ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 237

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 57
8 ta' Awwissu 2014


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Ir-Regolament Nru 23 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE) — Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni tal-fanali tar-rivers u tal-immanuvrar għall-vetturi li jaħdmu bil-magni u t-trejlers tagħhom

1

 

*

Regolament Nru 46 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi għall-approvazzjoni tat-tagħmir għall-viżjoni indiretta u tal-vetturi motorizzati fir-rigward tal-installazzjoni ta’ dan it-tagħmir

24

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

8.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 237/1


It-testi oriġinali NU/KEE biss għandhom effett legali skont id-dritt pubbliku internazzjonali. L-istat u d-data ta' dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu ċċekkjati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus NU/KEE TRANS/WP.29/343, li tinsab f’: http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html

Ir-Regolament Nru 23 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni tal-fanali tar-rivers u tal-immanuvrar għall-vetturi li jaħdmu bil-magni u t-trejlers tagħhom

Jinkorpora t-test validu kollu sa:

Is-Suppliment 19 tal-verżjoni oriġinali tar-Regolament — Id-data tad-dħul fis-seħħ: il-15 ta' Lulju 2013

KONTENUT

KAMP TA' APPLIKAZZJONI

1.

Definizzjonijiet

2.

Applikazzjoni għall-approvazzjoni

3.

Sinjali

4.

Approvazzjoni

5.

Speċifikazzjonijiet ġenerali

6.

Intensità tad-dawl mitfugħ

7.

Proċeduri tat-test

8.

Kulur id-dawl mitfugħ

9.

Konformità tal-produzzjoni

10.

Penali għal nuqqas ta' konformità tal-produzzjoni

11.

Produzzjoni mwaqqfa għalkollox

12.

Ismijiet u indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet għall-Approvazzjoni tat-Tip

ANNESSI

1.

Il-komunikazzjoni

2.

Eżempji ta’ arranġamenti ta’ marki ta’ approvazzjoni

3.

Kejl fotometriku

4.

Ir-rekwiżiti minimi għall-proċeduri ta’ kontroll tal-konformità tal-produzzjoni

5.

Ir-rekwiżiti minimi għal teħid ta’ kampjuni minn spettur

0.   KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

Dan ir-Regolament japplika għal:

(a)

Fanali tar-rivers għal vetturi tal-kategoriji M, N, O, u T (1);

(b)

Fanali tal-immanuvrar għal vetturi tal-kategoriji M u N.

1.   DEFINIZZJONIJIET

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament,

1.1.   “Fanal tar-rivers” tfisser fanal tal-vettura ddisinjat biex jixgħel it-triq fuq wara tal-vettura u biex javża lil min ikun qed juża t-triq li l-vettura qed tirriversja jew daqt se tirriversja.

1.2.   “Fanal tal-immanuvrar” tfisser fanal li jintuża biex tkun provduta illuminazzjoni supplementari mal-ġenb tal-vettura li tassisti matul manuvri bil-mod.

1.3.   Id-definizzjonijiet mogħtija fir-Regolament Nru 48 u s-serje ta’ emendi tiegħu li daħlu fis-seħħ fiż-żmien tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip għandhom japplikaw għal dan ir-Regolament;

1.4.   “Fanali tar-rivers/tal-immanuvrar ta’ tipi differenti” tfisser fanali li jvarjaw f’aspetti essenzjali bħal:

(a)

L-isem jew il-marka tal-fabbrika;

(b)

Il-karatteristiċi tas-sistema ottika (livelli ta’ intensità, angoli ta’ distribuzzjoni tad-dawl, kategorija tas-sors ta’ dawl, modulu tas-sors ta’ dawl, eċċ.).

Tibdil fil-kulur tas-sors tad-dawl jew fil-kulur ta’ kwalunkwe filtru ma jikkostitwix bidla tat-tip.

1.5.   Ir-referenzi li saru f’dan ir-Regolament għal bozoz tal-filament standard (étalon) u għar-Regolament Nru 37 jirreferu għar-Regolament Nru 37 u s-serje ta’ emendi tiegħu li daħlu fis-seħħ fiż-żmien tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip.

Ir-referenzi li saru f’dan ir-Regolament għal sors(i) tad-dawl LED standard (étalon) u għar-Regolament Nru 128 għandhom jirreferu għar-Regolament Nru 128 u s-serje ta’ emendi tiegħu li daħlu fis-seħħ fiż-żmien tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip.

2.   APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI

2.1.   L-applikazzjoni għall-approvazzjoni għandha titressaq mill-proprjetarju tal-isem jew il-marka kummerċjali, jew mir-rappreżentant tiegħu akkreditat kif xieraq.

Fuq għażla tal-applikant, hija tispeċifika li l-apparat jista’ jitwaħħal mal-vettura b’inklinazzjonijiet differenti tal-assi ta’ referenza fir-rigward tal-uċuħ ta’ referenza tal-vettura u jħares 'l isfel jew idur mal-assi ta’ referenza tiegħu; dawn il-kundizzjonijiet differenti tal-installazzjoni għandhom ikunu indikati fuq il-formola tal-komunikazzjoni.

2.2.   Għal kull tip ta’ fanal tar-rivers jew tal-immanuvrar, l-applikazzjoni jrid ikollha magħha:

2.2.1.   Tliet kopji tad-disinji, li fihom biżżejjed dettall li jippermettu l-identifikazzjoni tat-tip tal-fanal tar-rivers jew ta’ dak tal-immanuvrar u li juru f’liema pożizzjoni(ijiet) ġeometriċi jista’ jintrama l-fanal tar-rivers jew dak tal-immanuvrar fuq il-vettura; l-assi ta’ osservazzjoni li għandu jitqies bħala l-assi ta’ referenza fit-testijiet (angolu orizzontali H = 0, angolu vertikali V = 0); u l-punt li għandu jitqies bħala ċ-ċentru ta’ referenza fit-testijiet imsemmija. Id-disinji jridu juru l-pożizzjoni maħsuba għan-numru tal-approvazzjoni u għas-simbolu addizzjonali b’rabta maċ-ċirku tal-marka tal-approvazzjoni;

Barra minn hekk, l-għoli u l-orjentazzjoni tal-assi ta’ referenza tal-fanal tal-immanuvrar għandhom ikunu indikati fid-disinn f’relazzjoni mal-art, u l-assi lonġitudinali vertikali.

2.2.2.   Deskrizzjoni teknika qasira li, bl-eċċezzjoni ta’ fanali li jkollhom sorsi ta’ dawl li ma jistgħux jinbidlu, tindika, b’mod partikolari:

(a)

Il-kategorija jew kategoriji ta’ bozza (jew bozoz) tal-filament preskritta; din il-kategorija ta’ bozza tal-filament għandha tkun waħda minn dawk li hemm fir-Regolament Nru 37 u s-serje ta’ emendi tiegħu li daħlu fis-seħħ fiż-żmien tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip; u/jew

(b)

Il-kategorija jew kategoriji ta’ sors(i) tad-dawl LED preskritti; din il-kategorija ta’ sors tad-dawl LED għandha tkun waħda minn dawk li hemm fir-Regolament Nru 128 u s-serje ta’ emendi tiegħu li daħlu fis-seħħ fiż-żmien tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip; u/jew

(c)

Il-kodiċi speċifiku ta’ identifikazzjoni tal-modulu tas-sors ta’ dawl.

2.2.3.   Żewġ kampjuni. Jekk il-mezzi mhumiex identiċi iżda huma ugwali u xierqa biex jitwaħħlu waħda fuq in-naħa tax-xellug u waħda fuq il-lemin tal-vettura, iż-żewġ kampjuni mressqa jistgħu jkunu identiċi u jkunu jistgħu jitwaħħlu biss fuq in-naħa tal-lemin jew tax-xellug tal-vettura.

3.   SINJALI

Il-kampjuni ta’ tip ta’ fanal tar-rivers jew tal-immanuvrar imressqa għall-approvazzjoni għandhom:

3.1.   Juru l-isem jew il-marka kummerċjali tal-applikant; dan is-sinjal irid ikun jista’ jinqara b’mod ċar u ma jkunx jista’ jitħassar;

3.2.   Bl-eċċezzjoni tal-fanali li jkollhom sorsi ta’ dawl li ma jistgħux jinbidlu, juru sinjal li jrid ikun jista’ jinqara b’mod ċar u ma jkunx jista’ jitħassar li jindika:

(a)

Il-kategorija jew kategoriji ta’ sors(i) tad-dawl preskritta(i); u/jew

(b)

Il-kodiċi speċifiku ta’ identifikazzjoni tal-modulu tas-sors ta’ dawl.

3.3.   Jekk meħtieġ sabiex ikun evitat kull żball fit-twaħħil tal-fanal tar-rivers fuq il-vettura, ikollhom il-kelma “TOP” immarkata orizzontalment fuq il-parti ta’ fuq nett tal-wiċċ li jixgħel;

3.4.   Jipprovdu spazju xieraq għall-marka ta’ approvazzjoni u għas-simboli addizzjonali preskritti fil-paragrafu 4.3 hawn taħt; dan l-ispazju għandu jidher fuq id-disinn imsemmi fil-paragrafu 2.2.1 hawn fuq;

3.5.   Fil-każ ta’ fanali li jkollhom is-sors tad-dawl jew il-modulu(i) tas-sors tad-dawl li ma jistgħux jinbidlu, juru l-marka tal-vultaġġ jew il-medda ta’ vultaġġ, u l-qawwa f’watts.

3.6.   Fil-każ ta’ fanali li jkollhom modulu(i) tas-sors tad-dawl, il-modulu(i) tas-sors tad-dawl għandu jkollu(jkollhom):

3.6.1.   L-isem jew il-marka kummerċjali tal-applikant; dawn is-sinjali jridu jkunu jistgħu jinqraw b’mod ċar u ma jkunux jistgħu jitħassru;

3.6.2.   Il-kodiċi speċifiku ta’ identifikazzjoni tal-modulu; dawn is-sinjali jridu jkunu jistgħu jinqraw b’mod ċar u ma jkunux jistgħu jitħassru; Dan il-kodiċi speċifiku ta’ identifikazzjoni għandu jinkludi fil-bidu l-ittri “MD” għal “MODULU” segwiti mill-marka tal-approvazzjoni mingħajr iċ-ċirku kif preskritt fil-paragrafu 4.3.1.1 hawn taħt u, f’każ li jintużaw bosta moduli ta’ sors ta’ dawl mhux identiċi, segwiti minn simboli jew sinjali addizzjonali; dan il-kodiċi speċifiku tal-identifikazzjoni għandu jintwera fl-illustrazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2.2.1 imsemmi qabel.

Il-marka tal-approvazzjoni m’għandhiex għalfejn tkun l-istess bħal dik ta’ fuq il-fanal li fih l-apparat qed jintuża, iżda ż-żewġ marki għandhom ikunu tal-istess applikant.

3.6.3.   L-indikazzjoni tal-vultaġġ u l-qawwa f’watts.

4.   APPROVAZZJONI

4.1.   Jekk iż-żewġ kampjuni ta’ tip ta’ fanal tar-rivers jew tal-immanuvrar jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, għandha tingħata l-approvazzjoni.

4.2.   Għal kull tip approvat għandu jkun assenjat numru tal-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma tistax tagħti l-istess numru lil tip ieħor ta’ fanal tar-rivers jew tal-immanuvrar kopert minn dan ir-Regolament. L-avviż tal-approvazzjoni jew tal-estensjoni jew tar-rifjut jew tal-irtirar tal-approvazzjoni jew ta’ produzzjoni mwaqqfa għalkollox ta’ tip ta’ fanal tar-rivers jew tal-immanuvrar skont dan ir-Regolament għandu jiġi kkomunikat lill-Partijiet għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola konformi mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

4.3.   Kull fanal tar-rivers jew tal-immanuvrar li jikkonforma ma’ tip approvat skont dan ir-Regolament, minbarra l-marka u l-partikularitajiet preskritti hawn fuq fil-paragrafi 3.1, 3.2 u 3.3 jew 3.5 rispettivament, fl-ispazju msemmi fil-paragrafu 3.4 t’hawn fuq għandu jkollu:

4.3.1.   Marka ta’ approvazzjoni internazzjonali li tikkonsisti minn:

4.3.1.1.   Ċirku madwar l-ittra “E” segwit min-numru li jiddistingwi l-pajjiż li ta l-approvazzjoni (2); u wkoll

4.3.1.2.   Numru tal-approvazzjoni;

4.3.2.   Simbolu addizzjonali li jikkonsisti fl-ittri A u R, imħalltin kif muri fl-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament.

Fuq apparat li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament fejn jidħlu l-fanali tal-immanuvrar, simbolu addizzjonali li jikkonsisti fl-ittri M u L, irranġati kif muri fl-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament.

4.3.3.   L-ewwel żewġ ċifri tan-numru ta’ approvazzjoni li jindikaw l-aktar serje reċenti ta’ emendi għal dan ir-Regolament jistgħu jitqiegħdu fil-viċinanzi tas-simboli addizzjonali “AR” jew “ML”.

4.3.4.   Fuq fanali tar-rivers li l-angoli tal-viżibbiltà tagħhom jkunu asimetriċi fir-rigward tal-alinjament ta’ referenza f’direzzjoni orizzontali, vleġġa li tipponta lejn il-ġenb li fuqha l-ispeċifikazzjonijiet fotometriċi jkunu ssodisfati sa angolu ta’ 45° H.

4.4.   Fanali indipendenti

Jekk tipi differenti ta’ fanali li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ diversi Regolamenti jużaw l-istess lenti interna li jkollha l-istess kulur jew kulur differenti, tista’ titwaħħal marka tal-approvazzjoni internazzjonali waħda, li tikkonsisti f’ċirku madwar l-ittra “E” segwit min-numru li jiddistingwi l-pajjiż li ta l-approvazzjoni, u min-numru tal-approvazzjoni. Din il-marka tal-approvazzjoni tista’ titpoġġa f’kull post fuq il-fanal, sakemm:

4.4.1.   Tkun għadha tidher anki wara li jkunu mmuntati fuq il-vettura.

4.4.2.   Is-simbolu tal-identifikazzjoni għal kull fanal, xieraq għal kull Regolament li taħtu ngħatat l-approvazzjoni, flimkien mas-serje korrispondenti ta’ emendi li jinkorporaw l-emendi tekniċi prinċipali li saru l-aktar reċenti fir-Regolament fiż-żmien li nħarġet l-approvazzjoni u, jekk ikun neċessarju, il-vleġġa meħtieġa għandha tkun immarkata:

4.4.3.   Id-daqs tal-komponenti ta’ marka waħda tal-approvazzjoni ma għandux ikun inqas mid-daqs minimu meħtieġ għall-iċken fost il-marki individwali permezz tar-Regolament li taħtu ngħatat l-approvazzjoni.

4.4.4.   Il-qafas ewlieni tal-fanal għandu jinkludi l-ispazju deskritt fil-paragrafu 3.4 hawn fuq u għandu jkollu l-marka tal-approvazzjoni tal-funzjoni(jiet) attwali.

4.4.5.   Il-Mudell E fl-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament jagħti eżempji ta’ marka tal-approvazzjoni permezz tas-simboli addizzjonali msemmija hawn fuq.

4.5.   Meta żewġ fanali jew aktar ikunu parti mill-istess immuntar ta’ fanali raggruppati, kombinati jew inkorporati reċiprokament, l-approvazzjoni tingħata biss jekk kull fanal jissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament jew ta’ xi Regolament ieħor. Il-fanali li ma jissodisfaw l-ebda wieħed minn dawk ir-Regolamenti ma għandhomx ikunu parti minn dan l-immuntar ta’ fanali raggruppati, kombinati jew inkorporati reċiprokament.

4.5.1.   Il-komponenti li jittrażmettu d-dawl tal-fanali raggruppati, ikkombinati jew inkorporati reċiprokament u li ssodisfaw ir-rekwiżiti ta’ numru ta’ Regolamenti, jistgħu jkunu mmarkati b’sinjal wieħed tal-approvazzjoni li jikkonsisti f’ċirku bl-ittra “E” fin-nofs tiegħu u warajha n-numru distintiv tal-pajjiż li ta l-approvazzjoni, in-numru tal-approvazzjoni u, fejn japplika, il-vleġġa obbligatorja. Din il-marka tal-approvazzjoni tista’ titpoġġa fi kwalunkwe post fuq il-fanali raggruppati, kombinati jew inkorporati reċiprokament, sakemm:

4.5.1.1.   Tkun għadha tidher anki wara li jkunu mmuntati fuq il-vettura;

4.5.1.2.   L-ebda komponenti li jittrasmettu d-dawl tal-fanali raggruppati, ikkombinati jew reċiprokament inkorporati ma jistgħu jitneħħew mingħajr ma titneħħa simultanjament il-marka tal-approvazzjoni.

4.5.2.   Kull fanal jiġi mmarkat bis-sinjal ta’ identifikazzjoni allokat skont b’liema Regolament ikun ġie approvat, flimkien mas-serje ta’ emendi korrispondenti li jinkorporaw l-emendi tekniċi l-iktar reċenti fir-Regolament meta tinħareġ l-approvazzjoni, u din il-marka tkun:

4.5.2.1.   Jew fuq il-wiċċ adatt li jitfa’ d-dawl,

4.5.2.2.   Jew fi grupp, b’tali mod li kull wieħed mill-fanali raggruppati, kombinati jew inkorporati reċiprokament, jistgħu jiġu identifikati b’mod ċar (ara tliet eżempji possibbli fl-Anness 2).

4.5.3.   Id-daqs tal-komponenti ta’ marka tal-approvazzjoni waħda ma għandux ikun inqas mid-daqs minimu meħtieġ għall-iċken fost il-marki individwali mir-regolament li skontu ngħatat l-approvazzjoni.

4.5.4.   Għal kull tip approvat għandu jkun assenjat numru tal-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma tistax tagħti l-istess numru lil tip ieħor ta’ fanali raggruppati, kombinati jew inkorporati reċiprokament koperti minn dan ir-Regolament.

4.6.   Il-marka u s-simbolu msemmija fil-paragrafi 4.3.1 u 4.3.2 iridu jkunu jinqraw b’mod ċar u ma jitħassrux anki meta l-fanal tar-rivers ikun imwaħħal fuq il-vettura:

Fil-każ ta’ fanal tal-immanuvrar:

(a)

Għandu jitħalla spazju kbir biżżejjed biex toqgħod il-marka tal-approvazzjoni fuq il-lenti jew fuq l-istruttura protettiva tagħha, li għandha tkun leġibbli meta l-istrument ikun ġie mmuntat fuq il-vettura. Komponenti oħra tal-apparat għandhom ikollhom l-isem tal-manifattur u tal-mezz ta’ identifikazzjoni. Fil-każ li l-ispazju għall-marka jew il-marki tal-approvazzjoni jkun limitat, din għandha titqiegħed fuq parti tal-vettura li hija mqabbda b’mod permanenti mal-fanal tal-immanuvrar jew fuq il-pjanċa tad-dejta tal-vettura;

(b)

L-ispazju għall-marka tal-approvazzjoni għandu jkun jidher fid-disinji msemmija fil-paragrafu 2.2 t’hawn fuq jew indikati fl-applikazzjoni għall-approvazzjoni.

4.7.   L-Anness 2 jagħti eżempji ta’ arranġamenti ta’ marki tal-approvazzjoni għal fanal wieħed (id-dijagramma 1) u għal fanali raggruppati, kombinati jew inkorporati reċiprokament (id-dijagramma 2) bis-simboli addizzjonali kollha msemmija hawn fuq. L-ittri A u R jistgħu jkunu mħalltin.

5.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET ĠENERALI

5.1.   Kull kampjun għandu jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi hawn taħt.

5.2.   Il-fanali tar-rivers għandhom ikunu ddisinjati u mibnija b’tali mod li meta jintużaw b’mod normali, minkejja l-vibrazzjoni li mbagħad jistgħu jkunu soġġetti għaliha, dawn ikomplu jiffunzjonaw b’mod sodisfaċenti u jżommu l-karatteristiċi preskritti minn dan ir-Regolament.

5.3.   Fil-każ ta’ moduli tas-sors tad-dawl, għandu jiġi verifikat li:

5.3.1.   Id-disinn tal-modulu(i) tas-sors tad-dawl għandu jkun tali:

(a)

Li kull modulu tas-sors tad-dawl jista’ jeħel biss fil-post maħsub għalih u korrett u jista’ jitneħħa biss permezz tal-għodda (jew għodod);

(b)

Jekk ikun hemm aktar minn modulu tas-sors tad-dawl wieħed fl-istruttura tal-apparat, il-moduli tas-sors tad-dawl li jkollhom karatteristiċi differenti ma jistgħux jinbidlu fl-istess struttura tal-fanal.

5.3.2.   Il-modulu(i) tas-sors tad-dawl għandhom ikunu b’mod li ma jistgħux jiġu mittiefsa.

5.3.3.   Modulu ta’ sors tad-dawl għandu jkun iddisinjat b’tali mod li irrispettivament mill-użu tal-għodda jew l-għodod, ma jista jiġi skambjat mekkanikament mal-ebda sors sostitwibbli tad-dawl li jkun approvat.

5.4.   Fil-każ ta’ sors(i) tad-dawl li jistgħu jinbidlu:

5.4.1.   Tista’ tintuża kull kategorija(i) ta’ sors(i) tad-dawl approvata skont ir-Regolament Nru 37 u/jew ir-Regolament Nru 128, u dan jekk fir-Regolament Nru 37 u fis-serje tiegħu ta’ emendi fis-seħħ fi żmien l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip ma ssir l-ebda restrizzjoni dwar l-użu, jew fir-Regolament Nru 128 u s-serje tiegħu ta’ emendi fis-seħħ fi żmien l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip.

5.4.2.   Id-disinn tat-tagħmir għandu jkun tali li s-sors(i) tad-dawl ma jkunu jistgħu jitwaħħlu fl-ebda pożizzjoni ħlief f’dik it-tajba.

5.4.3.   Il-ħowlder tas-sors tad-dawl għandu jikkonforma mal-karatteristiċi mogħtija fil-Pubblikazzjoni tal-IEC 60061. Tapplika l-iskeda tad-dejta tal-ħowlder rilevanti għall-kategorija tas-sors tad-dawl.

6.   INTENSITÀ TAD-DAWL MITFUGĦ

6.1.   L-intensità tal-ispeċifikazzjonijiet tad-dawl għall-fanali tar-rivers

6.1.1.   L-intensità tad-dawl trażmess minn kull wieħed miż-żewġ kampjuni ma għandhiex tkun inqas mill-minimu u mhux aktar mill-massimu speċifikat hawn taħt u għandha titkejjel f’relazzjoni mal-assi ta’ referenza fid-direzzjonijiet murija hawn taħt (espressi fi gradi tal-angolu mal-assi ta’ referenza).

6.1.2.   L-intensità matul l-assi tar-riferenza m’għandhiex tkun inqas minn 80 candelas.

6.1.3.   L-intensità tad-dawl mitfugħ fid-direzzjonijiet kollha li fihom id-dawl jista’ jkun osservat m’għandhiex teċċedi:

 

300 candelas fid-direzzjonijiet fil-pjan orizzontali jew 'il fuq minnu;

u, fid-direzzjonijiet taħt il-pjan orizzontali:

 

600 candelas bejn h-h u 5° D u

8 000 candelas taħt 5° D.

6.1.4.   F’kull direzzjoni oħra tal-kejl muri fl-Anness 3 ta’ dan ir-Regolament, l-intensità tad-dawl m’għandhiex tkun inqas mill-minimi speċifikati f’dak l-anness.

Madankollu, fil-każ fejn il-fanal tar-rivers hu maħsub biex jiġi installat fuq vettura esklussivament f’par ta’ apparati, l-intensità fotometrika tista’ tiġi vverifikata biss sa angolu ta’ 30° 'il ġewwa fejn valur fotometriku ta’ mill-inqas 25 cd għandu jiġi ssodisfat.

Din il-kundizzjoni għandha tkun spjegata fl-applikazzjoni għall-approvazzjoni u d-dokumenti relatati (ara l-paragrafu 2 ta’ dan ir-Regolament).

Barra minn dan, fil-każ fejn tingħata l-approvazzjoni tat-tip billi tiġi applikata l-kundizzjoni t’hawn fuq, dikjarazzjoni fil-paragrafu 11. “Kummenti” tal-formola ta’ komunikazzjoni (ara l-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament), se tinforma li l-apparat għandu jkun installat biss f’par.

6.1.5.   Fil-każ ta’ fanal wieħed li għandu aktar minn sors wieħed ta’ dawl, il-fanal għandu jikkonforma mal-intensità minima meħtieġa meta xi sors wieħed tad-dawl ikollu l-ħsara u meta s-sorsi kolla tad-dawl jinxtegħlu, l-intensitajiet massimi ma għandhomx jinqabżu. Grupp ta’ sorsi tad-dawl, ikkomunikati b’mod li jekk jinqata’ xi wieħed minnhom jikkawża qtugħ ta’ dawl fl-oħrajn kollha, għandu jkun ikkunsidrat bħala sors wieħed tad-dawl.

6.2.   L-intensità tal-ispeċifikazzjonijiet tad-dawl għall-fanali tal-immanuvrar

6.2.1.   L-intensità ma għandhiex taqbeż 500 candelas fid-direzzjonijiet kollha li fihom id-dawl jista’ jkun osservat, meta jkun installat f’xi pożizzjoni tal-immuntar kif speċifikat mill-applikant.

6.2.2.   L-apparat għandu jkun iddisinjat b’tali mod li d-dawl mitfugħ direttament lejn il-ġenb, in-naħa ta’ quddiem jew ta’ wara tal-vettura ma jkunx jaqbeż iż-0,5 cd fil-medda angolari kif definit hawn taħt.

(a)

L-angolu minimu vertikali φ min (fi gradi) huwa:

φ min = arctan (1-għoli tal-muntaġġ)/10; fejn h huwa l-għoli tal-muntaġġ f’m

(b)

L-angolu minimu vertikali φ max (fi gradi) huwa:

φ max = φ min + 11,3.

Il-kejl għandu jkun limitat għal angolu orizzontali li jvarja bejn + 90° u -90° fir-rigward tal-linja li taqtal-assi ta’ referenza u li hija perpendikulari mal-pjan lonġitudinali vertikali tal-vettura.

Id-distanza tal-kejl għandha tkun minimu ta’ 3 m.

7.   PROĊEDURI TAT-TEST

7.1.   Il-kejl kollu, fotometriku u kolorimetriku, għandu jsir:

7.1.1.   Fil-każ ta’ fanal b’sors tad-dawl sostitwibbli, jekk mhux fornut b’tagħmir elettroniku ta’ kontroll tas-sors ta’ dawl, b’sors tad-dawl standard bla kulur tal-kategorija preskritta għall-apparat, fornut bil-vultaġġ:

(a)

Fil-każ ta’ bozoz tal-filament, li huma neċessarji biex jiġi prodott il-fluss tad-dawl ta’ referenza meħtieġ għal dik il-kategorija ta’ bozza tal-filament;

(b)

Fil-każ ta’ sorsi tad-dawl LED ta’ 6,75 V, 13,5 V jew 28,0 V; il-valur tal-fluss tad-dawl prodott għandu jiġi kkoreġut. Il-fattur ta’ korrezzjoni huwa l-proporzjon bejn il-fluss tad-dawl ta’ referenza u l-valur medju tal-fluss tad-dawl miksub b’vultaġġ applikat (6,75 V, 13,5 V jew 28,0 V).

7.1.2.   Fil-każ ta’ fanal mgħammar b’sorsi ta’ dawl mhux sostitwibbli (tal-filament u oħrajn), b’6,75 V, 13,5 V jew 28,0 V rispettivament.

7.1.3.   Fil-każ ta’ sistema li tuża tagħmir elettroniku ta’ kontroll tas-sors ta’ dawl, li jkun parti mill-fanal (3) fit-terminali ta’ dħul tal-fanal jiġi applikat il-vultaġġ iddikjarat mill-manifattur jew, jekk mhux indikat, 6,75 V, 13,5 V jew 28,0 V rispettivament.

7.1.4.   Fil-każ ta’ sistema li tuża tagħmir elettroniku ta’ kontroll tas-sors ta’ dawl li ma jkunx parti mill-fanal, il-vultaġġ iddikjarat mill-manifattur għandu jiġi applikat fit-terminali tad-dħul tal-fanal.

7.2.   Is-Servizz Tekniku għandu jirrikjedi mill-manifattur it-tagħmir ta’ kontroll tas-sors ta’ dawl meħtieġ biex jiġu fornuti s-sors ta’ dawl u l-funzjonijiet applikabbli.

7.3.   Il-vultaġġ li jrid jiġi applikat lill-fanal għandu jiġi nnotat fil-formola ta’ komunikazzjoni fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

7.4.   Għal kull fanal, għajr dawk mgħammra b’bozoz tal-filament, l-intensitajiet tad-dawl, imkejla wara minuta u wara 30 minuta ta’ tħaddim, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti minimi u massimi. Id-distribuzzjoni tal-intensità tad-dawl wara minuta ta’ tħaddim tista’ tiġi kkalkolata mid-distribuzzjoni tal-intensità tad-dawl wara 30 minuta ta’ tħaddim billi jiġi applikat ma’ kull punt tat-test il-proporzjon ta’ intensitajiet tad-dawl mkejla b’vultaġġ għoli (HV) wara minuta u wara 30 minuta ta’ tħaddim.

7.5.   Għandhom jiġu stabbiliti l-limiti tal-wiċċ apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta’ referenza ta’ apparat li jagħti sinjal bid-dawl.

8.   KULUR ID-DAWL MITFUGĦ

Fil-każ tal-fanali tar-rivers, il-kulur tad-dawl mitfugħ fil-medda tas-sistema tad-distribuzzjoni tad-dawl fil-paragrafu 2 tal-Anness 3 għandu jkun abjad.

Fil-każ tal-fanali tal-immanuvrar, il-kulur tad-dawl mitfugħ fil-medda tas-sistema tad-distribuzzjoni tad-dawl kollha għandu jkun l-abjad.

Għall-verifika ta’ dawn il-karatteristiċi kolorimetriċi, il-proċedura tal-ittestjar deskritta fil-paragrafu 7 ta’ dan ir-Regolament għandha tiġi applikata. 'il barra minn din il-medda, m’għandha tiġi osservata ebda varjazzjoni kbira fil-kulur.

Madankollu, għal fanali mgħammra b’sorsi ta’ dawl mhux sostitwibbli (bozoz tal-filament u oħrajn), il-karatteristiċi kolorimetriċi għandhom jiġu vverifikati mas-sorsi ta’ dawl preżenti fil-fanal, skont is-sottoparagrafi rilevanti tal-paragrafu 7.1 ta’ dan ir-Regolament.

9.   KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

Il-konformità mal-proċeduri tal-produzzjoni għandhom ikunu skont dawk stabbiliti fil-Ftehim, fl-Appendiċi 2 (E/ECE/324-E/ECE/TRANS/505/Rev.2) bil-kundizzjonijiet meħtieġa li ġejjin:

9.1.   Il-fanali approvati skont dan ir-Regolament għandhom ikunu manifatturati b’tali mod li jikkonformaw mat-tip approvat billi jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 6 u 8 msemmija hawn fuq.

9.2.   Għandu jkun hemm konformità mar-rekwiżiti minimi għall-konformità tal-proċeduri tal-kontroll tal-produzzjoni stabbiliti fl-Anness 4 ta’ dan ir-Regolament.

9.3.   Għandu jkun hemm konformità mar-rekwiżiti minimi stabbiliti fl-Anness 5 ta’ dan ir-Regolament b’rabta mat-teħid ta’ kampjuni minn spettur.

9.4.   L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun approvat it-tip tista’, fi kwalunkwe ħin, tivverifika l-metodi tal-kontroll tal-konformità applikati f’kull faċilità ta’ produzzjoni. Il-frekwenza normali ta’ dawn il-verifiki għandha tkun ta’ darba kull sentejn.

10.   PENALI GĦAL NUQQAS TA’ KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

10.1.   L-approvazzjoni mogħtija fir-rigward tat-tip ta’ fanal tar-rivers jew tal-immanuvrar skont dan ir-Regolament tista’ tiġi rtirata jekk ma jkunx hemm konformità mar-rekwiżiti msemmija qabel jew jekk il-fanal tar-rivers jew tal-immanuvrar li jkollu l-marka msemmija fil-paragrafi 4.3.1 u 4.3.2 ma jikkonformax mat-tip approvat.

10.2.   Jekk Parti Kontraenti għall-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira approvazzjoni li tkun tat qabel, hi għandha minnufih tgħarraf b’dan lill-Partijiet l-oħra Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

11.   PRODUZZJONI MWAQQFA GĦALKOLLOX

Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jwaqqaf għalkollox il-fabbrikazzjoni ta’ fanal tar-rivers jew tal-immanuvrar approvat skont dan ir-Regolament, huwa għandu jgħarraf b’dan lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun tat l-approvazzjoni. Hekk kif tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti, l-Awtorita tal-Approvazzjoni tat-Tip tavża b’dan lill-Partijiet l-oħra tal-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament, u dan permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tkun konformi mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

12.   ISMIJIET U INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI MIT-TWETTIQ TAT-TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI U TAL-AWTORITAJIET GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP

Il-Partijiet għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw mas-segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni, u mal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip li jagħtu l-approvazzjoni u lilhom għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew ir-rifjut jew l-irtirar tal-approvazzjoni maħruġa f’pajjiżi oħra.


(1)  Kif definit fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.2, para. 2. - www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html

(2)  In-numri differenti tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tal-1958 huma riprodotti fl-Anness 3 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), id-dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.2/Amend.3 - www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html

(3)  Għall-fini ta’ dan ir-Regolament “li jkun parti mill-fanal” tfisser li jkun fiżikament inkluż fil-qafas tal-fanal jew li jkun estern, separat jew le, mill-qafas tal-fanal iżda fornut mill-manifattur tal-fanal bħala parti mis-sistema tal-fanal.


ANNESS 1

IL-KOMUNIKAZZJONI

(Format massimu: A4 (210 × 297 mm))

Image

maħruġa minn:

Isem l-amministrazzjoni

li tikkonċerna (2)

:

Approvazzjoni mogħtija

Approvazzjoni estiża

Approvazzjoni rifjutata

Approvazzjoni rtirata

Produzzjoni mwaqqfa għalkollox

ta’ tip ta’ fanal tar-rivers skont ir-Regolament Nru 23

Nru tal-Approvazzjoni … Nru tal-Estensjoni …

ta’ tip ta’ fanal tal-immanuvrar skont ir-Regolament Nru 23

Nru tal-Approvazzjoni …Nru tal-Estensjoni …

1.

L-isem jew il-marka kummerċjali tal-apparat: …

2.

L-isem tal-manifattur għat-tip ta’ apparat: …

3.

L-isem u l-indirizz tal-manifattur: …

4.

Jekk japplika, l-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur: …

5.

Imressqa għall-approvazzjoni nhar: …

6.

Is-Servizz Tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet ta’ approvazzjoni:…

7.

Data tar-rapport maħruġ minn dak is-Servizz: …

8.

In-numru tar-rapport maħruġ minn dak is-Servizz: …

9.

Deskrizzjoni fil-qosor:

Numru, kategorija u tip ta’ sors(i) ta’ dawl: …

Vultaġġ u potenza: …

Applikazzjoni ta’ tagħmir elettroniku ta’ kontroll tas-sors ta’ dawl:

(a)

Jagħmel parti mill-fanal: iva/le (2)

(b)

Ma jagħmilx parti mill-fanal: iva/le (2)

Vultaġġ(i) tad-dħul fornuti minn tagħmir elettroniku ta’ kontroll tas-sors ta’ dawl:

Il-manifattur u n-numru ta’ identifikazzjoni tat-tagħmir elettroniku ta’ kontroll tas-sors ta’ dawl (meta t-tagħmir ta’ kontroll tas-sors ta’ dawl ikun parti mill-fanal iżda ma jkunx inkluż fil-qafas tal-fanal): …

Modulu ta’ sors ta’ dawl: iva/le (2)

Kodiċi speċifiku ta’ identifikazzjoni tal-modulu tas-sors ta’ dawl: …

Kundizzjonijiet ġeometriċi ta’ installazzjoni u varjazzjonijiet li jirrelataw; jekk hemm minnhom: …

Għal tip ta’ fanal tal-immanuvrar skont ir-Regolament Nru 23, il-paragrafu 6.2.2

Għoli massimu għall-immuntar: …

10.

Il-pożizzjoni tal-marka tal-approvazzjoni: …

11.

Kummenti:

Fil-każ ta’ fanal tar-rivers, dan il-mezz għandu jkun installat fuq xi vettura biss bħala parti minn apparat f’par: iva/le (2)

12.

Ir-raġuni(jiet) għall-estensjoni (jekk japplika): …

13.

Approvazzjoni mogħtija/estiża/miċħuda/irtirata (2)

14.

Post: …

15.

Data: …

16.

Firma: …

17.

Il-lista tad-dokumenti mogħtija lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tat l-approvazzjoni hija mehmuża ma’ din il-Komunikazzjoni u jistgħu jintalbu biex jinkisbu.


(2)  Aqta’ dak li ma japplikax.


ANNESS 2

EŻEMPJI TA’ ARRANĠAMENTI TA’ MARKI TA’ APPROVAZZJONI

Dijagramma 1

Il-Marki għal fanali waħdanin

Mudell A

Image

Fakultattiv

Image

a = 5 mm (min)

L-apparat bil-marka tal-approvazzjoni li tidher hawn fuq huwa fanal tar-rivers li ġie approvat fil-Pajjiżi l-Baxxi (E4) skont ir-Regolament Nru 23 taħt in-numru ta’ approvazzjoni 221. In-numru ta’ approvazzjoni jindika li l-approvazzjoni ngħatat skont ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 23 fil-verżjoni oriġinali tiegħu jew kif ġie emendat mis-Supplimenti 1 u/jew 2, skont il-każ. Il-vleġġa turi l-ġenb li fuqu l-ispeċfikazzjonijiet fotometriċi meħtieġa huma milħuqa sa angolu ta’ 45°H.

Nota: In-numru tal-approvazzjoni u s-simboli addizzjonali għandhom jitqiegħdu viċin iċ-ċirku u jew fuq jew taħt l-ittra ‘E’, jew lejn ix-xellug jew lejn il-lemin ta’ dik l-ittra. Iċ-ċifri tan-numru tal-approvazzjoni u n-numru tas-serje ta’ produzzjoni għandhom ikunu fuq l-istess naħa tal-ittra ‘E’ u jħarsu lejn l-istess direzzjoni. L-użu ta’ numri Rumani bħala numri ta’ approvazzjoni għandu jkun evitat sabiex ma jiġux konfużjoni ma’ simboli oħra.

Dijagramma 2

Marki ssimplifikati għall-fanali raggruppati, kkombinati jew inkorporati reċiprokament.

Il-linji vertikali u orizzontali jiskematizzaw il-forma tal-istrument li jagħmel is-sinjali bid-dawl.

Dawn mhumiex parti mill-marka tal-approvazzjoni.

Mudell B

Image

Mudell C

Image

Mudell D

Image

Nota: It-tliet eżempji ta’ marki ta’ approvazzjoni, mudelli B, C u D jirrappreżentaw tliet varjabbli possibbli tal-marka ta’ xi apparat tad-dawl meta żewġ fanali jew aktar ikunu parti mill-istess immontar ta’ fanali ragruppati, kombinati jew inkorporati reċiprokament. Din il-marka ta’ approvazzjoni turi li l-apparat kien approvat fl-Olanda (E 4) skont in-numru ta’ approvazzjoni 3333 u tinkorpora:

 

Retro-riflettur ta’ klassi IA approvat skont is-serje ta’ emendi 02 tar-Regolament Nru 3;

 

Fanal ta’ wara li jindika d-direzzjoni tal-kategorija 2a approvat skont is-serje ta’ emendi 01 tar-Regolament Nru 6;

 

Fanal aħmar tan-naħa ta’ wara (R) approvat skont is-serje ta’ emendi 01 tar-Regolament Nru 7;

 

Fanal taċ-ċpar ta’ wara (F) approvat skont ir-Regolament Nru 38 fil-verżjoni oriġinali tiegħu;

 

Fanal tar-rivers (AR) approvat skont ir-Regolament Nru 23 fil-verżjoni oriġinali tiegħu;

 

Fanal tal-brejk b’żewġ livelli ta’ dawl (S2) approvat skont is-serje ta’ emendi 01 tar-Regolament Nru 7.

Mudell E

L-immarkar ta’ fanali indipendenti

Image

L-eżempju ta’ hawn fuq jikkorrispondi mal-marki ta’ lenti maħsuba biex tintuża f’tipi differenti ta’ fanali. Il-marki tal-approvazzjoni jindikaw li l-apparat ġie approvat fi Spanja (E9) bin-numru tal-approvazzjoni 1432 u jinkludi:

 

Fanal taċ-ċpar ta’ wara (F) approvat skont ir-Regolament Nru 38 fil-verżjoni oriġinali tiegħu,

 

Fanal ta’ wara li jindika d-direzzjoni tal-kategorija 2a approvat skont is-serje ta’ emendi 01 tar-Regolament Nru 6,

 

Fanal tar-rivers (AR) approvat skont ir-Regolament Nru 23 fil-verżjoni oriġinali tiegħu,

 

Fanal aħmar tan-naħa ta’ wara (tal-ġenb) (R) approvat skont is-serje ta’ emendi 02 tar-Regolament Nru 7,

 

Fanal tal-brejk b’livell wieħed ta’ dawl (S1) approvat skont is-serje ta’ emendi 02 tar-Regolament Nru 7.

Dijagramma 3

Moduli tas-sors tad-dawl

Image

Il-modulu ta’ sors ta’ dawl li jkollu l-kodiċi ta’ identifikazzjoni li jidher hawn fuq ġie approvat flimkien ma’ fanal approvat fl-Italja (E3) bin-numru ta’ approvazzjoni 17325.

Dijagramma 4

L-immarkar tal-fanali tal-immanuvrar

Image

L-apparat bil-marka tal-approvazzjoni li tidher hawn fuq huwa fanal tal-immanuvrar li ġie approvat fil-Ġermanja (E1) skont ir-Regolament Nru 23 taħt in-numru ta’ approvazzjoni 2207.

In-numru ta’ approvazzjoni jindika li l-approvazzjoni ngħatat skont ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 23 fil-forma oriġinali tiegħu.

Nota: In-numru tal-approvazzjoni u s-simboli addizzjonali għandhom jitqiegħdu viċin iċ-ċirku u jew fuq jew taħt l-ittra “E”, jew lejn ix-xellug jew lejn il-lemin ta’ dik l-ittra. Iċ-ċifri tan-numru tal-approvazzjoni u n-numru tas-serje ta’ produzzjoni għandhom ikunu fuq l-istess naħa tal-ittra ‘E’ u jħarsu lejn l-istess direzzjoni. L-użu ta’ numri Rumani bħala numri ta’ approvazzjoni għandu jkun evitat sabiex ma jiġux konfużjoni ma’ simboli oħra.


ANNESS 3

KEJL FOTOMETRIKU

1.   Metodi ta’ kejl, ġenerali

1.1.   Meta jsir il-kejl fotometriku, għandhom jiġu evitati riflessi iżolati permezz ta’ kopertura xierqa.

1.2.   F’każ li r-riżultati tal-kejl jiġu kkontestati, il-kejl għandu jsir b’tali mod li jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

1.2.1.   Id-distanza tal-kejl għandha tkun tali li l-liġi tal-invers tal-kwadrant tad-distanza tkun applikabbli;

1.2.2.   It-tagħmir tal-kejl għandu jkun tali li l-angolu li jiġi quddiem ir-riċevitur miċ-ċentru ta’ referenza tad-dawl ikun bejn 10′ u 1°;

1.2.3.   Ir-rekwiżit dwar l-intensità għal direzzjoni partikolari ta’ osservazzjoni għandu jiġi ssodisfat jekk l-intensità meħtieġa tinkiseb f’direzzjoni li tiddevja b’mhux aktar minn kwart ta’ grad mid-direzzjoni tal-osservazzjoni.

1.3.   Fil-każ fejn l-apparat jista’ jiġi installat fuq il-vettura f’aktar minn pożizzjoni waħda jew f’medda ta’ pożizzjonijiet differenti, il-kejl fotometriku għandu jiġu ripetut għal kull pożizzjoni jew għall-pożizzjonijiet estremi tal-medda tal-assi ta’ referenza speċifikata mill-manifattur.

2.   Fil-każ tal-fanali tar-rivers, il-punti ta’ kejl espressi fi gradi tal-angolu mal-assi ta’ referenza u valuri ta’ intensitajiet minimi tad-dawl mitfugħ.

Image

2.1.   Id-direzzjonijiet H = 0° u V = 0° jikkorrispondu għall-assi ta’ referenza. Fuq il-vettura dawn huma orizzontali, parallel mal-wiċċ loġitudinali medjan tal-vettura u orjentati fid-direzzjoni meħtieġa ta’ vi¿ibilità. Dawn jgħaddu miċ-ċentru ta’ referenza. Il-valuri murija fit-tabella jagħtu, għad-diversi direzzjonijiet tal-kejl, l-intensitajiet minimi mogħtija f’cd.

2.2.   Jekk l-eżami viżwali ta’ fanal jidher li jiżvela varjazzjonijiet lokali sostanzjali tal-intensità, għandha ssir verifika biex tassigura li l-ebda intensità mkejla bejn tnejn mid-direzzjonijiet tal-kejl imsemmija hawn fuq ma tkun inqas minn 50 fil-mija tal-intensità minima l-aktar baxxa tat-tnejn preskritti għal dawn id-direzzjonijiet ta’ kejl.

3.   Kejl fotometriku ta’ fanali mgħammra b’diversi sorsi ta’ dawl

Il-prestazzjoni fotometrika għandha tiġi kkontrollata:

3.1.   Għal sorsi ta’ dawl mhux sostitwibbli (bozoz tal-filament u oħrajn):

Bis-sorsi tad-dawl preżenti fil-fanal, skont is-sottoparagrafi rilevanti tal-paragrafu 7.1 ta’ dan ir-Regolament.

3.2.   Għal sors(i) tad-dawl sostitwibbli:

Meta mgħammra bis-sors(i) tad-dawl b’6,75 V, 13,5 V jew 28,0 V, il-valuri tal-intensità tad-dawl prodotti għandhom jiġu kkoreġuti. Għall-bozoz tal-filament, il-fattur ta’ korrezzjoni huwa l-proporzjon bejn il-fluss tad-dawl ta’ referenza u l-valur medju tal-fluss tad-dawl miksub b’vultaġġ applikat (6,75 V, 13,5 V jew 28,0 V).

Għas-sorsi tad-dawl LED, il-fattur ta’ korrezzjoni huwa l-proporzjon bejn il-fluss tad-dawl ta’ referenza u l-valur medju tal-fluss tad-dawl miksub b’vultaġġ applikat (6,75 V, 13,5 V jew 28,0 V).

Il-flussi tad-dawl ta’ kull bozza tal-filament u/jew is-sors tad-dawl LED użati ma għandhomx jiddevjaw aktar minn 5 fil-mija mill-valur intermedju.

Inkella, u dan jgħodd biss fil-każ tal-bozoz tal-filament, minflok tista’ tintuża bozza tal-filament standard, f’kull waħda mill-pożizzjonijiet u operata fil-fluss ta’ referenza tagħha, u jingħadd flimkien il-kejl individwali f’kull pożizzjoni.


ANNESS 4

IR-REKWIŻITI MINIMI GĦALL-PROĊEDURI TA’ KONTROLL TAL-KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

1.   Ġenerali

1.1.   Mill-aspetti mekkaniċi u ġeometriċi, ir-rekwiżiti għall-konformità jitqiesu sodisfatti jekk il-varjanti ma jeċċedux id-devjazzjonijiet inevitabbli tal-manifattura koperti fir-rekwiziti ta’ dan ir-Regolament.

1.2.   Fir-rigward tal-prestazzjonijiet fotometriċi, il-konformità tal-fanali prodotti fi kwantità kbira ma għandhiex tiġi kkontestata jekk, meta jiġu ttestjati l-prestazzjonijiet fotometriċi ta’ kull fanal magħżul każwalment skont il-paragrafu 7 ta’ dan ir-Regolament, rispettivament:

1.2.1.   L-ebda valur imkejjel ma jiddevja b’mod mhux favorevoli b’aktar minn 20 fil-mija mill-valuri preskritti f’dan ir-Regolament.

1.2.2.   Jekk, fil-każ ta’ fanal mgħammar b’sors tad-dawl sostitwibbli u jekk ir-riżultati tat-test deskritt hawn fuq ma jissodisfawx ir-rekwiżiti, it-testijiet fuq il-fanali għandhom jerġgħu jsiru permezz ta’ sors ieħor tad-dawl standard.

1.3.   Il-koordinati tal-kromatiċità għandhom jikkonformaw meta jiġu ttestjati skont il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 7 ta’ dan ir-Regolament.

2.   Rekwiżiti minimi għall-verifika tal-konformità mill-manifattur

Għal kull tip ta’ fanal, id-detentur tal-marka tal-approvazazjoni għandu jwettaq tal-inqas it-testijiet li ġejjin, f’intervalli xierqa. Dawn it-testijiet għandhom isiru skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

Jekk jittieħdu kampjuni u jirriżulta li skont it-tip ta’ test li jkun sarilhom ma jikkonformawx, iridu jerġgħu jittieħdu kampjuni oħrajn u jerġgħu jiġu sottomessi għat-testijiet. Il-manifattur irid jieħu l-passi meħtieġa biex jiżgura l-konformità tal-prodott.

2.1.   In-natura tat-testijiet

It-testijiet ta’ konformità f’dan ir-Regolament għandhom ikopru l-karatteristiċi fotometriċi u kolorimetriċi.

2.2.   Metodi użati fit-testijiet

2.2.1.   It-testijiet ġeneralment isiru skont il-metodi stipulati f’dan ir-Regolament.

2.2.2.   Fi kwalunkwe test tal-konformità mwettaq mill-manifattur, jistgħu jintużaw metodi ekwivalenti bil-kunsens tal-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip kompetenti responsabbli għat-testijiet tal-approvazzjoni. Hija r-responsabbiltà tal-manifattur li jipprova li l-metodi li juża jkunu ekwivalenti għal dawk li hemm stipulati fir-Regolament.

2.2.3.   L-applikazzjoni tal-paragrafi 2.2.1 u 2.2.2 t’hawn fuq teħtieġ kalibrar regolari tal-apparat tat-test u l-korrelazzjoni tiegħu ma’ kejl magħmul minn awtorità kompetenti.

2.2.4.   F’kull każ il-metodi stipulati f’dan ir-Regolament huma l-istandard li magħhom iridu jimxu l-metodi użati, speċjalment għall-għanijiet amministrattivi tal-verifika u l-prova tal-kampjuni.

2.3.   Kif jittieħdu l-kampjuni

Il-kampjuni tal-fanali għandhom jintgħażlu b’mod każwali mill-produzzjoni ta’ grupp uniformi. Grupp uniformi jfisser sett ta’ fanali tal-istess tip, iddefinit skont il-metodi ta’ produzzjoni tal-manifattur.

Il-valutazzjoni għandha tkopri, b’mod ġenerali, il-produzzjoni f’serje minn fabbriki individwali. Madankollu, manifattur jista’ jiġbor flimkien dokumenti li jikkonċernaw l-istess tip minn fabbriki differenti sakemm dawn joperaw taħt l-istess sistema ta’ kwalità u ta’ ġestjoni tal-kwalità.

2.4.   Karatteristiċi fotometriċi mkejlin u nnotati

Il-fanal fil-kampjun għandu jsir kejl fotometriku fuqu għall-valuri minimi fil-punti elenkati fl-Anness 3 u l-koordinati ta’ kromatiċità meħtieġa.

2.5.   Il-Kriterji ta’ x’inhu aċċettabbli

Il-manifattur huwa responsabbli għat-twettiq ta’ studju ta’ statistika tar-riżultati tat-test u għad-definizzjoni, bi ftehim mal-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip kompetenti, tal-kriterji li jirregolaw l-aċċettabilità tal-prodotti tiegħu biex jintlaħqu l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti għall-verifika tal-konformità tal-prodotti fil-paragrafu 9.1 ta’ dan ir-Regolament.

Il-kriterji li jirregolaw l-aċċettabilità għandhom ikunu tali li, b’livell ta’ fiduċja ta’ 95 fil-mija, il-probabbiltà minima ta’ suċċess f’kontroll għal għarrieda skont l-Anness 5 (l-ewwel teħid tal-kampjuni) tkun ta’ 0,95.


ANNESS 5

IR-REKWIŻITI MINIMI GĦAL TEĦID TA’ KAMPJUNI MINN SPETTUR

1.   Ġenerali

1.1.   Mill-aspetti mekkaniċi u ġeometriċi, ir-rekwiżiti għall-konformità jitqiesu sodisfatti skont il-kundizzjonijiet, fejn jeżistu, ta’ dan ir-Regolament jekk il-varjanti ma jeċċedux id-varjanti inevitabbli tal-manifattura.

1.2.   Fir-rigward tal-prestazzjonijiet fotometriċi, il-konformità tal-fanali prodotti fi kwantità kbira ma għandhiex tiġi kkontestata jekk, meta jiġu ttestjati l-prestazzjonijiet fotometriċi ta’ kull fanal magħżul każwalment skont il-paragrafu 7 ta’ dan ir-Regolament, rispettivament:

1.2.1.   L-ebda valur imkejjel ma jiddevja b’mod mhux favorevoli b’aktar minn 20 fil-mija mill-valuri preskritti f’dan ir-Regolament.

1.2.2.   Jekk, fil-każ ta’ fanal mgħammar b’sors tad-dawl sostitwibbli u jekk ir-riżultati tat-test deskritt hawn fuq ma jissodisfawx ir-rekwiżiti, it-testijiet fuq il-fanali għandhom jerġgħu jsiru permezz ta’ sors ieħor tad-dawl standard.

1.2.3.   Fanali b’difetti evidenti jitwarrbu.

1.3.   Il-koordinati tal-kromatiċità għandhom jikkonformaw meta jiġu ttestjati skont il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 7 ta’ dan ir-Regolament.

2.   L-ewwel teħid ta’ kampjun

Fl-ewwel teħid ta’ kampjuni jintgħażlu erba’ fanali b’mod każwali. L-ewwel kampjun ta’ tnejn minnhom ikun immarkat A, it-tieni jkun immarkat B.

2.1.   Il-konformità ma tkunx ikkontestata

2.1.1.   Skont il-proċedura ta’ teħid ta’ kampjuni kif tidher fil-Figura 1 ta’ dan l-Anness, il-konformità tal-fanali prodotti bil-massa ma għandhiex tiġi kkontestata jekk id-devjazzjoni tal-valuri mkejla tal-fanali fid-direzzjonijiet mhux favorevoli jkunu:

2.1.1.1.   Kampjun A

A1:

fanal wieħed:

0 fil-mija

fanal wieħed mhux aktar minn

20 fil-mija

A2:

iż-żewġ fanali li huma aktar minn

0 fil-mija

iżda mhux aktar minn

20 fil-mija

mur għall-kampjun B

 

2.1.1.2.   Kampjun B

B1:

iż-żewġ fanali li huma

0 fil-mija

2.1.2.   Jew jekk il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1.2.2 t’hawn fuq għall-kampjun A jiġu ssodisfati.

2.2.   Il-konformità tkun ikkontestata

2.2.1.   Skont il-proċedura tat-teħid tal-kampjuni kif tidher fil-Figura 1 ta’ dan l-anness, il-konformità tal-fanali prodotti bil-massa għandha tiġi kkontestata u l-manifattur jintalab iġib il-produzzjoni tiegħu b’mod li tissodisfa r-rekwiżiti (allinjament) jekk id-devjazzjonijiet tal-valuri mkejla tal-fanali huma:

2.2.1.1.   Kampjun A

A3:

fanal wieħed mhux aktar minn

20 fil-mija

fanal wieħed aktar minn

20 fil-mija

iżda mhux aktar minn

30 fil-mija

2.2.1.2.   Kampjun B

B2:

fil-każ ta’ A2

 

fanal wieħed aktar minn

0 fil-mija

iżda mhux aktar minn

20 fil-mija

fanal wieħed mhux aktar minn

20 fil-mija

B3:

fil-każ ta’ A2

 

fanal wieħed

0 fil-mija

fanal wieħed aktar minn

20 fil-mija

iżda mhux aktar minn

30 fil-mija

2.2.2.   Jew jekk il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1.2.2 t’hawn fuq għall-kampjun A ma jkunux issodisfati.

2.3.   Approvazzjoni rtirata

Il-konformità għandha tkun ikkontestata u jkun applikat il-paragrafu 10 jekk, skont il-proċedura ta’ teħid ta’ kampjuni fil-Figura 1 ta’ dan l-Anness, id-devjazzjonijiet tal-valuri mkejla tal-fanali jkunu:

2.3.1.   Kampjun A

A4:

fanal wieħed mhux aktar minn

20 fil-mija

fanal wieħed aktar minn

30 fil-mija

A5:

iż-żewġ fanali li huma aktar minn

20 fil-mija

2.3.2.   Kampjun B

B4:

fil-każ ta’ A2

 

fanal wieħed aktar minn

0 fil-mija

iżda mhux aktar minn

20 fil-mija

fanal wieħed aktar minn

20 fil-mija

B5:

fil-każ ta’ A2

 

iż-żewġ fanali li huma aktar minn

20 fil-mija

B6:

fil-każ ta’ A2

 

fanal wieħed

0 fil-mija

fanal wieħed aktar minn

30 fil-mija

2.3.3.   Jew jekk il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1.2.2 t’hawn fuq għall-kampjuni A u B ma jkunux issodisfati.

3.   Teħid ripetut ta’ kampjuni

Fil-każijiet ta’ A3, B2, B3, ripetizzjoni tat-teħid ta’ kampjuni, it-tielet kampjun C ta’ żewġ fanali u r-raba’ kampjun D ta’ żewġ fanali, magħżula minn stokk manifatturat wara l-allinjament, tkun meħtieġa fi żmien xahrejn wara n-notifika.

3.1.   Il-konformità ma tkunx ikkontestata

3.1.1.   Wara l-proċedura tat-teħid ta’ kampjuni murija fil-Figura 1 ta’ dan l-Anness, il-konformità ta’ fanali prodotti fi kwantitajiet kbar m’għandhiex tiġi kkontestata jekk id-devjazzjonijiet tal-valuri mkejla tal-fanali jkunu:

3.1.1.1.   Kampjun C

C1:

fanal wieħed

0 fil-mija

fanal wieħed mhux aktar minn

20 fil-mija

C2:

iż-żewġ fanali li huma aktar minn

0 fil-mija

iżda mhux aktar minn

20 fil-mija

mur għall-kampjun D

 

3.1.1.2.   Kampjun D

D1:

fil-każ ta’ C2

 

iż-żewġ fanali li huma

0 fil-mija

3.1.2.   Jew jekk il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1.2.2 t’hawn fuq għall-kampjun C ma jkunux issodisfati.

3.2.   Il-konformità tkun ikkontestata

3.2.1.   Skont il-proċedura tat-teħid tal-kampjuni kif tidher fil-Figura 1 ta’ dan l-anness, il-konformità tal-fanali prodotti bil-massa għandha tiġi kkontestata u l-manifattur jintalab iġib il-produzzjoni tiegħu b’mod li tissodisfa r-rekwiżiti (allinjament) jekk id-devjazzjonijiet tal-valuri mkejla tal-fanali huma:

3.2.1.1.   Kampjun D

D2:

fil-każ ta’ C2

 

fanal wieħed aktar minn

0 fil-mija

iżda mhux aktar minn

20 fil-mija

fanal wieħed mhux aktar minn

20 fil-mija

3.2.1.2.   Jew, jekk il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1.2.2 għall-kampjun C ma jkunux issodisfati.

3.3.   Approvazzjoni rtirata

Il-konformità għandha tkun ikkontestata u jkun applikat il-paragrafu 10 jekk, skont il-proċedura ta’ teħid ta’ kampjuni fil-Figura 1 ta’ dan l-Anness, id-devjazzjonijiet tal-valuri mkejla tal-fanali jkunu:

3.3.1.   Kampjun C

C3:

fanal wieħed mhux aktar minn

20 fil-mija

fanal wieħed aktar minn

20 fil-mija

C4:

iż-żewġ fanali li huma aktar minn

20 fil-mija

3.3.2.   Kampjun D

D3:

fil-każ ta’ C2

 

fanal wieħed 0 jew aktar minn

0 fil-mija

fanal wieħed aktar minn

20 fil-mija

3.3.3.   Jew jekk il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1.2.2 t’hawn fuq għall-kampjuni C u D ma jkunux issodisfati.

Dijagramma 1

Image

8.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 237/24


It-testi NU/KEE oriġinali biss għandhom effett legali skont il-liġi pubblika internazzjonali. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu vverifikati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus tan-NU/KEE TRANS/WP.29/343, li jista’ jinstab fuq: http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html

Ir-Regolament Nru 46 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi għall-approvazzjoni tat-tagħmir għall-viżjoni indiretta u tal-vetturi motorizzati fir-rigward tal-installazzjoni ta’ dan it-tagħmir

Jinkorpora t-test validu kollu sa:

Is-Suppliment 3 tas-serje 03 ta’ emendi — Id-data tad-dħul fis-seħħ: id-9 ta’ Ottubru 2014

Is-Suppliment 1 tas-serje 04 ta’ emendi — Id-data tad-dħul fis-seħħ: id-9 ta’ Ottubru 2014

KONTENUT

IR-REGOLAMENT

1.

Kamp ta’ applikazzjoni

I.   Tagħmir għall-vista indiretta

2.

Definizzjonijiet

3.

Applikazzjoni għall-approvazzjoni

4.

Immarkar

5.

Approvazzjoni

6.

Ir-rekwiżiti

7.

Modifikar tat-tip ta’ tagħmir għall-viżjoni indiretta u l-estensjoni tal-approvazzjoni

8.

Konformità tal-produzzjoni

9.

Il-penali għan-nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni

10.

Produzzjoni mwaqqfa definittivament

11.

Ismijiet u indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni, u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip

II.   Stallazzjoni ta’ tagħmir għall-viżjoni indiretta

12.

Definizzjonijiet

13.

Applikazzjoni għall-approvazzjoni

14.

Approvazzjoni

15.

Ir-rekwiżiti

16.

Modifiki tat-tip tal-vettura u l-estensjoni tal-approvazzjoni

17.

Konformità tal-produzzjoni

18.

Il-penali għan-nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni

19.

Produzzjoni mwaqqfa definittivament

20.

Ismijiet u indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni, u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip

21.

Dispożizzjonijiet tranżitorji

L-ANNESSI

1.

Dokument ta’ informazzjoni għall-approvazzjoni tat tip ta’ komponent għal tagħmir għall-viżjoni indiretta

2.

Dokument ta’ informazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip għall-installazzjoni tat-tagħmir tal-viżjoni indiretta

3.

Komunikazzjoni dwar l-approvazzjoni jew ir-rifjut jew l-estensjoni jew l-irtirar tal-approvazzjoni jew il-produzzjoni definittivament imwaqqfa għat-tip tal-mezz għall-viżjoni indiretta, skont ir-Regolament Nru 46

4.

Komunikazzjoni dwar l-approvazzjoni jew ċaħda jew estensjoni jew irtirar tal-approvazzjoni jew produzzjoni mwaqqfa għal kollox ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tal-istallazzjoni ta’ tagħmir għall-viżjoni indiretta, skont ir-Regolament Nru 46

5.

Arranġament għall-marka tal-approvazzjoni ta’ tagħmir għall-viżjoni indiretta

6.

Il-Metodu tat-test li jistabbilixxi r-riflettività

7.

Il-Proċedura għalbiex jiġi stabbilit ir-raġġ tal-kurvatura “r” tal-wiċċ ta’ mera li jirrifletti

8.

Il-proċedura biex jiġu ddeterminati l-punt “H” u l-angolu effettiv tat-torso għall-pożizzjonijiet bil-qiegħda fil-vetturi motorizzati

9.

(Riżervat)

10.

Il-kalkolu tal-kxif tad-distanza.

11.

Determinazzjoni tad-daqs muri tal-oġġett

1.   KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

Dan ir-Regolament japplika:

(a)

Għal tagħmir obbligatorju u opzjonali għall-viżjoni indiretta, kif stabbilit fit-tabella skont il-paragrafu 15.2.1.1.1 ta’ dan ir-Regolament għall-vetturi tal-kategorija M u N (1) u għal tagħmir obbligatorju u opzjonali għall-viżjoni indiretta msemmi fil-paragrafi 15.2.1.1.3 u 15.2.1.1.4 ta’ dan ir-Regolament għal vetturi tal-kategorija L (2) li l-bodì tagħhom jagħlaq fih talanqas b’mod parzjali lis-sewwieq.

(b)

Għall-istallazzjoni ta’ tagħmir għal viżjonijiet indiretti tal-kategorija M u N u afuq vetturi tal-kategorija L (3) li l-bodì tagħhom jagħlaq fih talanqas b’mod parzjali lis-sewwieq.

I.   TAGĦMIR GĦALL-VISTA INDIRETTA

2.   DEFINIZZJONIJIET

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:

2.1.   “Tagħmir tal-viżjoni indiretta” tfisser it-tagħmir biex tiġi osservata ż-żona tat-traffiku biswit il-vettura li ma tistax tiġi osservata bil-viżjoni diretta. Dawn jistgħu jkunu mirja konvenzjonali, monitors tal-cameras jew mezzi oħra li kapaċi jippreżentaw informazzjoni dwar il-firxa indiretta tal-viżjoni lis-sewwieq.

2.1.1.   “Mera” tfisser kull tagħmir, minbarra tagħmir bħall-periskopji, maħsuba biex jagħtu veduta ċara ta’ wara, il-ġenb jew quddiem tal-vettura fil-firxiet tal-viżjoni ddefiniti fil-paragrafu 15.2.4 ta’ dan ir-Regolament.

2.1.1.1.   “Mera ta’ ġewwa” tfisser tagħmir kif iddefinit fil-paragrafu 2.1 ta’ hawn fuq, li jista’ jiġi mwaħħal fil-kompartiment tal-passiġġieri ta’ vettura.

2.1.1.2.   “Mera ta’ barra” tfisser tagħmir kif iddefnit fil-paragrafu 2.1 ta’ hawn fuq, li jista’ jiġi mmuntat fuq il-wiċċ estern tal-vettura.

2.1.1.3.   “Mera tas-sorveljanza” tfisser mera għajr dawk iddefiniti fil-paragrafu 2.1.1, li tista’ tiġi mwaħħla fuq ġewwa jew man-naħa ta’ barra tal-vettura sabiex tipprovdi firxiet oħra tal-viżjoni għajr dawk speċifikati fil-paragrafu 15.2.4 ta’ dan ir-Regolament.

2.1.1.4.   “Sistema ta appoġġ tal-viżjoni” tfisser sistema li tippermetti lis-sewwieq jinduna b’oġġetti biswit il-vettura jew jarahom.

2.1.1.5.   “r” tfisser il-medja tar-raġġi tal-kurvatura mkejla fuq il-wiċċ li jirrifletti, skont il-metodu deskritt fl-Anness 7.

2.1.1.6.   “Ir-raġġi prinċipali tal-kurvatura fuq punt wieħed fuq il-wiċċ li jirrifletti (ri)” tfisser il-valuri miksuba bl-apparat definit fl-Anness 7, imkejla fuq l-ark tal-wiċċ li jirifletti li jgħaddi miċ-ċentru ta’ dan il-wiċċ parallel mas-segment b, kif definit fil-paragrafu 6.1.2.1.2.1 ta’ dan ir-Regolament u fuq l-ark perpendikulari ma’ dan is-segment.

2.1.1.7.   “Ir-raġġ tal-kurvatura f’punt fuq il-wiċċ li jirrifletti (rp)” tfisser il-medju aritmetiku tar-raġġi prinċipali tal kurvatura ri u ri′, jiġifieri:

Formula

2.1.1.8.   “Wiċċ sferiku” tfisser wiċċ li jkollu raġġ kostanti u ugwali fid-direzzjonijiet kollha

2.1.1.9.   “Wiċċ asferiku” tfisser wiċċ li jkollu raġġ kostanti f’wiċċ wati wieħed biss.

2.1.1.10.   “Mera asferika” tfisser mera komposta minn parti sferika u parti asferika, li fiha trid tkun immarkata t-transizzjoni tal-wiċċ li jirrifletti mill-parti sferika għall-parti asferika. Il-kurvatura tal-assi ewlenija tal-mera hija ddefinita fis-sistema tal-koordinati x/y iddefinita bir-raġġ tal-kallotta primarja sferika bi:

Formula

R

:

ir-raġġ nominali fil-parti sferika

k

:

il-kostanti għall-bidla tal-kurvatura:

a

:

il-kostanti għad-daqs sferiku tal-kallotta primarja sferika

2.1.1.11.   “Iċ-ċentru tal-wiċċ li jirrifletti” tfisser iċ-ċentru taż-żona viżibbli tal-wiċċ li jirrifletti.

2.1.1.12.   “Ir-raġġ tal-kurvatura tal-partijiet kostitwenti tal-mera” tfisser ir-raġġ “c” tal-ark taċ-ċirku li japprossima l-iktar mill-qrib il-għamla mgħawġa tal-parti kkonċernata.

2.1.1.13.   “Il-klassi tal-mera” tfisser il-mezzi kollha li jkollhom karatteristika jew funzjoni komuni jew iktar. Jiġu kklassifikati kif ġej:

(a)

Klassi I: “Mera fuq ġewwa li tagħti veduta fuq in-naħa ta’ wara”, li tagħti l-firxa tal-viżjoni ddefinita fil-paragrafu 15.2.4.1 ta’ dan ir-Regolament;

(b)

Klassijiet II u III: “Mera fuq barra li tagħti veduta fuq in-naħa ta’ wara”, li tagħti l-firxiet tal-viżjoni ddefiniti fil-paragrafi 15.2.4.2 u 15.2.4.3 ta’ dan ir-Regolament;

(c)

Klassi IV: “Mera fuq barra b’angolu wiesgħa”, li tagħti l-firxa tal-viżjoni ddefinita fil-paragrafu 15.2.4.4 ta’ dan ir-Regolament;

(d)

Klassi V: “Mera fuq barra bi prossimita qariba”, li tagħti l-firxa tal-viżjoni ddefinita fil-paragrafu 15.2.4.5 ta’ dan ir-Regolament;

(e)

Klassi VI: “Mera ta’ quddiem”, li tagħti l-firxa tal-viżjoni ddefinita fil-paragrafu 15.2.4.6 ta’ dan ir-Regolament;

(f)

Klassi VII: Mirja maħsuba għal vetturi tal-kategorija L bil-bodì, li tagħti l-kamp viżiv iddefinit fil-paragrafu 15.2.4.7 ta’ dan ir-Regolament.

2.1.2.   “Tagħmir b’ monitor u kamera għall-viżjoni indiretta” tfisser tagħmir kif iddefinit fil-paragrafu 2.1 fejn il-kamp viżiv jinkiseb permezz ta’ monitor u kamera kif iddefinit fil-paragrafi 2.1.2.1 u 2.1.2.2.

2.1.2.1.   “Kamera” tfisser tagħmir li jagħti immaġni tad-dinja ta’ barra u wara jikkonverti din l-immaġni f’sinjal (eż. sinjal tal-vidjow).

2.1.2.2.   “Monitor” tfisser tagħmir li jikkonverti sinjal f’immaġnijiet li jidhru fuq l-ispettru viżiv.

2.1.2.3.   “Kxif” ifisser il-kapaċità li oġġett jiġi distint mill-isfond/dwar tiegħu f’ċerta distanza.

2.1.2.4.   “Kuntrast tal-luminanza” tfisser il-proporzjon tal-luminożità bejn oġġett u l-isfond/l-ambjent immedjat tiegħu li jippermetti li l-oġġett jiġi distint mill-isfond/l-ambjent tiegħu.

2.1.2.5.   “Riżoluzzjoni” tfisser l-iżgħar dettal li jista’ jingħaraf b’sistema perċettiva, jiġifieri pperċepit bħala separat mill-unità kollha ikbar. Ir-riżoluzzjoni tal-għajn tal-bniedem hija indikata bħala “l-akutezza viżwali”.

2.1.2.6.   “Oġġett kritiku” tfisser oġġett ċilindriku għoli 0,50 m u b’dijametru ta’ 0,30 m.

2.1.2.7.   “Perċezzjoni kritika” tfisser il-livell tal-perċezzjoni li jista’ biss jinkiseb taħt kondizzjonijiet kritiċi ta’ vista permezz tas-sistema tal-viżjoni użata. Dan jikkorrispondi għas-sitwazzjoni li fiha skala rappreżentattiva ta’ oġġett kritiku li hija drabi multipli akbar mill-iżgħar dettall li jista’ jiġi pperċepit permezz ta’ sistema ta’ vista.

2.1.2.8.   “Kamp viżiv” tfisser it-taqsima tal-ispazju tridimensjonali li tiġi osservata bl-għajnuna tat-tagħmir għall-viżjoni indiretta. Sakemm ma jintqalx mod ieħor, dan huwa bbażat fuq il-viżjoni fil-livell tal-art li joffri tagħmir li mhuwiex mera. Dan jista’ jkun limitat bid-distanza tal-individwazzjoni relevanti li tikkorrispondi għall-oġġett kritiku.

2.1.2.9.   “Distanza tad-detezzjoni” tfisser id-distanza mkejla miċ-ċentru tal-lenti tal-kamera sal-punt li fih oġġett kritiku jista’ jiġi kemmxejn ipperċepit (kif definit mill-perċezzjoni kritika).

2.1.2.10.   (Riżervat)

2.1.2.11.   (Riżervat)

2.1.2.12.   “Spettru viżwali” tfisser id-dawl b’tul ta’ mewġa fil-firxa tal-limiti perċettivi tal-għajnejn tal-bniedem: 380-780 nm.

2.1.2.13.   “Tagħmir tas-sorveljanza bl-irrikordjar b’kamera u monitor” tfisser kamera u jew monitor jew tagħmir tal-irrikordjar li mhux il-tagħmir bil-monitor u l-kamera definit fil-paragrafu 2.1.2 ta’ hawn fuq li jistgħu jitwaħħlu ġewwa jew man-naħa ta’ barra tal-vettura sabiex jipprovdu firxiet tal-viżjoni għajr dawk speċifikati fil-paragrafu 15.2.4 jew biex jipprovdu sistema ta’ sikurezza fil-vettura jew madwarha.

2.1.2.14.   “Tebgħa” hija linja vertikali tiddi qawwija murija fuq il-moniter filwaqt li d-dawl tax-xemx jew dawl minn sorsi ta’ dawl qawwija oħra jolqtu direttament il-lenti tal-kamera. Tebgħa hija artefatt ottiku.

2.1.3.   “Tagħmir ieħor għall-viżjoni indiretta” tfisser it-tagħmir kif iddefinit fil-paragrafu 2.1 ta’ hawn fuq, fejn il-kamp viżiv ma jinkisibx permezz ta’ mera jew tagħmir tat-tip ta’ monitor u kamera għall-viżjoni indiretta.

2.1.4.   “Tip ta’ tagħmir għall-viżjoni indiretta” ifisser il-mezzi li ma jiddifferixxux rigward il-karatteristiċi essenzali li ġejjin:

(a)

Id-disinn tat-tagħmir bl-inklużjoni, jekk pertinenti, tat-twaħħil mal-bodì tal-vettura;

(b)

Fil-każ tal-mirja, il-klassi, l-għamla, il-qisien u r-raġġ tal-kurvatura tal-wiċċ tal-mera li jirrifletti;

(c)

Fil-każ tat-tagħmir tal-monitor u kamera, id-distanza tal-individwazzjoni u l-kamp viżiv.

3.   APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI

3.1.   L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ tip ta’ tagħmir għall-viżjoni indiretta għandha titressaq mid-detentur tal-isem kummerċjali jew tat-trejdmark jew mir-rappreżentant tiegħu li ġie akkreditat b’mod xieraq.

3.2.   Mudell tad-dokument tal-informazzjoni jidher fl-Anness 1.

3.3.   Għal kull tip ta’ tagħmir għall-viżjoni indiretta l-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn:

3.3.1.   Fil-każ tal-mirja, erba’ kampjuni: tlieta sabiex jintużaw fit-testijiet u waħda sabiex tinżamm fil-laboratorju għal kull eżami ieħor li jista’ jkun meħtieġ sussegwentement. Jista’ jkun hemm il-ħtieġa ta’ kampjuni addizzjonali fuq it-talba tal-laboratorju.

3.3.2.   Fil-każ tal-mirja u tagħmir ieħor għall-viżjoni indiretta: kampjun wieħed tal-parts kollha.

4.   IMMARKAR

4.1.   Il-kampjuni tat-tagħmir għall-viżjoni indiretta ppreżentati għall-approvazzjoni għandhom juru l-isem kummerċjali jew it-trejdmark tal-manifattur; din il-marka għandha tkun leġibbli u ma tkunx tista’ titħassar.

4.2.   Kull tagħmir għandu jkollu spazju kbir biżżejjed biex jakkomoda l-marka tal-approvazzjoni, li għandha tkun leġibbli meta t-tagħmir ikun immuntat fuq il-vettura; dan l-ispazju għandu jintwera fuq id-disinji msemmija fl-Anness 1.

5.   APPROVAZZJONI

5.1.   Jekk il-kampjuni mressqa għall-approvazzjoni jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-paragrafu 6. ta’ dan ir-Regolament, għandha tingħata l-approvazzjoni tat-tip pertinenti ta’ tagħmir għall-viżjoni indiretta.

5.2.   Għandu jiġi assenjat numru tal-approvazzjoni għal kull tip approvat. L-ewwel żewġ ċifri tiegħu (bħalissa 04) għandhom jindikaw is-serje ta’ emendi li tinkorpora l-aktar emendi tekniċi ewlenin li saru l-aktar riċenti fir-Regolament fiż-żmien meta nħarġet l-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma għandhiex tassenja l-istess numru lil tip ieħor ta’ tagħmir għall-viżjoni indiretta.

5.3.   L-avviż tal-approvazzjoni jew tar-rifjut jew tal-estensjoni jew tal-irtirar tal-approvazzjoni jew tat-twaqqif għal kollox tal-produzzjoni ta’ tip ta’ tagħmir għall-viżjoni indiretta skont dan ir-Regolament għandu jiġi kkomunikat lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola konformi mal-mudell fl-Anness 3 għal dan ir-Regolament.

5.4.   Flimkien mal-marka preskritta fil-paragrafu 4.1 ta’ hawn fuq, ma’ kull tagħmir għall-viżjoni indiretta konformi mat-tip approvat skont dan ir-Regolament, għandu jkun hemm imwaħħal, fejn jidher sew u fl-ispazju msemmi fil-paragrafu 4.2 ta’ hawn fuq, marka tal-approvazzjoni internazzjonali magħmula minn:

5.4.1.   Ċirku madwar l-ittra “E” segwit min-numru li jiddistingwi l-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni (4);

5.4.2.   Numru tal-approvazzjoni;

5.4.3.   Simbolu addizzjonali I jew II jew III jew IV jew V jew VI jew VII, li jispeċifika l-klassi li tagħmel parti minnha l-mera jew is-simbolu S fil-każ ta’ kull tagħmir ieħor għall-viżjoni indiretta għajr mera. Is-simbolu addizzjonali għandu jitqiegħed fi kwalunkwe pożizzjoni konvenjenti qrib iċ-ċirku li jkun fih l-ittra “E”.

5.5.   Il-marka tal-approvazzjoni u s-simbolu addizzjonali għandhom ikunu leġibbli u ma jkunux jistgħu jitħassru.

5.6.   L-Anness 5 ta’ dan ir-Regolament jagħti eżempju tal-arranġament tal-marka tal-approvazzjoni msemmija qabel.

6.   IR-REKWIŻITI

6.1.   Il-Mirja

6.1.1.   Speċifikazzjonijiet ġenerali

6.1.1.1.   Il-mirja kollha jridu jkunu jistgħu jiġu aġġustati.

(a)

Mirja fuq barra li juru veduta fuq wara (Klassijiet II sa VII)

It-tarf tal-wiċċ li jirrifletti għandu jkun f’kisi protettiv (kontenitur, eċċ.) li, fuq il-perimetru tiegħu, irid ikollu valur “c” ikbar minn jew daqs 2,5 mm fil-punti kollha u fid-direzzjonijiet kollha. Jekk il-wiċċ li jirrifletti jisporġi ’l barra mill-kwadru protettiv fejn joqgħod, ir-raġġ tal-kurvatura c fuq it-tarf tal-parti li tisporġi ’l barra ma tridx tkun inqas minn 2,5 mm u l-wiċċ li jirrifletti jrid jerġa’ lura fil-kwadru protettiv li jżommu taħt forza ta’ 50 N applikata fuq il-punt tal-ikbar sporġiment, relattiv mal-kwadru protettiv li jżommu, f’direzzjoni orizzontali bejn wieħed u ieħor parallel mal-wiċċ wati medjan lonġitudinali tal-vettura.

(b)

Il-mirja ta’ ġewwa li jagħtu fuq in-naħa ta’ wara (il-Klassi I)

F’każijiet, fejn it-tarf tal-wiċċ li jirrifletti huwa magħluq f’kisja protettiva (ħowlder, eċċ.), ir-raġġ tal-kurvatura “c” fuq il-perimetru tiegħu għandu jkun mhux inqas minn 2,5 mm fil-punti kollha u fid-direzzjonijiet kollha. F’każijiet, fejn it-tarf tal-wiċċ li jirrifletti jisporġi lil hinn mill-kisja protettiva, dan ir-rekwiżit għandu japplika għat-tarf tal-parti sporġenti.

6.1.1.3.   Meta mera tiġi mmuntata fuq wiċċ wati, irrispettivament mill-pożizzjoni tal-aġġustament tat-tagħmir, il-parts, inklużi dawk il-parts li jibqgħu mwaħħla mal-appoġġ wara t-test ipprovvdut fil-paragrafu 6.1.3.2, li jkunu f’kuntatt potenzali, statiku ma’ sfera jew ta’ dijametru ta’ 165 mm fil-każ ta’ mera fuq ġewwa, jew ta’ dijametru ta’ 100 mm fil-każ ta’ mera fuq barra, irid ikollhom raġġ tal-kurvatura “c” ta’ mhux inqas minn 2,5 mm.

6.1.1.4.   Ir-rekwiżiti fil-paragrafi 6.1.1.2 u 6.1.1.3 ta’ hawn fuq m’għandhomx japplikaw għal partijiet tal-wiċċ estern li jisporġu inqas minn 5 mm, iżda l-angoli li jħarsu ’l barra ta’ dawn il-partijiet għandhom ikunu spuntati, barra fejn tali partijiet joħorġu inqas minn 1,5 mm. Għad-determinazzjoni tad-dimensjoni tal-isporġenza, għandu japplika l-metodu li ġej:

6.1.1.4.1.   Id-dimensjoni tal-parti sporġuta ta’ komponent li jkun immontat fuq wiċċ konvess jista’ jiġi ddeterminat jew b’mod dirett jew b’referenza għal disinn ta’ sezzjoni xierqa ta’ dan il-komponent meta jkun installat.

6.1.1.4.2.   Jekk id-dimensjoni tal-parti sporġuta ta’ komponent li jkun immontat fuq wiċċ li mhux konvess ma tkunx tista’ tkun determinata permezz ta’ kejl sempliċi, għandha tkun iddeterminata permezz tal-varjazzjoni massima tad-distanza taċ-ċentru ta’ sfera b’dijametru ta’ 100 mm mil-linja nominali tal-panil meta l-isfera tiġi mċaqalqa u tibqa’ tmiss b’mod kostanti ma’ dak il-komponent. Il-Figura 1 turi eżempju tal-użu ta’ din il-proċedura.

Il-Figura 1

Image

6.1.1.5.   It-truf tat-toqob jew l-għafsiet tat-twaħħil li d-dijametru jew l-itwal dijagonal tagħhom ikun inqas minn 12-il mm huma eżenti mir-rekwiżiti tar-raġġ tal-paragrafu 6.1.1.3 ta’ hawn fuq sakemm ix-xifer ma jkunx jaqta’.

6.1.1.6.   It-tagħmir tat-twaħħil tal-mirja mal-vettura jrid ikun iddisinjat b’tali mod li ċilindru b’raġġ ta’ 70 mm (50 mm fil-każ ta’ vettura tal-kategorija L), li l-assi tiegħu jkun l-assi, jew wieħed mill-assi, tal-pern jew tar-rotazzjoni li jiżgura t-tidwir tal-mera fid-direzzjoni tal-impatt ikkonċernat, jgħaddi minn mill-inqas parti mill-wiċċ li miegħu jkun imwaħħal it-tagħmir.

6.1.1.7.   Il-partijiet tal-mirja ta’ barra riferiti fil-paragrafi 6.1.1.2 u 6.1.1.3 ta’ hawn fuq li jkunu magħmula minn materjal ta’ ebusija ‘Shore A’ mhux ikbar minn 60 huma eżentati mid-dispożizzjonijiet rilevanti.

6.1.1.8.   Fil-każ ta’ dawk il-partijiet tal-mirja fuq ġewwa li jkunu magħmula minn materjal ta’ ebusija ‘Shore A’ inqas minn 50 u li jkunu mmuntati fuq appoġġ riġidu, ir-rekwiżiti tal-paragrafi 6.1.1.2 u 6.1.1.3 ta’ hawn fuq għandhom japplikaw biss għall-appoġġ.

6.1.2.   Speċifikazzjonijiet speċjali

6.1.2.1.   Dimensjonijiet

6.1.2.1.1.   Il-mirja ta’ ġewwa li jagħtu fuq in-naħa ta’ wara (il-Klassi I)

Il-qisien tal-wiċċ li jirrifletti jridu jkunu b’tali mod li jkun possibbli li jiddaħħal fuqhom rettangolu li naħa minnu tkun ta’ 40 mm u l-oħra ta’ ‘a’ mm fit-tul, fejn

Formula

u “r” hija r-raġġ tal-kurvatura.

6.1.2.1.2.   Il-Mirja ta’ barra li jagħtu fuq in-naħa ta’ wara (il-Klassijiet II u III)

6.1.2.1.2.1.   Il-qisien tal-wiċċ li jirrifletti jridu jkunu b’tali mod li jkun possibbli li jiddaħħal fuqhom:

(a)

rettangolu ta’ għoli ta’ 40 mm li t-tul tal-bażi tiegħu. imkejjel f’millimetri, ikollu l-valur ta’ “a”;

(b)

Segment li jkun parallel mal-għoli tar-rettangolu u li t-tul tiegħu, espress f’millimetri, jkollu l-valur ta’ “b”.

6.1.2.1.2.2.   Il-valuri minimi tal “a” u tal-“b” huma mogħtija hawn taħt:

Klassi tal-mera li minnha tista’ tara fuq wara

a (mm)

b (mm)

II

Formula

200

III

Formula

70

6.1.2.1.3.   Il-Mirja fuq barra “ta’ angolu wiesa”: (il-Klassi IV)

Il-kontorni tal-wiċċ li jirrifletti jridu jkunu ta’ għamla ġeometrika sempliċi u l-qsien tagħha hekk illi tipprovdi, jekk meħtieġ, flimkien ma’ mera fuq barra tal-Klassi II, il-firxa tal-viżjoni speċifikata fil-paragrafu 15.2.4.4 ta’ dan ir-Regolament.

6.1.2.1.4.   Il-Mirja fuq barra “ta’ prossimità qariba” (il-Klassi V)

Il-kontorni tal-wiċċ li jirrifletti jridu jkunu ta’ għamla ġeometrika sempliċi u l-qisien tagħha hekk illi din il-mera tipprovdi l-firxa tal-viżjoni speċifikata fil-paragrafu 15.2.4.5 ta’ dan ir-Regolament.

6.1.2.1.5.   Il-mirja fuq quddiem (Il-Klassi VI)

Il-kontorni tal-wiċċ li jirrifletti jridu jkunu ta’ għamla ġeometrika sempliċi u l-qisien tagħha hekk illi din il-mera tipprovdi l-firxa tal-viżjoni speċifikata fil-paragrafu 15.2.4.6 ta’ dan ir-Regolament.

6.1.2.1.6.   Mirja għal vetturi tal-Kategorija L bil-bodì (il-Klassi VII)

6.1.2.1.6.1.   Il-Mirja fuq barra “ewlenin” (il-Klassi VII)

Il-qisien minimi tal-wiċċ li jirrifletti għandhom ikunu tali li:

(a)

L-erja tiegħu ma tkunx inqas minn 6 900 mm2;

(b)

Id-dijametru tal-mirja ċirkolari ma għandux ikun inqas minn 94 mm;

(c)

Meta l-mirja li tara wara ma jkunux ċirkolari, il-qisien tagħhom għandu jippermettu li ċirku b’dijametru ta’ 78 mm fuq il-wiċċ li jirrifletti tagħhom.

Il-qisien massimi tal-wiċċ li jirrifletti għandhom ikunu tali li:

(a)

Id-dijametru ta’ kwalunkwe mera tonda ma jkunx itwal minn 150 mm;

(b)

Il-wiċċ li jirrifletti ta’ kwalunkwe mera tonda li biha tara xi jkun ġej minn wara għandu jkun ġewwa rettangolu ta’ daqs 120 mm × 200 mm.

6.1.2.2.   Il-wiċċ li jirrifletti u l-koeffiċjenti tar-riflessjoni

6.1.2.2.1.   Il-wiċċ ta’ mera li jirrifletti jrid ikun jew ċatt jew konvess sferikament. Il-mirja ta’ barra jistgħu jkunu mgħammra b’parti asferika addizzjonali sakemm il-mera prinċipali tissodisfa r-rekwiżiti tal-firxa indiretta tal-viżjoni.

6.1.2.2.2.   Id-differenzi bejn ir-raġġi tal-kurvatura tal-mirja

6.1.2.2.2.1.   Id-differenza bejn ri jew ri′, u rp f’kull punt ta’ referenza ma għandhiex tkun aktar minn 0,15 r.

6.1.2.2.2.2.   Id-differenza bejn kwalunkwe raġġi tal-kurvatura (rp1, rp2, u rp3) u r ma għandhiex tkun aktar minn 0,15 r.

6.1.2.2.2.3.   Meta r-r ma tkunx inqas minn 3 000 mm, il-valur 0,15 r ikkwotat fil-paragrafi 6.1.2.2.2.1 u 6.1.2.2.2.2 ta’ hawn fuq jiġi mibdul b’0,25 r.

6.1.2.2.3.   Ir-rekwiżiti tal-partijiet asferiċi tal-mirja

6.1.2.2.3.1.   Il-mirja asferiċi għandhom ikunu ta’ daqs u għamla biżżejjed biex jippovdu tagħrif utli lis-sewwieq. Dan normalmenrt ifisser wisa’ ta’ 30 mm f’xi punt.

6.1.2.2.3.2.   Ir-raġġ tal-kurvatura ri tal-parti asferika ma għandux ikun inqas minn 150 mm.

6.1.2.2.4.   Il-valur ta’ ‘r’ għall-mirja sferiċi ma jridx ikun inqas minn:

6.1.2.2.4.1.   1 200 mm għall-mirja ta’ ġewwa li jagħtu fuq wara (il-Klassi I);

6.1.2.2.4.2.   1 200 mm għall-mirja prinċipali ta’ barra li jagħtu fuq wara tal-Klassijiet II u III;

6.1.2.2.4.3.   300 mm għall-mirja ta’ barra “ta’ angolu wiesa’” (il-Klassi IV) u l-mirja ta’ barra ta’ “prossimita mill-qrib” (il-Klassi V);

6.1.2.2.4.4.   200 mm għall-mirja fuq quddiem (Il-Klassi VI).

6.1.2.2.4.5.   1 000 mm jew iktar minn 1 500 mm fil-każ ta’ mirja tal-Klassi VII.

6.1.2.2.5.   Il-valur tal-koeffiċjent normali ta’ riflessjoni, kif stabbilit skont il-metodu deskritt fl-Anness 6 għal dan l-Anness, ma għandux ikun inqas minn 40 %.

Fil-każ tal-uċuh li jirrflettu bi grad varjabbli ta’ riflessjoni, il-pożizzjoni ta’ matul il-jum trid tippermetti li jingħarfu l-kuluri tas-sinjali użati għat-traffiku tat-triq. Il-valur tal-koeffiċjent normali tar-riflessjoni fil-pożizzjoni ta’ bil-lejl ma jridx ikun inqas minn 4 %.

6.1.2.2.6.   Il-wiċċ li jirrifletti għandu jżomm il-karatteristiċi stabbiliti fil-paragrafu 6.1.2.2.5 ta’ hawn fuq minkejja espożizzjoni fit-tul għall-kundizzjonijiet negattivi tat-temp waqt użu normali.

6.1.3.   It-test

6.1.3.1.   Il-mirja tal-Klassijiet minn I sa VI u tal-Klassi VII (li jkollhom aġeġġi identiċi għall-Klassi III) għandhom ikunu suġġetti għat-testijiet deskritti fil-paragrafi 6.1.3.2.1 u 6.1.3.2.2 ta’ hawn taħt. Il-mirja tal-Klassi VII bis-sieq għandhom jiġu ssoġġettati għat-testijiet deskritti fil-paragrafu 6.1.3.2.3 ta’ hawn taħt.

6.1.3.1.1.   It-test ipprovdut fil-paragrafu 6.1.3.2 ma għandux jinħtieġ fil-każ ta’ kwalunkwe mera fuq barra li ebda parti minnha ma tkun inqas minn 2 m mill-art, tkun xi tkun il-pożizzjoni tal-aġġustament, meta l-vettura jkollha tagħbija li tikkorrispondi mal-massa massima permissibbli teknikament tagħha.

Din id-deroga tapplika għat-twaħħil tal-mirja (pjanċi tat-twaħħil, dirgħajn tat-twaħħil u minkbijiet li jduru, eċċ.) li jkunu lokati inqas minn 2 m mill-art u li ma jisporġux lil hemm mill-wisa’ ġenerali tal-vettura, imkejjel fuq il-wiċċ wati transvers li jgħaddi minn ġo l-iktar parti “l isfel tat-twaħħiliet tal-mirja jew kull parti” l quddiem minn dan il-wiċċ wati jekk din il-konfigurazzjoni tipproduċi wisa’ ġenerali ikbar.

F’dawn il-każijiet trid tiġi pprovvduta deskrizzjoni li tispeċifika illi l-mera trid tkun immuntata b’mod illi tikkonforma mal-kundizzjonijiet imsemmija hawn fuq rigward il-pożizzjonament tal-parts għat-twaħħil fuq il-vettura.

Meta jittieħed vantaġġ minn din id-deroga, id-driegħ għandu jiġi mmarkat b’mod li ma jitħassarx bis-simbolu

Image

u li għandu jkun jinsabu ukoll fuq iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip.

6.1.3.2.   Test tal-impatt

It-test skont dan il-paragrafu ma jridx jitwettaq għal tagħmir integrat fl-istruttura tal-vettura u li jipprovdi żona ta’ frontali inklinata b’angolu mhux iktar minn 45° imkejjel f’relazzjoni mal-wiċċ wati medjan lonġitudinali tal-vettura, jew tagħmir li ma jisporġix b’iktar minn 100 mm imkejla lil hinn mill-istruttura li tiċċirkoskrivihom tal-vettura skont ir-Regolament Nru 26.

6.1.3.2.1.   Id-Deskrizzjoni tal-pjattaforma tat-test

6.1.3.2.1.1.   Ir-rig tat-test jikkonsisti f’pendlu kapaċi li jixxengel madwar żewġ fusien f’kartabun ma’ xulxin, li wieħed minnhom ikun perpendikolari għall-wiċċ wati li jkun fih it-trajettorja tal-“ħelsien” tal-pendlu.

It-tarf tal-pendlu jikkomprendi martell magħmul minn sfera riġida b’dijametru ta’ 165 ± 1 mm li jkollu għata ħoxna 5 mm tal-lastiku tal-ebusija Shore A ta’ 50.

Jiġi pprovvdut tagħmir li jippermetti li jiġi stabbilit l-angolu massimu assunt mid-driegħ fil-wiċċ wati tal-ħelsien.

Appoġġ li jkun imwaħħal b’mod sod mal-istruttura tal-pendlu jservi biex iżomm il-kampjuni f’konformità mar-rekwiżiti tal-impatt speċifikati fil-paragrafu 6.1.3.2.2.6 ta’ hawn taħt.

Il-Figura 1 ta’ hawn taħt tagħti d-dimensjonijiet (f’mm) tal-pjattaforma tat-test u l-ispeċifikazzjonijiet tad-disinn speċjali:

Il-Figura 1

Image

6.1.3.2.1.2.   Iċ-ċentru tal-perkussjoni tal-pendlu jikkoinċidi maċ-ċentru tal-isfera, li jifforma l-martell. Dan ikun f’distanza 1 mill-assi tal-oxxilazzjoni fil-pjan tar-rilaxx, li jkun ugwali għal 1 m ± 5 mm. Il-massa mnaqqsa tal-pendlu tkun ta’ mo = 6,8 ± 0,05 kilogrammi. Ir-relazzjoni tal-mo mal-massa totali m tal-pendlu u mad-distanza d bejn iċ-ċentru tal-gravità tal-pendlu u l-assi tiegħu tar-rotazzjoni hija espressa fl-ekwazzjoni:

Formula

6.1.3.2.2.   Deskrizzjoni tat-test

6.1.3.2.2.1.   Il-proċedura użata biex torbot l-appoġġ għandha tkun dik irrakkomandata mill-fabbrikant tat-tagħmir jew, meta approprjat, il-fabbrikant tal-vettura.

6.1.3.2.2.2.   Il-pożizzjonament tal-mera għat-test:

6.1.3.2.2.2.1.   Il-mirja għandhom ikunu pposizzjonati fuq ir-rig tal-impatt tal-pendlu hekk li l-fusien li jkunu orizzontali u vertikali meta tiġi stallata l-mera fuq vettura skont l-istruzzjonijiet tal-immuntar tal-applikant ikunu f’pożizzjoni simili;

6.1.3.2.2.2.2.   Meta l-bażi tal-mera jkun aġġustabbli, il-pożizzjoni tat-test għandha tkun dik l-aktar sfavorevoli għall-effetti tal-pern, fil-limiti tal-aġġustament ipprovvdut mill-applikant;

6.1.3.2.2.2.3.   Meta l-mera jkollha mezz biex id-distanza tagħha tiġi aġġustata mill-bażi, il-mezz irid jiġi ffissat fil-pożizzjoni li fiha d-distanza bejn il-kisi u l-bażi tkun l-iqsar;

6.1.3.2.2.2.4.   Meta l-wiċċ li jirrifletti jkun jista’ jiċċaqlaq fil-kisi, għandu jkun aġġustat b’tali mod li r-rokna ta’ fuq, li tkun l-iktar ’il bogħod mill-vettura, tkun fil-pożizzjoni tal-ikbar sporġiment relattiv mal-kisi.

6.1.3.2.2.3.   Ħlief fil-każ ta’ It-Test 2 għall-mirja ta’ ġewwa (ara l-paragrafu 6.1.3.2.2.6.1 hawn taħt), meta l-pendlu jkun f’pożizzjoni vertikali, l-uċuh watja orizzontali u vertikali lonġitudinali li jgħaddu minn ġoċ-ċentru tal-martell għandhom jgħaddu miċ-ċentru tal-wiċċ li jirrifletti kif iddefinit fil-paragrafu 2.1.1.11 ta’ dan ir-Regolament Id-direzzjoni loġitudinali tal-oxxillazzjoni tal-pendlu għandha tkun parallela mal-wiċċ wati medjan lonġitudinali tal-vettura.

6.1.3.2.2.4.   Meta, fil-kundizzjonijiet li jirregolaw l-aġġustament stabbilit fil-paragrafi 6.1.3.2.2.1 u 6.1.3.2.2.2 ta’ hawn fuq partijiet tal-mera jillimitaw ir-ritorn tal-martell, il-punt tal-impatt irid jiġi spostat f’direzzjoni perpendikolari mal-assi tar-rotazzjoni jew li jimpernja kkonċernat.

L-ispostament ma jridx ikun ikbar minn dak li huwa meħtieġ strettament għat-twettiq tat-test; irid ikun limitat hekk illi:

(a)

Jew l-isfera li tiddelimita l-martell tibqa’ għall-inqas tanġenzali maċ-ċilindru kif iddefinit fil-paragrafu 6.1.1.6;

(b)

Jew il-punt tal-kuntatt mal-martell ikun qiegħed mill-inqas 10 mm mill-periferija tal-wiċċ li jirrifletti.

6.1.3.2.2.5.   It-test jikkonsisti f’li l-martell jitħalla jaqa’ minn għoli li jikkorrispondi ma’ angolu tal-pendlu ta’ 60° mill-vertikali sabiex il-pendlu jolqot il-mera fil-mument meta l-pendlu jilħaq il-pożizzjoni vertikali.

6.1.3.2.2.6.   Il-mirja jiġu ssoġġettati għall-impatt skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:

6.1.3.2.2.6.1.   Il-Mirja ta’ ġewwa

(a)

It-Test 1: Il-punti ta’ impatt għandhom ikunu kif definit fil-paragrafu 6.1.3.2.2.3 ta’ hawn fuq. L-impatt għandu jkun b’tali mod li l-martell jolqot il-mera fuq in-naħa tal-wiċċ li jirrifletti.

(b)

It-Test 2: Il-punt tal-impatt fuq it-tarf tal-kwadru li jżomm il-wiċċ li jirrifletti, hekk illi l-impatt prodott jagħmel angolu ta’ 45° mal-wiċċ wati tal-wiċċ li jirrifletti u jkun qiegħed fil-wiċċ wati orizzontali li jgħaddi minn ġoċ-ċentru ta’ dan il-wiċċ. L-impatt irid jiġri fuq in-naħa tal-wiċċ li jirrifletti.

6.1.3.2.2.6.2.   Il-mirja ta’ barra

(a)

It-Test 1: Il-punti ta’ impatt għandhom ikunu kif definit fil-paragrafu 6.1.3.2.2.3 jew 6.1.3.2.2.4 ta’ hawn fuq L-impattgħandu jkun b’tali mod li l-martell jolqot il-mera fuq in-naħa tal-wiċċ li jirrifletti.

(b)

It-Test 2: Il-punti ta’ impatt għandhom ikunu kif definit fil-paragrafu 6.1.3.2.2.3 jew 6.1.3.2.2.4 ta’ hawn fuq L-impatt għandu ikun b’tali mod li l-martell jolqot il-mera fuq in-naħa opposta għall-wiċċ li jirrifletti.

Meta l-mirja li jagħtu fuq in-naħa ta’ wara tal-Klassijiet II jew III jkunu ffissati fuq l-istess muntatura bħall-mirja li jagħtu fuq in-naħa ta’ wara tal-Klassi IV, it-testijiet msemmija hawn fuq għandhom jitwettqu fuq il-mera ta’ isfel. Madankollu, is-Servizz Tekniku responsabbli mit-testijiet jista’ jtenni test wieħed jew it-tnejn fuq il-mera ta’ fuq jekk din tkun inqas minn 2 m ’l fuq mill-art.

6.1.3.2.3.   It-test tal-liwi fuq il-kisi protettiv marbut mas-sieq (il-Klassi VII)

6.1.3.2.3.1.   Deskrizzjoni tat-test

Il-kisi protettiv jitpoġġa orizzontalment f’tagħmir b’tali mod li jkun possibbli li l-aġġustaturi tal-brekit jiġu ssikkati sewwa. Fid-direzzjoni tal-akbar parti tal-kisi, it-tarf li jkun l-eqreb tal-punt fejn jeħel fuq l-aġġustatur tal-brekit, għandu jiġi mmobilizzat b’waqqafa riġida ta’ 15 mm li tgħatti l-wisa’ kollha tal-kisi.

Fin-naħa l-oħra, għandha titqiegħed waqqafa identika għal dik deskritta fuq, fuq il-kisi sabiex it-tagħbija speċifikata tat-test tkun tista’ tiġi applikata lilha (il-Figura 2).

It-tarf tal-kisi faċċata ta’ fejn issir il-forza, jista’ jiġi llokkjat minflok miżmum fil-pożizzjoni kif jidher fil-Figura 2.

Il-Figura 2

Eżempju ta’ apparat għat-test ta’ mera li tara wara

Image

6.1.3.2.3.2.   It-tagħbija tat-test għandha tkun 25 kilogramma u għandha tinżamm għal minuta.

6.1.3.3.   Ir-Riżultati tat-testijiet

6.1.3.3.1.   Fit-testijiet deskritti fil-paragrafu 6.1.3.2 ta’ hawn fuq, il-pendlu jrid jissokta jixxengel wara l-impatt b’tali mod li l-isporġiment tal-pożizzjoni assunta mid-driegħ fuq il-wiċċ wati tal-ħelsien jagħmel angolu ta’ mill-inqas 20° mal-vertikali. L-eżattezza tal-kejl tal-angolu għandha tkun ġewwa ± 1°.

6.1.3.3.1.1.   Dan ir-rekwiżit ma japplikax għall-mirja mwaħħla mal-ħġieġa ta’ quddiem, li fir-rigward tagħhom ir-rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 6.1.3.3.2 għandu japplika wara t-test.

6.1.3.3.1.2.   L-angolu meħtieġ għall-vertikali jitnaqqas b’minn 20° sa 10° għall-mirja kollha li jagħtu fuq in-naħa ta’ wara tal-Klassijiet II u IV u għall-mirja li jagħtu fuq in-naħa ta’ wara tal-Klassi III mwaħħla mal-istess montatura bħall-mirja tal-Klassi IV.

6.1.3.3.2.   Jekk tinkiser il-montatura tal-mera matul it-testijiet deskritti fil-paragrafu 6.1.3.2 fir-rigward tal-mirja mwaħħla mal-ħġieġa ta’ quddiem, il-parti li jifdal ma tridx tisporġi lil hinn mill-bażi b’iktar minn 10 mm u l-konfigurazzjoni li jifdal wara t-test trid tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 6.1.1.3.

6.1.3.3.3.   Il-wiċċ li jirrifletti ma jridx jinkiser matul it-testijiet deskritti fil-paragrafu 6.1.3.2 Madankollu jista’ jiġi permess il-ksur tal-wiċċ li jirrifletti jekk tiġi sodisfatta waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

6.1.3.3.3.1.   Il-frak tal-ħġieġ jibqa’ mwaħħal mad-dahar tal-kwadru li jżomm il-wiċċ li jirrifletti jew ma’ wiċċ imwaħħal fis-sod mal-kaxxa li żżommu; is-separazzjoni parzjali tal-ħġieġ minn man-naħa ta’ wara huwa ammissibbli jekk kemm-il darba din is-separazzjoni ma tkunx aktar minn 2,5 mm fuq kull naħa tax-xquq. Mal-punt tal-impatt, frak żgħir irqiq jista’ jitħalla jinqala’ minn mal-wiċċ tal-ħġieġa;

6.1.3.3.3.2.   Il-wiċċ li jirrifletti jkun magħmul minn ħġieġ tas-sigurtà.

6.2.   Tagħmir għall-viżjoni indiretta għajr il-mirja

6.2.1.   Obbligi ġenerali

6.2.1.1.   Jekk ikun jinħtieġ aġġustament mill-utent, il-mezz tal-viżjoni indiretta għandu jkun jista’ jiġi aġġustat mingħajr l-użu tal-għodda.

6.2.1.2.   Jekk it-tagħmir għall-viżjoni indiretta jista’ jagħti biss jirrappreżenta l-kamp viżiv totali preskrit meta jiskennja l-kamp viżiv, il-proċess kollu tal-iscanning, ir-rappreżentazzjoni u t-treġġigħ lura għall-pożizzjoni inizjali tiegħu ma għandhomx jieħdu iktar minn 2 sekondi flimkien.

6.2.2.   Il-Mezzi tal-viżjoni indiretta bil-monitor-camera

6.2.2.1.   Obbligi ġenerali

6.2.2.1.1.   Meta t-tagħmir għall-viżjoni indiretta bil-monitor u kamera jiġi mmuntat fuq wiċċ wati, il-partijiet kollha, irrispettivament mill-pożizzjoni tal-aġġustament tat-tagħmir, li jkunu f’kuntatt potenzali, statiku ma’ sfera jew b’dijametru ta’ 165 mm fil-każ ta’ monitor jew b’dijametru ta’ 100 mm fil-każ ta’ kamera, irid ikollhom raġġ tal-kurvatura “c” mhux inqas minn 2,5 mm.

6.2.2.1.2.   It-truf tat-toqob jew l-għafsiet tat-twaħħil li d-dijametru jew l-itwal dijagonal tagħhom ikun inqas 12-il mm huma eżenti mir-rekwiżiti tar-raġġ tal-paragrafu 6.2.2.1.1 ta’ hawn fuq sakemm ix-xifer ma jkunx jaqta’.

6.2.2.1.3.   Rigward il-partijiet tal-kamera u tal-monitor li jkunu magħmula minn materjal ta’ ebusija ‘Shore A’ inqas minn 60 u li jkunu mmuntati fuq appoġġ riġidu, ir-rekwiżiti tal-paragrafu 6.2.2.1.1 ta’ hawn fuq għandhom japplikaw biss għall-appoġġ.

6.2.2.2.   Rekwiżiti funzjonali

6.2.2.2.1.   Il-kamera għandha tiffunzjona tajjeb f’kundizzjonijiet li fihom id-dawl tax-xemx jaqa’ fuq il-kamera. Iż-żona saturata, definita bħala ż-żona li fiha l-proporzjon ta’ kuntrast tal-luminanza (C = Lw/Lb) ta’ disinn b’kuntrast għoli jaqa’ taħt 2,0, ma għandhiex tkopri aktar minn 15 fil-mija tal-immaġini murija skont il-kundizzjonijiet tal-paragrafi minn 6.2.2.2.1.1 sa 6.2.2.2.1.4 ta’ hawn taħt.

Fil-każ li s-sistema tal-kamera turi bidliet dinamiċi fiż-żona tal-blooming matul it-test, iż-żona tal-blooming għandha tissodisfa r-rekwiżit.

6.2.2.2.1.1.   Disinn tat-test bl-abjad u l-iswed, b’kuntrast minimu ta’ 20 għandu jitqiegħed quddiem il-kamera.

Id-disinn tat-test għandu jkun illuminat b’mod indaqs f’livell ta’ illuminazzjoni ta’ 3 000 ± 300 Lx.

Id-disinn tat-test għandu jkun griż medju bħala medja u jkopri ż-żona sħiħa meqjusa bil-kamera; il-kamera ma għandha tara l-ebda oġġetti oħra għajr id-disinn tat-test.

6.2.2.2.1.2.   Il-kamera għandha tkun milquta minn dawl (tax-xemx simulat) ta’ 40 kLx, mifrux fuq angolu bejn 0,6 u 0,9 grad b’angolu ta’ elevazzjoni ta’ 10 gradi (direttament jew indirettament permezz ta’ mera) imneħħi mill-assi ottika tas-senser.

Is-sors tad-dawl għandu:

(a)

Jkollu firxa tal-ispettru D65 b’tolleranza ta’ ± 1 500K;

(b)

Jkun omoġenju fl-ispazju u fil-ħin fi ħdan tolleranza ta’ 2 kLx.

L-emissjoni infrared tas-sors tad-dawl għandha tkun negliġibbli.

6.2.2.2.1.3.   Ma għandu jkun hemm l-ebda illuminazzjoni ambjentali tal-monitor matul it-test.

6.2.2.2.1.4.   Eżempju tal-istruttura qed jintwera fil-Figura A ta’ hawn taħt.

Figura A

Dijagramma tal-konfigurazzjoni tal-kejl tal-blooming

Image

6.2.2.2.2.   Il-monitor għandu jagħti kuntrast minimu taħt kundizzjonijiet varji tad-dawl kif speċifikat f’ISO 15008:2003.

6.2.2.2.3.   Għandu jkun possibbli li l-luminanza medja tal-monitor tiġi aġġustata jew bl-id jew b’mod awtomatiku għall-kundizzjonijiet ambjentali.

6.2.2.2.4.   Il-qisien tal-kuntrast tal-luminanza fuq il-monitor għandhom jitwettqu skont l-ISO 15008:2009.

6.2.3.   Mezzi oħra tal-viżjoni indiretta

Irid jiġi ppruvat illi t-tagħmir jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

6.2.3.1.   Il-mezz għandu jipperċepixxi l-ispettru viżiv u għandu dejjem jagħti din l-immaġni mingħajr il-ħtieġa li tiġi interpretata ġewwa l-ispettru viżiv.

6.2.3.2.   Għandha tiġi ggarantita l-funzjonalità fiċ-ċirkostanzi tal-użu li fiha s-sistema se titħaddem. Skont it-teknoloġija użata għall-kisba tal-immaġnijiet u l-preżentazzjoni tagħhom, il-paragrafu 6.2.2.2 ta’ hawn fuq għandu jkun applikabbli kompletament jew parzjalment. Fil-każijiet l-oħra dan jista’ jinkiseb billi jiġi stabbilit u muri permezz tas-sensittività tas-sistema analoga għall-paragrafu 6.2.2.2 ta’ hawn fuq li tiġi żgurata funzjoni li tkun komparabbli ma’ jew aħjar minn dik meħtieġa u billi jintwera li hija ggarantita funzjonalità li hija ekwivalenti jew aħjar minn dik meħtieġa għal tagħmir tat-tip tal-mirja jew tal-monitor u kamera għall-viżjoni indiretta.

7.   MODIFIKAR TAT-TIP TA’ TAGĦMIR GĦALL-VIŻJONI INDIRETTA U L-ESTENSJONI TAL-APPROVAZZJONI

7.1.   Kull modifikazzjoni ta’ tip eżistenti ta’ tagħmir għall-viżjoni indiretta inkluż il-konnessjoni tiegħu mal-bodì għandha tiġi nnotifikata lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li approvat it-tip tat-tagħmir għall-viżjoni indiretta. L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip imbagħad għandha jew:

(a)

Tiddeċiedi, b’konsultazzjoni mal-manifattur, li għandha tinħareġ approvazzjoni tat-tip ġdida, jew

(b)

Tapplika l-proċedura li tinsab fil-paragrafu 7.1.1 (Reviżjoni) u, jekk applikabbli, il-proċedura li tinsab fil-paragrafu 7.1.2 (Estensjoni).

7.1.1.   Reviżjoni

Meta d-dettalji rreġistrati fil-pakkett tal-informazzjoni jkunu nbidlu u l-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip tikkunsidra li l-modifiki li saru mhux probabbli li se jkollhom effett avvers apprezzabbli u li fi kwalunkwe każ it-tagħmir għall-viżjoni indiretta għadu jikkonforma mar-rekwiżiti, l-emenda għandha tissemma “reviżjoni”.

F’każ hekk, l-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip għandha toħroġ il-paġna riveduta tal-pakkett tal-informazzjoni kif meħtieġ, u timmarka kull paġna riveduta biex turi b’mod ċar in-natura tal-modifika u d-data tal-ħruġ mill-ġdid. Verżjoni konsolidata u aġġornata tal-pakkett ta’ informazzjoni, flimkien ma’ deskrizzjoni dettaljata tal-modifika, għandha titqies li tissodisfa din il-ħtieġa.

7.1.2.   Estensjoni

Il-modifika għandha tissemma “estensjoni” jekk, minbarra l-bidla d-dettalji reġistrati fil-pakkett ta’ informazzjoni,

(a)

Aktar spezzjonijiet jew testijiet ikunu meħtieġa, jew

(b)

Kwalunkwe informazzjoni dwar id-dokument ta’ komunikazzjoni (bl-eċċezzjoni ta’ dawk imwaħħla magħha) tinbidel, jew

(c)

L-approvazzjoni għal serje ta’ emendi aktar tard tintalab wara d-dħul fis-seħħ tiegħu.

7.2.   Konferma jew rifjut ta’ approvazzjoni, fejn jiġu speċifikati l-bidliet, għandha tiġi kkomunikata permezz tal-proċedura li ġiet speċifikata fil-paragrafu 5.3 t’aktar ’il fuq lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament. Barra minn hekk, l-indiċi għall-pakkett ta’ informazzjoni, mehmuż mad-dokument tal-komunikazzjoni, għandu jiġi għaldaqstant emendat biex juri d-data tal-aktar estensjoni jew reviżjoni reċenti.

7.3.   (Riżervat)

7.4.   L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li toħroġ l-estensjoni tal-approvazzjoni għandha tagħti numru tas-serje lil kull formola ta’ komunikazzjoni li ssir għal estensjoni bħal din.

8.   KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

8.1.   Il-konformità tal-proċedura tal-produzzjoni għandha tkun konformi ma’ dawk stabbiliti fil-Ftehim, fl-Appendiċi 2 (E/ECE/324-E/ECE/TRANS/505/Rev.2).

8.2.   Kull tagħmir għall-viżjoni indiretta approvat skont dan ir-Regolament għandu jiġi manifatturat b’tali mod li jkun konformi mat-tip approvat billi jiġu sodisfatti r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 6 hawn fuq.

9.   IL-PENALI GĦAN-NUQQAS TA’ KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

9.1.   L-approvazzjoni mogħtija għal tip ta’ tagħmir għall-viżjoni indiretta, skont dan ir-Regolament, tista’ tkun irtirata jekk ma hemmx konformità mar-rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 8.1 aktar ’il fuq, jew jekk it-tip ta’ tagħmir għall-viżjoni indiretta ma ssodisfatx ir-rekwiżiti preskritti fil-paragrafu 8.2 aktar ’il fuq.

9.2.   Jekk Parti għall-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira approvazzjoni li tkun tat qabel, għandha minnufih tavża b’dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ kopja tal-formola tal-approvazzjoni li fl-aħħar ikollha, f’ittri kbar, l-annotazzjoni ffirmata u datata “APPROVAZZJONI IRTIRATA”.

10.   PRODUZZJONI MWAQQFA DEFINITTIVAMENT

Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jwaqqaf għal kollox il-manifattura ta’ tip ta’ tagħmir għall-viżjoni indiretta approvat skont dan ir-Regolament, hu għandu jgħarraf dwar dan lill-Awtorità tal-Approvazzjoni li tat l-approvazzjoni. Meta tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti, dik l-awtorità għandha tgħarraf b’dan lill-Partijiet l-oħra fil-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament, u dan permezz ta’ kopja tal-formola tal-approvazzjoni li jkollha miktub fl-aħħar, b’ittri kbar, l-annotament iffirmat u datat “PRODUZZJONI MWAQQFA GĦALKOLLOX”.

11.   ISMIJIET U INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI MIT-TWETTIQ TAT-TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI, U TAL-AWTORITAJIET TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP

Il-Partijiet għall-Ftehim li japplika dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip li joħorġu l-approvazzjoni u li jintbagħtulhom il-formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew iċ-ċaħda jew l-estensjoni jew l-irtirar tal-approvazzjoni, maħruġa f’pajjiżi oħra.

II.   STALLAZZJONI TA’ TAGĦMIR GĦALL-VIŻJONI INDIRETTA

12.   DEFINIZZJONIJIET

Għall-għan ta’ dan ir-Regolament:

12.1.   “Il-punti okulari tas-sewwieq” tfisser żewġ punti 65 mm ’il bogħod minn xulxin u 635 mm vertikalment ’il fuq mill-punt R tas-sedil tas-sewwieq kif definit fl-Anness 8. Il-linja dritta li tgħaqqad dawn iż-żewġ punti tgħaddi b’mod perpendikolari mal-wiċċ wati medjan lonġitudinali vertikali tal-vettura. Iċ-ċentru tas-segment li jgħaqqad iż-żewġ punti okulari qiegħed f’wiċċ wati lonġitudinali vertikali li jrid jgħaddi minn ġoċ-ċentru tal-pożizzjoni ddeżinjata tal-post bil-qiegħda tas-sewwieq, kif speċifikat mill-manifattur tal-vettura.

12.2.   “Viżjoni ambinokulari” tfisser il-firxa totali tal-vista miksuba bis-superimposizzjoni tal-firxiet monokulari tal-għajn tal-lemin u l-għajn tax-xellug (ara l-Figura 3 ta’ hawn taħt).

Figura 3

Image

12.3.   “It-tip tal-vettura rigward il-viżjoni indiretta” tfisser il-vetturi bil-mutur li huma indentiċi rigward il-karatteristiċi bażiċi li ġejjin:

12.3.1.   It-tip tat-tagħmir għall-viżjoni indiretta;

12.3.2.   Il-karatteristiċi tal-body tal-vettura li jnaqqsu l-kamp viżiv;

12.3.3.   Il-koordinati tal-punt R (fejn applikabbli);

12.3.4.   Il-pożizzjonijiet stabbiliti, u l-marki tal-approvazzjoni tat-tip tat-tagħmir obbligatorju u (jekk imwaħħla) fakultattiv għall-viżjoni indiretta.

12.4.   “Vetturi tal-Kategoriji L2, L5, M1, M2, M3, N1, N2 u N3” tfisser dawk definiti fir-Reżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), (dokument TRANS/WP.29/78/Rev.2, para. 2).

12.5.   “Kontroll ’il quddiem” tfisser konfigurazzjoni li fiha aktar minn nofs it-tul tal-magna huwa lura mill-punt ta’ quddiem nett tal-bażi tal-windxîld u l-fulkru tar-rota tal-ikkwartjar fil-kwart ta’ quddiem tat-tul tal-vettura.

13.   APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI

13.1.   L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura rigward l-intallazzjoni tat-tagħmir għall-viżjoni indiretta għandha titressaq mill-manifattur tal-vettura jew mir-rappreżentant tiegħu li ġie akkreditat b’mod xieraq.

13.2.   Mudell tad-dokument tal-informazzjoni jidher fl-Anness 2.

13.3.   Lis-Servizz Tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet għall-approvazzjoni għandu jitressaq rappreżentattiv tal-vettura tat-tip ta’ vettura li għandha tiġi approvata.

13.4.   L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip għandha tivverifika l-eżistenza ta’ arranġamenti sodisfaċenti li jiżguraw kontrolli effettivi fuq il-konformità tal-produzzjoni qabel ma tingħata l-approvazzjoni tat-tip.

14.   APPROVAZZJONI

14.1.   Jekk it-tip ta’ vettura mressqa għall-approvazzjoni skont il-paragrafu 13 ta’ hawn fuq tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 15 ta’ dan ir-Regolament, l-approvazzjoni għandha tingħata.

14.2.   Għandu jiġi assenjat numru tal-approvazzjoni għal kull tip approvat. L-ewwel żewġ numri tiegħu (fil-preżent 04) għandhom jindikaw is-serje tal-emendi li jinkorporaw l-aktar emendi tekniċi jew reċenti li saru lir-Regolament fiż-żmien li nħarġet l-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti m’għandhiex tassenja l-istess numru lil tip ieħor ta’ vettura.

14.3.   In-notifika dwar l-approvazzjoni jew iċ-ċaħda jew l-estensjoni jew l-irtirar tal-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura skont dan ir-Regolament għandha tintbagħat lill-Partijiet tal-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 4 ta’ dan ir-Regolament.

15.   IR-REKWIŻITI

15.1.   Ġenerali

15.1.1.   It-tagħmir obbligatorju u fakoltattiv għall-viżjoni indiretta, stipulat fit-tabella fil-paragrafu 15.2.1.1.1 ta’ hawn taħt, stallat fuq il-vettura għandu jkun ta’ tip approvat skont dan ir-Regolament.

15.1.2.   Il-mirja u mezzi oħra tal-viżjoni indiretta jridu jitwaħħlu b’tali mod li l-mera jew il-mezz l-ieħor ma jiċċaqalqux b’mod li jibdlu b’mod sinifikanti l-kamp viżiv kif imkejjel jew jivvibraw tant li jikkawżaw li s-sewwieq jinterpreta ħażin in-natura tal-immaġni pperċepita.

15.1.3.   Il-kundizzjonijiet imniżla fil-paragrafu 15.1.2 ta’ hawn fuq għandhom jinżammu meta l-vettura tiċċaqlaq b’ veloċità sa 80 % tal-veloċità massima li għaliha kienet iddisinjata, iżda mhux aktar minn 150 km/h.

15.1.4.   Il-firxiet tal-viżjoni ddefiniti hawn taħt għandhom jiġu stabbiliti bl-użu ta’ viżjoni ambinokulari, u l-għajnejn ikunu fil-“punti okulari tas-sewwieq” kif iddefiniti fil-paragrafu 12.1 ta’ hawn fuq. Il- kamp viżiv għandu jiġi ddeterminat meta l-vettura tkun ikkundizzjunata biex taħdem kif suppost kif tiddefinixxi dan ir-Riżoluzzjoni konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-vetturi (R.E.3) (ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.2, para. 2.2.5.4), kif ukoll għall-vetturi M1 u N1 b’passiġġier wieħed bilqiegħda fis-sit ta’ quddiem (75 kg). Meta jkun stabbilit mit-twieqi, il-glejżing għandu jkollu fattur totali tat-trażmissjoni tad-dawl skont ir-Regolament Nru 43, l-Anness 21.

15.2.   Il-Mirja

15.2.1.   Numru

15.2.1.1.   In-Numru minimu tal-mirja obbligatorji

15.2.1.1.1.   Il-kampi viżivi stabbiliti fil-paragrafu 15.2.4 ta’ hawn taħt għandhom jinkisbu min-numru minimu ta’ mirja mandatorji ddikjarati fit-tabella li ġejja. Meta l-preżenza ta’ mera ma tkunx mitluba fuq bażi mandatorja, dan ifisser illi ma tista’ tintalab l-ebda sistema oħra ta’ viżjoni indiretta fuq bażi mandatorja.

Kategorija tal-vettura

Mera ta’ ġewwa

Mirja ta’ barra

Mera ta’ ġewwa li tħares fuq wara

(tal-Klassi I)

Mera ewlenija (kbira)

Klassi II

Mera ewlenija (żgħira)

Klassi III

Mera fuq barra ta’ angolu wiesa’

tal-Klassi IV

Mera ta’ prossimità qariba

tal-Klassi V

Mera fuq quddiem

tal-Klassi VI

M1

Obbligatorju

Sakemm il-vettura ma tkunx mgħammra b’xi ħaġa oħra li mhux materjal tal-glejżing tas-sikurezza fil-kamp viżiv preskritt fil-paragrafu 15.2.4.1.

Fakultattiv

Obbligatorju

waħda (1) fuq in-naħa tas-sewwieq u waħda (1) fuq in-naħa tas-passiġġier, mirja tal-Klassi II jistgħu jitwaħħlu bħala alternattiva.

Fakultattiv

waħda (1) fuq in-naħa tas-sewwieq u/jew waħda (1) fuq in-naħa tal-passiġġier

Fakultattiv

waħda (1) fuq in-naħa tas-sewwieq kif ukoll waħda (1) fuq in-naħa tal-passiġġier

(it-tnejn iridu jkunu mwaħħla mill-inqas 2 m ’il fuq mill-art)

Fakultattiv

(iridu jkunu mwaħħla mill-inqas 2 m ’il fuq mill-art)

M2

Fakultattiv

(ma hemmx rekwiżiti għall-kamp viżiv)

Obbligatorju

waħda (1) fuq in-naħa tas-sewwieq u waħda (1) fuq in-naħa tal-passiġġier

Mhux permess

Fakultattiv

waħda (1) fuq in-naħa tas-sewwieq u/jew waħda (1) fuq in-naħa tal-passiġġier

Fakultattiv

waħda (1) fuq in-naħa tas-sewwieq u waħda fuq in-naħa tal-passiġġier(it-tnejn iridu jitwaħħlu għall-inqas 2 m ’il fuq mill-art)

Fakultattiv

(iridu jkunu mwaħħla mill-inqas 2 m ’il fuq mill-art)

M3

Fakultattiv

(ma hemmx rekwiżitigħall-kamp viżiv)

Obbligatorju

waħda (1) fuq in-naħa tas-sewwieq u waħda (1) fuq in-naħa tal-passiġġier

Mhux permess

Fakultattiv

waħda (1) fuq in-naħa tas-sewwieq u/jew waħda (1) fuq in-naħa tal-passiġġier

Fakultattiv

waħda (1) fuq in-naħa tas-sewwieq kif ukoll waħda (1) fuq in-naħa tal-passiġġier (it-tnejn iridu jkunu mwaħħla mill-inqas 2 m ’il fuq mill-art)

Fakultattiv

(iridu jkunu mwaħħla mill-inqas 2 m ’il fuq mill-art)

N1

Obbligatorju

Sakemm il-vettura ma tkunx mgħammra b’xi ħaġa oħra li mhux materjal tal-glejżing tas-sikurezza fil-kamp viżiv preskritt fil-paragrafu 15.2.4.1.

Fakultattiv

Obbligatorju

waħda (1) fuq in-naħa tas-sewwieq u waħda (1) fuq in-naħa tal-passiġġier Mirja tal-Klassi II jistgħu jitwaħħlu bħala alternattiva.

Fakultattiv

waħda (1) fuq in-naħa tas-sewwieq u/jew waħda (1) fuq in-naħa tal-passiġġier

Fakultattiv

waħda (1) fuq in-naħa tas-sewwieq kif ukoll waħda (1) fuq in-naħa tal-passiġġier (it-tnejn iridu jkunu mwaħħla mill-inqas 2 m ’il fuq mill-art)

Fakultattiv

(iridu jkunu mwaħħla mill-inqas 2 m ’il fuq mill-art)

N2 ≤ 7,5 t

Fakultattiv

(ma hemmx rekwiżiti għall-kamp viżiv)

Obbligatorju

waħda (1) fuq in-naħa tas-sewwieq kif ukoll waħda (1) fuq in-naħa tal-passiġġier

Mhux permess

Obbligatorju

Għaż-żewġ naħat jekk tista’ titwaħħal mera tal-Klassi V

Fakultattiv

Għaż-żewġ naħat flimkien jekk le

Barra minn hekk, skont il-paragrafi minn 15.2.4.5.6 sa 15.2.4.5.11 fil-każ ta’ vetturi b’għoli tal-immuntar tal-mera tal-Klassi V ta mhux inqas minn 2,4 m (ara l-paragrafu 15.2.4.5.12.): il-kamp viżiv meħtieġ (paragrafi minn 15.2.4.5.6 sa 15.2.4.5.9) jista’ jidher bl-użu ta’ taħlita ta’ viżjoni diretta u tagħmir għall-viżjoni indiretta (tal-Klassijiet IV, V, VI).

Obbligatorju

(ara l-paragrafi 15.2.2.7 u 15.2.4.5.5)

waħda (1) fuq in-naħa tal-passiġġier

Fakultattiv

waħda (1) fuq in-naħa tas-sewwieq (it-tnejn iridu jkunu mwaħħla mill-inqas 2 m ’il fuq mill-art). Tista’ tiġi applikata tolleranza ta’ +10 cm

Barra minn hekk, skont il-paragrafi minn 15.2.4.5.6 sa 15.2.4.5.11 fil-każ ta’ vetturi b’għoli tal-immuntar tal-mera tal-Klassi V ta mhux inqas minn 2,4 m (ara l-paragrafu 15.2.4.5.12): il-kamp viżiv meħtieġ (paragrafi minn 15.2.4.5.6 sa 15.2.4.5.9) jista’ jidher bl-użu ta’ taħlita ta’ viżjoni diretta u tagħmir għall-viżjoni indiretta (tal-Klassijiet IV, V, VI).

Fakultattiv

mera waħda (1) ta’ quddiem (iridu jkunu mwaħħla mill-inqas 2 m ’il fuq mill-art)

Barra minn hekk, skont il-paragrafi minn 15.2.4.5.6 sa 15.2.4.5.11 fil-każ ta’ vetturi b’għoli tal-immuntar tal-mera tal-Klassi V ta mhux inqas minn 2,4 m (ara l-paragrafu 15.2.4.5.12): il-kamp viżiv meħtieġ (paragrafi minn 15.2.4.5.6 sa 15.2.4.5.9) jista’ jidher bl-użu ta’ taħlita ta’ viżjoni diretta u tagħmir għall-viżjoni indiretta (tal-Klassijiet IV, V, VI).

N2 > 7,5 t

Fakultattiv

(ma hemmx rekwiżitigħall-kamp viżiv)

Obbligatorju

waħda (1) fuq in-naħa tas-sewwieq u waħda (1) fuq in-naħa tal-passiġġier

Mhux permess

Obbligatorju

waħda (1) fuq in-naħa tas-sewwieq u waħda (1) fuq in-naħa tal-passiġġier

Barra minn hekk, skont il-paragrafi minn 15.2.4.5.6 sa 15.2.4.5.11 fil-każ ta’ vetturi b’għoli tal-immuntar tal-mera tal-Klassi V ta mhux inqas minn 2,4 m (ara l-paragrafu 15.2.4.5.12): il-kamp viżiv meħtieġ (paragrafi minn 15.2.4.5.6 sa 15.2.4.5.9) jista’ jidher bl-użu ta’ taħlita ta’ viżjoni diretta u tagħmir għall-viżjoni indiretta (tal-Klassijiet IV, V, VI).

Obbligatorju

(ara l-paragrafi 15.2.2.7 u 15.2.4.5.5) waħda (1) fuq in-naħa tal-passiġġier

Fakultattiv

waħda (1) fuq in-naħa tas-sewwieq (it-tnejn iridu jkunu mwaħħla mill-inqas 2 m ’il fuq mill-art)

Barra minn hekk, skont il-paragrafi minn 15.2.4.5.6 sa 15.2.4.5.11 fil-każ ta’ vetturi b’għoli tal-immuntar tal-mera tal-Klassi V ta mhux inqas minn 2,4 m (ara l-paragrafu 15.2.4.5.12): il-kamp viżiv meħtieġ (paragrafi minn 15.2.4.5.6 sa 15.2.4.5.9) jista’ jidher bl-użu ta’ taħlita ta’ viżjoni diretta u tagħmir għall-viżjoni indiretta (tal-Klassijiet IV, V, VI).

Obbligatorju

(ara l-paragrafu 15.2.1.1.2)

mera waħda (1) ta’ quddiem (iridu jkunu mwaħħla mill-inqas 2 m ’il fuq mill-art)

Barra minn hekk, skont il-paragrafi minn 15.2.4.5.6 sa 15.2.4.5.11 fil-każ ta’ vetturi b’għoli tal-immuntar tal-mera tal-Klassi V ta mhux inqas minn 2,4 m (ara l-paragrafu 15.2.4.5.12): il-kamp viżiv meħtieġ (paragrafi minn 15.2.4.5.6 sa 15.2.4.5.9) jista’ jidher bl-użu ta’ taħlita ta’ viżjoni diretta u tagħmir għall-viżjoni indiretta (tal-Klassijiet IV, V, VI).

N3

Fakultattiv

(ma hemmx rekwiżitigħall-kamp viżiv)

Obbligatorju

waħda fuq in-naħa tas-sewwieq u waħda fuq in-naħa tal-passiġġier

Mhux permess

Obbligatorju

waħda (1) fuq in-naħa tas-sewwieq u waħda (1) fuq in-naħa tal-passiġġier

Barra minn hekk, skont il-paragrafi minn 15.2.4.5.6 sa 15.2.4.5.11 fil-każ ta’ vetturi b’għoli tal-immuntar tal-mera tal-Klassi V ta mhux inqas minn 2,4 m (ara l-paragrafu 15.2.4.5.12): il-kamp viżiv meħtieġ (paragrafi minn 15.2.4.5.6 sa 15.2.4.5.9) jista’ jidher bl-użu ta’ taħlita ta’ viżjoni diretta u tagħmir għall-viżjoni indiretta (tal-Klassijiet IV, V, VI).

Obbligatorju

(ara l-paragrafi 15.2.2.7 u 15.2.4.5.5) waħda (1) fuq in-naħa tal-passiġġier

Fakultattiv

waħda (1) fuq in-naħa tas-sewwieq (it-tnejn iridu jkunu mwaħħla mill-inqas 2 m ’il fuq mill-art)

Barra minn hekk, skont il-paragrafi minn 15.2.4.5.6 sa 15.2.4.5.11 fil-każ ta’ vetturi b’għoli tal-immuntar tal-mera tal-Klassi V ta mhux inqas minn 2,4 m (ara l-paragrafu 15.2.4.5.12): il-kamp viżiv meħtieġ (paragrafi minn 15.2.4.5.6 sa 15.2.4.5.9) jista’ jidher bl-użu ta’ taħlita ta’ viżjoni diretta u tagħmir għall-viżjoni indiretta (tal-Klassijiet IV, V, VI).

Obbligatorju

(ara l-paragrafu 15.2.1.1.2)

mera waħda (1) ta’ quddiem (iridu jkunu mwaħħla mill-inqas 2 m ’il fuq mill-art)

Barra minn hekk, skont il-paragrafi minn 15.2.4.5.6 sa 15.2.4.5.11 fil-każ ta’ vetturi b’għoli tal-immuntar tal-mera tal-Klassi V ta mhux inqas minn 2,4 m (ara l-paragrafu 15.2.4.5.12.): il-kamp viżiv meħtieġ (paragrafi minn 15.2.4.5.6 sa 15.2.4.5.9) jista’ jidher bl-użu ta’ taħlita ta’ viżjoni diretta u tagħmir għall-viżjoni indiretta (tal-Klassijiet IV, V, VI).

15.2.1.1.2.   Fil-każ li l-firxa deskritta tal-viżjoni ta’ mera ta’ quddiem stabbilita fil-paragrafu 15.2.4.6 ta’ hawn taħt u/jew mera ta’ prossimità mill-qrib deskritta fil-paragrafu 15.2.4.5 ta’ hawn taħt tista’ tinkiseb minn tagħmir ieħor għall-viżjoni indiretta li jkun approvat skont il-paragrafu 6.2 ta’ dan ir-Regolament u li tiġi installata skont il-paragrafu 15. ta’ hawn fuq, dan it-tagħmir jista’ jintuża minflok il-mera jew il-mirja relevanti.

F’każ ta’ apparat bil-kamera/monitor, il-monitor għandu juri esklussivament:

(a)

Il-kamp viżiv preskritt fil-paragrafu 15.2.4.5 ta’ hawn taħt meta l-mera tal-prossimità qariba tkun ġiet sostitwita;

(b)

Il-kamp viżiv preskritt fil-paragrafu 15.2.4.6 ta’ hawn taħt meta l-mera ta’ quddiem tkun ġiet sostitwita meta l-vettura tkun miexja ’l quddiem b’veloċità ta’ 10 km/h; jew

(c)

Simultanjament il-firxiet tal-viżjoni preskritti fil-paragrafi 15.2.4.5 u 15.2.4.6 ta’ hawn taħt meta l-mera tal-prossimità mill-qrib u l-mera ta’ quddiem tkun ġiet sostitwita. Fil-każ li l-vettura tkun miexja ’l quddiem b’veloċità ogħla minn 10 km/h jew miexja lura, il-monitor jista’ jintuża għal informazzjoni oħra, sakemm il-kamp viżiv preskritt fil-paragrafu 15.2.4.5 ta’ hawn taħt tkun tidher permanentement.

15.2.1.1.3.   Mirja li tara wara meħtieġa għal vetturi tal-kategorija L bil-bodì

Kategorija tal-vettura

Mera ta’ ġewwa

(Klassi I)

Mera/Mirja fuq barra ewlenija/ewlenin

(Klassijiet III u VII)

Il-vetturi motorizzati tal-kategorij L mgħammra b’bodì li parzjalment jew kompletament tagħlaq lis-sewwieq

1 (5)

1, jekk hemm mera fuq ġewwa;

2, jekk ma hemmx mera fuq ġewwa

Meta titwaħħal mera esterna waħda li tara wara, din għandha tkun tinsab fuq in-naħa tax-xelluq tal-vettura f’dawk il-pajjiżi fejn it-traffiku jsuq fuq il-lemin u fuq in-naħa tal-lemin tal-vettura f’dawk il-pajjiżi fejn it-traffiku jsuq fuq ix-xellug.

15.2.1.1.4.   Mirja fakultattivi għal viżjoni fuq wara għal vetturi tal-kategorija L

Huwa permess li titwaħħal mera esterna għal viżjoni fuq wara fuq in-naħa tal-vettura opposta għal dik tal-mera obbligatorja għal viżjoni fuq wara msemmija fil-paragrafu 15.2.1.1.3 ta’ hawn fuq. Il-mera għal viżjoni fuq wara għandha tissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

15.2.1.2.   Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament ma japplikawx għall-mirja tas-sorveljanza ddefiniti fil-paragrafu 2.1.1.3 ta’ dan ir-Regolament. Madankollu, il-mirja ta’ barra tas-sorveljanza jridu jkunu mmuntati mill-inqas 2 m ’il fuq mill-art meta l-vettura jkollha tagħbija li tikkorrispondi għall-massa massima teknikament permissibbli tagħha.

15.2.2.   Pożizzjoni

15.2.2.1.   Il-mirja jridu jiġu mqiegħda b’tali mod li s-sewwieq, meta jkun bil-qiegħda f’postu fil-pożizzjoni nomali tas-sewqan, ikollu veduta ċara tat-triq fuq wara, mal-ġenb jew fuq in-naħa ta’ quddiem tal-vettura.

15.2.2.2.   Il-mirja ta’ barra jridu jkunu jidhru minn ġol-ħġieġa ta’ quddiem jew minn ġol-porzjon tal-ħġieġa ta’ quddiem li tiġi xxuttata mill-wajpers. Madankollu, għal raġunijiet tad-disinn, din id-dispożizzjoni tal-aħħar (jiġifieri d-dispożizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-parti tal-wajpers tal-ħġieġa ta’ quddiem) ma għandhiex tapplika għal:

(a)

Il-mirja ta’ barra fuq in-naħa tal-passiġġier u mirja esterni fakultattivi fuq in-naħa tas-sewwieq tal-vetturi tal-kategoriji M2 u M3;

(b)

il-mirja tal-Klassi VI.

15.2.2.3.   Fil-każ ta’ kwalunkwe vettura, li tkun fil-għamla ta’ chassis/kabina meta tiġi mkejla l-kamp viżiv, il-wisa’ minima u massima tal-body għandhom jiġu ddikjarati mill-fabbrikant u, jekk meħtieġ, issimulati b’headboards finti. Il-vetturi kollha u l-konfigurazzjonijiet kollha tal-mirja meqjusa matul it-testijiet għandhom ikunu murija fuq iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-vettura rigward l-installazzjoni tal-mirja (ara l-Anness 4).

15.2.2.4.   Il-mera ta’ barra stabbilita fuq in-naħa tas-sewwieq tal-vettura trid tkun tinsab b’tali mod li tifforma angolu ta’ mhux iktar minn 55° bejn il-wiċċ wati medjan lonġitudinali vertikali tal-vettura u l-wiċċ wati vertikali li jgħaddi minn ġoċ-ċentru tal-mera u minn ġoċ-ċentru tal-linja dritta twila 65 mm li tgħaqqad iż-żewġ punti okulari tas-sewwieq.

15.2.2.5.   Il-mirja ma jridux jisporġu lil hinn mill-body ta’ barra tal-vettura sostanzjalment iktar milli jkun meħtieġ biex jikkonformaw mar-rekwiżiti li jirrigwardaw il-firxiet tal-viżjoni stabbiliti fil-paragrafu 15.2.4 ta’ hawn taħt.

15.2.2.6.   Meta t-tarf ta’ isfel ta’ mera fuq barra jkun inqas minn 2 m ’il fuq mill-art meta l-vettura tkun imgħobbija bil-massa mgħobbija massima permissibbli teknikament, din il-mera ma tridx tisporġi iktar minn 250 mm lil hemm mill-wisa’ ġenerali tal-vettura mkejla mingħajr il-mirja.

15.2.2.7.   Il-mirja tal-Klassi V u l-Klassi VI għandhom jiġu mmuntati fuq il-vettura b’tali mod li, tkun xi tkun il-pożizzjoni tagħhom wara l-aġġustament, l-ebda parti minn dawn il-mirja jew il-kontenituri ma tkun inqas minn 2 m ’il fuq mill-art meta l-vettura tkun b’tagħbija li tikkorrispondi mal-massa massima mgħobbija teknikment possibbli tagħha.

Dawn il-mirja ma għandhomx, madankollu, jiġu mmuntati fuq vetturi li l-għoli tagħhom tal-kabina tkun tali li tipprevjeni l-konformità ma’ dan ir-rekwiżit. F’dan il-każ ma jkunx meħtieġ tagħmir ieħor għall-viżjoni indiretta.

15.2.2.8.   Bla ħsara għar-rekwiżiti tal-paragrafi 15.2.2.5, 15.2.2.6 u 15.2.2.7, il-mirja jistgħu jisporġu lil hinn mill-wisa’ massima permissibbli tal-vetturi.

15.2.2.9.   Il-mirja kollha tal-Klassi VII għandhom jitwaħħlu b’tali mod li jibqgħu f’pożizzjoni stabbli fil-kundizzjonijiet normali ta’ sewqan tal-vettura.

15.2.3.   L-aġġustament

15.2.3.1.   Il-mera ta’ ġewwa għandha tkun tista’ tiġi aġġustata mis-sewwieq mill-pożizzjoni tiegħu tas-sewqan.

15.2.3.2.   Il-mera ta’ barra li tinsab fuq in-naħa tas-sewwieq trid tkun tista’ tiġi aġġustata min-naħa ta’ ġewwa tal-vettura meta l-bieb ikun magħluq, għalkemm it-tieqa tista’ tkun miftuħa. Madankollu, il-mera tista’ tiġi msakkra fil-pożizzjoni tagħha min-naħa ta’ barra.

15.2.3.3.   Ir-rekwiżiti ta-paragrafu 15.2.3.2 ta’ hawn fuq ma japplikawx għall-mirja ta’ barra li, wara li jkun tħassrilhom l-allineament, jistgħu jerġgħu jitqiegħdu fil-pożizzjoni tagħhom mingħar il-ħtieġa ta’ aġġustament.

15.2.4.   Il-Firxiet tal-viżjoni

15.2.4.1.   Il-mera ta’ ġewwa li tħares fuq wara (tal-Klassi I)

Il-kamp viżiv għandu jkun tali illi s-sewwieq ikun jista’ jara mill-anqas porzjon li tkun wiesgħa 20 m, ċatta u orizzontali tat-triq ċentrata fuq il-pjan medjan vertikali u lonġitudinali tal-vettura u jestendi minn 60 m wara l-punti okulari tas-sewwieq (Figura 4) lejn l-orizzont.

Figura 4

Il-kamp viżiv tal-mera tal-Klassi I

Image

15.2.4.2.   Il-mirja ewliena ta’ barra li jħarsu fuq wara tal-Klassi II

15.2.4.2.1.   Il-mera ta’ barra fuq in-naħa tas-sewwieq li tagħti għal fuq wara

Il-kamp viżiv irid ikun tali li s-sewwieq ikun jista’ jara porzjon ċatt, orizzontali, wiesa’ 5 m mit-triq, li jkun imdawwar b’wiċċ wati li jkun parallel mal-wiċċ wati medjan lonġitudinali vertikali u jgħaddi mill-parti l-iktar ’il barra tal-vettura fuq in-naħa tas-sewwieq u jestendi minn 30 m wara l-punti okulari tas-sewwieq sal-orizzont.

B’żieda ma’ dan, it-triq trid tkun viżibbli għas-sewwieq fuq wisa’ ta’ 1 m, li jkun imdawwar b’wiċċ wati parallel mal-wiċċ wati medjan lonġitudinali vertikali u jgħaddi minn ġol-punt l-iktar ’il barra tal-vettura li jibda minn punt 4 m wara l-wiċċ wati vertikali li jgħaddi minn ġol-punti okulari tas-sewwieq (ara l-Figura 5).

15.2.4.2.2.   Il-Mera ta’ barra fuq in-naħa tal-passiġġier li tagħti għal fuq wara

Il-kamp viżiv irid ikun tali li s-sewwieq ikun jista’ jara porzjon ċatt, orizzontali, wiesa’ mill-inqas 5 m mit-triq, li jkun imdawwar fuq in-naħa tal-passiġġier b’wiċċ wati parallel mal-wiċċ wati medjan lonġitudinali vertikali tal-vettura u jgħaddi minn ġol-parti l-iktar ’il barra tal-vettura fuq in-naħa tal-passiġġier u li jestendi minn 30 m wara l-punti okulari tas-sewwieq sal-orizzont.

B’żieda ma’ dan, it-triq trid tkun viżibbli għas-sewwieq fuq wisa’ ta’ 1 m, li jkun imdawwar b’wiċċ wati parallel mal-wiċċ wati medjan lonġitudinali vertikali u jgħaddi minn ġol-punt l-iktar ’il barra tal-vettura li jibda minn punt 4 m wara l-wiċċ wati vertikali li jgħaddi minn ġol-punti okulari tas-sewwieq (ara l-Figura 5).

Figura 5

Il-kamp viżiv ta’ mera tal-Klassi II

Image

15.2.4.3.   Il-mirja ewlenin ta’ barra li jħarsu lura tal-Klassi III

15.2.4.3.1.   Il-mera ta’ barra fuq in-naħa tas-sewwieq li tagħti għal fuq wara

Il-kamp viżiv irid ikun tali li s-sewwieq ikun jista’ jara porzjon ċatt, orizzontali, wiesa’ 4 m mit-triq, li tkun imdawwar b’wiċċ wati li jkun parallel mal-wiċċ wati medjan lonġitudinali vertikali u jgħaddi mill-parti l-iktar ’il barra tal-vettura fuq in-naħa tas-sewwieq u jestendi minn 20 m wara l-punti okulari tas-sewwieq sal-orizzont (ara l-Figura 6).

B’żieda ma’ dan, it-triq trid tkun viżibbli għas-sewwieq fuq wisa’ ta’ 1 m, li jkun imdawwar b’wiċċ wati parallel mal-wiċċ wati medjan lonġitudinali vertikali u jgħaddi minn ġol-punt l-iktar ’il barra tal-vettura li jibda minn punt 4 m wara l-wiċċ wati vertikali li jgħaddi minn ġol-punti okulari tas-sewwieq.

15.2.4.3.2.   Mera ta’ barra li tħares fuq wara fuq in-naħa tal-passiġġier.

Il-kamp viżiv irid ikun tali li s-sewwieq ikun jista’ jara porzjon ċatt, orizzontali, wiesa’ 4 m mit-triq, li tkun imdawwar b’wiċċ wati li jkun parallel mal-wiċċ wati medjan lonġitudinali vertikali li jgħaddi mill-parti l-iktar ’il barra fuq in-naħa tal-passiġġier u li jestendi minn 20 m wara l-punti okulari tas-sewwieq sal-orizzont (ara l-Figura 6).

B’żieda ma’ dan, it-triq trid tkun viżibbli għas-sewwieq fuq wisa’ ta’ 1 m, li jkun imdawwar b’wiċċ wati parallel mal-wiċċ wati medjan lonġitudinali vertikali u jgħaddi minn ġol-punt l-iktar ’il barra tal-vettura li jibda minn punt 4 m wara l-wiċċ wati vertikali li jgħaddi minn ġol-punti okulari tas-sewwieq.

Figura 6

Il-kamp viżiv ta’ mirja tal-Klassi III

Image

15.2.4.4.   Mera fuq barra “ta’ angolu wiesa” (Klassi IV)

15.2.4.4.1.   Mera fuq barra “ta’ angolu wiesa” fuq in-naħa tas-sewwieq

Il-firxa tal-viżjoni trid tkun hekk illi s-sewwieq ikun jista’ jara porzjon ċatt, orizzontali, wiesa’ 15 m mit-triq, li jkun imdawwar b’wiċċ wati parallel mal-wiċċ wati medjan lonġitudinali vertikali tal-vettura u jgħaddi mill-parti l-iktar ’il barra tal-vettura fuq in-naħa tas-sewwieq u jestendi minn 10 m sa 25 m wara l-punti okulari tas-sewwieq.

B’żieda ma’ dan, it-triq trid tkun viżibbli għas-sewwieq fuq wisa’ ta’4,5 m, li jkun imdawwar b’wiċċ wati parallel mal-wiċċ wati medjan lonġitudinali vertikali u jgħaddi minn ġol-punt l-iktar ’il barra tal-vettura li jibda minn punt 1,5 m wara l-wiċċ wati vertikali li jgħaddi minn ġol-punti okulari tas-sewwieq (ara l-Figura 7).

15.2.4.4.2.   Mera fuq barra “ta’ angolu wiesa” fuq in-naħa tal-pasiġġier

Il-firxa tal-viżjoni trid tkun hekk illi s-sewwieq ikun jista’ jara porzjon ċatt, orizzontali, wiesa’ 15 m mit-triq, li jkun imdawwar b’wiċċ wati parallel mal-wiċċ wati medjan lonġitudinali vertikali tal-vettura u jgħaddi mill-parti l-iktar ’il barra tal-vettura fuq in-naħa tal-passiġġier u jestendi minn 10 m sa 25 m wara l-punti okulari tas-sewwieq.

B’żieda ma’ dan, it-triq trid tkun viżibbli għas-sewwieq fuq wisa’ ta’ 4,5 m, li jkun imdawwar b’wiċċ wati parallel mal-wiċċ wati medjan lonġitudinali vertikali u jgħaddi minn ġol-punt l-iktar ’il barra tal-vettura li jibda minn punt 1,5 m wara l-wiċċ wati vertikali li jgħaddi minn ġol-punti okulari tas-sewwieq (ara l-Figura 7).

Figura 7

Il-kamp viżiv tal-mirja ta’ angolu wiesa’ tal-Klassi IV

Image

15.2.4.5.   Mera fuq barra “ta’ prossimità qariba” (tal-Klassi V)

Il-kamp viżiv irid ikun tali li s-sewwieq ikun jista’ jara porzjon ċatt orizzontali tat-triq mal-ġenb tal-vettura, imdawwar bl-uċuh watja vertikali li ġejjin (ara l-Figuri 8a u 8b):

15.2.4.5.1.   Il-wiċċ wati parallel mal-wiċċ wati medjan lonġitudinai vertikali tal-vettura li jgħaddi minn ġol-punt l-iktar ’il barra tal-kamra tas-sewwieq tal-vettura fuq in-naħa tal-passiġġier;

15.2.4.5.2.   Fid-direzzjoni trasversa, il-wiċċ wati parallel li jgħaddi f’distanza ta’ 2 m mill-quddiem tal-wiċċ wati msemmi fil-paragrafu 15.2.4.5.1 ta’ hawn fuq.

15.2.4.5.3.   Fuq wara, il-wiċċ wati parallel mal-wiċċ wati vertikali li jgħaddi minn ġol-punti okulari tas-sewwieq u jkun lokat f’distanza ta’ 1,75 m wara dan il-wiċċ wati;

15.2.4.5.4.   Fuq quddiem, il-wiċċ wati parallel mal-wiċċ wati vertikali li jgħaddi minn ġol-punti okulari tas-sewwieq u jkun lokat f’distanza ta’ 1 m quddiem dan il-wiċċ wati. Jekk il-wiċċ wati transevrs vertikali li jgħaddi minn ġot-tarf ewlieni tal-bumper tal-vettura ikun inqas minn 1 m quddiem il-wiċċ wati li jgħaddi minn ġol-punti okulari tas-sewwieq, il-firxa tal-viżjoni għandha tkun limitata għal dan il-wiċċ wati.

15.2.4.5.5.   Fil-każ tal-kamp viżiv deskritt fil-Figuri 8a u 8b ikun jista’ jidher minn ġol-kombinazzjoni tal-kamp viżiv minn mera ta’ angolu wiesa’ tal-Klassi IV u dak ta’ mera ta’ quddiem tal-Klassi VI, l-installazzjoni ta’ mera tal-prossimità mill-qrib tal-Klassi V mhix obbligatorja.

Figuri 8a u 8b

Il-kamp viżiv tal-mera ta’ prossimità qariba tal-Klassi V

Image

15.2.4.5.6.   Fuq in-naħa tal-passiġġier biss, il-kamp viżiv għandu wkoll ikun tali li s-sewwieq ikun jista’ jara porzjon ċatt orizzontali tat-triq mal-ġenb tal-vettura li tinsab barra l-firxa ddefinita fil-paragrafi 15.2.4.5.1 sa 15.2.4.5.4 hawn fuq iżda fi ħdan il-qasam imdawwar bl-uċuh watja vertikali li ġejjin; in-naħa ta’ quddiem ta’ din il-firxa tal-viżjoni jista’ jitneħħielu x-xtur b’raġġ ta’ 2 000 mm (ara l-Figuri 8c u 8d):

15.2.4.5.7.   Fid-direzzjoni trasversa, il-wiċċ wati parallel li jgħaddi f’distanza ta’ 4,5 m mill-quddiem tal-wiċċ wati msemmi fil-paragrafu 15.2.4.5.1 ta’ hawn fuq.

15.2.4.5.8.   Fuq wara, il-wiċċ wati parallel mal-wiċċ wati vertikali li jgħaddi minn ġol-punti okulari tas-sewwieq u jkun lokat f’distanza ta’ 1,75 m wara dan il-wiċċ wati;

15.2.4.5.9.   Fuq quddiem, il-wiċċ wati parallel mal-wiċċ wati vertikali li jgħaddi minn ġol-punti okulari tas-sewwieq u jkun lokat f’distanza ta’ 3 m quddiem dan il-wiċċ wati. Dan il-kamp ta’ viżjoni jista’ jkun parzjalment pprovdut minn mera ta’ quddiem (Klassi VI).

15.2.4.5.10.   Il-kamp viżiv preskritt fil-paragrafi minn 15.2.4.5.6 sa 15.2.4.5.9 ta’ hawn fuq jista’ jkun parzjalment pprovduta minn mera fuq barra “ta’ angolu wiesa” (Klassi IV) jew kombinazzjoni ta’ mera fuq barra ta’ prossimità qariba (Klassi V) u mera ta’ quddiem (Klassi VI).

15.2.4.5.11.   Iż-żona preskritta fil-paragrafi minn 15.2.4.5.6 sa 15.2.4.5.9 ta’ hawn fuq tista’ titqies bl-użu ta’ kombinazzjoni ta’ viżjoni diretta u tagħmir ta’ viżjoni indirett (tal-Klassi IV, V, VI).

15.2.4.5.11.1.   Jekk tagħmir tal-viżjoni indiretta tal-Klassi IV jintuża biex jipprovdi parti mill-kamp viżiv preskritt fil-paragrafi minn 15.2.4.5.6 sa 15.2.4.5.9, dan għandu jiġu aġġustat b’tali mod li fl-istess waqt ikun jipprovdi il-kamp viżiv preskritt fil-paragrafu 15.2.4.4.2.

15.2.4.5.11.2.   Jekk tagħmir tal-viżjoni indiretta tal-Klassi V jintuża biex jipprovdi parti mill-kamp viżiv preskritt fil-paragrafi minn 15.2.4.5.6 sa 15.2.4.5.9, dan għandu jiġu aġġustat b’tali mod li fl-istess waqt ikun jipprovdi il-kamp viżiv preskritt fil-paragrafi minn 15.2.4.5.1 sa 15.2.4.5.4.

15.2.4.5.11.3.   Jekk tagħmir tal-viżjoni indiretta tal-Klassi VI jintuża biex jipprovdi parti mill-kamp viżiv preskritt fil-paragrafi minn 15.2.4.5.6 sa 15.2.4.5.9, dan għandu jiġu aġġustat b’tali mod li fl-istess waqt ikun jipprovdi il-kamp viżiv preskritt fil-paragrafu 15.2.4.6.1.

15.2.4.5.12.   Il-kamp viżiv preskritt fil-paragrafi minn 15.2.4.5.1 sa 15.2.4.5.4 jista’ jiġi osservat permezz ta’ taħlita ta’ mera ta’ fuq barra ta’ prossimità qariba (Klassi V) u mera ta’ fuq barra “b’angolu wiesgħa” (Klassi IV).

Fit-tali każijiet, il-mera ta’ fuq barra ta’ prossimità qariba (Klassi V) għandha tipprovdi talanqas 90 fil-mija tal-kamp viżiv preskritt fil-paragrafi minn 15.2.4.5.1 sa 15.2.4.5.4 u l-mera tal-Klassi IV għandha tkun aġġustata b’tali mod li fl-istess waqt tipprovdi l-kamp viżiv preskirtt fil-paragrafu 15.2.4.4.2.

15.2.4.5.13.   Il-paragrafi minn 15.2.4.5.6 sa 15.2.4.5.12 ta’ hawn fuq m’għandhomx japplikaw għal vettura fejn kwalunkwe parti tal-mera tal-Klassi V, jew il-ħowlder tagħha, mhi inqas minn 2,4 m ’il fuq mill-art, tkun xi tkun il-pożizzjoni tagħha wara l-aġġustament.

15.2.4.5.14.   Il-paragrafi minn 15.2.4.5.6 sa 15.2.4.5.12 ma għandhomx japplikaw għal vettura tal-kategorija M2 jew M3.

Figuri 8c u 8d

Kamp viżiv akbar fuq in-naħa tal-passiġġier

Image

15.2.4.6.   Mera fuq quddiem (Klassi VI)

15.2.4.6.1.   Il-kamp viżiv irid ikun tali li s-sewwieq ikun jista’ jara mill-inqas porzjon orizzontali wati tat-triq, li jkun imdawwar bi:

(a)

Wiċċ wati trasvers vertikali minn ġol-punt l-iktar ’il barra tal-quddiem tal-vettura

(b)

Wiċċ wati travers vertikali 2 000 mm quddiem il-pjan definit f’(a);

(c)

Wiċċ wati lonġitudinali vertikali parallel mal-wiċċ wati medjan lonġitudnali vertikali li jgħaddi minn ġol-ġenb l-iktar ’il barra tal-vettura fuq in-naħa tas-sewwieq; kif ukoll

(d)

Wiċċ wati lonġitudinali vertikali parallel mal-wiċċ wati medjan lonġitudnali vertikali 2 000 mm ’il barra mill-ġenb l-iktar ’il barra tal-vettura n-naħa opposta tas-sewwieq.

Il-quddiem ta’ din il-firxa tal-viżjoni in-naħa opposta għan-naħa tas-sewwieq jista’ jitneħħielu x-xtur b’raġġ ta’ 2 000 mm (ara l-Figura 9).

Għall-kamp viżiv ddefinit, ara wkoll il-paragrafu 15.2.4.9.2 ta’ hawn taħt.

Id-dispożizzjonijiet għall-mirja ta’ quddiem huma obbligatorji għall-vetturi kkontrollati minn quddiem (kif iddefinit fil-paragrafu 12.5 ta’ dan ir-Regolament) tal-kategoriji N2 > 7,5 t and N3.

Jekk il-vetturi ta’ dawn il-kategoriji ma jistgħux jissodisfaw ir-rekwiżiti meta jużaw mera ta’ quddiem, għandu jintuża mezz ta’ monitor/kamera. F’dan il-każ ta’ sistema ta’ appoġġ tal-viżjoni, il-mezz irid ikun kapaċi jindividwa oġġett ta’ 50 cm għoli u b’dijametru ta’ 30 cm ġewwa l-firxa ddefinita fil-Figura 9.

Figura 9

Il-kamp viżiv tal-mera ta’ quddiem tal-Klassi VI

Image

15.2.4.6.2.   Madankollu, jekk is-sewwieq ikun jista’ jara, filwaqt li jitqiesu l-ostruzzjonijiet mill-kolonni-A, linja dritta ta’ 300 mm quddiem il-vettura f’għoli ta’ 1 200 mm ’il fuq mill-wiċċ tat-triq u li tkun qiegħda bejn wiċċ wati lonġitudonali vertikali parallel mal-wiċċ wati medjan lonġitudinali vertikali li tgħaddi minn ġol-ġenb l-iktar ’il barra tal-vettura oppost għall-ġenb tas-sewwieq u minn wiċċ wati lonġitudinali vertikali parallel mal-wiċċ wati medjan konġitudinali vertikali 900 mm ’il barra mill-ġenb l-iktar ’il barra oppost għan-naħa tas-sewwieq, mhix mandatorja mera ta’ quddiem tal-Klassi VI.

15.2.4.6.3.   Għall-iskop tal-paragrafi 15.2.4.6.1 u 15.2.4.6.2 ta’ hawn fuq il-partijiet imwaħħla b’mod permanenti mal-vettura li jkunu jinsabu kemm fuq il-punti tal-viżjoni tas-sewwieq u fuq quddiem tal-wiċċ trasversali vertikali li jgħaddi mill-iktar wiċċ fuq quddiem tal-bamper ta’ quddiem tal-vettura ma għandhomx jitqiesu fid-definizzjoni tal-quddiem tal-vettura.

15.2.4.7.   Mera tal-kategorija L (il-Klassi VII).

15.2.4.7.1.   Il-mera fuq barra fuq in-naħa tas-sewwieq li tagħti għal fuq wara

Il-kamp viżiv irid ikun tali li s-sewwieq ikun jista’ jara porzjon ċatt, orizzontali, wiesa’ 2,50 m mit-triq, li tkun imdawwar b’wiċċ wati li jkun parallel mal-wiċċ wati medjan lonġitudinali vertikali u jgħaddi mill-parti l-iktar ’il barra tal-vettura fuq in-naħa tas-sewwieq u jestendi minn 10 m wara l-punti okulari tas-sewwieq sal-orizzont (ara l-Figura 10).

15.2.4.7.2.   Mera fuq barra li tħares fuq wara fuq in-naħa tal-passiġġier.

Il-kamp viżiv irid ikun tali li s-sewwieq ikun jista’ jara porzjon ċatt, orizzontali, wiesa’ 4 m mit-triq, li tkun imdawwar b’wiċċ wati li jkun parallel mal-wiċċ wati medjan lonġitudinali vertikali li jgħaddi mill-parti l-iktar ’il barra fuq in-naħa tal-passiġġier u li jestendi minn 20 m wara l-punti okulari tas-sewwieq sal-orizzont (ara l-Figura 10).

Figura 10

Il-kamp viżiv tal-mirja tal-Klassi VII

Image

15.2.4.8.   Fil-każ tal-mirja li jikkonsistu minn numru ta’ uċuh li jirriflettu li jew ikunu ta’ kurvatura differenti jew jagħmlu angolu ma’ xulxin, mill-inqas wieħed mill-uċuh li jirrifletti jrid jipprovdi l-kamp viżiv u jkollu l-qisien (il-paragrafu 6.1.2.1.2.2 ta’ dan ir-Regolament) speċifikati għall-klassi li jagħmel parti minnha.

15.2.4.9.   Ostruzzjonijiet

15.2.4.9.1.   Il-mera ta’ ġewwa li tħares fuq wara (tal-Klassi I)

Il-kamp viżiv jista’ jitnaqqas bil-preżenza ta’ tagħmir bħal apparat li jgħatti ix-xemx, wajpers tal-windskrin, elementi ta’ tisħin u fanal tal-waqfien tal-kategorija 3, bil-kondizzjoni li dawn il-mezzi flimkien ma jaħbux aktar minn 15 fil-mija tal-kamp viżiv preskritt. Serraħa għar-ras jew qafas jew partijiet mill-bodì bħal kolonni tat-tieqa tal-bibien mifruda ta’ wara, jew frejm ta’ tieqa ta’ wara għandhom jiġi eskluż mill-kalkolu. Dan ir-rekwiżit għandu jiġi ttestjat permezz ta’ projezzjoni fuq pjan vertikali perpendikolari mal-pjan ċentrali lonġitudinali tal-vettura. Il-grad tal-ostruzzjoni għandu jiġi mkejjel bl-apparat li jgħatti x-xemx mitni lura.

15.2.4.9.2.   Mirja fuq barra (Klassijiet II, III, IV, V, VI u VII)

Fil-kampijiet viżivi speċifikati hawn fuq, l-ostruzzjoni minħabba l-body u l-komponenti tiegħu, bħalma huma mirja oħra tal-kabina, pumi tal-bibien, outline marker lights, indikaturi tad-direzzjoni u bampers ta’ quddiem u ta’ wara, kif ukoll il-komponenti tat-tindif b’wiċċ riflettiv, ma għandhomx jitqiesu jekk ikunu responsabbli għal ostruzzjoni totali ta’ inqas minn 10 % tal-kamp viżiv speċifikat. Fil-każ ta’ vettura ddiżinjata u mibnija għal skopijiet speċjali fejn, minħabba l-karatteristiċi speċjali tagħha, ma jkunx possibbli li dan ir-rekwiżit jiġi sodisfatt, l-ostruzzjoni tal-kamp viżiv meħtieġ ta’ mera tal-Klassi VI kkawżata mill-karatteristiċi speċjali tista’ tkun iktar minn 10 % iżda mhux iktar milli hemm bżonn għall-funzjoni speċjali tagħha.

15.2.4.10.   Proċedura tat-test.

Il-kamp viżiv għandu jiġi stabbilit billi jitqiegħdu sorsi qawwija tad-dawl fil-punti okulari u billi jiġi eżaminat id-dawl rifless fuq l-iskrin vertikali tal-monitoraġġ. Jistgħu jintużaw metodi oħra ekwivalenti.

15.3.   Tagħmir għall-viżjoni indiretta għajr il-mirja

15.3.1.   Mezz tal-viżjoni indiretta għandu jagħti dak tali prestazzjoni li oġġett kritiku jkun jista’ jiġi osservat mis-sewwieq fil-kamp tal-viżjoni rekwiżit kollu filwaqt li titqies il-perċezzjoni kritika, skont il-proċedura tal-Anness 10.

Alternattivament, id-determinazzjoni tal-oġġett muri għandha titwettaq skont l-Anness 11.

15.3.2.   L-ostruzzjoni tal-vista diretta tas-sewwieq ikkawżata mill-installazzjoni ta’ mezz ta’ viżjoni indiretta għandha tiġi ristretta kemm jista’ jkun.

15.3.3.   (Riżervat)

15.3.4.   Ir-rekwiżiti tal-istallazzjoni tal-monitor

Id-direzzjoni tal-vista tal-monitor għandha bejn wieħed u ieħor tkun fl-istess direzzjoni bħal dik tal-mera prinċipali.

15.3.5.   Il-vetturi jistgħu jkunu mgħammra b’tagħmir addizzjonali għall-viżjoni indiretta.

15.3.6.   Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament ma japplikawx għat-tagħmir tas-sorveljanza permezz ta’ kamera-monitor-irrikordjar iddefiniti fil-paragrafu 2.1.2.13 ta’ dan ir-Regolament. Il-kameras esterni tas-sorveljanza għandhom ikunu mgħammra għallinqas 2 m mill-art meta l-vettura tkun taħt piż li jikkorrispondi għall-massa massima teknika permissibbli, jew, jekk it-tarf ta’ taħt tagħha tkun inqas minn 2 m mill-art, ma għandhomx jisporġu iktar minn 50 mm ’il barra mill-wisa’ globali tal-vettura mkejla mingħajr dan l-apparat u jkollhom raġġ ta’ kurvatura ta’ mhux inqas minn 2,5 mm.

16.   MODIFIKI TAT-TIP TAL-VETTURA U L-ESTENSJONI TAL-APPROVAZZJONI

16.1.   Kull modifikazzjoni tat-tip tal-vettura għandha tkun innotifikata lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tal-vettura. L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip imbagħad għandha jew:

(a)

Tiddeċiedi, b’konsultazzjoni mal-manifattur, li għandha tinħareġ approvazzjoni tat-tip ġdida, jew

(b)

Tapplika l-proċedura li tinsab fil-paragrafu 16.1.1 (Reviżjoni) u, jekk applikabbli, il-proċedura li tinsab fil-paragrafu 16.1.2 (Estensjoni).

16.1.1.   Reviżjoni

Meta d-dettalji rreġistrati fil-pakkett tal-informazzjoni jkunu nbidlu u l-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip tikkunsidra li l-modifiki li saru mhux probabbli li se jkollhom effett avvers apprezzabbli u li fi kwalunkwe każ il-vettura għandha tikkonforma mar-rekwiżiti, l-emenda għandha tissemma “reviżjoni”.

F’każ hekk, l-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip għandha toħroġ il-paġna riveduta tal-pakkett tal-informazzjoni kif meħtieġ, u timmarka kull paġna riveduta biex turi b’mod ċar in-natura tal-modifika u d-data tal-ħruġ mill-ġdid. Verżjoni konsolidata u aġġornata tal-pakkett ta’ informazzjoni, flimkien ma’ deskrizzjoni dettaljata tal-modifika, għandha titqies li tissodisfa din il-ħtieġa.

16.1.2.   Estensjoni

Il-modifika għandha tissemma “estensjoni” jekk, minbarra l-bidla d-dettalji reġistrati fil-pakkett ta’ informazzjoni,

(a)

Aktar spezzjonijiet jew testijiet ikunu meħtieġa, jew

(b)

Kwalunkwe informazzjoni dwar id-dokument ta’ komunikazzjoni (bl-eċċezzjoni ta’ dawk imwaħħla magħha) tinbidel, jew

(c)

L-approvazzjoni għal serje ta’ emendi aktar tard tintalab wara d-dħul fis-seħħ tiegħu.

16.2.   Il-konferma jew iċ-ċaħda tal-approvazzjoni, li tispeċifika t-tibdil, għandha tintbagħat lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 4 ta’ dan ir-Regolament. Barra minn hekk, l-indiċi għall-pakkett ta’ informazzjoni, mehmuż mad-dokument tal-komunikazzjoni, għandu jiġi għaldaqstant emendat biex juri d-data tal-aktar estensjoni jew reviżjoni reċenti.

16.3.   L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li toħroġ l-estensjoni tal-approvazzjoni għandha tagħti numru tas-serje lil kull formola ta’ komunikazzjoni li ssir għal estensjoni bħal din.

17.   KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

17.1.   Il-konformità tal-proċedura tal-produzzjoni għandha tkun konformi ma’ dawk stabbiliti fil-Ftehim, fl-Appendiċi 2 (E/ECE/324-E/ECE/TRANS/505/Rev.2).

17.2.   Kull vettura approvata skont dan ir-Regolament għandha tiġi manifatturata b’tali mod li tkun konformi mat-tip approvat billi tissodisfa r-rekwiżiti elenkati fil-paragrafu 15 ta’ hawn fuq.

18.   PENALI GĦAN-NUQQAS TA’ KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

18.1.   L-approvazzjoni mogħtija fir-rigward ta’ tip ta’ vettura skont dan ir-Regolament tista’ tkun irtirata jekk ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 17.1 hawn fuq ma jkunux imħarsa jew jekk il-vettura tonqos milli tgħaddi mill-verifiki preskritti fil-paragrafu 17.2 ta’ hawn fuq.

18.2.   Jekk Parti għall-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira approvazzjoni li tkun tat qabel, għandha minnufih tavża b’dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ kopja tal-formola tal-approvazzjoni li fl-aħħar ikollha, f’ittri kbar, l-annotazzjoni ffirmata u datata “APPROVAZZJONI IRTIRATA”.

19.   PRODUZZJONI IMWAQQFA GĦAL KOLLOX

Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jieqaf għalkollox milli jimmanifattura tip ta’ vettura approvat skont dan ir-Regolament, għandu jinforma b’dan lill-awtorità li tat l-approvazzjoni. Meta tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti, dik l-awtorità għandha tgħarraf b’dan lill-Partijiet l-oħra fil-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament, u dan permezz ta’ kopja tal-formola tal-approvazzjoni li jkollha miktub fl-aħħar, b’ittri kbar, l-annotament iffirmat u datat “PRODUZZJONI MWAQQFA GĦAL KOLLOX”.

20.   L-ISMIJIET U L-INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI MIT-TESTJIET TAL-APPROVAZZJONI, U TAL-AWTORITAJIET TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP

Il-Partijiet għall-Ftehim li japplika dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip li joħorġu l-approvazzjoni u li jintbagħtulhom il-formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew iċ-ċaħda jew l-estensjoni jew l-irtirar tal-approvazzjoni, maħruġa f’pajjiżi oħra.

21.   DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI

21.1.   Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 03 ta’ dan ir-Regolament, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tirrifjuta li tagħti l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta’ emendi 03.

21.2.   Minn 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ tas-serje 03 ta’ emendi għal dan ir-Regolament, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu approvazzjoni biss lil tip ta’ tagħmir għall-viżjoni indiretta jekk it-tip jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, kif emendat mis-serje 03 ta’ emendi.

21.3.   Minn 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ tas-serje 03 ta’ emendi għal dan ir-Regolament, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu approvazzjoni biss lil tip ta’ vettura fir-rigward tal-istallazzjoni tat-tagħmir għall-viżjoni indiretta jekk it-tip ta’ vettura jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, kif emendat mis-serje 03 ta’ emendi.

21.4.   Minn 24 xahar wara d-dħul fis-seħħ tas-serje 03 ta’ emendi għal dan ir-Regolament, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jirrifjutaw li jirrikonoxxu l-approvazzjonijiet ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tal-installazzjoni ta’ tagħmir ta’ monitor-kamera għall-viżjoni indiretta jew tip ta’ monitor-kamera għall-viżjoni indiretta li ma ngħatawx skont is-serje ta’ emendi 03 għal dan ir-Regolament.

21.5.   Mis-26 ta’ Jannar 2010 għall-vetturi tal-kategoriji M1 u N1 u mis-26 ta’ Jannar 2007 għal vetturi tal-kategoriji l-oħrajn, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jirrifjutaw li jirrikonoxxu l-approvazzjonijiet ta’ tagħmir għall-viżjoni indiretta li ma jkunux ingħataw skont is-serje ta’ emendi 02 ta’ dan ir-Regolament.

21.6.   L-approvazzjonijiet li ngħataw għal tagħmir ta’ viżjoni indiretta tal-Klassijiet I jew III skont dan ir-Regolament fl-għamla oriġinali (serje 00) jew modifikati mis-serje 01 jew 02 ta’ emendi qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tat-3 serje ta’ emendi għandhom jibqgħu validi u l-Partijiet Kontraenti għandhom ikomplu jaċċettawhom. Il-Partijiet Kontreanti ma għandhomx jiċħdu estensjonijiet għal approvazzjonijiet mogħtija skont il-verżjoni oriġinali, is-serje 01 jew 02 ta’ emendi.

21.7.   Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 21.2, l-approvazzjonijiet li ngħataw għal mirja tal-klassijiet II, IV, V, VI jew VII skont dan ir-Regolament kif emendati mis-serje 02 ta’ emendi qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tat-3 serje ta’ emendi għandhom jibqgħu validi u l-Partijiet Kontraenti għandhom ikomplu jaċċettawhom. Il-Partijiet Kontreanti ma għandhomx jiċħdu estensjonijiet għal approvazzjonijiet mogħtija skont is-serje 02 ta’ emendi.

21.8.   Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament ma għandhomx jipprojbixxu l-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tal-immuntar ta’ tagħmir għall-viżjoni indiretta skont dan ir-Regolament kif modifikati mis-serje 03 ta’ emendi, jekk it-tagħmir għall-viżjoni indiretta kollu jew parti minnu tal-Klassijiet I jew III, li tkun mgħammra bihom, ikollhom il-marka tal-approvazzjoni preskritta minn dan ir-Regolament fil-forma oriġinali tiegħu (is-serje 00) jew kif modifikat mis-serje ta’ emendi 01 jew 02.

21.9.   Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament ma għandhomx jipprojbixxu l-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tal-immuntar tat-tagħmir għall-viżjoni indiretta skont dan ir-Regolament kif modifikati mis-serje 03 ta’ emendi, jekk il-mirja kollha li juru n-naħa ta’ wara jew parti minnhom tal-Klassijiet II, IV, V, VI jew VII, li tkun mgħammra bihom, ikollhom il-marka tal-approvazzjoni preskritta mis-serje 02 ta’ emendi ta’ dan ir-Regolament.

21.10.   Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 21.2, 21.4 u 21.5 ta’ hawn fuq, għall-iskop tat-tibdil tal-parts, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom ikomplu jagħtu l-approvazzjonijiet skont is-serje 02 ta’ emendi ta’ dan ir-Regolament, lil tagħmir għall-viżjoni indiretta għall-użu fuq tipi ta’ vetturi li jkunu ġew approvati qabel id-data msemmija fil-paragrafu 21.2 skont is-serje 02 ta’ emendi tar-Regolament Nru 46, u, fejn applikabbli, estensjonijiet sussegwenti ta’ dawn l-approvazzjonijiet.

21.11.   Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 04 ta’ dan ir-Regolament, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tirrifjuta li tagħti l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta’ emendi 04.

21.12.   Mit-30 ta’ Ġunju 2014, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu approvazzjoni biss lil tip ta’ tagħmir għall-viżjoni indiretta jekk it-tip jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, kif emendat mis-serje 04 ta’ emendi.

21.13.   Mis-30 ta’ Ġunju 2014, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu approvazzjoni biss lil tip ta’ vettura fir-rigward tal-installazzjoni tat-tagħmir għall-viżjoni indiretta biss jekk it-tip tal-vettura jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, kif emendat mis-serje 04 ta’ emendi.

21.14.   Mit-30 ta’ Ġunju 2015, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament m’għandhomx ikunu obbligati jaċċettaw approvazzjonijiet ta’ tip ta’ vettura jew tipi ta’ tagħmi għal viżjoni indiretta li ma jkunux ingħataw skont is-serje 04 ta’ emendi għal dan ir-Regolament.

21.15.   Minkejja l-paragrafi 21.14 ta’ hawn fuq, l-approvazzjonijiet tat-tip mogħtija għas-serje ta’ emendi preċedenti ta’ dan ir-Regolament, li mhumiex affettwati mis-serje ta’ emendi 04, għandhom jibqgħu validi u l-Partijiet Kontraenti li japplikaw ir-Regolament għandhom ikomplu jaċċettawhom.

21.16.   Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament ma għandhomx jirrifjutaw li jagħtu estensjonijiet ta’ approvazzjonijiet tat-tip għal tipi ta’ vetturi eżistenti jew tagħmir, li mhumiex affettwati mis-serje 04 ta’ emendi, mogħtija skont is-serje 02 jew 03 ta’ emendi għal dan ir-Regolament.

21.17.   Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 21.2, 21.4, 21.5, 21.13 u 21.15 ta’ hawn fuq, għall-iskopijiet tal-bdil ta’ partijiet, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom ikomplu jagħtu approvazzjonijiet skont is-serje 01 te’ emendi ta’ dan ir-Regolament, għal tagġmir għall-viżjoni indiretta tal-klassijiet minn I sa V għall-użu fuq vetturi tat-tipi li ġew approvati qabel is-26 ta’ Jannar 2006 skont is-serje 01 ta’ emendi tar-Regolament Nru 46 u, fejn applikabbli, l-estenzjonijiet sussegwenti ta’ dawn l-approvazzjonijiet.


(1)  Kif definit fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.2, para. 2. - www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html

(2)  Kif definit fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.2, para. 2. - www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html

(3)  Kif definit fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.2, para. 2. - www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html

(4)  In-numri differenti tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tal-1958 huma riprodotti fl-Anness 3 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), id-dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.2/Emend.3 — www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html

(5)  Ebda mera li tara wara mhi meħtieġa jekk il-kundizzjonijiet tal-viżibbiltà msemmija il-paragrafu 15.2.5.4.1 ta’ hawn taħt ma jkunux jistgħu jiġu ssodisfati. F’dan il-każ, huma meħtieġa żewġ mirja li tara wara, waħda fuq ix-xelluq u waħda fuq il-lemin tal-vettura.


ANNESS 1

DOKUMENT TA’ INFORMAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TA’ TAGĦMIR GĦALL-VIŻJONI INDIRETTA

L-informazzjoni li ġejja, jekk din tkun tapplika, għandha tiġi ppreżentata fi tliet kopji u għandha tinkludi kull lista tal-kontenut.

Kwalunkwe disinn irid jiġi pprovdut fi skala xierqa u b’dettall suffiċjenti fuq karta ta’ daqs A4 jew folder ta’ format A4.

Ir-ritratti, fil-każ li jkun hemm, għandhom juru dettalji suffiċjenti.

1.   Il-marka (marka tal-fabbrika tal-manifattur): …

2.   Tip u deskrizzjoni(jiet) kummerċjali ġenerali: …

3.   Il-mezz tal-idenifikazzjoni tat-tip, jekk indikat fuq it-tagħmir: …

4.   Il-kategorija tal-vettura li għalija hu maħsub it-tagħmir: …

5.   Isem u indirizz tal-manifattur: …

6.   Il-post u l-metodu tat-twaħħil tal-marka tal-approvazzjoni: …

7.   Indirizz(i) tal-impjant(i) tal-immuntar: …

8.   Mirja (iddikjara għal kull mera): …

8.1.   Il-varjant …

8.2.   It-tpinġija/tpinġijiet għall-identifikazzjoni tal-mera: …

8.3.   Id-dettalji tal-metodu tat-twaħħil: …

9.   Tagħmir għal vista indiretta għajr għal mirja: …

9.1.   Tip u karatteristiċi (bħalma hija deskrizzjoni kompleta tat-tagħmir): …

9.1.1.   Fil-każ ta’ tagħmir kamera-monitior, id-distanza tad-detezzjoni (mm), il-kuntrast, il-firxa tal-luminanza, il-korrezzjoni tad-dija, il-prestazzjoni tad-displej (bl-iswed u l-abjad/bil-kulur) il-frekwenza tar-ripetizzjoni tal-immaġni, it-twassil tal-luminanza tal-monitor: …

9.2.   Tpinġijiet ddettaljati biżżejjed biex jidentifikaw it-tagħmir komplut, inklużi l-istruzzjonijiet ta’ stallazzjoni; il-pożizzjoni tal-marka tal-approvazzjoni tat-tip trid tiġi identifikata fuq it-tpinġijiet: …


ANNESS 2

Dokument ta’ informazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip għall-installazzjoni tat-tagħmir tal-viżjoni indiretta

It-tagħrif li ġej, jekk applikabbli, għandu jingħata fi tliet kopji u jinkludi werrej.

Kwalunkwe tpinġijiet iridu jiġu pprovduti fi skala xierqa u b’dettall suffiċjenti fuq karta ta’ daqs A4 jew folder ta’ format A4.

Ir-ritratti, fil-każ li jkun hemm, għandhom juru dettalji suffiċjenti.

ĠENERALI

1.   Il-marka (marka tal-fabbrika tal-manifattur): …

2.   Tip u deskrizzjoni(jiet) kummerċjali ġenerali: …

3.   Il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk ikun immarkat fuq il-vettura: …

4.   Fejn tinsab din il-marka: …

5.   Kategorija tal-vettura: …

6.   Isem u indirizz tal-manifattur: …

7.   Indirizz(i) tal-impjant(i) tal-immuntar: …

KARATTERISTIĊI ĠENERALI TAL-KOSTRUZZJONI TAL-VETTURA

8.   Ritratt(i) u/jew disinn(i) ta’ vettura rappreżentattiva: …

9.   Il-kabina (kontroll minn quddiem jew normali) (1): …

10.   Il-pożizzjoni tas-sewqan: fuq ix-xellug/fuq il-lemin (1)

10.1.   Il-vettura hija mgħammra biex tinsaq fi traffiku fuq in-naħa tal-lemin/tax-xellug (1)

11.   Il-medda tad-dimensjonijiet tal-vettura (kollha kemm hija): …

11.1.   Għal chassis mingħajr karozzerija …

11.1.1.   Il-wisa’ (2): …

11.1.1.1.   Wisa’ massima permissibbli: …

11.1.1.2.   Wisa’ minima permissibbli: …

11.2.   Għal-xasì bil-bodì: …

11.2.1.   Wisa’ (2)

12.   Il-qafas tal-bodì

12.1.   Tagħmir għall-vista indiretta

12.1.1.   Il-mirja …

12.1.1.1.   Tpinġija/tpinġijiet li juru l-pożizzjoni tal-mera f’relazzjoni mal-istruttura tal-vettura: …

12.1.1.2.   Id-dettalji tal-metodu tat-twaħħil, inlkuża dik il-parti tal-istruttura tal-vettura li magħha jsir it-twaħħil: …

12.1.1.3.   It-tagħmir mhux obbligatorju li jista’ jaffettwa l-kamp ta’ vista fuq in-naħa ta’ wara: …

12.1.1.4.   Deskrizzjoni qasira tal-komponenti elettroniċi (jekk ikun hemm) tas-sistema tal-aġġustament: …

12.1.2.   Tagħmir għal vista indiretta għajr għal mirja: …

12.1.2.1.   Tpinġijiet iddettaljati biżżejjed bl-istruzzjonijiet tal-installazzjoni: …


(1)  Ħassar fejn ma japplikax

(2)  “Wisa’ globali” tal-vettura hija l-qies li jkun imkejjel skont l-istandard ISO 612-1978, term Nru 6.2. Fil-każ ta’ vetturi ta’ kategorija għajr M1, barra mid-dispożizzjonijiet ta’ dak l-istandard, meta titkejjel il-wisa’ tal-vettura, il-mekkaniżmi li ġejjin m’għandhomx jitqiesu:

(a)

mezzi ta’ siġill doganali u l-protezzjoni tagħhom,

(b)

mezzi sabiex iżommu t-tarpolin f’postu u l-protezzjoni tagħhom,

(c)

mezzi ta’ tell-tale ta’ ħsara fit-tyres,

(d)

il-partijiet flessibbli li jisporġu ‘l barra ta’ sisstema tas-suppressjoni tal-isprej,

(e)

tagħmir tad-dawl,

(f)

fil-każ tax-xarabanks, rampi tal-aċċess li jkunu qed jaħdmu sew, pjattaformi li jgħollu u apparat simili li jkun qed jaħdem sew dejjem jekk ma jeċċedux 10 mm mill-ġenb tal-vettura u l-kantunieri tar-rampi jħarsu ‘l quddiem jew lura jkunu illimati għat-tond għal rejdjus ta’ mhux anqas minn 5 mm; it-truf għandhom ikunu ittondjati għal rejdjus ta’ mhux inqas minn 2,5 mm;

(g)

tagħmir għall-vista indiretta,

(h)

indikaturi tal-pressjoni tat-tyres,

(i)

turġien li jistgħu jinġibdu lura,

(j)

il-parti li tisporġi l-barra tal-ġenb tat-tyre immedjatament fuq il-pożizzjoni ta’ kuntatt mal-art.


ANNESS 3

KOMUNIKAZZJONI

(Format massimu: A4 (210 × 297 mm))

Image

maħruġa minn:

Isem l-amministrazzjoni

li tikkonċerna (2)

:

Approvazzjoni mogħtija

Approvazzjoni estiża

Approvazzjoni rifjutata

Approvazzjoni rtirata

Produzzjoni mwaqqfa definittivament

ta’ tip ta’ tagħmir għall-viżjoni indiretta, skont ir-Regolament Nru 46

Nru tal-Approvazzjoni … Nru tal-estensjoni …

1.

Marka tar-reġistrazzjoni jew marka tat-tagħmir: …

2.

L-isem tal-manifattur għat-tip ta’ tagħmir: …

3.

Isem u indirizz tal-manifattur: …

4.

Jekk japplika, l-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur: …

5.

Imressaq għall-approvazzjoni fi: …

6.

Is-Servizz Tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet ta’ approvazzjoni: …

7.

Id-data tar-rapport maħruġ minn dak is-Servizz …

8.

In-numru tar-rapport maħruġ minn dak is-Servizz …

9.

Deskrizzjoni fil-qosor …

Identifikazzjoni tat-tagħmir: mera, kamera/monitor, tagħmir ieħor (2)

Tagħmir għall-viżjoni indiretta tal-Klassijiet I, II, III, IV, V, VI, VII, S (2)

Is-simbolu Image kif definit fil-paragrafu 6.1.3.1.1 ta’ dan ir-Regolament: iva/le (2)

10.

Il-pożizzjoni tal-marka tal-approvazzjoni: …

11.

Raġuni(jiet) għall-estensjoni (fejn applikabbli): …

12.

Approvazzjoni mogħtija/irrifjutata/estiża/irtirata (2):

13.

Post: …

14.

Data: …

15.

Firma: …

16.

Il-lista tad-dokumenti mogħtija lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tat l-approvazzjoni hija mehmuża ma’ din il-Komunikazzjoni u jistgħu jintalbu biex jinkisbu.


(2)  Aqta’ dak li ma japplikax.


ANNESS 4

KOMUNIKAZZJONI

(Format massimu: A4 (210 × 297 mm))

Image

maħruġa minn:

Isem l-amministrazzjoni

li tikkonċerna (2)

:

Approvazzjoni mogħtija

Approvazzjoni estiża

Approvazzjoni rifjutata

Approvazzjoni rtirata

Produzzjoni mwaqqfa definittivament

ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tal-immuntar tat-tagħmir għall-viżjoni indiretta, skont ir-Regolament Nru 46

Numru tal-approvazzjoni: … Nru tal-Estensjoni: …

1.   Il-marka (marka tal-fabbrika tal-manifattur): …

2.   Tip u deskrizzjoni(jiet) kummerċjali ġenerali: …

3.   It-tip u d-deskrizzjoni(ijiet) kummerċjali ġenerali: Il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk ikun immarkat fuq il-vettura: …

3.1.   Fejn tinsab din il-marka: …

4.   Kategorija tal-vettura: (M1, M2, M3, N1, N2 ≤ 7,5 t, N2 > 7,5 t, N3) (2)

5.   Isem u indirizz tal-manifattur: …

6.   L-Indirizz/i tal-impjant/i tal-produzzjoni: …

7.   Informazzjoni addizzjonali: (fejn japplika). Ara l-Appendiċi

8.   Is-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet: …

9.   Id-data tar-rapport tat-test: …

10.   In-numru tar-rapport tat-test: …

11.   Kummenti: (jekk applikabbli). Ara l-Appendiċi

12.   Post: …

13.   Data: …

14.   Firma: …

15.   L-indiċi għall-pakkett tal-informazzjoni ppreżentat lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip, li jista’ jinkiseb wara talba għalih, jinsab mehmuż


(2)  Aqta’ dak li ma japplikax.

Appendiċi

Appendiċi għal formola ta’ komunikazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip Nru … dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura fir-rigward tal-immuntar tat-tagħmir għall-viżjoni indiretta, skont ir-Regolament Nru 46

1.

Il-marka kummerċjali jew il-marka tal-mirja u t-tagħmir supplimentari għall-viżjoni indiretta u n-numru tal-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti: …

2.

Il-Klassijiet tal-mirja u t-tagħmir għall-viżjoni indiretta (I, II, III, IV, V, VI, VII, S) (1)

3.

Estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip tal-vettura li tkopri t-tagħmir li ġej għall-viżjoni indiretta: …

4.

Dejta għall-identifikazzjoni tal-punt R tal-pożizzjoni bil-qiegħda tas-sewwieq: …

5.

Il-wisa’ massima u minima tal-bodì li fir-rigward tagħha l-mera u t-tagħmir għall-viżjoni indiretta jkun ingħata approvazzjoni tat-tip (fil-każ tax-xażi/kabina msemmija fil-paragrafu 15.2.2.3 ta’ dan ir-Regolament) …

6.

Id-dokumenti li ġejjin, li għandhom fuqhom in-numru ta’ approvazzjoni tat-tip li ntwera aktar 'il fuq, huma annessi ma’ dan iċ-ċertifikat: …

(a)

It-tpinġijiet li juru kif inhu mmuntat it-tagħmir għall-viżjoni indiretta …

(b)

It-tpinġijiet u l-pjanijiet li juru l-pożizzjoni ta’ mmuntar u l-karatteristiċi tal-parti tal-istruttura fejn jitwaħħal it-tagħmir għall-viżjoni indiretta. …

7.

Kummenti: (eż. validu għat-traffiku fuq il-lemin/xellug (1)) …


(1)  Aqta’ dak li ma japplikax


ANNESS 5

ARRANĠAMENT GĦALL-MARKA TAL-APPROVAZZJONI TA’ TAGĦMIR GĦALL-VIŻJONI INDIRETTA

(Ara l-paragrafu 5.4 tar-Regolament)

Image

Il-marka tal-approvazzjoni ta’ hawn fuq imwaħħla ma’ tagħmir għall-viżjoni indiretta tindika li l-mera hija mera għal fuq wara tal-Klassi II, li ġiet approvata fil-Pajjiżi l-Baxxi (E 4) skont ir-Regolament Nru 46 u skont in-numru tal-approvazzjoni 042439. L-ewwel żewġ numri tan-numru ta’ approvazzjoni jindikaw li r-Regolament Nru. 46 diġà kien jinkludi s-serje 04 ta’ emendi meta ngħatat l-approvazzjoni.

Nota: In-numru tal-approvazzjoni u s-simbolu addizzjonali jridu jitqiegħdu qrib iċ-ċirku u, fuq jew taħt l-“E” jew fuq ix-xellug jew fuq il-lemin ta’ dik l-ittra. Il-figuri tan-numru tal-approvazzjoni għandhom ikunu fuq l-istess naħa tal-“E” u jridu jkunu jippuntaw fl-istess direzzjoni. Is-simbolu addizzjonali jrid ikun direttament faċċata tan-numru tal-approvazzjoni. L-użu tan-numri Rumani bħala numru tal-approvazzjoni għandu jiġi evitat sabiex ma jkunx hemm konfużjoni ma’ simboli oħra.


ANNESS 6

IL-METODU TAT-TEST LI JISTABBILIXXI R-RIFLETTIVITÀ

1.   DEFINIZZJONIJIET

1.1.   Mezz ta’ illuminazzjoni CIE standard A (1): Mezz ta’ illuminazzjoni kolorimetriku, li jirrispetta ir-radjatur sħiħ f’ T68 = 2 855,6 K.

1.1.2.   Sors A standard CIE (1): Bozza tal-filament tat-tungstenu mimlija bil-gass li taħdem f’temperatura ta’ kulur korrelat ta’ T68 = 2 855,6 K.

1.1.3.   Osservatur kolorimetru tal-istandard CIE 1931 (1): Reċettur tar-radjazzjoni li l-karatteristiċi kolorimetriċi tiegħu jikkorrispondu mal-valuri tristimulus spettrali Formula, Formula, Formula (ara t-tabella).

1.1.4.   Il-valuri tat-tristimulus spettrali tas-CIE (1): Il-valuri tat-tristimulus tal-komponenti spettrali ta’ spettru ta’ ekwienerġija fis-sistema tas-CIE (XYZ).

1.1.5.   Viżjoni fotopika (1): Il-viżjoni bil-għajn normali meta tiġi addattata għal-livelli tad-dawl rifless ta’ mill-inqas numru ta’ cd/m2.

2.   APPARAT

2.1.   Ġenerali

L-apparat għandu jikkonsisti minn sors tad-dawl, kontenitur għall-kampjun tat-test, unità ta’ riċevitur b’photodetector u arloġġ li jindika (ara l-Figura 1), u mezz biex jelimina l-effetti tad-dawl barrani.

Ir-riċevitur jista’ jkun fih sfera li tintegra d-dawl biex jiffaċilita l-kejl tar-riflettanza ta’ mirja (konvessi) li mhumiex ċatti (ara l-Figura 2).

2.2.   Il-karatterstiċi spettrali tas-sors tad-dawl u r-riċevitur

Is-sors tad-dawl għandu jikkonsisti minn sors A tal-istandard tas-CIE u ottiki assoċjati sabiex jipprovdu raġġ tad-dawl kważi kollimat. Huwa rrakkommandat stabbilizzatur tal-vultaġġ sabiex iżomm voltaġġ fiss fil-bozza matul it-tħaddim tal-istrument.

Ir-riċevitur għandu jkollu fotodetettur b’rispons spettrali proporzjonat mal-funzjoni fotopika tal-luminosità tal-osservatur kolorimetriku standard tas-CIE (1931) (ara t-tabella). Tista’ tintuża kull kombinazzjoni oħra ta’ dawl/filtru/riċevitur li jagħtu l-ekwivalenti ġenerali ta’ dawl A tal-istandard tas-CIE u viżjoni fotopika. Meta fir-riċevitur tintuża sfera integranti, il-wiċċ ta’ ġewwa tal-isfera għandu jinkesa b’kisja bajda matta (diffusiva) li mhix spettralment selettiva.

2.3.   Il-kundizzjoniiet ġeometriċi

Preferibbilment l-angolu tar-raġġ incidentali tad-dawl (θ) għandu jkun 0,44 ± 0,09 rad (25 ± 5°) mill-perpendikolari għall-wiċċ tat-test u ma għandux jaqbeż il-limitu ta’ fuq tat-tolleranza (jiġifieri 0,53 rad jew 30°). L-assi tar-reċettur għandu jagħmel angolu (θ) ma’ dan il-perpendikolari daqs dak tar-raġġ inċidentali tad-dawl (ara l-Figura 1). Ir-raġġ inċidentali tad-dawl mal-wasla fuq il-wiċċ tat-test għandu jkollu dijametru ta’ mhux inqas minn 13 mm (0,5 pulzieri). Ir-raġġ tad-dawl rifless ma għandux ikun usa’ miż-żona sensittiva tal-photodetector, ma għandux ikopri iktar minn 50 % ta’ din iż-żona u għandu jkopri kemm jista’ jkun possibbli l-istess segment kif użat matul il-kalibrazzjoni tal-istrument.

Meta tintuża sfera li tintegra fis-segment tar-riċevitur, l-isfera għandu jkollha dijametru minimu ta’ 127 mm (5 pulzieri). Il-kampjun u l-fetħiet tar-raġġ tad-dawl inċidentali fil-ħajt tal-isfera għandhom ikunu ta’ tali daqs li jħallu jgħaddu r-raġġi intieri inċidentali u tad-dawl rifless. Il-photodetector għandu jitqiegħed b’tali mod li ma jirċevix id-dawl dirett jew tar-raġġ tad-dawl inċidentali jew ta’ dan rifless.

2.4.   Il-karatteristiċi elettriċi tal-unità tal-indikatur-fotodetettur

Il-produzzjoni mill-photodetector kif murija fuq l-arloġġ indikatur għandha tkun funzjoni tal-intensità tad-dawl taż-żona foto-sensittiva. Għandhom jingħataw mezzi (elettriċi u/jew ottiċi) biex jiffaċilitaw l-aġġustamenti għaż-żero u għall-kalibrazzjoni. Dawn il-mezzi ma għandhomx jaffettwaw il-linearità jew il-karatteristiċi spettrali tal-istrument. L-eżattezza tal-unità tal-indikatur tar-riċevitur għandu jkun fi ± 2 % ta’ skala sħiħa, jew ± 10 % tad-daqs tar-riżultat, liema minnhom ikun l-izgħar.

2.5.   Il-ħowlder tal-kampjun

Il-mekkaniżmu għandu jkun kapaċi li jsib il-kampjun tat-test b’mod li l-assi tad-driegħ tas-sors u r-riċevitur jintersettjaw fuq il-wiċċ li jirrifletti. Il-wiċċ li jirrifletti jista’ jkun qiegħed ġewwa jew fuq il-wiċċ jew l-ieħor tal-mera kampjun, skont jekk ikunx wiċċ tal-ewwel, wiċċ tat-tieni jew mera priżmatika tat-tip li “tinqaleb”.

3.   PROĊEDURA

3.1.   Il-Metodu dirett tal-kalibrazzjoni

Fil-metodu dirett tal-kalibrazzjoni, l-arja tintuża bħala l-istandard tar-referenza. Dan il-metodu japplika għal dawk l-istrumenti, li huma mibnija b’mod li jippermettu l-kalibrazzjoni fil-punt ta’ 100 % billi jxenglu r-riċevitur għal pożizzjoni direttament fuq l-assi tas-sors tad-dawl (ara l-Figura 1),

Jista’ jkun meħtieġ, f’ċerti kazi (bħal meta uċuħ ta’ riflessività baxxa jiġu mkejla) li jintuża punt ta’ kalibrar intermedjarju (bejn 0 u 100 % fuq l-iskala) b’dan il-metodu. F’dawn il-każijiet, għandu jiddaħħal filtru newtru tad-densità ta’ trażmissjoni magħrufa fil-mogħdija ottika, u l-kontroll tal-kalibrazzjoni għandu mbagħad jiġi aġġustat sakemm l-arloġġ jaqra t-trażmissjoni perċentwali tal-filtru newtru tad-densità. Dan il-filtru għandu jitneħħa qabel ma jiġi mwettaq il-kejl tar-riflessività.

3.2.   Il-metodu tal-kalibrazzjoni indiretta

Il-metodu tal-kalibrazzjoni indiretta japplika fil-każ tal-istrumenti b’ġeometrija fissa ta’ sors u riċevitur. Huwa meħtieġ standard tar-riflettanza kkalibrat u miżmum tajjeb. Preferibbilment dan l-istandard tar-referenza għandu jkun mera ċatta b’valur ta’ riflettanza li jkun qrib kemm jista’ jkun ta’ dak tal-kampjuni tat-test.

3.3.   Il-kejl tal-mera ċatta

Ir-riflessjoni tal-kampjuni tal-mirja ċatti tista’ titkejjel fuq strumenti li jużaw jew il-metodu tal-kalibrazzjoni jew diretta jew indiretta. Il-valur tar-riflessjoni jinqara direttament mill-arloġġ li jindika.

3.4.   Il-kejl ta’ mera (konvessa) li mhix ċatta

Il-kejl tar-riflessjoni ta’ mirja mhux ċatti (konvessi) jeħtieġ l-użu ta’ strumenti li jinkorporaw sfera li tintegra fl-unità tar-riċevitur (ara l-Figura 2). Jekk l-arloġġ li jindika l-istrumenti jindika taqsimiet ne mal-mera standard ta’ riflettanza ta’ E %, imbagħad, b’mera ta’ riflessjoni mhux magħrufa, it-taqsimiet nx iridu jikkorrispondu ma’ riflessjoni ta’ X % skont il-formola:

Formula

Figura 1

Ir-riflettometru ġġeneralizzat li juri l-mudelli mwaqqfa sperimentali taż-żewġ metodi tal-kalibrazzjoni

Image

Figura 2

Ir-riflettometru ġġeneralizzat, li jinkorpora sfera integranti fir-riċevitur

Image

4.   IL-VALURI TRISTIMULUS SPETTRALI GĦAS-CIE 1931 TA’ OSSERVATUR KOLORMETRIKU STANDARDS (2)

Din it-tabella hija meħuda mill-pubblikazzjoni tas-CIE 50 (45) (1970)

λ

nm

Formula

Formula

Formula

380

0,001 4

0,000 0

0,006 5

390

0,004 2

0,000 1

0,020 1

400

0,014 3

0,000 4

0,067 9

410

0,043 5

0,001 2

0,207 4

420

0,134 4

0,004 0

0,645 6

430

0,283 9

0,011 6

1,385 6

440

0,348 3

0,023 0

1,747 1

450

0,336 2

0,038 0

1,772 1

460

0,290 8

0,060 0

1,669 2

470

0,195 4

0,091 0

1,287 6

480

0,095 6

0,139 0

0,813 0

490

0,032 0

0,208 0

0,465 2

500

0,004 9

0,323 0

0,272 0

510

0,009 3

0,503 0

0,158 2

520

0,063 3

0,710 0

0,078 2

530

0,165 5

0,862 0

0,042 2

540

0,290 4

0,954 0

0,020 3

550

0,433 4

0,995 0

0,008 7

560

0,594 5

0,995 0

0,003 9

570

0,762 1

0,952 0

0,002 1

580

0,916 3

0,870 0

0,001 7

590

1,026 3

0,757 0

0,001 1

500

1,062 2

0,631 0

0,000 3

610

1,002 6

0,503 0

0,000 3

620

0,854 4

0,381 0

0,000 2

630

0,642 4

0,265 0

0,000 0

640

0,447 9

0,175 0

0,000 0

650

0,283 5

0,107 0

0,000 0

660

0,164 9

0,061 0

0,000 0

670

0,087 4

0,032 0

0,000 0

680

0,046 8

0,017 0

0,000 0

690

0,022 7

0,008 2

0,000 0

700

0,011 4

0,004 1

0,000 0

710

0,005 8

0,002 1

0,000 0

720

0,002 9

0,001 0

0,000 0

730

0,001 4

0,000 5

0,000 0

740

0,000 7

0,000 2 (*)

0,000 0

750

0,000 3

0,000 1

0,000 0

760

0,000 2

0,000 1

0,000 0

770

0,000 1

0,000 0

0,000 0

780

0,000 0

0,000 0

0,000 0

Figura ta’ spjegazzjoni

Eżempju ta’ tagħmir biex jitkejjel il-fattur tar-riflessjoni ta’ mirja sferikali

Image

(1)  Definizzjonijiet meħuda mill-pubblikazzjoni tas-CIE 50 (45), il-Vokabularju Internazzjonali Elettroniku, Grupp 45: id-Dawl

(2)  Tabella mqassra. Il-valuri ta’ Formula huma approssimati għal erba’ punti deċimali

(*)  Mibdul fl-1966 (minn 3 għal 2)


ANNESS 7

IL-PROĊEDURA GĦALBIEX JIĠI STABBILIT IR-RAĠĠ TAL-KURVATURA “r” TAL-WIĊĊ TA’ MERA LI JIRRIFLETTI

1.   KEJL

1.1.   Tagħmir

Jintuża “sferometru” bħal dak deskritt fil-Figura 1 ta’ dan l-anness li jkollu d-distanzi indikati bejn il-labra tat-traċċjar tal-gejġ tal-wiċċ tal-arloġġ u saqajn fissi tal-istangetta.

1.2.   Il-punti tal-kejl

1.2.1.   Ir-raġġi prinċipali tal-kurvatura għandhom jiġu mkejla fi tliet punti lokati qrib kemm jista’ jkun f’terz, nofs u żewġ terzi tad-distanza matul l-ark tal-wiċċ li jirrifletti li jgħaddu minn ġoċ-ċentru ta’ dan il-wiċċ u paralleli mas-segment b, jew tal-ark li jgħaddi minn ġoċ-ċentru tal-wiċċ li jirrifletti li jkun perpendikolari għalih jekk dan l-ark ikun itwal.

1.2.2.   Meta, minħabba d-daqs tal-wiċċ li jirrifletti, ma jkunx possibbli li jinkiseb kejl fid-direzzjonijiet iddefiniti fil-paragrafu 2.1.1.6 ta’ dan ir-Regolament, is-servizzi tekniċi responsabbli mit-testijiet jistgħu jieħdu l-kejl fil-punt imsemmi f’żewġ direzzjonijiet perependikolari qrib kemm jista’ jkun ta’ dawk stabbiliti hawn fuq.

2.   IL-KALKOLU TAR-RAĠĠ TAL-KURVATURA “r”

Il-“r” espress f’mm jiġi kkalkolat mill-formola

Formula

Fejn:

rp1

=

ir-raġġ tal-kurvatura fl-ewwel punt tal-kejl,

rp2

=

ir-raġġ tal-kurvatura fit-tieni punt tal-kejl,

rp3

=

ir-raġġ tal-kurvatura fit-tielet punt tal-kejl.

Figura 1

Sferometru

Image

ANNESS 8

IL-PROĊEDURA BIEX JIĠU DDETERMINATI L-PUNT “H” U L-ANGOLU EFFETTIV TAT-TORSO GĦALL-POŻIZZJONIJIET BIL-QIEGĦDA FIL-VETTURI MOTORIZZATI (1)

 


(1)  Il-proċedura kif deskritta fl-Anness 1 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), (dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.2). www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html

Appendiċi 1

Deskrizzjoni tal-magna tridimensjonali tal-punt “H” (magna 3-D H) (1)

 


(1)  Il-proċedura kif deskritta fl-Anness 1 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), (dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.2). www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html

Appendiċi 2

Sistema ta’ referenza tridimensjonali (1)

 


(1)  Il-proċedura kif deskritta fl-Anness 1 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), (dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.2). www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html

Appendiċi 3

Dejta ta’ referenza dwar il-pożizzjonijiet tas-sits (1)

 


(1)  Il-proċedura kif deskritta fl-Anness 1 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), (dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.2). www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html


ANNESS 9

(Riżervat)

 


ANNESS 10

IL-KALKOLU TAL-KXIF TAD-DISTANZA.

1.   TAGĦMIR TA’ KAMERA-MONITOR GĦALL-VIŻJONI INDIRETTA

1.1.   Determinazzjoni tal-iżgħar dettall dixxernibbli

L-iżgħar dettall dixxernibbli bl-għajn mingħajr l-għajnuna ta’ xi apparat għandu jiġi definit skont it-testijiet standard oftalmoloġiċi bħat-test Landolt C jew it-test tad-Diskriminazzjoni tal-Orjentazzjoni tat-Trijangoli (TOD). L-iżgħar dettall dixxernibbli fiċ-ċentru tas-sistema tal-wiri jista’ jiġi ddeterminat bl-użu tat-test Landolt C jew it-test TOD. Fil-bqija tal-parti viżwali l-iżgħar dettall dixxernibbli jista’ jiġi stmat mill-iżgħar dettall dixxernibbli determinat ċentralment u d-deformazzjoni tal-immaġni lokali. Pereżempju, fil-każ ta’ kamera diġitali l-iżgħar dettall dixxernibbli f’ċertu pożizzjoni ta’ piksel (fil-monitor) jieħu skala inversali mal-angolu solidu tal-piksel.

1.1.1.   It-test Landolt-C

Fit-test Landolt-C, is-simboli tat-test jiġu ġġudikati skont is-suġġett li jkun qed jiġi ttestjat. Skont dan it-test l-iżgħar dettall dixxernibbli huwa definit bħala l-angolu viżwali tad-daqs tad-differenza tas-simbolu tal-Landolt C fid-daqs limitanti u huwa espress f’arcmin. Id-daqs limitanti jikkorrispondi mad-daqs li fih is-suġġett jagħraf l-orjentazzjoni b’mod korrett f’75 fil-mija tal-provi. L-iżgħar dettall dixxernibbli huwa ddeterminat f’test li jinvolvi osservatur uman. Ċart tat-test li jkun fiha s-simboli tat-test titpoġġa quddiem il-kamera u l-osservatur jipprova jagħraf l-orjentazzjoni tas-simboli tat-test minn fuq il-monitor. Mid-daqs limitatnti tad-differenza tas-simbolu att-test Landolt C d (m) u d-distanza bejn d-disinn tat-test u l-kamera D (m) l-iżgħar dettall dixxernibbli ωc (arcmin) jiġi kkalkulat kif ġej:

Formula

1.1.2.   It-test TOD

It-test Landolt C jista’ jintuża wkoll biex jiddetermina l-iżgħar dettall dixxernibbli ta’ sistema ta’ kamera-monitor. Madankollu, għas-sistemi ta’ sensers huwa aktar adattat li jintuża l-metodu TOD (Diskriminazzjoni tal-Orjentazzjoni tat-Trijangoli) li huwa simili għall-metodu Landolt C, iżda jinvolvi disinji tat-test triangolari ekwilaterali. Il-metodu tat-Diskriminazzjoni tal-Orjentazzjoni tat-Trijangoli hu deskritt fid-dettall minn Bijl & Valeton (1999), li jipprovdu gwida prattika dwar kif isir kejl TOD. Fil-metodu, id-disinji tat-test trijangulari (ara l-Figura 1) jitqiesu permezz tas-sistema ta’ vista li tkun qed tiġi ttestjata. Kull trijangolu jista’ jkollha waħda minn kull erba’ orjentazzjonijiet possibbli (rasu “l fuq, lejn ix-xellug, il-lemin jew ‘l isfel) u l-osservatur jindika/jaqtal-orjentazzjoni ta’ kull trijangolu. Meta din il-proċedura tiġi ripetuta għal ħafna trijangoli (orjentati b’mod każwali) ta’ daqsijiet differenti, il-frazzjoni tal-imġiba korretta tkun tista’ tiġi pplottjata (ara l-Figura 2), u tiżdied mad-daqs tad-disinn tat-test. Il-limitu huwa definit bħala l-punt li fih il-frazzjoni korretta taqsam il-livell ta’ 0,75 u jista” jinkiseb billi tiġi ffittjata funzjoni bla xkiel permezz tad-dejta (ara Bijl & Valeton, 1999). Il-perċezzjoni kritika tintlaħaq meta l-oġġett kritiku jkollu dijametru ugwali għal darbtejn il-wisa’ tad-daqs limitanti tat-trijangolu. L-iżgħar dettall dixxernibbli (ωc) huwa ugwali għal 0,25 darbiet il-wisa’ tat-trijangolu fid-daqs limitanti. Dan ifisser li, mill-wisa’ limitanti tat-trijangolu w (f’m) u d-distanza bejn d-disinn tat-test u l-kamera D (f’m) l-iżgħar dettall dixxernibbli ωc (f’arcmin) jiġi kkalkulat kif ġej:

Formula

Figura 1

Disinji tat-test trijangulari li jintużaw fil-metofu tad-Diskriminazzjoni tal-Orjentazzjoni tat-Triangoli (TOD)

Image

Figura 2

Relazzjoni tipika bejn id-daqs tat-trijangolu u l-frazzjoni l-imġiba korretta.

Image

1.2.   Id-determinazzjoni tad-distanza kritika tal-viżjoni tal-monitor

Għal monitor li jkollu ċerti qisien u proprjetajiet, tista’ tiġi kkalkolata d-distanza għall-monitor li ġo fiha l-individwazzjoni tad-distanza tkun dipendenti biss fuq it-twettiq tax-xogħol tal-kamera. Id-distanza tal-vista kritika rmcrit hija definita bħala d-distanza li fiha l-iżgħar dettall dixxernibbli li jidher fuq il-monitor jieħu 1 arcmin imkejjel mill-għaj (fuq l-akutezza limititanti ta’ osservatur standard).

Formula

Fejn:

rmcrit

:

id-distanza tal-vista kritika tal-monitor (m)

δ

:

id-daqs tal-iżgħar dettall dixxernibbli fuq il-monitor (m)

1.3.   Determinazzjoni tad-distanza tal-individwazzjoni

1.3.1.   Id-distanza massima tal-individwazzjoni ġewwa d-distanza kritika tal-viżjoni meta, minħabba l-installazzjoni, id-distanza bejn il-monitor u l-għajn tkun inqas mid-distanza kritika tal-vista, id-distanza massima tal-individwazzjoni li tista’ tinkiseb hija ddefnita kif ġej:

Formula

Fejn:

rdclose

:

id-distanza tad-detezzjoni (m)

D0

:

id-dijamentru tal-oġġett kritiku (m) skont il-paragrafu 2.1.2.6 ta’ dan ir-Regolament; għall-kalkolu ta’ rdclose għal tagħmir tal-klassijiet V u VI, għandu jintuża valur rappreżentattiv ta’ 0,30 m.

f

:

il-fattur taż-żieda tal-limitu, li huwa ugwali għal 8

ωc

:

l-iżgħar dettall dixxernibbli (arcmin)

1.3.2.   Id-distanza tal-individwazzjoni ikbar mid-distanza kritika tal-vista. Meta, minħabba l-installazzjoni, id-distanza bejn il-monitor u l-għajn tkun iktar mid-distanza kritika tal-vista, id-distanza massima tal-individwazzjoni li tista’ tinkiseb tiġi ddefinita kif ġej:

Formula (m)

Fejn:

rdfar

:

id-distanza tad-detezzjoni għal distanzi ikbar mid-distanza kritika tal-vista (m)

rdclose

:

id-distanza tad-detezzjoni għal distanzi iżgħar mid-distanza kritika tal-vista (m)

rm

:

id-distanza tal-vista, jiġifieri d-distanza bejn l-għajn u l-monitor (m)

rmcrit

:

id-distanza kritika tal-viżjoni (m)

2.   REKWIŻITI FUNZJONALI SEKONDARJI

Imsejsa fuq il-kundizzjonijiet tal-installazzjoni, għandu jiġi ddeterminat jekk it-tagħmir sħiħ ikunx għadu jissodisfa r-rekwiżiti funzjonali elenkati fil-paragrafu 6.2.2 ta’ dan ir-Regolament, b’mod speċjali l-korrezzjoni tal-leqqa, il-luminanza minima u massima tal-monitor. Għandu jiġi stabbilit ukoll il-grad tal-indirizzatar tal-korrezzjoni tal-leqqa u l-angolu li fih id-dawl tax-xemx jista’ jolqot monitor u dawn għandhom jiġu pparagunati mar-riżultati korrispondenti tal-kejl mill-kejl tas-sistema. Dan jista’ jiġi bbażat jew fuq mudell iġġenerat bil-CAD, determinazzjoni tal-angoli tad-dawl għat-tagħmir meta mmuntat fuq il-vettura rilevanti, jew billi jitwettaq il-kejlrilevanti fuqil-vettura rilevanti kif deskritt fil-paragrafu 6.2.2.2 ta’ dan ir-Regolament.


ANNESS 11

DETERMINAZZJONI TAD-DAQS MURI TAL-OĠĠETT

1.   TAGĦMIR TA’ KAMERA-MONITOR GĦALL-VIŻJONI INDIRETTA

1.1.   Ġenerali

Id-determinazzjoni tad-daqs tal-oġġett muri tikkunsidra d-dehra possibbli ta’ tebgħa. L-impatt fuq l-immaġni u l-konsegwenza tal-monitor huwa l-ħabi tal-kamp ta’ viżjoni u għalhekk tal-oġġett. Issir id-differenzazzjoni li ġejja:

1.2.   Każ A: Tfeġġ tebgħa

1.2.1.   Pass 1: Taħt il-kundizzjoni deskritta fil-paragrafu 6.2.2.2.1.2 ta’ dan ir-Regolament, kejjel il-wisa’/wisgħat tal-iżbarra vertikali murija fuq il-moniter eż. b’mikroskopju tal-kejl.

1.2.2.   Pass 2: Poġġi l-oġġett f’distanza ddefinita mill-kamera. Kejjel il-wisa’ tal-oġġett muri fuq il-monitor (b) f’sitwazzjoni mingħajr kundizzjoni ta’ dawl tax-xemx reali eż. b’mikroskopju tal-kejl.

1.2.3.   Pass 3: Ikkalkula l-wisa’ residwali tal-oġġett (α) skont l-ekwazzjoni li ġejja:

Formula

Fejn:

α

:

il-wisa’ residwu tal-oġġett muri fuq il-monitor (b’tebgħa) (minuti ta’ arc)

b

:

wisa’ tal-oġġett muri fuq il-monitor (mingħajr tebgħa) (mm)

s

:

wisa’ tat-tebgħa (mm)

r

:

id-distanza tal-vista (mm)

1.3.   Każ B: It-tebgħa ma tidhirx

1.3.1.   Pass 1: Poġġi l-oġġett f’distanza ddefinita mill-kamera. Kejjel il-wisa’ tal-oġġett muri fuq il-monitor (b) f’sitwazzjoni mingħajr kundizzjoni ta’ dawl tax-xemx reali eż. b’mikroskopju tal-kejl.

1.3.2.   Pass 2: Ikkalkula l-wisa’ tal-oġġett (α) skont l-ekwazzjoni li ġejja:

Formula

Fejn:

α

:

il-wisa’ tal-oġġett muri fuq il-monitor (bla tebgħa) (minuti ta’ arc)

b

:

il-wisa’ tal-oġġett muri fuq il-monitor (mingħajr tebgħa) (mm)

r

:

id-distanza tal-vista (mm)

1.4.   Dejta pprovduta mill-istruzzjonijiet għall-użu

Fil-każ ta’ tagħmir tal-kamera u tal-monitor tal-Klassijiet V u VI l-istruzzjonijiet għall-użu għandhom jinkludu tabella li turi l-għoli minimu u massimu tal-kamera 'l fuq mill-art b’konsiderazzjoni ta’ distanzi ta’ vista differenti. Il-kamera għandha tkun mmuntata fi ħdan il-firxa tal-għoli applikabbli. Id-distanzi ta’ vista għandhom jintgħażlu skont il-kuntest tal-użu maħsub. It-tabella li ġejja turi eżempju.

Id-distanza tal-vista

0,5 m

1,0 m

1,5 m

2,0 m

2,5 m

Għoli minimu tal-immuntar

Para. 1.4.1

Para. 1.4.1

Para. 1.4.1

Para. 1.4.1

Para. 1.4.1

Għoli massimu tal-immuntar

Para. 1.4.2

Para. 1.4.2

Para. 1.4.2

Para. 1.4.2

Para. 1.2.2

1.4.1.   Il-valur tal-għoli minimu huwa l-istess għal kull distanza peress li huwa indipendenti mid-distanza ta’ vista. Dan jiġi determinat mid-dimensjonijiet tal-firxa tal-viżjoni u l-kamp ta’ viżjoni tal-kamera. Uża l-passi ta’ ħidma li ġejjin għad-determinazzjoni tal-għoli minimu tal-immuntar.

1.4.1.1.   Pass 1: Pinġi l-kamp viżiv maħsub fuq l-art.

1.4.1.2.   Pass 2: Poġġi l-kamera 'l fuq mill-kamp viżiv b’tali mod li l-kamera tara l-kamp viżiv. Il-pożizzjoni laterali għandha tkun skont il-pożizzjoni tat-twaħħil maħsuba tal-vettura.

1.4.1.3.   Pass 3: Varja l-għoli tal-kamera 'l fuq mill-art b’tali mod li l-kamp viżiv muri fuq il-monitor ikopri żona mill-inqas kbira daqs il-kamp viżiv. Barra minn hekk, il-wiri tal-kamp viżiv għandu jinkludi l-iskrin tal-monitor kollu.

1.4.1.4.   Pass 4: Kejjel l-għoli bejn il-kamera u l-art u dan ikun l-għoli minimu tal-immuntar. Irrapporta l-valur tar-riżultat.

1.4.2.   Il-valur tal-għoli massimu tal-immuntar huwa differenti għal distanzi ta’ vista differenti peress li d-daqs tal-oġġett muri jvarja skont l-għoli tal-immuntar. Uża l-passi ta’ ħidma li ġejjin għad-determinazzjoni tal-għoli massimu tal-immuntar.

1.4.2.1.   Pass 1: Iddetermina l-wisa’ minima bmin ta’ oġġett kritiku muri fuq il-monitor għal kull distanza ta’ vista.

Formula

Fejn:

r

:

id-distanza tal-vista f’mm

bmin

:

il-wisa’ minima tal-oġġett kritiku muri fuq il-monitor f’mm

1.4.2.2.   Pass 2: Poġġi l-oġġett kritiku fil-kamp viżiv maħsub impinġi f’pożizzjoni li fiha d-distanza bejn l-oġġett kritiku u l-kamera hija l-akbar. Il-kundizzjonijiet tal-illuminazzjoni għandhom ikunu b’tali mod li l-oġġett kritiku jkun jidher ċar fuq il-monitor.

1.4.2.3.   Pass 3: Agħżel l-ewwel valur tad-distanzi tal-vista possibbli.

1.4.2.4.   Pass 4: Varja l-għoli tal-kamera “l fuq mill-art b’tali mod li l-wisa” residwali B tal-oġġett muri fuq il-monitor hija daqs il-wisa’ minima allokata lil dik id-distanza tal-vista.

Formula

Fejn:

B

:

il-wisa’ residwali tal-oġġett muri fuq il-monitor (li hija “b” f’każijiet mingħajr tebgħa u “b – s” f’każijiet b’tebgħa) f’mm (ara l-paragrafu 1.1 Ġenerali)

1.4.2.5.   Pass 5: Kejjel l-għoli bejn il-kamera u l-art u dan ikun l-għoli massimu tal-immuntar allokat għal dik id-distanza tal-vista. Irrapporta l-valur tar-riżultat.

1.4.2.6.   Pass 6: Irrepeti l-passi 4 u 5 msemmija hawn fuq għal distanzi ta’ vista oħrajn.