ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 254

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 57
28 ta' Awwissu 2014


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Avviż rigward l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta' Sħubija Interim bejn il-Komunità Ewropea, min-naħa l-waħda, u l-Parti tal-Afrika Ċentrali min-naħa l-oħra

1

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 926/2014 tas-27 ta' Awwissu 2014 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni dwar formuli, mudelli u proċeduri standard għan-notifiki marbuta mal-eżerċizzju tad-dritt ta' stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi skont id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

2

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 927/2014 tas-27 ta’ Awwissu 2014 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

22

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2014/539/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Marzu 2014 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.34572 (13/C) (ex 13/NN) implimentata mill-Ġreċja għal Larco General Mining & Metallurgical Company S.A. (notifikata bid-dokument C(2014) 1818)  ( 1 )

24

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 866/2014 tat-8 ta' Awwissu 2014 li jemenda l-Annessi III, V u VI tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kosmetiċi ( ĠU L 238, 9.8.2014 )

39

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

28.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 254/1


Avviż rigward l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta' Sħubija Interim bejn il-Komunità Ewropea, min-naħa l-waħda, u l-Parti tal-Afrika Ċentrali min-naħa l-oħra (1)

L-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kamerun nnotifikaw it-tlestija tal-proċeduri meħtieġa tal-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim Interim bil-ħsieb ta' Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Parti Afrika Ċentrali, min-naħa l-oħra, f'konformità mal-Artikolu 98 ta' dak il-Ftehim. Konsegwentement, il-Ftehim japplika b'mod proviżorju mill-4 ta' Awwissu 2014 bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kamerun.


(1)  ĠU L 57, 28.2.2009, p. 1.


REGOLAMENTI

28.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 254/2


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 926/2014

tas-27 ta' Awwissu 2014

li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni dwar formuli, mudelli u proċeduri standard għan-notifiki marbuta mal-eżerċizzju tad-dritt ta' stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi skont id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 35(6), l-Artikolu 36(6) u l-Artikolu 39(5) tagħha,

Billi:

(1)

Għall-finijiet li jkunu disponibbli formoli, mudelli u proċeduri standard għan-notifiki sabiex wieħed ikun jista' jeżerċita d-dritt ta' stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi, huwa meħtieġ li jiġu definiti ċerti termini tekniċi sabiex issir distinzjoni ċara bejn in-notifiki tal-fergħa, in-notifiki ta' servizzi, in-notifiki ta' bidliet fid-dettalji ta' passaport ta' fergħa u dawk relatati ma' tmiem ippjanat ta' operat tal-fergħa.

(2)

L-istabbiliment ta' proċeduri standard li jkopru l-lingwa u l-mezzi ta' komunikazzjoni ta' notifiki ta' passaport mingħand l-istituzzjonijiet ta' kreditu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tad-domiċilju u dawk ospitanti se jiffaċilitaw l-eżerċizzju tal-libertà ta' stabbiliment jew il-libertà li jiġu pprovduti servizzi u l-effiċjenza tal-prestazzjoni tal-kompiti u r-responsabbiltajiet rispettivi tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tad-domiċilju u dawk ospitanti.

(3)

L-istandards tekniċi għandhom jeħtieġu illi l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membru tad-domiċilju jivvalutataw il-preċiżjoni u l-kompletezza tan-notifiki ta' passaport mressqa sabiex jiġu ċċarati r-responsabbiltajiet rispettivi tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tad-domiċilju u ospitanti u jiżguraw il-kwalità tan-notifiki ta' passaport sottomessi minn istituzzjonijiet ta' kreditu.

(4)

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandhom jindikaw lill-istituzzjonijiet ta' kreditu l-aspetti partikolari li fih in-notifiki ta' passaport jitqiesu li huma inkompleti jew żbaljati sabiex tiffaċilita l-proċess ta' identifikazzjoni, komunikazzjoni u s-sottomissjoni ta' elementi nieqsa jew inkorretta.

(5)

Sabiex tkun żgurata trasparenza u evalwazzjoni f'waqtha tan-notifiki sottomessi ta' passaport, huwa meħtieġ li jiġi ddeterminat mingħajr ambigwità l-bidu tal-perjodu ta' tlett xhur kif imsemmi fl-Artikolu 35(3) tad-Direttiva 2013/36/UE sabiex l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ta' oriġini jieħdu deċiżjoni dwar l-adegwatezza tal-istruttura amministrattiva u tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-istituzzjoni ta' kreditu u jikkomunikaw in-notifika ta' passaport lill-awtorità kompetenti tal-Istati Membri ospitanti. Huwa wkoll meħtieġ ukoll li jiġi ddeterminat mingħajr ambigwità l-bidu tal-perjodi msemmija fl-Artikolu 36(3) u l-Artikolu 39(2) tad-Direttiva 2013/36/UE mogħtija lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tad-domiċilju u dawk ospitanti biex jieħdu d-deċiżjonijiet rispettivi tagħhom u biex jikkomunikaw l-informazzjoni rilevanti lil xulxin jew lil istituzzjonijiet ta' kreditu.

(6)

Il-konferma tar-riċevuta tan-notifika ta' passaport ta' fergħa minn awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri ospitanti hija meħtieġa biex tiċċara d-data tal-wasla tan-notifika rilevanti, il-perjodu ta' żmien disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri ospitanti biex ikunu ppreparati għas-sorveljanza tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u biex jindikaw lilhom kwalunkwe kundizzjonijiet li taħthom, fl-interess tal-ġid ġenerali, l-attivitajiet tagħhom jistgħu jkollhom jitwettqu u d-data eżatta li fiha l-istituzzjonijiet ta' kreditu se jkunu f'pożizzjoni li jistabbilixxu l-fergħat tagħhom u jibdew l-attivitajiet tagħhom fit-territorju tal-Istat Membru ospitanti.

(7)

Sabiex jiżguraw trasparenza fil-kundizzjonijiet li taħthom, fl-interess tal-ġid ġenerali, l-attivitajiet jistgħu jkollhom jitwettqu fi Stati Membri ospitanti, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandhom jinfurmaw l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju b'dawk il-kundizzjonijiet li jimponu restrizzjonijiet fuq l-attivitajiet imwettqa mill-fergħat tal-istituzzjonijiet ta' kreditu fit-territorju ta' Stati Membri ospitanti.

(8)

Il-proċeduri għal notifika ta' bidla fil-passaport ta' fergħa għandhom ikopru wkoll il-każ speċifiku ta' tmiem tal-operazzjoni ppjanata tal-fergħa kif dan huwa meqjus tibdila maġġuri fl-operazzjonijiet tal-fergħa li għandha tiġi notifikata lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tad-domiċilju u ospitanti.

(9)

Id-dispożizzjonijiet f'dan ir-Regolament huma marbuta mill-qrib, billi jittrattaw in-notifiki relatati mal-eżerċizzju tad-dritt tal-istabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi. Biex jiżguraw koerenza bejn dawk id-dispożizzjonijiet, li għandhom jidħlu fis-seħħ fl-istess ħin, u biex jiffaċilitaw perspettiva komprensiva u aċċess kumpatt għalihom minn persuni suġġetti għal dawk l-obbligi, huwa mixtieq li jkunu inklużi l-istandards tekniċi regolatorji kollha meħtieġa mid-Direttiva 2013/36/UE f'Regolament wieħed.

(10)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni sottomessi mill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) (EBA) lill-Kummissjoni Ewropea.

(11)

L-EBA wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implementazzjoni li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kosti u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Konċernati stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jispeċifika l-formuli, mudelli u proċeduri standard għan-notifiki sabiex jiġu eżerċitati d-dritt ta' stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi skont l-Artikolu 35(6), l-Artikolu 36(6) u l-Artikolu 39(5) tad-Direttiva 2013/36/UE.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“notifika ta' passaport ta' fergħa” tfisser notifika li saret skont l-Artikolu 35(1) tad-Direttiva 2013/36/UE minn istituzzjoni ta' kreditu li tixtieq tistabbilixxi fergħa fit-territorju ta' Stat Membru ieħor lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju;

(2)

“notifika ta' bidla fid-dettalji ta' fergħa” tfisser notifika li ssir skont l-Artikolu 36(3) tad-Direttiva 2013/36/UE minn istituzzjoni tal-kreditu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri domiċiljari u dawk ospitanti ta' bidla fid-dettalji kkomunikati skont l-Artikolu 35(2)(b), (c) jew (d) ta' dik id-Direttiva;

(3)

“notifika ta' passaport ta' servizzi” tfisser notifika li saret skont l-Artikolu 39(1) tad-Direttiva 2013/36/UE minn istituzzjoni ta' kreditu li tixtieq teżerċita l-libertà li tipprovdi servizzi billi twettaq l-attivitajiet tagħha fit-territorju ta' Stat Membru ieħor għall-ewwel darba lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju;

(4)

“notifika ta' passaport” tfisser notifika ta' passaport ta' fergħa, bidla fin-notifika tad-dettalji tal-fergħa jew notifika ta' passaport tas-servizzi.

Artikolu 3

Rekwiżiti ġenerali għan-notifiki ta' passaport

1.   In-notifiki tal-passaport sottomessi skont dan ir-Regolament jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

jiġu pprovduti bil-miktub f'lingwa aċċettata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju u b'lingwa aċċettata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, jew f'xi lingwa aċċettata tal-Unjoni kemm mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri domiċiljari u dawk ospitanti;

(b)

ikunu notifikati bil-posta, jew b'mezzi elettroniċi fejn dawn jiġu aċċettati mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti.

2.   L-awtoritajiet kompetenti jagħmlu l-informazzjoni li ġejja disponibbli għall-pubbliku:

(a)

il-lingwi aċċettati skont il-paragrafu 1(a);

(b)

l-indirizz fejn għandhom jintbagħtu n-notifiki tal-passaport jekk sottomessi bil-posta;

(c)

kwalunkwe mezzi elettroniċi li bihom jistgħu jiġu sottomessi n-notifiki tal-passaport u kwalunkwe dettalji ta' kuntatt rilevanti.

KAPITOLU II

PROĊEDURI GĦAN-NOTIFIKA TA' PASSAPORT TA' FERGĦA

Artikolu 4

Sottomissjoni tan-notifika tal-passaport ta' fergħa

L-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom jużaw il-formola stabbilita fl-Anness I biex jissottomettu notifika ta' passaport ta' fergħa lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju.

Artikolu 5

Evalwazzjoni tal-kompletezza u l-preċiżjoni tan-notifika tal-passaport ta' fergħa

1.   Mal-wasla tan-notifika tal-passaport ta' fergħa l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż Stat Membru ta' oriġini jivvalutaw il-kompletezza u l-preċiżjoni tal-informazzjoni pprovduta.

2.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju jqisu li l-perjodu ta' tliet xhur imsemmi fl-Artikolu 35(3) tad-Direttiva 2013/36/UE beda fid-data tal-wasla tan-notifika tal-passaport tas-servizzi li fiha informazzjoni li hi stmata kompleta u korretta.

3.   Fejn l-informazzjoni pprovduta fin-notifika tal-passaport tas-servizzi hi stmata mhux kompluta jew żbaljata, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju jinfurmaw l-istituzzjoni ta' kreditu mingħajr dewmien, u jindikaw b'liema mod l-informazzjoni hi stmata mhux kompluta jew żbaljata.

Artikolu 6

Komunikazzjoni tan-notifika tal-passaport tal-fergħa

1.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju għandhom jużaw il-formola stabbilita fl-Anness II biex jikkomunikaw notifika tal-passaport tal-fergħa lill-awtoritajiet tal-Istat Membru tad-domiċilju flimkien ma' kopja tan-notifika tal-passaport tal-fergħa u bl-aħħar informazzjoni disponibbli dwar il-fondi proprji bl-użu tal-formola stabbilita fl-Anness III.

2.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jirrikonoxxu il-wasla tan-notifika tal-passaport tal-fergħa lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju mingħajr dewmien, u jiddikjaraw id-data li fiha waslet in-notifika tal-passaport ta' fergħa.

3.   Wara l-konferma ta' riċevuta mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju għandhom jinfurmaw l-istituzzjoni ta' kreditu mingħajr dewmien b'dan li ġej:

(a)

il-komunikazzjoni tan-notifika tal-passaport tal-fergħa lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti;

(b)

id-data tal-wasla tan-notifika tal-passaport tal-fergħa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti;

Artikolu 7

Il-komunikazzjoni tal-kundizzjonijiet fl-interess tal-ġid ġenerali

1.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandhom jikkomunikaw bil-miktub lill-istituzzjoni ta' kreditu kwalunkwe kondizzjoni msemmija fl-Artikolu 36(1) tad-Direttiva 2013/36/UE li taħthom, fl-interess tal-ġid ġenerali, l-attivitajiet jistgħu jkollhom jitwettqu fit-territorju tal-Istat Membru ospitanti.

2.   Meta l-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jimponu restrizzjonijiet fuq l-attivitajiet tal-fergħa, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jikkomunikaw ukoll dawk il-kundizzjonijiet bil-miktub lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju.

KAPITOLU III

PROĊEDURI GĦAN-NOTIFIKA TA' BIDLA FID-DETTALJI TAL-FERGĦA

Artikolu 8

Sottomissjoni ta' notifika ta' bidla fid-dettalji tal-fergħa

1.   L-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom jużaw il-formola stabbilita fl-Anness I biex jinnotifikaw bidla f'fergħa d-dettalji lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri domiċiljari u ospitanti ħlief fejn il-bidla tikkonċerna t-terminazzjoni tal-operazzjoni ppjanata tal-fergħa.

2.   L-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom jużaw il-formola stabbilita fl-Anness IV biex jinnotifikaw bidla fid-dettalji ta' fergħa lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri domiċiljari u ospitanti fejn il-bidla tikkonċerna t-terminazzjoni tal-operazzjoni ppjanata tal-fergħa.

Artikolu 9

Evalwazzjoni tal-kompletezza u l-preċiżjoni tan-notifika

1.   Mal-wasla ta' bidla fin-notifika tad-dettalji ta' fergħa l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż Stat Membru jivvalutaw il-kompletezza u l-preċiżjoni tal-informazzjoni pprovduta.

2.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju jqisu li l-perjodu ta' xahar imsemmi fl-Artikolu 36(3) tad-Direttiva 2013/36/UE beda fid-data tal-wasla tan-notifika tal-bidla fid-dettalji ta' fergħa li fiha informazzjoni li hi stmata kompleta u korretta. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ta' domiċilju u dawk ospitanti għandhom jikkooperaw sabiex jieħu d-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 36(3) tad-Direttiva 2013/36/UE fi żmien il-perjodu msemmi fih.

3.   Fejn l-informazzjoni pprovduta fin-notifika tal-bidla fid-dettalji tal-fergħa hi stmata mhux kompluta jew żbaljata, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jinfurmaw l-istituzzjoni ta' kreditu mingħajr dewmien, u jindikaw b'liema mod l-informazzjoni hi stmata mhux kompluta jew żbaljata.

Artikolu 10

Komunikazzjoni tad-deċiżjonijiet li jkunu ttieħdu wara n-notifika

1.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju għandhom jikkomunikaw id-deċiżjoni tagħhom imsemmija fl-Artikolu 36(3) tad-Direttiva 2013/36/UE bil-miktub lill-istituzzjoni ta' kreditu u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti.

2.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju għandhom jikkomunikaw id-deċiżjoni tagħhom imsemmija fl-Artikolu 36(3) tad-Direttiva 2013/36/UE bil-miktub lill-istituzzjoni ta' kreditu.

3.   Meta d-deċiżjoni imsemmija fil-paragrafu 2 jkun fiha kundizzjonijiet li jimponu restrizzjonijiet fuq l-attivitajiet tal-fergħa, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jikkomunikaw ukoll dawk il-kundizzjonijiet bil-miktub lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju.

KAPITOLU IV

PROĊEDURI GĦAN-NOTIFIKA TAL-PASSAPORT TAS-SERVIZZI

Artikolu 11

Sottomissjoni tan-notifika tal-passaport tas-servizzi

L-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom jużaw il-formola stabbilita fl-Anness V biex jissottomettu notifika ta' passaport ta' fergħa lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju.

Artikolu 12

Evalwazzjoni tal-kompletezza u l-preċiżjoni tan-notifika tal-passaport tas-servizzi

1.   Mal-wasla tan-notifika tal-passaport tas-servizzi l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju jivvalutaw il-kompletezza u l-preċiżjoni tal-informazzjoni pprovduta.

2.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju jqisu li l-perjodu ta' xahar imsemmi fl-Artikolu 39(2) tad-Direttiva 2013/36/UE beda fid-data tal-wasla tan-notifika tal-passaport tas-servizzi li fiha informazzjoni li hi stmata kompleta u korretta.

3.   Fejn l-informazzjoni pprovduta fin-notifika tal-passaport tas-servizzi hi stmata mhux kompluta jew żbaljata, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju jinfurmaw l-istituzzjoni ta' kreditu mingħajr dewmien, u jindikaw b'liema mod l-informazzjoni hi stmata mhux kompluta jew żbaljata.

Artikolu 13

Il-komunikazzjoni tan-notifika tal-passaport tas-servizzi

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju għandhom jużaw il-formola stabbilita fl-Anness VI biex jissottomettu notifika ta' passaport ta' fergħa lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti.

KAPITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 14

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Awwissu 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).


ANNESS I

Formola għas-sottomissjoni ta' notifika ta' passaport ta' fergħa jew bidla fin-notifika tad-dettalji ta' fergħa

Fejn l-istituzzjonijiet ta' kreditu jinnotifikaw bidliet f'notifiki partikolari ta' fergħa lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tad-domiċilju u ospitanti, l-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom biss jimlew il-partijiet tal-formola li jkun fihom informazzjoni li nbidlet.

1.   Informazzjoni tal-kuntatt

Tip ta' notifika

[Notifika ta' passaport ta' fergħa/bidla fin-notifika tad-dettalji tal-fergħa]

L-Istat Membru ospitanti li fih il-fergħa tkun se tiġi stabbilita:

[għandha timtela mill-istituzzjoni ta' kreditu]

Isem u numru ta' referenza tal-istituzzjoni ta' kreditu:

[għandha timtela mill-istituzzjoni ta' kreditu]

L-indirizz tal-istituzzjoni ta' kreditu fl-Istat Membru ospitanti li mingħandha jkunu jistgħu jinkisbu d-dokumenti:

[għandha timtela mill-istituzzjoni ta' kreditu]

Il-post prinċipali ta' negozju maħsub tal-fergħa fl-Istat Membru ospitanti:

[għandha timtela mill-istituzzjoni ta' kreditu]

Id-data li fiha l-fergħa beħsiebha tibda l-attivitajiet tagħha:

[għandha timtela mill-istituzzjoni ta' kreditu]

L-isem tal-persuna ta' kuntatt fil-fergħa:

[għandha timtela mill-istituzzjoni ta' kreditu]

Numru tat-telefown:

[għandha timtela mill-istituzzjoni ta' kreditu]

Posta elettronika:

[għandha timtela mill-istituzzjoni ta' kreditu]

2.   Programm ta' operazzjonijiet

2.1.   It-tipi ta' negozju maħsuba

2.1.1.   Id-deskrizzjoni tal-objettivi ewlenin u l-istrateġija tan-negozju tal-fergħa u spjegazzjoni ta' kif il-fergħa se tikkontribwixxi għall-istrateġija tal-istituzzjoni u, fejn applikabbli, tal-grupp tagħha

[għandha timtela mill-istituzzjoni ta' kreditu]

2.1.2.   Id-deskrizzjoni tal-klijenti fil-mira u l-kontropartijiet

[għandha timtela mill-istituzzjoni ta' kreditu]

2.1.3.   Lista tal-attivitajiet imsemmija fl-Anness I għad-Direttiva 2013/36/UE li l-istituzzjoni ta' kreditu għandha l-ħsieb twettaq fl-Istat Membru ospitanti bl-indikazzjoni tal-attivitajiet li se jikkostitwixxu l-qalba ta' negozju fl-Istat Membru ospitanti, inkluża d-data tal-bidu maħsuba għal kull attività prinċipali

Nru.

Attività

L-attivitajiet li l-istituzzjoni ta' kreditu għandha l-ħsieb li twettaq

L-attivitajiet li se jikkostitwixxu l-qalba tan-negozju

Id-data tal-bidu maħsuba għal kull attività prinċipali

1.

Ġbir ta' depożiti u fondi oħra li jitħallsu lura

 

 

 

2.

Self li jinkludi, fost l-oħrajn: kreditu tal-konsumaturi, ftehimiet ta' kreditu b'rabta ma' proprjetà immobbli, fatturament b'azzjoni ta' rivalsa jew le, il-finanzjament ta' transazzjonijiet kummerċjali (inkluż il-forfeiting).

 

 

 

3.

Leasing finanzjarju

 

 

 

4.

Servizzi ta' pagament kif definiti fl-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*)

 

 

 

4a.

Servizzi li jippermettu li flus kontanti jitqiegħdu f'kont tal-pagamenti, kif ukoll l-operazzjonijiet kollha meħtieġa biex jintuża kont tal-pagamenti

 

 

 

4b.

Servizzi li jippermettu ġbid ta' flus kontanti minn kont tal-pagamenti, kif ukoll l-operazzjonijiet kollha meħtieġa biex jintuża kont tal-pagamenti

 

 

 

4c.

It-twettiq ta' tranżazzjonjiet ta' pagamenti, inkluż trasferiment ta' fondi fuq kont tal-pagamenti mal-fornitur ta' servizzi ta' pagamenti jew ma' fornitur ta' servizzi ta' pagamenti ieħor:

it-twettiq ta' debiti diretti, inklużi debiti diretti ta' darba

it-twettiq ta' tranżazzjonjiet ta' pagamenti permezz ta' kard tal-pagamenti jew strument ieħor simili

it-twettiq ta' trasferimenti ta' kreditu, fosthom ordnijiet permanenti

 

 

 

4d.

Eżekuzzjoni ta' transazzjonjiet ta' pagament fejn il-fondi huma koperti minn linja ta' kreditu għal utent ta' servizzi ta' ħlas:

it-twettiq ta' debiti diretti, inklużi debiti diretti ta' darba

it-twettiq ta' tranżazzjonjiet ta' pagamenti permezz ta' kard tal-pagamenti jew strument ieħor simili

it-twettiq ta' trasferimenti ta' kreditu, fosthom ordnijiet permanenti

 

 

 

4e.

Il-ħruġ u/jew il-kisba ta' strumenti tal-pagament

 

 

 

4f.

Rimessa ta' flus

 

 

 

4g.

Eżekuzzjoni ta' transazzjonjiet ta' pagament fejn il-kunsens ta' min iħallas għall-eżekuzzjoni ta' transazzjoni ta' pagament jingħata permezz ta' kwalunkwe apparat tat-telekomunikazzjoni, diġitali jew tal-IT u l-pagament isir lill-operatur tat-telekomunikazzjoni, sistema jew operatur tan-network tal-IT, li jaġixxi biss bħala intermedjarju bejn l-utent ta' servizzi ta' pagament u l-fornitur tal-merkanzija jew is-servizzi (**)

 

 

 

5.

Il-ħruġ u l-amministrazzjoni ta' mezzi oħra ta' pagament (pereżempju travellers' cheques u bankers' drafts) sa fejn tali attività ma tkunx koperta mill-punt 4

 

 

 

6.

Garanziji u impenji

 

 

 

7.

Negozju għall-kont proprju jew f'isem il-klijenti fi kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

 

 

 

7a.

strumenti tas-suq monetarju (eż. ċekkijiet, kambjali, ċertifikati ta' depożitu)

 

 

 

7b.

kambju fi flus barranin

 

 

 

7c.

kuntratt tal-futuri fuq rata ta' interess fuq żmien qasir (financial futures) u opzjonijiet finanzjarji

 

 

 

7d.

strumenti tal-kambju u tar-rata tal-imgħax

 

 

 

7e.

titoli ta' sigurtà trasferibbli

 

 

 

8.

Parteċipazzjoni fi ħruġ ta' titoli u l-forniment ta' servizzi relatati ma' tali kwistjonijiet

 

 

 

9.

Parir lill-intrapriżi dwar struttura kapitali, strateġija industrijali u kwistjonijiet relatati u pariri kif ukoll servizzi relatati mal-unifikazzjonijiet u x-xiri tal-intrapriżi

 

 

 

10.

Intermedjazzjoni fis-suq monetarju

 

 

 

11.

Portfolju amministrattiv u pariri

 

 

 

12.

Kustodja u amministrazzjoni ta' titoli

 

 

 

13.

Servizzi ta' referenzi ta' kreditu

 

 

 

14.

Servizzi ta' kaxxi ta' sigurezza

 

 

 

15.

Ħruġ ta' flus elettroniku

 

 

 

2.1.4.   Il-lista tas-servizzi u l-attivitajiet li l-istituzzjoni ta' kreditu għandha l-ħsieb twettaq fl-Istat Membru ospitanti, u li huma previsti fit-Taqsimiet A u B tal-Anness I għad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), meta ssir referenza għall-istrumenti finanzjarji previsti fit-Taqsima C tal-Anness I ta' dik id-Direttiva

Strumenti Finanzjarji

Is-servizzi u l-attivitajiet tal-investimenti

Servizzi anċillari

 

A 1

A 2

A 3

A 4

A 5

A 6

A 7

A 8

B 1

B 2

B 3

B 4

B 5

B 6

B 7

C1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

C2

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

C3

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

C4

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

C5

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

C6

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

C7

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

C8

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

C9

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

C10

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

L-intestaturi tar-ringieli u l-kolonni huma referenzi għat-taqsima u n-numri rilevanti fl-Anness I tad-Direttiva 2004/39/KE (eż. A1 jirreferi għal punt 1 tat-Taqsima A tal-Anness I).

2.2.   L-organizzazzjoni strutturali tal-fergħa

2.2.1.   Id-deskrizzjoni tal-istruttura organizzazzjonali tal-fergħa, inklużi l-linji ta' rappurtar legali u funzjonali u l-pożizzjoni u r-rwol tal-fergħa fi ħdan l-istruttura korporattiva tal-istituzzjoni u, fejn applikabbli, mill-grupp tagħha

[għandha timtela mill-istituzzjoni ta' kreditu]

Id-deskrizzjoni tista' tiġi appoġġjata b'dokumenti rilevanti, bħal skeda organizzazzjonali

2.2.2.   Deskrizzjoni tal-arranġamenti ta' governanza u tal-mekkaniżmi interni ta' kontroll tal-fergħa, inkluża l-informazzjoni li ġejja:

2.2.2.1.

proċeduri tal-immaniġġjar tar-riskju tal-fergħa u dettalji dwar il-ġestjoni tar-riskju tal-likwidità tal-istituzzjoni, u fejn applikabbli, tal-grupp tagħha

[għandha timtela mill-istituzzjoni ta' kreditu]

2.2.2.2.

kwalunkwe limitu li japplika għall-attivitajiet tal-fergħa, b'mod partikolari l-attivitajiet ta' self tagħha

[għandha timtela mill-istituzzjoni ta' kreditu]

2.2.2.3.

id-dettalji ta' arranġamenti ta' awditjar intern tal-fergħa, inklużi d-dettalji tal-persuna responsabbli għal dawn l-arranġamenti u, fejn applikabbli, dettalji tal-awditur estern

[għandha timtela mill-istituzzjoni ta' kreditu]

2.2.2.4.

l-arranġamenti kontra l-ħasil tal-flus tal-fergħa inklużi dettalji dwar il-persuna maħtura biex jiżguraw konformità ma' dawn l-arranġamenti

[għandha timtela mill-istituzzjoni ta' kreditu]

2.2.2.5.

il-kontrolli fuq l-esternalizzazzjoni u arranġamenti oħra ma' partijiet terzi b'konnessjoni mal-attivitajiet imwettqa fis-settur li huma koperti minn awtorizzazzjoni tal-istituzzjoni

[għandha timtela mill-istituzzjoni ta' kreditu]

2.2.3.   Fejn il-fergħa hija mistennija twettaq wieħed jew aktar mis-servizzi ta' investiment u attivitajiet definiti fil-punt 2 tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE, deskrizzjoni tal-arranġamenti li ġejjin:

2.2.3.1.

l-arranġamenti għas-salvagwardja tal-flus u l-assi tal-klijenti

[għandha timtela mill-istituzzjoni ta' kreditu]

2.2.3.2.

l-arranġamenti għal konformità mal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 19, 21, 22, 25, 27 u 28 tad-Direttiva 2004/39/KE u l-miżuri adottati skont dawn mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti tal-Istat Membru ospitanti

[għandha timtela mill-istituzzjoni ta' kreditu]

2.2.3.3.

il-kodiċi ta' kondotta interna inklużi l-kontrolli fuq ġestjoni ta' kont personali

[għandha timtela mill-istituzzjoni ta' kreditu]

2.2.3.4.

id-dettalji tal-persuna responsabbli biex tittratta ilmenti dwar is-servizzi u l-attivitajiet ta' investiment tal-fergħa

[għandha timtela mill-istituzzjoni ta' kreditu]

2.2.3.5.

id-dettalji tal-persuna maħtura sabiex tassigura l-konformità mal-arranġamenti tal-fergħa rigward servizzi u attivitajiet ta' investiment

[għandha timtela mill-istituzzjoni ta' kreditu]

2.2.4.   id-dettalji ta' esperjenza professjonali tal-persuni responsabbli għall-immaniġġar tal-fergħa

[għandha timtela mill-istituzzjoni ta' kreditu]

2.3.   Informazzjoni oħra

2.3.1.   Il-pjan finanzjarju li fih previżjonijiet tal-karta bilanċjali u tal-kontijiet tal-qligħ u t-telf, li jkopru perjodu ta' tliet snin

[għandha timtela mill-istituzzjoni ta' kreditu]

Din l-informazzjoni tista' tiġi pprovduta bħala dokument mehmuż man-notifika

2.3.2.   L-isem u d-dettalji ta' kuntatt tal-garanzija tad-depożiti tal-Unjoni u tal-iskemi ta' protezzjoni tal-investitur li tagħhom l-istituzzjoni hija membru u li jkopru l-attivitajiet u s-servizzi tal-fergħa, flimkien mal-kopertura massima tal-iskema ta' protezzjoni tal-investitur

[għandha timtela mill-istituzzjoni ta' kreditu]

2.3.3.   Id-dettalji tal-arranġamenti tal-IT tal-fergħa

[għandha timtela mill-istituzzjoni ta' kreditu]

(*)  Id-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Novembru 2007 dwar is-servizzi ta' ħlas fis-suq intern (ĠU L 319, 5.12.2007, p. 1).

(**)  L-attività msemmija fil-punt 4 g tinkludi l-għoti ta' krediti skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 2007/64/KE?

☐ iva ☐ le

(1)  Id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1).


ANNESS II

Formola għall-komunikazzjoni tan-notifika ta' passaport ta' fergħa

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju:

 

Isem il-persuna ta' kuntatt:

 

Numru tat-telefown:

 

Posta elettronika:

 

 

 

L-indirizz tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti:

 

 

[Data]

 

Ref:

 

 

 

 

Il-komunikazzjoni ta' notifika ta' passaport ta' fergħa

[Il-komunikazzjoni għandha tinkludi tal-inqas l-informazzjoni li ġejja:

 

L-isem u n-numru ta' referenza tal-istituzzjoni ta' kreditu

 

l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tal-istituzzjoni ta' kreditu

 

dikjarazzjoni dwar l-intenzjoni tal-istituzzjoni ta' kreditu li twettaq attivitajiet fit-territorju tal-Istat Membru ospitanti, inkluża d-data tal-wasla tan-notifika ta' passaport ta' fergħa li tkun fiha informazzjoni li hija vvalutata li tkun kompleta u korretta

 

l-isem u d-dettalji ta' kuntatt tal-persuni responsabbli għall-immaniġġar tal-fergħa

 

l-isem u d-dettalji ta' kuntatt tal-garanzija tad-depożiti tal-Unjoni u tal-iskemi ta' protezzjoni tal-investitur li tagħhom l-istituzzjoni hija membru u li jkopru l-attivitajiet u s-servizzi tal-fergħa.]

 

 

 

[Dettalji tal-kuntatt]

 


ANNESS III

Formola għall-komunikazzjoni tal-ammont u l-kompożizzjoni tal-fondi proprji u r-rekwiżiti tal-fondi proprji

1.   L-ammont u l-kompożizzjoni tal-fondi proprji

Partita

Ir-referenzi kollha huma għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1)

Ammont

(f'miljuni ta' EUR)

Fondi proprji

L-Artikoli 4(1)(118) u 72

[dejta kif irrappurtata fir-ringiela 010 fil-Mudell 1 tal-Anness 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014  (2)]

Kapital ta' Grad 1

Artikolu 25

[dejta kif irrappurtata fir-ringiela 015 fil-Mudell 1 tal-Anness 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014]

Kapital ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1

Artikolu 50

[dejta kif irrappurtata fir-ringiela 020 fil-Mudell 1 tal-Anness 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014]

Kapital ta' Grad 1 Addizzjonali

Artikolu 61

[dejta kif irrappurtata fir-ringiela 530 fil-Mudell 1 tal-Anness 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014]

Kapital ta' Grad 2

Artikolu 71

[dejta kif irrappurtata fir-ringiela 750 fil-Mudell 1 tal-Anness 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014]

2.   Rekwiżiti ta' fondi proprji

Partita

Ir-referenzi kollha huma għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

Ammont

(f'miljuni ta' EUR)

Ammont totali tal-iskopertura għar-riskji

L-Artikoli 92(3), 95, 96 u 98

[dejta kif irrappurtata fir-ringiela 010 fil-Mudell 2 tal-Anness 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014]

Ammonti tal-iskopertura ppeżati għar-riskju tal-kreditu, tal-kreditu tal-kontroparti u tar-riskju ta' dilwizzjoni u twassil bla ħlas

Punti (a) u (f) tal-Artikolu 92(3)

[dejta kif irrappurtata fir-ringiela 040 fil-Mudell 2 tal-Anness 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014]

Ammont totali tal-iskopertura għar-riskju għal aġġustamenti/konsenja

Il-punt (c) (ii) tal-Artikolu 92(3) u l-punt (b) tal-Artikolu 92(4)

[dejta kif irrappurtata fir-ringiela 490 fil-Mudell 2 tal-Anness 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014]

Ammonti tal-iskopertura għar-riskji tal-pożizzjoni, tal-kambju u tal-kommoditajiet

Il-punti (b)(i), (c)(i) u (c)(iii) tal-Artikolu 92(3) u l-punt (b) tal-Artikolu 92(4)

[dejta kif irrappurtata fir-ringiela 520 fil-Mudell 2 tal-Anness 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014]

Ammont totali tal-iskopertura għar-riskju, għar-riskju operazzjonali

Il-punt (e) tal-Artikolu 92(3) u l-punt (b) tal-Artikolu 92(4)

[dejta kif irrappurtata fir-ringiela 590 fil-Mudell 2 tal-Anness 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014]

Ammont addizzjonali tal-iskopertura għar-riskju minħabba l-ispejjeż ġenerali fissi

L-Artikoli 95(2), 96(2), 97 u 98(1) il-punt (a)

[dejta kif irrappurtata fir-ringiela 630 fil-Mudell 2 tal-Anness 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014]

Ammont totali tal-iskopertura għar-riskju għal aġġustamenti fil-valwazzjoni tal-kreditu

Punt (d) tal-Artikolu 92(3)

[dejta kif irrappurtata fir-ringiela 640 fil-Mudell 2 tal-Anness 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014]

Ammont totali tal-iskopertura għar-riskju marbut ma' skoperturi kbar fil-portafoll tan-negozjar

Il-punt (b)(ii) tal-Artikolu 92(3) u l-Artikolu 395 sa 401

[dejta kif irrappurtata fir-ringiela 680 fil-Mudell 2 tal-Anness 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014]

Ammonti ta' skoperturi għar-riskju oħra

L-Artikoli 3, 458, 459 u 500 u l-ammonti ta' skopertura għar-riskju li ma jistgħux jiġu assenjati f'waħda mill-entrati toħrajn ta' din it-tabella

[dejta kif irrappurtata fir-ringiela 690 fil-Mudell 2 tal-Anness 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014]


(1)  Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tar-rappurtar superviżorju ta' istituzzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 191, 28.6.2014, p. 1-1861).


ANNESS IV

Formola għas-sottomissjoni ta' bidla fin-notifika tad-dettalji tal-fergħat li tikkonċerna t-terminazzjoni ppjanata tal-operazzjoni ta' fergħa

Isem il-persuna ta' kuntatt fl-istituzzjoni ta' kreditu jew fergħa:

 

Numru tat-telefown:

 

Posta elettronika:

 

 

 

L-indirizz tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju:

 

L-indirizz tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti:

 

 

 

 

[Data]

 

[Ref:]

 

 

 

 

Sottomissjoni ta' bidla fin-notifika tad-dettalji tal-fergħat li tikkonċerna t-terminazzjoni ppjanata tal-operazzjoni ta' fergħa

[In-notifika għandha tinkludi tal-inqas l-informazzjoni li ġejja:

 

L-isem u n-numru ta' referenza tal-istituzzjoni ta' kreditu

 

l-isem tal-fergħa fit-territorju tal-Istat Membru ospitanti

 

l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tal-istituzzjoni ta' kreditu

 

dikjarazzjoni dwar l-istituzzjoni ta' kreditu għandha l-intenzjoni li ttemm l-operazzjoni ta' fergħa fit-territorju tal-Istat Membru ospitanti u d-data sa meta t-terminazzjoni se tkun effettiva

 

l-isem u d-dettalji ta' kuntatt tal-persuni li ser ikunu responsabbli għall-proċess tat-tmiem tal-operat tal-fergħa

 

l-iskeda ta' żmien stmata għat-tmiem ippjanat

 

informazzjoni dwar il-proċess ta' tmiem tar-relazzjonijiet kummerċjali mal-klijenti tal-fergħa.]

 

[Dettalji tal-kuntatt]

 


ANNESS V

Formola għas-sottomissjoni tan-notifika ta' passaport ta' servizzi

1.   Informazzjoni tal-kuntatt

Tip ta' notifika

Notifika ta' passaport ta' servizzi

L-Istat Membru ospitanti li fih l-istituzzjoni ta' kreditu tippjana li twettaq l-attivitajiet tagħha:

 

Isem u numru ta' referenza tal-istituzzjoni ta' kreditu:

 

Indirizz tal-uffiċċju ewlieni tal-istituzzjoni ta' kreditu:

 

Isem il-persuna ta' kuntatt fl-istituzzjoni ta' kreditu:

 

Numru tat-telefown:

 

Posta elettronika:

 

2.   Lista tal-attivitajiet imsemmija fl-Anness I għad-Direttiva 2013/36/UE li l-istituzzjoni ta' kreditu għandha l-ħsieb twettaq fl-Istat Membru ospitanti bl-indikazzjoni tal-attivitajiet li se jikkostitwixxu l-qalba ta' negozju fl-Istat Membru ospitanti, inkluża d-data tal-bidu maħsuba għal kull attività prinċipali

Nru.

Attività

L-attivitajiet li l-istituzzjoni ta' kreditu għandha l-ħsieb li twettaq

L-attivitajiet li se jikkostitwixxu l-qalba tan-negozju

Id-data tal-bidu maħsuba għal kull attività prinċipali

1.

Ġbir ta' depożiti u fondi oħra li jitħallsu lura.

 

 

 

2.

Self li jinkludi, fost l-oħrajn: kreditu tal-konsumaturi, ftehimiet ta' kreditu b'rabta ma' proprjetà immobbli, fatturament b'azzjoni ta' rivalsa jew le, il-finanzjament ta' transazzjonijiet kummerċjali (inkluż il-forfeiting).

 

 

 

3.

Leasing finanzjarju

 

 

 

4.

Servizzi ta' pagament kif iddefiniti fl-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 2007/64/KE.

 

 

 

4a

Servizzi li jippermettu li flus kontanti jitqiegħdu f'kont tal-pagamenti, kif ukoll l-operazzjonijiet kollha meħtieġa biex jintuża kont tal-pagamenti

 

 

 

4b

Servizzi li jippermettu ġbid ta' flus kontanti minn kont tal-pagamenti, kif ukoll l-operazzjonijiet kollha meħtieġa biex jintuża kont tal-pagamenti

 

 

 

4c

It-twettiq ta' tranżazzjonjiet ta' pagamenti, inkluż trasferiment ta' fondi fuq kont tal-pagamenti mal-fornitur ta' servizzi ta' pagamenti jew ma' fornitur ta' servizzi ta' pagamenti ieħor:

it-twettiq ta' debiti diretti, inklużi debiti diretti ta' darba

it-twettiq ta' tranżazzjonjiet ta' pagamenti permezz ta' kard tal-pagamenti jew strument ieħor simili

it-twettiq ta' trasferimenti ta' kreditu, fosthom ordnijiet permanenti

 

 

 

4d

Eżekuzzjoni ta' transazzjonjiet ta' pagament fejn il-fondi huma koperti minn linja ta' kreditu għal utent ta' servizzi ta' pagament:

it-twettiq ta' debiti diretti, inklużi debiti diretti ta' darba

it-twettiq ta' tranżazzjonjiet ta' pagamenti permezz ta' kard tal-pagamenti jew strument ieħor simili

it-twettiq ta' trasferimenti ta' kreditu, fosthom ordnijiet permanenti

 

 

 

4e

Il-ħruġ u/jew il-kisba ta' strumenti tal-pagament

 

 

 

4f

Rimessa ta' flus

 

 

 

4 g

Eżekuzzjoni ta' transazzjonjiet ta' pagament fejn il-kunsens ta' min iħallas għall-eżekuzzjoni ta' transazzjoni ta' pagament jingħata permezz ta' kwalunkwe apparat tat-telekomunikazzjoni, diġitali jew tal-IT u l-ħlas isir lill-operatur tat-telekomunikazzjoni, sistema jew operatur tan-network tal-IT, li jaġixxi biss bħala intermedjarju bejn l-utent ta' servizzi ta' pagament u l-fornitur tal-merkanzija jew is-servizzi (*)

 

 

 

5.

Il-ħruġ u l-amministrazzjoni ta' mezzi oħra ta' pagament (pereżempju travellers' cheques u bankers' drafts) sa fejn tali attività ma tkunx koperta mill-punt 4

 

 

 

6.

Garanziji u impenji

 

 

 

7.

Negozju għall-kont proprju jew f'isem il-klijenti fi kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

 

 

 

7a

strumenti tas-suq monetarju (eż. ċekkijiet, kambjali, ċertifikati ta' depożitu)

 

 

 

7b

kambju fi flus barranin

 

 

 

7c

kuntratt tal-futuri fuq rata ta' interess fuq żmien qasir (financial futures) u opzjonijiet finanzjarji

 

 

 

7d

strumenti tal-kambju u tar-rata tal-imgħax

 

 

 

7e

titoli ta' sigurtà trasferibbli

 

 

 

8.

Parteċipazjoni fi ħruġ ta' titoli u l-provvedimenti ta' servizzi marbuta ma' dan il-ħruġ

 

 

 

9.

Pariri lill-impriżi dwar l-istruttura tal-kapital, l-istrateġija industrijali u kwistjonijiet u pariri relatati kif ukoll servizzi relatati mal-fużjonijiet u x-xiri ta' impriżi

 

 

 

10.

Intermedjazzjoni fis-suq monetarju

 

 

 

11.

Portfolju amministrattiv u pariri

 

 

 

12

Kustodja u amministrazzjoni ta' titoli

 

 

 

13.

Servizzi ta' referenzi ta' kreditu

 

 

 

14.

Servizzi ta' kaxxi ta' sigurezza

 

 

 

15.

Ħruġ ta' flus elettroniku

 

 

 

3.   Il-lista tas-servizzi u l-attivitajiet li l-istituzzjoni ta' kreditu għandha l-ħsieb twettaq fl-Istat Membru ospitanti, u li huma previsti fit-Taqsimiet A u B tal-Anness I għad-Direttiva 2004/39/KE, meta ssir referenza għall-istrumenti finanzjarji previsti fit-Taqsima C tal-Anness I ta' dik id-Direttiva

Strumenti Finanzjarji

Is-servizzi u l-attivitajiet tal-investimenti

Servizzi anċillari

 

A 1

A 2

A 3

A 4

A 5

A 6

A 7

A 8

B 1

B 2

B 3

B 4

B 5

B 6

B 7

C1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

C2

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

C3

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

C4

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

C5

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

C6

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

C7

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

C8

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

C9

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

C10

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

L-intestaturi tar-ringieli u l-kolonni huma referenzi għat-taqsima u n-numri rilevanti fl-Anness I tad-Direttiva 2004/39/KE (eż. A1 jirreferi għal punt 1 ta' Taqsima A tal-Anness I).


(*)  L-attività msemmija fil-punt 4 g tinkludi l-għoti ta' krediti skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 2007/64/KE?

☐ iva ☐ le


ANNESS VI

Formola għall-komunikazzjoni tan-notifika ta' passaport ta' servizzi

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju:

 

Isem il-persuna ta' kuntatt:

 

Numru tat-telefown:

 

Posta elettronika:

 

 

 

L-indirizz tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti:

 

 

 

 

[Data]

 

Ref:

 

 

Il-komunikazzjoni ta' notifika ta' passaport ta' servizzi

[Il-komunikazzjoni għandha tinkludi tal-inqas l-informazzjoni li ġejja:

 

L-isem u n-numru ta' referenza tal-istituzzjoni ta' kreditu

 

l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tal-istituzzjoni ta' kreditu

 

id-dikjarazzjoni dwar l-intenzjoni tal-istituzzjoni ta' kreditu li twettaq attivitajiet fit-territorju tal-Istat Membru ospitanti, billi teżerċita l-libertà li tipprovdi servizzi.]

 

 

 

 

 

[Dettalji tal-kuntatt]

 


28.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 254/22


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 927/2014

tas-27 ta’ Awwissu 2014

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Awwissu 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 KG)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0707 00 05

TR

91,2

ZZ

91,2

0709 93 10

TR

112,1

ZZ

112,1

0805 50 10

AR

158,3

TR

83,0

UY

148,7

ZA

167,9

ZZ

139,5

0806 10 10

BR

183,6

CL

73,7

EG

200,0

TR

122,9

ZA

315,5

ZZ

179,1

0808 10 80

AR

83,7

BR

73,1

CL

86,0

CN

120,5

NZ

130,0

US

131,3

ZA

114,8

ZZ

105,6

0808 30 90

AR

40,6

CL

77,3

TR

121,5

ZA

100,7

ZZ

85,0

0809 30

MK

71,8

TR

110,6

ZZ

91,2

0809 40 05

BA

36,8

MK

33,2

ZA

206,3

ZZ

92,1


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

28.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 254/24


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-27 ta' Marzu 2014

dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.34572 (13/C) (ex 13/NN) implimentata mill-Ġreċja għal Larco General Mining & Metallurgical Company S.A.

(notifikata bid-dokument C(2014) 1818)

(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/539/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

Wara li sejħet lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom skont id-dispożizzjonijiet imsemmija qabel (1),

Billi:

1.   PROĊEDURA

(1)

Fil-kuntest tal-programm ta' aġġustament ekonomiku tagħha, il-Greċja impenjat ruħha fi programm ta' privatizzazzjoni. (2) Larco General Mining & Metallurgical Company S.A. (“Larco”) ġiet immarkata bħala kumpanija proprjetà tal-Istat għall-privatizzazzjoni.

(2)

F'Marzu 2012 il-Fond għall-Iżvilupp tal-Assi tar-Repubblika Ellenika (“HRADF”) (3) informa lill-Kummissjoni dwar il-privatizzazzjoni proposta ta' Larco. Sabiex jiġi ċċarat jekk jistax ikun hemm xi kwistjonijiet tal-għajnuna mill-Istat fil-kuntest tal-proġett ta' privatizzazzjoni, il-Kummissjoni fetħet każ ex officio u bdiet valutazzjoni preliminari f'April 2012.

(3)

Fil-kuntest ta' dawn id-diskussjonijiet, sar evidenti mit-tweġiba tal-awtoritajiet Griegi għal kwestjonarju fis-16 ta' Marzu 2012 li Larco kienet diġà bbenefikat minn miżuri tal-Istat. Il-Kummissjoni talbet aktar informazzjoni permezz ta' ittri elettroniċi datati t-18 ta' April 2012, l-24 ta' April 2012, il-5 ta' Lulju 2012, it-22 ta' Awwissu 2012 u s-7 ta' Diċembru 2012, u permezz ta' ittri tal-4 ta' Mejju 2012 u l-14 ta' Jannar 2013, li l-awtoritajiet Griegi rrispondew għalihom fl-20 ta' April 2012, is-26 ta' April 2012, it-3 ta' Ottubru 2012, it-13 ta' Novembru 2012, il-15 ta' Novembru 2012, is-7 ta' Diċembru 2012, l-24 ta' Diċembru 2012 u t-18 ta' Jannar 2013. Laqgħat bejn is-servizzi tal-Kummissjoni u rappreżentanti tal-awtoritajiet Griegi seħħew fit-30 ta' April 2012 u l-11 ta' Settembru 2012 f'Ateni u fil-25 ta' Jannar 2013 fi Brussell.

(4)

Permezz ta' ittra datata s-6 ta' Marzu 2013 (“id-Deċiżjoni tas-6 ta' Marzu 2013”), il-Kummissjoni infurmat lill-Greċja li hija kienet iddeċidiet li tibda l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat fir-rigward ta' ċerti miżuri ta' għajnuna deskritti fit-taqsima 2.2. hawn taħt (“il-proċedura ta' investigazzjoni formali”).

(5)

Id-deċiżjoni tas-6 ta' Marzu 2013 ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (4). Il-Kummissjoni stiednet lill-awtoritajiet Griegi u l-partijiet interessati biex jippreżentaw il-kummenti tagħhom dwar il-miżuri ta' għajnuna.

(6)

Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mill-awtoritajiet Griegi fit-30 ta' April 2013. Hija ma rċeviet l-ebda kumment mingħand partijiet interessati.

(7)

Permezz ta' ittra elettronika tal-21 ta' Jannar 2014, l-awtoritajiet Griegi infurmaw lill-Kummissjoni li huma qablu mal-adozzjoni tad-deċiżjoni bl-Ingliż.

2.   DESKRIZZJONI TAL-MIŻURI TA' GĦAJNUNA

2.1.   Il-benefiċjarju

(8)

Larco hija speċjalizzata fl-estrazzjoni u l-ipproċessar ta' minerali tal-laterit, l-estrazzjoni tal-linjite u l-produzzjoni ta' ferronikil u prodotti sekondarji. L-attivitajiet tagħha jinkludu l-esplorazzjoni, l-iżvilupp, l-estrazzjoni, it-tidwib u n-negozju tal-prodotti tagħha madwar id-dinja. Larco hija waħda mill-akbar produtturi tal-ferronikil fid-dinja. Fl-2012 kellha 960 impjegat, u għalhekk ikkwalifikat bħala intrapriża kbira. (5)

(9)

Fiż-żmien tal-proċedura ta' investigazzjoni formali, 55,2 % tal-ishma ta' Larco kienu proprjetà tal-Istat Grieg permezz ta' HRADF, 33,4 % mill-Bank Nazzjonali tal-Greċja S.A. (“NBG”, istituzzjoni finanzjarja privata) u 11,4 % minn Public Power Corporation S.A. (“PPC”, il-produttur tal-elettriku stabbilit fil-Greċja, li l-Istat huwa l-azzjonist maġġoritarju tiegħu).

(10)

Larco topera impjant tat-tidwib f'Larymna, fiċ-ċentru tal-Greċja. Larco għandha d-drittijiet ta' tħaffir f'varji postijiet fil-Greċja fi gruppi ta' erbgħa: il-mini ta' Agios Ioannis (ħdejn Larymna), il-mini ta' Evia, il-mini ta' Kastoria u l-mina tal-linjite ta' Servia.

(11)

Larco ġiet stabbilita fl-1989 bħala entità korporattiva ġdida wara l-likwidazzjoni ta' Hellenic Mining and Metallurgical S.A. ta' Larymna (“Larco l-Antika”). Larco l-Antika għadha taħt likwidazzjoni, iżda l-assi tagħha kienu ġew kontribwiti lil Larco flimkien mal-obbligazzjonijiet korrispondenti fl-1989. Larco l-Antika għalhekk hija kreditur ta' Larco.

2.2.   Deskrizzjoni tal-miżuri

2.2.1.   Miżura 1: Nuqqas ta' ġbir tad-dejn lill-Ministeru tal-Finanzi

(12)

F'April 1998, intlaħaq ftehim ta' saldu tad-dejn bejn Larco u l-kredituri ewlenin tagħha, jiġifieri Larco l-Antika, il-PPC u l-Istat Grieg. Skont il-ftehim tal-1998, l-obbligazzjonijiet ta' Larco lil dawn il-kredituri suppost kellhom ikunu trattati b'interess ta' 6 % per annum (“p.a.”) Madankollu, id-dejn lill-Istat Grieg baqa' stabbli jew żdied kemxejn minn tal-inqas mill-2004 (6) mentri d-dejn lil PPC u Larco l-Antika ġie eliminat jew imnaqqas (7).

(13)

Għalhekk jidher li l-Istat tratta l-kreditu tiegħu lil Larco b'mod differenti miż-żewġ kredituri l-oħra.

2.2.2.   Miżura 2: Il-garanzija tal-Istat tal-2008

(14)

Fit-22 ta' Diċembru 2008, l-Istat ipprovda garanzija għal self ta' EUR 30 miljun minn ATE Bank lil Larco. Il-garanzija kopriet 100 % tas-self sa tliet snin u kellha primjum ta' garanzija ta' 1 % p.a.

2.2.3.   Miżura 3: Iż-żieda kapitali tal-2009

(15)

Fl-2009, fid-dawl tal-ekwità negattiva tagħha, il-Bord tad-Diretturi ta' Larco ppropona, u tliet azzjonisti approvaw, żieda fil-kapital azzjonarju ta' EUR 134 miljun. Madankollu, l-Istat Grieg biss eżerċita d-drittijiet tiegħu b'mod sħiħ, filwaqt li NBG eżerċita d-drittijiet tiegħu parzjalment u PPC ma pparteċipat xejn fiż-żieda fil-kapital azzjonarju. L-ebda azzjonist ġdid ma kkontribwixxa għaż-żieda fil-kapital azzjonarju.

(16)

Iż-żieda fil-kapital azzjonarju reali kienet tammonta biss għal EUR 65,5 miljun, bl-Istat jikkontribwixxi madwar EUR 45 miljun (69 % tal-injezzjoni ta' kapital totali) u NBG EUR 20,5 miljun (31 %). Minkejja s-sitwazzjoni finanzjarja ħażina ta' Larco, jidher li ż-żieda fil-kapital ma kinitx ibbażata fuq pjan ta' ristrutturar biex jerġa' jkun hemm vijabilità tal-kumpanija, filwaqt li NBG jidher li ħassar il-valur kontabilistiku tal-kumpanija “għax il-Grupp ma jbassarx li jirkupra l-valur kontabilistiku tal-investiment, peress li l-kumpanija tiltaqa' ma' diffikultajiet finanzjarji sinifikanti”  (8) (ara l-premessa 45 tad-deċiżjoni tas-6 ta' Marzu 2013).

2.2.4.   Miżura 4: Il-garanzija tal-Istat tal-2010

(17)

Fl-10 ta' Mejju 2010 l-Istat ipprovda garanzija, li tkopri ittra ta' garanzija li NBG jipprovdi lil Larco għall-ammont ta' madwar EUR 10,8 miljun. Il-garanzija kopriet 100 % tal-ittra ta' garanzija u kellha tul mhux definit u primjum ta' garanzija ta' 2 % p.a.

2.2.5.   Miżura 5: Ittri ta' garanzija minflok ħlas bil-quddiem ta' multa fiskali fl-2010

(18)

Fl-2010 l-awtoritajiet tat-taxxa Griegi vverifikaw ir-rapporti finanzjarji ta' Larco u ċaħdu t-trattament kontabilistiku ta' ċertu telf li jirriżulta minn kuntratti ta' kopertura għall-prezz tan-nikil. Bħala riżultat ta' reġistrazzjoni mhux veritiera tat-telf, ġiet imposta multa fiskali ta' EUR 190 miljun. (9)

(19)

Larco sussegwentement ikkontestat l-impożizzjoni tal-multa fiskali fil-qrati Griegi. Skont il-liġi Griega, (10) entità responsabbli għal multa fiskali għandha tħallas bil-quddiem 25 % tal-ammont inkwistjoni, sabiex tikkontesta l-impożizzjoni tal-multa fiskali fil-qorti (f'dan il-każ, 25 % jammonta għal EUR 47 miljun).

(20)

Madankollu, fil-każ ta' Larco, qorti amministrattiva Griega ddeċidiet li ttaffi lill-kumpanija mill-obbligu li tħallas bil-quddiem il-25 % tal-multa fiskali, u bidlitu bl-obbligu li tiddepożita ittri ta' garanzija ta' EUR 1,5 miljun.

2.2.6.   Miżura 6: Il-garanziji tal-Istat tal-2011

(21)

Fit-30 ta' Diċembru 2011, l-Istat ipprovda żewġ garanziji għal żewġ selfiet ta' EUR 30 miljun u EUR 20 miljun minn ATE Bank. Wieħed mis-self (ta' EUR 20 miljun) kien għadu ma tħallasx fiż-żmien meta ngħatat il-garanzija. Il-garanziji pprovdew kopertura ta' 100 % u kellhom primjum ta' 1 % p.a..

2.3.   Raġunijiet li wasslu għall-ftuħ tal-proċedura ta' investigazzjoni formali

(22)

Fid-deċiżjoni tas-6 ta' Marzu 2013, (il-premessi 18 sa 25), il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni preliminari li Larco setgħet tkun ikkunsidrata bħala ditta f'diffikultà fit-tifsira tal-Linji Gwida ta' Salvataġġ u Ristrutturar (11) mill-2007. F'dan l-isfond, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni preliminari li s-sitt miżuri kollha kkostitwixxew għajnuna mill-Istat u hija esprimiet dubji fir-rigward tal-kompatibilità tagħhom mas-suq intern.

(23)

Jekk il-miżuri identifikati kellhom jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, kienu jiġu mogħtija bi ksur tan-notifika u tal-obbligi standstill stabbiliti fl-Artikolu 108(3) tat-Trattat.

3.   KUMMENTI MILL-GREĊJA

3.1.   Ditta f'diffikultà

(24)

Fil-kummenti tagħhom fil-kuntest tal-proċedura ta' investigazzjoni formali, l-awtoritajiet Griegi argumentaw li Larco ma kinitx ditta f'diffikultà matul is-snin 2008 u 2009, minħabba li t-telf irreġistrat kien minħabba t-tnaqqis tal-prezz globali tal-ferronikil matul dawk is-snin. L-awtoritajiet Griegi sostnew li Larco ilha ditta f'diffikultà mill-2010 biss.

3.2.   Miżura 1: Nuqqas ta' ġbir tad-dejn lill-Ministeru tal-Finanzi

(25)

L-awtoritajiet Griegi argumentaw li l-kreditu tal-Istat lejn Larco ma kienx jammonta għal riżorsi tal-Istat, peress li oriġinarjament kien kreditu privat provdut mill-Organisation for Entreprise Restructuring S.A. (“OER”). Meta l-OER ġiet likwidata, skont il-Liġi 2741/1999, il-pretensjonijiet kollha tagħha ġew trasferiti lill-Istat.

(26)

Barra minn hekk, huma spjegaw li l-ftehim ta' saldu tad-dejn tal-1998 kien jinkludi regoli speċifiċi għat-trattament u l-ġbir ta' dejn pendenti li jkunu applikabbli fl-aħħar ta' kull sena finanzjarja kif ġej:

a.

kieku Larco kellha qligħ matul sena finanzjarja, l-imgħax dovut (6 % p.a.) kien jitħallas lura lill-kredituri l-ewwel, qabel il-ħlas lura tal-prinċipju tad-dejn;

b.

wara kwalunkwe ħlas lura ta' imgħax, Larco iżżomm ċertu ammont mill-profitti għal investimenti;

c.

Wara l-applikazzjoni ta' (a) u (b), kull profitt li jifdal fil-kontijiet ta' Larco jiġi allokat proporzjonalment lill-kredituri ta' Larco.

(27)

Kieku Larco ma għamlet l-ebda profitt wara l-1999, il-kredituri kellhom id-dritt li jsegwu l-ħlas lura tad-dejn tagħhom permezz ta' diversi mezzi, bħal li jikkunsidraw il-ħlas dovut, jisfruttaw id-dejn eċċ. Madankollu, il-kredituri ma kinux intitolati għall-ebda eżekuzzjoni furzata tad-dejn pendenti, bħas-sekwestru tal-assi tal-kumpanija jew l-obbligu tat-tnedija tal-proċedura ta' falliment kontra l-kumpanija.

(28)

Sal-2003, il-kredituri rċevew l-imgħax dovut, kif kien miftiehem. Għall-perjodu 2004-2007, Larco ma għamlet l-ebda profitt u għalhekk ma kienx hemm ħlas lura tal-imgħax dovut. Fl-2007 PPC ikkonkludiet ftehim ta' materja prima ma' Larco, li qablu miegħu l-kredituri kollha, fejn Larco pprovdiet lil PPC bil-linjite, li naqqset id-dejn skont dan. Id-dejn għal PPC kien eliminat għal kollox fl-2011.

(29)

L-amministratur ta' Larco l-Antika ilu jwettaq il-ġbir tad-dejn permezz ta' mezzi ġudizzjarji u jidher li ċerti ammonti tħallsu diġà. Sal-2011, Larco l-Antika kienet ġabret EUR 5 miljun tad-dejn pendenti tagħha skont il-ftehim tal-1998. Peress li Larco l-Antika għandha djun mal-Istat Grieg ukoll, dan tal-aħħar ġabar l-ammont kollu ta' dawk EUR 5 miljun.

(30)

Fir-rigward tad-dejn dirett ta' Larco lill-Istat Grieg, l-Istat bagħat regolarment fatturi għall-ammont annwali tad-dejn, inkluż l-imgħax annwali dovut, lil Larco.

(31)

Għalhekk, l-awtoritajiet Griegi argumentaw li d-dejn li joħroġ mill-ftehim tal-1998 ma setgħax jammonta għal riżorsi tal-Istat u fi kwalunkwe każ li ma kien hemm l-ebda vantaġġ selettiv favur Larco.

3.3.   Miżura 2: Il-garanzija tal-Istat tal-2008

(32)

L-awtoritajiet Griegi invokaw l-Avviż tal-Garanzija (12) u b'mod partikolari t-taqsima 3.2 tal-Avviż, li tinkludi l-kundizzjonijiet, li taħthom il-Kummissjoni tista' teskludi l-preżenza ta' għajnuna mill-Istat f'garanzija individwali. Skont l-awtoritajiet Griegi:

a.

Larco ma kinitx ditta f'diffikultà fiż-żmien li ngħatat il-garanzija;

b.

il-firxa tal-garanzija setgħet titkejjel b'mod xieraq meta ngħatat;

c.

il-garanzija ngħatat għal titolu ta' dejn (self obbligazzjonarju), u għalhekk setgħet tkun aktar minn 80 % tas-self pendenti;

d.

il-primjum ta' 1 % imħallas għall-garanzija kien prezz orjentat għas-suq, li jirrifletti l-kapaċità finanzjarja ta' Larco.

(33)

Għalhekk, l-awtoritajiet Griegi argumentaw li l-garanzija tal-Istat tal-2008 ma kinitx tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat.

(34)

L-awtoritajiet Griegi ċċaraw li l-miżura 2 kienet mogħtija permezz tad-deċiżjoni ministerjali YA 2/93378/0025 datata t-22 ta' Diċembru 2008 u kopriet l-ammont eżatt ta' EUR 30 000 000:

3.4.   Miżura 3: Iż-żieda kapitali tal-2009

(35)

L-awtoritajiet Griegi argumentaw li l-parteċipazzjoni tal-Istat fiż-żieda kapitali kienet maħsuba biex jiġi protett il-valur tal-kumpanija, fid-dawl tal-privatizzazzjoni tagħha li ġejja u sabiex jiġi implimentat pjan ta' ristrutturar. Fid-deċiżjoni tiegħu, l-Istat ikkunsidra t-tkabbir potenzjali ta' Larco, il-valur tal-assi tagħha u s-sitwazzjoni ġenerali fis-suq tal-ferronikil kif ukoll miżuri ta' ristrutturar u ta' tnaqqis tal-ispejjeż.

(36)

NBG ikkontribwiet 31 % taż-żieda kapitali. Għall-kuntrarju tal-Istat NBG iddeċiediet li teżerċita d-drittijiet tagħha parzjalment biss. L-awtoritajiet Griegi argumentaw li l-għan ta' NBG kien li żżomm ċertu kontroll fuq il-kumpanija u b'hekk l-azzjonijiet tagħha ma għandhomx jitqiesu bħala nuqqas ta' fiduċja fil-futur ta' Larco. Tabilħaqq, NBG naqqset il-parteċipazzjoni azzjonarja tagħha f'Larco għall-minimu meħtieġ skont il-liġi Griega sabiex ikollha veto fuq ċerti deċiżjonijiet importanti fil-Bord tad-Diretturi.

(37)

It-tielet azzjonist, PPC, espliċitament iddeċidiet li ma tipparteċipax fiż-żieda kapitali, filwaqt li aċċettat li l-parteċipazzjoni azzjonarja tagħha tkun dilwita. L-awtoritajiet Griegi argumentaw li PPC ma pparteċipatx minħabba li l-intenzjoni tagħha kienet li tippermetti lill-Istat li jkollu maġġoranza azzjonarja ikbar, fid-dawl tal-privatizzazzjoni tal-kumpanija.

(38)

Bħala konklużjoni, l-awtoritajiet Griegi argumentaw li l-Istat aġixxa bħala investitur fl-ekonomija tas-suq u li, għalhekk, iż-żieda kapitali tal-2009 ma kinitx tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat.

(39)

Fir-rigward tad-data tal-għotja, l-awtoritajiet Griegi ma pprovdewx informazzjoni konklussiva. Il-minuti tal-laqgħa tal-azzjonisti juru li l-Istat Grieg ipprovda EUR 15 000 000 lejn iż-żieda kapitali fil-15 ta' April 2009, permezz tad-dokument Οικ2/27694/0025 tal-Ministeru tal-Finanzi fid-dawl tal-kontribut totali tal-Istat għaż-żieda fil-kapital azzjonarju, li ammonta għal EUR 44 999 999,40. Id-dikjarazzjoni finanzjarja tal-2009 ta' Larco turi li ż-żieda kapitali ġiet deċiża fl-14 ta' Mejju 2009, iżda ma tiċċarax meta saret l-injezzjoni reali tal-kapital il-ġdid.

3.5.   Miżura 4: Il-garanzija tal-Istat tal-2010

(40)

L-awtoritajiet Griegi spjegaw li fil-kuntest tal-ftehim tal-1998, Larco l-Antika kienet qed issegwi l-ħlas lura tad-dejn ta' Larco fil-qrati Griegi u kien hemm sensiela ta' sentenzi tal-qorti u annullamenti, inter alia rigward dejn ta' madwar EUR 10,5 miljun. (13)

(41)

Fil-kuntest ta' appell minn Larco u minħabba l-periklu ta' ħsara irreparabbli, il-Qorti Suprema Griega ssospendiet il-ħlas tad-dejn ta' madwar EUR 10,5 miljun, sas-sentenza finali mill-qorti rilevanti. Is-sospensjoni ngħatat bil-kundizzjoni li Larco tipprovdi ittra ta' garanzija lil Larco l-Antika għall-ammont sospiż. NBG provdiet l-ittra ta' garanzija għal madwar EUR 10,8 miljun (EUR 10,5 miljun tad-dejn oriġinarjament ikkontestat + EUR 0,3 miljun għal miżati u spejjeż legali) lil Larco. L-ittra ta' garanzija min-naħa tagħha kienet koperta b'garanzija mill-Istat għall-ammont sħiħ ma' primjum ta' 2 % p.a. għal perjodu mingħajr limitu.

(42)

L-awtoritajiet Griegi spjegaw li dik il-miżura kienet provduta mill-Istat bħala azzjonist bl-intenzjoni li jwettaq il-kundizzjonijiet tas-sospensjoni u li jħares l-investiment tiegħu minn djun iddikjarati bħala mhux imħallsa. Inkella, is-sospensjoni ma kinitx tkun applikabbli u Larco l-Antika kien ikollha d-dritt li tfittex il-ġbir tad-dejn, possibbilment billi tissekwestra l-assi ta' Larco. Larco setgħet imbagħad issir insolventi. Skont l-awtoritajiet Griegi, NBG ma kinitx tagħti l-ittra ta' garanzija mingħajr il-garanzija tal-Istat.

(43)

L-awtoritajiet Griegi ċċaraw li l-miżura 4 ngħatat permezz tad-deċiżjoni ministerjali YA 2/923/0025 datata l-10 ta' Mejju 2010 u kopriet l-ammont eżatt ta' EUR 10 510 824,95 u EUR 310 000 għal miżati u spejjeż legali, b'hekk b'kollox EUR 10 820 824,95.

3.6.   Miżura 5: Ittri ta' garanzija minflok ħlas bil-quddiem ta' multa fiskali fl-2010

(44)

L-awtoritajiet Griegi ċċaraw li l-miżura inkwistjoni tikkonċerna taxxa addizzjonali, iktar milli multa fiskali. It-taxxa addizzjonali ġiet imposta minħabba li l-awtoritajiet fiskali ma qablux li t-telf li jirriżulta minn kuntratti ta' kopertura għandu jitnaqqas mid-dħul nett ta' Larco, kif argumentat Larco. L-awtoritajiet Griegi ddikjaraw ukoll li Larco kienet mitluba mill-qorti biex tipprovdi ittri ta' garanzija ta' valur totali ta' EUR 4,7 miljun.

(45)

L-awtoritajiet Griegi pprovdew evidenza li Larco kienet awtorizzata tibdel il-ħlas bil-quddiem tat-taxxa addizzjonali permezz ta' ittri ta' garanzija fuq il-bażi ta' dispożizzjoni ġuridika ġenerali. Is-sentenza tal-qorti li tippermetti lil Larco tibdel il-ħlas bil-quddiem tat-taxxa addizzjonali permezz ta' ittri ta' garanzija, skont il-liġi nazzjonali, (14) applikat test ta' bilanċ, filwaqt li qieset il-benefiċċji tal-kreditur (l-Istat) u l-vijabilità tad-debitur (Larco) u għalhekk iddeċidiet dwar is-sospensjoni temporanja tal-obbligu li jitħallas bil-quddiem EUR 47 miljun (jiġifieri 25 % tat-taxxa addizzjonali), billi tibdlu b'ittri ta' garanzija ta' EUR 4,7 miljun b'kollox. Din is-sospensjoni kellha tapplika sakemm tingħata sentenza finali, fir-rigward tat-tilwima mressqa minn Larco kontra l-Istat għall-impożizzjoni tat-taxxa addizzjonali.

(46)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet Griegi argumentaw li d-deċiżjonijiet tal-qrati nazzjonali ma jistgħux ikunu imputabbli lill-Istat.

(47)

L-awtoritajiet Griegi spjegaw ukoll li, minkejja s-sospensjoni temporanja, l-Istat fil-prattika kien ħassar l-effett finanzjarju ta' dik is-sospensjoni, billi kkumpensa t-taxxa addizzjonali dovuta minn Larco kontra ammonti dovuti mill-Istat lil Larco, bħat-taxxa fuq l-introjtu jew d-denunzji tal-VAT. Dan ġie permess mil-leġiżlazzjoni reċenti biex jitħaffef il-ġbir tat-taxxi fil-Greċja.

(48)

Għalhekk, l-Istat kien fil-fatt jidher li diġà ġabar mill-inqas EUR 16,1 miljun tal-ammont dovut fir-rigward tal-ħlas minn qabel tat-taxxa addizzjonali ta' Larco.

3.7.   Miżura 6: Il-garanziji tal-Istat tal-2011

(49)

L-awtoritajiet Griegi ċċaraw li l-ebda waħda miż-żewġ selfiet li għalihom il-garanziji ġew provduti ma kienet imħallsa. Is-self ta' EUR 20 miljun li ġie pprovdut minn ATE Bank bħala rifinanzjament ta' self iktar antik ta' EUR 20 miljun, li kien għadu ma tħallasx.

(50)

L-awtoritajiet Griegi argumentaw li ż-żewġ garanziji mill-Istat ma kinux jinvolvu riżorsi tal-Istat, billi l-Istat kellu jagħti EUR 60 miljun lil Larco mid-denunzji tal-VAT. B'hekk, jekk il-garanziji ssejħu, l-ammonti jistgħu jikkumpensaw id-dejn pendenti mill-Istat.

(51)

L-awtoritajiet argumentaw ukoll li, kieku l-miżura kienet tikkostitwixxi għajnuna, din għandha titqies kompatibbli mas-suq intern, minħabba li kienet konformi mal-Qafas Temporanju (15) u l-iskema Griega temporanja rilevanti għal garanziji għal self (“sistema temporanja ta' garanzija”). (16) B'mod partikolari, l-awtoritajiet ikkunsidraw li, minbarra l-fatt li Larco kienet ditta f'diffikultà meta ngħatat il-miżura, il-kundizzjonijiet l-oħra tal-iskema ġew issodisfati:

a.

Larco kienet kumpanija kbira;

b.

is-self ta' EUR 30 miljun kien self ta' investiment, filwaqt li s-self ta' EUR 20 miljun kien self ta' rifinanzjament ta' self aktar antik, li kien mogħti għal skopijiet ta' investiment;

c.

il-garanziji kienu mogħtija qabel tmiem l-2011;

d.

l-ammont totali taż-żewġ selfiet garantiti qabżu l-kont annwali tal-pagi ta' Larco bi EUR 3 miljuni biss;

e.

il-garanziji koprew 100 % tas-self, iżda tali miżura kienet l-unika possibbiltà ta' Larco biex ikollha aċċess għall-finanzjament, minħabba s-sitwazzjoni partikolari tal-ekonomija Griega.

f.

il-garanziji kienu jinkludu primjum ta' 1 % p.a., li għandu jitqies bħala primjum tas-suq.

(52)

Fl-aħħar nett, l-awtoritajiet Griegi argumentaw li jekk il-Kummissjoni kkonkludiet li l-miżura tikkostitiwixxi għajnuna u li l-kundizzjonijiet tas-sistema temporanja ta' garanzija ma ġewx issodisfati, il-miżuri għandhom jiġu kkunsidrati bħala għajnuna ta' salvataġġ. Din l-għajnuna kellha tiġi kkunsidrata bħala notifikata, peress li l-Kummissjoni saret taf bil-miżura fit-tweġiba tas-16 ta' Marzu 2012 għall-kwestjonarju, meta kienet fl-istadju tal-investigazzjoni preliminari ex officio.

(53)

Skont l-awtoritajiet Griegi, l-għajnuna kienet konformi mar-rekwiżiti tal-Linji Gwida ta' Salvataġġ u Ristrutturar, peress li:

a.

kienet appoġġ ta' likwidità fil-forma ta' garanziji għal self;

b.

kienet ġustifikata minn diffikultajiet soċjali serji u ma kellha l-ebda effett negattiv mhux mixtieq fi Stati Membri oħra;

c.

l-awtoritajiet Griegi kienu qed iħejju pjan ta' ristrutturar b'kooperazzjoni mal-Kummissjoni;

d.

hija kienet ristretta għall-ammont meħtieġ biex id-ditta tibqa' fin-negozju għal perjodu limitat;

e.

hija rrispettat il-kundizzjoni ta' “darba waħda, l-aħħar darba”, peress li Larco ma kinitx soġġetta għal għajnuna ta' salvataġġ jew ta' ristrutturar fil-passat;

f.

Larco ppreżentat pjan ta' direzzjoni tan-negozju lill-Istat, li jiġġustifika l-bżonn tal-finanzjament ta' EUR 30 miljun għall investimenti.

(54)

L-awtoritajiet Griegi ċċaraw li l-miżura 6 ngħatat permezz ta' (i) id-deċiżjoni ministerjali YA 2/95156/0025 datata t-30 ta' Diċembru 2011 li kopriet l-ammont eżatt ta' EUR 30 000 000 u (ii) id-deċiżjoni ministerjali YA 2/95161/0025 datata t-30 ta' Diċembru 2011 għall-ammont eżatt ta' EUR 20 000 000.

4.   VALUTAZZJONI

(55)

Din id-Deċiżjoni tindirizza bħala punt preliminari l-kwistjoni dwar jekk Larco hijiex ditta f'diffikultà fit-tifsira tal-Linji Gwida ta' Salvataġġ u Ristrutturar. Sussegwentement, id-Deċiżjoni se tivvaluta jekk il-miżuri li qed jiġu mistħarrġin jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat lil Larco fit-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat u, fl-aħħar nett, jekk din l-għajnuna tistax tkun kompatibbli mas-suq intern.

4.1.   Diffikultajiet ta' Larco

(56)

Fid-Deċiżjoni tas-6 ta' Marzu 2013 u b'mod partikolari l-premessi 18 sa 25 tagħha, il-Kummissjoni kkonkludiet fuq bażi preliminari li Larco kienet ditta f'diffikultà fiż-żmien meta s-sitt miżuri inkwistjoni kienu pprovduti. Id-dejta finanzjarja prinċipali ta' Larco matul il-perjodu 2007-2011 hija stabbilita fit-Tabella:

Dejta finanzjarja prinċipali ta' Larco 2007-6/2012 (miljuni ta' EUR)

 

2007

2008

2009

2010

2011

H1 2012 (*)

Dħul

549,3

284

98,8

239

311

154,6

Qligħ qabel it-taxxa

23

– 116

– 105

6,4

6,5

– 12,2

Kapital irreġistrat

163,8

163,8

109

109

109

109

Ekwità proprja

104

– 0,4

– 35

– 31

– 26

– 39

Dejn Totali

141,2

230,1

233,9

261,8

262,7

326,0

Dejn/Ekwità (proporzjon)

1,3

– 575,0

– 6,6

– 8,3

– 10,1

– 8,4

(57)

Il-punt 10(a) tal-Linji Gwida ta' Salvataġġ u Ristrutturar jiddikjara li kumpanija b'responsabbiltà limitata hija kkunsidrata bħala f'diffikultà meta “aktar minn nofs il-kapital irreġistrat ikun sparixxa u aktar minn kwart ta' dak il-kapital ikun intilef matul it-12-il xahar ta' qabel”. Dan jirrifletti s-suppożizzjoni li kumpanija li tkun għaddejja minn telf kbir fil-kapital irreġistrat tagħha ma tkunx kapaċi tirkupra t-telf li kważi ċertament iwassalha biex tfalli fit-terminu qasir jew medju (kif stipulat fil-punt 9 tal-Linji Gwida ta' Salvataġġ u Ristrutturar).

(58)

Barra minn hekk, skont il-punt 11 tal-Linji Gwida ta' Salvataġġ u Ristrutturar, ditta tista' titqies bħala waħda f'diffikultà “fejn ikun hemm is-sinjali tas-soltu ta' meta ditta tkun f'diffikultà, bħal żieda fit-telf, tnaqqis fid-dħul, żieda fl-inventarji tal-istokk, eċċess fil-kapaċità, tnaqqis fil-fluss ta' flus, żieda fid-dejn, żieda fl-ispejjeż tal-imgħax, u valur nett tal-assi li qed jonqos jew null”. F'dan ir-rigward, skont il-Qorti Ġenerali, “l-eżistenza ta' kapital proprju negattiv li […] jista' jiġi kkunsidrat bħala indikatur importanti li impriża tkun f'sitwazzjoni finanzjarja diffiċli”. (17)

(59)

Skont id-dikjarazzjonijiet finanzjarji ta' Larco għall-perjodu 2007-H1 2012, il-kapital irreġistrat tal-kumpanija ma naqasx b'iktar min-nofs. Madankollu, matul l-istess żmien l-ekwità proprja tal-kumpanija saret negattiva. F'każijiet preċedenti l-Kummissjoni qieset li fejn kumpanija jkollha ekwità negattiva, dan jimplika li l-kapital irreġistrat kollu ta' dik il-kumpanija ntilef u hemm suppożizzjoni a priori li l-kriterji tal-punt 10(a) tal-Linji Gwida ta' Salvataġġ u Ristrutturar huma ssodisfati. (18)

(60)

Fil-każ ta' Larco, il-Kummissjoni tqis li l-kapital irreġistrat tagħha biss jidher li ma naqasx b'iktar minn nofs, għaliex il-kumpanija ma adottatx miżuri xierqa, kif normalment previst mil-leġiżlazzjoni Griega. (19) Tali miżuri xierqa għandhom l-għan li jrendu l-ekwità proprja tal-kumpanija minn negattiva għal pożittiva u, fl-istess ħin, li jżiduha għal livell adegwat. Tali miżuri xierqa jistgħu jkunu jew il-kapitalizzazzjoni tat-telf jew żieda fil-kapital jew it-tnejn.

(61)

F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tikkunsidra li kapitalizzazzjoni tat-telfiet kienet tirriżulta fit-telf tal-kapital kollu rreġistrat tal-kumpanija, peress li t-telf akkumulat kien ogħla mill-kapital irreġistrat. Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni tqis li l-kriterji fil-punt 10 (a) tal-Linji Gwida ta' Salvataġġ u Ristrutturar ġew issodisfati f'dan il-każ mill-2008.

(62)

Barra minn hekk, fir-rigward tal-kriterji fil-punt 11 tal-Linji Gwida ta' Salvataġġ u Ristrutturar, Larco ġarrbet tnaqqis sinifikanti fid-dħul mill-2007 sal-2009 u telf sinifikanti fl-2008 u fl-2009, b'ammont totali ta' EUR 221 miljun (EUR 116 miljun u EUR 105 miljun rispettivament). Fl-2010 u l-2011, il-kumpanija kienet żiedet id-dħul u l-qligħ, imma dawn iż-żidiet ma kinux biżżejjed biex jippermettu l-irkupru finanzjarju ta' Larco. Matul l-istess perjodu l-ekwità tagħha baqgħet negattiva u d-dejn tagħha kompla jikber. Barra minn hekk, l-operazzjonijiet ta' Larco reġgħu bdew jagħmlu telf f'H1 2012.

(63)

Il-Kummissjoni ma taqbilx mal-argument tal-awtoritajiet Griegi li Larco ma kinitx f'diffikultà matul is-snin 2008 u 2009 peress li t-telf kien dovut minħabba t-tnaqqis fil-prezz tal-ferronikil.

(64)

L-ewwel nett, il-fatt li tnaqqis fil-prezz tal-ferronikil wassal għal telfiet u kkontribwixxa għad-diffikultajiet ta' Larco fih nnifsu ma jimmitigax is-sejba li Larco wriet is-sinjali tas-soltu ta' meta ditta tkun f'diffikultà. Ditta b'saħħitha jkollha bżonn tadatta l-ispejjeż tagħha għal tali bidliet fil-prezz sabiex tevita t-telf.

(65)

It-tieni nett, fis-snin 2008 u 2009 il-kumpanija kellha ekwità negattiva u żieda fid-dejn (żieda ta' 63 % bejn l-2007 u l-2008). Għalkemm il-prezz tal-ferronikil u d-dħul żdiedu b'mod sinifikanti wara l-2010, ir-riżultati finanzjarji sussegwenti ta' Larco jindikaw li d-diffikultajiet tagħha ippersistew. Għalhekk, ma jistax jiġi konkluż li t-telf tal-2008 u l-2009 kien biss ir-riżultat ta' prezzijiet baxxi tal-ferronikil.

(66)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, huwa konkluż li Larco kienet ditta f'diffikultà fit-tifsira tal-Linji Gwida ta' Salvataġġ u Ristrutturar meta s-sitt miżuri inkwistjoni ġew mogħtija.

4.2.   Eżistenza ta' għajnuna mill-Istat

(67)

L-Artikolu 107(1) tat-Trattat jistipula li kull għajnuna, ta' kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta' riżorsi tal-Istat, li tgħawweġ jew thedded li tgħawweġ il-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta' ċerti prodotti, safejn tkun taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern.

(68)

Skont il-prattika stabbilita tal-Kummissjoni u kif ikkonfermat mill-każistika, il-kriterju biex jiġi vvalutat jekk tranżazzjoni bejn korp pubbliku u impriża tammontax għal għajnuna mill-Istat huwa l-prinċipju tal-investitur jew il-kreditur f'ekonomija tas-suq (“MEIP” jew “MECP”). (20) Dan isegwi mill-prinċipju li, meta l-Istat jaġixxi fis-suq bħala operatur kummerċjali, għandu jagħmel dan b'mod komparabbli ma' operatur privat. Jekk l-Istat ma jagħmilx hekk, l-għajnuna mill-Istat tista' tkun involuta. Fi kliem ieħor, il-punt ta' referenza għall-apprezzament jekk tranżazzjoni tinvolvix għajnuna mill-Istat hija jekk operatur privat li jkun f'sitwazzjoni simili jkunx ġab ruħu bl-istess mod. Bl-applikazzjoni ta' dan il-prinċipju, kunsiderazzjonijiet mhux ekonomiċi ma jistgħux jitqiesu bħala raġunijiet għall-għotja ta' miżuri ta' appoġġ.

4.2.1.   Miżura 1: Nuqqas ta' ġbir tad-dejn lill-Ministeru tal-Finanzi

(69)

Abbażi tal-informazzjoni disponibbli, il-Kummissjoni ma tistax taqbel mal-argument tal-awtoritajiet Griegi li l-kreditu mill-OER kien kreditu privat. Skont il-liġi Griega 1386/1983 (l-Artikolu 1) (21) li tistabbilixxi l-OER, “l-OER se joperaw għall-benefiċċju tal-interess soċjali u taħt is-superviżjoni tal-Istat”. Skont l-Artikolu 3 tal-istess liġi, l-Istat kien l-uniku azzjonist tal-OER. Barra minn hekk, l-Istat kellu l-possibbiltà li jaħtar direttament il-President flimkien ma' tnejn minn tmien membri tal-Bord tad-Diretturi u, indirettament, erba' membri oħra. Skont dan ta' hawn fuq ir-riżorsi tal-OER jammontaw għal riżorsi tal-Istat u għalhekk kull kreditu mill-OER jidher li huwa imputabbli lill-Istat.

(70)

L-evidenza pprovduta mill-awtoritajiet Griegi turi li d-dejn ta' Larco lill-OER (sussegwentement trasferit lill-Istat) kien irrapurtat regolarment u fatturat, skont il-ftehim ta' saldu ta' dejn tal-1998 miftiehem skont il-ftehim ta' saldu ta' dejn tal-1998. Parti mid-dejn ġie miġbur, meta l-profittabilità tal-kumpanija ppermettiet. Larco għamlet investimenti matul dak il-perjodu, li naqqsu l-ħlasijiet lura, iżda dawn l-investimenti qablu fuqhom il-kredituri kollha. Skont il-ftehim, il-kredituri ma kinux intitolati għall-ebda eżekuzzjoni furzata tad-dejn pendenti.

(71)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, huwa konkluż li l-Miżura 1 ikkonformat mal-MECP, peress li l-Istat, bħala kreditur, aġixxa b'mod komparabbli ma' dak ta' kreditur privat, minħabba li uża l-mezzi kollha għad-dispożizzjoni tiegħu u fi ħdan il-qafas miftiehem kuntrattwalment, sabiex jiġbor id-dejn tiegħu.

4.2.2.   Miżura 2: Il-garanzija tal-Istat tal-2008

(72)

Garanziji mill-Istat iqiegħdu r-riżorsi tal-Istat f'riskju, minħabba li s-sejħa tagħhom titħallas mill-baġit tal-Istat. Barra minn hekk, kull garanzija li mhijiex remunerata b'mod xieraq tinvolvi telf ta' riżorsi finanzjarji għall-Istat. Għalhekk, il-kriterju ta' riżorsi tal-Istat u l-imputabbiltà lill-Istat huma ssodisfati għal din il-miżura u dan mhuwiex ikkontestat mill-awtoritajiet Griegi.

(73)

Il-Kummissjoni ma taqbilx mal-argument tal-awtoritajiet Griegi li l-kundizzjonijiet tat-taqsima 3.2 tal-Avviż tal-Garanzija huma ssodisfati. Il-Kummissjoni stabbiliet li Larco kienet ditta f'diffikultà fl-2008. Barra minn hekk, il-primjum ta' garanzija annwali ta' 1 % ma jistax jitqies li jirrifletti r-riskju ta' inadempjenza għas-self garantit, minħabba d-diffikultajiet finanzjarji sinifikanti ta' Larco u b'mod partikolari l-proporzjon għolja tagħha tad-dejn mal-ekwità.

(74)

Il-Kummissjoni tqis li kreditur tas-suq raġonevoli ma kienx jipprovdi lil Larco b'garanzija taħt dawn il-kundizzjonijiet. Peress li l-miżura ġiet provduta b'mod selettiv lil Larco, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-garanzija tal-Istat tal-2008 provdiet vantaġġ selettiv lill-benefiċjarju.

(75)

Larco hija attiva f'settur li fih il-prodotti huma nnegozjati bejn l-Istati Membri u hija nnifisha tesporta l-maġġoranza tal-produzzjoni tagħha lejn Stati Membri oħra. Barra minn hekk, hemm it-tħaffir għan-nikil, it-tidwib u l-irfinar f'sitt Stati Membri minbarra l-Greċja, jiġifieri fl-Awstrija, il-Finlandja, Franza (il-Kaledonja Ġdida), Spanja, l-Isvezja u r-Renju Unit (22). In-nikil jiġi nnegozjat fi kważi l-Istati Membri kollha (23).

(76)

Il-miżuri inkwistjoni jippermettu lil Larco li tkompli topera biex, b'differenza minn kompetituri oħra b'diffikultajiet finanzjarji, ma jkollhiex għalfejn taffaċċja l-konsegwenzi normalment imnissla mir-riżultati finanzjarja diffiċli tagħha. Dan jgħawweġ il-kompetizzjoni minħabba li kumpaniji oħra attivi fl-istess swieq jeħtieġu li joperaw mingħajr din l-għajnuna mill-Istat.

(77)

Għalhekk, huwa konkluż li l-Miżura 2 tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. Il-Kummissjoni tqis li l-għajnuna hija daqs l-ammont tas-self garantit, peress li huwa dubjuż li Larco, minħabba d-diffikultajiet ekonomiċi tagħha, kienet issib kwalunkwe finanzjament fis-suq irrispettivament mill-kundizzjonijiet. Fi kliem ieħor, il-Kummissjoni tqis li Larco rċeviet vantaġġ daqs l-ammont tas-self garantit, minħabba li mingħajr il-garanzija mill-Istat ma kinitx tkun kapaċi tirċievi finanzjament mis-suq.

(78)

Il-Kummissjoni ma għandha l-ebda informazzjoni li tindika li l-garanzija ġiet attivata.

4.2.3.   Miżura 3: Iż-żieda kapitali tal-2009

(79)

Il-parteċipazzjoni tal-Istat fiż-żieda fil-kapital azzjonarju ta' Larco tal-2009 tinvolvi riżorsi tal-Istat u hija imputabbli lill-Istat. B'hekk, dan il-kriterju huwa ssodisfat u mhux ikkontestat mill-awtoritajiet Griegi.

(80)

Il-Kummissjoni ma rċeviet ebda evidenza konvinċenti mill-awtoritajiet Griegi li tiġġustifika l-argument tagħhom li l-Istat aġixxa bħala investitur fis-suq raġonevoli. Tabilħaqq, il-minuti tal-laqgħat tal-azzjonisti pprovduti bħala evidenza ma jissuġġerux li l-ebda pjan ta' ristrutturar ma kien ipprovdut lill-azzjonisti qabel iż-żieda tal-kapital, minkejja li Larco hija ditta f'diffikultà. Barra minn hekk, l-ammont finali taż-żieda tal-kapital eventwalment ma kienx biżżejjed biex ikopri l-ekwità negattiva ta' Larco u għalhekk ma jistax jitqies bħala miżura li tipproteġi l-valur tal-kumpanija u li tappoġġa r-ristrutturar tagħha.

(81)

Fir-rigward tal-parteċipazzjoni ta' NBG, il-Kummissjoni tfakkar il-kjarifika tal-Qorti li “s-simultanjetà waħedha, anki fil-preżenza ta' investimenti privati sinifikanti, ma tistax tkun suffiċjenti sabiex jiġi konkluż li ma kienx hemm għajnuna fis-sens tal-Artikolu 87(1) KE mingħajr ma jittieħdu in kunsiderazzjoni l-fatti rilevanti l-oħra jew il-punti tal-liġi”  (24).

(82)

Fil-fatt, il-parteċipazzjoni parzjali ta' NBG ma tistax tintuża bħala evidenza ta' konkomitanza bejn l-Istat u l-azzjonisti privati minħabba li NBG kien espost għal Larco mhux biss bħala azzjonist, iżda wkoll bħala kreditur. Id-deċiżjoni tiegħu li jipparteċipa parzjalment fiż-żieda tal-kapital kienet għalhekk mezz biex jipproteġi mhux biss il-valur tal-investiment tiegħu iżda wkoll il-pożizzjoni tiegħu bħala kreditur.

(83)

Barra minn hekk, l-Istat kien diġà pprovda lil Larco bil-garanzija mill-Istat tal-2008. B'hekk, kif stabbilit mill-każistika rilevanti, id-dispożizzjoni tal-parteċipazzjoni tal-Istat għaż-żieda kapitali tal-2009 ma tistax titqies b'mod iżolat, iżda trid tiġi kkunsidrata fil-kuntest ta' miżuri oħra ta' għajnuna. (25)

(84)

Fl-aħħar nett, il-minuti tal-laqgħat tal-azzjonisti ma jappoġġawx l-argument tal-awtoritajiet Griegi li l-intenzjoni ta' PPC kienet li tippermetti lill-Istat maġġoranza kbira tal-parteċipazzjoni azzjonarja. Minflok, PPC sempliċement iddikjarat li hija ma kinitx se tipparteċipa fiż-żieda fil-kapital azzjonarju.

(85)

B'hekk, il-Kummissjoni tqis li investitur tas-suq raġonevoli ma kienx jipparteċipa fiż-żieda fil-kapital azzjonarju lil Larco taħt dawn il-kundizzjonijiet. Peress li l-miżura ġiet ipprovduta b'mod selettiv lil Larco, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-parteċipazzjoni tal-Istat fiż-żieda tal-kapital tal-2009 ipprovdiet lill-benefiċjarju b'vantaġġ selettiv.

(86)

Għar-raġunijiet stabbiliti fil-premessi 75-76 ta' hawn fuq, il-miżura għandha l-potenzjal li taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri u li toħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni.

(87)

B'hekk, huwa konkluż li l-miżura 3 tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. Peress li mhuwiex ikkontestat li l-Istat eżerċita d-drittijiet sħaħ tiegħu għaż-żieda fil-kapital azzjonarju [mhux ċar], il-valur tal-Miżura 3 jammonta għal EUR 44 999 999,40.

(88)

Fir-rigward tad-data tal-għotja, mill-minuti tal-laqgħa tal-14 ta' Mejju 2009 tal-azzjonisti jirriżulta li l-Istat Grieg ipprovda EUR 15 000 000 għaż-żieda tal-kapital fil-15 ta' April 2009, (26) bil-ħsieb għall-kontribuzzjoni tal-Istat għaż-żieda fil-kapital azzjonarju[mhux ċara], li ammontat għal EUR 44 999 999,40. Il-Kummissjoni ma għandhiex informazzjoni dwar id-data li fiha l-ammont li jifdal tal-kontribuzzjoni tal-Istat għal żieda fil-kapital azzjonarju tal-Kumpanija ġie mogħti.

4.2.4.   Miżura 4: Il-garanzija tal-Istat tal-2010

(89)

Għall-istess raġunijiet bħall-Miżura 2, il-kriterju tar-riżorsi tal-Istat u l-imputabbiltà lill-Istat huma ssodisfati għal Miżura 4 u dan ma ġiex ikkontestat mill-awtoritajiet Griegi.

(90)

Il-Kummissjoni tagħraf li tista' tkun prattika kummerċjali komuni għall-azzjonisti li jipprovdu garanziji f'ċirkustanzi simili għal dan il-każ. Madankollu, peress li l-NBG kien ukoll azzjonist ta' Larco, il-Kummissjoni tqis li huwa normali għall-azzjonisti li jaqsmu proporzjonalment l-esponiment li jirriżulta mill-garanzija in kwistjoni. Minflok, l-Istat assuma r-riskju kollu, filwaqt li pprovda garanzija għal dejn, filwaqt li Larco kienet f'diffikultà u diġà kellu żieda fid-dejn.

(91)

Fir-rigward tal-Miżura 2, il-kundizzjonijiet tat-taqsima 3.2 tal-Avviż tal-Garanzija ma ġewx issodisfati għal din il-miżura lanqas, peress li primjum ta' 2 % ma jistax jitqies li jirrifletti r-riskju tal-inadempjenza ta' Larco.

(92)

B'hekk, il-Kummissjoni tqis li kreditur tas-suq raġonevoli ma kienx jipprovdi lil Larco b'garanzija taħt dawn il-kundizzjonijiet. Peress li l-miżura ġiet provduta b'mod selettiv lil Larco, il-Kummissjoni tikkonkludi li pprovdiet vantaġġ selettiv lill-benefiċjarju.

(93)

Għar-raġunijiet stabbiliti fil-premessi 75-76 ta' hawn fuq, il-miżura għandha l-potenzjal li taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri u li toħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni.

(94)

B'hekk, huwa konkluż li l-miżura 4 tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. Il-Kummissjoni tqis li l-ammont tal-għajnuna huwa ugwali għall-ammont garantit, għaliex huwa ċar li, irrispettivament mill-kundizzjonijiet, l-ebda parteċipant fis-suq raġonevoli ma kien ikun kapaċi jiggarantixxi dan l-ammont lil Larco, minħabba d-diffikultajiet ekonomiċi tagħha. Fi kliem ieħor, il-Kummissjoni tqis li Larco rċeviet vantaġġ ugwali għall-ammont garantit, minħabba li mingħajr il-garanzija mill-Istat ma kinitx tkun kapaċi tirċievi finanzjament mis-suq.

(95)

Il-Kummissjoni ma għandha l-ebda informazzjoni li tindika li l-garanzija ġiet attivata.

4.2.5.   Miżura 5: Ittri ta' garanzija minflok ħlas bil-quddiem ta' taxxa addizzjonali fl-2010

(96)

Il-Kummissjoni tieħu nota tal-kjarifiki mogħtija mill-awtoritajiet Griegi rigward l-isfond fattwali ta' Miżura 5.

(97)

Fid-dawl tal-evidenza mogħtija mill-awtoritajiet Griegi, il-Kummissjoni taqbel li d-dritt li l-ħlas minn qabel tat-taxxa addizzjonali jiġi mibdul b'ittri ta' garanzija kien mogħti lil Larco mill-qorti fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi, li kieku kien japplika għal kwalunkwe kumpanija f'sitwazzjoni simili. Għalhekk, huwa konkluż li l-Miżura 5 ma kinitx tinvolvi vantaġġ selettiv lil Larco.

4.2.6.   Miżura 6: Il-garanziji tal-Istat tal-2011

(98)

Il-Kummissjoni tieħu nota tal-kjarifiki mogħtija mill-awtoritajiet Griegi fir-rigward tal-isfond fattwali tal-Miżura 6.

(99)

Il-Kummissjoni ma taqbilx mal-awtoritajiet Griegi li l-Miżura 6 ma tinvolvix riżorsi tal-Istat. L-ewwel nett, kif spjegat fir-rigward tal-Miżura 2, il-garanziji mill-Istat iqiegħdu r-riżorsi tal-Istat f'riskju, minħabba li s-sejħa tagħhom titħallas mill-baġit tal-Istat. Barra minn hekk, kull garanzija li mhijiex remunerata b'mod xieraq bi primjum tas-suq tinvolvi telf ta' riżorsi finanzjarji għall-Istat. Barra minn hekk, l-argument dwar id-dejn pendenti ta' EUR 60 miljun ta' VAT jidher kontradittorju għall-kummenti pprovduti fir-rigward tal-Miżura 5, fejn l-awtoritajiet Griegi argumentaw li huma legalment u intenzjonalment ma rritornawx lura l-VAT dovut, sabiex jikkumpensaw is-sospensjoni tal-ħlus bil-quddiem tat-taxxa addizzjonali.

(100)

Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-kriterju ta' riżorsi tal-Istat u l-imputabbiltà lill-Istat huwa ssodisfat għal din il-miżura.

(101)

B'mod simili għall-Miżuri 2 u 4, il-kundizzjonijiet tat-taqsima 3.2 tal-Avviż tal-Garanzija ma jiġux issodisfati għal din il-miżura lanqas.

(102)

B'hekk, il-Kummissjoni tqis li kreditur tas-suq raġonevoli ma kienx jipprovdi lil Larco b'garanzija taħt dawn il-kundizzjonijiet. Peress li l-miżura ġiet provduta b'mod selettiv lil Larco, il-Kummissjoni tikkonkludi li pprovdiet vantaġġ selettiv lill-benefiċjarju.

(103)

Għar-raġunijiet stabbiliti fil-premessi 75-76 ta' hawn fuq, il-miżura għandha l-potenzjal li taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri u li toħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni.

(104)

Għalhekk, huwa konkluż li l-Miżura 6 tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. Fir-rigward tal-Miżura 2, l-Kummissjoni tqis li l-ammont tal-għajnuna huwa ugwali għas-selfiet garantiti, peress li huwa dubjuż li Larco, minħabba d-diffikultajiet ekonomiċi tagħha, kienet issib kwalunkwe finanzjament fis-suq irrispettivament mill-kundizzjonijiet.

(105)

Il-Kummissjoni ma għandha l-ebda informazzjoni li tindika li l-garanzija ġiet attivata.

4.2.7.   Konklużjoni dwar l-eżistenza ta' għajnuna mill-Istat

(106)

Fid-dawl ta' dan, il-Kummissjoni tqis li l-Miżuri 1 u 5 ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat, filwaqt li l-Miżuri 2, 3, 4 u 6 jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat.

(107)

B'hekk, l-għajnuna mill-Istat fil-forma tal-Miżura 2 tammonta għal EUR 30 000 000, mogħtija fit-22 ta' Diċembru 2008. L-għajnuna mill-Istat fil-forma tal-Miżura 3 tammonta għal EUR 44 999 999,40, iżda d-dati tal-għotjiet jeħtieġu li jkunu ċċarati mill-awtoritajiet Griegi. L-għajnuna mill-Istat fil-forma tal-Miżura 4 tammonta għal EUR 10 820 824,95, mogħtija fl-10 ta' Mejju 2010 u l-għajnuna mill-Istat totali fil-forma tal-Miżura 6 tammonta għal EUR 50 000 000 (li tirriżulta minn EUR 30 000 000 + EUR 30 000 000) mogħtija fit-30 ta' Diċembru 2011.

4.3.   Għajnuna illegali

(108)

Il-Miżuri 2, 3, 4 u 6 jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat u ġew mogħtija bi ksur tan-notifika u tal-obbligi standstill stabbiliti fl-Artikolu 108(3) tat-Trattat. B'hekk, dawn il-miżuri jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat illegali.

4.4.   Kumpatibbiltà tal-għajnuna

(109)

Safejn ċerti miżuri jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat, il-kompatibbiltà tagħhom għandha tiġi vvalutata fid-dawl tal-eċċezzjonijiet stipulati fil-paragrafi 2 u 3 ta' dak l-Artikolu.

(110)

Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, huwa kompitu tal-Istat Membru li jinvoka raġunijiet possibbli ta' kompatibbiltà u li juri li l-kundizzjonijiet għal tali kompatibbiltà jintlaħqu. (27)

4.4.1.   Kompatibbiltà tal-miżuri 2, 4 u 6

(111)

Għall-Miżuri 2 u 4 l-awtoritajiet Griegi ma invokaw l-ebda raġuni possibbli ta' kompatibbiltà, għaliex huma argumentaw li l-miżuri ma kinux jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat.

(112)

Minħabba li l-miżuri jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, dawn għandhom jiġu vvalutati fir-rigward tal-kompatibbiltà tagħhom skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat u b'mod partikolari skont il-Linji Gwida ta' Salvataġġ u Ristrutturar, peress li Larco kienet ditta f'diffikultà tal-anqas mill-2008. Skont il-punt 20 tal-Linji Gwida ta' Salvataġġ u Ristrutturar, “ditta f'diffikultà ma tistax titqies bħala strument xieraq biex jiġu promossi għanijiet oħra ta' politika pubblika sakemm tkun assigurata l-vijabilità tagħha. Konsegwentement, il-Kummissjoni tqis li l-għajnuna lil ditti f'diffikultà tista' tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' attivitajiet ekonomiċi mingħajr ma taffettwa ħażin il-kummerċ f'livell kuntrarju għall-interess tal-Komunità biss jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dawn il-Linji Gwida jkunu ssodisfati.”

(113)

Madankollu, il-kundizzjonijiet rilevanti tal-Linji Gwida ta' Salvataġġ u Ristrutturar (it-taqsima 3.1.) mhumiex ssodisfati f'dan il-każ. Il-garanziji ma kinux mitmuma wara sitt xhur u l-awtoritajiet Griegi ma nnotifikawx pjan ta' ristrutturar li jirrestawra l-vijabbiltà tal-kumpanija, filwaqt li ma kienx hemm miżuri ta' kumpens implimentati sabiex jittaffew id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni. Fl-aħħar nett, ma hemm l-ebda evidenza li l-għajnuna kienet limitata għall-minimu meħtieġ, l-aktar permezz ta' kontribuzzjoni proprja sinifikanti tal-benefiċjarju tal-għajnuna. L-awtoritajiet ma pprovdewx pjan ta' likwidazzjoni.

(114)

Fir-rigward tal-Miżura 6, l-awtoritajiet Griegi argumentaw li kienet kompatibbli mal-Qafas Temporanju u l-iskema ta' garanzija temporanja u f'kull każ li hija kkwalifikat bħala għajnuna ta' salvataġġ.

(115)

Il-Kummissjoni ma taqbilx mal-argumenti tal-awtoritajiet Griegi. Hija tqis li l-kundizzjonijiet tal-Qafas Temporanju u l-iskema ta' garanzija temporanja ma ġewx issodisfati, peress li Larco kienet ditta f'diffikultà. L-ammont totali taż-żewġ garanziji qabżu il-kont tal-pagi annwali tal-Larco, il-garanzija qabżet 90 % tas-self u 1 % p.a. ma setax jitqies bħala primjum tas-suq, li jirrifletti r-riskju ta' inadempjenza għall-ammont garantit.

(116)

Fir-rigward tal-argument li l-miżura kienet tammonta għal għajnuna ta' salvataġġ, għalkemm il-Kummissjoni kellha diskussjonijiet mal-awtoritajiet Griegi dwar Larco mill-2011, l-awtoritajiet qatt ma semmew li l-garanziji tal-2011 għandhom jitqiesu bħala għajnuna ta' salvataġġ u qatt ma pprovdew l-ebda notifika għal dan il-fatt. Fil-fatt, fit-tweġiba tagħhom tas-16 ta' Marzu 2012 għall-kwestjonarju, l-awtoritajiet Griegi espliċitament iddikjaraw li l-kumpanija ma kinitx ibbenefikat minn għajnuna ta' salvataġġ u/jew ristrutturar għal dawn l-aħħar 10 snin.

(117)

Il-kundizzjonijiet rilevanti tal-Linji Gwida ta' Salvataġġ u Ristrutturar mhumiex issodisfati f'dan il-każ lanqas. Il-garanziji tal-2011 ma ġewx itterminati wara sitt xhur u l-awtoritajiet Griegi ma nnotifikawx pjan ta' ristrutturar jew pjan ta' likwidazzjoni. Il-pjan tan-negozju li jiġġustifika l-bżonn ta' EUR 30 miljun għall-investimenti ma jistax jifforma l-bażi ta' pjan ta' ristrutturar kompatibbli għall-finijiet tal-Linji Gwida ta' Salvataġġ u Ristrutturar. Dan huwa għaliex dak il-pjan ma kellux l-għan li jirkupra l-vijabbiltà tal-kumpanija, u kien hemm l-ebda miżura kompensatorja prevista jew implimentata sabiex jittaffew id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni. Fl-aħħar nett, ma kien hemm l-ebda evidenza li l-għajnuna kienet limitata għall-minimu meħtieġ, l-aktar permezz ta' kontribuzzjoni proprja sinifikanti tal-benefiċjarju tal-għajnuna. L-awtoritajiet ma pprovdewx pjan ta' likwidazzjoni lanqas.

(118)

Il-Kummissjoni ma identifikat l-ebda raġuni oħra possibbli għall-kompatibbiltà tal-Miżuri 2, 4 u 6.

(119)

Fid-dawl ta' dan, il-Kummissjoni tqis li l-Miżuri 2, 4 u 6 huma inkompatibbli mas-suq intern.

4.4.2.   Kompatibbiltà tal-miżura 3

(120)

L-awtoritajiet Griegi ma identifikaw l-ebda raġuni possibbli għall-kompatibbiltà tal-Miżura 3, għaliex huma argumentaw li l-miżura ma kinitx tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat.

(121)

Minħabba li l-miżura tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, din għandha tiġi vvalutata fir-rigward tal-kompatibilità tagħha skont il-Linji Gwida ta' Salvataġġ u Ristrutturar, għar-raġunijiet stabbiliti fil-premessa 112 ta' hawn fuq. Madankollu, il-kundizzjonijiet rilevanti tal-Linji Gwida ta' Salvataġġ u Ristrutturar mhumiex issodisfati f'dan il-każ lanqas. L-awtoritajiet Griegi ma nnotifikawx pjan ta' ristrutturar li jirkupra l-vijabbiltà tal-kumpanija, u ma kienx hemm miżuri ta' kumpens implimentati sabiex jittaffew id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni. Fl-aħħar nett, ma hemm l-ebda evidenza li l-għajnuna kienet limitata għall-minimu meħtieġ, l-aktar permezz ta' kontribuzzjoni proprja sinifikanti tal-benefiċjarju tal-għajnuna.

(122)

Il-Kummissjoni ma identifikat l-ebda raġuni oħra possibbli għall-kompatibbiltà ta' din il-miżura.

(123)

F'dan l-isfond, il-Kummissjoni tqis li l-Miżura 3 hi inkompatibbli mas-suq intern.

4.5.   Irkupru

(124)

Skont it-Trattat u l-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti, il-Kummissjoni hija kompetenti biex tiddeċiedi li l-Istat Membru kkonċernat irid jabolixxi jew jibdel l-għajnuna meta tkun sabet li din tkun inkompatibbli mas-suq intern. (28) Il-Qorti sostniet ukoll b'mod konsistenti li l-obbligu fuq Stat Membru li jannulla għajnuna meqjusa mill-Kummissjoni bħala inkompatibbli mas-suq intern huwa mfassal biex jistabbilixxi mill-ġdid is-sitwazzjoni kif kienet qabel. (29) F'dan il-kuntest, il-Qorti ddeċidiet li dan l-objettiv jintlaħaq meta r-riċevitur ikun ħallas lura l-ammonti mogħtija bħala għajnuna illegali, b'hekk jitlef il-vantaġġ li jkun ibbenefika minnu minflok il-kompetituri tiegħu fis-suq, u tkun ġiet irkuprata s-sitwazzjoni ta' qabel il-ħlas tal-għajnuna. (30)

(125)

F'konformità mal-ġurisprudenza, l-Artikolu 14(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 (31) stabbilixxa li “fejn jittieħdu deċiżjonijiet negattivi f'każijiet ta' għajnuna llegali, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jirkupra l-għajnuna mill-benefiċjarju […]”.

(126)

B'hekk, minħabba li l-miżuri in kwistjoni ma kinux innotifikati lill-Kummissjoni, bi ksur tal-Artikolu 108 tat-Trattat u huma, għalhekk, meqjusa bħala għajnuna illegali u inkompatibbli, iridu jiġu rkuprati sabiex tiġi stabbilita mill-ġdid is-sitwazzjoni li kienet teżisti fis-suq qabel ma ngħataw. L-irkupru għandu għalhekk ikopri ż-żmien minn meta seħħ il-vantaġġ għall-benefiċjarju, jiġifieri meta l-għajnuna tpoġġiet għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju, sal-irkupru effettiv tagħha u s-somom li għandhom jiġu rkuprati għandu jkollhom imgħax sal-irkupru effettiv.

5.   KONKLUŻJONI

(127)

Il-Miżuri 1 u 5 ma jikkostitwixxux għajnuna skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat.

(128)

Il-Greċja implimentat illegalment il-Miżuri 2, 3, 4 u 6 bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat.

(129)

B'mod partikolari, il-Miżuri 2, 4 u 6 (il-garanziji tal-Istat tal-2008, l-2010 u l-2011)) favur Larco kienu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat u kienu inkompatibbli mas-suq intern, għax il-kundizzjonijiet rilevanti tal-Linji Gwida ta' Salvataġġ u Ristrutturar ma ntlaħqux u ma ġew identifikati l-ebda raġunijiet oħra ta' kompatibilità.

(130)

Il-Miżura 3 (il-parteċipazzjoni tal-Istat fiż-żieda tal-kapital tal-2009 ta' Larco) ukoll kienet tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat u ma kinitx kompatibbli mat-Trattat, minħabba li l-kundizzjonijiet rilevanti tal-Linji Gwida ta' Salvataġġ u Ristrutturar ma ntlaħqux u l-ebda bażi ta' kompatibbiltà oħra ma ġiet identifikata.

(131)

Il-Kummissjoni tinnota li l-Greċja qablet li din id-deċiżjoni preżenti tiġi adottata fil-lingwa Ingliża.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

In-nuqqas ta' ġbir tad-dejn lill-Ministeru tal-Finanzi u l-ittri ta' garanzija minflok ħlas bil-quddiem ta' taxxa addizzjonali fl-2010, li l-Greċja implimentat għal Larco, ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat.

Artikolu 2

L-għajnuna mill-Istat li tammonta għal EUR 135 820 824,35 fil-forma ta' garanziji mill-Istat lil Larco General Mining & Metallurgical Company S.A. fl-2008, l-2010 u l-2011 u l-parteċipazzjoni tal-Istat għaż-żieda fil-kapital tal-kumpanija fl-2009, mogħtija llegalment mill-Greċja bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, hija inkompatibbli mas-suq intern.

Artikolu 3

1.   Il-Greċja tiġbor lura l-għajnuna inkompatibbli msemmija fl-Artikolu 2 mingħand il-benefiċjarju.

2.   L-ammonti li għandhom jiġu rkuprati għandhom iġibu imgħax mid-data li fiha tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarji sakemm ikunu ġew fil-fatt irkuprati.

3.   L-imgħax jiġi kkalkulat fuq bażi komposta skont il-Kapitolu V tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 (32), kif immodifikat.

4.   Fir-rigward tal-miżura 3, il-Greċja tipprovdi d-data(i) eżatta(i) meta pprovdiet il-kontribuzzjoni tagħha għaż-żieda fil-kapital azzjonarju tal-2009.

5.   Il-Greċja tikkanċella l-pagamenti kollha pendenti tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 2 b'effett mid-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

1.   L-irkupru tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 2 għandu jkun immedjat u effettiv.

2.   Il-Greċja tiżgura li din id-Deċiżjoni tiġi implimentata fi żmien erba' xhur mid-data tan-notifika ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 5

1.   Fi żmien xahrejn mid-data tan-notifika ta' din id-Deċiżjoni, il-Greċja tipprovdi l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-ammont totali (prinċipal u imgħaxijiet ta' rkupru) li għandu jiġi rkuprat mingħand il-benefiċjarju;

(b)

deskrizzjoni fid-dettall tal-miżuri li diġà ttieħdu u dawk ippjanati biex ikun hemm konformità ma' din id-Deċiżjoni;

(c)

id-dokumenti li juru li l-benefiċjarju jkun ġie ordnat li jirritorna l-għajnuna.

2.   Il-Greċja żżomm lill-Kummisjoni infurmata bil-progress tal-miżuri nazzjonali li ttieħdu biex jimplimentaw din id-Deċiżjoni sakemm l-irkupru tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 2 ikun ikkompletat. Hija tissottometti minnufih, fuq sempliċi talba tal-Kummissjoni, l-informazzjoni dwar il-miżuri li diġà ttieħdu u dawk ippjanati biex tinkiseb konformità ma' din id-Deċiżjoni. Hija tipprovdi wkoll informazzjoni dettaljata dwar l-ammonti ta' għajnuna u l-imgħax ta' rkupru diġà rkuprati mingħand il-benefiċjarju.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ellenika.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Marzu 2014.

Għall-Kummissjoni

Joaquín ALMUNIA

Viċi President


(1)  ĠU C 136, 15.5.2013, p. 27

(2)  Ara t-Tieni Programm ta' Aġġustament Ekonomiku għall-GreċjaL-ewwel Rieżami Diċembru 2012, http://ec.europa.eu/economy_finance/publications/occasional_paper/2012/pdf/ocp123_en.pdf.

(3)  Il-Fond għall-Iżvilupp tal-Assi tar-Repubblika Ellenika (HRADF) huwa entità S.A. stabbilita fl-1 ta' Lulju 2011 sabiex jamministra l-proċess ta' privatizzazzjoni.

(4)  Ara n-nota f'qiegħ il-paġna 1.

(5)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 dwar it-tifsira ta' intrapriżi mikro, żgħar u medji (ĠU L 124 20.5.2003 p. 36).

(6)  Fl-2004 kien EUR 10,3 miljun u ilu jiżdied b'mod kostanti, filwaqt li laħaq EUR 13,5 miljun fl-2011.

(7)  PPC: EUR 39 miljun fl-2004, żero fl-2011; Larco l-Antika: EUR 48,3 miljun fl-2007, EUR 43,8 miljun fl-2011.

(8)  Nota 24: Parteċipazzjoni f'kumpaniji relatati

(9)  L-awtoritajiet Griegi ċċaraw sussegwentement li l-miżura inkwistjoni tikkonċerna taxxa addizzjonali, iktar milli multa fiskali. Għalhekk, il-Miżura 5 hija mifhuma li tirreferi għal taxxa addizzjonali u mhux għal multa fiskali, kif imsemmi b'mod żbaljat fid-deċiżjoni tas-6 ta' Marzu 2013.

(10)  Il-liġi tal-Kodiċi tat-Tassazzjoni tad-Dħul Griega 2238/1994 (Gazzetta Uffiċjali FEK A/151/16.09.94), l-Artikolu 74(9).

(11)  Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni — Il-linji gwida Komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta' kumpaniji f'diffikultà (ĠU C 244, 1.10.2004, p. 2).

(12)  L-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għal Għajnuna mill-Istat fil-forma ta' garanziji (ĠU C 155 20.6.2008, p. 10).

(13)  Skont Larco l-Antika, dan jirrappreżenta l-imgħax dovut għall-prinċipju rikonoxxut mill-ftehim tal-1998.

(14)  L-Artikoli 200-205 tal-Kodiċi tal-Proċeduri Amministrattivi.

(15)  Qafas Temporanju għal miżuri ta' għajnuna mill-Istat biex isostnu l-appoġġ għall-finanzjament fil-kriżi finanzjarja u ekonomika attwali (ĠU C 83, 7.4.2009, p. 1).

(16)  N 308/09, adottata fit-30 ta' Ġunju 2009.

(*)  Dejta ppreżentata minn HRADF.

(17)  Kawżi Konġunti T-102/07 Freistaat Sachsen vs Il-Kummissjoni u T-120/07 MB Immobilien u MB Systemvs il-Kummissjoni, [2010] il-Ġabra II-585, paragrafu 106.

(18)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Kawża C 38/07 Arbel Fauvet Rail (ĠU L 238, 5.9.2008, p. 27), id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Kawża C 27/10 United Textiles (ĠU L 279, 12.10.2012, p. 30).

(19)  Skont l-Artikolu 47 tal-Liġi Griega Nru 2190/1920, fejn l-ekwità proprja ta' kumpanija tinżel taħt 50 % tal-kapital azzjonarju tagħha, l-azzjonisti tal-kumpanija jridu jiddeċiedu, (fi żmien sitt xhur minn tmiem is-sena fiskali rilevanti) jekk jistralċawx il-kumpanija jew jieħdu miżuri oħrajn.

(20)  Ara, pereż., il-Kawża C-305/89, l-Italja vs il-Kummissjoni (“Alfa Romeo”) [1991] il-Ġabra I-1603, il-paragrafi 18 u 19; Il-Kawża T-16/96 Cityflyer Express vs il-Kummissjoni [1998] il-Ġabra II-757, il-paragrafu 51; Il-Kawżi Konġunti T-129/95, T-2/96 u T-97/96, Neue Maxhütte Stahlwerke u Lech-Stahlwerke vs il-Kummissjoni [1999] il-Ġabra II-17, il-paragrafu 104; Il-Kawżi Konġunti T-268/08 u T-281/08 Land Burgenland u l-Awstrija vs il-Kummissjoni [2012] il-Ġabra II-0000, il-paragrafu 48.

(21)  Il-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika Ellenika, FEK A-107 — 06.07.1994.

(22)  Sorsi: Sors: British Geological Survey, European Mineral Statistics 2006-2010, http://www.bgs.ac.uk/; kif ukoll in-Nickel Institute, http://www.nickelinstitute.org

(23)  Sors: British Geological Survey, European Mineral Statistics 2006-2010, http://www.bgs.ac.uk/.

(24)  Il-kawża T-565/08 Corsica Ferries vs il-Kummissjoni, sentenza tal-11 ta' Settembru 2012, paragrafu 122.

(25)  Il-Kawżi Konġunti C-399 10 P u C-401 10 P Bouygues SA, Bouygues Télécom SA vs il-Kummissjoni, u l-Kawża T-11/95 BP Chemicals vs il-Kummissjoni [1998], il-paragrafu 171.

(26)  Permezz tad-dokument Οικ2/27694/0025 tal-Ministeru tal-Finanzi.

(27)  Il-Kawża C-364/90, l-Italja vs il-Kummissjoni, [1993] il-Ġabra I-2097, il-paragrafu 20.

(28)  Ara l-Kawża C-70/72 Il-Kummissjoni vs il-Ġermanja [1973] il-Ġabra 813, il-paragrafu 13.

(29)  Ara l-Kawżi Konġunti C-278/92, C-279/92 u C-280/92 Spanja vs il-Kummissjoni [1994] il-Ġabra I-4103, il-paragrafu 75.

(30)  Ara l-Kawża C-75/97 Il-Belġju vs il-Kummissjoni [1999] il-Ġabra I-3671 il-paragrafi 64 u 65.

(31)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1).

(32)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta' April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 93 tat-Trattat KE (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1)


ANNESS

INFORMAZZJONI DWAR L-AMMONTI TA' GĦAJNUNA RIĊEVUTI, LI GĦANDHOM JIĠU RKUPRATI U LI DIĠÀ ĠEW IRKUPRATI

Identità tal-benefiċjarju — miżura

Ammont totali tal-għajnuna riċevuta

Ammont totali tal-għajnuna li għandha tiġi rkuprata

(Kapital)

Ammont totali diġà rimborżat

Kapital

Imgħax tal-irkupru

Larco — miżura 2

30 000 000

30 000 000

0

0

Larco — miżura 3

44 999 999,40

44 999 999,40

0

0

Larco — miżura 4

10 820 824,95

10 820 824,95

0

0

Larco — miżura 6

50 000 000

50 000 000

0

0


Rettifika

28.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 254/39


Rettifika tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 866/2014 tat-8 ta' Awwissu 2014 li jemenda l-Annessi III, V u VI tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kosmetiċi

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 238 tad-9 ta' Awwissu 2014 )

F'paġna 5, l-Anness tar-Regolament jinbidel b'dan li ġej:

“ANNESS

L-Annessi III, V u VI tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 huma emendati kif ġej:

(1)

Fl-Anness III, jiżdiedu l-annotazzjonijiet 286 u 287 li ġejjin:

 

Identifikazzjoni tas-Sustanza

Kundizzjonjiet

 

Numru ta' referenza

Isem kimiku/INN

Isem tal-Glossarju ta' Ingredjenti Komuni

Numru CAS

Numru EC

Tip ta' prodott, Partijiet tal-ġisem

Konċentrazzjoni massima fi preparazzjoni lesta għall-użu

Oħrajn

Liema kliem għandu jintuża fil-kundizzjonijiet tal-użu u t-twissijiet

a

b

c

d

e

f

g

h

i

‘286

klorur tal-alkil C16 trimetilammonju

Cetrimonium chloride (1)

112-02-7

203-928-6

(a)

Prodotti tax-xagħar li jitlaħalħu

(a)

2,5 % għall-konċentrazzjonijiet individwali jew is-somma tal-konċentrazzjonijiet individwali ta' cetrimonium chloride u steartrimonium chloride

Għal finijiet għajr dawk li jfixklu l-iżvilupp tal-mikroorganiżmi fil-prodott. Il-fini jrid ikun ovvju mill-preżentazzjoni tal-prodott.

 

C18-alkitrimetilammonju tal-klorur

Steartrimonium chloride (1)

112-03-8

203-929-1

(b)

Prodotti tax-xagħar li ma jitlaħalħux

(b)

1,0 % għall-konċentrazzjonijiet individwali jew is-somma tal-konċentrazzjonijiet individwali ta' cetrimonium chloride u steartrimonium chloride

(c)

Prodotti tal-wiċċ li ma jitlaħalħux

(c)

0,5 % għall-konċentrazzjonijiet individwali jew is-somma tal-konċentrazzjonijeit individwali ta' cetrimonium chloride u steartrimonium chloride

287

C22-alkitrimetilammonju tal-klorur

Behentrimonium chloride (1)

17301-53-0

241-327-0

(a)

Prodotti tax-xagħar li jitlaħalħu

(a)

5,0 % għall-konċentrazzjoni individwali ta' behentrimonium chloride jew is-somma tal-konċentrazzjonijiet individwali ta' cetrimonium chloride, steartrimonium chloride u behentrimonium chloride, filwaqt li fl-istess ħin tiġi rrispettata l-konċentrazzjoni massima rilevanti għas-somma ta' cetrimonium chloride u steartrimonium chloride stabbilita fl-annotazzjoni 286.

Għal finijiet għajr dawk li jfixklu l-iżvilupp tal-mikroorganiżmi fil-prodott. Il-fini jrid ikun ovvju mill-preżentazzjoni tal-prodott.

 

(b)

Prodotti tax-xagħar li ma jitlaħalħux

(b)

3,0 % għall-konċentrazzjoni individwali ta' behentrimonium chloride jew is-somma tal-konċentrazzjonijiet individwali ta' cetrimonium chloride, steartrimonium chloride u behentrimonium chloride, filwaqt li fl-istess ħin tiġi rrispettata l-konċentrazzjoni massima rilevanti għas-somma ta' cetrimonium chloride u steartrimonium chloride stabbilita fl-annotazzjoni 286.

(c)

Prodotti tal-wiċċ li ma jitlaħalħux

(c)

3,0 % għall-konċentrazzjoni individwali ta' behentrimonium chloride jew is-somma tal-konċentrazzjonijiet individwali ta' cetrimonium chloride, steartrimonium chloride u behentrimonium chloride, filwaqt li fl-istess ħin tiġi rrispettata l-konċentrazzjoni massima rilevanti għas-somma ta' cetrimonium chloride u steartrimonium chloride stabbilita fl-annotazzjoni 286.

(2)

L-Anness V huwa emendat kif ġej:

(a)

l-annotazzjoni 44 tinbidel b'dan li ġej:

 

Identifikazzjoni tas-Sustanza

Kundizzjonjiet

 

Numru ta' referenza

Isem kimiku/INN

Isem tal-Glossarju ta' Ingredjenti Komuni

Numru CAS

Numru EC

Tip ta' prodott, Partijiet tal-ġisem

Konċentrazzjoni massima fi preparazzjoni lesta għall-użu

Oħrajn

Liema kliem għandu jintuża fil-kundizzjonijiet tal-użu u t-twissijiet

a

b

c

d

e

f

g

h

i

‘44

Bromur u klorur tal-alkil (C 12-22) trimetilammonju

Behentrimonium chloride (2),

17301-53-0,

241-327-0,

 

0,1 %

 

 

cetrimonium bromide,

57-09-0,

200-311-3,

cetrimonium chloride (3),

112-02-7,

203-928-6,

laurtrimonium bromide,

1119-94-4,

214-290-3,

laurtrimonium chloride,

112-00-5,

203-927-0,

steartrimonium bromide,

1120-02-1,

214-294-5,

steartrimonium chloride (3)

112-03-8

203-929-1

.

(b)

tiżdied l-annotazzjoni 59:

 

Identifikazzjoni tas-Sustanza

Kundizzjonjiet

 

Numru ta' referenza

Isem kimiku/INN

Isem tal-Glossarju ta' Ingredjenti Komuni

Numru CAS

Numru EC

Tip ta' prodott, Partijiet tal-ġisem

Konċentrazzjoni massima fi preparazzjoni lesta għall-użu

Oħrajn

Liema kliem għandu jintuża fil-kundizzjonijiet tal-użu u t-twissijiet

a

b

c

d

e

f

g

h

i

‘59

Aċidu 1,2,3-propantrikarbossiliku, 2-idrossi-, monoidrat u 1,2,3-Aċidu propanetrikarbossiliku, 2-idrossi-, fidda(1+) melħ, monoidrat

Citric acid (u) Silver citrate

460-890-5

 

0,2 % li jikkorrispondi għal 0,0024 % ta' silver

Ma għandux jintuża fi prodotti orali u tal-għajnejn’

 

(3)

Fl-Anness VI tiżdied l-annotazzjoni 29:

 

Identifikazzjoni tas-Sustanza

Kundizzjonjiet

 

Numru ta' referenza

Isem kimiku/INN

Isem tal-Glossarju ta' Ingredjenti Komuni

Numru CAS

Numru EC

Tip ta' prodott, Partijiet tal-ġisem

Konċentrazzjoni massima fi preparazzjoni lesta għall-użu

Oħrajn

Liema kliem għandu jintuża fil-kundizzjonijiet tal-użu u t-twissijiet

a

b

c

d

e

f

g

h

i

‘29

1,3,5-Triażina, 2,4,6-tris[1,1′-bifenil]-4-il-, inkluża bħala nanomaterjal

Tris-biphenyl triazine

Tris-biphenyl triazine (nano)

31274-51-8

 

10 %

Ma għandux jintuża fl-isprejs.

Huma permessi biss in-nanomaterjali li għandhom il-karatteristiċi li ġejjin:

daqs medju tal-partiċella primarja > 80 nm;

Purità ≥ 98 %;

Mhux miksija’”

 


(1)  Sabiex jintuża bħala preservattiv, ara l-Anness V, l-annotazzjoni Nru 44.’

(2)  Għal użu ieħor għajr bħala preservattiv, ara l-Anness III, Nru 287.

(3)  Għal użu ieħor għajr bħala preservattiv, ara l-Anness III, Nru 286’