ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 251

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 57
23 ta' Awwissu 2014


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/537/PESK tat-3 ta' Lulju 2014 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni, f'isem l-Unjoni E ropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Ċentru-Afrikana dwar il-modalitajiet għat-trasferiment lir-Repubblika Ċentru-Afrikana ta' persuni detenuti mill-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea (EUFOR RCA) fit-twettiq tal-mandat tagħha u dwar il-garanziji applikabbli għal tali persuni

1

 

 

Ftehim Bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Ċentru-Afrikana dwar il-modalitajiet għat-trasferiment lir-Repubblika Ċentru-Afrikana ta' persuni detenuti mill-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea (EUFOR RCA) fit-twettiq tal-mandat tagħha u dwar il-garanziji applikabbali għal tali persuni

3

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/538/PESK tat-8 ta' Lulju 2014 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kolombja li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kolombja f'operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għall-immaniġġar ta' kriżijiet

7

 

 

Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kolombja li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kolombja f'operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għall-immaniġġar ta' kriżijiet

8

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 916/2014 tat-22 ta' Awwissu 2014 li japprova s-sustanza bażika sukrożju, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 ( 1 )

16

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 917/2014 tat-22 ta' Awwissu 2014 li japprova s-sustanza attiva Streptomyces lydicus tar-razza WYEC 108, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 ( 1 )

19

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 918/2014 tat-22 ta' Awwissu 2014 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta' approvazzjoni tas-sustanza attiva Feromoni tal-Lepidopteri ta' Katina Dritta ( 1 )

24

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 919/2014 tat-22 ta’ Awwissu 2014 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

27

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

23.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 251/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/537/PESK

tat-3 ta' Lulju 2014

dwar l-iffirmar u l-konklużjoni, f'isem l-Unjoni E ropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Ċentru-Afrikana dwar il-modalitajiet għat-trasferiment lir-Repubblika Ċentru-Afrikana ta' persuni detenuti mill-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea (EUFOR RCA) fit-twettiq tal-mandat tagħha u dwar il-garanziji applikabbli għal tali persuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 218(5) u (6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fl-10 ta' Frar 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/73/PESK (1) dwar operazzjoni militari tal-Unjoni fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUFOR RCA).

(2)

Wara l-adozzjoni ta' Deċiżjoni mill-Kunsill fl-14 ta' Marzu 2014 li tawtorizza l-ftuħ ta' negozjati, ir-Rappreżentant Għoli nnegozjat, f'konformità mal-Artikolu 37 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u R-Repubblika Ċentru- Afrikana dwar il-modalitajiet għat-trasferiment lir-Repubblika Ċentru-Afrikana ta' persuni detenuti mill-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea (EUFOR RCA) fit-twettiq tal-mandat tagħha u dwar il-garanziji applikabbli għal tali persuni (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”).

(3)

F'konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru (22) dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fit-tfassil u fl-implementazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li għandhom implikazzjonijiet ta' difiża. Id-Danimarka ma tipparteċipax fl-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni u għalhekk ma tikkontribwixxix għall-finanzjament ta' din l-operazzjoni.

(4)

Il-Ftehim għandu jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Ċentru-Afrikana dwar il-modalitajiet għat-trasferiment lir-Repubblika Ċentru-Afrikana ta' persuni detenuti mill-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea (EUFOR RCA) fit-twettiq tal-mandat tagħha u dwar il-garanziji applikabbli għal tali persuni (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”) huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim sabiex ikun jorbot lill-Unjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Lulju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

S. GOZI


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/73/PESK tal-10 ta' Frar 2014 dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUFOR RCA) (ĠU L 40, 11.2.2014, p. 59).


23.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 251/3


TRADUZZJONI

FTEHIM

Bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Ċentru-Afrikana dwar il-modalitajiet għat-trasferiment lir-Repubblika Ċentru-Afrikana ta' persuni detenuti mill-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea (EUFOR RCA) fit-twettiq tal-mandat tagħha u dwar il-garanziji applikabbali għal tali persuni

L-UNJONI EWROPEA, minn hawn 'il quddiem imsejħa l-“UE”

minn naħa waħda, u

IR-REPUBBLIKA ĊENTRU-AFRIKANA, aktar 'il quddiem imsejħa “RĊA”,

min-naħa l-oħra,

minn hawn 'il quddiem konġuntement imsejħin il-“Partijiet”;

B'XEWQA li jikkooperaw biex jerġgħu jistabbilixxu s-sigurtà u l-istat tad-dritt fir-Repubblika Ċentru-Afrikana, u li jikkontribwixxu għat-titjib tas-sitwazzjoni umanitarja u għall-protezzjoni tal-popolazzjoni ċivili;

WARA LI QIESU r-Riżoluzzjoni 2134 (2014) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, b'mod partikolari l-paragrafu 44 tagħha, li jawtorizza lill-operazzjoni tal-UE fir-Repubblika Ċentru-Afrikana biex tieħu l-miżuri kollha meħtieġa għat-twettiq tal-missjonijiet tagħha;

WARA LI QIESU d-Deċiżjoni 2014/73/PESK tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea li tistabbilixxi, bl-applikazzjoni tar-Riżoluzzjoni 2134 (2014) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUFOR RCA) bl-ghan li tikkontribwixxi għall-istabbilizzazzjoni tas-sitwazzjoni;

BILLI ż-żamma ta' persuni għal perijodu qasir tista' tkun meħtieġa għat-twettiq tal-mandat tal-EUFOR RCA, b'mod partikolari biex ikunu jistgħu jiġu kkunsinjati lill-awtoritajiet tar-RĊA, b'mod partikolari meta dawn ikunu suspettati li wettqu delitti jew reati serji fir-rigward tad-dritt kriminali tar-RĊA, jew biex tiġi żgurata s-sikurezza tal-EUFOR RCA u l-persunal tagħha;

BILLI din iż-żamma ssir mill-EUFOR RCA bl-applikazzjoni tar-Riżoluzzjoni 2134 (2014) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, b'mod partikolari l-paragrafu 44 tagħha, skont ir-regoli applikabbli tad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt internazzjonali umanitarju u billi jkun żgurat, skont kemm jista' jkun possibbli, li jkunu infurmati l-awtoritajiet kompetenti tar-RĊA;

BILLI ż-żamma ta' dawk il-persuni mill-EUFOR RCA tista' tkun segwita bit-trasferiment tagħhom lill-awtoritajiet kompetenti tar-RĊA, fl-osservanza tar-regoli applikabbli tad-dritt internazzjonali, jew bir-rilaxx tagħhom;

BILLI ż-żamma ta' dawk il-persuni mill-EUFOR RCA tista' tkun segwita bl-internament tagħhom deċiż mill-EUFOR RCA fil-qafas tal-liġi dwar il-kunflitti armati jew billi jinżammu taħt kustodja mill-EUFOR RCA bl-awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet ġudizzjarji tar-RĊA;

KONXJI mill-ħtieġa li jintlaħaq qbil mar-RĊA dwar il-modalitajiet għat-trasferiment ta' dawk il-persuni kif ukoll il-garanziji applikabbli għalihom, b'mod partikolari matul il-proċedura kriminali li tista' tinbeda mir-RĊA;

BILLI dan il-Ftehim ma jaffettwax id-drittijiet u l-obbligi tar-RĊA li jirriżultaw mill-istatut tal-Qorti Kriminali Internazzjonali u lanqas l-impenn tal-UE fl-għoti ta' appoġġ lil din il-Qorti;

KONXJI mill-fatt li l-Qorti Kriminali Internazzjonali ġiet invokata fir-rigward tas-sitwazzjoni fir-RĊA u b'xewqa li jikkooperaw ma din il-Qorti;

B'XEWQA li jikkooperawmal-Kummissjoni Internazzjonali ta' Inkjesta stabbilita skont il-paragrafu 24 tar-Riżoluzzjoni 2127 (2013) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, li għandha bħala missjoni li twettaq inkjesti dwar il-ksur tad-dritt umanitarju internazzjonali u d-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u fuq il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem li jkun twettaq fir-RĊA mill-partijiet fil-kunflitt mill-1 ta' Jannar 2013;

DETERMINATI li jirrispettaw u li jiggarantixxu l-obbligi legali tagħhom, b'mod partikolari fir-rigward tad-dritt umanitarju internazzjonali u d-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem applikabbli, u filwaqt li jfakkru f'dan ir-rigward fid-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 48 tar-Riżoluzzjoni 2134 (2014) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti;

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 1

L-għan ta' dan il-Ftehim huwa l-istabbiliment ta' prinċipji u proċeduri li jirregolaw, minn naħa waħda, il-modalitajiet għat-trasferiment lir-RĊA ta' persuni detenuti mill-EUFOR RCA u, min-naħa l-oħra, il-garanziji applikabbli għalihom wara li jkunu ġew trasferiti lir-RĊA, sabiex jiġi żgurat li l-Partijiet jissodisfaw l-obbligi tagħhom taħt id-dritt internazzjonali.

Artikolu 2

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim:

1.

“EUFOR RCA” tfisser il-kliem EUFOR RCA kif mifhuma mill-iskambju ta' ittri bejn ir-RĊA u l-UE li sar fit-13 ta' Marzu 2014;

2.

“persuni trasferiti” tfisser persuni detenuti mill-EUFOR RCA matul it-twettiq tal-mandat tagħha, meta dawn il-persuni jkunu suspettati li wettqu delitti jew reati serji fir-rigward tad-dritt kriminali tar-RĊA, u li jiġu trasferiti mill-EUFOR RCA għar-RĊA;

3.

“parti terza” tfisser kwalunkwe Stat jew organizzazzjoni li mhumiex Partijiet għal dan il-Ftehim.

Il-modalitajiet għat-trasferiment

Artikolu 3

1.   L-EUFOR RCA tista' tittrasferixxi l-persuni li qed iżżomm detenuti lir-RĊA bil-kundizzjonijiet stabbiliti hawn taħt.

2.   L-EUFOR RCA ma għandha tittrasferixxi l-ebda persuna lir-RĊA jekk ikun hemm raġunijiet li jindikaw li l-garanziji previsti f'dan il-Ftehim mhux ser ikunu rispettati.

3.   Qabel kull trasferiment, l-EUFOR RCA għandha:

(a)

tinforma lill-persuna bid-deċiżjoni tat-trasferiment fi żmien dovut;

(b)

tagħti lill-persuna l-opportunità li tesprimi tħassib eventwali fir-rigward tat-trasferiment tagħha;

(c)

qabel ma tieħu deċiżjoni finali dwar it-trasferiment, teżamina kwalunkwe tħassib espress.

4.   Jekk persuna detenuta mill-EUFOR RCA ma tiġix trasferita fl-iqsar żmien possibbli lir-RĊA, hija tista' tibqa' tiġi miżmuma mill-EUFOR RCA, dment li l-awtoritajiet ġudizzjarji Ċentrafrikani kompetenti jkunu awtorizzaw dan. Matul id-detenzjoni provviżorja tagħha, il-persuna konċernata għandha tgawdi d-drittijiet u l-garanziji mogħtija mid-dritt internazzjonali lil persuni miżmuma provviżorjament.

5.   Fil-mument tat-trasferiment, u bil-kunsens tal-persuna trasferita, l-EUFOR RCA għandha tinforma lill-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar (KISA), u jekk ikun meħtieġ, lil kull entità prevista fl-Artikolu 6(1) u, għall-persuni barranin, lill-awtoritajiet konsulari tal-Istat li tiegħu l-persuna tkun ċittadina.

6.   Fil-mument tat-trasferiment, l-EUFOR RCA għandha tibgħat lir-RĊA l-informazzjoni kollha meħtieġa li hi jkollha lill-awtoritajiet ġudizzjarji tar-RĊA.

7.   L-EUFOR RCA għandha żżomm reġistru li fih titniżżel l-informazzjoni kollha dwar kull persuna trasferita, jew miżmuma skont il-paragrafu 4. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi l-identità tal-persuna, il-post tad-detenzjoni, id-data tat-trasferiment, l-istat tas-saħħa tal-persuna u kull deċiżjoni li tittieħed fir-rigward tagħha.

Trattament tal-persuni trasferiti

Artikolu 4

1.   F'kull ċirkostanza, ir-RĊA għandha tittratta lill-persuni trasferiti kollha b'umanità, mingħajr ebda distinzjoni sfavorevoli, u f'konformità mar-regoli applikabbli tad-dritt internazzjonali.

2.   Għaldaqstant, il-persuni koperti minn dan il-Ftehim għandhom jibbenefikaw minn garanziji identiċi għal dawk previsti mill-Konvenzjoni Kontra t-Tortura u Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti oħra tal-10 ta' Diċembru 1984, mid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tas-16 ta' Diċembru 1966 u mill-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni tal-Persuni Kollha mill-Għajbien Furzat tal-20 ta' Diċembru 2006, f'konformità mar-regoli applikabbli tad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, kif ukoll dawk previsti fl-Artikolu 3 komuni għall-Konvenzjoni ta' Ġinevra tat-12 ta' Awwissu 1949 u mit-tieni Protokoll addizzjonali tagħhom relatat mal-Protezzjoni tal-Vittmi ta' Kunflitti Armati Mhux Internazzjonali (Protokoll II) adottat fit-8 ta' Ġunju 1977, f'konformità mar-regoli applikabbli tad-dritt umanitarju internazzjonali.

3.   Ir-RĊA għandha tittratta lill-persuni trasferiti ta' età taħt it-18-il sena f'konformità mad-dritt internazzjonali umanitarju u mad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari il-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal tal-20 ta' Novembru 1989 u l-protokoll fakultattiv tagħha tal-25 ta' Mejju 2000 dwar l-involviment tat-tfal fil-kunflitt armat, b'mod partikolari billi dawn ikunu jistgħu jkollhom kuntatt familjari u billi jinżammu f'post jew lok separat mill-postijiet fejn jinżammu l-adulti, ħlief fil-każ ta' familji akkomodati bħala unità familjari.

4.   Fil-każ li jkun hemm ir-riskju li tingħata l-piena tal-mewt jew piena li tikkostitwixxi trattament krudili, inuman jew degradanti, din il-piena la tintalab, la tingħata, u lanqas ma tiġi eżegwita mir-RĊA fir-rigward ta' persuna trasferita.

5.   L-ebda persuna trasferita taħt dan l-Artikolu ma tista' tkun soġġetta għal trasferiment ulterjuri għal parti terza mingħajr ftehim preċedenti miktub mill-UE. Fil-każ ta' trasferiment ulterjuri għal parti terza, ir-RĊA tiżgura li tirrispetta l-garanziji mniżżla fil-paragrafi 1, 2 u 3 mill-parti terza u tiżgura li fl-ipoteżi ta' riskju tal-piena tal-mewt jew piena li tikkostitwixxi trattament krudili, inuman jew degradanti, din il-piena la tintalab, li tingħata u lanqas ma tiġi eżegwita fir-rigward tal-persuna trasferita. Fil-każ ta' trasferiment ulterjuri għal parti terza mingħajr ftehim preċedenti miktub mill-UE. Fil-każ ta' trasferiment ulterjuri għal parti terza, ir-RĊA tiggarantixxi lill-UE d-dritt ta' aċċess mingħajr restrizzjoni għall-persuni hekk trasferiti.

Reġistrar, kontroll tal-kundizzjonijiet ta' detenzjoni tal-persuni trasferiti u aċċess għall-persuni detenuti

Artikolu 5

1.   Il-persuni trasferiti jistgħu jippreżentaw talbiet jew ilmenti lir-RĊA dwar il-mod kif jiġu ttrattati. Ir-RĊA timpenja lilha nnifisha li teżamina mingħajr dewmien kull talba jew ilment u li tikkomunikah immedjatament lill-EUFOR RCA.

2.   Jekk l-UE tqis li persuna li ġiet trasferita ma ġietx trattata b'mod konformi ma' dan il-Ftehim, hija għandha titlob lir-RĊA biex tieħu l-miżuri korrettivi meħtieġa. Ir-RĊA ser timplimenta l-miżuri msemmija fl-inqas żmien possibbli.

3.   Ir-rappreżentanti tal-UE jew tal-EUFOR RCA għandhom ikunu awtorizzati li jmorru fil-postijiet kollha fejn ikun hemm il-persuni trasferiti. Huma għandhom ikollhom aċċess għall-postijiet użati mill-persuni trasferiti. Huma bl-istess mod awtorizzati jmorru fil-postijiet ta' detenzjoni, fil-punt tat-tluq, fil-postijiet tal-vjaġġ u fil-punt tal-wasla tal-persuni trasferiti. Huma jistgħu jiddiskutu mingħajr xhieda mal-persuni trasferiti, kif ukoll ma' kull persuna oħra meqjusa rilevanti mill-UE jew mill-EUFOR RCA, permezz ta' interpretu jekk dan ikun meħtieġ.

4.   Tali rappreżentanti għandhom jingħataw libertà sħiħa fl-għażla tal-postijiet u l-binjiet li jixtiequ jżuru. It-tul u l-frekwenza taż-żjarat tagħhom mhumiex limitati. Huma mhux ser jiġu pprojbiti milli jidħlu ħlief għal raġuni ta' ħtieġa militari urġenti u biss f'każijiet eċċezzjonali u temporanji.

5.   F'każ ta' trasferiment ulterjuri lejn parti terza, ir-RĊA tiggarantixxi li l-UE jkollha dritt ta' aċċess mingħajr restrizzjoni għal persuni trasferiti b'dan il-mod.

6.   Ir-RĊA għandha żżomm reġistru li fih titniżżel l-informazzjoni kollha dwar kull persuna trasferita. Din l-informazzjoni tinkludi l-identità tal-persuna, id-data tal-bidu tad-detenzjoni wara t-trasferiment jew, skont il-każ, id-data ta' meta nħelset, il-post tad-detenzjoni, l-istat tas-saħħa tal-persuna u kull deċiżjoni li tittieħed fir-rigward tagħha.

7.   Dan ir-reġistru jista' jiġi kkonsultat, fuq talba tagħhom, mir-rappreżentanti tal-UE jew tal-EUFOR RCA.

Artikolu 6

1.   Il-KISA jew, wara l-approvazzjoni tal-Partijiet, kwalunkwe entità umanitarja oħra imparzjali, għandha d-dritt ta' aċċess permanenti għall-persuni trasferiti.

2.   Il-persuni trasferiti jistgħu jibagħtu lill-KISA u, skont il-każ, lil kull entità prevista fil-paragrafu 1, it-talbiet jew l-ilmenti dwar il-mod kif ikunu ġew trattati.

3.   Ir-reġistru msemmi fl-Artikolu 5(6) jista' jiġi kkonsultat mill-KISA jew, skont il-każ, minn kwalunkwe entità oħra msemmija fil-paragrafu 1.

4.   Il-KISA u, skont il-każ, kwalunkwe entità oħra msemmija fil-paragrafu 1, huma awtorizzati li jmorru fil-postijiet kollha fejn ikunu jinsabu l-persuni trasferiti. Huma għandhom ikollhom aċċess għall-postijiet użati mill-persuni trasferiti. Huma bl-istess mod awtorizzati jmorru fil-postijiet ta' detenzjoni, fil-punt tat-tluq, fil-postijiet tal-vjaġġ u fil-punt tal-wasla tal-persuni trasferiti. Huma jistgħu jiddiskutu ma' dawn il-persuni trasferiti mingħajr xhieda, kif ukoll ma' kull persuna oħra meqjusa rilevanti mir-RĊA jew l-EUFOR RCA, permezz ta' interpretu jekk dan ikun meħtieġ.

5.   Ir-rappreżentanti ta' dawk l-entitajiet għandhom ikunu fil-libertà sħiħa fl-għażla tal-postijiet u l-binjiet li jixtiequ jżuru. It-tul u l-frekwenza taż-żjarat tagħhom mhumiex limitati. Huma mhux ser jiġu pprojbiti milli jidħlu ħlief għal raġuni ta' ħtieġa militari urġenti u biss f'każijiet eċċezzjonali u temporanji.

6.   Il-KISA u, skont il-każ, kwalunkwe entità msemmija fil-paragrafu 1, jiġu nnotifikati mir-RĊA bir-rilaxx ta' kull persuna trasferita.

Qorti Kriminali Internazzjonali

Artikolu 7

L-EUFOR RCA tista' tittrasferixxi lill-Qorti Kriminali Internazzjonali, il-persuni detenuti mill-EUFOR RCA li l-Qorti Kriminali Internazzjonali tkun ħarġet mandat ta' arrest kontrihom fl-applikazzjoni tal-Artikolu 58 tal-Istatut tagħha. L-EUFOR RCA għandha tinforma lir-RĊA b'kull trasferiment bil-quddiem.

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 8

L-awtoritajiet kompetenti tar-RĊA u l-Kmandant tal-EUFOR RCA jistgħu jikkonkludu arranġamenti sabiex jimplimentaw dan il-Ftehim.

Artikolu 9

In-nuqqas ta' qbil fir-rigward tal-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim għandu jkun riżolt permezz ta' konsultazzjonijiet bejn il-Partijiet.

Artikolu 10

1.   Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data meta jiġi ffirmat u għandu jibqa' fis-seħħ sa tmiem l-iskjerament tal-EUFOR RCA, sakemm il-Partijiet ma jaqblux b'mod konġunt li jtemmuh jew sakemm xi waħda mill-Partijiet ma tiddenunzjahx permezz ta' notifika bil-miktub permezz ta' preavviż ta' xahar.

2.   Il-Partijiet jistgħu, fi kwalunkwe mument bi qbil reċiproku, jemendaw dan il-Ftehim bil-miktub.

3.   It-terminazzjoni jew denunzja ta' dan il-Ftehim ma taffettwax id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw mill-eżekuzzjoni tal-Ftehim qabel din terminazzjoni jew denunzja, b'mod partikolari dawk li jikkostitwixxu obbligi tal-Partijiet relattivi għat-trattament tal-persuni trasferiti u għad-dritt tal-aċċess permanenti għal dawn il-persuni.

Magħmul f'Bangui, fit-18 ta' Lulju 2014, f'żewġ dokumenti oriġinali, bil-lingwa Franċiża.

Għall-Unjoni Ewropea

Għar-Repubblika Ċentru-Afrikana


23.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 251/7


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/538/PESK

tat-8 ta' Lulju 2014

dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kolombja li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kolombja f'operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għall-immaniġġar ta' kriżijiet

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 218(5) u (6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Il-kondizzjonijiet rigward il-parteċipazzjoni ta' Stati terzi f'operazzjonijiet tal-Unjoni għall-immaniġġar ta' kriżijiet għandhom ikunu stipulati fi ftehim li jistabbilixxi qafas għal tali parteċipazzjoni possibbli fil-futur, aktar milli jiġu ddefiniti każ b'każ għal kull operazzjoni kkonċernata.

(2)

Wara l-adozzjoni ta' Deċiżjoni mill-Kunsill fis-17 ta' Frar 2014 li tawtorizza l-ftuħ ta' negozjati, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà nnegozja Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kolombja li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kolombja f'operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għall-immaniġġar ta' kriżijiet ('il-Ftehim').

(3)

Il-Ftehim għandu jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kolombja li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kolombja f'operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għall-immaniġġar ta' kriżijiet huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jinnomina persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim sabiex tintrabat l-Unjoni.

Artikolu 3

Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 17(1) tal-Ftehim (1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Lulju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

P. C. PADOAN


(1)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi pubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


23.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 251/8


TRADUZZJONI

FTEHIM

bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kolombja li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kolombja f'operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għall-immaniġġar ta' kriżijiet

L-UNJONI EWROPEA (l-“Unjoni” jew l-“UE”)

minn naħa, u

IR-REPUBBLIKA TAL-KOLOMBJA

min-naħa l-oħra,

minn hawn 'il quddiem imsejħin b'mod konġunt il-“Partijiet”,

Billi:

(1)

Fil-qafas tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni tagħha, l-Unjoni Ewropea tista' tiddeċiedi li twettaq operazzjonijiet ta' mmaniġġar ta' kriżijiet li jistgħu jinkludu l-kompiti stipulati fl-Artikoli 42 (1) u 43 (1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, kif deċiż mill-Kunsill.

(2)

Ir-Repubblika tal-Kolombja u l-UE jirrikonoxxu l-importanza tal-paċi dinjija għall-iżvilupp tal-Istati kollha, u jibqgħu impenjati li jikkontribwixxu għaż-żamma tal-paċi u s-sigurtà fil-viċinat rispettiv tagħhom u fid-dinja b'mod aktar wiesa', abbażi tal-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti.

(3)

Meta jitqies l-impenn bejn il-Partijiet biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni tagħhom fi kwistjonijiet li jikkonċernaw is-sigurtà u d-difiża, u jiġi rikonoxxut li l-kapaċitajiet u l-abilitajiet tal-forzi tas-sigurtà tar-Repubblika tal-Kolombja jistgħu jintużaw f'operazzjonijiet tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet.

(4)

Ir-Repubblika tal-Kolombja u l-UE jixtiequ jelenkaw kondizzjonijiet ġenerali fir-rigward tal-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kolombja f'operazzjonijiet tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet fi ftehim li jistabbilixxi qafas għal tali parteċipazzjoni futura possibbli, aktar milli jiddefinixxu dawk il-kondizzjonijiet fuq bażi ta' każijiet individwali għal kull operazzjoni kkonċernata.

(5)

Tali ftehim għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-awtonomija tat-teħid ta' deċiżjonijiet tal-Unjoni, u ma għandux jippreġudika in-natura speċifika tad-deċiżjoni tar-Repubblika tal-Kolombja li tieħu sehem f'operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet.

(6)

L-Unjoni ser tiddeċiedi jekk Stati terzi jiġux mistiedna jieħdu sehem f'operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżi. Ir-Repubblika tal-Kolombja tista' taċċetta l-istedina tal-Unjoni u toffri l-kontribuzzjoni tagħha. F'dak il-każ, l-Unjoni tiddeċiedi dwar jekk taċċettax il-kontribuzzjoni proposta.

FTIEHMU KIF ĠEJ:

TAQSIMA I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Deċiżjonijiet relatati mal-parteċipazzjoni

1.   Wara d-deċiżjoni tal-Unjoni li tistieden lir-Repubblika tal-Kolombjatieħu sehem f'operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet, ir-Repubblika tal-Kolombja għandha, fl-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim, tikkomunika d-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti tagħha rigward is-sehem tagħha, inkluża l-kontribuzzjoni proposta tagħha, lill-Unjoni Ewropea.

2.   Il-valutazzjoni mill-Unjoni tal-kontribuzzjoni proposta tar-Repubblika tal-Kolombja għandha ssir b'konsultazzjoni ma' din tal-aħħar.

3.   L-Unjoni Ewropea għandha tipprovdi lir-Repubblika tal-Kolombja b'indikazzjoni bikrija tal-kontribuzzjoni probabbli għall-ispejjeż komuni tal-operazzjoni mill-aktar fis possibbli bil-ħsieb li tgħin lir-Repubblika tal-Kolombja fil-formulazzjoni tal-offerta tagħha.

4.   L-Unjoni għandha tikkomunika bil-miktub lir-Repubblika tal-Kolombja l-eżitu tal-valutazzjoni u d-deċiżjoni tagħha dwar il-kontribuzzjoni proposta Kolombjana, bil-għan li tiżgura l-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kolombja. f'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim

5.   L-offerta mir-Repubblika tal-Kolombja skont il-paragrafu 1, u l-aċċettazzjoni tagħha mill-UE skont il-paragrafu 4, għandhom jikkostitwixxu l-bażi għall-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim lil kull operazzjoni ta' maniġġar ta' kriżi speċifika.

6.   Ir-Repubblika tal-Kolombja tista', fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba tal-Unjoni, u wara konsultazzjonijiet bejn il-Partijiet, tirtira fi kwalunkwe ħin b'mod sħiħ jew parzjali mill-parteċipazzjoni f'operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet.

Artikolu 2

Qafas

1.   Ir-Repubblika tal-Kolombja għandha tassoċja ruħha mad-Deċiżjoni tal-Kunsill rilevanti li biha l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jiddeċiedi li l-Unjoni ser twettaq operazzjoni għall-immaniġġar ta' kriżijiet, u ma' kwalunkwe Deċiżjoni oħra li biha l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jiddeċiedi li jestendi l-operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet, f'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim u kwalunkwe arranġament ta' implimentazzjoni meħtieġa.

2.   Il-kontribuzzjoni tar-Repubblika tal-Kolombja għal operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet għandha rkun mingħajr preġudizzju għall-awtonomija tat-teħid ta' deċiżjonijiet tal-Unjoni.

Artikolu 3

Status ta' persunalu forzi tar-Repubblika tal-Kolombja

1.   L-istatus tal-persunal issekondat għal operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet u/jew tal-forzi kkontribwiti lil operazzjoni militari tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet mir-Repubblika tal-Kolombja għandhom ikunu rregolati mill-ftehim rilevanti dwar l-istatus tal-forzi/missjoni, jekk tali ikun konkluż, jew kwalunkwe arranġament ieħor bejn l-Unjoni u l-Istat(i) li fihom titwettaq l-operazzjoni. Ir-Repubblika tal-Kolombja għandha tiġi infurmata b'dan.

2.   L-istatus tal-persunal ikkontribwixxa għall-kwartieri ġenerali jew elementi ta' kmand li jinsabu barra l-Istat(i) li fih(om) titwettaq l-operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet, għandu jkun irregolat minn arranġamenti bejn il-kwartieri ġenerali u l-elementi ta' kmand ikkonċernati u l-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika tal-Kolombja.

3.   Mingħajr preġudizzju għall-ftehim dwar l-istatus tal-forzi/missjoni msemmi fil-paragrafu 1, ir-Repubblika tal-Kolombja għandha teżerċita l-ġurisdizzjoni fuq il-persunal tagħha li jipparteċipa fl-operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet. Fejn il-forzi tar-Repubblika tal-Kolombja joperaw abbord bastiment jew inġenju tal-ajru ta' Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, dak l-Istat Membru jista' jeżerċita ġurisdizzjoni soġġett għal kwalunkwe ftehim eżistenti u/jew futur u f'konformità mal-liġijiet u r-regolamenti tiegħu u d-dritt internazzjonali.

4.   Ir-Repubblika tal-Kolombja għandha tkun responsabbli biex tirrispondi għal kull pretensjoni marbuta mal-parteċipazzjoni f'operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet, li tiġi minn jew li tikkonċerna xi membru tal-persunal tagħha u għandha tkun responsabbli biex tressaq kwalunkwe azzjoni, b'mod partikolari legali jew dixxiplinarja, kontra membri tal-persunal tagħha f'konformità mal-liġijiet u r-regolamenti tagħha.

5.   Il-Partijiet jaqblu li jirrinunzjaw għal kwalunkwe pretensjoni, ħlief għal dawk kuntrattwali, kontra xulxin għal dannu fi, telf ta' jew distruzzjoni ta' assi ta' proprjetà ta', jew operati minn Parti jew oħra, jew għall-korriment jew mewt ta' persunal ta' Parti jew oħra, li jirriżultaw mit-twettiq tad-dmirijiet uffiċjali tagħhom konnessi mal-attivitajiet taħt dan il-Ftehim, ħlief fil-każ ta' negliġenza serja jew imġiba ħażina volontarja.

6.   Ir-Repubblika tal-Kolombja tintrabat li tagħmel dikjarazzjoni fir-rigward tar-rinunzja għal pretensjonijiet kontra kwalunkwe Stat li jipparteċipa f'operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet li fiha tipparteċipa r-Repubblika tal-Kolombja, u li tagħmel dan meta tiffirma dan il-Ftehim.

7.   L-Unjoni Ewropea tintrabat li tiżgura li l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea jagħmlu dikjarazzjoni fir-rigward tar-rinunzja ta' pretensjonijiet, għal kwalunkwe parteċipazzjoni futura tar-Repubblika tal-Kolombja f'operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet, u li tagħmel dan meta tkun qed tiffirma dan il-Ftehim.

Artikolu 4

Informazzjoni klassifikata

1.   Ir-Repubblika tal-Kolombja għandha tieħu miżuri adatti sabiex tiżgura li l-informazzjoni klassifikata tal-UE tkun protetta f'konformità mar-regolamenti ta' sigurtà tal-Kunsill għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE, li jinsabu fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE (1), u f'konformità ma' linji gwida ulterjuri maħruġa minn awtoritajiet kompetenti, inkluż mill-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE fir-rigward ta' operazzjoni militari tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet, jew mill-Kap tal-Missjoni fir-rigward ta' operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet.

2.   Fejn il-Partijiet jikkonkludu ftehim dwar proċeduri ta' sigurtà għall-iskambju ta' informazzjoni klassifikata, dan il-ftehim għandu japplika fil-kuntest ta' operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet.

TAQSIMA II

DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PARTEĊIPAZZJONI F'OPERAZZJONIJIET ĊIVILI GĦALL-IMMANIĠĠAR TA' KRIŻIJIET

Artikolu 5

Persunal issekondat lil operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet

1.   Ir-Repubblika tal-Kolombja:

(a)

għandha tiżgura li l-persunal tagħha ssekondat lil operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet jwettaq il-missjoni tiegħu f'konformità ma':

(i)

id-Deċiżjoni tal-Kunsill rilevanti u l-emendi sussegwenti tagħha kif imsemmi fl-Artikolu 2(1);

(ii)

il-Pjan tal-Operazzjoni;

(iii)

kwalunkwe arranġament ta' implimentazzjoni applikabbli.

(b)

għandha tinforma lill-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili fi żmien debitu bi kwalunkwe bidla fil-kontribuzzjoni tagħha lill-operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżi.

2.   Persunal issekondat mir-Repubblika tal-Kolombja lil operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet għandu jagħmel eżami mediku, jirċievi l-vaċċinazzjonijiet u jkun iċċertifikat medikament b'saħħtu biex iwettaq dmirijietu mill-awtorità kompetenti tagħha u jipproduċi kopja ta' dik iċ-ċertifikazzjoni.

3.   Il-persunal issekondat mir-Repubblika tal-Kolombja għandu jwettaq id-doveri tiegħu u jġib ruħu b'konsiderazzjoni biss għall-interessi tal-operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet.

Artikolu 6

Linja ta' kmand

1.   Il-persunal kollu parteċipanti f'operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet għandu jibqa' taħt il-kmand sħiħ tal-awtoritajiet nazzjonali tiegħu.

2.   L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jittrasferixxu l-kontroll operazzjonali lill-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili tal-Unjoni.

3.   Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili għandu jassumi r-responsabbiltà u jeżerċita l-kmand u l-kontroll tal-operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżi fil-livell strateġiku.

4.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jassumi r-responsabbiltà u jeżerċita l-kmand u l-kontroll tal-operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżi fuq il-post u jassumi l-immaniġġar ta' kuljum tagħha.

5.   Ir-Repubblika tal-Kolombja għandu jkollha l-istess drittijiet u obbligi f'termini tal-immaniġġar ta' kuljum tal-operazzjoni bħall-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea li qegħdin jieħdu sehem fl-operazzjoni, f'konformità mal-istrumenti legali msemmijin fl-Artikolu 2(1).

6.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun responsabbli għall-kontroll dixxiplinarju tal-persunal tal-operazzjonijiet ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet. Fejn meħtieġ, għandha tittieħed azzjoni dixxiplinarja mill-awtorità nazzjonali kkonċernata.

7.   Għandu jinħatar Punt ta' Kuntatt tal-Kontinġent Nazzjonali (“PKN”) mir-Repubblika tal-Kolombja biex jirrappreżenta l-kontinġent nazzjonali tagħha fl-operazzjoni. Il-PKN għandu jirrapporta lill-Kap tal-Missjoni dwar kwistjonijiet nazzjonali u għandu jkun responsabbli għad-dixxiplina ta' kuljum tal-kontinġent tar-Repubblika tal-Kolombja.

8.   Id-deċiżjoni li tintemm l-operazzjoni għandha tittieħed mill-Unjoni, wara konsultazzjoni mar-Repubblika taċ-Ċilì jekk hijatkun għadha qiegħda tikkontribwixxi għall-operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet fid-data tat-terminazzjoni tal-operazzjoni.

Artikolu 7

Aspetti finanzjarji

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8, ir-Repubblika tal-Kolombja għandha tassumi l-ispejjeż kollha assoċjati mal-parteċipazzjoni tagħha f'operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet minbarra l-ispejjeż kurrenti, kif stabbilit fil-baġit operazzjonali tal-operazzjoni.

2.   F'każ ta' mewt, korriment, telf jew ħsara lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi mill-Istat(i) li fih(om) titwettaq l-operazzjoni, il-kwistjonijiet ta' responsabbiltà possibbli u l-kumpens mir-Repubblika tal-Kolombja għandhom jiġu rregolati bil-kondizzjonijiet stipulati fil-ftehim applikabbli dwar l-istatus tal-missjoni msemmi fl-Artikolu 3(1), jew kwalunkwe dispożizzjoni alternattiva applikabbli.

Artikolu 8

Kontribuzzjoni għall-baġit operazzjonali

1.   Soġġett għall-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu u minkejja l-Artikolu 1(5), ir-Repubblika tal-Kolombja għandha tikkontribwixxi għall-finanzjament tal-baġit operazzjonali tal-operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet konċernata.

2.   Tali kontribuzzjoni għall-baġit operazzjonali għandha tiġi kkalkolata abbażi ta' waħda miż-żewġ formoli li ġejjin, skont liema tipproduċi l-ammont aktar baxx:

(a)

is-sehem tal-ammont ta' referenza għall-baġit opeazzjonali li jkun fi proporzjon għall-koeffiċjent tad-dħul nazzjonali gross (DNG) tar-Repubblika tal-Kolombja għat-total tad-DNG tal-Istati kollha li jkunu qegħdin jikkontribwixxu għall-baġit operazzjonali tal-operazzjoni; jew

(b)

is-sehem tal-ammont ta' referenza għall-baġit operazzjonali li jkun ugwali għall-proporzjon tan-numru tal-persunal mir-Repubblika tal-Kolombja parteċipanti fl-operazzjoni mqabbel man-numru totali tal-persunal tal-Istati kollha parteċipanti fl-operazzjoni.

3.   Minkejja l-paragrafi 1 u 2, ir-Repubblika tal-Kolombja ma għandha tagħmel l-ebda kontribuzzjoni għall-finanzjament ta' għotjiet per diem imħallsa lill-persunal tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.

4.   Minkejja l-paragrafu 1, l-Unjoni għandha, bħala prinċipju, teżenta r-Repubblika tal-Kolombja minn kontribuzzjonijiet finanzjarji għal operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżi partikolari jekk tiddeċiedi li r-Repubblika tal-Kolombja tipprovdi kontribuzzjoni sinifikanti għal dik l-operazzjoni.

5.   Soġġett għall-paragrafu 1, kwalunkwe arranġament dwar il-pagament tal-kontribuzzjonijiet tar-Repubblika tal-Kolombja għall-baġit operazzjonali ta' operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet għandu jiġi ffirmat bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Partijiet u għandu, fost l-oħrajn, jinkludi d-dispożizzjonijiet li ġejjin dwar:

(a)

l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja kkonċernata;

(b)

l-arranġamenti għall-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja; u

(c)

il-proċedura tal-awditjar.

TAQSIMA III

DISPOŻIZZJONIJIET DWAR PARTEĊIPAZZJONI F'OPERAZZJONIJIET MILITARI TAL-UE GĦALL-IMMANIĠĠAR TA' KRIŻIJIET

Artikolu 9

Parteċipazzjoni f'operazzjoni militari tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet

1.   Ir-Repubblika tal-Kolombja għandha tiżgura li l-forzi u l-persunal tagħha parteċipanti f'operazzjoni militari tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet iwettqu l-missjoni tagħhom f'konformità ma':

(a)

id-Deċiżjoni tal-Kunsill rilevanti u l-emendi sussegwenti tagħha kif imsemmi fl-Artikolu 2(1);

(b)

il-Pjan tal-Operazzjoni; u

(c)

arranġamenti ta' implimentazzjoni applikabbli.

2.   Ir-Repubblika tal-Kolombja għandha tinforma lill-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE fiż-żmien dovut bi kwalunkwe bidla fil-parteċipazzjoni tagħha fl-operazzjoni.

3.   Il-persunal issekondat mir-Repubblika tal-Kolombja għandu jwettaq id-doveri tiegħu u jġib ruħu b'konsiderazzjoni biss għall-interessi tal-operazzjoni militari tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet.

Artikolu 10

Linja ta' kmand

1.   Il-forzi u l-persunal kollha li jipparteċipaw f'operazzjoni militari tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet għandhom jibqgħu taħt il-kmand sħiħ tal-awtoritajiet nazzjonali tagħhom.

2.   L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jittrasferixxu l-kmand Operazzjonali u Tattiku u/jew il-kontroll tal-forzi u tal-persunal tagħhom lill-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE, li għandu d-dritt li jiddelega l-awtorità tiegħu.

3.   Ir-Repubblika tal-Kolombja għandu jkollha l-istess drittijiet u obbligi f'termini ta' maniġġar ta' kuljum tal-operazzjoni bħall-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea li qegħdin jieħdu sehem fl-operazzjoni, f'konformità mal-istrumenti legali msemmijin fl-Artikolu 2(1).

4.   Il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE jista', wara konsultazzjonijiet mar-Repubblika tal-Kolombja, fi kwalunkwe ħin jitlob l-irtirar tal-kontribuzzjoni mir-Repubblika tal-Kolombja.

5.   Għandu jinħatar Rappreżentant Militari Superjuri (“SMR”) mir-Repubblika tal-Kolombja sabiex jirrappreżenta l-kontinġent nazzjonali tagħha fl-operazzjoni militari tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet. L-SMR għandu jikkonsulta mal-Kmandant tal-Forzi tal-UE dwar il-materji kollha li jaffettwaw l-operazzjoni u għandu jkun responsabbli għad-dixxiplina ta' kuljum tal-kontinġent tar-Repubblika tal-Kolombja.

Artikolu 11

Aspetti finanzjarji

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 12 ta' dan il-Ftehim, ir-Repubblika tal-Kolombja għandha tassumi l-ispejjeż kollha assoċjati mal-parteċipazzjoni tagħha fl-operazzjoni sakemm l-ispejjeż ma jkunux suġġetti għal finanzjament komuni kif previst fl-istrumenti legali msemmija fl-Artikolu 2(1), kif ukoll fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/871/PESK (2).

2.   F'każ ta' mewt, korriment, telf jew dannu lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi mill-Istat(i) li fih(om) titwettaq l-operazzjoni, il-kwistjonijiet ta' responsabbiltà possibbli u l-kumpens mir-Repubblika tal-Kolombja għandhom jiġu rregolati mill-kondizzjonijiet stipulati fil-ftehim applikabbli dwar l-istatus tal-forzi msemmi fl-Artikolu 3(1) jew kwalunkwe dispożizzjoni alternattiva applikabbli.

Artikolu 12

Kontribuzzjoni għall-ispejjeż komuni

1.   Soġġett għall-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu u minkejja l-Artikolu 1(5), ir-Repubblika tal-Kolombja għandha tikkontribwixxi għall-finanzjament tal-ispejjeż komuni tal-operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet konċernata.

2.   Tali kontribuzzjoni għall-ispejjeż komuni għandha tiġi kkalkolata fuq il-bażi ta' waħda mill-formoli li ġejjin, skont liema waħda tipproduċi l-inqas ammont:

(a)

is-sehem tal-ispejjeż komuni li jkun ugwali għall-proporzjon tad-DNG tar-Repubblika tal-Kolombja mqabbel mat-total tad-DNG tal-Istati kollha li jkunu qegħdin jikkontribwixxu għall-ispejjeż komuni tal-operazzjoni; jew

(b)

is-sehem tal-ispejjeż komuni li jkun ugwali għall-proporzjon tan-numru tal-persunal mir-Repubblika tal-Kolombja parteċipanti fl-operazzjoni mqabbel man-numru totali tal-persunal tal-Istati kollha parteċipanti fl-operazzjoni.

Fejn tintuża l-formula taħt il-punt (b), u r-Repubblika tal-Kolombjatikkontribwixxi persunal għall-Kwartieri Ġenerali tal-Operazzjoni jew tal-Forza biss, il-proporzjon li jintuża għandu jkun dak tal-persunal tagħha għan-numru totali tal-persunal tal-kwartieri ġenerali rispettivi. F'każijiet oħra, il-proporzjon għandu jkun dak tal-persunal kollu kontribwit mir-Repubblika tal-Kolombja għall-persunal totali tal-operazzjoni.

3.   Minkejja l-paragrafu 1, l-Unjoni għandha, bħala prinċipju, teżenta r-Repubblika tal-Kolombja minn kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-ispejjeż komuni ta' operazzjoni militari tal-UE tal-immaniġġar ta' kriżi partikolari jekk tiddeċiedi li r-Repubblika tal-Kolombja tipprovdi kontribuzzjoni sinifikanti għal dik l-operazzjoni;

4.   Soġġett għall-paragrafu 1, kwalunkwe arranġament għall-pagament tal-kontribuzzjonijiet tar-Repubblika tal-Kolombja għall-ispejjeż komuni għandu jiġi konkluż bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Partijiet u għandu jinkludi, fost l-oħrajn, id-dispożizzjonijiet li ġejjin dwar:

(a)

l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja kkonċernata;

(b)

l-arranġamenti għall-pagament tal-kontribuzzjoni finanzjarja; u

(c)

il-proċedura tal-awditjar.

TAQSIMA IV

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 13

Arranġamenti biex jiġi implimentat il-Ftehim

Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 8(5) u 12(4), kwalunkwe arranġament tekniku u amministrattiv meħtieġ skont l-implementazzjoni ta' dan il-Ftehim għandu jiġi konkluż bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Partijiet.

Artikolu 14

Awtoritajiet kompetenti

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, l-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika tal-Kolombja għandhom ikunu l-Ministeru tad-Difiża Nazzjonali dment li l-Unjoni Ewropea ma tiġix innotifikata mod ieħor.

Artikolu 15

Nuqqas ta' konformità

Jekk kwalunkwe waħda mill-Partijiet tonqos milli tikkonforma mal-obbligi tagħha skont dan il-Ftehim, il-Parti l-oħra għandu jkollha d-dritt li ttemm dan il-Ftehim permezz ta' avviż bil-miktub minn xahar qabel.

Artikolu 16

Riżoluzzjoni ta' tilwim

Tilwim li jikkonċerna l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim għandu jiġi riżolt b'mezzi diplomatiċi bejn il-Partijiet.

Artikolu 17

Dħul fis-seħħ, tul ta' żmien u terminazzjoni

1.   Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tal-ewwel xahar wara li l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri legali interni meħtieġa għad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

2.   Dan il-Ftehim għandu jiġi rivedut fuq it-talba ta' kwalunkwe Parti.

3.   Dan il-Ftehim jista' jiġi emendat abbażi ta' ftehim reċiproku bil-miktub bejn il-Partijiet. L-emendi għandhom jidħlu fis-seħħ f'konformità mal-proċedura stipulata fil-paragrafu 1.

4.   Dan il-Ftehim jista' jiġi ddenunzjat minn kwalunkwe Parti b'notifika bil-miktub ta' denunzja mogħtija lill-Parti l-oħra. Tali denunzja għandha ssir effettiva sitt xhur wara li l-Parti l-oħra tirċievi n-notifika.

B'XHIEDA TA' DAN, is-sottoskritti, li t-tnejn huma awtorizzati kif inhu dovut biex jagħmlu dan mill-Partijiet rispettivi tagħhom, iffirmaw dan il-Ftehim.

Magħmul f'Bogotà, fil-ħames jum ta’ Awwissu fis-sena elfejn u erbatax bil-lingwa Ingliża u dik Spanjola, b'kull waħda tkun ugwalment awtentika.

Għall-Unjoni Ewropea

Għar-Repubblika tal-Kolombja


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/KE tal-23 ta' Settembru 2013 dwar ir-regoli ta' sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 274, 15.10.2013, p. 1).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/871/PESK tad-19 ta' Diċembru 2011 li tistabbilixxi mekkaniżmu sabiex jiġi amministrat il-finanzjament tal-ispejjeż komuni tal-operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea li jkollhom implikazzjonijiet militari jew ta' difiża (Athena) (ĠU L 343, 23.12.2011, p. 35).


DIKJARAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI TAL-UE LI TAPPLIKA DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL TAL-UE DWAR OPERAZZJONI TAL-UE GĦALL-IMMANIĠĠAR TA' KRIŻIJIET, LI FIHA TIPPARTEĊIPA R-REPUBBLIKA TAL-KOLOMBJA RIGWARD IR-RINUNZJA TA' PRETENSJONIJIET

“L-Istati Membri tal-UE li japplikaw Deċiżjoni tal-Kunsill tal-UE dwar operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet li fiha tipparteċipa r-Repubblika tal-Kolombjaser jagħmlu ħilithom, sa fejn is-sistemi legali interni tagħhom jippermettu, biex jirrinunzjaw sa fejn ikun possibbli għal kwalunkwe pretensjoni kontra r-Repubblika tal-Kolombjafir-rigward ta' korriment, mewt ta' persunal tagħhom, jew ħsara lil, jew telf ta', kwalunkwe assi ta' proprjetà tagħhom u użata mill-operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet jekk tali korriment, mewt, ħsara jew telf:

kien ikkawżat minn persunal, kontribwit mir-Repubblika tal-Kolombja lil operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet,fl-eżekuzzjoni tad-doveri tagħhom b'konnessjoni mal-operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet, ħlief f'każ ta' negliġenza serja jew kondotta skorretta volontarja; jew

irriżulta mill-użu ta' kwalunkwe assi proprjetà tar-Repubblika tal-Kolombja, sakemm l-assi jkunu ntużaw b'konnessjoni mal-operazzjoni u ħlief fil-każ ta' negliġenza serja jew imġiba skorretta volontarja minn persunal kontribwit mir-Repubblika tal-Kolombja lill-operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet,li kien qed juża dawk l-assi.”

.

DIKJARAZZJONI MIR-REPUBBLIKA TAL-KOLOMBJA RIGWARD IR-RINUNZJA TA' PRETENSJONIJIET KONTRA KWALUNKWE STAT LI JIPPARTEĊIPA F'OPERAZZJONIJIET TAL-UE GĦALL-IMMANIĠĠAR TA' KRIŻIJIET

“Ir-Repubblika tal-Kolombja, wara li qablet li tipparteċipa f'operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet, ser tagħmel ħilitha, sa fejn is-sistema legali interna tagħha tippermetti, biex tirrinunzja sa fejn possibbli għal kwalunkwe pretensjoni kontra kwalunkwe Stat li jipparteċipa f'operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet rigward il-korriment, mewt ta' persunal tagħha, jew ħsara lil, jew telf ta', kwalunkwe assi proprjetà tagħha u użat mill-operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet jekk tali korriment, mewt, dannu jew telf:

kien ikkawżat minn persunal fit-twettiq tad-doveri tagħhom b'konnessjoni mal-operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet, ħlief f'każ ta' negliġenza serja jew kondotta ħażina volontarja; jew

irriżulta mill-użu ta' kwalunkwe assi li tkun proprjetà ta' Stati parteċipanti fl-operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet, dment li l-assi ntużaw b'konnessjoni mal-operazzjoni u ħlief fil-każ ta' negliġenza serja jew imġiba ħażina volontarja mill-membri tal-persunal tal-operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet li kien qiegħed juża dawk l-assi.”

.

REGOLAMENTI

23.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 251/16


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 916/2014

tat-22 ta' Awwissu 2014

li japprova s-sustanza bażika sukrożju, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 23(5) flimkien mal-Artikolu 13(2) tiegħu,

Billi:

(1)

F'konformità mal-Artikolu 23(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, fl-24 ta' April 2013 il-Kummissjoni rċeviet applikazzjoni mingħand ITAB għall-approvazzjoni tas-sukrożju bħala sustanza bażika. Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mill-informazzjoni meħtieġa skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 23(3).

(2)

Il-Kummissjoni talbet lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn' il quddiem “l-Awtorità”) għal assistenza xjentifika. Fit-12 ta' Ġunju 2014, l-Awtorità ppreżentat Rapport Tekniku dwar is-sustanza inkwistjoni lill-Kummissjoni (2). Il-Kummissjoni ppreżentat ir-rapport ta' analiżi (3) u l-abbozz ta' dan ir-Regolament dwar l-approvazzjoni tas-sukrożju lill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf fil-11 ta' Lulju 2014.

(3)

Id-dokumentazzjoni mogħtija mill-applikant turi li s-sukrożju jissodisfa l-kriterji ta' oġġett tal-ikel kif definit fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). Barra minn hekk, is-sustanza mhix użata b'mod predominanti għall-finijiet ta' protezzjoni tal-pjanti iżda madankollu għandha użu fil-protezzjoni tal-pjanti fi prodott li jikkonsisti mis-sustanza u l-ilma. Konsegwentement, għandha titqies bħala sustanza bażika.

(4)

Mill-eżamijiet imwettqa deher li s-sukrożju jista' jkun mistenni li jissodisfa, b'mod ġenerali, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, b'mod partikolari fir-rigward tal-użi li kienu eżaminati u ddettaljati fir-rapport ta' analiżi tal-Kummissjoni. Għaldaqstant huwa f'loku li s-sukrożju jkun approvat bħala sustanza bażika.

(5)

F'konformità mal-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu kif ukoll fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, jeħtieġ li jiġu inklużi ċerti kundizzjonijiet għall-approvazzjoni li huma spjegati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

(6)

F'konformità mal-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (5) għandu jiġi emendat skont dan.

(7)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Approvazzjoni ta' sustanza bażika

Is-sustanza sukrożju, kif speċifikat fl-Anness I, hija approvata bħala sustanza bażika skont il-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Emendi fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

Il-Parti C tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 hija emendata skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Id-dħul fis-seħħ u d-data tal-applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Awwissu 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Ir-riżultat tal-konsultazzjoni mal-Istati Membri u l-EFSA dwar l-applikazzjoni tas-sustanza bażika sukrożju u l-konklużjonijiet meħuda mill-EFSA dwar il-punti speċifiċi mqajma. 2014:EN-616.27 pp.

(3)  http://ec.europa.eu/sanco_pesticides/public/?event=homepage

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).


ANNESS I

Isem Komuni, Numri ta' Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (1)

Data tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

Sukrożju

Nru CAS: 57-50-1

α-D-glukopiranosil-(1→2)-β-D-fruktofuranosur jew β-D-fruktofuranosil-(2→1)-α-D-glukopiranosur

Grad tal-ikel

L-1 ta' Jannar 2015

L-użi bħala sustanza bażika li tkun stimulant tal-mekkaniżmi ta' difiża naturali tal-għelejjel biss huma approvati.

Is-sukrożju jista' jintuża f'konformità mal-kundizzjonijiet speċifiċi inklużi fil-konklużjonijiet tar-rapport ta' analiżi dwar is-sukrożju (SANCO/11406/2014) u b'mod partikolari fl-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif ġew iffinalizzati mill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf fil-11 ta' Lulju 2014.


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità, l-ispeċifikazzjoni u l-mod tal-użu tas-sustanza attiva huma mogħtija fir-rapport ta' analiżi.


ANNESS II

Fil-Parti C tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, tiżdied l-entrata li ġejja:

Numru

Isem Komuni, Numri ta' Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (1)

Data tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“3

Sukrożju

Nru CAS: 57-50-1

α-D-glukopiranosil-(1→2)-β-D-fruktofuranosur jew β-D-fruktofuranosil-(2→1)-α-D-glukopiranosur

Grad tal-ikel

L-1 ta' Jannar 2015

L-użi bħala sustanza bażika li tkun stimulant tal-mekkaniżmi ta' difiża naturali tal-għelejjel biss huma approvati.

Is-sukrożju jista' jintuża f'konformità mal-kundizzjonijiet speċifiċi inklużi fil-konklużjonijiet tar-rapport ta' analiżi dwar is-sukrożju (SANCO/11406/2014) u b'mod partikolari fl-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif ġew iffinalizzati mill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf fil-11 ta' Lulju 2014.”


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità, l-ispeċifikazzjoni u l-mod tal-użu tas-sustanza attiva huma mogħtija fir-rapport ta' analiżi.


23.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 251/19


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 917/2014

tat-22 ta' Awwissu 2014

li japprova s-sustanza attiva Streptomyces lydicus tar-razza WYEC 108, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(2) u l-Artikolu 78(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 80(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandha tapplika d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (2) fir-rigward tal-proċedura u l-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanzi attivi li għalihom ġiet adottata deċiżjoni skont l-Artikolu 6(3) ta' dik id-Direttiva qabel l-14 ta' Ġunju 2011. Għal Streptomyces lydicus tar-razza WYEC 108, il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 80(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huma ssodisfati bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/253/UE (3).

(2)

Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE fis-6 ta' Awwissu 2010, il-Pajjiżi l-Baxxi rċevew applikazzjoni mingħand FuturEco Bioscience S.L. għall-inklużjoni tas-sustanza attiva Streptomyces lydicus tar-razza WYEC 108 fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/253/UE kkonfermat li d-dossier kien “komplut” fis-sens li seta' jitqies bħala wieħed li jissodisfa, fil-prinċipju, ir-rekwiżiti tad-dejta u tal-informazzjoni tal-Annessi II u III tad-Direttiva 91/414/KEE.

(3)

Għal dik is-sustanza attiva, ġew ivvalutati l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u fuq l-ambjent, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(2) u (4) tad-Direttiva 91/414/KEE, għall-użi proposti mill-applikant. Fl-4 ta' Mejju 2012, l-Istat Membru relatur maħtur ressaq abbozz ta' rapport ta' valutazzjoni.

(4)

L-abbozz ta' rapport ta' valutazzjoni ġie analizzat mill-Istati Membri u mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Awtorità”). L-Awtorità ppreżentat lill-Kummissjoni l-konklużjoni tagħha dwar il-valutazzjoni tar-riskju tas-sustanza attiva Streptomyces lydicus tar-razza WYEC 108 (4) bħala pestiċida fl-14 ta' Ottubru 2013. L-abbozz ta' rapport ta' valutazzjoni u l-konklużjoni tal-Awtorità ġew eżaminati mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, u fil-11 ta' Lulju 2014 l-abbozz ta' rapport ta' valutazzjoni ġie ffinalizzat fil-format tar-rapport ta' analiżi tal-Kummissjoni dwar l-iStreptomyces lydicus tar-razza WYEC 108.

(5)

Minn bosta eżamijiet li saru, deher li l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jinkludu l-iStreptomyces lydicus tar-razza WYEC 108 huma mistennija li jissodisfaw, b'mod ġenerali, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) u fl-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 91/414/KEE, b'mod partikolari fir-rigward tal-użi tagħhom li ġew eżaminati u ddettaljati fir-rapport ta' analiżi tal-Kummissjoni. Għalhekk, huwa xieraq li l-iStreptomyces lydicustar-razza WYEC 108 jiġi approvat.

(6)

Għandu jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli qabel l-approvazzjoni sabiex l-Istati Membri u l-partijiet interessati jkunu jistgħu jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-approvazzjoni.

(7)

Madankollu, mingħajr preġudizzju għall-obbligi stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 bħala konsegwenza tal-approvazzjoni u meta titqies is-sitwazzjoni speċifika li nħolqot bit-tranżizzjoni mid-Direttiva 91/414/KEE għar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandu japplika dan li ġej. L-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu ta' sitt xhur wara l-approvazzjoni biex jeżaminaw l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom l-iStreptomyces lydicus tar-razza WYEC 108. L-Istati Membri għandhom, kif xieraq, ivarjaw, jissostitwixxu jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet. B'deroga minn dik l-iskadenza, għandu jingħata perjodu itwal għas-sottomissjoni u għall-valutazzjoni tad-dossier komplut tal-Anness III, kif stipulat fid-Direttiva 91/414/KEE, ta' kull prodott għall-protezzjoni tal-pjanti għal kull użu maħsub skont il-prinċipji uniformi.

(8)

L-esperjenza miksuba minn inklużjonijiet fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE ta' sustanzi attivi vvalutati fil-qafas tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 (5) uriet li jistgħu jinqalgħu xi diffikultajiet fl-interpretazzjoni tad-dmirijiet ta' detenturi ta' awtorizzazzjonijiet eżistenti dwar l-aċċess għad-dejta. Għalhekk, sabiex jiġu evitati iktar diffikultajiet, jidher li jeħtieġ li d-dmirijiet tal-Istati Membri jiġu ċċarati, speċjalment id-dmir li jivverifikaw li d-detentur ta' awtorizzazzjoni juri li għandu aċċess għal dossier li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II ma' dik id-Direttiva. Madankollu, din il-kjarifika ma timponi l-ebda obbligu ġdid fuq l-Istati Membri jew fuq id-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet, meta mqabbla mad-Direttivi li kienu adottati s'issa li jemendaw l-Anness I ta' dik id-Direttiva jew ir-Regolamenti li japprovaw is-sustanzi attivi.

(9)

F'konformità mal-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (6) għandu jiġi emendat skont dan.

(10)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Approvazzjoni ta' sustanza attiva

Is-sustanza attiva Streptomyces lydicus tar-razza WYEC 108, kif speċifikata fl-Anness I, hija approvata skont il-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Valutazzjoni mill-ġdid tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti

1.   F'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-Istati Membri għandhom, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet eżistenti tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom l-iStreptomyces lydicus tar-razza WYEC 108 bħala sustanza attiva sat-30 ta' Ġunju 2015.

Sa dik id-data dawn għandhom, b'mod partikolari, jivverifikaw li jkunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet fl-Anness I ta' dan ir-Regolament, ħlief dawk identifikati fil-kolonna dwar dispożizzjonijiet speċifiċi ta' dak l-Anness, u jivverifikaw li d-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu dossier jew għandu aċċess għal dossier li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II tad-Direttiva 91/414/KEE skont il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 13(1) sa (4) ta' dik id-Direttiva u l-Artikolu 62 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

2.   B'deroga mill-paragrafu 1, għal kull prodott awtorizzat għall-protezzjoni tal-pjanti li fih l-iStreptomyces lydicus tar-razza WYEC 108 bħala l-unika sustanza attiva jew bħala waħda minn bosta sustanzi attivi, li kollha huma elenkati fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, l-Istati Membri, sa mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2014, għandhom jerġgħu jevalwaw il-prodott skont il-prinċipji uniformi, kif imsemmi fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, abbażi ta' dossier li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness III tad-Direttiva 91/414/KEE u billi jqisu l-kolonna dwar id-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Anness I ta' dan ir-Regolament. Abbażi ta' dik l-evalwazzjoni, għandhom jistabbilixxu jekk il-prodott jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 29(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

Wara li dan jiġi stabbilit, l-Istati Membri għandhom:

(a)

fil-każ ta' prodott li jkun fih l-iStreptomyces lydicus, tar-razza WYEC 108 bħala l-unika sustanza attiva, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2016; jew

(b)

fil-każ ta' prodott li fih l-iStreptomyces lydicus, tar-razza WYEC 108 bħala waħda minn bosta sustanzi attivi, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sat-30 ta' Ġunju 2016 jew sad-data ffissata għal emenda jew irtirar ta' dan it-tip fl-att jew fl-atti rispettivi li żiedu s-sustanza jew is-sustanzi attivi rilevanti fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE jew approvaw dik is-sustanza jew dawk is-sustanzi, skont liema minnhom tkun l-iktar riċenti.

Artikolu 3

Emendi għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Id-dħul fis-seħħ u d-data ta' applikazzjoni

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2015.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Awwissu 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/253/UE tas-26 ta' April 2011 li tagħraf fil-prinċipju l-kompletezza tad-dossiers sottomessi għal eżaminazzjoni dettaljata fid-dawl tal-possibbiltà tal-inklużjoni tal-metobromuron, l-aċidu S-Abscisic, il-Bacillus amyloliquefaciens subsp. plantarum D747, il-Bacillus pumilus QST 2808 u s-Streptomyces lydicus WYEC 108 fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 106, 27.4.2011, p. 13).

(4)   The EFSA Journal 2013;11(11):3425. Disponibbli onlajn fuq: www.efsa.europa.eu.

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 tal-11 ta' Diċembru 1992 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-ewwel stadju tal-programm ta' xogħol imsemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 366, 15.12.1992, p. 10).

(6)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).


ANNESS I

Isem Komuni, Numri ta' Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (1)

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

Streptomyces lydicus tar-razza WYEC 108

Numru tal-kollezzjoni: American Type Culture Collection (USDA) ATCC 55445

Mhux applikabbli

Konċentrazzjoni minima: 5,0 × 108 CFU/g

fl-1 ta' Jannar 2015

fil-31 ta' Diċembru 2024

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' analiżi dwar l-iStreptomyces lydicus tar-razza WYEC 108, u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif iffinalizzati fil-11 ta' Lulju 2014 fil-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf.

F'din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lil dawn il-fatturi li ġejjin:

(a)

ir-riskju lill-organiżmi akkwatiċi,

(b)

ir-riskju lill-organiżmi li jgħixu fil-ħamrija.

Meta xieraq, il-kundizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu miżuri għall-mitigazzjoni tar-riskju.


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva huma pprovduti fir-rapport ta' analiżi.


ANNESS II

Fil-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, tiżdied l-entrata li ġejja:

Numru

Isem Komuni, Numri ta' Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (1)

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“79

Streptomyces lydicus tar-razza WYEC 108

Numru tal-kollezzjoni: American Type Culture Collection (USDA) ATCC 55445

Mhux applikabbli

Konċentrazzjoni minima: 5.0 × 108 CFU/g

fl-1 ta' Jannar 2015

fil-31 ta' Diċembru 2024

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' analiżi dwar l-iStreptomyces lydicus tar-razza WYEC 108, u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif iffinalizzati fil-11 ta' Lulju 2014 fil-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf.

F'din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lil dawn il-fatturi li ġejjin:

(a)

ir-riskju lill-organiżmi akkwatiċi,

(b)

ir-riskju lill-organiżmi li jgħixu fil-ħamrija.

Meta xieraq, il-kundizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu miżuri għall-mitigazzjoni tar-riskju.”


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva huma pprovduti fir-rapport ta' analiżi.


23.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 251/24


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 918/2014

tat-22 ta' Awwissu 2014

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta' approvazzjoni tas-sustanza attiva Feromoni tal-Lepidopteri ta' Katina Dritta

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(2)(c) tiegħu,

Billi:

(1)

Is-sustanza attiva Feromoni tal-Lepidopteri ta' Katina Dritta ġiet inkluża fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (2) bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/127/KE (3) b'konformità mal-proċedura prevista fl-Artikolu 24b tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2229/2004 (4). Minn mindu r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 ħa post id-Direttiva 91/414/KEE, din is-sustanza qed titqies li ġiet approvata skont dak ir-Regolament u hija elenkata fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (5).

(2)

B'konformità mal-Artikolu 25a tar-Regolament (KE) Nru 2229/2004, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, minn hawn 'il quddiem imsejħa 'l-Awtorità', ippreżentat lill-Kummissjoni l-opinjoni tagħha dwar l-abbozz tar-rapport ta' analiżi għall-Feromoni tal-Lepidopteri ta' Katina Dritta (6) fit-13 ta' Diċembru 2013. L-Awtorità wasslet l-opinjoni tagħha dwar il-Feromoni tal-Lepidopteri ta' Katina Dritta lin-notifikatur. Il-Kummissjoni stednitha tressaq il-kummenti tagħha dwar l-abbozz tar-rapport ta' analiżi għall-Feromoni tal-Lepidopteri ta' Katina Dritta. L-abbozz tar-rapport ta' analiżi u l-opinjoni tal-Awtorità ġew eżaminati mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf u fil-11 ta' Lulju 2014 ġew iffinalizzati fl-għamla ta' rapport ta' analiżi tal-Kummissjoni għall-Feromoni tal-Lepidopteri ta' Katina Dritta.

(3)

Ġie kkonfermat li s-sustanza attiva Feromoni tal-Lepidopteri ta' Katina Dritta għandha titqies approvata skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(4)

Il-Feromoni tal-Lepidopteri ta' Katina Dritta huma grupp ta' feromoni prodotti naturalment minn insetti tal-ordni Lepidoptera. Dawn għandhom definizzjoni strutturali u mekkaniżmu tal-azzjoni komuni. Ir-rapport ta' analiżi dwar il-Feromoni tal-Lepidopteri ta' Katina Dritta (SANCO/2633/2008) jinkludi lista ta' komposti individwali li għandhom id-definizzjoni strutturali komuni ta' Feromoni tal-Lepidopteri ta' Katina Dritta u jinsabu fi prodotti awtorizzati għall-protezzjoni tal-pjanti. Dik il-lista se tiġi aġġornata, kif xieraq.

(5)

Skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu kif ukoll fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, huwa meħtieġ li jiġu emendati l-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tal-Feromoni tal-Lepidopteri ta' Katina Dritta. B'mod partikolari, jixraq li tintalab iktar informazzjoni ta' konferma.

(6)

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq.

(7)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 hija emendata skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Awwissu 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).

(3)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/127/KE tat-18 ta' Diċembru 2008 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni ta' bosta sustanzi attivi (ĠU L 344, 20.12.2008, p. 89).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2229/2004 tat-3 ta' Diċembru 2004 li jistabbilixxi aktar regoli fid-dettall għall-implimentazzjoni tar-raba' stadju tal-programm ta' ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 379, 24.12.2004, p. 13).

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).

(6)  L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel. Il-konklużjoni dwar l-evalwazzjoni bejn il-pari tal-valutazzjoni tar-riskju bħala pestiċida tas-sustanza attiva Feromoni tal-Lepidopteri ta' Katina Dritta. EFSA Journal 2014;12(1):3524. 537 pp. doi:10.2903/j.efsa.2014.3524. Disponibbli onlajn fuq: www.efsa.europa.eu/efsajournal.


ANNESS

Fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, ir-ringiela 255 dwar is-sustanza attiva Feromoni tal-Lepidopteri ta' Katina Dritta qed titbiddel b'dan li ġej:

Numru

Isem Komuni, Numri ta' Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“255

Feromoni tal-Lepidopteri ta' Katina Dritta

Rapport ta' analiżi (SANCO/2633/2008)

Rapport ta' analiżi (SANCO/2633/2008)

fl-1 ta' Settembru 2009

fil-31 ta' Awwissu 2019

PARTI A

L-użi bħala attiranti biss jistgħu jiġu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' analiżi dwar il-feromoni tal-lepidopteri ta' katina dritta (SANCO/2633/2008) u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif iffinalizzati fil-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf.

Il-kundizzjonijiet għall-użu għandhom jinkludu, fejn xieraq, miżuri għall-mitigazzjoni tar-riskju.

In-notifikatur għandu jressaq informazzjoni ta' konferma dwar:

(1)

il-profil ġenotossiku tal-komposti tal-grupp aldeid;

(2)

l-espożizzjoni tal-bnedmin u tal-ambjent li tirriżulta mill-modi differenti ta' applikazzjoni tal-Feromoni tal-Lepidopteri ta' Katina Dritta bħala prodott għall-protezzjoni tal-pjanti, meta mqabbla mal-livelli ta' sfond naturali ta' dawk il-feromoni.

L-applikant għandu jippreżenta lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità l-informazzjoni stabbilita fil-punt (1) sal-31 ta' Diċembru 2015 u l-informazzjoni stabbilita fil-punt (2) sal-31 ta' Diċembru 2016.”


23.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 251/27


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 919/2014

tat-22 ta’ Awwissu 2014

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Awwissu 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 KG)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0707 00 05

TR

81,4

ZZ

81,4

0709 93 10

TR

103,7

ZZ

103,7

0805 50 10

AR

146,9

TR

145,8

UY

150,0

ZA

152,5

ZZ

148,8

0806 10 10

BR

181,7

CL

73,7

EG

200,2

MA

170,3

TR

136,1

ZA

318,8

ZZ

180,1

0808 10 80

AR

83,7

BR

66,9

CL

84,1

CN

120,5

NZ

127,8

PE

21,0

US

131,3

ZA

117,0

ZZ

94,0

0808 30 90

AR

40,6

CL

88,5

TR

125,6

ZA

100,6

ZZ

88,8

0809 30

MK

60,6

TR

120,2

ZZ

90,4

0809 40 05

BA

37,0

ZA

206,3

ZZ

121,7


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.