ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 252

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 57
26 ta' Awwissu 2014


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 920/2014 tal-21 ta’ Awwissu 2014 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 921/2014 tal-25 ta' Awwissu 2014 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva tebukonażol ( 1 )

3

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 922/2014 tal-25 ta' Awwissu 2014 li japprova s-sustanza attiva metaflumiżon, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 ( 1 )

6

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2014 tal-25 ta' Awwissu 2014 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-użu ta' koloranti tal-aluminju ta' riboflavini (E 101) u koċineal, aċidu karminiku, karminji (E 120) f'ċerti kategoriji tal-ikel u l-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012 fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet tar-riboflavini (E 101) ( 1 )

11

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 924/2014 tal-25 ta’ Awwissu 2014 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

18

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

26.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 920/2014

tal-21 ta’ Awwissu 2014

li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa nomenklatura tal-oġġetti (minn hawn 'il quddiem imsejħa bħala n-“Nomenklatura Magħquda”), li hija stabbilita fl-Anness I għal dak ir-Regolament.

(2)

Il-klassifikazzjoni ta' biċċiet ta' laħam tal-ħut bħala fletti jew laħam ieħor tal-ħut fl-intestatura 0304 tan-Nomenklatura Magħquda tiddependi fuq jekk biċċiet bħal dawn jistgħux jiġu identifikati bħala li nkisbu minn fletti tal-ħut.

(3)

It-terminu “ġnub” (loins) jintuża bħala sinonimu għal fletti ta' ħut kbir fin-Nomenklatura Magħquda. Peress li l-intestatura 1604 tan-Nomenklatura Magħquda, li tkopri l-ħut ippreparat jew ippreservat, diġà tagħmel referenza għal “fletti magħrufa bħala ġnub” din ir-referenza għandha tiġi introdotta wkoll fil-Kapitolu 3 tan-Nomenklatura Magħquda, li jkopri l-ħut.

(4)

B'kont meħud tal-anatomija tal-ħut kbir bħat-tonn (tal-ġeneru Thunnus), il-pixxispad (Xiphias gladius), marlin, sailfish, spearfish (tal-familja Istiophoridae), kif ukoll klieb il-baħar tal-oċean (Hexanchus griseus; Cetorhinus maximus; il-familja Alopiidae; Rhincodon typus; il-familja Carcharhinidae; il-familja Sphyrnidae; il-familja Isuridae), jistgħu jinkisbu massimu ta' erba' fletti tal-ħut relattivament kbar għal kull ħuta (min-naħa tal-lemin u tax-xellug kif ukoll min-naħa ta' fuq u t'isfel).

(5)

Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni konsistenti tan-Nomenkaltura Magħquda, il-klassifikazzjoni tal-fletti tal-ħut imsemmija bħala “ġnub” (kemm jekk maqtugħin f'biċċiet u kemm jekk le) miksuba minn ħut kbir, taħt l-intestatura 0304, għandha tiġi ċċarata.

(6)

Nota Addizzjonali għandha għalhekk tiżdied fil-Kapitolu 3 tal-Parti Tnejn tan-Nomenklatura Magħquda biex tiġi żgurata l-interpretazzjoni uniformi tagħha madwar l-Unjoni.

(7)

L-Anness I għar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(8)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fil-Kapitolu 3 tal-Parti Tnejn tan-Nomenklatura Magħquda stipulata fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, tiddaħħal in-Nota addizzjonali 2 li ġejja:

“2.

Għall-iskopijiet tas-subintestaturi tan-NM msemmija fit-tielet subparagrafu, it-terminu ‘fletti’ jinkludi ‘ġnub’, jiġifieri l-istrixxi tal-laħam li jikkostitwixxu n-naħa ta' fuq jew ta' taħt, in-naħa tal-lemin jew tax-xellug tal-ħuta, sakemm ir-ras, l-imsaren, il-ġwienaħ (dorsali, anali, tad-denb, ventrali, pettorali) u l-għadam (il-kolonna vertebrali jew is-sinsla ewlenija, l-għadam ventrali jew kostali, l-għadam brankjali jew ‘stapes’, eċċ) ikunu tneħħew.

Il-klassifikazzjoni ta' dawn il-prodotti bħala fletti ma tkunx affettwata jekk dawn jinqatgħu f'biċċiet, sakemm dawn il-biċċiet jistgħu jiġu identifikati bħala li nkisbu minn fletti.

Id-dispożizzjonijiet tal-ewwel żewġ subparagrafi japplikaw għall-ħut li ġej:

(a)

tonn (tal-ġeneru Thunnus) li jaqa' taħt is-subintestaturi tan-NM 0304 49 90 u 0304 87 00,

(b)

pixxispad (Xiphias gladius) li jaqa' taħt is-subintestaturi tan-NM 0304 45 00 u 0304 84 00,

(c)

marlin, sailfish, spearfish (tal-familja Istiophoridae) li jaqgħu taħt is-subintestaturi tan-NM 0304 49 90 u 0304 89 90,

(d)

klieb il-baħar tal-oċean (Hexanchus griseus; Cetorhinus maximus; il-familja Alopiidae; Rhincodon typus; il-familja Carcharhinidae; il-familja Sphyrnidae; il-familja Isuridae li taqa' taħt is-subintestaturi tan-NM 0304 49 90 u 0304 89 59.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Awwissu 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Karel DE GUCHT

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.


26.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/3


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 921/2014

tal-25 ta' Awwissu 2014

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva tebukonażol

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(2)(c) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/125/KE (2) inkludiet it-tebukonażol bħala sustanza attiva f'Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (3), għall-użu bħala funguċida, bil-kundizzjoni li l-Istati Membri konċernati jiżguraw li n-notifikaturi, li fuq talba tagħhom it-tebukonażol ġie inkluż f'dak l-Anness, jipprovdu aktar informazzjoni ta' konferma fil-forma ta' studji dwar ir-riskju għall-għasafar u għall-mammiferi.

(2)

Is-sustanzi attivi li kienu inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE huma meqjusa bħala approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u huma elenkati fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (4).

(3)

Fit-8 ta' April 2010 wieħed min-notifikaturi li fuq talba tiegħu t-tebukonażol kien inkluż fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE ressaq applikazzjoni għal emenda fil-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva tebukonażol sabiex l-użi bħala regolatur tat-tkabbir tal-pjanti jiġu awtorizzati mingħajr restrizzjoni. Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata minn informazzjoni dwar l-użu addizzjonali bħala regolatur tat-tkabbir tal-pjanti, mitlub u appoġġat min-notifikatur, fil-lift. L-applikazzjoni ntbagħtet lid-Danimarka, li kienet inħatret mill-Kummissjoni bħala l-Istat Membru relatur permezz tar-Regolament (KE) Nru 1490/2002 (5).

(4)

Id-Danimarka vvalutat l-informazzjoni sottomessa min-notifikatur. Fit-23 ta' Lulju 2012, hi ressqet il-valutazzjoni tagħha, fil-format ta' addendum għall-abbozz tar-rapport ta' valutazzjoni, lill-Istati Membri l-oħra, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Awtorità”.

(5)

Il-Kummissjoni kkonsultat mal-Awtorità li ppreżentat l-opinjoni tagħha dwar il-valutazzjoni tar-riskju tat-tebukonażol fid-9 ta' Diċembru 2013 (6). Fil-11 ta' Lulju 2014, l-abbozz tar-rapport ta' valutazzjoni, l-addendum u l-opinjoni tal-Awtorità ġew analizzati mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u ġie iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf fil-format tar-rapport ta' analiżi tal-Kummissjoni għat-tebukonażol.

(6)

Il-Kummissjoni stiednet lin-notifikatur biex iressaq il-kummenti tiegħu dwar l-abbozz tar-rapport tal-analiżi għat-tebukonażol.

(7)

Il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni li l-awtorizzazzjoni tal-użi permessi bħala regolatur tat-tkabbir tal-pjanti mingħajr restrizzjoni ma jikkawża ebda riskji barra dawk li huma diġà meqjusa fl-approvazzjoni tat-tebukonażol u fir-rapport ta' analiżi tal-Kummissjoni għal dik is-sustanza.

(8)

Huwa xieraq li l-approvazzjoni tat-tebukonażol biex tkopri l-użi bħala regolatur tat-tkabbir tal-pjanti tiġi estiża mingħajr restrizzjoni. Madankollu, sabiex tiġi kkunsidrata l-inċertezza li jibqa' dwar il-potenzjal għall-esponiment tal-ilma ta' taħt l-art tal-metabolit 1,2,4-triażol għall-użi bl-isprej rappreżentattivi fuq iċ-ċereali, bħala trattament taż-żerriegħa tax-xgħir u fuq l-għeneb, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għall-potenzjal ta' kontaminazzjoni tal-ilma ta' taħt l-art, meta s-sustanza attiva tiġi applikata f'reġjuni b'kundizzjonijiet vulnerabbli ta' ħamrija jew ta' klima, b'mod partikolari fir-rigward tal-okkorrenza tal-metabolit 1,2,4-triażol fl-ilma ta' taħt l-art.

(9)

F'Jannar 2014, id-Danimarka ffinalizzat l-evalwazzjoni tal-informazzjoni ta' konferma fir-rigward tar-riskju għall-għasafar u għall-mammiferi. Il-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf jaqbel li, fuq il-bażi tal-konklużjonijiet attwali, ir-riskju għall-għasafar u għall-mammiferi huwa aċċettabbli. Għalhekk, il-konklużjonijiet tal-valutazzjoni tar-riskju oriġinali mhumiex affettwati b'mod sostanzjali mill-evalwazzjoni tad-dejta ta' konferma li ġiet sottomessa. L-Awtorità qieset li ma hemmx bżonn li jsiru analiżijiet ulterjuri.

(10)

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(11)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 540/2011

Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 hija emendata skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Awwissu 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/125/KE tad-19 ta' Diċembru 2008 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tinkludi aluminium phosphide, calcium phosphide, magnesium phosphide, cymoxanil, dodemorph, 2,5-dichlorobenzoic acid methylester, metamitron, sulcotrione, tebuconazole u triadimenol bħala sustanzi attivi (ĠU L 344, 20.12.2008, p. 78).

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1490/2002 tal-14 ta' Awwissu 2002 li jwaqqaf regoli oħra għall-implimentazzjoni tat-tielet stadju tal-programm ta' xogħol li jissemma fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 451/2000 (ĠU L 224, 21.8.2002, p. 23).

(6)  EFSA (L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel), 2013. Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance tebuconazole. EFSA Journal 2014;12(1):3485, 98 pp. doi:10.2903/j.efsa.2014.3485.


ANNESS

Il-kolonna “Dispożizzjonijiet speċifiċi” tar-ringiela 268, tebukonażol, tal-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 hija mibdula b'dan li ġej:

“PARTI A

L-użi bħala funguċida u regolatur għat-tkabbir tal-pjanti biss jistgħu jiġu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' analiżi dwar it-tebukonażol, u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif iffinalizzati fit-28 ta' Ottubru 2008 mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali. F'din il-valutazzjoni globali, l-Istati Membri jridu joqogħdu attenti b'mod partikolari:

għas-sikurezza tal-operaturi u tal-ħaddiema u għandhom jiżguraw li l-kundizzjonijiet tal-użu jippreskrivu l-applikazzjoni ta' tagħmir ta' protezzjoni personali adegwat;

għall-esponiment alimentari tal-konsumaturi għall-metaboliti tat-tebukonażol (triażol);

għall-possibilità ta' kontaminazzjoni tal-ilma ta' taħt l-art, meta s-sustanza attiva tiġi applikata f'reġjuni b'kundizzjonijiet vulnerabbli ta' ħamrija jew ta' klima, b'mod partikolari fir-rigward tal-okkorrenza tal-metabolit 1,2,4-triażol fl-ilma ta' taħt l-art;

għall-protezzjoni tal-għasafar u l-mammiferi granivori u tal-mammiferi erbivori u jridu jiżguraw li l-kundizzjonijiet ta' awtorizzazzjoni jinkludu, fejn xieraq, miżuri għall-mitigazzjoni tar-riskju;

għall-protezzjoni ta' organiżmi akkwatiċi, u jridu jiżguraw li l-kundizzjonijiet ta' awtorizzazzjoni jinkludu, fejn xieraq, miżuri għall-mitigazzjoni tar-riskju bħalma huma ż-żoni ta' protezzjoni.

L-Istati Membri konċernati għandhom jiżguraw li n-notifikatur jissottometti lill-Kummissjoni aktar informazzjoni li tindirizza l-proprjetajiet potenzjali ta' tħarbit endokrinali tat-tebukonażol fi żmien sentejn wara l-adozzjoni tal-linji gwida ta' ttestjar tal-OECD dwar it-tħarbit endokrinali jew, alternattivament, ta' linji gwida ta' ttestjar miftiehma mill-Komunità.”


26.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/6


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 922/2014

tal-25 ta' Awwissu 2014

li japprova s-sustanza attiva metaflumiżon, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(2) u l-Artikolu 78(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 80(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 (2), għandha tapplika d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward tal-proċedura u l-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanzi attivi li għalihom ġiet adottata deċiżjoni skont l-Artikolu 6(3) ta' dik id-Direttiva qabel l-14 ta' Ġunju 2011. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/517/KE (3) tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 80(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 għall-metaflumiżon.

(2)

Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, fid-29 ta' Marzu 2005, ir-Renju Unit irċieva applikazzjoni mingħand BASF SE għall-inklużjoni tas-sustanza attiva metaflumiżon fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Id-Deċiżjoni 2006/517/KE kkonfermat li d-dossier kien “komplut” fis-sens li seta' jitqies bħala wieħed li fil-prinċipju jissodisfa r-rekwiżiti tad-dejta u tal-informazzjoni tal-Annessi II u III tad-Direttiva 91/414/KEE.

(3)

Għal dik is-sustanza attiva, ġew ivvalutati l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u fuq l-ambjent, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(2) u (4) tad-Direttiva 91/414/KEE, għall-użi proposti mill-applikant. L-Istat Membru relatur maħtur ressaq abbozz tar-rapport ta' valutazzjoni fil-29 ta' Marzu 2005. Skont l-Artikolu 11(6) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 188/2011 (4) fil-5 ta' Lulju 2011 l-applikant talab informazzjoni addizzjonali. L-evalwazzjoni tad-dejta addizzjonali mir-Renju Unit ġiet ippreżentata fil-format ta' abbozz aġġornat tar-rapport ta' valutazzjoni fit-8 ta' Ġunju 2012.

(4)

L-abbozz tar-rapport ta' valutazzjoni ġie analizzat mill-Istati Membri u mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem “l-Awtorità”). L-Awtorità ppreżentat il-konklużjoni tagħha lill-Kummissjoni dwar il-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva metaflumiżon (5) fit-13 ta' Settembru 2013. L-abbozz tar-rapport ta' valutazzjoni u l-konklużjoni tal-Awtorità ġew analizzati mill-Istati Membri u l-Kummissjoni fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, u fil-11 ta' Lulju 2014 ġew iffinalizzati fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf fil-format ta' rapport ta' analiżi tal-Kummissjoni għall-metaflumiżon.

(5)

Minn bosta eżamijiet li saru deher li l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jinkludu l-metaflumiżon mistennija jissodisfaw, b'mod ġenerali, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) u fl-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 91/414/KEE, b'mod partikolari fir-rigward tal-użi li kienu eżaminati u ddettaljati fir-rapport ta' reviżjoni tal-Kummissjoni. Għalhekk huwa xieraq li l-metaflumiżon jiġi approvat.

(6)

Madankollu, skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu u fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, hemm bżonn li jiġu inklużi ċerti kundizzjonijiet u restrizzjonijiet. B'mod partikolari, jixraq li tintalab iktar informazzjoni ta' konferma.

(7)

Għandu jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli qabel l-approvazzjoni sabiex l-Istati Membri u l-partijiet interessati jkunu jistgħu jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-approvazzjoni.

(8)

Madankollu, bla preġudizzju għall-obbligi stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 bħala konsegwenza tal-approvazzjoni u meta titqies is-sitwazzjoni speċifika li nħolqot bit-tranżizzjoni mid-Direttiva 91/414/KEE għar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandu japplika dan li ġej. L-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu ta' sitt xhur wara l-approvazzjoni biex jirrevedu l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-metaflumiżon. L-Istati Membri għandhom, kif xieraq, ivarjaw, jissostitwixxu jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet. B'deroga minn dik l-iskadenza, għandu jingħata perjodu itwal għas-sottomissjoni u għall-valutazzjoni tad-dossier komplut tal-Anness III, kif stipulat fid-Direttiva 91/414/KEE, ta' kull prodott għall-protezzjoni tal-pjanti għal kull użu intenzjonat skont il-prinċipji uniformi.

(9)

L-esperjenza miksuba minn inklużjonijiet fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE ta' sustanzi attivi evalwati fil-qafas tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 (6) uriet li jistgħu jinqalgħu xi diffikultajiet fl-interpretazzjoni tad-dmirijiet tad-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet eżistenti dwar l-aċċess għad-dejta. Għalhekk, sabiex jiġu evitati aktar diffikultajiet, jidher li huwa meħtieġ li jiġu ċċarati l-obbligi tal-Istati Membri, speċjalment l-obbligu li jkun ivverifikat li d-detentur tal-awtorizzazzjoni juri li għandu aċċess għal dossier li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II ta' dik id-Direttiva. Madankollu, din il-kjarifika ma timponi l-ebda obbligu ġdid fuq l-Istati Membri jew id-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet, meta mqabbla mad-Direttivi li ġew adottati s'issa li jemendaw l-Anness I ta' dik id-Direttiva jew ir-Regolamenti li japprovaw is-sustanzi attivi.

(10)

Skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (7) għandu jiġi emendat skont dan.

(11)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Approvazzjoni ta' sustanza attiva

Is-sustanza attiva metaflumiżon, kif speċifikat fl-Anness I, hija approvata skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Valutazzjoni mill-ġdid tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti

1.   F'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, fejn ikun meħtieġ, l-Istati Membri għandhom jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet eżistenti għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-metaflumiżon bħala sustanza attiva sat-30 ta' Ġunju 2015.

Sa dik id-data dawn għandhom, b'mod partikolari, jivverifikaw li jkunu ġew issodisfatti l-kundizzjonijiet fl-Anness I ta' dan ir-Regolament, ħlief dawk identifikati fil-kolonna dwar dispożizzjonijiet speċifiċi ta' dak l-Anness, u jivverifikaw li d-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu dossier jew għandu aċċess għal dossier li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II tad-Direttiva 91/414/KEE skont il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 13(1) sa (4) ta' dik id-Direttiva u l-Artikolu 62 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

2.   B'deroga mill-paragrafu 1, għal kull prodott awtorizzat għall-protezzjoni tal-pjanti li fih il-metaflumiżon bħala l-unika sustanza attiva jew inkella bħala waħda minn bosta sustanzi attivi li lkoll huma elenkati fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2014, l-Istati Membri,, għandhom jerġgħu jevalwaw il-prodott skont il-prinċipji uniformi, kif huwa msemmi fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, abbażi ta' fajl li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness III tad-Direttiva 91/414/KEE u billi jqisu l-kolonna dwar id-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Anness I ta' dan ir-Regolament. Abbażi ta' dik l-evalwazzjoni, għandhom jistabbilixxu jekk il-prodott jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 29(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

Wara li dan jiġi stabbilit, l-Istati Membri għandhom:

(a)

fil-każ ta' prodott li jkun fih il-metaflumiżon bħala l-unika sustanza attiva, fejn ikun meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2016; jew

(b)

fil-każ ta' prodott li fih it-metaflumiżon bħala waħda minn bosta sustanzi attivi, fejn ikun meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sat-30 ta' Ġunju 2016 jew sad-data ffissata għal din l-emenda jew għal dan l-irtirar fl-att jew l-atti rispettivi li żiedu s-sustanza jew sustanzi rilevanti fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE jew li approvaw dik is-sustanza jew sustanzi, skont liema minnhom tkun l-iktar riċenti.

Artikolu 3

Emendi għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ u d-data tal-applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2015.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Awwissu 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/517/KE tad-19 ta' Lulju 2006 li tirrikonoxxi fil-prinċipju l-kompletezza tad-dossiers li tressqu għal eżami dettaljat bil-ħsieb tal-inklużjoni possibbli tal-metaflumiżon fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 201, 25.7.2006, p. 34).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 188/2011 tal-25 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward tal-proċedura għall-valutazzjoni ta' sustanzi attivi li ma kinux fis-suq sentejn wara d-data ta' notifika ta' dik id-Direttiva (ĠU L 53, 26.2.2011, p. 51).

(5)  EFSA Journal 2013;11(10):3373. Disponibbli onlajn fuq: www.efsa.europa.eu.

(6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 tal-11 ta' Diċembru 1992 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-ewwel stadju tal-programm tax-xogħol imsemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 366, 15.12.1992, p. 10).

(7)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).


ANNESS I

Isem Komuni, Numri ta' Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (1)

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

Metaflumiżon

Nru CAS 139968-49-3

Nru CIPAC 779

(EZ)-2′-[2-(4-ċjanofenil)-1-(α,α,α-triflworo-m-tolil)etilidene]-4-(triflworometossi)karbaniloidrażid

≥ 945 g/kg

(90-100 % E-iżomeru

(10-0 % Z-iżomeru)

Dawn l-impuritajiet rilevanti ma għandhomx jaqbżu ċertu limitu:

 

Idrażin ≤ 1 mg/kg

 

4-(triflworometossi)iżoċjanat tal-fenil ≤ 100 mg/kg

 

Toluwen: ≤ 2 g/kg

1 ta' Jannar 2015.

31 ta' Diċembru 2024.

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar l-metaflumiżon, u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif ġew iffinalizzati fil-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf fil-11 ta' April 2014.

F'din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lil:

(a)

ir-riskju għall-ħut u l-organiżmi li jgħixu fis-sediment;

(b)

ir-riskju għall-għasafar li jieklu l-bebbux u d-dud.

Fejn huwa xieraq, il-kundizzjonijiet għall-użu għandu jkun fihom miżuri li jtaffu r-riskju.

L-applikant għandu jressaq l-informazzjoni ta' konferma dwar:

(1)

l-ekwivalenza tal-materjal użat fl-istudji tossikologiċi u ekotossikoloġiċi bl-ispeċifikazzjoni teknika proposta;

(2)

informazzjoni li tindirizza l-potenzjal ta' metaflumizonegħall- bijoakkumulazzjoni f'organiżmi akkwatiċi u bijomanjifikazzjonifil-katini tal-ikel akwatiċi.

L-applikant għandu jissottometti lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità l-informazzjoni relevanti mitluba skont (1) sat-30 ta' Ġunju 2015 u skont (2) sal-31 ta' Diċembru 2016.


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta' analiżi.


ANNESS II

Fil-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011, qed tiżdied din l-annotazzjoni li ġejja:

Numru

Isem Komuni, Numri ta' Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (*)

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“78

Metaflumiżon

Nru CAS 139968-49-3

Nru CIPAC 779

(EZ)-2′-[2-(4-ċjanofenil)-1-(α,α,α-triflworo-m-tolil)etilidene]-4-(triflworometossi)karbaniloidrażid

≥ 945 g/kg

(90-100 % E-iżomeru

(10-0 % Z-iżomeru)

Dawn l-impuritajiet rilevanti ma għandhomx jaqbżu ċertu limitu:

 

Idrażin ≤ 1 mg/kg

 

4-(triflworometossi)iżoċjanat tal-fenil ≤ 100 mg/kg

 

Toluwen: ≤ 2 g/kg

1 ta' Jannar 2015.

31 ta' Diċembru 2024.

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar l-metaflumiżon, u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif ġew iffinalizzati fil-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf fil-11 ta' Lulju 2014.

F'din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lil:

(a)

ir-riskju lill-ħut u l-organiżmi li jgħixu fis-sediment;

(b)

ir-riskju għall-għasafar li jieklu l-bebbux u d-dud.

Fejn huwa xieraq, il-kundizzjonijiet għall-użu għandu jkun fihom miżuri li jtaffu r-riskju.

L-applikant għandu jressaq l-informazzjoni ta' konferma dwar:

(1)

l-ekwivalenza tal-materjal użat fl-istudji tossikoloġiċi u ekotossikoloġiċi bl-ispeċifikazzjoni teknika proposta;

(2)

informazzjoni li tindirizza l-potenzjal tal-metaflumizone għall-bijoakkumulazzjoni f'organiżmi akkwatiċi u bijomanjifikazzjoni fil-katini tal-ikel akwatiċi.

L-applikant għandu jissottometti lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità l-informazzjoni relevanti mitluba skont (1) sat-30 ta' Ġunju 2015 u skont (2) sal-31 ta' Diċembru 2016.”


(*)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta' analiżi.


26.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/11


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 923/2014

tal-25 ta' Awwissu 2014

li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-użu ta' koloranti tal-aluminju ta' riboflavini (E 101) u koċineal, aċidu karminiku, karminji (E 120) f'ċerti kategoriji tal-ikel u l-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012 fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet tar-riboflavini (E 101)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u partikolarment l-Artikolu 10(3) u l-Artikolu 14,

Billi:

(1)

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni tal-addittivi tal-ikel approvati għall-użu fl-ikel u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 (2) jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008.

(3)

Il-lista tal-Unjoni tal-addittivi tal-ikel tista' tiġi aġġornata skont il-proċedura komuni li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jew fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew wara li ssir applikazzjoni (3).

(4)

L-Awtorita Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem: “l-Awtorità”), fl-opinjoni tagħha tat-22 ta' Mejju 2008 (4) irrakkomandat it-tnaqqis tad-doża tollerabbli fil-ġimgħa (TWI) tal-aluminju għal 1 mg/kg ta' piż tal-ġisem/ġimgħa. Barra minn hekk, l-Awtorità tqis li f'parti sinifikanti tal-Unjoni, it-TWI rivedut ġeneralment jinqabeż fil-każ ta' dawk li jikkonsmaw ħafna, speċjalment it-tfal. Sabiex jiġi żgurat li t-TWI riveduta ma tinqabiżx, il-kundizzjonijiet tal-użu u l-livelli tal-użu għall-addittivi tal-ikel li fihom l-aluminju, inklużi l-koloranti tal-aluminju ġew emendati permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 380/2012 (5).

(5)

Ir-Regolament (UE) Nru 380/2012 jistipula li l-koloranti tal-aluminju ppreparati mill-kuluri kollha elenkati fit-Tabella 1 tal-Parti B tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huma awtorizzati sal-31 ta' Lulju 2014. Mill-1 ta' Awwissu 2014, il-koloranti tal-aluminju ppreparati mill-kuluri elenkati fit-Tabella 3 tal-Parti A tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huma awtorizzati u biss f'dawk il-kategoriji tal-ikel fejn id-dispożizzjonijiet dwar il-limiti massimi tal-aluminju li ġej mill-koloranti huma espliċitament iddikjarati fil-Parti E ta' dak l-Anness.

(6)

Matul l-2013, kienu sottomessi u saru disponibbli lill-Istati Membri skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-użu ta' koloranti tal-aluminju ta' riboflavini (E 101) u l-estensjoni tal-użu ta' koloranti tal-aluminju ta' koċineal, aċidu karminiku, karminji (E 120). Waqt il-konsidrazzjoni tal-applikazzjonijiet, ingħatat attenzjoni speċjali għall-possibilità ta' esponiment għall-aluminju, mingħajr ħsara għar-Regolament (UE) Nru 380/2012.

(7)

Fil-koloranti tal-aluminju tal-kuluri, iż-żebgħa ssir insolubbli u tiffunzjona b'mod differenti miż-żebgħa ekwivalenti tagħha (pereżempju titjib fl-istabilità meta tiġi esposta għad-dawl u s-sħana u fil-pH, ma tippermettix li l-kulur jiskula u tagħti sfumatura differenti lill-kuluri taż-żebgħa) għaldaqstant tagħmel lill-forma tal-kolorant adattata għal ċerti applikazzjonijiet tekniċi speċifiċi.

(8)

L-awtorizzazzjoni ta' koloranti tal-aluminju ta' riboflavini toffri alternattiva għall-koloranti tal-aluminju ta' kuluri sofor oħra fl-ikel li għalihom huwa awtorizzat l-użu ta' koloranti tal-aluminju. Il-livelli tal-użu mitluba għall-koloranti tal-aluminju ta' koċineal, aċidu karminiku, karminji huma baxxi u l-estensjoni tal-użu jew hija għal prodotti speċjalizzati jew għal prodotti li mhumiex ikkunsmati mit-tfal. Hemm il-ħtieġa għal livell ta' użu ogħla għall-bajd tal-ħut pastorizzat minħabba t-trattament bis-sħana li jiggarantixxi kulur stabbli matul il-perjodu ta' ħżin tal-prodott. Mhuwiex mistenni li l-awtorizzazzjoni ta' koloranti tal-aluminju ta' riboflavini u l-estensjoni tal-użu ta' koloranti tal-aluminju ta' koċineal, aċidu karminiku, karminji jkollhom impatt sinifikanti fuq l-esponiment totali għall-aluminju.

(9)

Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, il-Kummissjoni għandha titlob l-opinjoni tal-Awtorità sabiex taġġorna l-lista tal-Unjoni ta' addittivi tal-ikel stipulata fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, ħlief meta aġġornament bħal dan ma jkunx mistenni li jħalli effett fuq is-saħħa tal-bniedem. Billi l-awtorizzazzjoni ta' koloranti tal-aluminju ta' riboflavini u l-estensjonijiet tal-użu ta' koloranti tal-aluminju ta' koċineal, aċidu karminiku, karminji jikkostitwixxu aġġornament ta' dik il-lista li x'aktarx ma jħallux effett fuq is-saħħa tal-bniedem, mhux meħtieġ li tintalab l-opinjoni tal-Awtorità.

(10)

L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012 jistipula li kulur jista' jintuża fil-forma ta' koloranti tal-aluminju meta jissemma espliċitament biss. Għaldaqstant, l-awtorizzazzjoni ta' koloranti tal-aluminju ta' riboflavini (E 101) teħtieġ modifika tal-ispeċifikazzjonijiet għal dak l-addittiv tal-ikel pprovduta fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012 rigward l-użu ta' koloranti tal-aluminju tal-kuluri.

(11)

Għaldaqstant, l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 u l-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012 għandhom jiġu emendati skont dan.

(12)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012 huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Awwissu 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 tad-9 ta' Marzu 2012 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 83, 22.3.2012, p. 1)

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1).

(4)  Scientific Opinion of the Panel on Food Additives, Flavourings, Processing AIDS and Food Contact Materials (AFC) on Safety of aluminium from dietary intake, (The EFSA Journal (2008) 754, p. 1).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 380/2012 tat-3 ta' Mejju 2012 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet ta' użu u l-livelli ta' użu għall-addittivi tal-ikel li fihom l-aluminju (ĠU L 119, 4.5.2012, p. 14).


ANNESS I

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat kif ġej:

(1):

Fil-Parti A, fit-Tabella 3 l-entrata li ġejja tiddaħħal wara l-entrata għall-addittiv tal-ikel E 100:

“E 101

Riboflavini”

(2):

Il-Parti E hija emendata kif ġej:

(a)

fil-kategorija 01.7.2 Ġobon misjur:

(i)

l-entrata għall-addittiv tal-ikel E 120 tinbidel b'dan li ġej:

 

“E 120

Koċineal, Aċidu Karminiku, Karminji

125

(83)

ġobon aħmar imraħħam biss”

(ii)

tiżdied din in-nota f'qiegħ il-paġna:

 

 

“(83):

Limitu massimu tal-aluminju li ġej mill-koloranti tal-aluminju tal-E120 koċineal, aċidu karminiku, karminji 3,2 mg/kg. Ma jistgħux jintużaw koloranti tal-aluminju oħra. Għall-finijiet tal-Artikolu 22 (1) (g) tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 dak il-limitu għandu japplika mill-1 ta' Frar 2013.”

(b)

fil-kategorija 08.2 Preparazzjonijiet tal-laħam kif definit mir-Regolament (KE) Nru 853/2004

(i)

l-entrata għall-addittiv tal-ikel E 120 tinbidel b'dan li ġej:

 

“E 120

Koċineal, Aċidu Karminiku, Karminji

100

(66)

zalzett tal-kolazzjon b'kontenut minimu ta' ċereali ta' 6 %, laħam tal-burgers b'kontenut minimu ta' ħaxix u/jew ċereali ta' 4 % imħallat fil-laħam biss, (f'dawn il-prodotti, il-laħam huwa kkapuljat b'tali mod li tessuti tal-muskoli u x-xaħam jixxerdu kompletament, sabiex il-fibra titħallat max-xaħam, b'mod li tagħti l-apparenza tipika ta' dawn il-prodotti), prodotti tat-tip merguez, salsicha fresca, mici, butifarra fresca, longaniza fresca, chorizo fresco, cevapcici u pljeskavice”

(ii)

tiżdied din in-nota f'qiegħ il-paġna:

 

 

“(66):

Limitu massimu tal-aluminju li ġej mill-koloranti tal-aluminju E120 koċineal, aċidu karminiku, karminji 1,5 mg/kg. Għall-finijiet tal-Artikolu 22 (1) (g) tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 dak il-limitu għandu japplika mill-1 ta' Frar 2013.”

(c)

fil-kategorija 09.2 Ħut u prodotti tal-ħut ipproċessati inklużi molluski u krustaċji:

(i)

l-entrata għall-Grupp III tinbidel b'dan li ġej:

 

“Grupp III

Kuluri b'limitu massimu kkombinat

500

(84)

surimi u prodotti simili u sostituti tas-salamun biss”

(ii)

l-ewwel entrata għall-addittiv E 120 tinbidel b'dan li ġej:

 

“E 120

Koċineal, Aċidu Karminiku, Karminji

100

(35) (85)

pejst tal-ħut u pejst tal-krustaċji biss”

(iii)

jiżdiedu dawn in-noti ta' qiegħ il-paġna:

 

 

“(84):

Limitu massimu tal-aluminju li ġej mill-koloranti tal-aluminju E120 koċineal, aċidu karminiku, karminji 4 mg/kg. Bħala deroga għal din ir-regola, il-limitu massimu għal sostituti tas-salamun biss għandu jkun ta' 5.5 mg/kg. Ma jistgħux jintużaw koloranti tal-aluminju oħra. Għall-finijiet tal-Artikolu 22 (1) (g) tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 dak il-limitu għandu japplika mill-1 ta' Frar 2013.

 

 

(85):

Limitu massimu tal-aluminju li ġej mill-koloranti tal-aluminju E 120 koċineal, aċidu karminiku, karminji ta' 2 mg/kg fil-pejs tal-ħut biss. Ma jistgħux jintużaw koloranti tal-aluminju oħra. Għall-finijiet tal-Artikolu 22 (1) (g) tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 dak il-limitu għandu japplika mill-1 ta' Frar 2013.”

(d)

Fil-kategorija 09.3 Bajd tal-ħut:

(i)

l-entrata għall-Grupp III tinbidel b'dan li ġej:

 

“Grupp III

Kuluri b'limitu massimu kkombinat

300

(86)

ħlief bajd tal-Isturjuni (Caviar)”

(ii)

tiżdied din in-nota f'qiegħ il-paġna:

 

 

“(86):

Limitu massimu tal-aluminju li ġej mill-koloranti tal-aluminju E120 koċineal, aċidu karminiku, karminji 3 mg/kg. Bħala deroga għal din ir-regola, il-limitu massimu għal prodotti pastorizzati biss għandu jkun ta' 50 mg/kg. Ma jistgħux jintużaw koloranti tal-aluminju oħra. Għall-finijiet tal-Artikolu 22 (1) (g) tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 dak il-limitu għandu japplika mill-1 ta' Frar 2013.”

(e)

fil-kategorija 14.2.6 Spirti kif definiti mir-Regolament (KE) Nru 110/2008:

(i)

l-entrata għall-Grupp III tinbidel b'dan li ġej:

 

“Grupp III

Kuluri b'limitu massimu kkombinat

200

(87)

ħlief: xorb spirituż kif definit fl-Artikolu 5(1) u denominazzjonijiet tal-bejgħ elenkati fil-paragrafi 1-14 tal-Anness II, tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 u spirti (preċeduti mill-isem tal-frotta) miksuba b'maċerazzjoni u distillazzjoni, Geist (bl-isem tal-frotta jew tal-materja prima użata), London Gin, Sambuca, Maraschino, Marrasquino jew Maraskino u Mistrà.”

(ii)

tiżdied din in-nota f'qiegħ il-paġna:

 

 

“(87):

Limitu massimu tal-aluminju li ġej mill-koloranti tal-aluminju E 120 koċineal, aċidu karminiku, karminji 1,5 mg/kg. Ma jistgħux jintużaw koloranti tal-aluminju oħra. Għall-finijiet tal-Artikolu 22 (1) (g) tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 dak il-limitu għandu japplika mill-1 ta' Frar 2013.”

(f)

fil-kategorija 14.2.7.1 Inbid aromatizzat:

(i)

l-entrata għall-addittiv E 120 tinbidel b'dan li ġej:

 

“E 120

Koċineal, Aċidu Karminiku, Karminji

100

(26) (27) (87)

americano, bitter vino biss”

(ii)

tiżdied din in-nota f'qiegħ il-paġna:

 

 

“(87):

Limitu massimu tal-aluminju li ġej mill-koloranti tal-aluminju E120 koċineal, aċidu karminiku, karminji 1,5 mg/kg. Ma jistgħux jintużaw koloranti tal-aluminju oħra. Għall-finijiet tal-Artikolu 22 (1) (g) tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 dak il-limitu għandu japplika mill-1 ta' Frar 2013.”

(g)

fil-kategorija 14.2.7.2 Xarbiet abbażi ta' inbid aromatizzat:

(i)

l-entrata għall-addittiv E 120 tinbidel b'dan li ġej:

 

“E 120

Koċineal, Aċidu Karminiku, Karminji

100

(28) (87)

bitter soda biss”

(ii)

tiżdied din in-nota f'qiegħ il-paġna:

 

 

“(87):

Limitu massimu tal-aluminju li ġej mill-koloranti tal-aluminju E120 koċineal, aċidu karminiku, karminji 1,5 mg/kg. Ma jistgħux jintużaw koloranti tal-aluminju oħra. Għall-finijiet tal-Artikolu 22 (1) (g) tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 dak il-limitu għandu japplika mill-1 ta' Frar 2013.”

(h)

fil-kategorija 14.2.7.3 Cocktails ta' prodotti tal-inbid aromatizzati:

(i)

l-entrata għall-Grupp III tinbidel b'dan li ġej:

 

“Grupp III

Kuluri b'limitu massimu kkombinat

200

(87)”

 

(ii)

tiżdied din in-nota f'qiegħ il-paġna:

 

 

“(87):

Limitu massimu tal-aluminju li ġej mill-koloranti tal-aluminju E 120 koċineal, aċidu karminiku, karminji 1,5 mg/kg. Ma jistgħux jintużaw koloranti tal-aluminju oħra. Għall-finijiet tal-Artikolu 22 (1) (g) tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 dak il-limitu għandu japplika mill-1 ta' Frar 2013.”

(i)

Fil-kategorija 14.2.8 Xarbiet alkoħoliċi oħra inkluż taħlit ta' xarbiet alkoħoliċi ma' xarbiet mhux alkoħoliċi u spirti b'inqas minn 15 % ta' alkoħol:

(i)

l-entrata għall-Grupp III tinbidel b'dan li ġej:

 

“Grupp III

Kuluri b'limitu massimu kkombinat

200

(87)

xarbiet alkoħoliċi b'kontenut alkoħoliku ta' inqas minn 15 % u nalewka na winie owocowym, aromatyzowana nalewka na winie owocowym, nalewka na winie z soku winogronowego, aromatyzowana nalewka na winie z soku winogronowego, napój winny owocowy lub miodowy, aromatyzowany napój winny owocowy lub miodowy, wino owocowe niskoalkoholowe u aromatyzowane wino owocowe niskoalkoholowe biss”

(ii)

tiżdied din in-nota f'qiegħ il-paġna:

 

 

“(87):

Limitu massimu tal-aluminju li ġej mill-koloranti tal-aluminju E 120 koċineal, aċidu karminiku, karminji 1,5 mg/kg. Ma jistgħux jintużaw koloranti tal-aluminju oħra. Għall-finijiet tal-Artikolu 22 (1) (g) tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 dak il-limitu għandu japplika mill-1 ta' Frar 2013.”


ANNESS II

L-Anness għar-Regolament (UE) Nru 231/2012 huwa emendat kif ġej:

(1)

Is-sentenza li ġejja tiddaħħal fl-aħħar tal-entrata tal-addittiv E 101 (i) RIBOFLAVIN:

“Jistgħu jintużaw il-koloranti tal-aluminju ta' dan il-kulur.”

(2)

Is-sentenza li ġejja tiddaħħal fl-aħħar tal-entrata tal-addittiv E 101 (ii) RIBOFLAVIN-5′-PHOSPHATE:

“Jistgħu jintużaw il-koloranti tal-aluminju ta' dan il-kulur.”


26.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/18


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 924/2014

tal-25 ta’ Awwissu 2014

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Awwissu 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 KG)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0707 00 05

TR

81,4

ZZ

81,4

0709 93 10

TR

105,1

ZZ

105,1

0805 50 10

AR

174,9

TR

83,0

UY

161,7

ZA

185,3

ZZ

151,2

0806 10 10

BR

181,8

CL

73,7

EG

200,2

MA

170,3

TR

133,7

ZA

315,5

ZZ

179,2

0808 10 80

AR

83,7

BR

64,4

CL

93,8

CN

120,5

NZ

125,0

PE

21,0

US

131,3

ZA

87,8

ZZ

90,9

0808 30 90

AR

40,6

CL

77,3

TR

124,4

ZA

62,6

ZZ

76,2

0809 30

MK

68,0

TR

121,2

ZZ

94,6

0809 40 05

BA

36,8

ZA

206,3

ZZ

121,6


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.