il-prattika tas-suq rilevanti.

4.   Il-maniġer tal-fond ta'fondi u l-intermedjarju finanzjarju ikollhom struttura ta' governanza li tiżgura l-imparzjalità u l-indipendenza tal-maniġer tal-fond ta'fondi jew tal-intermedjarju finanzjarju.

Artikolu 5

Il-ftehim ta' finanzjament skont termini u kundizzjonijiet standard

1.   L-awtorità ta' ġestjoni tikkonkludi bil-miktub ftehim ta' finanzjament għall-kontribuzzjonijiet minn programmi għal strument finanzjarju, lijkun jinkludi termini u kundizzjonijiet skont l-Anness I.

2.   Il-ftehim ta' finanzjament jinkludi bħala annessi:

(a)

il-valutazzjoni ex-ante meħtieġa skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 li tiġġustifika l-istrument finanzjarju;

(b)

il-pjan tan-negozju tal-istrument finanzjarju inkluża l-istrateġija tal-investiment u deskrizzjoni tal-investiment, il-garanzija jew il-politika ta' self;

(c)

id-deskrizzjoni tal-istrument li jrid ikun allinjat mat-termini u l-kundizzjonijiet standard dettaljati tal-istrument u li jrid jistabbilixxi l-parametri finanzjarji tal-istrumenti finanzjarji;

(d)

il-mudelli ta' monitoraġġ u rapportar.

Artikolu 6

Is-self RS

1.   Is-self RS jieħu l-forma ta' self sabiex jitwaqqaf fond minn intermedjarju finanzjarju b'kontribuzzjoni mill-programm u kontribuzzjoni ta' mill-inqas 25 % tal-fond tas-self mill-intermedjarju finanzjarju. Il-fond jiffinanzja portafoll ta' self li għadu kif joriġina, bl-esklużjoni tar-rifinanzjament ta' self eżistenti.

2.   Is-self RS jikkonforma mat-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II.

Artikolu 7

Garanzija ta' Portafoll b'Limitu Massimu

1.   Il-Garanzija tal-Portafoll b'Limitu Massimu jipprovdi kopertura tar-riskju tal-kreditu għal kull self sa rata ta' garanzija ta' massimu 80 %, għall-ħolqien ta' portafoll ta' self ġdid għal intrapriżi żgħar u ta' daqs medju sa ammont ta' telf massimu ffissat bir-rata ta' limitu tal-garanziji li ma teċċedix 25 % tal-iskopertura għar-riskju fil-livell tal-portafoll.

2.   Il-Garanzija tal-Portafoll b'Limitu Massimu tikkonforma mat-termini u l-kundizzjonijiet li huma stabbiliti fl-Anness III.

Artikolu 8

Is-self għal rinnovament

1.   Is-Self għar-Rinnovazzjoni jieħu l-forma ta' fond ta' self li għandu jitwaqqaf minn intermedjarju finanzjarju b'kontribuzzjoni mill-programm u kontribuzzjoni ta' mill-inqas 15 % tal-fond ta'self mill-intermedjarju finanzjarju. Il-fond ta' self jiffinanzja portafoll ta' self li għadu kif joriġina, bl-esklużjoni ta' rifinanzjament ta' self eżistenti.

2.   Il-benefiċjarji finali jistgħu jkunu persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew professjonisti indipendenti, li huma fil-pussess ta' binjiet kif ukoll amministraturi jew korpi legali oħra li jaġixxu f'isem u għall-benefiċċju ta' sidien, li jimplimentaw miżuri għalal-effiċjenza tal-enerġija jew l-enerġiji rinnovabbli li huma eliġibbli skont ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u l-appoġġ tal-programm.

3.   Is-Self għar-Rinnovazzjoni jikkonforma mat-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness IV.

Artikolu 9

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Settembru 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1407/2013 tat-18 ta' Diċembru 2013 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis (ĠU L 352, 24.12.2013, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1408/2013 tat-18 ta' Diċembru 2013 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis fis-settur tal-agrikoltura (ĠU L 352, 24.12.2013, p. 9).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta' Ġunju 2014 li jiddikjara ċerti kategoriji ta' għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 702/2014 tal-25 ta' Ġunju 2014 li jiddikjara ċertu kategoriji ta' għajnuna fis-setturi tal-agrikoltura u l-forestrija u f'żoni rurali kompatibbli mas-suq intern bl-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 193, 1.7.2014, p. 1).

(6)  Linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat biex jippromwovu investimenti ta' finanzjament ta' riskju (ĠU C 19, 22.1.2014, p. 4).

(7)  Il-Linji Gwida għall-għajnuna mill-Istat fis-setturi tal-agrikoltura u l-forestrija u f'żoni rurali mill-2014 sal-2020 (ĠU C 204, 1.7.2014, p. 1).

(8)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 717/2014 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis fis-settur tas-sajd u tal-agrikoltura (ĠU L 190, 28.6.2014, p. 45).

(9)  Il-linji gwida għall-eżami tal-għajnuniet mill-Istat intenzjonati għas-settur tas-sajd u tal-akkwakultura (ĠU C 84, 3.4.2008, p. 10).


ANNESS I

Tabella annotata tal-kontenut ta' ftehim ta' finanzjament bejn awtorità ta' ġestjoni u intermedjarju finanzjarju

Il-Werrej

(1)

Preambolu

(2)

Definizzjonijiet

(3)

Ambitu u objettiv

(4)

Objettivi tal-politika u valutazzjoni ex-ante

(5)

Riċeventi finali

(6)

Vantaġġ finanzjarju u għajnuna mill-Istat

(7)

Politika ta' self, garanzija jew investiment

(8)

Attivitajiet u operazzjonijiet

(9)

Riżultati mistennija

(10)

Ir-rwol u r-responsabbiltà tal-intermedjarju finanzjarju: kondiviżjoni tar-riskju u tad-dħul

(11)

Ġestjoni u awditjar tal-istrument finanzjarju

(12)

Kontribuzzjoni tal-programm

(13)

Pagamenti

(14)

Immaniġġjar tal-kont

(15)

Kostijiet amministrattivi

(16)

Tul ta' żmien u l-eliġibbiltà tan-nefqa fl-għeluq

(17)

Użu mill-ġdid ta' riżorsi mħallsa mill-awtorità ta' ġestjoni (inkluż l-imgħax iġġenerat)

(18)

Kapitalizzazzjoni ta' sussidji fuq ir-rati tal-imgħax, sussidji fuq id-drittijiet ta' garanzija (jekk applikabbli)

(19)

Governanza tal-istrument finanzjarju

(20)

Kunflitt ta' interess

(21)

Rappurtar u Monitoraġġ

(22)

Evalwazzjoni

(23)

Viżibbiltà u trasparenza

(24)

Esklussività

(25)

Riżoluzzjoni ta' tilwim

(26)

Kunfidenzjalità

(27)

Emenda tal-ftehim u trasferiment ta' drittijiet u obbligi

1.   PREAMBOLU

Isem il-Pajjiż/ir-Reġjun

L-identifikazzjoni tal-Awtorità ta' Ġestjoni

In-Nru tal-Kodiċi Komuni ta' Identifikazzjoni (CCI) tal-Programm

Titolu tal-programm relatat

It-taqsima rilevanti tal-programm li tirreferi għall-istrument finanzjarju

Isem tal-ESIF

L-identifikazzjoni tal-assi prijoritarju

Reġjuni fejn l-istrument finanzjarju jiġi implimentat (il-livell NUTS jew ieħor)

L-ammont allokat għall-istrument finanzjarju mill-awtorità ta' ġestjoni

L-ammont mill-ESIF

L-ammont tal-kontribuzzjoni pubblika nazzjonali (kontribuzzjoni pubblika tal-programm)

L-ammont privat nazzjonali (kontribuzzjoni privata tal-programm)

L-ammont nazzjonali pubbliku u privat barra l-kontribuzzjoni tal-programm

Id-data mistennija tal-bidu tal-istrument finanzjarju

Id-data tat-tlestija tal-istrument finanzjarju

L-informazzjoni ta' kuntatt għall-komunikazzjonijiet bejn il-partijiet

L-Għan tal-ftehim

2.   DEFINIZZJONIJIET

3.   L-AMBITU U L-OBJETTIVI

Id-deskrizzjoni tal-istrument finanzjarju, inklużi l-istrateġija jew il-politika ta' investiment tiegħu, it-tip ta' appoġġ li għandu jiġi pprovdut.

4.   L-OBJETTIVI TAL-POLITIKA U L-VALUTAZZJONI EX-ANTE

Il-kriterji ta' eliġibbiltà għall-intermedjarji finanzjarji jekk applikabbli kif ukoll ir-rekwiżiti operazzjonali addizzjonali li jittrasponu l-objettivi tal-politika tal-istrument, il-prodotti finanzjarji li għandhom jiġu offruti, ir-riċevituri finali mmirati, u t-tqabbil previst mal-għotjiet.

5.   IR-RIĊEVITURI FINALI

L-identifikazzjoni u l-eliġibbiltà tar-riċevituri finali (il-grupp fil-mira) tal-istrument finanzjarju.

6.   IL-VANTAĠĠ FINANZJARJU U L-GĦAJNUNA MILL-ISTAT

L-evalwazzjoni tal-vantaġġ finanzjarju mill-kontribuzzjoni pubblika tal-programm u l-allinjament mar-regoli tal-għajnuna mill-Istat.

7.   IL-POLITIKA TA' SELF, GARANZIJA JEW INVESTIMENT

Id-dispożizzjonijiet dwar l-investiment, speċjalment rigward il-politika ta' garanzija jew ta' self (ir-riskju, is-settur, iż-żoni ġeografiċi, id-daqs) u l-portafoll eżistenti tal-intermedjarju finanzjarju.

8.   L-ATTIVITAJIET U L-OPERAZZJONIJIET

Pjan tan-negozju jew dokumenti ekwivalenti għall-istrument finanzjarju li għandu jiġi implimentat, inkluż l-effett ta' ingranaġġ finanzjarju mistenni msemmi fl-Artikolu 37(2)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

Id-definizzjoni ta' attivitajiet eliġibbli.

Definizzjoni ċara tal-attivitajiet assenjati u l-limiti tagħhom, partikolarment dwar il-modifika tal-attivitajiet u l-ġestjoni tal-portafoll (telf u proċess ta' inadempjenza u ta' rkupru).

9.   IR-RIŻULTATI MISTENNIJA

Definizzjoni tal-attivitajiet, ir-riżultati u l-indikaturi tal-impatt assoċjati mal-kejl tal-linja ta' bażi u l-għanijiet mistennija.

Ir-riżultati fil-mira li l-istrument finanzjarju huwa mistenni li jikseb biex jikkontribwixxi għall-objettivi u r-riżultati speċifiċi tal-prijorità jew tal-kejl rilevanti. Lista ta' indikaturi skont il-programm operazzjonali u l-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

10.   IR-RWOL U R-RESPONSABBILTÀ TAL-INTERMEDJARJU FINANZJARJU: KONDIVIŻJONI TAR-RISKJU U TAD-DĦUL

L-identifikazzjonijiet u d-Dispożizzjonijiet dwar ir-responsabbiltà tal-intermedjarju finanzjarju u ta' entitajiet oħra involuti fl-implimentazzjoni tal-istrument finanzjarju.

Spjegazzjoni tal-valutazzjoni tar-riskju u l-kondiviżjoni tar-riskji u l-profitti tal-partijiet differenti.

Id-dispożizzjonijiet konformi mal-Artikolu 6 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 480/2014 (1) li jikkonċernaw ir-rwol, l-obbligazzjonijiet u r-responsabbiltà tal-korpi ta' implimentazzjoni ta' strumenti finanzjarji.

11.   IL-ĠESTJONI U L-AWDITJAR TAL-ISTRUMENT FINANZJARJU

Id-dispożizzjonijiet rilevanti f'konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 480/2014 li jikkonċernaw il-ġestjoni u l-kontroll ta' strumenti finanzjarji.

Id-dispożizzjonijiet tar-rekwiżiti tal-awditjar, bħar-rekwiżiti minimi għad-dokumentazzjoni li għandhom jinżammu fil-livell tal-intermedjarju finanzjarju (u fil-livell tal-fond tal-fondi fejn xieraq), u r-rekwiżiti relatati maż-żamma ta' rekords separati għall-forom differenti ta' appoġġ f'konformità mal-Artikolu 37(7) u (8) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 (fejn applikabbli), inklużi dispożizzjonijiet u rekwiżiti rigward l-aċċess għal dokumenti minn awtoritajiet tal-awditjar tal-Istat Membru, awdituri tal-Kummissjoni u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri sabiex jiġi żgurat rendikont tal-entrati, f'konformità mal-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

Id-dispożizzjonijiet sabiex l-awtorità ta' awditjar tkun konformi mal-linji gwida relatati mal-metodoloġija tal-awditjar, il-lista ta' kontroll u d-disponibilità tad-dokumenti.

12.   IL-KONTRIBUZZJONI TAL-PROGRAMM

Id-dispożizzjonijiet konformi mal-Artikolu 38(10) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 dwar il-modalitajiet tat-trasferiment u l-ġestjoni ta' kontribuzzjonijiet għall-programmi.

Fejn xieraq, dispożizzjonijiet dwar qafas ta' kundizzjonijiet għall-kontribuzzjonijiet mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Futur.

13.   IL-PAGAMENTI

Ir-rekwiżiti u l-proċeduri għall-ġestjoni tal-pagamenti f'porzjonijiet, li jirrispettaw il-limiti tal-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u għall-previżjoni ta' flussi ta' tranżazzjonijiet.

Il-kundizzjonijiet għal irtirar possibbli tal-kontribuzzjoni pubblika tal-programm għall-istrument finanzjarju.

Regoli li jikkonċernaw liema dokumenti ta' appoġġ huma meħtieġa biex jiġġustifikaw il-pagamenti mill-awtorità ta' ġestjoni lill-intermedjarju finanzjarju.

Il-kundizzjonijiet li taħthom il-pagamenti mill-awtorità ta' ġestjoni għall-intermedjarju finanzjarju jridu jiġu sospiżi jew interrotti.

14.   IL-ĠESTJONI TAL-KONT

Id-dettalji tal-kontijiet, inkluż jekk applikabbli rekwiżiti għal kontabbiltà fiduċjarja/separata kif stabbilita fl-Artikolu 38(6) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

Id-dispożizzjonijiet li jindikaw kif il-kont tal-istrument finanzjarju huwa ġestit. Inklużi l-kundizzjonijiet li jirregolaw l-użu tal-kontijiet bankarji: riskji ta' kontroparti (jekk applikabbli), operazzjonijiet ta' teżor aċċettabbli, responsabbiltajiet tal-partijiet ikkonċernati, azzjonijiet ta' rimedju fil-każ ta' bilanċji eċċessivi fuq kontijiet fiduċjarji, żamma ta' rekords u rappurtar.

15.   IL-KOSTIJIET AMMINISTRATTIVI

Id-dispożizzjonijiet dwar ir-rimunerazzjoni tal-intermedjarju finanzjarju dwar il-kalkolu u l-pagament tal-kostijiet u t-tariffi tal-ġestjoni lill-intermedjarju finanzjarju skont l-Artikoli 12 u 13 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 480/2014.

Id-dispożizzjoni trid tinkludi r-rata massima applikabbli u l-ammonti ta' referenza għall-kalkolu.

16.   IT-TUL TA' ŻMIEN U L-ELIĠIBBILTÀ TAN-NEFQA FL-GĦELUQ

Id-data għad-dħul fis-seħħ tal-ftehim.

Id-dati li jiddefinixxu l-perjodu ta' implimentazzjoni tal-istrument finanzjarju u l-perjodu ta' eliġibbiltà.

Id-dispożizzjonijiet dwar il-possibbiltà ta' estensjoni, u t-terminazzjoni tal-kontribuzzjoni pubblika tal-programm lill-intermedjarju finanzjarju għall-istrument finanzjarju, inklużi l-kundizzjonijiet għal terminazzjoni bikrija jew l-irtirar ta' kontribuzzjonijiet tal-programm, l-istrateġiji ta' ħruġ u l-istralċ ta' strumenti finanzjarji (inkluż il-fond tal-fondi fejn applikabbli).

Id-dispożizzjonijiet rigward in-nefqa eliġibbli fl-għeluq tal-programm skont l-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

17.   L-UŻU MILL-ĠDID TA' RIŻORSI MĦALLSA MILL-AWTORITÀ TA' ĠESTJONI (INKLUŻ L-IMGĦAX IĠĠENERAT)

Id-dispożizzjonijiet dwar l-użu mill-ġdid ta' riżorsi mħallsa mill-awtorità ta' ġestjoni.

Ir-rekwiżiti u l-proċeduri għall-ġestjoni tal-imgħax u qligħ ieħor attribwibbli għall-appoġġ mill-ESIF skont l-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

Id-dispożizzjonijiet rigward l-użu mill-ġdid ta' riżorsi attribwibbli għall-appoġġ mill-Fondi ESI sal-aħħar tal-perjodu ta' eliġibbiltà f'konformità mal-Artikolu 44 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

Id-dispożizzjonijiet rigward l-użu ta' riżorsi attribwibbli għall-aġġoġġ mill-Fondi ESI sal-aħħar tal-perjodu ta' eliġibbiltà f'konformità mal-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

18.   IL-KAPITALIZZAZZJONI TA' SUSSIDJI FUQ IR-RATI TAL-IMGĦAX, SUSSIDJI FUQ ID-DRITTIJIET TA' GARANZIJA (JEKK APPLIKABBLI)

Id-dispożizzjonijiet skont l-Artikolu 11 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 480/2014 imsemmi fl-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 dwar kapitalizzazzjoni ta' pagamenti annwali għas-sussidji tar-rati tal-imgħax u s-sussidji tat-tariffi ta' garanzija.

19.   IL-GOVERNANZA TAL-ISTRUMENT FINANZJARJU

Id-dispożizzjonijiet li jiddeskrivu struttura ta' governanza xierqa tal-istrument finanzjarju biex jiġi żgurat li deċiżjonijiet dwar self/garanziji/investimenti, ċessjonijiet u diversifikazzjoni tar-riskju jiġu implimentati f'konformità mar-rekwiżiti legali applikabbli u l-istandards tas-suq.

Id-dispożizzjonijiet dwar il-bord ta' investiment tal-istrument finanzjarju (ir-rwol, l-indipendenza, il-kriterji).

20.   KUNFLITTI TA' INTERESS

Jeħtieġ li jiġu stabbiliti proċeduri ċari li jittrattaw kunflitti ta' interess.

21.   IR-RAPPURTAR U L-MONITORAĠĠ

Id-dispożizzjonijiet għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta' investimenti u tal-flussi tat-tranżazzjonijiet inkluż rappurtar mill-intermedjarju finanzjarju lill-fond tal-fondi u/jew lill-awtorità ta' ġestjoni biex tiġi żgurata konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

Ir-regoli dwar ir-rapportar lill-awtorità ta' ġestjoni dwar kif jitwettaq ix-xogħol, ir-rappurtaġġ dwar ir-riżultati u l-irregolaritajiet, u l-miżuri korrettivi meħuda.

22.   L-EVALWAZZJONI

Il-kundizzjonijiet u l-arranġamenti għall-evalwazzjoni tal-istrument finanzjarju.

23.   IL-VIŻIBBILTÀ U T-TRASPARENZA

Id-dispożizzjonijiet dwar il-viżibbiltà tal-finanzjament ipprovdut mill-Unjoni b'konformità mal-Anness XII tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

Id-dispożizzjonijiet li jiggarantixxu aċċess għal informazzjoni għar-riċevituri finali.

24.   L-ESKLUSSIVITÀ

Id-dispożizzjonijiet li jistabbilixxu taħt liema kundizzjonijiet il-fond tal-fondi tal-maniġer jew l-intermedjarju finanzjarju huwa permess li jibda investiment ġdid tal-vetturi.

25.   IR-RIŻOLUZZJONI TA' TILWIM

Id-dispożizzjonijiet dwar ir-riżoluzzjoni għal tilwim.

26.   IL-KUNFIDENZJALITÀ

Id-dispożizzjonijiet li jiddefinixxu liema elementi tal-istrument finanzjarju huma koperti mill-klawżoli tal-kunfidenzjalità. Inkella l-informazzjoni l-oħra kollha tkun kunsidrata pubblika.

L-obbligi ta' kunfidenzjalità magħmula bħala parti minn dan il-ftehim m'għandhomx iwaqqfu r-rappurtar xieraq lill-investituri, inklużi dawk li jipprovdu fondi pubbliċi.

27.   L-EMENDA TAL-FTEHIM U TRASFERIMENT TA' DRITTIJIET U OBBLIGI

Id-dispożizzjonijiet li jiddefinixxu l-ambitu u l-kundizzjonijiet possibbli ta' emenda u t-terminazzjoni tal-ftehim.

Id-dispożizzjonijiet li jipprojbixxu lill-intermedjarju finanzjarju li jittrasferixxi xi dritt jew obbligu mingħajr l-awtorizzazzjoni minn qabel tal-awtorità ta' ġestjoni.

L-ANNESS A

:

il-valutazzjoni ex-ante meħtieġa skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 li tiġġustifika l-istrument finanzjarju.

L-ANNESS B

:

il-pjan tan-negozju tal-istrument finanzjarju inkluża l-istrateġija tal-investiment u d-deskrizzjoni tal-politika ta' investiment, ta' garanzija jew ta' self.

L-ANNESS C

:

id-deskrizzjoni tal-istrument li jrid ikun allinjat mat-termini u l-kundizzjonijiet standard dettaljati tal-istrument u li jrid jistabbilixxi il-parametri finanzjarji tal-istrumenti finanzjarji.

L-ANNESS D

:

il-mudelli għall-monitoraġġ u r-rapportar.


(1)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 480/2014 tat-3 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (ĠU L 138, 13.5.2014, p. 5).


ANNESS II

Self għal SMEs ibbażat fuq mudell ta' self għall-Kondiviżjoni tar-Riskji tal-portafoll (self RS)

Rappreżentazzjoni skematika tal-prinċipju ta' self RS

Image

L-istruttura tal-istrument finanzjarju

Is-self għall-Kondiviżjoni tar-Riskji (self RS jew strument finanzjarju) jieħu l-forma ta' self sabiex jitwaqqaf fond minn intermedjarju finanzjarju b'kontribuzzjonijiet mill-programm u l-intermedjarju finanzjarju għall-finanzjament ta' portafoll ta' self oriġinat ġdid, bl-esklużjoni tar-rifinanzjament ta' self eżistenti.

Is-self għall-Kondiviżjoni tar-Riskji ikun disponibbli fil-qafas ta' operazzjoni li tagħmel parti mill-assi prijoritarju definit fil-programm kofinanzjati permezz tal-ESIF rilevanti u definit fil-kuntest tal-valutazzjoni ex ante meħtieġa fl-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

L-għan tal-istrument

L-għan tal-istrument ikun li:

1.

jgħaqqad r-riżorsi mill-programm ESIF u l-intermedjarju finanzjarju biex bħala appoġġ għall-finanzjament lil SMEs kif imsemmi fl-Artikolu 37(4) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, u

2.

jipprovdi lill-SMEs b'aċċess aktar faċli għall-finanzjament billi jipprovdi intermedjarju finanzjarju b'kontribuzzjoni ta' finanzjament u għall-kondiviżjoni tar-riskji tal-kreditu u b'hekk joffri lill-SMEs aktar fondi b'kundizzjonijiet preferenzjali f'termini ta' tnaqqis fir-rata tal-imgħax u jekk rilevanti, tnaqqis fil-kollateral.

Il-kontribuzzjoni mill-programm ESIF lill-intermedjarju finanzjarju ma tonħoqx il-finanzjament disponibbli minn investituri privati jew investituri pubbliċi oħra.

Il-programm ESIF jipprovdi finanzjament lill-intermedjarju finanzjarju sabiex jibni portafoll ta' self ġdid riċentement iġġenerat lill-SMEs, u b'mod parallel, jipparteċipa fit-telf/inadempjenzi u l-irkupri fuq self lill-SMEs f'dan il-portafoll fuq il-bażi ta' kull self u bl-istess proporzjon bħall-kontribuzzjoni tal-programm fl-istrument.

Fil-każ ta' fond tal-istruttura tal-fondi, il-fond tal-fondi jittrasferixxi l-kontribuzzjoni mill-programm ESIF lill-intermedjarju finanzjarju.

Minbarra l-kontribuzzjoni tal-programm ESIF, il-fond tal-fondi jista' jipprovdi r-riżorsi tiegħu proprji li huma magħquda mar-riżorsi tal-intermedjarju finanzjarju. Il-fond tal-fondi f'dan il-każ jieħu parti mir-riskju tal-kondiviżjoni pro-rata bejn id-diversi kontribuzzjonijiet fil-portafoll ta' self. Ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għandhom jiġu rispettati jekk ir-riżorsi pprovduti mill-fond tal-fondi huma riżorsi tal-Istat.

L-implikazzjoni ta' għajnuna mill-Istat

Is-Self RS ikun imfassal bħala self mingħajr għajnuna mill-Istat, jiġifieri rimunerazzjoni konformi mas-suq għall-intermedjarju finanzjarju, l-għoti sħiħ tal-vantaġġ finanzjarju mill-intermedjarju finanzjarju lir-riċevituri finali, u l-finanzjament ipprovdut lir-riċevituri finali huma skont ir-Regolament de minimis applikabbli.

(a)   Għajnuna fil-livell tal-intermedjarju finanzjarju u l-fond tal-fondi tkun eskluża meta:

1.

l-intermedjarju finanzjarju u l-awtorità ta' ġestjoni jew il-fond tal-fondi jkollhom fi kwalunkwe ħin ir-responsabbiltà tat-telf u l-benefiċċji b'mod proporzjonat għall-kontribuzzjonijiet tagħhom (pro-rata) u jkun hemm parteċipazzjoni ekonomikament sinifikanti tal-intermedjarju finanzjarju fis-self għall-Kondiviżjoni tar-Riskju, u

2.

Ir-rimunerazzjoni (jiġifieri l-kostijiet ta' ġestjoni u/jew tariffi) tal-intermedjarju finanzjarju u tal-fond tal-fondi tirrifletti r-rimunerazzjoni attwali fis-suq f'sitwazzjonijiet kumparabbli, li huwa l-każ meta tal-aħħar tkun ġiet magħżula permezz ta' sejħa miftuħa, trasparenti, mhux diskriminatorja u oġġettiva, jew jekk ir-rimunerazzjoni hija allinjata mal-Artikoli 12 u 13 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 480/2014 u l-ebda vantaġġ ieħor ma jingħata mill-Istat. Fejn il-fond tal-fond jittrasferixxi biss il-kontribuzzjoni tal-ESIF lill-intermedjarju finanzjarju, u jkollu missjoni ta' interess pubbliku, u ma jagħmel l-ebda attività kummerċjali meta jimplimenta l-miżura, u mhux qed jikkoinvesti r-riżorsi proprji tiegħu — għalhekk ma jitqiesx bħala benefiċjarju ta' għajnuna, — ikun biżżejjed li l-fond tal-fond ma jingħatax kumpens żejjed, u

3.

Il-vantaġġ finanzjarju tal-kontribuzzjoni pubblika tal-programm lill-istrument jingħata kollu lid-destinatarji finali fil-forma ta' tnaqqis fir-rata tal-imgħax. Meta tagħżel intermedjarju finanzjarju, l-awtorità ta' ġestjoni, f'konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 480/2014, għandha tivvaluta l-politika tal-ipprezzar u l-metodoloġija biex tgħaddi vantaġġ finanzjarju lir-riċevituri finali.

Fejn l-intermedjarju finanzjarju ma jgħaddix il-vantaġġ finanzjarju kollu lir-riċevituri finali, il-kontribuzzjoni pubblika mhux imħallsa tiġi ttrasferita lura lill-awtorità ta' ġestjoni.

(b)   Fuq livell tal-SMEs:

Fuq livell tal-SMEs, is-self ikun konformi mar-regoli de minimis.

Għal kull self imdaħħal fil-portafoll, l-intermedjarju finanzjarju jikkalula l-GGE bl-użu tal-metodoloġija ta' kalkolu li ġejja:

Il-kalkolu GGE = l-Ammont nominali tas-self (EUR) × (il-Kost tal-finanzjament (prattika standard) + il-Kost tar-riskju (prattika standard) – Kwalunkwe tariffa imposta mill-awtorità ta' ġestjoni fuq il-kontribuzzjoni tal-programm lill-intermedjarju finanzjarju) × Għall-ħajja medja peżata tas-self (Snin) × ir-Rata ta' kondiviżjoni tar-riskju.

Meta l-GGE jiġi kkalkolat permezz tal-formula msemmija hawn fuq, għall-iskop ta' self għall-Kondiviżjoni tar-Riskju, ir-rekwiżit kif previst fl-Artikolu 4 tar-Regolament de minimis  (1) jitqies li ġie ssodisfat. Ma hemm l-ebda rekwiżit minimu ta' kollateral.

Il-mekkaniżmu ta' verifika jiżgura li l-GGE ikkalkulat bil-formula msemmija hawn fuq ma jkunx inqas mill-GGE maħdum skont l-Artikolu 4(3)(c) tar-Regolament de minimis.

L-ammont totali ta' għajnuna kkalkulat bil-GGE ma jistax ikun iktar minn EUR 200 000 fuq perjodu ta' tliet snin fiskali billi tiġi kkunsidrata r-regola tal-kumulazzjoni għal riċevituri finali fir-Regolament de minimis.

L-għoti ta' appoġġ tekniku jew għajnuna oħra mogħtija lill-benefiċjarju finali jiġi akkumulat mal-GGE kkalkulat.

Rigward l-SMEs fis-settur tas-sajd u l-akkwakultura, l-għajnuna tkun konformi mar-regoli rilevanti tar-Regolament de minimis fis-settur tas-sajd.

Għal attivitajiet appoġġati mill-FAEŻR, japplikaw ir-regoli ġenerali.

Il-politika ta' self

(a)   Żborżament mill-awtorità ta' ġestjoni jew il-fond tal-fondi lill-intermedjarju finanzjarju:

Wara l-iffirmar ta' ftehim ta' finanzjament bejn l-awtorità ta' ġestjoni u l-fond tal-fondi jew l-intermedjarju finanzjarju, l-awtorità rilevanti ta' ġestjoni tittrasferixxi l-kontribuzzjonijiet pubbliċi mill-programm lill-fond tal-fondi jew lill-intermedjarju finanzjarju li jqiegħed tali kontribuzzjonijiet ġo fond imfassal apposta ta' self għall-Kondiviżjoni tar-Riskju. It-trasferiment ikun f'porzjonijiet u jirrispetta l-limiti tal-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

Il-mira tal-volum ta' self u l-firxa tar-rata tal-imgħax tiġi kkonfermata fiil-valutazzjoni ex-ante skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u tittieħed f'kunsiderazzjoni sabiex tiġi determinata n-natura tal-istrument (strument rinnovabbli jew mhux rinnovabbli).

(b)   L-oriġini ta' portafoll ta' self ġdid:

L-intermedjarju finanzjarju ikun meħtieġ li joriġina fi żmien predeterminat għall-perjodu limitat ta' żmien, portafoll ta' self eliġibbli ġdid minbarra l-attivitajiet ta' self attwali tiegħu, parzjalment iffinanzjati mill-fondi żborżati taħt il-programm fuq ir-rata ta' kondiviżjoni tar-riskji miftiehma fil-ftehim ta' finanzjament.

Self eliġibbli għall-SMEs (skont il-kriterji ta' eliġibbiltà predefiniti fuq il-bażi ta' kull self u fil-livell ta' portafoll) ikun awtomatikament inkluż fil-Portafoll, billi l-avviżi ta' inklużjoni jitressqu mill-inqas fuq bażi trimestrali.

L-intermedjarju finanzjarju jimplimenta l-politika tas-self konsistenti, speċjalment rigward id-diversifikazzjoni tal-portafoll, li jippermetti ġestjoni soda u d-diversifikazzjoni tar-riskju tal-portafoll tal-kreditu, filwaqt li jikkonforma ma' standards industrijali applikabbli u filwaqt li jibqa' allinjat mal-interessi finanzjarji tal-awtorità ta' ġestjoni u mal-objettivi tal-politika.

L-identifikazzjoni, l-għażla, id-diliġenza dovuta, id-dokumentazzjoni u t-twettiq ta' self lil riċevituri finali jitwettqu mill-intermedjarju finanzjarju skont il-proċeduri standard tiegħu u skont il-prinċipji stabbiliti fil-ftehim ta' finanzjament rilevanti.

(c)   L-użu mill-ġdid ta' riżorsi mħallsa lura lil strument finanzjarju:

Ir-riżorsi mħallsa lura lill-istrument finanzjarju kunu jew użati mill-ġdid fl-istess strument finanzjarju (madwar l-istess strument finanzjarju) jew wara li jitħallsu lura lill-awtorità ta' ġestjoni jew il-fond tal-fondi jintużaw skont l-Artikolu 44 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

Meta l-istess strument finanzjarju jerġa' jintuża, bħala kwistjoni ta' prinċipju, l-ammonti li jistgħu jiġu attribwiti għall-appoġġ tal-ESIF u li huma rimborżati u/jew irkuprati mill-intermedjarju finanzjarju minn self lil riċevituri finali fiil-perjodu ta' żmien għal investimenti siru disponibbli għal użu ġdid fl-istess strument finanzjarju. Dan l-approċċ rinnovabbli kif imsemmi fl-Artikoli 44 u 45 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jiġi inkluż fil-ftehim ta' finanzjament.

Alternattivament, jekk l-awtorità ta' ġestjoni jew il-fond tal-fondi jitħallas lura direttament, ir-rimborżi jsiru regolarment biex jirriflettu (i) ir-rimborżi prinċipali (fuq bażi pro rata fuq il-bażi tar-rata ta' kondiviżjoni tar-riskju) (ii) kwalunkwe ammonti irkuprati u tnaqqis tat-telf (skont ir-rata ta' kondiviżjoni tar-riskju), tas-self lill-SMEs u (iii) kwalunkwe pagamenti tar-rata tal-imgħax. Dawn ir-riżorsi jridu jkunu użati skont l-Artikoli 44 u 45 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

(d)   Irkupru ta' telf:

L-intermedjarju finanzjarju jieħu azzjonijiet ta' rkupru fir-rigward ta' kull self tal-SMEs inadempjenti ffinanzjati mill-istrument finanzjarju f'konformità mal-linji gwida interni tagħha u l-proċeduri.

L-ammonti rkuprati (in-nett tal-kostijiet ta' rkupru u ta' esklużjoni, jekk ikun hemm) mill-intermedjarju finanzjarju jiġu allokati pro-rata lill-kondiviżjoni tar-riskju bejn l-intermedjarju finanzjarju u l-awtorità ta' ġestjoni jew il-fond tal-fondi.

(e)   Oħrajn:

L-imgħax u dħul ieħor iġġenerat permezz tal-appoġġ mill-Fondi tal-ESI għall-istrument finanzjarju kif imsemmi fl-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

Il-politika tal-ipprezzar

Meta jipproponi l-ipprezzar tiegħu, l-intermedjarju finanzjarju jippreżenta politika tal-ipprezzar u l-metodoloġija li jiggarantixxu bis-sħiħ il-vantaġġ finanzjarju tal-kontribuzzjoni tal-programm pubbliku lill-SMEs eliġibbli. Il-politika tal-ipprezzar u l-metodoloġija jinkludu l-elementi li ġejjin:

1.

ir-rata tal-imgħax fuq il-parteċipazzjoni tal-intermedjarju finanzjarju hija stabbilita fuq il-bażi tas-suq (jiġifieri skont il-politika tal-intermedjarju finanzjarju stess),

2.

ir-rata globali tal-imgħax, li għandha tintalab fuq self lill-SMEs eliġibbli inklużi fil-portafoll, tridtitnaqqas proporzjonalment mal-allokazzjoni pprovduta mill-kontribuzzjoni pubblika tal-programm. Dan it-tnaqqis iqis it-tariffi li l-awtorità ta' ġestjoni tista' timponi fuq il-kontribuzzjoni tal-programm.

3.

Il-kalkolu tal-GGE kif ippreżentat fit-Taqsima tal-għajnuna mill-Istat jiġi applikat fuq kull self inkluż fil-Portafoll.

4.

Il-politika tal-ipprezzar u l-metodoloġija tibqa' kostanti matul il-perjodu tal-eliġibbiltà.

Il-kontribuzzjoni tal-programm għall-istrument finanzjarju: l-ammont u r-rata (id-dettalji tal-prodott)

Ir-rata tal-kondiviżjoni tar-riskju attwali, il-kontribuzzjoni pubblika tal-programm u r-rata ta' imgħax fuq self ikunu bbażati fuq is-sejbiet tal-valutazzjoni ex-ante u jkunu tali li jiżguraw li l-benefiċċju lir-riċevituri finali hija konformi mar-regola de minimis.

Id-daqs ta' self għall-Kondiviżjoni tar-Riskju tal-portafoll fil-mira jkun ikkonfermat fi żmien il-valutazzjoni ex ante li jiġġustifika l-appoġġ għall-istrument finanzjarju (l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013) u jqis l-approċċ rinovabbli tal-istrument (jekk applikabbli). Il-kompożizzjoni tal-portafoll ta' self fil-mira tkun definita b'mod li tiġi żgurata diversifikazzjoni tar-riskju.

L-allokazzjoni tas-self RS u r-rata ta' kondiviżjoni tar-riskju jridu jiġu stabbiliti sabiex jimtela l-vojt evalwat fiil-valutazzjoni ex-ante, iżda f'kull każ jridu jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan id-dokument.

Ir-rata tal-kondiviżjoni tar-riskju mal-intermedjarju finanzjajru se tiddefinixxi għal kull self eliġibbli fil-portafoll, il-porzjon tal-ammont prinċipali tas-self eliġibbli finanzjat mill-programm.

Ir-rata ta' kondiviżjoni tar-riskju miftiehma mal-intermedjarju finanzjarju tiddefinixxi l-iskopertura tat-telf li jrid jiġi rkuprat mill-intermedjarju finanzjarju u mill-kontribuzzjoni tal-programm kif xieraq.

Il-kontribuzzjoni tal-programm għall-istrument finanzjarju (attivitajiet)

Il-portafoll iffinanzjat mill-istrument ta' self RS jinkludi biss self oriġinat ġdid ipprovdut lill-SMEs, bl-esklużjoni ta' rifinanzjament ta' self eżistenti. Il-kriterji ta' eliġibbiltà għall-inklużjoni fil-portafoll jiġu determinati skont il-liġi tal-Unjoni (eż. ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u r-regoli speċifiċi għall-Fondi), il-programm, ir-regoli nazzjonali ta' eliġibbiltà, u l-intermedjarju finanzjarju bil-għan li jilħqu għadd kbir ta' riċevituri finali u l-ksib ta' diversifikazzjoni suffiċjenti tal-portafoll. L-intermedjarju finanzjarju jkollu stima raġonevoli tal-profil tal-portafoll tar-riskju. Dawn il-kriterji jirriflettu l-kundizzjonijiet u l-prassi tas-suq rilevanti fl-Istat Membru jew reġjun.

Ir-responsabbiltà tal-Awtorità ta' Ġestjoni

Ir-responsabbiltà tal-awtorità ta' ġestjoni b'rabta mal-istrument finanzjarju tkun kif stabbilit fl-Artikolu 6 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 480/2014.

It-telf kopert huwa l-ammonti prinċipali dovuti, pagabbli u l-imgħax standard mhux imħallas (imma li jeskludi drittijiet għal ħlas tard u kwalunkwe kostijiet u spejjeż oħra).

Tul ta' żmien

Il-perjodu ta' self tal-istrument finanzjarju jkun stabbilit sabiex jiġi żgurat li l-kontribuzzjoni tal-programm kif imsemmi fl-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 hija użata għal self imħallas lil destinatarji finali sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2023.

It-tul ta' żmien tipiku biex jinħoloq il-portafoll ta' self huwa rakkomandat li jkun sa erba' snin mid-data tal-iffirmar tal-ftehim ta' finanzjament (bejn l-awtorità ta' ġestjoni jew il-fond tal-fondi u l-intermedjarju finanzjarju).

Self u kondiviżjoni ta' riskju fil-livell intermedjarju finanzjarju (l-allinjament ta' interessi)

L-allinjament ta' interessi bejn l-awtorità ta' ġestjoni u l-intermedjarju finanzjarju jinkiseb permezz ta':

Tariffi tal-prestazzjoni kif previst mill-Artikoli 12 u 13 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 480/2014.

Minbarra l-kontribuzzjoni tal-programm, l-intermedjarju finanzjarju jikkontribwixxi skont il-kundizzjonijiet tas-suq lokali għall-finanzjament ta' mill-inqas 25 % tat-total tal-impenn ta' finanzjament għal self lil SMEs fl-istrument ta' self RS.

It-telf u l-irkupri jkollhom impatt pro-rata tal-intermedjarju finanzjarju u l-awtorità ta' ġestjoni bir-responsabbiltà rispettiva tagħhom skont ir-rata ta' kondiviżjoni tar-riskji.

Ir-rata ta' kondiviżjoni tar-riskji mistennija tiġi determinata abbażi tas-sejbiet tal-valutazzjoni ex-ante li jiġġustifikaw l-appoġġ lill-istrument finanzjarju.

L-Intermedjarji Finanzjarji Eliġibbli

Il-korpi pubbliċi u privati stabbiliti fi Stat Membru li se jkunu legalment awtorizzati li jipprovdu self lil intrapriżi li joperaw fil-ġurisdizzjoni tal-programm li jikkontribwixxi għall-istrument finanzjarju. Dawn il-korpi huma istituzzjonijiet finanzjarji, u, kif xieraq, istituzzjonijiet mikrofinanzjarji jew kwalunkwe istituzzjoni oħra awtorizzata li tipprovdi self.

L-eliġibbiltà tar-riċevituri finali

Ir-riċevituri finali għandhom ikunu eliġibbli skont il-liġi nazzjonali u tal-UE, il-programm rilevanti u l-ftehim ta' finanzjament. Il-kriterji ta' eliġibbiltà li ġejjin jiġu ssodisfati fid-data tal-iffirmar tas-self:

a.

ikunu intrapriżi mikro, żgħar u medji (SMEs (inklużi intraprendituri individwali/persuni li jaħdmu għal rashom) kif definit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE (2)  (3).

b.

matkunx SME attiva fis-setturi definiti fil-punt (d) — (f) tal-Artikolu 1 tar-Regolament de minimis.

c.

ma tkunx parti minn wieħed jew aktar setturi ristretti (4).

d.

ma kunx ditta f'diffikultà kif definit mir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

e.

ma jkunux delinkwenti jew f'inadempjenza fir-rigward ta' kull self jew kiri jew mogħti mill-intermedjarju finanzjarju inkella minn istituzzjoni finanzjarja oħra skont il-verifiki magħmula skont il-linji gwida interni tal-intermedjarju finanzjarju tal-politika standard ta' kreditu.

Għalhekk, fil-mument tal-investiment u matul ir-rimborż tas-self, ir-riċevituri finali jkollhom post irreġistrat għan-negozju f'xi Stat Membru u l-attività ekonomika li għaliha jkun ġie żborżat is-self tkun tinsab fl-Istat Membru rilevanti u r-Reġjun/Ġurisdizzjoni rilevanti tal-programm tal-ESIF.

Il-karatteristiċi tal-prodott għar-riċevituri finali

L-intermedjarju finanzjarju jagħti lir-riċevituri finali s-self li jikkontribwixxi lejn l-għan tal-programm u li huwa kofinanzjat mill-programm skont l-istrument ta' self RS. It-termini tagħhom jkunu msejsa fuq il-valutazzjoni ex-ante msemmija fl-Artikolu 37(2) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

Is-self jintuża esklussivament għall-iskopijiet permessi li ġejjin:

a.

investimenti f'assi tanġibbli u intanġibbli, inkluż it-trasferiment tad-drittijiet ta' proprjetà fl-impriżi sakemm tali trasferiment iseħħ bejn investituri indipendenti.

b.

kapital ta' ħidma relatat mal-iżvilupp jew l-attivitajiet ta' espansjoni li huma anċillari (u marbuta) ma' attivitajiet imsemmija f'(a) hawn fuq (li n-natura anċillari tiġi evidenzjata, inter alia, mill-pjan ta' negozju tal-SMEs u l-ammont tal-finanzjament).

Il-kriterji ta' eliġibbiltà li ġejjin jiġu ssodisfati f'kull ħin mis-self inkluż fil-portafoll:

c.

Is-self ikollu oriġini ġdid, bl-esklużjoni tar-rifinanzjament ta' self eżistenti.

d.

L-ammont prinċipali ta' self inkluż fil-portafoll tas-self RS (i) ikun sa EUR 1 000 000 fuq il-bażi ta' valutazzjoni ex-ante u (ii) ikun ipprovdut skont tali kundizzjonijiet li ma jikkawżax il-GGE fir-rigward ta' kull riċevitur finali li jaqbeż il-EUR 200 000 (jew EUR 100 000 fit-trasport tal-merkanzija bit-triq u EUR 30 000 fis-setturi tas-sajd u tal-akkwakultura) matul kwalunkwe perjodu ta' tliet snin fiskali; SMEs eliġibbli jistgħu japplikaw aktar minn darba għal self allokat fil-kuntest ta' dan l-istrument finanzjarju sakemm il-limitu tal-GGE msemmi hawn fuq jiġi rispettat bis-sħiħ.

e.

Is-self jipprovdi finanzjament għal wieħed jew aktar skopijiet permessi f'EUR u/jew munita nazzjonali fil-ġurisdizzjoni rilevanti u, skont kif ikun il-każ, f'kull munita oħra.

f.

Is-self ma jkunx f'forma ta' self intermedju, dejn subordinat jew kważi-ekwità.

g.

Is-self ma jkunx fil-forma ta' linji ta' kreditu rinnovabbli.

h.

Is-self ikollu skeda ta' rimborż, inkluża amortizzazzjoni regolari u/jew rimborż sħiħ ta' dejn pendenti (bullet payments).

i.

Is-self maaqiffinanzjax attivitajiet purament finanzjarji jew l-iżvilupp ta' proprjetà immobbli meta jitwettq bħala attività ta' investiment finanzjarju u ma jiffinanzjax il-provvista ta' finanzi tal-konsumatur.

j.

Is-self ikollu maturità minima ta' 12-il xahar, inkluż perjodu ta' grazzja rilevanti (jekk ikun hemm) u maturità massima ta' 120 xahar.

Ir-rappurtar u riżultati ta' mira

L-intermedjarji finanzjarji jipprovdu lill-awtorità ta' ġestjoni jew il-fond tal-fondi b'informazzjoni ta' mill-inqas tliet xhur f'forma standardizzata u l-ambitu.

Ir-rapport jinkludi l-elementi rilevanti kollha għall-awtorità ta' ġestjoni biex tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

L-Istati Membri jissodisfaw ukoll l-obbligi tagħhom ta' rappurtar skont ir-Regolament de minimis.

L-indikaturi iridu jkunu allinjati mal-objettivi speċifiċi tal-prijorità rilevanti tal-programm ESIF li qed jiffinanzja l-istrument finanzjarju u mar-riżultati mistennija tal-valutazzjoni ex ante. Dawn jitkejlu u jiġu rraportati mill-inqas kull tliet xhur għal għall-istrument ta' self RS u jkunu allinjati bħala minimu mar-rekwiżiti tar-regolament. Minbarra l-indikaturi komuni tal-assi prijoritarji tal-programm ESIF (żieda fl-impjiegi, l-għadd ta' SMEs,…), indikaturi oħra jinkludu:

 

In-numru ta' self/proġetti ffinanzjati

 

L-ammonti ffinanzjati ta' self

 

L-inadempjenzi (in-numru u l-ammonti)

 

Ir-riżorsi rimborżati u l-qligħ

L-evalwazzjoni tal-benefiċċju ekonomiku tal-kontribuzzjoni tal-programm

L-intermedjarju finanzjarju jnaqqas ir-rata effettiva tal-imgħax ġenerali (u l-politika kollaterali fejn xieraq) imposta lir-riċeviuturi finali skont kull self eliġibbli inkluż fil-portafoll li jirrifletti l-kundizzjonijiet favorevoli ta' finanzjament u l-kondiviżjoni tar-riskju tas-self RS.

Il-vantaġġ finanzjarju kollu tal-kontribuzzjoni pubblika tal-programm lill-istrument jiġi trasferit lir-riċevituri finali fil-forma ta' tnaqqis fir-rata tal-imgħax. L-intermedjarju finanzjarju jimmonitorja u jirrapporta dwar il-GGE għar-riċevituri finali kif imsemmi fit-Taqsima tal-għajnuna mill-Istat. Dan il-prinċipju jkun rifless fil-ftehim ta' finanzjament bejn l-awtorità ta' ġestjoni jew il-fond tal-fondi u l-intermedjarju finanzjarju.


(1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1407/2013 tat-18 ta' Diċembru 2013 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis (ĠU L 352, 24.12.2013, p. 1).

(2)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni tal-impriżi ta' daqs mikro, żgħar u medji (notifikata fid-dokument Nru C(2003) 1422). (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).

(3)  Intrapriżi b'inqas minn 250 impjegat u b'fatturat ta' inqas minn EUR 50 miljun jew assi totali inqas minn EUR 43 miljun; kif ukoll li ma jappartjenux għal grupp li jaqbeż dawn il-limiti. Skont ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, impriża titqies li tkun kull entità involuta f'attività ekonomika, irrispettivament mill-forma legali tagħha.

(4)  Is-setturi ekonomiċi li ġejjin jissejħu b'mod globali bħala “setturi ristretti”.

a.

attivitajiet ekonomiċi illegali: kwalunkwe produzzjoni, kummerċ jew attività oħra, li hija illegali skont il-liġijiet jew ir-regolamenti tal-ġurisdizzjoni tad-domiċilju għal tali produzzjoni, kummerċ jew attività.

b.

It-tabakk u xorb alkoħoliku distillat. Il-produzzjoni u l-kummerċ tat-tabakk u xorb alkoħoliku distillat u prodotti relatati.

c.

Il-produzzjoni u l-kummerċ ta' armi u munizzjon: il-finanzjament tal-produzzjoni u l-kummerċ ta' armi u munizzjon ta' kull tip. Din ir-restrizzjoni ma tapplikax sa fejn dawn l-attivitajiet huma parti jew aċċessorju għal politiki espliċiti tal-Unjoni Ewropea.

d.

Każinojiet. Każinoijiet u intrapriżi ekwivalenti.

e.

Restrizzjonijiet fis-settur tal-IT. Applikazzjonijiet tar-riċerka, l-iżvilupp jew tekniċi relatati ma' programmi jew soluzzjonijiet ta' dejta elettronika, li (i) jimmiraw b'mod speċifiku: (a) li jappoġġaw kull attività inkluża fis-Setturi Ristretti li hemm referenza għalihom f'a sa d hawn fuq; (b) logħob tal-azzard fuq l-Internet u każinojiet onlajn; jew (c) pornografija, jew li (ii) huma maħsuba biex jippermettu li illegalment (a) jidħlu f'networks ta' dejta elettronika; jew (b) iniżżlu dejta elettronika.

f.

Restrizzjonijiet fis-settur tax-xjenza tal-ħajja. Meta jiġi pprovdut appoġġ għall-finanzjament tal-applikazzjonijiet tar-riċerka, l-iżvilupp jew teknika relatati ma': (i) ikklonjar tal-bniedem għal raġunijiet ta' riċerka jew terapewtiċi; jew (ii) Organiżmi Ġenetikament Modifikati (GMOs)


ANNESS III

Garanzija tal-Portafoll b'Limitu Massimu għall-SME's (Garanzija b'Limitu Massimu)

Rappreżentazzjoni skematika ta' Garanzija b'Limitu Massimu

Ir-relazzjoni bejn il-partijiet interessati u l-Garanzija b'Limitu Massimu ta' kopertura tal-portafoll:

Image Image

L-istruttura tal-istrument finanzjarju

Il-Garanzija tal-Portafoll b'Limitu Massimu tipprovdi kopertura tar-riskju tal-kreditu fuq il-bażi ta' kull self, għall-ħolqien ta' portafoll ta' self ġdid lill-SMEs sa ammont massimu ta' telf (limitu).

Il-Garanzija tal-Portafoll b'Limitu Massimu, issir disponibbli mill-awtorità ta' ġestjoni, fil-qafas tal-operazzjoni li hija parti tal-assi prijoritarju definit fil-programm kofinanzjat mill-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment (ESIF) u definita fil-kuntest tal-valutazzjoni ex ante meħtieġa fl-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

L-għan tal-istrument

L-għan tal-istrument ikun li

1.

Jipprovdi aċċess aħjar għal finanzjament għal SMEs immirati, billi jiġu indirizzati n-nuqqasijiet tas-suq konkreti u identifikati kif suppost.

2.

L-ingranaġġ tal-ESIF għall-appoġġ ta' finanzjament għall-SMEs kif imsemmi fl-Artikolu 37(4) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

Il-kontribuzzjoni tal-programm tal-ESIF mill-awtorità ta' ġestjoni tieħu l-forma ta' fond ta' garanzija ġestit minn intermedjarju finanzjarju. Din il-kontribuzzjoni ma toħnoqx il-garanziji disponibbli minn investituri pubbliċi jew privati oħrajn.

Il-fond ta' garanzija ġestit mill-intermedjarju finanzjarju jiġi allokat biex jipprovdi fondi mill-programm ESIF lill-istituzzjonijiet finanzjarji li jibnu l-portafolli ta' self ġdid f'każ ta' inadempjenza tar-riċevituri finali.

Fil-każ ta' fond tal-istruttura tal-fondi, il-fond tal-fondi jittrasferixxi l-kontribuzzjoni mill-programm ESIF lill-intermedjarju finanzjarju.

L-Istrument ta' Garanzija b'Limitu Massimu jiġi implimentat biex ikopri portafoll ta' self ġdid mibni minn istituzzjoni finanzjarja waħda jew aktar.

L-istituzzjonijiet finanzjarji li jibnu l-portafolli ta' self ġdid iddependu fuq garanzija parzjali li tkopri għal telf sa ammont b'limitu massimu meta jiġi pprovdut self lill-SMEs eliġibbli.

Il-vantaġġ finanzjarju tal-garanzija jrid jgħaddi lir-riċevitur finali (eż. bħala tnaqqis fir-rata tal-imgħax tas-self jew/u tnaqqis kollaterali iżda dejjem b'vantaġġ finanzjarju sħiħ tal-kontribuzzjoni pubblika tal-programm li tgħaddi lir-riċevituri finali).

L-implikazzjoni ta' għajnuna mill-Istat

Il-Garanzija ta' Portafoll b'Limitu Massimutkun imfassla bħala strument mingħajr għajnuna mill-Istat, jiġifieri konformi mas-suq fil-livell tal-intermedjarju finanzjarju li qed jimmaniġġja l-fond ta' garanzija u l-istituzzjonijiet finanzjarji li jibnu l-portafolli ta' self ġdid u l-għajnuna lir-riċevituri finali skont ir-regola de minimis applikabbli.

(a)   Fil-livell tal-fond tal-fondi, l-intermedjarju finanzjarju li qed jimmaniġġja l-fond ta' garanzija, l-istituzzjonijiet finanzjarji li jibnu l-portafolli ta' self ġdid, l-għajnuna tkun eskluża meta:

1.

Ir-rimunerazzjoni (jiġifieri l-kostijiet ta' ġestjoni u/jew tariffi) tal-intermedjarju finanzjarju u l-fond tal-fondi tirrifletti r-rimunerazzjoni attwali fis-suq f'sitwazzjonijiet kumparabbli, li jkun il-każ meta tal-aħħar tkun ġiet magħżula fi proċedura ta' għażla b'mod miftuħ, trasparenti, oġġettiv u mhux diskriminatorju jew jekk ir-remunerazzjoni tkun allinjata mal-Artikoli 12 u 13 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 480/2014, u l-ebda vantaġġ ieħor ma jingħata mill-Istat. Fejn il-fond tal-fond jittrasferixxi biss il-kontribuzzjoni ESIF lill-intermedjarju finanzjarju, u jkollu missjoni ta' interess pubbliku, u ma jagħmel l-ebda attività kummerċjali meta jimplimenta l-miżura, u ma jkunx qed jikkoinvesti r-riżorsi proprji tiegħu — għalhekk ma jitqiesx bħala benefiċjarju ta' għajnuna — ikun biżżejjed li l-fond tal-fond ma jingħatax kumpens żejjed u

2.

l-istituzzjoni finanzjarja tkun magħżula permezz ta' proċedura tal-għażla miftuħa, trasparenti, mhux diskriminatorja u oġġettiva, sabiex tibni il-portafoll ta' self ġdid bir-riżorsi proprji tagħha u r-riskju miżmum mill-istituzzjoni finanzjarja fl-ebda każ ma tkun inqas minn 20 % tal-ammont ta' self (fuq il-bażi ta' kull self), u

3.

Barra minn hekk, il-vantaġġ finanzjarju tal-kontribuzzjoni pubblika tal-programm għall-istrument jgħaddi kollu lir-riċevituri finali fil-forma ta' tnaqqis fir-rata tal-imgħax. Meta jintgħażel l-intermedjarju finanzjarju, l-awtorità ta' ġestjoni, f'konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 480/2014, tivvaluta il-politika tal-ipprezzar u l-metodoloġija li jgħaddu l-vantaġġ finanzjarju lir-riċevituri finali.

Fejn l-intermedjarju finanzjarju ma jgħaddix il-vantaġġ finanzjarju kollu lir-riċevituri finali, il-kontribuzzjoni pubblika mhux impenjata tiġi ttrasferita lura lill-awtorità ta' ġestjoni.

Il-garanzija trid tkun marbuta ma' tranżazzjoni finanzjarja speċifika, għal ammont massimu fiss u limitata fiż-żmien.

(b)   Fuqlivell tar-riċevituri finali:

Fuq livell tal-SMEs, is-self garantit ikun konformi mar-regoli de minimis.

Għal kull self imdaħħal fil-portafoll garantit, l-intermedjarju finanzjarju jikkalkula l-GGE bl-użu tal-metodoloġija ta' kalkolu li ġej:

Il-kalkolu tal-GGE = l-Ammont nominali tas-self (EUR) × il-kost tar-riskju (prattika standard) × ir-Rata ta' garanzija × ir-Rata ta' limitu tal-garanzija × il-Ħajja medja peżata tas-self (Snin).

L-ammont totali ta' għajnuna kkalkulat bil-GGE ma jistax ikun iktar minn EUR 200 000 fuq perjodu ta' tliet snin fiskali b'kunsiderazzjoni tar-regola tal-kumulazzjoni għal riċevituri finali fir-Regolament de minimis.

Meta l-GGE huwa kkalkolat permezz tal-formula msemmija hawn fuq, għall-finijiet ta' strument ta' Garanzija tal-Portafoll b'Limitu Massimu, ir-rekwiżit kif previst fl-Artikolu 4 tar-Regolament de minimis  (1) jitqies bħala ssodisfat.

Il-mekkaniżmu ta' verifika jiżgura li l-GGE maħdum bil-formula msemmija hawn fuq ma tkunx inqas mill-GGE maħdum skont l-Artikolu 4(6)(c) tar-Regolament de minimis.

L-għoti ta' appoġġ tekniku jew għajnuna oħra mogħtija lill-benefiċjarju finali jiġi akkumulat mal-GGE kkalkulat.

Rigward l-SMEs fis-settur tas-sajd u l-akkwakultura, l-għajnuna tkun konformi mar-regoli rilevanti tar-Regolament de minimis fis-settur tas-sajd

Għal attivitajiet appoġġati mill-FAEŻR, japplikaw ir-regoli ġenerali.

Il-politika ta' garanzija

(a)   It-trasferiment mill-awtorità ta' ġestjoni għall-intermedjarju finanzjarju:

Wara l-iffirmar ta' ftehim ta' finanzjament bejn l-awtorità ta' ġestjoni u l-fond tal-fondi jew l-intermedjarju finanzjarju, l-awtorità rilevanti ta' ġestjoni tittrasferixxi kontribuzzjonijiet mill-programm lill-fond tal-fondi jew lill-intermedjarju finanzjarju li jqiegħed tali kontribuzzjonijiet f'fond imfassal apposta ta' garanzija. It-trasferiment għandu jsir f'porzjonijiet u jirrispetta l-limiti tal-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

(b)   L-oriġini ta' portafoll ta' self ġdid:

L-istituzzjonijiet finanzjarji jkunu meħtieġa li jibnu fi żmien predeterminat għall-perjodu limitat ta' żmien, portafolli ta' self ġdid għall-SMEs. Self lill-SMEs b'oriġini ġdida huwa parzjalment kopert mill-kontribuzzjoni tal-programm fuq il-bażi ta' kull self sa ċertu ammont (Limitu). Self eliġibbli lill-SMEs huma awtomatikament inklużi fil-portafoll soġġett għal kriterji ta' inklużjoni ta' self stabbilit minn qabel.

L-inklużjoni ta' self lill-SMEs sseħħ awtomatikament mal-wasla ta' avviż ta' inklużjoni mill-intermedjarju finanzjarju li jirregola l-fond ta' garanzija ppreżentat tal-anqas fuq bażi trimestrali sa tmiem il-perjodu tal-inklużjoni rilevanti.

L-istituzzjonijiet finanzjarji jimplimentaw politika ta' self konsistenti rigward id-diversifikazzjoni tal-portafoll, li tippermetti li jkun hemm ġestjoni tajba tal-portafoll u d-diversifikazzjoni tar-riskju, b'konformità mal-istandards industrijali applikabbli u filwaqt li tibqa' xierqa għall-interessi finanzjarji tal-awtorità ta' ġestjoni u l-objettivi tal-politika.

L-identifikazzjoni, l-għażla, id-diliġenza dovuta, id-dokumentazzjoni u t-twettiq ta' self għal riċevituri finali jsiru mill-istituzzjonijiet finanzjarji skont il-proċeduri standard tagħhom u b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-ftehim bejn l-intermedjarju finanzjarju u l-istituzzjoni finanzjarja li tkun qed tibni portafoll ta' self ġdid.

(c)   Kopertura għal telf:

Il-Garanzija għal Portafoll b'Limitu Massimu tkopri telf imġarrab mill-istituzzjonijiet finanzjarji fir-rigward ta' kull self eliġibbli tal-SME inadempjenti skont ir-rata ta' garanzija ta' perċentwal massimu ta' 80 %.

Telf kopert mill-Garanzija tal-Portafoll b'Limitu Massimu fir-rigward tal-portafoll ta' self eliġibbli tal-SME fit-total ma jaqbiżx l-ammont tal-limitu.

L-ammont tal-limitu li huwa l-obbligu massimu taħt dan l-istrument huwa l-prodott tal-volum tal-portafoll ta' self immirat immultiplikat bir-rata ta' garanziji u bir-rata ta' limitu tal-garanziji.

Ir-rata ta' limitu tal-garanzija tkun stabbilita bħala parti mill-valutazzjoni tar-riskju ex ante skont l-Artikolu 42(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u l-Artikolu 8 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 480/2014.

Telf kopert jikkonsisti f'ammonti prinċipali dovuti, pagabbli u pendenti u imgħax standard (imma jeskludi pagament tard, miżati u kostijiet u spejjeż oħra).

(d)   Garanzija ta' pagament:

Wara l-okkorrenza ta' telf marbut ma' inadempjenza, l-intermedjarju finanzjarju li jirregolal-ġestjoni tal-fond ta' garanzija jagħmel il-pagamenti ta' garanzija lill-istituzzjoni finanzjarja skont il-Garanzija fi żmien 60 jum.

Il-politiki ta' pprezzar u ta' kollateral

L-intermedjarju finanzjarju jippreżenta metodoloġija li tiżgura li l-vantaġġ finanzjarju tal-kontribuzzjoni pubblika tal-programm jgħaddi bis-sħiħ lill-SMEs eliġibbli. L-istituzzjoni finanzjarja jkollha politika ta' pprezzar/kollateral f'konformità mal-metodoloġija. Il-politika tal-ipprezzar/kollateral u l-metodoloġija jinkludu l-elementi li ġejjin:

1.

L-istrument ikopri massimu ta' 80 % tal-iskopertura għar-riskju ta' kull self eliġibbli tal-SME (sal-Limitu).

2.

Il-vantaġġ finanzjarju kollu tal-kontribuzzjoni pubblika tal-programm jgħaddi lill-SMEs eliġibbli, permezz ta' tnaqqis tar-rata ta' interess imposta u/jew it-tnaqqis tal-kollateral meħtieġ mill-istituzzjoni finanzjarja.

3.

Il-kalkolu GGE kif ippreżentat fit-Taqsima tal-għajnuna mill-Istat jiġi applikat għal kull self inkluż fil-portafoll.

4.

L-ebda tariffa ta' Garanzija ma tiġi imposta lill-istituzzjoni finanzjarja mill-intermedjarju finanzjarju li jirregola l-ġestjoni tal-fond ta' garanzija.

5.

L-istituzzjoni finanzjarja tnaqqas ir-rata globali tal-imgħax u/jew ir-rekwiżit tal-kollateral taħt kull self eliġibbli tal-SME inkluż fil-portafoll wara l-politika tal-ipprezzar u l-metodoloġija li tiżgura li l-vantaġġ finanzjarju jingħata b'mod sħiħ. Il-livell ta' dan it-tnaqqis propost mill-istituzzjoni finanzjarja jiġi vvalutat u kkonfermat mill-intermedjarju finanzjarju wara l-analiżi rilevanti u d-diliġenza dovuta u jitqies bħala kriterju ta' eliġibbiltà għal self lill-SMEs sabiex jiġi inkluż fil-portafoll.

6.

L-awtorità ta' ġestjoni tista' tiddeċiedi fuq il-bażi ta' valutazzjoni ex-ante li tidentifika l-SMEs fil-mira u l-valutazzjoni tar-riskju ex-ante li tiddetermina r-riskju, li titlob pagamenti ta' garanzija pagabbli mir-riċevituri finali. F'tali każ, il-GGE jiġi kkalkulat bil-formula ppreżentata fit-Taqsima dwar l-għajnuna mill-Istat hawn fuq jew jiġi allinjat mal-kundizzjonijiet tal-Avviż ta' Garanzija. It-tariffi mħallsa mir-riċevituri finali jitħallsu lura lill-fond ta' garanzija bħala riżorsi ritornati skont it-tifsira tal-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

7.

Il-politika tal-ipprezzar u l-metodoloġija tibqa' kostanti matul il-perjodu ta' eliġibbiltà.

L-ammont u r-rata ta' garanzija lil istituzzjoni finanzjarja (dettalji tal-prodott)

Il-Garanzija tal-Portafoll b'Limitu Massimu tirrispetta l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 8 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 480/2014.

Ir-rata tal-Limitu tal-Garanzija tkun determinata fil-valutazzjoni tar-riskju ex-ante skont l-Artikolu 42(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u l-Artikolu 8 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 480/2014 u f'kull każ ma taqbiżx il-25 %. Il-garanzija tista' tkopri telf mistenni u mhux mistenni.

Il-multiplikatur tal-garanzija ffinanzjata mill-kontribuzzjoni tal-programm huwa definit bħala:

Multiplikatur = (1/ir-Rata tal-Garanzija) × (1/ir-Rata Massima tal-Garanzija).

Il-proporzjon tal-multiplikatur ikun ibbażat fuq valutazzjoni tar-riskju ex-ante u jkun ugwali għal jew ogħla minn 5.

Id-daqs tal-portafoll fil-mira parzjalment kopert mill-garanzija jkun ibbażat fuq is-sejbiet ta' valutazzjoni ex-ante li jiġġustifikaw l-appoġġ għall-istrument finanzjarju (l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013) u jqis l-approċċ rinovabbli tal-istrument (jekk applikabbli). Il-kompożizzjoni tal-portafoll ta' self fil-mira tkun definita b'mod li tiġi żgurata diversifikazzjoni tar-riskju.

Il-garanzija lil istituzzjoni finanzjarja (attivitajiet)

Il-portafoll ta' self iggarantit mill-istrument ta' garanzija jinkludi self oriġinat ġdid mogħti lir-riċevituri finali, bl-esklużjoni ta' rifinanzjament ta' self eżistenti. Il-kriterji ta' eliġibbiltà għall-inklużjoni fil-portafoll jiġu determinati skont il-liġi tal-Unjoni (eż. ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u r-regoli speċifiċi għall-Fondi), il-programm, ir-regoli nazzjonali ta' eliġibbiltà, u l-intermedjarju finanzjarju bil-għan li jilħqu għadd kbir ta' riċevituri finali u li tinkiseb diversifikazzjoni tal-portafoll suffiċjenti. L-istituzzjonijiet finanzjarji jkollhom stima raġonevoli tal-profil tal-portafoll tar-riskju (limitu ta' konċentrazzjoni skont is-settur pereżempju). Dawn il-kriterji jirriflettu l-kundizzjonijiet u l-prassi tas-suq fil pajjiż jew reġjun rilevanti.

L-istituzzjoni finanzjarja tagħmel stima ex-ante ta' rata ta' rkupru li għandha tintuża għall-kalkolu tal-ammont mistenni li għandu jiġi rkuprat minn inadempjenzi fil-portafoll, li jħalli impatt fuq l-evalwazzjoni tar-rata ta' limitu tal-garanziji.

Ir-responsabbiltà tal-awtorità ta' ġestjoni

Ir-responsabbiltà tal-awtorità ta' ġestjoni b'rabta mal-istrument finanzjarju tkun kif stabbilit fl-Artikolu 6 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 480/2014.

Inadempjenza tfisser, fir-rigward ta' self lir-riċevitur finali li (i) l-istituzzjoni finanzjarja tista' tagħti prova fi kwalunkwe ħin (filwaqt li taġixxi skont il-proċeduri interni tagħha u kif rifless fir-rapportar finanzjarju u regolatorju) li r-riċevitur finali x'aktarx mhux se jissodisfa l-obbligi tal-pagament tiegħu; jew (ii) riċevitur finali jkun naqas milli jissodisfa xi obbligu ta' pagament taħt self tal-SMEs rilevanti li kompla għal mill-inqas 90 jum kalendarju konsekuttiv

It-tul ta' żmien

Il-perjodu tal-garanzija tal-istrument finanzjarju jiġi stabbilit sabiex jiġi żgurat li l-kontribuzzjoni tal-programm kif imsemmija fl-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 hija użata b'garanziji ta' self imħallas lir-riċevituri finali sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2023.

It-tul ta' żmien tipiku biex jinħoloq il-portafoll ta' self garantit huwa rakkomandat li jkun sa erba' snin mid-data tal-iffirmar tal-ftehim ta' finanzjament (bejn l-awtorità ta' ġestjoni jew il-fond tal-fondi u l-intermedjarju finanzjarju).

Il-kondiviżjoni tar-riskju fil-livell FI (l-allinjament ta' interessi)

L-allinjament ta' interessi bejn l-awtorità ta' ġestjoni, l-intermedjarju finanzjarju u l-istituzzjoni finanzjarja jinkiseb permezz:

Ir-riskju tal-kreditu proprju miżmum mill-istituzzjoni finanzjarja li fl-ebda każ ma jkun anqas minn 20 % fuq il-bażi ta' kull self.

L-istituzzjoni finanzjarja timpenja ruħha biex tibni portafoll ta' self ġdid bir-riżorsi proprji tagħha.

Il-vantaġġ finanzjarju tal-Garanzija b'Limitu Massimu jgħaddi kompletament lir-riċevitur finali tal-SMEs.

Tariffi tal-prestazzjoni għal intermedjarju finanzjarju kif previst mill-Artikoli 12 u 13 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 480/2014.

L-Istituzzjonijiet Finanzjarji u Intermedjarji Finanzjarji Eliġibbli

L-intermedjarji finanzjarji jkunu korpi pubbliċi u privati stabbiliti fi Stat Membru li huma awtorizzati legalment biex jipprovdu garanziji fuq self lil intrapriżi li joperaw fil-ġurisdizzjoni tal-programm li jikkontribwixxi għall-istrument finanzjarju.

L-istituzzjonijiet finanzjarji jkunu korpi pubbliċi u privati stabbiliti fl-Istati Membri li huma legalment awtorizzati li jipprovdu self lil intrapriżi li joperaw fil-ġurisdizzjoni tal-programm li jikkontribwixxi għall-istrument finanzjarju. Dawn il-korpi huma istituzzjonijiet finanzjarji, u, kif xieraq, istituzzjonijiet mikrofinanzjarji jew kull istituzzjoni oħra awtorizzata li tipprovdi self.

Ir-Riċevitur Finali tal-eliġibbiltà (riċevituri finali)

Ir-riċevituri finali jkunu eliġibbli skont il-liġi nazzjonali u tal-Unjoni, il-programm rilevanti, u l-ftehim ta' finanzjament. Ir-riċevituri finali jissodisfaw il-kriterji ta' eliġibbiltà li ġejjin fid-data tad-dokument li tagħti prova tal-garanzija tal-SME rilevanti, jiġifieri li l-impenn tal-garanzija:

a.

tkun intrapriża mikro, żgħira u medja (SMEs (inklużi intraprendituri individwali/persuni li jaħdmu għal rashom) kif definit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE (2).

b.

ma tkunx SME attiva fis-setturi definiti fil-punti (d)-(f) tal-Artikolu 1 tar-Regolament de minimis.

c.

ma tkunx parti minn wieħed jew aktar setturi ristretti (3).

d.

ma tkunx ditta f'diffikultà kif definit skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

e.

majkunux delinkwenti jew f'inadempjenza fir-rigward ta' kwalunkwe self jew kiri jew mogħti mill-intermedjarju finanzjarju jew minn istituzzjoni finanzjarja oħra skont il-verifiki magħmula skont linji gwida interni tal-intermedjarju finanzjarju tal-politika standard ta' kreditu.

Għalhekk, fil-mument tal-investiment u matul ir-rimborż tas-self garantit, ir-riċeventi finali jkollhom post irreġistrat għan-negozju f'xi Stat Membru u l-attività ekonomika li għaliha jkun ġie żborżat is-self li jkun jinsab fl-Istat Membru u r-Reġjun/il-Ġuriżdizzjoni rilevanti tal-programm tal-ESIF.

Il-karatteristiċi tal-prodott għar-riċevituri finali

L-istituzzjoni finanzjarja tagħti lir-riċevituri finali s-self li jikkontribwixxi lejn l-objettiv tal-programm u li huwa ggarantit mill-programm skont il-Portafoll ta' garanzija b'Limitu Massimu. It-termini tal-garanziji u tas-self ikunu msejsa fuq il-valutazzjoni ex-ante msemmija fl-Artikolu 37(2) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

Is-self jintuża esklussivament għall-iskopijiet permessi li ġejjin:

a.

Investimenti f'assi tanġibbli u intanġibbli inkluż it-trasferiment tad-drittijiet ta' proprjetà fl-impriżi sakemm tali trasferiment iseħħ bejn investituri indipendenti.

b.

Kapital ta' ħidma relatat ma' attivitajiet ta' żvilupp jew espansjoni li huma anċillari (u marbuta) ma' attivitajiet imsemmija f'(1) hawn fuq (li n-natura anċillari tagħhom tiġi evidenzjata, inter alia, bil-pjan tan-negozju tar-riċevitur finali u l-ammont ta' finanzjament).

Il-kriterji ta' eliġibbiltà li ġejjin jiġu ssodisfati f'kull ħin mis-self inkluż fil-portafoll:

c.

Is-self ikun oriġinat ġdid, bl-esklużjoni ta' rifinanzjament ta' self eżistenti.

d.

Il-parti ggarantita tas-self sottostanti inkluża fil-portafoll i) tkun sa EUR 1 500 000 fuq il-bażi ta' valutazzjoni ex-ante u ii) tkun ipprovduta taħt tali kundizzjonijiet li ma jikkawżawx il-GGE fir-rigward ta' kull benefiċjarju finali li jaqbeż il-EUR 200 000 (jew EUR 100 000 tat-trasport tal-merkanzija bit-triq u EUR 30 000 fis-setturi tas-sajd u tal-akkwakultura) matul kull perjodu ta' tliet snin fiskali. L-SMEs eliġibbli jistgħu potenzjalment japplikaw iktar minn darba għal self allokat fil-kuntest ta' dan l-istrument finanzjarju sakemm il-GGE msemmi hawn fuq il-limitu jiġi rispettat bis-sħiħ.

e.

Is-self jipprovdi finanzjament għal wieħed jew aktar skopijiet permessi f'EUR u/jew il-munita nazzjonali fil-ġurisdizzjoni rilevanti u, kif jista' jkun il-każ, f'kull munita oħra.

f.

Is-self ma jkunx f'forma ta' self intermedju, dejn subordinat jew kważi-ekwità.

g.

Is-self ma jkunx fil-forma ta' linji ta' kreditu rinovabbli.

h.

Ikollu skeda ta' rimborż, inkluża amortizzazzjoni regolari u/jew rimborż sħiħ ta' dejn pendenti (bullet payments).

i.

Is-self ma jiffinanzjax attivitajiet purament finanzjarji jew l-iżvilupp ta' proprjetà immobbli meta jitwettaq bħala attività ta' investiment finanzjarju u ma jiffinanzjax il-provvista ta' finanzi tal-konsumatur.

j.

Ikollu maturità minima ta' bejn 12-il xahar u maturità massima ta' 120 xahar.

Ir-rappurtar u r-riżultati fil-mira.

L-intermedjarji finanzjarji jipprovdu lill-awtorità ta' ġestjoni jew il-fond tal-fondi b'informazzjoni ta' mill-inqas tliet xhur f'forma standardizzata u l-ambitu.

Ir-rapport jinkludi l-elementi rilevanti kollha tal-awtorità ta' ġestjoni biex jissodisfaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

L-Istati Membri jissodisfaw ukoll l-obbligi tagħhom ta' rappurtar skont ir-Regolament de minimis.

L-indikaturi jridu jkunu allinjati mal-objettivi speċifiċi tal-prijorità rilevanti tal-programm tal-ESIF li qed jiffinanzja l-istrument finanzjarju u mar-riżultati mistennija tal-valutazzjoni ex ante. Dawn jitkejlu u jiġu rraportati mill-inqas kull tliet xhur għall-fond ta' garanzija u allinjati bħala minimu mar-rekwiżiti tar-regolament. Minbarra l-indikaturi komuni tal-assi prijoritarji tal-programm tal-ESIF (iż-żieda fl-impjiegi, l-għadd ta' SMEs,…), indikaturi oħra jinkludu:

 

In-numru ta' self garantit

 

Il-volum ta' self garantit

 

In-numru ta' self inadempjenti

 

Il-valur ta' self inadempjenti

 

Garanziji impenjati/imsejħa (numru, ammonti)

 

Riżorsi u qligħ mhux mitluba (eż. imgħax iġġenerat)

L-evalwazzjoni tal-benefiċċju ekonomiku tal-kontribuzzjoni tal-programm

Il-vantaġġ finanzjarju tal-kontribuzzjoni pubblika tal-programm lill-istrument jgħaddi kollu lir-riċevituri finali (il-benefiċċju tal-garanzija).

Il-vantaġġ finanzjarju għall-SMEs eliġibbli jkun evidenzjat permezz ta' tnaqqis tar-rata globali tal-imgħax mitlub mill-istituzzjoni finanzjarja u/jew tnaqqis ta' kollateral fuq self tal-SMEs ta' dan it-tip.

L-intermedjarju finanzjarju jimmonitorja u jirrapporta dwar il-GGE għal riċevituri finali kif imsemmi fit-Taqsima tal-għajnuna mill-Istat.

Dawn il-prinċipji jkunu riflessi fil-ftehimiet bejn l-awtorità ta' ġestjoni jew il-fond tal-fondi u l-intermedjarji finanzjarji u bejn l-intermedjarji finanzjarji u l-istituzzjonijiet finanzjarji li jibnu l-portafolli ta' self ġdid.


(1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1407/2013 tat-18 ta' Diċembru 2013 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis (ĠU L 352, 24.12.2013, p. 1).

(2)  Intrapriżi b'inqas minn 250 impjegat u b'fatturat ta' inqas minn EUR 50 miljun jew assi totali inqas minn EUR 43 miljun; kif ukoll li ma jappartjenux għal grupp li jaqbeż dawn il-limiti. Skont ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, impriża titqies li tkun kull entità involuta f'attività ekonomika, irrispettivament mill-forma legali tagħha.

(3)  Is-setturi ekonomiċi li ġejjin jissejħu flimkien bħala “setturi ristretti”:

a.

attivitajiet ekonomiċi illegali: kwalunkwe produzzjoni, kummerċ jew attività oħra, li hija illegali skont il-liġijiet jew ir-regolamenti tal-ġurisdizzjoni tad-domiċilju għal tali produzzjoni, kummerċ jew attività.

b.

It-tabakk u xorb alkoħoliku distillat. Il-produzzjoni u l-kummerċ tat-tabakk u xorb alkoħoliku distillat u prodotti relatati.

c.

Il-produzzjoni u l-kummerċ ta' armi u munizzjon: il-finanzjament tal-produzzjoni u l-kummerċ ta' armi u munizzjon ta' kull tip. Din ir-restrizzjoni ma tapplikax sa fejn dawn l-attivitajiet huma parti jew aċċessorju għal politiki espliċiti tal-Unjoni Ewropea.

d.

Każinojiet. Każinoijiet u intrapriżi ekwivalenti.

e.

Restrizzjonijiet fis-settur tal-IT. Applikazzjonijiet tar-riċerka, l-iżvilupp jew tekniċi relatati ma' programmi jew soluzzjonijiet ta' dejta elettronika, li (i) jimmiraw b'mod speċifiku: (a) li jappoġġaw kull attività inkluża fis-Setturi Ristretti li hemm referenza għalihom f'a sa d hawn fuq; (b) logħob tal-azzard fuq l-Internet u każinojiet onlajn; jew (c) pornografija, jew dawk li (ii) huma maħsuba biex jippermettu li illegalment (a) jidħlu f'netwerks ta' dejta elettronika; jew (b) iniżżlu dejta elettronika.

f.

Restrizzjonijiet fis-settur tax-xjenza tal-ħajja. Meta tipprovdi appoġġ għall-finanzjament tal-applikazzjonijiet tar-riċerka, l-iżvilupp jew teknika relatati ma': (i) ikklonjar tal-bniedem għal raġunijiet ta' riċerka jew terapewtiċi; jew (ii) Organiżmi Ġenetikament Modifikati (GMOs).


ANNESS IV

Is-self għall-effiċjenza fl-enerġija u l-enerġiji rinovabbli fis-settur tal-bini residenzjali (self għar-rinnovazzjoni)

Ir-rappreżentazzjoni skematika tal-prinċipju ta' self għar-rinnovazzjoni

Image

L-istruttura tal-istrument finanzjarju

Is-self għar-rinnovazzjoni jieħu l-forma ta' fond ta' self sabiex jitwaqqaf minn intermedjarju finanzjarju b'kontribuzzjonijiet mill-programm u l-intermedjarju finanzjarju nnifsu għall-finanzjament ta' portafoll ta' self oriġinat ġdid, bl-esklużjoni ta' rifinanzjament ta' self eżistenti.

Is-self għar-rinnovazzjoni jkun disponibbli, fil-qafas tal-operazzjoni li hija parti tal-assi prijoritarju definit fil-programm iffinanzjat mill-ESIF u definit fil-kuntest tal-valutazzjoni ex-ante meħtieġa fl-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013

L-għan tal-istrument

L-għan tal-istrument huwa li joffri self preferenzjali lil persuni fiżiċi u ġuridiċi jew professjonisti indipendenti li jkunu l-proprjetarji tal-bini (appartamenti, djar soċjali jew djar individwali), kif ukoll amministraturi jew korpi ġuridiċi oħra li jaġixxu f'isem u għall-benefiċċju tas-sidien sabiex jitwettqu xogħlijiet ta' rinnovazzjoni li huma eliġibbli għall-appoġġ tal-ESIF.

Il-kontribuzzjoni tal-programm tal-ESIF mill-awtorità ta' ġestjoni lil intermedjarju finanzjarju ma tonħoqx il-finanzjament disponibbli minn investituri privati jew pubbliċi oħra.

Il-programm tal-ESIF jipprovdi finanzjament lill-intermedjarju finanzjarju sabiex jibni portafoll ta' self ġdid iġġenerat, u b'mod parallel, jipparteċipa fit-telf/inadempjenzi u rkupri fuq is-self f'dan il-portafoll għal kull self u fl-istess proporzjon bħall-kontribuzzjoni tal-programm fl-istrument.

Fil-każ ta' fond tal-istruttura tal-fondi, il-fond tal-fondi jittrasferixxi l-kontribuzzjoni mill-programm tal-ESIF lill-intermedjarju finanzjarju.

Minbarra l-kontribuzzjoni tal-programm ESIF, il-fond tal-fondi jista' jipprovdi r-riżorsi tiegħu proprji li jingħaqdu mar-riżorsi tal-intermedjarju finanzjarju. Il-fond tal-fondi f'dan il-każ jieħu parti mir-riskju tal-kondiviżjoni pro-rata bejn id-diversi kontribuzzjonijiet fil-portafoll ta' self. Ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat jiġu rispettati wkoll fir-rigward ta' dawn ir-riżorsi, jekk dawn huma riżorsi pubbliċi.

L-implikazzjoni tal-għajnuna mill-Istat

Is-self għar-rinnovazzjoni jitfassal bħala strument mingħajr għajnuna mill-Istat, jiġifieri r-rimunerazzjoni konformi mas-suq sħiħ għall-intermedjarju finanzjarju, it-trasferiment sħiħ ta' vantaġġ finanzjarju mill-intermedjarju finanzjarju lir-riċevituri finali, u l-finanzjament ipprovdut lir-riċevituri finali huma skont ir-Regolament de minimis applikabbli.

(a)   L-għajnuna fil-livell tal-intermedjarju finanzjarju u l-fond tal-fondi tkun eskluża meta:

1.

l-intermedjarju finanzjarju u l-awtorità ta' ġestjoni jew il-fond tal-fondi jkollhom ir-responsabbiltà f'kull ħin tat-telf u l-benefiċċji proporzjonalment mal-kontribuzzjoni tagħhom (pro rata) u hemm parteċipazzjoni ekonomikament sinifikanti tal-intermedjarju finanzjarju fl-istrument ta' self għar-rinnovazzjoni, u

2.

Ir-rimunerazzjoni (jiġifieri l-kostijiet ta' ġestjoni u/jew tariffi) tal-intermedjarju finanzjarju u l-fond tal-fondi tirrifletti r-rimunerazzjoni attwali tas-suq f'sitwazzjonijiet kumparabbli, li huwa l-każ meta dawn ikunu ġew magħżula permezz ta' proċedura ta' għażla miftuħa, trasparenti, mhux diskriminatorja u oġġettiva, jew jekk ir-rimunerazzjoni tagħhom tkunx allinjata mal-Artikoli 12 u 13 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 480/2014 u l-ebda vantaġġi oħrajn ma jkunu ngħataw mill-Istat. Fejn il-fond tal-fondi jittrasferixxi biss il-kontribuzzjoni tal-ESIF lill-intermedjarju finanzjarju, u jkollu missjoni ta' interess pubbliku, u ma jagħmel l-ebda attività kummerċjali meta jimplimenta l-miżura, u ma jkunx qed jikkoinvesti r-riżorsi proprji tiegħu — għalhekk ma jitqiesx bħala benefiċjarju ta' għajnuna, — ikun biżżejjed li l-fond tal-fondi ma jingħatax kumpens żejjed, u

5.

Il-vantaġġ finanzjarju tal-kontribuzzjoni pubblika tal-programm lill-istrument jingħata kollu lid-destinatarji finali fil-forma ta' tnaqqis fir-rata tal-imgħax. Meta jintgħażel l-intermedjarju finanzjarju, l-awtorità ta' ġestjoni, f'konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 480/2014, tivvaluta l-politika tal-ipprezzar u l-metodoloġija biex tgħaddi l-vantaġġ finanzjarju lir-riċevituri finali.

Fejn l-intermedjarju finanzjarju ma jgħaddix il-vantaġġ finanzjarju kollu lir-riċevituri finali, il-kontribuzzjoni pubblika mhux imħallsa tiġi ttrasferita lura lill-awtorità ta' ġestjoni.

(b)   Għajnuna fil-livell ta' entità li taġixxi f'isem is-sidien (jiġifieri persuni fiżiċi u ġuridiċi, professjonisti indipendenti li jkunu proprjetarji ta'bini, amministraturi, korpi legali oħra):

L-għajnuna fil-livell ta' entità li taġixxi f'isem is-sidien tkun eskluża meta:

1.

l-entità ma tibbenefikax minn xi trasferimenti diretti ta' appoġġ pubbliku u

2.

l-entità tittrasferixxi l-vantaġġi finanzjarji kollha tal-kontribuzzjoni pubblika tal-programm lir-riċevituri finali

(c)   Fil-livell tas-sidien mingħajr jew b'attività ekonomika (persuna ġuridika jew professjonisti indipendenti, proprjetarji u sidien li jinstallaw enerġiji rinnovabbli, forniment ta' parti tal-enerġija prodotta mal-grilja):

Is-sidien li huma persuni fiżiċi u li mhumiex ikkunsidrati bħala impriżi minħabba li ma jeżerċitawx attività ekonomika mhumiex meqjusa bħala benefiċjarji ta' għajnuna tal-Istat.

Is-sidien b'attività ekonomika jikkwalifikaw bħala “impriża” u huma soġġetti għal regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. B'mod partikolari, dan ikun il-każ jekk dawn ikunu proprjetarji (kiri hija attività ekonomika) u fil-każ tal-installazzjoni ta' enerġiji rinnovabbli, jekk parti mill-enerġiji rinnovabbli prodotti jingħataw lin-netwerk (fil-provvista tal-enerġija biex il-grilja hija meqjusa bħala attività ekonomika).

Fil-livell tas-sidieni b'attività ekonomika, l-għajnuna tosserva r-regoli de minimis.

Għal kull self imdaħħal fiil-portafoll rigward is-sidien b'attività ekonomika, l-intermedjarju finanzjarju jikkalkula l-GGE bl-użu tal-metodoloġija ta' kalkolu li ġej:

Il-kalkolu tal-GGE = l-Ammont nominali tas-self (EUR) × (il-Kost tal-finanzjament (prattika standard) + il-Kost tar-riskju (prattika standard) – Kwalunkwe tariffa imposta mill-awtorità ta' ġestjoni fuq il-kontribuzzjoni tal-programm lill-intermedjarju finanzjarju) × Ħajja medja peżata tas-self (Snin) × Rata ta' kondiviżjoni tar-riskju.

Meta l-GGE jiġi kkalkolat permezz tal-formula msemmija hawn fuq, għall-finijiet tal-istrument ta' self għar-Rinnovazzjoni, ir-rekwiżit kif previst fl-Artikolu 4 tar-Regolament de minimis  (1) jitqies bħala ssodisfat. Ma hemm l-ebda rekwiżit minimu ta' kollateral.

Il-mekkaniżmu ta' verifika jiżgura li l-GGE maħdum bil-formula msemmija hawn fuq ma jkunx inqas mill-GGE maħdum skont l-Artikolu 4(3)(c) tar-Regolament de minimis.

L-ammont totali ta' għajnuna kkalkulat bil-GGE ma jistax ikun ta' iktar minn EUR 200 000 fuq perjodu fiskali ta' tliet snin b'kunsiderazzjoni tar-regola tal-kumulazzjoni għal riċevituri finali fir-Regolament de minimis.

L-għoti ta' appoġġ tekniku jew għajnuna oħra mogħtija lill-benefiċjarju finali jiġi akkumulat mal-GGE kkalkulat.

Il-politika ta' self

(a)   Żborżament mill-awtorità ta' ġestjoni jew il-fond tal-fondi lill-intermedjarju finanzjarju:

Wara l-iffirmar ta' ftehim ta' finanzjament bejn l-awtorità ta' ġestjoni u l-fond tal-fondi jew l-intermedjarju finanzjarju, l-awtorità rilevanti ta' ġestjoni tittrasferixxi kontribuzzjonijeit pubbliċi mill-programm lill-fond tal-fondi jew lill-intermedjarju finanzjarju li jqiegħed tali kontribuzzjonijiet f'fond ta' self għar-Rinnovazzjoni mfassal apposta. It-trasferiment isir f'porzjonijiet u jirrispetta l-limiti tal-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

Il-mira tal-volum ta' self u l-firxa tar-rata tal-imgħax tiġi kkonfermata fiil-valutazzjoni ex-ante skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u tittieħed f'kunsiderazzjoni sabiex tiġi determinata n-natura tal-istrument (strument rinovabbli jew mhux rinovabbli).

Il-limitu massimu tal-kondiviżjoni tar-riskji tal-istrument finanzjarju lejn ir-riċevituri finali jkun ta' 85 % (jiġifieri mill-inqas 15 % jiġi mogħti mill-fondi proprji tal-intermedjarju finanzjarju).

(b)   L-oriġini ta' portafoll ta' self ġdid:

L-intermedjarju finanzjarju jkun meħtieġ li joriġina f'perjodu limitat predeterminat ta' żmien li portafoll ta' self ġdid iffinanzjat skont ir-rata ta' kondiviżjoni tar-riskji miftiehma fil-ftehim ta' finanzjament (jiġifieri ffinanzjat minn (i) il-kontribuzzjoni tal-programm) (ii) il-fond proprju tal-intermedjarju finanzjarju).

Is-self eliġibbli definit minn qabel skont il-kriterji tal-eliġibbiltà fuq il-bażi ta' kull self u l-livell ta' portafoll jiġi awtomatikament inkluż fil-portafoll billi jitressqu avviżi ta' inklużjoni mill-inqas fuq bażi trimestrali.

L-intermedjarju finanzjarju jimplimenta l-politika tas-self b'mod konsistenti, speċjalment fir-rigward tal-kompożizzjoni tal-portafoll li jippermetti ġestjoni soda u diversifikazzjoni tar-riskju tal-portafoll tal-kreditu, waqt li jimmira li jnaqqas il-falliment tas-suq identifikat fil-valutazzjoni ex-ante (li tirreferi għall-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013) u filwaqt li jibqa' allinjat mal-interessi finanzjarji tal-awtorità ta' ġestjoni u l-objettivi tal-politika.

L-identifikazzjoni, l-għażla, id-diliġenza dovuta, id-dokumentazzjoni u t-twettiq ta' self lil riċevituri finali jiwettqu mill-intermedjarju finanzjarju skont il-proċeduri standard tiegħu u skont il-prinċipji stabbiliti fil-ftehim ta' finanzjament rilevanti.

(c)   L-użu mill-ġdid ta' riżorsi rimborżati għal strument finanzjarju:

Ir-riżorsi rimborżati lill-istrument finanzjarju jkunu jew użati mill-ġdid fl-istess strument finanzjarju (madwar l-istess strument finanzjarju) jew wara li jitħallsu lura lill-awtorità ta' ġestjoni jew il-fond tal-fondi jintużaw skont l-Artikolu 44 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

Meta ddur fi ħdan l-istess strument finanzjarju, bħala kwistjoni ta' prinċipji, l-ammonti li jistgħu jiġu attribwiti għall-appoġġ tal-ESIF u li huma rimborżati u/jew irkuprati mill-intermedjarju finanzjarju minn self lil riċevituri finali fil-perjodu ta' żmien għal investimenti li jsiru disponibbli għal użu ġdid fl-istess strument finanzjarju. Dan l-approċċ rinovabbli kif imsemmi fl-Artikoli 44 u 45 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jiġi inkluż fil-ftehim ta' finanzjament.

Alternattivament, jekk l-awtorità ta' ġestjoni jew il-fond tal-fondi jiġi rimborżat direttament, ir-rimborż isir b'mod regolari li jirrifletti (i) ir-ripagamenti prinċipali (fuq bażi pro rata fuq il-bażi ta' rata ta' kondiviżjoni tar-riskju) (ii) kwalunkwe ammonti rkuprati u tnaqqis tat-telf (skont ir-rata ta' kondiviżjoni tar-riskju), tas-self għar-rinnovazzjoni u (iii) kwalunkwe pagament tar-rata tal-imgħax. Dawn ir-riżorsi jkunu użati skont l-Artikoli 44 u 45 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

(d)   Irkupru ta' telf:

L-intermedjarju finanzjarju jieħu azzjonijiet ta' rkupru fir-rigward ta' kull self inadempjenti kofinanzjat mis-Self ta' rinnovazzjoni skont il-linji gwida intern u l-proċeduri tiegħu.

L-ammonti rkuprati mill-intermedjarju finanzjarju (nett ta' kostijiet ta' rkupru u ta' esklużjoni, jekk ikun hemm) jiġu allokati pro-rata skont il-kondiviżjoni tar-riskju bejn l-intermedjarju finanzjarju u l-awtorità ta' ġestjoni jew il-fond tal-fondi.

(e)   Oħrajn:

L-interessi u dħul ieħor iġġenerat minn appoġġ mill-Fondi tal-ESI lill-istrument finanzjarju, jintużaw skont l-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

Il-politika tal-ipprezzar

Meta jipproponi l-ipprezzar tiegħu, l-intermedjarju finanzjarju jippreżenta politika tal-ipprezzar u l-metodoloġija li jiggarantixxu li l-vantaġġ finanzjarju tal-kontribuzzjoni pubblika tal-programm jgħaddi bis-sħiħ lir-riċevituri finali. Il-politika tal-ipprezzar u l-metodoloġija tinkludi l-elementi li ġejjin:

1.

ir-rata tal-imgħax fuq il-parteċipazzjoni tal-intermedjarju finanzjarju tiġi stabbilita fuq il-bażi tas-suq (jiġifieri skont il-politika tal-intermedjarju finanzjarju stess),

2.

ir-rata globali tal-imgħax, li jiġi impost lir-riċevituri finali inklużi fil-portafoll, trid titnaqqas proporzjonalment mal-allokazzjoni pprovduta mill-kontribuzzjoni pubblika tal-programm. Fdan it-tnaqqis jiġu kkunsidrati t-tariffi li l-awtorità ta' ġestjoni tista' timponi fuq il-kontribuzzjoni tal-programm.

3.

Il-kalkolu tal-GGE kif ippreżentat fit-Taqsima dwar l-Għajnuna mill-Istat jiġi applikat fuq kull self inkluż fil-Portafoll.

4.

Il-politika tal-ipprezzar u l-metodoloġija għandha tibqa' kostanti matul il-perjodu tal-eliġibbiltà.

Il-kontribuzzjoni tal-programm għall-istrument finanzjarju: l-ammont u r-rata (id-dettalji tal-prodott)

L-allokazzjoni għal Self għar-rinnovazzjoni lil intermedjarji finanzjarji u l-inqas rata ta' kondiviżjoni tar-riskju għandhom ikunu bbażati fuq is-sejbiet ta' valutazzjoni ex-ante li jiġġustifikaw l-appoġġ għall-istrument finanzjarju (l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013) u b'kunsiderazzjoni tal-approċċ rinovabbli tal-istrument (jekk applikabbli).

Il-kontribuzzjoni tal-programm għall-istrument finanzjarju (attivitajiet)

Il-portafoll ta' self iffinanzjat mill-Istrument ta' self għar-rinnovazzjonijinkludi self oriġinat ġdid lir-riċevituri finali, bl-esklużjoni tar-rifinanzjament ta' self eżistenti. Il-kriterji ta' eliġibbiltà għall-inklużjoni fil-portafoll jiġu determinati skont il-liġi tal-Unjoni (eż. ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u r-regoli speċifiċi għall-Fondi), il-programm, ir-regoli nazzjonali ta' eliġibbiltà, u mal-intermedjarju finanzjarju bil-għan li jilħqu għadd kbir ta' riċevituri finali u jiksbu diversifikazzjoni tal-portafoll u l-omoġeneità suffiċjenti sabiex tkun tista' ssir stima raġonevoli tal-profil tar-riskju tal-portafoll. Dawn il-kriterji jirriflettu l-kundizzjonijiet u l-prassi tas-suq fil pajjiż jew reġjun rilevanti.

L-intermedjarju finanzjarjujintalab li jikkoopera ma' korpi reġjonali jew nazzjonali responsabbli biex jiġu pprovduti servizzi addizzjonali relatati mal-implimentazzjoni tal-proġetti ta' rinnovazzjoni, li tinkludi inter alia: servizzi ta' konsulenza; il-verifika u l-evalwazzjoni ta' tħejjija tal-proġett, il-kostruzzjoni, is-superviżjoni teknika u d-dokumenti tal-akkwist; l-evalwazzjoni tal-konformità ta' proġetti ta' rinnovazzjoni mal-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali; il-provvediment ta' appoġġ permezz ta' għotja, il-verifika u r-reġistrazzjoni tal-għajnuna mill-Istat.

Ir-responsabbiltà tal-awtorità ta' ġestjoni

Ir-responsabbiltà tal-awtorità ta' ġestjoni b'rabta mal-istrument finanzjarju tkun kif stabbilit fl-Artikolu 6 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 480/2014.

It-tul ta' żmien

Il-perjodu ta' self tal-istrument finanzjarju jiġi stabbilit sabiex jiġi żgurat li l-kontribuzzjoni tal-programm kif imsemmi fl-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tiġi użata għal self imħallas lir-riċevituri finali sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2023.

Is-self u l-kondiviżjoni tar-riskju fil-livell tal-intermedjarju finanzjarju (l-allinjament tal-interessi)

L-allinjament tal-interessi bejn l-awtorità ta' ġestjoni u l-intermedjarju finanzjarju jinkiseb permezz ta':

Tariffi tal-prestazzjoni kif previst mill-Artikoli 12 u 13 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 480/2014.

L-intermedjarju finanzjarju jrid jikkontribwixxi skont il-kundizzjonijiet tas-suq lokali għall-finanzjament b'mill-inqas 15 % tal-impenn tal-finanzjament totali għal self lir-riċevituri finali (li jippermetti d-determinazzjoni tar-rata tal-kondiviżjoni tar-riskju).

It-telf u l-irkupri jkollhom impatt pro-rata fuq l-intermedjarju finanzjarju u l-awtorità ta' ġestjoni fiir-responsabbiltà rispettiva tagħhom.

L-intermedjarji finanzjarji eliġibbli

Il-korpi pubbliċi u privati stabbiliti fi Stat Membru li jkunu legalment awtorizzati biex jipprovdu self ta' Rinnovazzjoni lil persuni li huma sidien ta' bini u intrapriżi li joperaw u li jkunu s-sidien ta'bini fil-ġurisdizzjoni tal-programm li jikkontribwixxu għall-istrument finanzjarju. Dawn il-korpi huma istituzzjonijiet finanzjarji, u bħala istituzzjonijiet mikrofinanzjarji xierqa jew kwalunkwe istituzzjoni oħra huma awtorizzati li jipprovdu self.

L-eliġibbiltà tar-riċevitur finali

Ir-riċevituri finali jkunu eliġibbli skont il-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali, il-prijorità rilevanti, u l-ftehim ta' finanzjament.

Ir-riċevituri finali jkunu persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew professjonisti indipendenti (attività ekonomika), kif ukoll amministraturi jew korpi ġuridiċi oħra li jaġixxu f'isem u għall-benefiċċju ta' sidien, li jkunu sidien ta' bini (appartament jew dar individwali) li jimplimentaw l-użu effiċjenti tal-enerġija jew miżuri ta' enerġiji rinnovabbli li huma eliġibbli skont ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u programmi ta' appoġġ.

Fir-regoli ta' eliġibbiltà skont il-programm u skont ir-regoli nazzjonali u tal-Unjoni, l-eżempji li ġejjin ta' tipi ta' xogħlijiet jistgħu jkunu eliġibbli:

Appoġġ tekniku għat-tħejjija tal-parti tal-proġett marbut mal-użu effiċjenti tal-enerġija jew il-miżuri tal-enerġiji rinnovabbli.

Il-kostijiet tal-implimentazzjoni tal-parti tal-proġett marbut mal-użu effiċjenti tal-enerġija jew il-miżuri tal-enerġiji rinnovabbli.

Tiswijiet maġġuri jew sostituzzjoni ta' sistemi ta' tisħin u ilma sħun:

Sostituzzjoni jew twaħħil mill-ġdid ta' sottostazzjon tat-tisħin jew il-post tal-bojler (bojlers individwali) kif ukoll tħejjija ta' sistemi tal-ilma sħun.

Installazzjoni ta' valvi ta' bilanċjar għal stands.

Titjib tal-iżolament tas-sħana għal pajpijiet.

Sostituzzjoni ta' pajpijiet u tagħmir tat-tisħin.

Installazzjoni ta' sistema ta' kejl ta' tisħin individwali u valvi termostatiċi f'appartamenti.

Sostituzzjoni jew twaħħil mill-ġdid ta' pajpijiet tas-sistema tal-ilma sħun u stallazzjonijiet.

Sostituzzjoni jew twaħħil mill-ġdid tas-sistema ta' ventilazzjoni.

Tibdil ta' twieqi u bibien tad-dħul.

Iżolament tas-saqaf, inkluża l-kostruzzjoni ta' sistema ġdida ta' bejt imżerżaq (għajr il-kostruzzjoni tal-bini fl-attiku).

Insulazzjoni ta' ħitan tal-faċċata.

Insulazzjoni ta' saqaf ta' kantina.

L-installazzjoni ta' sorsi ta' enerġija alternattivi (ix-xemx, ir-riħ, eċċ.).

Tiswijiet maġġuri jew sostituzzjoni ta' liftijiet bis-sostituzzjoni ta' liftijiet aktar effiċjenti fl-enerġija.

Sostituzzjoni jew tiswija tas-sistemi ta' inġinerija ta' użu komuni tal-bini (sistema ta' drenaġġ, installazzjonijiet elettriċi, installazzjonijiet tal-prevenzjoni tan-nar, pipelines tal-ilma tax-xorb u installazzjonijiet tas-sistema ta' ventilazzjoni).

Rigward ir-riċevituri finali, il-kriterji ta' eliġibbiltà li ġejjin japplikaw fil-każ ta' self lil riċevitur/sidien aħħari b'attività ekonomika taħt entità legali (pereżempju professjonisti indipendenti). Il-kriterji ta' eliġibbiltà jiġu ssodisfati fid-data tal-iffirmar tas-self:

a.

tkun intrapriża mikro, żgħira u ta' daqs medju (SMEs (inklużi intraprendituri individwali/persuni li jaħdmu għal rashom) kif definit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE.

b.

ma tkunx SME attiva fis-setturi definiti fil-punti (a) — (f) tal-Artikolu 1 tar-Regolament de minimis.

c.

ma tkunx parti minn settur wieħed jew aktar ristretti (2).

d.

ma tkunx ditta f'diffikultà kif definit mir-Regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

e.

ma jkunux delinkwenti jew f'inadempjenza fir-rigward ta' kull self jew kiri jew mogħti mill-intermedjarju finanzjarju jew minn istituzzjoni finanzjarja oħra skont il-verifiki magħmula b'konformità mal-linji gwida interni tal-intermedjarju finanzjarju tal-politika standard ta' kreditu.

Barra minn hekk, fil-mument tal-investiment u matul ir-rimborż tas-self, ir-riċeventi finali jkollhom post irreġistrat għan-negozju f'xi Stat Membru u l-attività ekonomika li għaliha jkun ġie żborżat is-self tkun tinsab fl-Istat Membru u r-Reġjun/l-Ġuriżdizzjoni rilevanti tal-programm tal-ESIF.

Il-karatteristiċi tal-prodott għar-riċevituri finali

L-intermedjarju finanzjarju jagħti lir-riċevituri finali self ġdid li jikkontribwixxi għall-objettiv tal-programm u li huwa kofinanzjat mill-programm taħt is-Self għar-rinnovazzjoni, bl-esklużjoni ta' rifinanzjament ta' self eżistenti. It-termini tagħhom ikunu msejsa fuq il-valutazzjoni ex ante msemmija fl-Artikolu 37(2) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

Il-maturità tas-Self għar-rinnovazzjoni tkun għal perjodu sa 20 sena.

L-ammont massimu ta' kull Self għar-rinnovazzjoni jkun stabbilit skont is-sejbiet tal-valutazzjoni ex-ante li jiġġustifikaw il-kontribuzzjoni tal-programm għall-istrument finanzjarju u jkun stabbilit fil-ftehim ta' finanzjament bejn l-awtorità ta' ġestjoni, il-fond tal-fondi u l-intermedjarju finanzjarju. L-ammont massimu għal kull self għal kull unità domestika ma jaqbiżx l-EUR 75 000 . Is-self għal amministratur ta' bini huwa t-total tal-unitajiet domestiċi individwali tal-bini.

L-istrument finanzjarju jista' jitlob mingħand ir-riċevituri finali jew l-amministraturi ta' proprjetà komuni li jaġixxu f'isem id-destinatarji finali, kontribuzzjoni ta' “fondi proprji”.

Is-Self għar-rinnovazzjoni jkun soġġett għal rata tal-imgħax fissa annwali u jinkludi ammortizzazzjoni regolari. Ir-rata tal-imgħax fuq il-parteċipazzjoni tal-intermedjarju finanzjarju tiġi stabbilita fuq il-bażi tas-suq. Ir-rata tal-imgħax applikabbli għas-self eliġibbli rilevanti inkluż fil-portafoll titnaqqas bil-proporzjon tal-kontribuzzjoni pubbika tal-programm favur ir-riċevituri finali.

Sussidju tar-rata ta' imgħax, kif stabbilit skont l-Artikolu 37(7) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, jista' jingħata lil unitajiet domestiċi bi dħul baxx jew lil unitajiet domestiċi vulnerabbli (3). Is-sussidju tar-rata massima ta' imgħax jikkorrispondi mar-rata ta' imgħax li titħallas minn unitajiet domestiċi bi dħul baxx jew unitajiet domestiċi vulnerabbli fuq il-kontribuzzjoni tal-intermedjarju finanzjarju f'kull self.

Ċerti kostijiet ta' appoġġ tekniku jistgħu jiġu inklużi fl-istrument finanzjarju fil-kuntest tal-Artikolu 37(7) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013. Irid jiġi pprovdut appoġġ għat-tħejjija tal-proġett biss (studji preparatorji u assistenza fit-tħejjija tal-investiment sad-deċiżjoni tal-investiment). Dawn il-kostijiet tal-appoġġ tekniku jkunu eliġibbli biss f'każ li Self għar-rinnovazzjoni jiġi ffirmat bejn l-intermedjarju finanzjarju u r-riċevituri finali u rrispettivament mill-entità li tipprovdi dawn is-servizzi (pereżempju irrispettivament minn jekk l-intermedjarju finanzjarju jipprovdix tali servizzi jew jinkisbux minn entità oħra).

Ir-rappurtar u r-riżultati fil-mira

L-intermedjarji finanzjarji jipprovdu lill-awtorità ta' ġestjoni jew il-fond tal-fondi b'informazzjoni mill-inqas kull tliet xhur f'forma standardizzata u l-ambitu.

Ir-rapport jinkludi l-elementi rilevanti kollha għall-awtorità ta' ġestjoni li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

L-Istati Membri jissodisfaw ukoll l-obbligi tagħhom ta' rappurtar skont ir-Regolament de minimis.

L-indikaturi jkunu allinjati mal-objettivi speċifiċi tal-prijorità rilevanti tal-programm tal-ESIF li qed jiffinanzja l-istrument finanzjarju u mar-riżultati mistennija tal-valutazzjoni ex ante. Dawn jitkejlu u jiġu rraportati mill-inqas kull tliet xhur għas-Self għar-rinnovazzjoni u allinjati bħala minimu mar-rekwiżiti tar-regolament. Minbarra l-indikaturi komuni tal-assi prijoritarju tal-programm tal-ESIF (numru ta' unitajiet domestiċi bi klassifikazzjoni mtejba tal-konsum tal-enerġija, tnaqqis stmat annwali ta' GHG…) indikaturi oħra jinkludu:

 

L-għadd u l-volum ta' self

 

Djar tal-familji rinnovati (metri kwadri)

 

Appartamenti rinnovati f'binjiet (metri kwadri).

 

Inadempjenzi (numru u ammonti)

 

Riżorsi rimborżati u qligħ

 

L-għadd u l-ammonti tal-appoġġ tekniku

 

L-għadd u l-ammonti ta' sussidji fuq ir-rata tal-imgħax.

L-evalwazzjoni tal-benefiċċju ekonomiku tal-kontribuzzjoni tal-programm

L-intermedjarju finanzjarju jnaqqas ir-rata effettiva tal-imgħax ġenerali (u l-politika kollaterali fejn xieraq) imposta fuq ir-riċevituri finali skont kull self eliġibbli inkluż fil-portafoll li jirrifletti l-kundizzjonijiet tal-kondiviżjoni tar-riskju u l- finanzjament favorevoli tas-Self għar-rinnovazzjoni.

Il-vantaġġ finanzjarju kollu tal-kontribuzzjoni pubblika tal-programm lill-istrument jiġi trasferit lir-riċevituri finali fil-forma ta' tnaqqis fir-rata tal-imgħax. L-intermedjarju finanzjarju jimmonitorja u jirrapporta dwar il-GGE għal riċevituri finali kif imsemmi fit-Taqsima dwar l-għajnuna mill-Istat. Il-prinċipju jkun rifless fil-ftehim ta' finanzjament bejn l-awtorità ta' ġestjoni jew il-fond tal-fondi u l-intermedjarju finanzjarju.


(1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1407/2013 tat-18 ta' Diċembru 2013 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis (ĠU L 352, 24.12.2013, p. 1).

(2)  Is-setturi ekonomiċi li ġejjin jissejħu b'mod globali bħala “setturi ristretti”.

a.

attivitajiet ekonomiċi illegali: kwalunkwe produzzjoni, kummerċ jew attività oħra, li hija illegali taħt il-liġijiet jew ir-regolamenti tal-ġurisdizzjoni tad-domiċilju għal tali produzzjoni, kummerċ jew attività.

b.

It-tabakk u xorb alkoħoliku distillat. Il-produzzjoni u l-kummerċ tat-tabakk u xorb alkoħoliku distillat u prodotti relatati.

c.

Il-produzzjoni u l-kummerċ ta' armi u munizzjon: il-finanzjament tal-produzzjoni u l-kummerċ ta' armi u munizzjon ta' kwalunkwe tip. Din ir-restrizzjoni ma tapplikax sa fejn dawn l-attivitajiet ikunu parti jew aċċessorju għal politiki espliċiti tal-Unjoni Ewropea.

d.

Każinojiet. Każinoijiet u intrapriżi ekwivalenti.

e.

Restrizzjonijiet fis-settur tal-IT. Applikazzjonijiet tar-riċerka, l-iżvilupp jew teknika relatati ma' programmi jew soluzzjonijiet ta' dejta elettronika, li (i) jimmiraw b'mod speċifiku: (a) li jappoġġaw kull attività inkluża fis-Setturi Ristretti li hemm referenza għalihom f'a sa d hawn fuq; (b) logħob tal-azzard fuq l-Internet u każinojiet onlajn; jew (c) pornografija, jew li (ii) huma maħsuba biex jippermettu li illegalment (a) jidħlu f'networks ta' dejta elettronika; jew (b) jniżżlu dejta elettronika.

f.

Restrizzjonijiet fis-settur tax-xjenza tal-ħajja. Fil-każ li jiġi pprovdut appoġġ għall-finanzjament tal-applikazzjonijiet tar-riċerka, l-iżvilupp jew teknika relatati ma': (i) ikklonjar tal-bniedem għal raġunijiet ta' riċerka jew terapewtiċi; jew (ii) Organiżmi Ġenetikament Modifikati (GMOs)

(3)  Kif definit fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/21/UE tal-20 ta' Diċembru 2011 bħala ċittadini żvantaġġati jew gruppi soċjalment inqas vantaġġati li minħabba restrizzjonijiet ta' solvenza ma jkunux jistgħu jakkwistaw akkomodazzjoni bil-kundizzjonijiet tas-suq.


12.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 271/45


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 965/2014

tal-11 ta’ Settembru 2014

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Settembru 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 KG)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MK

59,9

TR

64,5

ZZ

62,2

0707 00 05

TR

124,7

ZZ

124,7

0709 93 10

TR

123,3

ZZ

123,3

0805 50 10

AR

187,5

BR

100,4

CL

194,1

IL

182,0

UY

126,6

ZA

179,1

ZZ

161,6

0806 10 10

BR

163,2

EG

159,9

MA

157,9

TR

120,3

ZZ

150,3

0808 10 80

BA

50,7

BR

65,4

CL

74,2

NZ

120,1

US

129,1

ZA

101,1

ZZ

90,1

0808 30 90

CN

102,4

TR

132,3

XS

50,3

ZA

120,5

ZZ

101,4

0809 30

TR

134,9

ZZ

134,9

0809 40 05

MK

41,2

ZZ

41,2


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

12.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 271/47


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/658/PESK

tat-8 ta' Settembru 2014

li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-17 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/145/PESK. (1)

(2)

Fit-30 ta' Awwissu 2014, il-Kunsill Ewropew esprima t-tħassib tiegħu dwar il-ġlied li għaddej u li qiegħed dejjem jiżdied fil-Lvant tal-Ukraina u talab dispożizzjoni ġdida għall-elenkar ta' kull persuna u istituzzjoni relatata mal-gruppi separatisti fir-reġjun ta' Donbass.

(3)

Barra minn hekk, il-Kunsill iqis li persuni fiżiċi u ġuridiċi addizzjonali għandhom jinżdiedu mal-lista ta' persuni, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi kif tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK.

(4)

Fid-dawl tal-fatt li qed tkompli tiġi pperikolata u mhedda l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, id-Deċiżjoni 2014/145/PESK għandha tiġġedded għal sitt xhur oħra.

(5)

Id-Deċiżjoni 2014/145/PESK għandha tiġi emendata skont dan.

(6)

Hija meħtieġa aktar azzjoni mill-Unjoni sabiex dawn il-miżuri jiġu implimentati,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2014/145/PESK hija b'dan emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1(1) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jipprevjenu d-dħul fit-territorji tagħhom, jew it-transitu minnhom, ta':

(a)

persuni fiżiċi responsabbli għal, li jappoġġaw b'mod attiv jew li jimplimentaw, azzjonijiet jew politiki li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, jew l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukraina, jew li jostakolaw il-ħidma ta' organizzazzjonijiet internazzjonali fl-Ukraina, u persuni fiżiċi assoċjati magħhom;

(b)

persuni fiżiċi li jappoġġaw attivament, b'mod materjali jew finanzjarju, jew li jibbenefikaw minn, persuni Russi li jieħdu d-deċiżjonijiet responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea jew għad-destabbilizzazzjoni tal-Lvant tal-Ukraina; jew

(c)

persuni fiżiċi li jwettqu transazzjonijiet mal-gruppi separatisti fir-reġjun ta' Donbass fl-Ukraina,

kif elenkat fl-Anness.”

.

(2)

L-Artikolu 2(1) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lil, jew huma proprjetà ta', jew huma miżmuma jew ikkontrollati minn:

(a)

persuni fiżiċi responsabbli għal, li jappoġġaw b'mod attiv jew li jimplimentaw, azzjonijiet jew politiki li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, jew l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukraina, jew li jostakolaw il-ħidma ta' organizzazzjonijiet internazzjonali fl-Ukraina, u persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom;

(b)

persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi li jappoġġaw b'mod materjali jew finanzjarju, azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina;

(c)

persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi fil-Krimea jew Sevastopol li s-sjieda tagħhom tkun ġiet trasferita b'mod li jmur kontra l-liġi tal-Ukraina, jew persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi li jkunu bbenefikaw minn dan it-trasferiment;

(d)

persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi li jappoġġaw attivament, b'mod materjali jew finanzjarju, jew li jibbenefikaw minn, persuni Russi li jieħdu d-deċiżjonijiet, responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea jew għad-destabbilizzazzjoni tal-Lvant tal-Ukraina; jew

(e)

persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi li jwettqu transazzjonijiet mal-gruppi separatisti fir-reġjun ta' Donbass tal-Ukraina,

kif elenkat fl-Anness, għandhom jiġu ffriżati.”

.

(3)

L-Artikolu 6, it-tieni paragrafu, huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-15 ta' Marzu 2015.”

.

Artikolu 2

Il-persuni u l-entitajiet elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni għandhom jinżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Settembru 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

S. GOZI


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16).


ANNESS

Lista ta' persuni u entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 2

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

Alexander ZAKHARCHENKO

Александр Владимирович Захарченко

Imwieled fl-1976 f'Donetsk

Mis-7 t'Awwissu 'l hawn, ħa post Alexander Borodai bħala l-hekk imsejjaħ “Prim Ministru” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Fit-teħid u t-tħaddim ta' din il-kapaċità, Zakharchenko appoġġa azzjonijiet u politika li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina.

12.9.2014

2.

Vladimir KONONOV/magħruf ukoll bħala “Tsar”

Image

Imwieled fl-14.10.1974 f'Gorsky

Mill-14 t'Awwissu 'l hawn, ħa post Igor Strelkov/Girkin, bħala l-hekk imsejjaħ “Ministru tad-Difiża” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Hu maħsub li kkmanda diviżjoni ta' ġellieda separatisti f'Donetsk minn April 'l hawn u wiegħed li jsolvi l-kompitu strateġiku li jwaqqaf l-aggressjoni militari tal-Ukraina. Konokov b'hekk appoġġa azzjonijiet u politika li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina.

12.9.2014

3.

Miroslav Vladimirovich RUDENKO

Мирослав Владимирович Руденко

21.1.1983 f'Debalcevo

Kmandant tal-Milizzja tal-Poplu ta' Donbass. Huwa stqarr fost l-oħrajn li ser ikomplu l-ġlied tagħhom fil-bqija tal-pajjiż. Rudenko b'hekk appoġġa azzjonijiet u politika li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina.

12.9.2014

4.

Gennadiy Nikolaiovych TSYPKALOV

Геннадий Николаевич Цыпкалов.

Imwieled fis-6.21.1973

Ħa post Marat Bashirov bħala l-hekk imsejjaħ “Prim Ministru” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”. Qabel, kien attiv fl-Armata tal-milizzja tax-Xlokk. Tsyplakov b'hekk appoġġa azzjonijiet u politika li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina.

12.9.2014

5.

Andrey Yurevich PINCHUK

Андрей Юрьевич ПИНЧУК

 

“Ministru tas-Sigurtà Statali” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Assoċjat ma' Vladimir Antyufeyev, li huwa responsabbli għall-attivitajiet 'governattivi' separatisti tal-hekk imsejjaħ 'gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk'. Huwa b'hekk appoġġa azzjonijiet u politika li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina.

12.9.2014

6.

Oleg BEREZA

Олег БЕРЕЗА

 

“Ministru tal-Affarijiet Interni” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Assoċjat ma' Vladimir Antyufeyev, li huwa responsabbli għall-attivitajiet 'governattivi' separatisti tal-hekk imsejjaħ “Gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Huwa b'hekk appoġġa azzjonijiet u politika li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina.

12.9.2014

7.

Andrei Nikolaevich RODKIN

Андрей Николаевич Родкин

 

Rapprezentant f'Moska tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Fid-dikjarazzjonijiet tiegħu, tkellem fost l-oħrajn dwar kif il-milizzji jinsabu lesti jmorru għal gwerra tal-gwerillieri u s-sekwestru ta' sistemi ta' armi mill-forzi armati Ukraini. Huwa b'hekk appoġġa azzjonijiet u politika li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina.

12.9.2014

8.

Aleksandr KARAMAN

Александр караман

 

“Viċi Prim Ministru għall-Kwistjonijiet Soċjali” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Assoċjat ma' Vladimir Antyufeyev, li huwa responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “Gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Huwa b'hekk appoġġa azzjonijiet u politika li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina. Protett tal-Viċi Prim Ministru tar-Russja Dmitry Rogozin.

12.9.2014

9.

Georgiy L'vovich MURADOV

Георгий Львович Мурадов

Imwieled fid-19.11.1954

L-hekk imsejjaħ “Viċi Prim Ministru” tal-Krimea u Rapprezentant Plenipotenzjarju tal-Krimea għall-President Putin. Muradov qeda rwol importanti fil-konsolidazzjoni tal-kontroll istituzzjonali Russu fuq il-Krimea minn mindu saret l-annessjoni illegali. Huwa b'hekk appoġġa azzjonijiet u politika li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina.

12.9.2014

10.

Mikhail Sergeyevich SHEREMET

Михаил Сергеевич Шеремет

Imwieled fit-23.5.1971 f'Dzhankoy

L-hekk imsejjaħ “L-Ewwel Viċi Prim Ministru” tal-Krimea. Sheremet qeda rwol ewlieni fl-organizzazzjoni u l-implimentazzjoni tar-referendum tas-16 ta' Marzu fil-Krimea dwar l-unifikazzjoni mar-Russja. Fi żmien ir-referendum, kien hemm rapporti li Sheremet ikkmanda lill-“forzi ta' awtodifiża” favur Moska fil-Krimea. Huwa b'hekk appoġġa azzjonijiet u politika li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina.

12.9.2014

11.

Yuri Leonidovich VOROBIOV

Юрий Леонидович Воробьев

Imwieled fit-2.2.1948 fi Krasnoyarsk

Viċi Speaker tal-Kunsill tal-Federazzjoni tal-Federazzjoni Russa. Fl-1 ta' Marzu 2014 Vorobiov appoġġa pubblikament fil-Kunsill tal-Federazzjoni l-iskjerament ta' forzi Russi fl-Ukraina. Wara huwa vvota favur id-digriet relatat.

12.9.2014

12.

Vladimir Volfovich ZHIRINOVSKY

Владимир Вольфович Жириновски

Imwieled fl-10.6.1964 f'Eidelshtein, il-Kazakistan

Membru tal-Kunsill tad-Duma tal-Istat; mexxej tal-partit tal-LDPR. Huwa appoġġa b'mod attiv l-użu tal-Forzi Armati Russi fl-Ukraina u l-annessjoni tal-Krimea. Appella b'mod attiv biex l-Ukraina tinqasam. Iffirma f'isem il-partit tal-LDPR li jippresiedi ftehim mal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”.

12.9.2014

13.

Vladimir Abdualiyevich VASILYEV

Image

Imwieled fil-11.8.1949 fi Klin

Viċi Speaker tad-Duma tal-Istat. Fl-20 ta' Marzu 2014 ivvota favur l-abbozz tal-Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-Repubblika tal-Krimea u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta' suġġetti federali ġodda — ir-repubblika tal-Krimea u l-Belt ta' Status Federali Sevastopol”.

12.9.2014

14.

Viktor Petrovich VODOLATSKY

Виктор Петрович Водолацкий

Imwieled fid-19.8.1957 fir-Reġjun ta' Azov.

President (“ataman”) tal-Unjoni tal-Forzi Kosakki Russi u Barranin, u deputat tad-Duma tal-Istat. Huwa appoġġa l-annessjoni tal-Krimea u ammetta li l-Kosakki Russi kellhom involviment attiv fil-konflitt Ukrain fuq in-naħa tas-separatisti appoġġati minn Moska. Fl-20 ta' Marzu 2014 ivvota favur l-abbozz ta' Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-Repubblika tal-Krimea u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta' suġġetti federali ġodda — ir-repubblika tal-Krimea u l-Belt ta' Status Federali Sevastopol”.

12.9.2014

15.

Leonid Ivanovich KALASHNIKOV

Леонид Иванович Калашников

Imwieled fis-6.8.1960 fi Stepnoy Dvorets

L-Ewwel Viċi President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Barranin tad-Duma tal-Istat. Fl-20 ta' Marzu 2014 huwa vvota favur l-abbozz ta' Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-Repubblika tal-Krimea u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta' suġġetti federali ġodda — ir-repubblika tal-Krimea u l-Belt ta' Status Federali Sevastopol”.

12.9.2014

16.

Vladimir Stepanovich NIKITIN

Image

Imwieled fil-5.4.1948 f'Opochka

L-Ewwel Viċi President tal-Kumitat dwar ir-Relazzjonijiet mal-Pajjiżi tal-KSI, l-Integrazzjoni Ewro-asjatika u r-Rabtiet mal-Kompatrijotti tad-Duma tal-Istat. Fl-20 ta' Marzu 2014 ivvota favur l-abbozz ta' Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-Repubblika tal-Krimea u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta' suġġetti federali ġodda — ir-repubblika tal-Krimea u l-Belt ta' Status Federali Sevastopol”.

12.9.2014

17.

Oleg Vladimirovich LEBEDEV

Олег Владимирович Лебедев

Imwieled fil-21.3.1964 f'Orel/Rudny

L-Ewwel Viċi President tal-Kumitat dwar ir-Relazzjonijiet mal-Pajjiżi tal-KSI, l-Integrazzjoni Ewro-asjatika u r-Rabtiet mal-Kompatrijotti tad-Duma tal-Istat. Fl-20 ta' Marzu 2014 huwa vvota favur l-abbozz ta' Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-Repubblika tal-Krimea u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta' suġġetti federali ġodda — ir-repubblika tal-Krimea u l-Belt ta' Status Federali Sevastopol”.

12.9.2014

18.

Ivan Ivanovich MELNIKOV

Иван Иванович Мельников

Imwieled fis-7.8.1950f'Bogoroditsk

L-Ewwel Viċi Speaker, id-Duma tal-Istat. Fl-20 ta' Marzu 2014 huwa vvota favur l-abbozz ta' Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-Repubblika tal-Krimea u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta' suġġetti federali ġodda — ir-repubblika tal-Krimea u l-Belt ta' Status Federali Sevastopol”.

12.9.2014

19.

Igor Vladimirovich LEBEDEV

Игорь Владимирович Лебедев

Imwieled fis-27.9.1972 f'Moska

Viċi Speaker, id-Duma tal-Istat. Fl-20 ta' Marzu 2014 huwa vvota favur l-abbozz ta' Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-Repubblika tal-Krimea u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta' suġġetti federali ġodda — ir-repubblika tal-Krimea u l-Belt ta' Status Federali Sevastopol”.

12.9.2014

20.

Nikolai Vladimirovich LEVICHEV

Николай Владимирович Левичев

Imwieled fit-28.5.1953 f'Pushkin

Viċi Speaker, id-Duma tal-Istat. Fl-20 ta' Marzu 2014 huwa vvota favur l-abbozz ta' Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-Repubblika tal-Krimea u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta' suġġetti federali ġodda — ir-repubblika tal-Krimea u l-Belt ta' Status Federali Sevastopol”.

12.9.2014

21.

Svetlana Sergeevna ZHUROVA

Светлана Сергеевна Журова

Imwielda fis-7.1.1972 f'Pavlov-on-the-Neva

L-Ewwel Viċi President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Barranin, id-Duma tal-Istat. Fl-20 ta' Marzu 2014 hija vvotat favur l-abbozz ta' Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-Repubblika tal-Krimea u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta' suġġetti federali ġodda — ir-repubblika tal-Krimea u l-Belt ta' Status Federali Sevastopol”.

12.9.2014

22.

Aleksey Vasilevich NAUMETS

Алексей Васильевич Hаумец

Imwieled fil-11.2.1968

Maġġur Ġeneral tal-Armata Russa. Huwa l-kmandant tas-76 diviżjoni tal-ajru li kienet involuta fil-preżenza militari Russa fit-territorju tal-Ukraina, partikolarment waqt l-annessjoni illegali tal-Krimea.

12.9.2014

23.

Sergey Viktorovich CHEMEZOV

Image

Imwieled fl-20.8.1952f'Cheremkhovo

Sergei Chemezov huwa wieħed minn dawk magħrufa bħala assoċjati mill-qrib mal-President Putin, it-tnejn kienu uffiċjali tal-KGB stazzjonati fi Dresden u huwa membru tal-Kunsill Suprem tar-“Russja Magħquda”. Huwa qiegħed igawdi mir-rabtiet tiegħu mal-President Russu billi ġie promoss għal karigi għoljin f'kumpanniji kkontrollati mill-Istat. Huwa jippresiedi l-konglomerat ta' Rostec, il-korporazzjoni tad-difiża u l-manifattura industrijali ewlenija Russa kkontrollata mill-Istat. Wara deċiżjoni tal-gvern Russu, Technopromexport, sussidjarja ta' Rostec, qed tippjana li tibni impjanti tal-enerġija fil-Krimea u b'hekk tappoġġa l-integrazzjoni tagħha fil-Federazzjoni Russa.

Barra minn hekk, Rosoboronexport, sussidjarja ta' Rostec, appoġġat l-integrazzjoni ta' kumpanniji tad-difiża mill-Krimea fl-industrija tad-difiża tar-Russja, u b'hekk ikkonsolidat l-annessjoni illegali tal-Krimea fil-Federazzjoni Russa.

12.9.2014

24.

Alexander Mikhailovich BABAKOV

Aлександр Михайлович Бабаков

Imwieled fit-8.2.1963 f'Chisinau

Deputat tad-Duma tal-Istat, President tal-Kummissjoni tad-Duma tal-Istat dwar id-Dispożizzjonijiet Leġislattivi għall-Iżvilupp tal-Kumpless Industrijali Militari tal-Federazzjoni Russa. Huwa membru prominenti tar-“Russja Magħquda” u negozjant b'investimenti kbar fl-Ukraina u l-Krimea.

Fl-20 ta' Marzu 2014 huwa vvota favur l-abbozz ta' Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-Repubblika tal-Krimea u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta' suġġetti federali ġodda — ir-repubblika tal-Krimea u l-Belt ta' Status Federali Sevastopol”.

12.9.2014


12.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 271/54


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/659/PESK

tat-8 ta' Settembru 2014

li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-31 ta' Lulju 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/512/PESK (1).

(2)

Fit-30 ta' Awwissu 2014, il-Kunsill Ewropew ikkundanna l-influssi dejjem ikbar ta' ġellieda u armi mit-territorju tal-Federazzjoni Russa fil-Lvant tal-Ukraina u l-aggressjoni tal-forzi armati Russi fl-art Ukraina.

(3)

Il-Kunsill Ewropew appella għal ħidma preparatorja dwar proposti li għandhom isiru sabiex ikunu jistgħu jittieħdu passi ulterjuri sinifikanti fid-dawl tal-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni fuq il-post.

(4)

Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni, il-Kunsill jikkunsidra adatt il-fatt li għandhom jittieħdu miżuri restrittivi ulterjuri b'reazzjoni għall-azzjonijiet tar-Russja li qed jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina.

(5)

F'dan il-kuntest, huwa xieraq li tiġi estiża l-projbizzjoni fir-rigward ta' ċerti strumenti finanzjarji. Restrizzjonijiet addizzjonali dwar aċċess għas-suq tal-kapital għandhom jiġu imposti fir-rigward ta' istituzzjonijiet finanzjarji Russi li jappartjenu lill-Istat, ċerti entitajiet Russi fis-settur tad-difiża, u ċerti entitajiet Russi li l-kummerċ ewlieni tagħhom huwa l-bejgħ jew it-trasport taż-żejt. Dawn il-projbizzjonijiet ma jaffettwawx is-servizzi finanzjarji mhux imsemmija fl-Artikolu 1. Is-self għandu jiġi kkunsidrat self ġdid biss jekk ikun miġbud wara t-12 ta' Settembru 2014.

(6)

Barra minn hekk, għandu jiġi pprojbit il-bejgħ, il-forniment jew it-trasferiment ta' prodotti b'użu doppju lil ċerti persuni, entitajiet jew korpi fir-Russja.

(7)

Barra dan, għandu jiġi pprojbit il-forniment ta' servizzi neċessarji għall-esplorazzjoni u l-produzzjoni taż-żejt fl-ilmijiet fondi, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni taż-żejt fl-Artiku jew proġetti taż-żejt tax-shale.

(8)

Hija meħtieġa azzjoni ulterjuri mill-Unjoni sabiex jiġu implimentati ċerti miżuri,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2014/512/PESK hija b'dan emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 1

1.   Il-bejgħ jew ix-xiri b'mod dirett jew indirett, il-forniment b'mod dirett jew indirett ta' servizzi ta' investiment jew l-assistenza fil-ħruġ, jew kwalunkwe negozjar ieħor ta' bonds, ekwità jew strumenti finanzjarji simili b'maturità li taqbeż id-90 jum, maħruġa wara l-1 ta' Awwissu 2014 sat-12 ta' Settembru 2014, jew b'maturità li taqbeż it-30 jum, maħruġa wara t-12 ta' Settembru 2014 minn:

(a)

istituzzjonijiet ta' kreditu jew istituzzjonijiet tal-iżvilupp finanzjarju ewlenin stabbiliti fir-Russja b'aktar minn 50 % sjieda pubblika jew kontroll pubbliku fl-1 ta' Awwissu 2014, kif elenkati fl-Anness I;

(b)

kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp stabbiliti barra l-Unjoni li aktar minn 50 % minnhom huma proprjetà ta' entità elenkata fl-Anness I; jew

(c)

kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp li jaġixxu f'isem jew fuq ordni ta' entità fil-kategorija msemmija fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu jew elenkata fl-Anness I;

għandhom ikunu pprojbiti.

2.   Il-bejgħ jew ix-xiri b'mod dirett jew indirett, il-provvista b'mod dirett jew indirett ta' servizzi ta' investiment, jew l-assistenza fil-ħruġ, jew kwalunkwe negozjar ieħor ta' bonds, ekwità jew strumenti finanzjarji simili b'maturità li taqbeż it-30 jum, maħruġa wara t-12 ta' Settembru 2014 minn:

(a)

entitajiet stabbiliti fir-Russja involuti b'mod predominanti u b'attivitajiet kbar fil-konċepiment, il-produzzjoni, il-bejgħ jew l-esportazzjoni ta' tagħmir jew servizzi militari, kif elenkat fl-Anness II, bl-eċċezzjoni ta' entitajiet li huma attivi fis-setturi tal-ispazju u l-enerġija nukleari;

(b)

entitajiet stabbiliti fir-Russja li huma kkontrollati pubblikament jew b'sjieda pubblika ta' aktar minn 50 % li għandhom assi totali stmati ta' aktar minn triljun rublu Russu u li tal-inqas 50 % tad-dħul stmat tagħhom joriġina mill-bejgħ jew it-trasport ta' prodotti taż-żejt mhux maħdum jew ta' prodotti petroliferi fit-12 ta' Settembru 2014, kif elenkat fl-Anness III;

(c)

kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp stabbilit barra l-Unjoni li aktar minn 50 % minnhom huma proprjetà ta' entità msemmija fil-punti (a) u (b); jew

(d)

kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp li jaġixxu f'isem, jew taħt id-direzzjoni, ta' entità fil-kategorija msemmija fil-punt (c) jew elenkata fl-Anness II jew III,

għandhom ikunu pprojbiti.

3.   Għandu jkun ipprojbit li, b'mod dirett jew indirett, wieħed jagħmel jew ikun parti minn arranġament biex jagħmel self jew kreditu ġdid b'maturità li taqbeż it-30 jum lil kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp imsemmi fil-paragrafu 1 jew 2, wara t-12 ta' Settembru 2014 ħlief self jew kreditu li jkollu objettiv speċifiku u dokumentat li jipprovdi finanzjament għal-importazzjoni jew l-esportazzjoni mhux projbita ta' prodotti u ta' servizzi mhux finanzjarji bejn l-Unjoni u r-Russja jew għal self li jkollu objettiv speċifiku u dokumentat li jipprovdi finanzjament ta' emerġenza biex jissodisfa kriterji ta' solvenza u likwidità għal persuni ġuridiċi stabbiliti fl-Unjoni, li d-drittijiet proprjetarji tagħhom jappartjenu għal aktar minn 50 % lil entità msemmija fl-Anness I.”

.

(2)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 3a

1.   Il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni diretti jew indiretti ta' prodotti u teknoloġija b'użu doppju kif inklużi fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 428/2009 lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fir-Russja kif elenkat fl-Anness IV għal din id-Deċiżjoni minn ċittadini ta' Stati Membri jew mit-territorji ta' Stati Membri jew bl-użu tal-bastimenti jew l-inġenji tal-ajru tal-bandiera tagħhom, għandhom ikunu pprojbiti sew jekk joriġinaw mit-territorju tagħhom kif ukoll jekk le.

2.   Għandu jkun ipprojbit:

(a)

li jingħataw għajnuna teknika, servizzi ta' senserija jew servizzi oħrajn relatati mal-prodotti jew teknoloġija stabbiliti fil-paragrafu 1 u l-forniment, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta' dawn il-prodotti u t-teknoloġija, b'mod dirett jew indirett lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fir-Russja, kif elenkat fl-Anness IV;

(b)

li jingħataw finanzjament jew għajnuna finanzjarja relatati mal-prodotti u t-teknoloġija msemmija fil-paragrafu 1, inkluż b'mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni, għal kwalunkwe bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta' dawn il-prodotti jew teknoloġija, jew għall-għoti ta' għajnuna teknika relatata, servizzi ta' senserija jew servizzi oħra, b'mod dirett jew indirett lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fir-Russja, kif elenkat fl-Anness IV.

3.   Il-projbizzjonijiet fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni ta' kuntratti jew ftehimiet konklużi qabel it-12 ta' Settembru 2014 u għall-forniment tal-assistenza neċessarja għall-manutenzjoni u s-sikurezza tal-kapaċitajiet eżistenti fl-UE.

4.   Il-projbizzjonijiet fil-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għall-esportazzjoni, il-bejgħ, il-forniment jew it-trasferimenti ta' prodotti u teknoloġija b'użu doppju għall-industrija tal-ajrunawtika u tal-ispazju, jew il-forniment ta' għajnuna teknika jew finanzjarja relatata, għall-użu mhux militari u għal utent aħħari mhux militari, kif ukoll għall-manutenzjoni u s-sikurezza tal-kapaċitajiet nukleari ċivili eżistenti fi ħdan l-UE, għall-użu mhux militari u għal utent aħħari mhux militari.”

.

(3)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 4a

1.   Il-forniment dirett jew indirett ta' servizzi assoċjati neċessarji għall-esplorazzjoni u l-produzzjoni taż-żejt fl-ilmijiet fondi, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni taż-żejt fl-Artiku jew proġetti taż-żejt tax-shale fir-Russja, minn ċittadini ta' Stati Membri, jew mit-territorji ta' Stati Membri, jew bl-użu ta' bastimenti jew inġenji tal-ajru taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri, għandhom ikunu pprojbiti.

2.   Il-projbizzjoni stipulata fil-paragrafu 1 għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni ta' kuntratti jew ftehimiet qafas konklużi qabel it-12 ta' Settembru 2014 jew kuntratti anċillari neċessarji għall-eżekuzzjoni ta' tali kuntratti.

3.   Il-projbizzjoni stipulata fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika fejn is-servizzi inkwistjoni jkunu neċessarji għall-prevenzjoni jew il-mitigazzjoni urġenti ta' xi avveniment li probabbilment ikollu impatt serju u sinifikanti fuq is-saħħa u s-sikurezza tal-bniedem jew l-ambjent.”

.

4.

L-Artikolu 7(1)(a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(a)

entitajiet imsemmijin fil-punt (b) jew (c) tal-Artikolu 1(1) u fil-punt (c) jew (d) tal-Artikolu 1(2), jew elenkati fl-Anness I, II, III jew IV.”

.

5.

L-Artikolu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 8

Il-parteċipazzjoni, konxja jew intenzjonali, f'attivitajiet li għandhom l-objettiv jew l-effett li jevitaw il-projbizzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 1 sa 4a, inkluż l-aġir bħala sostitut għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 1, għandha tkun ipprojbita.”

.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Settembru 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

S. GOZI


(1)  Id-Deċiżjoni 2014/512/PESK tal-31 ta' Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU L 229. 31.7.2014, p. 13).


ANNESS

1.

L-Anness għad-Deċiżjoni 2014/512/PESK tingħata l-isem il-ġdid ta' Anness I;

2.

L-Annessi li ġejjin huma miżjuda:

ANNESS II

LISTA TA' PERSUNI ĠURIDIĊI, ENTITAJIET JEW KORPI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1(2)(a)

 

OPK OBORONPROM

 

UNITED AIRCRAFT CORPORATION

 

URALVAGONZAVOD

ANNESS III

LISTA TA' PERSUNI ĠURIDIĊI, ENTITAJIET JEW KORPI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1(2)(b)

 

ROSNEFT

 

TRANSNEFT

 

GAZPROM NEFT

ANNESS IV

LISTA TA' PERSUNI ĠURIDIĊI, ENTITAJIET JEW KORPI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 3a

 

JSC Sirius (optoelettronika għal skopijiet ċivili u militari)

 

OJSC Stankoinstrument (inġinerija mekkanika għal skopijiet ċivili u militari)

 

OAO JSC Chemcomposite (materjali għal skopijiet ċivili u militari)

 

JSC Kalashnikov (armi ta' kalibru żgħir)

 

JSC Tula Arms Plant (sistemi tal-armi)

 

NPK Technologii Maschinostrojenija (munizzjon)

 

OAO Wysokototschnye Kompleksi (sistemi kontra l-inġenji tal-ajru u t-tankijiet tal-gwerra)

 

OAO Almaz Antey (impriża tal-istat; armi, munizzjon, riċerka)

 

OAO NPO Bazalt (impriża tal-istat, produzzjoni ta' makkinarju għall-produzzjoni ta' armi u munizzjon)

”.

12.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 271/58


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-11 ta' Settembru 2014

dwar il-ftehim fuq mudell ta' finanzjament għall-kontribuzzjoni tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali għal strumenti finanzjarji konġunti illimitati ta' garanzija u ta' titolizzazzjoni favur impriżi żgħar u ta' daqs medju

(2014/660/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (1), u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 39(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kriżi finanzjarja affettwat impriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) fl-Unjoni Ewropea mill-2009 minħabba, fost affarijiet oħra, id-diżingranaġġ li sar mill-banek Ewropej fil-karti tal-bilanċ tagħhom biex ikunu konformi mar-rekwiżiti kapitali mnaqqxa fid-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (2) kif ukoll ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (3). Sabiex jiġu indirizzati l-fallimenti tas-suq potenzjali li jirriżultaw għal servizzi finanzjarji u strumenti finanzjarji għall-SMEs, il-Kunsill Ewropew ta mandat lill-Kummissjoni biex tesplora opzjonijiet biex ikunu disponibbli strumenti finanzjarji għall-SMEs f'livell pan-Ewropew.

(2)

Il-Kummissjoni, flimkien mal-Bank Ewropew għall-Investiment (BEI), ikkonkludiet f'Diċembru 2013 eżerċizzju ta' valutazzjoni ex-ante li minnu ħareġ li jeżisti falliment tas-suq fil-provvista ta' finanzi għall-SMEs vijabbli fl-Unjoni Ewropea kompriżi f'firxa stmata minn 20 sa 112-il biljun euro. (4)

(3)

Il-valutazzjoni ex-ante enfasizzat l-importanza ta' reazzjoni rapida għall-kriżi finanzjarja kif taffettwa lill-SMEs, fil-kuntest ta' sforz Ewropew konġunt biex tingħata ħajja mill-ġdid lill-kanal imblukkat tal-kreditu għall-SMEs, jiġi stimulat it-tkabbir ekonomiku u tiġi miġġielda l-frammentazzjoni tas-suq intern rigward l-aċċess tal-SMEs għal kreditu.

(4)

Parti minn din ir-reazzjoni hija li jinfetħu twieqi speċifiċi fi ħdan strumenti finanzjarji stabbiliti fil-livell tal-Unjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 1287/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Programm għall-Kompetittività tal-intrapriżi u l-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju (COSME) (2014-2020) u li jħassar id-Deċiżjoni 1639/2006/KE (5) kif ukoll ir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE. (6)

(5)

Peress li l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (UE) Nru 1287/2013 (COSME) u l-Artikoli 20 u 21 tar-Regolament (UE) Nru 1291/2013 li jistabbilixxi Orizzont 2020 espliċitament għandhom l-għan li jiżguraw il-komplementarjetà u s-sinerġiji mal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (il-Fondi SIE), parti oħra tar-reazzjoni hija li l-Istati Membri jitħallew jużaw il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) sabiex jipprovdu kontribuzzjoni finanzjarja lil dawn l-istrumenti finanzjarji stabbiliti fil-livell tal-Unjoni skont l-Artikolu 39(2) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

(6)

Dawn l-istrumenti finanzjarji stabbiliti fil-livell tal-Unjoni huma ġestiti indirettament mill-Kummissjoni bil-kompiti implimentattivi mogħtija lill-BEI jew lill-FEI skont l-Artikolu 58(1)(c)(iii) u l-Artikolu 139(4) Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (7) fir-rigward ta' strumenti finanzjarji bla limitu ta' garanzija u ta' titolizzazzjoni favur l-SMEs. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni jkollha tikkonkludi ftehimiet ta' delega mal-BEI jew mal-Fond Ewropew tal-Investiment (FEI).

(7)

Fil-każ li Stat Membru jagħmel użu mill-possibbiltà li jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja mir-riżorsi tal-FEŻR u tal-FAEŻR għall-istrumenti finanzjarji stabbiliti fil-livell tal-Unjoni, l-Artikolu 39(4)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jirrikjedi li l-Istati Membri parteċipanti jikkonkludu ftehim ta' finanzjament mal-BEI jew mal-FEI.

(8)

L-istrumenti finanzjarji stabbiliti fil-livell tal-Unjoni jistgħu jagħtu r-rispons rapidu mixtieq jekk il-funzjonament tagħhom ikun jissodisfa żewġ kundizzjonijiet. L-ewwel nett, irid ikun hemm kundizzjonijiet uniformi u trattament ugwali għal, u fost, l-Istati Membri parteċipanti fl-użu tar-riżorsi tal-FEŻR u tal-FAEŻR. It-tieni, il-kundizzjonijiet għall-kontribuzzjoni ta' riżorsi tal-FEŻR u tal-FAEŻR skont kwalunkwe ftehim ta' finanzjament individwali li jiġi assunt minn Stati Membri parteċipanti u l-BEI jew l-FEI u l-kondizzjonijiet li jkunu jinsabu fil-ftehimiet ta' delega rigward sorsi oħra taħt COSME u Orizzont 2020 iridu jkunu konsistenti. L-aħjar mod biex tiġi żgurata l-konformità ma' dawn il-kundizzjonijiet huwa li jkun hemm mudell tal-ftehim ta' finanzjament, disponibbli għat-tnejn, kemm għall-Istati Membri parteċipanti kif ukoll għall-BEI jew għall-FEI. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġi stabbilit mudell tal-ftehim ta' finanzjament.

(9)

Sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni effiċjenti ta' riżorsi tal-FEŻR u tal-FAEŻR ikkonċernati, il-mudell tal-ftehim ta' finanzjament għandu jinkludi, fost l-oħrajn, kompiti u obbligi tal-BEI jew tal-FEI bħal ma huma remunerazzjoni, ingranaġġ minimu li għandu jinkiseb f'mumenti definiti b'mod ċar, kundizzjonijiet għall-ħolqien ta' finanzjar għad-debitu għall-benefiċċju tal-SMEs, dispożizzjonijiet rigward attivitajiet mhux eliġibbli u kriterji ta' esklużjoni, skeda ta' pagamenti tal-FEŻR u l-FAEŻR lill-istrument finanzjarju, penali fl-eventwalità ta' nuqqas ta' kisba tar-riżultati mill-intermedjarji finanzjarji kkonċernati, dispożizzjonijiet dwar l-għażla ta' intermedjarji finanzjarji, dispożizzjonijiet dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar, il-verifika u l-viżibbiltà tal-istrumenti finanzjarji u kundizzjonijiet għat-terminazzjoni tal-ftehim.

(10)

Sabiex tkun tista' ssir l-applikazzjoni f'waqtha tal-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni, din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffċjali tal-Unjoni Ewropea.

(11)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta' Koordinazzjoni għall-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment stabbilit permezz tal-Artikolu 150(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-mudell tal-ftehim ta' finanzjament għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali għal strumenti finanzjarji konġunti illimitati ta' garanzija u ta' titolizzazzjoni favur impriżi żgħar u ta' daqs medju, li għandu jiġi konkluż bejn il-Bank Ewropew tal-Investiment u l-Fond Ewropew tal-Investiment u kull Stat Membru parteċipanti jinsab fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Settembru 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320.

(2)  ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338.

(3)  ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.

(4)  Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni, SWD(2013) 517 finali.

(5)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 33.

(6)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 104.

(7)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.


ANNESS

(L-AWTORITÀ MANIĠERJALI TAL-ISTAT MEMBRU LI QED JIPPARTEĊIPA FL-INIZJATTIVA SME)

u

(IL-FOND EWROPEW TAL-INVESTIMENT)/(IL-BANK EWROPEW TAL-INVESTIMENT)

MUDELL TA' FTEHIM TA' FINANZJAMENT

Werrej

Artikolu 1

Definizzjonijiet u Interpretazzjoni

Artikolu 2

Għan u Kamp ta' Applikazzjoni ta' dan il-Ftehim ta' Finanzjament

Artikolu 3

Kriterji ta' eliġibbiltà u ta' esklużjoni tal-Finanzjament Permezz ta' Self Ġdid

Artikolu 4

Il-prinċipji ġenerali marbutin mal-implimentazzjoni u l-ġestjoni tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati

Artikolu 5

Objettivi u Deskrizzjoni tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati

Artikolu 6

Kopertura Territorjali

Artikolu 7

Effett ta' Ingranaġġ Minimu, Miri u Penali

Artikolu 8

Kompiti u obbligi tal-FEI

Artikolu 9

Għażla tal-Intermedjarji Finanzjarji u l-Ftehimiet Operattivi

Artikolu 10

Governanza

Artikolu 11

Kontribuzzjoni tal-Istat Membru

Artikolu 12

Kontribuzzjoni tal-FEI

Artikolu 13

Kont(ijiet) tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati u l-Ġestjoni tal-Assi tat-Teżorerija

Artikolu 14

Spejjeż u Tariffi ta' Ġestjoni

Artikolu 15

Governanza

Artikolu 16

Rappurtar operattiv u finanzjarju

Artikolu 17

Awditi, Kontrolli u Monitoraġġ

Artikolu 18

Evalwazzjoni

Artikolu 19

Akkwist ta' prodotti, xogħlijiet u servizzi

Artikolu 20

Viżibbiltà

Artikolu 21

Pubblikazzjoni ta' informazzjoni dwar l-Intermedjarji Finanzjarji u r-Riċevituri Finali

Artikolu 22

Assenjazzjoni

Artikolu 23

Responsabbiltà

Artikolu 24

Il-Liġi li tirregola u l-Ġurisdizzjoni

Artikolu 25

Effettività — Terminazzjoni

Artikolu 26

Avviżi u Komunikazzjonijiet

Artikolu 27

Emendi u mixxellanji

Artikolu 28

Annessi

Anness 1

Dokument dwar il-kundizzjonijiet għat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati

Anness 2

Kriterji ta' esklużjoni għall-Intermedjarji Finanzjarji u r-Riċevituri Finali u kriterji ta' eliġibbiltà għall-Kontribuzzjoni tal-UE (li għandhom jiġu parzjalment ipprovduti skont il-Ftehimiet ta' Finanzjament speċifiċi)

Anness 3

Talba għal Pagament (li għandha tiġi pprovduta skont il-Ftehimiet ta' Finanzjament speċifiċi)

Anness 4

Linji gwida dwar il-Ġestjoni tal-Assi tat-Teżorerija (li għandha tiġi pprovduta skont il-Ftehimiet ta' Finanzjament speċifiċi)

Anness 5

Rapportar dwar l-aspetti operattivi tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati (li għandha tiġi pprovduta skont il-Ftehimiet ta' Finanzjament speċifiċi)

Anness 6

Rapportar dwar l-aspetti finanzjarji tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati (li għandha tiġi pprovduta skont il-Ftehimiet ta' Finanzjament speċifiċi)

Dan il-Ftehim jidħol fis-seħħ nhar () 2014, u qed jintrabtu bih:

(1)

(L-Awtorità Maniġerjali tal-Istat Membru parteċipanti fl-Inizjattiva tal-SMEs) (l-“Awtorità Maniġerjali” ) li hija rrappreżentata għall-iskopijiet tal-iffirmar ta' dan il-Ftehim minn (Isem il-persuna), (Kariga);

u

(2)

Il-(Fond Ewropew tal-Investiment)/(il-Bank Ewropew tal-Investiment), (15, avenue J.F. Kennedy)/(98-100 Boulevard Konrad Adenauer), (L-2968))/(L-2950) Lussemburgu, Il-Lussemburgu (il-“FEI”), li huwa rrappreżentat għall-finijiet tal-iffirmar ta' dan il-Ftehim minn (Isem il-persuna), (Kariga); kollettivament il-“Partijiet” u, individwalment, il-“Parti”, skont ma jkun jirrikjedi l-kuntest.

BILLI:

(1)

Wara l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-27 u t-28 ta' Ġunju 2013, il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) u l-Kummissjoni Ewropea wettqu valutazzjoni ex-ante bil-għan li jiddefinixxu l-falliment tas-suq għas-servizzi finanzjarji u l-istrumenti finanzjarji disponibbli għall-SMEs li jeżistu bħalissa fil-livell pan-Ewropew (“il-Valutazzjoni Ex-Ante”), fil-kuntest ta' sforz Ewropew konġunt sabiex tingħata l-ħajja mill-ġdid lill-kanal tal-kreditu lill-SMEs li jinsab imblukkat, jiġi stimulat it-tkabbir ekonomiku u tiġi affaċċjata l-frammentazzjoni tas-suq intern fir-rigward tal-aċċess tal-SMEs għall-kreditu (“l-Inizjattiva tal-SMEs”);

(2)

l-eżerċizzju ta' Valutazzjoni Ex-Ante ġie konkluż f'Diċembru 2013 and wera falliment tas-suq fl-għoti ta' finanzi lil SMEs vijabbli fi (Isem l-Istat Membru) li kien stmat bejn () u () miljun Euro;

(3)

nhar is-17 ta' Diċembru 2013, ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (1) ġie adottat (“is-CPR”);

(4)

skont l-Artikolu 38(1)(a) tas-CPR, l-awtoritajiet tal-ġestjoni jistgħu jipprovdu kontribuzzjoni finanzjarja lil strument finanzjarju stabbilit fil-livell tal-Unjoni; skont l-Artikolu 39(2) tas-CPR, (Isem l-Istat Membru) jista' juża sa 7 % tal-allokazzjoni aggregata tal-FEŻR u tal-FAEŻR tiegħu sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja lil tali strumenti finanzjarji ġestiti indirettament mill-Kummissjoni Ewropea bil-kompiti tal-implimentazzjoni fdati lill-grupp tal-BEI (il-BEI huwa definit skont l-Artikolu 2(23) tas-CPR bħala l-Bank Ewropew tal-Investiment, il-Fond Ewropew tal-Investiment jew kwalukwe sussidjarju tal-BEI) (“il-Grupp tal-BEI”) skont il-punt (c)(iii) tal-Artikolu 58(1) u l-Artikolu 139(4) tar-Regolament (UE, Euratom ) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (2) (Regolament Finanzjarju), fir-rigward ta' (garanziji mingħajr limitu li jipprovdu solliev kapitali lil intermedjarji finanzjarji għal portafolli ta' Finanzjament Permezz ta' Self Ġdid lil SMEs eliġibbli skont l-Artikolu 37(4) tas-CPR) U/JEW (titolarizzazzjoni, kif definita fil-punt (61) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (3), ta' (portafolli eżistenti ta' Finanzjament Permezz ta' Self Ġdid lil SMEs u intrapriżi oħrajn b'inqas minn 500 impjegat;) U/JEW (portafolli ġodda ta' Finanzjament Permezz ta' Self Ġdid lil SMEs) (Għażla 2); (bil-ġbir flimkien tal-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru u kontribuzzjonijiet minn Stati Membri oħrajn (Għażla 3));

(5)

skont ir-Regolament (UE) Nru 1287/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Programm għall-Kompetittività tal-Intrapriżi u l-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju (COSME) (2014–2020) u jħassar id-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE (4) (“ir-Regolament COSME”), il-Kummissjoni Ewropea stabbilixxiet strumenti finanzjarji (“l-Istrumenti Finanzjarji COSME”) li għandhom l-għan li jiffaċilitaw u jtejbu l-aċċess tal-SMEs għall-finanzi waqt il-fażijiet tal-bidu, tat-tkabbir u tat-trasferiment tagħhom, b'mod kumplimentari għall-użu tal-istrumenti finanzjarji għall-SMEs mill-Istati Membri fil-livell nazzjonali u reġjonali; il-kontribuzzjoni indikattiva tal-Kummissjoni Ewropea għall-Istrumenti Finanzjarji COSME fil-perjodu 2014-2016 hija prevista li tkun sa () EUR miljun;

(6)

skont ir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE (5) u b'konformità mad-Deċiżjoni 2013/743/UE tat-3 ta' Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-programm speċifiku li jimplimenta Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li jħassar id-Deċiżjonijiet 2006/971/KE, 2006/972/KE, 2006/973/KE, 2006/974/KE u 2006/975/KE (6) (kollettivament, “ir-Regolament H2020”), il-Kummissjoni Ewropea stabbilixxiet strumenti finanzjarji (“l-Istrumenti Finanzjarji H2020”) li jimmiraw li jħaffu l-aċċess tar-riċevituri finali għall-finanzjament ta' riskju huma u jwettqu proġetti ta' riċerka u innovazzjoni; il-kontribuzzjoni indikattiva tal-Kummissjoni Ewropea għall-Istrumenti Finanzjarji H2020 fil-perjodu 2014-2016 hija prevista li tkun sa () EUR miljun;

(7)

nhar (data) u (nhar (data), rispettivament,) il-Kummissjoni Ewropea, (il-BEI) u l-FEI ffirmaw ftehim(iet) ta' delega (“il-Ftehim(iet) ta' Delega”), li jistabbilixxi/jistabbilixxu, inter alia, it-termini u l-kundizzjonijiet applikabbli għal (i) (l-Istrumenti Finanzjarji COSME) U/JEW (l-Istrumenti Finanzjarji H2020) u b'mod partikolari għat-twieqi apposta li jikkorrispondu għal prodotti finanzjarji bbażati fuq l-ekwità u fuq id-dejn (inklużi prodotti proposti fil-kuntest tal-Inizjattiva tal-SMEs) li huma miftuħin ukoll għal kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri, (ii) il-kontribuzzjoni tal-Kummissjoni Ewropea lil tali twieqi apposta tal-(Istrumenti Finanzjarji COSME) U/JEW (l-Istrumenti Finanzjarji H2020);

(8)

fil-kuntest tal-Inizjattiva tal-SMEs, il-Partijiet huma lesti li jikkooperaw fid-dawl tal-implimentazzjoni u l-ġestjoni ta' tieqa ddedikata (twieqi ddedikati) li tikkorrispondi mal-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru għall-(Istrumenti Finanzjarji COSME) (U/JEW) (l-Istrumenti Finanzjarji H2020) (“it-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati”), u hekk jipprovdu (garanziji mingħajr limitu għal portafolli ġodda ta' Finanzjament Permezz ta' Self Ġdid lil SMEs eliġibbli b'konformità mal-Artikolu 37(4) tas-CPR (Għażla 1)) (U/JEW) (titolarizzazzjoni, kif definita fil-punt (61) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ta' (portafolli eżistenti ta' Finanzjament Permezz ta' Self Ġdid lil SMEs u intrapriżi oħrajn b'inqas minn 500 impjegat;) (U/JEW) (portafolli ġodda ta' Finanzjament Permezz ta' Self Ġdid lil SMEs) (Għażla 2); (bil-ġbir flimkien tal-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru u ta' kontribuzzjonijiet minn Stati Membri oħrajn (Għażla 3));

(9)

skont l-Artikolu 39(4)(b) tas-CPR, nhar (daħħal id-data) 2014, (Isem l-Istat Membru) ssottometta lill-Kummissjoni programm nazzjonali ddedikat uniku b'rabta mal-parteċipazzjoni tiegħu fit-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati (“il-Programm Nazzjonali Ddedikat Uniku”). Nhar (daħħal id-data) 2014, id-Deċiżjoni C(2014)() tal-Kummissjoni Ewropea approvat il-Programm Nazzjonali Ddedikat Uniku;

(10)

skont l-Artikolu 39 tas-CPR, il-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni fl-Inizjattiva tal-SMEs iridu jkunu stabbiliti fi Ftehim ta' Finanzjament konkluż bejn kull Stat Membru parteċipanti u l-Grupp tal-BEI;

(11)

it-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati jiġu implimentati bħala parti minn kompartiment (tal-Istrumenti Finanzjarji COSME) U/JEW (tal-Istrumenti Finanzjarji H2020) ddedikati lil (ISEM L-ISTAT MEMBRU) (“il-Kompartiment”); il-Kompartiment jgawdi wkoll mill-Kontribuzzjoni tal-UE, kif ukoll mill-Kontribuzzjoni tal-FEI u mir-riżorsi proprji tal-BEI u ta' investituri oħrajn, jekk ikun applikabbli, b'konformità mat-termini u l-kundizzjonijiet tal-Ftehim(iet) ta' Delega u kwalunkwe ftehim ieħor li jkunu ntrabtu bih il-FEI u l-investituri rilevanti, jekk ikun applikabbli. Sabiex jitqiesu b'mod xieraq id-daqs u r-rwol tal-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru fi ħdan (l-Istrumenti Finanzjarji COSME) U/JEW (l-Istrumenti Finanzjarji H2020), il-Partijiet beħsiebhom jistabbilixxu governanza speċifika tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati li jinkludu, inter alia, bord tal-investituri ad hoc li jkollu rwol konsultattiv u li jissupplixxi d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim(iet) ta' Delega f'materji relatati mal-Kontribuzzjonijiet tal-Istat Membru;

(12)

meta jitqiesu wkoll ir-riżultati tal-Valutazzjoni Ex-Ante u d-diskussjonijiet mal-istituzzjonijiet u l-atturi tas-suq rilevanti sabiex jiġi definit l-ammont ta' riżorsi pubbliċi li għandhom jiġu allokati lit-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati, it-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati huma mogħnija b'Kontribuzzjoni tal-Istat Membru indikattiva ugwali għal () EUR miljun; il-Kontribuzzjoni tal-UE indikattiva għall-perjodu 2014-2016 hija prevista li tkun tlaħħaq sa () EUR miljun;

(13)

it-twaqqif tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati huwa konformi mar-regoli tal-għajnuna mill-Istat skont il-liġi tal-Unjoni; (ISEM L-ISTAT MEMBRU) u l-FEI jirrikonoxxu li l-implimentazzjoni tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati trid tkun konformi mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1407/2013 tat-18 ta' Diċembru 2013 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis  (7) (ir-Regolament de minimis), jew mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1408/2013 tat-18 ta' Diċembru 2013 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis fis-settur tal-agrikoltura (8), jew mar-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa rilevanti u li, inkella, tkun rikjesta notifika lill-Kummissjoni Ewropea għal valutazzjoni individwali;

(14)

l-iffirmar ta' dan il-Ftehim ta' Finanzjament f'isem l-Awtorità Maniġerjali ġie awtorizzat minn (titniżżel l-Awtorità Maniġerjali);

(15)

l-iffirmar ta' dan il-Ftehim ta' Finanzjament f'isem il-FEI ġie awtorizzat minn (jitniżżel il-FEI);

il-Partijiet ftiehmu kif ġej:

Artikolu 1

Definizzjonijiet u Interpretazzjoni

1.1.

It-termini li ġejjin, kull fejn jintużaw f'dan il-Ftehim, ikollhom it-tifsira li hemm maġenbhom:

“Jum tan-Negozju”

ifisser kwalunkwe jum tax-xogħol li fih is-servizzi pubbliċi tal-Awtorità Maniġerjali u l-FEI jkunu miftuħin għan-negozju fi (il-post tan-negozju tal-Istat Membru) u fil-Lussemburgu;

“Perjodu ta' Impenn”

ifisser il-perjodu li matulu (ISEM L-ISTAT MEMBRU) jista' jwettaq il-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru mill-baġit ta' (ISEM L-ISTAT MEMBRU) lill-FEI għall-finijiet tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati. Il-Perjodu ta' Impenn jiskadi nhar il-31 ta' Diċembru 2016;

“Kompartiment”

għandu t-tifsira stabbilita fil-Premessa 11;

“Strumenti Finanzjarji COSME”

għandu t-tifsira stabbilita fil-Premessa 5;

“Regolament COSME”

għandu t-tifsira stabbilita fil-Premessa 5;

“CPR”

għandu t-tifsira stabbilita fil-Premessa 3;

“Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati”

għandu t-tifsira stabbilita fil-Premessa 8;

“Kont(ijiet) tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati”

ifisser kwalunkwe kont/ijiet separat(i) (i) miftuħ(in) mill-FEI f'ismu f'bank kummerċjali, għan-nom tal-Awtorità Maniġerjali u (ii) ġestit/i għan-nom tal-Awtorità Maniġerjali b'konformità mal-Artikolu 13 ta' dan il-Ftehim ta' Finanzjament;

“Ftehim(iet) ta' Delega”

għandu t-tifsira stabbilita fil-Premessa 7;

“Servizz Nominat”

ifisser is-servizz tal-Kummissjoni Ewropea fdat bil-ġestjoni indiretta (tal-Istrumenti Finanzjarji COSME) (U/JEW) (l-Istrumenti Finanzjarji H2020; għall-fini ta' dan il-Ftehim ta' Finanzjament, id-DĠ (ENTR U/JEW RTD) tal-Kummissjoni Ewropea rispettivament jew is-suċċessur(i) tagħhom;

“FAEŻR”

ifisser il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali;

“FEI”

għandu t-tifsira stabbilita fil-Preambolu;

“Attività tal-FEI”

ifisser l-obbligi u l-kompiti li għandhom jitwettqu mill-FEI skont dan il-Ftehim ta' Finanzjament;

“Kontribuzzjoni tal-FEI”

ifisser l-ammont aggregat ta' riżorsi finanzjarji impenjat mill-FEI (inkluż dak taħt mandati mill-BEI imma esklużi riżorsi oħrajn tal-ESIF u riżorsi mill-Istrument Finanzjarju COSME u l-Istrument Finanzjarju H2020) b'rabta mal-Kompartiment kif previst fl-Artikolu 12;

“FEŻR”

ifisser il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali;

“Kontribuzzjoni tal-UE”

ifisser l-ammont aggregat ta' kwalunkwe riżorsa finanzjarja impenjat jew imħallas, skont ma jagħti l-każ, mill-Kummissjoni Ewropea lill-Kompartiment;

“Kont tal-Euro”

ifisser kont denominat bl-Euro, li huwa parti mill-Kont(ijiet) tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati;

“Evalwazzjoni”

ifisser kwalunkwe evalwazzjoni jew valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 18 li għandha titwettaq fir-rigward tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati, bl-esklużjoni tal-evalwazzjoni prevista fl-Artikolu 57(3) tas-CPR;

“Politika ta' Ħruġ”

ifisser il-proċedura għad-distribuzzjoni tar-rikavati mil-likwidazzjoni tat-Tieqa Ddedikata (Twieqi Ddedikati) wara li jiġi tterminat dan il-Ftehim ta' Finanzjament, u b'mod partikolari (i) il-kalkolu tal-bilanċ tal-Kont(ijiet) tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati b'referenza għall-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru wara t-tnaqqis tal-Ispejjeż u t-Tariffi ta' Ġestjoni applikabbli, (ii) ir-ritorn tal-bilanċ nett tal-Kont(ijiet) tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati lill-Awtorità Maniġerjali u (iii) l-għeluq tal-Kont(ijiet) tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati (Il-proċedura tiġi speċifikata aktar fil-kuntratt);

“Riċevitur Finali”

ifisser SME li tirċievi Finanzjament Permezz ta' Self Ġdid taħt Tranżazzjoni;

“Intermedjarju Finanzjarju”

ifisser entitajiet finanzjarji bħal bank, istituzzjoni finanzjarja, fond, entità li timplimenta skema ta' garanzija, organizzazzjoni ta' garanzija reċiproka, istituzzjoni mikrofinanzjarja, kumpanija tal-lokazzjoni jew kwalunkwe persuna legali oħra jew entità magħżula mill-FEI b'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan il-Ftehim ta' Finanzjament, għal Operazzjoni bil-għan li timplimenta Tieqa Finanzjarja/Twieqi Finanzjarji; sabiex jiġi evitat id-dubju, id-definizzjoni ta' Intermedjarju Finanzjarju (i) tinkludi wkoll entitajiet finanzjarji magħżulin bħala sottointermedjarji finanzjarji minn Intermedjarju Finanzjarju, jekk ikun applikabbli; u (ii) ma jinkludix kontropartijiet magħżulin mill-FEI għall-finijiet ta' ġestjoni tal-assi mwettqa mill-FEI jew, fir-rigward tal-Għażla 2 fil-każ ta' titolarizzazzjoni ta' bejgħ effettiv, il-benefiċjarju tal-Ftehim ta' Garanzija;

“Regolament Finanzjarju”

ifisser ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, flimkien mar-regoli tal-applikazzjoni tiegħu (Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (9)), kif jistgħu jiġu emendati, supplimentati jew immodifikati minn żmien għal żmien;

“Force Majeure”

ifisser kwalunkwe sitwazzjoni jew avveniment eċċezzjonali li mhumiex previsti, mhgux fil-kontroll tal-Partijiet, li ma jħallix lil xi waħda mill-partijiet tissodisfa xi obbligazzjoni tagħha taħt dan il-Ftehim ta' Finanzjament, li ma kienx attribwibbli għal żball jew negliġenza min-naħa tagħha jew min-naħa tas-subkuntratturi tagħha u li ma setax ġie evitat bl-eżerċizzju tad-diliġenza xierqa u raġjonevoli dovuta. Kwalunkwe inadempjenza ta' servizz, difett fit-tagħmir jew fil-materjal jew dewmien biex ikunu disponibbli, sakemm ma jkunux ġejjin direttament minn każ rilevanti ta' force majeure, kif ukoll tilwimiet industrijali jew strajkijiet jew diffikultajiet finanzjarji ma jistgħux jiġu invokati bħala force majeure;

“Ftehim ta' Finanzjament”

ifisser dan il-Ftehim ta' Finanzjament kif jista' jkun emendat, supplimentat jew immodifikat minn żmien għal żmien;

“Ftehim ta' Garanzija”

ifisser il-Ftehim Operattiv u, fil-każ ta' titolarizzazzjoni ta' bejgħ effettiv fi ħdan Għażla 2, il-ftehim ta' garanzija li ntrabtu bih il-FEI u benefiċjarju f'konnessjoni ma' Operazzjoni;

“L-Istrumenti Finanzjarji H2020”

għandhom it-tifsira stabbilita fil-Premessa 6;

“Ir-Regolament H2020”

għandu t-tifsira stabbilita fil-Premessa 6;

“Perjodu ta' Implimentazzjoni”

ifisser il-perjodu li matulu l-FEI jista' jikkommetti kwalunkwe parti tal-Kontribuzzjoni tal-istat membru għal Operazzjonijiet taħt it-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati. Il-Perjodu ta' Implimentazzjoni jiskadi nhar il-31 ta' Diċembru 2016, bl-esklużjoni ta' Pagamenti lura u Dħul, li jistgħu jiġu impenjati sal-istralċ tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati;

“Strateġija ta' Implimentazzjoni”

tfisser il-politika tal-FEI rigward l-allokazzjoni ta' Operazzjonijiet kif stabbilita fl-Artikolu 4.6;

“Kontroll Intern”

ifisser proċess applikabbli fil-livelli kollha tal-ġestjoni u maħsub biex jipprovdi assigurazzjoni raġjonevoli li jintlaħqu l-għanijiet li ġejjin:

(a)

l-effettività, l-effiċjenza u l-ekonomija tal-operazzjonijiet;

(b)

l-affidabbiltà tar-rapportar;

(c)

is-salvagwardja tal-assi u tal-informazzjoni;

(d)

il-prevenzjoni, l-iskoperta, il-korrezzjoni u s-segwitu ta' frodi u irregolaritajiet;

(e)

il-ġestjoni adegwata tar-riskji marbutin mal-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet finanzjarji, waqt li jitqies il-karattru pluriennali tal-programmi kif ukoll in-natura tal-pagamenti kkonċernati;

“Bord tal-Investituri”

ifisser il-kumitat ta' tmexxija tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati stipulat fl-Artikolu 10;

“Effett ta' Ingranaġġ”

ifisser, fejn għandu x'jaqsam ma' dan il-Ftehim ta' Finanzjament, il-proporzjon bejn il-Finanzjament Permezz ta' Self Ġdid li għandu jiġi pprovdut lir-Riċevituri Finali taħt it-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati)u l-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru korrispondenti jew, fejn għandu x'jaqsam ma' Ftehim Operattiv partikulari, il-proporzjon bejn il-Finanzjament Permezz ta' Self Ġdid li għandu jiġi pprovdut lir-Riċevituri Finali taħt tali Ftehim Operattiv u l-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru korrispondenti;

“Spejjeż u Tariffi ta' Ġestjoni”

“l-ispejjeż u t-tariffi ta' ġestjoni” tfisser kif stipulat fl- Artikolu 14;

“Awtorità Maniġerjali”

għandu t-tifsira stabbilita fil-Preambolu;

“Mira”

ifisser kull wieħed mill-miri taħt l-Artikolu 39(5) tas-CPR kif stipulat fl-Artikolu 7;

“Kontribuzzjoni tal-Istat Membru”

ifisser il-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru Impenjata jew il-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru Imħallsa jew it-tnejn li huma, skont ma jagħti l-każ;

“Kontribuzzjoni tal-Istat Membru Impenjata”

ifisser l-ammont aggregat ta' kwalunkwe approprjazzjonijiet ta' impenn skont il-baġit (tal-Programm Operattiv tal-FEŻR)(u l-programm għall-iżvilupp rurali FAEŻR) fir-rigward tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati;

“Kontribuzzjoni tal-Istat Membru Imħallsa”

ifisser l-ammont aggregat ta' kwalunkwe riżorsi finanzjarji mill-(Programm Operattiv tal-FEŻR)(u l-programm għall-iżvilupp rurali tal-FAEŻR) imħallsin mill-Awtorità Maniġerjali f'relazzjoni mat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati inklużi d-Dħul u l-Pagamenti Lura;

“Finanzjament Permezz ta' Self Ġdid”

ifisser is-self, il-lokazzjonijiet jew il-garanziji ġodda lir-Riċevituri Finali oriġinati mill-Intermedjarju Finanzjarju mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2023 f'konformità mat-termini u l-kundizzjonijiet stipulati fil-Ftehimiet Operattivi;

“Kont mhux tal-Euro”

ifisser kont denominat b'munita oħra flok bl-Euro, li huwa parti mill-Kont(ijiet) tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati;

“OLAF”

ifisser l-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi;

“Operazzjoni”

ifisser is-sett ta' operazzjonijiet imwettqa (mill-FEI u Intermedjarju Finanzjarju) (għall-Għażla 1) U/JEW (mill-FEI, Intermedjarju Finanzjarju u partijiet oħrajn) (Għażla 2) , kif speċifikat iktar fl-Anness 1, bil-għan li jiġu implimentati t-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati;

“Ftehim Operattiv”

ifisser il-ftehim(iet) li jintrabtu bih(om) (il-FEI u Intermedjarju Finanzjarju li jistipula(w) it-termini u l-kundizzjonijiet ta' Operazzjoni) (għall-Għażla 1) U/JEW (il-FEI u l-Intermedjarju Finanzjarju għall-ħolqien ta' Finanzjament Permezz ta' Self Ġdid) (Għażla 2) ;

“Għażla 1”

ifisser kif stabbilit skont l-Artikolu 5(i);

“Għażla 2”

ifisser kif stabbilit skont l-Artikolu 5(ii);

“Għażla 3”

ifisser kif stabbilit skont l-Artikolu 5(ii);

“Talba għal Pagament”

ifisser it-talba għal pagament imsemmija fl-Artikolu 11.3;

“Penali”

ifisser il-penali kuntrattwali stipulati fl-Artikolu 7 li huma pagabbli minn Intermedjarju Finanzjarju skont Ftehim Operattiv u suġġetti għal-liġi applikabbli;

“Pagamenti Lura”

ifisser l-ammonti li jirriżultaw minn garanziji rilaxxati, u ammonti rkuprati taħt it-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati;

“Dħul”

ifisser kwalunkwe dħul, inklużi tariffi tal-garanziji u mgħax fuq ammonti fuq kontijiet fiduċjarji, imħallas lill-Kont(ijiet) tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati taħt it-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati, inklużi kwalunke ammonti bħal dawn li jirriżultaw fil-kuntest tal-Politika ta' Ħruġ;

“Segretarjat”

ifisser is-segretarjat tal-Bord tal-Investituri stabbilit fl-Artikolu 10;

“Programm Nazzjonali Ddedikat Uniku”

ifisser kif stabbilit fil-Premessa 9;

“SME”

ifisser intrapriża mikro (inklużi imprendituri individwali/persuni li jaħdmu għal rashom), żgħira jew ta' daqs medju kif definita fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta' SMEs (10);

“Inizjattiva tal-SMEs”

għandu t-tifsira stabbilita fil-Premessa 1;

“Avveniment ta' Terminazzjoni”

ifisser kwalunkwe avveniment minn dawk imsemmija fl-Artikolu 25.5;

“Termini ta' Referenza”

ifisser is-sejħa miftuħa għal espressjoni ta' interess imħejjija mill-FEI;

“Tranżazzjoni”

ifisser it-tranżazzjoni ta' self, lokazzjoni jew garanzija li tirriżulta f'Finanzjament Permezz ta' Self Ġdid li jintrabtu bih Intermedjarju Finanzjarju (jew Intermedjarju Finanzjarju ta' livell inqas) u Riċevitur Finali;

“Ġestjoni tal-Assi tat-Teżorerija”

ifisser il-ġestjoni tat-teżorerjia tal-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru Imħallsa, kif stipulata iktar fl-Artikolu 13;

“Emblema tal-Unjoni”

ifisser il-logo tal-Unjoni Ewropea li jirrappreżenta tnax-il stilla safra fuq sfond ikħal.

1.2.

F'dan il-Ftehim, sakemm il-kuntest ma jitlobx mod ieħor,

(a)

l-intestaturi huma għall-konvenjenza biss u ma jaffettwawx il-kostruzzjoni jew l-interpretazzjoni ta' kwalunkwe dispożizzjoni ta' dan il-Ftehim ta' Finanzjament;

(b)

kliem fis-singular jinkludi wkoll il-plural u viċi versa;

(c)

referenza għal artikolu, taqsima, parti jew skeda hija referenza għall-artikolu, taqsima, parti, jew skeda ta' dan il-Ftehim ta' Finanzjament.

Artikolu 2

Għan u Kamp ta' Applikazzjoni ta' dan il-Ftehim ta' Finanzjament

2.1.

Dan il-Ftehim ta' Finanzjament jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-użu tal-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru f'konnessjoni mal-implimentazzjoni tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati mill-FEI.

2.2.

L-ammont indikattiv tal-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru għat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati jkun jammonta sa () Miljun Euro.

2.3.

L-Awtorità Maniġerjali b'dan qiegħda tagħti lill-FEI l-mandat tal-implimentazzjoni u l-ġestjoni tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati f'relazzjoni mal-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru, f'isem il-FEI u għan-nom tal-Awtorità Maniġerjali u bir-riskju għaliha, f'konformità mad-dispożizzjonijiet tas-CPR u ta' dan il-Ftehim ta' Finanzjament.

Artikolu 3

Kriterji ta' eliġibbiltà u ta' esklużjoni tal-Finanzjament Permezz ta' Self Ġdid

3.1.

Il-FEI jikkommetti l-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru għal Operazzjonijiet għall-ħolqien ta' Finanzjament Permezz ta' Self Ġdid taħt it-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati li tappoġġja lill-SMEs u li timmira għal:

l-istabbiliment ta' impriżi ġodda,

kapital tal-istadju bikri (jiġifieri kapital inizjali u kapital biex tibda negozju),

kapital għall-espansjoni

kapital għat-tisħiħ tal-attivitajiet ġenerali ta' impriża, jew

it-twettiq ta' proġetti ġodda, il-penetrazzjoni ta' swieq ġodda jew żviluppi ġodda minn impriżi eżistenti,

f'kull każ, mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-Unjoni applikabbli dwar l-għajnuna mill-istat, u f'konformità mar-regoli speċifiċi tal-FEŻR u tal-FAEŻR, skont ma japplika.

3.2.

Skont il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3.1, it-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati:

(i)

tista' tinkludi investimenti f'assi tanġibbli u intanġibbli, kif ukoll kapital operattiv fil-limiti tar-regoli tal-Unjoni applikabbli dwar l-għajnuna mill-Istat u bil-ħsieb li tistimula s-settur privat bħala fornitur ta' finanzjament għall-impriżi. L-investimenti jistgħu jinkludu wkoll l-ispejjeż tat-trasferiment tad-drittijiet ta' proprjetà fl-impriżi sakemm tali trasferimenti jsiru bejn investituri indipendenti;

(ii)

tappoġġja investimenti li huma mistennija jkunu finanzjament vijabbli u investimenti li mhumiex fiżikament kompluti jew implimentati b'mod sħiħ fid-data tal-inklużjoni fil-Finanzjament Permezz ta' Self Ġdid; u

(iii)

tappoġġja r-Riċevituri Finali li jitqiesu potenzjalment vijabbli ekonomikament fiż-żmien tal-appoġġ tal-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru b'konformità mal-għanijiet stabbiliti fis-CPR, fir-(Regolament COSME) jew fir-(Regolament H2020) kif jistgħu jkunu żviluppati aktar f'dan il-Ftehim ta' Finanzjament.

(3.3)

It-tieqa ddedikata/twieqi ddedikati jistgħu jappoġġjaw biss il-kapital operatorju li huwa anċillari u marbut ma' investiment ġdid fis-settur tal-agrikoltura jew tal-forestrija għal ammont li ma jaqbiżx it-30 % tal-ammont totali tat-Tranżazzjoni u fuq ġustifikazzjoni aċċettabbli għall-Intermedjarju Finanzjarju. Għal attivitajiet mhux agrikoli, l-ebda kapital operatorju ma jista' jiġi appoġġjat.) (Dan il-paragrafu japplika biss jekk it-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati jkunu appoġġjati skont il-FAEŻR)

3.4.

L-appoġġ finanzjarju taħt it-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati jingħata wara li jitqiesu l-kriterji ta' esklużjoni applikabbli għall-Kontribuzzjoni tal-UE taħt (l-Istrumenti Finanzjarji COSME) U/JEW (l-Istrumenti Finanzjarji H2020) u stipulati għall-informazzjoni fl-Anness 2.

3.5.

Il-Partijiet jirrikonoxxu li parti mill-Finanzjament Permezz ta' Self Ġdid maħluq skont l-Artikolu 3.1 u li jikkorrispondi għall-Kontribuzzjoni tal-UE għal diversi drabi, taħt (l-Istrumenti Finanzjarji COSME) U/JEW (l-Istrumenti Finanzjarji H2020) hija soġġetta għal dispożizzjonijiet stipulati fil-Ftehim(iet) ta' Delega li jirregola(w) il-Kontribuzzjoni tal-UE.

Artikolu 4

Il-prinċipji ġenerali marbutin mal-implimentazzjoni u l-ġestjoni tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati

4.1.

Il-FEI jimplimenta, jimmaniġġja, jissorvelja u jagħlaq it-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati b'konformità mal-Ftehim ta' Finanzjament, mat-termini applikabbli tas-CPR, mal-Ftehim(iet) ta' Delega, mar-Regolament Finanzjarju u ma' dispożizzjonijiet oħrajn rilevanti tal-liġi tal-Unjoni, partikolarment ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Waqt li jagħmel dan, il-FEI japplika r-regoli, il-politiki u l-proċeduri proprji tiegħu kif emendati, modifikati jew supplimentati minn żmien għal żmien, prattiki tal-industrija tajbin, u miżuri xierqa ta' monitoraġġ, kontroll u awditjar kif inhu stipulat iktar hawnhekk.

4.2.

Il-FEI jkun responsabbli għall-ingaġġ u l-impjegar tal-persunal u/jew konsulenti li jistgħu jiġu assenjati għall-implimentazzjoni tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati u li għandhom jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-FEI għall-finijiet ta' dan il-Ftehim ta' Finanzjament u jkunu rregolati fl-aspetti kollha mir-regoli, il-politiki u l-proċeduri applikati mill-FEI fir-rigward tal-persunal u/jew il-konsulenti tiegħu, u jkunu suġġetti għalihom.

4.3.

Il-FEI jwettaq l-obbligi kollha relatati mat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati kif inhuma stipulati speċifikament f'dan il-Ftehim ta' Finanzjament bil-livell professjonali rikjest ta' attenzjoni, effiċjenza, trasparenza u diliġenza, bħalma japplikahom fil-qadi tal-affarijiet tiegħu stess.

4.4.

Parti li taffaċċja Force Majeure tinnotifika lill-Parti l-oħra bla dewmien, u tiddikjara n-natura tagħha, kemm probabbli li ddum u l-effetti previsti. Il-Partijiet jieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jillimitaw jew jimminimizzaw l-ispejjeż u l-ħsarat possibbli kkawżati mill-Force Majeure.

4.5.

Il-ġestjoni u l-implimentazzjoni tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipju tal-allinjament tal-interessi bejn il-Partijiet. F'dak li jirrigwarda l-prinċipju tal-allinjament tal-interessi, il-FEI jkun konformi mal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 12 u fl-Anness 1.

4.6.

L-allokazzjoni tal-Operazzjonijiet tkun ibbażata fuq il-kriterji stabbiliti fl-Istrateġija ta' Implimentazzjoni. Il-FEI jipprovdi lill-Awtorità Maniġerjali l-Istrateġija ta' Implimentazzjoni tiegħu fi żmien (3) xhur mill-iffirmar ta' dan il-Ftehim ta' Finanzjament u għandu jinnotifika lill-Awtorità Maniġerjali mingħajr dewmien żejjed dwar kwalunkwe tibdil fl-Istrateġija ta' Implimentazzjoni.

4.7.

Il-Kontribuzzjoni tal-istat Membru ma tridx tiġġenera vantaġġi mhux dovuti, partikolarment fil-forma ta' dividendi jew profitti mhux dovuti lil partijiet terzi jekk mhux b'konformità ma' dan il-Ftehim ta' Finanzjament.

4.8.

L-appoġġ finanzjarju taħt it-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati ma jingħatax lil kwalunkwe Intermedjarju Finanzjarju jew Riċevitur Finali li jkun f'waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 9.4 (tali kundizzjonijiet ikunu speċifikati iktar fil-kuntratt).

Artikolu 5

Objettivi u Deskrizzjoni tat-Tieqa Ddedikata (Twieqi Ddedikati)

Kif inhu speċifikat ulterjorment fl-Anness 1, it-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati jkopru r-riskju ta':

(i)

portafolli ta' Finanzjament Permezz ta' Self Ġdid permezz ta' garanziji mingħajr limitu li jipprovdu solliev kapitali suġġett għal regoli rilevanti dwar ir-rekwiżiti kapitali li jkopru sa 80 % ta' kull self fil-portafolli rilevanti (“Għażla 1”) JEW

(ii)

(portafolli eżistenti ta' self, lokazzjoni jew garanziji lil SMEs u impriżi oħrajn b'inqas minn 500 impjegat) JEW (portafolli ta' Finanzjament Permezz ta' Self Ġdid) permezz tat-titolarizzazzjoni, kif definita fil-punt (61) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (“Għażla 2”) (bil-ġbir flimkien tal-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru u ta' kontribuzzjonijiet minn Stati Membri oħrajn. (“Għażla 3”)).

Artikolu 6

Kopertura Territorjali

Il-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru tiġi utilizzata sabiex twassal għal Finanzjament Permezz ta' Self Ġdid unikament għal Riċevituri Finali rreġistrati u li joperaw fit-territorju (ta' (ISEM L-ISTAT MEMBRU)), skont l-analiżi li ġejja: ()(tali kundizzjonijiet ikunu speċifikati iktar fil-kuntratt)).

Artikolu 7

Effett ta' Ingranaġġ Minimu, Miri u Penali

7.1.

Il-FEI jiżgura li f'kull Ftehim Operattiv jiġu inklużi dispożizzjonijiet li jirrikjedu li l-Intermedjarji Finanzjarji jilħqu l-Miri li ġejjin:

(i)

fi tmiem il-perjodu ta' () xhur mill-iffirmar tal-Ftehim Operattiv, l-Effett ta' Ingranaġġ ma jkunx inqas minn ();

(ii)

sad-data tat-terminazzjoni ta' dan il-Ftehim jew sal-31 ta' Diċembru 2023, skont liema tiġi l-ewwel, l-Effett ta' Ingranaġġ ma jkunx inqas minn ()

7.2.

Bħala parti mir-rapport imsemmi fl-Artikolu 16.1, il-FEI jinnotifika bil-miktub lill-Awtorità Maniġerjali meta tintlaħaq Mira qabel jew wara d-dati tal-għeluq imsemmija fl-Artikolu 7.1, u jipprovdi lill-Awtorità Maniġerjali l-informazzjoni marbuta mal-volum ta' Finanzjament Permezz ta' Self Ġdid kif inhu pprovdut ulterjorment hawnhekk.

7.3.

Kull Ftehim Operattiv jipprevedi Penali għall-Intermedjarji Finanzjarji, għall-benefiċċju aħħari tal-Awtorità Maniġerjali, b'mod indikattiv kif ġej:

(a)

f'każ li l-ammont ta' Finanzjament Permezz ta' Self Ġdid oriġinat mill-Intermedjarju Finanzjarju taħt il-Ftehimiet Operattivi rilevanti jkun inqas minn (A) % tal-ammont tal-Finanzjament Permezz ta' Self Ġdid miftiehem għall-Miri rilevanti, Penali ugwali għal (X) % tad-differenza bejn il-Finanzjament Permezz ta' Self Ġdid miftiehem u l-Finanzjament Permezz ta' Self Ġdid oriġinat; jew

(b)

f'każ li l-ammont ta' Finanzjament Permezz ta' Self Ġdid oriġinat mill-Intermedjarju Finanzjarju taħt il-Ftehimiet Operattivi rilevanti jkun ogħla minn (A) % imma inqas minn (B) % tal-ammont tal-Finanzjament Permezz ta' Self Ġdid miftiehem għall-Miri rilevanti, Penali ugwali għal (Y) % tad-differenza bejn il-Finanzjament Permezz ta' Self Ġdid miftiehem u l-Finanzjament Permezz ta' Self Ġdid oriġinat.

Barra minn hekk, għal Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati taħt l-Għażla 2, f'każ li l-Intermedjarju Finanzjarju ma jiksibx Effett ta' Ingranaġġ ugwali għal mill-inqas wieħed (1), Penali ugwali għad-differenza bejn il-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru Imħallsa allokata għall-Operazzjoni rilevanti u l-ammont relatat ta' Finanzjament Permezz ta' Self Ġdid oriġinat;

(il-kundizzjonijiet dwar id-determinazzjoni u l-modalitajiet ta' implimentazzjoni ta' Penali fil-livell ta' kull Operazzjoni jiġu speċifikati fil-kuntratt)

7.4.

L-Awtorità Maniġerjali tirrikonoxxi li l-Ftehimiet ta' Garanzija u l-Operazzjonijiet rilevanti ma jiġux affettwati meta l-Intermedjarju Finanzjarju jonqos milli jilħaq ir-rekwiżiti ta' ingranaġġ stabbiliti b'konformità ma' dan il-Ftehim ta' Finanzjament jew mal-Ftehim Operattiv rilevanti, skont ma jagħti l-każ.

7.5.

Il-Penali jkunu ammont ta' darba għal kull Operazzjoni, ikkalkulati mill-FEI f'kull Mira, bl-aktar ammonti kkalkolati riċenti msemmija fl-Artikolu 7.3 jridu jitħallsu mill-Intermedjarju Finanzjarju lill-FEI skont kull Ftehim Operattiv (x) fit-terminazzjoni tal-Ftehim Operattiv għal raġunijiet attribwibbli għall-Intermedjarju Finanzjarju jew (y) fi tmiem il-perjodu ta' inklużjoni rilevanti għall-ħolqien ta' Finanzjament Permezz ta' Self Ġdid, skont liema jiġi l-ewwel. Tali ammont jitħallas mill-FEI lill-Awtorità Maniġerjali meta jsir il-pagament mill-Intermedjarju Finanzjarju rilevanti tiegħu. (Jistgħu jiġu speċifikati iktar kundizzjonijiet fil-kuntratt jekk ikun neċessarju)

7.6.

(Sabiex jiġi evitat id-dubju, il-Penali japplikaw mingħajr preġudizzju għal penali u tariffi oħrajn applikabbli taħt il-Ftehimiet ta' Delega tal-(Istrumenti Finanzjarji COSME) JEW tal-(Istrumenti Finanzjarji H2020) li jirrigwardaw il-Kontribuzzjoni tal-UE rispettiva).

Artikolu 8

Kompiti u obbligi tal-FEI

8.1.

Wara l-iffirmar ta' dan il-Ftehim ta' Finanzjament u għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-Operazzjonijiet, il-FEI jagħmel ħiltu sabiex jidħol fl-ewwel Ftehim Operattiv sa mhux aktar tard minn (X) xhur wara l-iffirmar ta' dan il-Ftehim ta' Finanzjament.

8.2.

Mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet oħrajn ta' dan il-Ftehim ta' Finanzjament, il-FEI:

(a)

jimplimenta kull Tieqa Ddedikata taħt sistema effettiva u effiċjenti ta' Kontroll Intern kemm idum dan il-Ftehim ta' Finanzjament;

(b)

jittrasponi t-termini u l-kundizzjonijiet applikabbli ta' dan il-Ftehim ta' Finanzjament fil-Ftehimiet Operattivi ma' Intermedjarji Finanzjarji u b'mod partikolari d-dispożizzjonijiet dwar l-Effett ta' Ingranaġġ imsemmija fl-Artikolu 7;

(c)

jieħu d-deċiżjonijiet kollha sabiex jimpenja fondi għal Operazzjonijiet u jiddiżimpenja fondi, fejn xieraq, u jinnotifika lill-Bord tal-Investituri kif meħtieġ;

(d)

jinnegozja u jidħol fi kwalunkwe u f'kull strument legali skont mal-FEI fl-opinjoni professjonali tiegħu jqis xieraq għall-implimentazzjoni, il-ġestjoni u, skont ma jagħti l-każ, għat-terminazzjoni tal-Operazzjonijiet;

(e)

jirrikjedi li l-Intermedjarji Finanzjarji jħallsu lura kwalunkwe ammont imħallas lilhom indebitament, jekk ikun hemm, taħt il-Ftehimiet Operattivi;

(f)

jirrikjedi li l-Intermedjarji Finanzjarji jintrabtu taħt kull Ftehim Operattiv li jieħdu passi xierqa sabiex jirkupraw kwalunkwe ammont dovut mir-Riċevituri Finali rilevanti taħt it-Tranżazzjonijiet relatati;

(g)

fejn ikun xieraq u suġġett għal rimborż ta' spejjeż ta' litigazzjoni rilevanti taħt l-Artikolu 14.9, jimmaniġġja l-litigazzjoni (inkluż li, mingħajr limitazzjoni, jibda, imexxi, isolvi u jiddefendi) b'rabta ma' kwalunkwe Operazzjoni;

(h)

jordna l-ftuħ, iż-żamma u l-għeluq tal-Kont(ijiet) tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati, jiddebita u jikkredita l-Kont(ijiet) tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati b'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim ta' Finanzjament, iħallas il-pagamenti kollha previsti f'dan il-Ftehim ta' Finanzjament u jwettaq inkella t-tranżazzjonijiet kollha kkontemplati f'dan il-Ftehim ta' Finanzjament b'rabta mal-Kont(ijiet) tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati;

(i)

iżomm reġistri tal-kontijiet separati u kontabilità xierqa u preċiża fejn għandu x'jaqsam l-użu tal-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru;

(j)

jieħu l-miżuri neċessarji bil-ħsieb li jiżgura l-protezzjoni tad-dejta personali fil-pussess tal-FEI kif rikjest skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (11), u l-atti ta' emenda sussegwenti;

(k)

jiżgura li jiddaħħlu rekwiżiti kuntrattwali fil-Ftehimiet Operattivi dwar it-trasferiment tat-tnaqqis tar-rata tal-imgħax miftiehem mill-Intermedjarji Finanzjarji lir-Riċevituri finali u jissorvelja l-implimentazzjoni tagħhom;

(l)

jieħu tali azzjoni oħra li tista' titqies neċessarja għall-implimentazzjoni u l-ġestjoni xierqa tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati fil-limiti stabbiliti f'dan il-Ftehim ta' Finanzjament.

8.3.

Il-FEI jintrabat li jwettaq l-obbligi u l-kompiti kollha tiegħu taħt dan il-Ftehim ta' Finanzjament bil-livell rikjest ta' attenzjoni professjonali u b'mod partikolari:

(a)

li japplika standards u prattiki professjonali mhux inqas favorevoli minn dawk użati għall-attivitajiet proprji tiegħu, waqt li jieħu inkonsiderazzjoni t-termini ta' dan il-Ftehim ta' Finanzjament;

(b)

li jalloka riżorsi adegwati li jippermettu l-implimentazzjoni u l-ġestjoni xierqa tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati;

(c)

li jippromwovi t-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati u li jassisti l-Awtorità Maniġerjali sabiex tikseb viżibbiltà ġenerali tal-appoġġ tal-Unjoni matul il-katina ta' implimentazzjoni sar-Riċevituri Finali, kif inhu speċifikat iktar f'dan il-Ftehim ta' Finanzjament;

(d)

li ma joħloqx imposti, ipoteki, pleġġijiet jew piżijiet oħrajn dwar kwalunkwe fond miżmum fil-Kont(ijiet) tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati (ħlief kif inhu implikat mil-liġi jew mill-prattika bankarja stabbilita);

(e)

li jwettaq il-Ġestjoni tal-Assi tat-Teżorerija ta' kwalunkwe bilanċ fil-Kont(ijiet) tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati kif stabbilit fl-Artikolu 13 ta' dan il-Ftehim ta' Finanzjament.

8.4.

(Għall-evitar ta' dubji, il-kompiti tal-FIE u l-obbligi skont dan il-Ftehim ta' Finanzjament japplikaw mingħajr preġudizzju għal obbligi relevanti oħrajn tal-FIE skont il-Ftehim(iet) ta' Delega (COSME) JEW (H2020)).

Artikolu 9

Għażla tal-Intermedjarji Finanzjarji u l-Ftehimiet Operattivi

9.1.

Il-FEI, għandu r-responsabbiltà jagħżel Intermedjarju Finanzjarju wieħed jew iktar sabiex jimplimenta t-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati b'konformità mat-termini rilevanti tal-Ftehim(iet) ta' Delega (COSME) JEW (H2020) skont kif ikun japplika. (Jistgħu jiġu speċifikati iktar kundizzjonijiet fil-kuntratt jekk ikun neċessarju)

9.2.

L-Intermedjarji Finanzjarji li magħhom il-FEI jipprova jidħol fi Ftehimiet Operattivi, għandhom jintgħażlu abbażi tal-politiki u l-proċeduri tal-FEI skont proċeduri ta' Għażla miftuħin, trasparenti, proporzjonati u nondiskriminatorji u oġġettivi, waqt li jiġu evitati kunflitti ta' interess u tingħata l-konsiderazzjoni dovuta għan-natura tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati u għall-esperjenza u l-kapaċità finanzjarja tal-Intermedjarju Finanzjarju. L-Għażla ta' tali Intermedjarji Finanzjarji ssir fuq bażi kontinwa u għandha tkun ibbażata fuq sistema ta' punteġġ sabiex l-Intermedjarji Finanzjarji jingħataw prijorità skont kriterji speċifiċi.

9.3.

Il-Ftehimiet Operattivi konklużi mill-FEI ma' Intermedjarji Finanzjarji jkunu jirriflettu l-obbligi applikabbli kollha tal-FEI skont dan il-Ftehim ta' Finanzjament. B'mod partikulari, tali Ftehimiet Operattivi jkunu jinkludu dispożizzjonijiet dwar ir-responsabbiltà tal-Intermedjarji Finanzjarji fir-rigward ta' Penali.

9.4.

Il-Ftehimiet Operattivi jirrikjedu li għall-fini tal-implimentazzjoni tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati, l-Intermedjarji Finanzjarji magħżula sabiex:

(a)

jikkooperaw b'mod sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni;

(b)

jipprovdu għad-dritt tal-Awtorità Maniġerjali li teżerċita l-kompetenzi tagħha b'mod komprensiv, iridu:

(c)

jipprovdu lill-OLAF il-faċilitajiet kollha u l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni dwar l-Operazzjonijiet ikkonċernati sabiex jeżerċita l-kompetenzi tiegħu b'mod komprensiv u jippermettulu jwettaq investigazzjonijiet, inklużi verifiki u spezzjonijiet fuq il-post, b'konformità mad-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom), Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (12), ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (13) u r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej (14), kif jistgħu jiġu emendati, supplimentati jew modifikati minn żmien għal żmien, sabiex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunke attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni f'rabta mal-operazzjoni ta' finanzjament suġġetta għat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati;

(d)

iżommu u jkunu kapaċi jipproduċu d-dokumentazzjoni kollha relatata mal-implimentazzjoni tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati għal perjodu ta' seba' ((7)) snin wara tmiem il-Perjodu ta' Implimentazzjoni jew it-terminazzjoni tal-Ftehim Operattiv jew l-għeluq tal-Operazzjonijiet, skont liema perjodu jkun l-itwal;

(e)

jagħtu aċċess lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri għall-faċilitajiet kollha u jipprovdulha l-informazzjoni kollha li tqis neċessarja għat-twettiq tal-kompiti tagħha, b'konformità mal-Artikolu 161 tar-Regolament Finanzjarju;

(f)

ikunu konformi mal-istandards rilevanti u mal-leġiżlazzjoni applikabbli dwar il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus, il-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-ġlieda kontra l-frodi fiskali;

(g)

fir-rigward ta' kwalunkwe intermedjarji u riċevituri finali oħrajn, jittrasponu l-kundizzjonijiet rilevanti definiti f'dan l-Artikolu 9.4 u l-Artikolu 9.5 fil-ftehimiet tagħhom magħhom, ħlief li fir-rigward tal-Artikolu 9.5, l-Intermedjarji Finanzjarji u r-Riċevituri Finali jagħtu rappreżentazzjonijiet li huma ma jinsabux f'sitwazzjoni ta' esklużjoni kif stabbilit fl-Anness 2;

(h)

jintrabtu li ma jimponu ebda tariffa fuq il-FEI b'rabta mal-implimentazzjoni ta' Operazzjonijiet;

(i)

jikkalkulaw l-ekwivalenti tal-għotja gross skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament de minimis għal kull Tranżazzjoni skont il-formula stipulata fl-Anness 1, u jirrapportaw il-kalkolu lill-FEI;

(j)

jgħaddu b'mod sħiħ lir-Riċevituri Finali l-porzjon sħiħ ta' għajnuna mill-Istat tal-benefiċċju finanzjarju li jirriżulta mill-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru kif inhu speċifikat iktar fl-Anness 1.

(Iktar kundizzjonijiet għandhom jiġu speċifikati fil-kuntratt)

9.5.

Intermedjarji Finanzjarji li jinsabu f'xi waħda mis-sitwazzjonijiet stabbiliti fl-Anness 2 ma jiġux magħżula.

9.6.

Qabel l-iffirmar ta' Ftehim Operattiv, il-FEI jinforma bil-miktub lill-Awtorità Maniġerjali dwar l-elementi ewlenin ta' kull Operazzjoni kif inhu speċifikat aktar fil-Ftehim ta' Finanzjament. (Iktar kundizzjonijiet għandhom jiġu speċifikati fil-kuntratt). Il-FEI, mingħajr dewmien żejjed, jinnotifika bil-miktub lill-Awtorità Maniġerjali dwar l-iffirmar ta' Ftehim Operattiv.

9.7.

Il-FEI jinforma bil-miktub lill-Awtorità Maniġerjali mingħajr dewmien żejjed dwar il-kanċellazzjoni parzjali, emendi materjali jew it-terminazzjoni bikrija ta' Ftehim Operattiv u r-raġunijiet għal tali sitwazzjoni, kif inhu pprovdut iktar f'dan il-Ftehim ta' Finanzjament. (Iktar kundizzjonijiet għandhom jiġu speċifikati fil-kuntratt)

Artikolu 10

Governanza

10.1.

L-implimentazzjoni tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati mill-FEI għandha tkun issorveljata mill-bord tal-investituri (“il-Bord tal-Investituri”). Il-Bord tal-Investituri jikkonsisti f'(4) membri mogħnija bis-setgħa dovuta appuntati mill-Awtorità Maniġerjali, u rappreżentanti tagħha, membru (1) appuntat mill-FEI, osservatur (1) appuntat mill-BEI u żewġ (2) osservaturi appuntati mill-Kummissjoni Ewropea.

10.2.

Il-Bord tal-Investituri:

(a)

japprova t-Termini ta' Referenza u, fejn ikun neċessarju, kwalunkwe emenda jew reviżjoni tagħhom u jirrevedi s-sejħiet għal proposti sottomessi mill-FEI qabel jiġu ppubblikati;

(b)

jirrevedi l-progress fl-implimentazzjoni tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati, inklużi l-ilħuq ta' Miri u sensiela ta' Operazzjonijiet ġodda;

(c)

jirrevedi kwistjonijiet strateġiċi u politiċi relatati mat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati u jagħti opinjonijiet dwarhom;

(d)

jagħti gwida fuq kwistjonijiet ta' interpretazzjoni dwar il-kriterji ta' eliġibbiltà stabbiliti fl-Artikoli minn 3.1 sa 3.4;

(e)

jeżamina mill-ġdid ir-rapporti annwali tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati msemmija fl-Artikolu 16;

(f)

jeżamina mill-ġdid it-termini ta' referenza għall-Evalwazzjonijiet u jeżamina mill-ġdid ir-rapporti ta' Evalwazzjoni tat-Tieqa Ddedikata (Twieqi Ddedikati), jekk ikun hemm;

(g)

jeżamina mill-ġdid l-aġġustamenti proposti għat-Tieqa Ddedikata (Twieqi Ddedikati) b'segwitu għar-rapporti ta' Evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 18;

(h)

jipproponi emendi għal dan il-Ftehim ta' Finanzjament, jekk ikun jixraq;

(i)

(kompiti oħrajn). (Jistgħu jiġu speċifikati iktar kundizzjonijiet fil-kuntratt jekk ikun neċessarju)

10.3.

Il-Bord tal-Investituri jaġixxi b'kunsens u taħt ebda ċirkustanza ma jimmina xi deċiżjoni li tkun ittieħdet dwar l-implimentazzjoni tal-istrateġija ġenerali tal-(Istrumenti Finanzjarji COSME) (U/JEW) l-(Istrumenti Finanzjarji H2020) mill-kumitat ta' tmexxija rilevanti previst fil-Ftehim(iet) ta' Delega rispettivi.

10.4.

Il-Bord tal-Investituri jeleġġi l-President tiegħu. Il-President jkun rappreżentant tal-Awtorità Maniġerjali.

Il-Bord tal-Investituri jiltaqa' fuq talba ta' kwalunkwe wieħed mill-membri tiegħu, u jiltaqa' għall-inqas () kull sena. Il-laqgħat tal-Bord tal-Investituri jiġu organizzati mis-Segretarjat tiegħu.

10.5.

Il-Bord tal-Investituri jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu fuq proposta tas-Segretarjat.

10.6.

L-attendenza għal-laqgħat tal-Bord tal-Investituri ma tkunx bil-ħlas. L-entità li tkun innominat il-membru terfa' l-piż tal-ispejjeż imġarrba mill-membru b'rabta mal-ivvjaġġar u l-attendenza għal kwalunkwe laqgħa tal-Bord tal-Investituri.

10.7.

Il-FEI jipprovdi s-servizzi tas-Segretarjat, skont dan il-Ftehim ta' Finanzjament.

Is-Segretarjat jwettaq, fost l-oħrajn, il-kompiti li ġejjin:

(a)

l-organizzazzjoni tal-laqgħat tal-Bord tal-Investituri, inklużi t-tfassil u t-tqassim tad-dokumenti, l-aġenda u l-minuti tal-Bord tal-Investituri;

(b)

kwalunkwe kompitu ieħor (kif definit f'dan il-Ftehim ta' Finanzjament) jew mill-Bord tal-Investituri.

(c)

komunikazzjonijiet relatati mal-attivitajiet tal-Bord tal-Investituri jitwasslu permezz tas-Segretarjat.

Artikolu 11

Kontribuzzjoni tal-Istat Membru

11.1.

Il-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru tintuża esklussivament f'rabta mat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati u ma' kwalunkwe Operazzjoni relatata magħha.

11.2.

Il-FEI jipprovdi lill-Awtorità Maniġerjali sa mhux iktar tard minn (X) ta' kull sena (i) is-sensiela ta' Operazzjonijiet previsti li jiġu ffirmati fis-sena kurrenti u l-ammont propost tal-Kontribuzzjoni tal-Istat membru li għandha titħallas għas-sena kurrenti, (ii) l-iskeda ta' pagamenti tal-ammont propost tal-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru li għandha titħallas kull sena sa tmiem il-Perjodu ta' Impenn, inklużi tariffi ta' ġestjoni applikabbli (iii) kwalunkwe bidla meqjusa neċessarja għall-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru notifikata li sseħħ fis-sena kurrenti.

Sa (X) ta' kull sena, il-FEI jipprovdi lill-Awtorità Maniġerjali l-figuri riveduti li jirrigwardaw is-subparagrafu ta' hawn fuq, jekk ikun meħtieġ.

11.3.

Wara d-diliġenza dovuta tal-Intermedjarji Finanzjarji li huma previsti li jintgħażlu b'konformità mal-Artikolu 9, il-FEI jibgħat fi kwalunkwe żmien li jqis neċessarju talba għal pagament lill-Awtorità Maniġerjali, fil-formola tal-Anness 3 (“it-Talba għal Pagament”). It-Talba għal Pagament tinkludi (i) l-ammont propost ta' Kontribuzzjoni tal-Istat Membru sabiex ikopri l-impenji taħt il-Ftehimiet ta' Garanzija li jkunu mistennija jiġu ffirmati matul it-tliet xhur wara d-data tat-Talba għal Pagament u (ii) skeda ta' pagamenti tal-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru li għandhom jitħallsu kull sena sa tmiem il-Perjodu ta' Impenn b'rabta mal-Operazzjonijiet rilevanti.

11.4.

Talba għal Pagament tista' tinkludi ammont propost ta' Kontribuzzjoni tal-Istat membru ta' 100 % tal-ammonti neċessarji sabiex ikunu koperti l-impenji taħt Ftehim ta' Garanzija.

11.5.

L-Awtorità Maniġerjali hekk kif tirċievi Talba għal Pagament, u suġġett għad-disponibbiltà tal-baġit, mingħajr dewmien bla bżonn u fi kwalunkwe każ qabel ma l-FEI jiffirma xi Ftehim ta' Garanzija, tiddepożita fil-Kont(ijiet) tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati l-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru li tkun daqs l-ammont ta' Kontribuzzjoni tal-Istat Membru speċifikat fit-Talba għal Pagament, u tinforma biha lill-FEI.

11.6.

L-Awtorità Maniġerjali tista' fi kwalunkwe żmien tissospendi l-pagament tal-Kontribuzzjoni tal-Istat membru billi tinnotifika lill-FEI li t-Talba għal Pagament tiegħu ma tistax tintlaqa' għax:

(a)

mhijiex konformi f'xi aspett materjali mad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim ta' Finanzjament; jew

(b)

ikun hemm dubju serju dwar l-aċċettabilità tan-nefqa sottostanti prevista; jew

(c)

tinġieb informazzjoni għall-attenzjoni tal-Awtorità Maniġerjali li tindika xi nuqqas sinifikanti fil-funzjonament tas-sistema ta' Kontroll Intern jew li n-nefqa ċċertifikata mill-FEI hija marbuta ma' irregolarità serja u ma ġietx ikkoreġuta. F'dan il-każ, l-Awtorità Maniġerjali tista' tissospendi l-pagament biss jekk ikun neċessarju sabiex tipprevjeni li ssir ħsara sinifikanti lill-interessi finanzjarji tagħha fir-rigward tal-baġit tal-Unjoni Ewropea.

Kwalunkwe sospensjoni bħal din tkun issostanzjata kif imiss mill-Awtorità Maniġerjali u ma għandhiex tkun retroattiva. Il-FEI għandu jkun notifikat kemm jista' jkun malajr dwar kwalunkwe sospensjoni bħal din, flimkien mar-raġunijiet għaliha.

Is-sospensjoni tidħol fis-seħħ dakinhar li l-Awtorità Maniġerjali tinnotifika lill-FEI dwarha. Il-perjodu ta' pagament li jkun fadal jissokta mill-ġdid minn dakinhar li l-informazzjoni jew dokumenti riveduti rikjesti jkunu riċevuti jew li l-verifiki ulterjuri neċessarji, inklużi verifiki fuq il-post, jitwettqu.

Jekk is-sospensjoni teċċedi x-xahrejn, il-FEI jista' jitlob lill-Awtorità Maniġerjali tirrieżamina jekk is-sospensjoni għandhiex titkompla.

Artikolu 12

Il-Kontribuzzjoni tal-FEI

Il-FEI jikkontribwixxi l-Kontribuzzjoni tal-FEI lill-Kompartiment, skont it-termini definiti fl-Anness 1.

Artikolu 13

Kont(ijiet) tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati u l-Ġestjoni tal-Assi tat-Teżorerija

13.1.

Il-Ġestjoni tal-Assi tat-Teżorerija tal-Kont(ijiet) tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati titwettaq mill-FEI jew minn xi entità oħra maħtura minnha bl-approvazzjoni tal-Bord tal-Investituri, b'konformità mal-linji gwida tal-Ġestjoni tal-Assi tat-Teżorerija stabbiliti fl-Anness 4.

13.2.

Għal kull Tieqa Ddedikata, il-FEI jiftaħ u jżomm Kont tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati (f'relazzjoni mar-riżorsi kkontribwiti mill-Programm Operattiv tal-FEŻR u Kont tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati f'relazzjoni mar-riżorsi kkontribwiti mill-programm tal-FAEŻR għall-iżvilupp rurali) u b'konformità mal-politiki u l-proċeduri interni tal-FEI.

13.3.

Il-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru għat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati titħallas fil-Kont(ijiet) tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati skont l-Artikolu 11 ta' dan il-Ftehim.

13.4.

Il-Kont(ijiet) tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati f'kull ħin u f'kull aspett jintuża, jiġi impenjat jew inkella jsir disponiment minnu jew jiġi ġestit fit-termini tal-kontabilità b'mod separat minn fondi jew kontijiet oħrajn tal-FEI. It-tranżazzjonijiet kollha jrid ikollhom id-data tal-valur.

13.5.

Il-Kont(ijiet) tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati jintużaw esklussivament b'rabta ma' tranżazzjonijiet jew Operazzjonijiet b'konformità ma' dan il-Ftehim ta' Finanzjament.

13.6.

L-assi tat-teżorerija jiġu ġestiti skont il-politiki u l-proċeduri tal-FEI, il-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba u skont il-prinċipji stipulati fl-Anness 4. Dawn l-assi jiġu investiti bir-riskju għall-Awtorità Maniġerjali (inkluż fir-rigward ta' mgħax negattiv jew telf mill-ġestjoni tal-assi) skont profil ta' riskju u strateġija ta' investiment miftehmin minn qabel u, fejn ikunu applikabbli, il-linji gwida dwar il-ġestjoni tal-assi fil-formola stabbilita fl-Anness 4.

13.7.

Il-FEI jimponi tariffa fuq l-Awtorità Maniġerjali b'konformità mal-Artikolu 14, minħabba l-Ġestjoni tal-Assi tat-Teżorerija mwettqa mill-FEI jew għan-nom tagħha.

13.8.

Għall-fini tal-operat tal-Kont(ijiet) tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati, il-FEI jiftaħ u jżomm Kont tal-Euro u, jekk ikun applikabbli, Kont mhux tal-Euro għal Operazzjonijiet denominati b'munita oħra flok bl-Euro.

13.9.

Il-Kont(ijiet) tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati jiġu kkreditat b':

(a)

Il-Kontribuzzjoni tal-Istat membru Imħallsa;

(b)

Pagament lura;

(c)

Dħul

13.10.

Il-Kont(ijiet) tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati jiġu ddebitati b':

(a)

Ammonti rikjesti fir-rigward ta' Operazzjonijiet;

(b)

Ammonti dovuti lill-FEI skont l-Artikolu 14;

(c)

Ammonti mħallsin lura lill-Awtorità Maniġerjali tal-Politika ta' Ħruġ;

(d)

Ammonti rikjesti għall-Ġestjoni tal-Assi tat-Teżorerija.

13.11.

It-trasferiment imsemmi fl-Artikolu 13.10(c) jsir fil-kont bankarju li ġej tal-Awtorità Maniġerjali:

Isem (tal-Bank):

[]

Indirizz (tal-Bank):

[]

BIC:

[]

IBAN:

[]

Isem il-Benefiċjarju:

[]

Indirizz tal-Benefiċjarju:

[]

BIC tal-Benefiċjarju:

[]

Referenza:

Dħul ta' ammonti li jikkonċernaw il-Politika ta' Ħruġ ta' (daħħal l-akronimu tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati u xi referenza oħra possibbli).

13.12.

Minħabba t-terminazzjoni ta' dan il-Ftehim ta' Finanzjament kif stabbilit fl-Artikolu 25, il-FEI jagħlaq il-Kont(ijiet) tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati u jinnotifika bla dewmien żejjed lill-Awtorità Maniġerjali dwar dan l-għeluq.

13.13.

Il-FEI juża d-Dħul u l-Pagamenti Lura skont l-għanijiet tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati, inkluż il-pagament ta' Spejjeż u Tariffi ta' Ġestjoni u jżomm reġistri tal-użu tad-Dħul u tal-Pagamenti Lura.

13.14.

(Jekk ikun xieraq, u fi kwalunkwe każ wara li jintemm il-Perjodu ta' Impenn, u mhux aktar tard minn (X) ta' kull sena, il-FEI jinnotifika lill-Awtorità Maniġerjali dwar l-ammont ta' Kontribuzzjoni tal-Istat membru impenjata li ma tħallsitx fil-Kont(ijiet) tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati li ma jkunx għadu iktar meħtieġ għall-finijiet ta' dan il-Ftehim ta' Finanzjament jew ta' kwalunkwe Ftehim ta' Garanzija, kif inhu pprovdut iktar hawnhekk (Iktar kundizzjonijiet jiġu speċifikati fil-kuntratt).)

13.15.

(Fi tmiem il-Perjodu ta' Impenn u f'każ li ma jkunx għad fadal Kontribuzzjoni tal-Istat membru x'titħallas, il-FEI fuq bażi annwali, u mhux aktar tard minn (X) ta' kull sena, jinnotifika lill-Awtorità Maniġerjali dwar l-ammonti li ma jkunux aktar meħtieġa għat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati jew għal kwalunkwe Ftehim ta' Garanzija. Bħala konsegwenza, l-Awtorità Maniġerjali tista' toħroġ nota ta' debitu lill-FEI sabiex tirkupra l-ammont korrispondenti lura għall-baġit tal-Awtorità Maniġerjali

Artikolu 14

Spejjeż u Tariffi ta' Ġestjoni

14.1.

L-Awtorità Maniġerjali tħallas lill-FEI għall-Attività tal-FEI permezz ta' tariffi li jinkludu (i) tariffa amministrattiva, (ii) tariffa ta' inċentiv, (iii) tariffa tal-Ġestjoni tal-Assi tat-Teżorerija u (iv) tariffa ta' riżerva sabiex tkopri spejjeż imprevisti (kollettivament, “l-Ispejjeż u Tariffi ta' Ġestjoni”), kif inhu speċifikat iktar f'dan l-Artikolu.

14.2.

L-Ispejjeż u t-Tariffi ta' Ġestjoni jiġu ddebitati mill-FEI mill-Kont(ijiet) tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati wara l-fatturar lill-Awtorità Maniġerjali (għandu jiġi speċifikat iktar fil-kuntratt), u r-reviżjoni minnha, u jikkostitwixxu l-kumpens sħiħ lill-FEI għall-Attività tal-FEI. (Jistgħu jiġu speċifikati iktar kundizzjonijiet fil-kuntratt jekk ikun neċessarju)

14.3.

L-aggregat tat-tariffa amministrattiva u tat-tariffa ta' inċentiv f'ebda każ ma għandu jaqbeż is-6 % tal-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru impenjata, ħlief f'ċirkustanzi debitament ġustifikati. Suġġetta għall-Artikoli 14.6 u 14.7, it-tariffa ta' inċentiv ma tkun inqas minn terz tal-aggregat tat-tariffa amministrattiva u tat-tariffa ta' inċentiv.

Flimkien mat-tariffa amministrattiva u ta' inċentiv, it-tariffa tal-Ġestjoni tal-Assi tat-Teżorerija ma teċċedi l-(1) % (jew kif speċifikat mod ieħor fil-ftehimiet ta' finanzjament individwali) tal-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru Impenjata. Barra minn hekk, it-tariffa ta' riżerva ma teċċedix iż-(0,5) % (jew kif speċifikat mod ieħor fil-ftehimiet ta' finanzjament individwali) tal-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru Impenjata.

14.4.

It-tariffa amministrattiva tkun tikkostitwixxi l-kumpens intier għall-ispejjeż amministrattivi mġarrba mill-FEI rigward it-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati, inklużi, imma mhux biss: ir-riċerka tas-suq, il-kummerċjalizzazzjoni, l-iżvilupp tal-prodott, attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni, in-negozjar, il-monitoraġġ, l-adattament għas-sistemi tal-IT, l-ispejjeż legali, l-ispejjeż tal-ivjaġġar, l-għoti ta' konsulenza fiskali, l-ispejjeż bankarji, l-ispejjeż ta' sottokuntrattar, l-awditjar u r-rapurtar, il-monitoraġġ u l-kontrolli, is-Segretarjat, l-Evalwazzjonijiet (jekk ikun hemm), l-awditjar intern u estern, il-viżibbiltà u r-reklamar. Tieħu wkoll inkonsiderazzjoni spejjeż imposti fuq l-Intermedjarji Finanzjarji. (Jistgħu jiġu speċifikati iktar kundizzjonijiet fil-kuntratt jekk ikun neċessarju)

14.5.

It-tariffa amministrattiva, suġġetta għal-limiti massimi stabbiliti fl-Artikolu 14.3, titħallas lill-FEI kif ġej:

1.

L-ewwel parti tat-tariffa amministrattiva tkun marbuta mal-istabbiliment tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati u tkun egwali għal (2) % tal-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru Imħallsa. Dan l-ammont għandu jitħallas lill-FEI mal-iffirmar tal-ewwel Ftehim Operattiv. (tali kundizzjonijiet ikunu speċifikati iktar fil-kuntratt)

2.

Il-parti li jkun fadal tat-tariffa amministrattiva tintrabat mal-implimentazzjoni, il-ġestjoni, il-monitoraġġ u l-likwidazzjoni tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati u titħallas annwalment f'arretrati (Jistgħu jiġu speċifikati iktar kundizzjonijiet fil-kuntratt jekk ikun neċessarju).

14.6.

It-tariffa ta' inċentiv tippremja lill-FEI għall-kisba ta' prestazzjoni finanzjarja u li tkun relatata mal-politika tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati.

14.7.

Suġġetta għal-limitu massimu stabbilit fl-Artikolu 14.3, it-tariffa ta' inċentiv titħallas lill-FEI abbażi tal-kisba ta' indikaturi tal-prestazzjoni, b'mod partikolari l-Effett ta' Ingranaġġ miksub b'konformità mal-Miri stabbiliti fl-Artikolu 7. (Tali kundizzjonijiet ikunu speċifikati iktar fil-kuntratt) It-tariffa ta' inċentiv titħallas kull sitt xhur f'arretrati.

14.8.

It-tariffa tal-Ġestjoni tal-Assi tat-Teżorerija tiġi utilizzata għal attivitajiet tal-ġestjoni tat-teżorerija.

14.9.

It-tariffa ta' riżerva tiġi utilizzata sabiex tkopri spejjeż imprevisti, pereżempju spejjeż ta' litigazzjoni. Il-ħlas għal spejjeż imprevisti jkun suġġett għal approvazzjoni minn qabel mill-Awtorità Maniġerjali. (Iktar kundizzjonijiet għandhom jiġu speċifikati fil-kuntratt).

14.10.

L-Ispejjeż u t-Tariffi tal-Ġestjoni jkunu koperti qabelxejn mid-Dħul u l-Pagamenti Lura. Jekk tali Dħul u Pagamenti Lura ma jkunux biżżejjed, in-nuqqas jiġi kopert mill-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru Imħallsa b'konformità mar-regoli stabbiliti f'dan l-Artikolu. Minkejja dan li għadu kif issemma, l-Awtorità Maniġerjali tħallas lill-FEI għall-Attività tal-FEI mwettqa wara l-31 ta' Diċembru 2023 permezz ta' tariffi separati mill-Ispejjeż u t-Tariffi ta' Ġestjoni kif inhu speċifikat iktar f'dan il-Ftehim ta' Finanzjament. (Iktar kundizzjonijiet għandhom jiġu speċifikati fil-kuntratt)

Artikolu 15

Kontabilità

15.1.

Il-FEI jżomm Kont(ijiet) tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati separat(i) għall-attivitajiet relatati ma' kull Strument Finanzjarju b'konformità mar-regoli u l-proċeduri tal-FEI.

15.2.

It-tranżazzjoni finanzjarja u dikjarazzjonijiet finanzjarji fir-rigward ta' Tieqa Ddedikata jiġu stabbiliti skont:

(a)

ir-regoli u l-proċeduri tal-FEI kif applikabbli għal tali Tieqa Ddedikata;

u

(b)

ir-regoli ta' kontabilità tal-Unjoni stipulati mill-Uffiċjal tal-Kontabilità tal-Kummissjoni Ewropea abbażi tal-istandards stipulati mill-Bord tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità għas-Settur Pubbliku (IPSAS), kif jistgħu jiġu emendati minn żmien għal żmien u kkomunikati bil-quddiem mill-Kummissjoni Ewropea lill-FEI skont it-termini tal-Ftehim(iet) ta' Delega (Jistgħu jiġu speċifikati iktar kundizzjonijiet fil-kuntratt jekk ikun neċessarju).

15.3.

Il-FEI jżomm id-dokumenti finanzjarji u ta' kontabilità li jirrigwardaw il-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru Imħallsa għal terminu ta' seba' (7) snin wara tmiem il-Perjodu ta' Implimentazzjoni jew it-terminazzjoni ta' dan il-Ftehim ta' Finanzjament jew l-għeluq tal-Operazzjonijiet taħt Strument Finanzjarju, skont liema perjodu minnhom ikun l-itwal.

15.4.

Kull sena l-FEI jissottometti lill-Awtorità Maniġerjali d-dikjarazzjonijiet finanzjarji awditjati ta' Tieqa Ddedikata.

Artikolu 16

Rapportar operazzjonali u finanzjarju

16.1.

Il-FEI jirrapporta lill-Awtorità Maniġerjali bi frekwenza li trid tiġi miftiehma (Iktar kundizzjonijiet jiġu speċifikati fil-kuntratt), l-aspetti operattivi tat- Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati b'konformità mal-Anness 5, jiġifieri:

(a)

l-identifikazzjoni tal-Programm Nazzjonali Ddedikat Uniku u tal-prijorità jew il-miżura li minnha hija pprovduta l-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru;

(b)

deskrizzjoni tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati u tal-arranġamenti ta' implimentazzjoni;

(c)

l-identifikazzjoni tal-Intermedjarji Finanzjarji;

(d)

l-ammont totali tal-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru Imħallsa bi prijorità jew b'miżura taħt il-Programm Nazzjonali Ddedikat Uniku;

(e)

l-ammont totali tal-Finanzjament Permezz ta' Self Ġdid li oriġina fil-kwart tas-sena rilevanti u s'issa;

(f)

l-ammont totali ta' Spejjeż u Tariffi tal-Ġestjoni;

(g)

il-prestazzjoni tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati inkluż il-progress fit-twaqqif tagħhom u fl-Għażla tal-Intermedjarji Finanzjarji;

(h)

l-ammont totali ta' Pagamenti Lura u Dħul dovut;

(i)

il-progress fil-kisba tal-Effett ta' Ingranaġġ;

(j)

il-kontribuzzjoni tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati għall-kisba tal-indikaturi tal-prijorità jew tal-miżura kkonċernata fil-Programm Nazzjonali Ddedikat Uniku;

(k)

l-għadd ta' Riċevituri Finali (it-total u skont l-Operazzjoni);

(l)

l-ekwivalenti tal-għotja gross għal kull Tranżazzjoni.

(Iktar kundizzjonijiet għandhom jiġu speċifikati fil-kuntratt)

16.2.

Il-FEI jirrapporta lill-Awtorità Maniġerjali bil-frekwenza msemmija fl-Artikolu 16.1 dwar l-aspetti finanzjarji tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati b'konformità mal-Anness 6. (Iktar kundizzjonijiet għandhom jiġu speċifikati fil-kuntratt)

16.3.

Sa mhux aktar tard minn () ta' kull sena, il-FEI jipprovdi lill-Awtorità Maniġerjali b'rapport annwali bid-dejta kollha miġbura dwar kwalunkwe aspett operattiv u finanzjarju tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati sa mit-twaqqif tagħha. Dan ir-rapport annwali jiġi żvelat għar-rieżami lill-Bord tal-Investituri mingħajr dewmien żejjed. (Iktar kundizzjonijiet għandhom jiġu speċifikati fil-kuntratt).

Il-FEI jikkomunika lill-Awtorità Maniġerjali rapporti ta' verifika regolari mill-awdituri esterni maħtura f'dan il-Ftehim ta' Finanzjament fil-forma ta' ittra ta' ġestjoni. (Iktar kundizzjonijiet għandhom jiġu speċifikati fil-kuntratt)

Barra minn hekk, jekk ikun neċessarju l-Partijiet jistgħu jiddiskutu u jiftiehmu dwar miżuri ta' rapportar addizzjonali marbuta mal-Operazzjonijiet. (Iktar kundizzjonijiet jistgħu jiġu speċifikati fil-kuntratt)

16.4.

Ir-rekwiżiti ta' rapportar rilevanti msemmija fl-Artikoli 16.1 u 16.2 ikunu bbażati fuq l-informazzjoni miksuba mill-FEI minn żmien għal żmien taħt l-obbligi ta' rappurtar rilevanti inklużi fil-Ftehimiet Operattivi bejn il-FEI u l-Intermedjarji Finanzjarji li jimplimentaw it-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati. Il-Ftehim Operattiv jirrikjedi li l-Intermedjarji Finanzjarji jipprovdu tali informazzjoni lill-FEI. (Iktar kundizzjonijiet għandhom jiġu speċifikati fil-kuntratt)

16.5.

Ir-Rapporti li jkunu se jiġu sottomessi lill-Awtorità Maniġerjali jkunu espressi f'Euro. Dawn ir-rapporti jistgħu jittieħdu minn dikjarazzjonijiet finanzjarji denominati f'muniti oħrajn skont ma jkun jirrikjedi l-FEI. Fejn ikun neċessarju, l-ammonti jiġu konvertiti f'Euro. Ħlief fejn hu pprovdut mod ieħor f'dan il-Ftehim ta' Finanzjament, ammonti ddenominati f'munita oħra flok bl-Euro u rrapportati minn Parti lill-oħra f'Euro jiġu konvertiti f'Euro skont ir-rata tal-kambju prevalenti fid-data ta' rapportar rilevanti, kif iffissata mill-Bank Ċentrali Ewropew.

Artikolu 17

Awditi, Kontrolli u Monitoraġġ

17.1.

B'konformità mal-liġi tal-Unjoni rilevanti, il-Qorti tal-Awdituri u l-Kummissjoni Ewropea jkollhom is-setgħa li jivverifikaw l-implimentazzjoni tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati.

17.2.

Il-FEI jwettaq verifiki dwar l-implimentazzjoni tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati skont ir-regoli, il-politiki u l-proċeduri tiegħu u skont dan il-Ftehim ta' Finanzjament, inklużi, fejn ikun xieraq, verifiki fuq il-post ta' kampjuni ta' tranżazzjonijiet rappreżentattivi u/jew ibbażati fuq ir-riskju, sabiex jiżgura li t-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati jiġu implimentati effettivament u korrettament, u sabiex, inter alia, jipprevjeni u jikkoreġi irregolaritajiet u frodi.

17.3.

F'każ ta' suspett ta' frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, il-FEI jinforma lill-OLAF bla dewmien u, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-OLAF, jista' jieħu miżuri ta' prekawzjoni xierqa, inklużi miżuri sabiex tiġi salvagwardjata l-evidenza. F'każ ta' irregolaritajiet fir-rigward tal-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru, il-FEI jinforma lill-Awtorità Maniġerjali mingħajr dewmien u jieħu l-azzjonijiet neċessarji kollha, inklużi proċeduri legali, sabiex jiġi rkuprat kwalunkwe ammont dovut b'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Operattiv, bi qbil mal-Anness 1, u kwalunkwe ammont rkuprat jiġu rritornat fil-pront lill-Kont(ijiet) tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati.

17.4.

Il-FEI jissorvelja l-implimentazzjoni tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati permezz tad-dikjarazzjonijiet ta' rapportar u/jew finanzjarji pprovduti mill-Intermedjarji Finanzjarji, l-awditi interni u esterni disponibbli u kwalunkwe verifika mwettqa minnhom jew mill-FEI, inkluża analiżi tan-natura u d-daqs tal-iżbalji u d-dgħufijiet identifikati fis-sistemi kif ukoll fl-azzjonijiet korrettivi meħuda jew ippjanati. Il-FEI jirrapporta lill-Awtorità Maniġerjali dwar ir-riżultati materjali ta' tali attivitajiet.

17.5.

Il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati mill-FEI jkun intenzjonat li jippermetti lill-Awtorità Maniġerjali tivvaluta (i) jekk is-sistema ta' Kontroll Intern hijiex effiċjenti u effettiva, (ii) jekk il-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru intużatx b'konformità mad-dispożizzjonijiet regolatorji u kuntrattwali applikabbli u (iii) l-progress lejn l-ilħuq tal-għanijiet tal-politika rifless fl-indikaturi tal-eżiti u tar-riżultati rilevanti.

17.6.

L-Awtorità Maniġerjali tista' twettaq kontrolli u monitoraġġ dwar l-implimentazzjoni tat-Tieqa Ddedikata (Twieqi Ddedikati) permezz tal-parteċipazzjoni tagħha fil-Bord tal-Investituri, bis-saħħa tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji awditjati pprovduti mill-FEI skont l-Artikolu 15.4.

17.7.

L-OLAF jista' jwettaq investigazzjonijiet, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, skont id-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom), Nru 883/2013, ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96 u r-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95, kif jistgħu jiġu emendati, supplimentati jew modifikati minn żmien għal żmien, sabiex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, sabiex jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunke attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni f'rabta ma' kwalunkwe Operazzjoni ta' finanzjament suġġetta għat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati.

Artikolu 18

Evalwazzjoni

18.1.

Il-Partijiet jistgħu jaqblu dwar kwalunkwe evalwazzjoni li għandhom jitwettqu dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Finanzjament skont termini ulterjuri stabbiliti hawnhekk. (Iktar kundizzjonijiet jistgħu jiġu speċifikati fil-kuntratt).

18.2.

Il-FEI jesiġi li l-Intermedjarji Finanzjarji f'kull Ftehim Operattiv jipprovdu lill-FEI informazzjoni fil-pussess tagħhom u li tkun raġonevolment meħtieġa għat-twettiq ta' evalwazzjoni li tkun se ssir mill-Kummissjoni Ewropea skont l-Artikolu 57(3) tas-CPR.

Artikolu 19

Akkwist ta' prodotti, xogħlijiet u servizzi

19.1.

L-akkwist ta' kwalunkwe prodott, xogħol jew servizz mill-FEI fil-kuntest tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati jitwettaq b'konformità mar-regoli u l-proċeduri applikabbli adottati mill-FEI, waqt li jittieħdu inkonsiderazzjoni l-prinċipji tat-trasparenza, tal-proporzjonalità, tat-trattament ugwali, tal-aqwa valur għall-flus, tal-evitar tal-konflitt ta' interess u tan-nuqqas ta' diskriminazzjoni fl-għoti ta' kuntratti sakemm, meta jitqiesu kif xieraq l-ispiża u t-tul taż-żmien, is-sottokuntrattar ma jwassalx għal spejjeż ogħla milli kieku l-implimentazzjoni saret direttament mill-FEI nnifsu. Sabiex jiġi evitat id-dubju, tali sottokuntrattar ma jirreferix għall-Għażla tal-Intermedjarji Finanzjarji skont l-Artikolu 9.

19.2.

Kandidati u offerenti mniżżlin fil-bażi tad-dejta ċentrali tal-esklużjoni stabbilita u mmexxija mill-Kummissjoni Ewropea skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 1302/2008 tas-17 ta' Diċembru 2008 dwar il-bażi tad-dejta ċentrali tal-esklużjoni (15) għall-finijiet tal-ġestjoni tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati ma jinżammux.

Artikolu 20

Viżibbiltà

20.1.

Il-FEI jieħu l-miżuri xierqa kollha pprovduti f'dan il-Ftehim ta' Finanzjament sabiex jippubbliċizza l-fatt li t-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati huma kkofinanzjati mill-(FEŻR) JEW mill-(FAEŻR), u jinkludi d-dispożizzjonijiet li jirrikjedu li r-rekwiżiti taħt dan l-Artikolu jiġu mgħoddijin lill-Intermedjarji Finanzjarji u lir-Riċevituri Finali fil-kuntratti rilevanti. (Iktar kundizzjonijiet għandhom jiġu speċifikati fil-kuntratt)

20.2.

Il-FEI jirrikjedi li l-informazzjoni mogħtija lill-istampa, il-partijiet interessati, l-Intermedjarji Finanzjarji u r-Riċevituri Finali tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati jirrikonoxxu li t-Tieqa Ddedikata (Twieqi Ddedikati) twaqqfu “bil-finanzjament tal-Unjoni Ewropea” (bil-lingwa tal-Unjoni rilevanti) u jesponu b'mod xieraq l-emblema tal-Unjoni (tnax-il stilla safra fuq sfond ikħal) b'konformità mar-rekwiżiti tal-Ftehim(iet) ta' Delega.

20.3.

Il-FEI jirrikjedi li l-Intermedjarju Finanzjarju jagħmel kampanji ta' informazzjoni, reklamar u pubbliċità kif stipulat f'dan il-Ftehim ta' Finanzjament (Iktar kundizzjonijiet ikunu speċifikati fil-kuntratt) fit-territorju ta' (ISEM L-ISTAT MEMBRU), bil-għan li jagħmel it-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati iktar magħrufa fit-tali territorju b'mod li jiżgura li kwalunkwe dokument li jikkonċerna l-appoġġ mogħti permezz tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati jkun fihom dikjarazzjoni li ssemmi li t-Tranżazzjoni tibbenifika mill-appoġġ tal-Unjoni Ewropea skont l-“(Inizjattiva tal-SMEs), it-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati ffinanzjata mill-Unjoni Ewropea taħt (il-FEŻR) JEW (il-FAEŻR), (il-COSME) JEW (Orizzont 2020)”.

20.4.

Id-daqs u l-prominenza tar-rikonoxximent u tal-emblema tal-Unjoni jkunu viżibbli b'mod ċar, hekk li ma tinħoloq ebda konfużjoni rigward l-identifikazzjoni tal-attività tal-FEI, u l-applikazzjoni tal-privileġġi u l-immunitajiet tal-FEI għat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati.

20.5.

Il-pubblikazzjonijiet kollha tal-FEI relatati speċifikament mat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati, ta' liema forma jew mezz ikunu, iġibu d-dikjarazzjoni ta' ċaħda ta' responsabbiltà li ġejja, jew waħda simili, fil-lingwa tal-Unjoni rilevanti: “Dan id-dokument tħejja bl-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni Ewropea. Il-fehmiet espressi f'dan id-dokument ma jistgħu bl-ebda mod jitqiesu li huma l-opinjoni uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.”

20.6.

L-Awtorità Maniġerjali tieħu l-miżuri xierqa kollha sabiex tippubbliċizza l-fatt li t-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati huma kkofinanzjati mill-FEI u, skont ma jagħti l-każ, mill-BEI. L-informazzjoni mogħtija lill-istampa, il-partijiet interessati, l-Intermedjarji Finanzjarji u r-Riċevituri Finali, il-materjal pubbliċitarju relatat, l-avviżi uffiċjali, ir-rapporti, il-pubblikazzjonijiet u l-informazzjoni bbażata fuq l-Internet kollha jirrikonoxxu li t-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati twettqu “bil-kofinanzjament tal-Fond Ewropew tal-Investiment (u l-Bank Ewropew tal-Investiment)” (bil-lingwa tal-Unjoni rilevanti) u jesponu b'mod xieraq il-logo tal-FEI u, skont ma jagħti l-każ, il-logo tal-BEI.

20.7.

Suġġett għar-rekwiżiti ta' kunfidenzjalità applikabbli, mal-ewwel iffirmar ta' Ftehim Operattiv, il-FEI jipproduċi bla dewmien żejjed wara l-iffirmar, stqarrija għall-istampa bl-Ingliż, li tittella' wkoll fis-sit elettroniku tal-FEI. Il-FEI jiddeċiedi dwar il-kontenut tal-istqarrijiet għall-istampa.

20.8.

Il-Partijiet jikkonsultaw ma' xulxin dwar rapporti ta' progress u rapporti dwar is-sitwazzjoni, pubblikazzjonijiet, stqarrijiet għall-istampa u aġġornamenti rilevanti għal dan il-Ftehim ta' Finanzjament qabel ma jinħarġu jew jiġu ppubblikati, u dawn id-dokumenti jikkomunikawhom lil xulxin meta jinħarġu.

20.9.

Il-FEI jkun jinkludi f'kull Ftehim Operattiv ir-rekwiżiti tal-Ftehimiet ta' Delega rilevanti dwar l-għarfien tal-Intermedjarji Finanzjarji għall-għajnuna pprovduta mill-Unjoni Ewropea.

Artikolu 21

Il-pubblikazzjoni tal-informazzjoni dwar l-Intermedjarji Finanzjarji

21.1.

Il-FEI jippubblika ta' kull sena l-ismijiet tal-Intermedjarji Finanzjarji appoġġjati taħt it-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati b'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim(iet) ta' Delega.

21.2.

Il-kriterji għall-iżvelar u l-livell ta' dettall ippubblikat jieħdu inkonsiderazzjoni speċifiċitajiet tas-settur finanzjarju u n-natura tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati, kif ukoll ikunu konformi mar-regoli speċifiċi tal-FEŻR u tal-FAEŻR, skont ma japplika.

Artikolu 22

Assenjazzjoni

Il-Partijiet ma jittrasferixxu, b'mod sħiħ jew parzjali, xi dritt jew obbligu tagħhom taħt dan il-Ftehim ta' Finanzjament lil kwalunkwe parti terza mingħajr il-kunsens bil-miktub minn qabel tal-Parti l-oħra.

Artikolu 23

Responsabbiltà

23.1.

Il-FEI jkun responsabbli lejn l-Awtorità Maniġerjali għat-twettiq tad-dmirijiet u tal-obbligi tiegħu taħt dan il-Ftehim ta' Finanzjament b'livell professjonali ta' attenzjoni u diliġenza u għal kwalunkwe telf li jirriżulta minn aġir doluż jew negliġenza kbira min-naħa tiegħu.

(23.2

Fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim ta' Finanzjament, l-Awtorità Maniġerjali u l-FEI għandhom jinnegozjaw rimedji kuntrattwali fir-rigward ta' telf, ħsarat jew inġurji mġarrbin mill-FEI.)

23.3.

Parti li tħabbat wiċċha ma' Force Majeure ma jitqiesx li qiegħda tikser l-obbligi tagħha taħt dan il-Ftehim ta' Finanzjament jekk tkun ġiet imwaqqfa milli twettaqhom mill-Force Majeure.

Artikolu 24

Il-Liġi li tirregola u l-Ġurisdizzjoni

24.1.

Dan il-Ftehim ta' Finanzjament jiġi rregolat mil-liġijiet (Irid jiġi speċifikat fil-kuntratt), u interpretat skonthom, mingħajr rigward għal xi prinċipji ta' kunflitt ta' liġi applikabbli.

24.2.

Il-Partijiet jagħmlu ħilithom sabiex isolvu b'mod amikevoli kwalunkwe tilwima jew ilment marbuta mal-interpretazzjoni, l-applikazzjoni jew it-twettiq ta' dan il-Ftehim ta' Finanzjament, inklużi l-eżistenza, il-validità jew it-terminazzjoni tiegħu.

24.3.

Fin-nuqqas ta' soluzzjoni amikevoli, il-Partijiet jiftiehmu li (il-ġurisdizzjoni kompetenti għandha tiġi speċifikata fil-kuntratt) jkollha l-ġurisdizzjoni esklussiva li ssolvi kwalunkwe tilwima marbuta ma' dan il-Ftehim ta' Finanzjament.

Artikolu 25

Effettività — Terminazzjoni

25.1.

Dan il-Ftehim ta' Finanzjament jidħol fis-seħħ mal-iffirmar mill-Partijiet u jibqa' fis-seħħ sal-(31 ta' Diċembru 2023) jew sa ma jseħħ Avveniment ta' Terminazzjoni li ma ġiex rimedjat skont l-Artikolu 25.5, skont liema jiġi l-ewwel minnhom.

25.2.

Mhux aktar tard minn (6) xhur qabel il-(31 ta' Diċembru 2023), il-Partijiet jikkonsultaw lil xulxin rigward l-estensjoni ta' dan il-Ftehim ta' Finanzjament għal terminu ieħor.

25.3.

F'każ li Ftehim Operattiv u/jew Ftehim ta' Garanzija wieħed jew iktar, skont ma japplika, ikunu għadhom fis-seħħ fil-(31 ta' Diċembru 2023), dan il-Ftehim ta' Finanzjament jiġi estiż bi ftehim bejn il-Partijiet. Fin-nuqqas ta' tali ftehim, dan il-Ftehim ta' Finanzjament jibqa' fis-seħħ biss fir-rigward ta' xi obbligazzjoni jew esponiment attwali jew kontinġenti taħt kwalunkwe Operazzjoni, sakemm tali responsabbiltà jew esponiment ma jkunux ġew ikkanċellati jew ikun ġie determinat li huma irrekuperabbli, u kwalunkwe statut tal-limitazzjoni applikabbli jkun skada.

25.4.

Matul it-terminu ta' dan il-Ftehim ta' Finanzjament, kwalunkwe Parti tista' fi kwalunkwe żmien tittermina dan il-Ftehim ta' Finanzjament b'effett immedjat billi tinnotifika lill-Parti l-oħra li seħħ Avveniment ta' Terminazzjoni.

25.5.

Ir-raġunijiet li jistgħu jwasslu għal Avveniment ta' Terminazzjoni huma mniżżlin hawn taħt:

(i)

l-Awtorità Maniġerjali tista' tinnotifika Avveniment ta' Terminazzjoni f'każ ta':

(a)

nuqqas mill-FEI li jiffirma l-Ftehim Operattiv relatat mal-ammont ta' Kontribuzzjoni tal-Istat Membru inkluż f'xi Talba għal Pagament matul it-tliet xhur ta' wara d-data ta' din it-Talba għal Pagament; jew

(b)

nuqqas mill-FEI li jikkonforma ma' xi wieħed mill-obbligi materjali tiegħu taħt dan il-Ftehim;

(c)

nuqqas mill-FEI li jiffirma l-ewwel Ftehim Operattiv fil-perjodu ta' żmien stipulat fl-Artikolu 8.2;

f'kull każ, dejjem jekk l-Awtorità Maniġerjali tkun bagħtet avviż ta' twissija lill-FEI li fih tiddikjara l-inċidenza ta' tali Avveniment ta' Terminazzjoni potenzjali u l-FEI ma jkunx ġie rrimedjat matul perjodu ta' (60) ġurnata mid-data ta' meta rċieva l-avviż; u

(ii)

il-FEI jista' jinnotifika Avveniment ta' Terminazzjoni f'każ ta':

(a)

mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 11, nuqqas mill-Awtorità Maniġerjali li tiddepożita mingħajr dewmien żejjed fil-Kont(ijiet) tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati l-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru ugwali għall-ammont ta' Kontribuzzjoni tal-Istat Membru speċifikat fit-Talba ta' Pagament; jew

(b)

nuqqas mill-Awtorità Maniġerjali li tikkonforma ma' xi wieħed mill-obbligi materjali tagħha taħt dan il-Ftehim,

f'kull każ, dejjem jekk il-FEI jkun bagħat avviż ta' twissija lill-Awtorità Maniġerjali li fih jiddikjara l-inċidenza ta' tali Avveniment ta' Terminazzjoni potenzjali u l-Awtorità Maniġerjali ma tkunx irrimedjatu fis-60 (sittin) jum mid-data ta' meta tkun irċeviet l-avviż.

25.6.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 25.9, f'każ ta' terminazzjoni ta' dan il-Ftehim, il-FEI jkun meħlus minn kwalunkwe obbligu li jwettaq l-Attività tal-FEI sa mid-data effettiva ta' din it-terminazzjoni. L-Ispejjeż u t-Tariffi ta' Ġestjoni li għalihom il-FEI jkun intitolat fir-rigward ta' perjodi li ġew qabel id-data effettiva tat-terminazzjoni, isiru dovuti u pagabbli minn din id-data. (Jekk ikun neċessarju jistgħu jiġu speċifikati iktar kundizzjonijiet fil-kuntratt, inklużi aġġustamenti possibbli, jekk ikun hemm, fl-Ispejjeż u fit-Tariffi ta' Ġestjoni pagabbli mat-terminazzjoni bikrija ta' dan il-Ftehim ta' Finanzjament)

25.7.

L-ispejjeż imġarrba minn xi Parti f'rabta ma' Avveniment ta' Terminazzjoni jintrefgħu mill-Parti responsabbli għal dan l-Avveniment ta' Terminazzjoni.

25.8.

Mal-iskadenza jew it-terminazzjoni ta' dan il-Ftehim ta' Finanzjament, il-bilanċ nett tal-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru ddepożitata fil-Kont(ijiet) tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati tingħata lura lill-Awtorità Maniġerjali tal-Politika ta' Ħruġ. L-ispejjeż kollha mġarrba mill-FEI f'rabta ma' tali trasferiment jintrefgħu mill-Awtorità Maniġerjali u jinżammu mill-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru li għandha tingħata lura, sakemm tali trasferiment ma jseħħx mat-terminazzjoni ta' dan il-Ftehim ta' Finanzjament minħabba Avveniment ta' Terminazzjoni nnotifikat mill-Awtorità Maniġerjali.

25.9.

It-terminazzjoni jew l-iskadenza ta' dan il-Ftehim ta' Finanzjament ma taffettwax d-drittijiet u l-obbligi dovuti jew eżistenti ta' xi Parti fid-data ta' tali terminazzjoni jew skadenza, inklużi, mingħajr limitazzjoni, xi drittijiet u obbligi dovuti ta' xi Parti relatati ma' obbligi ta' pagament. Mat-terminazzjoni jew l-iskadenza ta' dan il-Ftehim, dan il-Ftehim ta' Finanzjament jibqa' fis-seħħ fir-rigward ta' kwalunkwe responsabbiltà jew esponiment attwali jew kontinġenti taħt kwalunkwe Operazzjoni, sakemm tali responsabbiltà jew esponiment ma jkunux ġew ikkanċellati jew iddeterminati li huma irrekuperabbli, u kwalunkwe statut tal-limitazzjoni applikabbli jkun skada u, b'mod partikulari, il-FEI jkun intitolat li jżomm tali ammonti skont ma jkun rikjest taħt dan il-Ftehim jew kwalunkwe Ftehim Operattiv għall-ħlas ta' xi ammont dovut barra dan jew biex jintlaħaq xi obbligu dovut jew kontinġenti taħt l-Operazzjonijiet pendenti.

25.10.

Jekk il-FEI, b'konsultazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea, jiddetermina li l-kontribuzzjoni minima aggregata għat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati li tirrappreżenta t-total tal-kontribuzzjoni tal-Istati Membri parteċipanti kollha tal-Unjoni Ewropea mhijiex suffiċjenti meta jikkonsidra kif imiss il-massa kritika minima definita fil-Valutazzjoni Ex-Ante, dan jista' jinnotifika lill-Awtorità Maniġerjali li jkun seħħ Avveniment ta' Terminazzjoni.

25.11.

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 23 (Responsabbiltà), 24 (il-Liġi li tirregola u l-ġurisdizzjoni), 25 (Effettività — Terminazzjoni) u 26 (Avviżi u Komunikazzjonijiet), jibqgħu jgħoddu wara t-terminazzjoni jew l-iskadenza ta' dan il-Ftehim ta' Finanzjament.

25.12.

Fil-każ tal-istralċ ta' (l-Istrumenti Finanzjarji COSME) U/JEW (l-Istrumenti Finanzjarji H2020), il-Partijiet jiftiehmu dwar kif tiġi utilizzata l-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru.

Artikolu 26

Avviżi u Komunikazzjonijiet

26.1.

Avviżi u komunikazzjonijiet relatati ma' dan il-Ftehim ta' Finanzjament minn Parti lill-Parti l-oħra jintbagħtu bil-miktub fuq karta jew f'format elettroniku, skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3 hawn taħt, bl-użu tad-dettalji ta' komunikazzjoni li ġejjin:

 

Għall-Awtorità Maniġerjali:

(irid jitniżżel).

 

Għall-FEI:

Il-Fond Ewropew tal-Investiment

(Irid jitniżżel is-servizz)

15, Avenue J.F. Kennedy

2968 Lussemburgu (GD Lussemburgu)

Persuna ta' Kuntatt: (trid titniżżzel)

Indirizz elettroniku funzjonali: (irid jitniżżel)

26.2.

Kull tibdil li jsir fid-dettalji ta' komunikazzjoni ta' hawn fuq jkollu effett biss wara li jkun ġie notifikat bil-miktub fuq karta jew f'format elettroniku lill-Parti l-oħra.

26.3.

Dawn l-avviżi u l-komunikazzjonijiet jitqiesu li ġew debitament notifikati meta (trid titniżżel).

Artikolu 27

Emendi u mixxellanji

27.1.

Kull emenda, varjazzjoni jew modifikazzjoni ta' dan il-Ftehim ta' Finanzjament tkun tirrikjedi strument bil-miktub iffirmat debitament minn kull Parti u tiġi speċifikata d-data meta tidħol fis-seħħ.

27.2.

Ir-rinunzja jew it-tolleranza ta' Parti li tistipula f'xi okkażjoni waħda jew iktar fuq it-twettiq ta' xi dispożizzjoni ta' dan il-Ftehim ta' Finanzjament ma tinftihemx bħala r-rinunzja tad-drittijiet ta' dik il-Parti għat-twettiq ta' tali dispożizzjoni fil-futur, u l-obbligu tal-Parti l-oħra fir-rigward ta' dan it-twettiq fil-futur jibqa' effettiv u bis-sħiħ.

Artikolu 28

Annessi

Il-premessi u l-Annessi li ġejjin jiffurmaw parti integrali minn dan il-Ftehim ta' Finanzjament:

Anness 1

:

Dokument dwar il-kundizzjonijiet għat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati

Strument ta' Garanzija mingħajr Limitu (Għażla 1)

Strument ta' Titolarizzazzjoni (Għażla 2)

Anness 2

:

Kriterji ta' esklużjoni għall-Intermedjarji Finanzjarji u r-Riċevituri Finali u kriterji ta' eliġibbiltà għall-Kontribuzzjoni tal-UE (li għandhom jiġu parzjalment ipprovduti taħt il-Ftehimiet ta' Finanzjament Speċifiċi)

Anness 3

:

Talba għal Pagament (li għandha tiġi pprovduta taħt il-Ftehimiet ta' Finanzjament speċifiċi)

Anness 4

:

Linji gwida dwar il-Ġestjoni tal-Assi tat-Teżorerija (li għandhom jiġu pprovduti taħt il-Ftehimiet ta' Finanzjament speċifiċi)

Anness 5

:

Rapportar dwar l-aspetti operattivi tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati (li għandu jiġi pprovdut taħt il-Ftehimiet ta' Finanzjament speċifiċi)

Anness 6

:

Rapportar dwar l-aspetti finanzjarji tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati (li għandu jiġi pprovdut skont il-Ftehimiet ta' Finanzjament speċifiċi)

ANNESS 1

STRUMENT TA' GARANZIJA  (16) MINGĦAJR LIMITU

L-Inizjattiva tal-SMEs — Għażla 1

L-INIZJATTIVA TAL-SMES STRUMENT TA' GARANZIJA MINGĦAJR LIMITU — GĦAŻLA 1

Dan l-istrumenti jipprevedi l-użu ta' garanziji mingħajr limitu pprovduti mill-FEI sabiex ikopru r-riskju tal-kreditu tas-self, tal-lokazzjonijiet jew tal-garanziji tal-SMEs. L-Inizjattiva tal-SMEs dwar Strument ta' Garanzija mingħajr Limitu hija bbażata fuq ir-riskju miżmum f'livelli differenti mir-riżorsi tal-UE (COSME u/jew Orizzont 2020), il-FEŻR/FAEŻR, flimkien ma' riżorsi mill-Grupp tal-BEI u potenzjalment flimkien ma' banek promozzjonali nazzjonali u skemi ta' garanzija nazzjonali.

Taħt l-Inizjattiva tal-SMEs Strument ta' Garanzija mingħajr Limitu, il-FEI jipprovdi garanziji mingħajr limitu sa ammonti massimi miftiehma. L-istituzzjonijiet finanzjarji ta' oriġini jżommu interess materjali fil-portafolli garantiti rispettivi tagħhom, jiġifieri billi jżommu 20 % tal-esponiment ekonomiku fuq kull self garantit, sabiex jiżguraw l-allinjament neċessarju tal-interess (“interess proprju”).

L-Intermedjarji Finanzjarji se jirċievu individwalment garanzija mingħajr limitu mill-FEI bi skambju mal-pagament ta' tariffa ta' garanzija. Ir-riskju ogħla tal-portafoll li jirriżulta se jkun kopert minn kombinament bejn il-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru u riżorsi tal-COSME jew/u ta' Orizzont 2020. Ir-riskju inqas tal-portafoll li jirriżulta se jinżamm minn kombinazzjoni ta' riżorsi mill-Grupp tal-BEI sa ammonti massimi miftiehma u potenzjalment minn banek promozzjonali nazzjonali u skemi ta' garanzija nazzjonali. Tali trasferiment ta' riskju mhux iffinanzjat, li jippermetti t-trasferiment parzjali tar-riskju tal-kreditu lil partijiet terzi mingħajr ma jitneħħa attwalment il-portafoll tal-assi mill-karta bilanċjali tal-istituzzjoni finanzjarja, jipprovdi l-opportunità lill-istituzzjoni finanzjarja ta' oriġini li tikseb solliev fir-rigward tal-kapital regolatorju, fejn ikun fattibbli. Tali operazzjoni tkun trid tieħu inkonsiderazzjoni r-rekwiżiti regolatorji tal-pajjiż rilevanti.

L-orġini, id-diliġenza dovuta, id-dokumentazzjoni u l-amministrazzjoni tal-portafoll, magħmul minn Tranżazzjonijiet ta' self, lokazzjonijiet u garanziji tal-SMEs eliġibbli, jitwettqu mill-Intermedjarji Finanzjarji b'konformità mal-proċeduri tagħhom tas-soltu dwar l-oriġini u s-servizz. L-Intermedjarju Finanzjarju (jew l-Intermedjarju Subfinanzjarju fil-każ ta' kontragaranaziji) jżomm ir-relazzjoni diretta tal-kreditu tal-klijent ma' kull Riċevitur Finali. L-Intermedjarju Finanzjarju se jipprovdi informazzjoni dwar il-portafoll fuq bażi regolari lill-FEI u l-FEI min-naħa tiegħu se jgħaddi l-informazzjoni rilevanti kollha lil dawk li jieħdu r-riskji skont il-ftehimiet rilevanti.

L-Intermedjarju Finanzjarju se jgħaddi b'mod sħiħ lill-SMEs il-Benefiċċju tal-Għajnuna mill-Istat kif definit fit-termini indikattivi u skont il-formola speċifikata f'taqsimiet 5 u 6 hawn taħt. Barra minn hekk, huwa meqjus li l-ispejjeż impliċiti (ir-riskju tar-reputazzjoni, ir-riskju finanzjarju, ir-riskju amministrattiv, ir-riskju marbut mal-implimentazzjoni tal-kompartiment (17)) imġarrbin mill-Intermedjarju Finanzjarju jibbilanċjaw kwalunkwe vantaġġ marbut mar-riżorsi mill-Istat (jiġifieri l-Kontribuzzjoni tal-Istat membru) biex hekk ikun żgurat li l-Intermedjarju Finanzjarju ma jibbenefikax minn għajnuna mhux dovuta.

Ħlief fejn hu previst espressament, it-termini definiti f'dan l-Anness 1 għandhom l-istess tifsiriet tat-termini definiti korrispondenti f'dan il-mudell ta' Ftehim ta' Finanzjament.

Termini Indikattivi tal-Garanziji mingħajr Limitu fl-Għażla 1

1.

Karatteristiċi ewlenin:

 

Kamp ta' Applikazzjoni tal-Istrument Finanzjarju

L-Intermedjarju Finanzjarju joriġina portafoll ta' Finanzjament Permezz ta' Self Ġdid (suġġett għal Effett ta' Ingranaġġ minimu) li għalih se jirċievi garanzija tal-portafoll mingħajr limitu (fil-forma ta' garanziji diretti, kontragaranziji jew kogaranziji) mill-FEI bi skambju għall-pagament ta' Tariffa ta' Garanzija.

Il-FEI jaġixxi bħala l-maniġer ta' kuljum tal-Istrument Finanzjarju li jamministra l-kontribuzzjoni tal-Istat Membru, il-Kontribuzzjoni tal-UE (jiġifieri kontribuzzjonijiet taħt (ir-Regolament COSME) U/JEW (ir-Regolament H2020), il-Kontribuzzjoni tal-FEI u r-riskju tal-kreditu meħud mill-BEI u possibbilment mill-banek promozzjonali nazzjonali.

Garanzija

Il-Garanzija hija pprovduta mill-FEI lill-Intermedjarju Finanzjarju bi skambju ma' Tariffa ta' Garanzija. Il-Garanzija tkopri porzjon (sar-Rata ta' Garanzija) mir-riskju tal-kreditu assoċjat ma' portafoll ta' Finanzjament Permezz ta' Self Ġdid sottostanti (“il-Portafoll”).

Rata ta' Garanzija

Sa 80 % ta' kull Tranżazzjoni fil-Portafoll, sabiex l-Intermedjarju Finanzjarju jibqa' jżomm interess ekonomiku materjali fil-Portafoll, ugwali għal mill-inqas 20 % tal-esponiment ekonomiku ta' fuqu, sabiex jiżgura l-allinjament tal-interess.

Struttura

Il-Garanzija tkopri, sar-Rata ta' Garanzija, ammonti li ma tħallsux imġarrba mill-Intermedjarju Finanzjarju fir-rigward ta' kull Tranżazzjoni eliġibbli inadempjenti inkluża fil-Portafoll.

Il-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru se tintuża sabiex tkopri l-ogħla riskju tal-Portafoll, sa perċentwal li se jiġi determinat wara li jitqies l-effett multiplikattiv tal-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru miftiehma fil-Ftehim ta' Finanzjament. Dan b'mod tipiku jista' jwassal biex 100 % tat-tali ammont jiġi assorbit għall-kopertura tat-telf nett taħt il-Portafoll.

It-tieni l-iktar parti riskjuża tal-Portafoll se tkun koperta minn kombinazzjoni ta' riżorsi mill-FEI, mill-baġit tal-UE u mill-Awtorità Maniġerjali. Ir-riskju residwu tal-Portafoll jiġi kopert bl-użu ta' kombinazzjoni ta' riżorsi mill-Grupp tal-BEI u potenzjalment minn banek promozzjonali nazzjonali u skemi ta' garanzija nazzjonali.

Ir-riżorsi pprovduti minn dawk li jieħdu r-riskji differenti jiġu definiti f'livell b'mod tali li r-riskju jkun kompatibbli mat-tolleranza tar-riskju tal-Grupp tal-BEI u xi ħadd ieħor potenzjali li jieħu r-riskji.

Kull Portafoll jkollu omoġeneità suffiċjenti u fond diversifikat b'mod suffiċjenti sabiex il-FEI jkun jista' jassenja klassifikazzjoni skont il-metodoloġija tiegħu tal-valutazzjoni tar-riskju.

Ammonti Mhux Imħallsa

Jirreferu għal kapital u mgħax mhux imħallsa, imġarrba mill-Intermedjarju Finanzjarju fir-rigward ta' Tranżazzjonijiet inadempjenti inklużi fil-Portafoll.

2.

Portafoll

 

Perjodu ta' Disponibbiltà

Il-FEI u l-Intermedjarju Finanzjarju jaqblu fuq perjodu ta' disponibbiltà (tipikament sa 3 snin) li matulu jistgħu jiġu inklużi Tranżazzjonijiet fil-Portafoll.

Riċevituri Finali Eliġibbli

Ir-Riċevituri Finali jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' eliġibbiltà skont l-Artikoli tas-CPR 37(4) u 39, kif ukoll ir-rekwiżiti ta' eliġibbiltà speċifiċi stabbiliti fir-Regolamenti tal-FEŻR u tal-FAEŻR.

Kriterji ta' Eliġibbiltà COSME

Ara l-Anness 2.

Kriterji ta' Eliġibbiltà ta' Orizzont 2020

Ara l-Anness 2.

Il-Proċess ta' Esklużjoni

Jekk Tranżazzjoni ma tkunx konformi mal-Kriterji ta' Eliġibbiltà, din tiġi eskluża mill-Portafoll (u ma tkunx koperta mill-Garanzija). F'ċerti ċirkustanzi limitati u fl-implimentazzjoni tar-rekwiżiti tal-Artikolu 39(2)(a) tas-CPR, id-determinazzjoni jekk tali nonkonformità kinitx fil-kontroll tal-Intermedjarju Finanzjarju tista' twassal għat-tkomplija tal-kopertura b'garanzija.

Rekwiżit ta' Effett ta' Ingranaġġ għall-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru

L-Effett ta' Ingranaġġ jiġi kkalkulat bħala Finanzjament Permezz ta' Self Ġdid totali mogħti lir-Riċevituri Finali eliġibbli diviż bil-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru. L-Effett ta' Ingranaġġ minimu jrid ikun mill-inqas (X) darbiet tat-total tal-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru.

Rekwiżit ta' ingranaġġ minimu għall-kontribuzzjoni COSME

Meta titqies il-kontribuzzjoni skont ir-Regolament COSME, jekk ikun applikabbli, il-volum ta' Finanzjament Permezz ta' Self Ġdid eliġibbli għar-Riċevituri Finali li jkun konformi mar-rekwiżiti ta' ingranaġġ stabbiliti fil-bażi legali ta' COSME u fil-Ftehim ta' Delega, jkun irid jissodisfa wkoll il-kriterji ta' eliġibbiltà ta' COSME.

Rekwiżit ta' ingranaġġ minimu għall-kontribuzzjoni Orizzont 2020

Meta titqies il-kontribuzzjoni skont ir-Regolament H2020, jekk ikun applikabbli, il-volum ta' Finanzjament Permezz ta' Self Ġdid eliġibbli għar-Riċevituri Finali li jkun konformi mar-rekwiżiti ta' ingranaġġ stabbiliti fil-bażi legali ta' H2020 u fil-Ftehim ta' Delega, jkun irid jissodisfa wkoll il-kriterji ta' eliġibbiltà ta' Orizzont 2020.

3.

L-ipprezzar

 

It-Tariffa tal-Garanzija

Il-FEI jimponi Tariffa ta' Garanzija fuq l-Intermedjarju Finanzjarju fir-rigward tat-Tranżazzjonijiet inklużi fil-Portafoll.

It-Tariffa ta' Garanzija, espressa bħala (X)% fis-sena, tiġi kkalkulata kull tliet xhur fuq l-ammont pendenti tal-Portafoll.

Ipprezzar tal-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru

Il-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru tiġi pprezzata f'livell li jkun approprjat mar-riskju rilevanti meħud, bl-eċċezzjoni tal-kopertura tal-aktar parti riskjuża tal-Portafoll li tiġi pprezzata żero (jiġifieri l-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru tiġi pprovduta mingħajr ħlas).

4.

Mixxellanji

 

Penali

Ara l-Artikolu 7.

Rappurtar

Ara l-Anness 5.

Monitoraġġ u Verifika

Ara l-Artikolu 17.

5.

Trasferiment ta' benefiċċju

 

Trasferiment ta' benefiċċju

Il-FEI jivvaluta l-mekkaniżmu tat-trasferiment ta' benefiċċju għar-Riċevituri Finali. Dan il-mekkaniżmu jiġi inkluż fil-proċess ta' tal-għażla tal-Intermedjarji Finanzjarji u jifforma parti mid-deċiżjoni finali tal-FEI dwar jekk jidħolx jew le fi ftehim ta' garanzija jew u b'liema kundizzjonijiet. It-trasferiment tal-benefiċċju jiġi applikat għall-parti tal-Finanzjament Permezz ta' Self Ġdid koperta mill-Garanzija fuq ir-rata standard tal-imgħax imposta fuq ir-Riċevituri Finali permezz ta' tnaqqis fir-riskju tal-kreditu/fil-primjum ta' garanzija. Dan jiġi ddokumentat kif meħtieġ.

Benefiċċju Totali

Il-Benefiċċju Totali jkun definit għall-parti tas-self koperta bil-Garanzija bħala t-tnaqqis fir-rata tal-imgħax jew fit-tariffa ta' garanzija skont ma jagħti l-każ kif impost mill-Intermedjarju Finanzjarju fuq ir-Riċevituri Finali, waqt li jieħu inkonsiderazzjoni r-riskju tal-kreditu sottostanti meħud kif ukoll l-effett u l-ispiża tal-Garanzija. Billi l-Intermedjarju Finanzjarju ma jirċievi ebda ħlas/finanzjament mill-FEI, il-valutazzjoni tal-Benefiċċju totali tiffoka biss fuq il-primjum tar-riskju tal-kreditu. L-Intermedjarju Finanzjarju jieħu inkonsiderazzjoni l-ispiża tal-garanzija (it-Tariffa ta' Garanzija) meta jikkalkula l-kreditu tar-riskju/primjum ta' garanzija l-ġdid għal kull self jew garanzija.

Il-Benefiċċju Totali jingħata bil-formula li ġejja:

Il-Benefiċċju Totali = il-primjum tal-kreditu standard/tar-riskju ta' garanzija — It-Tariffa tal-Garanzija

6.

Għajnuna mill-Istat

 

Benefiċċju ta' Għajnuna mill-Istat

Il-Benefiċċju ta' Għajnuna mill-Istat għall-parti tas-self koperta bil-Garanzija huwa porzjon mill-Benefiċċju Totali, proporzjonat għall-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru (18) fil-portafoll tal-Finanzjament Permezz ta' Self Ġdid, mogħti bil-formula li ġejja:

Benefiċċju ta' Għajnuna mill-Istat = Benefiċċju Totali * % tal-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru fil-Garanzija (il-parti garantita tal-portafoll tal-Finanzjament Permezz ta' Self Ġdid).

Il-Benefiċċju ta' Għajnuna mill-Istat jiġi ttrasferit b'mod sħiħ mill-Intermedjarju Finanzjarju lir-Riċevitur Finali.

Kalkolu tal-GGE

Fil-livell tar-Riċevitur Finali, il-Benefiċċju ta' Għajnuna mill-Istat jiġi kkunsidrat bħala sussidju għal rata ta' interess skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament de minimis.

L-Ekwivalent tal-Għotja Gross (GGE) jiġi kkalkulat skont il-formola li ġejja:

GGE = Ammont ta' self garantit (19) * maturità (żmien medju peżat) tas-self (garanzija) (20) * Benefiċċju ta' Għajnuna mill-Istat

L-Intermedjarju Finanzjarju jikkalkula l-GGE għal kull self (garanzija) (20) fil-Finanzjament Permezz ta' Self, u jikkomunikah lill-FEI. Fil-każijiet kollha l-GGE ma jistax ikun ogħla mil-livell limitu stabbilit fir-Regolament de minimis.

Penali tal-Għajnuna mill-Istat

Il-FEI jimponi Penali tal-Għajnuna mill-Istat fuq l-Intermedjarju Finanzjarju f'każ li l-Benefiċċju ta' Għajnuna mill-Istat ma jiġix trasferit b'mod sħiħ lill-benefiċjarju finali.

STRUMENT TA' TITOLARIZZAZZJONI

L-Inizjattiva tal-SMEs — Għażla 2

L-INIZJATTIVA TAL-SMES GĦAL STRUMENT TA' TITOLARIZZAZZJONI

Dan l-istrument jipprevedi l-użu ta' tranżazzjonijiet ta' titolarizzazzjoni abbażi ta' self, lokazzjonijet u garanziji lill-SMEs fejn riżorsi tal-UE (COSME u/jew Orizzont 2020), tal-FEŻR/FAEŻR, flimkien ma' riżorsi mill-Grupp tal-BEI u potenzjalment flimkien ma' banek promozzjonali nazzjonali, skemi ta' garanzija nazzjonali u investituri istituzzjonali oħrajn, jissottoskrivu jew jiggarantixxu ċerti ammonti f'livelli differenti ta' riskji.

Taħt strument ta' titolarizzazzjoni, portafoll ta' strumenti ta' finanzjament eliġibbli għall-SMEs jintuża bħala kollaterali għal titoli negozjabbli (segmenti), diversifikati bil-livell ta' riskju.

Arranġamenti mhux iffinanzjati ta' trasferiment ta' riskju (titolarizzazzjoni sintetika) ukoll huma possibbli, b'mod li jippermettu t-trasferiment tar-riskju tal-kreditu lil partijiet terzi mingħajr ma jitneħħa attwalment il-portafoll tal-assi mill-karta bilanċjali tal-bank u b'hekk jipprovdu l-opportunità lill-bank oriġinatur li jikseb solliev fir-rigward tal-kapital regolatorju. Tali operazzjonijiet ikun jrid jieħdu inkonsiderazzjoni r-rekwiżiti regolatorji tal-pajjiż rilevanti.

L-istrument ta' titolarizzazzjoni jiggarantixxi parti sinifikanti tal-portafoll eliġibbli ta' finanzjament tad-dejn sottostanti fuq impenn mill-Intermedjarju Finanzjarju rilevanti sabiex jinħoloq portafoll addizzjonali bl-użu wkoll ta' riżorsi mobilizzati bħala riżultat tat-tranżazzjoni ta' titolarizzazzjoni għal finanzjament tal-SMEs ġdid.

Taħt l-Inizjattiva tal-SMEs Strument ta' Titolarizzazzjoni, il-FEI u l-BEI (potenzjalment flimkien ma' banek promozzjonali nazzjonali, skemi ta' garanzija nazzjonali u investituri istituzzjonali oħrajn) jissottoskrivu u jiggarantixxu ċerti segmenti sa ammonti massimi miftiehma. L-istituzzjonijiet finanzjarji ta' oriġini jżommu interess materjali fit-tranżazzjoni, bħal porzjon adewgat (minimu ta' 50 %) tas-segment subordinarju u esponiment adegwat għal kull segment kollokat ma' investituri, jew jagħmlu arranġamenti simili, sabiex jiżguraw l-allinjament neċessarju tal-interess (“interessi proprji”) u jikkonformaw mar-rekwiżit taż-żamma tar-riskju stabbilit fid-Direttiva 2013/36/UE u fir-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Il-klassifikazzjoni tas-segmenti superjuri u medji tkun kompatibbli mat-tolleranza tar-riskju tal-Grupp tal-BEI u tal-banek promozzjonali nazzjonali potenzjali, l-iskemi ta' garanzija nazzjonali u investituri istituzzjonali ta' partijiet terzi li jistgħu jinvestu wkoll fis-segmenti superjuri ta' titolarizzazzjonijiet bħal dawn biex b'hekk iżidu l-ingranaġġ tar-riżorsi baġitarji impenjati.

Segmenti subordinarji u medji li ma jinżammux mill-oriġinatur jiġu sottoskritti minn kombinazzjoni tal-FEŻR/FAEŻR, tal-COSME/Orizzont 2020 u ta' riżorsi proprji tal-FEI.

L-Awtoritajiet tal-Ġestjoni li jkunu jridu jipparteċipaw fl-iskema ta' garanzija (permezz tal-FEI, iżda b'riskju għall-kontribuzzjoni tal-Fondi ESI) jiggarantixxu/jinvestu sa 50 % tas-segment Subordinarju.

Il-ħolqien, id-diliġenza dovuta, id-dokumentazzjoni u l-amministrazzjoni tal-portafoll titolarizzat, magħmul minn self, lokazzjonijiet u garanziji tal-SMEs eliġibbli għall-SMEs u kumpaniji b'inqas minn 500 impjegat, jitwettqu mill-Intermedjarji Finanzjarji b'konformità mal-proċeduri tagħhom tas-soltu dwar l-oriġinazzjoni u s-servizz. L-Intermedjarji Finanzjarji tipikament iżommu r-relazzjoni diretta tal-kreditu tal-klijent ma' kull SME. L-Intermedjarji Finanzjarji jipprovdu informazzjoni dwar il-portafoll titolarizzat kif ukoll dwar il-Portafoll Addizzjonali (finanzjament tal-SME maħluq ġdid) fuq bażi trimestrali lill-BEI u lill-FEI rispettivament sat-terminazzjoni tat-tranżazzjoni ta' titolarizzazzjoni.

Termini Indikattivi tat-Titolarizzazzjoni

1.

It-Termini Ġenerali

 

Kamp ta' Applikazzjoni tal-Istrument Finanzjarju

Bit-titolarizzazzjoni tal-assi, l-Intermedjarji Finanzjarji jimmiraw li jirrilaxxaw kapital regolatorju u ekonomiku u/jew jiksbu sorsi ġodda ta' finanzjament li jippermettu lill-Intermedjarju Finanzjarju joriġina Finanzjament Permezz ta' Self Ġdid għal Riċevituri Finali (sabiex jibni Portafoll Addizzjonali).

L-Intermedjarju Finanzjaru jirċievi garanzija/investiment mill-FEI sabiex ikopri l-Portafoll Titolarizzat bi skambju ma' ħlas ta' Tariffa u jikkommetti ruħu li joriġina portafoll ta' Finanzjament Permezz ta' Self Ġdid (suġġett għal Effett ta' Ingranaġġ minimu).

Il-FEI jaġixxi bħala l-maniġer ta' kuljum tal-Istrument Finanzjarju li jamministra l-kontribuzzjoni tal-Istat Membru, il-Kontribuzzjoni tal-UE (jiġifieri kontribuzzjonijiet skont (ir-Regolament COSME) U/JEW (ir-Regolament H2020), il-Kontribuzzjoni tal-FEI u r-riskju tal-kreditu meħud mill-BEI u possibbilment mill-banek promozzjonali nazzjonali.

Struttura tat-Tranżazzjoni

Kemm titolarizzjonijiet ta' kreditu (“bejgħ effettiv”) jew titolarizzazzjonijiet sintetiċi (“mhux iffinanzjati”) huma permessi.

Titolarizzazzjoni ta' kreditu hija tranżazzjoni b'konnessjoni li biha oriġinatur (l-Intermedjarju Finanzjarju) jittitolarizza l-assi billi jiġmagħhom f'Portafoll Titolarizzat u jbigħ il-Portafoll Titolarizzat lil entità b'għan speċjali (“l-SPE”). L-SPE tiffinanzja x-xiri tal-Portafoll Titolarizzat permezz tal-ħruġ ta' noti koperti minn tali assi (Titoli Abbażi ta' Assi — “ABS”). Id-dħul mill-ħruġ ta' dawn in-noti jintuża mill-SPE sabiex iħallas il-prezz tax-xiri tal-Portafoll Titolarizzat lill-Intermedjarju Finanzjarju.

F'titolarizzazzjoni sintetika, l-Intermedjarju Finanzjarju jżomm l-assi rilevanti fil-karta bilanċjali tiegħu u l-FEI jkopri parti mir-riskju fuq il-Portafoll Titolarizzat. Dan potenzjalment iwassal għal solliev kapitali għall-Intermedjarju Finanzjarju.

Il-FEI għandu jissegmenta l-Portafoll Titolarizzat skont ir-riskju tat-tranżazzjonijiet sottostanti.

Is-Segment Subordinarju jikkonsisti fl-iktar parti riskjuża tal-Portafoll Titolarizzat sa perċentwal definit minn qabel, waqt li jieħu inkonsiderazzjoni l-karatteristika tal-portafoll, ir-rekwiżiti ta' titjib tal-kreditu u r-rekwiżit ta' Effett ta' Ingranaġġ għall-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru. Il-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru tkopri sa 50 % tas-Segment Subordinarju waqt li l-porzjon li jifdal mis-Segment Subordinarju jinżamm mill-Intermedjarju Finanzjarju. Dan b'mod tipiku jista' jwassal biex 100 % tat-tali ammont jiġi assorbit għall-kopertura tat-telf nett taħt il-Portafoll.

Is-Segment Medju jikkonsisti fit-tieni l-iktar parti riskjuża tal-Portafoll Titolarizzat u jkun iħadan tliet sottosegmenti bl-użu ta' kombinazzjoni ta' riżorsi mill-FEI, mill-baġit tal-UE u mill-Awtorità Maniġerjali. B'mod partikolari, il-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru tkopri r-riskju tas-Segment Medju ta' Isfel. Il-kontribuzzjoni skont (ir-Regolament COSME) u/jew (ir-Regolament H2020) tkopri r-riskju tas-Segment Medju tan-Nofs. Il-Kontribuzzjoni tal-FEI tkopri r-riskju tas-Segment Medju ta' Fuq.

Id-daqs tal-Medju jiġi determinat mill-FEI li jieħu inkonsiderazzjoni l-karatteristiċi tal-portafoll, ir-rekwiżiti ta' titjib ta' kreditu u r-rekwiżit ta' Effett ta' Ingranaġġ għall-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru.

Is-Segmenti Medji ta' Isfel u tan-Nofs ikunu sa (perċentwali determinati minn qabel) tal-Portafoll Titolarizzat.

Is-Segment Superjuri jikkonsisti fir-riskju residwu tal-Portafoll Titolarizzat u jkun finanzjat/miżmum bl-użu ta' kombinazzjoni ta' riżorsi mill-Grupp tal-BEI sa ammont massimu miftiehem u minn banek promozzjonali nazzjonali potenzjali u skemi ta' garanzija nazzjonali u investituri oħrajn.

Is-Segmenti Superjuri u Medji ta' Fuq jiġu definiti f'livell tali li r-riskju jkun kompatibbli mat-tolleranza tar-riskju tal-Grupp tal-BEI u ta' kwalunkwe parteċipanti oħrajn li jieħdu riskju.

2.

Il-Portafoll ta' Referenza (Portafoll Titolarizzat)

 

Portafoll Titolarizzat

Il-Portafoll Titolarizzat jista' jinkludi assi eżistenti (finanzjament tad-dejn lil SMEs u impriżi oħrajn b'inqas minn 500 impjegat) kif ukoll portafolli ta' Finanzjament Permezz ta' Self Ġdid lil SMEs.

Kull Portafoll Titolarizzat jkollu omoġeneità suffiċjenti u fond diversifikat b'mod suffiċjenti sabiex il-FEI jkun jista' jassenja klassifikazzjoni skont il-metodoloġija tiegħu tal-valutazzjoni tar-riskju.

Portafolli eżistenti ma jiġu inklużi fil-Portafoll Titolarizzat wara l-Perjodu ta' Impenn.

3.

Il-Portafoll Addizzjonali

 

Il-Portafoll Addizzjonali

Kull Intermedjarju Finanzjarju jkun rikjest kuntrattwalment li jipprovdi Finanzjament Permezz ta' Self Ġdid lil Riċevituri Finali eliġibbli (Portafoll Addizzjonali).

Il-ksur mill-Intermedjarju Finanzjarju ta' xi rekwiżit speċifikat fil-Ftehim Operattiv rilevanti ma għandux jaffettwa l-garanzija maħruġa f'relazzjoni mal-Portafoll Titolarizzat.

Rekwiżit ta' Effett ta' Ingranaġġ għall-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru

L-Effett ta' Ingranaġġ jiġi kkalkulat bħala Finanzjament Permezz ta' Self Ġdid totali mogħti lir-Riċevituri Finali eliġibbli diviż bil-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru. L-Effett ta' Ingranaġġ minimu jrid ikun mill-inqas (X) darbiet tat-total tal-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru.

Perjodu ta' Disponibbiltà

Il-FEI u l-Intermedjarju Finanzjarju jaqblu fuq perjodu ta' disponibbiltà (tipikament sa (3) snin) li matulu jiġu inklużi Tranżazzjonijiet fil-Portafoll Addizzjonali.

Riċevituri Finali Eliġibbli

Ir-Riċevituri Finali jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' eliġibbiltà skont l-Artikoli tas-CPR 37(4) u 39, kif ukoll ir-rekwiżiti ta' eliġibbiltà speċifiċi stabbiliti fir-Regolamenti tal-FEŻR u tal-FAEŻR.

Kriterji ta' Eliġibbiltà COSME

Ara r-Regolament COSME

Kriterji ta' Eliġibbiltà ta' Orizzont 2020

Ara r-Regolament H2020.

Rekwiżit ta' ingranaġġ minimu għall-kontribuzzjoni COSME

Meta titqies il-kontribuzzjoni skont ir-Regolament COSME, jekk ikun applikabbli, il-volum ta' Finanzjament Permezz ta' Self Ġdid eliġibbli għar-Riċevituri Finali li jkun konformi mar-rekwiżiti ta' ingranaġġ stabbiliti fil-bażi legali ta' COSME u fil-Ftehim ta' Delega, jkun irid jissodisfa wkoll il-kriterji ta' eliġibbiltà ta' COSME.

Rekwiżit ta' ingranaġġ minimu għall-kontribuzzjoni Orizzont 2020

Meta titqies il-kontribuzzjoni skont ir-Regolament H2020, jekk ikun applikabbli, il-volum ta' Finanzjament Permezz ta' Self Ġdid eliġibbli għar-Riċevituri Finali li jkun konformi mar-rekwiżiti ta' ingranaġġ stabbiliti fil-bażi legali ta' H2020 u fil-Ftehim ta' Delega, jkun irid jissodisfa wkoll il-kriterji ta' eliġibbiltà ta' Orizzont 2020.

4.

L-Ipprezzar

 

It-tariffa

It-Tariffa tiġi stabbilita abbażi tal-ipprezzar minn kull wieħed li jieħu r-riskji fl-Istrument Finanzjarju għas-segmenti rispettivi tagħhom (ara l-ipprezzar hawn taħt).

Fir-rigward tal-parti koperta tal-Portafoll Titolarizzat, il-FEI jimponi (X)% fis-sena fuq l-Intermedjarju Finanzjarju.

Ipprezzar tas-Segment Superjuri

Dan jiġi ffissat għal perċentwal predefinit fis-sena mill-BEI u minn oħrajn potenzjali li jieħdu r-riskji f'konformità mal-politika ta' pprezzar tagħhom.

L-ipprezzar tas-Segment Medju

Is-Segment Medju jiġi ffissat għal (X)% fis-sena mill-FEI b'konformità mal-politika ta' pprezzar tiegħu.

Is-Segmenti Medji tan-Nofs u ta' Isfel jiġu pprezzati b'mod li jkunu jifilħu għar-riskju marbut mat-telf mistenni fis-segmenti rispettivi tagħhom. F'każijiet debitament ġustifikati, l-ipprezzar jista' wkoll ikompli jitnaqqas sabiex jattira Intermedjarji Finanzjarji.

Ipprezzar tas-Segment Subordinarju

Dan ikun ugwali għal żero (jiġifieri s-Segment Subordinarju apparti mis-segment miżmum mill-oriġinatur jiġi pprovdut mingħajr ħlas).

5.

Mixxellanji

 

Penali

Ara l-Artikolu 7.

Rappurtar

Ara l-Anness 5.

Monitoraġġ u Verifika

Ara l-Artikolu 17.

6.

Trasferiment ta' benefiċċju

 

Trasferiment ta' benefiċċju

Il-FEI għandu jivvaluta l-mekkaniżmu tat-trasferiment ta' benefiċċju mill-Intermedjarju Finanzjarju lir-Riċevituri Finali fil-Portafoll Addizzjonali. Dan il-mekkaniżmu jiġi inkluż fis-sistema ta' punteġġ għall-fini tal-Għażla tal-Intermedjarji Finanzjarji u jifforma parti mid-deċiżjoni finali tal-FEI dwar jekk jidħolx jew le fi ftehim ta' garanzija jew ta' investiment u b'liema kundizzjonijiet.

It-trasferiment ta' benefiċċju jiġi applikat għar-rata standard tal-imgħax imposta fuq ir-Riċevituri Finali taħt Finanzjament Permezz ta' Self Ġdid fil-Portafoll Addizzjonali permezz ta' tnaqqis fil-primjum tar-riskju ta' kreditu. Il-mekkaniżmu tat-trasferiment ta' benefiċċju għandu jiġi dokumentat kif imiss.

Benefiċċju Totali

Il-Benefiċċju Totali jieħu inkonsiderazzjoni l-benefiċċju pprovdut lill-Intermedjarju Finanzjarju, f'kull segment tal-Portafoll Titolarizzat.

Il-Benefiċċju Totali jiġi kkalkulat bħala d-differenza bejn il-prezz tas-suq u l-prezz impost mill-FEI fuq kull segment bl-istess livell ta' riskju. Il-livell ta' riskju ta' kull segment jiġi definit mill-metodoloġija ta' klassifikazzjoni interna tal-FEI.

Fl-assenza ta' prezz tas-suq, il-FEI japplika l-primjum fil-limitu ta' eżenzjoni għal livell ta' riskju, ekwivalenti għal garanziji, stipulat fl-avviż tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' garanziji (ĠU C 155, 20.6.2008, p. 25). Il-primjum fil-limitu ta' eżenzjoni għas-segment Subordinarju jammonta sa 10 % fis-sena.

Il-Benefiċċju Totali jingħata bil-formula li ġejja:

Benefiċċju Totali = Total tal-Benefiċċji tas-Segmenti Individwali

Il-Benefiċċju ta' Segment Individwali jiġi kkalkulat kif ġej:

Benefiċċju ta' Segment Individwali = (prezz tas-suq ta' segment — Tariffa) * Total EUR ammont tas-segment * maturità tas-segment (żmien medju peżat)

7.

L-Għajnuna mill-Istat:

 

Il-Benefiċċju tal-Għajnuna mill-Istat

It-Total tal-Benefiċċju ta' Għajnuna mill-Istat huwa porzjon mill-Benefiċċju Totali, proporzjonat għall-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru (21) fil-Portafoll Titolarizzat.

It-Total tal-Benefiċċju ta' Għajnuna mill-Istat pprovdut lil Intermedjarju Finanzjarju jiġi kkalkulat skont il-formola li ġejja:

Total tal-Benefiċċju ta' Għajnuna mill-Istat (f'EUR) = Total ta' (Benefiċċju ta' Segment Individwali * il-% tal-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru fis-segment).

It-Total tal-Benefiċċju ta' Għajnuna mill-Istat jiġi ttrasferit b'mod sħiħ mill-Intermedjarju Finanzjarju lir-Riċevitur Finali kollha inklużi fil-Portafoll Addizzjonali.

Il-Benefiċċju ta' Għajnuna mill-Istat għal kull Riċevitur Finali jiġi kkalkulat skont il-formola li ġejja:

Benefiċċju ta' Għajnuna mill-Istat (sussidju għar-rata ta' interess f'punti bażiċi b'garanzija) = (Total tal-Benefiċċju tal-Għajnuna mill-Istat/Finanzjament Permezz ta' Self Ġdid fil-Portafoll Addizzjonali)/Maturità tal-Portafoll Addizzjonali (żmien medju peżat)

Kalkolu tal-GGE

Il-Benefiċċju ta' Għajnuna mill-Istat ipprovdut lir-Riċevituri Finali fil-Portafoll Addizzjonali, jiġi kkunsidrat bħala sussidju għal rata ta' mgħax skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament de minimis.

L-Ekwivalent tal-Għotja Gross (GGE) jiġi kkalkulat skont il-formola li ġejja:

GGE = ammont ta' self nominali * maturità (żmien medju peżat) tas-self * Benefiċċju ta' Għajnuna mill-Istat

L-Intermedjarju Finanzjarju jikkalkula l-GGE għal kull self fil-Portafoll Addizzjonali u jikkomunikah lill-FEI. Fil-każijiet kollha l-GGE ma jistax ikun ogħla mil-livell limitu stabbilit fir-Regolament de minimis.

Ebda benefiċċju addizzjonali fuq is-solliev kapitali

B'applikazzjoni tar-regoli nazzjonali rilevanti dwar ir-rekwiżiti kapitali, il-volum ta' Finanzjament Permezz ta' Self Ġdid ma jiġix stabbilit f'livell inqas mill-volum ta' finanzjament permezz ta' self lil SMEs li wieħed jista' jistenna li jiġi ġġenerat mill-Intermedjarji Finanzjarji bl-użu tal-kapital illiberat b'riżultat tal-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru.

Penali tal-Għajnuna mill-Istat

Il-FEI jimponi Penali tal-Għajnuna mill-Istat fuq l-Intermedjarju Finanzjarju f'każ li l-Benefiċċju ta' Għajnuna mill-Istat ma jiġix trasferit b'mod sħiħ lill-benefiċjarju finali.

ANNESS 2

kriterji ta' esklużjoni għall-intermedjarji finanzjarji u r-riċevituri finali u kriterji ta' eliġibbiltà għall-kontribuzzjoni tal-ue

1.   IL-KRITERJI TA' ESKLUŻJONI GĦALL-INTERMEDJARJI FINANZJARJI

L-Intermedjarji Finanzjarji li jinsabu f'waħda mis-sitwazzjonijiet ta' hawn taħt, sakemm tali sitwazzjoni, fil-fehma professjonali tal-FEI, tista' taffettwa l-abbiltà tagħhom li jimplimentaw Strument Finanzjarju, ma jintgħażlux jekk:

1.

jinsabu falluti jew qegħdin jiġu llikwidati, l-affarijiet tagħhom qegħdin jiġu amministrati mill-qrati, huma suġġetti ta' proċeduri li jikkonċernaw dawn il-kwistjonijiet, jew jinsabu f'xi sitwazzjoni analoga li tirriżulta minn proċedura simili prevista fil-leġiżlazzjoni jew fir-regolament nazzjonali;

2.

ġew ikkundannati fuq offiża li tikkonċerna l-kondotta professjonali tagħhom minn sentenza li għandha l-forza ta' res judicata, li taffettwa l-abbiltà tagħhom li jimplimentaw Tranżazzjoni;

3.

kienu s-suġġett ta' sentenza li għandha l-forza ta' res judicata fuq frodi, korruzzjoni, involviment f'organizzazzjoni kriminali jew xi attività illegali oħra, f'kull każ fejn hu ta' detriment għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni;

4.

huma ħatja ta' rappreżentazzjonijiet żbaljati materjali fl-għoti ta' informazzjoni rikjesta għall-Għażla bħala Intermedjarju Finanzjarju;

5.

huma mniżżlin fil-bażi tad-dejta ċentrali tal-esklużjoni msemmija fl-Artikolu 9.5(e);

6.

huma inkorporati f'territorji li l-ġurisdizzjonijiet tagħhom ma jikkooperawx mal-Unjoni fejn tidħol l-applikazzjoni ta' standards fiskali maqbula internazzjonalment, jew il-prattiċi fiskali tagħhom ma jsegwux il-prinċipji tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Diċembru 2012 dwar miżuri maħsuba biex jinkoraġġixxu lill-pajjiżi terzi biex japplikaw standards minimi ta' governanza tajba fi kwistjonijiet tat-taxxa (C(2012)8805);

7.

l-attività tan-negozju tagħhom mhijiex konformi mal-politika tal-FEI relatata ma' setturi ristretti.

Il-Punti 2 u 3 ma japplikawx, fejn l-Intermedjarji Finanzjarji jistgħu jagħtu sodisfazzjon lill-FEI li ġew adottati miżuri adegwati kontra l-persuni li għandhom is-setgħa ta' rappreżentazzjoni, teħid ta' deċiżjonijiet jew kontroll fuqhom, li huma suġġetti għal sentenza kif imsemmi fil-Punti 2 u 3.

2.   IL-KRITERJI TA' ESKLUŻJONI GĦAR-RIĊEVITURI FINALI

Riċevituri Finali ma jistgħux jintgħażlu mill-Intermedjarji Finanzjarji jekk jissodisfaw wieħed jew iktar mir-rekwiżiti mniżżlin hawn taħt:

1.

mhumiex potenzjalment vijabbli ekonomikament;

2.

huma inkorporati f'territorji li l-ġurisdizzjonijiet tagħhom ma jikkooperawx mal-Unjoni fejn tidħol l-applikazzjoni tal-istandard fiskali maqbul internazzjonalment, jew il-prattiċi fiskali tagħhom ma jsegwux il-prinċipji tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-6.12.2012 dwar miżuri maħsuba biex jinkoraġġixxu lill-pajjiżi terzi biex japplikaw standards minimi ta' governanza tajba fi kwistjonijiet tat-taxxa (C(2012)8805);

3.

jinsabu falluti jew qegħdin jiġu llikwidati, l-affarijiet tagħhom qegħdin jiġu amministrati mill-qrati, huma suġġetti ta' proċeduri li jikkonċernaw dawn il-kwistjonijiet, jew jinsabu f'xi sitwazzjoni analoga li tirriżulta minn proċedura simili prevista fil-leġiżlazzjoni jew fir-regolament nazzjonali;

4.

ġew ikkundannati fuq offiża li tikkonċerna l-kondotta professjonali tagħhom minn sentenza li għandha l-forza ta' res judicata, li taffettwa l-abbiltà tagħhom li jsegwu l-attività tan-negozju tagħhom;

5.

kienu s-suġġett ta' sentenza li għandha l-forza ta' res judicata fuq frodi, korruzzjoni, involviment f'organizzazzjoni kriminali jew xi attività illegali oħra, f'kull każ fejn hu ta' detriment għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni;

6.

huma ħatja ta' dikjarazzjoni żbaljata fl-għoti ta' informazzjoni rikjesta għall-għażla bħala Riċevitur Finali;

7.

huma mniżżlin fil-bażi tad-dejta ċentrali tal-esklużjoni stabbilita u mmexxija mill-Kummissjoni taħt ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1302/2008;

8.

l-attività tan-negozju tagħhom tikkonsisti f'waħda jew iktar minn dawn li ġejjin:

(a)

attività ekonomika illegali (jiġifieri kwalunkwe produzzjoni, kummerċ jew attività oħra, li hija illegali taħt il-liġijiet jew ir-regolamenti applikabbli għall-Intermedjarju Finanzjarju jew għar-Riċevitur Finali rilevanti, inkluż mingħajr limitazzjoni, l-ikklonar uman għal finijiet riproduttivi);

(b)

il-produzzjoni u l-kummerċ tat-tabakk u xorb alkoħoliku distillat u prodotti relatati;

(c)

il-finanzjament tal-produzzjoni u l-kummerċ ta' armi u ammunizzjoni ta' kull tip jew operazzjonijiet militari ta' kwalunkwe tip;

(d)

każinojiet u impriżi ekwivalenti;

(e)

imħatri bl-Internet u każinojiet onlajn;

(f)

pornografija u prostituzzjoni;

(g)

enerġija nukleari;

(h)

attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 19 tar-Regolament H2020;

(i)

ir-riċerka, l-iżvilupp jew l-applikazzjonijiet tekniċi relatati ma' programmi jew soluzzjonijiet ta' dejta elettronika, li jimmiraw speċifikament li jappoġġjaw xi attività msemmija taħt l-entrati a) sa h) hawn fuq, jew huma maħsubin biex jippermettu li wieħed jidħol illegalment f'netwerks ta' dejta elettronika jew iniżżel illegalment dejta elettronika.

9.

l-attività tan-negozju tagħhom mhijiex konformi mal-politika tal-FEI relatata ma' setturi ristretti;

10.

irċevew Finanzjament Permezz ta' Self Ġdid li ma jirrispettax ir-regoli tal-akkumulazzjoni stabbiliti fir-Regolament de minimis rilevanti;

11.

irċevew għajnuna għal attivitajiet relatati ma' esportazzjoni lejn pajjiżi terzi jew Stati Membri, jiġifieri għajnuna marbuta direttament mal-kwantitajiet esportati, mal-istabbiliment u l-operat ta' netwerk ta' distribuzzjoni jew ma' nefqa kurrenti oħra marbuta mal-attività ta' esportazzjoni;

12.

irċevew għajnuna li tiddependi fuq l-użu ta' prodotti domestiċi flok prodotti importati.

3.   KRITERJI TA' ELIĠIBBILTÀ GĦALL-KONTRIBUZZJONI TAL-UE

3.1.

Kriterji ta' eliġibbiltà għall-Kontribuzzjoni tal-UE għall-Istrumenti Finanzjarji ta' COSME (li għandhom jiġu pprovduti taħt il-Ftehimiet ta' Finanzjament speċifiċi, suġġetti għal ftehim bejn il-Kummissjoni u l-FEI, fil-Ftehim ta' Delega għall-COSME)

3.2.

Kriterji ta' eliġibbiltà għall-Kontribuzzjoni tal-UE għall-Istrumenti Finanzjarji ta' H2020 (li għandhom jiġu pprovduti taħt il-Ftehimiet ta' Finanzjament speċifiċi, suġġetti għal ftehim bejn il-Kummissjoni u l-FEI, fil-Ftehim ta' Delega għall-H2020)

(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320.

(2)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(3)  ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.

(4)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 33.

(5)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 104.

(6)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 965.

(7)  ĠU L 352, 24.12.2013, p. 1.

(8)  ĠU L 352, 24.12.2013, p. 9.

(9)  ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1.

(10)  ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36.

(11)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(12)  ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1.

(13)  ĠU L 292, 15.11. 1996, p. 2.

(14)  ĠU L 312, 23.12. 1995, p. 1.

(15)  ĠU L 344, 20.12.2008, p. 12.

(16)  “Garanzija bla limitu” hija t-terminu użat fl-Artikolu 39 tas-CPR.

(17)  Effett ta' Ingranaġġ Minimu sabiex jinkiseb Portafoll b'volum minimu ta' Finanzjament Permezz ta' Self Ġdid, li għandu jkun konformi mar-rekwiżiti ta' eliġibbiltà għall-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru;

Ir-rekwiżiti speċifiċi relatati mal-parteċipazzjoni fil-kompartiment jinkludu:

(a)

Effett ta' Ingranaġġ Minimu sabiex jinkiseb Portafoll b'volum minimu ta' Finanzjament Permezz ta' Self Ġdid, li jkun konformi mar-rekwiżiti ta' eliġibbiltà għall-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru;

(b)

Volum minimu ta' Finanzjament Permezz ta' Self Ġdid li jkun konformi wkoll mal-parametri għall-eliġibbiltà taħt il-COSME u/jew taħt Orizzont 2020;

(c)

Valutazzjoni u kontroll tal-kriterji ta' eliġibbiltà;

(d)

Penali, f'każ li l-Effett ta' Ingranaġġ minimu ma jintlaħaqx fil-miri u jekk il-Benefiċċju tal-Għajnuna mill-Istat ma jkunx trasferit;

(e)

Kompiti ta' trasferiment ta' benefiċċju, li jinkludu l-valutazzjoni tal-mekkaniżmu tiegħu u r-rapportar lill-FEI;

(f)

Kalkolu tal-GGE għal kull self fil-portafoll ta' Finanzjament Permezz ta' Self Ġdid u r-rapportar lill-FEI;

(g)

Viżibbiltà tal-appoġġ tal-UE fid-dokumentazzjoni kuntrattwali mar-riċevituri finali u fil-materjal promozzjonali;

(h)

Kompiti ta' verifika u monitoraġġ f'rabta mal-Kummissjoni Ewropea u mal-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

Ir-riskji u r-rekwiżiti ta' hawn fuq jirrappreżentaw l-ispiża impliċita għall-Intermedjarju Finanzjarju li ma jirċievi ebda ħlas għall-attivitajiet ta' ġestjoni tat-Tranżazzjoni, inkluż ebda tariffi amministrattivi u ebda tariffa fuq il-prestazzjoni.

(18)  Il-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru biss hija rilevanti għall-kunsiderazzjonijiet tal-għajnuna mill-Istat. Riżorsi mill-Kummissjoni u mill-BEI u r-riżorsi proprji tal-FEI ma jikkostitwux għajnuna mill-Istat.

(19)  Ammont ta' self garantit = ammont ta' self nominali (ammont ta' garanzija nominali) * Rata tal-Garanzija

(20)  Għall-każijiet ta' kontrogaranziji

(21)  Il-Kontribuzzjoni tal-Iatat Membru lill-FEI għall-portafoll titolarizzat biss hija rilevanti għall-kunsiderazzjonijiet tal-għajnuna mill-Istat. Riżorsi mill-Kummissjoni u mill-BEI u riżorsi proprji tal-FEI ma jikkostitwux għajnuna mill-Istat.


RAKKOMANDAZZJONIJIET

12.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 271/93


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-10 ta' Settembru 2014

dwar il-monitoraġġ tal-preżenza tat-2 u 3-monokloropropan- 1,2-dijol (2 u 3-MCPD), it-2- u 3-MCPD esteri tal-aċidi grassi u esteri tal-aċidi grassi tal-gliċidol fl-ikel

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/661/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 292 tiegħu,

Billi:

(1)

it-3-monokloropropan-1,2-dijol (3-MCPD) huwa kontaminant fl-ipproċessar tal-ikel ikklassifikat bħala karċinoġenu possibbli għall-bniedem li għalih ġiet stabbilita doża tollerabbli ta' kuljum (TDI) ta' 2 μg/kg b.w (1). Ġie stabbilit livell massimu ta' 20 μg/kg għall-proteina veġetali idrolizzata (HVP) u għaz-zalza tas-sojja bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 (2) għal prodotti likwidi li fihom 40 % ta' materja niexfa, li jikkorrispondi għal massimu ta' 50 μg/kg f'materja niexfa.

(2)

L-esteri tal-2 — u 3-monokloropropan- 1,2-dijol (MCPD) u l-esteri tal-gliċidol huma kontaminanti importanti fiż-żjut ipproċessati tal-ikel użati bħala ikel jew ingredjenti tal-ikel. Il-Bord dwar il-Kontaminanti fil-Katina tal-Ikel (CONTAM) tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) qabel mal-istima ta' rilaxx ta' 100 % tat-3-MCPD mill-esteri tiegħu fil-bnedmin (3).

(3)

L-esteri tal-aċidi grassi tal-gliċidol (GE) huma kontaminanti li jiġu ġġenerati matul l-istadju ta' deodorizzazzjoni fil-proċess tar-raffinar taż-żejt tal-ikel. Ir-rilevanza tossikoloġika tal-esteri tal-aċidi grassi tal-gliċidol għadha ma ġietx kompletament iċċarata. Il-gliċidol innifsu huwa kkategorizzat bħala li huwa x'aktarx karċinoġenu għall-bniedem. L-aktar studji xjentifiċi reċenti jindikaw rilaxx (kważi) sħiħ ta' gliċidol mill-esteri tal-aċidi grassi ġewwa t-tubi diġestivi tal-bniedem.

(4)

Fl-20 ta' Settembru 2013, l-EFSA ppubblikat rapport xjentifiku dwar l-analiżi ta' okkorrenza tat-3-monokloropropan- 1,2-dijol (3-MCPD) fl-ikel fl-Ewropa fis-snin 2009-2011 u valutazzjoni tal-espożizzjoni preliminari (4).

(5)

Jeħtieġ iktar dejta dwar l-okkorrenza tal-preżenza tal-esteri tal-aċidi grassi MCPD u l-esteri tal-aċidi grassi tal-gliċidol biex tista' ssir valutazzjoni aktar preċiża tal-espożizzjoni.

(6)

Għalhekk huwa xieraq li jkun irrakkomandat il-monitoraġġ tal-preżenza ta' MCPD, tal-esteri MCPD u l-esteri tal-gliċidol fiż-żjut u x-xaħmijiet veġetali, l-ikel li ġej minnhom u l-ikel li fih żjut u xaħmijiet veġetali.

ADOTTAT DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

1.

L-Istati Membri, bl-involviment attiv tal-operaturi kummerċjali tal-għalf u l-ikel, għandhom iwettqu monitoraġġ għall-preżenza tat-2 u 3-MCPD, it-2 u 3-MCPD esteri tal-aċidi grassi u l-esteri tal-aċidi grassi tal-gliċidol fl-ikel, u partikolarment fi:

(a)

żjut u xaħmijiet veġetali u prodotti derivati bħal marġerina u prodotti simili,

(b)

ikel għal użu ta' nutriment partikolari kif iddefinit fid-Direttiva 2009/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u intiż għat-trabi u għat-tfal żgħar, inkluż formuli għat-trabi u dawk ta' prosegwiment (follow on) kif iddefinit fid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/141/KE (6) u ikel tad-dieta għal raġunijiet mediċi speċjali kif iddefinit fid-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/21/KE (7) intiż għat-trabi,

(c)

prodotti fini tal-forn, ħobż u bziezen,

(d)

laħam fil-bott (iffumigat) u ħut fil-bott (iffumigat),

(e)

snakks abbażi tal-patata jew taċ-ċereali, prodotti oħra abbażi ta' patata moqlija,

(f)

ikel li fih żejt veġetali u ikel ippreparat/prodott bi żjut veġetali.

Huwa magħruf li l-analiżi tat-2 u 3-MCPD, 2 u 3-MCPD esteri tal-aċidi grassi u l-esteri tal-aċidi grassi tal-gliċidol fl-ikel imsemmija fil-punti (b) sa (f) hija diffiċli ħafna u l-ebda metodi ta' analiżi vvalidati minn studju kollaborattiv ma huma disponibbli għalissa. Għalhekk għandha tingħata attenzjoni partikolari fl-analiżi tal-ikel imsemmija fil-punti (b) sa (f) sabiex ikun żgurat li d-dejta ġġenerata hija affidabbli.

Għalhekk, l-Istati Membri li bi ħsiebhom janalizzaw il-preżenza tat-2 u 3-MCPD, it-2 u 3-MCPD esteri tal-aċidi grassi u l-esteri tal-aċidi grassi tal-gliċidol fl-ikel imsemmija fil-punti (b) sa (f) jistgħu jitolbu, jekk ikun xieraq u meħtieġ, l-assistenza teknika tal-Istitut għall-Materjali u l-Kejl ta' Referenza (IRMM), Standards ta' Unità għall-Bijoxjenza tal-Ikel taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni.

2.

Sabiex jiġi żgurat li l-kampjuni huma rappreżentattivi tal-lott ikkampjunat, l-Istati Membri għandhom isegwu l-proċeduri stabbiliti fil-Parti B tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 333/2007 (8).

3.

Sabiex jiġi ddeterminat l-MCPD u l-gliċidol maqugħda mal-esteri, huwa rrakkomandat li jintużaw il-metodi standard tal-American Oil Chemists Society. Dawn il-metodi huma metodi ta' Gasskromatografija-Spettrometrija tal-Massa (GC-MS) ivvalidati minn studju kollaborattiv għal żjut u xaħmijiet veġetali u huma disponibbli fuq www.aocs.org.

Il-Limitu ta' Kwantifikazzjoni (LOQ) m'għandux ikun ogħla minn 100 μg/kg għall-analiżi ta' MCPD u l-gliċidol maqugħda mal-esteri tal-aċidi grassi fi żjut u xaħmijiet tal-ikel. Għal ikel ieħor li fih aktar minn 10 % xaħam, l-LOQ preferibbilment ma għandux ikun ogħla meta jkun relatat mal-kontenut ta' xaħam tal-ikel, jiġifieri l-LOQ għall-analiżi tal-esteri tal-aċidi grassi ta' MCPD u l-gliċidol f'ikel li jkun fih 20 % xaħam m'għandux ikun ogħla minn 20 μg/kg abbażi tal-piż komplessiv. Għal ikel li għandu inqas minn 10 % ta' xaħam, l-LOQ ma għandux ikun ogħla minn 10 μg/kg abbażi tal-piż komplessiv.

4.

Il-laboratorji għandu jkollhom fis-seħħ proċeduri ta' kontroll tal-kwalità biex matul l-analiżi tiġi evitata t-trasformazzjoni tal-esteri tal-gliċidol f'esteri MCPD u viċi versa. Barra minn hekk, jeħtieġ speċifikazzjoni mhux ambigwa tal-kwantità mkejla u rapporti separati tat-2- u 3- MCPD preżenti fi stat liberu fil-matriċi analizzata mill-esteri tal-aċidi grassi 2- u 3-MCPD, minħabba li t-tnejn jitkejlu bħala 3-MCPD. Il-kwantitajiet li ġejjin li jridu jitkejlu għandhom jiġu rrappurtati separatament:

2-MCPD

3-MCPD

esteri 2-MCPD

esteri 3-MCPD

esteri tal-gliċidol.

Ma hemm l-ebda evidenza għalissa tal-preżenza ta' gliċidol fi stat liberu fl-ikel imsemmi fil-Punt (1). Madankollu f'każ fejn jiġi analizzat il-gliċidol fi stat liberu, dan għandu jiġi rrappurtat b'mod separat.

5.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-riżultati analitiċi jiġu pprovduti fuq bażi regolari (kull sitt xhur) lill-EFSA fil-format tal-preżentazzjoni tad-dejta tal-EFSA f'konformità mar-rekwiżiti tal-EFSA's Guidance on Standard Sample Description (SSD) for Food and Feed (9) u r-rekwiżiti addizzjonali speċifiċi ta' rappurtar tal-EFSA.

Se jkun disponibbli format issemplifikat b'inqas oqsma obbligatorji li jridu jimtlew biex tkun żgurata preżentazzjoni massima tad-dejta ta' monitoraġġ disponibbli u utli.

6.

Se tiġi elaborata nota ta' gwida sabiex tkun żgurata applikazzjoni uniformi ta' din ir-Rakkomandazzjoni u jkun żgurat rapportar komparabbli tar-riżultati.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Settembru 2014.

Għall-Kummissjoni

Tonio BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  Opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel dwar it-3-monokloropropan-1,2-dijol (3-MCPD) li taġġorna l-opinjoni SCF tal-1994 (adottata fit-30 ta' Mejju 2001) http://ec.europa.eu/food/fs/sc/scf/out91_en.pdf.

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 tad-19 ta' Diċembru 2006 li jiffissal-livelli massimi ta' ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5).

(3)  Stqarrija tal-Bord Xjentifiku dwar il-Kontaminanti fil-katina tal-Ikel (CONTAM) fuq talba mill-Kummissjoni Ewropea fir-rigward tal-esteri ta' 3-MCPD http://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/doc/1048.pdf

(4)  European Food Safety Authority, 2013 Analysis of occurrence of 3-monochloropropane-1,2-diol (3-MCPD) in food in Europe in the years 2009-2011 and preliminary exposure assessment. EFSA Journal 2013;11(9):3381, 45 pp. doi:10.2903/j.efsa.2013.3381. Jinstab onlajn: www.efsa.europa.eu/efsajournal.

(5)  Direttiva 2009/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 dwar l-oġġetti tal-ikel għal użu ta' nutriment partikolari (ĠU L 124, 20.5.2009, p. 21).

(6)  Direttiva tal-Kummissjoni 2006/141/KE tat-22 ta' Diċembru 2006 dwar formuli tat-trabi u formuli tal-prosegwiment u li temenda d-Direttiva 1999/21/KE (ĠU L 401, 30.12.2006, p. 1).

(7)  Direttiva tal-Kummissjoni 1999/21/KE tal-25 ta' Marzu 1999 dwar l-ikel dietetiku għal skopijiet mediċi speċjali(ĠU L 91, 7.4.1999, p. 29).

(8)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 333/2007 tat-28 ta' Marzu 2007 li jistabbilixxi l-metodi ta' teħid ta' kampjuni u analiżi għall-kontroll uffiċjali ta' livelli ta' ċomb, kadmju, merkurju, landa inorganika, 3-MCPD u idrokarburi poliċikliċi aromatiċi fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 88, 29.3.2007, p. 29).

(9)  http://www.efsa.europa.eu/en/datex/datexsubmitdata.htm


12.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 271/96


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-10 ta' Settembru 2014

dwar prattiki tajba li jipprevenu u jnaqqsu l-preżenza ta' alkalojdi tal-oppju fiż-żerriegħa tal-peprin u fi prodotti taż-żerriegħa tal-peprin

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/662/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 292 tiegħu,

Billi:

(1)

Iż-żerriegħa tal-peprin tinkiseb mix-xaħxieħa (Papaver somniferum L.) u tintuża fi prodotti tal-forn, titferra' fuq l-ikel, tiġi miżjuda mal-mili tal-kejkijiet u mad-deżerti u tintuża fil-produzzjoni ta' żejt alimentari. Il-pjanta tax-xaħxieħa fiha alkalojdi narkotiċi bħall-morfina u l-kodeina. Iż-żerriegħa tal-peprin ma fihiex l-alkalojdi tal-oppju jew fiha alkalojdi tal-oppju biss f'livelli baxxi ħafna, iżda tista' tiġi kkontaminata b'alkalojdi minħabba ħsara mill-insetti jew permezz ta' kontaminazzjoni esterna taż-żerriegħa waqt il-ħsad, meta maż-żerriegħa jeħlu xi bċejjeċ tat-tiben (inkluż ir-rita tal-kapsula).

(2)

Il-Bord Xjentifiku dwar il-Kontaminanti fil-Katina Alimentari (CONTAM) tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) ta opinjoni xjentifika dwar ir-riskji għas-saħħa pubblika relatati mal-preżenza ta' alkalojdi tal-oppju fiż-żerriegħa tal-peprin maħsuba għall-konsum mill-bniedem (1).

(3)

Stimi tal-esponiment djetetiku għall-morfina minn ikel biż-żerriegħa tal-peprin juru li f'porzjon wieħed tista' tinqabeż id-Doża Akuta ta' Referenza (ARfD) għal xi konsumaturi, l-aktar għat-tfal, madwar l-Unjoni kollha.

(4)

Għaldaqstant jixraq li jiġu applikati prattiki tajba sabiex jipprevenu u jnaqqsu l-preżenza ta' alkalojdi tal-oppju fiż-żerriegħa tal-peprin u fi prodotti taż-żerriegħa tal-peprin,

ADOTTAT DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

Hu rakkomandat li l-Istati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li kull operatur involut fil-produzzjoni u fl-ipproċessar taż-żerriegħa tal-peprin jimplimenta l-prattiki t-tajba li jipprevenu u jnaqqsu l-preżenza ta' alkalojdi tal-oppju fiż-żerriegħa tal-peprin u fi prodotti taż-żerriegħa tal-peprin, kif jissemma fl-Anness ta' din ir-Rakkomandazzjoni.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Settembru 2014.

Għall-Kummissjoni

Tonio BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  Il-Bord tal-EFSA dwar il-Kontaminanti fil-Katina Alimentari (CONTAM); Opinjoni Xjentifika dwar ir-riskji għas-saħħa pubblika relatati mal-preżenza ta' alkalojdi tal-oppju fiż-żerriegħa tal-peprin. EFSA Journal 2011;9(11):2405. [150 pp.] doi:10.2903/j.efsa.2011.2405. Tinsab onlajn fuq: www.efsa.europa.eu/efsajournal


ANNESS

I.   Prattiki agrikoli tajba li jipprevenu l-preżenza tal-alkalojdi tal-oppju waqt it-tkabbir, il-ħsad u l-ħżin

Il-preżenza tal-morfina u ta' komposti oħra tal-alkalojdi tirriżulta l-aktar minħabba kontaminazzjoni esterna, speċjalment minħabba proċeduri mhux xierqa tal-protezzjoni tal-pjanti u tal-ħsad u t-tindif. Fatturi oħra li jaffettwaw il-kontaminazzjoni alkalojda taż-żerriegħa tal-peprin u ta' prodotti taż-żerriegħa tal-peprin huma ngħidu aħna l-varjetà ta' pjanti tal-peprin u l-kundizzjonijiet tat-tkabbir bħan-nixfa u l-fungi bħala fatturi ta' stress. Barra minn hekk, l-insetti għandhom sehem kbir fil-kontaminazzjoni taż-żerriegħa tal-peprin.

L-għażla tal-varjetà tal-pjanti tal-peprin

Il-varjetajiet tal-pjanti tal-peprin jistgħu jinġabru f'żewġ kategoriji:

(a)

varjetajiet tal-pjanti tal-peprin li jitkabbru għall-produzzjoni ta' żerriegħa tal-peprin li jintużaw biss għall-ikel. Dawn il-varjetajiet fihom livell baxx ta' alkalojdi tal-oppju.

(b)

varjetajiet tal-pjanti tal-peprin li jitkabbru għal skopijiet farmaċewtiċi iżda li ż-żrieragħ tagħhom, bħala prodott sekondarju, jintużaw għall-ikel. Imqabbla mal-imżiewed u t-tiben, iż-żerriegħa tal-peprin fihom livelli relattivament baxxi ta' alkalojdi tal-oppju.

Kontroll xieraq tal-pesti u tal-mard

Mhux kull pest u mard imsemmi f'din it-Taqsima jokkorri fir-reġjuni kollha tal-produzzjoni fl-Unjoni. Għaldaqstant il-miżuri ta' kontroll għal dawk il-pesti u l-mard huma rilevanti biss għar-reġjuni tal-produzzjoni fejn jokkorru.

Jeżistu żewġ mardiet importanti tal-pjanti tal-peprin: Peronospora arborescens (moffa żajbrija) u Pleospora papaveracea. Il-miċelju ta' dawk il-fungi jgħaddi minn ġol-kapsuli, u allura jagħti għelejjel ta' kwalità fqira li jkabbru żerriegħa skura jew sewdenija li tkun misjura kmieni. Il-mard idgħajjef ukoll il-kwalitajiet sensorjali tal-peprin, jiġifieri t-togħma u l-lewn u din iż-żerriegħa mmuffata ta' lewn differenti ma tkunx tista' tinfired għalkollox waqt it-tindif.

Il-kwalità tal-ikel tonqos ġmielha anki bil-pesti tal-peprin li jattakkaw it-tkabbir tal-peprin fl-istadji tal-iżvilupp aktar tard. Ħafna drabi din għandha x'taqsam mal-bumunqar tal-kapsula (Neoglycianus maculalba) u l-kironomu tal-kapsula (Dasineura papaveris). Il-bumunqar tal-kapsula jbid il-bajd fil-kapsuli l-ħodor il-ġodda. Il-larvi li jfaqqsu fi rjus il-peprin jgħixu minn fuq il-ġewwieni tal-kapsula (żerriegħa tal-peprin li tkun qed tiżviluppa), iħammġu l-ġewwieni tal-kapsula, jagħmlu ħsara liż-żerriegħa tal-peprina u fl-aħħar joħorġu mill-kapsula mit-toqob li jkunu għamlu huma stess. Din it-toqba jużaha l-kironomu tal-kapsula biex ibid il-bajd. Il-kapsula misjura jaf ikun fiha sa 50 larva oranġjo li fl-aħħar jirnexxilhom jeqirdu l-kapsula għalkollox. Iż-żerriegħa tkun sewda, sottożviluppata u ma tkunx tajba għall-ikel.

Fatt aktar rilevanti hu li minħabba l-penetrazzjoni tal-miċelju u tal-bumunqar inixxu “dmugħ il-peprin” u l-lattiċe ħalbija u dawn jikkontaminaw iż-żerriegħa. Dawn il-problemi jintirtu fil-produzzjoni kollha tal-pjanti tal-peprin.

Għalhekk hu rakkomandat li jsir kontroll xieraq ta' dak il-mard u l-pesti meta jokkorru.

Il-prevenzjoni ta' kundizzjonijiet ħżiena tal-ħsad ikkawżati mit-tgħattin tal-pjanti

It-tgħattin tal-pjanti jista' jiġi evitat sa ċertu punt jekk iż-żrigħ tal-pjanti tal-peprin isir b'densità xierqa.

Waqt il-perjodu tat-titwil, għall-peprin għall-ikel jistgħu jintużaw ir-regolaturi tat-tkabbir biex inaqqsu t-titwil taz-zokk. Ħafna drabi r-regolaturi tat-tkabbir ma jintużawx fil-produzzjoni tal-peprin għall-użu farmaċewtiku minħabba li l-użu tagħhom jibdel il-proċess bijosintetiku tal-alkalojdi. Ir-regolaturi tat-tkabbir ma jiżgurawx biss zokk qsajjar, iżda anki li tissaħħaħ il-bażi tiegħu. Pjanti qsajra u b'saħħithom jifilħu t-tgħattin, l-aktar meta l-kapsuli jiħdaru u meta jkunu misjurin.

Bit-tgħattin, il-maturazzjoni ma tkunx kullimkien l-istess u waqt il-ħsad issir kontaminazzjoni bl-alkalojdi. Ħafna drabi, il-pjanti mgħattna jerġgħu jarmu l-friegħi. Il-kapsuli f'dawn il-friegħi l-ġodda jimmaturaw aktar tard. Meta l-peprin jinħasdu, il-proċess ta' maturazzjoni għandu jiġi regolat għax il-kapsuli immaturi tal-peprin ikun fihom il-lattiċe. Meta jinħasdu, dawn il-kapsuli jinsaħqu u jnixxu l-lattiċe mit-tubi lattiferużi, u jikkawżaw kontaminazzjoni diretta ta' wiċċ iż-żerriegħa tal-peprin b'alkalojdi tal-oppju li aktar tard jinxfu fuq wiċċ iż-żerriegħa. Barra minn hekk, iż-żerriegħa minn kapsuli immaturi, li tkun lewn is-sadid, tnaqqas sew il-kwalità tal-peprin, id-dehra tiegħu u l-proprjetajiet sensorjali b'mod partikolari.

Jista' jiġi applikat dessikant skont ir-regoli nazzjonali dwar l-awtorizzazzjoni ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom biex ikun żgurat li meta tinħasad, kull kapsula tkun immaturat sew.

Il-ħsad

Il-peprin li jintuża fl-ikel, jinħasad f'umdità li ma taqbiżx l-10 %. Waqt il-ħsad, l-umdità taż-żerriegħa normalment tvarja bejn is-6 % u l-10 %. Jekk għal raġunijiet klimatiċi, iż-żerriegħa tal-peprin ma tkunx tista' tinħasad fil-kundizzjonijiet imsemmija hawn fuq, il-fjura tal-peprina għandha tinħasad bit-tiben tal-peprin b'kollox u titnixxef bl-arja minnufih bi sħana li ma taqbiżx l-40 °C. Madankollu f'dawn iċ-ċirkustanzi, kull dewmien jaf ikun ta' riskju li jista' jaffettwa ħażin il-kwalità taż-żerriegħa, kemm mil-lat ta' proprjetajiet sensorjali tagħha kif ukoll il-parametri fiżiċi, kimiċi u mikrobijoloġiċi taż-żerriegħa bħala ikel għall-konsum mill-bniedem.

Xi drabi l-peprin li jitkabbar għall-użu farmaċewtiku jinħasad f'livelli ogħla ta' umdità iżda mbagħad jitnixxef minnufih wara l-ħsad u, aktar importanti, jitkessaħ. Meta titnixxef u titkessaħ, iż-żerriegħa jkun fiha madwar 8–9 % umdità.

Il-peprin li jintuża fl-ikel jinħasad b'taħlita ta' makkinarju tal-ħsad li jiġi aġġustat biex jaħsad żerriegħa ċkejkna. Billi l-peprin hu dgħajjef ferm u jaf jiġrilu l-ħsara bil-makkinarju, dan jeħtieġ aġġustament speċjali ta' partijiet individwali ta' makkinarju. Iż-żerriegħa tal-peprin li tintuża fl-ikel ikun fiha 45–50 % żejt. Meta ż-żerriegħa tal-peprin jiġrilha l-ħsara, wiċċ iż-żerriegħa jittebba' biż-żejt li jattira t-trabijiet tal-kapsuli misħuqa. It-trab li jeħel iżid il-konċentrazzjoni tal-alkalojdi tal-oppju fuq iż-żerriegħa tal-peprin. Barra minn hekk, iż-żejt tal-peprin mhux durabbli u jossida malajr ħafna. B'hekk, iż-żerriegħa bil-ħsara titlef ferm kemm mill-kwalità sensorjali tal-peprin għall-ikel kif ukoll mid-durabbiltà tagħha filwaqt li toħloq kontaminazzjoni u żżid il-livelli tal-alkalojdi tal-oppju.

Għall-ħsad tal-peprin għal użu farmaċewtiku hu essenzjali li jinġabar biss il-miżwed u xi tiben. Għalhekk għandu jintuża makkinarju tal-ħsad b'aġġeġġ apposta li jaħsad biss il-parti ta' fuq tal-pjanta. L-użu tal-makkinarju tal-ħsad tal-foraġġ jiżgura li tinħasad biss il-parti meħtieġa mill-pjanta u allura tonqos il-possibbiltà ta' kontaminazzjoni.

Il-kundizzjonament ta' wara l-ħsad

Iż-żerriegħa tal-peprin ma fihiex jew ikun fiha biss livelli baxxi biss ta' alkalojdi tal-oppju. Meta ssir referenza għal-livelli tal-alkalojdi tal-oppju fiż-żerriegħa tal-peprin, din tkun qed jirreferi għal partikuli żgħar tat-trab mit-tiben (ir-rita tal-kapsula). Għalhekk hemm bżonn li jsir it-tindif jew l-ipproċessar ta' wara l-ħsad, irrispettivament minn jekk dan it-trab ikollux ħafna jew ftit alkalojdi tal-oppju.

Wara l-ħsad, u qabel l-użu taż-żerriegħa tal-peprin għall-ikel, iż-żerriegħa trid titnaddaf, jitneħħew il-partikuli tat-trab b'aspiratur u titneħħa wkoll kull impurità oħra biex tinkiseb purità aktar minn 99,8 %.

Il-ħżin

Meta ż-żerriegħa tal-peprin tkun trid tinħażen qabel l-aħħar kundizzjonament, din għandha tinħasad bit-tiben tal-peprin b'kollox u għandha titqiegħed imperrċa għall-arja fuq gradilji bil-ventilazzjoni għaddejja biex ikun żgurat li l-kontenut tal-umdità ma jaqbiżx it-8 % u l-10 %.

Għal ħażna fit-tul b'ventilazzjoni għandha tintuża arja mhux trattata, jiġifieri arja li ma tissaħħanx minn qabel.Iż-żerriegħa tal-peprin li ġiet trattata hekk, tista' tinħażen faċilment għal 12-il xahar mingħajr ebda bidla sostanzjali fil-kwalità.

Meta ż-żerriegħa tal-peprin titnaddaf, din għandha tintrefa' f'kontenituri bil-ventilazzjoni, f'boroż kbar jew boroż iċċertifikati għall-ippakkjar ta' oġġetti tal-ikel bl-ingrossa, mingħajr ma tmiss mal-art tal-maħżen.

It-tikkettar

Meta ż-żerriegħa tal-peprin tkun teħtieġ trattament ieħor biex tonqos il-preżenza tal-alkalojdi tal-oppju qabel jikkonsmaha l-bniedem jew qabel tintuża bħala ingredjent fl-ikel, din iż-żerriegħa tal-peprin għandu jsirilha tikkettar xieraq li juri l-ħtieġa li ż-żerriegħa tkun soġġetta għal trattament fiżiku biex jonqos il-kontenut tal-alkalojdi tal-oppju qabel jikkonsmaha l-bniedem jew qabel tintuża bħala ingredjent fl-ikel.

II.   Prattiki tajba li jipprevenu l-preżenza tal-alkalojdi tal-oppju waqt l-ipproċessar

Il-kontenut tal-alkalojdi tal-oppju taż-żerriegħa tal-peprin jista' jitnaqqas b'diversi mezzi ta' trattament minn qabel u pproċessar tal-ikel. Ħareġ fid-dieher li waqt l-ipproċessar tal-ikel, il-kontenut tal-alkalojdi jaf jonqos b'madwar 90 % u bi proċessi f'daqqa ta' trattament minn qabel u ta' tisħin, dan il-kontenut jaf jixxejjen għalkollox.

L-aktar metodi effettivi jinkludu l-ħasil u t-tixrib, it-trattamenti bis-sħana f'temperaturi li għallinqas jaqbżu l-135 °C iżda l-aħjar li jaqbżu l-200 °C, temperaturi aktar baxxi (eż 100 °C), flimkien ma' umdità jew ħasil u tħin, u taħlita ta' għadd ta' trattamenti.

Ħafna drabi, l-ikel biż-żerriegħa tal-peprin isirulu bosta proċessi qabel jiġi servut.

Fejn jidħlu l-ħobż u l-bziezen, iż-żerriegħa tal-peprin mhux trattata, u ħafna drabi sħiħa, tintuża l-aktar bħala tiżjin u ma jsir l-ebda trattament ieħor ħlief il-ħami.

F'ikel ieħor, iż-żerriegħa tal-peprin ħafna drabi tintaħan qabel titferra' fuq l-ikel jew qabel tintuża fil-prodotti tal-forn. Iż-żerriegħa tal-peprin tintuża wkoll bħala mili taż-żerriegħa tal-peprin, li jkun taħlita ta' żerriegħa tal-peprin mitħuna, zokkor, likwidu (ilma jew ħalib) u xi ingredjenti oħra u ħwawar. Normalment, il-mili taż-żerriegħa tal-peprin jiġi trattat bis-sħana qabel jintuża fit-tħejjija tal-ikel. U f' xi tradizzjonijiet tal-ikel tintuża żerriegħa tal-peprin nejja, sħiħa jew mitħuna, mingħajr trattament bis-sħana bħala parti importanti mill-ikla.

B'hekk, ħafna drabi ż-żerriegħa tal-peprin fl-ikel tgħaddi minn taħlita ta' stadji differenti tal-ipproċessar fosthom it-tħin, it-taħlit mal-likwidu u t-trattament bis-sħana, li xi kultant ikun jinkludi bosta stadji. Għalkemm stadju wieħed tal-ipproċessar jaf ma jaffettwax bi kbir lill-kontenut tal-alkalojdi taż-żerriegħa tal-peprin, taħlita ta' trattament minn qabel (eż. ipproċessar tal-mili taż-żerriegħa tal-peprin) u wara trattament bis-sħana (eż. ħami) jaf ixejjen il-kontenut tal-alkalojdi taż-żerriegħa tal-peprin tant li ma jkunx jista' jitkejjel. B'taħlita ta' ħasil u tnixxif fuq skala teknika, il-konċentrazzjonijiet tal-morfina tnaqqsu wkoll f'lottijiet kontaminati ħafna ta' żerriegħa tal-peprin nejja (il-konċentrazzjoni oriġinali tkun tvarja bejn 50 u 220 mg ta' morfina/kg) għal konċentrazzjonijiet inqas minn 4 mg morfina/kg mingħajr ma ntilfu l-kwalità u l-proprjetajiet organolettiċi.

F'din it-Tabella jidru l-metodi rakkomandati ta' trattament minn qabel u ta' pproċessar li jnaqqsu l-kontenut tal-alkalojdi taż-żerriegħa tal-peprin u tal-prodotti taż-żerriegħa tal-peprin.

Iżda jeħtieġ isiru dawn l-osservazzjonijiet:

Ma għandux ikun rakkomandat li jsir trattament bis-sħana qabel l-aħħar ipproċessar tal-ikel għax dan jgħin biex jinqerdu x-xaħmijiet u jista' jikkawża tisniħ u tintilef it-togħma tipika taż-żerriegħa tal-peprin,

Jekk ikun hemm bżonn isir ħasil jew tixrib bl-ilma biex jonqos il-kontenut tal-alkalojdi taż-żerriegħa tal-peprin, dan għandu jsir minnufih wara l-ħsad. Iżda għandu jitqies li dan jaf inaqqas il-kwalità u/jew il-ħajja taż-żerriegħa tal-peprin.

Tabella

Il-metodi rakkomandati ta' trattament minn qabel u ta' pproċessar li jnaqqsu l-kontenut tal-alkalojdi taż-żerriegħa tal-peprin u tal-prodotti taż-żerriegħa tal-peprin

Il-metodi ta' trattament minn qabel u ta' pproċessar

Kundizzjonijiet oħra

Effett

Kwantità tal-effett

Ħasil jew tixrib bl-ilma

Ħin (5 min)

Żdiedu l-ħin u t-temperatura (30 s — 2 min — 30 min) fl-ilma ta'

Tnaqqis fil-kontenut tal-alkalojdi

46 % ↓

15 °C

60 °C

100 °C

60 %-75 % ↓

80 %-95 % ↓

80 %-100 % ↓

Ħasil darba, kundizzjonijiet daqsxejn aċidużi

40 % ↓

Temperatura/trattament bis-sħana

Il-ħami tal-ħobż

135 °C

220 °C

200 °C + tħin

Tnaqqis fil-kontenut tal-alkalojdi

~10-50 % ↓

~30 % ↓

~80-90 % ↓

~90 % ↓

It-tħin

Ossiġenu (uċuħ kbar attivi)

pH miżjud

Rata mgħaġġla ta' degradazzjoni tal-morfina, il-formazzjoni ta' psewdomorfina, aroma aħjar tal-prodott

~25-34 % ↓

Id-dawl

 

Effett żgħir fuq ir-rata ta' degradazzjoni

 

Taħlita ta' trattament minn qabel

Ħasil, 100 °C, 1 min + xiwi 200 °C, 20 min

Tnaqqis fil-kontenut tal-alkalojdi

98 %-100 % ↓

Ħasil, 100 °C, 1 min + tnixxif (90 °C, 120 min)

99 % ↓

Umdità bil-fwar 100 °C, 10 min + tnixxif (90 °C, 120 min)

50-75 % ↓

Umdità 100 °C, 10 min + tħin + tnixxif (90 °C, 120 min)

90-98 % ↓

Trattament minn qabel + ħami

Tħin + ħami

Tnaqqis kbir fil-kontenut tal-alkalojdi b'taħlita ta' umdità u trattament bis-sħana minn qabel u wara trattament bi sħana niexfa

80-95 % ↓

Taħlita ta' trattament bil-fwar minn qabel + tħin + ħami

90-95 % ↓

Taħlita ta' trattament bil-ħasil minn qabel + tħin + ħami

100 % ↓


Rettifika

12.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 271/101


Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/451/UE tas-26 ta' Mejju 2014 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim ta' parteċipazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera fil-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya)

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 205 tat-12 ta' Lulju 2014 )

F'paġna 2, fit-titolu:

flok:

“DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-26 ta' Mejju 2014

dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim ta' parteċipazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera fil-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya)

(2014/451/UE)”

aqra:

“DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/451/PESK

tas-26 ta' Mejju 2014

dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim ta' parteċipazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera fil-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya)”