ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 212

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 57
18 ta' Lulju 2014


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 779/2014 tas-17 ta' Lulju 2014 li jiffissal-opportunitajiet tas-sajd għall-inċova fil-Bajja ta' Biscay għall-istaġun tas-sajd 2014/15

1

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 780/2014 tas-17 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

4

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 781/2014 tas-17 ta' Lulju 2014 dwar il-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni u l-allokazzjoni tad-drittijiet tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqin fl-ewwel sebat ijiem ta' Lulju 2014 fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħin permezz tar-Regolament (KE) Nru 616/2007 għal-laħam tat-tjur

7

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 782/2014 tas-17 ta' Lulju 2014 li jissospendi t-tressiq ta' applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għall-prodotti taz-zokkor fil-kuntest ta' ċerti kwoti tariffarji

9

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2014/466/PESK

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà EUFOR RCA/4/2014 tal-10 ta' Lulju 2014 dwar l-aċċettazzjoni tal-kontribuzzjonijiet tal-Istati terzi għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUFOR RCA)

11

 

 

2014/467/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta' Lulju 2014 li ttawwal il-validità tad-Deċiżjoni 2011/492/UE u li tissospendi l-applikazzjoni tal-miżuri xierqa tagħha

12

 

 

2014/468/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill meħuda bi qbil komuni mal-President tal-Kummissjoni, tas-17 ta' Lulju 2014 li taħtar Membru tal-Kummissjoni Ewropea

15

 

 

2014/469/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill meħuda bi qbil komuni mal-President tal-Kummissjoni, tas-17 ta' Lulju 2014 li taħtar Membru tal-Kummissjoni Ewropea

16

 

 

2014/470/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill meħuda bi qbil komuni mal-President tal-Kummissjoni, tas-17 ta' Lulju 2014 li taħtar Membru tal-Kummissjoni Ewropea

17

 

 

2014/471/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill meħuda bi qbil komuni mal-President tal-Kummissjoni, tas-17 ta' Lulju 2014 li taħtar Membru tal-Kummissjoni Ewropea

18

 

 

2014/472/UE

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Lulju 2014 li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 2006/766/KE rigward l-inklużjoni tar-Repubblika ta' Moldova fil-lista ta' pajjiżi u territorji terzi li l-importazzjonijiet minnhom tal-prodotti tas-sajd għall-konsum mill-bniedem huma permessi (notifikata bid-dokument C(2014) 4953)  ( 1 )

19

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

 

2014/473/UE

 

*

Id-Deċiżjoni Nru 1/2014 tal-Kumitat Konġunt tat-Trasport bl-Ajru bejn l-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera stabbilit skont il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-Trasport bl-Ajru tad-9 ta' Lulju 2014 li tissostitwixxi l-Anness għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-Trasport bl-Ajru

21

 

 

2014/474/UE

 

*

Deċiżjoni Nru 43/2014 tal-Kumitat Konġunt stabbilit skont il-Ftehim ta' Għarfien Reċiproku bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika tal-15 ta' April 2014 relatata mal-elenkar ta' Korpi għall-Valutazzjoni tal-Konformità fl-Anness Settorjali dwar il-Kompatibbiltà Elettromanjetika

45

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tad-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar skemi ta' garanzija tad-depożiti ( ĠU L 173, 12.6.2014 )

47

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

18.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 212/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 779/2014

tas-17 ta' Lulju 2014

li jiffissal-opportunitajiet tas-sajd għall-inċova fil-Bajja ta' Biscay għall-istaġun tas-sajd 2014/15

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-Artikolu 43(3) tat-Trattat jipprevedi li l-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni, għandu jadotta miżuri dwar l-iffissar u l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd.

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) jeżiġi li jiġu adottati miżuri ta' konservazzjoni filwaqt li jittieħed kont tal-pariri xjentifiċi, tekniċi u ekonomiċi disponibbli, inklużi, fejn ikunu rilevanti, rapporti mfassla mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF).

(3)

Il-Kunsill għandu r-responsabbiltà li jadotta miżuri dwar l-iffissar u l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd, inklużi ċerti kondizzjonijiet li huma funzjonalment marbuta magħhom, skont il-każ. L-opportunitajiet tas-sajd għandhom jiġu allokati lill-Istati Membri b'tali mod li tiġi żgurata stabbiltà relattiva tal-attivitajiet tas-sajd ta' kull Stat Membru għal kull stokk ta' ħut jew għal kull attività tas-sajd u filwaqt li jitqiesu kif xieraq l-objettivi tal-Politika Komuni tas-Sajd stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

(4)

Il-qabdiet totali permissibbli (TACs) għandhom ikunu stabbiliti abbażi tal-parir xjentifiku disponibbli, b'kont meħud tal-aspetti bijoloġiċi u soċjoekonomiċi filwaqt li jiġi żgurat trattament ġust bejn is-setturi tas-sajd.

(5)

Il-parir preliminari mill-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) jistma li l-bijomassa ta' stokk riproduttiv tal-inċova fil-Bajja ta' Biscay fl-2014, fiż-żmien ta' riproduzzjoni, hija ta' 66 158 tunnellata. Fl-2009, il-Kummissjoni ppreżentat proposta għal Regolament li jistabbilixxi pjan fit-tul għall-istokk tal-inċova fil-Bajja ta' Biscay u għall-industrija tas-sajd li tisfrutta dak l-istokk. Abbażi ta' dik il-proposta, huwa xieraq li tiġi ffissata TAC ta' 20 100 tunnellata għall-istaġun tas-sajd tal-2014/2015 li tikkorrispondi għal żieda ta' madwar 18 % paragonata mat-TAC preċedenti.

(6)

Skont l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 (2), jeħtieġ li jiġi stabbilit sa fejn l-istokk tal-inċova fil-Bajja ta' Biscay huwa soġġett għall-miżuri stabbiliti f'dak ir-Regolament.

(7)

Mill-1 ta' Jannar 2015, is-sajd għall-inċova fil-Bajja ta' Biscay se jkun soġġett għall-obbligu ta' ħatt l-art previst fil-punt (a) tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Għalhekk, taħt il-kondizzjonijiet speċifikati f'dak ir-Regolament, il-qabdiet ta' inċova f'din iż-żona tas-sajd għandhom jinġiebu u jinżammu abbord il-bastimenti tas-sajd, u għandhom jiġu rreġistrati, jinħattu l-art u jingħaddu vis-à-vis il-kwoti.

(8)

Fid-dawl tal-bidu tal-istaġun tas-sajd 2014/15 u għall-finijiet tar-rappurtar annwali tal-qabdiet, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ malajr kemm jista' jkun wara l-pubblikazzjoni tiegħu u għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2014,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-opportunitajiet tas-sajd għall-inċova fil-Bajja ta' Biscay

Il-qabda totali permissibbli (TAC) u l-allokazzjoni tagħha bejn l-Istati Membri għall-istaġun tas-sajd li jibda fl-1 ta' Lulju 2014 u jintemm fit-30 ta' Ġunju 2015 għall-istokk tal-inċova fis-Sub-żona ICES VIII, kif definita fir-Regolament (KE) Nru 218/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), għandhom ikunu kif ġej (f'tunnellati ta' piż ta' ħut ħaj):

Speċi:

Inċova

Engraulis encrasicolus

Żona ICES:

VIII

(ANE/08.)

Spanja

18 090

TAC Analitika

Franza

2 010

UE

20 100

TAC

20 100

Artikolu 2

Dispożizzjonijiet speċjali dwar l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd

L-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati Membri kif stabbilita fl-Artikolu 1 għandha tkun mingħajr preġudizzju għal:

(a)

skambji magħmula b'konformità mal-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

(b)

tnaqqis u riallokazzjonijiet magħmula b'konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 (4);

(c)

riallokazzjonijiet magħmula b'konformità mal-Artikolu 10(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 (5);

(d)

ħattat l-art addizzjonali permessi taħt l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96;

(e)

kwantitajiet miżmuma skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96;

(f)

tnaqqis magħmul b'konformità mal-Artikoli 105, 106 u 107 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009;

(g)

trasferimenti u skambji ta' kwoti b'konformità mal-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 43/2014 (6).

Artikolu 3

Ġestjoni minn sena għal sena

L-istokk imsemmi fl-Artikolu 1 għandu jitqies bħala soġġett għal TAC analitika għall-finijiet tar-Regolament (KE) Nru 847/96. Għandhom japplikaw l-Artikolu 3(2) u (3) u l-Artikolu 4 ta' dak ir-Regolament.

Artikolu 4

Ħatt l-art tal-qabdiet u tal-qabdiet inċidentali qabel l-1 ta' Jannar 2015

Mill-1 ta' Lulju 2014 sal-31 ta' Diċembru 2014, il-ħut mill-istokk imsemmi fl-Artikolu 1 għandu jinżamm abbord jew jinħatt l-art biss jekk:

(a)

il-qabdiet ikunu saru minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru li jkollu kwota u dik il-kwota ma tkunx ġiet eżawrita; jew

(b)

il-qabdiet ikunu jikkonsistu fi kwota tal-Unjoni li ma ġietx allokata permezz ta' kwota fost l-Istati Membri, u dik il-kwota tal-Unjoni ma tkunx ġiet eżawrita.

Artikolu 5

Trażmissjoni tad-dejta

Meta, b'konformità mal-Artikoli 33 u 34 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, l-Istati Membri jressqu dejta lill-Kummissjoni relattivament għall-ħatt l-art ta' kwantitajiet ta' inċova maqbuda, dawn għandhom jużaw il-kodiċi tal-istokk “ANE/08”.

Artikolu 6

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2014 sat-30 ta' Ġunju 2015.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Lulju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

S. GOZI


(1)  Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 tas-6 ta' Mejju 1996 li jintroduċi kondizzjonijiet addizzjonali għal tmexxija minn sena għal sena tat-TAC u l-kwoti (ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3).

(3)  Regolament (KE) Nru 218/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar il-preżentazzjoni ta' statistiċi ta' qbid nominali mill-Istati Membri li jistadu fil-Grigal tal-Atlantiku (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 70).

(4)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1).

(5)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 tad-29 ta' Settembru 2008 dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità barra mill-ilmijiet tal-Komunità u l-aċċess ta' bastimenti ta' pajjiżi terzi għall-ilmijiet tal-Komunità, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93 u (KE) Nru 1627/94 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 3317/94 (ĠU L 286, 29.10.2008, p. 33).

(6)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 43/2014 tal-20 ta' Jannar 2014 li jiffissa għall-2014 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 24, 28.1.2014, p. 1).


18.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 212/4


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 780/2014

tas-17 ta’ Lulju 2014

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Lulju 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 KG)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MK

69,6

TR

67,1

ZZ

68,4

0707 00 05

AL

74,4

MK

27,7

TR

76,3

ZZ

59,5

0709 93 10

TR

89,2

ZZ

89,2

0805 50 10

AR

123,4

BO

89,3

CL

123,3

EG

75,0

TR

155,1

UY

124,8

ZA

119,2

ZZ

115,7

0808 10 80

AR

224,3

BR

106,8

CL

121,9

NZ

129,8

PE

57,3

US

144,6

ZA

146,0

ZZ

133,0

0808 30 90

AR

196,8

CL

90,9

NZ

191,9

ZA

86,8

ZZ

141,6

0809 10 00

BA

82,8

TR

233,1

XS

79,4

ZZ

131,8

0809 29 00

TR

324,5

ZZ

324,5

0809 30

MK

70,6

TR

147,0

XS

50,2

ZZ

89,3

0809 40 05

BA

69,3

MK

53,5

ZZ

61,4


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


18.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 212/7


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 781/2014

tas-17 ta' Lulju 2014

dwar il-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni u l-allokazzjoni tad-drittijiet tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqin fl-ewwel sebat ijiem ta' Lulju 2014 fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħin permezz tar-Regolament (KE) Nru 616/2007 għal-laħam tat-tjur

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 188(1) u (3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 616/2007 (2) fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta' prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur li joriġinaw mill-Brażil, mit-Tajlandja u minn pajjiżi terzi oħrajn.

(2)

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqin fl-ewwel sebat ijiem ta' Lulju 2014 għall-Gruppi Nri 1, 2, 4 A, 6 A, 7 u 8 għas-sottoperjodu mill-1 ta' Ottubru sat-31 ta' Diċembru jikkorrispondu, għal ċerti kwoti, ma' kwantitajiet li jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi stabbilit sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet mitluba, ikkalkulat skont l-Artikolu 6(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (3).

(3)

L-applikazzjonijiet għad-drittijiet tal-importazzjoni mressqin fl-ewwel sebat ijiem ta' Lulju 2014 għall-Grupp Nru 5 A għas-sottoperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru jikkorrispondu ma' kwantitajiet li jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi stabbilit sa liema punt jistgħu jiġu allokati d-drittijiet tal-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantijiet mitluba, ikkalkulat skont l-Artikolu 6(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006, flimkien mal-Artikolu 7(2) tiegħu.

(4)

Sabiex tiġi żgurata l-ġestjoni effiċjenti tal-miżura, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-koeffiċjent tal-allokazzjoni mogħti fl-Anness ta' dan ir-Regolament għandu japplika għall-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqin skont ir-Regolament (KE) Nru 616/2007 għall-Gruppi Nri 1, 2, 4 A, 6 A, 7 u 8 għas-sottoperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2014.

2.   Il-koeffiċjent tal-allokazzjoni mogħti fl-Anness ta' dan ir-Regolament għandu japplika għall-applikazzjonijiet għad-drittijiet tal-importazzjoni mressqin skont ir-Regolament (KE) Nru 616/2007 għall-Grupp Nru 5 A għas-sottoperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2014.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Lulju 2014.

Għall-Kummissjoni,

f'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Id-Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 616/2007 tal-4 ta' Ġunju 2007 dwar il-ftuħ u l-mod ta' ġestjoni tal-kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur tal-laħam tat-tjur li joriġina mill-Brażil, it-Tajlandja u pajjiżi terzi oħra (ĠU L 142, 5.6.2007, p. 3).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b'sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13).


ANNESS

Nru tal-grupp

Nru tal-ordni

Koeffiċjent tal-allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqin għas-subperjodu mill-1.10.2014 sal-31.12.2014

(%)

1

09.4211

0,40918

2

09.4212

3,207957

4 A

09.4214

09.4251

0,651441

0,95511

6 A

09.4216

09.4260

0,460618

0,984255


Grupp Nru

Ordni Nru

Koeffiċjent tal-allokazzjoni għad-drittijiet tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqin għall-perjodu mill-1.10.2014 sal-31.12.2014

(%)

5 A

09.4215

09.4254

09.4255

0,620782

1,508297

3,215439


18.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 212/9


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 782/2014

tas-17 ta' Lulju 2014

li jissospendi t-tressiq ta' applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għall-prodotti taz-zokkor fil-kuntest ta' ċerti kwoti tariffarji

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 188(1) u (3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009 tal-25 ta' Settembru 2009 li jiftaħ u jamministra ċerti kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikulari l-Artikolu 5(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kwantitajiet li jkopru l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqa lill-awtoritajiet kompetenti mill-1 sas-7 ta' Lulju 2014 skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009 huma daqs il-kwantità disponibbli skont is-serje li ġġib in-numru tal-ordni 09.4325.

(2)

It-tressiq ta' iktar applikazzjonijiet għal-liċenzji għan-numru tal-ordni 09.4325 għandu jkun sospiż sa tmiem is-sena tas-suq, skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

It-tressiq ta' iktar applikazzjonijiet għal-liċenzji, li jikkorrispondu man-numri tas-serje mogħtija fl-Anness, għandu jkun sospiż sa tmiem is-sena tas-suq 2013/2014.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Lulju 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 254, 26.9.2009, p. 82.


ANNESS

“Il-konċessjonijiet taz-zokkor tal-iskeda bin-numru CXL”

Is-sena tas-suq 2013/2014

Applikazzjonijiet li tressqu mill-1.7.2014 sas-7.7.2014

In-numru tas-serje

Il-pajjiż

Iktar applikazzjonijiet

09.4317

L-Awstralja

 

09.4318

Il-Brażil

 

09.4319

Kuba

Sospiżi

09.4320

Kwalunkwe pajjiż terz

Sospiżi

09.4321

L-Indja

Sospiżi


“Iz-zokkor mill-Balkani”

Is-sena tas-suq 2013/2014

Applikazzjonijiet li tressqu mill-1.7.2014 sas-7.7.2014

In-numru tas-serje

Il-pajjiż

Iktar applikazzjonijiet

09.4324

L-Albanija

 

09.4325

Il-Bosnja-Ħerzegovina

Sospiżi

09.4326

Is-Serbja

 

09.4327

Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

 


Miżuri tranżitorji “Iz-zokkor għall-importazzjoni eċċezzjonali u dak għall-importazzjoni industrijali”

Is-sena tas-suq 2013/2014

Applikazzjonijiet li tressqu mill-1.7.2014 sas-7.7.2014

In-numru tas-serje

It-tip

Applikazzjonijiet ġodda

09.4367

Miżuri tranżitorji (Il-Kroazja)

Sospiżi

09.4380

Importazzjoni eċċezzjonali

 

09.4390

Zokkor industrijali

 


DEĊIŻJONIJIET

18.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 212/11


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ EUFOR RCA/4/2014

tal-10 ta' Lulju 2014

dwar l-aċċettazzjoni tal-kontribuzzjonijiet tal-Istati terzi għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUFOR RCA)

(2014/466/PESK)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/73/PESK tal-10 ta' Frar 2014 dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUFOR RCA) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(2) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 8(2) tad-Deċiżjoni 2014/73/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti dwar l-aċċettazzjoni ta' kontribuzzjonijiet proposti minn Stati terzi.

(2)

Wara r-rakkomandazzjoni dwar kontribuzzjoni mit-Turkija mill-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE tal-EUFOR RCA u l-parir mill-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea, il-kontribuzzjoni mit-Turkija għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUFOR RCA) għandha tiġi aċċettata.

(3)

F'konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u fl-implementazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li jkollhom implikazzjonijiet ta' difiża.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-kontribuzzjoni mit-Turkija għall-EUFOR RCA hija aċċettata u kkunsidrata bħala sinifikanti.

2.   It-Turkija hija eżentata minn kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-baġit tal-EUFOR RCA.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Lulju 2014.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

W. STEVENS


(1)  ĠU L 40, 11.2.2014, p. 59.


18.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 212/12


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-14 ta' Lulju 2014

li ttawwal il-validità tad-Deċiżjoni 2011/492/UE u li tissospendi l-applikazzjoni tal-miżuri xierqa tagħha

(2014/467/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000 (1) (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE”), kif emendat l-aħħar f'Ouagadougou, il-Burkina Faso, fit-22 ta' Ġunju 2010 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 96 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu u l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/492/UE (4), il-konsultazzjonijiet mar-Repubblika tal-Ginea Bissaw skont l-Artikolu 96 tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE ngħalqu u ttieħdu miżuri xierqa, kif speċifikat fl-Anness ma' dik id-Deċiżjoni.

(2)

Bid-Deċiżjoni 2013/385/UE (5), id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/492/UE ġiet emendata biex jiġi estiż b'sena, sad-19 ta' Lulju 2014, il-perijodu ta' applikazzjoni tal-miżuri xierqa.

(3)

L-elementi essenzjali ċċitati fl-Artikolu 9 tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE għadhom qed jinkisru u l-kundizzjonijiet attwali fil-Ginea Bissaw ma jiżgurawx ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, il-prinċipji demokratiċi u l-istat tad-dritt. Għaldaqstant, huwa xieraq li tiġi estiża l-validità tad-Deċiżjoni 2011/492/UE għal perijodu ta' sena.

(4)

Madankollu, meta titqies iż-żamma ta' elezzjonijiet paċifiċi, ħielsa u kredibbli fit-13 ta' April 2014 u fit-18 ta' Mejju 2014, li jirrappreżentaw pass ewlieni lejn aktar demokrazija u stabbilità, u sabiex jinvolvu ruħhom mal-awtoritajiet eletti demokratikament u jipprovdulhom appoġġ dirett fl-isforzi tagħhom sabiex jikkonsolidaw l-istituzzjonijiet demokratiċi, jirrikonċiljaw is-soċjetà u jippromwovu l-iżvilupp soċjoekonomiku tal-Ginea Bissaw, il-miżuri xierqa stabbiliti kif definit fl-Anness tad-Deċiżjoni 2011/492/UE għandhom jiġu sospiżi.

(5)

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi riveduta sitt xhur wara li tidħol fis-seħħ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-validità tad-Deċiżjoni 2011/492/UE u tal-miżuri xierqa tagħha huma b'dan estiżi sad-19 ta' Lulju 2015. Madankollu, l-applikazzjoni tal-miżuri xierqa hija b'dan sospiża.

Il-miżuri xierqa għandhom jinżammu taħt reviżjoni kostanti u għandhom jiġu applikati mill-ġdid jekk is-sitwazzjoni fil-Ginea Bissaw tiddeterjora b'mod serju. Dawn il-miżuri għandhom, f'kull każ, jiġu riveduti sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

L-ittra fl-Anness għal din id-Deċiżjoni għandha tintbagħat lill-awtoritajiet tal-Ginea Bissaw.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Lulju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

M. MARTINA


(1)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

(2)  Ftehim li jemenda għat-tieni darba l-ftehim ta' sħubija bejn il-Membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000, kif emendat għall-ewwel darba fil-Lussemburgu fil-25 ta' Ġunju 2005 (ĠU L 287, 4.11.2010, p. 3).

(3)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 376, kif emendat bil-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqa' fi ħdan il-Kunsill, li jemenda l-Ftehim Intern tat-18 ta' Settembru 2000 dwar l-miżuri li għandhom jittieħdu u l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-KE (ĠU L 247, 9.9.2006, p. 48).

(4)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/492/UE tat-18 ta' Lulju 2011 dwar il-konklużjoni tal-proċedura ta' konsultazzjoni mar-Repubblika tal-Ginea Bissaw skont l-Artikolu 96 tal-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, min-naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (ĠU L 203, 6.8.2011, p. 2).

(5)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/385/UE tal-15 ta' Lulju 2013 li testendi l-perijodu ta' applikazzjoni tal-miżuri xierqa fid-Deċiżjoni 2011/492/UE dwar il-Ginea Bissaw u li temenda dik id-Deċiżjoni (ĠU L 194, 17.7.2013, p. 6).


ANNESS

 

L-Eċċellenza Tiegħu l-President tar-Repubblika tal-Ginea Bissaw,

L-Onorevoli Prim Ministru tar-Repubblika tal-Ginea Bissaw,

Sinjuri,

Bħala segwitu għall-konsultazzjonijiet li saru fi Brussell fid-29 ta' Marzu 2011 fil-qafas tal-Artikolu 96 tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, fit-18 ta' Lulju 2011 l-Unjoni Ewropea ddeċidiet, permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/492/UE, li tadotta miżuri xierqa, inkluża skema ta' impenji reċiproċi għat-tkomplija gradwali tal-kooperazzjoni tal-Unjoni Ewropea.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/492/UE ġiet estiża b'sena permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/385/UE u hija valida sad-19 ta' Lulju 2014.

Matul dawn l-aħħar tnax-il xahar, li matulhom l-awtoritajiet interim kienu fis-seħħ, ma sar l-ebda progress fir-rigward tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, il-ġlieda kontra l-impunità, ir-riforma tas-settur tas-sigurtà jew il-ġlieda kontra t-traffikar illegali, b'mod partikolari tad-drogi, li kienu previsti fl-iskema ta' impenji reċiproċi għat-tkomplija tal-kooperazzjoni tal-Unjoni Ewropea.

Madankollu, l-Unjoni Ewropea hija mħeġġa biż-żamma ta' elezzjonijiet leġislattivi u presidenzjali ħielsa, paċifiċi u kredibbli fit-13 ta' April 204 u fit-18 ta' Mejju 2014, li jirrappreżentaw pass ewlieni lejn id-demokrazija u l-istabbiltà fil-pajjiż. Għaldaqstant, l-Unjoni Ewropea ddeċiediet li tissospendi l-miżuri applikati skont l-Artikolu 96 tal-Ftehim ta' Cotonou kif stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kunsill ta' 2011/492/UE sabiex tkun tista' tinvolvi ruħha u tipprovdi appoġġ dirett lill-awtoritajiet eletti demokratikament fl-isforzi tagħkom sabiex tikkonsolidaw, tirrikonċiljaw u tiżviluppaw il-pajjiż, f'kollaborazzjoni ma' msieħba internazzjonali oħrajn.

L-Unjoni Ewropea tagħti l-akbar importanza lid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9 tal-Ftehim ta' Cotonou, billi r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, l-istituzzjonijiet demokratiċi u l-istat tad-dritt jikkostitiwixxi l-bażi essenzjali tar-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ginea Bissaw. L-Unjoni Ewropea se tkompli ssegwi mill-qrib is-sitwazzjoni fil-pajjiż.

L-isfidi politiċi u soċjoekonomiċi li jħabbat wiċċu magħhom il-pajjiż huma sinifikanti, iżda ninsabu fiduċjużi li se tagħmlu ħilitkom sabiex, fid-djalogu mal-gruppi politiċi kollha, tieħdu d-deċiżjonijiet li huma neċessarji, kemm fil-livell ekonomiku kif ukoll dak finanzjarju, u fl-oqsma kruċjali tar-riforma tas-settur tas-sigurtà u l-ġlieda kontra l-impunità.

L-Unjoni Ewropea tibqa' impenjata bis-sħiħ lejn is-sħubija tagħha mal-poplu tal-Ginea Bissaw. Din id-Deċiżjoni tal-Unjoni Ewropea li tissospendi l-applikazzjoni tal-miżuri xierqa u terġa' timpenja ruħha fi djalogu u kooperazzjoni mal-awtoritajiet leġittimi hija maħsuba sabiex tipprovdi impetu ġdid fit-tisħiħ tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Ginea Bissaw, bl-għan li jiġu normalizzati r-relazzjonijiet bilaterali. Madankollu, l-impenji li ħadet il-Ginea Bissaw fil-qafas tal-Konsultazzjoni tal-Artikolu 96 għadhom applikabbli u l-Unjoni Ewropea tistenna lill-Gvern tagħkom li jagħmel l-isforzi kollha meħtieġa biex dawn jintlaħqu bħala kwistjoni ta' prijorità.

L-Unjoni Ewropea tistieden lill-partijiet kollha sabiex jaħtfu l-okkażjoni biex imexxu l-pajjiż lejn l-istabilità demokratika, l-istat tad-dritt, ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-iżvilupp soċjoekonomiku.

Għoddni dejjem tiegħek,

Għall-Kunsill

C. ASHTON

Rappreżentant Għoli

Għall-Kummissjoni

A. PIEBALGS

Kummissarju


18.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 212/15


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

meħuda bi qbil komuni mal-President tal-Kummissjoni,

tas-17 ta' Lulju 2014

li taħtar Membru tal-Kummissjoni Ewropea

(2014/468/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 246 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Fid-9 ta' Frar 2010, il-Kunsill Ewropew adotta d-Deċiżjoni 2010/80/UE (2) dwar il-ħatra tal-Kummissjoni Ewropea għall-perijodu sal-31 ta' Ottubru 2014.

(2)

Fl-ittra bid-data tat-18 ta' Ġunju 2014, is-Sur José Manuel DURÃO BARROSO, President tal-Kummissjoni, informa lill-Kunsill li s-Sur Olli REHN kien irriżenja mill-kariga tiegħu bħala Membru tal-Kummissjoni b'effett mit-30 ta' Ġunju 2014.

(3)

F'konformità mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 246 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, post battal ikkawżat b'riżenja għandu jimtela għall-bqija tal-mandat tal-Membru minn Membru ġdid tal-istess nazzjonalità.

(4)

Għalhekk, għandu jinħatar Membru ġdid tal-Kummissjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Bi qbil komuni mas-Sur José Manuel DURÃO BARROSO, il-President tal-Kummissjoni, il-Kunsill jaħtar lis-Sur Jyrki KATAINEN bħala Membru tal-Kummissjoni għall-bqija tal-mandat, jiġifieri sal-31 ta' Ottubru 2014.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Lulju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

S. GOZI


(1)  Opinjoni tas-16 ta' Lulju 2014 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU L 38, 11.2.2010, p. 7.


18.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 212/16


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

meħuda bi qbil komuni mal-President tal-Kummissjoni,

tas-17 ta' Lulju 2014

li taħtar Membru tal-Kummissjoni Ewropea

(2014/469/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 246 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Fid-9 ta' Frar 2010, il-Kunsill Ewropew adotta d-Deċiżjoni 2010/80/UE (2) dwar il-ħatra tal-Kummissjoni Ewropea għall-perijodu sal-31 ta' Ottubru 2014.

(2)

Fl-ittra bid-data tat-18 ta' Ġunju 2014, is-Sur José Manuel DURÃO BARROSO, President tal-Kummissjoni, informa lill-Kunsill li s-Sur Janusz LEWANDOWSKI kien irriżenja mill-kariga tiegħu bħala Membru tal-Kummissjoni b'effett mit-30 ta' Ġunju 2014.

(3)

F'konformità mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 246 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, post battal ikkawżat b'riżenja għandu jimtela għall-bqija tal-mandat tal-Membru minn Membru ġdid tal-istess nazzjonalità.

(4)

Għalhekk, għandu jinħatar Membru ġdid tal-Kummissjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Bi qbil komuni mas-Sur José Manuel DURÃO BARROSO, il-President tal-Kummissjoni, il-Kunsill jaħtar lis-Sur Jacek DOMINIK bħala Membru tal-Kummissjoni għall-bqija tal-mandat, jiġifieri sal-31 ta' Ottubru 2014.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Lulju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

S. GOZI


(1)  Opinjoni tas-16 ta' Lulju 2014 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU L 38,11.2.2010, p. 7.


18.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 212/17


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

meħuda bi qbil komuni mal-President tal-Kummissjoni,

tas-17 ta' Lulju 2014

li taħtar Membru tal-Kummissjoni Ewropea

(2014/470/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 246 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Fid-9 ta' Frar 2010, il-Kunsill Ewropew adotta d-Deċiżjoni 2010/80/UE (2) dwar il-ħatra tal-Kummissjoni Ewropea għall-perijodu sal-31 ta' Ottubru 2014.

(2)

Fl-ittra bid-data tat-18 ta' Ġunju 2014, is-Sur José Manuel DURÃO BARROSO, President tal-Kummissjoni, informa lill-Kunsill li s-Sur Antonio TAJANI kien irriżenja mill-kariga tiegħu bħala Membru tal-Kummissjoni b'effett mit-30 ta' Ġunju 2014.

(3)

F'konformità mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 246 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, post battal ikkawżat b'riżenja għandu jimtela għall-bqija tal-mandat tal-Membru minn Membru ġdid tal-istess nazzjonalità.

(4)

Għalhekk, għandu jinħatar Membru ġdid tal-Kummissjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Bi qbil komuni mas-Sur José Manuel DURÃO BARROSO, il-President tal-Kummissjoni, il-Kunsill jaħtar lis-Sur Ferdinando NELLI FEROCI bħala Membru tal-Kummissjoni għall-bqija tal-mandat, jiġifieri sal-31 ta' Ottubru 2014.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Lulju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

S. GOZI


(1)  Opinjoni tas-16 ta' Lulju 2014 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU L 38,11.2.2010, p. 7.


18.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 212/18


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

meħuda bi qbil komuni mal-President tal-Kummissjoni,

tas-17 ta' Lulju 2014

li taħtar Membru tal-Kummissjoni Ewropea

(2014/471/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 246 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Fid-9 ta' Frar 2010, il-Kunsill Ewropew adotta d-Deċiżjoni 2010/80/UE (2) dwar il-ħatra tal-Kummissjoni Ewropea għall-perijodu sal-31 ta' Ottubru 2014.

(2)

Fl-ittra bid-data tat-18 ta' Ġunju 2014, is-Sur José Manuel DURÃO BARROSO, President tal-Kummissjoni, informa lill-Kunsill li s-Sinjura Viviane REDING kienet irriżenjat mill-kariga tagħha bħala Membru tal-Kummissjoni b'effett mit-30 ta' Ġunju 2014.

(3)

F'konformità mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 246 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, post battal ikkawżat b'riżenja għandu jimtela għall-bqija tal-mandat tal-Membru minn Membru ġdid tal-istess nazzjonalità.

(4)

Għalhekk, għandu jinħatar Membru ġdid tal-Kummissjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Bi qbil komuni mas-Sur José Manuel DURÃO BARROSO, il-President tal-Kummissjoni, il-Kunsill jaħtar lis-Sinjura Martine REICHERTS bħala Membru tal-Kummissjoni għall-bqija tal-mandat, jiġifieri sal-31 ta' Ottubru 2014.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Lulju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

S. GOZI


(1)  Opinjoni tas-16 ta' Lulju 2014 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU L 38,11.2.2010, p. 7.


18.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 212/19


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-16 ta' Lulju 2014

li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 2006/766/KE rigward l-inklużjoni tar-Repubblika ta' Moldova fil-lista ta' pajjiżi u territorji terzi li l-importazzjonijiet minnhom tal-prodotti tas-sajd għall-konsum mill-bniedem huma permessi

(notifikata bid-dokument C(2014) 4953)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/472/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq il-prodotti li joriġinaw mill-annimali. B'mod partikolari, jistipula li prodotti li joriġinaw mill-annimali għandhom jiġu importati biss minn pajjiż terz jew parti ta' pajjiż terz li jidher fuq il-lista mfassla u aġġornata skont dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 jipprovdi wkoll li meta jfasslu u jaġġornaw listi bħal dawn, għandhom jitqiesu l-kontrolli tal-Unjoni f'pajjiżi terzi u l-garanziji min-naħa tal-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi fir-rigward tal-konformità jew l-ekwivalenza mal-liġi tal-Unjoni rigward l-ikel u l-għalf u r-regoli dwar is-saħħa tal-annimali speċifikati fir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/766/KE (3) telenka dawk il-pajjiżi terzi li jissodisfaw il-kriterji msemmija fir-Regolament (KE) Nru 854/2004 u li għalhekk huma f'pożizzjoni li jiggarantixxu li dawk il-prodotti jissodisfaw il-kundizzjonijiet sanitarji stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni biex titħares saħħet il-konsumaturi u jistgħu skont dan jiġu esportati lejn l-Unjoni. B'mod partikolari, l-Anness II ta' din id-Deċiżjoni jistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi u territorji li minnhom l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' prodotti tas-sajd għall-konsum mill-bniedem huma permessi. Din il-lista tindika wkoll ir-restrizzjonijiet fuq dawn l-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi.

(4)

Fit-30 ta' Jannar 2013, l-awtorità kompetenti tar-Repubblika tal-Moldova talbet lill-Kummissjoni għall-awtorizzazzjoni ta' importazzjonijiet ta' kavjar fl-Unjoni. Kontroll tal-Unjoni fir-Repubblika tal-Moldova ħadet post u juri li l-awtorità kompetenti tipprovdi garanziji xierqa kif speċifikat fl-Artikolu 48(3) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004. Fuq il-bażi tal-informazzjoni u l-garanziji disponibbli, ir-Repubblika ta' Moldova tista' tiġi inklża fil-lista tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2006/766/KE għal kavjar.

(5)

Għalhekk, id-Deċiżjoni 2006/766/KE għandha tiġi emendata skont dan.

(6)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2006/766/KE, l-annotazzjoni li ġejja tiddaħħal bejn l-entrata għall-Marokk u l-entrata għall-Montenegro:

“MD

IR-REPUBBLIKA TAL-MOLDOVA

Il-kavjar biss”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Lulju 2014.

Għall-Kummissjoni

Tonio BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/766/KE tas-6 ta' Novembru 2006 li tistabbilixxi l-listi ta' pajjiżi terzi u territorji li minnhom l-importazzjonijiet ta' molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati, gastropodi marini u prodotti tas-sajd huma permessi (ĠU L 320, 18.11.2006, p. 53):


ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

18.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 212/21


ID-DEĊIŻJONI Nru 1/2014 TAL-KUMITAT KONĠUNT TAT-TRASPORT BL-AJRU BEJN L-UNJONI EWROPEA U L-ISVIZZERA STABBILIT SKONT IL-FTEHIM BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-KONFEDERAZZJONI SVIZZERA DWAR IT-TRASPORT BL-AJRU

tad-9 ta' Lulju 2014

li tissostitwixxi l-Anness għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-Trasport bl-Ajru

(2014/473/UE)

IL-KUMITAT DWAR IT-TRASPORT BL-AJRU BEJN L-UNJONI EWROPEA U L-ISVIZZERA,

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-Trasport bl-Ajru, minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 23(4) tiegħu,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Waħdieni

L-Anness ta' din id-Deċiżjoni jissostitwixxi l-Anness tal-Ftehim, b'seħħ mill-15 ta' Awwissu 2014.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Lulju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt

Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea

Matthew BALDWIN

Il-Kap tad-Delegazzjoni Svizzera

Peter MÜLLER


ANNESS

Għall-għanijiet ta' dan il-Ftehim:

Bis-saħħa tat-Trattat ta' Lisbona, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Diċembru 2009, l-Unjoni Ewropea għandha tissostitwixxi u tkun is-suċċessur tal-Komunità Ewropea;

Kull fejn l-atti speċifikati f'dan l-Anness ikun fihom referenza għall-Istati Membri tal-Komunità Ewropea, kif sostitwita mill-Unjoni Ewropea, jew rekwiżit għal rabta ma' dawn tal-aħħar, għall-għan ta' dan il-Ftehim, ir-referenzi għandhom jinftiehmu bħala li japplikaw b'mod indaqs għall-Isvizzera jew għar-rekwiżit ta' rabta mal-Isvizzera;

Ir-referenzi għar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 2407/92 u (KEE) Nru 2408/92 li saru fl-Artikoli 4, 15, 18, 27 u 35 tal-Ftehim, għandhom jinftiehmu bħala referenzi għar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Bla ħsara għall-Artikolu 15 ta' dan il-Ftehim, it-terminu “trasportatur tal-ajru Komunitarju” li ssir referenza għalih fid-Direttivi u fir-Regolamenti Komunitarji li ġejjin għandu jinkludi trasportatur tal-ajru li għandu liċenzja u għandu l-post prinċipali tal-kummerċ tiegħu u, jekk ikun il-każ, l-uffiċċju rreġistrat tiegħu fl-Isvizzera skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1008/2008. Kwalunkwe referenza għar-Regolament (KEE) Nru 2407/92 għandha tinftiehem bħala referenza għar-Regolament (KE) Nru 1008/2008;

Kwalunkwe referenza fit-testi li ġejjin għall-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat jew għall-Artikoli 101 u 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandhom jinftiehmu li jfissru l-Artikoli 8 u 9 ta' dan il-Ftehim.

1.   Liberalizzazzjoni tal-avjazzjoni u regoli oħra dwar l-avjazzjoni ċivili

Nru 1008/2008

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità.

Nru 2000/79

Id-Direttiva tal-Kunsill tas-27 ta' Novembru 2000 dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim Ewropew fuq l-Organizzazzjoni tal-Ħinijiet tax-Xogħol ta' Ħaddiema Mobbli fl-Avjazzjoni Ċivili konkluż mill-Assoċjazzjoni tal-Linji tal-Ajru Ewropej (AEA), il-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF), l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kabini tal-Piloti (ECA), l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Linji tal-Ajru Reġjonali (ERA) u l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasportazzjoni bl-Arju (IACA)

Nru 93/104

Id-Direttiva tal-Kunsill tat-23 ta' Novembru 1993 dwar xi aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, kif emendata bi:

Id-Direttiva 2000/34/KE

Nru 437/2003

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Frar 2003 dwar il-prospetti tal-istatistika rigward it-trasport tal-passiġġieri, il-merkanzija u l-posta bl-ajru.

Nru 1358/2003

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-31 ta' Lulju 2003 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 437/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prospetti tal-istatistika rigward it-trasport tal-passiġġieri, il-merkanzija u l-posta bl-ajru u li jemenda l-Anness I u II tiegħu

Nru 785/2004

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar ir-rekwiżiti tal-assigurazzjoni tat-trasportaturi tal-ajru u l-operaturi tal-ajruplani kif emendat bi:

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 285/2010

Nru 95/93

Ir-Regolament tal-Kunsill tat-18 ta' Jannar 1993 dwar ir-regoli komuni għall-allokazzjoni ta' slots f'ajruporti tal-Komunità (l-Artikoli 1-12), kif emendat bi:

Ir-Regolament (KE) Nru 793/2004

Nru 2009/12

Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar l-imposti tal-ajruporti

Nru 96/67

Id-Direttiva tal-Kunsill tal-15 ta' Ottubru 1996 dwar l-aċċess għas-suq tal-groundhandling fl-ajruporti tal-Komunità

(l-Artikoli 1-9, 11-23, u 25)

Nru 80/2009

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Jannar 2009 dwar Kodiċi ta' Kondotta għal sistemi ta' riżervazzjoni kompjuterizzata u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2299/89

2.   Regoli dwar il-kompetizzjoni

Nru 1/2003

Ir-Regolament tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (l-Artikoli 1-13, 15-45)

(Safejn dan ir-Regolament huwa rilevanti għall-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim. L-inklużjoni ta' dan ir-Regolament ma taffettwax it-tqassim tal-ħidmiet skont dan il-Ftehim)

Ir-Regolament Nru 17/62 tħassar bir-Regolament Nru 1/2003, bl-eċċeżjoni tal-Artikolu 8(3) li jibqa' japplika għad-deċiżjonijiet adottati skont l-Artikolu 81(3) tat-Trattat qabel id-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament sad-data tat-tmiem ta' dawk id-deċiżjonijiet.

Nru 773/2004

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-7 ta' April 2004 dwar it-tmexxija ta' proċeduri mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 81 sa 82 tat-Trattat tal-KE, kif emendat bi:

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1792/2006

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 622/2008

Nru 139/2004

Ir-Regolament tal-Kunsill tal-20 ta' Jannar 2004 dwar il-kontroll ta' konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet [l-Amalgamazzjonijiet])

(L-Artikoli 1-18, 19(1)-(2), u 20-23)

Fir-rigward tal-Artikolu 4(5) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, għandu japplika dan li ġej bejn il-Komunità Ewropea u l-Isvizzera:

(1)

Fir-rigward ta' konċentrazzjoni, kif definita fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 139/2004, li ma għandhiex dimensjoni Komunitarja fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 1 ta' dak ir-Regolament u li tista' tiġi riveduta skont il-liġijiet nazzjonali dwar il-kompetizzjoni ta' mhux inqas minn tliet Stati Membri tal-KE u l-Konfederazzjoni Svizzera, il-persuni jew l-impriżi msemmija fl-Artikolu 4(2) ta' dak ir-Regolament jistgħu, qabel kwalunkwe notifika lill-awtoritajiet kompetenti, jinformaw lill-Kummissjoni tal-KE permezz ta' sottomissjoni motivata sabiex il-konċentrazzjoni tiġi eżaminata mill-Kummissjoni.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tittrażmetti mingħajr dewmien lill-Konfederazzjoni Svizzera s-sottomissjonijiet kollha skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 u l-paragrafu preċedenti.

(3)

Fejn il-Konfederazzjoni Svizzera esprimiet nuqqas ta' qbil rigward it-talba għar-referenza tal-każ, l-awtorità Svizzera kompetenti fil-qasam tal-kompetizzjoni għandha żżomm il-kompetenza tagħha u l-każ ma għandux jiġi riferut mill-Konfederazzjoni Svizzera skont dan il-paragrafu.

B'referenza għal-limiti ta' żmien imsemmija fl-Artikoli 4(4) u (5), 9(2) u (6), u l-Artikolu 22(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet [Amalgamazzjonijiet]:

(1)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tittrażmetti mingħajr dewmien lill-awtorità Svizzera kompetenti fil-qasam tal-kompetizzjoni d-dokumenti kollha rilevanti skont l-Artikoli 4(4) u (5), l-Artikoli 9(2) u (6), u l-Artikolu 22(2).

(2)

Il-kalkolu tal-limiti ta' żmien imsemmi fl-Artikoli 4(4) u (5), l-Artikoli 9(2) u (6), u l-Artikolu 22(2) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 għandu jibda, għall-Konfederazzjoni Svizzera, mal-wasla tad-dokumenti rilevanti għand l-awtorità Svizzera kompetenti fil-qasam tal-kompetizzjoni.

Nru 802/2004

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-7 ta' April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (l-Artikoli 1-24), kif emendat bi:

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1792/2006

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1033/2008

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1269/2013

Nru 2006/111

Id-Direttiva tal-Kummissjoni tas-16 ta' Novembru 2006 dwar it-trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u l-impriżi pubbliċi kif ukoll dwar it-trasparenza finanzjarja fi ħdan ċerti impriżi

Nru 487/2009

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) tal-25 ta' Mejju 2009 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3) tat-Trattat għal ċerti kategoriji ta' akkordji u prattiċi miftiehma fis-settur tat-trasport bl-ajru.

3.   Sikurezza tal-avjazzjoni

Nru 216/2008

Ir-Regolament (KE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill Nru 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE, kif emendata bi:

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 690/2009,

Ir-Regolament (KE) Nru 1108/2009,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 6/2013.

L-Aġenzija għandha tgawdi, anki fl-Isvizzera, is-setgħat mogħtija lilha skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament.

L-Aġenzija għandha tgawdi, anki fl-Isvizzera, is-setgħat mogħtija lilha għad-deċiżjonijiet skont l-Artikolu 11(2), l-Artikolu 14(5), (7), l-Artikolu 24(5), l-Artikolu 25(1), l-Artikolu 38(3)(i), l-Artikolu 39(1), l-Artikolu 40(3), l-Artikolu 41(3), (5), l-Artikolu 42(4), l-Artikolu 54(1) u l-Artikolu 61(3).

Minkejja l-adattament orizzontali pprovdut fit-tieni inċiż tal-Anness għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-Trasport bl-Ajru, ir-referenzi għall-“Istati Membri” fl-Artikolu 65 tar-Regolament jew fid-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Nru 1999/468/KE li jissemmew f'dik id-dispożizzjoni ma għandhomx jiftiehmu bħala applikabbli għall-Isvizzera.

Xejn f'dan ir-Regolament ma għandu jiġi interpretat fis-sens ta' trasferiment lill-awtorità tal-EASA biex taġixxi f'isem l-Isvizzera skont il-ftehimiet internazzjonali għal skopijiet differenti għajr dawk biex tgħinha fil-qadi tal-obbligi tagħha skont dawn il-ftehimiet.

Għall-finijiet tal-Ftehim, it-test tar-Regolament għandu jinqara b'dawn l-adattamenti:

(a)

L-Artikolu 12 huwa emendat kif ġej:

(i)

Fil-paragrafu 1, għandu jiddaħħal il-kliem “jew l-Isvizzera” wara l-kliem “il-Komunità”;

(ii)

Fil-paragrafu 2(a), il-kliem “jew l-Isvizzera” għandu jiddaħħal wara l-kliem “il-Komunità”.

(iii)

fil-paragrafu 2, jitħassru l-punti (b) u (c);

(iv)

għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3.   Kull meta l-Komunità tinnegozja ma' pajjiż terz sabiex tikkonkludi ftehim li jipprovdi li Stat Membru jew l-Aġenzija jistgħu joħorġu ċ-ċertifikati abbażi taċ-ċertifikati maħruġa mill-awtoritajiet ajrunawtiċi ta' dak il-pajjiż terz, għandha tagħmel ħilitha biex tikseb għall-Isvizzera offerta ta' ftehim simili mal-pajjiż terz konċernat. Min-naħa tagħha, l-Isvizzera għandha tikkonkludi ftehimiet ma' pajjiżi terzi korrispondenti għal dawk tal-Komunità”.

(b)

Fl-Artikolu 29, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“4.   B'deroga mill-Artikolu 12(2)(a) tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta' Impjegati Oħra tal-Komunitajiet Ewropej, iċ-ċittadini Svizzeri li jgawdu mid-drittijiet ċivili u politiċi tagħhom jistgħu jiġu impjegati b'kuntratt mid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija.”

(c)

Fl-Artikolu 30, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“L-Isvizzera għandha tapplika lill-Aġenzija l-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, stabbilit bħala l-Anness A għal dan l-Anness, skont l-Appendiċi tal-anness A.”

(d)

Fl-Artikolu 37, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“L-Isvizzera għandha tipparteċipa b'mod sħiħ fil-Bord ta' Ġestjoni u fih għandu jkollha l-istess drittijiet u obbligi bħall-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, ħlief id-dritt tal-vot”.

(e)

Fl-Artikolu 59, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“12.   L-Isvizzera għandha tipparteċipa fil-kontribut finanzjarju msemmi fil-paragrafu 1(b), skont il-formula li ġejja:

Formula

fejn:

S

=

il-parti tal-baġit tal-Aġenzija li mhix koperta mit-tariffi u imposti li jissemmew fil-paragrafu 1(c) u (d)

a

=

l-għadd ta' Stati Assoċjati

b

=

l-għadd ta' Stati Membri tal-UE

c

=

il-kontribuzzjoni tal-Isvizzera għall-baġit tal-ICAO,

C

=

il-kontribuzzjoni totali tal-Istati Membri tal-UE u tal-Istati Assoċjati għall-baġit tal-ICAO.”

(f)

Fl-Artikolu 61, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“Id-dispożizzjonijiet relatati mal-kontroll finanzjarju eżerċitat mill-Komunità fl-Isvizzera li jikkonċernaw il-parteċipanti fl-attivitajiet tal-Aġenzija huma stabbiliti fl-Anness B għal dan l-Anness.”

(g)

L-Anness II għar-Regolament għandu jkun estiż għall-inġenji tal-ajru li ġejjin bħala prodotti li jaqgħu taħt l-Artikolu 2(3)(a)(ii) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1702/2003 tal-24 ta' Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni biex inġenji tal-ajru, prodotti, partijiet u tagħmir relatat jiġu ċċertifikati bħala tajbin għall-ajru u li ma jagħmlux ħsara ambjentali, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta' organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni tagħhom (1):

 

A/c — [HB-IDJ] — tip CL600-2B19

 

A/c — [HB-IKR, HB-IMY, HB-IWY] — tip Gulfstream G-IV

 

A/c — [HB-IMJ, HB-IVZ, HB-JES] — tip Gulfstream G-V

 

A/c — [HB-XJF, HB-ZCW, HB-ZDF] — tip MD900.

Nru 1108/2009

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 216/2008 fil-qasam tal-ajrudromi, il-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u s-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u li jħassar id-Direttiva 2006/23/KE

Nru 805/2011

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-10 ta' Awwissu 2011 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għal liċenzji u ċerti ċertifikati tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

Nru 1178/2011

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-3 ta' Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif emendat bi:

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 290/2012

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 70/2014

Nru 3922/91

Ir-Regolament tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1991 dwar l-armonizzazzjoni tal-ħtiġijiet tekniċi u proċeduri amministrattivi fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili (l-Artikoli 1-3, 4(2), (5-11, u 13), kif emendat bi:

Ir-Regolament (KE) Nru 1899/2006,

Ir-Regolament (KE) Nru 1900/2006,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 8/2008,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 859/2008

Nru 996/2010

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar l-investigazzjoni u l-prevenzjoni ta' aċċidenti u inċidenti fis-settur tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar id-Direttiva 94/56/KE

Nru 2004/36

Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar is-sigurtà ta' ajruplani ta' pajjiżi terzi li jużaw ajruporti tal-Komunità (l-Artikoli 1-9, u 11-14), kif emendata l-aħħar bi:

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/49/KE

Nru 351/2008

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-16 ta' April 2008 li jimplimenta d-Direttiva Nru 2004/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-prijoritizzazzjoni ta' spezzjonijiet fir-rampa ta' inġenji tal-ajru li jużaw ajruporti tal-Komunità

Nru 768/2006

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) tad-19 ta' Mejju 2006 li jimplimenta d-Direttiva 2004/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sigurtà ta' ajruplani ta' pajjiżi terzi li jużaw ajruporti tal-Komunità u dwar il-ġestjoni tas-sistema informattiva.

Nru 2003/42

Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2003 dwar rapporti ta' okkorrenza fl-avjazzjoni ċivili (l-Artikoli 1-12)

Nru 1321/2007

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-12 ta' Novembru 2007 li jistipula r-regoli ta' implimentazzjoni għall-integrazzjoni ta' tagħrif dwar okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili skambjat skont id-Direttiva Nru 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'depożitu ċentrali ta' tagħrif

Nru 1330/2007

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-24 ta' Settembru 2007 li jistipula r-regoli implimentattivi għat-tqassim lill-partijiet interessati ta' tagħrif dwar l-okkorrenzi tal-avjazzjoni ċivili msemmija fl-Artikolu 7(2) tad-Direttiva Nru 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

Nru 2042/2003

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-20 ta' Novembru 2003 dwar l-kapaċità kontinwata li jintużaw fl-ajru ta' inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiku, u dwar l-approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet u persunal involut f'dan ix-xogħol, kif emendat bi:

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 707/2006,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2007,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1056/2008,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 127/2010,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 962/2010,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1149/2011,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 593/2012

Nru 104/2004

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-22 ta' Jannar 2004 li jniżżel ir-regoli dwar l-organizzazzjoni u l-kompożizzjoni tal-Bord ta' l-Appell ta' l-Aġenzija tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni Ewropea.

Nru 593/2007

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-31 ta' Mejju 2007 dwar drittijiet u ħlasijiet imposti mill-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, kif emendat l-aħħar bi:

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1356/2008,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 494/2012

Nru 2111/2005

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta' lista Komunitarja ta' kumpaniji tal-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni ta' operar fil-Komunità u li jinforma lill-passiġġieri tat-trasport bl-ajru dwar l-identità tal-kumpanija tal-ajru li topera, u li tħassar l-Artikolu 9 tad-Direttiva Nru 2004/36/KE

Nru 473/2006

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-22 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni għal-lista Komunitarja ta' trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni ta' operar fil-Komunità kif jissemma fil-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [traduzzjoni mhux uffiċjali]

Nru 474/2006

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-22 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta' kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità skont il-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif emendat l-aħħar bi:

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 368/2014 (2)

Nru 1332/2011

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-16 ta' Diċembru 2011 li jistabbilixxi r-rekwiżiti komuni dwar l-użu tal-ispazju tal-ajru u l-proċeduri operattivi għall-evitar ta' kolliżjonijiet fl-ajru

Nru 646/2012

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Lulju 2012 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar multi u pagamenti perjodiċi ta' penali skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

Nru 748/2012

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-3 ta' Awwissu 2012 li jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni biex inġenji tal-ajru, prodotti, partijiet u tagħmir relatat jiġu ċertifikati bħala tajbin għall-ajru u li ma jagħmlux ħsara ambjentali, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta' organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni tagħhom, kif emendat bi:

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 7/2013

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 69/2014

Nru 965/2012

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-5 ta' Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill kif emendat bi:

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 800/2013,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 71/2014,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 83/2014

Nru 2012/780

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Diċembru 2012 dwar id-drittijiet ta' aċċess għar-Repożitorju Ċentrali Ewropew tar-Rakkomandazzjonijiet dwar is-Sikurezza u t-tweġibiet tagħhom stabbilit bl-Artikolu 18(5) tar-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-investigazzjoni u l-prevenzjoni ta' aċċidenti u inċidenti fis-settur tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar id-Direttiva 94/56/KE

Nru 628/2013

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Ġunju 2013 dwar metodi ta' operat tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għat-twettiq ta' spezzjonijiet ta' standardizzazzjoni u għal-monitoraġġ tal-applikazzjoni tar-regoli fir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 736/2006

Nru 139/2014

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-12 ta' Frar 2014 li jistabbilixxi rekwiżiti u proċeduri amministrattivi b'rabta mal-ajrudromi skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

4.   Sigurtà tal-Avjazzjoni

Nru 300/2008

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002

Nru 272/2009

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-2 ta' April 2009 li jissupplimenta l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili stabbiliti fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif emendat bi:

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 297/2010,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 720/2011,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1141/2011,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 245/2013

Nru 1254/2009

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-18 ta' Diċembru 2009 li jistabbilixxi l-kriterji li jippermettu lill-Istati Membri jidderogaw mill-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u jadottaw miżuri alternattivi tas-sigurtà

Nru 18/2010

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-8 ta' Jannar 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam ma' speċifikazzjonijiet għall-programmi nazzjonali ta' kontroll tal-kwalità fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili

Nru 72/2010

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-26 ta' Jannar 2010 li jistabbilixxi proċeduri biex jitwettqu spezzjonijiet mill-Kummissjoni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni

Nru 185/2010

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-4 ta' Marzu 2010 li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni, kif emendat bi:

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 357/2010,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 358/2010,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 573/2010,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 983/2010,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 334/2011,

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 859/2011,

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1087/2011,

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1147/2011,

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 173/2012,

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 711/2012,

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1082/2012,

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 104/2013,

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 246/2013,

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 654/2013,

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1103/2013,

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1116/2013,

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 278/2014

Nru 2010/774

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' April 2010 li tistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni li jinkludu t-tagħrif imsemmi fil-Punt (a) tal-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 300/2008, kif emendata bi:

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010)2604,

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010)3572,

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010)9139,

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2011)5862,

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2011)8042,

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2011)9407,

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2012)1228,

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2012)5672,

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2012)5880,

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2013)1587,

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2013)2045,

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2013)4180,

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2013)7275,

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2014)1200,

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2014)1635

Nru 2013/511

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta' Frar 2013 fir-rigward tal-iskrinjar ta' passiġġieri u ta' persuni għajr il-passiġġieri permezz ta' tagħmir għall-Individwazzjoni ta' Traċċi ta' Splussivi (ETD) flimkien ma' Tagħmir li Jinżamm fl-Idejn għall-individwazzjoni tal-Metall (HHMD)

5.   Ġestjoni tat-traffiku tal-ajru

Nru 549/2004

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament Qafas), kif emendat bi:

Ir-Regolament (KE) Nru 1070/2009

Il-Kummissjoni għandha tgawdi fl-Isvizzera s-setgħat mogħtija lilha skont l-Artikoli 6, 8, 10, 11 u 12.

L-Artikolu 10 għandu jiġi emendat kif ġej:

Fil-paragrafu 2, il-kliem “fil-livell Komunitarju” għandu jinbidel bil-kliem “fil-livell Komunitarju, li jinvolvi l-Isvizzera”.

Minkejja l-aġġustament orizzontali msemmi fit-tieni inċiż tal-Anness għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-Trasport bl-Ajru, ir-referenzi għall-“Istati Membri” fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 549/2004 jew fid-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Nru 1999/468/KE li jissemmew f'dik id-dispożizzjoni, ma għandhomx jinftiehmu bħala applikabbli għall-Isvizzera.

Nru 550/2004

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 dwar il-forniment ta' servizzi ta' navigazzjoni tal-ajru fl-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament tal-Forniment ta' Servizz), kif emendat bi:

Ir-Regolament (KE) Nru 1070/2009

Il-Kummissjoni għandha tgawdi lejn l-Isvizzera s-setgħa mogħtija lilha skont l-Artikoli 9a, 9b, 15a, 16, u 17.

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom jiġu emendati kif ġej:

(a)

L-Artikolu 3 għandu jiġi emendat kif ġej:

Fil-paragrafu 2, għandu jiddaħħal il-kliem “u l-Isvizzera” wara “il-Komunità”.

(b)

L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:

Fil-paragrafu 1 u fil-paragrafu 6, għandu jiddaħħal il-kliem “u l-Isvizzera” wara “il-Komunità”.

(c)

L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

Fil-paragrafu 1, għandu jiddaħħal il-kliem “u l-Isvizzera” wara “il-Komunità”.

(d)

L-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:

Fil-paragrafu 1, għandu jiddaħħal il-kliem “u l-Isvizzera” wara “il-Komunità”.

(e)

L-Artikolu 16(3) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Il-Kummissjoni għandha tindirizza d-deċiżjoni tagħha lill-Istati Membri u tinforma lill-fornitur tas-servizz tagħhom, safejn hija legalment konċernata”.

Nru 551/2004

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 dwar l-organizzazzjoni u l-użu tal-ispazju tal-ajru fl-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament tal-Ispazju tal-Ajru), kif emendat bi:

Ir-Regolament (KE) Nru 1070/2009

Il-Kummissjoni għandha tgawdi fl-Isvizzera s-setgħat mogħtija lilha skont l-Artikoli 3a, 6, u 10.

Nru 552/2004

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 dwar l-interoperabbiltà tax-Xibka Ewropea ta' Amministrazzjoni ta' Traffiku tal-Ajru [Netwerk Ewropew għall-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru] (Ir-Regolament tal-Interoperabbiltà), kif emendat bi:

Ir-Regolament (KE) Nru 1070/2009

Il-Kummissjoni għandha tgawdi fl-Isvizzera s-setgħat mogħtija lilha skont l-Artikoli 4, 7 u 10(3).

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom jiġu emendati kif ġej:

(a)

L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:

Fil-paragrafu 2, il-kliem “jew l-Isvizzera” għandu jiddaħħal wara “il-Komunità”;

(b)

L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:

Fil-paragrafu 4, il-kliem “jew l-Isvizzera” għandu jiddaħħal wara “il-Komunità”;

(c)

L-Anness III huwa emendat kif ġej:

Fit-taqsima 3, it-tieni u l-aħħar inċiżi, il-kliem “jew l-Isvizzera” għandu jiddaħħal wara “il-Komunità”.

Nru 2150/2005

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-23 ta' Diċembru 2005 li jistabbilixxi regoli komuni għall-użu flessibbli tal-ispazju tal-ajru.

Nru 1033/2006

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-4 ta' Lulju 2006 li jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-proċeduri għall-pjanijiet ta' titjir fil-fażi ta' qabel it-titjira għall-Ajru Uniku Ewropew [traduzzjoni mhux uffiċjali], kif emendata l-aħħar bi:

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 428/2013

Nru 1032/2006

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-6 ta' Lulju 2006 li jistipula għal sistemi awtomatiċi għall-iskambju ta' tagħrif dwar it-titjiriet bejn ċentri tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru għall-iskopijiet ta' notifikazzjoni, koordinazzjoni u trasferiment ta' titjiriet, kif emendat l-aħħar bi:

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 30/2009

Nru 1794/2006

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) tas-6 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi skema komuni ta' imposti għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1191/2010

Nru 730/2006

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-11 ta' Mejju 2006 dwar il-klassifikazzjoni tal-ispazju tal-ajru u l-aċċess tat-titjiriet VFR 'l fuq mil-livell 195 ta' titjir

Nru 219/2007

Ir-Regolament tal-Kunsill tas-27 ta' Frar 2007 dwar l-istabbiliment ta' Impriża Konġunta għall-iżvilupp tas-sistema Ewropea ta' ġenerazzjoni ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (SESAR), kif emendat l-aħħar bi:

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1361/2008

Nru 633/2007

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-7 ta' Ġunju 2007 li jistipula rekwiżiti għall-applikazzjoni ta' protokoll ta' trasferiment ta' messaġġ tat-titjira użat għan-notifika, il-koordinazzjoni u t-trasferiment ta' titjiriet bejn ċentri ta' kontroll tat-traffiku tal-ajru:

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 283/2011

Nru 482/2008

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-30 ta' Mejju 2008 li jistabbilixxi sistema ta' garanzija tas-sigurtà tas-softwer li għandha tiġi implimentata mill-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u li jemenda l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 2096/2005

Nru 29/2009

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-16 ta' Jannar 2009 li jistabbilixxi rekwiżiti dwar servizzi ta' kollegament tad-dejta għall-Ajru Uniku Ewropew

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, it-test tar-Regolament għandu jinqara b'dawn l-adattamenti:

“L-Isvizzera UIR” tiżdied fl-Anness I, il-Parti A.

Nru 262/2009

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-30 ta' Marzu 2009 li jistabbilixxi l-ħtiġijiet għall-allokazzjoni koordinata u għall-użu ta' kodiċijiet tal-interrogatur Mode S għall-Ajru Uniku Ewropew

Nru 73/2010

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 73/2010 tas- 26 ta' Jannar 2010 li jistipula r-rekwiżiti dwar il-kwalità tad-dejta ajrunawtika u l-informazzjoni ajrunawtika għall-Ajru Uniku Ewropew

Nru 255/2010

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-25 ta' Marzu 2010 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru

Nru 691/2010

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tad-29 ta' Lulju 2010 li jistabbilixxi skema ta' prestazzjoni għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u għall-funzjonijiet tan-netwerk u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2096/2005 li jistabbilixxi rekwiżiti komuni għall-forniment ta' servizzi ta' navigazzjoni bl-ajru, kif emendat l-aħħar bi:

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1216/2011

Il-miżuri korrettivi adottati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 14 paragrafu 3 tar-Regolament huma obbligatorji għall-Isvizzera wara li kienu adottati b'deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt

Nru 2010/5134

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' Lulju 2010 dwar il-ħatra ta' Korp ta' Analiżi tal-Prestazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew

Nru 176/2011

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-24 ta Frar 2011 dwar informazzjoni l-informazzjoni li trid tiġi pprovduta qabel l-istabbilment u l-modifikazzjoni ta' blokk ta' spazju tal-ajru funzjonali

Nru 2011/121

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Frar 2011 li tistabbilixxi l-miri ta' prestazzjoni u l-limiti ta' twissija għall-Unjoni Ewropea kollha għall-forniment tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru mill-2012 sal-2014

Nru 677/2011

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-7 ta' Lulju 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-funzjonijiet tan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM) u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 691/2010

Nru 2011/4130

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta' Lulju 2011 dwar in-nomina ta' Maniġer tan-Netwerk għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM) tal-funzjonijiet tan-netwerks fl-ajru uniku Ewropew

Nru 1034/2011

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Ottubru 2011 dwar is-sorveljanza tas-sikurezza fil-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u s-servizzi ta' navigazzjoni bl-ajru u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 691/2010

Nru 1035/2011

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Ottubru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti komuni għall-forniment ta' servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 482/2008 u (UE) Nru 691/2010

Nru 1206/2011

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti dwar l-identifikazzjoni ta' inġenji tal-ajru għas-sorveljanza fl-Ajru Uniku Ewropew

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, it-test tar-Regolament għandu jinqara b'dawn l-adattamenti:

“L-Isvizzera UIR” tiżdied fl-Anness I.

Nru 1207/2011

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti għall-prestazzjoni u l-interoperabilità tas-sorveljanza għall-ajru uniku Ewropew

Nru 1079/2012

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Novembru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti ta' spazjar bejn il-kanali ta' komunikazzjoni vokali għall-Ajru Uniku Ewropew, kif emendat bi:

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 657/2013

Nru 390/2013

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Mejju 2013 li jistabbilixxi skema ta' prestazzjoni għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u għall-funzjonijiet tan-netwerk

Nru 391/2013

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Mejju 2013 li jistabbilixxi skema komuni ta' imposti għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru

Nru 409/2013

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Mejju 2013 dwar id-definizzjoni ta' proġetti komuni, it-twaqqif ta' governanza u l-identifikazzjoni ta' inċentivi li jappoġġjaw l-implimentazzjoni tal-Pjan Regolatorju Ewropew għall-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru

6.   Ambjent u Storbju

Nru 2002/30

Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Marzu 2002 dwar l-istabbiliment ta' regoli u proċeduri għall-introduzzjoni ta' restrizzjonijiet tal-ħoss fl-ajruporti tal-Komunità (l-Artikoli 1-12, 14-18)

(L-emendi fl-Anness I, li jirriżultaw mill-Anness II, il-Kapitolu 8 (il-Politika tat-Trasport), it-Taqsima G (it-Trasport bl-Ajru), il-punt 2 tal-Att li jirrigwarda l-kundizzjonijiet ta' adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka, u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea, għandhom japplikaw).

Nru 89/629

Id-Direttiva tal-Kunsill tal-4 Diċembru 1989 dwar il-limitazzjoni tal-emissjoni ta' ħsejjes minn ajruplani ċivili jet subsoniċi

(L-Artikoli 1-8)

Nru 2006/93

Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar ir-Regolament tal-operazzjoni tal-ajruplani koperta mill-Parti II,il-Kapitolu 3, il-Volum 1 tal-Anness 16 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, it-tieni edizzjoni (1988).

7.   Ħarsien tal-konsumaturi

Nru 90/314

Id-Direttiva tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 1990 dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel), il-vaganzi kollox kompriż u t-tours kollox kompriż.

(L-Artikoli 1-10)

Nru 93/13

Id-Direttiva tal-Kunsill tal-5 ta' April 1993 dwar klawżoli inġusti f'kuntratti mal-konsumatur.

(L-Artikoli 1-11)

Nru 2027/97

Ir-Regolament tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 1997 dwar ir-responsabbilità ta' trasportaturi bl-ajru fl-eventwalità ta' inċidenti (l-Artikoli 1-8), kif emendat bi:

Ir-Regolament (KE) Nru 889/2002

Nru 261/2004

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta' kanċellazzjoni jew dewmien twil ta' titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91

(L-Artikoli 1-18)

Nru 1107/2006

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar id-drittijiet ta' persuni b'diżabbiltà u ta' persuni b'mobbiltà mnaqqsa meta jivvjaġġaw bl-ajru.

8.   Mixxellanji

Nru 2003/96

Id-Direttiva tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta' enerġija u elettriku.

(L-Artikolu 14(1)(b) u l-Artikolu 14(2).

9.   Annessi:

A

:

Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea

B

:

Dispożizzjonijiet dwar il-kontroll finanzjarju eżerċitat mill-Unjoni Ewropea fir-rigward ta' parteċipanti mill-Isvizzera fl-attivitajiet tal-EASA


(1)  ĠU L 243, 27.9.2003, p. 6.

(2)  Dan ir-Regolament għandu japplika fl-Isvizzera sakemm jibqa' fis-seħħ fl-UE.

ANNESS A

PROTOKOLL DWAR IL-PRIVILEĠĠI U L-IMMUNITAJIET TAL-UNJONI EWROPEA

IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,

FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW li, skont l-Artikolu 343 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 191 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (KEEA), l-Unjoni Ewropea u l-KEEA għandhom igawdu fit-territorji tal-Istati Membri dawk il-privileġġi u l-immunitajiet li huma meħtieġa għat-twettiq tal-attivitajiet tagħhom,

QABLU dwar id-dispożizzjonijet li ġejjin, li huma annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea:

KAPITOLU I

PROPRJETÀ, FONDI, ASSI U ĦIDMIET TAL-UNJONI EWROPEA

Artikolu 1

L-istabbilimenti u l-binjiet tal-Unjoni għandhom ikunu invjolabbli. Dawn għandhom ikunu eżenti minn tfittxija, rekwiżizzjoni, konfiska jew esproprjazzjoni. Il-proprjetà u l-assi tal-Unjoni ma għandhom ikunu suġġetti għal ebda miżura amministrattiva jew legali li tirrestrinġihom mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja.

Artikolu 2

L-arkivji tal-Unjoni għandhom ikunu invjolabbli.

Artikolu 3

L-Unjoni, l-assi, id-dħul u proprjetà oħra tagħha għandhom ikunu eżenti mit-taxxi diretti kollha.

Il-gvernijiet tal-Istati Membri, fejn hu possibbli għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jagħmlu rimessa jew jirrimborżaw l-ammont ta' taxxa indiretta jew taxxa fuq il-bejgħ inkluża fil-prezz ta' proprjetà mobbli jew immobbli, meta għall-użu uffiċjali tagħha l-Unjoni tagħmel xiri sostanzjali li l-prezz tiegħu jkun jinkludi taxxa ta' din ix-xorta. Madankollu, dawn id-dispożizzjonijiet ma għandhomx jiġu applikati sabiex ma jkollhomx effett li jikkaġunaw distorzjoni tal-kompetizzjoni fl-Unjoni.

L-ebda eżenzjoni ma għandha tingħata fir-rigward ta' taxxi u tariffi oħra dovuti li jammontaw sempliċiment għall-imposti għal servizzi ta' utilità pubblika.

Artikolu 4

L-Unjoni għandha tkun eżenti minn dazji doganali, projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet fuq l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet kollha fir-rigward ta' oġġetti intenzjonati għall-użu uffiċjali tagħha: ħadd ma għandu jiddisponi minn oġġetti importati b'dan il-mod, sew jekk bi ħlas jew mingħajr ħlas, fit-territorju tal-pajjiż li fih ikunu ġew importati, ħlief b'kundizzjonijiet approvati mill-gvern ta' dak il-pajjiż.

L-Unjoni għandha wkoll tkun eżenti minn kwalunkwe dazju doganali u kwalunkwe projbizzjoni u restrizzjoni fuq l-importazzjoni u l-esportazzjoni fir-rigward tal-pubblikazzjonijiet tagħha.

KAPITOLU II

KOMUNIKAZZJONIJIET U LAISSEZ-PASSER

Artikolu 5

Għall-komunikazzjonijiet u t-trażmissjonijiet uffiċjali tad-dokumenti kollha tagħhom, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom igawdu fit-territorju ta' kull Stat Membru t-trattament mogħti minn dak l-Istat għall-missjonijiet diplomatiċi.

Il-korrispondenza uffiċjali u komunikazzjonijiet uffiċjali oħrajn tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni ma għandhomx ikunu soġġetti għal ċensura.

Artikolu 6

Laissez-passer f'forma li trid tiġi preskritta mill-Kunsill, permezz ta' maġġoranza sempliċi, u li għandu jiġi rikonoxxut bħala dokument validu tal-ivvjaġġar mill-awtoritajiet tal-Istati Membri, jista' jinħareġ lill-membri u l-impjegati tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni mill-Presidenti ta' dawn l-istituzzjonijiet. Dan il-laissez-passer għandu jinħareġ lill-uffiċjali u impjegati oħrajn bil-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-impjegati l-oħrajn tal-Unjoni.

Il-Kummissjoni tista' tikkonkludi ftehimiet sabiex dan il-laissez-passer jiġi rikonoxxut bħala dokument validu tal-ivvjaġġar fit-territorju ta' pajjiżi terzi.

KAPITOLU III

MEMBRI TAL-PARLAMENT EWROPEW

Artikolu 7

L-ebda restrizzjoni amministrattiva jew ta' natura oħra ma għandha tiġi imposta fuq il-moviment liberu tal-Membri tal-Parlament Ewropew li jivvjaġġaw lejn jew mill-post fejn jiltaqa' l-Parlament Ewropew.

Fir-rigward tal-kontrolli tad-dwana u tal-kambju, il-Membri tal-Parlament Ewropew għandhom jingħataw:

(a)

mill-gvern tagħhom stess, l-istess faċilitajiet bħal dawk mogħtija lil uffiċjali għolja li jkunu qed jivvjaġġaw barra l-pajjiż fuq missjonijiet uffiċjali temporanji;

(b)

mill-gvern ta' Stati Membri oħrajn, l-istess faċilitajiet bħal dawk mogħtija lil rappreżentanti ta' gvernijiet barranin waqt missjonijiet uffiċjali temporanji.

Artikolu 8

Il-Membri tal-Parlament Ewropew ma għandhomx ikunu soġġetti għal kwalunkwe forma ta' inkjesta, detenzjoni jew proċedimenti legali fir-rigward ta' opinjonijiet jew voti espressi minnhom fil-qadi ta' dmirijiethom.

Artikolu 9

Matul is-sessjonijiet tal-Parlament Ewropew, il-Membri tiegħu għandhom igawdu:

(a)

fit-territorju tal-Istat tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lill-Membri tal-Parlament tagħhom;

(b)

fit-territorju ta' Stat Membru ieħor, l-immunità minn kull miżura ta' detenzjoni u minn proċeduri legali.

L-immunità għandha tapplika bl-istess mod għall-Membri waqt li jkunu qed jivvjaġġaw lejn u mill-post fejn jiltaqa' l-Parlament Ewropew.

L-immunità ma tistax tiġi invokata la meta Membru jinqabad fil-fatt iwettaq reat u lanqas ma żżomm lill-Parlament Ewropew milli jeżerċita d-dritt tiegħu li jneħħi l-immunità ta' wieħed mill-Membri tiegħu.

KAPITOLU IV

RAPPREŻENTANTI TA' STATI MEMBRI LI JKUNU QED JIEĦDU SEHEM FIL-ĦIDMA TAL-ISTITUZZJONIJIET TAL-UNJONI EWROPEA

Artikolu 10

Ir-rappreżentanti tal-Istati Membri li jipparteċipaw fil-ħidma tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, il-konsulenti u l-esperti tekniċi tagħhom għandhom, fil-qadi ta' dmirijiethom u waqt li jivvjaġġaw lejn u mill-post fejn jiltaqgħu, igawdu mill-privileġġi, l-immunitajiet u l-faċilitajiet skont il-konswetudini.

Dan l-Artikolu għandu japplika wkoll għall-membri tal-korpi konsultattivi tal-Unjoni.

KAPITOLU V

UFFIĊJALI U IMPJEGATI OĦRAJN TAL-UNJONI EWROPEA

Artikolu 11

Fit-territorju ta' kull Stat Membru u tkun xi tkun in-nazzjonalità tagħhom, l-uffiċjali u l-impjegati l-oħrajn tal-Unjoni:

(a)

soġġetti għad-dispożizzjonijiet tat-Trattati relatati, minn naħa, mar-regoli dwar ir-responsabbiltà tal-uffiċjali u impjegati oħrajn lejn l-Unjoni u, min-naħa l-oħra, mal-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fi kwistjonijiet bejn l-Unjoni u l-uffiċjali tagħha u l-impjegati oħrajn, għandhom igawdu l-immunità minn proċedimenti legali fir-rigward tal-atti mwettqa minnhom fil-kariga uffiċjali tagħhom, inkluż il-kliem mitkellem u l-kitba tagħhom. Huma għandhom ikomplu jgawdu din l-immunità wara li jkunu waqfu mill-kariga tagħhom;

(b)

flimkien mal-konjuġi tagħhom u membri dipendenti tal-familji tagħhom, ma għandhomx ikunu soġġetti għal restrizzjonijiet tal-immigrazzjoni jew għal formalitajiet tar-reġistrazzjoni ta' persuni barranin (aljeni);

(c)

fir-rigward ta' regolamenti dwar il-munita jew il-kambju, għandhom jingħataw l-istess faċilitajiet bħal ma s-soltu jingħataw lil uffiċjali ta' organizzazzjonijiet internazzjonali;

(d)

għandhom igawdu d-dritt li jimportaw mingħajr ebda dazju l-għamara u l-oġġetti personali tagħhom meta jibdew il-kariga tagħhom għall-ewwel darba f'dak il-pajjiż u d-dritt li jerġgħu jesportaw l-għamara u l-oġġetti personali tagħhom mingħajr ebda dazju, meta jtemmu dmirijiethom f'dak il-pajjiż, soġġett f'kull każ, għall-kundizzjonijiet meqjusin meħtieġa mill-gvern tal-pajjiż, fejn dan id-dritt jiġi eżerċitat;

(e)

għandu jkollhom id-dritt li jimportaw mingħajr ebda dazju karozza għall-użu personali tagħhom, akkwistata jew fil-pajjiż fejn l-aħħar kellhom ir-residenza tagħhom jew fil-pajjiż li tiegħu huma għandhom ċittadinanza skont it-termini li jirregolaw is-suq lokali ta' dak il-pajjiż, u li jerġgħu jesportawha mingħajr ebda dazju, soġġetti f'kull każ għall-kundizzjonijiet meqjusin meħtieġa mill-gvern tal-pajjiż konċernat.

Artikolu 12

L-uffiċjali u l-impjegati l-oħrajn tal-Unjoni għandhom ikunu soġġetti għal taxxa għall-benefiċċju tal-Unjoni fuq salarji, pagi u emolumenti mħallsa lilhom mill-Unjoni, skont il-kundizzjonijiet u l-proċedura stipulata mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, filwaqt li jaġixxu permezz ta' regolamenti skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja u wara konsultazzjoni mal-istituzzjonijiet ikkonċernati.

Dawn għandhom ikunu eżenti minn taxxi nazzjonali fuq salarji, pagi u emolumenti mħallsa mill-Unjoni.

Artikolu 13

Fl-applikazzjoni tat-taxxa fuq l-introjtu, it-taxxa fuq il-ġid u t-taxxa tas-suċċessjoni, u fl-applikazzjoni ta' konvenzjonijiet dwar l-evitar tat-taxxa doppja, konklużi bejn l-Istati Membri tal-Unjoni, uffiċjali u impjegati oħrajn tal-Unjoni li, għar-raġuni unika li jwettqu dmirijiethom fis-servizz tal-Unjoni, jistabbilixxu r-residenza tagħhom fit-territorju ta' Stat Membru li ma jkunx il-pajjiż tad-domiċilju tagħhom, għal skopijiet ta' taxxa meta jidħlu fis-servizz tal-Unjoni, għandhom jitqiesu, sew fil-pajjiż tar-residenza attwali tagħhom kif ukoll fil-pajjiż tad-domiċilju tagħhom għal skopijiet ta' taxxa, daqslikieku żammew id-domiċilju tagħhom fil-pajjiż tal-aħħar, sakemm dak il-pajjiż ikun membru tal-Unjoni. Din id-dispożizzjoni għandha tapplika għall-konjugi, safejn il-konjugi ma jkollhomx separatament xi okkupazzjoni bi qligħ, u għal ulied dipendenti fuq u fir-responsabbiltà tal-persuni msemmija f'dan l-Artikolu.

Il-proprjetà mobbli, li tappartjeni lil persuni msemmija fil-paragrafu preċedenti u li tkun tinsab fit-territorju tal-pajjiż fejn dawn ikunu qegħdin joqogħdu, għandha tkun eżenti minn kull taxxa tas-suċċessjoni f'dak il-pajjiż; dik il-proprjetà, għall-valutazzjoni ta' dak it-taxxa, għandha titqies bħala waħda li tinsab fil-pajjiż ta' domiċilju għal finijiet ta' taxxa, soġġetta għad-drittijiet ta' pajjiżi terzi u għall-applikazzjoni possibbli ta' provvedimenti ta' konvenzjonijiet internazzjonali fuq it-tassazzjoni doppja.

Kull domiċilju miksub unikament minħabba l-qadi ta' dmirijiet fis-servizz ta' organizzazzjonijiet internazzjonali oħra ma għandux jitqies fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 14

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, filwaqt li jaġixxu permezz ta' regolamenti skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, u wara konsultazzjoni mal-istituzzjonijiet ikkonċernati, għandhom jistabbilixxu l-iskema tal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali għall-uffiċjali u l-impjegati oħrajn tal-Unjoni.

Artikolu 15

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu permezz ta' regolamenti skont il-proċedura leġislattiva ordinarja u wara li jikkonsultaw lill-istituzzjonijiet l-oħra involuti, għandhom jistabbilixxu l-kategoriji ta' uffiċjali u impjegati oħra tal-Unjoni li għalihom id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11, tat-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 12, u tal-Artikolu 13 għandhom japplikaw, kollha kemm huma jew f'parti minnhom.

L-ismijiet, il-gradi u l-indirizzi tal-uffiċjali u l-impjegati l-oħrajn inklużi fit-tali kategoriji għandhom ikunu kkomunikati perjodikament lill-gvernijiet tal-Istati Membri.

KAPITOLU VI

PRIVILEĠĠI U IMMUNITAJIET TA' MISSJONIJIET TA' PAJJIŻI TERZI AKKREDITATI LILL-UNJONI EWROPEA

Artikolu 16

L-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-Unjoni għandha s-sede tagħha għandu jagħti l-privileġġi u l-immunitajiet diplomatiċi skont il-konswetudini lil missjonijiet f'pajjiżi terzi akkreditati lill-Unjoni.

KAPITOLU VII

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 17

Il-privileġġi, l-immunitajiet u l-faċilitajiet għandhom jingħataw lill-uffiċjali u l-impjegati oħrajn tal-Unjoni unikament fl-interessi tal-Unjoni.

Kull istituzzjoni tal-Unjoni għandha tkun meħtieġa tirrinunzja għall-immunità mogħtija lil xi uffiċjal jew impjegat ieħor kull fejn dik l-istituzzjoni jidhrilha li r-rinunzja għal dik l-immunità ma tkunx kontra l-interessi tal-Unjoni.

Artikolu 18

Bl-għan li jiġi applikat dan il-Protokoll, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom jikkoperaw mal-awtoritajiet responsabbli tal-Istati Membri involuti.

Artikolu 19

L-Artikoli 11 sa 14 u l-Artikolu 17 għandhom japplikaw għall-Membri tal-Kummissjoni.

Artikolu 20

L-Artikoli 11 sa 14 u l-Artikolu 17 għandhom japplikaw għall-Imħallfin, l-Avukati Ġenerali, ir-Reġistraturi u l-Assistenti Relaturi tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea li għandhom x'jaqsmu mal-immunità minn proċedimenti legali għall-Imħallfin u l-Avukati Ġenerali.

Artikolu 21

Dan il-Protokoll għandu japplika wkoll għall-Bank Ewropew tal-Investiment, għall-membri tal-organi tiegħu, għall-persunal tiegħu u għar-rappreżentanti tal-Istati Membri li jkunu qed jipparteċipaw fl-attivitajiet tiegħu, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Bank.

Barra minn dan, il-Bank Ewropew tal-Investiment għandu jiġi eżentat minn kull forma ta' tassazzjoni jew impożizzjoni ta' xorta simili f'każ ta' xi żieda fil-kapital tiegħu u mid-diversi formalitajiet li jista' jkollhom x'jaqsmu ma' dan fl-Istat fejn il-Bank ikollu s-sede tiegħu. Bl-istess mod, ix-xoljiment jew stralċ tiegħu ma għandu jagħti lok għal ebda impożizzjoni. Fl-aħħar nett, l-attivitajiet tal-Bank u tal-organi tiegħu mwettqa skont l-Istatut tiegħu ma għandhomx ikunu soġġetti għal xi taxxa fuq il-fatturat.

Artikolu 22

Dan il-Protokoll għandu jkun japplika wkoll għall-Bank Ċentrali Ewropew, għall-membri tal-organi tiegħu u għall-persunal tiegħu, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew.

Barra minn dan, il-Bank Ewropew tal-Investiment għandu jiġi eżentat minn kull forma ta' tassazzjoni jew impożizzjoni ta' xorta simili f'każ ta' xi żieda fil-kapital tiegħu u mid-diversi formalitajiet li jista' jkollhom x'jaqsmu ma' dan fl-Istat fejn il-Bank ikollu s-sede tiegħu. L-attivitajiet tal-Bank u tal-organi tiegħu mwettqa skont l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew ma għandhomx ikunu suġġetti għal xi taxxa fuq il-fatturat.

Appendiċi

PROĊEDURI GĦALL-APPLIKAZZJONI FL-ISVIZZERA TAL-PROTOKOLL DWAR IL-PRIVILEĠĠI U L-IMMUNITAJIET TAL-UNJONI EWROPEA

1.   Estensjoni tal-applikazzjoni għall-Isvizzera

Kull referenza għall-Istati Membri fil-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea (minn issa 'l quddiem “il-Protokoll”) għandha tinftiehem li tapplika b'mod ekwu fl-Isvizzera, sakemm ma jkunx determinat mod ieħor fid-dispożizzjonijiet li ġejjin.

2.   Eżenzjoni tal-Aġenzija mit-taxxi indiretti (inkluża l-VAT)

Oġġetti u servizzi esportati mill-Isvizzera mhumiex suġġetti għat-taxxa Svizzera fuq il-valur miżjud (VAT). Fil-każ ta' oġġetti u servizzi fornuti lill-Aġenzija fl-Isvizzera għall-użu uffiċjali tagħha, l-eżenzjoni mill-VAT issir permezz ta' rifużjoni, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 3 tal-Protokoll. L-eżenzjoni mill-VAT għandha tingħata jekk il-prezz tax-xiri effettiv tal-oġġetti u s-servizzi indikat fil-fattura jew fid-dokument ekwivalenti jkun għallinqas jammonta għal total ta' 100 Frank Svizzeru (taxxa inkluża).

Ir-rifużjoni tal-VAT trid tingħata fuq preżentazzjoni lill-Amministrazzjoni Federali tat-Taxxa, Diviżjoni Prinċipali tal-VAT, tal-formoli pprovduti mill-Amministrazzjoni Svizzera għal dan il-għan. Bħala regola, it-talbiet għar-rifużjoni, flimkien mad-dokumenti ta' appoġġ meħtieġa, għandhom jiġu pproċessati fi żmien tliet xhur wara d-data li fiha jkunu tressqu.

3.   Proċeduri għall-applikazzjoni tar-regoli dwar il-persunal tal-Aġenzija

Fir-rigward tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 12 tal-Protokoll, l-Isvizzera għandha teżenta, skont il-prinċipji tal-liġijiet interni tagħha, lill-uffiċjali u l-impjegati oħrajn tal-Aġenzija fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KEFA, KEE) Nru 549/69 (1) mit-taxxi federali, kantonali u komunali fuq is-salarji, il-pagi u l-emolumenti mħallsa lilhom mill-Unjoni Ewropea u soġġetti għal taxxa interna b'benefiċċju għaliha.

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 13 tal-Protokoll, l-Isvizzera mhix meqjusa bħala Stat Membru fi ħdan it-tifsira tal-punt 1 hawn fuq.

L-uffiċjali u impjegati oħrajn tal-Aġenzija, kif ukoll il-membri tal-familji tagħhom li huma membri fis-sistema tas-sigurtà soċjali applikabbli għall-uffiċjali u impjegati oħrajn tal-Unjoni Ewropea, mhumiex obbligati jkunu membri tas-sistema tas-sigurtà soċjali Svizzera.

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha kompetenza esklussiva għall-kwistjonijiet kollha rigward ir-relazzjonijiet bejn l-Aġenzija u l-Kummissjoni u l-persunal tagħha għal dak li għandu x'jaqsam mal-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (2) u d-dispożizzjonijiet l-oħra tal-Liġi tal-Unjoni Ewropea li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet tax-xogħol.


(1)  Ir-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) Nru 549/69 tal-Kunsill tal-25 ta' Marzu 1969 li jistabbilixxi l-kategoriji ta' uffiċjali u impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej lil liema d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 13 u l-Artikolu 14 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet japplikaw (ĠU L 74, 27.3.1969, p. 1).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 tad-29 ta' Frar 1968 li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali u l-kundizzjonijiet ta' impjieg ta' uffiċjali oħra tal-Komunitajiet Ewropej u li jistabbilixxi miżuri temporanji applikabbli għall-Uffiċjali tal-Kummissjoni (Ir-Regolamenti tal-lstaff) (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1). Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2104/2005 (ĠU L 337, 22.12.2005, p. 7).

ANNESS B

KONTROLL FINANZJARJU FIR-RIGWARD TAL-PARTEĊIPANTI SVIZZERI F'ATTIVITAJIET TAL-FTEHIM EWROPEW DWAR L-AVJAZZJONI

Artikolu 1

Komunikazzjoni diretta

L-Aġenzija u l-Kummissjoni għandhom jikkomunikaw direttament mal-persuni jew l-entitajiet kollha stabbiliti fl-Isvizzera li jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-Aġenzija bħala kuntratturi, parteċipanti fil-programmi tal-Aġenzija, destinatarji ta' pagamenti mill-baġit tal-Aġenzija jew tal-Komunità jew sottokuntratturi. Dawn il-persuni jistgħu jittrażmettu direttament lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha rilevanti li huma meħtieġa li jibagħtu abbażi tal-istrumenti msemmija f'din id-Deċiżjoni u tal-kuntratti jew il-ftehimiet konklużi u kwalunkwe deċiżjoni meħuda skont dawn.

Artikolu 2

Kontrolli

1.   Skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (1) u r-Regolament Finanzjarju adottat mill-Bord ta' Ġestjoni tal-Aġenzija fis-26 ta' Marzu 2003, mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Diċembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2) kif ukoll l-istrumenti l-oħra msemmija f'din id-Deċiżjoni, il-kuntratti jew il-ftehimiet konklużi u d-deċiżjonijiet meħuda mal-benefiċjarji stabbiliti fl-Isvizzera jistgħu jipprovdu għat-twettiq fi kwalunkwe mument ta' verifiki xjentifiċi, finanzjarji, tekniċi jew ta' xort'oħra fis-sedi tagħhom u tas-sottokuntratturi tagħhom minn impjegati tal-Kummissjoni jew tal-Aġenzija jew minn persuni oħra awtorizzati mill-Kummissjoni jew mill-Aġenzija.

2.   L-uffiċjali tal-Aġenzija u tal-Kummissjoni u l-persuni l-oħrajn b'mandat mill-Aġenzija u mill-Kummissjoni għandu jkollhom aċċess xieraq għas-siti, ix-xogħlijiet u d-dokumenti, u għall-informazzjoni kollha neċessarja, inklużi dawk f'format elettroniku, biex iwettqu dawn il-verifiki. Dan id-dritt għall-aċċess għandu jiġi espliċitament stipulat fil-kuntratti jew fil-ftehimiet konklużi għall-implimentazzjoni tal-istrumenti msemmija f'din id-Deċiżjoni.

3.   Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri għandha l-istess drittijiet bħal dawk tal-Kummissjoni.

4.   Il-verifiki jistgħu jsiru sa ħames snin wara l-iskadenza ta' din id-Deċiżjoni jew skont it-termini tal-kuntratti jew il-ftehimiet konklużi u d-deċiżjonijiet meħuda.

5.   L-Uffiċċju Federali Svizzeru tal-Verifika għandu jiġi infurmat minn qabel dwar il-verifiki li jsiru fuq it-territorju Svizzeru. Din l-informazzjoni ma għandhiex tkun kundizzjoni legali għat-twettiq ta' dawn il-verifiki.

Artikolu 3

Kontrolli fuq il-post

1.   Skont dan il-Ftehim, il-Kummissjoni (l-OLAF) hija awtorizzata biex twettaq kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post fit-territorju Svizzeru, skont it-termini u l-kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra. (3)

2.   Il-kontrolli u l-ispezzjonijiet fuq il-post għandhom jitħejjew u jitmexxew mill-Kummissjoni b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Uffiċċju Federali Svizzeru tal-Verifika jew ma' awtoritajiet Svizzeri kompetenti oħrajn maħtura mill-Uffiċċju Federali Svizzeru tal-Verifika, li għandhom jiġu notifikati fil-ħin dwar l-għan, l-iskop u l-bażi legali tal-kontrolli u l-ispezzjonijiet, sabiex ikunu jistgħu jipprovdu l-għajnuna kollha meħtieġa. Għal dan il-għan, l-uffiċjali tal-awtoritajiet Svizzeri kompetenti jistgħu jipparteċipaw fil-kontrolli u l-ispezzjonijiet fuq il-post.

3.   Jekk l-awtoritajiet kompetenti Svizzeri konċernati jkunu jixtiequ, il-kontrolli u l-ispezzjonijiet fuq il-post jistgħu jsiru b'mod konġunt mill-Kummissjoni u mill-awtoritajiet Svizzeri kompetenti.

4.   Jekk il-parteċipanti fil-programm jopponu li jsir kontroll jew spezzjoni fuq il-post, l-awtoritajiet Svizzeri, b'konformità mar-regoli nazzjonali, għandhom jagħtu l-assistenza meħtieġa lill-ispetturi tal-Kummissjoni biex jaqdu dmirhom u jagħmlu l-kontroll u l-ispezzjoni fuq il-post.

5.   Il-Kummissjoni għandha tirrapporta, mill-aktar fis possibbli, lill-Uffiċċju Federali Svizzeru tal-Verifika, dwar kull fatt jew suspett relatat ma' irregolarità li tkun saret taf bih waqt it-twettiq tal-kontroll jew l-ispezzjoni fuq il-post. F'kull każ, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-awtorità msemmija hawn fuq dwar ir-riżultati ta' dawn il-kontrolli u l-ispezzjonijiet.

Artikolu 4

Informazzjoni u konsultazzjoni

1.   Għall-finijiet tal-implimentazzjoni korretta ta' dan l-Anness, l-awtoritajiet Svizzeri u Komunitarji kompetenti għandhom jiskambjaw l-informazzjoni regolarment u, fuq talba ta' wieħed mill-Partijiet, għandhom jagħmlu konsultazzjonijiet.

2.   L-awtoritajiet Svizzeri kompetenti għandhom jinformaw mingħajr dewmien lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe fatt jew suspett li jkunu saru jafu bih dwar irregolarità marbuta mal-konklużjoni u l-implimentazzjoni tal-kuntratti jew il-ftehimiet konklużi fl-applikazzjoni tal-istrumenti msemmija f'din id-Deċiżjoni.

Artikolu 5

Kunfidenzjalità

L-informazzjoni kkomunikata jew miksuba fi kwalunkwe forma skont dan l-Anness se tkun koperta mill-kunfidenzjalità professjonali u protetta bl-istess mod bħalma titħares informazzjoni simili mil-leġiżlazzjoni nazzjonali Svizzera u mid-dispożizzjonijiet korrispondenti applikabbli għall-istituzzjonijiet Komunitarji. Din l-informazzjoni ma tistax tiġi kkomunikata lil persuni oħra ħlief dawk li, fl-istituzzjonijiet Komunitarji, fl-Istati Membri jew fl-Isvizzera, jeħtieġ ikunu jafuha minħabba l-funzjonijiet tagħhom, u ma tistax tintuża lanqas għal għanijiet ħlief dawk li jiżguraw il-ħarsien effikaċi tal-interessi finanzjarji tal-Partijiet Kontraenti.

Artikolu 6

Miżuri u sanzjonijiet amministrattivi

Bla ħsara għall-applikazzjoni tal-liġi kriminali Svizzera, jistgħu jiġu imposti miżuri u penali ammistrattivi mill-Aġenzija jew mill-Kummissjoni bi qbil mar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta' Diċembru 2002li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolamenti Finanzjaru li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (4), u mar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjari tal-Komunità Ewropea. (5)

Artikolu 7

Irkupru u infurzar

Id-deċiżjonijiet meħuda mill-Aġenzija jew mill-Kummissjoni fl-ambitu ta' din id-Deċiżjoni li jimponu obbligu finanzjarju fuq persuni apparti mill-Istati, għandhom ikunu infurzabbli fl-Isvizzera.

L-ordni tal-infurzar trid tinħareġ, mingħajr l-ebda kontroll ieħor għajr għall-verifika tal-awtentiċità tal-att, mill-awtorità maħtura mill-gvern Svizzeru, li għandha tinforma lill-Aġenzija jew lill-Kummissjoni b'dan. L-infurzar għandu jsir skont ir-regoli ta' proċedura Svizzeri. Il-legalità tad-deċiżjoni tal-infurzar hija soġġetta għall-kontroll mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

Is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea maqtugħa skont klawżola ta' arbitraġġ, huma infurzabbli fuq l-istess termini.


(1)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(3)  ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.

(4)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1.

(5)  ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1.


18.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 212/45


DEĊIŻJONI Nru 43/2014 TAL-KUMITAT KONĠUNT STABBILIT SKONT IL-FTEHIM TA' GĦARFIEN REĊIPROKU BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-ISTATI UNITI TAL-AMERIKA

tal-15 ta' April 2014

relatata mal-elenkar ta' Korpi għall-Valutazzjoni tal-Konformità fl-Anness Settorjali dwar il-Kompatibbiltà Elettromanjetika

(2014/474/UE)

IL-KUMITAT KONĠUNT,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Għarfien Reċiproku bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika u b'mod partikolari l-Artikoli 7 u 14;

Billi l-Kumitat Konġunt għandu jieħu deċiżjoni li jirreġistra Korp jew Korpi għall-Valutazzjoni tal-Konformità taħt Anness Settorjali,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

1.

Il-Korpi għall-Valutazzjoni tal-Konformità fl-Hemża A jiżdiedu mal-lista ta' Korpi għall-Valutazzjoni tal-Konformità fil-kolonna “Aċċess tal-KE għas-suq tal-Istati Uniti” fit-Taqsima V tal-Anness Settorjali dwar il-Kompatibbiltà Elettromanjetika.

2.

L-ambitu speċifiku tal-elenkar, fir-rigward ta' prodotti u proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità, tal-Korpi ta' Valutazzjoni tal-Konformità indikati fid-Dokument mehmuż A, ġie miftiehem mill-Partijiet u se jinżamm minnhom.

Din id-Deċiżjoni, magħmula f'żewġ kopji, għandha tiġi ffirmata minn rappreżentanti tal-Kumitat Konġunt li huma awtorizzati li joperaw f'isem il-Partijiet għall-għanijiet li jemendaw il-Ftehim. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ minn dakinhar li ssir l-aħħar firma.

F'isem L-Istati Uniti tal-Amerika

James SANFORD

Iffirmata f'Washington fit-23 ta' Ġunju 2014.

F'isem L-Unjoni Ewropea

Fernando PERREAU DE PINNINCK

Iffirmata fi Brussell fl-1 ta' Lulju 2014.


Hemża A

Korpi għall-Valutazzjoni tal-Konformità tal-KE miżjuda mal-lista ta' Korpi għall-Valutazzjoni tal-Konformità fil-kolonna “Aċċess tal-KE għas-suq tal-Istati Uniti” fit-Taqsima V tal-Anness Settorjali dwar il-Kompatibbiltà Elettromanjetika

ALTER TECHNOLOGY TÜV NORD, S.A.U.

ATN EC

Emilia Santiago & Jorge Berkowitsch

C/la Majada, 3

28760 — Tres Cantos (Madrid)

SPANJA

M. DUDDE HOCHFREQUENZ-TECHNIK

Rottland 5a

51429 — Bergisch Gladbach

IL-ĠERMANJA


Rettifika

18.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 212/47


Rettifika tad-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar skemi ta' garanzija tad-depożiti

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 173 tat-12 ta' Ġunju 2014 )

F'paġna 172, l-Artikolu 21, l-ewwel paragrafu:

minflok:

“… mill-4 ta' Lulju 2019 …”,

aqra:

“… mill-4 ta' Lulju 2016 …”.