|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 248 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 57 |
|
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
|
||
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
|
2014/536/UE |
|
|
|
* |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
22.8.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 248/1 |
REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 913/2014
tal-21 ta' Awwissu 2014
li jistabbilixxi miżuri temporanji eċċezzjonali ta' appoġġ għall-produtturi tal-ħawħ u tan-nuċiprisk
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 219(1) flimkien mal-Artikolu 228 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-livelli ta' provvista staġjonalment għoljin tal-ħawħ u tan-nuċiprisk u t-tnaqqis fil-konsum minħabba l-kundizzjonijiet ħżiena tat-temp fl-aqwa tal-ħsad ħolqu diffikultajiet fis-sitwazzjoni tas-suq bi tnaqqis sinifikanti fil-prezzijiet għal dak il-frott. Il-possibbiltà limitata ta' ħżin għal dan il-frott li jeħżien ma tippermettix li t-tali sitwazzjoni titjieb malajr. Barra minn hekk, il-projbizzjoni mħabbra mir-Russja fuq l-importazzjonijiet tal-frott u l-ħxejjex mill-Unjoni lejn ir-Russja tirriskja li taggrava s-sitwazzjoni fis-swieq tal-ħawħ u tan-nuċiprisk. Għaldaqstant, il-miżuri normali disponibbli skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jidhru li mhumiex biżżejjed biex jindirizzaw is-sitwazzjoni li tfaċċat fis-suq. |
|
(2) |
Sabiex jiġi evitat li s-sitwazzjoni eżistenti tas-suq tinbidel f'disturb aktar sever u mtawwal fis-suq, jeħtieġ li tittieħed azzjoni urġenti biex jiġu adottati miżuri eċċezzjonali ta' appoġġ għall-produtturi tal-ħawħ u tan-nuċiprisk f'dan l-istadju tal-ħsad. |
|
(3) |
L-irtirar mis-suq jikkostitwixxi miżura effettiva ta' mmaniġġjar tal-kriżijiet f'każ ta' eċċess ta' frott u l-ħxejjex minħabba ċirkostanzi temporanji u imprevedibbli. |
|
(4) |
Sabiex jittaffa l-impatt ta' tnaqqis f'daqqa fil-prezzijiet dan is-sajf, l-għajnuna finanzjarja eżistenti tal-Unjoni prevista għall-irtirar tal-prodotti mis-suq biex jitqassmu b'xejn lil ċerti organizzazzjonijiet, bħall-organizzazzjonijiet tal-karità u l-iskejjel, għandha tiżdied temporanjament. Għalhekk, l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għandha tingħata sa massimu ta' 10 % tal-volum tal-produzzjoni kkummerċjalizzata ta' kull organizzazzjoni tal-produtturi. |
|
(5) |
Fid-dawl tad-disturb eċċezzjonali fis-suq u sabiex jiġi żgurat li l-produtturi kollha tal-ħawħ u tan-nuċiprisk jirċievu appoġġ mill-Unjoni, l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għandha tiġi estiża wkoll għall-produtturi tal-ħawħ u tan-nuċiprisk li mhumiex membri ta' xi organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta. |
|
(6) |
Il-produtturi li ma jkunux membri ta' organizzazzjoni tal-produtturi għandhom jirċievu 50 % tal-ammonti previsti skont l-għajnuna finanzjarja eżistenti tal-Unjoni. Madankollu, dawn għandhom jissodisfaw l-istess kundizzjonijiet bħall-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew kundizzjonijiet simili. Għaldaqstant, f'dan il-kuntest, dawn għandhom ikunu suġġetti, bħall-organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti, għad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 (2). |
|
(7) |
Barra minn hekk, żieda fil-konsum tal-ħawħ u tan-nuċiprisk għandha tgħin biex is-sitwazzjoni fis-suq tistabbilizza ruħha aktar malajr. Iridu jsiru kampanji ta' promozzjoni biex jitħeġġeġ il-konsum ta' dan il-frott. Għaldaqstant, irid jingħata appoġġ addizzjonali mill-Unjoni lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi għall-kampanji ta' promozzjoni. |
|
(8) |
Dak l-appoġġ addizzjonali għall-attivitajiet ta' promozzjoni jrid jitqassam bejn l-Istati Membri fuq il-bażi tal-produzzjoni tagħhom tal-ħawħ u tan-nuċiprisk fl-2012. Il-biċċa l-kbira tal-produzzjoni hija kkonċentrata f'erba' Stati Membri. Erbgħa u għoxrin Stat Membru flimkien jirrappreżentaw biss 3,7 % tal-produzzjoni tal-Unjoni tal-ħawħ u tan-nuċiprisk. Sabiex jiġi żgurat użu effiċjenti tal-baġit disponibbli, ma trid tingħata l-ebda allokazzjoni lill-Istati Membri li għandhom sehem ta' anqas minn 1 % mill-produzzjoni tal-Unjoni. |
|
(9) |
Għandu jitħalla f'idejn l-Istati Membri kkonċernati biex jiddeterminaw kif se jallokaw l-appoġġ addizzjonali previst f'dan ir-Regolament skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, ħlief meta f'dan ir-Regolament huma previsti derogi għal dawk ir-Regolamenti. |
|
(10) |
Sabiex ikun hemm impatt immedjat fuq is-suq u biex jingħata kontribut għall-istabbilizzazzjoni tal-prezzijiet, il-miżuri temporanji eċċezzjonali ta' appoġġ previsti f'dan ir-Regolament għandhom japplikaw mid-data tat-tħabbir ta' dawk il-miżuri mill-Kummissjoni fil-11 ta' Awwissu 2014, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta' applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli għal miżuri temporanji eċċezzjonali ta' appoġġ għall-ħawħ u n-nuċiprisk tal-kodiċi tan-NM 0809 30 maħsub għall-konsum frisk.
2. Il-miżuri ta' appoġġ imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikopru:
|
(a) |
l-operazzjonijiet ta' rtirar imwettqa mill-11 ta' Awwissu sat-30 ta' Settembru 2014 minn organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħxejjex rikonoxxuti skont l-Artikolu 154 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, kif ukoll minn produtturi li mhumiex membri tat-tali organizzazzjonijiet; kif ukoll |
|
(b) |
l-attivitajiet ta' promozzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 33(3)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 imwettqa mill-11 ta' Awwissu sal-31 ta' Diċembru 2014 minn organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u tal-ħxejjex rikonoxxuti skont l-Artikolu 154 ta' dak ir-Regolament. |
Artikolu 2
Għajnuna finanzjarja mogħtija lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi għall-irtirar
1. Għall-operazzjonijiet tal-irtirar imsemmija fl-Artikolu 1(2)(a), l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għall-irtirar mis-suq għad-distribuzzjoni b'xejn skont l-Artikolu 34(4) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandha tkun disponibbli għal massimu ta' 10 % tal-volum tal-produzzjoni kkummerċjalizzata ta' kull organizzazzjoni tal-produtturi.
2. L-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun disponibbli għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi anki jekk dawn ma jipprevedux dawn l-operazzjonijiet ta' rtirar mis-suq fil-programmi operazzjonali tagħhom. L-Artikolu 32(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 ma għandux japplika għall-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni mogħtija skont dan l-Artikolu.
3. L-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhiex titqies għall-iskop tal-kalkolu tal-limiti msemmija fl-Artikolu 34(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.
4. Il-limitu ta' terz tan-nefqa msemmi fir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 33(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u l-limitu massimu ta' 25 % għaż-żieda tal-fond operattiv imsemmi fl-Artikolu 66(3)(c) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 ma għandhomx japplikaw għan-nefqa mġarrba għall-operazzjonijiet tal-irtirar imsemmija fl-Artikolu 1(2)(a) ta' dan ir-Regolament.
5. In-nefqa mġarrba skont dan l-Artikolu għandha tifforma parti mill-fond operattiv tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi.
Artikolu 3
Għajnuna finanzjarja għall-produtturi li mhumiex membri tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi
1. Għajnuna finanzjarja tal-Unjoni ta' 50 % tal-ammonti stabbiliti fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 għandha tingħata skont dan l-Artikolu lill-produtturi tal-frott u tal-ħxejjex li mhumiex membri ta' xi organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta.
2. L-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun disponibbli għall-kunsinna ta' prodotti li sussegwentement jiġu rtirati mis-suq minn organizzazzjoni tal-produtturi skont l-Artikolu 34(4) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, dejjem jekk jitħares il-limitu massimu li jkun l-iktar baxx minn fost dawk stabbiliti fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.
3. Il-produtturi għandhom jikkonkludu kuntratt ma' organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta għall-kwantità kollha ta' prodotti li jridu jitwasslu skont dan l-Artikolu. L-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom jaċċettaw it-talbiet raġjonevoli kollha magħmulin minn produtturi li mhumiex membri ta' xi organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta. Qabel ma tiffirma l-kuntratt, l-organizzazzjoni tal-produtturi għandha tivverifika li l-kwantità li trid titwassal skont il-kuntratt ma taqbiżx il-limitu massimu l-aktar baxx minn fost dawk li ġejjin:
|
(a) |
10 % tal-produzzjoni totali tal-produttur fl-2012, fuq il-bażi ta' dokumenti bil-miktub ta' valur probatorju li għandhom jiġu pprovduti mill-produttur; kif ukoll |
|
(b) |
ir-rendiment medju tal-produzzjoni għal kull ettaru tal-organizzazzjoni tal-produtturi u tal-membri tagħha għall-ħawħ u għan-nuċiprisk rispettviament fl-2012, immultiplikat b'10 % tal-erja użata mill-produttur għall-produzzjoni tal-ħawħ u tan-nuċiprisk rispettivament fl-2014 fuq il-bażi ta' dokumenti bil-miktub ta' valur probatorju li għandhom jiġu pprovduti mill-produttur. |
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-rendiment tal-produzzjoni għall-ħawħ u għan-nuċiprisk rispettivament li għandu jintuża mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi li ma kkumerċjalizzawx il-ħawħ u/jew in-nuċiprisk fl-2012. F'każ li l-Istati Membri jistabbilixxu rendimenti reġjonali, ir-reġjuni għandhom ikunu dawk iddefiniti fl-Artikolu 91(4) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, jekk dan ikun applikabbli.
4. L-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għandha titħallas lill-produtturi li mhumiex membri tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi mill-organizzazzjoni tal-produtturi li magħha l-produttur mhux membru jkun iffirma kuntratt skont il-paragrafu 3.
5. L-organizzazzjoni tal-produtturi għandha żżomm l-ammonti li jikkorrispondu għall-kostijiet reali li hija tkun ġarrbet biex tirtira l-prodotti rispettivi mis-suq. Għandhom jingħataw provi ta' dawn il-kostijiet permezz ta' fatturi.
6. Fejn ir-rikonoxximent ta' organizzazzjoni tal-produtturi jkun ġie sospiż skont l-Artikolu 114(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, il-membri tagħha għandhom jitqiesu bħala produtturi li mhumiex membri ta' organizzazzjoni tal-produtturi rrikonoxxuta għall-finijiet ta' dan l-Artikolu.
7. Il-kundizzjonijiet għall-irtirar mis-suq u l-penali korrispondenti għan-nuqqas ta' konformità ma' dawk il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, kif ukoll l-Artikolu 2(2) sa (5) ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-finijiet ta' dan l-Artikolu.
Artikolu 4
Kontrolli fuq l-operazzjonijiet tal-irtirar
L-operazzjonijiet tal-irtirar imsemmija fl-Artikoli 2 u 3 għandhom ikunu soġġetti għal kontrolli tal-ewwel livell skont l-Artikolu 108 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011. Dawk il-kontrolli għandhom ikopru mill-inqas 10 % tal-kwantità tal-prodotti rtirati mis-suq u 10 % rispettivament tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u tal-produtturi li mhumiex membri ta' organizzazzjoni tal-produtturi li jibbenefikaw mill-miżuri ta' appoġġ.
Artikolu 5
Appoġġ addizzjonali għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi għall-attivitajiet ta' promozzjoni
1. In-nefqa tal-Unjoni mġarrba għall-appoġġ addizzjonali għall-attivitajiet ta' promozzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2)(b) ma għandhiex taqbeż it-EUR 3 000 000.
Dan l-ammont għandu jkun allokat lill-Istati Membri b'konformità mal-Anness.
2. L-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom jissottomettu t-talbiet inizjali għall-appoġġ addizzjonali msemmi fil-paragrafu 1 lill-Istati Membri sal-15 ta' Ottubru 2014. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu dwar it-talbiet u dwar id-distribuzzjoni tal-appoġġ addizzjonali lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi kif ġej:
|
(a) |
f'każ li t-talbiet approvati jaqbżu l-ammont massimu allokat lil Stat Membru skont l-Anness, l-Istat Membru għandu jiffissa koeffiċjent tal-allokazzjoni fuq il-bażi tat-talbiet li jkun irċieva; |
|
(b) |
f'każ li t-talbiet approvati ma jaqbżux l-ammont massimu tal-appoġġ, il-koeffiċjent tal-allokazzjoni għandu jkun iffissat għal 100 %. |
3. L-appoġġ addizzjonali msemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun disponibbli għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi anki jekk dawn ma jipprevedux attivitajiet ta' promozzjoni bħal dawn fil-programmi operazzjonali tagħhom. L-Artikolu 32(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 ma għandux japplika għall-appoġġ addizzjonali mogħti skont dan l-Artikolu.
4. L-appoġġ addizzjonali msemmi fil-paragrafu 1 ma għandux jitqies għall-iskop tal-kalkolu tal-limiti msemmija fl-Artikolu 34(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.
5. Il-limitu ta' terz tan-nefqa msemmi fir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 33(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u l-limitu massimu ta' 25 % għaż-żieda tal-fond operattiv imsemmi fl-Artikolu 66(3)(c) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 ma għandhomx japplikaw għan-nefqa mġarrba għall-attivitajiet ta' promozzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2)(b) ta' dan ir-Regolament.
6. In-nefqa mġarrba skont dan l-Artikolu għandha tifforma parti mill-fond operattiv tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi.
Artikolu 6
Applikazzjoni għal appoġġ mill-Unjoni u l-ħlas tal-għajnuna
1. L-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom japplikaw għall-ħlas tal-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni li trid tiħallas lilhom u/jew lill-produtturi li mhumiex membri ta' organizzazzjoni tal-produtturi u għall-ħlas tal-appoġġ addizzjonali li jrid jitħallas lilhom kif ġej:
|
(a) |
sal-31 ta' Ottubru 2014 għall-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għall-operazzjonijiet tal-irtirar imsemmija fl-Artikolu 1(2)(a); u |
|
(b) |
sat-30 ta' Jannar 2015 għall-appoġġ addizzjonali għall-attivitajiet ta' promozzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2)(b). |
2. B'deroga mill-ewwel u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 72 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom japplikaw għall-ħlas tal-ammonti totali tal-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni u tal-appoġġ addizzjonali msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu sad-dati rispettivi msemmija f'dak il-paragrafu.
3. Ma għandux japplika l-limitu massimu ta' 80 % tal-ammont tal-għajnuna approvat inizjalment għal programm operazzjonali stabbilit fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 72 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011.
Artikolu 7
Notifiki u dikjarazzjonijiet tan-nefqa
1. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni:
|
(a) |
sat-28 ta' Novembru 2014 dwar il-kwantitajiet totali rtirati u l-applikazzjonijiet għall-għajnuna finanzjarja totali tal-Unjoni għall-irtirar; u |
|
(b) |
sas-27 ta' Frar 2015 dwar l-attivitajiet ta' promozzjoni u l-applikazzjonijiet għall-appoġġ addizzjonali totali għall-attivitajiet ta' promozzjoni korrispondenti. |
2. L-Istati Membri għandhom jiddikjaraw lill-Kummissjoni sas-27 ta' Frar 2015 in-nefqa mġarrba għall-operazzjonijiet tal-irtirar u/jew għall-attivitajiet ta' promozzjoni msemmija fl-Artikolu 1.
Artikolu 8
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mill-11 ta' Awwissu 2014.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Awwissu 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat (ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1).
ANNESS
Ammonti massimi allokati lill-Istati Membri għall-appoġġ addizzjonali għall-attivitajiet ta' promozzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 5(1):
|
Stat Membru |
Appoġġ massimu (f'EUR) |
|
Il-Ġreċja |
317 215 |
|
Spanja |
1 132 495 |
|
Franza |
262 089 |
|
L-Italja |
1 288 201 |
|
Ammont totali |
3 000 000 |
|
22.8.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 248/7 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 914/2014
tal-21 ta' Awwissu 2014
li jemenda għall-217-il darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al-Qaida
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network ta' Al-Qaida, (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a), 7a(1) u 7a(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Fil-15 ta' Awwissu 2014, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSC) ddeċieda li jżid sitt persuni fiżiki mal-lista tal-Kumitat dwar is-Sanzjonijiet fuq l-Al-Qaida ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi. Barra minn hekk, fl-4 ta' Awwissu, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-UNSC ddeċieda li jemenda żewġ annotazzjonijiet fil-lista. |
|
(3) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
|
(4) |
Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ minnufih, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Awwissu 2014.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Il-Kap tas-Servizz għall-Politika Barranija Strumenti
ANNESSI
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-annotazzjonijiet li ġejjin għandhom jiżdiedu taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi”:
|
|
(2) |
L-entrata 'Khalid Abd Al-Rahman Hamd Al-Fawaz (alias (a) Al-Fauwaz, Khaled, (b) Al-Fauwaz, Khaled A., (c) Al-Fawwaz, Khalid, (d) Al Fawwaz, Khalik; (e) Al-Fawwaz, Khaled, (f) Al Fawwaz, Khaled, (g) Khalid Abdulrahman H. Al Fawaz). Indirizz: London, United Kingdom. Data tat-twelid: 24.8.1962. Post tat-twelid: il-Kuwajt. Ċittadinanza: Sawdija. Nru tal-Passport: 456682 (maħruġ fis- 6.11.1990, skada fit- 13.9.1995). Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 24.4.2002. taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” tiġi ssostitwita b'dan li ġej: “Khalid Abd Al-Rahman Hamd Al-Fawaz (alias (a) Khaled Al-Fauwaz,, (b) Khaled A. Al-Fauwaz, (c) Khalid Al-Fawwaz, (d) Khalik Al Fawwaz, (e) Khaled Al-Fawwaz, (f) Khaled Al Fawwaz, (g) Khalid Abdulrahman H. Al Fawaz). Indirizz: L-Istati Uniti tal-Amerika. Data tat-twelid: 24.8.1962. Post tat-twelid: il-Kuwajt. Ċittadinanza: Sawdija. Nru tal-Passport: 456682 (maħruġ fis- 6.11.1990, skada fit- 13.9.1995). Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 24.4.2002.” |
|
(3) |
L-entrata “Mostafa Kamel Mostafa Ibrahim (alias (a) Mustafa Kamel Mustafa, (b) Adam Ramsey Eaman, (c) Kamel Mustapha Mustapha, (d) Mustapha Kamel Mustapha, (e) Abu Hamza, (f) Mostafa Kamel Mostafa, (g) Abu Hamza Al-Masri, (h) Al-Masri, Abu Hamza, (i) Al-Misri, Abu Hamza). Indirizz: (a) 9 Aldbourne Road, Shepherds Bush, London W12 OLW, United Kingdom; (b) 8 Adie Road, Hammersmith, London W6 OPW, United Kingdom. Data tat-twelid: 15.4.1958. Post tat-twelid: Lixandra, l-Eġittu. Ċittadinanza: Brittanika. Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 24.4.2002.” taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” tiġi ssostitwita b'dan li ġej: “Mostafa Kamel Mostafa Ibrahim (alias (a) Mustafa Kamel Mustafa, (b) Adam Ramsey Eaman, (c) Kamel Mustapha Mustapha, (d) Mustapha Kamel Mustapha, (e) Mostafa Kamel Mostafa, (f) Abu Hamza Al-Masri, (g) Abu Hamza, (gh) Abu Hamza Al-Misri). Indirizz: L-Istati Uniti tal-Amerika. Data tat-twelid: 15.4.1958. Post tat-twelid: Lixandra, l-Eġittu. Ċittadinanza: Brittanika. Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 24.4.2002.” |
|
22.8.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 248/10 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 915/2014
tal-21 ta’ Awwissu 2014
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
|
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Awwissu 2014.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
|
(EUR/100 KG) |
||
|
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
|
0707 00 05 |
TR |
81,4 |
|
ZZ |
81,4 |
|
|
0709 93 10 |
TR |
101,7 |
|
ZZ |
101,7 |
|
|
0805 50 10 |
AR |
190,7 |
|
TR |
145,8 |
|
|
UY |
174,8 |
|
|
ZA |
166,0 |
|
|
ZZ |
169,3 |
|
|
0806 10 10 |
BR |
182,2 |
|
EG |
205,5 |
|
|
MA |
170,3 |
|
|
TR |
137,4 |
|
|
ZZ |
173,9 |
|
|
0808 10 80 |
AR |
128,9 |
|
BR |
76,1 |
|
|
CL |
98,4 |
|
|
CN |
120,3 |
|
|
NZ |
131,8 |
|
|
PE |
21,0 |
|
|
US |
130,6 |
|
|
ZA |
108,5 |
|
|
ZZ |
102,0 |
|
|
0808 30 90 |
AR |
35,0 |
|
CL |
88,5 |
|
|
TR |
126,4 |
|
|
ZA |
106,7 |
|
|
ZZ |
89,2 |
|
|
0809 30 |
MK |
62,9 |
|
TR |
121,8 |
|
|
ZZ |
92,4 |
|
|
0809 40 05 |
BA |
41,0 |
|
ZA |
205,1 |
|
|
ZZ |
123,1 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.
DEĊIŻJONIJIET
|
22.8.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 248/12 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-14 ta' Awwissu 2014
li tagħti deroga lir-Repubblika Ellenika minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(notifikata bid-dokument C(2014) 5902)
(2014/536/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li tħassar id-Direttiva 2003/54/KE (1), u b'mod partikulari l-Artikoli 44(1) u 48 tiegħu,
Wara li kkunsidrat l-applikazzjonijiet mingħand ir-Repubblika Ellenika tas-17 ta' Jannar 2012 u l-5 ta' Diċembru 2003,
Wara li l-Istati Membri ġew infurmati bl-applikazzjonijiet,
Billi:
1. PROĊEDURA
|
(1) |
Fis-17 ta' Jannar 2012, il-Ministeru Grieg tal-Ambjent, l-Enerġija u t-Tibdil fil-Klima (“YPEKA”) ressaq applikazzjoni (minn hawn 'il quddiem “l-applikazzjoni”) lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 44(1) tad-Direttiva 2009/72/KE, għal deroga mill-Kapitoli III u VIII tad-Direttiva 2009/72/KE għal ċerti gżejjer Griegi li mhumiex interkonnessi mas-sistema tal-elettriku tal-Greċja kontinentali (il-gżejjer mhux interkonnessi jew “NIIs”). |
|
(2) |
Fit-12 ta' Settembru 2012, il-Kummissjoni talbet lill-Awtorità Regolatorja tal-Enerġija (minn hawn 'il quddiem “l-ARE”) tal-Greċja tibgħat il-kummenti tagħha dwar l-applikazzjoni. L-ARE wieġbet din it-talba fis-16 ta' Novembru 2012 (minn hawn 'il quddiem “l-opinjoni tal-ARE”). |
|
(3) |
L-ARE ressqet iktar sottomissjonijiet biex tagħti motivazzjoni għall-applikazzjoni fis-17 ta' Diċembru 2013, fit-23 ta' Diċembru 2013, fl-4 ta' Frar 2014, fit-28 ta' Frar 2014 u fis-17 ta' Marzu 2014. |
|
(4) |
Fl-14 ta' Marzu 2014 (b'addendum mibgħut fl-20 ta' Marzu 2014), il-Kummissjoni infurmat lill-Istati Membri bl-applikazzjoni skont l-Artikolu 44(1) tad-Direttiva 2009/72/KE, flimkien ma' talba għat-tressiq ta' osservazzjonijiet, jekk meħtieġ, sal-25 ta' Marzu 2014. L-ebda osservazzjoni ma ġiet sottomessa. |
|
(5) |
Bl-applikazzjoni tagħha, l-YPEKA ġeddet it-talba mibgħuta mill-Ministeru tal-Iżvilupp fil-5 ta' Diċembru 2003 skont l-Artikolu 26(1) tad-Direttiva 2003/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) (minn hawn 'il quddiem “l-applikazzjoni inizjali”) għal deroga minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/54/KE. Minkejja li ttieħdu passi preliminari biex tiġi mistħarrġa l-applikazzjoni inizjali, id-deroga skont l-Artikolu 26(1) tad-Direttiva 2003/54/KE la ngħatat u lanqas ma ġiet miċħuda. |
2. L-APPLIKAZZJONI MRESSQA MILL-YPEKA
2.1. IL-KAMP TA' APPLIKAZZJONI TAD-DEROGA MITLUBA
|
(6) |
L-applikazzjoni titlob deroga mill-Kapitoli III u VIII tad-Direttiva 2009/72/KE. |
|
(7) |
Il-Kapitolu III tad-Direttiva 2009/72/KE jirreferi għall-proċedura ta' awtorizzazzjoni u ta' sejħiet għall-offerti għal kapaċità ġdida. Il-Kapitolu VIII jirreferi għall-aċċess ta' partijiet terzi, il-ftuħ tas-suq u l-linji diretti. |
2.2. L-ORGANIZZAZZJONI ATTWALI TAS-SISTEMA TAL-ELETTRIKU FL-NIIS
|
(8) |
Is-swieq tal-enerġija tal-Greċja huma rregolati primarjament mil-Liġi Griega 4001/2011, li tittrasponi d-Direttiva 2009/72/KE. Il-Liġi 4001/2011 daħlet fis-seħħ fit-22 ta' Awwissu 2011. |
|
(9) |
DEDDIE SA (“DEDDIE”) huwa l-operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni tal-Greċja, li huwa 100 % proprjetà tal-Kumpanija Nazzjonali tal-Elettriku (minn hawn 'il quddiem “il-KNE”, il-produttur u fornitur attwali tal-elettriku tal-Greċja), iżda huwa diżaggregat minnha b'mod legali kif ukoll b'mod operattiv. L-assi tan-netwerk operati minn DEDDIE huma proprjetà tal-KNE. |
|
(10) |
Skont l-Artikolu 127 tal-Liġi 4001/2011, DEDDIE huwa responsabbli għall-iżvilupp, l-operat u l-manutenzjoni tas-sistema ta' distribuzzjoni tal-elettriku tal-Greċja, li tinkludi s-sistema ta' distribuzzjoni tal-elettriku fl-NIIs. |
|
(11) |
Barra minn hekk, DEDDIE huwa responsabbli għall-operat tas-sistemi tal-elettriku fl-NIIs. Dawn il-kompiti jinkludu: (i) it-tħejjija ta' pjan ta' żvilupp ta' ġenerazzjoni għal mikrosistemi iżolati, li jinkludi programm li jqabbadhom ma' NIIs oħra; (ii) l-iżgurar li s-siti meħtieġa huma disponibbli biex tiġi installata fihom kapaċità ġdida ta' produzzjoni, biex jiġu estiżi l-kapaċità eżistenti jew il-komponenti ta' twassil, u biex titwessa' s-sistema ta' distribuzzjoni tal-elettriku tal-Greċja sal-gżejjer mhux interkonnessi u sal-mikrosistemi iżolati; (iii) l-iffirmar ta' kuntratti ma' detenturi ta' liċenzja li jirregolaw dawk li jwasslu l-elettriku sa u mis-sistema, il-forniment ta' servizzi anċillari lis-sistemi ta' distribuzzjoni tal-NIIs, u r-rimunerazzjoni tal-produtturi tal-elettriku, tal-imposti fuq il-klijenti u l-fornituri għall-elettriku mwassal lilhom, u ta' krediti u debiti oħra fuq il-kontijiet speċjali, fosthom dawk għar-rimunerazzjoni tal-obbligi tas-servizz pubbliku. |
|
(12) |
L-Artikolu 137(1) tal-Liġi 4001/2011 jistipula li l-konsumaturi kollha tal-elettriku għandhom jiġu kklassifikati bħala klijenti eliġibbli, bl-eċċezzjoni tal-konsumaturi stabbiliti f'mikronetwerks iżolati, li huma soġġetti għall-Artikolu 139 tal-istess Liġi. |
|
(13) |
Skont l-Artikolu 133(3) tal-Liġi 4001/2011: “Bl-eċċezzjoni ta' każijiet fejn l-elettriku jiġi prodott permezz ta' sorsi tal-enerġija rinnovabbli jew permezz ta' koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja jew impjanti ibridi, u bl-eċċezzjoni ta' dawk li jipproduċu l-enerġija tagħhom stess, jekk tkun ingħatat deroga skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 139, għandha tingħata liċenzja ta' ġenerazzjoni lill-KNE biss f'konformità ma' ċerti regolamenti ta' liċenzjar. Il-KNE għandha tkun responsabbli għall-forniment bla interruzzjoni lill-mikrosistemi iżolati li għalihom tkun kisbet il-liċenzja, kif ukoll għas-salvagwardja tal-operat finanzjarju fit-tul tas-sistemi tal-elettriku f'dawk il-gżejjer.” |
|
(14) |
Skont l-Artikolu 134 tal-Liġi 4001/2011: “Mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 139 ta' din il-Liġi, il-liċenzji tal-forniment għall-mikronetworks iżolati għandhom jingħataw lill-KNE biss f'konformità mar-rekwiżiti tar-Regolamenti ta' Liċenzjar. Il-KNE għandha tforni l-elettriku lill-klijenti mhux eliġibbli fuq talba tagħhom.” |
|
(15) |
Skont l-Artikolu 139 tal-Liġi 4001/2011, derogi mid-dispożizzjonijiet tal-Liġi 4001/2011 jistgħu jingħataw f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 44 tad-Direttiva 2009/72/KE. |
|
(16) |
Id-Deċiżjoni Ministerjali Nru PD5/EL/B/F IB/12924 adottata skont l-Artikolu 28 tal-Liġi Griega 3426/2005 tistipula li l-forniment tal-elettriku lill-konsumaturi fl-NIIs minn kwalunkwe produttur tal-elettriku jikkostitwixxi obbligu tas-servizz pubbliku (minn hawn 'il quddiem “l-OSP tal-NII”) fl-interess ekonomiku ġenerali. Għal raġunijiet ta' koeżjoni soċjali, il-fornituri tal-elettriku fl-NII għandhom ifornu l-elettriku bi prezzijiet ugwali għal dawk fuq is-sistema interkonnessa tal-Greċja, skont il-kategorija ta' konsumatur. |
|
(17) |
L-Artikolu 52 tal-Liġi Griega 4001/2011 jistipula li l-klijenti fi gżejjer mhux interkonnessi huma intitolati għal servizzi speċjali kemm f'termini ta' prezz u kemm f'termini ta' kwalità u sigurtà tal-provvista, kif ukoll għat-trasparenza tal-patti u l-kundizzjonijiet kuntrattwali. Għall-qadi tal-OSP, il-fornituri tal-OSP tal-NII jirċievu kumpens finanzjarju kkalkolat abbażi ta' metodoloġija stabbilita bid-Deċiżjoni tal-ARE 24/2014/KE (3). Din il-metodoloġija hija bbażata fuq id-differenza bejn il-kostijiet sħaħ ta' produzzjoni fil-gżejjer mhux interkonnessi (varjabbli u fissi), u l-prezz sħiħ tas-suq li l-fornituri jiffaċċjaw fis-sistema interkonnessa (kostijiet marġinali tas-sistema, kif ukoll kull mekkaniżmu ieħor fis-sistema interkonnessa Griega). Il-kumpens għall-OSP tal-NII huwa kkalkolat kull xahar u għal kull sistema awtonoma tal-gżejjer, u huwa soġġett għall-kontroll mill-ARE. Il-kumpens għall-OSP tal-NII jiżdied permezz ta' imposta fuq il-klijenti kollha, inkluż dawk fuq l-NIIs (4). Il-mekkaniżmu tal-OSP tal-NII huwa ġestit minn LAGIE, l-operatur tas-suq statali tal-Greċja. Id-Deċiżjoni Ministerjali D5-EL/B/F1/oik.27547 ta' Diċembru 2011 (5), imsejsa fuq id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 55(3) tal-Liġi 4001/2011, stipulat li l-OSP tan-NII għandu jiġi offrut mill-fornituri kollha, u għaldaqstant, il-fornituri kollhahuma eliġibbli għall-kumpens għall-OSP tal-NII. |
|
(18) |
Leġiżlazzjoni sekondarja tirregola b'aktar dettall il-forniment u l-produzzjoni tal-elettriku fl-NII. B'mod partikulari, bid-Deċiżjoni tagħha Nru 39/2014 tat-28 ta' Jannar 2014, l-ARE adottat il-Kodiċi ta' Ġestjoni tas-Sistemi tal-Elettriku fil-Gżejjer mhux Interkonnessi (minn hawn 'il quddiem “il-Kodiċi tal-NII”), li jirregola bosta kwistjonijiet fir-rigward tal-operat tas-sistemi iżolati fl-NIIs, inklużi l-ftuħ tas-suq, ir-regolament tas-suq u l-produzzjoni tal-elettriku. Il-Kodiċi tal-NII daħal fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu, is-17 ta' Frar 2014. |
2.3. PROBLEMI SOSTANZJALI GĦALL-OPERAT TAS-SISTEMI IŻOLATI
|
(19) |
L-applikazzjoni tissottolinja l-problemi li ġejjin għall-operat tas-sistemi tal-elettriku iżolati tal-Greċja:
|
|
(20) |
L-applikazzjoni tissottolinja l-problemi li ġejjin għall-iżvilupp ta' ġenerazzjoni konvenzjonali fis-sistemi tal-elettriku iżolati żgħar tal-Greċja:
|
|
(21) |
B'riżultat ta' dan, wieħed għandu jirrikorri ta' spiss għal soluzzjonijiet ta' emerġenza, bħall-kiri ta' ġeneraturi tal-elettriku mobbli bid-diżil, jew ta' turbini tal-gass. Il-ħtieġa ta' awtorizzazzjoni każ b'każ għall-ġenerazzjoni ta' emerġenza mhijiex sitwazzjoni mixtieqa, għaliex iġġib magħha l-kiri bil-għoli ta' tagħmir flok ix-xiri tiegħu. L-applikazzjoni tipprovdi bosta eżempji fejn inċidenti mhux imbassra wasslu għall-użu iktar fit-tul ta' ġeneraturi mobbli tal-elettriku. |
|
(22) |
L-applikazzjoni tissottolinja l-problemi li ġejjin għall-ftuħ tas-suq fis-sistemi tal-elettriku iżolati fl-NIIs:
|
|
(23) |
Għalhekk, l-YPEKA hija tal-fehma li l-iżvilupp tal-infrastruttura meħtieġa għall-operat u s-superviżjoni tas-suq tal-elettriku b'mod konġunt mal-ftuħ tas-suq fis-sistemi iżolati fl-NIIs ikun iġib miegħu kostijiet li jisbqu l-vantaġġi li jistgħu jirċievu l-konsumaturi mill-ftuħ tas-suq. |
|
(24) |
L-applikazzjoni ma tinkludix data ta' skadenza tad-deroga rikjesta. |
3. L-OPINJONI TAL-ARE
3.1. IL-KAMP TA' APPLIKAZZJONI TAD-DEROGA
3.1.1. Deroga mill-Kapitolu III tad-Direttiva 2009/72/KE
|
(25) |
L-ARE hija tal-fehma li d-deroga mill-Kapitolu III, skont l-Artikolu 44(1), ma għandhiex tikkonċerna l-installazzjoni ta' kapaċità ġdida tal-elettriku li tista' tiġi żviluppata f'sistema iżolata, iżda biss it-tiġdid, l-aġġornament jew l-espansjoni tal-kapaċità ta' produzzjoni eżistenti. Il-kapaċità ta' ġenerazzjoni eżistenti hija magħmula mill-impjanti tal-elettriku li joperaw diġà jew li qegħdin jinbnew fl-NIIs. Kull impjant tal-elettriku ġdid li se jiġi installat f'dawk il-gżejjer jitqies bħala kapaċità ta' ġenerazzjoni ġdida. |
|
(26) |
L-ARE tinnota li l-produtturi indipendenti tal-elettriku (minn hawn 'il quddiem “IPPs”), jiġifieri differenti mill-KNE, urew interess qawwi fl-iżvilupp ta' SERs u impjanti tal-elettriku b'koġenerazzjoni fil-mikrosistemi iżolati kollha matul l-aħħar żewġ deċennji. B'konsegwenza ta' dan, l-aċċess ta' partijiet terzi għas-sistemi tal-elettriku tal-NIIs kollha f'dak li jirrigwarda l-iżvilupp tas-SERs u tal-koġenerazzjoni (elettriku u sħana fl-istess ħin, “CHP”) ma għandux jiġi llimitat. |
|
(27) |
L-ARE tiddikjara li mhijiex kontra l-għoti ta' deroga għall-attivazzjoni ta' impjanti tal-enerġija konvenzjonali ġodda, dejjem jekk jiġu rispettati ċerti kundizzjonijiet. Madankollu, l-Artikolu 44(1) tad-Direttiva 2009/72/KE ma jipprevedix il-possibbiltà ta' deroga għal kapaċità ġdida. |
|
(28) |
L-ARE hija tal-fehma li l-estensjoni tal-kapaċità ta' impjanti konvenzjonali eżistenti tikkonċerna fuq kollox nuqqas ta' kapaċità fuq terminu qasir fl-NIIs, minħabba ħsarat mhux imbassra fuq kapaċità eżistenti jew minħabba l-installazzjoni mwaħħla ta' kapaċità ġdida, speċjalment matul il-perjodi ta' domanda għolja (ngħidu aħna, iż-żminijiet l-aktar popolari tas-sajf). Dawn l-estensjonijiet huma soġġetti għal proċedura miftuħa ta' sejħiet għall-offerti skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/72/KE. Tali proċedura tieħu ħafna żmien, u mhijiex adattata għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza. |
|
(29) |
L-ARE taċċetta li l-KNE għandha tkopri kull sitwazzjoni ta' emerġenza li tista' tinqala'. Jekk nikkunsidraw li l-KNE hija kapaċi tittrasporta unitajiet mobbli konvenzjonali minn gżejjer fejn hemm eċċess ta' kapaċità lejn gżejjer fejn hemm defiċit fil-kapaċità, din is-soluzzjoni aktarx tkun l-iktar waħda ekonomika wkoll. |
|
(30) |
L-ARE tisħaq li kwalunkwe deroga jkollha tippermetti li tiġi speċifikata l-proċedura xierqa ta' liċenzjar għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza, kif ukoll, speċifikament, liema kriterji msemmija fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2009/72/KE għandhom jiġu eżaminati mill-awtoritajiet kompetenti ta' liċenzjar. |
|
(31) |
L-ARE hija tal-fehma li d-deroga għandha tingħata għal perjodu limitat, pereżempju massimu ta' 10 snin. |
3.1.2. Deroga mill-Kapitolu VIII tad-Direttiva
|
(32) |
Skont l-ARE, il-provvista tal-elettriku fl-NIIs hija konnessa, b'termini prattiċi, mal-OSP tal-NII u mal-kumpens tal-OSP tal-NII, għaliex (i) il-kost tal-ġenerazzjoni tal-elettriku fl-NIIs huwa ferm ogħla minn dak fil-Ġreċja kontinentali, u (ii) l-Istat Grieg jirrikjedi skedar uniformi ta' prezzijiet, għal kull kategorija ta' klijent, mat-territorju kollu tiegħu. |
|
(33) |
Il-Kodiċi tal-NII jipprevdi l-installazzjoni ta' ċertu tagħmir ta' miters u reġistrazzjoni fl-NIIs għall-kejl skont is-siegħa, għall-ġestjoni tal-enerġija u għaċ-ċentri ta' kontroll, għall-monitoraġġ u għal sistemi informatiċi relatati. L-ARE ssostni li din l-infrastruttura hija indispensabbli, sabiex:
|
|
(34) |
L-ARE ssostni dejjem li, irrispettivament jekk fornitur wieħed jew iktar ikollhom liċenzja biex ikunu attivi f'mikrosistema iżolata, din l-infrastruttura għandha tiġi installata fis-sistemi iżolati fl-NIIs. |
|
(35) |
L-istima tal-kost għall-installazzjoni ta' din l-infrastruttura mhux mistenni li taqbeż EUR 20 sa 30 miljun għall-NIIs kollha, inklużi Kreta u Rodi. L-ARE tqis dan l-ammont raġonevoli, speċjalment meta tikkunsidra l-vantaġġi mistennija, jiġiferi: l-iżgurar tat-trasparenza, il-verifika tal-OSP tal-NII, u l-operat ikkontrollat u bil-galbu tas-sistema iżolati tal-elettriku. |
|
(36) |
Kuntrarju għall-YPEKA, l-ARE hija tal-fehma li jekk tingħata liċenzja lil aktar minn fornitur wieħed biex ikun attiv f'ċerta sistema iżolata fl-NIIs, dan ma jkunx ifisser kost addizzjonali sostanzjali tal-infrastruttura meħtieġa, billi l-istess infrastruttura xorta hija diġà meħtieġa għall-iskedar ta' kuljum tal-unitajiet ta' ġenerazzjoni li jinsabu fl-NIIs, għar-regolament tas-suq, u għall-forniment tal-OSP tal-NII. |
|
(37) |
Barra minn hekk, l-ARE tqis li jekk ikunu permessi aktar minn fornitur wieħed, dan ikollu benefiċċji addizzjonali sinifikanti għall-konsumaturi fl-NIIs. |
|
(38) |
B'konsegwenza ta' dan, l-ARE hija tal-fehma li l-esklużjoni permanenti ta' fornituri alternattivi fis-swieq tal-NIIs mhux ta' min wieħed jixtieqha. L-installazzjoni tal-infrastrutturi meħtieġa kif deskritta iktar 'il fuq mistennija li titlesta f'perjodu ta' bejn tliet snin u ħames snin. L-ARE ma tkunx kontra deroga possibbli strettament għal dan il-perjodu ta' żmien, mingħajr estensjonijiet oħra. |
|
(39) |
L-ARE tinnota wkoll li, f'każ li l-istat ta' kwalunkwe sistema iżolata fl-NIIs jinbidel b'mod li ma jibqax jidħol fil-kategorija ta' sistemi iżolati żgħar jew mikro, id-deroga għandha tintemm awtomatikament. Sitwazzjoni bħal din tista' tinqala' fejn is-sistemi iżolati fl-NIIs huma interkonnessi mas-sistema interkonnessa tal-Greċja. |
4. VALUTAZZJONI
4.1. BAŻI LEGALI TAL-APPLIKAZZJONI
|
(40) |
L-Artikolu 44(1) tad-Direttiva 2009/72/KE jipprevedi l-possibbiltà ta' deroga minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva, fejn id-deroga tapplika għal sistemi żgħar iżolati u għal mikrosistemi iżolati. |
|
(41) |
Skont l-Artikolu 2(26) tad-Direttiva 2009/72/KE, sistema żgħira iżolata tfisser “kwalunkwe sistema b'konsum ta' anqas minn 3 000 GWh fis-sena 1996, fejn anqas minn 5 % tal-konsum annwali jinkiseb permezz ta' interkonnessjoni ma' sistemi oħra”. |
|
(42) |
Skont l-Artikolu 2(27) tad-Direttiva 2009/72/KE, mikrosistema iżolata tfisser “kwalunkwe sistema b'konsum ta' anqas minn 500 GWh fis-sena 1996, fejn ma jkun hemm l-ebda konnessjoni ma' sistemi oħra”. |
|
(43) |
Is-sistemi iżolati identifikati fl-applikazzjoni jikkonsistu f'NII waħda, u kultant minn bosta NIIs (ara l-kolonni 1 u 2 tat-Tabella). Anki jekk sistema iżolata tikkonsisti f'bosta NIIs li huma interkonnessi ma' xulxin, is-sistema tal-elettriku kkostitwita minn dawk l-NIIs interkonnessi hija iżolata, fis-sens illi ma hija konnessa mal-ebda sistema oħra tal-elettriku. |
|
(44) |
L-applikazzjoni tiddikjara li 31 mit-32 sistema iżolata huma mikrosistemi iżolati, bl-ikbar waħda tkun Rodi. Il-mikrosistemi iżolati li għalihom saret l-applikazzjoni rrappreżentat 5,24 % tal-bejgħ totali tal-elettriku fil-Greċja fl-2010. Is-sistema iżolata ta' Kreta titqies sistema iżolata żgħira. Kreta rrappreżentat 3,01 % tad-domanda tal-elettriku tal-Greċja fl-2010. Domanda annwali għal kull Sistema Iżolata
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(45) |
It-tabella ta' hawn fuq tinkludi s-sistemi iżolati kif identifikati fl-applikazzjoni, u tagħti ċerta informazzjoni dwar kull waħda minnhom. Minn dan it-tagħrif wieħed jista' jikkonkludi li fis-sistemi iżolati kollha, għajr dik ta' Kreta, fl-1996 kellhom domanda tal-elettriku li tikkwalifikahom bħala mikrosistemi iżolati fit-tifsira tal-Artikolu 2(27) tad-Direttiva 2009/72/KE. F'dak li jirrigwarda Kreta, ta' min isemmi wkoll li, billi Kreta ma kinitx u għad mhix interkonnessa ma' xi sistema oħra tal-elettriku, il-perċentwal tad-domanda tagħha sodisfatta permezz tal-interkonnetturi kien u għadu żero, jiġifieri inqas minn 5 %. Għaldaqstant, Kreta hija sistema iżolata żgħira fit-tifsira tal-Artikolu 2(26) tad-Direttiva 2009/72/KE. |
|
(46) |
L-opinjoni tal-ARE ma għaddietx kumment fuq is-sistemi iżolati identifikati fl-applikazzjoni. |
|
(47) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkonkludi li s-sistemi iżolati kif identifikati fil-kolonna 1 tat-tabella ta' hawn fuq huma kollha mikrosistemi iżolati fit-tifsira tal-Artikolu 2(27) tad-Direttiva 2009/72/KE, għajr Kreta, li hija sistema iżolata żgħira fit-tifsira tal-Artikolu 2(26) tad-Direttiva 2009/72/KE. |
4.2. PROBLEMI SOSTANZJALI GĦALL-OPERAT TA' IMPJANTI TAL-ELETTRIKU KONVENZJONALI FIL-MIKROSISTEMI IŻOLATI
|
(48) |
Il-Kummissjoni tqis li jeżistu problemi sostanzjali għall-operat ta' impjanti tal-elettriku konvenzjonali fil-mikrosistemi iżolati. Dan huwa partikularment minħabba l-elementi li ġejjin:
|
|
(49) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkonkludi li jeżistu problemi sostanzjali għall-operat ta' impjanti tal-elettriku konvenzjonali fis-sistemi iżolati tal-NIIs kif identifikati fit-tabella aktar 'il fuq. |
4.3. VALUTAZZJONI TAD-DEROGA MITLUBA MILL-KAPITOLU III
4.3.1. Id-deroga mid-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III ma tistax tapplika għal kapaċità ġdida
|
(50) |
Skont l-Artikolu 44(1) tad-Direttiva 2009/72/KE, derogi mid-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III jistgħu jingħataw biss fejn jidħlu t-tiġdid, l-aġġornament jew l-estensjoni tal-kapaċità eżistenti. |
|
(51) |
Għaldaqstant, ma tistax tingħata deroga mid-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III tad-Direttiva 2009/72/KE għal kapaċità ġdida. |
|
(52) |
Minflok, billi s-sistemi iżolati fl-NIIs huma netwerks ta' distribuzzjoni, jekk il-proċedura ta' awtorizzazzjoni għal kapaċità ġdida tonqos milli tipprovdi għall-awtorizzazzjoni sodisfaċenti ta' kapaċità ġdida għal sistemi iżolati fl-NIIs, l-awtoritajiet Griegi jistgħu jikkunsidraw li jużaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2009/72/KE ukoll għal kapaċità konvenzjonali żgħira ġdida. Tali kapaċità konvenzjonali żgħira ġdida tista' tinkludi, pereżempju, kapaċità ta' ġenerazzjoni temporanja li tista' ssir disponibbli fit-tul, mingħajr attribuzzjoni permanenti lil post speċifiku. |
4.3.2. Id-deroga mid-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III ma tistax tapplika għal Kreta
|
(53) |
Kif issemma aktar 'il fuq, l-NIIs kollha huma mikrosistemi iżolati, bl-eċċezzjoni ta' Kreta, li hija sistema żgħira iżolata. |
|
(54) |
Għaldaqstant, ma tistax tingħata deroga mid-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III tad-Direttiva 2009/72/KE għal Kreta. |
4.3.3. Id-deroga mid-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III ma tkoprix l-impjanti tas-SER u tas-CHP
|
(55) |
L-applikazzjoni ma ssemmix b'mod espliċitu li d-deroga mitluba tikkonċerna impjanti konvenzjonali biss. |
|
(56) |
Madankollu, l-Artikolu 133(3) tal-Liġi 4001/2011 jeskludi espressament l-elettriku prodott bl-użu ta' sorsi tal-enerġija rinnovabbli, bil-koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja jew bl-impjanti ibridi, filwaqt li l-awtoprodutturi huma esklużi mill-ambitu tal-liċenzja ta' produzzjoni esklussiva li tista' tingħata lill-KNE. L-istess jgħodd fid-dawl tal-Artikolu 225 tal-Kodiċi tal-NII. |
|
(57) |
Barra minn hekk, il-ġustifikazzjoni mogħtija torbot ma' problemi sostanzjali fl-operat ta' impjanti tal-elettriku konvenzjonali biss. Fil-fatt, huwa loġiku li dawk l-impjanti tal-elettriku jħabbtu wiċċhom ma' problemi sostanzjali b'riżultat, fost l-oħrajn, taż-żieda fl-introduzzjoni tas-SER. |
|
(58) |
Għaldaqstant, anki jekk l-applikazzjoni għandha tfittex li titlob deroga mid-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III tad-Direttiva 2009/72/KE għal impjanti ta' ġenerazzjoni differenti mill-impjanti tal-elettriku konvenzjonali, id-deroga ma tistax tingħata, għax ma ngħatat l-ebda raġuni li tiġġustifikaha. |
4.3.4. Id-deroga għall-awtorizzazzjoni tat-tiġdid, l-aġġornament jew l-estensjoni tal-kapaċità eżistenti tista' tingħata
|
(59) |
Fid-dawl tal-problemi sostanzjali msemmija iktar 'il fuq għall-operat ta' impjanti tal-elettriku konvenzjonali fis-sistema iżolati żgħar, tista' tingħata deroga għall-awtorizzazzjoni ta' kapaċità konvenzjonali eżistenti, dejjem safejn dan jikkonċerna t-tiġdid, l-aġġornament u l-estensjoni ta' kapaċità konvenzjonali eżistenti. Tali awtorizzazzjoni tista' tingħata direttament lill-KNE. |
|
(60) |
Għall-finijiet ta' din id-deroga:
|
|
(61) |
Madankollu, ma hemm l-ebda raġuni għal deroga mill-kriterji u mill-kundizzjonijiet, bħal dawk stipulati fl-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2009/72/KE, li skonthom tista' tingħata awtorizzazzjoni lill-KNE. |
|
(62) |
Barra minn hekk, f'każ li d-deroga tingħata direttament lill-KNE, huwa importanti li t-termini jistipulaw l-obbligi fir-rigward tal-iskadenza għad-dħul fl-operat sħiħ tal-impjant tal-elettriku konvenzjonali awtorizzat, u li jinkludu dispożizzjonijiet li jiżguraw il-konformità sħiħa u effettiva ma' tali obbligi. Wara din l-iskadenza, fid-diskrezzjoni esklussiva tal-ARE, tali awtorizzazzjoni diretta tista' tiġi estiża, iżda biss jekk l-iskadenza tkun għaddiet għal raġunijiet li jmorru lil hinn mill-kontroll tal-KNE. Wara l-iskadenza, l-ARE għandha torganizza proċedura ta' awtorizzazzjoni f'konformità sħiħa mal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2009/72/KE, u b'hekk tinkludi l-parteċipazzjoni ta' partijiet terzi. |
4.3.5. Id-deroga ma tistax tkopri sejħiet għall-offerti għal kapaċità ġdida
|
(63) |
Bħala definizzjoni, is-sejħiet għall-offerti fit-tifsira tal-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/72/KE jikkonċernaw il-kapaċità li għad trid tinbena u tiġi awtorizzata, u għalhekk, jikkostitwixxu kapaċità ġdida. |
|
(64) |
Għar-raġunijiet diġà spjegati aktar 'il fuq, ma għandhiex tingħata deroga għal kapaċità ġdida skont l-Artikolu 44(1) tad-Direttiva 2009/72/KE. |
4.4. VALUTAZZJONI TAD-DEROGA MITLUBA MILL-KAPITOLU VIII
4.4.1. Id-deroga mid-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu VIII ma tkoprix l-Artikolu 32 dwar l-aċċess ta' partijiet terzi
|
(65) |
L-applikazzjoni tikkonċerna d-deroga mill-Kapitolu VIII tad-Direttiva 2009/72/KE, u b'hekk, tista' titqies li tinkludi talba għal deroga mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 32 dwar l-aċċess ta' partijiet terzi (minn issa 'l quddiem “APT”). |
|
(66) |
L-applikazzjoni ma tispeċifikax jekk id-deroga mitluba tkoprix ukoll l-Artikolu 32 tad-Direttiva 2009/72/KE, u lanqas ma tagħti raġunijiet li jiġġustifikaw tali deroga. Minflok, il-Liġi 4001/2011 u l-kodiċi tan-NII jobbligaw lil DEDDIE li tagħti lil partijiet terzi, mingħajr diskriminazzjoni, aċċess għas-sistema ta' distribuzzjoni kif operata minn DEDDIE (eż. l-Artikolu 127 tal-Liġi 4001/2011). Konsegwentement, din id-deroga ma tistax tingħata. |
4.4.2. Deroga mill-Artikolu 33 dwar il-ftuħ tas-suq u r-reċiproċità
4.4.2.1. L-ebda raġuni għal deroga permanenti mill-Artikolu 33 tad-Direttiva 2009/72/KE
|
(67) |
L-applikazzjoni targumenta essenzjalment li l-KNE għandha tibqa' l-uniku fornitur bil-liċenzja li jforni l-elettriku lill-klijenti fuq l-NII, għar-raġuni li l-iżvilupp tal-infrastruttura meħtieġa għall-operat u s-superviżjoni tas-suq tal-elettriku f'mikrosistemi iżolati, flimkien ma' dawk meħtieġa għall-ftuħ tas-suq għall-fornituri partijiet terzi, iwassal għal kostijiet għall-operatur tan-NII li jisbqu l-vantaġġi li jistgħu jirċievu l-konsumaturi mill-ftuħ tas-suq. |
|
(68) |
Kif joħroġ fid-dieher mill-opinjoni tal-ARE, l-infrastruttura installata fuq l-NIIs tfittex li tiżgura li l-OSP tal-NII jista' jiġi ġestit, skont il-liġi eżistenzi, b'mod trasparenti, verifikabbli u mingħajr diskriminazzjoni. Barra minn hekk, l-infrastruttura hija meħtieġa għall-operat tas-sistemi iżolati tal-NII minn perspettiva teknika kif ukoll ekonomika. B'riżultat ta' dan, billi l-infrastruttura xorta hija meħtieġa biex tilħaq dawk ir-rekwiżiti, irrispettivament mill-għadd ta' fornituri li għandhom liċenzja fl-NIIs, il-ftuħ tas-suq ma jżidx il-kost tal-infrastruttura. |
|
(69) |
Anki jekk teħtieġ infrastruttura simili, il-ftuħ tas-suq mhuwiex intrinsikament marbut mal-operat tekniku tas-sistemi iżolati fl-NIIs jew mal-OSP tal-NII, billi ma hemm l-ebda rabta kawżali bejn l-operat tekniku u ekonomiku ta' dawn is-sistemi iżolati u l-operat tal-OSP tan-NII skont ir-rekwiżiti legali rilevanti, min-naħa l-waħda, u bejn il-kwistjoni ta' jekk fornitur wieħed jew iktar għandhomx liċenzja biex ifornu lill-konsumatur tal-elettriku fl-NII, fuq in-naħa l-oħra. |
|
(70) |
Huwa korrett li l-kostijiet ogħla tal-produzzjoni fl-NIIs meta mqabbla mal-kost ta' produzzjoni fis-sistema interkonnessa għandhom jiġu rkuprati mill-fornituri attivi fl-NIIs billi tingħadda l-parti rispettiva tal-kumpens tal-OSP tal-NII skont il-bejgħ tal-elettriku lill-klijenti tagħhom. Madankollu, l-istabbiliment tal-kostijiet ta' produzzjoni fl-NIIs huwa f'kull każ meħtieġ sabiex jiddetermina l-kumpens finanzjarju għall-OSP tal-NII, irrispettivament mill-għadd ta' fornituri attivi fl-NIIs. |
|
(71) |
L-uniku rekwiżit addizzjonali għall-ftuħ tas-suq huwa li dan il-kost jingħadda lil kull fornitur tal-partijiet rispettivi tal-kumpens tal-OSP tal-NII, skont il-bejgħ tal-elettriku tal-klijenti tagħhom. Id-dejta relatata tal-klijenti, b'mod partikulari d-dejta tal-miters, hija meħtieġa wkoll, irrispettivament jekk hemmx fornitur wieħed jew iktar b'liċenzja li jfornu lill-klijenti bbażati fuq l-NII. |
|
(72) |
B'riżultat ta' dan, l-għoti ta' kumpens tal-OSP tal-NII lill-fornituri jfisser biss il-kapaċità li d-dejta tal-miters tal-klijenti tiġi attribwita lil fornitur liċenzjat partikulari, li huwa qabelxejn proċess amministrattiv imsejjes fuq l-informazzjoni, miġbura bis-sħiħ jew sa grad avvanzat, irrispettivament jekk jeżistix jew le l-ftuħ tas-suq fl-NIIs. It-tieni nett, din il-kapaċità hija prekundizzjoni għall-operat xieraq ta' kwalunkwe suq ta' provvista tal-elettriku. Għaldaqstant, tali kostijiet ma jistgħux jiġu aċċettati bħala raġuni għal deroga għall-ftuħ tas-suq, billi mhumiex speċifiċi għall-operat tas-sistemi iżolati tal-NIIs, jew konnessi ma' problema sostanzjali fl-operat tagħhom. |
|
(73) |
Importanti li wieħed jinnota li t-tfassil ta' reġistri għall-attribuzzjoni tal-informazzjoni dwar il-miters lill-fornituri huwa parti mill-infrastruttura li għandha tiġi implimentata. Filwaqt li l-installazzjoni bis-sħiħ tal-infrastruttura ppjanata se tiffaċilita l-operat ottimali tas-sistemi tal-elettriku iżolati, l-implimentazzjoni sħiħa tal-investiment relatat mhijiex kundizzjoni neċessarja biex isir il-ftuħ tas-suq. |
|
(74) |
Il-fatt li tista' teżisti varjazzjoni wiesgħa fil-valuri tal-kost ta' produzzjoni annwali medju varjabbli għal kull NII ma jfisser xejn. Fil-fatt, anki jekk tkun sostanzjata, tali varjazzjoni tikkonċerna l-kost tal-produzzjoni tal-elettriku fis-sistemi iżolati tan-NIIs. L-istabbiliment ta' dan l-ammont diġà huwa meħtieġ għall-ġestjoni tal-OSP tal-NII skont ir-rekwiżiti legali, u barra minn hekk, bl-ebda mod mhu milqut mill-għadd ta' fornituri b'liċenzja biex ifornu l-elettriku lill-klijenti bbażati fl-NIIs. Barra minn hekk, fid-dawl tal-fatt li l-amministrazzjoni tal-OSP tal-NII hija msejsa diġà fuq sistema ta' kull xahar għal kull sistema iżolata b'mod separat, huwa diffiċli li wieħed jimmaġina li varjazzjonijiet annwali kbar għal kull NII jistgħu jwasslu għal problemi materjali. |
|
(75) |
Minn dan isegwi li l-għadd ta' fornituri b'liċenzja li jfornu l-elettriku lil klijenti fuq l-NIIs la huwa intrinsikament marbut mal-operat tekniku u ekonomiku tas-sistemi iżolati, u lanqas mal-operat tal-OSP tal-NII skont ir-rekwiżiti legali rilevanti. |
|
(76) |
Barra minn hekk, ta' min jinnota li l-ftuħ tas-suq għandu vantaġġi li jisbqu l-kostijiet, jekk ikun hemm, tal-ftuħ tas-suq. Kif tinnota l-ARE, fornituri alternattivi fl-NIIs jistgħu jipprovdu vantaġġi addizzjonali sinifikanti lil klijenti bbażati fl-NIIs, billi jikkombinaw il-forniment ta' servizzi oħra ma' dak tal-elettriku. |
|
(77) |
B'riżultat ta' dan, it-talba għal deroga permanenti mill-Artikolu 33 ma għandhiex tingħata. |
4.4.2.2. Limitazzjoni fit-tul ta' żmien ta' sistema iżolata mill-Artikolu 33 tad-Direttiva 2009/72/KE
|
(78) |
Fid-dawl ta' kulma ngħad hawn fuq, għandu jiġi rikonoxxut li l-ftuħ tas-suq jirrikjedi l-istabbiliment ta' arranġamenti prattiċi biex jippermettu lis-sistemi iżolati tal-NIIs jiġu operati f'konformità sħiħa mal-Kodiċi tal-NII. Problemi prattiċi marbutin mal-ftuħ tas-suq jistgħu jwasslu jew għan-nuqqas ta' disponibbiltà tar-reġistri rikjesti biex jattribwixxu l-miters u d-dejta tal-miters lill-fornituri, jew għall-fatt li l-konfigurazzjoni ottimali tal-infrastruttura għadha mhix implimentata. Abbażi ta' dan, jista' jiġi kkunsidrat l-għoti ta' deroga mill-Artikolu 33 tad-Direttiva 2009/72/KE li tkun limitata fiż-żmien. |
|
(79) |
Fil-valutazzjoni tat-tul ta' żmien ta' tali deroga mill-Kapitolu VIII, iż-żewġ konsiderazzjonijiet li ġejjin huma rilevanti:
|
|
(80) |
Għaldaqstant, deroga mill-ftuħ tas-suq għandha tingħata għal tal-anqas sentejn wara d-dħul fis-seħħ tal-Kodiċi tal-NII, jiġifieri sas-17 ta' Frar 2016, sabiex ikunu jistgħu jiġu stabbiliti r-reġistri, li huma rekwiżit neċessarju għall-ftuħ tas-suq. Billi l-infrastruttura sħiħa għandha tiġi installata sa mhux aktar tard minn 5 snin wara d-dħul fis-seħħ tal-Kodiċi tal-NII, il-validità tad-deroga għandha tkun limitata f'kull każ għal 5 snin wara d-dħul fis-seħħ tal-kodiċi NII, jiġifieri sas-17 ta' Frar 2019, għal kwalunwke sistema iżolata tal-NIIs. Madankollu, billi d-deroga tista' tiġi ġġustifikata biss fejn ikun fadal problemi sostanzjali u materjali għall-ftuħ tas-suq li jistgħu jintrabtu direttament man-nuqqas ta' tlestija tal-programm ta' investiment fl-infrastruttura fl-NIIs, għandu jiġi vverifikat b'mod regolari jekk tali problemi għadhomx jeżistu f'sistema iżolata ta' NII determinata. Tali verifika għandha tuża, bħala punt ta' referenza, pjan ta' investiment minn DEDDIE, approvat mill-awtoritajiet kompetenti tal-Greċja, għall-installazzjoni tal-infrastruttura meħtieġa fl-NIIs. Għaldaqstant, dan il-pjan għandu jitlesta u jiġi approvat sas-17 ta' Frar 2015. |
|
(81) |
Sabiex il-ftuħ tas-suq ma jiddewwimx mingħajr bżonn, il-pjan ta' investiment fl-infrastruttura ta' DEDDIE għandu jiġi approvat mill-ARE, u għandu jagħti prijorità lis-sistema iżolati ta' Kreta u Rodi, li huma l-NIIs bl-ikbar popolazzjonijiet. |
|
(82) |
Mis-17 ta' Frar 2016, u mbagħad kull sena sas-17 ta' Frar 2019, DEDDIE għandha tfassal rapport, li għandu jiġi approvat mill-ARE, li jispeċifika r-raġunijiet għala l-ftuħ tas-suq għadu ma sarx f'sistema iżolata ta' NII determinata. Dan ir-rapport għandu jiġu ppubblikat u jiġi nnotifikat lill-Kummissjoni. |
4.4.3. Id-deroga mid-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu VIII ma tkoprix l-Artikolu 34
|
(83) |
L-applikazzjoni tikkonċerna deroga mill-Kapitolu VIII tad-Direttiva 2009/72/KE, u b'hekk, tista' titqies li tinkludi talba għal deroga mill-Artikolu 34 dwar linji diretti fit-tifsira tal-Artikolu 2(15) tad-Direttiva 2009/72/KE. |
|
(84) |
L-applkazzjoni ma tispeċifikax jekk id-deroga mitluba tkoprix ukoll l-Artikolu 34 tad-Direttiva 2009/72/KE. |
|
(85) |
Għaldaqstant, anki jekk l-applikazzjoni trid titlob deroga mill-Artikolu 34 tad-Direttiva 2009/72/KE, tali deroga ma għandhiex tingħata billi ma ngħatat l-ebda raġuni li tiġġustifikaha. |
4.4.4. Interkonnetturi — applikazzjoni tad-deroga mill-Kapitoli III u VIII
|
(86) |
Id-deroga preżenti tikkonċerna mikrosistemi iżolati li huma karatterizzati preċiżament mill-fatt li mhumiex interkonnessi, jew fil-każ tas-sistemi iżolati żgħar, huma interkonnessi sa punt limitat ħafna, ma' sistemi tal-elettriku oħra. |
|
(87) |
Madankollu:
|
|
(88) |
Jeħtieġ li jkun hemm dispożizzjoni espliċita li d-deroga preżenti għal sistema iżolata determinata tintemm awtomatikament malli ssir kompletament operazzjonali interkonnessjoni bejn sistema iżolata determinata u s-sistema interkonnessa tal-Greċja. |
|
(89) |
DEDDIE, anki jekk tkun legalment u operattivament diżakkopjata, hija 100 % proprjetà tal-KNE. Kuntrarju għal operatur ta' sistema ta' distribuzzjoni fit-tifsira tad-Direttiva 2009/72/KE, DEDDIE għandha kompiti wiesgħa fl-operat tas-sistemi iżolati tal-NIIs u fl-operat ta' ġenerazzjoni fl-NIIs, inkluża l-kapaċità ta' ġenerazzjoni konvenzjonali proprjetà tal-KNE, u b'hekk ir-rimunerazzjoni ekonomika tagħha. Kif ġie spjegat aktar 'il fuq, l-interkonnessjoni taffettwa l-vijabbiltà ekonomika tal-impjanti tal-elettriku konvenzjonali bħalissa installati fis-sistemi iżolati tal-NIIs. |
|
(90) |
Għandhom jingħataw derogi biss jekk ikunu proporzjonali, u ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa strettament meħtieġ. Għaldaqstant, jeħtieġ li jingħataw inċentivi ċari u trasparenza fir-rigward ta' deċiżjonijiet dwar jekk għandhomx jiġu interkonnessi s-sistemi iżolati tal-NIIs. |
|
(91) |
L-Artikolu 108 tal-Liġi 4001/2011 jistipula li: “ADMIE SA għandha tressaq lill-ARE pjan ta' żvilupp fuq għaxar snin tas-sistema ta' trażmissjoni tal-elettriku tal-Greċja sal-31 ta' Marzu ta' kull sena […] B'mod partikulari, il-pjan ta' żvilupp fuq għaxar snin tas-sistema ta' trażmissjoni tal-elettriku tal-Greċja għandu: […] (c) jipprovdi studju tekniku u finanzjarju tal-kosti u l-benefiċċji għal xogħlijiet importanti fuq it-trażmissjoni […], partikularment għal […] interkonnetturi bejn il-gżejjer u s-sistema ta' trażmissjoni, flimkien ma' skeda ta' żmien, stima tal-fluss tal-flus u tar-rekwiżiti ta' finanzjament għall-proġetti kollha ta' investiment” . |
|
(92) |
Sabiex jiżgura li jeżistu inċentivi ċari u trasparenza fir-rigward ta' deċiżjonijiet dwar jekk għandhomx jiġu interkonnessi sistemi iżolati tal-NIIs, l-awtoritajiet Griegi għandhom jiżguraw li:
|
4.5. TUL TA' ŻMIEN
|
(93) |
Jeħtieġ li jiġu rriveduti l-fatti li fuqhom hija bbażata d-deroga preżenti, b'mod partikulari wara li l-pjanijiet għall-interkonnessjoni ta' ċerti sistemi iżolati jkunu mistennija li jitlestew, u wara li jkunu għaddew l-iskadenzi għall-installazzjoni tal-infrastruttura kif stipulat fl-Artikolu 237 tal-Kodiċi tal-NII. |
|
(94) |
Għaldaqstant, kwalunkwe deroga għandha tkun valida sal-1 ta' Jannar 2021. |
4.6. EFFETT RETROATTIV
|
(95) |
Kif issemma aktar 'il fuq, l-applikazzjoni tas-17 ta' Jannar 2012 ġeddet l-applikazzjoni inizjali li tressqet fl-2003. |
|
(96) |
L-Artikolu 26(1) tad-Direttiva 2003/54/KE, revokata mid-Direttiva 2009/72/KE, kien jinkludi wkoll dispożizzjonijiet li jippermettu lill-Istati Membri japplikaw għal derogi minn ċerti dispożizzjonijiet ta' dik id-Direttiva f'każ ta' problemi sostanzjali fl-operat ta' sistemi iżolati żgħar u mikrosistemi iżolati. Skont l-Artikolu 48 tad-Direttiva 2009/72/KE, kull referenza għall-Artikolu 26(1) tad-Direttiva 2003/54/KE għandha tinftiehem bħala referenza għall-Artikolu 44(1) tad-Direttiva 2009/72/KE. |
|
(97) |
Id-definizzjonijiet ta' sistema iżolata żgħira u ta' mikrosistema iżolata użati fl-Artikolu 2(26) u (27) tad-Direttiva 2003/54/KE huma identiċi għal dawk użati fl-Artikolu 2(26) u (27) tad-Direttiva 2009/72/KE. |
|
(98) |
Iż-żewġ definizzjonijiet jirreferu għad-domanda tal-elettriku fis-sistemi iżolati fl-1996, li ma nbidlitx. Barra minn hekk, Kreta ma kinitx interkonnessa mas-sistema interkonnessa tal-Greċja la fl-2003 u lanqas fl-2012, u lanqas fil-mument li fih tidħol fis-seħħ id-deroga preżenti. |
|
(99) |
Għaldaqstant, kull mikrosistema iżolata u kull sistema iżolata żgħira tal-elettriku li jikkwalifikaw bħala mikrosistema iżolata jew bħala sistema iżolata żgħira fl-applikazzjoni, ikkwalifikaw bħala tali meta saret l-applikazzjoni inizjali, u se jikkwalifikaw meta tidħol fis-seħħ din id-deroga. |
|
(100) |
B'riżultat ta' dan, ma saret l-ebda bidla legali jew fattwali fir-rigward tas-sistemi iżolata żgħar u l-mikrosistemi iżolati li tista' tikkwalifika għal deroga skont id-Direttiva 2003/54/KE u d-Direttiva 2009/72/KE. |
|
(101) |
L-Artikolu 26(1) tad-Direttiva 2003/54/KE ppermetta l-għoti ta' deroga mill-Kapitolu III tagħha, li tinkludi dispożizzjonijiet, bħal dawk tal-Kapitolu III tad-Direttiva 2009/72/KE rigward il-proċeduri ta' awtorizzazzjoni għal kapaċità ġdida u sejħiet għall-offerti għal kapaċità ġdida. |
|
(102) |
L-Artikolu 26(1) tad-Direttiva 2003/54/KE ppermetta l-għoti ta' deroga mill-Kapitolu VII tagħha, li tinkludi dispożizzjonijiet, bħal dawk tal-Kapitolu VIII tad-Direttiva 2009/72/KE, rigward l-aċċess ta' partijiet terzi, il-ftuħ tas-suq u l-linji diretti. |
|
(103) |
Kieku l-Kummissjoni kienet tat deroga bi tweġiba għall-applikazzjoni inizjali, setgħet tatha fuq l-istess termini bħad-deroga preżenti skont id-Direttiva 2009/72/KE. |
|
(104) |
Barra minn hekk, ma saret l-ebda bidla fiċ-ċirkustanzi fattwali mill-2003 'l hawn. Tabilħaqq, is-sitwazzjoni ġeografika tal-NIIs, il-fatturi ekonomiċi li jirregolaw l-operat tas-sistemi tal-elettriku fis-sistemi iżolati tal-NIIs, u n-natura tal-problemi sostanzjali mnissla mill-operat ta' impjanti tal-elettriku konvenzjonali fis-sistemi iżolati tal-NIIs, ftit li xejn inbidlu mill-2003 'l hawn. |
|
(105) |
L-applikazzjoni inizjali ilha pendenti mill-2003. In-nuqqas ta' azzjoni tal-Kummissjoni ma għandux ikun ta' ħsara għar-Repubblika Ellenika. Ir-Repubblika Ellenika kkonformat mal-obbligi tagħha skont l-Artikolu 26(1) tad-Direttiva 2003/54/KE u l-Artikolu 44(1) tad-Direttiva 2009/72/KE, u ressqet talba ġġustifikata kif xieraq għal deroga skont dawk l-Artikoli għas-sistemi iżolati fuq l-NIIs. |
|
(106) |
Għaldaqstant, jixraq li din id-Deċiżjoni ta' deroga tidħol fis-seħħ mid-data ta' notifika tal-applikazzjoni inizjali, jiġifieri mill-5 ta' Diċembru 2003, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Din id-Deċiżjoni tapplika għas-sistemi iżolati żgħar u għall-mikrosistemi iżolati kif identifikati fit-Tabella.
Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, Kreta hija sistema iżolata żgħira, filwaqt li s-sistemi iżolati kollha l-oħra huma mikrosistemi iżolati.
Artikolu 2
1. Tingħata deroga mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 33 tad-Direttiva 2009/72/KE għas-sistemi iżolati ż-żgħar u għall-mikrosistemi iżolati.
2. Din id-deroga għandha tkun valida sas-17 ta' Frar 2016, jew sal-installazzjoni bis-sħiħ tal-infrastruttura kif ipprovdut fl-Artikolu 237(7) tal-Kodiċi tal-NII, skont liema data hija aktar tard. F'kull każ, din id-deroga għandha tintemm fis-17 ta' Frar 2019.
3. L-awtoritajiet tal-Greċja għandhom ifasslu, sas-17 ta' Frar 2015, pjan għall-investimenti fl-infrastruttura, kif ipprovdut fl-Artikolu 237(7) tal-Kodiċi tal-NII, li jispeċifika, b'mod separat għal kull sistema iżolata tal-NIIs, sa liema data l-infrastruttura għandha tkun installata bis-sħiħ. Dan il-pjan għandu jagħti prijorità lil Kreta u lil Rodi.
4. Mis-17 ta' Frar 2016, u mbagħad kull sena sas-17 ta' Frar 2019, l-awtoritajiet tal-Greċja għandhom ifasslu rapport li jispeċifika, għal kull sistema iżolata tal-NIIs: (a) jekk sarx ftuħ tas-suq; (b) l-istatus tal-investimenti fl-infrastruttura b'rabta mal-pjan rilevanti; (c) il-problemi sostanzjali u materjali li jippersistu għall-ftuħ tas-suq; u (d) jekk dawk il-problemi jistgħu jiġu attribwiti direttament għan-nuqqas ta' tlestija tal-investiment fl-infrastruttura kif ipprovdut fl-Artikolu 237(7) tal-Kodiċi tal-NII.
Artikolu 3
1. Tingħata deroga mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2009/72/KE, li skonthom l-awtorizzazzjonijiet għat-tiġdid, għall-aġġornament u għall-estensjoni ta' kapaċità konvenzjonali eżistenti f'mikrosistemi iżolata jistgħu jingħataw direttament lill-KNE.
2. Għall-finijiet ta' din id-deroga:
|
(a) |
il-kapaċità ta' ġenerazzjoni konvenzjonali eżistenti għandha tinkludi proġetti ta' tiġdid, aġġornament u estensjoni tal-kapaċità ta' ġenerazzjoni konvenzjonali li għaliha teżisti liċenzja valida, maħruġa mill-ARE, fid-data ta' notifika ta' din id-Deċiżjoni; |
|
(b) |
it-twaqqigħ sħiħ tal-kapaċità ta' ġenerazzjoni ewlenija f'sit eżistenti, u s-sostituzzjoni tiegħu b'installazzjoni ġdida ta' ġenerazzjoni tal-elettriku, ma għandhomx jitqiesu bħala kapaċità eżistenti, iżda bħala bini ta' kapaċità ġdida; |
|
(c) |
it-tqegħid ta' kapaċità ta' ġenerazzjoni temporanja fil-perimetru ta' kapaċità eżistenti għandu jikkostitwixxi estensjoni ta' kapaċità eżistenti. |
3. Malli tiskadi l-awtorizzazzjoni mogħtija skont l-ewwel paragrafu, tali awtorizzazzjoni tista' tiġi estiża, fid-diskrezzjoni esklussiva tal-ARE, dejjem jekk id-dewmien ikun dovut għal raġunijiet li jmorru totalment lil hinn mill-kontroll tal-KNE.
4. Din id-deroga ma għandhiex tibqa' tapplika għal awtorizzazzjonijiet mogħtija skont l-ewwel paragrafu li jkunu skadew jew tħassru.
5. Kull dispożizzjoni oħra tal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2009/72/KE tibqa' tapplika bis-sħiħ.
6. Din id-deroga hija valida sal-1 ta' Jannar 2021.
Artikolu 4
1. Id-derogi pprovduti f'din id-Deċiżjoni ma għandhomx jibqgħu japplikaw għal sistemi iżolati żgħar u għal mikrosistemi iżolati ladarba jkunu interkonnessi mas-sistema interkonnessa.
2. L-awtoritajiet tal-Greċja:
|
(a) |
meta jawtorizzaw, jew joħorġu sejħa għall-offerti f'sistema iżolata determinata ta' NII, għandhom jikkunsidraw b'mod sistematiku l-alternattiva tal-interkonnessjoni tas-sistema iżolata li l-NII kkonċernata hija parti minnha. Awtorizzazzjoni għal kapaċità ġdida għandha tinċaħad jekk ikun iktar kosteffettiv li jinbena interkonnettur. Il-kostijiet għandhom jinkludu l-kostijiet kollha tal-forniment tal-elettriku lill-klijenti aħħarija fis-sistema iżolata, inkluż il-kumpens tal-OSP tal-NII; |
|
(b) |
għandhom jiżguraw li l-istudju tal-kostijiet u l-benefiċċji għal xogħlijiet importanti fuq it-trażmissjoni minn ADMIE, kif ipprovdut fl-Artikolu 108 tal-Liġi 4001/2011, jikkunsidra biss il-kostijiet effiċjenti tal-investiment u l-operat tal-interkonnessjoni ppjanata. Ma għandux jikkunsidra dħul mitluf, jew deprezzament fil-valur, tal-assi ta' ġenerazzjoni konvenzjonali diġà installati fuq l-NIIs; |
|
(c) |
għandhom jippubblikaw, flimkien mal-pjan ta' investiment fuq għaxar snin ta' ADMIE kif inhu stipulat fl-Artikolu 108 tal-Liġi 4001/2011, il-kostijiet globali, inklużi l-kumpens tal-OSP tal-NII, tal-forniment tal-klijenti tal-elettriku f'kull sistema iżolata tal-NIIs. Sakemm il-bini ta' interkonnettur ma jiġix integrat fil-pjan ta' investiment fuq għaxar snin ta' ADMIE kif stipulat fl-Artikolu 108 tal-Liġi 4001/2011 kif approvat mill-ARE, l-awtoritajiet tal-Greċja għandhom jorganizzaw, fuq l-inizjattiva tagħhom stess jew fuq talba sempliċi ta' parti terza, sejħa għall-offerti kif ipprovdut fl-Artikolu 22(7)(b) tad-Direttiva 2009/72/KE għall-bini ta' interkonnettur li jqabbad sistema iżolata tal-NII waħda jew iktar. Interkonnettur għandu jinbena jekk il-bini tiegħu jnaqqas il-kostijiet globali, inkluż il-kumpens tal-OSP tal-NII, tal-forniment tal-elettriku lill-kiljenti li jinsabu fl-NIIs; |
|
(d) |
għandhom jistipulaw skadenza ċara għat-tlestija tal-bini ta' interkonnettur. Jekk l-interkonnettur ma jinbeniex jew ma jitlestiex sal-iskadenza stipulata, l-awtoritajiet tal-Greċja għandhom ifittxu danni għat-tfaddil mitluf tal-kostijiet. |
Artikolu 5
Id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-5 ta' Diċembru 2003.
Artikolu 6
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ellenika u tidħol fis-seħħ man-notifika tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Awwissu 2014.
Għall-Kummissjoni
Michel BARNIER
Viċi President
(1) ĠU L 211, 14.8.2009, p. 55.
(2) Id-Direttiva 2003/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2003 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li tħassar id-Direttiva 96/92/KE (ĠU L 176, 15.7.2003, p. 37).
(3) Il-Gazzetta tal-Gvern 270/B/7.2.2014.
(4) L-Artikolu 36 tal-Liġi 4067/2012 ressaq il-piż tal-kostijiet żejda minn fuq il-fornituri għal fuq il-konsumaturi. Skont dan l-Artikolu, is-sistema ma tapplikax sakemm ma jiġix attribwit l-OSP skont l-Artikolu 55 tal-Liġi 4001/2011, u sakemm ma jiġix finalizzat il-kodiċi tal-NII skont l-Artikolu 130 tal-Liġi 4001/2011.
(5) Il-Gazzetta tal-Gvern 2783/B/2.12.2011.
(6) Bħalissa, fid-dawl taċ-ċirkustanzi eċċezzjonali maħluqin mill-kriżijiet ekonomiċi tal-Greċja, naqsu sa 37 % għall-unitajiet kollha, u 42 % għall-unitajiet termali.
(7) Iċ-ċifri jirreferu għall-2012 għal kważi kull sistema iżolata, bi ftit eċċezzjonijiet, fejn jintużaw iċ-ċifri tas-sena 2011 billi kienu l-iktar ċifri riċenti disponibbli.