ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 263

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 57
3 ta' Settembru 2014


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 936/2014 tat-22 ta' Awwissu 2014 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għal-linarda fl-ilmijiet tal-UE u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni II u IV minn bastimenti li jtajru l-bandiera tar-Renju Unit

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 937/2014 tat-22 ta' Awwissu 2014 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għal-lingwata komuni fiż-żoni VIIf u VIIg minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Irlanda

3

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 938/2014 tat-2 ta' Settembru 2014 li jibda investigazzjoni rigward il-possibbiltà ta' evażjoni tal-miżuri antidumping imposti mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 502/2013 fuq l-importazzjonijiet ta' roti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina b'importazzjonijiet ta' roti kkunsinjati mill-Kambodja, il-Pakistan u l-Filippini, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Kambodja, il-Pakistan u l-Filippini u kemm jekk le, u li jagħmel tali importazzjonijiet soġġetti għar-reġistrazzjoni

5

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 939/2014 tat-2 ta' Settembru 2014 li jistabbilixxi ċ-ċertifikati msemmija fl-Artikoli 5 u 14 tar-Regolament (UE) Nru 606/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' miżuri ta' protezzjoni f'materji ċivili

10

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 940/2014 tat-2 ta’ Settembru 2014 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

21

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2014/640/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 2013 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Kulturali stabbilit mill-Protokoll dwar il-Kooperazzjoni Kulturali għall-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni tar-regoli ta' proċedura tal-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Kulturali

23

 

 

2014/641/UE

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta' Settembru 2014 dwar il-kundizzjonijiet tekniċi armonizzati għall-użu tal-ispettru tar-radju minn tagħmir tal-awdjo mingħajr fili għall-ħolqien ta' programmi u avvenimenti speċjali fl-Unjoni (notifikata bid-dokument C(2014) 6011)  ( 1 )

29

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESK tal-31 ta' Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina ( ĠU L 229, 31.7.2014 )

35

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

3.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 263/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 936/2014

tat-22 ta' Awwissu 2014

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għal-linarda fl-ilmijiet tal-UE u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni II u IV minn bastimenti li jtajru l-bandiera tar-Renju Unit

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kwoti għall-2014 huma stabbiliti bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 43/2014 (2).

(2)

Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament, minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2014.

(3)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istati Membri msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2014 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi trażbordat, jiġi trasportat jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jaqbdu dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Awwissu 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 43/2014 tal-20 ta' Jannar 2014 li jiffissa għall-2014 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċertu stokkijiet tal-ħut u gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 24, 28.1.2014, p. 1).


ANNESS

Numru

22/TQ43

Stat Membru

Ir-Renju Unit

Stokk

BLI/24-

Speċi

Linarda (Molva dypterygia)

Żona

L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni II u IV

Skadenza

4.8.2014


3.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 263/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 937/2014

tat-22 ta' Awwissu 2014

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għal-lingwata komuni fiż-żoni VIIf u VIIg minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Irlanda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kwoti għall-2014 huma stabbiliti bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 43/2014 (2).

(2)

Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament, minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2014.

(3)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istati Membri msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2014 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi trażbordat, jġi trasportat jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jaqbdu dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Awwissu 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 43/2014 tal-20 ta' Jannar 2014 li jiffissa għall-2014 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċertu stokkijiet tal-ħut u gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 24, 28.1.2014, p. 1).


ANNESS

Numru

23/TQ43

Stat Membru

L-Irlanda

Stokk

SOL/7FG.

Speċi

Lingwata komuni (Solea solea)

Żona

Iż-żoni VIIf u VIIg

Skadenza

6.8.2014


3.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 263/5


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 938/2014

tat-2 ta' Settembru 2014

li jibda investigazzjoni rigward il-possibbiltà ta' evażjoni tal-miżuri antidumping imposti mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 502/2013 fuq l-importazzjonijiet ta' roti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina b'importazzjonijiet ta' roti kkunsinjati mill-Kambodja, il-Pakistan u l-Filippini, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Kambodja, il-Pakistan u l-Filippini u kemm jekk le, u li jagħmel tali importazzjonijiet soġġetti għar-reġistrazzjoni

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”) u b'mod partikolari l-Artikoli 13(3) u 14(5) tiegħu,

Wara li infurmat lill-Istati Membri,

Billi:

A.   IT-TALBA

(1)

Il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) irċeviet talba skont l-Artikoli 13(3) u 14(5) tar-Regolament bażiku biex tinvestiga l-possibbiltà ta' evażjoni tal-miżuri antidumping imposti fuq importazzjonijiet ta' roti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u biex tagħmel l-importazzjonijiet ta' roti kkunsinjati mill-Kambodja, il-Pakistan u l-Filippini soġġetti għar-reġistrazzjoni, kemm jekk dawn ikunu ddikjarati li joriġinaw mill-Kambodja, il-Pakistan u l-Filippini u kemm jekk le.

(2)

It-talba kienet ippreżentata fit-23 ta' Lulju 2014 mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Manifatturi tar-Roti (EBMA) f'isem 15-il produttur tar-roti fl-Unjoni.

B.   IL-PRODOTT

(3)

Il-prodott ikkonċernat mill-possibbiltà ta' evażjoni huwa roti u tipi oħrajn ta' roti oħrajn (inklużi triċikli għat-tqassim, iżda esklużi l-monoċikli), mhux bil-mutur, li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 8712 00 30 u ex 8712 00 70 u li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“il-prodott ikkonċernat”).

(4)

Il-prodott li qed jiġi investigat huwa l-istess bħal dak definit fil-premessa preċedenti, iżda kkunsinnat mill-Kambodja, il-Pakistan u l-Filippini, kemm jekk iddikjarat li joriġina mill-Kambodja, il-Pakistan u l-Filippini u kemm jekk le, u li bħalissa jaqa' taħt l-istess kodiċijiet NM bħall-prodott ikkonċernat (“il-prodott li qed jiġi investigat”).

C.   IL-MIŻURI EŻISTENTI

(5)

Il-miżuri attwalment fis-seħħ u li possibbilment qed jiġu evitati huma miżuri antidumping imposti mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 502/2013 (2).

D.   IR-RAĠUNIJIET

(6)

It-talba tinkludi biżżejjed evidenza prima facie li l-miżuri antidumping fuq l-importazzjonijiet ta' roti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina qegħdin jiġu evitati permezz ta' trasbord li jgħaddi mill-Kambodja, il-Pakistan u l-Filippini fejn isiru l-operazzjonijiet ta' assemblaġġ.l-.

(7)

L-evidenza prima facie li ġiet ippreżentata hija din.

(8)

It-talba turi li kien hemm bidla sinifikanti fix-xejra tal-kummerċ li jinvolvi l-esportazzjonijiet mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, il-Kambodja, il-Pakistan u l-Filippini lejn l-Unjoni wara l-impożizzjoni tal-miżuri u l-estensjoni tagħhom, permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 501/2013 (3), għal importazzjonijiet ikkunsinjati mill-Indoneżja, il-Malasja, is-Sri Lanka u t-Tuneżija, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw f'dawn il-pajjiżi jew le, mingħajr raġuni biżżejjed jew ġustifikazzjoni ekonomika għal tibdil bħal dan għajr l-impożizzjoni tad-dazju.

(9)

Din il-bidla tidher li tirriżulta mit-trasbord ta' roti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina li jgħaddi mil-Kambodja, il-Pakistan u l-Filippini lejn l-Unjoni u minn operazzjonijiet ta' assemblaġġ fil-Kambodja, il-Pakistan u l-Filippini.

(10)

Barra minn hekk, it-talba fiha biżżejjed evidenza prima facie li l-effetti ta' rimedju tal-miżuri antidumping eżistenti fuq il-prodott ikkonċernat qed jiddgħajfu kemm fil-kwantità kif ukoll fil-prezz. Volumi sinifikanti ta' importazzjonijiet tal-prodott investigat jidher li ħadu post l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat. Barra minn hekk, hemm biżżejjed evidenza prima facie li l-importazzjonijiet tal-prodott taħt investigazzjoni qed isiru bi prezzijiet aktar baxxi mill-prezz mhux dannuż stabbilit fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri eżistenti.

(11)

Fl-aħħar nett, it-talba fiha biżżejjed evidenza prima facie li l-prezzijiet tal-prodott investigat huma oġġett ta' dumping fir-rigward tal-valur normali stabbilit qabel għall-prodott ikkonċernat.

(12)

Jekk il-prattiki ta' evażjoni permezz tal-Kambodja, il-Pakistan u l-Filippini koperti mill-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku, għajr it-trasbord u l-operazzjonijiet ta' assemblaġġ, ikunu identifikati matul l-investigazzjoni, l-investigazzjoni tista' tkopri wkoll dawn il-prattiki.

E.   IL-PROĊEDURA

(13)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li teżisti biżżejjed evidenza biex tiġġustifika t-tnedija ta' investigazzjoni skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament bażiku u li tagħmel l-importazzjonijiet tal-prodott investigat, kemm jekk iddikjarat bħala li joriġina mill-Kambodja, il-Pakistan u l-Filippini u kemm jekk le, suġġett għal reġistrazzjoni, skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku.

(a)   Il-Kwestjonarji

(14)

Sabiex tikseb l-informazzjoni meqjusa neċessarja għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-esportaturi/produtturi magħrufa u lill-assoċjazzjonijiet tal-esportaturi/produtturi magħrufa fil-Kambodja, il-Pakistan u l-Filippini, lill-esportaturi/produtturi magħrufa u l-assoċjazzjonijiet tal-esportaturi/produtturi magħrufa fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, lill-importaturi magħrufa u lill-assoċjazzjonijiet tal-importaturi magħrufa fl-Unjoni u lill-awtoritajiet tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina, il-Kambodja, il-Pakistan u l-Filippini. Kif xieraq, l-informazzjoni tista' tintalab ukoll mingħand l-industrija tal-Unjoni.

(15)

F'kull eventwalità, il-partijiet interessati kollha għandhom jikkuntattjaw lill-Kummissjoni minnufih, u mhux iktar tard mil-limitu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament, u jitolbu kwestjonarju fil-limitu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 3(1) ta' dan ir-Regolament, fid-dawl tal-fatt li l-limitu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 3(2) ta' dan ir-Regolament japplika għall-partijiet interessati kollha.

(16)

L-awtoritajiet tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina, il-Kambodja, il-Pakistan u l-Filippini se jkunu nnotifikati kif xieraq bit-tnedija tal-investigazzjoni.

(b)   Il-ġbir ta' informazzjoni u s-seduti ta' smigħ

(17)

Il-partijiet kollha interessati huma b'dan mistiedna jagħtu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u jagħtu evidenza ta' sostenn. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista' tisma' lill-partijiet interessati, sakemm jagħmlu talba bil-miktub u juru li hemm raġunijiet partikolari għalfejn dawn għandhom jinstemgħu.

(c)   L-eżenzjoni mir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet jew mill-miżuri

(18)

B'konformità mal-Artikolu 13(4) tar-Regolament bażiku, l-importazzjonijiet tal-prodott investigat jistgħu jiġu eżentati mir-reġistrazzjoni jew mill-miżuri jekk l-importazzjoni ma tkunx tikkostitwixxi evażjoni.

(19)

Minħabba li l-possibbiltà ta' evażjoni issir barra mill-Unjoni, jistgħu jingħataw eżenzjonijiet, skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament bażiku, lil produtturi fil-Kambodja, il-Pakistan u l-Filippini ta' biċikletti u roti oħrajn (inklużi triċikli tat-tqassim, iżda esklużi l-monoċikli), mhux bil-mutur, li jistgħu juru li mhuma relatati (4) ma' ebda produttur soġġett għall-miżuri (5) u li jinstabu mhux involuti fi prattiki ta' evażjoni kif definiti fl-Artikoli 13(1) u 13(2) tar-Regolament bażiku. Il-produtturi li jixtiequ jiksbu eżenzjoni għandhom iressqu talba sostnuta b'evidenza xierqa fil-limitu taż-żmien indikat fl-Artikolu 3(3) ta' dan ir-Regolament.

F.   IR-REĠISTRAZZJONI

(20)

Skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku, importazzjonijiet tal-prodott investigat għandhom ikunu soġġetti għal reġistrazzjoni sabiex jiġi żgurat li, jekk l-investigazzjoni tirriżulta f'konklużjonijiet ta' evażjoni, ikunu jistgħu jiġu imposti dazji antidumping minn dakinhar meta tkun ġiet imposta r-reġistrazzjoni ta' importazzjonijiet bħal dawn ikkonsenjati mill-Kambodja, il-Pakistan u l-Filippini.

G.   IL-LIMITI TAŻ-ŻMIEN

(21)

Fl-interess ta' amministrazzjoni soda, għandhom jiġu ddikjarati limiti taż-żmien li matulhom:

il-partijiet interessati jistgħu jippreżentaw lilhom infushom lill-Kummissjoni, jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom bil-miktub u jibgħatu r-risposti għall-kwestjonarju jew kull informazzjoni oħra li għandha tittieħed inkonsiderazzjoni matul l-investigazzjoni;

il-produtturi fil-Kambodja, il-Pakistan u l-Filippini jistgħu jitolbu eżenzjoni mir-reġistrazzjoni ta' importazzjonijiet jew miżuri,

il-partijiet interessati jistgħu jagħmlu talba bil-miktub biex jinstemgħu mill-Kummissjoni.

(22)

Qed tinġibed l-attenzjoni għall-fatt li l-eżerċizzju ta' ħafna mid-drittijiet proċedurali stabbiliti fir-Regolament bażiku jiddependu mill-fatt li l-parti tippreżenta ruħha fil-limiti taż-żmien stabbiliti fl-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament.

H.   IN-NUQQAS TA' KOOPERAZZJONI

(23)

F'każijiet li xi parti interessata tiċħad l-aċċess jew ma tagħtix l-informazzjoni meħtieġa fil-limiti taż-żmien, jew tfixkel l-investigazzjoni b'mod sinifikanti, jistgħu jintlaħqu konklużjonijiet, pożittivi jew negattivi, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, abbażi tal-fatti disponibbli.

(24)

Fejn jinstab illi xi persuna interessata tkun ipprovdiet informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni ma għandhiex tiġi meqjusa u jista' jsir użu mill-fatti disponibbli,

(25)

Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera biss parzjalment, u r-riżultati jkunu għalhekk ibbażati fuq fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista' jkun anqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku kkooperat.

I.   L-ISKEDA TAL-INVESTIGAZZJONI

(26)

L-investigazzjoni se tintemm, skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament bażiku, fi żmien disa' xhur mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

J.   L-IPPROĊESSAR TAD-DEJTA PERSONALI

(27)

Ta' min jinnota li kull dejta personali miġbura f'din l-investigazzjoni se tiġi ttrattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6).

K.   L-UFFIĊJAL TAS-SEDUTA

(28)

Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ. L-Uffiċjal tas-Seduta jagħmilha ta' medjatur bejn il-partijiet interessati u s-servizzi ta' investigazzjoni tal-Kummissjoni. L-Uffiċjal tas-Seduta jirrevedi t-talbiet għall-aċċess tal-fajl, it-tilwim dwar il-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għall-estensjoni tal-limiti taż-żmien u t-talbiet minn partijiet terzi għal smigħ. L-Uffiċjal tas-Seduta jista' jorganizza seduta ta' smigħ ma' parti interessata individwali u jagħmilha ta' medjatur sabiex jiżgura li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati jkunu qed jitħaddmu kompletament.

(29)

It-talba għal seduta ta' smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika r-raġunijiet tat-talba. L-Uffiċjal tas-Seduta se jagħti wkoll opportunitajiet biex isir smigħ li jinvolvi lill-partijiet u li jippermetti li jitressqu fehmiet differenti u argumenti kuntrarji.

(30)

Għal aktar informazzjoni u dettalji ta' kuntatt il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni tal-Internet tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://ec.europa.eu/commission_2010-2014/degucht/contact/hearing-officer/,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

B'dan qed tinbeda investigazzjoni skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, sabiex ikun iddeterminat jekk l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' roti u tipi oħrajn ta' roti oħrajn (inklużi triċikli għat-tqassim, iżda esklużi l-uniċikli), mhux bil-mutur, li attwalment jaqgħu fil-kodiċijiet NM 8712 00 30 u ex 8712 00 70 (il-kodiċijiet TARIC 8712003020 u 8712007092) ikkunsinnati mill-Kambodja, il-Pakistan u l-Filippini, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw fil-Kambodja, il-Pakistan u l-Filippini u kemm jekk le, humiex qed jevitaw il-miżuri imposti mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 502/2013.

Artikolu 2

L-awtoritajiet Doganali, skont l-Artikolu 13(3) u l-Artikolu 14(5) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, jieħdu l-passi xierqa biex jirreġistraw l-importazzjonijiet fl-Unjoni identifikati fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament.

Ir-reġistrazzjoni tiskadi disa' xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Il-Kummissjoni tista', permezz ta' regolament, titlob lill-awtoritajiet Doganali jwaqqfu r-reġistrazzjoni ta' importazzjonijiet fl-Unjoni ta' prodotti manifatturati minn produtturi li jkunu applikaw għal eżenzjoni mir-reġistrazzjoni u li jkun instab li jissodisfaw il-kundizzjonijiet biex tingħata eżenzjoni.

Artikolu 3

(1)

Il-kwestjonarji jridu jintalbu mill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum mill-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Biex ir-rappreżentazzjonijiet tagħhom jiġu kkunsidrati waqt l-investigazzjoni, il-partijiet interessati jridu jippreżentaw ruħhom billi jikkuntattjaw lill-Kummissjoni, jippreżentaw l-fehmiet tagħhom bil-miktub u jressqu t-tweġibiet għall-kwestjonarju jew kwalunkwe informazzjoni oħra fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm mhux speċifikat mod ieħor.

(3)

Il-produtturi fil-Kambodja, il-Pakistan u l-Filippini li jitolbu eżenzjoni mir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet jew mill-miżuri jridu jippreżentaw talba sostnuta b'evidenza xierqa fl-istess limitu taż-żmien ta' 37 jum.

(4)

Il-partijiet interessati jistgħu wkoll japplikaw sabiex jinstemgħu mill-Kummissjoni fl-istess limitu taż-żmien ta' 37 jum.

(5)

Il-partijiet interessati huma mistiedna jressqu s-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha permezz tal-posta elettronika inklużi dokumenti ta' prokuri u ta' ċertifikazzjoni skennjati, bl-eċċezzjoni ta' tweġibiet voluminużi li jiġu ppreżentati fuq CD-ROM jew DVD bl-idejn jew permezz ta' ittra rreġistrata. Permezz ta' ittra elettronika, il-partijiet interessati jesprimu l-qbil tagħhom mar-regoli applikabbli għas-sottomissjonijiet elettroniċi li jinsabu fid-dokument “CORRESPONDENCE WITH THE EUROPEAN COMMISSION IN TRADE DEFENCE CASES” ippubblikat fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2011/june/tradoc_148003.pdf. Il-partijiet interessati jridu jindikaw isimhom, l-indirizz, in-numru tat-telefon u indirizz tal-posta elettronika validu u għandhom jiżguraw li l-indirizz elettroniku pprovdut ikun indirizz elettroniku tax-xogħol uffiċjali li jiffunzjona u li jiġi kkonsultat kuljum. Ladarba d-dettalji ta' kuntatt ikunu stabbiliti, il-Kummissjoni tikkomunika mal-partijiet interessati permezz tal-posta elettronika biss, sakemm ma jkunx hemm talba speċifika li d-dokumenti kollha mill-Kummissjoni jintbagħtu b'mezz ieħor ta' komunikazzjoni jew sakemm in-natura tad-dokument li għandu jintbagħat ma jkunx jeħtieġ l-użu ta' posta rreġistrata. Għal aktar regoli u informazzjoni dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni inklużi l-prinċipji li japplikaw għas-sottomissjonijiet bil-posta elettronika, il-partijiet interessati għandhom jikkonsultaw l-istruzzjonijiet ta' komunikazzjoni mal-partijiet interessati msemmija hawn fuq.

Kull sottomissjoni bil-miktub, inkluża l-informazzjoni mitluba f'dan ir-Regolament, it-tweġibiet għall-kwestjonarju u l-korrispondenza mogħtija mill-partijiet interessati fuq bażi kunfidenzjali trid tkun immarkata “Ristrett (7) u, skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, trid tkun akkumpanjata minn verżjoni mhux kunfidenzjali, li trid tkun immarkata “Għall-ispezzjoni minn partijiet interessati”.

L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:

European Commission

Directorate-General for Trade

Directorate H

Office: CHAR 04/039

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Posta Elettronika: TRADE-R608-BICYCLES-CIR@ec.europa.eu

Artikolu 4

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Settembru 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 502/2013 tad-29 ta' Mejju 2013 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 990/2011 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' roti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara rieżami interim skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 153, 5.6.2013, p. 17).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 501/2013 tad-29 ta' Mejju 2013 li jestendi d-dazju antidumping definittiv impost mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 990/2011 fuq importazzjonijiet ta' biċikletti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta' biċikletti kkunsinjati mill-Indoneżja, mill-Malasja, mis-Sri Lanka u mit-Tuneżija, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw fl-Indoneżja, il-Malasja, is-Sri Lanka u t-Tuneżija kif ukoll jekk le (ĠU L 153, 5.6.2013, p. 1).

(4)  B'konformità mal-Artikolu 143 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1) li jikkonċerna l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali Komunitarju, il-persuni jitqiesu relatati biss jekk: (a) ikunu uffiċjali jew diretturi tan-negozju ta' xulxin; (b) ikunu legalment rikonoxxuti bħala sħab fin-negozju; (c) huma l-impjegatur u l-impjegat; (d) kwalunkwe persuna li direttament jew indirettament hija s-sid, tikkontrolla jew għandha 5 % jew iżjed tal-ishma jew tal-kwoti tal-ishma li jivvutaw jew tat-tnejn li huma; (e) wieħed minnhom, direttament jew indirettament, jikkontrolla lill-ieħor; (f) it-tnejn li huma huma direttament jew indirettament ikkontrollati minn terza persuna; (g) flimkien direttament jew indirettament jikkontrollaw terza persuna; jew (h) huma membri tal-istess familja. Persuni jitqiesu li jkunu membri tal-istess familja fil-każ biss li jkollhom waħda mir-relazzjonijiet li ġejjin bejniethom: (i) konjuġi, (ii) ġenitur u wild, (iii) aħwa (sew jekk mill-istess ġenituri jew aħwa minn ġenitur wieħed), (iv) nannu jew nanna u neputi jew neputija, (v) ziju jew zija u neputi jew neputija, (vi) ġenitur tar-rispett u wild tar-rispett, (vii) aħwa tar-rispett. F'dan il-kuntest “persuna” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika.

(5)  Madankollu, anki jekk il-produtturi huma relatati skont kif jissemma hawn fuq ma' kumpaniji soġġetti għall-miżuri stabbiliti fuq l-importazzjonijiet li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (il-miżuri oriġinali tal-antidumping), xorta waħda tista' tingħata eżenzjoni jekk ma jkunx hemm evidenza li r-relazzjoni mal-kumpaniji suġġetti għall-miżuri oriġinali kienet stabbilita jew użata biex ikun hemm evażjoni tal-miżuri oriġinali.

(6)  Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dik id-dejta (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

(7)  Dokument “Ristrett” huwa dokument meqjus kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51) u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (Ftehim dwar l-Antidumping). Huwa wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).


3.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 263/10


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 939/2014

tat-2 ta' Settembru 2014

li jistabbilixxi ċ-ċertifikati msemmija fl-Artikoli 5 u 14 tar-Regolament (UE) Nru 606/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' miżuri ta' protezzjoni f'materji ċivili

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 606/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' miżuri ta' protezzjoni f'materji ċivili (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

Billi:

(1)

Għall-applikazzjoni xierqa tar-Regolament (UE) Nru 606/2013 għandhom jiġu stabbiliti żewġ ċertifikati.

(2)

Ir-Renju Unit u l-Irlanda huma marbuta bir-Regolament (UE) Nru 606/2013 u bħala konsegwenza huma marbuta b'dan ir-Regolament.

(3)

Id-Danimarka mhix marbuta b'Regolament (UE) Nru 606/2013 u lanqas minn dan ir-Regolament

(4)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku ta' Miżuri ta' Protezzjoni f'Materji Ċivili, stabbilit permezz tar-Regolament (UE) Nru 606/2013,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-formola li għandha tintuża għall-applikazzjoni ta' ċertifikat msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 606/2013 tkun kif stabbilit fl-Anness I bħala l-Formola I.

2.   Il-formola li għandha tintuża għall-applikazzjoni ta' ċertifikat msemmija fl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 606/2013 tkun kif stabbilit fl-Anness II bħala l-Formola II.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-11 ta' Jannar 2015.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Settembru 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 181 29.6.2013, p. 4.


ANNESS I

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS II

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

3.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 263/21


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 940/2014

tat-2 ta’ Settembru 2014

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Settembru 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 KG)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0707 00 05

TR

109,3

ZZ

109,3

0709 93 10

TR

123,3

ZZ

123,3

0805 50 10

AR

197,4

CL

177,2

TR

73,3

UY

177,3

ZA

183,9

ZZ

161,8

0806 10 10

BR

167,6

EG

207,2

TR

119,4

ZZ

164,7

0808 10 80

BR

63,0

CL

106,4

NZ

139,9

ZA

129,6

ZZ

109,7

0808 30 90

CL

96,0

CN

92,5

TR

125,4

XS

48,0

ZA

113,4

ZZ

95,1

0809 30

MK

73,4

TR

128,2

ZZ

100,8

0809 40 05

BA

34,7

MK

36,8

ZZ

35,8


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

3.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 263/23


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-23 ta' Settembru 2013

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Kulturali stabbilit mill-Protokoll dwar il-Kooperazzjoni Kulturali għall-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni tar-regoli ta' proċedura tal-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Kulturali

(2014/640/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 167(3) flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fit-23 ta' April 2007, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tinnegozja ftehim ta' kummerċ ħieles mar-Repubblika tal-Korea f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha.

(2)

Dawk in-negozjati kienu ġew konklużi u l-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra (1) (“il-Ftehim”) ġie ffirmat fis-6 ta' Ottubru 2010. Il-Ftehim jinkludi Protokoll dwar il-kooperazzjoni kulturali (“il-Protokoll”) li l-Artikolu 1 tiegħu jistabbilixxi l-qafas li fi ħdanu l-Partijiet jikkooperaw biex jiġu ffaċilitati l-iskambji li jirrigwardaw attivitajiet kulturali, oġġetti u servizzi, inkluż fost oħrajn, fis-settur awdjoviżiv.

(3)

Skont l-Artikolu 15.10.5 tal-Ftehim, huwa ġie applikat provviżorjament fir-rigward ta' parti minnu permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/265/UE (2) (“id-Deċiżjoni”) mill-1 ta' Lulju 2011, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar tard.

(4)

Skont l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni, l-Artikoli 4(3), 5(2), 6(1), 6(2), 6(4), 6(5), 8, 9 u 10 tal-Protokoll ma ġewx applikati provviżorjament.

(5)

F'konformità mal-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni, il-Kummissjoni għandha tgħarraf bil-miktub lill-Korea dwar l-intenzjoni tal-Unjoni li ma testendix il-perijodu ta' intitolament għal koproduzzjonijiet awdjoviżivi skont l-Artikolu 5 tal-Protokoll konsegwentement għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 5(8) tiegħu, ħlief jekk, fuq proposta mill-Kummissjoni, il-Kunsill jaqbel erba' xhur qabel it-tmiem ta' tali perijodu ta' intitolament li jkompli l-intitolament. Jekk il-Kunsill jaqbel li jkompli b'dan l-intitolament, dak l-obbligu li jiġi pprovdut avviż għandu jerġa' ssir applikabbli fi tmiem il-perijodu mġedded tal-intitolament. Għall-għanijiet speċifiċi tad-deċiżjoni dwar it-tkomplija tal-perijodu ta' intitolament, il-Kunsill għandu jaġixxi b'unanimità.

(6)

L-Artikolu 3 tal-Protokoll jipprovdi għall-istabbiliment ta' Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Kulturali li għandu, fost il-kompiti tiegħu, jissorvelja l-implimentazzjoni tal-Protokoll.

(7)

Skont l-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni, ir-rappreżentanti tal-Unjoni fil-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Kulturali għandhom jinkludu uffiċjali għoljin kemm tal-Kummissjoni kif ukoll tal-Istati Membri li għandhom għarfien espert u esperjenza fi kwistjonijiet u prattiċi kulturali, u li għandhom jippreżentaw il-pożizzjoni tal-Unjoni skont it-Trattat.

(8)

Id-deċiżjonijiet tal-Kumitat ma għandhomx jagħtu xi drittijiet jew jimponu xi obbligi li jistgħu jiġu invokati direttament quddiem il-qrati u t-tribunali tal-Unjoni jew tal-Istati Membri.

(9)

Il-korpi preparatorji tal-Kunsill li huma kompetenti fil-qasam tal-kultura u l-affarijiet awdjoviżivi għandhom jiġu involuti minn kmieni fit-tfassil tal-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni fil-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Kulturali.

(10)

Din id-Deċiżjoni ma għandhiex taffettwa l-kompetenzi rispettivi tal-Unjoni u tal-Istati Membri.

(11)

L-Unjoni għandha tiddetermina l-pożizzjoni li għandha tittieħed fil-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Kulturali fir-rigward tal-adozzjoni tar-regoli ta' proċedura tal-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Kulturali,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni fil-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Kulturali stabbilit mill-Protokoll dwar il-Kooperazzjoni Kulturali għall-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal- Korea, min-naħa l-oħra,fir-rigward tal-adozzjoni tar-regoli ta' proċedura tal-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Kulturali għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Kulturali mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Settembru 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

V. JUKNA


(1)  ĠU L 127, 14.5.2011, p. 6.

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/265/UE tas-16 ta' Settembru 2010 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra (ĠU L 127, 14.5.2011, p. 1).


ABBOZZ

DEĊIŻJONI Nru … TAL-KUMITAT UE-KOREA DWAR IL-KOOPERAZZJONI KULTURALI

ta'

dwar l-adozzjoni tar-regoli ta' proċedura tal-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Kulturali

IL-KUMITAT DWAR IL-KOOPERAZZJONI KULTURALI,

Wara li kkunsidra l-Protokoll dwar il-Kooperazzjoni Kulturali għall-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra, iffirmat fi Brussell fis-6 ta' Ottubru 2010, u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-Kooperazzjoni Kulturali (“il-Protokoll”) jipprovdi għall-istabbiliment ta' Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Kulturali (“il-Kumitat”).

(2)

Il-Kumitat għandu jeżerċita l-funzjonijiet kollha tal-Kumitat tal-Kummerċ fir-rigward tal-Protokoll, f'konformità mal-Artikolu 3.3 tal-Protokoll.

(3)

Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu stess,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-regoli ta' proċedura tal-Kumitat huma stabbiliti kif jinsabu fl-Anness.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fi …

Magħmul fi … fi …

Għall-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Kulturali

L-ewwel Viċi Ministru

Ministeru tal-Kultura, Sport u Turiżmu tar-Repubblika tal-Korea

[Għandha timtela min-naħa tal-Korea]

Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għall-Edukazzjoni u Kultura

Kummissjoni Ewropea


ANNESS

REGOLI TA' PROĊEDURA TAL-KUMITAT DWAR IL-KOOPERAZZJONI KULTURALI

Artikolu 1

Kompożizzjoni u Presidenza

1.   Il-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Kulturali (“il-Kumitat”) previstfl-Artikolu 3.1 tal-Protokoll dwar il-Kooperazzjoni Kulturali (“il-Protokoll”) għall-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”) għandu jwettaq il-funzjonijiet kollha tal-Kumitat tal-Kummerċ fir-rigward tal-Protokoll, f'konformitàmal-Artikolu 3.3 tal-Protokoll, u jissorveljal-implimentazzjoni tal-Protokoll.

2.   Il-Kumitat għandu jkun magħmul mir-rappreżentanti tal-Kummissjoni u dawk tal-Istati Membri, li jistgħu jiġu rrappreżentati, għas-suġġetti fl-oqsma tal-kompetenzi tagħhom, mill-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u r-rappreżentanti tal-Korea, min-naħa l-oħra. Kif previst fl-Artikolu 3.1 tal-Protokoll, dawn ir-rappreżentanti għandhom ikunu uffiċjali għolja minn ħdan l-amministrazzjoni ta' kull Parti li jkollhom għarfien espert u esperjenza fi kwistjonijiet u prattiki kulturali.

3.   Il-Kumitat għandu jkun kopresedut mid-Direttur Ġenerali għall-Bureau tal-Politika dwar il-Kontenut tal-Ministru tal-Kultura, l-Isport u t-Turiżmu tal-Korea u d-Direttur għall-Kultura u l-Midja tad-Direttorat Ġenerali għall-Edukazzjoni u l-Kultura tal-Kummissjoni Ewropea. Kull wieħed mill-Presidenti jista' jirranġa biex ikun rappreżentat minn persuna magħżula rispettiva.

Artikolu 2

Rappreżentanza

1.   Kull Parti għandha tgħarraf lill-Parti l-oħra bil-lista tal-membri tagħha li jkunu fil-Kumitat. Il-lista ser tiġi amministrata mis-Segretarju tal-Kumitat.

2.   Membru li jixtieq jiġi rappreżentat minn rappreżentant alternattiv għandu jgħarraf lill-Presidenza tal-Kumitat b'isem ir-rappreżentant alternattiv tiegħu jew tagħha qabel il-laqgħa fejn hu jew hi għandhom jiġu rappreżentati. Ir-rappreżentant supplenti ta' membru tal-Kumitat għandu jeżerċita d-drittijiet kollha ta' dak il-membru.

Artikolu 3

Laqgħat

1.   Il-Kumitat għandu jiltaqa' minn tal-inqas darba fis-sena, u kif meħtieġ fuq talba ta' wieħed mill-Partijiet. Il-laqgħat għandhom isiru fi Brussell jew f'Seoul b'mod alternattiv, sakemm ma jiftehmux mod ieħor il-Partijiet. Jekk iż-żewġ Partijiet jaqblu, il-laqgħat ta' Kumitat Speċjali jistgħu jsiru permezz ta' vidjokonferenza jew telekonferenza.

2.   Kull laqgħa tal-Kumitat għandha titlaqqa' mis-Segretarju ta' dan l-istess Kumitat fi żmien u f'post li jkun hemm qbil dwaru miż-żewġ Partijiet. Is-sejħa għal-laqgħa għandha tinħareġ mis-Segretarjat tal-Kumitat għall-membri tal-Kumitat mhux aktar tard minn tliet xhur qabel il-bidu tas-seduta sakemm ma jiftehmux mod ieħor il-Partijiet.

Artikolu 4

Delegazzjoni

Il-membri tal-Kumitat jistgħu jkunu akkumpanjati minn uffiċjali. Qabel kull laqgħa, il-Presidenti tal-Kumitat għandu jiġi mgħarraf dwar il-kompożizzjoni maħsuba tad-delegazzjonijiet li jattendu l-laqgħa.

Artikolu 5

Osservaturi u esperti

Il-Presidenti tal-Kumitatjistgħujistiednuosservaturi u espertibiex jattendu l-laqgħattiegħu fuq bażi ad hoc.

Artikolu 6

Segretarjat

Il-Punti ta' Kuntatt Domestiċi kif imsemmija fl-Artikolu 3.4 tal-Protokollgħandhom jaġixxu konġuntament bħala Segretarjat tal-Kumitat.

Artikolu 7

Dokumenti

Fejn id-deliberazzjonijiet tal-Kumitat ikunu bbażati fuq dokumenti ta' sostenn miktubin, dawn id-dokumenti għandhom jiġu nnumerati u ċċirkolati mis-Segretarjat tal-Kumitat bħala dokumenti tal-Kumitat.

Artikolu 8

Korrispondenza

1.   Il-korrispondenza għal Presidenti tal-Kumitat għandha tintbagħat lill-Presidenti lis-Segretarjat tal-Kumitat biex dan jiċċirkolaha mal-membri tal-Kumitat.

2.   Il-korrispondenza mingħand il-Presidenti tal-Kumitat għandha tintbagħat lil min tkun indirizzata mis-Segretarju tal-Kumitat u tiġi nnumerata u ċċirkolata, fejn adatt, fost il-membri l-oħra tal-Kumitat.

Artikolu 9

Aġenda għal-Laqgħat

1.   Għandha titħejja aġenda provviżorja għal kull laqgħa mis-Segretarjat tal-Kumitat. Din għandha tintbagħat, flimkien mad-dokumenti rilevanti, lill-membri tal-Kumitat, kif ukoll lill-President tal-Kumitat sa mhux aktar tard minn xahrejnqabel il-bidu tal-laqgħa.

2.   L-aġenda għandha tiġi adottata mill-Kumitat fil-bidu ta' kull laqgħa. Kull punt minbarra dawk li jidhru fl-aġenda provviżorja jista' jitqiegħed fuq l-aġenda jekk il-Partijiet jaqblu li jsir hekk.

3.   Il-Presidenti tal-Kumitat jistgħu, bi qbil maż-żewġ Partijiet, iqassru l-perijodu ta' żmien speċifikat fil-paragrafu 1 biex jitqiesu r-rekwiżiti ta' każ partikolari.

Artikolu 10

Minuti

1.   Is-Segretarju tal-Kumitat għandu jfassal abbozz ta' minuti, normalment fi żmien 21 jum wara tmiem il-laqgħa.

2.   Il-minuti għandhom, bħala regola ġenerali, jagħtu fil-qosor kull punt fl-aġenda, u jispeċifikaw fejn hu applikabbli:

(a)

id-dokumenti ppreżentati lill-Kumitat;

(b)

kwalunkwe dikjarazzjoni li membru tal-Kumitat jitlob li tiddaħħal; u

(c)

id-deċiżjonijiet adottati, ir-rakkomandazzjonijiet magħmula, l-istqarrijiet miftiehma u l-konklużjonijiet adottati dwar punti speċifiċi.

3.   Il-minuti għandhom ukoll jinkludu lista tal-parteċipantikollha li ħadu sehem fil-laqgħa.

4.   Il-minuti għandhom jiġu approvati bil-miktub miż-żewġ Partijiet fi żmien 28jummid-data li fiha jasal l-abbozz ta' minuti jew fi żmien kwalunkwe data oħra li jiftiehmu dwarha l-Partijiet. Ladarba l-minuti jkunu approvati, is-Segretarjat tal-Kumitat irid jiffirma żewġ kopji tagħhom u kull Parti għandha tirċievi kopja oriġinali ta' dawn id-dokumenti awtentiċi. Għandhom jintbagħtu kopji tal-minuti ffirmati lill-membri tal-Kumitat.

Artikolu 11

Deċiżjonijiet u Rakkomandazzjonijiet

1.   Sabiex jilħaq l-għanijiet tal-Protokoll, il-Kumitat għandu jkollu s-setgħa li jieħu deċiżjonijiet jew rakkomandazzjonijiet dwar il-kwistjonijiet kollha fil-każijiet previsti mill-Protokoll.

2.   Il-Kumitat għandu jadotta deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet bi qbil bejn il-Partijiet. Talli atti għandhom ikunu intitolati “Deċiżjoni” jew “Rakkomandazzjoni” rispettivament.

3.   Fil-perijodu ta' bejn il-laqgħat, il-Kumitat jista' jadotta deċiżjonijiet jew rakkomandazzjonijiet bi proċedura bil-miktub jekk iż-żewġ Partijiet jaqblu li jsir hekk. Il-proċedura bil-miktub għandha tikkonsisti minn skambju ta' noti bejn il-Presidenti tal-Kumitat. Id-deċiżjonijiet jew ir-rakkomandazzjonijiet li huma soġġetti għall-proċedura bil-miktub għandhom jiġu ċċirkulati mis-Segretarjat tal-Kumitat lill-membri tiegħu tal-inqas xahrejn qabel id-data tal-adozzjoni tagħhom. Is-Segretarjat tal-Kumitat għandu jistabbilixxi li l-proċedura bil-miktub tlestiet u jinforma lill-membri tal-Kumitat tiegħu.

4.   Is-Segretarjat tal-Kumitat għandu jagħti lil kull deċiżjoni u rakkomandazzjoni numru tas-serje, id-data tal-adozzjoni u deskrizzjoni tas-suġġett tagħha u għandu jiċċirkolahom lill-membri tal-Kumitat. Kull deċiżjoni għandha tipprevedi d-data tad-dħul fis-seħħ tagħha.

5.   Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet adottati mill-Kumitat għandhom jiġu awtentikati permezz ta' żewġ kopji awtentiċi ffirmati mill-Presidenti tal-Kumitat.

Artikolu 12

Pubbliċità u Kunfidenzjalità

1.   Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor, il-laqgħat tal-Kumitat ma għandhomx ikunu pubbliċi.

2.   Meta Parti tressaq informazzjoni kkunsidrata bħala kunfidenzjali skont il-liġijiet u r-regolamenti tagħha lill-Kumitat, il-Parti l-oħra għandha tittratta din l-informazzjoni bħala kunfidenzjali.

3.   Kull Parti tista' tiddeċiedi dwar il-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat fil-pubblikazzjoni uffiċjali rispettiva tagħha.

Artikolu 13

Spejjeż

1.   Kull Parti għandha tieħu ħsieb l-ispejjeż li ġġarrab bħala riżultat tal-parteċipazzjoni fil-laqgħat tal-Kumitat, kemm fir-rigward tal-impjegati, l-ivvjaġġar u n-nefqa tal-għajxien kif ukoll fir-rigward tan-nefqa tal-posta u tat-telekomunikazzjonijiet.

2.   In-nefqa marbuta mal-organizzazzjoni tal-laqgħat u mar-riproduzzjoni tad-dokumenti għandha titħallas mill-Parti li tospita l-laqgħa.


3.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 263/29


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-1 ta' Settembru 2014

dwar il-kundizzjonijiet tekniċi armonizzati għall-użu tal-ispettru tar-radju minn tagħmir tal-awdjo mingħajr fili għall-ħolqien ta' programmi u avvenimenti speċjali fl-Unjoni

(notifikata bid-dokument C(2014) 6011)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/641/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar qafas regolatorju għall-politika dwar l-ispettru tar-radju fil-Komunità Ewropea (id-Deċiżjoni dwar l-Ispettri tar-Radju) (1), b'mod partikolari l-Artikolu 4(3) tagħha,

Billi:

(1)

It-tagħmir għall-ħolqien ta' programmi u avvenimenti speċjali (PMSE) jkopri varjetà wiesgħa ta' applikazzjonijiet ta' trażmissjoni tal-awdjo u l-vidjo li huma dejjem aktar importanti għall-iżvilupp tal-midja u l-industrija tad-divertiment fl-Unjoni. Dawn jinkludu xandir, preżentazzjonijiet kulturali, mużikali u teatrali, u avvenimenti sportivi u soċjali. It-tagħmir għall-PMSE jintuża għal skopijiet professjonali u mhux professjonali, minn avvenimenti lokali għal avvenimenti madwar l-Unjoni kollha. Il-mikrofoni mingħajr fili huma l-aktar tip komuni ta' tagħmir tal-awdjo mingħajr fili għall-PMSE, u huma wkoll l-aktar mifruxa; sistemi assoċjati jinkludu sistemi ta' tagħmir ta' monitoraġġ li jiddaħħal fil-widna u talkback portabbli u links awdjo.

(2)

Il-Kummissjoni, fil-Komunikazzjoni tagħha tas-26 ta' Settembru 2012 lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni (2), irrikonoxxiet l-industriji kulturali u kreattivi bħala wieħed mis-setturi ekonomiċi l-iktar dinamiċi tal-Ewropa u xprun essenzjali tad-diversità kulturali fl-Ewropa. Id-Deċiżjoni 243/2012/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), b'mod partikolari l-Artikolu 8(5) tagħha, tenfasizza aktar l-importanza tal-PMSE u tirrikjedi li l-Istati Membri, f'kooperazzjoni mal-Kummissjoni, jipprovaw jiżguraw il-bandi ta' frekwenza meħtieġa għal dan it-tagħmir, skont l-objettivi tal-Unjoni biex itejbu l-integrazzjoni tas-suq intern u l-aċċess għall-kultura. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 6(6) ta' dik id-Deċiżjoni, l-Istati Membri għandhom jeżaminaw modi u, fejn xieraq, jieħdu miżuri tekniċi u regolatorji sabiex jiżguraw li l-liberalizzazzjoni tal-banda ta' 800 MHz ma taffettwax ħażin lill-utenti tat-tagħmir għall-PMSE.

(3)

Il-qafas regolatorju attwali mhuwiex kompletament armonizzat fl-Istati Membri tal-UE fir-rigward tal-ispettru użat minn tagħmir għall-PMSE minħabba d-diskrepanzi storiċi fi pjanijiet għall-frekwenzi nazzjonali u fil-ġestjoni ta' talbiet nazzjonali u ħtiġijiet lokali li jvarjaw. Għalkemm ħafna Stati Membri japplikaw ir-Rakkomandazzjoni 70–03 tal-Kumitat tar-Radjukomunikazzjonijiet Ewropej (ERC), u l-Anness 10 tagħha (4), u r-Rakkomandazzjoni 25–10 tal-ERC u l-Anness 2 tagħha (5) li jipprovdu gwida fuq bandi ta' frekwenzi u parametri tekniċi għal tagħmir għall-PMSE, dawn ir-rakkomandazzjonijiet ma jiggarantixxux legalment l-armonizzazzjoni tal-ispettru użat minn tagħmir għall-PMSE madwar l-Unjoni.

(4)

L-armonizzazzjoni tal-ispettru użat minn tagħmir għall-PMSE għandha tikkontribwixxi għall-għanijiet tas-suq intern billi tittejjeb il-kwalità u l-effiċjenza tal-użu tal-ispettru; billi tipprovdi viżibbiltà fuq terminu twil u ċertezza legali għall-aċċess għall-bandi tal-ispettru rilevanti mal-Unjoni kollha; tistimola r-riċerka u l-iżvilupp, eż. id-diġitalizzazzjoni tat-tagħmir għall-PMSE u aspetti oħra ta' spettru li jagħmel użu effiċjenti; tħeġġeġ l-investiment mill-manifatturi fit-teknoloġija għall-PMSE; tbaxxi l-prezzijiet; tippermetti l-ekonomiji ta' skala; trawwem il-portabbiltà transkonfinali tat-tagħmir u l-interoperabbiltà; u tevita l-isterilizzazzjoni tal-ispettru li mhux qed jintuża.

(5)

Għalkemm il-ħtiġijiet relatati mal-ispettru ta' tagħmir tal-awdjo mingħajr fili għall-PMSE jvarjaw b'mod sinifikanti, bejn 8 MHz u 144 MHz (6), skont il-ħtiġijiet speċifiċi lokali u temporanji ta' kuljum, utenti professjonali jindikaw il-ħtiġijiet tagħhom ta' kuljum tal-ispettru għal applikazzjonijiet għall-PMSE tal-awdjo mingħajr fili ta' 96 MHz fl-ispettru UHF.

(6)

Biex inlaħħqu mad-domanda għal tagħmir tal-awdjo mingħajr fili għall-PMSE, huwa meħtieġ spettru suffiċjenti armonizzat, għall-anqas billi niddefinixxu ammont minimu ta' spettru applikabbli fl-Unjoni kollha li se jiġġenera ekonomiji ta' skala u jiżgura l-funzjonament tas-suq intern. Madankollu, l-ispettru li bħalissa huwa armonizzat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/771/KE (7), jiġifieri 2 MHz (863–865 MHz) għal tagħmir għal meded qosra, inklużi l-applikazzjonijiet tal-awdjo mingħajr fili għall-PMSE, huwa insuffiċjenti biex jintlaħqu l-ħtiġijiet tal-utenti peress li din id-deċiżjoni tkopri biss frazzjoni tal-użu tal-awdjo mingħajr fili għall-PMSE u meta jitqies li l-parti l-kbira tar-rekwiżiti tal-ispettru jridu jinstabu barra l-bandi koperti minn dik id-Deċiżjoni.

(7)

Diversi firxiet tal-intunar għal tagħmir tal-awdjo għall-PMSE huma identifikati fir-Rakkomandazzjonijiet tal-ERC 70–03 (l-Anness 10) u 25–10 (l-Anness 2), u l-industrija tat-tagħmir tal-awdjo mingħajr fili għall-PMSE, fosthom il-manifatturi u l-utenti, li jindika wkoll preferenza qawwija għall-firxa tal-intunar 470-790 MHz. Fir-Rapport 32 (8) tagħha dwar l-armonizzazzjoni tal-banda ta' 800 MHz, il-Konferenza Ewropea tal-Amministrazzjonijiet Postali u tat-Telekomunikazzjonijiet (CEPT) innutat l-importanza għall-utenti ta' tagħmir għall-PMSE ta' kanali fuljati, jew spazji bojod, fil-medda ta' 470–790 MHz, u insistiet li jinżamm l-aċċess ta' dak l-ispettru primarjament għal applikazzjonijiet għall-PMSE li jirrikjedu ċertu livell ta' protezzjoni. L-Istati Membri jipprovdu informazzjoni lis-CEPT dwar l-użu tal-ispettru u l-kundizzjonijiet tekniċi u regolatorji għal utenti tal-awdjo mingħajr fili għall-PMSE fit-territorju tagħhom kif ukoll lista ta' punti ta' kuntatt fl-amministrazzjonijiet nazzjonali, fejn partijiet interessati għall-PMSE jistgħu jiksbu informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tal-użu tal-ispettru għal applikazzjonijiet għall-PMSE.

(8)

Ir-Rapport Nru 32 tas-CEPT enfasizza li l-awdjo mingħajr fili għall-PMSE qed jiffaċċja dejjem aktar limitazzjonijiet għall-użu ta' provvista tal-ispettru u ppreveda l-ħtieġa għal adattamenti xierqa. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/267/UE (9) li tarmonizza l-kundizzjonijiet tekniċi tal-użu tal-banda 790–862 MHz għal servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi fuq bażi mhux esklussiva, naqqset id-disponibbiltà ta' din il-banda għal tagħmir tal-awdjo mingħajr fili għall-PMSE. Jeħtieġ li tinstab soluzzjoni alternattiva fuq terminu twil biex jiġi żgurat il-futur tal-PMSE, jew billi jiġi identifikat spettru ġdid jew bl-introduzzjoni tal-kondiviżjoni tal-ispettru.

(9)

Għalhekk, skont l-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni 676/2002/KE, fil-15 ta' Diċembru 2011, il-Kummissjoni ħarġet mandat, għall-Konferenza Ewropea tal-Amministrazzjonijiet Postali u tat-Telekomunikazzjonijiet (CEPT) (10), dwar il-kundizzjonijiet tekniċi dwar għażliet ta' armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għal mikrofoni tar-radju mingħajr fili u vidjokameras mingħajr fili.

(10)

Bi tweġiba, fit-8 ta' Marzu 2013 is-CEPT adottat ir-Rapport 50 tagħha. (11) Dan ir-rapport jikkonkludi li l-firxiet ta' frekwenzi 821–832 MHz u 1 785–1 805 MHz, li huma duplex gaps fil-bandi ta' frekwenza użati minn sistemi ta' komunikazzjoni elettroniċi, ikunu xierqa għal użu armonizzat minn tagħmir tal-awdjo mingħajr fili għall-PMSE taħt kundizzjonijiet speċifiċi. Vidjokameras mingħajr fili, li għandhom rekwiżiti differenti tal-ispettru u joperaw f'bandi ta' frekwenza differenti, għandhom jiġu kkunsidrati separatament. Addendum għal Rapport Nru 50 tas-CEPT (12) iddefinixxa aktar il-kundizzjonijiet għall-użu ta' dawn id-duplex gaps għal applikazzjonijiet għal tagħmir tal-awdjo mingħajr fili għall-PMSE, kif ukoll proċedura sabiex jiġi vvalutat u llimitat ir-riskju ta' interferenza fir-rigward ta' links ta' tagħmir ta' monitoraġġ li jiddaħħal fil-widna u mikrofoni mingħajr fili.

(11)

Ir-Rapport Nru 50 tas-CEPT identifika wkoll il-ħtieġa li n-netwerks ċellulari mobbli fil-bandi 800 MHz u 1 800 MHz jiġu mħarsa kontra interferenzi dannużi minn tagħmir tal-awdjo mingħajr fili għall-PMSE sabiex ikun żgurat li n-netwerks ċellulari mobbli jistgħu joperaw fil-bandi taħt it-821 MHz u 'l fuq minn 832 MHz kif ukoll taħt l-1 785 MHz u 'l fuq minn 1 805 MHz. Dan ikun jeħtieġ, pereżempju, banda ta' protezzjoni ta' 2 MHz minn 821 sa 823 MHz u restrizzjonijiet f'0,2 MHz tal-ispettru eżatt 'il fuq mill-1 785 MHz u eżatt taħt l-1 805 MHz.

(12)

It-tagħmir għall-PMSE, b'mod partikolari meta jintuża fuq ġewwa, jista' jkun soġġett għal interferenza dannuża minn netwerks ċellulari mobbli u t-tagħmir tal-utent, bħal smart phones, bl-użu tal-bandi ta' frekwenza ħdejn xulxin qrib tal-ispettru użat minn tagħmir tal-awdjo mingħajr fili għall-PMSE fid-duplex gaps tal-bandi 800 MHz u 1 800 MHz. F'konformità mal-għanijiet u l-prinċipji tal-programm tal-politika tal-ispettru tar-radju biex jinstabu modi biex tiġi evitata l-interferenza dannuża u jiżdied l-użu effiċjenti tal-ispettru, tali interferenza ta' ħsara li tista' tiġi evitata permezz ta' ċerti soluzzjonijiet għall-mitigazzjoni tal-interferenza bħall-proċedura speċifika sabiex tiġi żgurata l-operattività mingħajr interferenza ta' links ta' tagħmir ta' monitoraġġ li jiddaħħal fil-widna u mikrofoni mingħajr fili definiti fl-Anness 2 tal-addendum tar-Rapport CEPT 50 jew billi jiġu applikati soluzzjonijiet oħrajn ta' mitigazzjoni. L-Istati Membri, fejn xieraq għandhom jinkoraġġixxu l-applikazzjoni ta' tali soluzzjonijiet u ftehimiet għall-mitigazzjoni tal-interferenza, inkluż billi jipprovdu assistenza jew gwida lill-partijiet involuti.

(13)

Ir-rekwiżiti għal avvenimenti soċjali u kulturali spiss se jaqbżu l-ammont ta' 29 MHz disponibbli fid-duplex gaps tal-bandi 800 MHz u 1 800 MHz. Peress li r-rekwiżiti tal-ispettru għal użu tal-awdjo mingħajr fili għall-PMSE jvarja b'mod sinifikanti, hemm il-ħtieġa li fil-livell tal-Unjoni tiġi żgurata d-disponibbiltà ta' linja bażi ta' madwar 60 MHz ta' spettru sostenibbli biex jiġu ssodisfati l-bżonnijiet ordinarji rikorrenti għal utenti tat-tagħmir tal-awdjo mingħajr fili għall-PMSE, anke jekk dan ma jkunx ikopri r-rekwiżiti kollha possibbli li jista' jkun hemm.

(14)

L-Istati Membri għandhom għalhekk jipprovdu sa ammont addizzjonali possibbli ta' 30 MHz biex jissodisfaw id-domanda possibbli għal applikazzjonijiet tal-awdjo mingħajr fili għall-PMSE f'avvenimenti soċjali u kulturali. Spettru bħal dan għandu jintgħażel minn firxiet tal-intunar li għandhom jiġu deċiżi mill-Istati Membri, preferibbilment fil-firxa tal-ispettru 470–790 Mhz, billi jintużaw spazji bojod. L-ammont eżatt ta' spettru li għandu jiġi assenjat jew awtorizzat għandu jiddependi fuq it-talbiet speċifiċi espressi u mhux bilfors dejjem ikun jeħtieġ it-30 MHz kollha. L-Istati Membri għandhom ukoll jiddeċiedu fil-livell nazzjonali liema proċeduri tat-talba u t-tip ta' awtorizzazzjoni għandhom japplikaw għal tali spettru addizzjonali.

(15)

Barra minn hekk, ir-rekwiżiti tal-ispettru lil hinn minn 59 MHz li jistgħu jidhru f'żoni ġeografiċi speċifiċi, bħal żoni ta' produzzjoni tal-kontenut jew distretti teatrali, jew għal avvenimenti kbar u eċċezzjonali, l-aħjar li jiġu indirizzati huwa fuq bażi ta' każ b'każ fil-livell nazzjonali b'kunsiderazzjoni tal-limiti speċifiċi ġeografiċi u taż-żmien. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jibqgħu liberi li jippermettu l-użu ta' aktar mil-linja bażi ta' 59 MHz.

(16)

Bl-użu ta' blokki differenti ta' spettru għal applikazzjonijiet għal awdjo mingħajr fili għall-PMSE analogi differenti bħal mikrofoni mingħajr fili, sistemi talkback u tagħmir ta' monitoraġġ li jiddaħħal fil-widna jiżdiedu l-possibilitajiet għall-użu tal-ispettru billi tiġi evitata l-interferenza kkawżata minn intermodulazzjoni.

(17)

Ir-riżultati tax-xogħol imwettaq mis-CEPT (13) skont il-mandat tal-Kummissjoni tal-15 ta' Diċembru 2011 għandhom isiru applikabbli fl-Unjoni u għandhom jiġu implimentati mill-Istati Membri mingħajr dewmien, minħabba l-ħtieġa li jiġi pprovdut spettru xieraq għal tagħmir tal-awdjo mingħajr fili għall-PMSE fuq terminu twil bħala tweġiba għad-domanda dejjem tikber għalih.

(18)

Hemm bżonn ta' reviżjoni regolari ta' din id-Deċiżjoni sabiex ikunu koperti żviluppi ġodda b'mod partikolari biex jiġu vvalutati r-rekwiżiti tal-ispettru tal-awdjo mingħajr fili għall-PMSE u l-użu reali tal-bandi armonizzati.

(19)

Il-miżuri inklużi f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Ispettru tar-Radju,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Din id-Deċiżjoni għandha l-għan li tarmonizza l-kundizzjonijiet tekniċi għad-disponibbiltà u l-użu effiċjenti tal-ispettru tar-radju għal tagħmir tal-awdjo mingħajr fili użat għall-ħolqien ta' programmi u avvenimenti speċjali (“PMSE”).

Artikolu 2

Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“tagħmir tal-awdjo mingħajr fili għall-PMSE” tfisser tagħmir tar-radju użat għat-trażmissjoni ta' sinjali tal-awdjo analoġiċi jew diġitali bejn numru limitat ta' trażmettituri u riċevituri, bħal mikrofoni tar-radju, sistemi ta' tagħmir ta' monitoraġġ li jiddaħħal fil-widna jew links awdjo, użati prinċipalment għall-produzzjoni ta' programmi mxandra jew avvenimenti soċjali jew kulturali privati jew pubbliċi;

(2)

“bażi bla interferenza u bla protezzjoni” tfisser li ma tista' tiġi kkawżata l-ebda interferenza dannuża lil ebda servizz ta' radjukomunikazzjoni u li ma tista' ssir l-ebda talba għall-protezzjoni ta' dan it-tagħmir minn interferenza dannuża li toriġina minn servizzi ta' radjukomunikazzjoni.

Artikolu 3

1.   L-Istati Membri għandhom jaħtru u jagħmlu disponibbli, fuq bażi bla interferenza u bla protezzjoni, fi żmien sitt xhur wara li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ, il-bandi 823 sa 832 MHz u 1 785 sa 1 805 MHz għal tagħmir tal-awdjo mingħajr fili għall-PMSE, suġġett għall-kundizzjonijiet tekniċi stipulati fl-Anness.

2.   L-Istati Membri għandhom jaħtru u jagħmlu disponibbli, fi żmien sitt xhur wara li tidħol fis-seħħ din id-Deċiżjoni, l-ispettru tar-radju minbarra l-ispettru kopert bil-paragrafu 1, hekk li ammont addizzjonali ta' mill-inqas 30 MHz jista' jintuża għal tagħmir tal-awdjo mingħajr fili għall-PMSE, suġġett għad-domanda tal-utent. Użu bħal dan tat-tagħmir tal-awdjo mingħajr fili għall-PMSE għandu jkun fuq bażi bla interferenza u bla protezzjoni fir-rigward tal-utenti li għandhom tali dritt individwali għall-użu tal-ispettru.

3.   Bla ħsara għall-prinċipju ta' bla interferenza u bla protezzjoni, sabiex tittejjeb il-koeżistenza ta' tagħmir tal-awdjo mingħajr fili għall-PMSE biex jintuża ġewwa użat fil-bandi ta' 823 sa 832 MHz u 1 785 sa 1 805 MHz u netwerks ta' komunikazzjoni elettroniċi mobbli, l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu, fejn fattibbli u meħtieġ, l-implimentazzjoni ta' soluzzjonijiet għall-mitigazzjoni tal-interferenza.

Artikolu 4

Minkejja l-Artikolu 3(1), Stat Membru jista' jżomm l-awtorizzazzjonijiet u d-drittijiet għall-użu tal-ispettru fil-bandi 823 sa 832 MHz u 1 785 sa 1 805 MHz li jeżistu fid-data meta din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ, biss sal-iskadenza tiegħu u sa fejn ikun meħtieġ. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Kummissjoni b'dan u, ħlief għal raġunijiet ta' sigurtà pubblika jew ta' difiża, jagħmel din l-informazzjoni pubblika.

Artikolu 5

L-Istati Membri għandhom iżommu l-użu tal-bandi koperti minn din id-Deċiżjoni taħt skrutinju sabiex jiżguraw użu effiċjenti, u b'mod partikulari għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni kwalunkwe ħtieġa ta' reviżjoni tal-Anness.

Artikolu 6

L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni mhux aktar tard minn disa' xhur wara li tidħol fis-seħħ

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta' Settembru 2014.

Għall-Kummissjoni

Neelie KROES

Viċi President


(1)  ĠU L 108, 24.4.2002, p. 1.

(2)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni “Il-promozzjoni tas-setturi kulturali u kreattivi għal tkabbir u l-impjiegi fl-UE” COM(2012) 537 final.

(3)  Id-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2012 li tistabbilixxi programm pluriennali tal-politika tal-ispettru tar-radju (ĠU L 81, 21.3.2012, p. 7).

(4)  Ir-rakkomandazzjoni ppubblikata mill-Konferenza Ewropea tal-Amministrazzjonijiet Postali u tat-Telekomunikazzjonijiet (CEPT): Tromsø 1997, emendi sussegwenti 7 ta' Frar 2014; L-Anness 10 Applikazzjonijiet tal-Mikrofonu tar-radju inkluż tagħmir għal dawk in-nies b'indeboliment fis-smigħ.

(5)  Edizzjoni tal-11 ta' Frar 2003.

(6)  Ir-Rapport Nru 32 tas-CEPT, Rapport mis-CEPT lill-Kummissjoni Ewropea b'risposta għall-mandat dwar “Konsiderazzjonijiet tekniċi dwar għażliet ta' armonizzazzjoni għad-dividend diġitali fl-Unjoni Ewropea”, “Rakkomandazzjoni dwar l-aħjar approċċ biex tiġi żgurata l-kontinwazzjoni ta' servizzi eżistenti ta' ħolqien ta' programmi u avvenimenti speċjali (PMSE) li joperaw fl-UHF (470–862 MHz), inkluża l-valutazzjoni tal-vantaġġ ta' approċċ fil-livell tal-UE”, Rapport Finali fit-30 ta' Ottubru 2009.

(7)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/771/KE tad-9 ta' Novembru 2006 dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għal użu ma' tagħmir għal meded qosra (ĠU L 312, 11.11.2012, p. 66).

(8)  Ir-rapport finali tas-CEPT fit-30 ta' Ottubru 2009.

(9)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/267/UE tas-6 ta' Mejju 2010 dwar il-kundizzjonijiet tekniċi armonizzati għall-banda ta' frekwenza 790–862 MHz għas-sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta' komunikazzjoni elettronika fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 117, 11.5.2010, p. 95).

(10)  Il-mandat lis-CEPT dwar il-kundizzjonijiet tekniċi dwar għażliet ta' armonizzazzjoni tal-ispettru għal mikrofoni tar-radju mingħajr fili u vidjokameras mingħajr fili (tagħmir għall-PMSE), il-15 ta' Diċembru 2011, final.

(11)  Ir-Rapport A mis-CEPT lill-Kummissjoni Ewropea b'risposta għal mandat tal-Kummissjoni Ewropea “Dwar il-kundizzjonijiet tekniċi rigward għażliet ta' armonizzazzjoni tal-ispettru għal mikrofoni tar-radju mingħajr fili u vidjokameras mingħajr fili (tagħmir għall-PMSE)”, il-kundizzjonijiet tekniċi għall-użu tal-bandi 821–832 MHz u 1 785–1 805 MHz għal mikrofoni tar-radju mingħajr fili fl-UE, rapport approvat fit-8 ta' Marzu 2013 mill-KKE.

(12)  Addendum għar-Rapport CEPT 50 dwar “L-użu tal-bandi ta' frekwenza ta' 821–832 MHz u 1 785–1 805 MHz għal mikrofoni tar-radju mingħajr fili”, rapport approvat fit-8 ta' Novembru 2013 mill-KKE.

(13)  Ir-Rapport Nru 50 tas-CEPT u l-addendum tiegħu.


ANNESS

Tabella 1

Il-kundizzjonijiet tal-firxa block edge mask huma applikabbli għat-tagħmir awdjo mingħajr fili għall-PMSE fid-duplex gap frequency division duplex (FDD) tal-banda 800 MHz (821-832 MHz)

Frekwenzi taħt it-821 MHz

821-823 MHz

823-826 MHz

826-832 MHz

Frekwenzi 'l fuq mit-832 MHz

Limiti ta' referenza 'l barra mill-blokk

Banda ta' protezzjoni (għall-protezzjoni kontra interferenzi tal-apparat għall-PMSE f'sistemi terrestri kapaċi li jipprovdu servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (downlink))

Limiti ġewwa l-blokk

Limiti ta' referenza 'l barra mill-blokk

Il-qawwa iżotropa ekwivalenti rradjata 'l barra mill-blokk (e.i.r.p.) hija – 43 dBm/(5 MHz)

e.i.r.p. ġewwa l-blokk ta' 13 dBm għal tagħmir tal-awdjo portabbli għall-PMSE.

e.i.r.p. ġewwa l-blokk ta' 20 dBm għal tagħmir tal-awdjo li jintlibes għall-PMSE.

e.i.r.p. ġewwa l-blokk huwa 20 dBm

e.i.r.p. 'il barra mill-blokk huwa – 25 dBm/(5 MHz).


Tabella 2

Il-kundizzjonijiet tal-firxa block edge mask applikabbli għal tagħmir tal-awdjo mingħajr fili għall-PMSE fid-duplex gap FDD tal-banda 1 800  MHz (1 785 -1 805  MHz) għal tagħmir portabbli (e.i.r.p.)

 

Firxa ta' frekwenza

Tagħmir portabbli (e.i.r.p.)

'il barra mill-blokk

< 1 785 MHz

– 17 dBm/200kHz

Firxa ta' frekwenza ristretta

1 785 -1 785,2 MHz

4 dBm/200kHz

 

1 785,2 -1 803,6 MHz

13 dBm/kanal

 

1 803,6 -1 804,8 MHz

10 dBm/200kHz, b'limitu ta' 13 dBm/kanal.

Firxa tal-frekwenza ristretta

1 804,8 -1 805 MHz

– 14 dBm/200kHz

'il barra mill-blokk

> 1 805 MHz

– 37 dBm/200kHz


Tabella 3

Kundizzjonijiet tal-firxa block edge mask applikabbli għat-tagħmir tal-awdjo mingħajr fili għall-PMSE fid-duplex gap FDD tal-banda 1 800 MHz (1 785 -1 805 MHz) għal tagħmir li jintlibes (e.i.r.p.)

 

Firxa tal-frekwenza

Tagħmir li jintlibes (e.i.r.p.)

'il barra mill-blokk

< 1 785 MHz

– 17 dBm/200kHz

 

1 785 -1 804,8 MHz

17 dBm/kanal

Firxa tal-frekwenza ristretta

1 804,8 -1 805 MHz

0 dBm/200kHz

'il barra mill-blokk

> 1 805 MHz

– 23 dBm/200kHz


Rettifika

3.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 263/35


Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESK tal-31 ta' Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ĠU L 229 tal-31 ta' Lulju 2014 )

F'paġna 14, il-premessa 12:

minflok:

“(12)

Il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' ċerti prodott u teknoloġiji sensittivi għandhom ikunu pprojbiti meta huma jkunu destinati għall-esplorazzjoni u l-produzzjoni taż-żejt fl-ilmijiet fondi, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni taż-żejt Artiku jew il-proġetti taż-żejt tax-shale.”

aqra:

“(12)

Il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' ċerti prodotti u teknoloġiji sensittivi għandhom ikunu pprojbiti meta huma jkunu destinati għall-esplorazzjoni u l-produzzjoni taż-żejt fl-ilmijiet fondi, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni taż-żejt fl-Artiku jew il-proġetti taż-żejt tax-shale.”