ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 240

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 57
13 ta' Awwissu 2014


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali

1

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 873/2014 tat-8 ta' Awwissu 2014 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

2

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 874/2014 tat-8 ta' Awwissu 2014 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

6

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 875/2014 tat-8 ta' Awwissu 2014 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

9

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 876/2014 tat-8 ta' Awwissu 2014 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

12

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 877/2014 tat-8 ta' Awwissu 2014 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

15

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 878/2014 tat-12 ta' Awwissu 2014 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 dwar l-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi diklorprop-P, metkonażol u triklopir ( 1 )

18

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 879/2014 tat-12 ta' Awwissu 2014 li jiffissa rata ta' aġġustament għall-pagamenti diretti stipulata fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 għas-sena kalendarja 2014

20

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 880/2014 tat-12 ta' Awwissu 2014 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta' approvazzjoni tas-sustanza attiva Cydia pomonella Granulovirus (CpGV) ( 1 )

22

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 881/2014 tat-12 ta’ Awwissu 2014 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

24

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2014/527/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-9 ta' Lulju 2014 li tħassar id-Deċiżjoni BĊE/2013/22 dwar miżuri temporanji fir-rigward tal-eliġibbiltà ta' strumenti ta' dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti bis-sħiħ mir-Repubblika ta' Ċipru u d-Deċiżjoni BĊE/2013/36 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta' operazzjonijiet ta' rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral (BĊE/2014/32)

26

 

 

LINJI GWIDA

 

 

2014/528/UE

 

*

Linja Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-9 ta' Lulju 2014 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta' operazzjonijiet ta' rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral u li temenda l-Linja Gwida BĊE/2007/9 (BĊE/2014/31)

28

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

13.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 240/1


Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali

Skont l-Artikolu 3(2) tal-Ftehim tad-19 ta' Ottubru 2005 bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali (1) (minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim”), konkluż permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/325/KE (2), kulfejn jiġu adottati emendi għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta' Diċembru 2000 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali (3), id-Danimarka għandha tinnotifika lill-Kummissjoni dwar id-deċiżjoni tagħha jekk timplimentax jew le l-kontenut ta' dawn l-emendi.

Regolament (UE) Nru 542/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1215/2012 fir-rigward tar-regoli li għandhom jiġu applikati fir-rigward tal-Qorti Unifikata tal-Privattivi u l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Benelux (4) ġie adottat fil-15 ta' Mejju 2014.

F'konformità mal-Artikolu 3(2) tal-Ftehim, id-Danimarka, permezz ta' ittra tat-2 ta' Ġunju 2014 innotifikat lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħha li timplimenta l-kontenut tar-Regolament (UE) Nru 542/2014. Dan ifisser li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 542/2014 se jiġu applikati għar-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u d-Danimarka.

F'konformità mal-Artikolu 3(6) tal-Ftehim, in-notifika Daniża li l-kontenut tal-emendi ġie implimentat fid-Danimarka joħloq obbligi reċiproċi bejn id-Danimarka u l-Unjoni Ewropea. Għalhekk, ir-Regolament (UE) Nru 542/2014 jikkostitwixxi emenda għall-Ftehim u huwa meqjus bħala anness tiegħu.

B'referenza għall-Artikolu 3(3) u (4) tal-Ftehim, l-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 542/2012 fid-Danimarka tista' sseħħ b'mod amministrattiv. Il-miżuri amministrattivi neċessarji daħlu fis-seħħ fit-18 ta' Ġunju.


(1)   ĠU L 299, 16.11.2005, p. 62.

(2)   ĠU L 120, 5.5.2006, p. 22.

(3)   ĠU L 12, 16.1.2001, p. 1.

(4)   ĠU L 163, 29.5.2014, p. 1.


REGOLAMENTI

13.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 240/2


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 873/2014

tat-8 ta' Awwissu 2014

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ma' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe sottodiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan tal-applikazzjoni ta' tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti.

(3)

Skont dawn ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta'din it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jiġi pprovdut li l-informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa fir-rigward tal-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tista', għal ċertu perjodu, tibqa' tiġi invokata mid-detentur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (2). Dan il-perjodu għandu jkun ta' tliet xhur.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella li tinsab fl-Anness hija kklassifikata fin-Nomenklatura Magħquda skont il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' din it-tabella.

Artikolu 2

L-informazzjoni tariffarja vinkolanti li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Awwissu 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Martine REICHERTS

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

1.

Oġġett li huwa magħmul minn parti b'forma tonda b'dijametru ta' madwar 15 cm u b' estensjoni simili għal tubu, b'tul ta' madwar 20 cm.

Fuq in-naħa ta' fuq l-oġġett fih toqba tonda għad-dħul tal-arja. Fin-naħa ta' isfel hemm valv tal-plastik li jagħti għat-tarf tal-estensjoni.

Il-wiċċ ta' barra huwa magħmul minn żewġ partijiet ta' materjal tessili miksija fuq in-naħa ta' ġewwa u nkullati flimkien.

Fuq ġewwa, hemm ċilindru tond ta' fowm plastiku b'cut-out fin-nofs.

Meta t-toqba tonda fuq in-naħa ta' fuq tingħalaq u ssir pressjoni, l-arja tgħaddi mill-estensjoni u l-valv sabiex mitraħ tal-arja speċifiku jintefaħ.

Il-prodott huwa ppreżentat bħala pompa żgħira.

(Ara r-ritratt A) (*1)

8414 20 80

Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda (RĠI) u l-kliem tal-kodiċi NM 8414 , 8414 20 u 8414 20 80 .

Meta jitqiesu l-karatteristiċi oġġettivi tiegħu, l-oġġett huwa pompa tal-arja mħaddma bl-idejn u hija mħaddma biss permezz ta' sforz uman. Pompi mħaddmin bl-idejn li huma operati biss minn sforz uman u li huma mfasslin biex jonfħu mtieraħ tal-arja, jaqgħu taħt is-subintestaturi 8414 20 20 u 8414 20 80 (ara wkoll in-Noti ta' Spjega għan-Nomenklatura Magħquda (CNEN), is-subintestaturi 8414 20 20 u 8414 20 80 ).

Għaldaqstant, il-prodott għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 8414 20 80 bħala pompi tal-arja mħaddmin bl-idejn.

2.

Oġġett b'forma ta' kilwa (ta' daqs madwar 35 cm × 17 cm), b'estensjoni simili għal tubu (ta' madwar 25 cm) li għandu tliet valvi.

Fil-qiegħ tal-oġġett hemm valv biex tidħol l-arja. In-naħa ta' fuq għandha żewġ valvi tal-plastik ħdejn xulxin li jagħtu għat-tarf tal-estensjoni.

Il-wiċċ ta' barra huwa magħmul minn żewġ partijiet ta' materjal tessili miksija fuq in-naħa ta' ġewwa u inkullati flimkien.

Fuq ġewwa, hemm parti b'forma ovali ta' fowm plastiku b'cut-out fin-nofs. Dan il-cut-out huwa ffittjat b'valv fil-qiegħ.

Meta l-valv fil-qiegħ jingħalaq u ssir pressjoni, l-arja tgħaddi mill-estensjoni u l-valv l-aktar 'il barra biex jintefaħ mitraħ tal-arja speċifiku.

Il-prodott huwa ppreżentat bħala pompa żgħira. Dan jista' jintuża wkoll bħala mħadda billi meta jiddaħħal wieħed mill-valvi fuq l-estensjoni fl-ieħor, l-oġġett ma jistax jintefaħ.

(Ara r-ritratt B) (*1)

8414 20 80

Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mir-RĠI 1, 3(c) u 6 u mill-kliem tal-kodiċi NM 8414 , 8414 20 u 8414 20 80 .

Min-naħa waħda, l-oġġett huwa mħadda li tintefaħ u, bħala tali, tikkonsisti f'oġġetti għal ikkampjar li jaqgħu taħt l-intestatura 6306 (ara wkoll in-Noti ta' Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata għall-intestatura 6306 (5)). Min-naħa l-oħra, l-oġġett huwa wkoll pompa tal-arja mħaddma bl-idejn bi sforz uman biss u mfassal biex jonfoħ mitraħ tal-ajra speċifiku li jaqa' taħt l-intestatura 8414 (ara wkoll in-Noti ta' Spjega għan-Nomenklatura Magħquda għas-subintestaturi 8414 20 20 u 8414 20 80 ).

Minħabba li l-ebda miż-żewġ intestaturi ma hija aktar speċifika mill-oħra skont it-tifsira tar-RĠI 3(a) u peress li dan l-oġġett ma jistax jiġi kklassifikat skont ir-RĠI 3(b), għandu jiġi kklassifikat taħt l-intestatura li tiġi l-aħħar fl-ordni numeriku bejn iż-żewġ intestaturi (6306 u 8414 ) b'kunsiderazzjoni ugwali fit-tifsira tar-RĠI 3(c).

Għaldaqstant, l-oġġett għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 8414 20 80 bħala pompi tal-arja mħaddmin bl-idejn.


Image 1

Image 2

Ritratt A

Ritratt B


(*1)  L-istampa tintuża biss għal raġunijiet ta' informazzjoni.


13.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 240/6


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 874/2014

tat-8 ta' Awwissu 2014

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan tal-applikazzjoni ta' tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti.

(3)

Skont dawn ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella kif stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' din it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jiġi pprovdut li informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa fir-rigward tal-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tista', għal ċertu perjodu, tibqa' tiġi invokata mid-detentur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (2). Dak il-perjodu għandu jkun ta' tliet xhur.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella li tinsab fl-Anness huma kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' din it-tabella.

Artikolu 2

L-informazzjoni tariffarja vinkolanti li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Awwissu 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Martine REICHERTS

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Kopertura tas-tessut forma ta' ċirku ta' materjal tal-poliester minsuġ li għandha tintuża fuq tipi ta' tajers ta' karozzi speċifiċi sabiex issaħħaħ il-funzjoni tat-tajer waqt is-sewqan fuq il-borra.

Il-parti ta' ġewwa tal-parti ċentrali tal-oġġett hija magħmula minn ħjut kontinwi tal-fibri tal-poliester li tagħti reżistenza qawwija lil din l-istruttura. Il-parti ta' barra tal-parti ċentrali tal-oġġett hija magħmula minn ħjut ta' fibri diskontinwi tal-poliester ta' żewġ dimensjonijiet differenti li tiżgura assorbiment u l-aderenza permezz tal-ħruxija tal-wiċċ tal-oġġett. Għalhekk, il-parti ċentrali tal-oġġett li tkopri l-parti tat-tajer li tmiss mal-art hija aktar reżistenti għat-tqattigħ u għandha karatteristiċi ta' assorbiment u aderenza aħjar mill-partijiet oħra.

Il-partijiet l-oħra tal-oġġett huma partijiet li jkopru l-ġnub tat-tajer u huma mibnija b'tali mod li jżommu l-oġġett fil-post waqt is-sewqan.

Il-partijiet kollha huma immuntati bil-ħjata ma' xulxin.

Fuq naħa waħda tal-oġġett huma mehmuża erba' strixxi minsuġa ta' polipropilen li jiffunzjonaw bħala mankijiet li għandhom jintużaw meta l-oġġett jitwaћћal mat-tajer.

(Ara r-ritratt) (*1)

6307 90 98

Il-klassifikazzjoni hija determinata bir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-nota 7(f) tat-Taqsima XI u bit-test tal-kodiċijiet tan-NM 6307 , 6307 90 u 6307 90 98 .

Il-klassifikazzjoni bħala aċċessorju tas-subintestatura 8708 70 hija eskluża minħabba li l-oġġett sempliċiment issaħħaħ il-funzjoni tat-tajer waqt is-sewqan fuq il-borra u, għalhekk, la huwa li jadatta l-vettura għal operazzjoni partikolari, la li jżid il-firxa tagħha ta' operazzjonijiet, u lanqas li jwettaq servizz partikolari fir-rigward tal-funzjoni prinċipali tal-vettura (ara l-Kawża C-152/10 Unomedical [2011] ECR I-5433, paragrafu 29).

Konsegwentement u minħabba li l-oġġett huwa esklussivament magħmul minn materjal tat-tessuti u li l-partijiet differenti huma immuntati bil-ħjata, l-oġġett għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 6307 90 98 bħala “oġġetti oħrajn manifatturati ta' tessuti”.

Image 3

(*1)  L-istampa għandha tintuża biss għal raġunijiet ta' informazzjoni.


13.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 240/9


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 875/2014

tat-8 ta' Awwissu 2014

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan tal-applikazzjoni ta' tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti.

(3)

Skont dawn ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta'din it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jiġi pprovdut li l-informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa fir-rigward tal-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tista', għal ċertu perjodu, tibqa' tiġi invokata mid-detentur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92. (2) Dan il-perjodu għandu jkun ta' tliet xhur.

(5)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella li tinsab fl-Anness huma kklassifikata fin-Nomenklatura Magħquda skont il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' din it-tabella.

Artikolu 2

L-informazzjoni tariffarja vinkolanti li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Awwissu 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Martine REICHERTS

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Oġġett (l-hekk imsejħa “maduma LED”) f'housing tal-aluminju b'qisien ta' madwar 40 × 40 × 7 ċm, li jinkludi l-komponenti li ġejjin:

dajowds li jarmu d-dawl (LED), immuntati fuq unità ta' ċirkwit stampat b'densità tal-pixels ta' 72 × 72 u luminożità ta' 2 000  cd/m2,

konnetturi użati għall-provvista tal-enerġija ('il ġewwa u 'l barra),

konnetturi għall-input tad-dejta ('il ġewwa u 'l barra),

brekits u toqob għall-immuntar ta' bosta madumiet flimkien.

L-oġġett huwa ppreżentat għall-użu f'ħajt modulari ta' vidjo LED. Ma tinkludix proċessur tal-vidjo.

Il-madum LED, sew jekk hu jew mhux konnessi ma' madum ieħor, ma jistax juri immaġini vidjow li joriġinaw direttament minn sors vidjow. Dan jista' biss juri sinjali li joriġinaw minn proċessur tal-vidjo (l-hekk imsejjaħ “diġtizzatur”) iddedikat, li jipproċessa s-sinjali u jaqsamhom fuq in-numru totali ta' madum fil-ħajt tal-vidjo LED.

Il-maduma, meta tkun imqabbda ma' proċessur tal-vidjo, għandha l-kapaċità li turi l-istampi f'għadd kbir (281 triljun) ta' kuluri.

Ara l-istampi (*1)

8529 90 92

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, min-Nota 2(b) ta' mat-Taqsima XVI u mill-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 8529 , 8529 90 u 8529 90 92 .

Minħabba l-karatteristiċi oġġettivi tiegħu, bħalma hija l-preżenza tal-brekits tal-immuntar, il-konnetturi u l-kapaċità li juri stampi f'għadd kbir ta' kuluri, il-maduma LED hija maħsuba biex titqabbad ma' madum ieħor u proċessur tal-vidjo ddedikat fil-ħajt tal-vidjo LED tas-subintestatura 8528 59 .

Is-sinjal vidjo oriġinali jiġi pproċessat u ttrasferiti mill-proċessur tal-vidjo għall-ħajt tal-vidjo LED. Il-proċessur tal-vidjo jaqsam is-sinjal vidjo komplet fuq in-numru totali ta' madum. Meta maduma tkun nieqsa jew miksura s-sinjal vidjo ma jintweriex kompletament fuq il-ħajt tal-vidjo. Kull maduma individwali hija għalhekk meqjusa bħala parti essenzjali għat-tħaddim tal-ħajt tal-vidjo LED kumplessivament.

Il-klassifikazzjoni bl-applikazzjoni tan-nota 2(a) tas-Sezzjoni XVI hija eskluża peress li l-maduma LED, sew jekk tkun konnessa ma' madum ieħor jew le, tista' tiffunzjona biss flimkien mal-proċessur tal-vidjo. Konsegwentament, il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 8528 bħala moniter jew taħt l-intestatura 8531 bħala apparat ta' senjalazzjoni viżwali hija eskluża.

Għaldaqstant l-oġġett għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 8529 90 92 bħala partijiet oħrajn għal apparat ta' titlu 8528 .


Image 4

Image 5


(*1)  L-istampi huma biss għal finijiet ta' informazzjoni.


13.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 240/12


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 876/2014

tat-8 ta' Awwissu 2014

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe sottodiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan tal-applikazzjoni ta' tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti.

(3)

Skont dawn ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' din it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jiġi pprovdut li l-informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa fir-rigward tal-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tista', għal ċertu perjodu, tibqa' tiġi invokata mid-detentur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (2). Dan il-perjodu għandu jkun stabbilit għal tliet xhur.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness huma kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' din it-tabella.

Artikolu 2

L-informazzjoni tariffarja vinkolanti li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata f'konformità mal-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Awwissu 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Martine REICHERTS

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Apparat li jaħdem bil-batteriji portabbli għall-ġbid u l-irreġistrar ta' stampi statiċi u vidjo (l-hekk imsejħa “kamera tal-azzjoni”) b'dimensjonijiet ta' madwar 6 × 4 × 2 cm u piż ta' madwar 74 g, li tikkonsisti:

f'lenti tal-kamera ta' angolu wiesa' ħafna,

tagħmir tal-kristall likwidu (LCD) indikatur tal-istatus,

interfaċċji tal-USB mikro u l-HDMI mikro,

slott għall-kard tal-SD mikro,

WiFi inkorporat,

port għal aċċessorji żejda.

L-apparat ma għandux zoom, viewfinder jew skrin biex juri l-istampi rreġistrati. L-apparat mhuwiex magħmul biex jinżamm fl-idejn iżda biex jiġi mmuntat fuq, pereżempju, elmu. Huwa ppreżentat biex jintuża biex jinġibdu impressjonijiet dinamiċi tal-ambjent kif esperjenzati waqt attivitajiet ta' barra bħas-sewqan tar-rota, is-surfing u l-iskijar. Il-kwalità tal-vidjo tista' tiġi aġġustata b'varjetà minn 848 × 480 għal 1 920 × 1 080 pixels.

L-istampi statiċi jistgħu jiġu rreġistrati biss bi kwalità ta' 5.0 megapixel. Il-kwalità għall-istampi statiċi (bħall-akutezza tal-istampa, il-kulur, il-kompożizzjoni tal-oġġett) ma tistax tiġi aġġustata fuq l-apparat.

L-apparat huwa kapaċi jiġbed u jirreġistra fajls tal-vidjo f'format MPEG4. L-ogħla reġistrazzjoni tal-vidjo hija f'riżoluzzjoni ta' 1 920  × 1 080  pixels fi 30 immaġni kull sekonda għal perjodu kontinwu massimu ta' tliet sigħat b'batterija ċċarġjata kollha. Il-ġbid jista' jitwaqqaf biss mill-utent. L-istampi miġbuda huma rreġistrati f'fajls separati li jdumu madwar 15-il minuta kull wieħed.

Il-fajls li jintwerew jistgħu jiġu ttrasferiti għall-apparat minn magna għall-ipproċessar awtomatiku tad-dejta permezz tal-interfaċċja USB.

8525 80 99

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-nota 3 tat-taqsima XVI u mill-kliem tal-kodiċijiet NM 8525 , 8525 80 u 8525 80 99 .

Minħabba l-karatteristiċi objettivi tal-apparat, bħad-daqs u l-piż żgħar tiegħu, il-fatt li huwa mmuntat fuq, pereżempju, elmu, il-kapaċità tiegħu li jirreġistra vidjo għal perjodu kontinwu ta' massimu ta' tliet sigħat, il-funzjoni prinċipali tal-kamera hija li tiġbed l-istampi vidjo.

Għalkemm l-apparat għandu d-disinn ta' kamera diġitali, huwa kapaċi jirreġistra vidjo fi kwalità ta' minn tal-inqas 800 × 600 pixels fi 30 immaġni kull sekonda għal perjodu kontinwu ta' massimu ta' tliet sigħat. Il-ġbid mhuwiex awtomatikament imwaqqaf wara 30 minuta (ara wkoll in-Noti ta' Spjegazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda għas-subintestaturi 8525 80 30 , 8525 80 91 u 8525 80 99 ) Il-fatt li l-istampi miġbuda huma rreġistrati f'fajls separati li jdumu madwar 15-il minuta kull wieħed ma jinfluwenzax il-kapaċità tad-dewmien tar-reġistrar tal-vidjo kontinwu tal-kamera. Il-klassifikazzjoni taħt is-subintestatura 8525 80 30 bħala kameras diġitali hija għalhekk eskluża.

Minħabba li l-apparat huwa kapaċi jirreġistra fajls tal-vidjo minn sorsi oħra apparti mil-lenti inkorporata tal-kamera, il-klassifikazzjoni taħt il-kodiċi NM 8525 80 91 bħala vidjokameras li kapaċi jirreġistraw biss ħsejjes u stampi meħuda mill-kamera tat-televixin hija eskluża.

Għaldaqstant, l-apparat għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 8525 80 99 bħala reġistraturi vidjokameras oħrajn.


13.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 240/15


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 877/2014

tat-8 ta' Awwissu 2014

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan tal-applikazzjoni ta' tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti.

(3)

Skont dawn ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta'din it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jiġi pprovdut li l-informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa fir-rigward tal-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tista', għal ċertu perjodu, tibqa' tiġi invokata mid-detentur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (2). Dan il-perjodu għandu jkun ta' tliet xhur.

(5)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella li tinsab fl-Anness hija kklassifikata fin-Nomenklatura Magħquda skont il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' din it-tabella.

Artikolu 2

L-informazzjoni tariffarja vinkolanti li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Awwissu 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Martine REICHERTS

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Apparat (hekk imsejjaħ “Ħajt li juri vidjo LCD”) magħmul minn moniter tal-kulur tat-teknoloġija LCD u makkinarju awtomatiku tal-ipproċessar tad-dejta (ADP), b'dimensjonijiet ta' madwar 91 × 53 × 12 cm.

Il-moniter b'kejl dijagonali tal-iskrin ta' madwar 102 cm (40 pulzier) għandu l-karatteristiċi li ġejjin:

riżoluzzjoni normali ta' 1 920 × 1 080 pixels,

proporzjon tal-aspett ta' 16:9,

pixel pitch ta' 0,46125 mm,

ħin ta' rispons ta' 8 ms,

luminożità massima ta' 700 cd/m2,

proporzjon tipiku tal-kuntrast ta' 3 000 :1,

angolu tal-wiri orizzontali u vertikali ta' 178 °,

kapaċità ta' stampa-fi-stampa (PIP).

Il-makkinarju ADP integrat fih mikroproċessur, memorja ta' 1 GB u hard-disk drive ta' 40 GB.

L-apparat jinkludi wkoll amplifikatur tal-awdjo, żewġ lawdspikers u buttuni biex tixgħel u titfi u dawk ta' kontroll u huwa ppreżentat b'kontroll mill-bogħod.

L-apparat għandu l-interfaċċji segwenti: Dħul VGA, dħul/ħruġ tad-DVI-D, HDMI, CVBS (AV), dħul/ħruġ tar-RS 232c, dħul/ħruġ tal-Awdjo u LAN.

L-apparat hu ppreżentat għall-użu bħala komponent f'ħitan tal-vidjo LCD. Il-makkinarju ADP integrat huwa użat bħala proċessur tal-ħajt tal-vidjo biex jipprovdi kontrol tal-ħajt tal-vidjo fuq netwerk ta' massimu ta' 5 × 5 konfigurazzjonijiet tal-ħitan tal-vidjo. L-apparat jista' jaħdem b'mod awtonomu bħala moniter jew makkinarju ADP.

8528 59 31

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota 3 tat-Taqsima XVI u mill-kliem tal-kodiċijiet NM 8528 , 8528 59 u 8528 59 31 .

L-apparat huwa mfassal sabiex iwettaq iż-żewġ funzjonijiet tat-Taqsima XVI (l-ipproċessar ta' dejta tal-intestatura 8471 u juri l-vidjo tal-intestatura 8528 ). Permezz tan-Nota 3 ta' din it-Taqsima, għandu jiġi kklassifikat bħala l-apparat li jwettaq il-funzjoni prinċipali.

Minħabba fil-kunċett u d-disinn tiegħu, bħall-fatt li l-makkinarju ADP jintuża bħala proċessur tal-ħajt vidjo li jipprovdi kontroll fuq netwerk ta' massimu ta' 5 × 5 konfigurazzjonijiet ta' ħitan tal-vidjo, l-apparat huwa maħsub biex jintuża bħala komponent tal-moniter ta' ħajt tal-vidjo LCD. Konsegwentement, il-funzjoni prinċipali tal-apparat hija dik ta' moniter tal-intestatura 8528 . Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 8471 bħala makkinarju ADP hija għalhekk eskluża.

Minħabba l-karatteristiċi oġġettivi tiegħu, bħad-daqs tal-iskrin, il-modi ta' vidjo sostnuti, pixel pitch li mhix adatta għal wiri mill-qrib fit-tul, luminożità għolja, il-preżenza ta' apparat tal-kontroll mill-bogħod, ċirkwiti ta' awdjo bl-amplifikazzjoni u l-funzjoni PIP, il-moniter mhuwiex meqjus bħala tip użat biss jew prinċipalment f'sistema ADP tal-intestatura 8471 . Il-klassifikazzjoni taħt is-subintestatura 8528 51 00 hija għaldaqstant eskluża.

Minħabba li l-moniter huwa kapaċi juri sinjali minn makkinarju ADP f'livell suffiċjenti għal użu prattiku mal-makkinarju ADP, huwa kkunsidrat li kapaċi juri sinjali minn magni awtomatiċi tal-ipproċessar tad-dejta b'livell aċċettabbli ta' funzjonalità.

L-apparat għandu għalhekk jiġi kklassifikat taħt il-Kodiċi NM 8528 59 31 bħala skrin tal-pannell ċatt li kapaċi juri sinjali minn makkinarji għall-ipproċessar awtomatiku tad-dejta b'livell aċċettabbli ta' funzjonalità bi skrin b'teknoloġija tal-kristalli likwidi (LCD).


13.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 240/18


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 878/2014

tat-12 ta' Awwissu 2014

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 dwar l-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi diklorprop-P, metkonażol u triklopir

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod parikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (2) tistabbilixxi s-sustanzi attivi meqjusin li ġew approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(2)

L-approvazzjonijiet tas-sustanzi attivi diklorprop-P, metkonażol u triklopir jiskadu fil-31 ta' Mejju 2017. Għalhekk, ġew ippreżentati l-applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-approvazzjonijiet ta' dawk is-sustanzi attivi. Billi r-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (3) japplikaw għal dawk is-sustanzi attivi, huwa meħtieġ li l-applikanti jingħataw żmien biżżejjed biex ilestu l-proċedura tat-tiġdid skont dak ir-Regolament. Għaldaqstant, l-approvazzjonijiet ta' dawk is-sustanzi attivi x'aktarx li se jiskadu qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar it-tiġdid tagħhom. Huwa għalhekk meħtieġ li l-perjodi tal-approvazzjoni tagħhom jiġu estiżi.

(3)

Għalhekk, ir-Regolament (UE) Nru 540/2011 għandu jiġi emendat kif meħtieġ.

(4)

Fid-dawl tal-għan tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, fir-rigward ta' każijiet fejn l-ebda dossier supplimentari skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012 ma jiġi ppreżentat mhux aktar tard minn 30 xahar qabel id-data tal-iskadenza rispettiva stabbilita fl-Anness ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni se tistabilixxi d-data ta' skadenza fl-istess data bħal dik ta' qabel dan ir-Regolament jew fl-eqreb data minn hemm 'il quddiem.

(5)

Fid-dawl tal-għan tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, fir-rigward ta' każijiet fejn il-Kummissjoni se tadotta Regolament li jistipula li l-approvazzjoni ta' sustanza attiva msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament ma tiġġeddidx minħabba li l-kriterji għall-approvazzjoni mhumiex issodisfati, il-Kummissjoni se tistabbilixxi d-data ta' skadenza fl-istess data bħal ta' qabel dan ir-Regolament jew fid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament sakemm ma tiġġeddidx l-approvazzjoni tas-sustanza attiva, skont liema data tkun l-aktar tard.

(6)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 hija emendata skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Awwissu 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 tat-18 ta' Settembru 2012 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta' tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 252, 19.9.2012, p. 26).


ANNESS

Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 hija emendata kif ġej:

(1)

Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 133, diklorprop-P, id-data tal-“31 ta' Mejju 2017” tinbidel bid-data tat-“30 ta' April 2018”;

(2)

Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 134, metkonażol, id-data tal-“31 ta' Mejju 2017” tinbidel bid-data tat-“30 ta' April 2018”;

(3)

Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 136, triklopir, id-data tal-“31 ta' Mejju 2017” tinbidel bid-data tat-“30 ta' April 2018”.


13.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 240/20


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 879/2014

tat-12 ta' Awwissu 2014

li jiffissa rata ta' aġġustament għall-pagamenti diretti stipulata fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 għas-sena kalendarja 2014

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (1), u partikolarment l-Artikolu 26(3) tiegħu,

Wara li kkonsultat mal-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli,

Billi:

(1)

L-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jistipula li għandha tiġi stabbilita riżerva maħsuba biex jingħata appoġġ addizzjonali għas-settur agrikolu f'każ ta' kriżijiet kbar li jaffettwaw il-produzzjoni jew id-distribuzzjoni agrikola billi fil-bidu ta' kull sena jiġi applikat tnaqqis għall-pagamenti diretti permezz tal-mekkaniżmu tad-dixxiplina finanzjarja msemmi fl-Artikolu 26 ta' dak ir-Regolament.

(2)

L-Artikolu 26(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 jistipula li bil-għan li jiġi żgurat li jitħarsu l-limiti massimi annwali stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 (2) għall-finanzjament tan-nefqa relatata mas-suq u għall-pagamenti diretti, għandha tiġi ddeterminata rata ta' aġġustament tal-pagamenti diretti meta l-previżjonijiet għall-finanzjament tal-miżuri ffinanzjati skont dak is-sublimitu massimu għal sena finanzjarja partikulari jindikaw li l-limiti massimi annwali applikabbli jkunu se jinqabżu.

(3)

L-ammont tar-riżerva għall-kriżijiet fis-settur agrikolu, li huwa meqjus fl-abbozz tal-baġit tal-Kummissjoni għall-2015, jammonta għal EUR 433 miljun fi prezzijiet attwali. Biex jiġi kopert dan l-ammont, il-mekkaniżmu tad-dixxiplina finanzjarja jrid japplika għall-pagamenti diretti mniżżlin fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (3) għas-sena kalendarja 2014.

(4)

Il-previżjonijiet għall-pagamenti diretti u n-nefqa relatata mas-suq iddeterminati fl-abbozz tal-baġit 2015 tal-Kummissjoni indikaw li ma hemmx bżonn aktar dixxiplina finanzjarja.

(5)

Filwaqt li taġixxi skont l-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, il-Kummissjoni adottat proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iffissar ta' rata ta' aġġustament għall-pagamenti diretti stipulati fir-Regolament (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tas-sena kalendarja 2014 (4) fil-21 ta' Marzu 2014.

(6)

Sat-30 ta' Ġunju 2014 il-Parlament Ewropew u l-Kunsill kienu għadhom ma ddeterminawx din ir-rata ta' aġġustament. Għaldaqstant, skont l-Artikolu 26(3) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, il-Kummissjoni għandha tiffissa r-rata ta' aġġustament permezz ta' att ta' implimentazzjoni u għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill immedjatament dwar dan.

(7)

Skont l-Artikolu 26(4) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, ir-rata ta' aġġustament tista' tiġi adattata mill-Kummissjoni sal-1 ta' Diċembru 2014, abbażi ta' informazzjoni ġdida fil-pussess tagħha. Fil-każ ta' informazzjoni ġdida, il-Kummissjoni se tqis dan u se tadotta Regolament ta' implimentazzjoni li jadatta r-rata ta' aġġustament sal-1 ta' Diċembru 2014, fil-kuntest tal-Ittra ta' Emenda għall-Abbozz tal-Baġit tal-2015.

(8)

B'mod ġenerali, il-bdiewa li jressqu applikazzjoni għall-għajnuna għall-pagamenti diretti għal sena kalendarja waħda (N) jitħallsu f'perjodu tal-pagament fiss fis-sena finanzjarja (N + 1). Madankollu, l-Istati Membri għandhom il-possibbiltà li jagħmlu pagamenti tardivi, sa ċertu limitu, lill-bdiewa lil hinn minn dan il-perjodu ta' pagament mingħajr ebda limitu ta' żmien. Tali pagamenti tardivi jistgħu jaqgħu f'sena finanzjarja aktar tard. Meta d-dixxiplina finanzjarja tiġi applikata f'sena kalendarja partikolari, ir-rata ta' aġġustament ma għandhiex tiġi applikata għal pagamenti li għalihom l-applikazzjonijiet għall-għajnuna jkunu ġew sottomessi fis-snin kalendarji għajr f'dik is-sena li għaliha tapplika d-dixxiplina finanzjarja. Għaldaqstant, biex jiġi żgurat trattament ugwali tal-bdiewa, huwa xieraq li jiġi stipulat li r-rata ta' aġġustament għandha tiġi applikata biss għal pagamenti li għalihom l-applikazzjonijiet għall-għajnuna jkunu ġew sottomessi fis-sena kalendarja li għalihom hi applikata d-dixxiplina finanzjarja, irrespettivament minn meta jsir il-pagament lill-bdiewa.

(9)

L-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) jistipula li r-rata ta' aġġustament applikata għal pagamenti diretti stabbilita skont l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 għandha tapplika biss għal pagamenti diretti li jkunu iktar minn EUR 2 000 u li jkunu se jingħataw lill-bdiewa fis-sena kalendarja korrispondenti. Barra minn hekk, l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 jistipula li b'riżultat tal-introduzzjoni gradwali ta' pagamenti diretti, ir-rata ta' aġġustament tapplika biss għall-Bulgarija u għar-Rumanija mill-1 ta' Jannar 2016 u għall-Kroazja mill-1 ta' Jannar 2022. Għalhekk, ir-rata ta' aġġustament li għandha tiġi ddeterminata mir-Regolament ma għandhiex tapplika għal pagamenti lill-bdiewa f'dawk l-Istati Membri,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Sabiex jiġi applikat l-aġġustament previst fl-Artikoli 25 u 26 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 u skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, l-ammonti tal-pagamenti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(d) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, li jkunu iktar minn EUR 2 000 u li għandhom jingħataw lill-bdiewa għall-applikazzjonijiet għall-għajnuna mressqa għas-sena kalendarja 2014, għandhom jitnaqqsu b'1,301951 %.

2.   It-tnaqqis stipulat fil-paragrafu 1 ma għandux japplika għall-Bulgarija, għall-Kroazja u għar-Rumanija.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Awwissu 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta' Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16).

(4)  COM(2014) 175.

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608).


13.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 240/22


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 880/2014

tat-12 ta' Awwissu 2014

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta' approvazzjoni tas-sustanza attiva Cydia pomonella Granulovirus (CpGV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(2)(c) tiegħu,

Billi:

(1)

Is-sustanza attiva Cydia pomonella Granulovirus (CpGV) kienet iddaħħlet fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (2) permezz tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/113/KE (3) f'konformità mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 24b tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2229/2004 (4). Mindu d-Direttiva Nru 91/414/KEE nbidlet permezz tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, din is-sustanza qed titqies li ġiet approvata skont dak ir-Regolament u hija elenkata fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (5).

(2)

Skont l-Artikolu 25a tar-Regolament (KE) Nru 2229/2004, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Awtorità”, ippreżentat lill-Kummissjoni l-opinjoni tagħha dwar l-abbozz tar-rapport ta' analiżi għas-Cydia pomonella Granulovirus (CpGV) fl-4 ta' April 2012 (6). L-Awtorità wasslet l-opinjoni tagħha lin-notifikatur dwar is-Cydia pomonella Granulovirus(CpGV). Il-Kummissjoni stiednet lin-notifikatur biex iressaq kummenti dwar l-abbozz tar-rapport ta' analiżi. L-abbozz tar-rapport ta' analiżi u l-opinjoni tal-Awtorità ġew eżaminati mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni. L-abbozz tar-rapport ta' analiżi ġie ffinalizzat fil-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf fil-11 ta' Lulju 2014 fil-format tar-rapport ta' analiżi tal-Kummissjoni dwar is-Cydia pomonella Granulovirus (CpGV).

(3)

Huwa kkonfermat li s-sustanza attiva Cydia pomonella Granulovirus (CpGV) għandha titqies bħala approvata skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(4)

Skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu u fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, b'mod partikolari l-gwida li ġiet ippubblikata dan l-aħħar dwar il-limiti tal-kontaminanti mikrobiċi għal prodotti mikrobiċi għall-protezzjoni tal-pjanti (7), huwa meħtieġ li l-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni, b'mod partikolari l-grad minimu ta' purità tas-sustanza attiva u n-natura u l-kontenut massimu ta' ċerti impuritajiet, jiġu emendati.

(5)

Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 540/2011 għandu jiġi emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

Fil-kolonna “Purità” tar-ringiela 198, Cydia pomonella Granulovirus (CpGV), tal-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, il-kliem “Mikroorganiżmi li jikkontaminaw (Bacillus cereus) < 1 × 106”, huma mibdula bil-kliem “Konċentrazzjoni minima: 1 × 1013 OB/l (korpi ta' okklużjoni/l) u Mikroorganiżmi li jikkontaminaw (Bacillus cereus) fil-prodott formulat < 1 × 107 CFU/g”.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Awwissu 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).

(3)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/113/KE tat-8 ta' Diċembru 2008 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni ta' bosta mikroorganiżmi bħala sustanzi attivi (ĠU L 330, 9.12.2008, p. 6).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2229/2004 tat-3 ta' Diċembru 2004 li jistabbilixxi aktar regoli fid-dettall għall-implimentazzjoni tar-raba' stadju tal-programm ta' ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 379, 24.12.2004, p. 13).

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).

(6)   EFSA Journal (2012); 10(4):2655. Disponibbli onlajn fuq: www.efsa.europa.eu

(7)   Working Document on Microbial Contaminant Limits for Microbial Pest Control Products (SANCO/12116/2012 Rev. 0, Settembru 2012).


13.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 240/24


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 881/2014

tat-12 ta’ Awwissu 2014

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Awwissu 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 KG)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0707 00 05

TR

81,4

ZZ

81,4

0709 93 10

TR

90,7

ZZ

90,7

0805 50 10

AR

172,4

CL

209,1

TR

74,0

UY

139,2

ZA

164,4

ZZ

151,8

0806 10 10

BR

182,9

EG

209,3

MA

170,6

MX

246,5

TR

153,7

ZZ

192,6

0808 10 80

AR

85,0

BR

96,0

CL

104,8

CN

120,7

NZ

124,7

US

142,8

ZA

115,0

ZZ

112,7

0808 30 90

AR

191,9

CL

84,4

TR

143,7

ZA

84,1

ZZ

126,0

0809 30

MK

65,1

TR

132,3

ZZ

98,7

0809 40 05

BA

45,7

MK

49,3

TR

127,6

ZZ

74,2


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

13.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 240/26


DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tad-9 ta' Lulju 2014

li tħassar id-Deċiżjoni BĊE/2013/22 dwar miżuri temporanji fir-rigward tal-eliġibbiltà ta' strumenti ta' dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti bis-sħiħ mir-Repubblika ta' Ċipru u d-Deċiżjoni BĊE/2013/36 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta' operazzjonijiet ta' rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral

(BĊE/2014/32)

(2014/527/UE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 3.1, l-Artikolu 12.1, l-Artikolu 18 u t-tieni inċiż tal-Artikolu 34.1 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Linja Gwida BĊE/2011/14 tal-20 ta' Settembru 2011 dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja tal-Eurosistema (1), u b'mod partikolari t-Taqsima 1.6 u t-Taqsimiet 6.3.1 u 6.3.2 tal-Anness I tagħha,

Billi:

(1)

Il-kontenut tad-Deċiżjonijiet BĊE/2013/22 (2) u BĊE/2013/36 (3) għandu jiġi inkluż fil-Linja Gwida BĊE/2013/4 (4), l-att legali prinċipali li jirregola miżuri temporanji relatati ma' operazzjonijiet ta' rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral.

(2)

Fl-interess taċ-ċarezza u l-konsistenza u bil-għan li jiġi ssimplifikat il-qafas tal-kollateral tal-Eurosistema, dawn il-passi huma implimentati permezz ta' riformulazzjoni tal-Linja Gwida BĊE/2013/4.

(3)

Id-Deċiżjonijiet BĊE/2013/22 u BĊE/2013/36 għalhekk għandhom jitħassru,

AdoTtA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Tħassir tad-Deċiżjonijiet BĊE/2013/22 u BĊE/2013/36

1.   Id-Deċiżjonijiet BĊE/2013/22/KE u BĊE/2013/36/KE għandhom jitħassru b'effett mill-20 ta' Awwissu 2014.

2.   Referenzi għad-Deċiżjonijiet imħassra għandhom jinftehmu bħala referenzi għal-Linja Gwida BĊE/2014/31.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċizjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-9 ta' Lulju 2014.

Magħmula fi Frankfurt am Main, id-9 ta' Lulju 2014.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)   ĠU L 331, 14.12.2011, p. 1.

(2)  Deċiżjoni BĊE/2013/22 tal-5 ta' Lulju 2013 dwar miżuri temporanji fir-rigward tal-eliġibbiltà ta' strumenti ta' dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti bis-sħiħ mir-Repubblika ta' Ċipru (ĠU L 195 18.7.2013, p. 27).

(3)  Deċiżjoni BĊE/2013/36 tas-26 ta' Settembru 2013 dwar miżuri addizzjonali fir-rigward ta' operazzjonijiet ta' rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral (ĠU L 301, 12.11.2013, p. 13).

(4)  Linja Gwida BĊE/2013/4 tal-20 ta' Marzu 2013 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta' operazzjonijiet ta' rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral u li temenda l-Linja Gwida BĊE/2007/9, ĠU L 95, 5.4.2013, p. 23.


LINJI GWIDA

13.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 240/28


LINJA GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tad-9 ta' Lulju 2014

dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta' operazzjonijiet ta' rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral u li temenda l-Linja Gwida BĊE/2007/9

(riformulazzjoni)

(BĊE/2014/31)

(2014/528/UE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK CENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 3.1 u l-Artikoli 5.1, 12.1, 14.3 u 18.2 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Linja Gwida BCE/2013/4 (1) ġiet emendata b'mod sostanzjali. Peress li jridu jsiru emendi ulterjuri, il-Linja Gwida BĊE/2013/4 għandha tiġi rriformulata fl-interess taċ-ċarezza.

(2)

Skont l-Artikolu 18.1 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (minn hawn 'il quddiem il-'BĊNi') jistgħu jmexxu operazzjonijiet ta' kreditu ma' istituzzjonijiet ta' kreditu u parteċipanti oħra fis-suq, bis-self ikun ibbażat fuq kollateral xieraq. Il-kundizzjonijiet ġenerali li taħthom il-BĊE u l-BĊNi jinsabu lesti biex jidħlu f'operazzjonijiet ta' kreditu, inklużi l-kriterji li jiddeterminaw l-eliġibbiltà ta' kollateral għall-finijiet ta' operazzjonijiet ta' kreditu tal-Eurosistema, huma stabbiliti fl-Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14 (2).

(3)

Fit-8 ta' Diċembru 2011 u fl-20 ta' Ġunju 2012 il-Kunsill Governattiv iddeċieda dwar miżuri addizzjonali ta' appoġġ għat-tisħiħ tal-kreditu biex jappoġġjaw is-self mill-banek u l-likwidità fis-suq monetarju taż-żona tal-euro, inkluż miżuri stipulati fid-Deċiżjoni BĊE/2011/25 (3). Barra minn hekk, kien meħtieġ li r-referenzi għall-proporzjon ta' riżerva fil-Linja Gwida BĊE/2007/9 (4) jiġu allinjati mal-emendi għar-Regolament (KE) Nru 1745/2003 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2003/9) (5) li ddaħħlu bir-Regolament (UE) Nru 1358/2011 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2011/26) (6).

(4)

Id-Deċiżjoni BĊE/2012/4 (7) ipprovdiet li l-BĊNi ma għandhomx ikunu obbligati jaċċettaw bħala kollateral f'operazzjonijiet ta' kreditu tal-Eurosistema bonds tal-bank eliġibbli ggarantiti minn Stat Membru taħt programm tal-Unjoni Ewropea/Fond Monetarju Internazzjonali jew minn Stat Membru li l-valutazzjoni tal-kreditu tiegħu ma tissodisfax il-parametru referenzjarju tal-Eurosistema biex jiġi stabbilit ir-rekwiżit minimu tiegħu għal standards ta' kreditu għoljin.

(5)

Id-Deċiżjoni BĊE/2012/12 (8) irrivediet ukoll l-eċċezzjoni mill-projbizzjoni ta' rabtiet mill-qrib stabbilita fit-Taqsima 6.2.3.2 tal-Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14 fir-rigward ta' bonds tal-bank iggarantiti mill-gvern użati mill-kontropartijiet stess bħala kollateral.

(6)

Fit-2 ta' Awwissu 2012, id-Deċiżjoni BĊE/2011/25 ġiet issostitwita bil-Linja Gwida BĊE/2012/18 (9), li ġiet implimentata mill-BĊNi fl-arranġamenti kuntrattwali jew regolatorji tagħhom. Il-Linja Gwida BĊE/2012/18 ippermettiet ukoll li l-kontropartijiet jipparteċipaw f'operazzjonijiet ta' kreditu tal-Eurosistema sabiex iżidu l-livelli tal-użu proprju ta' bonds ta' bank iggarantiti mill-gvern li kellhom fit-3 ta' Lulju 2012 bla ħsara għal approvazzjoni ex ante mill-Kunsill Governattiv f'ċirkustanzi eċċezzjonali. It-talbiet ippreżentati mill-Kunsill Governattiv għal approvazzjoni ex ante għandhom ikunu akkumpanjati minn pjan ta' finanzjament.

(7)

Il-Linja Gwida BĊE/2012/18 ġiet emendata fl-10 ta' Ottubru 2012 bil-Linja Gwida BĊE/2012/23 (10), li wessgħet temporanjament il-kriterji sabiex tiġi ddeterminata l-eliġibbiltà ta' assi li għandhom jintużaw bħala kollateral f'operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema, billi jiġu aċċettati strumenti ta' dejn negozjabbli ddenominati f'lira sterlina, yen jew dollaru Amerikan bħala assi eliġibbli għal operazzjonijiet tal-politika monetarja. Ġie applikat tniżżil fil-valur li jirrifletti l-volatilità storika tar-rati tal-kambju relevanti għal dawn l-istrumenti ta' dejn negozjabbli.

(8)

Il-Linja Gwida BĊE/2013/2 (11) tispeċifika l-proċedura applikabbli għall-ripagament bikri ta' operazzjonijiet ta' rifinanzjament fuq żmien itwal minn kontropartijiet sabiex jiġi żgurat li l-istess kundizzjonijiet jiġu applikati mill-BĊNi kollha. B'mod partikolari, ir-reġim ta' sanzjonijiet stabbilit fl-Appendiċi 6 tal-Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14 japplika fejn kontroparti li tkun għażlet li tagħmel ripagament bikri tonqos, totalment jew parzjalment, milli tagħmel saldu tal-ammont li jkollu jitħallas lura lill-BĊN relevanti sad-data dovuta.

(9)

Il-Linja Gwida BĊE/2012/18 ġiet emendata iktar biex tinkorpora l-kontenut tad-Deċiżjoni ECB/2012/34 (12) u sabiex jiġi żgurat li l-BĊNi ma jkunux obbligati li jaċċettaw bħala kollateral għal operazzjonijiet ta' kreditu tal-Eurosistema bonds tal-bank skoperti eliġibbli li huma: (a) maħruġa mill-kontropartijiet li jużawhom jew minn entitajiet marbuta mill-qrib mal-kontroparti; u (b) iggarantiti bis-sħiħ minn Stat Membru li l-valutazzjoni tal-kreditu tiegħu ma tkunx tissodisfa l-istandards ta' kreditu għoljin tal-Eurosistema u li l-Kunsill Governattiv iqishom li jikkonformaw ma' programm tal-Unjoni Ewropea/Fond Monetarju Internazzjonali.

(10)

Fl-interess taċ-ċarezza u s-sempliċità, fl-20 ta' Marzu 2013, il-Linja Gwida BĊE/2012/18 ġiet issostitwita bil-Linja Gwida BĊE/2013/4, li ġiet implimentata mill-BĊNi fl-arranġamenti kuntrattwali jew regolatorji tagħhom.

(11)

Fl-interess taċ-ċarezza u s-sempliċità, il-kontenut tad-Deċiżjonijiet BĊE/2011/4 (13), BĊE/2011/10 (14) u BĊE/2012/32 (15) ġie inkluż fil-Linja Gwida BĊE/2013/4 mal-miżuri temporanji l-oħra kollha għall-operazzjonijiet ta' rifinanzjament tal-Eurosistema u eliġibbiltà ta' kollateral.

(12)

Il-Linja Gwida BĊE/2013/4 (16) ġiet emendata fil-5 ta' Lulju 2013 bid-Deċiżjoni BĊE/2013/22 (17) u fit-12 ta' Marzu 2014 bil-Linja Gwida BĊE/2014/12 biex jiġu kkunsidrati l-Istati Membri taż-żona tal-euro li l-Kunsill Governattiv ikkunsidra bħala konformi ma' programm tal-Unjoni Ewropea/Fond Monetarju Internazzjonali, kif ukoll biex jiġu riflessi emendi mal-qafas kollaterali tal-Eurosistema. Wara bidliet sussegwenti fil-lista tal-Istati Membri taż-żona tal-euro Stati Membri li jikkonformaw ma' programm tal-Unjoni Ewropea/Fond Monetarju Internazzjonali, huwa meħtieġ aġġustament ulterjuri tal-Linja Gwida BĊE/2013/4.

(13)

Id-Deċiżjoni BĊE/2013/36 (18) taġġusta t-telf impost tal-valutazzjoni u d-dispożizzjonijiet dwar il-kontinwità tas-servizz applikabbli għal titoli ggarantiti minn assi aċċettati bis-saħħa ta' miżuri temporanji addizzjonali dwar l-operazzjonijiet ta' rifinanzjament tal-Eurosistema stipulati fil-Linja Gwida BĊE/2013/4 u temenda l-kriterji ta' eliġibbiltà applikati għal talbiet ta' kreditu addizzjonali taħtha.

(14)

Fl-interess taċ-ċarezza u tas-sempliċità, il-kontenut tad-Deċiżjonijiet BĊE/2013/22 u BĊE/2013/36 għandu jiġi inkluż f'din il-Linja Gwida.

(15)

Fit-22 ta' Mejju 2014 il-Kunsill Governattiv iddeċieda li, flimkien ma' ċertu klejms ta' kreditu addizzjonali li diġà hemm ipprovdut dwarhom fil-Linja Gwida BĊE/2013/4, il-BĊNi jistgħu jaċċettaw ċerti strumenti ta' dejn għal żmien qasir maħruġin minn korporazzjonijiet mhux finanzjarji li ma jissodisfawx il-kriterji ta' eliġibbiltà tal-Eurosistema għal assi negozjabbli, iżda dawn għandhom jikkonformaw mal-kriterji ta' eliġibbiltà u l-miżuri ta' kontroll tar-riskju speċifikati mill-Kunsill Governattiv. Din id-deċiżjoni teħtieġ aġġustament ulterjuri tal-Linja Gwida BĊE/2013/4.

(16)

Il-miżuri addizzjonali stipulati f'din il-Linja Gwida għandhom japplikaw temporanjament, sakemm il-Kunsill Governattiv iqis li m'għadhomx meħtieġa sabiex jiġi żgurat mekkaniżmu xieraq għat-trażmissjoni tal-politika monetarja,

ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:

Artikolu 1

Miżuri addizzjonali fir-rigward ta' operazzjonijiet ta' rifinanzjament u kollateral eliġibbli

1.   Ir-regoli għat-tmexxija ta' operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema u l-kriterji tal-eliġibbiltà għall-kollateral stabbiliti f'din il-Linja Gwida għandhom japplikaw flimkien mal-Linja Gwida BĊE/2011/14.

2.   F'każ ta' kwalunkwe diskrepanza bejn din il-Linja Gwida u l-Linja Gwida BĊE/2011/14, kif implimentata fil-livell nazzjonali mill-BĊNi, din il-Linja Gwida għandha tipprevali. Il-BĊNi għandhom ikomplu japplikaw id-dispożizzjonijiet kollha tal-Linja Gwida BĊE/2011/14 mingħajr tibdil sakemm ma jiġix stipulat mod ieħor f'din il-Linja Gwida.

3.   Għall-finijiet tal-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 8, ir-Repubblika Ellenika u r-Repubblika ta' Ċipru għandhom jitqiesu bħala Stati Membri taż-żona tal-euro li jikkonformaw ma' programm tal-Unjoni Ewropea/Fond Monetarju Internazzjonali.

Artikolu 2

Għażla biex jitnaqqas l-ammont ta', jew jiġu tterminati, operazzjonijiet ta' rifinanzjament fuq żmien itwal

1.   L-Eurosistema tista' tiddeċiedi illi, taħt ċerti kundizzjonijiet, il-kontropartijiet jistgħu jnaqqsu l-ammont ta', jew jitterminaw, ċerti operazzjonijiet ta' rifinanzjament fuq żmien itwal qabel il-maturità (dan it-tnaqqis jew terminazzjoni minn hawn 'il quddiem flimkien huma msejħin “ripagament bikri”). L-avviż tas-sejħa għal offerti għandu jispeċifika jekk tapplikax l-għażla biex jitnaqqas l-ammont ta', jew jiġu tterminati, l-operazzjonijiet ikkonċernati qabel tapplika l-maturità, kif ukoll id-data minn meta din l-għażla tista' tiġi eżerċitata. Alternattivament, din l-informazzjoni tista' tingħata wkoll f'format ieħor meqjus xieraq mill-Eurosistema.

2.   Kontroparti tista' teżerċita l-għażla li jitnaqqas l-ammont ta', jew jiġu tterminati, ċerti operazzjonijiet ta' rifinanzjament fuq żmien itwal qabel il-maturità billi tinnotifika lill-BĊN relevanti bl-ammont li fiħsiebha tħallas lura taħt il-proċedura ta' ripagament bikri, kif ukoll bid-data li fiha fiħsiebha tagħmel dan ir-ripagament bikri, tal-anqas ġimgħa qabel dik id-data tar-ripagament bikri. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor mill-Eurosistema, ripagament bikri jista' jsir f'kull jum li jikkoinċidi mal-jum tas-saldu ta' operazzjoni ta' rifinanzjament ewlenija tal-Eurosistema, iżda l-kontroparti għandha tagħmel in-notifika msemmja f'dan il-paragrafu tal-anqas ġimgħa qabel dik id-data.

3.   In-notifika msemmija fil-paragrafu 2 għandha ssir torbot fuq il-kontroparti ġimgħa qabel id-data tar-ripagament bikri li tirreferi għaliha. In-nuqqas tal-kontroparti milli tħallas, totalment jew parzjalment, l-ammont dovut taħt il-proċedura ta' ripagament bikri sad-data dovuta jista' jirriżulta fl-impożizzjoni ta' penali finanzjarja kif stipulat fit-Taqsima 1 tal-Appendiċi 6 tal-Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14. Id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 1 tal-Appendiċi 6 li japplikaw għal ksur tar-regoli relatati ma' operazzjonijiet ta' sejħiet għall-offerti għandhom japplikaw meta kontroparti tonqos milli tagħmel saldu, totali jew parzjali, tal-ammont dovut fid-data tar-ripagament bikri msemmija fil-paragrafu 2. L-impożizzjoni ta' penali finanzjarja għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-BĊN biex jeżerċita r-rimedji pprovduti meta jseħħ avveniment ta' inadempjenza kif stabbilit fl-Anness II tal-Linja Gwida BĊE/2011/14.

Artikolu 3

Ammissjoni ta' ċerti titoli addizzjonali ggarantiti minn assi

1.   Minbarra t-titoli ggarantiti minn assi (ABS) eliġibbli taħt il-Kapitolu 6 ta' Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14, ABS li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti għall-valutazzjoni tal-kreditu taħt it-Taqsima 6.3 tal-Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14 imma li mill-bqija jikkonformaw mal-kriterji tal-eliġibbiltà kollha applikabbli għall-ABS skont l-Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14, għandhom ikunu eliġibbli bħala kollateral għal operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema, sakemm ikollhom żewġ gradazzjonijiet ta' mill-anqas “triple B”  (19) minn kwalunkwe istituzzjoni ta' valutazzjoni ta' kreditu esterna aċċettata għall-ħruġ. Huma għandhom jissodisfaw ukoll ir-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)

l-assi li jiġġeneraw il-likwidità li jappoġġaw l-ABS għandhom jappartjenu għal waħda mill-klassijiet ta' assi li ġejjin: (i) ipoteki residenzjali; (ii) self lil impriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs); (iii) ipoteki kummerċjali fuq immobbli; (iv) self fuq ix-xiri ta' karozzi; (v) krediti fuq kiri; (vi) self għal finanzjament għall-konsumatur; (vii) kreditu fuq karti ta' kreditu;

(b)

ma għandu jkun hemm ebda taħlit ta' klassijiet ta' assi differenti fl-assi li jiġġeneraw il-likwidità;

(c)

l-assi li jiġġeneraw il-likwidità li jiggarantixxu l-ABS m'għandhomx ikun fihom self illi huwa wieħed minn dawn li ġejjin:

(i)

ma jkunx jirrendi fil-ħin tal-ħruġ tal-ABS,

(ii)

ma jkunx jirrendi meta inkorporat fl-ABS matul il-ħajja tal-ABS, pereżempju permezz ta' sostituzzjoni jew bidla fl-assi li jiġġeneraw il-likwidità;

(iii)

fi kwalsiasi żmien, huwa strutturat, sindakat jew leveraged;

(d)

id-dokumenti tat-tranżazzjoni tal-ABS għandu jkollhom dispożizzjonijiet dwar il-kontinwità tas-servizz;

2.   L-ABS li għalihom issir referenza fil-paragrafu 1 li għandhom żewġ gradazzjonijiet ta' mill-anqas single A (20) għandhom ikunu suġġetti għal telf impost fil-valutazzjoni ta' 10 %.

3.   L-ABS li għalihom issir referenza fil-paragrafu 1 li ma għandhomx żewġ gradazzjonijiet ta' mill-anqas single A għandhom ikunu suġġetti għal telf impost fil-valutazzjoni ta' 22 %.

4.   Kontroparti ma tistax tippreżenta ABS li huma eliġibbli skont il-paragrafu 1 bħala kollateral, jekk il-kontroparti, jew kwalunkwe parti terza li magħha għandha rabtiet mill-qrib, taġixxi bħala fornitur ta' ħeġġ ta' rata ta' imgħax fir-rigward tal-ABS.

5.   BĊN jista' jaċċetta bħala kollateral għal operazzjonijiet ta' politika monetarja tal-Eurosistema ABS li l-assi sottostanti tagħhom jinkludu ipoteki fuq immobbli residenzjali jew self lil SMEs jew it-tnejn u li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti għall-valutazzjoni tal-kreditu taħt it-Taqsima 6.3.2 tal-Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14 u r-rekwiżiti li għalihom hemm referenza fil-paragrafu 1(a) sa (d) u l-paragrafu 4 aktar 'il fuq, imma li mill-bqija jikkonformaw mal-kriterji tal-eliġibbiltà applikabbli għall-ABS skont il-Linja Gwida BĊE/2011/14 u għandhom żewġ gradazzjonijiet ta' mill-anqas triple B. Dawn l-ABS għandhom ikunu limitati għal dawk maħruġin qabel l-20 ta' Ġunju 2012 u għandhom ikunu suġġetti għal tnaqqis impost fil-valutazzjoni ta' 22 %.

6.   L-ABS b'dispożizzjonijiet dwar il-kontinwità tas-servizz li jikkonformaw tal-Linja Gwida BĊE/2013/4 li kienu fil-lista tal-assi eliġibbli qabel l-1 ta' Ottubru 2013 għandhom jibqgħu eliġibbli sal-1 ta' Ottubru 2014.

7.   Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

(a)

“ipoteka residenzjali”, minbarra self appoġġat minn ipoteka fuq proprjetà immobbli residenzjali, għandha tinkludi self iggarantit fuq immobbli residenzjali (mingħajr ipoteka fuq proprjetà immobbli) jekk il-garanzija hija pagabbli minnufih mal-inadempjenza. Garanzija bħal din tista' tingħata f'forom kuntrattwali differenti, inkluż kuntratti ta' assigurazzjoni, sakemm huma jkunu ggarantiti minn entità fis-settur pubbliku jew istituzzjoni finanzjarja suġġetta għas-superviżjoni pubblika. Il-valutazzjoni tal-kreditu tal-garanti għall-finijiet ta' dawn il-garanziji għandha tkun konformi mal-istadju 3 tal-kwalità tal-kreditu tal-iskala tal-Eurosistema għall-klassifika armonizzata tul il-ħajja tat-tranżazzjoni;

(b)

“impriża żgħira” u “impriża ta' daqs medju” għandhom ifissru entità involuta f'attività ekonomika, irrispettivament mill-forma legali tagħha, fejn il-bejgħ irrapportat għall-entità, jew jekk l-entità hija parti minn grupp ikkonsolidat, għall-grupp ikkonsolidat, huwa ta' anqas minn EUR 50 miljun;

(c)

“self li ma jirrendix” għandha tinkludi self fejn il-ħlas ta' imgħax jew ta' kapital huwa tard b'90 jum jew aktar u d-debitur huwa inadempjenti, kif definit fl-Artikolu 178 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21), jew fejn hemm raġunijiet tajbin biex ikun hemm dubju dwar jekk il-ħlas huwiex se jsir kollu.

(d)

“self strutturat” tfisser struttura li tinvolvi talbiet ta' kreditu subordinati;

(e)

“self mingħand konsorzju” tfisser self mogħti minn grupp ta' selliefa f'konsorzju li jislef;

(f)

“self leveraged” tfisser self mogħti lil kumpanija li diġà għandha ammont konsiderevoli ta' dejn, bħal finanzjament għal akkwist mill-maniġment jew għal takeover, fejn is-self jintuża għall-akkwist tal-ekwità ta' kumpanija li hija wkoll id-debitur tas-self;

(g)

“dispożizzjonijiet dwar il-kontinwità tas-servizz” tfisser dispożizzjonijiet fid-dokumentazzjoni legali ta' titolu ggarantit minn assi li jikkonsistu jew f'dispożizzjonijiet dwar il-provditur sostitut jew dispożizzjonijiet dwar il-faċilitatur tal-provditur sostitut (jekk ma jkun hemm l-ebda dispożizzjoni dwar il-provditur sostitut). F'każ ta' dispożizzjonijiet dwar il-faċilitatur tal-provditur sostitut, għandu jiġi nnominat faċilitatur tal-provditur sostitut u l-faċilitatur għandu jingħata l-mandat li jsib provditur sostitut xieraq fi żmien 60 jum minn meta jseħħ avveniment ta' skatt sabiex jiżgura pagament fil-ħin u s-servizz tat-titolu ggarantit minn assi. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jinkludu wkoll skatti tas-sotituzzjoni ta' provditur għall-ħatra ta' provditur sostitut. Dawn l-iskatti jistgħu jkunu bbażati fuq il-klassifikazzjoni u/jew mhux ibbażati fuq il-klassifikazzjoni, pereżempju n-nuqqas tat-twettiq tal-obbligi mill-provditur kurrenti.

Artikolu 4

Ammissjoni ta' ċerti talbiet ta' kreditu addizzjonali

1.   Il-BĊNi jistgħu jaċċettaw bħala kollateral għal operazzjonijet ta' politika monetarja tal-Eurosistema talbiet ta' kreditu li ma jissodisfawx il-kriterji ta' eliġibbiltà tal-Eurosistema.

2.   Il-BĊNi li jiddeċiedu li jaċċettaw talbiet ta' kreditu skont il-paragrafu 1 għandhom jistabbilixxu kriterji għall-eliġibbiltà u miżuri għall-kontroll tar-riskju għal dan il-għan billi jispeċifikaw devjazzjonijiet mir-rekwiżiti tal-Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14. Dawn il-kriterji għall-eliġibbiltà u miżuri għall-kontroll tar-riskju għandhom jinkludu l-kriterju li t-talbiet ta' kreditu huma rregolati mil-liġijiet tal-Istat Membru tal-BĊN li jistabbilixxu l-kriterji għall-eliġibbiltà u l-miżuri għall-kontroll tar-riskju. Il-kriterji għall-eliġibbiltà u miżuri għall-kontroll tar-riskju għandhom ikunu suġġetti għall-approvazzjoni minn qabel tal-Kunsill Governattiv.

3.   F'ċirkostanzi eċċezzjonali il-BĊNi jistgħu, sakemm ikollhom l-approvazzjoni minn qabel tal-Kunsill Governattiv, jaċċettaw talbiet ta' kreditu:

(a)

fl-applikazzjoni tal-kriterji għall-eliġibbiltà u l-miżuri għall-kontroll tar-riskju stabbiliti minn BĊN ieħor bis-saħħa tal-paragrafi 1 u 2; jew

(b)

regolati bil-liġi ta' kwalunkwe Stat Membru li ma jkunx l-Istat Membru li fih il-BĊN aċċettanti huwa stabbilit, jew

(c)

li huma inklużi fil-ġabra tat-talbiet ta' kreditu jew sostnuti minn assi tal-proprjetà immobbli, jekk il-liġi li tirregola t-talba ta' kreditu jew id-debitur relevanti (jew garanti, fejn dan japplika) hija dik ta' kwalunkwe Stat Membru li mhuwiex wieħed li fih il-BĊN huwa stabbilit.

4.   BĊN ieħor għandu jipprovdi assistenza biss lil BĊN li qed jaċċetta talbiet ta' kreditu skont il-paragrafu 1 jekk ikun ġie miftiehem bilateralment bejn iż-żewġ BĊNi u bla ħsara għall-approvazzjoni minn qabel tal-Kunsill Governattiv.

Artikolu 5

Aċċettazzjoni ta' ċerti strumenti tad-dejn għal żmien qasir

1.   Il-BĊNi jistgħu jaċċettaw bħala kollateral għal operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema ċerti strumenti ta' dejn għal żmien qasir li ma jissodisfawx il-kriterji ta' eliġibbiltà tal-Eurosistema għal assi negozjabbli kif stabbilit fl-Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14.

2.   BCNi li jiddeċiedu li jaċċettaw strumenti ta' dejn għal żmien qasir skont il-paragrafu 1, għandhom jistabbilixxu l-kriterji ta' eliġibbiltà u l-miżuri tal-kontroll tar-riskju għal dan l-iskop iżda għandhom jissodisfaw l-istandards minimi speċifikati mill-Kunsill Governattiv. Dawn il-kriterji ta' eliġibbiltà u miżuri ta' kontroll tar-riskju għandhom jinkludu l-kriterji li ġejjin applikabbli għall-istrumenti tad-dejn għal żmien qasir.

(a)

Huma jinħarġu minn korporazzjonijiet mhux finanzjarji (22) li huma stabbiliti fiż-żona tal-euro. Il-garanti tal-istrument ta' dejn għal żmien qasir (jekk hemm) għandu jkun ukoll korporazzjoni mhux finanzjarja stabbilita fiż-żona tal-euro sakemm ma tkunx meħtieġa garanzija għall-istrument ta' dejn għal żmien qasir biex ikun hemm konformità mad-dispożizzjonijiet fuq it-twaqqif ta' standards ta' kreditu għoljin kif imsemmi fis-subparagrafu (d).

(b)

M'humiex ammessi għan-negożju f'suq meqjus bħala aċċettabbli mill-Eurosistema kif stabbilit fit-Taqsima 6.2.1.5 tal-Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14.

(c)

Huma ddenominati f'euro.

(d)

Huma jissodisfaw ir-rekwiżiti dwar standards ta' kreditu għoljin stabbiliti mill-BĊN rilevanti li għandhom japplikaw minflok ir-rekwiżiti tat-Taqsimiet 6.3.2 u 6.3.3 tal-Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14.

(e)

Minbarra dak stipulat fis-subparagrafi (a) sa (d), huma jikkonformaw mal-kriterji tal-eliġibbiltà tal-Eurosistema għal assi negozjabbli stabbiliti fl-Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14.

3.   BĊN ma jistax jaċċetta, sakemm ma jagħmilx hekk bis-saħħa ta' ftehim bilaterali ma' BĊN ieħor, strumenti ta' dejn għal żmien qasir li jinħarġu fiż-żona tal-euro bis-saħħa tal-paragrafi 1 u 2:

(a)

ma' dak il-BĊN l-ieħor; jew

(b)

ma' depożitorju ċentrali ta' titoli li (i) ġie vvalutat b'mod pożittiv mill-Eurosistema bis-saħħa tal-istandards u proċeduri ta' valutazzjoni deskritti fil-“Qafas għall-valutazzjoni tas-sistemi ta' ħlas ta' titoli u rabtiet għad-determinazzjoni tal-eliġibbiltà tagħhom għall-użu ta' operazzjonijiet ta' kreditu tal-Eurosistema” (23); u (ii) huwa stabbilit fi Stat Membru taż-żona tal-euro fejn il-BĊN l-ieħor huwa stabbilit.

4.   Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu “strumenti ta' dejn għal żmien qasir” tfisser strumenti ta' dejn b'maturità ta' mhux iżjed minn 365 jum mal-ħruġ u kull żmien sussegwenti ieħor.

Artikolu 6

Aċċettazzjoni ta' ċerti bonds tal-bank iggarantiti mill-gvern

1.   BĊN m'għandux ikun obbligat jaċċetta bħala kollateral għal operazzjonijiet ta' kreditu tal-Eurosistema bonds ta' bank eliġibbli mhux koperti li:

(a)

ma jissodisfawx ir-rekwiżit tal-Eurosistema ta' standards ta' kreditu għoljin;

(b)

jinħarġu mill-kontroparti li tużahom jew minn entitajiet marbutin mill-qrib mal-kontroparti; u

(c)

huma ggarantiti għal kollox mill-Istat Membru:

(i)

li l-valutazzjoni tal-kreditu ma tikkonformax mar-rekwiżit tal-Eurosistema ta' standards għoljin ta' kreditu għal emittenti u garanti ta' assi negozjabbli kif preskritt fit-Taqsimiet 6.3.1 u 6.3.2 tal-Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14; u

(ii)

li huwa konformi ma' programm tal-Unjoni Ewropea/Fond Monetarju Internazzjonali, kif evalwat mill-Kunsill Governattiv.

2.   Il-BĊNi għandhom jinformaw lill-Kunsill Governattiv kull meta jiddeċiedu li ma jaċċettawx it-titoli deskritti fil-paragrafu 1 bħala kollateral.

3.   Il-kontropartijiet ma jistgħux jippreżentaw bħala kollateral għal operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema bonds ta' bank mhux koperti maħruġin minnhom stess jew maħruġin minn entitajiet b'rabtiet mill-qrib u ggarantiti minn entità fis-settur pubbliku taż-Żona Ekonomika Ewropea bid-dritt li timponi taxxi li jaqbżu l-valur nominali ta' dawn il-bonds diġa' ppreżentati bħala kollateral fit-3 ta' Lulju 2012.

4.   F'każijiet eċċezzjonali, il-Kunsill Governattiv jista' jiddeċiedi dwar derogi temporanji mir-rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 3 għal massimu ta' tliet snin. Talba għal deroga għandha tkun akkumpanjata minn pjan ta' finanzjament li jindika kif l-użu proprju ta' bonds ta' bank mhux koperti ggarantiti mill-gvern mill-kontroparti li tagħmel it-talba għandu jinqata' f'fażijiet sa mhux aktar tard minn tliet snin wara l-approvazzjoni tad-deroga. Kull deroga mogħtija diġà sa mit-3 ta' Lulju 2012 għandha tkompli tapplika sakemm jasal iż-żmien għar-reviżjoni tagħha.

Artikolu 7

Ammissjoni ta' certi assi ddenominati f'lira sterlina, yen jew dollaru Amerikan bħala kollateral eliġibbli

1.   Strumenti ta' dejn negozjabbli kif deskritti fit-Taqsima 6.2.1 tal-Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14, jekk iddenominati f'lira sterlina, yen jew dollaru Amerikan, għandhom jikkostitwixxu kollateral eliġibbli għal operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema, iżda: (a) għandhom jinħarġu u jinżammu/jitħallsu fiż-żona tal-euro; (b) l-emittent għandu jkun stabbilit fiż-Żona Ekonomika Ewropea; u (c) għandhom jissodisfaw il-kriterji ta' eliġibbiltà l-oħrajn kollha inklużi fit-Taqsima 6.2.1 tal-Anness I għal-Linja Gwida BĊE/2011/14.

2.   L-Eurosistema għandha tapplika t-tniżżil fil-valur li ġej għal dawk l-istrumenti ta' dejn negozjabbli: (a) tniżżil ta' 16 % fuq assi ddenominati f'lira sterlina jew dollaru Amerikan; u (b) tniżżil ta' 26 % fuq assi ddenominati f'yen.

3.   Strumenti ta' dejn negozjabbli deskritti fil-paragrafu 1, li jkollhom kupuni marbutin ma' rata waħda tas-suq tal-flus fil-munita tad-denominazzjoni tagħhom, jew ma' indiċi ta' inflazzjoni li ma jkun fiha ebda medda diskreta, akkumulazzjoni ta' meded, ratchet jew strutturi kumplessi simili oħrajn għall-pajjiż rispettiv, għandhom jikkostitwixxu wkoll kollateral eliġibbli għall-finijiet tal-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema.

4.   Il-BĊE jista' jippubblika lista ta' rati ta' imgħax ta' referenza aċċettabbli ta' muniti barranin oħrajn, flimkien ma' dawk imsemmija fil-paragrafu 3, fuq is-sit elettroniku tiegħu fuq www.ecb.europa.eu, wara l-approvazzjoni mill-Kunsill Governattiv.

5.   L-Artikoli 1, 3, 6, 7 u 9 biss ta' din il-Linja Gwida japplikaw għal assi negozjabbli ddenominati f'muniti barranin.

Artikolu 8

Sospensjoni tar-rekwiżiti għal livelli minimi ta' kwalità tal-kreditu għal xi strumenti negozjabbli

1.   Ir-rekwiżiti minimi tal-Eurosistema għal livelli minimi ta' kwalità tal-kreditu, kif speċifikat fir-regoli tal-Eurosistema dwar il-qafas tal-valutazzjoni tal-kreditu għal assi negozjabbli fit-Taqsima 6.3.2 tal-Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14 għandhom jiġu sospiżi skont il-paragrafu 2.

2.   Il-livell minimu ta' kwalità tal-kreditu tal-Eurosistema m'għandux japplika għal strumenti ta' dejn negozjabbli maħruġa jew iggarantiti bis-sħiħ mill-gvernijiet ċentrali tal-Istati Membri taż-żona tal-euro taħt programm tal-Unjoni Ewropea/Fond Monetarju Internazzjonali, sakemm il-Kunsill Governattiv jiddeċiedi li l-Istat Membru rispettiv ma jikkonformax mal-kundizzjonalità tal-appoġġ finanzjarju u/jew il-programm makroekonomiku.

3.   Strumenti ta' dejn negozjabbli maħruġa jew iggarantiti bis-sħiħ mill-gvern ċentrali tar-Repubblika Ellenika jew ir-Repubblika ta' Ċipru għandhom ikunu soġġetti għat-tnaqqis impost speċifiku stabbilit fl-Annessi I u II ta' din il-Linja Gwida rispettivament.

Artikolu 9

Dħul fis-seħħ, implimentazzjoni u applikazzjoni

1.   Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fid-9 ta' Lulju 2014.

2.   Il-BĊNi għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jikkonformaw mal-Artikolu 1(3), l-Artikolu 3(2), (3), (5) u (6), l-Artikolu 3(7)(g), l-Artikolu 4(3)(c) u l-Artikolu 8(3) u japplikaw din il-Linja Gwida mill-20 ta' Awwissu 2014. Għandhom jinnotifikaw lill-BĊE bit-testi u l-mezzi dwar il-miżuri li jirrigwardaw l-Artikolu 1(3), l-Artikolu 3(2), (3), (5) u (6), l-Artikolu 3(7)(g), l-Artikolu 4(3)(c) u l-Artikolu 8(3) sa mhux iktar tard mis-6 ta' Awwissu 2014, u kull miżura dwar l-Artikolu 5 skont il-proċeduri speċifikati mill-Kunsill Governattiv.

3.   L-Artikolu 6 għandu japplika sat-28 ta' Frar 2015.

Artikolu 10

Emenda għal Linja Gwida BĊE/2007/9

Fil-Parti 5 tal-Anness III l-paragrafu li jsegwi Tabella 2 huwa sostitwit b'li ġej:

“Kalkolu tal-konċessjoni f'somma waħda għal finijiet ta' kontroll (R6):

Konċessjoni f'somma waħda: Il-konċessjoni hija applikata għal kull istituzzjoni ta' kreditu. Kull istituzzjoni ta' kreditu tnaqqas somma waħda massima intiża biex tnaqqas il-kost amministrattiv tal-ġestjoni ta' ħtiġijiet ta' riżerva żgħira ħafna. Jekk [bażi tar-riżerva × proporzjon tar-riżerva] tkun anqas minn EUR 100 000, allura l-konċessjoni f'somma waħda għandha tkun [bażi tar-riżerva × proporzjon tar-riżerva]. Jekk [bażi tar-riżerva × proporzjon tar-riżerva] tkun akbar minn jew ugwali għal EUR 100 000, allura l-konċessjoni f'somma waħda għandha tkun ugwali għal EUR 100 000. Istituzzjonijiet li jitħallew jirrapportaw dejta statistika fir-rigward tal-bażi ta' rizerva kkonsolidata tagħhom bħala grupp (kif definit fil-Parti 2, Taqsima 1 tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 25/2009 (BĊE/2008/32)) iżommu r-riżervi minimi permezz ta' waħda mill-istituzzjonjiet fil-grupp li qed taġixxi bħala intermedjarja esklussivament għal dawn l-istituzzjonijiet. Skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1745/2003 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-12 ta' Settembru 2003 dwar l-applikazzjoni ta' riżervi minimi (BĊE/2003/9) (*1), huwa biss f'dan l-aħħar każ li l-grupp sħiħ huwa intitolat li jnaqqas il-konċessjoni f'somma waħda.

Ir-riżervi minimi (jew ‘meħtieġa’) jinħadmu kif ġej:

Riżervi minimi (jew ‘meħtieġaf’) = bażi ta' riżerva × proporzjon ta' riżerva — konċessjoni f'somma waħda

Il-proporzjon ta' riżerva japplika skont Regolament (KE) Nru 1745/2003 (BĊE/2003/9).

(*1)  ĠU Edizzjoni Speċjali, Kapitolu 10, Vol. 3, p. 300” "

.

Artikolu 11

Revoka

1.   Il-Linja Gwida BĊE/2013/4 hija revokata mill-20 ta' Awwissu 2014.

2.   Ir-referenzi għal-Linja Gwida BĊE/2013/4 għandhom jitqiesu bħala referenzi għal din il-Linja Gwida u għandhom jinqraw b'mod konformi mat-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness IV.

Artikolu 12

Destinatarji

Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema.

Magħmul fi Frankfurt am Main, id-9 ta' Lulju 2014.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  Il-Linja Gwida BĊE/2013/4 tal-20 ta' Marzu 2013 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta' operazzjonijiet ta' rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral u li temenda l-Linja Gwida BĊE/2007/9 ġiet emendata b'mod sostanzjali (ĠU L 95, 5.4.2013, p. 23).

(2)  Linja Gwida BĊE/2011/14 tal-20 ta' Settembru 2011 dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja tal-Eurosistema (ĠU L 331, 14.12.2011, p. 1).

(3)  Deċiżjoni BĊE/2011/25 tal-14 ta' Diċembru 2011 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta' operazzjonijiet ta' rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral (ĠU L 341, 22.12.2011, p. 65).

(4)  Linja Gwida BĊE/2007/9 tal-1 ta' Awwissu 2007 dwar l-istatistika monetarja, tal-istituzzjonijiet finanzjarji u tas-swieq (ĠU L 341, 27.12.2007, p. 1.).

(5)  Regolament (KE) Nru 1745/2003 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-12 ta' Settembru 2003 dwar l-applikazzjoni ta' riżervi minimi (BĊE/2003/9) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 10, Vol. 3, p. 300-306).

(6)  Regolament (UE) Nru 1358/2011 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 14 ta' Diċembru 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1745/2003 dwar l-applikazzjoni ta' riżervi minimi (BĊE/2003/9) (BĊE/2011/26) (ĠU L 338, 21.12.2011, p. 51).

(7)  Deċiżjoni BĊE/2012/4 tal-21 ta' Marzu 2012 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2011/25 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta' operazzjonijiet ta' rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral (ĠU L 91, 29.3.2012, p. 27).

(8)  Deċiżjoni BĊE/2012/12 tat-3 ta' Lulju 2012 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2011/25 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta' operazzjonijiet ta' rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral (ĠU L 186, 29.3.2012, p. 38).

(9)  Il-Linja Gwida BĊE/2012/18 tat-2 ta' Awwisu 2012 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta' operazzjonijiet ta' rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral u li temenda l-Linja Gwida BĊE/2007/9 (ĠU L 218, 15.8.2012, p. 20).

(10)  Linja Gwida BĊE/2012/23 tal-10 ta' Ottubru 2012 li temenda il-Linja Gwida BĊE/2012/18 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta' operazzjonijiet ta' rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral (ĠU L 284, 17.10.2012, p. 14).

(11)  Linja Gwida BĊE/2013/2 tat-23 ta' Jannar 2013 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2012/18 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta' operazzjonijiet ta' rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral (ĠU L 34, 29.3.2012, p. 18).

(12)  DeċiżjoniBĊE/2012/34 tad-19 ta' Diċembru 2012 dwar bidliet temporanji fir-regoli li jirrigwardaw l-eliġibbiltà ta' kollateral denominat f'munita barranija (OJ L 14, 18.1.2013, p. 22).

(13)  Deċiżjoni BĊE/2011/4 tal-31 ta' Marzu 2011 dwar mizuri temporanji marbutin mal-eliġibbiltà ta' strumenti ta' dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti mill-Gvern Irlandiż (ĠU L 94, 8.4.2011, p. 33).

(14)  Deċiżjoni BĊE/2011/10 tas-7 ta' Lulju 2011 dwar miżuri temporanji marbutin mal-eliġibbiltà ta' strumenti ta' dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti mill-Gvern Portugiż (ĠU L 182, 12.7.2011, p. 31).

(15)  Deċiżjoni BĊE/2012/32 tad-19 ta' Diċembru 2012 dwar miżuri temporanji marbutin mal-eliġibbiltà ta' strumenti ta' dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti mir-Repubblika Ellenika (ĠU L 359, 29.12.2012, p. 74).

(16)  Deċiżjoni BĊE/2013/22 tal-5 ta' Lulju 2013 dwar miżuri temporanji marbutin mal-eliġibbiltà ta' strumenti ta' dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti mir-Repubblika ta' Ċipru (ĠU L 195, 18.7.2013, p. 27).

(17)  Linja Gwida BĊE/2014/12 tat-12 ta' Marzu 2014 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2013/4 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta' operazzjonijiet ta' rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral u li temenda l-Linja Gwida BĊE/2007/9 (ĠU L 166, 5.6.2014, p. 42).

(18)  Deċiżjoni BĊE/2013/36 tas-26 ta' Settembru 2013 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta' operazzjonijiet ta' rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral (ĠU L 301, 12.11.2013, p. 13).

(19)  Gradazzjoni ta' “triple B” hija gradazzjoni ta' mill-anqas “Baa3” minn Moody's, “BBB-” minn Fitch jew Standard & Poor's, jew “BBBL” minn DBRS.

(20)  Gradazzjoni ta' “single A” hija gradazzjoni ta' mill-anqas “A3” minn Moody's, “A-” minn Fitch jew Standard & Poor's, jew “AL” minn DBRS.

(21)  Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

(22)  Korporazzjonijiet mhux finanzjarji huma ddefiniti kif ipprovdut fis-Sistema Ewropea ta' Kontijiet 1995 (ESA 95).

(23)  Jinsab fis-sit elettroniku tal-BĊE fuq www.ecb.europa.eu.


ANNESS I

Skeda ta' tnaqqis impost applikabbli għal strumenti ta' dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti għal kollox mir-Repubblika Ellenika

Bonds tal-Gvern Grieg (GGBs — Greek Government bonds)

Medda ta' maturità

Tnaqqis impost għal kupuni fissi u floaters

Tnaqqis impost għal kupun żero

0-1

15,0

15,0

1-3

33,0

35,5

3-5

45,0

48,5

5-7

54,0

58,5

7-10

56,0

62,0

> 10

57,0

71,0

Bonds ta' bank iggarantiti minn Gvern (GGBBs) u bonds korporattivi mhux finanzjarji ggarantiti minn gvern

Medda ta' maturità

Tnaqqis impost għal għal kupuni fissi u floaters

Tnaqqis impost għal kupun żero

0-1

23,0

23,0

1-3

42,5

45,0

3-5

55,5

59,0

5-7

64,5

69,5

7-10

67,0

72,5

> 10

67,5

81,0


ANNESS II

Skeda ta' telf impost applikabbli għal strumenti ta' dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti għal kollox mir-Repubblika ta' Ċipru

Bonds tal-Gvern

Medda ta' maturità

Telf impost għal kupuni fissi u floaters

Telf impost għal kupun żero

0-1

14,5

14,5

1-3

27,5

29,5

3-5

37,5

40,0

5-7

41,0

45,0

7-10

47,5

52,5

> 10

57,0

71,0

Bonds tal-bank iggarantiti mill-Gvern u bonds ta' korporazzjonijiet mhux finanzjarji iggarantiti mill-gvern

Medda ta' maturità

Telf impost għal kupuni fissi u floaters

Telf impost għal kupun żero

0-1

23,0

23,0

1-3

37,0

39,0

3-5

47,5

50,5

5-7

51,5

55,5

7-10

58,0

63,0

> 10

68,0

81,5


ANNESS III

LINJA GWIDA REVOKATA BL-EMENDI SUĊĊESSIVI TAGĦHA

Linja Gwida BĊE/2013/4 (ĠU L 95, 5.4.2013, p. 23)

Linja Gwida BĊE/2014/12 (ĠU L 166, 5.6.2014, p. 42)


ANNESS IV

TABELLA TA' KORRELAZZJONI

Linja Gwida BĊE/2013/4

Din il-Linja Gwida

Artikoli 1 u 2

Artikoli 1 u 2

Artikolu 3(4) u (5)

Artikolu 3(4) u (5)

Artikolu 3(6)

Artikolu 3(7)

Artikolu 4

Artikolu 4

Artikolu 3(6)(1)

Artikolu 3(7)(a)

Artikolu 3(6)(2)

Artikolu 3(7)(b)

Artikolu 3(6)(3)

Artikolu 3(7)(c)

Artikolu 3(6)(4)

Article 3(7)(d)

Artikolu 3(6)(5)

Artikolu 3(7)(e)

Artikolu 3(6)(6)

Artikolu 3(7)(f)

Artikolu 5

Artikolu 5

Artikolu 6

Artikolu 6

Artikolu 7

Artikolu 7

Artikolu 8

Artikolu 8

Artikolu 9

Artikolu 9

Artikolu 10

Artikolu 11

Artikolu 11

Artikolu 12

Linja Gwida BĊE/2014/12

Din il-Linja Gwida

Artikolu 1(1)

Artikolu 1(3)

Artikolu 1(2)

Artikolu 3(1)

Deċiżjoni BĊE/2013/22

Din il-Linja Gwida

Artikolu 1(1)

Artikolu 1(3)

Artikolu 1(2)

Artikolu 8(3)

Anness

Anness II

Deċiżjoni BĊE/2013/36

Din il-Linja Gwida

Artikolu 2(1)(a)

Artikolu 3(2)

Artikolu 2(1)(b)

Artikolu 3(3)

Artikolu 2(2)

Artikolu 3(5)

Artikolu 3(2)

Artikolu 3(7)(g)

Artikolu 3(3)

Artikolu 3(6)

Artikolu 4(c)

Artikolu 4(3)(ċ)