ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 262

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 57
2 ta' Settembru 2014


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 934/2014 tal-1 ta' Settembru 2014 li jemenda għall-219-il darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al Qaida

1

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 935/2014 tal-1 ta’ Settembru 2014 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

3

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2014/638/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew tat-30 ta' Awwissu 2014 li teleġġi lill-President tal-Kunsill Ewropew

5

 

 

2014/639/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew tat-30 ta' Awwissu 2014 li taħtar ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

6

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

2.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 262/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 934/2014

tal-1 ta' Settembru 2014

li jemenda għall-219-il darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al Qaida, (1) u b'mod partikolari l-Artikoli 7(1)(a) u 7a(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament.

(2)

Fis-26 ta' Awwissu 2014, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) iddeċieda li jneħħi persuna mill-lista tiegħu ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom għandu japplika l-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi wara li kkunsidra t-talba li saret minn din il-persuna biex titneħħa minn din il-lista u r-Rapport Komprensiv tal-Ombudsperson stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni tal-KSNU 1904(2009).

(3)

Għaldaqstant, jeħtieġ li l-Anness I ta' mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu jiġi aġġornat biex jirrifletti dan.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta' Settembru 2014.

Għall-Kummissjoni

F'isem il-President

Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija


(1)   ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, l-entrata segwenti taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” titħassar:

“Wa'el Hamza Abd Al-Fatah Julaidan (magħruf ukoll bħala (a) Wa'il Hamza Julaidan, (b) Wa'el Hamza Jalaidan, (c) Wa'il Hamza Jalaidan, (d) Wa'el Hamza Jaladin, (e) Wa'il Hamza Jaladin, (f) Wail H.A. Jlidan, (g) Abu Al-Hasan Al Madani). Data tat-twelid: (a) 22.1.1958, (b) 20.1.1958. Post tat-twelid: Al-Madinah, l-Arabja Sawdija; Ċittadinanza: Sawdija. Nru tal-Passaport: (a) A-992535 (numru tal-passaport tal-Arabja Sawdija) (b) B 524420, (maħruġ fil-15.7.1998, skada fit-22.5.2003). Informazzjoni oħra: Direttur eżekuttiv ta' Rabita Trust. Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 11.9.2002.”


2.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 262/3


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 935/2014

tal-1 ta’ Settembru 2014

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Settembru 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 KG)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0707 00 05

TR

95,4

ZZ

95,4

0709 93 10

TR

124,9

ZZ

124,9

0805 50 10

AR

197,7

CL

202,7

TR

73,3

UY

102,1

ZA

178,2

ZZ

150,8

0806 10 10

BR

169,3

EG

207,2

TR

118,6

ZZ

165,0

0808 10 80

BR

63,7

CL

95,1

NZ

123,3

ZA

146,2

ZZ

107,1

0808 30 90

CL

96,0

CN

92,6

TR

122,2

XS

48,0

ZA

100,9

ZZ

91,9

0809 30

MK

73,4

TR

115,2

ZZ

94,3

0809 40 05

BA

36,8

MK

31,7

ZZ

34,3


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

2.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 262/5


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL EWROPEW

tat-30 ta' Awwissu 2014

li teleġġi lill-President tal-Kunsill Ewropew

(2014/638/UE)

Il-KUNSILL EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 15(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-30 ta' Novembru 2014 ser jintemm il-mandat tal-President attwali tal-Kunsill Ewropew, is-Sur Herman VAN ROMPUY.

(2)

Għaldaqstant għandu jiġi elett President ġdid tal-Kunsill Ewropew,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Donald TUSK huwa b'dan elett President tal-Kunsill Ewropew għall-perijodu mill-1 ta' Diċembru 2014 sal-31 ta' Mejju 2017.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi notifikata lis-Sur Donald TUSK mis-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Awwissu 2014.

Għall-Kunsill Ewropew

Il-President

H. VAN ROMPUY


2.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 262/6


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL EWROPEW

tat-30 ta' Awwissu 2014

li taħtar ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

(2014/639/UE)

IL-KUNSILL EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 18(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2009/950/UE, li ttieħdet bil-qbil tal-President tal-Kummissjoni (1), tal-4 ta' Diċembru 2009, ħatret ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà sal-31 ta' Ottubru 2014.

(2)

F'konformità mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 17(7) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-President, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u l-membri l-oħra tal-Kummissjoni huma soġġetti bħala grupp għal vot ta' approvazzjoni mill-Parlament Ewropew.

(3)

Jeħtieġ li jinħatar ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà għall-perijodu mit-tmiem tal-mandat attwali tal-Kummissjoni sal-31 ta' Ottubru 2019.

(4)

Il-President elett qabel dwar il-ħatra tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sinjura Federica MOGHERINI hija b'dan maħtura Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà għall-perijodu mit-tmiem tal-mandat attwali tal-Kummissjoni sal-31 ta' Ottubru 2019.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata lis-Sinjura Federica MOGHERINI mill-President tal-Kunsill Ewropew.

Hija għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Awwissu 2014.

Għall-Kunsill Ewropew

Il-President

H. VAN ROMPUY


(1)   ĠU L 328, 15.12.2009, p. 69.