ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 215

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 57
21 ta' Lulju 2014


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Informazzjoni relatata mad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Azerbajġan dwar ir-riammissjoni ta' persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni

1

 

*

Informazzjoni dwar id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Azerbajġan dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta' viżi

1

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2014/479/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta' Lulju 2014 li taġġusta l-allowances previsti fid-Deċiżjoni 2007/829/KE dwar ir-regoli applikabbli għall-esperti nazzjonali u għall-persunal militari sekondati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill

2

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/480/PESK tal-21 ta' Lulju 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

4

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

21.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 215/1


Informazzjoni relatata mad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Azerbajġan dwar ir-riammissjoni ta' persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblikatal-Azerbajġan dwar ir-riammissjoni ta' persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni ser jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Settembru 2014, ladarba l-proċedura prevista fl-Artikolu 23(2) tal-Ftehim intemmet fit-3 ta' Lulju 2014.


21.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 215/1


Informazzjoni dwar id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Azerbajġan dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta' viżi

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Azerbajġan dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta' viżi ser jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Settembru 2014 f'konformità mal-Artikolu 14(2) tal-Ftehim, peress li l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Azerbajġan dwar ir-riammissjoni ta' persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni ser jidħol fis-seħħ dakinhar.


DEĊIŻJONIJIET

21.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 215/2


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-14 ta' Lulju 2014

li taġġusta l-allowances previsti fid-Deċiżjoni 2007/829/KE dwar ir-regoli applikabbli għall-esperti nazzjonali u għall-persunal militari sekondati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill

(2014/479/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 41(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 240(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/829/KE tal-5 ta' Diċembru 2007 dwar ir-regoli applikabbi għall-esperti nazzjonali u għall-persunal militari nazzjonali sekondati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(6) tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 15(6) tad-Deċiżjoni 2007/829/KE jipprevedi li l-allowances ta' kuljum u ta' kull xahar tal-esperti nazzjonali u tal-persunal militari sekondati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandhom jiġu aġġustati kull sena mingħajr effett retroattiv fuq il-bażi tal-adattament tas-salarji bażiċi ta' uffiċjali tal-Unjoni fi Brussell u l-Lussemburgu.

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 423/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) aġġusta r-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u ta' aġenti oħra tal-Unjoni bi 0,8 % b'effett mill-1 ta' Lulju 2012.

(3)

Id-Deċiżjoni 2007/829/KE għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2007/829/KE hija b'dan emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 15(1), l-ammonti EUR 31,92 u EUR 127,65 jinbidlu bl-ammonti EUR 32,18 u EUR 128,67 rispettivament.

(2)

Fl-Artikolu 15(2), it-tabella għandha tinbidel b'din li ġejja:

“Distanza bejn il-post tal-oriġini u l-post tal-issekondar (f'km)

Ammont f'EUR

0-150

0,00

> 150

82,70

> 300

147,03

> 500

238,95

> 800

385,98

> 1 300

606,55

> 2 000

726,04”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara l-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Lulju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

M. MARTINA


(1)  ĠU L 327, 13.12.2007, p. 10.

(2)  Regolament (UE) Nru 423/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jaġġusta, b'effett mill-1 ta' Lulju 2012, ir-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u ta' aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea kif ukoll il-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għalihom (ĠU L 129, 30.4.2014, p. 12).


21.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 215/4


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/480/PESK

tal-21 ta' Lulju 2014

li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-26 ta' Lulju 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/413/PESK (1) dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran.

(2)

Fl-24 ta' Novembru 2013, iċ-Ċina, Franza. il-Ġermanja, il-Federazzjoni Russa, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti, appoġġati mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, laħqu ftehim mal-Iran dwar Pjan ta' Azzjoni Konġunt li jistabbilixxi approċċ għall-kisba ta' soluzzjoni komprensiva fit-tul tal-kwistjoni nukleari Iranjana. Ġie miftiehem li l-proċess li jwassal għal din is-soluzzjoni komprensiva għandu jinkludi, bħala l-ewwel pass, miżuri inizjali maqbula b'mod reċiproku li għandhom jittieħdu miż-żewġ naħat għal perijodu ta' sitt xhur u rinnovabbli b'kunsens reċiproku.

(3)

Bħala parti minn dan l-ewwel pass, l-Iran iwettaq għadd ta' miżuri volontarji kif speċifikat fil-Pjan ta' Azzjoni Konġunt. Bħala kumpens għal dan, jitwettqu għadd ta' miżuri volontarji li jinkludu, għall-Unjoni, is-sospensjoni tal-miżuri restrittivi li jirrigwardaw il-projbizzjoni fuq il-forniment tal-assigurazzjoni u l-assigurazzjoni mill-ġdid u t-trasport għaż-żejt mhux maħdum Iranjan, il-projbizzjoni fuq l-importazzjoni, ix-xiri jew it-trasport ta' prodotti petrokimiċi Iranjani u fuq il-forniment ta' servizzi relatati u l-projbizzjoni fuq il-kummerċ fid-deheb u metalli prezzjużi mal-Gvern tal-Iran, il-korpi pubbliċi tiegħu u l-Bank Ċentrali tal-Iran, jew persuni u entitajiet li jaġixxu f'isimhom. Is-sospensjoni ta' dawn il-miżuri restrittivi għandha durata ta' sitt xhur u matul dan il-perijodu l-kuntratti rilevanti għandhom jiġu eżegwiti.

(4)

Barra minn hekk, il-Pjan ta' Azzjoni Konġunt jipprevedi wkoll iż-żieda b'għaxar darbiet tal-limiti stabbiliti ta' awtorizzazzjoni b'rabta mat-trasferimenti ta' fondi lill-Iran u minn għandu.

(5)

Fl-20 ta' Jannar 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/21/PESK (2) li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK sabiex jiġu implimentati d-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-miżuri restrittivi tal-Unjoni li jinsabu fil-Pjan ta' Azzjoni Konġunt.

(6)

Fid-19 ta' Lulju 2014, iċ-Ċina, Franza, il-Ġermanja, il-Federazzjoni Russa, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti, appoġġati mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, ftehmu mal-Iran biex tiġi estiża l-implimentazzjoni tal-miżuri tal-Pjan ta' Azzjoni Konġunt sal-24 ta' Novembru 2014.

(7)

Is-sospensjoni tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni speċifikati fil-Pjan ta' Azzjoni Konġunt għandha għalhekk tiġi estiża sal-24 ta' Novembru 2014. Il-kuntratti rilevanti għandhom jiġu eżegwiti sa dik id-data.

(8)

Id-Deċiżjoni 2010/413/PESK għandha għalhekk tiġi emendata kif adatt,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 26a tad-Deċiżjoni 2010/413/PESK huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 26a

1.   Il-projbizzjoni stipulata fl-Artikolu 3a(1) għandha tiġi sospiża sal-24 ta' Novembru 2014 safejn tirrigwarda t-trasport taż-żejt mhux maħdum Iranjan.

2.   Il-projbizzjoni stipulata fl-Artikolu 3a(2) għandha tiġi sospiża sal-24 ta' Novembru 2014 safejn tirrigwarda l-forniment tal-assigurazzjoni u l-assigurazzjoni mill-ġdid, relatati mal-importazzjoni, ix-xiri, jew it-trasport taż-żejt mhux maħdum Iranjan.

3.   Il-projbizzjoni stipulata fl-Artikolu 3b għandha tiġi sospiża sal-24 ta' Novembru 2014.

4.   Il-projbizzjoni stipulata fl-Artikolu 4c għandha tiġi sospiża sal-24 ta' Novembru 2014 safejn tirrigwarda d-deheb u l-metalli prezzjużi.

5.   L-Artikolu 10(3)(a), (b) u (c) huwa sostitwit mill-punti li ġejjin sal-24 ta' Novembru 2014:

‘(a)

trasferimenti dovuti għal transazzjonijiet fir-rigward ta' oġġetti tal-ikel, il-kura tas-saħħa, it-tagħmir mediku, jew għal finijiet agrikoli jew umanitarji ta' inqas minn EUR 1 000 000, kif ukoll trasferimenti fir-rigward ta' rimessi personali, ta' inqas minn EUR 400 000, għandhom jitwettqu mingħajr ebda awtorizzazzjoni minn qabel. It-trasferiment għandu jiġi nnotifikat lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat jekk ikun ta' aktar minn EUR 10 000;

(b)

trasferimenti dovuti għal transazzjonijiet fir-rigward ta' oġġetti tal-ikel, il-kura tas-saħħa, it-tagħmir mediku, jew għal finijiet agrikoli jew umanitarji ta' aktar minn EUR 1 000 000, kif ukoll trasferimenti fir-rigward ta' rimessi personali, ta' aktar minn EUR 400 000, għandu jkollhom l-awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat. L-Istat Membru rilevanti għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra dwar kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija;

(c)

kwalunkwe trasferiment ieħor ta' aktar minn EUR 100 000 għandu jkollu l-awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat. L-Istat Membru rilevanti għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra dwar kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija.’.

6.   L-Artikolu 10(4)(b) u (c) huwa sostitwit mill-punti li ġejjin sal-24 ta' Novembru 2014:

‘(b)

kwalunkwe trasferiment ieħor ta' inqas minn EUR 400 000 għandu jitwettaq mingħajr ebda awtorizzazzjoni minn qabel. It-trasferiment għandu jiġi nnotifikat lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat jekk ikun ta' aktar minn EUR 10 000;

(c)

kwalunkwe trasferiment ieħor ta' aktar minn EUR 400 000 għandu jkollu l-awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat. L-awtorizzazzjoni għandha titqies li tkun mogħtija fi żmien erba' ġimgħat dment li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat ma tkunx oġġezzjonat f'dak il-perijodu ta' żmien. L-Istat Membru rilevanti għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra dwar kwalunkwe awtorizzazzjoni miċħuda.’.

7.   Il-projbizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 18b għandhom jiġu sospiżi sal-24 ta' Novembru 2014.

8.   Il-projbizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 20(1)(b) u (c) u fl-Artikolu 20(2) għall-Ministeru taż-Żejt, elenkati fl-Anness II, għandhom jiġu sospiżi sal-24 ta' Novembru 2014, safejn ikun neċessarju għall-eżekuzzjoni, sal-24 ta' Novembru 2014, ta' kuntratti għall-importazzjoni jew ix-xiri ta' prodotti petrokimiċi Iranjani.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, il-21 ta' Lulju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

S. GOZI


(1)  ĠU L 195, 27.7.2010, p. 39.

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/21/PESK tal-20 ta' Jannar 2014 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 15, 20.1.2014, p. 22).