ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 242 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 57 |
|
|
III Atti oħrajn |
|
|
|
ŻONA EKONOMIKA EWROPEA |
|
|
* |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
14.8.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 242/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 882/2014
tal-31 ta' Lulju 2014
li jirreġistra denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Torrone di Bagnara (IĠP))
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, it-talba mill-Italja biex id-denominazzjoni “Torrone di Bagnara” tiddaħħal fir-reġistru, ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
(2) |
Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, id-denominazzjoni “Torrone di Bagnara” għandha tiġi rreġistrata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni “Torrone di Bagnara” (IĠP) hija rreġistrata.
Id-denominazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu tidentifika prodott tal-klassi 2.3. Ħobż, għaġina, kejkijiet, ħelu, gallettini u prodotti oħra tal-furnara tal-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Lulju 2014.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Ferdinando NELLI FEROCI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) ĠU C 89, 28.3.2014, p. 62.
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).
14.8.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 242/3 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 883/2014
tal-5 ta' Awwissu 2014
li jirreġistra denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Jamón de Serón (IĠP))
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, it-talba minn Spanja biex id-denominazzjoni “Jamón de Serón” tiddaħħal fir-reġistru, ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
(2) |
Ladarba ma ġiet innotifikata l-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, id-denominazzjoni “Jamón de Serón” għandha tiġi rreġistrata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni “Jamón de Serón” (IĠP) hija rreġistrata.
Id-denominazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu tidentifika prodott tal-Klassi 1.2. Prodotti abbażi tal-laħam (imsajrin, immellħin, affumikati, eċċ.) tal-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Awwissu 2014.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Martine REICHERTS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) ĠU C 101, 5.4.2014, p. 10.
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).
14.8.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 242/4 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 884/2014
tat-13 ta' Awwissu 2014
li jimponi kundizzjonijiet speċjali għar-regolamentazzjoni tal-importazzjoni ta' ċertu għalf u ikel minn ċertu pajjiżi terzi minħabba r-riskju ta' kontaminazzjoni bl-aflatossini u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1152/2009
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 53(1)(b)(ii) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1152/2009 (2) għandu jiġi emendat sostanzjalment u l-kamp ta' applikazzjoni għandu jiġi estiż għall-għalf. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 (3) jistabbilixxi l-livelli massimi permessi ta' aflatossini fil-prodotti tal-ikel għall-protezzjoni tas-saħħa pubblika. Wieħed jista' jinnota li dawn il-livelli massimi ta' aflatossini ta' spiss jinqabżu f'ċerti oġġetti tal-ikel li ġejjin minn ċerti pajjiżi. Din il-kontaminazzjoni tikkostitwixxi theddida serja għas-saħħa pubblika fl-Unjoni u għaldaqstant huwa xieraq li jiġu adottati miżuri speċjali fil-livell tal-Unjoni. |
(3) |
Id-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) tistabbilixxi livelli massimi permessi ta' aflatossini B1 fl-għalf għall-protezzjoni tas-saħħa pubblika u tal-annimali. Wieħed jista' josserva li l-livelli massimi tal-aflatossini B1 ta' spiss jinqabżu f'ċerti oġġetti tal-ikel li ġejjin minn ċerti pajjiżi. Din il-kontaminazzjoni tikkostitwixxi theddida serja għas-saħħa pubblika u tal-annimali tal-Unjoni u huwa għaldaqstant xieraq li jiġu adottati miżuri speċjali f'livell tal-Unjoni. |
(4) |
Għall-ħarsien tas-saħħa pubblika u tal-annimali huwa importanti li l-għalf u l-ikel komposti li fihom ammont sinifikanti mill-għalf u l-ikel koperti b'dan ir-Regolament, jidħlu wkoll taħt l-ambitu ta' dan ir-Regolament. Huwa xieraq li jiġi stabbilit livell ta' limitu sabiex jiġi żgurat l-infurzar armonizzat tal-kontrolli fl-UE kollha tal-għalf u l-ikel pproċessati u komposti. Barra minn hekk, huwa xieraq li jiġu esklużi kunsinni mhux kummerċjali mill-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. It-teħid tal-kampjuni u l-analiżi tal-kunsinni għandhom jitwettqu skont il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni. |
(5) |
Id-dispożizzjonijiet dwar teħid tal-kampjuni u l-analiżi għall-kontroll tal-aflatossini fl-għalf huma stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 (5) u fl-ikel bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 401/2006 (6). |
(6) |
Peress li l-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni tal-għalf minn ċerti pajjiżi terzi minħabba r-riskju ta' kontaminazzjoni bl-aflatossini jeħtieġu dispożizzjonijiet tal-applikazzjoni simili għal dawk tal-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni tal-ikel minn ċerti pajjiżi terzi minħabba r-riskju ta' kontaminazzjoni bl-aflatossini, huwa xieraq li l-għalf u l-ikel, li għalihom huma imposti kundizzjonijiet speċjali minħabba r-riskju ta' kontaminazzjoni tal-aflatossini, jiġu inklużi f'Regolament wieħed. Għalhekk huwa xieraq li jkunu inklużi f'dan ir-Regolament id-dispożizzjonijiet fir-rigward tal-karawett mill-Indja u mill-Gana u ż-żrieragħ tad-dulliegħ min-Niġerja previsti fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 91/2013 (7). Simultanjament, ir-Regolament (UE) Nru 91/2013 għandu jinbidel b'Regolament ġdid li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet rigward l-okra u l-weraq tal-kari mill-Indja. |
(7) |
Abbażi tar-riżultati tal-kontroll u l-eżitu tal-awditjar tal-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju (FVO), il-bidliet li ġejjin fil-prodotti li huma soġġetti għall-kundizzjonijiet speċifiċi u/jew frekwenzi ta' kontroll huma xierqa:
|
(8) |
Is-sistema ta' kontroll prevista għall-għalf u l-ikel koperti b'dan ir-Regolament ġiet applikata għal ħafna snin u ttejbet kontinwament abbażi tal-esperjenzi miksuba. Armonizzazzjoni sħiħa tal-kontrolli fuq l-importazzjoni tal-ikel ta' oriġini mhux mill-annimali mhix possibbli minħabba li ma jistgħux jitwettqu l-kontrolli fiżiċi kollha meħtieġa fuq l-aflatossini fil-punt tad-dħul magħżul. Il-kontroll fuq il-preżenza tal-aflatossini skont ir-Regolament (KE) Nru 401/2006 jieħu ħafna ħin u jeħtieġ li tinħatt il-kunsinna. Barra minn hekk, bosta komoditajiet koperti minn dan ir-Regolament huma trasportati f'ippakkjar tal-vakwu u l-qerda tal-ippakkjar tal-vakwu, ikkawżata minħabba t-teħid tal-kampjuni, tista' jirriżulta f'telf ta' kwalità f'każ li l-kunsinna trid tiġi ttrasportata għal distanza twila wara l-kontroll fiżiku. Madankollu, sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv, huwa xieraq li d-dokumenti amministrattivi marbutin mal-kontrolli tal-għalf u l-ikel ta' oriġini mhux mill-annimali jiġu armonizzati. Għalhekk, filwaqt li l-kundizzjonijiet għall-importazzjoni tal-għalf u l-ikel koperti b'dan ir-Regolament mhumiex identiċi għall-għalf u l-ikel koperti bir-Regolament tal-Kummissojni (KE) Nru 669/2009 (8), huwa xieraq li jintuża l-istess Dokument Komuni tad-Dħul (DKD) bil-ħsieb li jkun hemm simplifikazzjoni amministrattiva għall-operaturi tan-negozju tal-għalf u l-ikel. Madankollu, huwa meħtieġ għall-applikazzjoni ta' dak id-DKD għal dan ir-Regolament, jiġu pprovduti noti addizzjonali ta' spjega fin-noti ta' gwida biex jiġu indirizzati d-differenzi fis-sistemi ta' kontroll. |
(9) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Kamp ta' Applikazzjoni
1. Mingħajr ħsara għad-disposizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (9), dan ir-Regolament għandu japplika għall-importazzjoni tal-għalf u l-ikel li ġejjin li jaqgħu fi ħdan il-kodiċijiet tan-NM u l-klassifikazzjonijiet tat-TARIC stabbiliti fl-Anness I:
(a) |
Ġewż tal-Brażil bil-qoxra u taħlitiet ta' ġewż jew frott imnixxef li fihom il-ġewż tal-Brażil bil-qoxra (ikel) li joriġinaw jew li jaslu mill-Brażil; |
(b) |
Karawett bil-qoxra u bla qoxra, butir tal-karawett, karawett ippreparat jew ippreservat mod ieħor (għalf u ikel) li joriġinaw jew li jaslu miċ-Ċina; |
(c) |
Karawett bil-qoxra u bla qoxra, butir tal-karawett, karawett ippreparat jew ippreservat mod ieħor (għalf u ikel) li joriġinaw jew li jaslu mill-Eġittu; |
(d) |
Pistaċċi bil-qoxra u bla qoxra, pistaċċi ppreparat jew ippreservat mod ieħor (ikel) li joriġinaw jew li jaslu mill-Iran; |
(e) |
L-ikel li ġej, li joriġina mit-Turkija jew li jasal minn hemm:
|
(f) |
Karawett bil-qoxra u bla qoxra, butir tal-karawett, karawett ippreparat jew ippreservat mod ieħor (għalf u ikel) li joriġinaw jew li jaslu mill-Gana; |
(g) |
Karawett bil-qoxra u bla qoxra, butir tal-karawett, karawett ippreparat jew ippreservat mod ieħor (għalf u ikel) li joriġinaw jew li jaslu mill-Indja; |
(h) |
Żrieragħ tad-dulliegħ u prodotti dderivati minnu (ikel) li joriġinaw jew li jaslu min-Niġerja. |
2. Dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għal għalf u ikel ipproċessat mill-għalf u l-ikel imsemmija fil-paragrafu 1 u l-għalf u l-ikel kompost, li fihom kull għalf jew ikel imsemmi fil-paragrafu 1 fi kwantità ta' 'l fuq minn 20 %.
3. Dan ir-Regolament ma għandux japplika għall-kunsinni tal-ikel imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 li huma ddestinati għal persuna privata għall-konsum u l-użu personali biss. F'każ ta' dubju, il-piż tal-provi huwa tar-riċevitur tal-kunsinna.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 2 u 3 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 u fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10).
Barra minn hekk, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
“il-punti magħżula għall-importazzjoni (PMI)” tfisser kull punt, magħżul mill-awtorità kompetenti, li minnu jistgħu jiġu importati fl-Unjoni l-għalf u l-ikel imsemmijin fl-Artikolu 1. |
(b) |
“il-punt tad-dħul magħżul (PDM)” tfisser il-punt tad-dħul kif definit fl-Artikolu 3(b) tar-Regolament (KE) Nru 669/2009. |
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, kunsinna tikkorrispondi għal lott kif imsemmi fir-Regolamenti (KE) Nru 401/2006/KE u (KE) Nru 152/2009.
Artikolu 3
Importazzjoni fl-Unjoni
Il-kunsinni tal-għalf u l-ikel imsemmija fl-Artikolu 1(1) u (2) (minn hawn 'il quddiem imsemmija bħala għalf u ikel) jistgħu jiġu importati fl-Unjoni biss skont il-proċeduri stabbiliti f'dan ir-Regolament.
Artikolu 4
Ir-riżultati tat-teħid tal-kampjuni u l-analiżi
1. Kull kunsinna ta' għalf u ikel għandhom ikunu akkumpanjati mir-riżultati tat-teħid tal-kampjuni u l-analiżi mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż tal-oriġini, jew tal-pajjiż minn fejn ġejja l-kunsinna jekk dak il-pajjiż huwa differenti mill-pajjiż tal-oriġini, sabiex tkun aċċertata l-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-livelli massimi tal-aflossini.
2. It-teħid tal-kampjuni u l-analiżi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitwettqu skont ir-Regolament (KE) Nru 152/2009 għall-aflatossini fl-għalf u skont ir-Regolament (KE) Nru 401/2006 għall-aflatossini fl-ikel.
Artikolu 5
Ċertifikat tas-saħħa
1. Kull kunsinna għandha tkun akkumpanjata wkoll minn ċertifikat tas-saħħa skont il-mudell stabbilit fl-Anness II.
2. Iċ-ċertifikat tas-saħħa għandu jimtela, jiġi ffirmat u vverifikat minn rappreżentant awtorizzat tal-awtorità kompetenti tal-pajjiż tal-oriġini jew tal-awtorità kompetenti tal-pajjiż minn fejn ġejja l-kunsinna jekk dan il-pajjiż ikun differenti mill-pajjiż tal-oriġini.
L-awtorità kompetenti tal-pajjiż tal-oriġini hija
(a) |
il-Ministério da Agricultura, Pecuária e Abastecimento (MAPA) għall-ikel mill-Brażil; |
(b) |
l-Amministrazzjoni Statali għall-Ispezzjoni tad-Dħul-Ħruġ u tal-Kwarantina tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina għall-għalf u l-ikel miċ-Ċina; |
(c) |
il-Ministeru tal-Agrikoltura Eġizzjan għall-għalf u l-ikel mill-Eġittu; |
(d) |
il-Ministeru tas-Saħħa Iranjan għall-ikel mill-Iran; |
(e) |
id-Direttorat Ġenerali tal-Protezzjoni u l-Kontroll tal-Ministeru tal-Agrikoltura u Affarijiet Rurali tar-Repubblika tat-Turkija għall-ikel mit-Turkija; |
(f) |
l-Awtorità tal-Istandards tal-Gana għall-għalf u l-ikel mill-Gana; |
(g) |
il-Kunsill tal-Ispezzjoni tal-Esportazzjoni tal-Indja tal-Ministeru tal-Kummerċ u l-Industrija għall-għalf u l-ikel mill-Indja; |
(h) |
l-Aġenzija Nazzjonali għall-Amministrazzjoni u l-Kontroll tal-Ikel u l-Mediċinali (NAFDAC) għall-ikel min-Niġerja. |
3. Iċ-ċertifikat tas-saħħa għandu jinkiteb bil-lingwa uffiċjali, jew b'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru fejn jinsab il-punt tad-dħul magħżul. Madankollu, Stat Membru jista' jaċċetta li ċ-ċertifikati tas-saħħa jinkitbu b'lingwa uffiċjali oħra tal-Unjoni.
4. Iċ-ċertifikat tas-saħħa għandu jkun validu biss għal erba' xhur mid-data tal-ħruġ tiegħu.
Artikolu 6
Identifikazzjoni
Kull kunsinna ta' għalf u ikel għandha tiġi identifikata b'kodiċi ta' identifikazzjoni (il-kodiċi tal-kunsinna) li jikkorrispondi mal-kodiċi tal-identifikazzjoni miktub fuq ir-riżultati tat-teħid tal-kampjuni u l-analiżi msemmija fl-Artikolu 4 u fuq iċ-ċertifikat tas-saħħa msemmi fl-Artikolu 5. Kull borża individwali, jew forma oħra ta' imballaġġar, tal-kunsinna għandha tiġi identifikata b'dan il-kodiċi ta' identifikazzjoni.
Artikolu 7
Notifika bil-quddiem tal-wasla tal-kunsinni
1. L-operaturi tan-negozju tal-għalf jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom javżaw bil-quddiem id-data u l-ħin mistennija tal-wasla fiżika tal-għalf u l-ikel lill-awtoritajiet kompetenti fil-PDM, u dwar in-natura tal-kunsinna.
2. Għall-fini tan-notifika minn qabel, għandhom jimlew il-Parti I tad-dokument komuni tad-dħul (DKD) imsemmi fl-Artikolu 3 (a) tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 u jibagħtu d-dokument lill-awtorità kompetenti fil-PDM, mill-inqas ġurnata waħda tax-xogħol qabel il-wasla fiżika tal-kunsinna.
3. Biex jimlew id-DKD fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, l-operaturi tan-negozju tal-ikel għandhom jirreferu għan-noti ta' gwida stabbiliti fl-Anness III.
4. F'każ li l-PMI hu differenti mill-PDM, l-operatur tan-negozju tal-għalf u l-ikel għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti fil-PMI, mill-inqas ġurnata waħda tax-xogħol qabel il-wasla fiżika tal-kunsinna.. In-notifika għandha ssir billi l-operatur tan-negozju tal-ikel u l-għalf jibgħat kopja tad-DKD mimli fir-rigward tal-kontroll dokumentat mill-awtorità kompetenti fil-PDM.
5. Iċ-ċertifikat tas-saħħa għandu jinkiteb bil-lingwa uffiċjali, jew b'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru fejn jinsab il-PDM. Madankollu, Stat Membru jista' jaċċetta li d-DKDi jinkitbu b'lingwa uffiċjali oħra tal-Unjoni.
Artikolu 8
Il-punti magħżula għall-importazzjoni (PMI)
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-PMI jissodisfaw dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
li jkun hemm staff imħarreġ biex iwettaq il-kontrolli uffiċjali fuq il-kunsinni tal-għalf u l-ikel; |
(b) |
li jkun hemm disponibbli struzzjonijiet dettaljati dwar it-teħid tal-kampjuni u kif dawn għandhom jintbagħtu lil-laboratorju, skont id-dispożizzjonijiet fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 152/2009 għall-għalf u fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 401/2006 għall-ikel; |
(c) |
li jkun possibbli li jitwettqu l-ħatt u t-teħid tal-kampjuni f'post protett fil-punt magħżul għall-importazzjoni; għandu jkun possibbli li l-kunsinna tal-għalf u l-ikel titqiegħed taħt il-kontroll uffiċjali tal-awtorità kompetenti mill-PMI 'il quddiem f'każijiet fejn, wara qbil mal-awtorità kompetenti, il-kunsinna trid tiġi trasportata għal post fl-akkwati viċin tal-PMI sabiex jitwettaq it-teħid tal-kampjuni; |
(d) |
li jkun hemm disponibbli kmamar għall-ħżin, imħażen fejn il-kunsinni tal-għalf u l-ikel jistgħu jinżammu f'kundizzjonijiet tajba fl-istennija għar-riżultati tal-analiżi; |
(e) |
li jkun hemm disponibbli tagħmir tal-ħatt u tagħmir xieraq għat-teħid tal-kampjuni; |
(f) |
li jkun hemm disponibbli laboratorju uffiċjali għall-analiżi tal-aflatossina, lokat f'post fejn il-kampjuni jistgħu jittieħdu f'perjodu ta' żmien qasir u li hu kapaċi jwettaq l-analiżi fiż-żmien limitat xieraq. |
L-Istati Membri għandhom iżommu lista aġġornata tal-PMIs u jagħmluha disponibbli lill-pubbliku. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw din il-lista lill-Kummissjoni.
Fuq is-sit tal-Internet tagħha, il-Kummissjoni għandha turi l-ħoloq elettroniċi nazzjonali li jwasslu għal dawn il-listi, għal skopijiet ta' informazzjoni.
L-operaturi tan-negozji tal-għalf u l-ikel għandhom jiżguraw il-ħatt tal-kunsinna tal-għalf u l-ikel meħtieġa biex ikun jista' jseħħ it-teħid rappreżentattiv tal-kampjuni.
F'każi ta' trasport speċjali jew forom speċifiċi ta' imballaġġar, l-operatur għandu jagħmel disponibbli lill-ispettur uffiċjali t-tagħmir xieraq tat-teħid tal-kampjuni jekk dan it-teħid tal-kampjuni ma jkunx jista' jitwettaq b'mod rappreżentattiv bit-tagħmir normali tat-teħid tal-kampjuni.
Artikolu 9
Kontrolli uffiċjali
1. Il-kontrolli kollha uffiċjali u l-mili tad-DKD għandhom jitwettqu fi żmien 15-il ġurnata tax-xogħol mill-mument li l-kunsinna tiġi offerta għall-importazzjoni u tkun fiżikament disponibbli għat-teħid tal-kampjuni fil-PMI.
2. Il-kunsinni tal-għalf u l-ikel jistgħu jidħlu biss fl-Unjoni mill-PDM. L-awtorità kompetenti fil-PDM għandha tagħmel verifiki dokumentati fuq kull kunsinna tal-għalf u l-ikel intiża għall-importazzjoni fl-Unjoni biex taċċerta konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 4 u 5.
Għall-fini ta' dan ir-Regolament, dawk il-Punti tad-Dħul magħżula biss huma awtorizzati biex iwettqu l-verifiki dokumentati. F'dak il-każ dawn il-PDM ma għandhomx jikkonformaw mar-rekwiżiti minimi kif previst fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009.
3. Meta l-kunsinna tal-għalf u l-ikel ma tkunx akkumpanjata mir-riżultati tat-teħid tal-kampjuni u l-analiżi u ċ-ċertifikat tas-saħħa jew fejn ir-riżultati tat-teħid tal-kampjuni u l-analiżi jew iċ-ċertifikat tas-saħħa ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament, il-kunsinna ma tkunx tista' tidħol fl-Unjoni u għandha tintbagħat lura lejn il-pajjiż tal-oriġini jew tinqered.
4. L-awtorità kompetenti fil-PDM għandha tawtorizza t-trasferiment tal-kunsinna għall-PMI wara li jitlestew b'mod favorevoli l-verifiki msemmija fil-paragrafu 2. Iċ-ċertifikat oriġinali, ir-riżultati tat-teħid ta' kampjuni u l-analiżi msemmija fl-Artikolu 4 u d-DKD għandhom jakkumpanjaw il-kunsinna fit-trasferiment. L-awtorità kompetenti tal-PDM għandha tinforma immedjatament lill-awtorità kompetenti fil-PMI bit-trasferiment tal-kunsinna u l-operatur tan-negozju għandu jinforma lill-awtorità kompetenti tal-PMI bil-wasla tal-kunsinna mill-inqas ġurnata waħda tax-xogħol qabel il-wasla fiżika tal-kunsinna. F'każ li l-operatur tan-negozju jiddeċiedi li jbiddel il-PMI wara li l-kunsinna tkun telqet mill-PDM, id-dokumenti għandhom jerġgħu jiġu ppreżentati lill-awtorità kompetenti tal-PDM biex taqbel u twettaq il-bidliet neċessarji fid-DKD u għaldaqstant, l-awtorità kompetenti tal-PDM tinforma lill-PMI b'dawn il-bidliet rilevanti.
5. L-awtorità kompetenti fil-PMI għandha twettaq verifika tal-identità u verifika fiżika billi jittieħed kampjun għall-analiżi tal-aflatossina B1 għall-għalf jew l-aflatossina B1 u għall-kontaminazzjoni totali tal-aflatossini għall-ikel fuq kunsinni bi frekwenza stabbilita fl-Anness I ta' dan ir-Regolament qabel ma taċċetta r-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni. It-teħid tal-kampjuni jitwettaq għall-għalf skont l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 152/2009 u għall-ikel skont l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 401/2006.
6. L-awtoritajiet kompetenti, wara li jtemmu l-verifiki, għal dawk li jkunu għamlu huma stess, għandhom:
(a) |
jimlew l-annotazzjonijiet rilevanti tal-Parti II tad-DKD; |
(b) |
jgħaqqdu r-riżultati tat-teħid tal-kampjuni u l-analiżi mwettqa; |
(c) |
jipprovdu u jimlew in-numru ta' referenza tad-DKD fuq id-DKD; |
(d) |
jittimbraw u jiffirmaw l-oriġinali tad-DKD; |
(e) |
jagħmlu u jżommu kopja tad-DKD iffirmat u ttimbrat. |
Biex id-DKD jimtela fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti għandha tirreferi għan-noti ta' gwida stabbiliti fl-Anness III.
7. L-oriġinali taċ-ċertifikat tas-saħħa msemmi fl-Artikolu 5, ir-riżultati tat-teħid tal-kampjuni u l-analiżi msemmijin fl-Artikolu 4 u d-DKD għandhom jakkumpanjaw il-kunsinna matul it-trasferiment tagħha, sa ma tiġi rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera.
Artikolu 10
Qsim tal-kunsinna
1. Il-kunsinni ma għandhomx jinqasmu qabel ma jkunu tlestew il-kontrolli uffiċjali kollha, u jkun imtela kompletament id-DKD mill-awtoritàjiet kompetenti kif stipulat fl-Artikolu 9.
2. Fil-każ li wara dan, il-kunsinna tinqasam, għandha tintbagħat kopja awtentikata tad-DKD ma' kull parti tal-kunsinna matul it-trasport tagħha sakemm din tiġi rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera.
Artikolu 11
Rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera
Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera tal-kunsinni għandu jkun suġġett għall-preżentazzjoni (b'mod fiżiku jew elettroniku) mill-operaturi tan-negozju tal-għalf u l-ikel jew mir-rappreżentant tagħhom lill-awtoritajiet tad-dwana ta' DKD mimli mill-awtorità kompetenti ladarba jkunu saru l-kontrolli uffiċjali kollha. L-awtoritajiet doganali għandhom jirrilaxxaw il-kunsinna għaċ-ċirkolazzjoni libera biss jekk l-awtorità kompetenti tindika deċiżjoni favorevoli għal dan fil-kaxxa II.14 u ffirmata fil-kaxxa II.21 tad-DKD.
Artikolu 12
Nuqqas ta' konformità
Jekk il-kontrolli uffiċjali jistabbilixxu li hemm nuqqas ta' konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni rilevanti, l-awtorità kompetenti għandha timla l-Parti III tad-DKD u għandha tittieħed azzjoni skont l-Artikoli 19, 20 u 21 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.
Artikolu 13
Rapporti
Kull tliet xhur, l-Istati Membri għandhom jissottomettu rapport lill-Kummissjoni bir-riżultati analitiċi kollha tal-kontrolli uffiċjali fuq il-kunsinni tal-għalf u l-ikel skont dan ir-Regolament. Dan ir-rapport għandu jiġi ppreżentat matul ix-xahar li jaħbat wara kull tliet xhur fis-sena.
Ir-rapport għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja:
— |
l-għadd ta' kunsinni importati; |
— |
l-għadd ta' kunsinni li minnhom ittieħdu l-kampjuni għall-analiżi; |
— |
ir-riżultati tal-verfiki kif stipulat fl-Artikolu 9(5); |
Artikolu 14
Spejjeż
L-ispejjeż kollha tal-kontrolli uffiċjali, inkluż it-teħid tal-kampjuni, l-analiżi, il-ħżin u kull miżura li tittieħed wara r-riżultat ta' nuqqas ta' konformità, għandhom jitħallsu mill-operatur tan-negozju tal-għalf u l-ikel.
Artikolu 15
Revoka
Ir-Regolament (KE) Nru 1152/2009 huwa b'dan imħassar.
Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness IV.
Artikolu 16
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Awwissu 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1152/2009 tas-27 ta' Novembru 2009 li jimponi kundizzjonijiet straordinarji għar-regolamentazzjoni tal-importazzjoni ta' ċerti oġġetti tal-ikel minn ċerti pajjiżi terzi minħabba r-riskju ta' kontaminazzjoni bl-aflatossini u li jħassar id-Deċiżjoni 2006/504/KE (ĠU L 313, 28.11.2009, p. 40).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 tad-19 ta' Diċembru 2006 li jiffissal-livelli massimi ta' ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5).
(4) Id-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Mejju 2002 dwar sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf tal-annimali (ĠU L 140, 30.5.2002, p. 10).
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 tas-27 ta' Jannar 2009 li jistabbilixxi l-metodi ta' teħid ta' kampjuni u analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-għalf (ĠU L 54, 26.2.2009, p. 1).
(6) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 401/2006 tat-23 ta' Frar 2006 li jistabbilixxi l-metodi tat-teħid ta' kampjuni u l-metodi ta' analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-livelli ta' mikotossini fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 70, 9.3.2006, p. 12).
(7) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 91/2013 tal-31 ta' Jannar 2013 li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet speċifiċi applikabbli għall-importazzjoni ta' karawett mill-Gana u l-Indja, okra u weraq tal-kari mill-Indja u żrieragħ tad-dulliegħ min-Niġerja u li jemenda r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 u (KE) Nru 1152/2009 (ĠU L 33, 2.2.2013, p. 2).
(8) Ir-Regolament tal-Kummissojni (KE) Nru 669/2009 tal-24 ta' Lulju 2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż- żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta' ċertu għalf u ikel ta' oriġini mhux mill-annimali u li jemenda d-Deċiżjoni 2006/504/KE (ĠU L 194, 25.7.2009, p. 11).
(9) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).
(10) Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1).
ANNESS I
Għalf u ikel soġġetti għall-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament:
Għalf u ikel (użu maħsub) |
Kodiċi NM (1) |
TARIC sottodiviżjoni |
Il-pajjiż tal-oriġini jew il-pajjiż tal-kunsinna |
Frekwenza ta' verifiki fiżiċi u tal-identità (%) waqt l-importazzjoni |
|||||
|
|
|
Il-Brażil (BR) |
Aleatorju |
|||||
|
|
||||||||
(Ikel) |
|
||||||||
|
|
|
Iċ-Ċina (CN) |
20 |
|||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
(Għalf u Ikel) |
|
||||||||
|
|
|
L-Eġittu (EG) |
20 |
|||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
(Għalf u Ikel) |
|
||||||||
|
|
|
L-Iran (IR) |
50 |
|||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
(Ikel) |
|
||||||||
|
|
|
It-Turkija (TR) |
20 |
|||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
(Ikel) |
|
||||||||
|
|
|
It-Turkija (TR) |
Aleatorju |
|||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
(Ikel) |
|
||||||||
|
|
|
It-Turkija (TR) |
50 |
|||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
(Ikel) |
|
||||||||
|
|
|
Il-Gana (GH) |
50 |
|||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
(Għalf u Ikel) |
|
||||||||
|
|
|
L-Indja (IN) |
20 |
|||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
(Għalf u ikel) |
|
||||||||
Żerriegħa tad-dulliegħ (egusi, Citrullus lanatus) u l-prodotti dderivati minnha |
ex 1207 70 00 ; ex 1106 30 90 ; ex 2008 99 99 ; |
10 30 50 |
In-Niġerja (NG) |
50 |
|||||
(Ikel) |
|
ANNESS III
Noti ta' gwida għad-DKD fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament fil-każ ta' għalf u ikel importati minn ċerti pajjiżi terzi minħabba l-kontaminazzjoni ta' dawn il-prodotti mill-aflatossini fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament
Ġenerali |
Għall-użu tad-dokument komuni tad-dħul (DKD) fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, meta jissemma d-“PDM”, dan għandu jinftiehem bħala “il-punt tad-dħul magħżul” jew “il-punt magħżul għall-importazzjoni (PMI)” kif stipulat fin-noti speċifiċi għal kull kaxxa. Kull fejn ikun imsemmi l-“punt ta' kontroll”, dan għandu jinftiehem bħala “punt magħżul għall-importazzjoni”. Imla d-dokument b'ittri kbar. In-noti jidhru ħdejn in-numru tal-kaxxa rilevanti. |
Parti I |
Din it-taqsima għandha timtela mill-operatur tan-negozju tal-għalf u tal-ikel jew mir-rappreżentant tiegħu, fejn mhux indikat mod ieħor. |
Kaxxa I.1. |
Il-kunsinnatur: l-isem u l-indirizz sħiħ tal-persuna fiżika jew ġuridika (l-operatur tan-negozju tal-għalf u tal-ikel) li qed tibgħat il-kunsinna. Ta' min jagħti l-informazzjoni dwar in-numri tat-telefown u l-faks. |
Kaxxa I.2. |
It-tliet spazji kollha f'din il-kaxxa għandhom jimtlew mill-awtoritajiet tal-PMI kif inhu ddefinit fl-Artikolu 2. Alloka numru ta' referenza tad-DKD fl-ewwel kaxxa. In-numru ta' referenza tad-DKD jista' jimtela mill-awtoritajiet tal-PDM. Indika l-isem tal-PMI u n-numru tiegħu fit-tieni u t-tielet kaxxa rispettivament. |
Kaxxa I.3. |
Id-destinatarju: indika l-isem u l-indirizz sħiħ tal-persuna fiżika jew ġuridika (l-operatur tan-negozju tal-għalf u tal-ikel) li lilha l-kunsinna hija indirizzata. Ta' min jagħti l-informazzjoni dwar in-numri tat-telefown u l-faks. |
Kaxxa I.4. |
Il-persuna responsabbli għall-kunsinna: (l-aġent, id-dikjarant jew l-operatur tan-negozju tal-għalf u l-ikel ukoll) indika l-isem u l-indirizz sħiħ tal-persuna li hi responsabbli għall-kunsinna meta din ġiet ippreżentata fil-PDM u li għamlet id-dikjarazzjonijiet meħtieġa lill-awtoritajiet kompetenti f'isem l-importatur. Ta' min jagħti l-informazzjoni dwar in-numri tat-telefown u l-faks. |
Kaxxa I.5. |
Il-pajjiż tal-oriġini: indika l-pajjiż minn fejn oriġina l-prodott bażiku, fejn kien imkabbar, fejn inħasad jew fejn kien magħmul. |
Kaxxa I.6. |
Il-pajjiż minn fejn intbagħtet il-kunsinna: indika l-pajjiż terz minn fejn ġiet mgħobbija l-kunsinna fuq il-mezz tat-trasport għall-aħħar parti tal-vjaġġ lejn l-Unjoni. |
Kaxxa I.7. |
L-importatur: indika l-isem u l-indirizz sħiħ. Ta' min jagħti l-informazzjoni dwar in-numri tat-telefown u l-faks. |
Kaxxa I.8. |
Il-post tad-destinazzjoni: indika l-indirizz tal-kunsinna fl-Unjoni. Ta' min jagħti l-informazzjoni dwar in-numri tat-telefown u l-faks. |
Kaxxa I.9. |
Il-wasla fil-PDM (id-data mistennija): daħħal id-data ta' meta hu mistenni li tasal il-kunsinna fil-PDM. |
Kaxxa I.10. |
Id-dokumenti: indika d-data ta' meta nħarġu d-dokumenti u n-numru tad-dokumenti uffiċjali li ntbagħtu mal-kunsinna, skont il-każ. |
Kaxxa I.11. |
Il-mezz tat-trasport: immarka l-kaxxa biex tindika l-mezz tat-trasport li bih waslet il-kunsinna. Identifikazzjoni: agħti d-dettalji kollha tal-mezz ta' trasport. Fil-każ ta' inġenju tal-ajru, indika n-numru tat-titjira. Fil-każ ta' vapuri, indika l-isem tal-bastiment. Għal vetturi tat-triq: indika n-numru tar-reġistrazzjoni li hemm fuq il-pjanċa u, fejn jeħtieġ, in-numru tal-karru. Għatl trasport bil-ferrovija: indika n-numru tal-identità tat-tren u n-numru tal-vagun. Referenzi dokumentati: in-numru tal-polza tal-ajru, il-polza ta' kargu jew in-numru kummerċjali għall-ferrovija jew għat-trakk. |
Kaxxa I.12. |
Deskrizzjoni tal-prodott bażiku: agħti deskrizzjoni ddettaljata tal-prodott bażiku bit-terminoloġija tal-Artikolu 1. |
Kaxxa I.13. |
Il-kodiċi tal-prodott bażiku: uża l-kodiċi li jidentifika l-prodott bażiku kif elenkat fl-Anness I (inkluża s-sottodiviżjoni tat-TARIC, jekk applikabbli). |
Kaxxa I.14. |
Il-piż gross: speċifika l-piż totali f'kilogrammi jew f'tunnellati. Dan huwa definit bħala l-massa globali tal-prodotti u tal-kontenituri immedjati u l-imballaġġar tagħhom, imma mingħajr il-piż tal-kontejners tat-trasport u tagħmir ieħor tat-trasport. Il-piż nett: speċifika l-piż tal-prodott innifsu, mingħajr dak tal-imballaġġar, f'kilogrammi jew f'tunnellati. Dan huwa definit bħala l-massa tal-prodotti biss, mingħajr il-kontenituri jew l-imballaġġar. |
Kaxxa I.15. |
In-numru tal-imballaġġi: ikteb kemm hemm imballaġġi fil-kunsinna. |
Kaxxa I.16. |
Temperatura: immarka l-kaxxa li turi t-temperatura adegwata tat-trasport/tal-ħażna. |
Kaxxa I.17. |
It-tip ta' imballaġġar: identifika t-tip ta' imballaġġar tal-prodotti. |
Kaxxa I.18. |
Il-prodott bażiku maħsub għal: immarka l-kaxxa xierqa skont, jekk il-prodott huwiex maħsub għall-konsum mill-bniedem mingħajr klassifikazzjoni minn qabel jew trattament fiżiku ieħor (f'dan il-każ immarka “għall-konsum mill-bniedem”) jew huwiex maħsub għall-konsum mill-bniedem wara dan it-trattament (f'dan il-każ immarka “għall-aktar ipproċessar”), jew jekk hu maħsub bħala “għalf” (f'dan il-każ immarka “għalf”). |
Kaxxa I.19. |
In-numru tas-siġill u n-numru tal-kontejner: fejn rilevanti, agħti n-numri kollha ta' identifikazzjoni tas-siġill u tal-kontejner. |
Kaxxa I.20. |
Għat-trasferiment għall-Punt ta' Kontroll: f'każ li l-kunsinna hija maħsuba għall-importazzjoni (ara l-Kaxxa I.22) u l-operatur juża l-għażla li jitwettaqlu l-kontroll fiżiku u tal-identifikazzjoni f'PMI speċifiku, immarka l-kaxxa u identifika fid-dettal il-PMI. |
Kaxxa I.21. |
Ma japplikax. |
Kaxxa I.22. |
Għall-importazzjoni: immarka l-kaxxa jekk il-kunsinna hi maħsuba għall-importazzjoni. |
Kaxxa I.23. |
Ma japplikax. |
Kaxxa I.24. |
Mezz ta' trasport għall-Punt ta' Kontroll: immakra l-mezz xieraq ta' trasport użat għat-trasferiment lejn il-PMI. |
Parti II |
Din it-taqsima għandha timtela mill-awtorità kompetenti. |
Ġenerali |
Il-Kaxxa II.1 għandha timtela mill-awtorità kompetenti tal-PMI. Il-Kaxex minn II.2 sa II.9 bl-eċċezzjoni ta' II.4 għandhom jimtlew mis-servizzi doganali jew l-awtoritajiet kompetenti għall-kontroll tad-dokumenti. Il-Kaxex minn II.10 sa II.21 għandhom jimtlew mill-awtoritàjiet kompetenti tal-PMI. |
Kaxxa II.1. |
In-numru ta' referenza tad-DKD: uża l-istess numru ta' referenza tad-DKD li jidher fil-Kaxxa I.2. |
Kaxxa II.2. |
Ir-Referenza tad-Dokument Doganali: għall-użu tas-servizzi doganali fejn meħtieġ. |
Kaxxa II.3. |
Verifika tad-dokumenti: trid timtela għall-kunsinni kollha. |
Kaxxa II.4. |
Il-kunsinni magħżula għall-verifiki fiżiċi: mhux applikabbli fil-qafas ta' dan ir-Regolament. |
Kaxxa II.5. |
AĊĊETTABBLI għat-trasferiment: fil-każ li l-kunsinna tkun aċċettabbli għat-trasferiment lejn PMI wara verifika dokumentata sodisfaċenti, l-awtorità kompetenti tal-PDM għandha timmarka l-kaxxa u tindika lejn liema PDM għandha tiġi ttrasferita l-kunsinna għall-possibbiltà ta' verifika fiżika (skont l-informazzjoni mogħtija fil-Kaxxa I.20). It-trasport ulterjuri ma japplikax għal dan ir-Regolament. |
Kaxxa II.6. |
MHUX AĊĊETTABBLI: f'każ li l-kunsinna mhijiex aċċettabbli għat-trasferiment lejn PMI minħabba li l-verifiki tad-dokumenti ma jagħtux eżitu sodisfaċenti, l-awtorità kompetenti fil-PDM għandha timmarka l-kaxxa u tindika b'mod ċar x'għandu jsir fil-każ li l-kunsinna ma tintlaqax. L-indirizz tal-istabbiliment tad-destinazzjoni għandu jitniżżel fil-Kaxxa II.7 fil-każ ta' “Għad-dispaċċ mill-ġdid”, “Għall-qerda”,“Għat-trasformazzjoni” u “Għal użu ieħor”. |
Kaxxa II.7. |
Dettlaji tad-Destinazzjonijiet Ikkontrollati (II.6): indika n-numru tal-approvazzjoni xieraq u l-indirizz (jew isem il-bastiment u l-port) għad-destinazzjonijiet kollha fejn huma meħtieġa aktar kontrolli tal-kunsinna, pereżempju għall-Kaxxa II.6, “Għad-dispaċċ mill-ġdid”, “Għall-qerda”, “Għat-trasformazzjoni” jew “Għal użu ieħor”. |
Kaxxa II.8. |
Identifikazzjoni sħiħa tal-PDM u t-timbru uffiċjali: indika hawn l-identifikazzjoni sħiħa tal-PDM u t-timbru uffiċjali tal-awtorità kompetenti f'dan il-punt. |
Kaxxa II.9. |
L-ispettur uffiċjali: firma tal-uffiċjal responsabbli tal-awtorità kompetenti tal-PDM. |
Kaxxa II.10. |
Ma japplikax. |
Kaxxa II.11. |
Verifika tal-Identità: immarka l-kaxex biex tindika jekk sarux il-verifiki tal-identità u r-riżultati tagħhom. |
Kaxxa II.12. |
Verifika Fiżika: indika hawn ir-riżultati tal-verifiki fiżiċi f'każ li tkun twettqet il-verifika fiżika. |
Kaxxa II.13. |
It-testijiet tal-laboratorju: immarka l-kaxxa biex tindika jekk il-kunsinna ntgħażlitx biex jittieħdu l-kampjuni minnha għall-analiżi. Ittestjat għal: indika għal liema sustanzi (aflatossina B1 u/jew għat-total) u b'liema mod analitiku sar it-test fil-laboratorju. Ir-riżultati: indika x'kienu r-riżultati tat-test fil-laboratorju u mmarka l-kaxxa rilevanti. |
Kaxxa II.14. |
AĊĊETTABBLI għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera: immarka l-kaxxa jekk il-kunsinna se tkun rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni. Immarka waħda mill-kaxex (“Għall-konsum mill-bniedem”, “Għal aktar ipproċessar”, “Għalf” jew “Oħrajn”) biex tindika l-użu ulterjuri. |
Kaxxa II.15. |
Ma japplikax. |
Kaxxa II.16. |
MHUX AĊĊETTABBLI: immarka l-kaxxa jekk il-kunsinna tkun rifjutata minħabba eżitu mhux sodisfaċenti tal-verifiki fiżiċi jew tal-identità. Indika b'mod ċar x'għandu jsir f'dan il-każ billi timmarka waħda mill-kaxxi (“Għad-dispaċċ mill-ġdid”, “Għall-qerda”, “Għat-trasformazzjoni” jew “Għal użu ieħor”). L-indirizz tal-istabbiliment destinatarju għandu jinkiteb fil-Kaxxa II.18. |
Kaxxa II.17. |
Raġunijiet għar-rifjut: immarka l-kaxxa xierqa Uża kif meħtieġ biex iżżid l-informazzjoni rilevanti. |
Kaxxa II.18. |
Dettalji tad-destinazzjonijiet kkontrollati (II.16): agħti, skont ir-rilevanza, in-numru tal-approvazzjoni u l-indirizz (jew isem il-bastiment u l-port) għad-destinazzjonijiet kollha fejn huma meħtieġa iktar kontrolli tal-kunsinna wara l-informazzjoni fil-Kaxxa II.16. |
Kaxxa II.19. |
Il-kunsinna ssiġillata mill-ġdid: imla din il-kaxxa meta mal-ftuħ tal-kontejner jinkiser is-siġill originali rreġistrat mal-kunsinna. Trid tinżamm lista sħiħa tas-siġilli kollha li ntużaw għal dan l-iskop. |
Kaxxa II.20. |
Identifikazzjoni sħiħa tal-PDM/il-Punt ta' Kontroll u t-timbru uffiċjali: indika hawn l-identifikazzjoni sħiħa tal-PMI u t-timbru uffiċjali tal-awtorità kompetenti f'dan il-PMI. |
Kaxxa II.21. |
L-ispettur uffiċjali: daħħal (b'ittri kbar) l-isem, id-data tal-ħruġ u l-firma tal-uffiċjal responsabbli tal-awtorità kompetenti fil-PMI. |
Parti III |
Din it-taqsima għandha timtela mill-awtorità kompetenti. |
Kaxxa III.1. |
Detalji dwar id-dispaċċ mill-ġdid: l-awtorità tal-PDM jew fil-PMI għandha tindika l-mezz tat-trasport li ntuża, l-identifikazzjoni, il-pajjiż destinatarju u d-data tad-dispaċċ mill-ġdid, malli dawn ikunu magħrufin. |
Kaxxa III.2. |
Is-segwitu: indika l-unità risponsabbli tal-awtorità kompetenti lokali, kif meħtieġ, għas-sorveljanza f'każ ta' “Għall-qerda”, “Għat-trasformazzjoni” jew “Għal użu ieħor”. L-awtorità kompetenti għandha tirraporta r-riżultat tal-wasla tal-kunsinna u l-korrispondenza. |
Kaxxa III.3. |
L-ispettur uffiċjali: il-firma tal-uffiċjal responsabbli tal-awtorità kompetenti fil-PMI fil-każ ta' “Għad-dispaċċ mill-ġdid”. Firma tal-uffiċjal risponsabbli tal-awtorità kompetenti lokali, f'każi fejn l-istruzzjonijiet ikunu:“Għall-qerda”,“Għat-trasformazzjoni” jew “Għal użu ieħor”. |
ANNESS IV
Tabella ta' korrelazzjoni msemmija fl-Artikolu 15
Ir-Regolament (KE) Nru 1152/2009 |
Dan ir-Regolament |
L-Artikolu 1 |
L-Artikolu 1 u l-Anness I |
L-Artikolu 2 |
L-Artikolu 2 |
L-Artikolu 3 |
L-Artikolu 3 |
L-Artikolu 4(1) |
L-Artikoli 4(1) u 5(1) u (2). |
L-Artikolu 4(2) |
L-Artikolu 5(3) |
L-Artikolu 4(3) |
L-Artikolu 5(4) |
L-Artikolu 4(4) |
L-Artikolu 4(2) |
L-Artikolu 4(5) |
L-Artikolu 6 |
L-Artikolu 5 |
L-Artikolu 7 |
L-Artikolu 6 |
L-Artikolu 8 |
L-Artikolu 7(1) |
L-Artikolu 9(1) |
L-Artikolu 7(2) |
L-Artikoli 9(2) u (3) |
L-Artikolu 7(3) |
L-Artikolu 9(4) |
L-Artikolu 7(4) |
L-Artikolu 9(5) |
L-L-Artikolu 7(5) |
L-Anness I |
L-Artikolu 7(6) |
L-Artikolu 9(6) |
L-Artikolu 7(7) |
L-Artikolu 9(7) |
L-Artikolu 7(8) |
L-Artikolu 11 |
L-Artikolu 7(9) |
L-Artikolu 13 |
L-Artikolu 8 |
L-Artikolu 10 |
L-Artikolu 9 |
— |
L-Artikolu 10 |
L-Artikolu 14 |
L-Artikolu 11 |
L-Artikolu 15 |
L-Artikolu 12 |
— |
L-Artikolu 13 |
L-Artikolu 16 |
L-Anness I |
L-Anness II |
L-Anness II |
L-Anness III |
14.8.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 242/20 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 885/2014
tat-13 ta' Awwissu 2014
li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet speċifiċi li japplikaw għall-importazzjoni tal-okra u tal-weraq tal-kari mill-Indja u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 91/2013
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 53(1)(b)(ii) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(5) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 53 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 jipprevedi l-possibbiltà li jiġu adottati miżuri ta' emerġenza tal-Unjoni xierqa għall-ikel u l-għalf importati minn pajjiż terz biex jitħarsu s-saħħa tal-bniedem, is-saħħa tal-annimali u l-ambjent, meta r-riskju ma jkunx jista' jiġi kkontrollat b'mod sodisfaċenti permezz ta' miżuri li jieħdu l-Istati Membri individwali. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 (3) jistabbilixxi livell ogħla ta' kontrolli fuq l-importazzjonijiet ta' ċertu ikel u għalf mhux ta' oriġini mill-annimali. |
(3) |
Fost affarijiet oħra, aktar minn sentejn ilu ġiet stabbilita żieda fil-frekwenza tal-kontrolli uffiċjali fuq l-importazzjonijiet mill-Indja tal-weraq tal-kari, u sar l-istess għall-okra kważi sentejn ilu rigward ir-residwi tal-pestiċidi. |
(4) |
Ir-riżultati miż-żieda fil-frekwenza tal-kontrolli juru frekwenza għolja kontinwa ta' nuqqas ta' konformità mal-livelli massimi tar-residwi tal-pestiċidi stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u ħafna drabi ġew osservati livelli għoljin ħafna. Dawn ir-riżultati juru li l-importazzjoni ta' dawn il-prodotti tal-ikel tikkostitwixxi riskju għas-saħħa tal-bniedem. Wara dan il-perjodu ta' żieda fil-frekwenza tal-kontrolli fil-fruntieri tal-Unjoni ma ġie osservat l-ebda titjib fis-sitwazzjoni. Barra minn hekk, ma sar ebda pjan ta' azzjoni konkret u sodisfaċenti biex jissewwew l-iżbalji u n-nuqqasijiet fil-produzzjoni u fis-sistemi ta' kontroll min-naħa tal-awtoritajiet Indjani, minkejja t-talba espliċita tal-Kummissjoni Ewropea. |
(5) |
Għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem fl-Unjoni, kien meħtieġ li jiġu previsti garanziji addizzjonali fir-rigward ta' dan l-ikel li ġej mill-Indja. Għaldaqstant, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 91/2013 (4) ippreveda li l-kunsinni kollha tal-weraq tal-kari u tal-okra mill-Indja, għandhom ikunu akkumpanjati minn ċertifikat li jiddikjara li l-prodotti tteħdilhom kampjun li ġie analizzat għall-preżenza tar-residwi tal-pestiċidi, u li dan ikun instab konformi mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. |
(6) |
Sabiex tkun żgurata organizzazzjoni effiċjenti u grad ta' uniformità fil-kontrolli fuq l-importazzjoni fil-livell tal-Unjoni rigward il-preżenza tal-aflatossini f'ċertu għalf u ikel minn ċertu pajjiżi terzi, jixraq li l-ikel kollu li jkun ġej minn pajjiżi terzi jkun soġġett għal Regolament wieħed b'kundizzjonijiet speċifiċi minħabba l-preżenza tal-aflatossini. Għaldaqstant, id-dispożizzjonijiet rigward il-karawett mill-Indja u mill-Gana, u ż-żerriegħa min-Niġerja għandhom jiġu integrati f'Regolament wieħed bid-dispożizzjonijiet previsti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1152/2009 (5). |
(7) |
Sabiex tkun żgurata organizzazzjoni effiċjenti u jkun żgurat grad ta' uniformità fil-livell tal-Unjoni fil-kontrolli fuq l-importazzjoni, jixraq li f'dan ir-Regolament jiġu previsti proċeduri ta' kontroll għall-ittestjar fiżiku tal-weraq tal-kari u tal-okra li ġejjin mill-Indja, li jkunu ekwivalenti għall-miżuri eżistenti previsti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009. |
(8) |
It-teħid tal-kampjuni u l-analiżi tal-kunsinni għandhom isiru skont il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni. Il-livelli massimi tar-residwi għar-residwi tal-pestiċidi huma stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). Id-dispożizzjonijiet dwar it-teħid ta' kampjuni għall-kontroll uffiċjali tar-residwi tal-pestiċidi huma stabbiliti fid-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/63/KE (7). |
(9) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-kamp ta' applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament għandu japplika għall-kunsinni tal-ikel u l-għalf li jaqgħu fil-kodiċijiet tan-NM u fil-klassifikazzjonijiet TARIC stabbiliti fl-Anness I:
(a) |
Okra (ikel, frisk u ffriżat) li toriġina jew li ġejja mill-Indja; |
(b) |
Weraq tal-kari (ikel, ħxejjex aromatiċi) li joriġina jew li ġej mill-Indja. |
2. Dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għall-ikel kompost li fih kull ikel imsemmi fil-paragrafu 1 fi kwantità aktar minn 20 %.
3. Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal kunsinni tal-ikel imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 li huma ddestinati għal persuna privata għall-konsum u l-użu personali biss. F'każ ta' dubju, il-piż tal-provi huwa tar-riċevitur tal-kunsinna.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 2 u 3 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 u l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009.
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, kunsinna tikkorrispondi għal lott kif imsemmi fid-Direttiva 2002/63/KE.
Artikolu 3
Importazzjoni fl-Unjoni
Il-kunsinni tal-ikel imsemmija fl-Artikolu 1(1) u (2) jistgħu jiġu importati fl-Unjoni biss skont il-proċeduri stabbiliti f'dan ir-Regolament.
Il-kunsinni ta' dan it-tip ta' ikel jistgħu jidħlu fl-Unjoni biss mill-Punt tad-Dħul Magħżul (DPE).
Artikolu 4
Ir-riżultati tat-teħid tal-kampjuni u l-analiżi
1. Il-kunsinni tal-ikel imsemmi fl-Artikolu 1(1) u (2) għandu jkollhom magħhom ir-riżultati tat-teħid tal-kampjuni u l-analiżi li jagħmlu l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż tal-oriġini, jew tal-pajjiż minn fejn tkun ġejja l-kunsinna jekk dan tal-aħħar ikun differenti mill-pajjiż tal-oriġini, biex tiġi żgurata l-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-livelli massimi tar-residwi tal-pestiċidi, għall-ikel imsemmi fl-Artikolu 1(1)(a) u (b), inkluż l-ikel kompost li jkun fih minn dan l-ikel fi kwantità aktar minn 20 %.
2. It-teħid tal-kampjuni msemmi fil-paragrafu 1 irid isir skont id-Direttiva 2002/63/KE għar-residwi tal-pestiċidi.
Artikolu 5
Ċertifikat tas-saħħa
1. Il-kunsinni għandu jkollhom amgħhom ukoll ċertifikat tas-saħħa skont il-mudell stabbilit fl-Anness II.
2. Iċ-ċertifikat tas-saħħa għandu jimlieh, jiffirmah u jivverifikah rappreżentant awtorizzat tal-awtorità kompetenti tal-pajjiż tal-oriġini jew tal-awtorità kompetenti tal-pajjiż minn fejn tkun ġejja l-kunsinna jekk dan il-pajjiż ikun differenti mill-pajjiż tal-oriġini.
3. Iċ-ċertifikat tas-saħħa għandu jinkiteb bil-lingwa uffiċjali, jew b'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru fejn jinsab il-Punt tad-Dħul Magħżul. Madankollu, Stat Membru jista' jaċċetta li ċ-ċertifikati tas-saħħa jinkitbu b'lingwa uffiċjali oħra tal-Unjoni.
4. Iċ-ċertifikat tas-saħħa jkun validu biss għall-erba' xhur minn meta jinħareġ.
Artikolu 6
Identifikazzjoni
Kull kunsinna tal-ikel li jissemma fl-Artikolu 1(1) u (2) għandha tiġi identifikata b'kodiċi ta' identifikazzjoni li jikkorrispondi mal-kodiċi ta' identifikazzjoni miktub fuq ir-riżultati tal-kampjuni u l-analiżi msemmija fl-Artikolu 4 u fuq iċ-ċertifikat tas-saħħa msemmi fl-Artikolu 5. Kull borża individwali tal-kunsinna, jew kull forma oħra ta' imballaġġ tal-kunissina għandha tiġi identifikata b'dan il-kodiċi.
Artikolu 7
Notifika minn qabel dwar il-wasla tal-kunsinni
1. L-operaturi kummerċjali tal-għalf jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom javżaw minn qabel bid-data u l-ħin mistennija tal-wasla fiżika tal-kunsinni tal-ikel imsemmi fl-Artikolu 1(1) u (2) lill-awtoritajiet kompetenti fil-Punt tad-Dħul Magħżul, u dwar in-natura tal-kunsinna.
2. Għall-fini tan-notifika minn qabel, iridu jimlew il-Parti I tad-dokument komuni tad-dħul (DKD) u jibagħtu d-dokument lill-awtorità kompetenti fil-Punt tad-Dħul Magħżul, mill-inqas ġurnata waħda tax-xogħol qabel tasal il-kunsinna.
3. Għall-ikel imsemmi fl-Artikolu 1(1)(a) u (b) ta' dan ir-Regolament inkluż l-ikel kompost li fih dan it-tip ta' ikel fi kwantità aktar minn 20 %, sabiex jimlew id-Dokument Komuni tad-Dħul fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, l-operaturi kummerċjali tal-ikel għandhom iqisu n-noti gwida għad-DKD stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 669/2009.
Artikolu 8
Kontrolli uffiċjali
1. L-awtorità kompetenti fil-Punt tad-Dħul Magħżul għandha tagħmel verifiki dokumentati ta' kull kunsinna tal-ikel imsemmi fl-Artikolu 1(1) u (2) u taċċerta l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 4 u 5.
2. Il-verifiki fiżiċi u ta' identità li jsiru fuq l-ikel imsemmi fl-Artikolu 1(1)(a) u (b) u fuq l-ikel kompost relatat, imsemmi fl-Artikolu 1(2) ta' dan ir-Regolament, għandhom isiru f'konformità mal-Artikoli 8, 9 u 19 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 bil-frekwenza stabbilita fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.
3. Malli jitlestew il-kontrolli, l-awtoritajiet kompetenti għandhom
(a) |
jimlew l-annotazzjonijiet relevanti tal-Parti II tad-DKD; |
(b) |
Jiġbru flimkien ir-riżultati tat-teħid tal-kampjuni u l-analiżi mwettqa skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu; |
(c) |
jipprovdu u jimlew in-numru ta' referenza tad-DKD fuq id-DKD; |
(d) |
jittimbraw u jiffirmaw id-DKD oriġinali; |
(e) |
iżommu kopja tad-DKD iffirmata u ttimbrata. |
4. L-oriġinali tad-DKD u taċ-ċertifikat tas-saħħa flimkien mar-riżultati tat-teħid tal-kampjuni u l-analiżi msemmija fl-Artikolu 4 għandhom jibqgħu mal-kunsinna waqt it-trasportazzjoni tagħha, sakemm din tinħeles għaċ-ċirkulazzjoni libera. Għall-ikel imsemmi fl-Artikolu 1(1) u (2), f'każ ta' awtorizzazzjoni biex il-kunsinni jkomplu fil-vjaġġ tagħhom skont ir-riżultati tal-verifiki fiżiċi, għandha tinħareġ kopja ċċertifikata tal-oriġinali tad-DKD għal dak il-għan.
Artikolu 9
Qsim tal-kunsinna
1. Il-kunsinni ma għandhomx jinqasmu qabel ma jkunu tlestew l-ispezzjonijiet uffiċjali kollha, u qabel ma jkun imtela d-DKD kollu mill-awtoritàjiet kompetenti kif stipulat fl-Artikolu 8.
2. Fil-każ li wara dan, il-kunsinna tinqasam, trid tintbagħat kopja awtentika tad-DKD ma' kull parti tal-kunsinna sakemm dawn jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera.
Artikolu 10
Rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera
Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera tal-kunsinni għandu jkun soġġett għall-preżentazzjoni (fiżikament jew elettronikament) mill-kummerċjanti tal-għalf jew mir-rappreżentant tagħhom lill-awtoritajiet tad-dwana ta' DKD mimli mill-awtorità kompetenti ladarba jkunu saru l-kontrolli uffiċjali kollha. L-awtoritajiet doganali għandhom jirrilaxxaw il-kunsinna għaċ-ċirkolazzjoni libera biss jekk l-awtorità kompetenti tkun taqbel ma' dan fil-kaxxa II.14 u tiffirma fil-kaxxa II.21 tad-DKD.
Artikolu 11
Nuqqas ta' konformità
Jekk il-kontrolli uffiċjali jistabbilixxu li hemm nuqqas ta' konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni rilevanti, l-awtorità kompetenti għandha timla l-Parti III tad-DKD u għandha tittieħed azzjoni skont l-Artikoli 19, 20 u 21 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.
Artikolu 12
Ir-rapporti
Kull tliet xhur, l-Istati Membri għandhom iressqu rapport lill-Kummissjoni bir-riżultati analitiċi kollha tal-kontrolli uffiċjali fuq il-kunsinni tal-ikel skont dan ir-Regolament. Dan ir-rapport għandu jiġi ppreżentat fix-xahar wara kull tliet xhur tas-sena.
Ir-rapport għandu jinkludi din l-informazzjoni:
— |
l-għadd ta' kunsinni importati; |
— |
l-għadd ta' kunsinni li minnhom ittieħdu l-kampjuni għall-analiżi; |
— |
ir-riżultati tal-kontrolli kif stipulat fl-Artikolu 8(2); |
Artikolu 13
L-ispejjeż
L-ispejjeż kollha tal-ispezzjonijiet uffiċjali, inkluż it-teħid tal-kampjuni, l-analiżi, il-ħżin u kull miżura li tittieħed wara riżultat ta' nuqqas ta' konformità, għandu jħallashom l-operatur kummerċjali tal-ikel.
Artikolu 14
Revoka
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 91/2013 qed jitħassar.
Artikolu 15
Id-dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Awwissu 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(2) ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 tal-24 ta' Lulju 2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell ta' kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjonijiet ta' ċertu għalf u ikel ta' oriġini mhux mill-annimali u li jemenda d-Deċiżjoni 2006/504/KE (ĠU L 194, 25.7.2009, p. 11).
(4) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 91/2013 tal-31 ta' Jannar 2009 li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet speċifiċi applikabbli għall-importazzjoni ta' karawett mill-Gana u l-Indja, okra u weraq tal-kari mill-Indja u żrieragħ tad-dulliegħ min-Niġerja u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 669/2009 u (KE) Nru 1152/2013 (ĠU L 33, 2.2.2013, p. 2).
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1152/2009 tas-27 ta' Novembru 2009 li jimponi kundizzjonijiet straordinarji għar-regolamentazzjoni tal-importazzjoni ta' ċerti oġġetti tal-ikel minn ċerti pajjiżi terzi minħabba r-riskju ta' kontaminazzjoni bl-aflatossini u li jħassar id-Deċiżjoni 2006/504/KE (ĠU L 313, 28.11.2009, p. 40).
(6) Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1).
(7) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/63/KE tal-11 ta' Lulju 2002 li tistabbilixxi metodi tal-Komunità ta' teħid ta' kampjuni għall-kontroll uffiċjali ta' residwi ta' pestiċidi ġo u fuq prodotti li joriġinaw mill-pjanti jew mill-annimali u li tħassar id-Direttiva 79/700/KEE (ĠU L 187, 16.7.2002, p. 30).
ANNESS I
Ikel mhux ta' oriġini mill-annimali li hu soġġett għall-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament:
Għalf u ikel (l-użu maħsub) |
Il-kodiċi NM (1) |
Sotto taqsima TARIC |
Il-pajjiż tal-oriġini |
Periklu |
Il-frekwenza tal-kontrolli fiżiċi u tal-identità (%) waqt l-importazzjoni |
Okra (Ikel — frisk u friżat) |
ex 0709 99 90 |
20 |
L-Indja (IN) |
Residwi ta' pestiċidi analizzati b'metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b'metodi li jużaw residwu wieħed (2) |
20 |
Weraq tal-kari (Bergera/Murraya koenigii) (Ikel — ħxejjex aromatiċi — friski, imnixxfin u friżati) |
ex 1211 90 86 |
10 |
L-Indja (IN) |
Residwi ta' pestiċidi analizzati b'metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b'metodi li jużaw residwu wieħed (3) |
20 |
(1) Meta jkun meħtieġ li jiġu eżaminati biss ċertu prodotti b'xi kodiċi NM, u fin-nomenklatura tal-prodotti ma tkunx teżisti sottotaqsima speċifika skont dak il-kodiċi, il-kodiċi NM jiġi mmarkat “ex”.
(2) Ċertifikazzjoni mill-pajjiż tal-oriġini u kontroll waqt l-importazzjoni mill-Istati Membri biex tkun żgurata konformità mar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi tar-residwi tal-pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1) b'mod partikolari rigward dawn ir-residwi: l-aċefat, il-metamidofos, it-triażofos, l-endosulfan, il-monokrotofos, il-metomil, it-tijodikarb, id-diafentjuron, it-tijametossam, il-fipronil, l-ossamil, l-aċetamiprid, l-indossakarb, il-mandipropammid.
(3) Ċertifikazzjoni mill-pajjiż tal-oriġini u kontroll waqt l-importazzjoni mill-Istati Membri biex tkun żgurata konformità mar-Regolament (KE) Nru 396/2005, b'mod partikolari rigward dawn ir-residwi: it-trijażofos, l-ossidemeton-metil, il-klorpirifos, l-aċetamiprid, it-tijametossam, il-klotjanidin, il-metamidofos, l-aċefat, il-propargit, il-monokrotofos.
14.8.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 242/27 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 886/2014
tat-13 ta’ Awwissu 2014
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Awwissu 2014.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
(EUR/100 KG) |
||
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
0707 00 05 |
TR |
81,4 |
ZZ |
81,4 |
|
0709 93 10 |
TR |
99,6 |
ZZ |
99,6 |
|
0805 50 10 |
AR |
158,9 |
CL |
209,1 |
|
TR |
74,0 |
|
UY |
129,8 |
|
ZA |
144,7 |
|
ZZ |
143,3 |
|
0806 10 10 |
BR |
184,0 |
EG |
209,1 |
|
MA |
171,3 |
|
MX |
246,5 |
|
TR |
156,9 |
|
ZZ |
193,9 |
|
0808 10 80 |
AR |
89,3 |
BR |
96,2 |
|
CL |
107,3 |
|
CN |
120,6 |
|
NZ |
117,6 |
|
US |
142,8 |
|
ZA |
113,5 |
|
ZZ |
112,5 |
|
0808 30 90 |
AR |
217,5 |
CL |
84,2 |
|
TR |
142,5 |
|
ZA |
84,6 |
|
ZZ |
132,2 |
|
0809 30 |
MK |
67,3 |
TR |
134,9 |
|
ZZ |
101,1 |
|
0809 40 05 |
BA |
43,4 |
MK |
49,3 |
|
TR |
127,6 |
|
ZA |
204,6 |
|
ZZ |
106,7 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.
DEĊIŻJONIJIET
14.8.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 242/29 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-12 ta' Awwissu 2014
dwar miżura meħuda mill-Belġju skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/686/KEE li titlob l-irtirar mingħand l-utent finali ta' tip ta' plaggijiet protettivi għall-widnejn
(notifikata bid-dokument C(2014) 5670)
(2014/529/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/686/KEE tal-21 ta' Diċembru 1989 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward l-apparat personali protettiv (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tagħha,
Billi:
(1) |
F'Ġunju 2013, l-awtoritajiet Belġjani nnotifikaw lill-Kummissjoni Ewropea miżura li tordna l-irtirar mingħand l-utent finali ta' plaggijiet protettivi għall-widnejn tat-tip Climax 13 (mudell li jista' jerġa' jintuża), manifatturati minn Productos Climax S.A., Polígono Industrial Sector Mollet, c/Llobregat no 1, 08150 Parets del Valles (Barcelona), Spanja. Skont id-dokumenti mressqa lill-Kummissjoni, dan l-apparat personali protettiv kien soġġett għal proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità stabbilita fl-Artikolu 11 A tad-Direttiva, iċċertifikata miċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip KE maħruġ mill-Korp Notifikat Spanjol “Centro Nacional de Medios de Protección — Instituto Nacional de Seguridad e Higiene en el Trabajo” (NB Nru 0159), li jagħmel referenza għall-klawżoli rilevanti tal-istandard armonizzat EN 352-2:1993. |
(2) |
Il-prodott ġie nnotifikat mill-awtoritajiet Belġjani f'RAPEX f'Jannar 2013 (notifika Nru A12/0039/13). |
(3) |
Ir-raġuni mogħtija mill-awtoritajiet Belġjani għall-miżura hija n-nuqqas ta' konformità tal-prodott mal-klawżoli § 4.1.1, 4.2.2, 4.3.6, 5 u 6 tal-istandard armonizzat EN 352-2:1993 Protetturi tas-smigħ — Rekwiżiti tas-sikurezza u ittestjar — Parti 2: Plaggijiet għall-widnejn, jirreferu għar-rekwiżiti bażiċi ta' saħħa u sikurezza (BHSR) li ġejjin, stabbiliti fl-Anness II tad- Direttiva 89/686/KEE:
|
(4) |
L-awtoritajiet Belġjani kkonkludu li, billi l-livell ta' protezzjoni ma jistax jiġi ddeterminat, il-prodotti kienu kkunsidrati li huma perikolużi għax jistgħu jikkawżaw il-ħsara meta jintużaw. Dan huwa inkonsistenti mar-rekwiżiti ta' tagħmir personali protettiv (kategorija ta' riskju: ħsara għas-smigħ). |
(5) |
Il-Kummissjoni kitbet lill-manifattur u lid-distributur fil-Belġju u stednithom jibagħtu l-osservazzjonijiet tagħhom dwar il-miżura meħuda mill-awtoritajiet Belġjani. Fit-tweġiba tiegħu, il-manifattur indika li, wara li rċieva r-rapport mingħand l-awtoritajiet Belġjani u wara żjara ta' spettur mill-“Agència Catalana del Consum” (korp pubbliku marbut mal-Gvern Reġjonali ta' Catalonja, Spanja) li kkonfiska l-istokk li kien għad fadal tal-prodotti kkonċernati, il-prodott kien ġie rtirat mis-suq nazzjonali u internazzjonali. Il-klijenti kienu sussegwentement mogħtija struzzjonijiet kif xieraq. Ladarba ttieħdet azzjoni, l-istokk tal-prodott li kien għad fadal ġie meqrud. |
(6) |
Fir-risposta għan-notifika tal-awtoritajiet Belġjani, l-awtoritajiet Spanjoli kkomunikaw li ttieħdet miżura għall-irtirar tal-prodott mis-suq, u li l-kumpanija Productos Climax, S.A. ħabbret l-irtirar tal-prodott mis-suq. |
(7) |
Fid-dawl tad-dokumentazzjoni disponibbli, il-kummenti espressi u l-azzjoni meħuda mill-partijiet ikkonċernati, il-Kummissjoni tqis li l-plaggijiet protettivi għall-widnejn tat-tip Climax 13 (mudell li jista' jerġa' jintuża) jonqsu milli jikkonformaw mal-klawżoli § 4.1.1, 4.2.2, 4.3.6, 5 u 6 tal-istandard armonizzat EN 352-2:1993 imsemmi għar-rekwiżiti bażiċi ta' saħħa u ta' sikurezza (BHSR) 1.4 u 3.5 stabbiliti fl-Anness II tad-Direttiva 89/686/KEE, peress li jistgħu jikkawżaw ħsara meta jdaħħlu fil-widnejn, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-miżura meħuda mill-awtoritajiet Belġjani, li titlob l-irtirar tal-prodott mingħand l-utent finali ta' plaggijiet protettivi għall-widnejn tat-tip Climax 13 (mudell li jista' jerġa' jintuża), manifatturati minn Productos Climax S.A., hija ġġustifikata.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Awwissu 2014.
Għall-Kummissjoni
Ferdinando NELLI FEROCI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 399, 30.12.1989, p. 18.
14.8.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 242/31 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-13 ta' Awwissu 2014
li tikkonċerna ċerti miżuri interim ta' protezzjoni marbuta mad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-Latvja
(notifikata bid-dokument C(2014) 5915)
(It-test bil-Latvjan biss huwa awtentiku)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2014/530/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(3) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar spezzjonijiet veterinarji u żootekniċi applikabbli fil-kummerċ intra-Komunitarju f'ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(3) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-deni Afrikan tal-ħnieżer huwa marda virali infettiva li taffettwa l-popolazzjonijiet tal-ħnieżer domestiċi u salvaġġi u jista' jkollha impatt serju fuq il-profitti tan-negozji tat-trobbija tal-ħnieżer li jisfratta l-kummerċ fi ħdan l-Unjoni u l-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi. |
(2) |
F'każ ta' tifqigħa tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, hemm ir-riskju li l-aġent patoġeniku jista' jinxtered ma' rziezet oħra u mal-ħnieżer salvaġġi. B'hekk, jista' jinxtered minn Stat Membru għall-ieħor u għall-pajjiżi terzi permezz tal-kummerċ tal-ħnieżer ħajjin jew tal-prodotti tagħhom. |
(3) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE (3) tistabbilixxi miżuri minimi li għandhom jiġu applikati fi ħdan l-Unjoni għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-ħnieżer. L-Artikolu 15 tad- Direttiva 2002/60/KE jipprovdi għall-istabbiliment ta' żona infettata wara l-konferma ta' każ wieħed jew iżjed ta' deni Afrikan tal-ħnieżer fi ħnieżer salvaġġi. |
(4) |
Il-Latvja għarrfet lill-Kummissjoni bis-sitwazzjoni preżenti fit-territorju tagħha fir-rigward tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, u b'konformità mal-Artikolu 15 tad-Direttiva 2002/60/KE, stabbiliet żona ta' infezzjoni fejn japplikaw il-miżuri msemmija fl-Artikolu 15 ta' dik id-Direttiva. |
(5) |
Sabiex jiġi evitat kull xkiel bla bżonn għall-kummerċ fi ħdan l-Unjoni u biex jiġu evitati ostakoli mhux ġustifikati għall-kummerċ minn pajjiżi terzi, jinħtieġ li tiġi identifikata fuq il-livell tal-Unjoni ż-żona infettata għad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-Latvja, f'kollaborazzjoni ma' dak l-Istat Membru. |
(6) |
Skont dan, sakemm issir il-laqgħa li jmiss tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, iż-żona identifikata bħala żona infettata il-Latvja għandha tiġi stipulata fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni u għandu jiġi stabbilit it-tul ta' żmien ta' din ir-regjonalizzazzjoni. |
(7) |
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi riveduta fil-laqgħa li jmiss tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Latvja għandha tiżgura li ż-żona ta' infezzjoni stabbilita skont l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2002/60/KE tkun tinkludi tal-anqas iż-żona mniżżla bħala żona infettata fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sa sas-15 ta' Settembru 2014.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Latvja.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Awwissu 2014.
Għall-Kummissjoni
Tonio BORG
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.
(2) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE tas-27 ta' Ġunju 2002 li tistabbilixxi miżuri għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-qżieqeż u temenda d-Direttiva 92/119/KEE għar-rigward tal-marda Teschen u d-deni Afrikan tal-qżieqeż (ĠU L 192, 20.7.2002, p. 27).
ANNESS
Żona stabbilita bħala Żona Infettata fil-Latvja msemmija fl- Artikolu 1 |
Data sa meta applikabbli |
||||||
|
Il-15 ta' Settembru 2014 |
III Atti oħrajn
ŻONA EKONOMIKA EWROPEA
14.8.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 242/33 |
DEĊIŻJONI TAL-AWTORITÀ TAS-SORVELJANZA TAL-EFTA
Nru 305/13/COL
tal-10 ta' Lulju 2013
dwar ir-rikapitalizzazzjoni tal-Kumpanija tal-Assigurazzjoni Sjóvá (L-Islanda)
L-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA (“L-AWTORITÀ”),
WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u partikolarment l-Artikolu 61(3)(b) u l-Protokoll 26,
WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta' Awtorità ta' Sorveljanza u ta' Qorti tal-Ġustizzja (“il-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti”), b'mod partikolari l-Artikolu 24,
WARA LI KKUNSIDRAT il-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti (“il-Protokoll 3”), u b'mod partikolari l-Artikoli 1(2) u 1(3) tal-Parti I u l-Artikoli 7(3) u 13 tal-Parti II,
Billi:
I. IL-FATTI
1. PROĊEDURI
(1) |
L-Awtorità saret taf bl-intervent tal-Istat Islandiż fil-kumpanija tal-assigurazzjoni Sjóvá-Almennar tryggingar hf. (Sjóvá) fis-sajf tal-2009 permezz tal-midja tal-Islanda. Sussegwentement, l-awtorità inkludiet dan il-każ fl-aġenda ta' laqgħa annwali dwar każijiet pendenti fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat bejn l-Awtorità u l-awtoritajiet Islandiżi li saret f'Reykjavik fil-5 ta' Novembru 2009. F'din il-laqgħa, l-awtoritajiet Islandiżi pprovdew informazzjoni fil-qosor dwar l-isfond u l-istorja tal-każ. Fl-istess laqgħa, minħabba l-kumplessità tal-intervent u ċ-ċirkostanzi li jiċċirkondawh, l-Awtorità talbet lill-awtoritajiet Islandiżi biex jipprovdu informazzjoni ddettaljata bil-miktub. |
(2) |
Fis-7 ta' Ġunju 2010, l-Awtorità rċeviet ilment (l-Avveniment Nru 559496) kontra għajnuna mill-Istat allegata mogħtija meta l-Istat Islandiż intervjena fi Sjóvá. |
(3) |
Wara li kienet bagħtet talbiet bil-miktub għall-informazzjoni u adottat deċiżjoni ta' inġunzjoni ta' informazzjoni li titlob l-informazzjoni dwar l-intervent mill-Istat fi Sjóvá, kif ukoll korrispondenza sussegwenti, permezz ta' ittra ddatata t-22 ta' Settembru 2010, l-Awtorità infurmat lill-awtoritajiet Islandiżi li kienet iddeċidiet li tibda l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 1(2) tal-Parti I tal-Protokoll 3 fir-rigward tar-rikapitalizzazzjoni ta' Sjóvá. |
(4) |
Id-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 373/10/COL li tagħti bidu għall-proċedura ta' investigazzjoni formali (id-Deċiżjoni tal-Ftuħ) tat-22 ta' Settembru 2010 ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u s-Suppliment ŻEE tiegħu (1) L-Awtorità talbet lill-partijiet interessati sabiex jissottomettu l-kummenti tagħhom f'dan ir-rigward. |
(5) |
L-awtoritajiet Islandiżi, Sjóvá u Íslandsbanki ssottomettew il-kummenti tagħhom b'ittra ddatata l-14 ta' Jannar 2011 (Avveniment Nru 583507). L-Awtorità rċeviet ukoll kummenti mingħand żewġ kompetituri ta' Sjóvá. Permezz ta' ittra ddatata l-31 ta' Jannar 2011 (l-Avveniment Nru 584930), l-Awtorità ressqet dawn il-kummenti lill-awtoritajiet Islandiżi li kellhom l-opportunità li jwieġbu. Ir-reazzjoni waslet permezz ta' ittra ddatata l-25 ta' Frar 2011 (Avveniment Nru 588606). |
(6) |
Fit-3 ta' Ottubru 2011, l-awtoritajiet tal-Islanda ssottomettew l-ewwel pjan ta' ristrutturar għal Sjóvá (l-Avveniment Nru 610472), li ġie aġġornat fit-13 ta' April 2012 (l-Avveniment Nru 631003) u t-28 ta' Mejju 2013 (l-Avveniment Nru 673746), kif ukoll informazzjoni supplimentari fis-6 ta' Marzu 2013 (l-Avveniment Nru 665021). Proposti għall-impenji addizzjonali waslu fil-25 ta' Ġunju 2012 (l-Avveniment Nru 641330), l-4 ta' Ottubru 2012 (l-Avveniment Nru 648708), it-3 ta' Mejju 2013 (l-Avveniment Nru 671655), it-28 ta' Mejju 2013 (l-Avveniment Nru 673746) u t-2 ta' Lulju 2013 (l-Avveniment Nru 677440). |
2. DESKRIZZJONI TAL-KAŻ
2.1. Sfond
(7) |
Fl-2005, il-grupp finanzjarju Moderna/Milestone Finance (Milestone) (2) xtara 66,6 % tal-ishma ta' Sjóvá mingħand Glitnir u kiseb sjieda sħiħa mill-2006. F'dan li ġej, Milestone iddeċieda b'mod partikolari li jbiddel il-mira tal-investimenti ta' Sjóvá lejn proġetti barranin ta' proprjetà immobbli b'ingranaġġ għoli, u ppermetta tpartit ta' assi u self mhux assigurat lill-azzjonisti għad-detriment tas-sitwazzjoni finanzjarja ta' Sjóvá. Skont rapport (3) tal-Awtorità Islandiża għas-Sorveljanza Finanzjarja (FME), dawn l-investimenti wasslu għal diffikultajiet finanzjarji kbar, u ma kinux konformi mal-preskrizzjonijiet tal-Artikolu 34(2) tal-Att dwar l-Attivitajiet tal-Assigurazzjoni Nru 60/1994. |
(8) |
Minn Ottubru 2008 sa Settembru 2009, Sjóvá kienet suġġetta għal sorveljanza speċjali mill-FME skont l-Artikolu 90 tal-Att dwar l-Attivitajiet tal-Assigurazzjoni Nru 60/1994. Minn dak il-punt, il-kredituri ta' Sjóvá bdew jimmaniġġaw il-kumpanija, sakemm Glitnir — l-akbar kreditur tagħha — ħa kontroll tagħha f'Marzu 2009. Glitnir kiseb ukoll kontroll ta' Askar Capital, bank tal-investiment Islandiż li qabel kien ikkontrollat minn Milestone, kif ukoll is-sussidjarja tagħha, Avant hf. (Avant), li kienet attiva fis-suq tal-finanzjament tal-karozzi. |
(9) |
F'April 2009, Glitnir u Íslandsbanki, li kien ukoll kreditur maġġuri ta' Sjóvá, avviċinaw lill-Istat Islandiż u talbu l-għajnuna tiegħu fir-rifinanzjament u r-ristrutturar ta' Sjóvá, wara li kienu eżawrew is-soluzzjonijiet alternattivi kollha tas-suq biex isalvaw l-impriża. |
(10) |
Fl-20 ta' Ġunju 2009, Sjóvá fuq naħa waħda u Glitnir, Íslandsbanki, u SAT Eignarhaldsfélag hf. (kumpanija holding kollha kemm hi proprjetà ta' Glitnir, minn hawn 'il quddiem imsejħa SAT Holding) f'isem SA tryggingar hf. fuq in-naħa l-oħra ffirmaw Ftehim ta' Trasferiment ta' Assi, li skontu l-assi u l-obbligazzjonijiet kollha ta' Sjóvá relatati mal-operazzjonijiet tal-assigurazzjoni tal-kumpanija, inkluż il-portafoll tal-assigurazzjoni, ġew trasferiti lil SA tryggingar hf. skont l-Artikolu 86 tal-Att dwar l-Attivitajiet tal-Assigurazzjoni Nru 60/1994. L-assi li baqa' ta' Sjóvá tqiegħdu f'SJ Eignarhaldsfélag (SJE), kumpanija holding. SJE mbagħad kellha tiġi stralċjata bi proċess ta' proċedura regolari ta' insolvenza. |
(11) |
Wara t-tranżazzjoni, il-kumpanija l-ġdida, SA tryggingar hf., reġgħet issemmiet mill-ġdid Sjóvá. Skont l-Artikoli ta' Assoċjazzjoni tagħha, datati l-20 ta' Ġunju 2009, l-azzjonisti tal-kumpanija l-ġdida (Glitnir, Íslandsbanki u SAT holding) kellhom jikkontribwixxu ekwità ġdida ta' madwar ISK 16-il biljun, meħtieġa sabiex jitkomplew l-operazzjonijiet ta' assigurazzjoni, kif ġej: (4)
|
(12) |
Fl-istess data, l-azzjonisti ta' Sjóvá għamlu wkoll ftehim li jbigħu l-ishma tagħhom fil-kumpanija fi żmien 18-il xahar. Ir-rikavati jintużaw sabiex l-assi stabbiliti bħala kapital azzjonarju jiġu ttrasferiti lura lill-azzjonisti. Għalhekk skont dan, tnieda proċess ta' bejgħ miftuħ għal Sjóvá fil-bidu tal-2010, bi pjanijiet li jiġi ffirmat Ftehim ta' Bejgħ u Xiri fl-aħħar ta' Marzu 2010. Madankollu, l-isforzi tal-bejgħ intemmu f'Novembru 2010 meta l-ogħla offerent irtira l-offerta tiegħu. |
(13) |
L-awtorità pprovdiet deskrizzjoni aktar dettaljata tal-avvenimenti, il-fatti u l-iżviluppi politiċi u ekonomiċi relatati mal-kollass u r-rikostruzzjoni ta' Sjóvá fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ. |
3. DESKRIZZJONI TAL-INTERVENT MILL-ISTAT
3.1. Il-benefiċjarju
(14) |
Sjóvá ġiet stabbilita fl-1918 u kellha sehem ewlieni fis-suq tal-assigurazzjoni Islandiż minn dak iż-żmien' l hawn. Hija tipprovdi servizz lil individwi kif ukoll organizzazzjonijiet ta' kull daqs u toffri firxa wiesgħa ta' prodotti, permezz ta' netwerk kbir tas-servizzi madwar il-pajjiż. Sjóvá hija waħda mit-tliet kumpaniji tal-assigurazzjoni ewlenin fl-Islanda u tipprovdi lill-klijenti tagħha bil-firxa sħiħa ta' prodotti tal-assigurazzjoni kemm mhux tal-ħajja kif ukoll tal-ħajja. |
(15) |
Sjóvá ddefinixxiet sitt klassijiet ta' prodotti: proprjetà, muturi, inċidenti & mard, marittimu, avjazzjoni & merkanzija, responsabbiltà u ħajja. Madankollu, il-kumpanija tiffoka fuq l-għoti ta' servizzi tal-assigurazzjoni komprensivi minflok servizzi speċifiċi għall-prodott. |
(16) |
Sjóvá tippossjedi sussidjarja waħda, Sjóvá Life. Skont l-Art. 12 tal-Att dwar l-attivitajiet tal-assigurazzjoni Nru 56/2010, in-negozju tal-assigurazzjoni tal-ħajja ma jistax jitmexxa fl-istess kumpanija bħall-operazzjonijiet primarji tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja. Għalkemm Sjóvá Life hija entità legali separata minn Sjóvá, b'kontabilità u karta tal-bilanċ separati, Sjóva Life tixtri permezz ta' ftehim ma' Sjóvá l-operazzjonijiet ordinarji kollha u l-aċċess għas-sistemi tal-IT u appoġġ. Il-prodotti ta' Sjóvá Life huma integrati mal-firxa ta' prodotti ta' Sjóvá. |
(17) |
Kif stabbilit hawn fuq, Sjóvá hija attiva kemm fis-swieq tal-assigurazzjoni tal-ħajja tal-Islanda kif ukoll f'dawk mhux tal-ħajja. Fis-segment tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja, Sjóvá għandha sehem tas-suq ta' madwar 28 %, filwaqt li l-kompetituri ewlenin tagħha għandhom l-ishma tas-suq approssimattivi li ġejjin: Vátryggingafélag Íslands hf. (VIS) 35 %, Tryggingamiðstöðin hf. (TM) 26 % u Vörður tryggingar hf. 11 %. Fis-segment tal-assigurazzjoni tal-ħajja, l-ishma tas-suq approssimattivi huma kif ġej: Sjóvá Life 35 %, Okkar (Arion Bank) 27 %, LÍS (parti minn VIS) 24 %, LM (parti minn TM) 10 % u Vörður Lif 4 %. (5) |
3.2. Ir-rikapitalizzazzjoni ta' Sjóvá
(18) |
L-Istat Islandiż ħa żewġ miżuri sabiex jirrikapitalizza lil Sjóvá: ikkontribwixxa direttament għar-rikapitalizzazzjoni inizjali ta' Sjóvá fl-2009 billi ttrasferixxa żewġ bonds lil SAT Holding (ara l-paragrafi minn 19 sa 22 aktar 'l isfel) u kkontribwixxa minn ISK 683 sa 739 miljun għall-istabbilizzazzjoni ta' Sjóvá fl-2010 (ara l-paragrafi 24 u minn 29 sa 31 hawn taħt. |
(19) |
L-għajnuna mill-Istat għall-ewwel rikapitalizzazzjoni ta' Sjóvá ġiet implimentata permezz ta' ftehim tat-8 ta' Lulju 2009 dwar it-trasferiment ta' bonds (6) (“Samningur um kröfukaup”) proprjetà tal-Istat Islandiż lil SAT Holding. |
(20) |
F'dan il-punt, Sjóvá kellha ekwità negattiva ta' ISK 13,5 biljun. Ekwità pożittiva minima ta' ISK 2 biljun kienet meħtieġa skont il-liġi. Għaldaqstant, sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta' kapital minimu, kienet meħtieġa injezzjoni ta' kapital ta' mill-anqas ISK 15,5 biljun. |
(21) |
Il-ftehim bejn l-Istat u SAT Holding ikopri dawn iż-żewġ bonds li kienu fil-pussess tal-Istat, ivvalutati minn espert estern fis-16 ta' Ġunju 2009:
|
(22) |
Il-prezz tax-xiri kien ta' ISK 11,6 biljun u SAT Holding kellha tħallas għall-bonds fi żmien 18-il xahar, jiġifieri qabel tmiem is-sena 2010, mingħajr ma jinżamm l-ebda imgħax matul dak il-perjodu. Bħala garanzija għall-ħlas tal-prezz tax-xiri tal-bonds, l-Istat ingħata kollateral tal-ewwel prijorità fl-ishma ta' SAT Holdings fi Sjóvá. |
(23) |
Il-ftehim stipula l-għażla ta' ħlas permezz tal-forniment tas-sehem oriġinali ta' SAT Holdings ta' 73,03 % fi Sjóvá lill-Istat, li kellu jitqies bħala ħlas sħiħ. SAT Holding setgħet teżerċita din l-għażla mingħajr kunsens minn qabel tal-Istat. |
(24) |
Minbarra dan, qabel il-ħolqien ta' SA tryggingar hf. (aktar 'il quddiem imsejħa Sjóvá) fl-20 ta' Ġunju 2009, l-Istat Islandiż aċċetta li jgħolli l-garanzija ta' Glitnir fil-bond maħruġa minn Avant mir-raba' għat-tielet prijorità, skont il-prijorità tal-kollateral fil-portafoll ta' Avant miżmum mill-Istat innifsu. Dan tqies neċessarju sabiex l-FME taċċetta l-kontribuzzjoni ta' Glitnir għall-ekwità ta' Sjóvá. Bi skambju, Glitnir ċediet 12,5 % tal-pretensjonijiet tagħha kontra SJE, li kellha l-portafoll tal-investiment preċedenti ta' Sjóvá, lill-Istat Islandiż. |
3.2.1. Glitnir tbigħ l-ishma tagħha fi Sjóvá lis-sussidjarja tagħha SAT Holding
(25) |
L-FME kkunsidrat li Glitnir, li kienet f'moratorium u li kienet għadejja minn stralċ, ma kinitx eliġibbli li tkun sid ta' parteċipazzjoni kwalifikanti fi Sjóvá. Sussegwentement, fis-16 ta' Settembru 2009, Glitnir biegħet is-17,67 % tal-ishma fi Sjóvá lil SAT Holding. Wara l-operazzjoni ta' hawn fuq, l-azzjonisti fi Sjóvá kienu:
|
(26) |
Fit-22 ta' Settembru 2009, l-FME fl-aħħar ħarġet liċenzja ta' operazzjoni tal-assigurazzjoni lil Sjóvá u neħħiet is-sorveljanza speċjali li Sjóvá kienet soġġetta għaliha minn Ottubru 2008. It-trasferiment tal-portafoll seħħ fl-1 ta' Ottubru 2009. (7) |
3.2.2. L-Istat sar l-akbar azzjonist ta' Sjóvá permezz ta' għażla eżerċitata minn SAT Holding
(27) |
Fi tmiem is-sena 2009, l-imaniġġar tal-pretensjonijiet mill-Ministeru tal-Finanzi u mill-Bank Ċentrali tal-Islanda (CBI) kien amalgamat, u trasferit lil entità ġdida; Ġestjoni tal-assi tas-CBI (ESI). Minn dak iż-żmien, ESI — li hija kkontrollata kollha kemm hi mill-Istat tal-Islanda — ħadet f'idejha l-immaniġġar tat-talbiet kontra SAT Holding. |
(28) |
Fit-3 ta' Mejju 2010, SAT Holding eżerċitat l-għażla li tittrasferixxi 73,03 % tal-ishma fi Sjóvá lill-Istat minflok li tħallas lura d-dejn. Minn dakinhar, l-azzjonisti fi Sjóvá kienu:
|
(29) |
Fis-16 ta' Ġunju 2010, il-Qorti Suprema Islandiża ddeċidiet li s-self mogħti f'ISK iżda marbut ma' basket ta' muniti barranin kien illegali. Dan affettwa l-valur tal-bonds maħruġa kemm minn Avant kif ukoll minn Askar Capital li kienu ntużaw għar-rikapitalizzazzjoni ta' Sjóvá. Sabiex jinżamm il-kapital ta' Sjóvá, ftehim ta' trasferiment tal-assi ġie ffirmat fit-28 ta' Lulju 2010 bejn Sjóvá fuq naħa u SAT Holding, ESI u Íslandsbanki fuq in-naħa l-oħra. Dan il-Ftehim irriżulta f'dan li ġej (i) SAT Holding kisbet bond ta' Avant għal ISK 2,1 biljun (id-differenza mill-valutazzjoni oriġinali ta' ISK 2,8 koperti minn Sjóvá) u (ii) ESI ttrasferixxiet il-bond ta' Landsvirkjun, li kien intuża biex jikkollateralizza l-bond maħruġ minn Askar Capital, lil Sjóvá. |
(30) |
ESI sussegwentement akkwistat il-bond ta' Avant mingħand SAT Holding għal ISK 880 miljun. Dan il-bond kellu valur nominali ta' ISK 2 813 miljun, iżda kien ta' valur inċert billi d-detenturi tal-bonds ta' Avant kienu qed jistennew li jirkupraw biss minn 5-7 % tal-valur tal-bond wara l-likwidazzjoni ta' Avant. Dan ikun jikkorrispondi ma' valur tal-bond akkwistat minn ESI ta' bejn ISK 141 miljun u ISK 197 miljun. Bħala riżultat, l-ESI ikkontribwixxiet minn ISK 683 sa 739 miljun oħra biex tistabbilizza lil Sjóvá. |
(31) |
F'Diċembru 2010, il-kredituri ta' Avant approvaw ftehim ta' kompożizzjoni mal-kumpanija. F'dak il-punt, il-portafoll ta' Avant kien ivvalutat għal madwar ISK 13-il biljun. Il-pretensjoni tal-ewwel prijorità fuq il-portafoll kienet tammonta għal madwar ISK 15-il biljun. It-titolu tat-tielet prijorità fil-portafoll, li kien miżmum b'mod konġunt minn Glitnir u ESI, għalhekk ma kien jiswa xejn. |
3.2.3. Bejgħ lil SF1
(32) |
Fit-18 ta' Jannar 2011, SF1 slhf (SF1), fond immaniġġat minn Stefnir hf., qabel li jakkwista 52,4 % ta' Sjóvá mingħand ESI għal ISK 4,9 biljun. Wara l-approvazzjoni regolatorja, it-tranżazzjoni seħħet fl-1 ta' Lulju 2011. |
(33) |
Barra minn hekk, SF1 ingħata l-għażla li jixtri l-20,63 % li jibqa' mingħand ESI għal ISK 2,4 biljun. Din l-għażla ġiet eżerċitata f'Lulju 2012. |
(34) |
Wara dik it-tranżazzjoni, il-parteċipazzjoni azzjonarja fi Sjóvá hija kif ġej:
|
(35) |
L-awtoritajiet Islandiżi għalhekk irnexxielhom ibigħu l-parteċipazzjoni tagħhom fi Sjóvá għal ammont totali ta' ISK 7,3 biljun. Dan jitqabbel ma' valur inizjali ta' ISK 11,6 biljun tal-bonds li l-Islanda użat fil-kontribuzzjoni tagħha għar-rikapitalizzazzjoni ta' Sjóvá. |
4. RAĠUNIJIET LI WASSLU GĦALL-FTUĦ TAL-PROĊEDURA TA' INVESTIGAZZJONI FORMALI
(36) |
Fid-Deċiżjoni ta' Ftuħ tagħha, l-Awtorità waslet għall-konklużjoni preliminari li l-parteċipazzjoni tal-Istat tal-Islanda fir-rikapitalizzazzjoni ta' Sjóvá tikkostitwixxi għajnuna skont it-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE. Barra minn hekk, l-Awtorità esprimiet dubji dwar jekk dawn il-miżuri jikkonformawx mal-Artikolu 61(3) tal-Ftehim taż-ŻEE, flimkien mar-rekwiżiti stipulati fil-linji gwida tal-Awtorità dwar il-kriżi finanzjarja. |
(37) |
B'mod partikolari, l-Awtorità ddikjarat li l-awtoritajiet Islandiżi ma kinux ippreżentaw informazzjoni li turi li l-effetti sistemiċi li setgħu rriżultaw mill-falliment ta' Sjóvá setgħu laħqu daqs li jikkostitwixxi “taqlib serju fl-ekonomija” tal-Islanda skont it-tifsira tal-Artikolu 61(3)(b) tal-Ftehim taż-ŻEE. Hija ddikjarat ukoll li kienet ġiet ippreżentata informazzjoni limitata biss fir-rigward tal-operazzjonijiet ta' Sjóvá, dwar il-kawżi tad-diffikultajiet u dwar ir-ristrutturar innifsu. Din l-informazzjoni kienet biżżejjed biex tippermetti lill-Awtorità tivvaluta l-miżura skont l-Artikolu 61(3)(b) kif ukoll b'mod partikolari l-kapitolu dwar ir-ritorn għall-vijabbiltà u l-valutazzjoni ta' miżuri ta' ristrutturar fis-settur finanzjarju fil-kriżi attwali taħt ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat (Linji Gwida dwar ir-Ristrutturar) tal-linji gwida tal-Awtorità dwar l-għajnuna mill-Istat. (8) |
5. KUMMENTI MILL-PARTIJIET INTERESSATI
(38) |
L-Awtorità rċeviet sottomissjonijiet mill-partijiet interessati li ġejjin. |
5.1. Kummenti minn Sjóvá u Islandsbanki
(39) |
Il-benefiċjarju, Sjóvá, kif ukoll Islandsbanki, wieħed mill-azzjonisti tagħha, ippreżentaw il-kummenti tagħhom lill-Awtorità. |
(40) |
Is-sottomissjoni ta' Sjóvá tipprovdi l-iktar informazzjoni dwar il-miżuri ta' ristrutturar imwettqa mill-maniġment il-ġdid tal-kumpanija kif ukoll dejta finanzjarja dwar l-operazzjonijiet tagħha. |
(41) |
Íslandsbanki jargumenta fil-kummenti tiegħu li l-Istat tal-Islanda aġixxa bħala investitur fl-ekonomija tas-suq meta pparteċipa fir-rikapitalizzazzjoni ta' Sjóvá. Jekk, madankollu, l-Awtorità waslet għall-opinjoni li t-tranżazzjoni kienet tinvolvi għajnuna mill-Istat, Íslandsbanki jiddikjara li l-għajnuna għandha tkun ikkunsidrata kompatibbli skont l-Artikolu 61(3)(b) tal-Ftehim taż-ŻEE. Il-kummenti jenfasizzaw b'mod partikolari l-importanza tal-miżuri għas-suq finanzjarju tal-Islanda, il-kontribuzzjoni ta' partijiet privati (Glitnir u Íslandsbanki) għar-rikapitalizzazzjoni u s-suċċess tar-ristrutturar ta' Sjóvá s'issa. |
5.2. Kummenti mingħand il-kompetituri
(42) |
L-Awtorità rċeviet ukoll kummenti mingħand VIS u TM. It-tnejn huma kumpaniji tal-assigurazzjoni Islandiżi u f'kompetizzjoni diretta ma' Sjóvá. |
(43) |
VIS targumenta fil-kummenti tagħha li l-intervent mill-Istat biex jippermetti r-rikapitalizzazzjoni ta' Sjóvá għandu jitqies bħala għajnuna mill-Istat. B'mod partikolari, VIS tinnota li l-prinċipju ta' investitur f'ekonomija tas-suq ma għandux japplika għall-intervent, meta titqies is-sitwazzjoni ekonomika ta' Sjóvá u aktar ġeneralment fl-Islanda f'dak iż-żmien, kif ukoll minħabba t-termini tal-intervent. L-ebda investitur privat ma kien se jipparteċipa fir-rikapitalizzazzjoni f'dawn iċ-ċirkostanzi. Barra minn hekk, VIS jargumenta li l-għajnuna ma għandhiex tiġi ddikjarata kompatibbli. B'mod partikolari, l-Artikolu 61(3)(b) tal-Ftehim taż-ŻEE ma japplikax billi l-falliment ta' Sjóvá ma kienx se jikkawża taqlib serju fl-ekonomija Islandiża. L-għajnuna għalhekk ma kenitx neċessarja. Fi kwalunkwe każ, VIS targumenta li l-għajnuna ma tikkonformax mal-Linji Gwida għar-Ristrutturar, kemm minħabba n-nuqqas ta' pjan ta' ristrutturar kif ukoll minħabba l-effett ta' tfixkil tal-kompetizzjoni, inkluż il-potenzjal għal imġiba aggressiva ta' pprezzar minn Sjóvá. |
(44) |
TM tinnota fil-kummenti tagħha li l-intervent tal-awtoritajiet tal-Islanda fir-rikapitalizzazzjoni ta' Sjóvá ma sarx bil-kundizzjonijiet tas-suq u għalhekk għandu jitqies bħala għajnuna mill-Istat. Dwar il-kompatibbiltà tal-miżura, TM targumenta li la l-eċċezzjonijiet fl-Artikolu 61(3)(b) u lanqas dawk fl-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim taż-ŻEE ma huma applikabbli għal dan il-każ. Fir-rigward tal-Artikolu 61(3)(b) tal-Ftehim taż-ŻEE, TM targumenta li dan jeħtieġ li jiġi applikat b'mod restrittiv u ma jistax jintuża biex isolvi l-problemi ta' kumpanija waħda. Barra minn hekk, TM tissottometti li kumpanija tal-assigurazzjoni ma għandhiex titqies bħala sistemikament rilevanti, u għalhekk tista' tiġi xolta mingħajr periklu fil-qafas regolatorju eżistenti. Fi kwalunkwe każ, TM targumenta li l-għajnuna lil Sjóvá la kienet meħtieġa, la kienet immirata tajjeb u lanqas ma kienet proporzjonata. Hu nieqes ukoll pjan ta' ristrutturar li jipprovdi għal biżżejjed kondiviżjoni tal-piż u miżuri li jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-imġiba fl-ippreżżar ta' Sjóvá. |
6. IL-KUMMENTI TAL-AWTORITAJIET ISLANDIŻI
(45) |
L-awtoritajiet Islandiżi ma kkontestawx is-sejbiet preliminari tal-Awtorità li l-parteċipazzjoni tal-Istat tal-Islanda fil-kapitalizzazzjoni ta' Sjóvá tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE. B'mod partikolari, huma ma kkontestawx il-konklużjoni preliminari tal-Awtorità li l-prinċipju tal-investitur fl-ekonomija tas-suq mhuwiex applikabbli. L-Islanda lanqas ma tikkontesta li x-xiri lura tal-bond ta' Avant mill-ESI — permezz ta' SAT Holding — seta' involva element ta' għajnuna mill-Istat lil Sjóvá. |
(46) |
L-awtoritajiet tal-Islanda jargumentaw li l-għajnuna mill-Istat, madankollu, hija kompatibbli mat-tħaddim tal-Ftehim taż-ŻEE fuq il-bażi tal-Artikolu 61(3)(b) tal-Ftehim taż-ŻEE, peress li l-intervent kien meħtieġ biex jirrimedja taqlib serju fl-ekonomija ta' Parti Kontraenti. Huma jispjegaw is-sitwazzjoni ekonomika diffiċli li l-Islanda kienet fiha fiż-żmien tal-miżura. Wara deprezzament qawwi tal-Króna Islandiża sa minn Settembru 2008 u l-kollass tat-tliet banek ewlenin kollha f'Ottubru 2008, l-Islanda ffaċċjat l-agħar kriżi ekonomika fl-istorja reċenti tagħha. Il-Gvern Islandiż kellu jieħu passi kuraġġużi biex jippreserva s-sistema finanzjarja tal-pajjiż minn kollass sħiħ b'konsegwenzi imprevedibbli għas-soċjetà tal-Islanda. Fiż-żmien tal-miżura, is-sistema finanzjarja tal-Islanda kienet fi stat ta' taqlib u kienet qed tbati minn nuqqas ġenerali ta' fiduċja fl-istituzzjonijiet finanzjarji. |
(47) |
Sjóvá, bħala waħda mit-tliet kumpaniji prinċipali tal-assigurazzjoni fl-Islanda, hija sistemikament importanti għas-sistema finanzjarja tal-Islanda. Il-kollass ta' Sjóvá mhux biss kien iħalli parti kbira mill-popolazzjoni tal-Islanda mingħajr kopertura tal-assigurazzjoni u b'telf tal-pretensjonijiet tagħhom f'sitwazzjoni fejn is-soċjetà tal-Islanda diġà kienet qed tħabbat wiċċha ma' tbatija soċjali qawwija. Kien ukoll ikompli jdgħajjef il-fiduċja fl-istituzzjonijiet tas-sistema finanzjarja u jxerred il-kontaġju tal-kriżi finanzjarja għas-settur tal-assigurazzjoni. Il-fiduċja pubblika fis-settur tal-assigurazzjoni tal-Islanda kienet diġà naqset ħafna fil-bidu tal-2009 minħabba li mhux biss Sjóvá iżda wkoll is-sidien taż-żewġ kumpaniji tal-assigurazzjoni ewlenin l-oħra kienu waqgħu f'idejn il-kredituri tal-kumpaniji prinċipali rispettivi tagħhom. Għalhekk, il-falliment ta' Sjóvá x'aktarx kien jirriżulta f'li l-kriżi tas-suq finanzjarju tinxtered mis-settur bankarju għal dak tal-assigurazzjoni. |
(48) |
Din l-analiżi hija kondiviża mill-FME, li tinnota li l-falliment ta' Sjóvá kien ikollu konsegwenzi serji fuq l-ekonomija tal-pajjiż. Il-kredibilità tas-suq finanzjarju u l-ekonomija b'mod ġenerali sofrew ħsara kbira matul il-kollass tal-banek Islandiżi f'Ottubru 2008. L-istituzzjonijiet li kien fadal kienu fraġli, kif kienet il-kunfidenza fl-istituzzjonijiet finanzjarji. It-tkomplija tal-eżistenza ta' Sjóvá kienet importanti għall-funzjonament tas-suq finanzjarju Islandiż. Falliment kien ikollu effetti konsegwenzjali fuq is-swieq tal-assigurazzjoni tal-ħajja u mhux tal-ħajja, b'mod ġenerali. Kien ifixkel il-ħidma li kienet tinsab għaddejja tal-awtoritajiet Islandiżi biex jirrikostruwixxu s-swieq finanzjarji. |
(49) |
Fir-rigward tad-dimensjoni tar-ristrutturazzjoni meħtieġa, l-awtoritajiet tal-Islanda jargumentaw li l-Awtorità għandha tqis li d-diffikultajiet finanzjarji ta' Sjóvá kienu ġew ikkawżati esklussivament mill-attivitajiet irregolari ta' investiment tagħha u minn tranżazzjonijiet mas-sid preċedenti tagħha Milestone. Dawn kienu possibbli minħabba n-nuqqas ta' kontroll tar-riskju xieraq u governanza korporattiva xierqa. Ma għandhom l-ebda konnessjoni man-negozju tal-assigurazzjoni li qed titkompla minn Sjóvá illum. Il-vijabbiltà tan-negozju tal-assigurazzjoni ta' Sjóvá hija tintwera mhux biss fil-projezzjonijiet finanzjarji tal-pjan ta' ristrutturar, iżda hija wkoll ikkonfermata mill-FME. Barra minn hekk, ir-rieda ta' investitur privat ta' parti terza li jikseb sehem ta' maġġoranza fil-kumpanija mill-istat juri li s-suq iqis li Sjóvá hija vijabbli. Din it-tranżazzjoni rriżultat ukoll f'li l-maġġoranza tal-għajnuna tiġi rkuprata mill-Islanda. |
(50) |
L-awtoritajiet Islandiżi jenfasizzaw li s-sidien storiċi ta' Sjóvá tilfu l-investiment kollha, u li kemm Glitnir kif ukoll Íslandsbanki ħadu sehem fir-rikapitalizzazzjoni. Barra minn hekk, Sjóvá qed tikkontribwixxi għar-ristrutturar billi taqtal-ispejjeż u tibni mill-ġdid il-kapital tagħha minn profitti miżmuma. Għalhekk hemm qsim tal-piż sostanzjali kemm mill-azzjonisti fi Sjóvá kif ukoll mill-kumpanija nnifisha. |
(51) |
Dwar il-ħtieġa għal miżuri ta' kumpens, l-awtoritajiet tal-Islanda argumentaw li miżuri strutturali ulterjuri ma għandhomx ikunu meħtieġa billi r-ristrutturar diġà wassal għal tnaqqis tal-karta bilanċjali ta' Sjóvá b'madwar 70 %, u kwalunkwe ċessjonijiet ta' segmenti tan-negozju prinċipali jipperikolaw il-vijabbiltà. L-awtoritajiet Islandiżi jinnutaw ukoll li Sjóvá tikkwalifika bħala SME, li jkompli jnaqqas il-ħtieġa għal miżuri ta' kumpens. Fl-aħħar nett, huma jargumentaw li l-impenji proposti, kemm dwar l-imġiba ta' Sjóvá kif ukoll dwar il-bidla regolatorja, huma xierqa biex jitnaqqas kemm jista' jkun it-tfixkil tal-kompetizzjoni. |
(52) |
B'reazzjoni għall-kummenti ta' partijiet terzi mill-VIS u t-TM, l-awtoritajiet Islandiżi prinċipalment jirreferu għal sottomissjonijiet ta' qabel u jipprovdu aktar data ekonomika. |
7. IL-PJAN GĦAR-RISTRUTTURAR
(53) |
Fit-3 ta' Ottubru 2011, l-awtoritajiet tal-Islanda ssottomettew l-ewwel pjan ta' ristrutturar għal Sjóvá. Dan il-pjan ġie aġġornat għal darb' oħra fit-13 ta' April 2012 u t-28 ta' Mejju 2013. |
(54) |
Il-pjan ta' ristrutturar jindirizza l-kwistjonijiet sostantivi tal-vijabbiltà, il-qsim tal-piż u l-limitazzjoni tat-tfixkil tal-kompetizzjoni. Skont il-pjan ta' ristrutturar, Sjóvá se tnaqqas il-profil tar-riskju globali tal-portafoll tal-investiment tagħha, ittejjeb il-proċeduri tal-investiment u tal-immaniġġar tar-riskji tagħha, ittejjeb il-governanza korporattiva tagħha u ttejjeb il-profitabbiltà. |
7.1. Projezzjonijiet finanzjarji
(55) |
L-awtoritajiet tal-Islanda ssottomettew informazzjoni finanzjarja dettaljata u projezzjonijiet finanzjarji għal Sjóvá sal-2016, inkluż każ ta' bażi u tliet xenarji ta' każijiet ta' stress. Għalkemm il-perjodu tar-ristrutturar jasal biss sal-aħħar tal-2014, l-awtoritajiet tal-Islanda ssottomettew dejta addizzjonali tal-ippjanar għall-2015 u l-2016. Dan jgħin lill-Awtorità b'mod partikolari fil-valutazzjoni ta' każijiet ta' stress, li jqisu avvenimenti ta' stress speċifiċi għas-suq Islandiż b'effetti li jkomplu wara tmiem il-perjodu tar-ristrutturar. |
(56) |
F'kull wieħed mill-erba' xenarji, kienu ppreżentati suppożizzjonijiet għall-perjodu 2013-2016 f'termini tat-tkabbir tal-Prodott Domestiku Gross (PDG), l-inflazzjoni, l-iżvilupp tas-sehem mis-suq, ir-redditu fuq bonds tal-gvern marbuta mal-indiċi, ir-redditu fuq flus kontanti, il-primjum tal-ekwità u l-allokazzjoni kif ukoll il-proporzjonijiet tal-pretensjonijiet/primjums u spejjeż/primjums ta' Sjóvá. |
7.1.1. Xenarju tal-każ bażi
(57) |
Fix-xenarju tal-każ bażi, il-projezzjonijiet finanzjarji huma bbażati fuq pronjożi ta' ħames snin għat-tkabbir tal-PDG u l-inflazzjoni tal-ekonomija Islandiża ppubblikata minn Statistics Iceland fit-30 ta' Marzu 2012, u aġġornata fuq il-bażi tar-riżultati attwali ta' Sjóvá u d-dejta attwali dwar l-ekonomija Islandiża fl-2012 fit-28 ta' Mejju 2013. Il-każ bażi jassumi b'mod partikolari tkabbir ekonomiku moderat, tnaqqis fl-inflazzjoni u żvilupp fiss tar-rati tal-imgħax, kif ukoll ishma tas-suq kostanti għal Sjóvá. Każ bażi: preżunzjonijiet
|
(58) |
Il-profitt u t-telf projettat kif ukoll il-karta bilanċjali fil-każ bażiku huma stabbiliti fit-tabella ta' hawn taħt. Każ bażi: rapport tal-qligħ u t-telf (f'miljuni ta' ISK)
Każ bażi: karta bilanċjarja (f'miljuni ta' ISK)
|
(59) |
Il-proporzjonijiet finanzjarji ewlenin kif projettati fil-każ bażi huma ppreżentati fit-tabella ta' hawn taħt. Każ bażi: proporzjonijiet finanzjarji ewlenin
|
(60) |
Fi tmiem il-perjodu ta' ristrutturar, ir-redditu fuq l-ekwità projettat ta' Sjóvá se jilħaq madwar […] % fix-xenarju tal-każ bażi. |
7.1.2. Każ ta' stress: “double dip”
(61) |
L-awtoritajiet tal-Islanda ssottomettew simulazzjoni ta' xenarju ta' stress “double dip”. Is-suppożizzjonijiet tal-PDG tagħha għall-2013 sal-2016 jissimulaw riċessjoni oħra u livell ogħla ta' inflazzjoni. Bħala stress ulterjuri, huwa preżunt ukoll li r-rati tal-imgħax jibqgħu l-istess u li l-primjum tal-ekwità jsir negattiv. Ix-xenarju “double dip” b'hekk jistimula riċessjoni profonda flimkien ma' elementi oħra ta' stress. Każ ta' stress “double dip”: preżunzjonijiet
Każ ta' stress “double dip”: dejta finanzjarja (f'miljuni ta' ISK jekk mhux speċifikat mod ieħor)
|
7.1.3. Każ ta' stress: “kontrolli tal-kapital”
(62) |
L-awtoritajiet tal-Islanda ssottomettew simulazzjoni ta' xenarju ta' stress ta' “kontrolli tal-kapital”. F'dan it-test tal-istress, huwa preżunt li l-kontrolli tal-kapital se jitneħħew fl-Islanda fl-2014. Bħala konsegwenza, l-ISK tiddevalwa għall-valur tagħha barra mill-pajjiż, li huwa madwar 30 % inqas mir-rata tal-kambju uffiċċjali. Dan ifisser żieda fir-rata tal-inflazzjoni. Konsegwentement, ir-rata ta' inflazzjoni ogħla żżid il-proporzjon tat-telf. Ir-rati tal-imgħax reali huma mistennija li jiżdiedu għal 6,5 %, u l-primjum tar-riskju tal-ekwità huwa mistenni jilħaq – 50 % minħabba l-ħruġ tal-kapital. Każ ta' stress “double dip”: preżunzjonijiet
Każ ta' stress “kontrolli tal-kapital”: dejta finanzjarja (f'miljuni ta' ISK jekk mhux speċifikat mod ieħor)
|
7.1.4. Każ ta' stress: “xitwa kiesħa II”
(63) |
L-awtoritajiet tal-Islanda ssottomettew simulazzjoni ta' xenarju ta' stress ta' “xitwa kiesħa II”. Dan il-każ ta' stress jimmodifika l-każ bażi bl-okkorrenza ta' żewġ xtiewi eċċezzjonalment kiesħa. Dan iwassal għal żieda sinifikanti fin-numru ta' telf (b'mod partikolari inċidenti stradali) li huma relattivament żgħar, u għalhekk ma jkunux koperti permezz tar-riassigurazzjoni. L-ammont ta' telf huwa preżunt li hu ta' 100 % tal-primjums. Il-każ ta' stress “xitwa kiesħa II”: preżunzjonijiet
Każ ta' stress “xitwa kiesħa II”: dejta finanzjarja (f'miljuni ta' ISK jekk mhux speċifikat mod ieħor)
|
7.1.5. Każijiet ta' stress: konklużjoni
(64) |
Fit-tliet xenarji ta' stress, il-proporzjon tas-solvenza jibqa' b'saħħtu matul il-perjodu ta' ristrutturar kollu, u Sjóvá tkun profittabbli bl-eċċezzjoni ta' avvenimenti ta' stress speċifiċi f'ċerti snin. Madankollu, skont id-dejta addizzjonali tal-ippjanar għall-2015 u l-2016, Sjóvá tirkupra l-profittabbiltà tagħha malajr anke f'dawn iċ-ċirkustanzi. |
7.2. Deskrizzjoni tal-miżuri ta' ristrutturar
(65) |
Ir-ristrutturar ta' Sjóvá jikkonsisti f'diversi miżuri strutturali u ta' mġiba, li huma deskritti hawn taħt. |
7.2.1. Separazzjoni ta' attivitajiet ta' assigurazzjoni u stralċ tal-investimenti
(66) |
Kif stabbilit hawn fuq, il-problemi ewlenin li wasslu għad-diffikultajiet finanzjarji ta' Sjóvá rriżultaw minn deċiżjonijiet ta' investiment u self fi ħdan il-grupp ikkawżat mis-sid preċedenti tagħha, Milestone. Bħala riżultat, Sjóvá esperjenzat diffikultajiet serji fir-rigward tal-portafoll ta' investiment tagħha. Pass ewlieni fir-ristrutturar ta' Sjóvá kien għalhekk it-trasferiment fis-sajf tal-2009 tal-attivitajiet ta' assigurazzjoni tagħha f'kumpanija ġdida (li aktar tard reġgħet ingħatat l-isem ta' Sjóvá) u l-għeluq tal-portafoll ta' investiment storiku. |
7.2.2. Bidla fil-governanza korporattiva u l-istrutturi tal-kontroll
(67) |
Att Islandiż fuq l-Attivitajiet tal-Assigurazzjoni ġdid daħal fis-seħħ fl-2010. Dan jinkludi regoli aktar stretti dwar il-governanza korporattiva u mekkaniżmi oħra ta' kontroll fi ħdan kumpaniji tal-assigurazzjoni. |
(68) |
Il-bidliet rilevanti huma dawn li ġejjin:
|
(69) |
Sjóvá implimentat il-bidliet rilevanti fil-leġiżlazzjoni. Skont ir-rekwiżiti regolatorji ġodda, il-bord tad-diretturi ta' Sjóvá ddeċieda dwar regoli li jikkonċernaw l-investimenti; kull emenda ta' dawn ir-regoli għandha tkun approvata mill-FME. Il-bord tad-diretturi ta' Sjóvá stabbilixxa u ffirma r-regoli dwar il-governanza korporattiva fl-4 ta' April 2011 u ressaqhom quddiem l-FME. Minbarra dan, il-kap eżekuttiv stabbilixxa u ffirma regoli li jiddefinixxu u jiddeterminaw il-kwalifiki minimi għall-impjegati importanti. |
(70) |
Barra minn hekk, diviżjoni ġdida “Riskju u Analiżi” ġiet stabbilita minn Sjóvá f'April 2010. Din id-diviżjoni twieġeb direttament lill-kap eżekuttiv u titmexxa minn attwarju kkwalifikat u tinkludi sitt impjegati oħra. L-għan ta' din id-diviżjoni huwa:
|
(71) |
Fl-aħħar nett, twaqqaf kumitat tal-awditjar intern mill-bord tad-diretturi skont ir-rekwiżiti statutorji. |
7.2.3. Miżuri oħra ta' vijabbiltà
(72) |
Sjóvá implimentat miżuri biex iżżid il-marġni fin-negozju tagħha tal-assigurazzjoni u biex tnaqqas l-ispejjeż. Dawn il-miżuri jinkludu tnaqqis fis-salarji, tnaqqis fil-bejgħ u spejjeż operattivi oħra kif ukoll l-implimentazzjoni ta' regoli stretti biex jiġu kkwotati offerti tal-assigurazzjoni. Barra minn hekk, bħalissa ma hemm l-ebda skemi tal-bonus ta' kumpens għall-impjegati. Fl-aħħar nett, Sjóvá waqqfet l-attivitajiet tar-riassigurazzjoni tagħha, li permezz tagħhom fil-passat kienet kisbet portafoll internazzjonali tal-assigurazzjoni tar-riskju. |
(73) |
Dawn il-miżuri għandhom l-għan b'mod partikolari li jiżguraw li l-proporzjon ikkombinat ikun taħt il-100 %, jiġifieri li negozju tal-assigurazzjoni jkun sostenibbli fih innifsu, mingħajr ma jittieħdu riskji bla bżonn f'attivitajiet ta' investiment. Bħala riżultat ta' dawn il-miżuri, Sjóvá kienet kapaċi ttejjeb il-proporzjon ikkombinat tagħha minn 114,4 % fl-2005 għal 95,6 % fl-2010. Skont il-projezzjonijiet tal-każ bażiku, il-proporzjon se jibqa' inqas minn 100 % sal-2016. |
7.3. Impenji
(74) |
Kif stipulat fl-Anness, il-Gvern Islandiż u Sjóvá impenjaw ruħhom favur restrizzjonijiet dwar l-ipprezzar ta' kwotazzjonijiet tal-assigurazzjoni għal ċerti klijenti korporattivi flimkien ma' projbizzjonijiet fuq ċerti akkwisti u attivitajiet ta' riklamar. |
(75) |
L-awtoritajiet tal-Islanda impenjaw ruħhom ukoll li jintroduċu ċerti bidliet regolatorji għall-funzjonament tas-suq tal-assigurazzjoni kif stabbilit fl-Anness. |
II. VALUTAZZJONI
1. IL-PREŻENZA TA' GĦAJNUNA MILL-ISTAT
(76) |
L-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE huwa kif ġej: “Mingħajr ħsara għal dispożizzjonijiet kuntrarji f'dan il-Ftehim, kull għajnuna, ta' kwalunkwe forma, mogħtija mill-Istati Membri tal-KE, l-Istati tal-EFTA jew permezz ta' riżorsi tal-Istat li twassal għal distorsjoni jew theddida ta' distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi, sa fejn tolqot il-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti, tkun inkompatibbli ma' dan il-Ftehim.” |
(77) |
L-Awtorità se tivvaluta l-miżuri li ġejjin kif stabbilit fil-paragrafu 18 hawn fuq:
|
(78) |
Dawn il-miżuri se jissejħu l-“miżuri ta' rikapitalizzazzjoni” hawn taħt. |
1.1. Il-preżenza ta' riżorsi tal-Istat
(79) |
Billi l-Awtorità kienet diġà kkonkludiet fuq bażi preliminari fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, huwa ċar li l-ewwel waħda mill-miżuri ta' rikapitalizzazzjoni kienet iffinanzjata permezz ta' riżorsi tal-Istat mogħtija mill-Istat Islandiż. |
(80) |
Fir-rigward tat-tieni miżura ta' rikapitalizzazzjoni, il-ħlas għall-akkwist sussegwenti tal-bond ta' Avant mingħand SAT Holding sar ukoll mill-Istat tal-Islanda minn riżorsi tal-Istat. Barra minn hekk, it-titjib tat-titolu ta' Glitnir fil-bond ta' Avant naqqas il-probabbiltà li l-Istat jirċievi ħlas lura mill-bond, u għalhekk naqqas il-valur tal-pretensjoni tiegħu. Dan it-tnaqqis b'hekk affettwa wkoll ir-riżorsi tal-Istat. |
(81) |
L-Awtorità għalhekk tikkonkludi li riżorsi tal-Istat kienu involuti fiż-żewġ miżuri ta' rikapitalizzazzjoni favur Sjóvá. |
1.2. Preferenza mogħtija lil ċerti impriżi jew lill-produzzjoni ta' ċerti prodotti
(82) |
Sabiex tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, miżura għandha tagħti vantaġġ selettiv lil ċerti impriżi jew lill-produzzjoni ta' ċerti oġġetti. |
(83) |
L-għan tal-miżuri ta' rikapitalizzazzjoni kien li jiġi żgurat li Sjóvá tkun tista' tissodisfa r-rekwiżiti minimi regolatorji tal-kapital, biex b'hekk il-kumpanija tkun tista' tibqa' attiva fin-negozju fl-assigurazzjoni. |
(84) |
L-awtoritajiet Islandiżi kkonfermaw li l-Istat ħa sehem fir-rikapitalizzazzjoni tan-negozju tal-assigurazzjoni ta' Sjóvá minħabba li Glitnir u Íslandsbanki ma kellhomx il-fondi sabiex jipprovdu l-kapital meħtieġ huma stess u ma nstab l-ebda investitur privat ieħor li kien lest li jagħmel dan. Dan jikkonferma l-pożizzjoni tal-Awtorità fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ li l-Istat tal-Islanda ma aġixxiex bħala investitur f'ekonomija tas-suq meta pparteċipa fir-rikapitalizzazzjoni ta' Sjóvá. |
(85) |
L-Awtorità għalhekk tikkonkludi li l-miżuri ta' rikapitalizzazzjoni taw vantaġġ lil Sjóvá. Dan il-vantaġġ huwa b'mod ċar selettiv, minħabba li l-miżuri kienu mfassla biex jibbenefikaw biss lil Sjóvá. |
(86) |
L-element tal-għajnuna mill-Istat jikkorrispondi għall-ekwità li Sjóvá kieku ma kinitx tirċievi mingħajr il-parteċipazzjoni tal-istat, jiġifieri l-ISK 11,6 biljun inizjali kkontribwiti min-naħa tal-Istat Islandiż kif ukoll kontribuzzjoni ulterjuri mingħand ESI ta' bejn ISK 683 u 739 miljun skont il-ftehim tat-trasferiment tal-assi bid-data tat-28 ta' Lulju 2010. B'hekk l-Awtorità tivvaluta li l-element ta' għajnuna jammonta għal madwar ISK 12,3 biljun. |
1.3. Tfixkil tal-kompetizzjoni u effett fuq il-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti
(87) |
Il-miżuri ta' rikapitalizzazzjoni jsaħħu l-pożizzjoni ta' Sjóvá f'paragun mal-kompetituri (jew kompetituri potenzjali) fl-Islanda u Stati oħra taż-ŻEE. Sjóvá hija impriża attiva, kif deskritt hawn fuq, fis-suq tal-assigurazzjoni, li huwa miftuħ għall-kompetizzjoni internazzjonali fiż-ŻEE. Filwaqt li s-swieq finanzjarji Islandiżi huma attwalment pjuttost iżolati, b'mod partikolari minħabba l-kontrolli tal-kapital, il-kummerċ transfruntier fis-servizzi tal-assigurazzjoni għadu jeżisti, u dan se jiżdied meta jitneħħew il-kontrolli tal-kapital. Il-miżuri ta' rikapitalizzazzjoni għalhekk ifixklu jew jheddu li jfixklu l-kompetizzjoni b'mod li jaffettwa l-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti skont it-tifsira tal-Artikolu 61(1) taż-ŻEE. |
1.4. Konklużjoni dwar il-preżenza ta' għajnuna mill-Istat
(88) |
Abbażi ta' dan ta' hawn fuq, l-Awtorità tikkonkludi li l-miżuri ta' rikapitalizzazzjoni jinvolvu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE. |
2. REKWIŻITI TAL-PROĊEDURA
(89) |
Skont l-Artikolu 1(3) tal-Parti I tal-Protokoll 3, “l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA tiġi infurmata, fi żmien suffiċjenti sabiex tkun tista' tissottometti l-kummenti tagħha, dwar kwalunkwe pjan ta' għoti jew ta' tibdil fl-għajnuna (…). L-Istat ikkonċernat m'għandux idaħħal fis-seħħ il-miżuri proposti tiegħu sakemm il-proċedura tkun irriżultat f'deċiżjoni finali”. |
(90) |
L-awtoritajiet Islandiżi ma nnotifikawx il-miżuri ta' rikapitalizzazzjoni lill-Awtorità qabel l-implimentazzjoni tagħhom. Għaldaqstant l-Awtorità tikkonkludi li l-awtoritajiet Islandiżi ma rrispettawx l-obbligi tagħhom skont l-Artikolu 1(3) tal-Parti I tal-Protokoll 3. L-għoti ta' dawn il-miżuri ta' għajnuna għalhekk ma sarx skont il-liġi. |
3. KUMPATIBBILTÀ TAL-GĦAJNUNA
(91) |
Bħala kumment preliminari, l-Awtorità tinnota li mhux imħaqqaq li Sjóvá kienet tiffaċċja l-falliment mingħajr l-intervent tal-Istat, minħabba li ma kenitx tkun tista' tissodisfa r-rekwiżiti kapitali regolatorji. Sjóvá għalhekk kienet impriża f'diffikultà fiż-żmien tal-ewwel miżura ta' rikapitalizzazzjoni. |
(92) |
L-Awtorità tinnota wkoll li l-awtoritajiet tal-Islanda jargumentaw li l-miżuri ta' rikapitalizzazzjoni favur Sjóvá jaqgħu taħt l-eċċezzjoni stabbilita fl-Artikolu 61(3)(b) tal-Ftehim taż-ŻEE u jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Linji Gwida għar-Ristrutturar. |
3.1. Il-bażi legali għall-valutazzjoni tal-kompatibbiltà: l-Artikolu 61(3)(b) tal-Ftehim taż-ŻEE u l-Gwida għar-Ristrutturar tal-Awtorità
(93) |
Filwaqt li l-għajnuna mill-Istat lill-impriżi f'diffikultà bħal Sjóvá hija normalment ikkunsidrata taħt l-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim taż-ŻEE, l-Artikolu 61(3)(b) tal-Ftehim taż-ŻEE jippermetti l-għajnuna mill-Istat “biex tirrimedja taqlib serju fl-ekonomija ta' Stat Membru tal-KE jew ta' Stat tal-EFTA”. |
3.1.1. L-Applikabbiltà tal-Artikolu 61(3)(b) tal-Ftehim taż-ŻEE
(94) |
Kif stabbilit hawn fuq, l-awtoritajiet tal-Islanda pprovdew il-fondi inizjali meħtieġa għar-rikapitalizzazzjoni ta' Sjóvá permezz ta' ftehim dwar it-trasferiment ta' bonds datat it-8 ta' Lulju 2009. |
(95) |
F'dik id-data, l-ekonomija tal-Islanda kienet għadha milquta b'mod qawwi mill-kriżi finanzjarja. B'mod partikolari, il-banek kummerċjali ewlenin kienu f'idejn riċevitura, il-gvern kien introduċa l-kontrolli tal-kapital, l-inflazzjoni żdiedet b'mod drammatiku u l-Islanda kellha tgħaddi minn programm ta' awsterità bħala parti mill-kondizzjonijiet tal-arranġament ta' riżerva u self tagħha mill-FMI. F'dan l-isfond speċifiku, l-FME wissiet dwar il-konsegwenzi serji fuq l-ekonomija u s-soċjetà Islandiża jekk Sjóvá titħalla tfalli, inkluż ir-riskju ta' effett sistemiku fuq is-swieq finanzjarji. (9) |
(96) |
L-Awtorità tinnota li l-falliment ta' kumpanija waħda fis-settur tal-assigurazzjoni huwa normalment inqas probabbli li jkollu effett sistemiku milli fis-settur bankarju. Madankollu, fil-każ preżenti, l-impatt ta' falliment ta' Sjóvá għandu jiġi evalwat fl-isfond ta' kriżi finanzjarja u ekonomika serja bħal dik li seħħet fl-Islanda fl-2008-2009. |
(97) |
L-Awtorità taqbel mal-analiżi tal-awtoritajiet Islandiżi li skonthom, sakemm il-fiduċja fis-sistema finanzjarja tkun reġgħet ġiet stabbilita, l-impatt potenzjali ta' kriżi bħal din seta' ma jkunx limitat biss għal Sjóvá, u lanqas għas-sistema finanzjarja. |
(98) |
Għalhekk l-Awtorità tikkunsidra li l-parteċipazzjoni tal-Istat fir-rikapitalizzazzjoni ta' Lulju 2009 tista' titqies li hi maħsuba biex tirrimedja tfixkil serju fl-ekonomija tal-Islanda. |
3.1.2. Applikazzjoni tal-Miżuri ta' Ristrutturar
(99) |
Il-Linji Gwida tar-Ristrutturar jistabbilixxu r-regoli tal-għajnuna mill-Istat applikabbli għar-ristrutturar tal-istituzzjonijiet finanzjarji fil-kriżi finanzjarja. |
(100) |
Skont il-Linji Gwida dwar ir-Ristrutturar, sabiex dan ikun kompatibbli mal-Artikolu 61(3)(b) tal-Ftehim taż-ŻEE, ir-ristrutturar ta' istituzzjoni finanzjarja fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja jrid:
|
(101) |
L-Awtorità għalhekk se tevalwa hawn taħt, fuq il-bażi tal-pjan ta' ristrutturar sottomess għal Sjóvá jekk dawn il-kriterji ġewx issodisfati u jekk il-miżuri ta' għajnuna deskritti hawn fuq jikkostitwixxux għajnuna kumpatibbli għar-ristrutturazzjoni. |
3.2. L-irkupru tal-vijabbiltà
(102) |
L-Awtorità identifikat il-kawżi li ġejjin għad-diffikultajiet ta' Sjóvá, li wasslu għall-intervent mill-Istat: (i) prattiki tal-investiment mhux xierqa; (ii) governanza korporattiva u mmaniġġar tar-riskju mhux suffiċjenti; u (iii) nuqqas ta' profitabbiltà tal-prodotti tal-assigurazzjoni. |
(103) |
Il-pjan ta' ristrutturar jindirizza dawn il-kawżi ta' diffikultajiet kif ukoll ta' fatturi oħra ta' riskju tal-kumpanija. |
3.2.1. Valutazzjoni tal-miżuri ta' ristrutturar — separazzjoni ta' attivitajiet ta' assigurazzjoni u l-istralċ tal-investimenti
(104) |
It-trasferiment tal-attivitajiet ta' assigurazzjoni ta' Sjóvá f'kumpanija ġdida ħeles lin-negozju tal-assigurazzjoni mir-riskji li jirriżultaw mill-portafoll storiku ta' investimenti. Din il-miżura ppermettiet lil Sjóvá, ladarba rrikapitalizzata, li għal darb' oħra tiffoka fuq l-operazzjonijiet ta' assigurazzjoni tagħha. |
(105) |
L-Awtorità tikkunsidra li wara dan it-trasferiment, Sjóvá ma għadhiex tiffaċċja xi riskju eċċessiv mill-portafoll storiku tal-investimenti tagħha, li qed jiġi ċedut f'entità separata. |
3.2.2. Valutazzjoni tal-miżuri ta' ristrutturar — titjib tal-governanza korporattiva u l-immaniġġar tar-riskju
(106) |
L-Awtorità tinnota li Sjóvá implimentat ir-rekwiżiti tal-Att tal-Islanda dwar l-Attivitajiet tal-Assigurazzjoni li daħal fis-seħħ fl-2010, li jinkludu regoli aktar stretti dwar il-governanza korporattiva u mekkaniżmi oħra ta' kontroll. Dawn il-bidliet itejbu l-governanza korporattiva ta' Sjóvá u jipprevedu sorveljanza komprensiva mill-FME, inkluż fuq politiki tal-investiment. |
(107) |
Barra minn hekk, Sjóvá waqqfet diviżjoni tar-“riskju u analiżi” b'riżorsi sostanzjali sabiex tittejjeb l-immaniġġar tar-riskji u s-sorveljanza operattiva, kif ukoll kumitat tal-awditjar intern. Hija fformalizzat ukoll il-politiki essenzjali, pereżempju dwar l-ipprezzar tal-kwotazzjonijiet tal-assigurazzjoni u l-politika tal-investiment. L-aderenza tal-impjegati ma' dawn il-politiki hija ssorveljata b'mod regolari biex tiġi żgurata l-konformità. |
(108) |
Fl-aħħar nett, l-Awtorità tinnota li l-kap eżekuttiv u l-membri tal-bord maħtura mill-azzjonist preċedenti Milestone ġew mibdula fl-2009. |
(109) |
L-Awtorità tqis li l-miżuri msemmija hawn fuq huma xierqa sabiex jiġu indirizzati l-fallimenti fil-governanza korporattiva u l-immaniġġar tar-riskju li kkontribwixxew għad-diffikultajiet finanzjarji ta' Sjóvá. |
3.2.3. Valutazzjoni tal-miżuri ta' ristrutturar — miżuri ta' profittabbiltà
(110) |
L-Awtorità tinnota l-miżuri meħuda minn Sjóvá sabiex iżżid il-profittabilità, fir-rigward kemm tat-titjib tal-marġini kif ukoll tat-tnaqqis tal-ispejjeż. Bħala riżultat ta' dawn il-miżuri, Sjóvá setgħet ittejjeb sostanzjalment il-proporzjon kombinat tagħha u topera l-attivitajiet ta' assigurazzjoni tagħha bi profitt. Il-pjan ta' ristrutturar jipprevedi aktar titjib fil-profittabbiltà. |
(111) |
L-Awtorità tikkunsidra li dawn il-miżuri għandhom jippermettu li n-negozju tal-assigurazzjoni ta' Sjóvá jopera bi profitt u li titnaqqas id-dipendenza fuq ir-redditu fuq l-investiment, u dan jippermetti lil Sjóvá timxi b'politika tal-investiment aktar prudenti. Fl-istess ħin, il-miżuri għandhom jgħinu lil Sjóvá fit-tisħiħ tal-ekwità tagħha, b'mod partikolari f'każ ta' żviluppi avversi, inklużi dawk simulati fil-każijiet ta' stress ippreżentati. |
3.2.4. Valutazzjoni tal-projezzjonijiet finanzjarji
(112) |
Kif mitlub fil-punt 13 tal-Linji Gwida għar-Ristrutturar, l-awtoritajiet tal-Islanda pprovdew projezzjonijiet finanzjarji li jkopru kemm xenarju ta' każ bażi kif ukoll tliet xenarji ta' każ ta' stress. |
(113) |
Il-projezzjonijiet finanzjarji pprovduti fil-pjan ta' ristrutturar jiddependu fil-każ bażi fuq suppożizzjonijiet li huma prudenti u konservattivi biżżejjed. Fil-każ bażi, Sjóvá tiġġenera profitti u tikkonsolida l-bażi kapitali tagħha tul il-perjodu tal-ippjanar. Fil-każ ta' bażi, il-qligħ projettat fuq l-ekwità ta' Sjóvá huwa ta' madwar […] % fl-aħħar tal-perjodu ta' ristrutturar, li jidher konsistenti mal-ħtiġiet tas-suq attwali fl-industrija. Barra minn hekk, il-proporzjon ikkombinat projettat ta' Sjóvá se jibqa' taħt il-100 %, li juri li n-negozju tal-assigurazzjoni operattiv se jibqa' profittabbli u Sjóvá ma teħtieġx li tiddependi fuq strateġija ta' investiment riskjuża wisq riskjużi biex tiġġenera redditu suffiċjenti. |
(114) |
L-Awtorità ma tikkontestax li s-suppożizzjonijiet tal-każ ta' stress fihom livell suffiċjenti ta' stress biex jivvalutaw il-kapaċità ta' Sjóvá li tibqa' solventi. Skont il-projezzjonijiet finanzjarji li jirriżultaw, Sjóvá tibqa' solventi matul il-perjodu kollu tal-ippjanar f'kull wieħed mit-tliet xenarji ta' stress. L-Awtorità tikkunsidra li l-fatt li ġew ipprovduti tliet xenarji differenti ta' stress, li saħansitra jmorru lil hinn mill-perjodu ta' ristrutturar, isaħħaħ l-affidabilità tal-ittestjar tal-istress. B'mod partikolari, ix-xenarji jkopru l-każ ta' reċessjoni ekonomika fit-tul, kif ukoll fatturi oħra ta' stress li jindirizzaw speċifikament is-sitwazzjoni fl-Islanda (pereżempju l-kontrolli tal-kapital). Ir-rekwiżiti regolatorji tas-solvenza ma jinkisru fl-ebda waqt matul il-perjodu tal-ippjanar taħt l-ebda wieħed mit-tliet xenarji ta' stress. |
(115) |
Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, l-Awtorità tikkonkludi li l-projezzjonijiet finanzjarji ta' Sjóvá juru ritorn lejn il-vijabbiltà tal-kumpanija kif meħtieġ mil-Linji Gwida għar-Ristrutturar. L-Awtorità tinnota wkoll li SF1, investitur privat, qabel li jixtri interess ta' kontroll fi Sjóvá mingħand l-Istat Islandiż. Ir-rieda ta' parteċipant tas-suq privat li jagħmel investiment sinifikanti fil-kumpanija jkompli jsaħħaħ din il-konklużjoni. |
3.3. Kontribuzzjoni proprja — qsim tal-piż
(116) |
Il-Linji Gwida dwar ir-Ristrutturar jindikaw li kontribuzzjoni xierqa mill-benefiċjarju hija neċessarja sabiex l-għajnuna tiġi limitata għall-minimu possibbli u sabiex jiġi indirizzat it-tfixkil tal-kompetizzjoni u l-perikli morali. Għal dan l-għan, l-ewwel nett, l-ispejjeż tar-ristrutturar għandhom ikunu limitati filwaqt li, it-tieni nett, l-ammont tal-għajnuna għandu jkun limitat minħabba kontribuzzjoni proprja sinifikanti. |
(117) |
Fir-rigward tal-limitazzjoni tal-ispejjeż tar-ristrutturar, il-Linji Gwida dwar ir-Ristrutturar jindikaw fil-punt 23 li l-għajnuna tar-ristrutturar għandha tkun limitata biex tkopri l-ispejjeż li huma meħtieġa għar-restawr tal-vijabbiltà. Barra minn hekk, sabiex l-għajnuna tinżamm sal-minimu, l-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom l-ewwel jużaw ir-riżorsi tagħhom għall-finanzjament tar-ristrutturar. Għaldaqstant, l-ispejjeż assoċjati mar-ristrutturar għandhom mhux biss ikunu dovuti mill-Istat iżda wkoll minn dawk li investew fl-istituzzjoni billi jassorbu t-telf bil-kapital disponibbli u permezz tal-ħlas ta' rimunerazzjoni adegwata għall-interventi mill-Istat. |
3.3.1. Limitazzjoni tal-ispejjeż tar-ristrutturar
(118) |
Ir-rikapitalizzazzjoni ta' Sjóvá kienet limitata għal dak li kien meħtieġ biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti minimi regolatorji tal-ekwità, li minnhom l-Istat tal-Islanda ikkontribwixxa biss l-ammont li l-kredituri ewlenin ta' Sjóvá Glitnir u Íslandsbanki ma setgħux jipprovdu. |
(119) |
It-trasferiment tal-attivitajiet tal-assigurazzjoni għal entità ġdida żgura li r-rikapitalizzazzjoni kienet limitata għal dak li kien meħtieġ għan-negozju operattiv tal-assigurazzjoni, u ma kienx ikopri telf mill-portafoll storiku ta' investiment. |
(120) |
Il-limitazzjoni tar-rikapitalizzazzjoni għall-minimu meħtieġ illimitat l-abbiltà ta' Sjóvá sabiex tikkompeti fis-suq. Barra minn hekk, l-ebda waħda mill-ispejjeż fil-pjan ta' ristrutturar ma għandhom l-għan ta' dħul fi swieq ġodda jew li b'xi mod ikun hemm espansjoni tan-negozju ta' Sjóvá. |
(121) |
Għal dawn ir-raġunijiet, l-Awtorità tikkunsidra li ttieħdu passi xierqa sabiex jiġi limitat l-ammont ta' għajnuna għar-ristrutturar. |
3.3.2. Qsim tal-piżijiet/kontribuzzjoni proprja
(122) |
Kif stipulat fil-punt 24 tal-Linji Gwida għar-Ristrutturar, il-kumpaniji għandhom jużaw ir-riżorsi proprji tagħhom biex jiffinanzjaw ir-ristrutturar. Barra minn hekk, l-Awtorità teżamina jekk il-pożizzjoni finanzjarja tal-azzjonisti eżistenti ġietx totalment jew parzjalment imnaqqsa b'riżultat tal-injezzjoni ta' kapital. |
(123) |
L-Awtorità tosserva li s-sidien storiċi ta' Sjóvá taw kontribut għall-ispejjeż ta' ristrutturar. B'mod partikolari, Milestone tilfet is-sehem kollu tagħha fil-kumpanija mingħajr ma rċeviet ebda kumpens meta Glitnir ħadet f'idejha lil Sjóvá. L-istralċ tal-portafoll storiku tal-investiment li issa jinsab f'idejn l-SJE se jimponi aktar telf fuq l-investituri. Dawn il-miżuri jikkontribwixxu għall-qsim tal-piż u jnaqqsu l-periklu morali li jirriżulta mill-għajnuna. |
(124) |
Fir-rigward tal-kontribuzzjoni għall-ispejjeż ta' ristrutturar permezz ta' riżorsi interni ġġenerati minn Sjóvá, l-Awtorità tinnota li Sjóvá implimentat miżuri kemm tal-profittabilità kif ukoll tat-tnaqqis tal-ispejjeż. Dawn il-miżuri jassiguraw li Sjóvá se toħloq qligħ biżżejjed biex isaħħaħ il-bażi tal-ekwità matul iż-żmien. L-Awtorità tinnota li l-pjan ta' ristrutturar ma jipprevedi l-ebda ħlas ta' dividendi sal-2014. |
(125) |
Fl-aħħar nett, l-Istat Islandiż kien kapaċi jbigħ l-ishma tiegħu fi Sjóvá lil investitur privat f'perjodu ta' tliet snin biss u b'hekk irkupra kważi żewġ terzi tal-fondi mogħtija bħala għajnuna mill-Istat. |
(126) |
Fid-dawl tal-miżuri ta' hawn fuq, l-Awtorità tikkunsidra li l-pjan ta' ristrutturar jipprovdi għal qsim suffiċjenti tal-piżijiet u kontribuzzjoni proprja għar-ristrutturar. |
3.4. Miżuri li jnaqqsu t-tfikil tal-kompetizzjoni
(127) |
Il-punt 31 tal-Linji Gwida tar-Ristrutturar jispjegaw li fl-evalwazzjoni tal-ammont ta' għajnuna u t-tfixkil tal-kompetizzjoni li jirriżulta, l-Awtorità għandha tqis kemm l-ammont assolut kif ukoll dak relattiv fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat riċevuta. |
(128) |
Kif stabbilit hawn fuq, Sjóvá rċeviet b'kollox madwar ISK 12,3 biljun (madwar EUR 77 miljun) f'għajnuna mill-Istat. Dan irrappreżenta kważi 80 % tan-nuqqas fl-ekwità fiż-żmien tar-rikapitalizzazzjoni inizjali. Dan juri li l-ammont ta' għajnuna li rċeviet Sjóvá kien relattivament għoli. Barra minn hekk, Sjóvá kienet toħroġ mis-suq mingħajr l-intervent tal-Istat. |
(129) |
Fuq il-bażi ta' dawn l-elementi, l-Awtorità l-ewwel ikkunsidrat miżuri strutturali biex jittaffa t-tfixkil tal-kompetizzjoni. B'mod partikolari, l-Awtorità vvalutat iċ-ċessjoni potenzjali tan-negozju tal-assigurazzjoni tal-ħajja ta' Sjóvá mwettqa mis-sussidjarja Sjóvá Life. |
(130) |
L-awtoritajiet tal-Islanda ppreżentaw informazzjoni dettaljata dwar l-importanza tan-negozju tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja għall-vijabilità ta' Sjóvá. B'mod partikolari, dawn enfasizzaw l-integrazzjoni ta' dan in-negozju fl-offerta tal-prodotti ta' Sjóvá, id-domanda tal-klijenti għal pakketti tal-assigurazzjoni li jinkludu kemm prodotti tal-assigurazzjoni tal-ħajja kif ukoll dawk mhux tal-ħajja, u l-abbiltà tal-kompetituri ewlenin fil-qasam mhux tal-ħajja sabiex jissodisfaw din id-domanda. Fuq din il-bażi, l-awtoritajiet Islandiżi ddikjaraw li l-awtorità għandha tapplika l-prinċipju li l-miżuri li jillimitaw it-tfixkil tal-kompetizzjoni ma għandhomx jippreġudikaw il-prospetti ta' ritorn għall-vijabilità, f'konformità mal-punt 32 tal-Linji Gwida għar-Ristrutturar. |
(131) |
Minħabba dan ta' hawn fuq, l-Awtorità tikkonkludi li ma jkunx xieraq li Sjóvá tiġi obbligata tbigħ in-negozju tagħha tal-assigurazzjoni tal-ħajja. |
(132) |
Fin-nuqqas ta' miżuri strutturali, l-Awtorità jeħtiġilha tqis il-miżuri dwar l-imġiba. |
(133) |
L-Awtorità tinnota li s-sehem fis-suq ta' Sjóvá naqas b'mod sinifikanti sa mill-bidu tal-kriżi finanzjarja. L-awtoritajiet Islandiżi enfasizzaw b'mod partikolari l-effett fuq l-ishma fis-suq tal-“perjodu ta' tletin ġurnata għat-trasferiment” f'Settembru 2009, li ppermetta lill-kompetituri biex javviċinaw lill-klijenti kollha ta' Sjóvá fis-segment mhux tal-ħajja b'offerti li jikkompetu ma' tagħha. L-awtoritajiet tal-Islanda jargumentaw li din il-miżura regolatorja indirizzat parti mit-tfixkil tal-kompetizzjoni. |
(134) |
L-Awtorità tinnota wkoll li l-pjan tar-ristrutturar ma jipprevedi l-ebda tkabbir aggressiv tas-sehem tas-suq ta' Sjóvá, u li l-politiki ġodda tal-ipprezzar u tal-immaniġġar tar-riskju huma mfassla biex jiżguraw li Sjóvá tikkwota biss għal negozju profittabbli biżżejjed. |
(135) |
Barra minn hekk, l-awtoritajiet Islandiżi impenjaw ruħhom favur restrizzjoni tal-ipprezzar fir-rigward ta' kwoti għal ċerti klijenti korporattivi għat-tul ta' żmien tal-perjodu ta' ristrutturar, u dan huwa riprodott fl-Anness. Dan l-impenn jipprovdi aktar salvagwardja kontra aġir aggressiv potenzjali fis-suq minn Sjóvá, u kwalunkwe telf fil-kummerċ tal-assigurazzjoni minħabba l-impenn se jibbenefika lill-kompetituri ta' Sjóvá. |
(136) |
L-Awtorità tinnota li dan l-impenn ikopri biss ċerti tipi ta' negozju ta' assigurazzjoni. Madankollu, minħabba l-livelli għolja ta' konċentrazzjoni tas-suq tal-assigurazzjoni tal-Islanda, l-Awtorità tqis li restrizzjoni aktar komprensiva tal-pprezzar tista' tirriżulta fi tnaqqis tal-kompetizzjoni effettiva u tkun għalhekk inadatta. |
(137) |
L-Awtoritajiet tilqa' b'sodisfazzjoni ukoll l-impenn tal-awtoritajiet tal-Islanda li jintroduċu ċerti bidliet regolatorji għall-funzjonament tas-suq tal-assigurazzjoni, kif stabbilit fl-Anness. B'konformità mal-punti 44-45 tal-Linji Gwida għar-Ristrutturar, il-bidliet proposti jżidu l-kompetittività effettiva filwaqt li jiffavorixxu l-ftuħ tas-suq u d-dħul ta' parteċipanti ġodda. B'mod partikolari, huma se jiffaċilitaw it-tibdil mill-konsumaturi u b'hekk jikkontribwixxu għal aktar kompetizzjoni bejn dawk li diġà huma involuti fis-suq. |
(138) |
Kif mitlub fil-punt 40 tal-Linji Gwida għar-Ristrutturar, Sjóvá timpenja ruħha li ma twettaqx akkwiżizzjonijiet għat-tul ta' żmien tal-perjodu ta' ristrutturar, kif stabbilit fl-Anness. Il-projbizzjoni fuq l-akkwiżizzjonijiet twaqqaf lil Sjóvá milli takkwista xi interess sinifikanti f'impriżi finanzjarji oħra, filwaqt li tippermetti lil Sjóvá tagħmel investimenti fuq skala żgħira jekk meħtieġ. |
(139) |
Fl-aħħar nett, Sjóvá mhux se tuża l-għajnuna riċevuta jew kwalunkwe vantaġġ li jirriżulta minnha għal skopijiet ta' reklamar. |
(140) |
L-Awtorità tikkonkludi li r-ristrutturar jipprevedi miżuri suffiċjenti biex jittaffew id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u sabiex jiġi żgurat li l-għajnuna mill-Istat ma tintużax għad-detriment ta' kompetituri mingħajr għajnuna, f'konformità mal-punt 39 tal-Linji Gwida għar-Ristrutturar. |
4. KONKLUŻJONI
(141) |
L-Awtorità tikkonkludi li l-miżuri ta' rikapitalizzazzjoni favur Sjóvá huma kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim taż-ŻEE skont l-Artikolu 61(3)(b) tal-Ftehim taż-ŻEE |
(142) |
L-Awtorità tikkonkludi wkoll li l-awtoritajiet Islandiżi implimentaw l-għajnuna kkonċernata mhux skont ir-regoli, bi ksur tal-Artikolu 1(3) tal-Parti I tal-Protokoll 3. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-miżuri ta' rikapitalizzazzjoni mogħtija lil Sjóvá jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE.
Artikolu 2
L-għajnuna mill-Istat mogħtija lil Sjóvá hija kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim taż-ŻEE skont l-Artikolu 61(3)(b) tal-Ftehim taż-ŻEE, suġġett li jiġu rrispettati l-impenji kif stipulat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Islanda.
Artikolu 4
L-unika verżjoni awtentika ta' din id-Deċiżjoni hija dik bil-lingwa Ingliża.
Deċiżjoni magħmula fi Brussell, l-10 ta' Lulju 2013.
Għall-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA
Oda Helen SLETNES
Il-President
Sverrir Haukur GUNNLAUGSSON
Membru tal-Kulleġġ
(1) Id-Deċiżjoni Nru 373/10/COL tat-22 ta' Settembru 2010 dwar kwistjonijiet ta' għajnuna mill-Istat fir-rigward tal-kapitalizzazzjoni mill-ġdid tal-kumpanija ta' assigurazzjoni Sjóvá fl-Islanda, ĠU C 341, 16.12.2010, p. 15 u s-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali Nru 69, 16.12.2010, p. 2.
(2) Moderna Finance AB kienet kumpanija holding Svediża ta' proprjetà tal-kumpanija Islandiża Milestone hf. Aktar informazzjoni dwar Sjóvá u Milestone u r-rabtiet tagħhom ma' Glitnir Bank tinsab fir-rapport tal-Kummissjoni Speċjali ta' Investigazzjoni (SIC) tal-Parlament Islandiż, disponibbli hawn: http://rna.althingi.is/ (verżjoni bl-Islandiż) u http://sic.althingi.is/ (siltiet bl-Ingliż).
(3) Risposta mill-FME rigward l-intervent mill-Istat fir-rikapitalizzazzjoni ta' Sjóvá Almennar tryggingar hf., bid-data tat-23 ta' Novembru 2010.
(4) Suġġett għall-approvazzjoni tal-FME, li ngħatat fit-22 ta' Settembru 2009.
(5) L-istimi tas-sehem tas-suq huma bbażati fuq sehem mit-total tad-dħul mill-primjums fl-2012. Qabel il-kriżi finanzjarja, Sjóvá kellha sehem mis-suq ta' aktar minn 40 % fis-segment tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja.
(6) Għall-fini ta' din id-deċiżjoni, l-assi trasferiti lil SAT Holding mill-Istat se jissejħu bonds.
(7) Fl-istess ħin, inħareġ avviż pubbliku mill-FME skont l-Artikoli 86 u 87 tal-Att li kien applikabbli dak iż-żmien dwar l-Attivitajiet ta' Assigurazzjoni 60/1994 lid-detenturi kollha ta' polza biex ifakkarhom li jistgħu jikkanċellaw il-poloz tagħhom, irrispettivament mid-data tat-tiġdid, fi żmien perjodu ta' trasferiment ta' 30 jum.
(8) Disponibbli fuq is-sit web tal-Awtorità. http://www.eftasurv.int/state-aid/legal-framework/state-aid-guidelines.
(9) Ara l-Memorandum tal-FME bid-data tad-29 ta' Ġunju 2009.
ANNESS
Impenji ta' mġiba fir-rigward ta' Sjóvá
L-awtoritajiet Islandiżi jipprovdu l-impenji li ġejjin li jikkonċernaw lil Sjóvá:
1. |
Sjóvá timpenja ruħha li tirrestrinġi l-offerti kummerċjali tagħha billi tikkwota r-riskji tal-assigurazzjoni b'tali mod li ma tikkwotax taħt […]. L-offerti kummerċjali huma ddefiniti bħala kwotazzjonijiet li jkopru l-kont totali tal-assigurazzjoni tal-klijent (“Offerti Kummerċjali”).
|
2. |
Sjóvá timpenja ruħha li żżomm l-istess livell jew livell ogħla ta' primjums mat-tiġdid għal kontijiet individwali tal-assigurazzjoni jekk l-esperjenza ta' telf storiku (il-proporzjon tekniku tat-telf ikkalkulat) taqbeż il-[…] % tal-primjums.
|
3. |
Sjóvá mhux se takkwista aktar minn […] % tal-ishma ta' istituzzjonijiet ta' kreditu, ditti ta' investiment (kif imfisser fid-Direttiva 2004/39/KE tal-21 ta' April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji), kumpaniji tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni. Sjóvá tista', wara li tikseb l-approvazzjoni tal-Awtorità, takkwista intrapriżi oħra, b'mod partikolari fejn l-akkwist ikun meħtieġ sabiex titħares l-istabbiltà finanzjarja jew biex tiġi żgurata kompetizzjoni effettiva. |
4. |
Sjóvá mhux se tuża r-rikapitalizzazzjoni jew kwalunkwe vantaġġi kompetittivi li b'xi mod jirriżultaw mir-rikapitalizzazzjoni għal skopijiet ta' reklamar |
Dawn l-impenji jibqgħu fis-seħħ sal-31 ta' Diċembru 2014.
Impenn regolatorju
Sabiex tittejjeb il-mobbiltà tal-konsumaturi fis-suq Islandiż tal-assigurazzjoni, l-awtoritajiet Islandiżi jintrabtu bl-impenn li ġej:
— |
Il-Ministeru tal-Finanzi u tal-Affarijiet Ekonomiċi Islandiż se jaħtar grupp ta' esperti, b'mandat biex jirrieżamina d-dispożizzjonijiet tal-Att Nru 30/2004 dwar Kuntratti tal-Assigurazzjoni li jikkonċernaw il-mobilità tal-klijenti, b'mod partikolari fir-rigward ta' emendi reċenti tal-Att Norveġiż dwar Kuntratti ta' Assigurazzjoni — li fuqhom kienet ibbażata l-leġiżlazzjoni Islandiża — u l-Att Daniż tan-Negozju Finanzjarju. Il-grupp ta' esperti jippreżenta s-sejbiet tiegħu mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2013 u jeżamina l-implikazzjonijiet potenzjali tal-emendar tad-dispożizzjonijiet dwar il-kanċellazzjoni minn individwi ta' kuntratti ta' assigurazzjoni, meta jiġi trasferit in-negozju tagħhom bejn kumpaniji tal-assigurazzjoni, sabiex jiġi ffaċilitat il-bdil mill-klijenti u tiġi promossal-kompetizzjoni fis-suq tal-assigurazzjoni. |
— |
Jekk is-sejbiet tal-Grupp ta' Esperti jkunu li dawn id-dispożizzjonijiet ikunu ta' benefiċċju għall-funzjonament tas-suq tal-assigurazzjoni tal-Islanda, huwa jissottometti lill-Ministru tal-Finanzi u tal-Affarijiet Ekonomiċi emenda għall-Att dwar il-Kuntratti tal-Assigurazzjoni permezz ta' abbozz ta' liġi. Il-Ministeru huwa favorevolment dispost favur il-promozzjoni ta' bidla li tkompli takkomoda l-mobbiltà tal-klijenti fis-suq tal-assigurazzjoni. Malli jirċievi s-sejbiet tal-grupp ta' esperti, il-Ministru, sakemm ma jkunx debitament ġustifikat mod ieħor, jippreżenta abbozz ta' liġi quddiem il-Parlament Islandiż matul l-2014 ibbażat fuq is-sejbiet tal-grupp ta' esperti. |