ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 205

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 57
12 ta' Lulju 2014


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Informazzjoni rigward id-dħul fis-seħħ tal-estensjoni tal-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika

1

 

 

2014/451/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2014 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim ta' parteċipazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera fil-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya)

2

 

 

Ftehim ta' parteċipazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera fil-missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' assistenza għall-ġestjoni integrata tal-fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya)

3

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 753/2014 tal-11 ta' Lulju 2014 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina

7

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 754/2014 tal-11 ta' Lulju 2014 dwar iċ-ċaħda tal-awtorizzazzjoni ta' Pediococcus pentosaceus (NCIMB 30068) u Pediococcus pentosaceus (NCIMB 30044) bħala addittivi fl-għalf ( 1 )

10

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 755/2014 tal-11 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

12

 

*

Regolament (UE) Nru 756/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-8 ta' Lulju 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1072/2013 (BĊE/2013/34) dwar statistika fuq rati ta' imgħax applikati minn istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2014/30)

14

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2014/452/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-8 ta' Lulju 2014 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE fir-rigward ta' emenda għall-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet

15

 

 

2014/453/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-8 ta' Lulju 2014 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE fir-rigward ta' emenda għall-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet

18

 

 

2014/454/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-8 ta' Lulju 2014 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE fir-rigward ta' emenda għall-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE

20

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/455/PESK tal-11 ta' Lulju 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina

22

 

 

2014/456/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta' Frar 2014 dwar l-għajnuna mill-istat Nru S.A.21817 (C 3/07) (ex NN 66/06) implimentata minn Spanja It-Tariffi tal-Elettriku ta' Spanja: il-konsumaturi (notifikata bid-dokument C(2013) 7741)  ( 1 )

25

 

 

2014/457/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta' Frar 2014 dwar it-tariffi tal-elettriku Spanjoli: id-distributuri SA.36559 (C 3/07) (ex NN 66/06) implimentati fi Spanja (notifikata bid-dokument C(2013) 7743)  ( 1 )

45

 

 

2014/458/UE

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta' Lulju 2014 dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta' ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri skont it-Taqsima ta' Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (notifikata bid-dokument C(2014) 4479)

62

 

 

2014/459/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Lulju 2014 dwar it-tqegħid fis-suq għall-użu essenzjali ta' prodotti bijoċidali li jkun fihom ir-ram (notifikata bid-dokument C(2014) 4611)

76

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

12.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 205/1


Informazzjoni rigward id-dħul fis-seħħ tal-estensjoni tal-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika

L-estensjoni tal-Ftehim dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika, iffirmat fil-5 ta' Diċembru 1997 (1) u mġedded fl-2004 (2), l-2009 (3) u l-2014 (4), f'konformità mal-Artikolu 12(a) tiegħu, daħal fis-seħħ fit-13 ta' Ġunju 2014. It-tiġdid tal-Ftehim għal perijodu ulterjuri ta' 5 snin, f'konformità mal-Artikolu 12(b) tiegħu, huwa effettiv mill-14 ta' Ottubru 2013.


(1)  ĠU L 284, 22.10.1998, p. 37.

(2)  ĠU L 335, 11.11.2004, p. 5.

(3)  ĠU L 90, 2.4.2009, p. 20.

(4)  ĠU L 128, 30.4.2014, p. 43.


12.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 205/2


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-26 ta' Mejju 2014

dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim ta' parteċipazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera fil-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya)

(2014/451/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 218(5) u (6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

L-Artikolu 10(4) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/233/PESK tat-22 ta' Mejju 2013 dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya) (1) jipprevedi li arranġamenti dettaljati rigward il-parteċipazzjoni ta' Stati terzi fil-EUBAM Libya għandhom ikunu koperti minn ftehimiet konklużi skont l-Artikolu 37 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u arranġamenti tekniċi addizzjonali kif meħtieġ.

(2)

Wara l-adozzjoni ta' Deċiżjoni mill-Kunsill fis-17 ta' Marzu 2014 li tawtorizza l-ftuħ ta' negozjati, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà nnegozjat Ftehim ta' parteċipazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera fil-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya) (“il-Ftehim ta' Parteċipazzjoni”).

(3)

Il-Ftehim ta' Parteċipazzjoni għandu jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim ta' Parteċipazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera fil-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya), huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni.

It-test tal-Ftehim ta' Parteċipazzjoni huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim ta' Parteċipazzjoni sabiex ikun jorbot lill-Unjoni.

Artikolu 3

Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 9(1) tal-Ftehim ta' Parteċipazzjoni.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Mejju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

Ch. VASILAKOS


(1)  ĠU L 138, 24.5.2013, p. 15.


12.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 205/3


TRADUZZJONI

FTEHIM TA' PARTEĊIPAZZJONI

bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera fil-missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' assistenza għall-ġestjoni integrata tal-fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya)

L-UNJONI EWROPEA (l-UE jew l-Unjoni),

minn naħa, u

L-KONFEDERAZZJONI SVIZZERA,

min-naħa l-oħra,

minn hawn 'il quddiem flimkien imsejħin “il-Partijiet”,

FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW:

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/233/PESK tat-22 ta' Mejju 2013 dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya) (1),

L-ittra datata s-6 ta' Settembru 2013 mill-Kap tad-Dipartiment Federali tal-Affarijiet Barranin (FDFA), li toffri kontribut lil EUTM Libya,

Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà EUBAM Libya/2/2014 (2) tal-14 ta' Jannar 2014 dwar l-aċċettazzjoni tal-kontribut tal-Konfederazzjoni Svizzera lill-missjoni tal-Unjoni Ewropea fil-Libja,

Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà EUBAM Libya/1/2014 tal-14 ta' Jannar 2014 dwar l-istabbiliment tal-Kumitat ta' Kontributuri għall-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya) (3),

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Parteċipazzjoni fil-missjoni

1.   Il-Konfederazzjoni Svizzera għandha tassoċja ruħha mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/233/PESK u ma' kwalunkwe Deċiżjoni oħra li permezz tagħha l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jiddeċiedi li jestendi l-EUBAM Libya, f'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim u kwalunkwe arranġament ta' implimentazzjoni meħtieġ.

2.   Il-kontribut tal-Konfederazzjoni Svizzera lill-EUBAM Libya huwa mingħajr preġudizzju għall-awtonomija tat-teħid ta' deċiżjonijiet tal-Unjoni.

3.   Il-Konfederazzjoni Svizzera għandha tiżgura li l-persunal Svizzeru li jipparteċipa fl-EUBAM Libya jidħol għall-missjoni tiegħu b'mod konformi ma':

id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/233/PESK u kwalunkwe emenda sussegwenti,

il-Pjan tal-Missjoni,

il-miżuri ta' implimentazzjoni.

4.   Il-persunal sekondat fil-missjoni mill-Konfederazzjoni Svizzera għandu jwettaq id-doveri tiegħu u jġib ruħu biss bil-ħsieb tal-interess ta' EUBAM Libya.

5.   Il-Konfederazzjoni Svizzera għandha tinforma lill-Kap tal-Missjoni u lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà fi żmien debitu bi kwalunkwe bidla fil-parteċipazzjoni tagħha fl-operazzjoni.

Artikolu 2

Status tal-persunal

1.   L-istatus tal-persunal kontribwit lill-EUBAM Libya mill-Konfederazzjoni Svizzera għandu jkun irregolat mill-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Libja dwar l-istatus tal-EUBAM Libya fil-Libja.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-ftehim dwar l-istatus tal-missjoni msemmi fil-paragrafu 1, il-Konfederazzjoni Svizzera għandu jkollha ġurisdizzjoni fuq il-persunal tagħha li jipparteċipa fl-EUBAM Libya.

3.   Il-Konfederazzjoni Svizzera għandha tkun responsabbli biex twieġeb għal kull pretensjoni marbuta mal-parteċipazzjoni fl-EUBAM Libya fil-Libja, minn jew li tikkonċerna kwalunkwe membru tal-persunal tagħha. Il-Konfederazzjoni Svizzera għandha tkun responsabbli li tieħu kwalunkwe azzjoni, b'mod partikolari legali jew dixxiplinarja, kontra kwalunkwe membru tal-persunal tagħha, skont il-liġijiet u r-regolamenti tagħha.

4.   Il-partijiet jaqblu li jirrinunzjaw il-pretensjonijiet kollha, minbarra dawk kuntrattwali, kontra xulxin għal dannu, telf jew distruzzjoni ta' assi li jkunu proprjetà ta'/operati minn waħda mill-Partijiet, li jirriżultaw mill-qadi tad-dmirijiet tagħhom marbuta mal-attivitajiet taħt dan il-Ftehim, ħlief fil-każ ta' negliġenza serja jew imġiba ħażina volontarja.

5.   Il-Konfederazzjoni Svizzera tieħu l-impenn li tagħmel dikjarazzjoni fir-rigward tar-rinunzja tal-pretensjonijiet kontra kwalunkwe Stat parteċipanti fl-EUBAM Libya, u li tagħmel dan meta tiffirma dan il-Ftehim.

6.   L-Unjoni timpenja ruħha li tiżgura li l-Istati Membri tal-UE jagħmlu dikjarazzjoni fir-rigward tar-rinunzja tal-pretensjonijiet, għall-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera fl-EUBAM Libya, u li tagħmel dan meta tiffirma dan il-Ftehim.

Artikolu 3

Informazzjoni klassifikata

Il-Ftehim bejn il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Unjoni Ewropea rigward il-proċeduri ta' sigurtà għall-iskambju ta' informazzjoni klassifikata (4), magħmul fi Brussell fit-28 ta' April 2008, għandu japplika fil-kuntest tal-EUBAM Libya.

Artikolu 4

Linja ta' kmand

1.   Il-persunal Svizzeru li jipparteċipa fl-EUBAM Libya għandu jibqa' taħt il-kmand sħiħ tal-awtoritajiet nazzjonali tiegħu.

2.   L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jittrasferixxu l-kontroll operattiv tal-persunal tagħhom lill-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili tal-Unjoni.

3.   Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili għandu jassumi r-responsabbiltà u jeżerċita l-kmand u l-kontroll tal-EUBAM Libya fil-livell strateġiku.

4.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jassumi r-responsabbiltà u jeżerċita l-kmand u l-kontroll tal-EUBAM Libya.

5.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jmexxi lill-EUBAM Libya u jassumi t-tmexxija ta' kuljum tagħha.

6.   Il-Konfederazzjoni Svizzera għandu jkollha l-istess drittijiet u obbligi f'termini tat-tmexxija ta' kuljum tal-operazzjoni bħall-Istati Membri parteċipanti tal-UE.

7.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun responsabbli għall-kontroll dixxiplinarju fuq il-persunal tal-EUBAM Libya. Fejn ikun meħtieġ, għandha tittieħed azzjoni dixxiplinarja mill-awtoritajiet nazzjonali Svizzeri.

8.   Għandu jiġi maħtur Punt Kontinġenti ta' Kuntatt Nazzjonali (“NPC”) mill-Konfederazzjoni Svizzera biex jirrappreżenta l-kontinġent nazzjonali tagħha fl-EUBAM Libya. L-NCP għandu jirrapporta lill-Kap tal-Missjoni dwar kwistjonijiet nazzjonali u għandu jkun responsabbli għad-dixxiplina ta' kuljum tal-kontinġent.

9.   Id-deċiżjoni li tintemm l-operazzjoni għandha tittieħed mill-Unjoni, wara konsultazzjoni mal-Konfederazzjoni Svizzera jekk din tkun għadha qed tikkontribwixxi għall-EUBAM Libya fid-data tat-tmiem tal-missjoni.

Artikolu 5

Aspetti finanzjarji

1.   Il-Konfederazzjoni Svizzera għandha tħallas l-ispejjeż kollha relatati mal-parteċipazzjoni tagħha fl-EUBAM Libya, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3.

2.   F'każ ta' mewt, korriment, telf jew dannu lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi mill-Istat(i) li fih(om) issir il-missjoni, il-Konfederazzjoni Svizzera għandha, meta r-responsabbiltà tagħha tkun ġiet stabbilita, tħallas kumpens skont il-kondizzjonijiet previsti fid-dispożizzjonijiet dwar l-istatus tal-forzi, jekk disponibbli, kif imsemmi fl-Artikolu 2(1).

3.   L-Unjoni għandha teżenta lill-Konfederazzjoni Svizzera minn kwalunkwe kontribuzzjoni finanzjarja għall-ispejjeż komuni tal-EUBAM Libya.

Artikolu 6

Arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim

Kwalunkwe arranġament tekniku u amministrattiv meħtieġ għall-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim għandu jiġi konkluż bejn l-awtoritajiet rilevanti tal-Unjoni u l-awtoritajiet rilevanti tal-Konfederazzjoni Svizzera.

Artikolu 7

Nonosservanza

Jekk waħda mill-Partijiet tonqos milli tosserva l-obbligi tagħha taħt dan il-Ftehim, il-Parti l-oħra għandu jkollha d-dritt li ttemm dan il-Ftehim billi tibgħat notifika minn xahar qabel.

Artikolu 8

Riżoluzzjoni ta' tilwim

Tilwim li jikkonċerna l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim għandu jiġi riżolt b'mezzi diplomatiċi bejn il-Partijiet.

Artikolu 9

Dħul fis-seħħ u terminazzjoni

1.   Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tal-ewwel xahar wara li l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri interni neċessarji għal dan il-għan.

2.   Dan il-Ftehim għandu jiġi applikat b'mod proviżorju mid-data tal-firma.

3.   Dan il-Ftehim għandu jibqa' fis-seħħ sakemm idum il-kontribut tal-Konfederazzjoni Svizzera lill-missjoni.

4.   Kull Parti tista' ttemm dan il-Ftehim billi tavża lill-Parti l-oħra bil-miktub. It-tmiem isir effettiv tliet xhur wara d-data ta' tali notifika.

Magħmul fi Brussell, fir-raba' jum ta' Lulju fis sena elfejn u erbatax, bil-lingwa Ingliża f'żewġ kopji.

Għall-Unjoni Ewropea

Għall-Konfederazzjoni Svizzera


(1)  ĠU L 138, 24.5.2013, p. 15.

(2)  ĠU L 14, 18.1.2014, p. 15.

(3)  ĠU L 14, 18.1.2014, p. 13.

(4)  ĠU L 181, 10.7.2008, p. 58.


Dikjarazzjoni mill-Istati Membri tal-UE

“Bl-applikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/233/PESK tat-22 ta' Mejju 2013 dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya), l-Istati Membri tal-UE ser jagħmlu ħilithom sabiex, sa fejn ikun possibbli taħt is-sistemi legali interni tagħhom, jirrinunzjaw, kemm jista' jkun, għall-pretensjonijiet kontra l-Konfederazzjoni Svizzera għal korriment jew mewt tal-persunal tagħhom, jew dannu għal jew telf ta' kwalunkwe assi li jkun proprjetà tagħhom u li jintuża mill-EUBAM Libya jekk tali korriment, mewt, dannu jew telf:

kien ikkawżat minn persunal mill-Konfederazzjoni Svizzera fil-qadi tad-dmirijiet tiegħu b'konnessjoni mal-EUBAM Libya, ħlief fil-każ ta' negliġenza serja jew imġiba ħażina volontarja, jew

irriżulta mill-użu ta' kwalunkwe assi li jkun proprjetà tal-Konfederazzjoni Svizzera, dment li l-assi jkunu ntużaw b'konnessjoni mal-missjoni u ħlief fil-każ ta' negliġenza serja jew imġiba ħażina volontarja tal-persunal tal-missjoni tal-UE mill-Konfederazzjoni Svizzera li juża dawk l-assi.”.


Dikjarazzjoni mill-Konfederazzjoni Svizzera

“Bl-applikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/233/PESK tat-22 ta' Mejju 2013 dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya), il-Konfederazzjoni Svizzera għandha tagħmel ħilitha sabiex, sa fejn ikun possibbli taħt is-sistema legali interna tagħha, tirrinunzja, kemm jista' jkun, għall-pretensjonijiet kontra kwalunkwe Stat ieħor li jipparteċipa f'EUBAM Libya għal korriment jew mewt tal-persunal tagħha, jew dannu għal jew telf ta' kwalunkwe assi li jkun proprjetà tagħha u li jintuża mill-missjoni tal-UE jekk tali korriment, mewt, dannu jew telf:

kien ikkawżat minn persunal fil-qadi tad-dmirijiet tiegħu b'konnessjoni mal-EUBAM Libya, ħlief fil-każ ta' negliġenza serja jew imġiba ħażina volontarja, jew

irriżulta mill-użu ta' kwalunkwe assi tal-Istati li jipparteċipaw fil-missjoni tal-UE, dment li l-assi jkunu ntużaw b'konnessjoni mal-missjoni u ħlief f'każ ta' negliġenza serja jew imġiba ħażina volontarja ta' persunal tal-missjoni tal-UE li juża dawk l-assi.”.


REGOLAMENTI

12.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 205/7


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 753/2014

tal-11 ta' Lulju 2014

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-17 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 269/2014.

(2)

Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fl-Ukraina, il-Kunsill iqis li għandhom jiżdiedu persuni addizzjonali mal-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi kif tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014.

(3)

L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-persuni elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Lulju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

S. GOZI


(1)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6.


ANNESS

LISTA TA' PERSUNI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data ta' elenkar

1.

Aleksandr Yurevich BORODAI (Александр Юрьевич Бородай)

Data tat-twelid: 25.7.1972f' Moska

L-hekk imsejjaħ “Prim Ministru tar-Repubblika Popolari ta' Donetsk”.

Responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika Popolari ta' Donetsk” (eż. fit-8 ta' Lulju ddikjara li “l-militar tagħna qed iwettaq operazzjoni speċjali kontra l-‘faxxisti’ Ukraini”), Firmatarju tal-Memorandum ta' Qbil dwar l-“unjoni ta' Novorossiya”

12.7.2014

2.

Alexander KHODAKOVSKY (Александр Сергеевич Ходаковский)

 

L-hekk imsejjaħ “Ministru tas-Sigurtà tar-Repubblika Popolari ta' Donetsk”.

Responsabbli għall-attivitajiet ta' sigurtà separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika Popolari ta' Donetsk”

12.7.2014

3.

Alexandr Aleksandrovich KALYUSSKY, (Александр Александрович Калюсский)

 

L-hekk imsejjaħ “de facto Viċi Prim Ministru tal-Affarijiet Soċjali tar-RPD”.

Responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika Popolari ta' Donetsk”

12.7.2014

4.

Alexander KHRYAKOV

 

L-hekk imsejjaħ “Ministru tal-Informazzjoni u l-Kommunikazzjoni tal-Massa tar-RPD”.

Responsabbli għall-attivitajiet ta' propaganda favur is-separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika Popolari ta' Donetsk”

12.7.2014

5.

Marat BASHIROV

 

L-hekk imsejjaħ “Prim Ministru tal-Kunsill tal-Ministri tar-Repubblika Popolari ta' Luhansk, ikkonfermat fit-8 ta' Lulju”.

Responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika Popolari ta' Luhansk”

12.7.2014

6.

Vasyl NIKITIN

 

L-hekk imsejjaħ “Viċi Prim Ministru tal-Kunsill tal-Ministri tar-Repubblika Popolari ta' Luhansk”, (qabel kien l-hekk imsejjaħ “Prim Ministru tar-Repubblika Popolari ta' Luhansk”, u kien kelliem tal-“Armata tax-Xlokk”).

Responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika Popolari ta' Luhansk”

Responsabbli għad-dikjarazzjoni tal- Armata tax-Xlokk li l-elezzjonijiet presidenzjali Ukraini fir-“Repubblika Popolari ta' Luhansk” ma jistgħux isiru minħabba l-istatus “il-ġdid” tar-reġjun.

12.7.2014

7.

Aleksey KARYAKIN (Алексей Карякин)

1979

L-hekk imsejjaħ “President tal-Kunsill Suprem tar-Repubblika Popolari ta' Luhansk”.

Responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-“Kunsill Suprem”, responsabbli għat-talba lill-Federazzjoni Russa biex tirrikonoxxi l-indipendenza tar-“Repubblika Popolari ta' Luhansk”

Firmatarju tal-Memorandum ta' Qbil dwar l-“unjoni ta' Novorossiya”

12.7.2014

8.

Yurij IVAKIN (Юрий Ивакин)

 

L-hekk imsejjaħ “Ministru tal-Affarijiet Interni tar-Repubblika Popolari ta' Luhansk”.

Responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika Popolari ta' Luhansk”

12.7.2014

9.

Igor PLOTNITSKY

 

L-hekk imsejjaħ “Ministru tad-Difiża tar-Repubblika Popolari ta' Luhansk”.

Responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika Popolari ta' Luhansk”

12.7.2014

10.

Nikolay KOZITSYN

20 ta' Ġunju, 1956 fir-reġjun ta' Donetsk

Kmandant tal-forzi Kosakki.

Responsabbli għall-kmand tas-separatisti fil-Lvant tal-Ukraina fil-ġlieda kontra l-forzi tal-gvern Ukrain

12.7.2014

11.

Oleksiy MOZGOVY (Олексій Мозговий)

 

Wieħed mill-mexxejja tal-gruppi armati fil-Lvant tal-Ukraina.

Responsabbli għat-taħriġ tas-separatisti biex jiġġieldu kontra l-forzi tal-gvern Ukrain

12.7.2014


12.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 205/10


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 754/2014

tal-11 ta' Lulju 2014

dwar iċ-ċaħda tal-awtorizzazzjoni ta' Pediococcus pentosaceus (NCIMB 30068) u Pediococcus pentosaceus (NCIMB 30044) bħala addittivi fl-għalf

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistabbilixxi l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti jew għar-rifjut ta' din l-awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10(7) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, flimkien mal-Artikolu 10(1) sa (4) tiegħu, jistipula d-dispożizzjonijiet speċifiċi għall-evalwazzjoni tal-prodotti li kienu jintużaw bħala addittivi tas-silaġġ fl-Unjoni dakinhar li daħal fis-seħħ dak ir-Regolament.

(2)

Skont l-Artikolu 10(7) tar- Regolament (KE) Nru 1831/2003, il-Pediococcus pentosaceus (NCIMB 30068) u l-Pediococcus pentosaceus (NCIMB 30044), li qabel kien imsejjaħ Lactococcus lactis (NCIMB 30044), kienu ddaħħlu fir-Reġistru tal-Addittivi tal-Għalf bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet tal-annimali kollha.

(3)

Skont l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, flimkien mal-Artikolu 7 tiegħu, tressqu applikazzjonijiet biex il-Pediococcus pentosaceus (NCIMB 30068) u l-Pediococcus pentosaceus (NCIMB 30044) jiġu awtorizzati bħala addittivi tal-għalf għal kull speċi tal-annimali, u ntalab li dawn l-addittivi jiġu klassifikati fil-kategorija tal-“addittivi teknoloġiċi” u fil-grupp funzjonali tal-“addittivi tas-silaġġ”. Dawk l-applikazzjonijiet tressqu magħhom id-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(4)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet fl-opinjonijiet tagħha tas-6 ta' Marzu 2014 (2) li l-Pediococcus pentosaceus (NCIMB 30068) u l-Pediococcus pentosaceus (NCIMB 30044) huma reżistenti għat-tetraċiklina, li hija antibijotiku użat fil-mediċina umana u veterinarja.

(5)

It-tagħrif disponibbli ma jippermettix l-esklużjoni tar-riskju li l-Pediococcus pentosaceus (NCIMB 30068) u l-Pediococcus pentosaceus (NCIMB 30044) jistgħu jinfirxu fost mikroorganiżmi oħra li huma reżistenti għal dak l-antibijotiku. Għaldaqstant, ma ġiex stabbilit li l-Pediococcus pentosaceus (NCIMB 30068) u l-Pediococcus pentosaceus (NCIMB 30044) ma jħallux effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent, meta jintużaw bħala addittivi tal-għalf skont il-kundizzjonijiet proposti.

(6)

Għalhekk, il-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stipulat fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, mhux sodisfatti. Għaldaqstant, l-awtorizzazzjoni tal-Pediococcus pentosaceus (NCIMB 30068) u l-Pediococcus pentosaceus (NCIMB 30044) bħala addittivi fl-għalf għandha tiġi miċħuda.

(7)

Peress li l-użu ulterjuri tal-Pediococcus pentosaceus (NCIMB 30068) u l-Pediococcus pentosaceus (NCIMB 30044) bħala addittivi tal-għalf jista' jikkawża riskju għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali, dawk l-addittivi tal-għalf għandhom jiġu rtirati mis-suq mill-aktar fis possibbli. B'kunsiderazzjoni ta' raġunijiet prattiċi, madankollu, huwa neċessarju li l-partijiet interessati jingħatalhom perjodu ta' żmien li matulu jistgħu jintużaw il-ħażniet eżistenti tas-silaġġ prodotti b'dawk l-addittivi tal-għalf.

(8)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ċaħda tal-awtorizzazzjoni

L-awtorizzazzjoni tal-Pediococcus pentosaceus (NCIMB 30068) u l-Pediococcus pentosaceus (NCIMB 30044) bħala addittivi tal-għalf għandha tiġi miċħuda.

Artikolu 2

Miżuri tranżitorji

1.   Il-ħażniet eżistenti ta' Pediococcus pentosaceus (NCIMB 30068) u Pediococcus pentosaceus (NCIMB 30044) u taħlitiet lesti minn qabel li jinkluduhom għandhom jitneħħew mis-suq mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru 2014.

2.   Is-silaġġ prodott bil-Pediococcus pentosaceus (NCIMB 30068) u l-Pediococcus pentosaceus (NCIMB 30044) jew bit-taħlitiet lesti minn qabel li jinkluduhom qabel l-1 ta' Awwissu 2014 jista' jintuża sakemm jispiċċaw il-ħażniet.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Lulju 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  EFSA Journal 2014; 12(3):3609 u EFSA Journal 2014; 12(3):3610.


12.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 205/12


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 755/2014

tal-11 ta’ Lulju 2014

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Lulju 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 KG)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

53,5

MK

97,3

TR

53,3

XS

47,9

ZZ

63,0

0707 00 05

AL

74,4

MK

27,7

TR

76,0

ZZ

59,4

0709 93 10

TR

97,2

ZZ

97,2

0805 50 10

AR

92,8

TR

148,4

UY

122,9

ZA

112,0

ZZ

119,0

0808 10 80

AR

106,9

BR

111,7

CL

103,6

NZ

132,2

ZA

120,0

ZZ

114,9

0808 30 90

AR

76,3

CL

99,3

NZ

184,8

ZA

98,2

ZZ

114,7

0809 10 00

BA

82,8

MK

85,8

TR

242,4

XS

59,5

ZZ

117,6

0809 29 00

TR

236,1

ZZ

236,1

0809 30

MK

60,6

TR

138,6

ZZ

99,6

0809 40 05

BA

70,3

ZZ

70,3


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


12.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 205/14


REGOLAMENT (UE) Nru 756/2014 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-8 ta' Lulju 2014

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1072/2013 (BĊE/2013/34) dwar statistika fuq rati ta' imgħax applikati minn istituzzjonijiet finanzjarji monetarji

(BĊE/2014/30)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta' Novembru 1998 dwar il-ġbir ta' tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (1), u b'mod partikolari l-Artikli 5(1) u 6(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1072/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2013/34) (2) daħal fis-seħħ fis-27 ta' Novembru 2013 u ser japplika għar-rapportar ta' dejta dwar ir-rata tal-imgħax ta' istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (IFM) sa mill-1 ta' Jannar 2015.

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 1072/2013 (BĊE/2013/34) jeħtieġ ir-rapportar separat ta' dejta relatata mal-volumi ta' negozju ġdid ta' self innegozjat mill-ġdid u, b'mod parallel, il-paragrafu 4 tal-Parti 13 tal-Anness II għal-Linja Gwida BĊE/2014/15 (3) jeħtieġ ukoll il-forniment ta' dejta dwar ir-rati tal-imgħax applikabbli għal self innegozjat mill-ġdid.

(3)

Huwa neċessarju li l-kamp ta' applikazzjoni ta' self innegozjat mill-ġdid fir-Regolament (UE) Nru 1072/2013 (BĊE/2013/34) jiġi allinjat mal-Linja Gwida BĊE/2014/15, sabiex b'hekk tiġi żgurata r-reġistrazzjoni xierqa ta' negozjati mill-ġdid ta' self li jseħħu fi ħdan il-perjodu ta' rapportar li matulu jkun ingħata s-self kif ukoll ir-rapportar preċiż ta' volumi ta' negozju ġdid ta' self innegozjat mill-ġdid fil-każ ta' self li jkun għadu ma nġibidx totalment, jiġifieri self meħud biċċa biċċa,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda

Fit-Taqsima VI tal-Parti 2 tal-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 1072/2013 (BĊE/2013/34), il-punt 22 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“22.

Għar-rapportar separat ta' volumi ġodda ta' negozju ta' self innegozjat mill-ġdid lil unitajiet domestiċi u korporazzjonijiet mhux finanzjarji fl-istatistika tar-rati tal-imgħax ta' IFM, self innegozjat mill-ġdid jinkludi kull self ġdid għan-negozju, minbarra self li jiġġedded u overdrafts u dejn tal-karta tal-kreditu, li jkunu ngħataw iżda jkunu għadhom ma tħallsux lura fil-mument meta jiġu nnegozjati mill-ġdid.”

Artikolu 2

Dispożizzjonijiet finali

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi Frankfurt am Main, it-8 ta' Lulju 2014.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8 (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 01, Volum 03, p. 23-34).

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1072/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta' Settembru 2013 dwar statistika fuq rati ta' imgħax applikati minn istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2013/34) (ĠU L 297, 7.11.2013, p. 51).

(3)  Linja Gwida BĊE/2014/15 tal-4 ta' April 2014 dwar statistika monetarja u finanzjarja (adottata fl-4 ta' April 2014 u disponibbli fuq il-websajt tal-BĊE fuq www.ecb.europa.eu). Għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


DEĊIŻJONIJIET

12.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 205/15


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-8 ta' Lulju 2014

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE fir-rigward ta' emenda għall-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet

(2014/452/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 19(2), 21(2), 114, 168, 169 u 197 flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta' Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2) (“il-Ftehim ŻEE”) daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1994.

(2)

Skont l-Artikolu 98 tal-Ftehim ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jista' jiddeċiedi li jemenda, inter alia, l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE.

(3)

Il-Protokoll 31 għall-Ftehim ŻEE fih dispożizzjonijiet u arranġamenti dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra mill-erba' libertajiet.

(4)

Huwa xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti tiġi estiża għall-Ftehim ŻEE sabiex jinkludi r-Regolament (UE) Nru 1381/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. (3)

(5)

Għalhekk, il-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE għandu b'hekk jiġi emendat sabiex din il-kooperazzjoni estiża tkun tista' tibda sseħħ mill-1 ta' Jannar 2014.

(6)

Il-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għandha għalhekk tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni li jinsab mehmuż,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda proposta għall-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Lulju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

P. C. PADOAN


(1)  ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.

(2)  ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3.

(3)  Regolament (UE) Nru 1381/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Programm ta' Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza għall-perjodu 2014 sa 2020 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 62).


ABBOZZ

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru …/2014

ta'

li temenda l-Protokoll 31 għall-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim taż-ŻEE”), u partikolarment l-Artikoli 86 u 98,

Billi:

(1)

Huwa xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti fil-Ftehim ŻEE tiġi estiża biex tinkludi r-Regolament (UE) Nru 1381/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Programm ta' Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza għall-perjodu 2014 sa 2020 (1).

(2)

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat sabiex din il-kooperazzjoni estiża tkun tista' tibda sseħħ mill-1 ta' Jannar 2014,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 5 tal-Protokoll 31 huwa emendat kif ġej:

1.

Fil-paragrafu 5, il-kliem “, fil-programm imsemmi fl-erbatax-il inċiż mill-1 ta' Jannar 2014” jiddaħħlu wara l-kliem “fil-programm imsemmi fit-tlettax-il inċiż mill-1 ta' Jannar 2012”.

2.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-paragrafu 8:

“—

32013 R 1381: Ir-Regolament (UE) Nru 1381/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Programm ta' Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza għall-perjodu 2014-2020 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 62).

Il-Liechtenstein jipparteċipa biss fl-attivitajiet li jistgħu jirriżultaw mil-linja baġitarja 33 01 04 01 għall-programm Nefqa ta' sostenn għal Drittijiet u Ċittadinanza u mil-linja baġitarja 33 02 02 għall-programm Promozzjoni tan-nondiskriminazzjoni u l-ugwaljanza.

In-Norveġja tingħata eżenzjoni milli tipparteċipa fil-programm u milli tħallas kontribuzzjoni finanzjarja għalih.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-aħħar notifika taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Hija għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2014.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Is-Segretarji

għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE


(1)  ĠU L 354, 28.12.2013, p. 62.

(*)  [L-ebda rekwiżit kostituzzjonali ma huwa indikat.] [Hemm rekwiżiti kostituzzjonali indikati.]


12.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 205/18


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-8 ta' Lulju 2014

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE fir-rigward ta' emenda għall-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet

(2014/453/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 172 flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta' Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2) (“il-Ftehim ŻEE”) daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1994.

(2)

Skont l-Artikolu 98 tal-Ftehim ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jista' jiddeċiedi li jemenda, inter alia, il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE (“il-Protokoll 31”).

(3)

Il-Protokoll 31 fih dispożizzjonijiet u arranġamenti dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet.

(4)

Huwa xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti tiġi estiża għall-Ftehim ŻEE sabiex tinkludi r-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(5)

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ sabiex din il-kooperazzjoni estiża tkun tista' tibda sseħħ mill-1 ta' Jannar 2014.

(6)

Il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għandha għalhekk tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni li jinsab mehmuż,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda proposta għall-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Lulju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

P. C. PADOAN


(1)  ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.

(2)  ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3.

(3)  Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 913/2010 u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 680/2007 u (KE) Nru 67/2010 (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 129).


ABBOZZ

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru …/2014

ta'

li temenda l-Protokoll 31 għall-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u partikolarment l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Huwa xieraq li tiġi estiża l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim ŻEE biex tinkludi r-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 913/2010 u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 680/2007 u (KE) Nru 67/2010 (1).

(2)

Il-Protokoll 31 għall-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat sabiex ikun possibbli li din il-kooperazzjoni estiża sseħħ mill-1 ta' Jannar 2014,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dan li ġej jiżdied fil-paragrafu 5 tal-Artikolu 2 tal-Protokoll 31 għall-Ftehim ŻEE:

“—

32013 R 1316: Ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 913/2010 u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 680/2007 u (KE) Nru 67/2010 (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 129).

L-Istati tal-EFTA jipparteċipaw biss fis-settur tat-telekomunikazzjonijiet tal-Faċilità Nikkolegaw l-Ewropa.

Il-Liechtenstein jingħata eżenzjoni milli jipparteċipa fil-programm u milli jħallas kontribuzzjoni finanzjarja għalih.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-aħħar notifika taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Hija għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2014.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell,.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Is-Segretarji

għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE


(1)  ĠU L 348, 20.12.2013, p. 129.

(*)  [L-ebda rekwiżit kostituzzjonali ma huwa indikat.] [Hemm rekwiżiti kostituzzjonali indikati.]


12.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 205/20


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-8 ta' Lulju 2014

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE fir-rigward ta' emenda għall-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE

(2014/454/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 175(1) flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta' Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2) ('il-Ftehim ŻEE') daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1994.

(2)

Skont l-Artikolu 98 tal-Ftehim ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jista' jiddeċiedi li jemenda, inter alia, l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE.

(3)

Id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(4)

L-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ.

(5)

Il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għandha għalhekk tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni li jinsab mehmuż,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar emenda għall-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Lulju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

P. C. PADOAN


(1)  ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.

(2)  ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3.

(3)  Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 71).


ABBOZZ

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru …/2014

ta'

li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi (1), kif korretta fil-ĠU L 161, 29.6.2010, p. 11, għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness XX tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dan li ġej jiddaħħal wara l-punt 1k (id-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XX tal-Ftehim ŻEE:

“1l.

32009 L 0128: Id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 71), kif korretta fil-ĠU L 161, 29.6.2010, p. 11.

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattament li ġej:

Fir-rigward tan-Norveġja, il-kliem ‘26 ta' Novembru 2012’ fl-Artikolu 4(2) jinbidel bil-kliem ‘1 ta' Jannar 2016’.”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2009/128/KE, kif korretti fil-ĠU L 161, 29.6.2010, p. 11, fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, huma awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fi […], dment li jkunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru …/… ta' … (2) [li tinkorpora r-Regolament (KE) Nru 1107/2009], skont liema data tkun l-iżjed tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Is-Segretarji

għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 71.

(*)  [Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.] [Hemm indikati rekwiżiti kostituzzjonali.]

(2)  ĠU L …


12.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 205/22


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/455/PESK

tal-11 ta' Lulju 2014

li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(1) tagħha,

Billi:

(1)

Fis-17 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/145/PESK.

(2)

Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fl-Ukraina, il-Kunsill iqis li persuni addizzjonali għandhom jiżdiedu mal-lista ta' persuni, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi, kif tidher fl-Anness għad-Deċizjoni 2014/145/PESK.

(3)

L-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-persuni elenkati fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Lulju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

S. GOZI


(1)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16.


ANNESS

LISTA TA' PERSUNI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data ta' elenkar

1.

Aleksandr Yurevich BORODAI (Александр Юрьевич Бородай)

Data tat-twelid: 25.7.1972f' Moska

L-hekk imsejjaħ “Prim Ministru tar-Repubblika Popolari ta' Donetsk”.

Responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika Popolari ta' Donetsk” (eż. fit-8 ta' Lulju ddikjara li “l-militar tagħna qed iwettaq operazzjoni speċjali kontra l-‘faxxisti’ Ukraini”), Firmatarju tal-Memorandum ta' Qbil dwar l-“unjoni ta' Novorossiya”

12.7.2014

2.

Alexander KHODAKOVSKY (Александр Сергеевич Ходаковский)

 

L-hekk imsejjaħ “Ministru tas-Sigurtà tar-Repubblika Popolari ta' Donetsk”.

Responsabbli għall-attivitajiet ta' sigurtà separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika Popolari ta' Donetsk”

12.7.2014

3.

Alexandr Aleksandrovich KALYUSSKY, (Александр Александрович Калюсский)

 

L-hekk imsejjaħ “de facto Viċi Prim Ministru tal-

Affarijiet Soċjali tar-RPD”. Responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika Popolari ta' Donetsk”

12.7.2014

4.

Alexander KHRYAKOV

 

L-hekk imsejjaħ “Ministru tal-Informazzjoni u l-Kommunikazzjoni tal-Massa tar-RPD”.

Responsabbli għall-attivitajiet ta' propaganda favur is-separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika Popolari ta' Donetsk”

12.7.2014

5.

Marat BASHIROV

 

L-hekk imsejjaħ “Prim Ministru tal-Kunsill tal-Ministri tar-Repubblika Popolari ta' Luhansk, ikkonfermat fit-8 ta' Lulju”.

Responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika Popolari ta' Luhansk”

12.7.2014

6.

Vasyl NIKITIN

 

L-hekk imsejjaħ “Viċi Prim Ministru tal-Kunsill tal-Ministri tar-Repubblika Popolari ta' Luhansk”, (qabel kien l-hekk imsejjaħ “Prim Ministru tar-Repubblika Popolari ta' Luhansk”, u kien kelliem tal-“Armata tax-Xlokk”).

Responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika Popolari ta' Luhansk”

Responsabbli għad-dikjarazzjoni tal-Armata tax-Xlokk li l-elezzjonijiet presidenzjali Ukraini fir-“Repubblika Popolari ta' Luhansk” ma jistgħux isiru minħabba l-istatus “il-ġdid” tar-reġjun.

12.7.2014

7.

Aleksey KARYAKIN (Алексей Карякин)

1979

L-hekk imsejjaħ “President tal-Kunsill Suprem tar-Repubblika Popolari ta' Luhansk”.

Responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-“Kunsill Suprem”, responsabbli għat-talba lill-Federazzjoni Russa biex tirrikonoxxi l-indipendenza tar-“Repubblika Popolari ta' Luhansk”

Firmatarju tal-Memorandum ta' Qbil dwar l-“unjoni ta' Novorossiya”

12.7.2014

8.

Yurij IVAKIN (Юрий Ивакин)

 

L-hekk imsejjaħ “Ministru tal-Affarijiet Interni tar-Repubblika Popolari ta' Luhansk”.

Responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika Popolari ta' Luhansk”

12.7.2014

9.

Igor PLOTNITSKY

 

L-hekk imsejjaħ “Ministru tad-Difiża tar-Repubblika Popolari ta' Luhansk”.

Responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika Popolari ta' Luhansk”

12.7.2014

10.

Nikolay KOZITSYN

20 ta' Ġunju, 1956 fir-reġjun ta' Donetsk

Kmandant tal-forzi Kosakki.

Responsabbli għall-kmand tas-separatisti fil-Lvant tal-Ukraina fil-ġlieda kontra l-forzi tal-gvern Ukrain

12.7.2014

11.

Oleksiy MOZGOVY (Олексій Мозговий)

 

Wieħed mill-mexxejja tal-gruppi armati fil-Lvant tal-Ukraina.

Responsabbli għat-taħriġ tas-separatisti biex jiġġieldu kontra l-forzi tal-gvern Ukrain

12.7.2014


12.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 205/25


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-4 ta' Frar 2014

dwar l-għajnuna mill-istat Nru S.A.21817 (C 3/07) (ex NN 66/06) implimentata minn Spanja

It-Tariffi tal-Elettriku ta' Spanja: il-konsumaturi

(notifikata bid-dokument C(2013) 7741)

(It-test bl-Ispanjol biss huwa awtentiku)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/456/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

Wara li talbet lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom skont id-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq (1) u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,

Billi:

1.   PROĊEDURA

(1)

B'ittra bid-data tas-27 ta' April 2006, l-impriżi Céntrica plc u Céntrica Energía S.L.U. (minn hawn 'il quddiem imsejħa b'mod kollettiv “Céntrica”) ressqu ilment quddiem il-Kummissjoni rigward is-sistema tat-tariffi tal-elettriku regolati implimentata fi Spanja fl-2005.

(2)

B'ittra bid-data tas-27 ta' Lulju 2006, il-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet Spanjoli jipprovdu informazzjoni dwar il-miżura ta' hawn fuq. Il-Kummissjoni rċeviet din l-informazzjoni permezz ta' ittra bid-data tat-22 ta' Awwissu 2006.

(3)

Fit-12 ta' Ottubru 2006, il-każ ġie irreġistrat bħala għajnuna mhux innotifikata (il-Każ NN 66/06).

(4)

B'ittra bod-data tad-9 ta' Novembru 2006, l-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet Spanjoli aktar kjarifiki dwar il-miżura ta' hawn fuq. L-awtoritajiet Spanjoli wieġbu b'ittra bid-data tat-12 ta' Diċembru 2006.

(5)

B'ittra bid-data tal-24 ta' Jannar 2007, il-Kummissjoni infurmat lill-awtoritajiet Spanjoli li ddeċidiet li tibda l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-miżura.

(6)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jippreżentaw il-kummenti tagħhom dwar il-miżura.

(7)

L-awtoritajiet Spanjoli ppreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom b'ittra bid-data tas-26 ta' Frar 2007.

(8)

Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand il-partijiet interessati li ġejjin: il-Gvern Reġjonali ta' Galicia (Xunta de Galicia) (ittra bid-data tat-23 ta' Marzu 2007) Céntrica (ittri bid-data tas-26 ta' Marzu 2007 u t-3 ta' Lulju 2007), ACIE — Assoċjazzjoni ta' Fornituri tal-Enerġija Indipendenti (ittra bid-data tas-26 ta' Marzu 2007), il-Gvern tal-Asturias (ittra bid-data tas-27 ta' Marzu 2007), AEGE — Assoċjazzjoni tal-Enerġija-Utenti Intensivi (ittra bid-data tat-2 ta' April 2007, b'suppliment tal-21 ta' Novembru 2011), Asturiana de Zinc — AZSA (ittra bid-data tat-3 ta' April 2007), Alcoa (ittra bid-data tat-3 ta' April 2007), UNESA — l-Assoċjazzjoni tal-Industrija Elettrika Spanjola (ittra bid-data tal-25 ta' April 2007), ENEL Viesgo (ittra bid-data tas-26 ta' April 2007), Iberdrola (ittra bid-data tas-26 ta' April 2007), Union Fenosa Distribución (ittra bid-data tas-27 ta' April 2007), Hidrocantábrico Distribución Electrica (ittra bid-data tas-27 ta' April 2007), Endesa Distribución Electrica (ittra bid-data tas-27 ta' April 2007).

(9)

B'ittri bid-dati tal-15 ta' Mejju 2007 u s-6 ta' Lulju 2007, il-Kummissjoni ressqet il-kummenti tal-partijiet interessati lill-awtoritajiet Spanjoli, li ngħataw l-opportunità li jirreaġixxu; il-kummenti tagħhom waslu b'ittra bid-data tat-2 ta' Awwissu 2007.

(10)

Informazzjoni ulterjuri ġiet ippreżentata minn Céntrica b'ittri bid-dati tal-1 ta' Ġunju 2007, it-28 ta' Awwissu 2007, l-4 ta' Frar 2008 u l-1 ta' Marzu 2008, minn AEGE b'ittra bid-data tal-21 ta' Novembru 2011 u minn Ferroatlántica b'ittra bid-data tal-5 ta' Diċembru 2011.

(11)

B'ittri bid-dati tat-30 ta' Lulju 2009, id-19 ta' Marzu 2010, is-6 ta' Ottubru 2011, it-12 ta' April 2012, il-31 ta' Awwissu 2012, l-4 ta' Frar 2013 u s-17 ta' Lulju 2013, il-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet Spanjoli jipprovdu aktar kjarifiki dwar il-miżura. L-awtoritajiet wieġbu b'ittri bid-dati tal-5 ta' Ottubru 2009, is-26 ta' April 2010, is-7 ta' Diċembru 2011, it-12 ta' Ġunju 2012, it-18 ta' Ottubru 2012, il-11 ta' Frar 2013 u l-4 ta' Ottubru 2013.

(12)

Fid-19 ta' April 2013, il-fajl inqasam f'żewġ partijiet: il-każ preżenti, jiġifieri l-Każ SA.21817 (C 3/07, ex NN 66/06), li jikkonċerna l-għajnuna lill-utenti finali tal-elettriku u l-Każ SA.36559 (C 3a/07, ex NN 66/06), li jikkonċerna l-għajnuna lid-distributuri tal-elettriku. Id-deċiżjoni preżenti tindirizza biss l-għajnuna possibbli lill-utenti finali tal-elettriku inkluża fl-ambitu tal-proċedura, jiġifieri, l-esklużjoni ta' unitajiet domestiċi u negozji żgħar.

2.   DESKRIZZJONI DETTALJATA TAL-MIŻURA

IS-SISTEMA TAL-ELETTRIKU SPANJOLA FL-2005

(13)

Fil-qafas leġiżlattiv stabbilit bil-Liġi 54/1997 tas-27 ta' Novembru 1997 (Ley del Sector Eléctrico, minn hawn 'il quddiem “LSE”) applikabbli fl-2005, il-provvista tal-elettriku għall-utenti finali b'tariffi rregolati ġiet ikkategorizzata bħala attività rregolata. Dan il-kompitu kien assenjat mil-Liġi għad-distributuri.

(14)

Fl-2005 l-utenti finali tal-elettriku kollha fis-suq Spanjol setgħu jagħżlu jinnegozjawx il-kuntratti ta' provvista ma' fornituri indipendenti jew jiġux ipprovduti b'tariffi rregolati stabbiliti mill-Istat. Fis-suq regolat, kull utent finali li talab dan kellu d-dritt li jkun provdut mid-distributur lokali tiegħu bit-tariffa rregolata integrali (prezz li jinkludi kollox) wara li ġew ikkunsidrati l-profil u l-volum ta' konsum tiegħu. Fis-suq ħieles, il-konsumaturi ħallsu tariffa għall-aċċess għan-netwerk, li kienet irregolata wkoll, li flimkien magħha riedu jlaħħqu mal-ispejjeż tal-provvista tal-enerġija. Mit-tlestija tar-riforma tas-settur tal-elettriku fl-2009, id-distributuri ma għadhomx ifornu l-elettriku bit-tariffi rregolati integrali.

(15)

It-tariffi rregolati integrali u l-ħlas għall-aċċess għan-netwerk irregolat ġew deċiżi ex ante għas-sena sħiħa, normalment qabel it-tmiem tas-sena N – 1, iżda jistgħu jiġu aġġustati matul is-sena (3). Madankollu, iż-żidied annwali fit-tariffi kienu suġġetti għal-limitu massimu (4). Fil-prinċipju, it-tariffi u l-ħlas ġew stabbiliti, fuq il-bażi ta' tbassir, biex jiġi żgurat li d-dħul irregolat li jirriżulta mill-applikazzjoni tagħhom ikun biżżejjed biex ikopri l-kost totali rregolat tas-sistema tal-elettriku. Dawn il-kosti irregolati tas-sistema kienu jinkludu, fl-2005, il-kosti tal-provvista tal-enerġija bit-tariffi integrali, il-kosti tax-xiri tal-enerġija minn skemi speċjali (sorsi rinnovabbli, koġenerazzjoni, eċċ.), il-kosti tat-trasport u d-distribuzzjoni, il-miżuri tal-ġestjoni tad-domanda, kosti addizzjonali tal-ġenerazzjoni tal-elettriku fil-gżejjer Spanjoli, is-sostenn għall-faħam, id-defiċits tas-snin ta' qabel eċċ. Ma kien hemm ebda regoli li jallokaw kategorija partikolari ta' dħul, jew proporzjon minnhom, għal kategorija partikolari ta' kosti jew proporzjon minnhom. Bħala riżultat, id-dħul mill-ħlas għall-aċċess għan-netwerk, pereżempju, fejn ma jkunx allokat bis-sħiħ jew f'parti għall-finanzi, pereżempju, is-sussidji għall-elettriku minn sorsi rinnovabbli jew elettriku pprovduti fil-gżejjer Spanjoli.

(16)

Fl-2005, kien hemm mill-anqas 25 tariffa rregolata għall-utenti finali, skont il-livell ta' konsum, il-profil ta' konsum, il-konsumatur maħsub u l-vultaġġ tal-konnessjoni tan-netwerk. Fl-istess ħin, disa' ħlasijiet għall-aċċess għan-netwerk irregolati ġew applikati għall-utenti finali fis-suq ħieles, b'bażi wkoll fuq il-vultaġġ tal-konnessjoni u karatteristiċi oħra.

(17)

Fit-30 ta' Diċembru 2004, l-awtoritajiet Spanjoli stabbilixxew it-tariffi tal-elettriku applikabbli fl-2005 (5), li jikkorrispondu mal-kategoriji tal-utenti li ġejjin:

TARIFFI INTEGRALI

Vultaġġ baxx

1.0.

Qawwa sa 770 kW

2.0.

Ġenerali, qawwa mhux fuq il-15-il kW

3.0.

Ġenerali

4.0.

Ġenerali, użu fit-tul

B.0

Dawl pubbliku

R.0

Tisqija Agrikola

Vultaġġ Għoli

Tariffi ġenerali

Użu fil-qosor

1.1.

Ġenerali, mhux fuq is-36 kV

1.2.

Ġenerali, bejn 36 u 72,5 kV

1.3.

Ġenerali, bejn 72,5 u 145 kV

1.4.

Ġenerali, fuq il-145 kV

Użu medju

2.1.

Mhux fuq is-36 kV

2.2.

Bejn 36 u 72,5 kV

2.3.

Bejn 72,5 u 145 kV

2.4.

Fuq il-145 kV

Użu fit-tul

3.1.

Mhux fuq is-36 kV

3.2.

Bejn 36 u 72,5 kV

3.3.

Bejn 72,5 u 145 kV

3.4.

Fuq il-145 kV

Tariffi tat-trazzjoni (Tarifas de tracción)

T.1

Mhux fuq is-36 kV

T.2

Bejn 36 u 72,5 kV

T.3

Bejn 72,5 kV u 145 kV

Tisqija Agrikola

R.1

Mhux fuq is-36 kV

R.2

Bejn 36 u 72,5 kV

R.3

Bejn 72,5 u 145 kV

G.   Tariffa għal konsumaturi kbar (G4)

Tariffi għall-bejgħ lid-distributuri

D.1

Mhux fuq is-36 kV

D.2

Bejn 36 u 72,5 kV

D.3

Bejn 72,5 u 145 kV

D.4

Fuq il-145 kV

TARIFFI TA' AĊĊESS

Vultaġġ baxx

2,0 A

Tariffa ta' aċċess b'vultaġġ baxx ordinarja

2,0 NA

Tariffa ta' aċċess b'vultaġġ baxx sempliċi b'diskriminazzjoni tal-jum/tal-lejl

3,0 A

Tariffa ta' aċċess b'vultaġġ baxx ġenerali

Vultaġġ Għoli

3.1.A

Tariffa ta' aċċess għal vultaġġ mhux ogħla minn 36 kV (qawwa mhux fuq l-450 kW)

6.1

Tariffa ta' aċċess għal vultaġġ mhux ogħla minn 36 kV (qawwa fuq l-450 kW)

6.2

Tariffa ta' aċċess għal vultaġġ ogħla minn 36 kV u mhux ogħla minn 72,5 kV (qawwa fuq l-450 kW)

6.3

Tariffa ta' aċċess għal vultaġġ ogħla minn 72 kV u mhux ogħla minn 145 kV (qawwa fuq l-450 kW)

6.4

Tariffa ta' aċċess għal vultaġġ ogħla minn 145 kV (qawwa fuq l-450 kW)

6.5

Tariffa ta' aċċess għal skambji internazzjonali

(18)

Tariffi rregolati integrali jistgħu jinqasmu f'komponent maħsub li jkopri t-trasport, id-distribuzzjoni u l-kosti ġenerali tas-sistema (il-ħlas għall-aċċess għan-netwerk) u komponent li jirrifletti l-kost tal-akkwist tal-elettriku fis-suq tal-operaturi (komponent tal-enerġija). Barra minn hekk, sistema ta' skontijiet fuq tariffi integrali ġiet applikata għal servizzi tal-ġestjoni tad-domanda (pereż interruzzjonijiet aċċettati fil-provvista tal-enerġija fuq avviż jew konsum konċentrat matul sigħat kwieti. Mill-2005 Spanja introduċiet tibdil fis-sistema ta' tariffi rregolati. L-aħħar waħda saret fl-2013, meta Spanja adottat qafas leġiżlattiv ġdid għas-settur tal-elettriku (il-Liġi 24/13) li kien jinkludi, fost miżuri oħra, ir-riforma tar-regolament tal-prezzijiet tas-suq fil-livell tal-konsumatur. Spanja ħabbret li din il-liġi l-ġdida u d-dispożizzjonijiet implimentattii tagħha se jitfasslu fl-2014. Hawn isfel hawn xi wħud mit-tariffi integrali bażiċi għall-aktar livell tat-tariffi baxx tal-kategoriji msemmija hawn fuq (jiġifieri mhux aktar minn 145 kV) applikabbli mill-1 ta' Jannar 2005.

Tabella 1

Tariffi rregolati integrali bl-ammont bażiku tal-2005

 

A/Komponent tal-enerġija

B/Komponent tal-enerġija

Tariffa integrali (A+B)

 

 

 

 

EUR/kW xahar

EUR/kWh

EUR/MWh

 

 

 

Vultaġġ baxx

 

 

 

 

 

 

1.0

Potenza < 770 W

0,277110

0,062287

62,67

 

 

 

3.0

Ġenerali

1,430269

0,083728

85,71

 

 

 

4.0

Ġenerali, użu fit-tul

2,284634

0,076513

79,69

 

 

 

Vultaġġ għoli

 

 

 

 

 

 

1.4

Użu fil-qosor, ġenerali > 145 kV

1,759358

0,058412

60,86

 

 

 

2.4

Użu medju, ġenerali > 145 kV

3,632629

0,053224

58,27

 

 

 

3.4

Użu fit-tul, ġenerali > 145 kV

9,511921

0,042908

56,12

 

 

 

G.

Konsumaturi Kbar G4

10,208070

0,011265

25,44

 

 

 

Sors: Anness I tad-Digriet Irjali 2392/2004, il-Kalkoli tal-Kummissjoni.

(19)

Il-Kummissjoni Nazzjonali Spanjola tal-Enerġija (Comisión Nacional de Energía — CNE), ir-regolatur Spanjol, qal li, fuq medja, it-tariffi integrali fl-2005 ma rriflettewx l-ispejjeż kollha tal-provvista, l-aktar il-kost tal-akkwist tal-enerġija fis-suq tal-operaturi. B'mod partikolari, bħat-tabella ta' hawn taħt, il-prezzijiet kienu impliċiti fit-tariffi rregolati integrali medji taħt il-prezzijiet medji fis-suq tal-operaturi tal-elettriku biss f'ħames xhur bejn Jannar u Frar 2005 u mbagħad minn April u Ġunju 2005. Min-naħa l-oħra, bejn Ottubru 2006 u Diċembru 2007 ġara l-oppost: matul dan il-perjodu ta' 14-il xahar, il-prezzijiet tal-operaturi medji, niżlu sew taħt il-prezzijiet impliċiti tal-enerġija fit-tariffi rregolati integrali medji, ħafna aktar mid-differenza osservata fis-seba' xhur tal-2005 meta l-prezzijiet tal-operaturi kienu ogħla minn dawk impliċiti fit-tariffi integrali.

Graff 1

Il-prezz tal-operaturi medju peżat vs il-prezzijiet impliċiti tal-enerġija tat-tariffa integrali

Image

Sors: CNE — Ir-Rapport dwar l-iżvilupp tal-kompetizzjoni fis-swieq tal-gass u l-elettriku. Il-perjodu bejn l-2005/2007 p. 84.

ID-DEFIĊIT TAT-TARIFFI TAL-2005

(20)

Il-kontijiet tas-sistema tal-elettriku, ġew riżolti darba fis-sena, ibbażati fuq id-dħul u l-kosti irregolati attwali. Fl-2005, il-livell li fih ġew stabbiliti t-tariffi rregolati u l-ħlasijiet għall-aċċess għan-netwerk, ma ġġenerax biżżejjed dħul biex jippermetti li s-sistema tirkupra l-kosti kollha rregolati dokumentati ex post għas-sena sħiħa. Il-proċess tar-riżoluzzjoni finali għall-2005, li sar minn CNE fl-aħħar tas-sena, stabbilixxa defiċit ta' EUR 3 811-il miljun. Din ma kenitx l-ewwel darba li l-proċess tar-riżoluzzjoni wassal għal defiċit, għalkemm id-defiċit tal-2005 qatt qabel ma kien hemm bħalu. Fl-2000, l-2001 u l-2002 ġew irreġistrati defiċits aktar baxxi.

(21)

B'mod partikolari, il-gvern issottovaluta l-kosti attwali tal-akkwist tal-elettriku. Filwaqt li l-konsum tal-elettriku mill-utenti finali kemm fis-suq irregolat kif ukoll fis-suq ħieles żviluppa fl-2005 kważi kif imbassar f'Diċembru 2004, numru ta' żidied fil-prezzijiet mhux previsti matul is-sena stabbilixxew il-prezzijiet tal-operaturi bi EUR 62,4/MWh fl-2005 imqabbla ma' EUR 35,61/MWh fl-2004, u żiedu l-prezz medju tal-operaturi fl-2005 għal EUR 59,47/MWh. Ir-raġunijiet għal din iż-żieda jinkludu sena b'nixfa straordinarja, li naqqset il-produzzjoni tal-enerġija idroelettrika b'55 %, żieda fil-prezzijiet taż-żejt, l-impatt tal-prezz tas-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet ta' CO2 riċevuti mingħajr ħlas skont l-Iskema għan-Negozjar ta' Emissjonijiet u żieda fit-talba għall-enerġija ogħla mit-tkabbir tal-PDG.

(22)

Element ieħor importanti li kkontribwixxa għaż-żieda tal-ispejjeż ġenerali tas-sistema kien il-livell għoli ta' għajnuna għall-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli. B'mod partikolari, il-produtturi rinnovabbli setgħu jagħżlu parteċipazzjoni diretta fis-suq tal-operaturi tal-elettriku jew pool. Fl-2005 din kienet għażla partikolarment attraenti u bħala riżultat, ipparteċipaw fil-pool aktar produtturi rinnovabbli milli mistenni, li wassal għal kosti ogħla għas-sistema. Barra minn hekk, l-għajnuna diretta għall-kosti tal-enerġija bl-iskema speċjali (rinnovabbli, kogenerazzjoni), li ddaħħlu fil-kontijiet bħala kosti irregolati, ammontaw għal EUR 2 701 miljun fl-2005. Bħala eżempju, il-kosti ta' trasport u distribuzzjoni tas-sistema ammontaw għal EUR 4 410 miljun fl-2005.

Mekkaniżmu adottat bħala prefinanzjament tad-defiċit

(23)

L-iżvilupp tad-defiċit ġie osservat. Diġà f'Marzu 2005, meta kien jidher ċar li qed jiżviluppa defiċit tat-tariffi, permezz tal-Artikolu 24 tad-Digriet Irjali-Leġiżlattiv 5/2005 (6) l-awtoritajiet Spanjoli stipulaw li l-fondi meħtieġa biex iġibu fix-xejn id-differenza bejn l-ispejjeż u d-dħul tas-sistema tal-elettriku jkunu pprovduti mill-akbar ħames “utilitajiet elettriċi intitolati” Spanjoli, li kienu dawk intitolati li jirċievu kumpens għall-kosti mhux rekuperabbli (7), fuq il-bażi tal-perċentwali li jmiss:

Iberdrola, S.A.: 35,01 %;

Unión Eléctrica Fenosa, S.A.: 12,84 %;

Hidroeléctrica del Cantábrico; S.A: 6,08 %;

Endesa, S.A.: 44,16 %;

Elcogas, S.A.: 1,91 %

(24)

Id-digriet leġiżlattiv 5/2005 stabbilixxa li d-defiċit tal-futur ikun attribwit lill-ħames kumpaniji ta' hawn fuq bħala bilanċ negattiv f'kont ta' depożitu eżistenti użat minn CNE biex tħallas il-kosti mhux rekuperabbli lil dawn il-kumpaniji. Dan kien ifisser fil-prattika li l-utilitajiet kienu meħtieġa javvanzaw il-fondi. Il-bilanċ negattiv fil-kont tal-kosti mhux rekuperabbli jwassal għad-drittijiet ta' ġbir, li jikkonsistu fid-dritt tal-utilitajiet li jiġbru d-dħul mill-konsumaturi tal-elettriku fil-futur. Dawn id-drittijiet jistgħu jiġu ttitolizzati u mibjugħa fis-suq mill-utilitajiet. Id-drittijiet ta' ġbir assenjati lil dawn l-utilitajiet rendew rata ta' interess minima (Euribor ta' tliet xhur ikkalkulat bħala r-rati tal-Euribor medju għal Novembru tas-sena ta' qabel mingħajr marġni).

Mekkaniżmu adottat bħala rkupru tad-defiċit mill-utenti finali

(25)

F'Ġunju 2006, l-awtoritajiet Spanjoli ħadu deċiżjoni li tikkonċerna l-arranġamenti għall-irkupru tad-defiċit tal-2005 minn konsumaturi tal-elettriku permezz tat-tariffi rregolati. Permezz tad-Digriet Irjali 809/2006 (8), l-awtoritajiet Spanjoli stabbilixxew li d-defiċit tal-2005 (jew aħjar, id-drittjiet ta' ġbir attribwiti għall-utilitajiet) jiġi mħallas lura lill-konsumaturi f'14-il sena u nofs, permezz ta' soprataxxa applikata kemm għat-tariffi integrali kif ukoll għat-tariffi ta' aċċess. Is-soprataxxa, ikkalkulata bħala l-ammont meħtieġ fis-sena biex jiġi rkuprat il-valur nett preżenti b'mod lineari tad-defiċit tal-2005 f'14,5 snin, ġie stabbilit bħala 1,378 % tat-tariffa integrali u 3,975 % tat-tariffa ta' aċċess għall-2006. Ir-rata ta' interess applikabbli kienet l-Euribor ta' tliet xhur.

(26)

Din is-soprataxxa ġiet ikkunsidrata bħala “kontribuzzjoni allokata b'mod speċifiku” (cuota con destino específico). L-awtoritajiet Spanjoli stabilixxew li d-dħul mill-kontribuzzjoni biex jiġi ffinanzjat id-defiċit tal-2005 jkun dovut fil-kont ta' depożitu mmaniġġat minn CNE. CNE imbagħad tittrasferixxi l-fondi lis-sidien tad-drittijiet ta' ġbir, jiġifieri l-ġeneraturi li ffinanzjaw id-defiċit jew l-entitajiet li wara xtraw id-drittijiet ta' ġbir mingħandhom, skont is-sehem tad-defiċit iffinanzjat minn kull wieħed minnhom.

L-effetti tad-defiċit tariffarju fuq is-suq Spanjol

(27)

FL-2005, 37,49 % tad-domanda għall-elettriku fi Spanja ġiet akkwistata fis-suq ħieles. Din il-kwantità tikkorrispondi għal numru relattivament żgħir ta' konsumaturi; huma biss 8,5 % tal-konsumaturi li xtraw l-enerġija fis-suq ħieles, filwaqt li 91,5 % baqgħu fuq it-tariffi regolati (bi tnaqqis minn 97 % fl-2004). Il-konsumaturi tal-vultaġġ għoli (fuq il-klijenti industrijali kollha) kienu l-kategorija ewlenija preżenti fis-suq ħieles; 38,9 % minnhom kienu eżerċitaw l-għażla tagħhom u x-xiri tagħhom kien jammonta għal 29 % tal-konsum tal-elettriku totali fi Spanja kontinentali. Il-maġġoranza l-kbira tal-unitajiet domestiċi u tal-konsumaturi żgħar ta' vultaġġ baxx, li setgħu jagħżlu s-suq ħieles mill-2003 (9), kienu għadhom fuq it-tariffi rregolati; madankollu, fl-2005 parti kbira minnhom ukoll għażlu s-suq ħieles. Fil-31 ta' Diċembru 2005, aktar minn 2 miljun konsumatur kienu fis-suq ħieles (meta mqabbla ma' 1,3 miljuni fl-2004).

(28)

Madankollu, il-vantaġġ fil-prezz mogħti fuq medja mit-tariffi irregolati fl-2005 għandu jitqies flimkien mar-ritorn tal-konsumaturi għas-suq irregolat, għalkemm b'xi intervall latenti. Kif muri fit-Tabella 2 hawn isfel, in-numru ta' konsumaturi pprovduti fis-suq ħieles, żdied matul l-2005 iżda naqas fl-2006, u dan wassal biex il-perċentwali (8,15 %) ikun bħal dak miksub fl-ewwel nofs tal-2005. Bl-istess mod, it-tnaqqis fl-ammont ta' enerġija fornuta lill-utenti finali fis-suq ħieles li kienet evidenti f'Diċembru 2004, kompliet fl-ewwel tliet xhur tal-2005. Għalkemm waqfet b'mod sinifikattiv bejn Ġunju u Settembru 2005, kompliet f'Diċembru 2005 u matul l-2006.

Tabella 2

Is-sehem tas-siti tal-provvista u tal-enerġija fis-suq ħieles (bħala perċentwal tas-suq totali) 2004-2006

Elettriku

2004

2005

2006

 

Mar

Ġun

Sett

Diċ

Mar

Ġun

Mar

Diċ

Mar

Ġun

Sett

Diċ

Bħala % tas-siti tal-provvista

1,53

2,82

4,21

5,73

7,42

9,42

10,37

10,66

10,20

9,28

8,86

8,15

Bħala % tal-enerġija

29,30

33,60

36,19

33,57

33,15

35,34

41,39

37,41

29,38

27,10

25,74

24,87

Sors: Ir-rapport ta' CNE “Nota Informativa sobre los suministros de electricidad y gas natural en los mercados liberalizados, actualización 31 de diciembre de 2006”.

(29)

Minkejja li l-impatt tat-telf imġarrab mill-fornituri beda jinħass f'nofs l-2005, meta l-prezzijiet tal-operaturi bdew jiżdiedu b'mod konsiderevoli, il-kuntratti ta' provvista ma setgħux jintemmu minnufih. Bħala konsegwenza, il-fornituri fis-suq ħieles, l-aktar dawk li ma kellhomx kapaċità ta' ġenerazzjoni iżda kellhom jakkwistaw l-elettriku fis-suq tal-operaturi, kienu mġiegħla jagħmlu offerti b'kundizzjonijiet tas-suq ħieles li kienu jaqblu mat-tariffa rregolata minkejja ċ-ċans li jġarrbu telf, jew li jżommu prezzijiet ogħla li jirriflettu l-kosti ta' akkwist attwali, u għalhekk jitilfu s-sehem mis-suq.

3.   ID-DEĊIŻJONI LI JINBDEW PROĊEDIMENTI SKONT L-ARTIKOLU 108(2) TFUE

(30)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tibda l-investigazzjoni formali qabblet it-tariffi rregolati mħallsa minn kategoriji differenti ta' untenti finali bil-prezzijiet stmati li kien ikollhom iħallsu fis-suq ħieles fin-nuqqas ta' dawn it-tariffi. L-istimi tal-prezzijiet tas-suq ġew ikkalkulati fuq il-bażi tal-prezz tal-elettriku fis-suq tal-operaturi, il-ħlasijiet għall-aċċess għan-netwerk, u margni tal-kummerċjalizzazzjoni medja stmata EUR 10/MWh, kif sottomessa minn Céntrica.

Tabella 3

Tqabbil tal-prezzijiet skont il-kategorija tal-konsumaturi

Kategorija tal-Konsumaturi

Tariffa rregolata

(EUR/MWh)

Prezz tas-suq stmat (prezz tal-operaturi biss, flimkien mat-tariffa tal-aċċess)

(EUR/MWh)

prezz tas-suq stmat (+ EUR 10 margni tal-kummerċjalizzazzjoni)

1.

Konsumaturi industrijali kbar imqabbda man-netwerk b'vultaġġ għoli (tariffa G4)

23,9

61,17

71,17

2.

Konsumaturi industrijali kbar b'provvista b'interruzzjoni

27,0

73,87-76,47

83,87-86,47

3.

Konsumaturi mqabbda man-netwerk b'vultaġġ għoli

76,2

81,57

91,57

4.

Unitajiet domestiċi

101,2

107,75

117,75

5.

Konsumaturi industrijali żgħar jew kumpaniji tas-servizz imqabbda man-netwerk b'vultaġġ baxx

103,9

101,07

111,07

Sors: Céntrica

(31)

Din it-tabella wriet vantaġġ konsiderevoli għall-ewwel żewġ kategoriji (utenti industrijali kbar). Għall-kategoriji l-oħra ta' utenti finali, it-tqabbil huwa anqas konklussiv iżda xorta waħda jista' jiġi osservat vantaġġ żgħir.

(32)

Id-deċiżjoni qieset li dan il-vantaġġ ingħata b'mod selettiv, ladarba l-prezzijiet irregolati artifiċjalment baxxi kienu jiffavorixxu l-impriżi li jużaw l-elettriku aktar milli pereżempju l-gass, bħala sors ta' enerġija. Barra minn hekk, ġiet osservata l-eżistenza ta' selettività de facto u de jure, minħabba li l-vantaġġ kien sproporzjonalment akbar għal utenti finali industrijali kbar, li f'ċerti każi bbenefikaw minn prezzijiet li jinkludu kollox li kienu anqas minn nofs tal-komponent tal-enerġija tal-prezzijiet stmati tas-suq ħieles.

(33)

Id-deċiżjoni ta' ftuħ uriet li, billi l-utenti finali jiġu inkoraġġuti biex jerġgħu jaqilbu għas-suq irregolat, is-sistema tista' wkoll tibbenefika lid-distributuri, li jidher li gawdew minn marġni ta' profitt garantita fl-attivitajiet irregolati tagħhom.

(34)

Id-deċiżjoni qieset ukoll li s-sistema involviet trasferiment ta' riżorsi ta' istat, minħabba li s-soprataxxa tal-prezzijiet użata biex jitħallas lura d-defiċit, hija taxxa parafiskali, li r-rikavat minnha jgħaddi mir-Regolatur Spanjol CNE (korp pubbliku) qabel ma jitqassam lill-benefiċjarji finali. Id-deċiżjoni kkonkludiet li, fid-dawl tal-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar din il-kwistjoni, dawn il-fondi għandhom jitqiesu bħala riżorsi statali.

(35)

Minħabba li l-utenti finali joperaw fi swieq li huma ġeneralment mifruħa għall-kompetizzjoni u l-kummerċ fl-UE, fid-deċiżjoni ta' ftuħ il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kriterji kollha stabbiliti fl-Artikolu 107(1) ġew issodisfati u li l-miżura kkostitwixxiet għajnuna tal-istat favur l-utenti finali.

(36)

Wara li nnutat li l-ebda mid-derogi pprovduti fl-Artikolu 107 TFUE ma kienet applikabbli, d-deċiżjoni ta' ftuħ vvalutat jekk id-dispożizzjoni tal-elettriku b'tariffi rregolati setgħet tiġi kkunsidrata servizz ta' interess ekonomiku ġenerali (SGEI) u għalhekk tibbenefika mid-deroga pprovduta fl-Artikolu 106(2) TFUE. Id-deċiżjoni ddikjarat li fis-settur tal-elettriku, il-marġni ta' diskrezzjoni tal-Istati Membri fl-istabbiliment tal-obbligi tas-servizz pubbliku huwa limitat mid-dispożizzjoni tad-Direttiva 2003/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2003 dwar regoli komuni għas-suq intern tal-elettriku u li tħassar id-Direttiva 96/92/KE (10) (“Id-Direttiva dwar l-Elettriku”). Din id-Direttiva tistabbilixxi obbligu għall-Istati Membri biex jistabbilixxu obbligu tas-servizz universali (inkluż notevolment id-dritt li jkunu pprovduti bi prezzijiet reġonevoli) għall-konsumaturi tal-unitajiet domestiċi u l-intrapriżi żgħar biss (11). Id-deċiżjoni kkonkludiet li, fid-dawl tad-Direttiva dwar l-Elettriku, id-dispożizzjoni tal-elettriku b'tariffi rregolati għal impriżi ta' daqs medju u kbar ma setgħetx tiġi kkunsidrata SFEI fis-sens strett tat-terminu.

(37)

Il-Kummissjoni għalhekk esprimiet dubji serji dwar jekk l-elementi tal-għajnuna fit-tariffi rregolati li ġew applikati lil impriżi oħra minbarra l-intrapriżi żgħar jistgħux jiġu meqjusa kompatibbli mas-suq intern.

(38)

Id-deċiżjoni ta' ftuħ sabet ukoll li huwa possibbli li d-distributuri tal-elettriku jirċievu għajnuna mill-istat. Din il-parti tal-każ hija s-suġġett ta' deċiżjoni separata (il-Każ C 3a/07).

4.   KUMMENTI MILL-PARTIJIET INTERESSATI

(39)

L-istedina tal-Kummissjoni biex tissottometti l-kummenti dwar id-deċiżjoni li tinfetah investigazzjoni fil-fond, ġibdet għadd kbir ta' sottomissjonijiet minn konsumaturi industrijali kbra, distributuri, fornituri indipendenti u Komunitajiet Awtonomi tal-Gvern ta' Spanja. Huma biss l-osservazzjonijiet rilevanti għall-allegata għajnuna mill-istat favur utenti finali tal-elettriku li se jiġu miġbura fil-qosor hawn.

KUMMENTI MINN FORNITURI INDIPENDENTI

(40)

Il-kummenti ntlaqgħu minn Céntrica u ACIE, l-Assoċjazzjoni ta' Fornituri tal-Enerġija Indipendenti. L-argumenti u l-konklużjonijiet huma simili ħafna.

Kummenti minn Céntrica u ACIE

(41)

L-iffukar ewlieni tas-sottomissjonijiet ta' Céntrica huwa l-allegat vantaġġ mogħti lid-distributuri tal-elettriku. Madankollu, l-figuri u l-argumenti mressqa mill-kumpanija jissuġġerixxu wkoll il-preżenza ta' għajnuna mill-istat għall-utenti finali tal-elettriku.

(42)

Skont Céntrica, il-koeżistenza bejn is-suq ħieles u dak irregolat, u b'mod partikolari l-possibilità għall-utenti finali li jaqilbu liberament bejn it-tnejn li huma, fissret li t-tariffi rregolati aġixxew bħala referenza ta' prezz, jew bħala limitu de facto, fuq il-prezzijiet tas-suq ħieles. Il-fornituri ma setgħux iżommu prezzijiet ogħla mit-tariffa rregolata, inkella kienu jonqsu milli jattiraw klijenti ġodda u jitilfu lil dawk eżistenti.

(43)

Normalment, f'suq ħieels, il-prezz imħallas mill-utenti finali tal-elettriku jikkonsisti minn żewġ komponenti: il-ħlas għall-aċċess għan-netwerk u “komponent ta' provvista”, li jirriżulta minn mekkaniżmi tas-suq u jmur għand il-fornitur fil-livell tal-konsumatur. Fil-provvista fil-livell tal-konsumatur, il-profittabilità tiddependi fuq jekk il-“komponent ta' provvista” imħallas mill-klijenti jkoprix il-kosti tal-fornitur (jiġifieri l-kosti tal-akkwist tal-enerġija fis-suq tal-operaturi jew l-ispejjeż tal-awtoproduzzjoni fil-każ ta' impriża integrata vertikalment) u “marġni ta' kummerċjalizzazzjoni”, li jinkludi kosti ta' provvista oħra (kosti ta' kummerċjalizzazzjoni, sistemi tal-IT, il-fatturazzjoni eċċ.) u l-ħlas fuq il-kapital investit. Għalhekk, fornitur tas-suq ħieles jista' jopera bi profitt f'qasam partikolari tas-suq biss jekk ikun hemm “marġni ta' kummerċjalizzazzjoni pożittiv” fi kliem ieħor differenza bejn il-kosti ġenerali mġarrba mil-fornitur fil-qadi tal-klijenti u t-tariffa rregolata.

(44)

Céntrica ssostanzjat l-eżistenza ta' żvantaġġ kompetittiv għal fornituri tas-suq ħieles permezz ta' kalkoli li juru li ma kienx hemm marġni ta' kummerċjalizzazzjoni fl-2005 għal kull kategorija ta' konsumatur (12) (jew kwalunkwe marġni li kienu jeżistu fil-bidu tas-sena ttieklu matul is-sena). Dan kien ifisser li t-tariffi rregolati kienu stabbiliti fil-baxx wisq għal fornituri indipendenti biex jikkompetu bi profitt. Skont Céntrica, ma kienx possibbli li tikkompeti għal ċerti kategoriji ta' utenti finali (l-aktar utenti li jużaw ħafna enerġija fuq it-tariffa G4 u utenti industrijali kbar oħra) anki qabel il-preżenza ta' defiċit tariffarju, minħabba li t-tariffi integrali qatt ma ħallew marġni għall-kompetizzjoni. L-iżvantaġġ kompetittiv allegat minn Céntrica seħħ fil-kategorija tal-utenti li tinkludi impriżi tas-servizzi u industriji żgħar imqabbda man-netwerk b'vultaġġ baxx, u fis-settur tal-unitajiet domestiċi.

(45)

Il-figuri pprovduti minn Céntrica, l-aktar it-tqabbil bejn it-tariffi rregolati u l-prezzijiet tas-suq stmati, se jaqgħu skont id-deċiżjoni ta' ftuħ tal-Kummissjoni (ara l-premessa 30 u Tabella 3).

(46)

Fl-opinjoni ta' Céntrica, is-sistema kisret id-Direttiva dwar l-Elettriku, mhux biss minħabba n-natura diskriminatorja tal-arranġamenti tad-defiċit (li kkumpensaw għat-telf tad-distributuri iżda mhux tal-fornituri) iżda wkoll minħabba li l-konsumaturi kienu miċħuda mid-dritt għal prezzijiet u tariffi trasparenti (13). Minħabba li parti mill-prezz tal-elettriku pagabbli għall-2005 ġie diferit għal snin futuri, il-prezzijiet finali imposti ma kenux trasparenti għall-konsumaturi.

(47)

Apparti dan, Céntrica stqarret li l-mekkaniżmu ta' ħlas lura tad-defiċit ma kienx ibbilanċjat għal żewġ raġunijiet ewlenin: l-ewwel, id-defiċit jiġi mħallas l-aktar minn utenti finali b'vultaġġ baxx, anki jekk l-utenti li kkontribwixxew l-aktar għall-ħolqien tiegħu kienu l-utenti finali kbar b'vultaġġ għoli. It-tieni, l-utenti finali fis-suq ħieles kienu meħtieġa jħallsu għal defiċit li ma kkkontribwixxewx għalih.

(48)

Céntrica appoġġat il-ħarsa preliminari tal-Kummissjoni li l-arranġamenti ta' defiċit ta' Spanja involvew trasferiment ta' riżorsi tal-istat. Céntrica stqarret ukoll li r-riżorsi tal-istat kienu involuti fid-deċiżjoni tal-Gvern Spanjol biex il-ġeneraturi jiġu permessi jittitolizzaw id-drittijiet ta' ġbir tagħhom.

(49)

ACIE, l-Assojazzjoni ta' Fornituri tal-Enerġija Indipendenti, tistima li l-kost tal-akkwist tal-enerġija meħud bħala l-bażi għat-tariffi rregolati fl-2005 kien 68 % taħt il-kost attwali sostnut mill-fornituri fix-xiri tal-enerġija fis-suq tal-operaturi. ACIE tissottolinja r-riperkussjonijiet kbar li d-defiċit tariffarju tal-2005 kellu fuq il-fornituri indipendenti. Skont ACIE, il-fornituri fis-suq ħieles kienu soġġetti għal kosti ta' akkwist simili għal dawk tad-distributuri. Barra minn hekk, huma kienu obbligati de facto biex jaġġustaw mal-livell ta' tariffa integrali stabbilit mill-gvern għal kull kategorija ta' klijenti, minħabba li inkella ma kenux ikunu kapaċi jattiraw klijenti ġodda jew iżommu lil dawk eżistenti. B'mod partikolari, ACIE tindika li, fil-bidu tal-2005 il-membri tagħha kkonkludew kuntratti bbażati fuq it-tbassir tal-gvern tal-prezzijiet tal-operaturi, u li aktar tard, huma kellhom jirrispettaw dawn il-kuntratti anki jekk irriżulta li ma kenux ta' profitt. Bħala riżultat, il-fornituri indipendenti esperjenzaw telf. Céntrica tistima li fl-2005 ġarrbet telf ta' EUR 10 miljun. Skont ACIE, diversi fornituri, inklużi Saltea Comercial, Electranorte, CYD Energia, CYD Energia u RWE, ġew sfurzati li joħorġu mis-suq.

KUMMENTI MINN UTENTI LI JUŻAW ĦAFNA ENERĠIJA

(50)

Utenti li jużaw ħafna enerġija ħadu sehem fil-proċedura permezz tal-assoċjazzjoni tagħhom AEGE (Asociación de Empresas con Gran Consumo de Energia). Xi wħud minnhom (Asturiana de Zinc, Ferroatlántica and Alcoa) ħadu sehem ukoll b'mod individwali. Alcoa hija produttur tal-aluminju li topera tliet faċilitajiet ta' produzzjoni fi Spanja, li jinsabu f'San Ciprián, La Coruña u Avilés, li bbenefikat mit-tariffa integrali G4 (it-tariffa interrompibbli riservata għal utenti li jużaw ħafna enerġija) fl-2005. Ferroatlántica hija produttur tal-aluminju u ligi tal-ħadid li bbenefikat mit-tariffa interrompibbli 3.4. Asturiana de Zinc hija produttur taz-Zingu li bbenefikat mit-tariffa G4 għall-impjant tagħha f'San Juan de Nieva.

(51)

Fl-osservazzjonijiet tagħhom, l-utenti li jużaw ħafna enerġija jisfidaw il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni li t-tariffi industrijali (it-tariffa G4 u tariffi oħra interrompibbli) huma għajnuna mill-istat, u argumentaw li t-tariffi ma tawx vantaġġ ekonomiku, ma nvolvewx riżorsi tal-istat u ma affettwawx il-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri.

L-ebda vantaġġ ekonomiku

(52)

Fl-opinjoni tal-utenti li jużaw ħafna enerġija, il-punti ta' riferiment użati fid-deċiżjoni ta' ftuħ biex tistabbilixxi l-preżenza ta' vantaġġ kienu skorretti. Il-Kummissjoni kkumparat it-tariffi industrijali mal-prezz tas-suq tal-operaturi medju (il-prezz bl-ingrossa), li kien ikkunsidrat rappreżentattiv tal-kost li dawn il-kumpaniji kieku ħallsu fis-suq f'kundizzjonijiet normali. Minn mindu t-tariffi industrijali nstabu li kienu aktar baxxi mill-prezz bl-ingrossa, id-deċiżjoni ta' ftuħ ikkonkludiet li t-tariffi taw vantaġġ ekonomiku fuq il-benefiċjarji tagħhom.

(53)

Utenti li jużaw ħafna enerġija jistqarru li l-pool huwa suq spot li fih l-elettriku huwa nnegozjat kull siegħa għall-ġurnata ta' wara. Skont l-utenti li jużaw ħafna enerġija, il-pool għandu xi nuqqasijiet li jaffettwaw l-effiċjenza u l-kompetittività tiegħu. Minħabba hekk, il-prezzijiet tal-pool ma jirriflettux b'mod preċiż il-kost tal-ġenerazzjoni marġinali u għalhekk ma jirriflettux sitwazzjoni ta' kompetizzjoni perfetta. Utenti finali kbar, li jikkunsmaw ammonti kbar ta' elettriku u għandhom profili b'konsum ċatt, ma jixtrux mill-pool, iżda tipikament jidħlu f'kuntratti bilaterali mal-fornituri tal-elettriku. Dan huwa kkonfermat mir-rapport tal-2005 tal-OMEL, li juri li kienu biss seba' mill-utenti eliġibbli, li jirrappreżentaw 5 % tal-elettriku negozjat, akkwistaw l-elettriku direttament fil-pool.

(54)

F' kull każ, anki jekk wieħed jassumi li l-prezzijiet irreġistrati fil-pool jistgħu jitqiesu bħala punt ta' riferiment validu, ma jkunx korrett li jintuża l-prezz tal-operaturi medju fl-2005, kif għamlet il-Kummissjoni, minħabba li dan il-prezz medju jirrifletti d-domanda għall-elettriku ta' fornituri li taw portafoll ta' utenti finali varju, inklużi unitajiet domestiċi u impriżi żgħar. Skont AEGE Ferroatlántica u Asturiana de Zinc, punt ta' riferiment xieraq ikun il-prezz minimu rreġistrat fil-pool fl-2005, jiġifieri EUR 18,6/MWh, minħabba li l-prezz jirrifletti l-aktar kundizzjonijiet tas-suq kompetittivi fil-pool (fejn il-ġeneraturi joffru l-elettriku bi prezz ekwivalenti għall-kosti marġinali tagħhom). Konsumaturi industrijali kbar mhumiex f'sitwazzjoni kumparabbli ma' utenti finali oħra, l-aktar l-unitajiet domestiċi. Għalhekk, il-prezz tal-pool medju ma jkunx il-punt ta' riferiment xieraq. Skont Alcoa, il-Kummissjoni minflok għandha tqabbel it-tariffi kkontestati ma' prezzijiet ikkummissjonati bilateralment minn utenti finali kbar.

(55)

Alcoa pprovdiet eżempju wieħed ta' prezz tas-suq bilaterali u indikat li t-tliet impjanti ewlenin tal-aluminju tagħha dejjem ibbenefikaw mit-tariffa G4. Madankollu, Alcoa hija sid ukoll ta' impjant tal-alumina (Alúmina Española) li għalih daħlet f'kuntratt bilaterali ma' fornitur fl-aħħar tal-2004. Il-kuntratt kien għal sentejn, li jiġi estiż għal sena oħra. It-tliet impjanti tal-aluminju għandhom l-istess profil ta' konsum ċatt bħall-impjanti tal-alumina. madankollu, dawn tal-aħħar jikkunsmaw volumi ta' elettriku aktar baxxi mhux ħażin (0,35 TWh imqabbla ma' 1,3 TWh fl-impjanti ta' Avilés u La Coruña, u 3,4 TWh għall-impjant ta' San Ciprián). Il-prezz medju miftiehem fuq il-bażi ta' dan il-kuntratt kien ta' EUR 34,45/MWh (inkluż il-kost tal-moratorju nikleari, il-kosti tal-aċċess għan-netwerk u kosti oħra anċillari). Dan il-prezz inkiseb fuq il-bażi ta' offerta kompetittiva, u l-offerti tal-fornituri kienu EUR 5 'l bogħod minn xulxin.

(56)

Skont Alcoa, id-differenza bejn dan il-prezz bilaterali (EUR 34,45/MWh) u t-tariffa G4 (EUR 23,9/MWh) tista' tiġi spjegata b'fatturi oġġettivi. B'mod partikolari, l-utenti tat-tariffa G4 huma suġġetti għal restrizzjonijiet regolatorji li ma japplikawx għal kuntratti bilaterali, bħall-obbligu li jużaw l-enerġija kollha kkummisjonata skont it-tariffa G4 (soġġett għal pieni), il-ħtieġa għal tagħmir tal-kontroll tal-vultaġġ, u l-ħtieġa ta' ħlas fi żmien 20 ġurnata (filwaqt li l-kuntratti bilaterali għandhom termini ta' pagament aħjar).

(57)

Alcoa għalhekk tikkonkludi li prezz tas-suq ipotetiku applikabbli għalt-tliet impjanti tal-aluminju tagħha, ikun ferm aktar baxx minn EUR 34,45/MWh minħabba l-livell ta' konsum ogħla ta' dawn l-impjanti. Barra minn hekk, jekk ġie kkunsidrat marġni ta' kkummerċjalizar medju ta' EUR 10/MWh, il-kost nett tal-provvista tal-impjant tal-alumina jkun EUR 24,25/MWh, li huwa qrib ħafna tat-tariffa integrali G4.

(58)

Ferroatlántica, ġibdet l-attenzjoni li d-deċiżjoni ta' ftuħ tat rappreżentanza ħażina tat-tariffa rregolata 3,4 użata fl-2005 li inkludiet skontijiet b'mod ħażin fit-tariffa bażika u qabblitha ma' imposta ta' aċċess 10 darbiet ogħla minn dik applikabbli (u dik ta' konsumaturi kbar ħafna). Ferroatlántica, tat evidenza wkoll li, filwaqt li l-prezz tas-suq medju kull xahar fl-2004 għal kuntratti forward għall-provvista tal-elettriku fl-2005 kien EUR 31,68/MWh, dan il-prezz kien EUR 31,05/MWh f'Diċembru 2004. Konsegwentement, impriża kieku kienet tikseb il-provvista bażika tal-elettriku tagħha fl-2005 b'dak il-prezz fiż-żmien meta ġew stabbiliti t-tariffi rregolati. Wara li jżid “servizzi addizzjonali” (EUR 3,92/MWh) u t-tariffa ta' aċċess rilevanti (EUR 1,70/MWh), utent industrijali kieku jikseb prezz tas-suq ta' EUR 36,67/MWh, li huwa taħt l-ammont ta' EUR 56,11/MWh tat-tariffa 3,4 applikabbli għal utenti li jużaw ħafna enerġija.

(59)

Skontijiet oħra fuq dik it-tariffa ħallsu l-kapaċità li jiġu pprovduti servizzi tal-ġestjoni tad-domanda u l-aċċettazzjoni ta' dawn is-servizzi mill-benefiċċju tas-sistema. F'dan ir-rigward, Ferroatlántica tgħid ukoll li l-iskont fuq it-tariffa jirrifletti diversi servizzi pprovduti, l-aktar, diskriminazzjoni fis-sigħat (bil-konsum ta' bil-lejl u ta' tmiem il-ġimgħa), l-interruttibilità (l-aċċettazzjoni tal-provvista fuq talba tal-operatur tan-netwerk), l-istaġonalità (b'konċentrazzjoni ta' provvista f'xhur ta' domanda baxxa) u l-ġestjoni ta' enerġija reattiva. Huma biss dawn l-iskonti, li kienu varjabbli u stabbiliti mir-regolament mill-1995, u mhux il-livell tat-tariffa rregolata, li jispjegaw u, fl-opinjoni ta' Ferroatlántica, jiġġustifikaw il-prezz tal-elettriku medju aktar baxx imħallas fl-2005.

(60)

L-utenti li jużaw ħafna enerġija ma jaqblux mad-dikjarazzjoni fid-deċiżjoni ta' ftuħ li l-vantaġġ ma kienx proporzjonat mal-volumi kkunsmati, u kien hemm tendenza għal żieda għal konsumaturi kbar. Fuq dan il-punt, l-utenti li jużaw ħafna enerġija jistqarru li, pereżempju, CNE nnifisha kkonfermat li l-livell tat-tariffa G4 kellu jkun saħansitra aktar baxx. L-utenti li jużaw ħafna enerġija jinnutaw li l-konsumaturi l-kbar skont it-tariffa G4 jew 3,4 ikkunsmaw diversi eluf ta' drabi aktar ta' elettriku mill-konsumaturi b'vultaġġ għoli medji, filwaqt li ħallsu tliet darbiet anqas minnhom.

(61)

Barra minn hekk, ikun normali għall-konsumaturi l-kbar li jiksbu skont għal kull unità aktar baxx fuq il-prezz. Fuq din il-bażi, l-utenti li jużaw ħafna enerġija jistqarru li l-konklużjoni li t-tariffi industrijali involvew vantaġġ hija dibattibbli. Huma jirrimarkaw li f'kull każ, huwa f'idejn il-Kummissjoni biex tipprovdi evidenza konklużiva li dan il-vantaġġ jeżisti.

(62)

Alcoa wriet ukoll li l-prezz imħallas minn Alcoa fi Spanja kien kważi l-istess bħall-prezz medju peżat imħallas mill-impjanti tal-aluminju fl-UE, u kien saħansitra ogħla mill-prezz medju peżat imħallas fiż-ŻEE.

L-ebda riżorsi tal-Istat

(63)

L-utenti li jużaw ħafna enerġija jissottomettu li kienu huma li ħallsu tariffi industrijali direttament lid-distributuri, mingħajr il-fondi minn skont il-kontroll tal-Istat, u għalhekk f'konformita mal-każistika PreussenElektra, arranġament bħal dan ma involviex riżorsi tal-istat.

(64)

L-utenti li jużaw ħafna enerġija jargumentaw li kien hemm żmien li għadda bejn l-istabbiliment tat-tariffi, li sar fl-aħħar tal-2004 u l-adozzjoni tal-mekkaniżmu biex jiġi rkuprat id-dejn mill-konsumaturi, li ma seħħx sa Ġunju 2006. Fid-deċiżjoni ta' ftuħ, il-Kummissjoni argumentat li r-riżorsi tal-istat kienu involuti minħabba l-introduzzjoni tas-soprataxxa fil-kontijiet tal-utenti, li ġiet kwalifikata bħala imposta parafiskali. L-utenti li jużaw ħafna enerġija jissottomettu li, jekk din l-ipoteżi tkun aċċettata, miżura li ma kenitx għajnuna fl-2005 ssir għajnuna (ex post) fl-2006. Dan ikun kuntrarju għal prinċipji fundamentali tal-liġi tal-UE bħaċ-ċertazza legali u l-aspettattiva leġittima. L-utenti li jużaw ħafna enerġija jirrimarkaw li l-klassifikazzjoni ta' miżura bħala għajnuna tiddependi biss fuq iċ-ċirkostanzi li jeżistu fiż-żmien tal-adozzjoni tagħha, u ma tistax tiddependi fuq ġrajjiet fil-futur, l-aktar meta ma jkunux raġonevolment prevedibbli. Huma jikkwotaw lill-Avukat Ġenerali Jacobs fil-Kawża Van Calster  (14): “is-sitwazzjoni għandha tiġi vvalutata fid-data tal-introduzzjoni inizjali tal-akkużi, u ma tistax tinbidel b'mod retroattiv”.

(65)

L-utenti li jużaw ħafna enerġija jissottomettu li t-tariffi rregolati tal-2005 ma kenux għajnuna mill-istat fl-2005. Dawn il-kumpaniji jirrimarkaw li, f'dawn iċ-ċirkostanzi, l-analiżi tal-mekkaniżmu ta' finanzjament hija rrelevanti, minħabba li dan tal-aħħar ġie introdott fl-2006. Din il-valutazzjoni tal-mod ta' finanzjament tkun rilevanti biss jekk il-miżura tkun għajnuna mill-istat mill-bidu. Minħabba li t-tariffi ma inkludewx l-għajnuna, l-utenti li jużaw ħafna enerġija huma tal-opinjoni li l-Kummissjoni ma tistax tiddependi fuq is-soprataxxa biex tasal għall-konklużjoni opposta.

(66)

L-utenti li jużaw ħafna enerġija jissottomettu li, fil-każ ta' taxxi parafiskali, il-mod ta' finanzjament ta' miżura huwa f'kull każ rilevanti biss għall-valutazzjoni tal-għajnuna mill-istat fejn it-taxxa tkun “ipotetika għall-għajnuna” jiġifieri fejn ikun hemm rabta diretta u immedjata bejn il-miżura u l-finanzjament tagħha (15). L-utenti li jużaw ħafna enerġija jiċħdu l-eżistenza ta' rabta bħal din, minħabba li s-soprataxxa ġiet imfassla biex tkopri defiċit li rriżulta matul ir-riżoluzzjoni ta' attivitajiet irregolati, li kkonċernaw mhux biss id-dispożizzjonijiet tal-elettriku b'tariffi rregolati, iżda wkoll kosti oħra tas-sistema. Is-soprataxxa għalhekk ma ġietx speċifikament allokata biex tkopri t-telf li ġej mill-provvista b'tariffi rregolati. It-tieni nett, ma kien hemm ebda rabta diretta jew indiretta bejn il-livell tat-tariffi u s-soprataxxa applikata, minħabba li t-tariffa stabbilita fl-2004 kienet inkondizzjonata (mhux soġġetta għal aktar aġġustamenti fi snin aktar tard).

(67)

L-utenti li jużaw ħafna enerġija jissottomettu wkoll li s-soprataxxa ma kenitx imposta jew levy parafiskali, minħabba li ma kenitx ta' natura fiskali skont il-liġi Spanjola. Il-miżuri fiskali jintużaw biex jiffinanzjaw in-nefqa pubblika, filwaqt li f'dan il-każ l-għan tas-soprataxxa kien li jiġi rkuprat id-defiċit li kien imġarrab minn operaturi privati (distributuri) li wettqu attivitajiet irrregolati fis-sistema tal-elettriku. Skont il-Kostituzzjoni Spanjola, miżura fiskali ġdida tista' biss tiġi introdotta b'liġi (mhux b'Digriet Irjali). Barra minn hekk, l-Istat qatt ma jkun fil-pussess jew ikollu d-diskrezzjoni li jiddisponi mir-rikavat tas-soprataxxa; dawn il-fondi huma ttrasferiti f'kont ta' depożitu ġestit minn CNE u ma jistgħux jiġu approprjati mill-Istat. Il-proċess ta' riżoluzzjoni huwa għal kollox awtomatiku, u CNE ma għandha l-ebda marġni ta' diskrezzjoni, awtonomija jew kontroll fuq id-destinazzjoni jew l-ammont tal-fondi li għandhom jiġu riżolti għad-diversi atturi.

(68)

Skont l-utenti li jużaw ħafna enerġija, dan ġie rikonoxxut mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tagħha dwar il-Kosti mhux Irkuprabbli Spanjoli (16), li kienet tgħid li “t-trasferiment tal-ammonti permezz ta' CNE huwa essenzjali għall-iskopijiet ta' kontabilità” u ma tikkonkludix li l-miżura kienet tinvolvi riżorsi tal-istat.

(69)

Utenti li jużaw ħafna enerġija jissottomettu li din is-sitwazzjoni hija identika għax-xenarju tal-“kosti mhux rekuperabbli”, minħabba li fiż-żewġ każi l-gvern introduċa soprataxxa bil-għan li jikkumpensa kost permanenti tas-sistema. Dan ġie kkonfermat ukoll f'każ li jinvolvi r-Renju Unit (17).

L-ebda impatt fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ

(70)

Asturiana de Zinc u Alcoa jargumentaw li, minħabba karatteristiċi speċifiċi tas-swieq tal-aluminju u taż-żingu, miżura li tikkonċerna l-prezz tal-elettriku użat fil-produzzjoni ta' dawn il-metalli ma jistax ikollha impatt fuq il-kummerċ tal-UE, minħabba li l-metalli huma komoditajiet u l-prezzijiet tagħhom jiġu stabbiliti fuq livell dinji fil-Borża tal-Metalli ta' Londra (London Metal Exchange). F'dawn iċ-ċirkostanzi, il-varjazzjonijiet fil-kosti ta' produzzjoni lokali ma jissarrfux f'differenzi fil-prezzijiet dinjija.

(71)

Iż-żewġ kumpaniji jissottomettu li hemm defiċit ta' produzzjoni dejjem jikber fl-UE għall-aluminju u ż-żingu, filwaqt li d-domanda qed tintlaħaq aktar mill-esportazzjonijiet minn stati mhux tal-UE.

(72)

Jekk l-industriji tal-aluminju u ż-żingu jisparixxu minn Spanja, l-ebda parteċipant ġdid tal-UE ma jissostitwixxihom, minħabba li l-impjanti tal-UE (tal-aluminju) diġà qed jaħdmu bil-kapaċità massima tagħhom, u l-ebda parteċipant ġdid jew produttur eżistenti ma jkollu inċentiva biex iżid il-kapaċità, minħabba li prospetti fit-tul huma inċerti fir-rigward tad-disponibilità ta' enerġija affordabbli fil-futur. Id-defiċit għalhekk ikun kopert biss mill-importazzjonijiet.

(73)

Barra minn hekk, Alcoa tgħid li l-interessi ta' produtturi oħra Ewropej mhumiex mhedda mit-tariffi, minħabba li joffru l-elettriku bi prezz li huwa identiku għall-prezz medju mħallas minn produtturi oħra tal-aluminju fl-UE 25.

Anki li kieku t-tariffi industrijali interompibbli kienu għajnuna, din tkun “għajnuna eżistenti”

(74)

L-utenti li jużaw ħafna enerġija jgħidu li t-tariffi kkontestati kienu jeżistu qabel l-adeżjoni ta' Spanja mal-UE.

(75)

Anki jekk id-denominazzjoni “tariffa 4G” ġiet introdotta formalment mill-Ordni Ministerjali tas-6 ta' Marzu 1986, hija kienet teżisti de facto diġà qabel l-1 ta' Jannar 1986, id-data tal-adeżjoni ta' Spanja fl-UE, minħabba li taqbel mat-“tariffa industrijali għal użu twil I” preċedenti stabbilita bl-Ordni Ministerjali tal-14 ta' Ottubru 1983, jiġifieri qabel l-adeżjoni ta' Spanja. L-utenti finali kollha tal-elettriku li bbenefikaw mit-tariffa industrijali I inqalbu b'mod awtomatiku għat-tariffa 4G, lil kienet de facto l-istess tariffa taħt isem ġdid.

(76)

It-tariffi interrompibbli oħra huma pprovduti wkoll b'mod espliċitu fl-Ordni Ministerjali tal-1983.

(77)

Barra minn hekk, skont l-utenti li jużaw ħafna enerġija, il-miżura tikkostitwixxi għajnuna eżistenti fuq il-bażi tal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea (18), minħabba l-iskadenza tal-perjodu ta' limitazzjoni ta' 10 snin.

L-irkupru jkun prekluż minn aspettattivi leġittimi

(78)

L-utenti li jużaw ħafna enerġija jissottomettu li anki jekk wieħed jassumi li t-tariffi ma jitqisux li jikkostitwixxu għajnuna eżistenti, l-irkupru jkun prekluż mill-prinċipju tal-aspettattiva leġittima. Matul l-2005, it-tariffi kienu pagament dirett bejn l-operaturi privati. L-utenti ma setgħux jipprevedu li t-tariffi stabbiliti f'Diċembru 2004 kienu se jsiru għajnuna permezz ta' miżura tal-gvern adottata f'Ġunju 2006. L-ebda operatur ekonomiku, għalkemm prudenti, ma seta' jistenna din il-bidla fis-sitwazzjoni legali tiegħu. Għalhekk, l-utenti kellhom aspettattiva leġittima li t-tariffi tagħhom ma kenux jinvolvu l-għajnuna mill-istat.

KUMMENTI MINN GVERNIJIET REĠJONALI TAL-GALICIA U L-ASTURIAS

(79)

Fir-rigward tal-għajnuna possibbli għal utenti li jużaw ħafna enerġija, il-Gvern Reġjonali tal-Galicia jissottometti li l-Kummissjoni kienet żbaljata meta użat il-prezz tal-pool bħala sostitut għall-prezz tas-suq, minħabba li l-unteti li jużaw ħafna enerġija normalment jidħlu f'kuntratti fuq terminu twil fuq termini aħjar b'mod konsiderevoli.

(80)

Minħabba li l-liberalizzazzjoni tas-suq Spanjol għadha ma twettqitx, u minħabba b'mod partikolari l-assenza ta' kuntratti bilaterali bejn il-produtturi u l-konsumaturi l-kbar, il-Gvern Reġjonali tal-Galicia jikkunsidra li jkun jagħmel sens li jintużaw bħala punt ta' riferiment il-kosti attwali mħallsa mill-produtturi biex jfornu lil dawn il-klijenti. Alternattiva minnhom tkun li jinkiseb press ta' riferiment ibbażat fuq id-dokumentazzjoni teknika (Wilson, 1993 (19) u Castro-Rodriguez (20), 1999), billi jitqiesu jew il-kost tal-aktar teknoloġija effiċjenti li tilħaq il-bżonnijiet speċifiċi tal-utenti li jużaw ħafna enerġija jew il-kost medju tal-elettriku matul sigħat differenti tal-ġurnata. Id-differenza bejn prezz ta' riferiment miksub u t-tariffa rregolata mħallsa fl-2005, għalhekk tkun ħafna anqas. Il-Gvern Reġjonali tal-Galicia jistqarr ukoll li, f'kull każ, l-utenti Spanjoli kollha, inklużi l-utenti li jużaw ħafna enerġija, tul iż-żmien, jħallsu lura d-defiċit maħluq mit-tariffi aktar baxxi applikat fl-2005.

(81)

Barra minn hekk, skont il-Gvern Reġjonali tal-Galicia, is-sistema tariffarja kif kienet fl-2005 ma kenitx legalment selettiva, minħabba li l-Istat ma kienx beħsiebu jagħti vantaġġ lill-utenti finali iżda biss żbalja fit-tbassir tiegħu tax-xejriet u l-prezzijiet tas-suq meta stabbilixxa t-tariffi fl-2004. Il-Gvern Reġjonali tal-Galicia ma jaqbilx mal-konklużjoni li s-sistema kellha impatt fuq il-kummerċ fl-UE.

(82)

Il-kummenti mill-Gvern Reġjonali tal-Asturias huma simili għal dawk imressqa mill-Gvern Spanjol, li jirreferu għalihom.

OSSERVAZZJONIJIET MINN SPANJA

(83)

Spanja ssostni li s-sistema tat-tariffi rregolati fl-2005 ma kenitx tinkludi għajnuna, la għall-utenti finali u lanqas għad-distributuri.

L-ebda konnessjoni każwali bejn l-azzjoni tal-istat u d-defiċit u d-defiċit ma jistax jiġi attribwit lill-Istat.

(84)

Spanja tgħid li d-defiċit mhux attribwibbli lill-Istat minħabba li ġie kkawżat minn ċirkostanzi esterni mhux prevvedibbli u mhux mill-intenzjoni deliberata tal-Istat li jissusidja ċerti attivitajiet.

(85)

Spanja tgħid ukoll li t-tariffi rregolati stabbiliti mill-Istat ma kenux preklużi mil-liġi tal-UE fl-2005. Għalhekk, l-intervent regolatorju tal-istat kien validu legalment, minħabba li kien l-espressjoni tas-sovranità nazzjonali. Waħda minn dawn il-prerogattivi sovrani tikkonsisti fl-istabbiliment tat-tariffi biex il-kosti mistennija jaqblu mad-domanda mistennija.

(86)

Spanja tissottometti li d-defiċit tal-2005 kien ikkawżat minn diskrepanza bejn it-tbassir tal-gvern tal-prezzijiet tal-operaturi tal-eleettriku u l-prezzijiet attwali rregistrati fil-pool. Il-prezzijiet għoljin ħafna tal-2005 tmexxew minn kawżi mhux prevvedibbli li jammontaw għal force majeure.

(87)

Minħabba li ċ-ċirkostanza li ġġenerat l-allegata għajnuna kienet żieda akbar minn dik imbassra fil-prezzijiet tal-operaturi, il-vantaġġ allegat ma setax jiġi attribwit lil kwalunkwe att legali. Anki jekk wieħed jassumi li dan il-vantaġġ kien jeżisti (li mhux il-każ), dan ikun ġie kkawżat minn ċirkostanzi mhux relatati mal-intenzjoni tal-Istat. L-eżistenza ta' force majeure, skont Spanja, tkisser ir-rabtiet każwali bejn id-deċiżjoni amministrattiva li tistabbilixxi l-livell tat-tariffi u l-vantaġġ kompetittiv li jagħti lok għal għajnuna mill-istat. Anki jekk wieħed jassumi (li mhux il-każ) li l-kundizzjoni oġġettiva tar-rabta każwali ntlaħqet, il-kundizzjoni suġġettiva ta' intenzjonalità (l-imputabbiltà) min-naħa tal-Istat tkun nieqsa.

L-ebda riżorsi tal-Istat

(88)

Spanja tissottometti li t-tariffi ma involvewx fondi pubbliċi. L-ewwel nett, Spanja tisħaq f'dan ir-rigward li s-soprataxxa mhix “imposta” fi ħdan it-tifsira tal-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja fuq imposti parafiskali, minħabba li ma tinġabarx mill-Istat u ma tikkorrispondix għal lieva fiskali. Skont Spanja, s-soprataxxa hija parti integrali mit-tariffa u hija fin-natura tagħha simili għal tariffa. It-tariffa hija għalhekk prezz privat.

(89)

It-tieni nett, il-fondi ma jinġabrux mill-Istat u ma jitħallsux ġo fond deżinjat mill-Istat. It-tariffi jinġabru mid-distributuri, mhux mill-Istat, u għalhekk dawn huma prezzijiet privati li jiżguraw ir-remunerazzjoni ekwa tal-parteċipanti (kif stabbilit fil-LSE). Dawn mhumiex la taxxi u lanqas prezzijiet pubbliċi. L-Istat ma jirremunera xejn, minħabba li hija s-sistema li tat remunerazzjoni minħabba forzi tas-suq għal attivitajiet mhux regolati u minħabba l-aċċess għat-tariffi stabbilit mill-Istat rigward attivitajiet irregolati. Minħabba li f'sistema bħal din ma hemm ebda piż għall-Istat, l-ebda riżorsi tal-istat ma jkunu involuti, skont il-każistika Sloman Neptune  (21). Barra minn hekk, dawn il-fondi qatt ma jgħaddu fil-kaxxa tal-istat, ma jissemmewx f'liġijiet baġitaji, mhumiex soġġetti għal verifika mill-Qorti tal-Awdituri, u ma jistgħux jiġu rkuprati mid-debituri permezz ta' proċeduri ta' rkupru amministrattivi. Id-djun fil-konfront tas-sistema tal-elettriku mhumiex suġġetti għar-rata ta' interessi applikabbli għad-djun dovuti lill-Istat.

(90)

Spanja ttenni li dawn il-fondi jieħu ħsiebhom ir-Regolatur Spanjol, CNE, li taġixxi bħala sempliċi intermedjarju tal-kontabilità. Spanja tirrimarka li fid-deċiżjoni tagħha tal-2001, dwar il-kosti mhux rekuperabbli Spanjoli, (SA NN 49/99), il-Kummissjoni kienet diġà stabbilixxiet li “t-trasferiment tal-fondi permezz ta' CNE huwa ta' natura ta' kontabilità essenzjali. Il-fondi ttrasferiti fil-kont fuq l-isem ta' CNE qatt ma saru proprjetà ta' dan il-korp, u ġew imħallsa immedjatament lill-benefiċjarji skont ammont predeterminat li CNE mhix kapaċi tbiddel bl-ebda mod.” Fuq il-bażi ta' din il-kunsiderazzjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet li “ma kenitx f'pożizzjoni li tiddetermina jekk ir-rikavat tal-imposta stabbilit fil-qafas tal-iskema tal-Kosti mhux Rekuperabbli jikkostitwixxi riżorsi tal-istat”.

L-ebda vantaġġ

(91)

Spanja mhix tal-istess opinjoni tall-Kummissjoni li t-tariffi rregolati jagħtu vantaġġ ekonomiku lill-utenti finali (jew distributuri).

(92)

Rigward l-utenti finali, wara li tennet li d-defiċit huwa r-riżultat ta' force majeure, Spanja tgħid li d-defiċit ma bbenefikax konsumaturi kbar, minħabba li għadda għat-tariffi għas-snin ta' wara b'interess. Għalhekk, il-vantaġġ ekonomiku allegat li jinħoloq minn prezz tal-elettriku aktar baxx huwa biss apparenti, minħabba li d-differenza fir-rigward tal-prezzijiet tas-suq ħieles hija mħallsa lura b'interess mill-konsumaturi.

Il-provvista b'tariffi rregolati huwa servizz ta' interess ekonomiku ġenerali

(93)

Spanja tissottometti li fl-2005, l-eżistenza ta' tariffi rregolati ma kenitx tmur kontra l-liġi tal-UE, minħabba li l-iskadenza biex jinfetaħ is-suq għall-konsumaturi kollha, inklużi l-unitajiet domestiċi kien l-1 ta' Lulju 2007.

(94)

B'mod partikolari, skont l-awtoritajiet Spanjoli, il-provvista tal-elettriku huwa serviżż ta' interess ġenerali, u l-Istat għandu jintervjeni biex jevita l-abbuż ta' pożizzjonijiet dominanti li jinħolqu mill-eżistenza ta' netwerk wieħed (monopolju naturali)/

(95)

Il-parametri għall-istabbiliment tat-tariffi ġew stabbiliti b'mod oġġettiv u trasparenti. Il-qafas regolatorju kumpless għall-istabbiliment tat-tariffi u l-proċedura ta' riżoluzzjoni juri, fl-opinjoni ta' Spanja, li s-sistema tariffarja kienet ibbażata fuq analiżi komprensiva tal-kosti u d-dħul tas-sistema, u analiżi tad-domanda għall-elettriku.

Impriża minn Spanja

(96)

Kif innutat fil-premessi 25 u 26, id-defiċit iġġenerat fl-2005 qed jitħallas f'porzjonijiet annwali, li jrendu rata ta' interess stabbilita fir-rata Euribor, mingħajr marġni. Mingħajr preġudizzju għall-kummenti tagħha, Spanja ntrabtet li tgħolli b'mod retrospettiv ir-rata ta' interess imposta lil utenti tan-negozju b'konnessjonijiet ta' aktar minn 1 kV. Iż-żieda tkun iddeterminata proporzjonalment mal-kontribuzzjoni tad-defiċit tal-2005 tal-utenti tan-negozju li huma s-suġġett tal-proċedumenti kurrenti, u li ġew ipprovduti b'tariffi rregolati integrali. Dan jirriżulta mill-applikazzjoni ta' marġni ta' 65 punt ta' bażi fuq ir-referenza tal-Euribor, u għalhekk tallinjaha b'mod ġenerali mar-rata applikata lid-defiċit fis-snin ta' wara.

(97)

L-ammont rilevanti jkun impost lill-utenti tan-negozju kif ġej: fir-rigward tal-porzjonijiet annwali tal-parti tad-defiċit tal-2005 li diġà tħallas, tiġi applikata żieda ta' darba fit-tariffi ta' aċċess; fir-rigward tal-ammonti li għad iridu jiġu rimborsati, l-ogħla rata ta' interess tiġi applikata direttament lil kull ammont annwali, għal darb'oħra fil-forma ta' tariffi ta' aċċess ogħla.

5.   VALUTAZZJONI TAL-MIŻURA

Il-preżenza tal-għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) TFUE

(98)

Miżura tikkostitwixxi għajnuna mill-istat fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet li jmiss: il-miżura (a) tagħti vantaġġ ekonomiku fuq il-benefiċjarju; (b) tingħata mill-Istat jew permezz ta' riżorsi tal-istat; (c) hija selettiva; (d) għandha impatt fuq il-kummerċ intra-Komunitarju u huwa responsabbli mit-tgħawwiġ tal-kompetizzjoni fl-UE. Minħabba li dawn il-kundizzjonijiet iridu jintlaħqu kollha, il-Kummissjoni se tillimita l-valutazzjoni tagħha għall-eżistenza ta' vantaġġ ekonomiku mogħti fuq il-benefiċjarji.

Il-preżenza ta' vantaġġ ekonomiku

(99)

Impriżi jkunu ffavoreġġati fit-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE jekk jiksbu vantaġġ ekonomiku li kieku ma jiksbux skont il-kundizzjonijiet tas-suq. F'dan il-każ partikolari, il-valutazzjoni trid tistabbilixxi, wara li tikkunsidra wkoll il-ħlas lura tad-defiċit tal-2005 tas-sistema tal-elettriku, jekk kienx hemm xi differenza pożittiva bejn it-tariffi rregolati stabbiliti fl-2005 u l-prezzijiet tas-suq li l-benefiċjarji potenzjali kieku jkollhom iħallsu għall-elettriku mixtri u s-servizzi pprovduti bir-reġim tariffarju tagħhom. Kull vantaġġ fir-rigward tal-kundizzjonijiet tas-suq jrid jiġi stabbilit b'referenza għall-prezzijiet tas-suq attwali. Iż-żewġ kwistjonijiet, jiġifieri l-eżistenza ta' differenzi pożittivi — jew in-nuqqas tagħhom — bejn il-prezzijiet tal-elettriku tal-pool, il-prezzijiet tas-suq u t-tariffi rregolati, u l-ħlas lura tad-defiċit huma min-naħa tagħhom eżaminati hawn taħt.

It-tqabbil mal-prezzijiet tal-elettriku medju tal-pool

(100)

Il-prezzijiet medji tal-pool tal-elettriku jipprovdu indikazzjoni tal-livelli tal-prezzijiet ġenerali fis-suq tal-operaturi. Dan il-prezz ta' riferiment medju kien EUR 59,47 MWh fl-2005, is-sena kollha. Kif indikat u muri fil-premessa 19 (il-Graff 1), f'seba' xhur mhux konsekuttivi fl-2005, il-prezzijiet tal-operaturi medji kienu fuq l-impliċitu tal-prezzijiet tal-elettriku fit-tariffi rregolati integrali applikati lill-utenti finali kollha. Għalhekk, il-livell tat-tariffi medju stabbilit bid-Digriet 2392/2004 jidher li wassal għal differenza pożittiva favur l-utenti finali kollha li għażlu t-tariffi rregolati, għallanqas għall-parti l-kbira tax-xhur fl-2005.

(101)

Madankollu, f'perjodi ta' xahar ta' inqas minn sena, din id-differenza ma dehritx matul il-ħames xhur bejn Jannar u Mejju 2005. Għalhekk ma kien hemm ebda vantaġġ għas-sistema tariffarji rregolata sħiħa. Barra minn hekk, jekk it-tqabbil isir bejn il-perjodi ta' aktar minn sena, pereżempju sat-30 ta' Diċembru 2007, il-vantaġġ akkumulat possibbli minn Ġunju 2005, huwa annullat għal kollox mit-tnaqqis fil-prezzijiet medji tal-pool, li waqgħu drastikament għal EUR 37/MWh f'Marzu 2007, filwaqt li l-prezzijiet impliċiti fit-tariffi rregolati integrali kienu madwar EUR 68/MWh matul l-istess perjodu. Minn Ottubru 2006, l-impliċitu tal-prezzijiet tal-elettriku fit-tariffi integrali kienu ħafna aktar għolja mill-prezzijiet tal-operaturi ta' provvista (ara l-Graff 1). Minħabba hekk, il-benefiċċji u l-vantaġġi ekonomiċi għall-konsumaturi li kienu pprovduti b'tariffi rregolati, fejn il-prezzijiet tal-pool ikunu ogħla mill-kost impliċitu tal-elettriku fit-tariffi rregolati, jistgħu jiġu eliminati għal kollox meta l-prezzijiet tal-pool ikunu aktar baxxi mill-kost impliċitu tal-elettriku.

(102)

Konsegwentement, kemm f'perjodi ta' xahar ta' anqas minn sena fl-2005 u perjodi ta' sentejn li jinkludu parti mill-2005, il-prezzijiet tal-enerġija ma jidhrux li pprovdew vantaġġ lill-grupp ta' konsumaturi provdut b'tariffi rregolati, meta mqabbla mal-prezzijiet tal-operaturi tal-pool tal-elettriku. Madankollu, id-dħul mill-ħlasijiet ta' aċċess u t-tariffi rregolati mħallsa fir-rigward tas-sistema tal-elettriku sħiħa ma kenux biżżejjed biex ikopru l-kosti rregolati tas-sistema fl-2005. Għandu għalhekk jitqies jekk il-mekkaniżmu fis-seħħ huwiex biżżejjed biex jiggarantixxi l-ħlas lura tad-defiċit.

Il-ħlas lura tad-defiċit tal-2005 tas-sistema tal-elettriku

(103)

Kif deskritt fil-premessi 15 u 20-22 hawn fuq, il-kontijiet tas-sistema tal-elettriku fl-2005 inkludew il-kosti rregolati kollha u d-dħul irregolat tas-sistema mingħajr ma jiġi assenjat dħul speċifiku għall-kosti speċifiċi. Pereżempju, il-kosti tat-trasport u d-distribuzzjoni (EUR 4 410 miljun) jew il-kosti tal-appoġġ tal-koġenerazzjoni u tal-enerġija rinnovabbli, (EUR 2 701 miljun) ma kenux maqsuma, rispettivament, bejn id-dħul irregolat minn tariffi integrali fis-suq irregolat u/jew dħul minn ħlas ta' aċċess irregolat fis-suq ħieles, u ma kenux iffinanzjati b'divrenzjar bejn dawn iż-żewġ tipi ta' dħul. L-utenti kollha tas-sistema jirċievu profitt u jistgħu jistennew li jiġu koperti l-ispejjeż kollha tal-appoġġ għal formoli effiċjenti tal-koġenerazzjoni u l-enerġija rinnovabbli, jew servizzi ta' trasport jew distribuzzjoni. F'din is-sistema ta' kost mhux kumulattiv għal kull tariffa, huwa impossibbli ex post biex tiġi assenjata b'mod oġġettiv id-distribuzzjoni tal-kosti lil utenti tas-suq ħieles u l-utenti b'tariffi rregolati u, f'din l-aħħar kategorija, għall-25 pass tariffarju differenti applikabbli fl-2005. B'konsegwenza ta' hekk huwa xieraq li jiġu eżaminati l-vantaġġi possibbli, jew in-nuqqas tagħhom, tad-defiċit tal-2005 għas-sistema tal-elettriku b'mod ġenerali.

(104)

F'dan ir-rigward, Spanja daħħlet fis-seħħ mekkaniżmu għall-iskupru tad-defiċit sħiħ tal-2005. Dan huwa konsistenti mal-universalità tal-kontijiet tas-sistema applikata matul dak il-perjodu. Dan in-nuqqas fid-dħul irregolat tas-sistema tal-elettriku biex ikopri l-kosti tas-sistema, ġie indirizzat permezz tal-injezzjoni ta' riżorsi miġbura permezz ta' “kontribuzzjoni allokata b'mod speċifiku” pprovduta bid-Digriet Irjali 809/2006. Minn nofs l-2006, beda l-irkupru permezz tal-applikazzjoni ta' soprataxxa fuq il-valur ta' 1,378 % fuq it-tariffi rregolati integrali u 3,975 % fuq il-ħlasijiet ta' aċċess u, wara dan, is-soprataxxi jeħtieġ li jiżguraw li fuq 14,5 snin li jintemmu fl-2020, it-EUR 3,8 biljun flimkien mal-interessi jkunu rkuprati (ara l-premessi 25 u 26 hawn fuq).

(105)

Konsegwentement, id-dħul minn kontribuzzjoni speċjali allokata għall-finanzjament tad-defiċit tal-2005 tippermetti lill-utenti tas-sistema jħallsu l-kontijiet tal-elettriku, biż-żieda meħtieġa biex tibbilanċja l-kontijiet tas-sistema tal-2005 ex post bi żmien li għadda sinifikanti.

(106)

F'dawn iċ-ċirkostanzi, l-uniku aspett dibattibbli tal-metodu magħżul fl-2006 biex jitħallas lura d-defiċit tas-sistema tal-elettriku tal-2005 u jiġu bbilanċjati l-kontijiet huwa r-rata ta' interess baxxa applikata fil-bidu għall-ħlasijiet lura annwali, l-aktar ir-rata ta' referenza Euribor mingħajr marġni. Kif deskritt f'aktar dettall fil-premessi 96 u 97, Spanja impenjat ruħha biex iżżid ir-rata ta' interess applikabbli għall-utenti tan-negozju li huma soġġetti għall-proċedimenti preżenti. Spanja timpenja ruħha li tapplika marġni ta' 65 punt ta' bażi fuq ir-rata ta' interess referenzjarja.

(107)

L-applikazzjoni ta' din il-modifika tal-miżura applikata fil-bidu għad-defiċit tal-2005, li teskludi l-unitajiet domestiċi u n-negozji żgħar li ħallsu l-ogħla tariffi rregolati bil-mekkaniżmu ta' korrezzjoni, tħassar kull vantaġġ ipotetiku li l-kumpaniji jistgħu jkunu kisbu mid-diferiment tal-pagamenti mill-2006. Aktar minn hekk, l-applikazzjoni ta' soprataxxa fuq it-tariffa tfisser li l-ammont total rkuprabbli huwa, għal kull impriża, fi proporzjon dirett għall-konsum tal-elettriku tagħha. Aktar ma jiġi kkunsmat elettriku, ogħla tkun is-soprataxxa.

It-tqabbil ma' prezzijiet tas-suq tal-elettriku

(108)

It-tieni nett kif innutat minn xi partijiet interessati, il-prezzijiet irreġistrati fil-pool tal-elettriku mhumiex punti ta' riferiment xierqa għat-tqabbil tal-prezzijiet tal-elettriku mħallsa minn konsumaturi kbar taħt tariffi rregolati bi prezzijiet tas-suq. B'bażi fuq l-evidenza fir-rapport tal-2005 tal-operatur tas-suq tal-elettriku OMEL, kienu biss seba' utenti finali li jammontaw għal 5 % tad-domanda li kienu qed jieħdu l-elettriku direttament mill-pool, meta mqabbla ma mijiet ta' utenti industrijali u ta' negozji kbar. Konsumaturi industrijali u konsumaturi kbar oħra, b'mod partiolari konsumaturi li jużaw ħafna enerġija li għalihom l-enerġija tammonta għal proporzjon imdaqqas tal-ispejjeż ta' produzzjoni tagħhom (normalment 30-40 % għall-produzzjoni tal-aluminju) jeħtieġ li jiksbu kundizzjonijiet prevvedibbli ta' prezzijiet u provvista. Dawn il-kundizzjonijiet jiġu stabbiliti f'kuntratti b'termini itwal minn jum minn qabel. Il-prezzijiet ikkwotati kull siegħa u fis-suq minn jum qabel bħall-pool tal-elettriku juru l-prezzijiet tas-suq medji għall-fornituri li jaqdu firxa wiesa' ta' konsumaturi, inklużi l-unitajiet domestiċi. Dawn madanakollu m'humiex punti ta' riferiment xierqa biex jiġu ddeterminati l-prezzijiet li l-utenti li jużaw ħafna enerġija għandhom iħallsu fis-suq ħieles b'kuntratti fuq żmien itqal minn jum minn qabel. Bil-maqlub tal-opinjoni mogħtija fid-deċiżjoni ta' bidu, l-investigazzjoni wriet li t-tariffi rregolati aktar baxxi mill-prezzijiet medji tal-pool ma jimplikawx neċessarjament vantaġġ fuq il-kundizzjonijiet tas-suq għal utenti industrijali, minħabba li l-prezzijiet tal-pool mhumiex prezzijiet tas-suq għal ħafna minn dawn l-utenti. Dan ineħħi d-dubju mqajjma f'din ir-rabta.

(109)

Barra minn hekk, fi Spanja, l-għażla ta' qlib għas-suq ħieles ma kenitx irriversibbli fl-2005. Il-konsumaturi kienu djjem kapaċi jagħżlu bejn l-aktar offerti attraenti fis-swieq irregolati u ħielsa, li wassal għal livell ta' konverġenza ta' prezz. Ir-riversibilità ta' għażliet ta' provvista għandha tendenza li twaqqa' l-prezzijiet tas-suq fil-livell tal-konsumatur f'sitwazzjonijiet ta' żidiet fil-prezzijiet tal-operaturi fi Spanja minn April 2005, filwaqt li l-inċentiva opposta biex jiżdiedu l-prezzijiet tas-suq ħieles biex jersqu aktar viċin tal-ogħla livelli tat-tariffi rregolati, tidher meta tinqaleb is-sitwazzjoni.

(110)

Kif ikkonfermat mill-assoċjazzjoni ta' fornituri indipendenti (il-premessi 42-49), fl-2005 il-fornituri fis-suq ħieles kellhom jirrispettaw il-kuntratti tagħhom jew itemmuhom unilateralment, jekk dan ikun possibbli, jew inkella jinnegozjaw il-prezzijiet tagħhom u jaġġustaw il-prezzijiet tagħhom 'il fuq, filwaqt li jieħdu r-riskju li l-konsumaturi tagħhom ikunu jixtiequ jaqilbu għas-suq irregolat. It-telf operattiv li l-fornituri tas-suq ħieles jallegaw li ġarrbu jindika li l-prezzijiet fis-suq ħieles fl-2005, l-aktar għal kuntratti ta' sena li ġew irrispettati, baqa' viċin tal-livelli tat-tariffi rregolati rispettivi, u għaldaqstant, it-tariffi rregolati ma tawx de facto vantaġġ ekonomiku meta mqabbla mal-prezzijiet attwali fis-suq ħieles.

(111)

Dan jimplika, għalhekk, li żewġ utenti industrijali li ipotetikament qed jikkompetu, wieħed skont kuntratt tal-provvista tal-elettriku ta' sena bbażat fis-suq ħieles minn Jannar sa Diċembru 2005 u l-ieħor billi jikseb il-provvista bit-tariffi rregolati fl-istess perjodu, ħabbtu wiċċhom, bl-affarijiert l-oħra kollha jibqgħu ugwali, kosti tal-elettriku simili. L-uniku effett li kellu l-livell tat-tariffi rregolati fuq il-prezzijiet fis-suq ħieles fl-2005 kien li jagħti lill-utenti tas-suq ħieles il-benefiċċju indirett li jiġu limitati ż-żidiet fil-prezzijiet, anki jekk jitqies li dawn iż-żidiet kienu kuntrattwalment possibbli matul is-sena jew, fuq żmien itwal, fl-2005 kollu. Il-kompetizzjoni attwali jew potenzjali bejn l-utenti industrijali li kiksbu l-elettriku fis-swieq ħielsa u rregolati ma setgħux jgħawġu t-tariffi rregolati.

(112)

It-tielet nett, fid-deċiżjoni ta' ftuħ tagħha, l-Kummissjoni rreferiet b'mod partikolari għal-livelli baxxi tat-tariffi rregolati ta' EUR 23,9/MWh u EUR 27,0/MWh, applikati fl-2005 għal konsumaturi industrijali kbar (it-tariffa G4) u għall-konsumaturi industrijali l-kbar bi provvista interrompibbli (pereżempju, it-tariffa 3,4), rispettivament, kif muri fit-Tabella 3 fil-premessa 30 hawn fuq. Kif enfasizzat minn xi partijiet terzi, il-livelli ta' tariffi rregolati oġġezzjonati fid-deċiżjoni ta' ftuħ mhumiex tariffi iżda prezzijiet medji wara l-iskont. Mingħajr skontijiet, il-livelli tat-tariffi bażiċi, stabbiliti fid-Digriet 2392/2004 fit-Tabella 1, kienu EUR 56,12/MWh (it-tariffa 3,4) u EUR 25,44/MWh (it-tariffa G.4) rispettivament.

(113)

F'dan ir-rigward, l-investogazzjoni formali tat evidenza li t-tariffi rregolati applikabbli għall-utenti industrijali msemmija fid-deċiżjoni ta' ftuħ kienu fil-livell tal-prezzijiet tas-suq applikabbli għall-perjodu kollu bejn Jannar u Diċembru 2005, kif muri aktar l'isfel:

(114)

L-ewwe nett, ingħatat evidenza li kien hemm prezzijiet ta-ssuq bilaterali ta' EUR 34,45/MWh li ġew applikati għall-utenti li jużaw ħafna enerġija fis-suq ħieles fl-2005 (il-premessi 55-57). B'marġni tas-suq aktar baxx mill-marġni medja ta' EUR 10 miżjud fid-deċiżjoni li tiftaħ l-investigazzjoni formali, dan il-prezz tas-suq juri kost tal-provvista qrib il-EUR 25,44/MWh tal-aktar tariffa rregolata baxxa (G4) (EUR 23,9/MWh ta' prezz medju ex post). Meta jittieħed kont tad-differenzi oġġettivi li jikkonċernaw il-provvista bit-tariffa rregolata, bħal volumi ta' provvista 9,7 drabi ogħla bħal dawn, l-investiment fit-tagħmir ta' kontroll u l-limiti ta' żmien tal-pagamenti, il-fatt li t-tariffa rregolata kienet aktar baxxa ma jidhirx li ta' xi vantaġġ ekonomiku mhux dovut lill-benefiċjarji.

(115)

It-tieni nett l-evidenza disponibbli turi li f'Diċembru 2004, setgħu jiġu konklużi kuntratti ta' sena fuq il-provvista baseload, b'bażi fuq il-prezzijiet tas-suq bil-quddiem ta' EUR 31,05/MWh, bejn Jannar u Diċembru 2005. Prezz tas-suq finali (b'tariffa tas-servizzi u ta' aċċess addizzjonali) ta' EUR 36,67/MWh, li hija aktar baxxa mil-livell tat-tariffi bażiku rilevanti (it-tariffa 3,4), kien disponbbli għal utenti industrijali interrompibbli b'modulazzjoni ta' tagħbija qawwija (ara l-premessi 16, 18 u 58 hawn fuq).

(116)

Skontijiet addizzjonali disponibbli bit-tariffi rregolati għal ġestjoni tad-domanda (pereż. modulazzjoni tat-tagħbija, l-interrompibilità) permessi għal prezzijiet medji aktar baxxi fis-suq irregolat għall-utenti li jipprovdu dwan is-servizzi (22). Dawn l-iskontijiet, li ma kenux indirizzati b'mod speċifiku fid-deċiżjoni ta' ftuħ, irremuneraw servizzi siewja fuq in-naħa tad-domanda lin-netwerk, li kien jeħtieġ aġġustament, investiment jew restrizzjoni imposta fi proċessi kummerċjali jew industrijali. Il-modulazzjoni tat-tagħbija teħtieġ li l-proċessi industrijali jew kummerċjali li jużaw ħafna enerġija jitwettqu f'perjodi kwieti minflok f'perjodi ta' quċċata sabiex jitnaqqsu l-konsum u l-vultaġġ fin-netwerk tal-elettriku. Bl-istess mod, is-servizzi ta' interrompibilità provduti lin-netwerk huma ekonomikament utli minħabba li jikkonsistu, għall-utent industrijali involut, f'li jippermettu lill-operatur tas-sistema li jinterrompi l-provvista fi żmien qasir (minn ftit sekondi sa sagħtejn) u għal perjodu twil (minn siegħa sa 12-il siegħa), kif kien il-każ bit-tariffi rregolati rilevanti fi Spanja.

(117)

Il-benefiċċji ta' dawn is-servizzi f'termini ta' garanzija tal-kontinwità tal-provvista tal-elettriku huma rikonoxxuti fil-leġiżlazzjoni tal-UE. Id-Direttiva 2005/89/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Jannar 2006 li tikkonċerna miżuri biex jissalvagwardjaw is-sigurtà tal-provvista tal-elettriku u l-investiment fl-infrastruttura, teħtieġ li l-Istati Membri jqisu d-domanda ta' teknoloġiji ta' ġestjoni u li jieħdu miżuri biex ineħħu l-ostakli li jċaħħdu l-użu ta' kuntratti interrompibbli sabiex jinżamm il-bilanċ bejn il-provvista u d-domanda (23). Dawn is-servizzi jissuplimentaw u jistgħu wkoll jissostitwixxu mezzi oħra ta' regolazzjoni użata mill-operatur tan-netwerk biex jiggarantixxi li d-domanda għall-elettriku min-netwerk hija konformi mal-provvista, u għalhekk jiġi evitat il-qtugħ tad-dawl, li jiswa l-flus soċjalment u ekonomikament u jista' jwassal għal sanzjonijiet u responsabilitajiet.

(118)

Fil-każ partikolari ta' Spanja, in-nuqqas ta' kapaċità ta' interkonnessjoni sinifikanti ma' Stati Membri oħra u l-penetrazzjoni sinifikanti tal-provvista tal-elettriku intermittenti mir-riżorsi tal-enerġija rinnovabbli fl-2005 jagħmlu dawn is-servizzi partikolarment siewja. Il-firxa tal-valur ekonomiku tagħhom u l-kost li jista' jiġi evitat fis-sistema tal-elettriku jistgħu jintwerew f'termini tal-kostijiet imġarrba mill-operatur tan-netwerk Spanjol Red Eléctrica de España fl-akkwist tas-servizzi ta' bbilanċjar. Fl-2005 Red Eléctrica de España, ħallset medja ta' EUR 65/MWh għal servizzi ta' regolazzjoni addizzjonali biex iżżid l-enerġija (b'żieda ta' enerġija addizzjonali onlajn għal madwar 15-il sekonda biex tibbilanċja n-netwerk); għar-regolament terzjarju taż-żieda tal-enerġija (b'żieda ta' enerġija addizzjonali on lajn bejn 15-il minuta u sagħtejn biex jerġa jkun hemm ir-riżerva tal-enerġija tar-regolament sekondarju), il-prezz medju fl-2005 kien EUR 78/MWh li żdied sa EUR 600/MWh (24). Billi tkompli titnaqqas id-domanda u titneħħa minn ħinijiet ta' quċċata (il-modulazzjoni tal-piż) jew tingħata l-kapaċità li titnaqqas f'sitwazzjonijiet kritiċi (servizz interrompibbli), l-iskontijiet fuq it-tariffi rregolati rilevanti (pereż. madwar EUR 32/MWh fuq it-tariffa 3,4) jidhru li huma ġustifikabbli ekonomikament.

(119)

Fin-nuqqas ta' skontijiet bħal dawn għal miżuri tal-ġestjoni tad-domanda, it-tariffi rregolati għal utenti mqabbda man-netwerk ta' vultaġġ għoli (it-tariffi 1,4 u 2,4) kienu f'livell ħafna aktar għoli EUR 58 u EUR 61/MWh għat-tariffa bażika u EUR 76,2/MWh għall-prezz medju attwali. Meta mqabbla mal-prezzijiet tas-suq bil-quddiem ta' EUR 31,05/MWh disponibbli għall-perjodu bejn Jannar u Diċembru 2005, ma jistax jiġi kkunsidrat li l-prezzijiet tas-suq huma ogħla mit-tariffi rregolati applikabbli għall-maġġoranza assoluta ta' utenti industrijali u kummerċjali li jużaw ħafna enerġija.

(120)

Konsegwentement, minkejja li l-prezzijiet irreġistrati fil-pool tal-elettriku mhumiex punt ta' riferiment xieraq għat-tqabbil mal-prezzijiet tal-elettriku mħallsa minn utenti industrijali u kummerċjali kbar, il-prezzijiet tas-suq attwali applikabbli għal provvisti ta' elettriku lill-utenti finali li ġew ipprovduti bit-tariffi rregolati fl-2005, kienu konformi mal-livelli rispettivi tar-tariffi rregolati.

6.   KONKLUŻJONIJIET DWAR IL-MIŻURA

(121)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta' hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li ntwera li, l-ewwel nett, il-kumpaniji li rċevew l-elettriku b'tariffi rregolati integrali ma kisbux benefiċċji mil-livell ta' dawn it-tariffi u, t-tieni nett, meta wieħed iżomm f'moħħu l-impenn ta' Spanja biex temenda l-miżura, dak l-interess ikun impost b'rata xierqa għad-dewmien minn xi kumpaniji fil-ħlas ta' parti mill-kontijiet tal-elettriku tagħhom fl-2005.

(122)

Għalhekk, il-miżura disponibbli ma timplikax vantaġġ ekonomiku favur l-utenti tan-negozju. Minħabba li l-kriterji tal-Artikolu 107(1) TFUE huma kumulattivi, ma hemmx bżonn li jiġi eżaminat jekk humiex issodisfatti kriterji oħrajn.

(123)

Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li, wara li kkunsidrat l-arranġamenti mdaħħla fis-seħħ minn Spanja biex tieħu lura d-dejn tal-utenti finali fis-sistema tal-elettriku, is-sistema tat-tariffi rregolati implimentata fl-2005 ma wasslitx għal għajnuna mill-istat fit-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE. Din il-konklużjoni tirrigwarda s-sitwazzjoni u l-perjodu ta' żmien kopert mill-ilment, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe valutazzjoni li l-Kummissjoni tista' tagħmel ta' miżuri meħuda minn Spanja fl-2005.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-sistema ta' tariffi rregolati implimentata mir-Renju ta' Spanja fl-2005 mhix għajnuna mill-istat fit-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 2

Din id-deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju ta' Spanja.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Frar 2014.

Għall-Kummissjoni

Joaquín ALMUNIA

Viċi President


(1)  ĠU C 43, 27.2.2007, p. 9.

(2)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 1.

(3)  L-Artikolu 12(2) tal-LSE pprovda li t-tariffi tal-elettriku kellhom, fil-prinċipju, jiġu stabbiliti darba f'sena iżda setgħu jiġu aġġustati matul is-sena.

(4)  Skont l-Artikolu 8 tad-Digriet Irjali 1432/2002, it-tariffa medja ma tistax tiżdied b'aktar minn 1,40 % (sena wara sena) filwaqt li t-tariffi individwali jistgħu jiżdiedu biss b'perċentwal ekwivalenti maż-żieda fit-tariffa medja. +0,60 % (2 % b'kollox).

(5)  Id-Diġriet Irjali 2392/2004 tat-30 ta' Diċembru 2004 jistabbilixxi t-tariffa tal-elettriku għall-2005. Il-Gazzetta Uffiċjali tal-Istat Nru 315 p. 42766.

(6)  Id-Digriet Irjali Leġiżlattiv 5/2005 tal-11 ta' Marzu 2005 dwar riformi urġenti biex jippromwovu l-produttività u jtejbu l-akkwist pubbliku. Il-Gazzetta Uffiċjali tal-Istat 62, 14.3.2005, p. 8832.

(7)  It-telf mill-kosti mhux rekuperabbli sostnut mill-fornituri tal-elettriku responsabbli bħala riżultat ta' investimenti mhux rekuperabbli mwettqa qabel il-liberalizzazzjoni. Il-Kummissjoni Awtorizzat l-għoti ta' għajnuna obbligatorja biex tkopri telf bħal dan, fuq il-bażi tal-kriterji sottolineati fil-Metodoloġija tal-Kostijiet mhux Rekuperabbli (Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-metodoloġija biex tiġi analizzata l-għajnuna mill-Istat marbuta ma' kosti mhux rekuperabbli), b'ittra SG (2001) D/290869 tas-6 ta' Awwissu 2001 Bid-Deċiżjoni SG (2001) D/290553 tal-25 ta' Lulju 2001, fil-Każ NN 49/99, il-Kummissjoni awtorizzat lil Spanja biex tagħti kumpens għal kosti mhux rekuperabbli sal-2008 lill-kumpaniji li ntalbu jiffinanzjaw minn qabel id-defiċit tal-2005.

(8)  L-ewwel dispożizzjoni addizzjonali tad-Digriet Irjali 809/2006 tat-30 ta' Ġunju 2006 li jirrevedi t-tariffa tal-elettriku mill-1 ta' Lulju 2006. Il-Gazzetta Uffiċjali tal-Istat 156, 1.7. 2006.

(9)  Spanja lliberalizzat is-suq tal-elettriku fil-livell tal-konsumatur aktar kmieni milli meħtieġ mid-Direttivi dwar l-Elettriku tal-1996 u tal-2003, li pprovdew għal skeda ta' liberalizzazzjoni bejn l-1999 u l-2004 għall-utenti finali tan-negozju (li tibda mill-akbar) u għamlu l-liberalizzazzjoni tal-qasam tal-unitajiet domestiċi obbligatorja biss mill-1 ta' Lulju 2007.

(10)  ĠU L 176, 15.7.2003, p. 37.

(11)  L-Artikolu 3(3) tad-Direttiva dwar l-Elettriku jgħid: “L-Istati Membri jiżguraw li l-konsumaturi tal-unitajiet domestiċi kollha, u, fejn l-Istati Membri jqisu li huwa xieraq, l-intrapriżi żgħar (l-aktar intrapriżi b'anqas minn 50 impjegat u fatturat annwali jew karta tal-bilanċ li ma jaqbżux l-EUR 10 miljun), igawdu minn servizz universali, li huwa d-dritt li jiġu pprovduti bl-elettriku ta' kwantità speċifikata fit-territorju bi prezzijiet raġonevoli u trasparenti li jitqabblu faċilment u b'mod ċar. Biex jiżguraw id-dispożizzjoni tas-servizz universali, l-Istati Membri jistgħu jaħtru fornitur tal-aħħar istanza”.

(12)  Centrica nnifisha qasmet il-konsumaturi f'ħames gruppi. Din il-qasma ma tikkorrispondix mal-istruttura tat-tariffa rregolata ppubblikata fid-digriet tat-tariffi annwali, kif indikat fil-premessa 17.

(13)  Ara l-Anness A(b) u (c) tad-Direttiva dwar l-Elettriku.

(14)  L-opinjoni tal-Avukat Ġenerali fil-Kawżi Konġunti C-261/01 u C-262/01 Van Calster il-paragrafu 41.

(15)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Konġunti C-261/01 Van Calster, ibid, il-paragrafi 49 u 50).

(16)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Lulju 2001, L-Għajnuna mill-Istat N 49/99 — Spanja. Reġim tranżizzjonali għas-suq tal-elettriku.

(17)  L-ittra tal-Kummissjoni lir-Renju Unit tas-27 ta' Frar 2002 (Għajnuna mill-Istat N 661/99).

(18)  ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1.

(19)  Wilson, R. (1993), Nonlinear Pricing, Oxford University Press.

(20)  Castro Rodriguez, F. (1999), Wright tariffs in the Spanish electricity industry, The case of residential consumption, Utilities Policy, pp. 17-31.

(21)  Sentenza tal-QEĠ tas-17 ta' Marzu 1993 fil-Kawżi Konġunti C-72/91 u C-73/91, il-paragrafu 21: Is-sistema inkwistjoni ma tfittixx, permezz tal-oġġett u l-istruttura ġenerali tagħha, li toħloq vantaġġ li jkun ta' piż żejjed għall-Istat.

(22)  Is-sors ewlieni li minnu jittieħdu l-figuri fid-deċiżjoni ta' ftuħ huwa r-rapport CNE: “El Consumo Eléctrico en el Mercado Peninsular en el Año 2005”, 25.7.2006, it-Taqsima 2. Għal konsumaturi industrijali kbar (interrompibbli u THP), ir-rapport jindika li l-modulazzjoni ta' tagħbija qawwija bi provvista f'perjodi kwieti, li teħtieġ aġġustamenti fil-proċess ta' produzzjoni, tippermetti għal skontijiet sostanzjali fit-tariffa prinċipali.

(23)  ĠU L 33, 4.2.2006, p. 22; ara l-Artikoli 3(3)(c) u 5(2)(b).

(24)  El Sistema Eléctrico Español 2005, pp. 54 u 55, Red Eléctrica de España.


12.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 205/45


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-4 ta' Frar 2014

dwar it-tariffi tal-elettriku Spanjoli: id-distributuri SA.36559 (C 3/07) (ex NN 66/06) implimentati fi Spanja

(notifikata bid-dokument C(2013) 7743)

(It-test bl-Ispanjol biss huwa awtentiku)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/457/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

Wara li talbet lill-partijiet interessati biex jippreżentaw il-kummenti tagħhom skont id-dispożizzjonijiet iċċitati hawn fuq (1) u wara li qieset il-kummenti tagħhom,

Billi:

IL-PROĊEDURA

(1)

Permezz ta' ittra ddatata s-27 ta' April 2006, l-impriżi Céntrica plc u Céntrica Energía S.L.U. (minn issa 'l quddiem kollettivament imsejħa “Céntrica”) ippreżentaw ilment mal-Kummissjoni rigward is-sistema ta' tariffi tal-elettriku regolati implimentata fi Spanja fl-2005.

(2)

B'ittra ddatata s-27 ta' Lulju 2006, il-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet Spanjoli biex jipprovdulha informazzjoni dwar il-miżuri msemmija hawn fuq. Il-Kummissjoni rċeviet din l-informazzjoni f'ittra ddatata t-22 ta' Awwissu 2006.

(3)

Fit-12 ta' Ottubru 2006 il-każ ġie rreġistrat bħala għajnuna mhux innotifikata (il-Każ NN 66/06).

(4)

B'ittra ddatata d-9 ta' Novemberu 2006, il-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet Spanjoli biex jipprovdulha kjarifikazzjonijiet addizzjonali dwar il-miżura. L-awtoritajiet Spanjoli wieġbu b'ittra ddatata t-12 ta' Diċembru 2006.

(5)

B'ittra ddatata l-24 ta' Jannar 2007, il-Kummissjoni nfurmat lill-awtoritajiet Spanjoli li kienet iddeċidiet li tinizjala l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) rigward il-miżura.

(6)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jippreżentaw il-kummenti tagħhom dwar il-miżura.

(7)

Spanja ppreżentat l-osservazzjonijiet tagħha permezz ta' ittra ddatata s-26 ta' Frar 2007.

(8)

Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mill-partijiet interessati li ġejjin: il-Gvern tal-Galizja (ittra ddatata t-23 ta' Marzu 2007), Céntrica (ittri ddatati s-26 ta' Marzu u t-3 ta' Lulju 2007), ACIE — l-Assoċjazzjoni tal-Fornituri Indipendenti tal-Enerġija (ittra ddatata s-26 ta' Marzu 2007), il-Gvern tal-Asturias (ittra ddatata s-27 ta' Marzu 2007), AEGE — l-Assoċjazzjoni tal-Utenti Intensivi tal-Enerġija (ittra ddatata t-2 ta' April 2007), Asturiana de Zinc — AZSA (ittra ddatata t-3 ta' April 2007), Ferroatlántica — produttur tal-metall (ittra ddatata t-3 ta' April 2007), Alcoa (ittra ddatata t-3 ta' April 2007), UNESA –l-Assoċjazzjoni Spanjola tal-Industrija tal-Elettriku (ittra ddatata l-25 ta' April 2007), ENEL Viesgo (ittra ddatata s-26 ta' April 2007), Iberdrola (ittra ddatata s-26 ta' April 2007), Union Fenosa Distribución (ittra ddatata s-27 ta' April 2007), Hidrocantábrico Distribución Electrica (ittra ddatata s-27 ta' April 2007), Endesa Distribución Electrica (ittra ddatata s-27 ta' April 2007).

(9)

B'ittri ddatati l-15 ta' Mejju u s-6 ta' Lulju 2007, il-Kummissjoni ppreżentat il-kummenti tal-partijiet interessati lill-awtoritajiet Spanjoli, li ngħataw l-opportunità li jirreaġixxu; il-kummenti tagħhom daħlu permezz ta' ittra ddatata t-2 ta' Awwissu 2007.

(10)

Céntrica ppreżentat aktar informazzjoni b'ittri ddatati l-1 ta' Ġunju 2007, it-28 ta' Awwissu 2007, l-4 ta' Frar 2008 u l-1 ta' Marzu 2008.

(11)

B'ittri ddatati t-30 ta' Lulju 2009, id-19 ta' Marzu 2010, is-6 ta' Ottubru 2011, it-12 ta' April 2012, il-31 ta' Awwissu 2012, l-4 ta' Frar 2013 u s-17 ta' Lulju 2013, il-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet Spanjoli jipprovdu aktar kjarifiki dwar il-miżura. L-awtoritajiet wieġbu permezz ta' ittri ddatati l-5 ta' Ottubru 2009, is-26 ta' April 2010, is-7 ta' Diċembru 2011, it-12 ta' Ġunju 2012, it-18 ta' Ottubru 2012, il-11 ta' Frar 2013 u l-4 ta' Ottubru 2013.

(12)

Fid-19 ta' April 2013 il-każ inqasam fi tnejn: Il-Każ SA.21817 (C 3/07 ex NN 66/06), li jikkonċerna l-għajnujna lill-utenti aħħarija tal-elettriku, u l-Każ SA.36559 (C 3/07 ex NN 66/06), li jikkonċerna l-għajnuna lid-distributuri tal-elettriku. Id-deċiżjoni preżenti tittratta biss l-għajnuna lid-distributuri tal-elettriku.

DESKRIZZJONI DDETTALJATA TAL-MIŻURA

IS-SISTEMA TAL-ELETTRIKU SPANJOLA FL-2005

Id-distinzjoni bejn l-attivitajiet regolati u dawk mhux regolati

(13)

Fil-qafas leġiżlattiv stabbilit bil-Liġi 54/1997 tas-17 ta' Novembru 1997 (Ley del sector eléctrico — LSE) li hija l-pedament tas-sistema tal-elettriku Spanjola, issir distinzjoni fundamentali bejn l-attivitajiet regolati u dawk liberalizzati.

(14)

Il-ġenerazzjoni, l-importazzjoni, l-esportazzjoni u l-provvista bl-imnut tal-elettriku huma attivitajiet liberalizzati, jiġifieri attivitajiet li jistgħu jiġu ppratikati bil-libertà minn operaturi ekonomiċi fis-suq, u li fuqhom l-Istat ma jeżerċita l-ebda kontroll regolatorju strett, pereżempju billi jikkontrolla l-prezzijiet u l-kundizzjonijiet tal-provvista.

(15)

B'kuntrast ma' dan, id-distribuzzjoni, it-trasport u l-attivitajiet li jsiru mill-Operatur tas-Suq (3) u mill-Operatur tas-Sistema (4) huma għal kollox irregolati mill-Istat. Dawn l-attivitajiet normalment jiġu rregolati mill-Istat fi kwalunkwe sistema tal-elettriku, peress li l-operaturi li jwettquhom ikollhom monopolji de facto jew de jure u, altrimenti, ma jkollhom l-ebda restrizzjoni li jiksru r-regoli tal-kompetizzjoni u jkunu jistgħu jżommu prezzijiet monopolistiċi ogħla mill-prezz normali tas-suq.

Distribuzzjoni pura u provvista b'tariffi regolati

(16)

Fl-2005, id-distribuzzjoni kienet tkopri tliet tipi ta' attività regolata fis-sistema tal-elettriku Spanjola. L-ewwel waħda kienet dik tal-pura distribuzzjoni. Il-pura distribuzzjoni tikkonsisti fit-trażmissjoni tal-elettriku lejn il-punti fejn dan jiġi kkunsmat matul in-netwerks ta' distribuzzjoni, u hija monopolju fin-nuqqas ta' netwerks alternattivi. It-tieni tinkludi ċerti attivitajiet ta' ġestjoni kummerċjali marbuta mill-qrib mad-distribuzzjoni, bħal ma huma l-qari tal-arloġġi, il-konklużjoni ta' kuntratti, il-ħruġ tal-fatturi, il-provvista ta' servizzi lill-konsumaturi, eċċ It-tielet atrività regolata fl-2005 kienet il-provvista bit-tariffa regolata, u kienet assenjata bil-liġi lid-distributuri b'żieda mal-kompitu statutorju prinċipali tagħhom (il-ġestjoni u l-provvista ta' aċċess għan-netwerks tad-distribuzzjoni tal-elettriku) (5). Wara r-riforma li saret fl-2009, id-distributuri ma baqgħux jipprovdu l-elettriku b'tariffi regolati.

(17)

Id-distributuri kienu obbligati bil-liġi li jixtru l-elettriku meħtieġ biex jiġi pprovdut lill-klijenti regolati mis-suq bl-ingrossa organizzat (il-“pool”) bil-prezz ta' kuljum (il-prezz marġinali tas-sistema jew il-“prezz tal-pool”) jew direttament minn produtturi tal-enerġija rinnovabbli (6) u mbagħad jerġgħu jbiegħu l-elettriku lill-konsumaturi aħħarija bit-tariffa applikabbli regolata.

Ir-rwol tad-distributuri bħala intermedjarji finanzjarji tas-sistema

(18)

Fl-2005 kien hemm mhux anqas minn 25 tariffa regolata differenti għall-utenti aħħarija, skont il-livell ta' konsum, il-profil ta' konsum u/jew l-użu tal-konsum u l-vultaġġ tal-konnessjoni man-netwerk. Fl-istess ħin, kienu japplikaw disa' tariffi oħra regolati ta' aċċess għan-netwerk lill-utenti aħħarija fis-suq ħieles, ukoll abbażi tal-vultaġġ tal-konnessjoni u karatteristiċi oħra (7). Fis-suq ħieles, it-tariffi għall-aċċess għan-netwerk jitħallsu mill-utenti aħħarija lill-fornuturi, li jgħadduhom lid-distributuri. Fis-suq regolat, it-tariffi għall-aċċess għan-netwerk kienu integrati fit-tariffa regolata li tinkludi kollox, imħallsa mill-utenti aħħarija lid-distributuri (kienu impliċiti). Sa mill-2005, Spanja għamlet tibdiliet għas-sistema tat-tariffi regolati. L-aktar tibdiliet reċenti huma tal-2013, meta Spanja adottat qafas leġiżlattiv ġdid għas-settur tal-elettriku (il-Liġi 24/13) li jinkludi, fost miżuri oħra, ir-riforma tar-regolazzjoni tal-prezzijiet tas-suq bl-imnut. Spanja ħabbret li din il-liġi l-ġdida u d-diżpożizzjonijiet tagħha ta'implimentazzjoni jiġu applikati matul l-2014.

(19)

Il-livelli tat-tariffi integrali regolati u t-tariffi regolati għall-aċċess għas-suq kienu deċiżi minn qabel darba għas-sena kollha, normalment qabel tmiem is-sena N-1, iżda jkunu jistgħu jiġu aġġustati matul is-sena (8). Madankollu, iż-żidiet annwali tat-tariffi kienu suġġetti għal limitu massimu (9). Bħala prinċipju, il-livelli kollha ta' tariffi kienu jiġu stabbiliti, abbażi tat-tbassir, b'tali mod li jiġi żgurat li l-introjti regolati li jirriżuiltaw mill-applikazzjoni tagħhom ikunu biżżejjed biex jiġu koperti l-kosti regolati totali tas-sistema tal-elettriku. Dawn il-kosti regolati tas-sistema kienu jinkludu, fl-2005, il-kosti tal-provvista tal-enereġija għal tariffi integrali, il-kosti tax-xiri tal-enerġija minn skemi speċjali ta' appoġġ (sorsi rinnovabbli, koġenerazzjoni, eċċ.), il-kosti tat-trasport u tad-distribuzzjoni, miżuri ta' ġestjoni tad-domana, kosti addizzjonali tal-ġenerazzjoni tal-elettriku fil-gżejjer Spanjoli, appoġġ għall-faħam, id-defiċits tas-snin ta' qabel, eċċ.

(20)

Fis-sistema regolatorja fi Spanja, id-distributuri kienu (u għadhom) l-intermedjarji finanzjarji ewlenin fis-sistema. Id-distributuri kellhom f'idejhom id-dħul kollu mis-sistema tat-tariffi regolata, jiġifieri t-tariffi tal-aċċess għan-netwerk u l-introjtu mit-tariffi integrali. Dan l-introjtu, kollettivament imsemmi “l-introjtu pagabbli” (ingresos liquidables) kien jintuża biex jiġu koperti l-kosti regolati kollha tas-sistema. Ma kien hemm l-ebda regoli li jistabbilixxu li xi kategorija partikolari ta' introjtu, jew proporzjon tagħha, iridu jiġu riżervati għal xi kategorija partikolari ta' kosti jew ta' proporzjon minnha. Bħala riżultat, ma ġiex stabbilit li l-introjti mit-tariffi ta' aċċess għan-netwerk ikunu riżervati, għal kollox jew parzjalment, biex jiġu ffinanzjati l-kosti aktar għolja għall-elettriku ġġenerat minn sorsi rinnovabli jew il-kosti tal-ġenerazzjoni fil-gżejjer Spanjoli.

(21)

L-ikklerjar tal-kontijiet sar fil-qafas ta' proċess ta' settlement li sar taħt il-kontroll dirett tar-regolatur Spanjol, il-Comisión Nacional de Energía (minn issa 'l quddiem: “CNE”). Ir-rimunerazzjoni tad-distributuri (għall-attivitajiet marbuta mal-pura distribuzzjoni) inġabet ukoll mill-introjtu pagabbli, wara t-tnaqqis tal-kosti l-oħra kollha.

Id-distributuri kontra l-fornituri u l-prezzijiet rispettivi

(22)

Għalhekk, fl-2005, kienu attivi żewġ kategoriji distinti ta' operaturi fis-suq tal-elettriku bl-imnut fi Spanja: distributuri li kienu obbligati li jbiegħu b'tariffi regolati, u fornituri, li kienu jbiegħu skont kundizzjonijiet innegozjati b'mod liberu. Għal raġunijiet storiċi, id-distributuri fi Spanja huma parti minn gruppi vertikalment integrati (operaturi stabbiliti) li tradizzjonalment operaw netwerks ta' distribuzzjoni f'żoni ġeografiċi speċifiċi, u li nbidlu biss inħabba amalgamazzjonijiet u konsolidazzjonijiet fil-passat. Fis-suq regolat, id-distributuri żammew tariffi integrali li ma kinux jiddistingwu bejn il-kosti tal-kisba tal-enerġija u l-kosti għall-aċċess għan-netwerks.

(23)

Il-fornituri jistgħu jew ikunu parti minn gruppi vertikalment integrati (li tipikament ikollhom diviżjonijiet separati għall-ġenerazzjoni, id-distribuzzjoni u l-provvista) jew inkella jkunu entitajiet li daħlu reċentement fis-suq. Dawk li jkunu ġodda fis-suq ma jkollhomx kapċità ta' ġenerazzjoni tagħhom stess u jkunu attivi biss fis-suq bl-imnut. Céntrica hija waħda minn dawn l-entitajiet ġodda fis-suq. Fis-suq ħieles, il-fornituri jitolbu prezzijiet li jkollhom ikopru t-tariffa għall-aċċess għan-netwerk (pagabbli lid-distributuri), il-kosti tal-kisba tal-enerġija (kosti għall-kisba tal-enerġija fis-suq bl-ingrossa jew il-kosti tal-ġenerazzjoni tagħhom stess fil-każ ta' kumpanija vertikalment integrata) kif ukoll “marġini ta' kummerċjalizzazzjoni”, li jkopri kosti oħra (il-kosti ta' kummerċjalizzazzjoni, is-sistemi tal-IT, il-ħruġ tal-kontijiet, eċċ.) kif ukoll ritorn fuq il-kapital investit.

(24)

Fl-2005, il-koeżistenza bejn is-suq ħieles u dak regolat, u b'mod partikolari l-possibilità għall-utenti aħħarija li jaqilbu b'libertà bejn it-tnejn, fissret li t-tariffi regolati aġixxew bħala referenza għall-prezz (jew inkella limitu massimu de facto) fuq il-prezzijiet fis-suq ħieles. Għalhekk, fornitur ikun jista' jopera b'mod profittabbli f'xi sezzjoni partikolari tas-suq biss jekk ikun hemm marġini pożittiva ta' kummerċjalizzazzjoni, jiġifieri jkun hemm xi spazju bejn il-prezz bl-imnut — f'dan il-każ it-tariffa regolata, li għaliha l-klijent ikun intitolat — u l-kosti ġenerali li huwa jeħel biex ikun jista' jservi l-klijenti.

Id-defiċit fit-tariffi tal-2005

(25)

Fl-2005, il-livell li fih it-tariffi regolati u t-tariffi għall-aċċess għan-netwerk ġew stabbiliti ma ġġenerax introjtu biżżejjed biex is-sistema tkun tista' tirkupra l-kosti kollha ddokumentati ex post għas-sena kollha. Il-proċess finali ta' settlement għall-2005, imwettaq mis-CNE fi tmiem is-sena, stabbilixxa defiċit ta' EUR 3 811 miljun. Din ma kinitx l-ewwel darba li l-proċess ta' settlement wassal għal defiċit, għalkemm id-daqs tad-defiċit tal-2005 kien bla preċedent. Fl-2000, l-2001 u l-2002 kienu diġà ġew irreġistrati defiċits iżgħar.

(26)

Fost affarijiet oħra, il-Gvern issottostima l-kosti attwali għall-kisba tal-enerġija. Filwaqt li, f'termini ġenerali, il-konsum tal-enerġija mill-utenti aħħarija kemm fis-suq regolat kif ukoll f'dak ħieles fl-2005 żviluppa bejn wieħed u ieħor kif kien previst f'Diċembru 2004, iż-żidiet mhux mistennija fil-prezzijiet matul is-sena stabbilixxew prezzijiet bl-ingrossa ta' EUR 62,4/MWh fl-2005, imqabbel ma' EUR 35,61/MWh fl-2004, biex il-prezz medju bl-ingrossa fl-2005 kien ta' EUR 59,47/MWh. Din iż-żieda kienet ikkawżata fost oħrajn minn sena b'xita anqas mis-soltu, b'mod li l-produzzjoni tal-enerġija idroelettrika naqset b'55 %, żieda fil-prezzijiet taż-żejt, it-trasferiment tal-prezz fis-suq tal-benefiċċji għall-emissjonijiet ta' CO2 li kienu riċevuti b'xejn skont is-Sistema ta' Skambju tal-Kwoti tal-Emissjonijiet (Emissions Trading System) u żieda fid-domanda għall-enerġija ogħla mit-tkabbir fil-PDG.

(27)

Ir-regolatur Spanjol, CNE, indika li fl-2005 it-tariffi integrali bħala medja ma kinux jirriflettu l-kosti kollha tal-provvista u, b'mod partikolari, il-kosti tax-xiri tal-enerġija fis-suq bl-ingrossa B'mod partikolari, kif jidher fil-grafika hawn taħt, kien biss f'ħames xhur, bejn Jannar u Frar 2005, u mbagħad mill-ġdid bejn April u Ġunju 2005, li l-prezzijiet tal-enerġija impliċiti fit-tariffi integrali regolati medji kunu taħt il-prezzijiet medji fis-suq bl-ingrossa tal-elettriku. Madankollu, bejn Ottubru 2006 u Diċembru 2007 is-sitwazzjoni kienet bil-maqlub: matul dan il-perjodu ta' 14-il xahar, il-prezzijiet medji bl-ingrossa niżlu bil-qawwa taħt il-prezzijiet tal-enerġija impliċiti fit-tariffi integrali regolati medji, b'ammont ħafna aktar mid-differenza osservata fis-seba' xhur tal-2005 meta l-prezzijiet bl-ingrossa kienu ogħla minn dawk impliċiti fit-tariffi integrali.

Grafika 1

Prezz medju bl-ingrossa ppiżat kontra l-prezz impliċitu tal-enerġija f'tariffa integrali

Image

Sors: CNE — Informe sobre la evolución de la competencia en los mercados de gas y electricidad. Periodo 2005/2007, p. 84.

(28)

Fattur importanti li wkoll ikkontribwixxa għaż-żieda fil-kosti ġenerali tas-sistema kien il-livell għoli ta' appoġġ għall-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli. B'mod partikolari, il-produtturi tal-enerġija rinnovabbli setgħu jagħżlu parteċipazzjoni diretta fil-“pool”. Fl-2005, din l-opzjoni kella attrazzjoni partikolari u, bħala riżultat, ipparteċipaw fil-“pool” aktar produturi ta' enerġija rinnovabbli milli mistenni, u dan wassal għal kosti ogħla għas-sistema. Barra minn dan, l-appoġġ dirett għall-kosti tal-enerġija tal-elettriku mill-iskema speċjali (enerġija rinnovabbli, il-koġenerazzjoni) mhux mibjugħ lill-pool, li ddaħħal fil-kontijiet bħala kost regolat, kien ta' EUR 2 701 miljun fl-2005, żieda ta' 5.75 % fuq l-2004. Bħala eżempju, il-kosti tat-trasport u d-distribuzzjoni tas-sistema kienu ta' EUR 4 142 fl-2004, EUR 4 410 miljun fl-2005 u EUR 4 567 miljun fl-2006.

Mekkaniżmu adottat għall-prefinanzjament tad-defiċit

(29)

L-iżvilupp tad-defiċit ma baqax moħbi. F'Marzu 2005, meta beda jidher ċar li kien qed jiżviluppa defiċit tariffarju, permezz tal-Artikolu 24 tad-Digriet-Liġi Rjali 5/2005 (10), l-awtoritajiet Spanjoli stipulaw li l-fondi meħtieġa biex jingħalaq id-distakk bejn il-kosti u l-introjti tas-sistema tal-elettriku jkunu pprovduti mill-ħames l-akbar “utilitajiet tal-elettriku intitolati”, li kienu dawk intitolati li jirċievu kumpens għal kosti mhux rekuperabbli (11), abbażi tal-perċentwali li ġejjin:

Iberdrola, S.A.: 35,01 %;

Unión Eléctrica Fenosa, S.A.: 12,84 %;

Hidroeléctrica del Cantábrico S.A.: 6,08 %;

Endesa, S.A.: 44,16 %;

Elcogás, S.A.: 1,91 %;

(30)

Il-bilanċ negattiv fil-kont tal-kosti mhux rekuperabbli kien jagħti lok għal drittijiet ta' ġbir, li jikkonsistu mid-dritt tal-kumpaniji li jiġbru introjtu mill-konsumaturi tal-elettriku fil-futur. Il-kumpaniji jissekuritaw dawn id-drittijiet u jbiegħuhom fis-suq. Dawn il-kumpaniji, bl-eċċezzjoni ta' Elcogás S.A., huma l-kumpaniji possedenti ta' gruppi vertikalment integrati li normalment joperaw fis-settur tal-ġenerazzjoni tal-elettriku, u fis-settur tad-distribuzzjoni permezz ta' diviżjonijiet ta' distribuzzjoni. Skont kif stabbilit bl-Artikolu 24 tad-Digriet-Liġi Rjali 5/2005, il-motivi u l-kriterji li jirregolaw il-ħatra ta' dawn il-ħames kumpaniji għall-iskop ta' prefinanzjament tad-defiċit tariffarju tal-2005 — u mhux kumpaniji oħra li joperaw fis-suq tal-elettriku Spanjol — jidher li huma d-dritt li jirċievu kumpens għall-kosti mhux rekuperabbli u mhux, pereżempju, l-attività tagħhom fis-settur tad-distribuzzjoni. Elcogás S.A. kienet u għadha kumpanija li hija attiva unikament fil-ġenerazzjoni tal-elettriku (12). Bl-istess mod, għall-iskopijiet tal-prefinanzjament tad-defiċit fis-sistema tal-elettriku fis-snin ta' wara, Spanja ħatret jew lil-kumpanija possedenti tal-grupp (pereżempju, Endesa S.A., Iberdrola S.A.) jew lid-diviżjoni tal-ġenerazzjoni tagħha (Endesa Generación S.A., Iberdrola Generación S.A. fid-Digriet/Liġi Rjali 6/2009), iżda qatt lid-diviżjoni ta' distribuzzjoni (jiġifieri Endesa Distribución Eléctrica, S.L., sussidjarja kollha kemm hi responsabbli mid-distribuzzjoni tal-elettriku taħt is-sistema ta' tariffi regolati fl-2005).

(31)

F'Ġunju 2006, l-awtoritajiet Spanjoli ħadu deċiżjoni rigward l-arranġamenti għall-irkupru tad-defiċit tal-2005 minn konsumaturi tal-elettriku permezz tat-tariffi regolati. Permezz tad-Digriet Irjali 809/2006 (13), l-awtoritajiet Spanjoli stabbilew li d-defiċit tal-2005 (jew, b'mod aktar preċiż, id-drittijiet ta' ġbir mogħtija lill-ħames utilitajiet magħżula) jitħallsu lura mill-konsumaturi fuq 14-il sena u nofs permezz ta' sopratariffa speċjali applikata kemm għat-tariffi integrali kif ukoll għal dawk tal-aċċess. Is-sopratariffa, ikkalkulata bħala l-ammont ta' kull sena meħtieġ biex jiġi kopert b'mod lineali il-valur nett preżenti tad-defiċit tal-2005 fuq 14-il sena u nofs, ġiet iffissata fil-livell ta' 1,378 % tat-tariffa integrali, u ta' 3,975 % tat-tariffa ta' aċċess għall-2006. Ir-rata ta' imgħax applikabbli kienet il-Euribor ta' tliet xhur.

(32)

Is-sopratariffa kienet meqjusa bħala “kontribuzzjoni għal skop speċifiku” (cuota con destino espécifico) L-awtoritajiet Spanjoli stabbilew li l-introjti mill-kontribwenti biex jiġi ffinanzjat id-defiċit tal-2005 jinġabru fil-kont tad-depożiti amministrat minn CNE. CNE imbagħad jittrasferixxi l-fondi lis-sidien tad-drittijie ta' ġbir, jiġifieri l-utilitajiet li kienu ffinanzjaw id-defiċit jew l-entitajiet li sussegwentement kienu xtraw id-drittijiet ta' ġbir mingħandhom, skont is-sehem tad-defiċit iffinanzjat minn kull wieħed minnhom.

L-effetti tad-defiċit tariffarju fuq is-suq Spanjol

(33)

Fl-2005, 37,49 % tad-domanda għall-elettriku fi Spanja kienet tinkiseb mis-suq ħieles. Din il-kwantità tikkorrispondi ma' għadd relattivament żgħir ta' konsumaturi; kienu biss 8,5 % tal-konsumaturi li xtraw mis-suq ħieles, filwaqt li 91,5 % baqgħu fuq tariffi regolati (minn 97 % fl-2004). Il-klijenti tal-vultaġġ għoli (fuq kollox il-klijenti industrijali) kienu l-kategorija ewlenija preżenti fis-suq ħieles; 38,9 % minnhom kienu eżerċitaw l-opzjoni tagħhom u x-xirjiet tagħhom kienu jsarrfu għal 29 % tal-kosum totali tal-elettriku fil-parti kontinentali ta' Spanja fl-2005. Il-maġġoranza vasta tal-unitajiet domestiċi u tal-konsumaturi żgħar ta' vultaġġ baxx, li jistgħu jagħżlu s-suq ħieles mill-2003 'l quddiem (14), kienu għadhom fuq tariffi regolati. madankollu, fl-2005, għadd kbir fosthom ukoll għażlu s-suq ħieles. Fil-31 ta' Diċembru 2005, aktar minn żewġ miljun konsumatur kienu fis-suq ħieles (imqabbel ma' 1,3 miljun fl-2004).

(34)

Madankollu, il-vantaġġ tal-prezz li kien hemm bħala medja mit-tariffi regolati fl-2005 għandu jittieħed f'kunsiderazzjoni b'mod parallel mar-ritorn tal-konsumaturi lejn is-suq regolati, għalkemm b'ċertu ttardjar. Kif jidher fit-Tabella 2 hawn taħt, l-għadd ta' konsumaturi li kienu fornuti mis-suq ħieles żdied matul l-2005 iżda naqas fl-2006, biex il-perċentwali (8,15 %) niżlet għal dik li kien hemm fl-ewwel nofs tal-2005. Bl-istess mod, it-tnaqqis fl-ammont ta' enerġija fornuta lill-utenti aħħarija fis-suq ħieles li kien qed jidher f'Diċembru 2004 kompla fl-ewwel nofs tal-2005. Għalkemm naqqas fil-pass b'mod sinifikanti bejn Ġunju u Settembru 2005, kompla f'Diċembru 2005 u matul l-2006.

Tabella 2

Sehem tas-siti ta' forniment u tal-enerġija fis-suq ħieles (bħala perċentwali tas-suq kollu) 2004-2006

Elettriku

2004

2005

2006

 

Mar

Ġun

Sett

Diċ

Mar

Ġun

Sett

Diċ

Mar

Ġun

Sett

Diċ

Bħala % tas-siti ta' forniment

1,53

2,82

4,21

5,73

7,42

9,42

10,37

10,66

10,20

9,28

8,86

8,15

Bħala % tal-enerġija

29,30

33,60

36,19

33,57

33,15

35,34

41,39

37,41

29,38

27,10

25,74

24,87

Sors: Rapport ta' CNE “Nota Informativa sobre los suministros de electricidad y gas natural en los mercados liberalizados, actualización 31 de diciembre de 2006”.

(35)

Għalkemm l-impatt tat-telf li ġarrbu l-fornituri beda jinħass f'nofs l-2005, meta l-prezzijiet bl-ingrossa bdew jidiedu b'mod konsiderevoli, il-kuntratti tal-forniment ma setgħux jiġu tterminati b'mod immedjat. Bħala riżultat, il-fornituri fis-suq ħieles, partikolarment dawk li ma kellhomx kapaċità ta' ġenerazzjoni iżda li kellhom jakkwistaw l-elettriku fis-suq bl-ingrossa, ġew sfurzati jagħżlu bejn li jagħmlu offerti skont kundizzjonijiet tas-suq ħieles li jkunu simili għat-tariffa regolata, minkejja l-possibilità li jġarbu telf, u li jżommu prezziijet ogħla li jirriflettu l-kosti attwali tal-akkwist, biex b'hekk jitilfu mis-sehem fis-suq.

ID-DEĊIŻJONI BIEX TIĠI INIZJATA L-PROĊEDURA SKONT L-ARTIKOLU 108(2) TAT-TFUE

(36)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni biex tiġi inizjata l-proċedura formali ta' investigazzjoni kienet ibbażata fuq ir-raġunijiet li ġejjin:

(37)

Id-deċiżjoni pparagunat it-tariffi regolati mħallsa mid-diversi kategoriji ta' utenti aħħarija mal-prezzijiet stmati li kien ikollhom iħallsu fis-suq ħieles fin-nuqqas tat-tariffi, u sabet li kien jidher li kien hemm vantaġġ favur il-biċċa l-kbira ta' kategoriji ta' utenti. L-għajnuna allegata favur l-utenti aħħarija hija l-oġġett ta' deċiżjoni separata fil-Każ SA.21817 — Tariffi tal-Elettriku Regolati: konsumaturi.

(38)

Għal dawk li jirrigwardja d-distributuri, id-deċiżjoni tal-ftuħ indikat li, peress li s-sistema tħajjar lill-utenti aħħarija li jmorru lura għas-suq regolat, jista' jkun li din kienet qed tagħti benefiċċju lid-distributuri, li jidher li kienu qed igawdu marġini garantit ta' qligħ fuq l-attivitajiet regolati tagħhom. Dan il-vantaġġ jidher li ngħata b'mod selettiv lid-distributuri, peress li dawn kienu l-uniċi operaturi fis-suq li għandhom il-permess li jbiegħu l-eleettriku b'tariffi regolati.

(39)

Id-deċiżjoni sabet ukoll li s-sistema kienet tinvolvi trasferiment ta' riżorsi tal-istat, peress li s-sopratariffa fuq il-prezz użata biex jitħallas lura d-defiċit tikkostitwixxi levy parafiskali, li d-dħul minnha jgħaddi mingħand ir-regolatur Spanjol CNE (entità pubblika) qabel ma jiġu diretti lejn il-benefiċjaji finali. Id-deċiżjoni kkonkludiet li, fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar dan, dawn il-fondi għandhom jitqiesu bħala riżorsi tal-istat.

(40)

Meta jitqies li kemm l-utenti aħħarija l-kbar kif ukoll id-distributuri joperaw fi swieq li huma ġeneralment miftuħa għall-kompetizzjoni u l-kummerċ fi ħdan l-Unjoni, il-Kummissjoni fid-deċiżjoni ta' ftuħ ikkonkludiet li kienu ġew issodisfati l-kriterji kollha stabbiliti fl-Artikolu 107(1) TFUE u li l-miżura kienet tikkostitwixxi għajnuna mill-istat favur l-utenti aħħarija u d-distributuri.

(41)

Wara li nnotat li l-ebda waħda mid-derogi stipulati fl-Artikolu 107 TFUE ma kienet tidher li hi applikabbli, id-deċiżjoni ta' ftuħ eżaminat jekk il-provvista tal-elettriku b'tariffi regolati tistax tiġi kkunsidrata servizz ta' interess ekonomiku ġenerali (SIEĠ) u bħala tali tibbenefika mid-deroga stipulata fl-Artikolu 106(2) TFUE. Id-deċiżjoni ta' ftuħ iddikjarat li, fis-settur tal-elettrku, il-marġini ta' diskrezzjoni tal-Istati Membri fl-istabbiliment ta' obbligi ta' servizz pubbliku hija limitata mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2003 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li tħassar id-Direttiva 96/92/KE (15) (“id-Direttiva dwar l-Elettriku”) Id-Direttiva dwar l-Elettriku tobbliga lill-Istati Membri li jistabbilixxi obbligu ta' servizz universali (inkluż b'mod notevoli d-dritt li ta' forniment bi prezzijiet raġonevoli) biss għal konsumaturi fl-unitajiet domestiċi u għall-impriżi ż-żgħar (16). Id-deċiżjoni kkonkludiet li, fid-dawl tad-Direttiva msemmija, il-provvista tal-elettriku b'tariffi regolati lil impriżi medji u kbar, għall-kuntrarju ta' dik lil unitajiet domestiċi u negożji żgħar, ma tistax titqies SIEĠ fis-sens strett tal-kelma.

(42)

Il-Kummissjoni b'hekk esprimiet dubji serji dwar kemm l-elementi ta' għajnuna fit-tariffi regolati li ġew applikati lil impriżi li ma humiex impriżi żgħar u lid-distributuri jistgħu jiġu kkunsidrati bħala kumpatibbli mas-suq intern.

IL-KUMMENTI MILL-PARTIJIET INTERESSATI

(43)

L-istedina tal-Kummissjoni għall-kummenti dwar id-deeċiżjoni li tinfetaħ investigazzjoni dettaljata attirat għadd kbir ta' sottomissjonijiet minn konsumaturi industrijali kbar, minn distributuri, fornituri indipendenti u gvernijiet tal-Komunitajiet Awtonomi ta' Spanja. Hawn se jiġu eżaminati biss l-osservazzjonijiet relevanti għall-pożizzjoni tad-distributuri/

IL-KUMMENTI MILL-FORNITURI INDIPENDENTI

(44)

Ġew riċevuti kummenti minn Céntrica u minn ACIE, l-Assoċjazzjoni tal-Fornituri Indipendenti tal-Enerġija. L-argumenti u l-konklużjonijiet tagħhom huma fil-biċċa l-kbira ekwivalenti u se jiġu ttrattati flimkien.

(45)

L-attenzjoni ewlenija tas-sottomissjoni ta' Céntrica hija l-għajnunamill-istat li allegatamentii ngħatat lid-distributuri tal-elettriku. Céntrica ssosstni li fl-2005 il-kost medju tax-xiri tal-elettriku fis-suq bl-ingrossa kien kważi 70 % ogħla mill-kost medju mbassar tal-akkwist integrat fit-tariffi integrali ffissati mill-Gvern permezz tad-Digriet Irjali 2329/2004.

(46)

Bħala riżultat ta' din id-diskrepanza bejn dan it-tbassir u l-kosti attwali, id-dħul mis-sistema ma kienx biżżejjed biex jiġu koperti l-ispejjeż, l-aktar peress li l-prezz imħallas mid-distributuri għax-xiri tal-elettriku kien ogħla mill-prezz regolat li bih kellhom ibiegħuh. Għalhekk id-distributuri rreġistraw defiċit fil-kontijiet tagħhom. Madankollu, bħala riżultat tal-mekkaniżmu adottat mill-awtoritajiet Spanjoli biex jagħqlu d-distakk fid-dħul (li kien jikkonsisti fl-obbligu tal-ġeneraturi eliġibbli li jipprefinanzjaw id-defiċit kontra talba għal żborż sussegwenti), il-kontijiet tad-distributuri baqgħu bilanċjati, u t-telfiet tagħhom kienu de facto newtralizzati mill-Istat.

(47)

Fil-każ tal-fornituri tas-suq ħieles kien hemm trattament differenti, minkejja l-fatt li huma wkol ġarrbu telf. Skont Céntrica u ACIE, il-fornituri fis-suq ħieles kienu suġġett għal kosti simili ta' akkwist bħad-distributuri (17). Barra minn dan, huma kienu de facto marbuta bil-livell tat-tariffa integrali ffissata mill-gvern għal kull kategorija ta' klijent għaliex kieku ma kienx ikun probabbli li jiġbdu lejhom klijenti ġodda jew li jżommu l-klijenti li kellhom. B'mod partikolari, ACIE tindika li fil-bidu tal-2005, il-membri tagħha kkonkudew kuntratti abbażi tat-tbassir tal-gvern tal-prezzijiet bl-ingrossa u li aktar tard huma kellhom jonoraw dawn il-kuntratti anki jekk instab li dawn ma kinux profittabbli. Bħala riżultat, il-fornituri indipendenti ġarrbu telf. Madankollu, kuntrarju għad-distributuri, it-telf tal-fornituri indipendenti ma ġewx ibbilanċjati mill-Istat. Céntrica tistma li fl-2005 hija sofriet telf ta' EUR 10 miljun. Skont ACIE, diversi fornituri, inkluż Saltea Comercial, Electranorte, CYD Energia u RWE ġew imbuttati 'l barra mis-suq.

(48)

Skont ACIE u Céntrica, il-kumpens għat-telf tad-distributuri kkawża distorsjoni fil-kompetizzjoni, ħoloq diskriminazzjoni fil-konfront tal-fornituri indipendenti u għandu jitqies bħala għajnuna mill-istat. Apparti l-allegazzjoni li l-kumpens għat-telf jikkostitwixxi vantaġġ minnu nnifsu, Céntrica ressqet l-argument li l-parteċipanti stabbiliti fis-suq (impriżi vertikalment integrati) setgħu jżommu s-sehem fis-suq tagħhom u jevitaw it-telf billi jħajru lill-konsumaturi li jaqilbu mid-diviżjonijiet tagħhom ta' provvista li qed jagħmlu t-telf lejn id-diviżjonijiet tagħhom ta' distribuzzjoni, li jirċievu kumpens, fejn ikun xieraq.

(49)

Skont ACIE u Céntrica, il-vantaġġ għall-impriżi stabbiliti kien “speċifiku”, jiġifieri selettiv, peress li l-mekkaniżmu ta' ffinanzjar u ta' kumpens kien ta' benefiċċju b'mod speċifiku lid-distributuri billi ngħatalhom vantaġġ finanzjarju u kompetitiv fuq il-fornituri fis-suq ħieles. Céntrica ressqet l-argument li d-distinzjoni bejn id-distributuri u l-fornituri fis-suq ħieles kienet biss formali, peress li ż-żewġ kategoriji kienu qed jikkompetu fl-istess suq (il-bejgħ tal-elettriku bl-imnut), it-tnejn kienu affettwati minn tariffi integrali (jew għaliex kienu ġew imposti bil-liġi jew inkella għaliex kienu aġixxew de facto bħala limitu massimu fuq il-prezzijiet tas-suq) u t-tnejn kienu jakkwistaw l-elettriku bl-istess prezz u sofrew l-istess telf.

(50)

Fl-opinjoni ta' Céntrica, it-trattament preferenzjali tad-distributuri ma kien iġġustifikat bl-ebda raġuni marbuta mal-loġika jew l-istruttura tas-sistema tal-elettriku, u lanqas ma seta' jitqies bħala kumpens għal servizz ta' interess ekonomiku ġenerali. Céntrica tisħaq li s-sistema kisret id-Direttiva dwar l-Elettriku, mhux biss minħabba n-natura diskriminatorja tal-arranġamenti tad-defiċit, iżda wkoll għaliex il-konsumaturi kienu ġew imċaħħda mid-dritt tagħhom li jkollhom prezzijiet u tariffi trasparenti (18). Peress li parti mill-prezz għall-elettriku pagabbli għall-2005 kienet differita għas-snin futuri, il-prezzijiet finali miżmuma ma kinux ċari għall-konsumaturi.

(51)

Céntrica hija tal-fehma li l-vantaġġ selettiv li ngħata bl-arranġamenti dwar id-defiċit kienu ta' benefiċċju mhux biss għad-distributuri iżda wkoll għall-impriżi vertikalment integrati li għalihom kienu jappartjenu. Skont Céntrica, grupp vertikalment integrat għandu jitqies bħala impriża waħda għall-iskop tal-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-istat. Céntrica tallega li s-sistema Spanjol ppermettiet lil kumpaniji ta' ġenerazzjoni li jgħollu l-prezzijiet fis-suq bl-ingrossa u b'hekk ikomplu jagħmlu l-qligħ. F'dawn iċ-ċirkostanzi, il-gruppi kellhom interess vestit li jżommu s-sehem mis-suq li fuq d-diviżjonijiet tad-distribuzzjoni tagħhom kienu jistrieħu. Għalhekk, il-gruppi vertikalment integrati għandhom ukoll jitqiesu bħala riċevituri ta' għajnuna mill-istat.

IL-KUMMENTI TAD-DISTRIBUTURI

(52)

Daħlu kummenti minn UNESA (l-assoċjazzjoni li tirrappreżenta lid-distributuri), Iberdola Distribución, Union Fenosa Distribución, Enel Viesgo Distribución u Endesa Distribución. L-osservazzjonijiet tagħhom huma fil-biċċa l-kbira simili u se jiġu ttrattati flimkien.

(53)

Id-distributuri (kif rappreżentati minn UNESA) għamlu distinzjoni bejn attivitajiet ta' pura distribuzzjoni/ġestjoni kummerċjali, li huma jarawha bħala SIEĠ, u l-provvista b'tariffi regulati, li skont huma ma tinvolvi l-ebda għajnuna mill-ista peress li ma tipprovdi l-ebda vantaġġ finanzjarju.

(54)

Id-distributuri jfakkru li l-kuntest legali li fih il-fornituri u d-distributuri jwettqu l-attivitajiet tagħhom kien differenti ħafna; id-distributuri kienu obbligati li jixtru l-elettriku għall-provvista b'tariffi regolati b'modi speċifiċi (jew mingħand il-pool jew minn produtturi “tal-iskema speċjali”), filwaqt li l-fornituri kienu liberi li jinnegozjaw il-prezzijiet tagħhom. Id-distributuri ma setgħux jirrifjutaw li jfornu lil klijenti regolati u ma setgħux jakkwistaw klijenti ħlief dawk li jagħżlu tariffi regolati. Id-distributuri lanqas ma setgħu joffru servizz awżiljarji, filwaqt li l-fornituri kienu liberi li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet ta' provvista tagħhom.

(55)

It-tabella hawn taħt tiġbor fil-qosor id-differenzi bejn il-fornituri u d-distributuri tas-suq ħieles f'dak li għandu x'jaqsam mal-bejgħ bl-imnut tal-elettriku (19):

 

Obbligu ta' provvista

Suq potenzjali

Xiri ta' enerġija

Fornituri

Le

L-utenti Spanjoli kollha

Kull mekkaniżmu

Distributuri

Iva

Biss l-utenti magħquda man-netwerks tagħhom

Permess tal-pool jew minn ġeneraturi tal-iskema speċjali

 

Prezz tax-xiri bl-ingrossa

Prezz tal-bejgħ

Marġini ta' profitt

Fornituri

B'xejn

B'xejn

Marġini fuq il-bejgħ

Distributuri

Prezz tal-pool jew prezz regolat tal-“iskema speċjali”

Tariffi regolati

L-ebda marġini ta' profitt

(56)

Għaldaqstant id-distributuri kkonludew li, meta jitqies il-kuntest legali u fattwali differenti, il-fornituri tas-suq ħieles ma kinux f'kompetizzjoni mad-distributuri, iżda pjuttost mat-tariffi regolati, li kienu qed jaġixxu bħala l-prezz ta' referenza fis-suq.

(57)

Id-distributuri ressqu l-argument li l-attività tal-provvista tal-elettriku bit-tariffa ma kienet qed iġġibilhom l-ebda tip ta' profitti jew vantaġġi. Filwaqt li għall-pura distribuzzjoni u l-ġestjoni kummerċjali, ir-rimunerazzjoni tad-distributuri kienet tinkludi marġini ta' profitt biex jiġi rimunerat il-kapital investit, għall-provvista b'tariffi regolati, id-distributuri kienu jiksbu biss rimborż tal-kosti tagħhom mingħajr l-ebda marġini ta' profitt. B'mod partikolari, il-kosti “rikonoxxuti” għal distributur kienu bbażati fuq il-prezz medju ppiżat imħallas għall-elettriku matul il-perjodu ta' referenza. F'ċerti ċirkostanzi, dawn il-kost rikonoxxuti setgħu kienu aktar baxxi mill-kosti totali attwali li jkollu distributur. Meta l-attività ta' bejgħ regolata pproduċiet bilanċ pożittiv, dawn il-fondi ma kinux jibqgħu għand id-distributuri, iżda kienu jiġu allokati, matul il-proċess ta' settlement, għall-iffinanzjar ta' kosti ġenerali oħra tas-sistema. L-ammont rikonoxxut mill-Istat kien ekwivalenti għad-differenza bejn il-prezz medju ppiżat tax-xirijiet tal-elettriku, mmultiplikat bil-kwanita ta' enerġija ttrasportata minn kull distributur, wara korrezzjoni għal telfiet standard.

(58)

Id-distributuri jsostnu wkoll li huma ma kisbu l-ebda benefiċċju finanzjarju dirett jew indirett, mill-bdil lura tal-klijenti fis-suq ħieles għal tariffi regolati, billi r-remunerazzjoni tagħhom għad-distribuzzjoni pura u l-ġestjoni kummerċjali kienet totalment indipendenti min-numru ta' klijenti fuq tariffi regolati jew il-kwantità ta' elettriku li nbiegħet bit-tariffa.

L-ewwel nett, kif spjegat hawn fuq, għall-provvista bit-tariffa rregolata kien hemm biss rimborż tal-ispejjeż,

It-tieni, ir-remunerazzjoni tad-distribuzzjoni pura kienet indipendenti wkoll mill-għadd ta' klijenti fuq tariffi regolati, peress illi kienet ibbażata fuq il-volum ta' “enerġija trasportata”, li kienet tinkludi l-elettriku kollu ttrasportat minn distributuri fuq in-netwerk, irrispettivament minn jekk l-enerġija kinetx tinbiegħ bit-tariffi rregolati jew b'rati tas-suq ħieles,

It-tielet, ir-rimunerazzjoni għal attivitajiet ta' ġestjoni kummerċjali kienet indipendenti wkoll mill-għadd ta' klijenti forniti b'tariffi regolati, billi l-liġi kienet tistipula pagamenti bbażati fuq in-numru ta' kuntratti konklużi (kemm għat-tariffi ta' aċċess kif ukoll għat-tariffi regolati) u għalhekk ma kenitx relatata man-numru ta' klijenti fuq tariffi regolati. Fi kwalunkwe każ, id-distributuri kienu meħtieġa li jimmaniġġaw t-talbiet tal-klijenti kollha, bħal bidliet fit-tip ta' konnessjoni, kuntratti, il-fatturazzjoni ta' tariffi ta' aċċess, il-metraġġ, eċċ., indipendentement mit-tip ta' provvista.

(59)

Id-distributuri b'hekk jikkonkludu li l-“kumpens” li rċevew fir-rigward ta' provvisti bit-tariffi regolati għandu jitqies pjuttost bħala r-rimborż tas-somom li kienu meħtieġa li javvanzaw b'applikazzjoni tal-liġi, jew bħala kumpens għal telf u dannu.

(60)

Iberdrola speċifikament issostni li jkun legalment u ekonomikament inkorrett li l-iżbilanċ jiġi imputat lid-distributuri. l-ispejjeż imġarrba għax-xiri tal-elettriku għas-suq regolat kienu imputabbli għas-sistema tal-elettriku, mhux għad-distributuri, li sempliċement implimentaw id-dispożizzjonijiet legali. Ir-rikavat tal-bejgħ bi prezzijiet regolati qatt ma sar proprjetà tad-distributuri, iżda kien jappartjeni għas-sistema tal-elettriku kollha, u għalhekk is-sistema għandha titqies bħala “l-bejjiegħ” ta' elettriku bi prezzijiet regolati. F'sistema rregolata ħafna bħala dik Spanjola, ma jkunx raġonevoli, skont Iberdrola, li jiġu imputati lid-distributuri l-iżbilanċi finanzjarji kkawżati mill-istruttura regolatorja jew minn żbalji fi stimi ta' spejjeż futuri tal-enerġija.

(61)

Iberdrola tirrimarka wkoll li d-distributuri ma żammewx id-dħul mis-soprataxxa, li, bħala “kontribuzzjoni speċifikament allokata”, kienet trasferita immedjatament fil-kont ta' depożitu miftuħ mis-CNE u mgħoddija lill-ġeneraturi li prefinanzjaw id-defiċit.

KUMMENTI MILL-GVERN REĠJONALI TAL-ASTURIAS

(62)

Il-kummenti mill-Gvern Reġjonali tal-Asturias huma ekwivalenti għal dawk ippreżentati hawn taħt mill-Gvern Spanjol, li qed issir referenza għalihom.

KUMMENTI MINN SPANJA

(63)

Spanja ssostni li s-sistema tat-tariffi regolati fl-2005 ma kinitx tinvolvi għajnuna, la għall-utenti finali u lanqas għad-distributuri. B'mod partikolari, fir-rigward tad-distributuri, Spanja tqis li l-kumpens li rċevew huwa konformi mal-ġurisprudenza Altmark tal-Qorti tal-Ġustizzja u, għalhekk, ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat.

EŻISTENZA TAL-GĦAJNUNA

L-EBDA RABTA KAWŻALI BEJN AZZJONI TAL-ISTAT U D-DEFIĊIT, U N-NUQQAS TA' IMPUTABBILTÀ TAD-DEFIĊIT LILL-ISTAT

(64)

Spanja ssostni li l-iżbilanċ ma kienx imputabbli lill-Istat, fis-sens li huwa kien ikkawżat minn ċirkustanzi esterni imprevedibbli u mhux mill-intenzjoni tal-Istat li jissussidja ċerti attivitajiet.

(65)

Spanja ssostni li l-provvista bit-tariffi rregolati stabbiliti mill-Istat ma kinitx prekluża mil-liġi tal-UE fl-2005. Għalhekk, intervent regolatorju mill-Istat kien legalment validu, billi kien l-espressjoni tas-sovranità nazzjonali. Wieħed minn dawn il-prerogattivi sovrani jikkonsisti fl-iffissar tat-tariffi sabiex l-ispejjeż mistennija jaqblu mad-domanda mistennija.

(66)

Id-distributuri ġabru l-fondi permezz ta' tariffi integrali u ta' aċċess, u mbagħad trasferew parti minn dan id-dħul f'kontijiet dedikati (skont il-perċentwali ffissati fid-digriet tat-tariffi annwali). Wara dan, naqqsu x-xiri ta' elettriku mill-pool u mingħand ġeneraturi mill-“iskema speċjali”. Jekk id-dħul minn tariffi integrali u ta' aċċess ma kienx ikopri l-kost ta' attivitajiet regolati, ġie ġġenerat defiċit tariffarju.

(67)

Spanja ssostni li d-defiċit tal-2005 kien ikkawżat minn diskrepanza bejn il-previżjonijiet tal-gvern għall-prezzijiet tal-elettriku bl-ingrossa u l-prezzijiet reali rreġistrati fil-pool. Il-prezzijiet eċċezzjonalment għoljin kienu kkawżati minn kawżi imprevedibbli li kienu jammontaw għal forza maġġuri (ara l-premessa 26).

(68)

Peress li l-avveniment li ġġenera l-għajnuna allegata kien żieda akbar minn dik mistennija fil-prezzijiet bl-ingrossa, il-vantaġġ allegat ma seta' jkun attribwibbli għall-ebda att legali. Anke jekk wieħed jassumi li dan il-vantaġġ kien jeżisti, kien ikun ikkawżat minn ċirkostanzi mhux relatati mal-intenzjonijiet tal-Istat. L-eżistenza ta' forza maġġuri, skont Spanja, tkisser ir-rabta kawżali bejn id-deċiżjoni amministrattiva li tistabbilixxi l-livell tat-tariffi u l-vantaġġ kompetittiv li ta lok għal għajnuna mill-Istat. Anke jekk wieħed jassumi li l-kundizzjoni oġġettiva tar-rabta ta' kawżalità kienet sodisfatta, il-kundizzjoni suġġettiva tal-intenzjoni (l-imputabbiltà) min-naħa tal-Istat tkun assenti.

EBDA RIŻORSI TAL-ISTAT

(69)

Spanja ssostni li t-tariffi ma kinux jinvolvu fondi pubbliċi. L-ewwel nett, Spanja ssostni f'dan ir-rigward li s-sopraimposta ma hijiex “ħlas” fis-sens tal-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja dwar l-imposti parafiskali, għaliex mhijiex miġbura mill-Istat u ma tikkorrispondix ma' imposta fiskali. Skont Spanja, iż-żieda hija parti integrali mit-tariffa u min-natura tagħha tixbaħ lil tariffa. It-tariffa hija għalhekk prezz privat.

(70)

It-tieni, il-fondi ma nġabrux mill-Istat, u ma tħallsux f'fond iddeżinjat mill-Istat. It-tariffi ġew miġbura mid-distributuri, mhux mill-Istat, u għalhekk kienu prezzijiet privati li żguraw ħlas ġust tal-atturi (kif stipulat fl-LSE). Dawn kienu la taxxi u lanqas prezzijiet pubbliċi. L-Istat ma tħallas xejn, peress li kienet is-sistema li pprovdiet remunerazzjoni permezz tal-forzi tas-suq għal attivitajiet mhux regolati u bis-saħħa ta' tariffi ta' aċċess stabbiliti mill-Istat fir-rigward ta' attivitajiet regolati. Peress li f'tali sistema ma hemm l-ebda piż għall-Istat, ma jkunu involuti l-ebda riżorsi tal-Istat, skont il-ġurisprudenza Sloman Neptune  (20). Barra minn hekk, dawn il-fondi qatt ma' daħlu fil-fondi tal-Istat, ma ssemmewx f'liġijiet baġitarji, ma kinux soġġetti għal verifika mill-Qorti tal-Awdituri, u ma setgħux jiġu rkuprati minn debituri permezz ta' proċeduri amministrattivi ta' rkupru. Id-dejn fir-rigward tas-sistema tal-elettriku ma kienx soġġett għar-rata tal-imgħax applikabbli għal djun dovuti lill-Istat.

(71)

Spanja tinsisti li dawn il-fondi kienu ġestiti mir-regolatur Spanjol, CNE, li kien qed jaġixxi bħala sempliċement intermedjarju tal-kontabbiltà. L-awtoritajiet Spanjoli jindikaw li fid-deċiżjoni tagħha tal-2001 dwar l-ispejjeż mhux rekuperabbli Spanjoli (SA NN 49/99) il-Kummissjoni kienet diġà stabbilixxiet li “t-tranżitu ta' fondi permezz tas-CNE huwa ta' natura essenzjalment tal-kontabilità. Il-fondi ttrasferiti lill-kont f'isem is-CNE qatt ma saru proprjetà ta' dan il-korp, u kienu immedjatament imħallsa lill-benefiċjarji skont ammont predeterminat li s-CNE ma tkunx jista' jimmodifika b'xi mod”. Fuq il-bażi ta' din il-kunsiderazzjoni, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni li “ma [kinitx] f'pożizzjoni li tiddetermina jekk ir-rikavat tat-taxxa stabbiliti fil-qafas tal-iskema tal-ispejjeż mhux irkuprabbli jikkostitwixxu riżorsi tal-Istat”.

(72)

It-tielet, Spanja tikkontesta l-konklużjoni tal-Kummissjoni li bejgħ regolat minn distributuri kien iffinanzjat permezz ta' “taxxa speċjali” pagabbli minn utenti finali tal-elettriku Spanjoli kollha. Skont Spanja, id-distributuri ma kinux “iffinanzjati mill-Istat”, iżda jirċievi remunerazzjoni ekwa u raġonevoli għat-twettiq ta' kompitu statutorju li kienu obbligati li jwettqu.

(73)

Barra minn hekk, meta bigħu l-elettriku f'tariffi regolati u xtrawh fil-“pool” mill-ġeneraturi, id-distributuri ġġeneraw defiċit (li kien kopert minn mekkaniżmu ta' finanzjament minn qabel stabbilit mid-Digriet-Liġi Rjali 5/2005) iżda kienu l-ġeneraturi, mhux id-distributuri, li kienu jirċievu d-dħul mis-soprataxxa miżjuda mat-tariffa.

EBDA VANTAĠĠ

(74)

Spanja ma taqbilx mal-konklużjoni preliminari tal-Kummissjoni li t-tariffi regolati taw vantaġġ ekonomiku lid-distributuri.

(75)

Fir-rigward tad-distributuri, Spanja tikkontesta l-konklużjoni tal-Kummissjoni li s-sistemi ta' tariffi ggarantixxew marġini ta' profitt minimu lid-distributuri. Spanja ssostni li l-provvista b'tariffi rregolati mid-distributuri kienet iġġustifikata mill-ħtieġa li jiġi garantit servizz ta' interess ġenerali, u li r-remunerazzjoni ta' attivitajiet regolati kienet maħsuba esklussivament biex tkopri l-ispejjeż tat-twettiq tal-obbligi marbuta ma' dawn l-attivitajiet.

L-EBDA IMPATT FUQ IL-KOMPETIZZJONI U L-KUMMERĊ BEJN L-ISTATI MEMBRI

(76)

Skont l-awtoritajiet Spanjoli, id-dispożizzjonijiet regolatorji applikabbli għall-provvista b'tariffi regolati ma llimitawx il-libertà ta' stabbiliment ta' fornituri tal-elettriku u ma kien hemm l-ebda trattament preferenzjali ta' fornituri Spanjola meta mqabbla ma' fornituri minn Stati Membri oħra.

(77)

Fl-2005 il-Peniżola Iberika kellha kapaċità ta' interkonnessjoni tant baxxa li ma kienx hemm suq intern reali għall-enerġija. L-awtoritajiet Spanjoli jikkunsidraw li, minħabba din is-sitwazzjoni ta' iżolament, ikun sproporzjonat li tikkonkludi — kif issosnti l-Kummissjoni — li t-tariffa kellha impatt fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri.

(78)

L-awtoritajiet Spanjoli jsostnu li l-elettriku ma ġiex esportat barra Spanja u d-distributuri li joperaw fi Spanja ma setgħux ibigħu enerġija Spanjola barra t-territorju nazzjonali. Min-naħa l-oħra, kull kumpanija eleġibbli setgħet tieħu sehem fin-negozju tad-distribuzzjoni fuq livell ugwali ma' impriżi Spanjoli u tgawdi l-istess trattament ġuridiku u ekonomiku.

(79)

Spanja tqis li l-fornituri, min-naħa l-oħra, kienu qed jeżerċitaw attività libera u mhux regolata. Huma kienu jiffaċċaw ir-riskji u l-vantaġġi li dan iġib miegħu. Li jieħdu dawn ir-riskji kien ifisser li kellhom jaċċettaw li, taħt ċerti kundizzjonijiet imprevedibbli, l-attività bl-imnut tagħhom setgħet ma tkunx profittabbli. Il-profittabbiltà madankollu kienet tirritorna malli t-tariffi jippermettu jew malli ċ-ċirkostanzi eċċezzjonali ma jibqgħux jeżistu.

L-ANALIŻI FID-DAWL TAL-ĠURISPRUDENZA ALTMARK

(80)

Spanja ssostni li, fl-2005, l-eżistenza ta' tariffi regolati ma kenitx tmur kontra l-liġi tal-Unjoni, minħabba li l-iskadenza għall-ftuħ tas-suq għall-konsumaturi kollha, inklużi l-unitajiet domestiċi, kienet l-1 ta' Lulju 2007.

(81)

Skont Spanja, il-kopertura tal-ispejjeż imġarrba mid-distributuri fil-provvista b'tariffi regolati kienet tirrispetta l-erba' kriterji tal-ġurisprudenza Altmark u għalhekk dan l-intervent ma jaqax fl-ambitu ta' għajnuna mill-Istat.

(82)

L-ewwel nett, il-provvista tal-elettriku hija servizz ta' interess ġenerali u l-Istat għandu jintervjeni biex jimpedixxu abbużi ta' pożizzjonijiet dominanti li jirriżultaw mill-eżistenza ta' netwerk uniku (monopolju naturali). Għalhekk, il-kumpaniji li jwettqu attivitajiet regolati jwettqu obbligi ta' servizz pubbliku.

(83)

It-tieni nett, il-parametri għall-iffissar tat-tariffi ġew stabbiliti b'mod oġġettiv u trasparenti. Ir-rimunerazzjoni ta' attivitajiet regolati kienet oġġettiva u trasparenti. Impriżi oħra tal-UE wkoll setgħu jidħlu fis-suq tad-distribuzzjoni.

(84)

It-tielet nett, il-ħlasijiet għall-attivitajiet regolati kienu jkopru biss l-ispejjeż għat-twettiq tal-obbligu ta' servizz pubbliku. Id-distributuri setgħu jiksbu rimborż biss tal-ispejjeż relatati ma' attivitajiet regolati.

(85)

Ir-raba' nett, il-qafas regolatorju kumpless għall-iffissar tat-tariffi u l-proċedura ta' riżoluzzjoni juru li s-sistema tariffarja kienet ibbażata fuq analiżi bir-reqqa tal-ispejjeż u d-dħul tas-sistema, u analiżi tad-domanda għall-elettriku.

(86)

Fuq din il-bażi Spanja tikkonkludi li s-sistema tariffarja ma kenitx tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat għax kienet konformi mal-ġurisprudenza Altmark.

VALUTAZZJONI TAL-MIŻURA

(87)

L-ambitu ta' din id-deċiżjoni huwa limitat għall-provvista tal-elettriku lil impriżi kbar u ta' daqs medju mid-distributuri b'tariffi regolati, u ma jkoprix l-attivitajiet oħra li jsiru mid-distributuri u li jappartjenu għad-distribuzzjoni pura. Dawn tal-aħħar huma kompletament indipendenti, kemm legalment kif ukoll finanzjarjament, mill-attività ta' bejgħ b'tariffi regolati, u fi kwalunkwe każ, jaqgħu barra mill-ambitu tad-deċiżjoni tal-ftuħ, li qajmet dubji biss dwar il-kompatibbiltà mas-suq intern tal-vantaġġ allegat mogħti lid-distributuri bħala riżultat tal-livell baxx tat-tariffi regolati u l-miżuri meħuda għall-kumpens u r-rifużjoni tad-defiċit fl-2005.

L-EŻISTENZA TA' GĦAJNUNA MILL-ISTAT SKONT L-ARTIKOLU 107(1) TFUE

(88)

Miżura tikkostitwixxi għajnuna mill-istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE jekk il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin jiġu ssodisfati: il-miżura (a) tagħti vantaġġ ekonomiku lill-benefiċjarju; (b) tingħata mill-Istat jew permezz ta' riżorsi tal-Istat; (c) hija selettiva; (d) għandha impatt fuq il-kummerċ intra-Komunitarju u tista' tfixkel il-kompetizzjoni fl-Unjoni. Peress li dawn il-kundizzjonijiet għandhom jiġu ssodisfati kumulattivament, il-Kummissjoni se tillimita l-valutazzjoni tagħha għall-eżistenza ta' vantaġġ ekonomiku mogħti lill-benefiċjarji.

Eżistenza ta' vantaġġ ekonomiku

(89)

Impriżi huma vvantaġġati skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE jekk jiksbu vantaġġ ekonomiku li kieku ma kinux jiksbu f'kundizzjonijiet tas-suq. F'dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ddeċidiet li, f'każijiet speċifiċi, miżati għal servizzi pprovduti bi tpattija għal obbligi li l-Istati Membri jimponu, li ma jaqbżux l-ispejjeż annwali mhux koperti u li huma maħsuba sabiex jiżguraw li l-impriżi kkonċernati ma jagħmlux telf, ma jikkostitwixxux għajnuna fis-sens tal-Artikolu 107(1) FUE iżda pjuttost kunsiderazzjoni għas-servizzi mwettqa mill-impriżi kkonċernati (21).

(90)

B'mod aktar speċifiku fis-settur tal-elettriku, il-Kummissjoni ma ħaditx il-pożizzjoni, fil-prattika estensiva tagħha ta' teħid ta' deċiżjonijiet fl-applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) u (3)(c) tat-TFUE rigward l-obbligi imposti fuq id-distributuri sabiex jixtru l-elettriku minn ċerti sorsi ta' enerġija bi prezz ogħla minn dak tas-suq, li l-kumpens li jkopri d-differenza bejn il-kostijiet tax-xiri u l-prezzijiet tas-suq jinvolvi vantaġġ ekonomiku li jibbenefika lid-distributuri. F'dawk il-każijiet, l-operaturi kkonċernati kienu qed jaġixxu skont l-obbligi regolatorji bħala sempliċi intermedjarji fis-sistema tal-elettriku u kienu kkumpensati għall-ispejjeż tagħhom, mingħajr ma dan il-kumpens tqies li jinvolvi vantaġġ ekonomiku, filwaqt li, bla dubju, il-leġiżlazzjoni setgħet sempliċement imponiet obbligu ta' xiri mingħajr kumpens għall-kost.

(91)

L-istess jgħodd, b'mod aktar speċifiku fil-qasam tal-provvista tal-elettriku b'tariffi regolati, fir-rigward ta' kumpens maħsub biex jiffinanzja differenzi bejn id-dħul u l-ispejjeż tal-akkwist bl-ingrossa tal-elettriku b'tariffi regolati mitlub minn konsumaturi eliġibbli (22). Minn dan jirriżulta li l-kumpens tal-ispejjeż tax-xiri tal-elettriku tad-distributuri fis-settur tal-elettriku ma jimplikax neċessarjament vantaġġ ekonomiku fit-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE. L-allegat kumpens lid-distributuri Spanjoli għall-ispejjeż tal-provvista ta' tariffi regolati għandu jiġi eżaminat fid-dawl ta' dawn il-preċedenti.

(92)

Il-konklużjoni preliminari tal-Kummissjoni fid-deċiżjoni tal-ftuħ tal-investigazzjoni formali kienet li kien hemm vantaġġ ekonomiku fuq il-kundizzjonijiet tas-suq favur id-distributuri Spanjoli fuq il-bażi ta' żewġ argumenti. L-ewwel, id-distributuri allegatament ingħataw marġni ta' profitt garantit fuq l-attività ta' provvista bit-tariffa regolata. It-tieni, billi inkoraġġixxew lill-utenti sabiex jaqilbu għas-suq regolat moqdi mid-distributuri, it-tariffi allegatament żiedu d-dħul tad-distributuri. Dawn iż-żewġ argumenti jistgħu jiġu inkorporati fil-propożizzjoni unika li l-profitt tad-distributuri żdied fi proporzjon mal-provvisti tagħhom ta' elettriku b'tariffi regolati fl-2005.

(93)

Id-deskrizzjoni disponibbli tas-sistema tal-elettriku Spanjola u l-informazzjoni provduta fil-kors tal-proċedimenti, li hija riflessa fil-premessi 16, 19, 20, 57 u 58, ma tappoġġax din il-propożizzjoni. Filwaqt li, għad-distribuzzjoni pura, il-ħlas riċevut mid-distributuri fl-2005 kien jinkludi marġni ta' profitt, għall-provvista bit-tariffa regolata d-distributuri rċevew biss rimborż (“rikonoxximent”) tal-ispejjeż mingħajr marġini ta' profitt. Bl-istess mod, ir-rimunerazzjoni tad-distributuri fir-rigward tal-attivitajiet ta' distribuzzjoni pura tagħhom kienet indipendenti min-numru ta' klijenti b'tariffi regolati u l-kwantità ta' elettriku mibjugħ bit-tariffa, u għalhekk id-dħul tagħhom ma kienx jiżdied li kieku servew numru ikbar ta' klijenti b'tariffi regolati.

(94)

Minn dan isegwi li l-informazzjoni miġbura matul il-proċedura ma ssostnix l-affermazzjoni li tgħid li l-bejgħ tal-elettriku b'tariffi regolati żied il-profitti tad-distributuri Spanjoli fl-2005 għax kienu jgawdu marġni ta' profitt garantit.

(95)

Dwar il-kwistjoni jekk ir-rikonoxximent tal-ispejjeż tal-provvista u l-kumpens tagħhom ipprovdiex lid-distributuri b'vantaġġ ekonomiku li kieku ma kinux jiksbu f'kundizzjonijiet tas-suq, għandu jiġi enfasizzat li r-rikonoxximent tal-ispejjeż imġarrba fil-forma ta' drittijiet ta' ġbir mogħtija lill-ħames impriżi maħtura bl-Artikolu 24 tad-Digriet Liġi Rjali 5/2005, jiġifieri Iberdrola, S.A., Unión Eléctrica Fenosa, S.A., Hidroeléctrica del Cantábrico S.A., Endesa, S.A. u Elcogás, S.A., ma kienx remunerazzjoni għall-attività ta' distribuzzjoni tagħhom. Kif diġà ġie spjegat fil-premessi 29 u 30, għalkemm Elcogás S.A., li ma kenitx proprjetarja ta' sussidjarji, ma kenitx qed topera fis-settur tad-distribuzzjoni fl-2005 (jew fis-snin ta' wara), l-impriżi in kwistjoni kienu magħżula bis-saħħa tad-dritt eżistenti tagħhom li jirċievu spejjeż mhux rekuperabbli, possibilment billi titqies l-attività ta' ġenerazzjoni, iżda mhux l-attività ta' distribuzzjoni tagħhom b'tariffi regolati.

(96)

It-tieni nett, anki jekk wieħed jassumi li d-drittijiet tal-ġbir li jirriflettu l-obbligu tal-ħames impriżi msemmija hawn fuq li jipprefinanzjaw id-defiċit fis-sistema tal-elettriku għall-2005 jistgħu jiġu interpretati bħala kumpens għall-ispejjeż ta' distribuzzjoni għall-erba' impriżi li joperaw fis-settur tad-distribuzzjoni fuq tariffi regolati, għandu jittieħed kont tal-kundizzjonijiet attwali li taħthom id-distributuri kienu obbligati li jeżerċitaw din l-attività regolata b'mod sħiħ. Kif diġà deskritt fil-premessi 54-55, id-distributuri ma setgħu jagħmlu la qligħ u lanqas telf, ma setgħux jagħżlu kif jixtru l-elettriku, ma setgħux jagħżlu l-klijenti tagħhom, ma setgħux jiddeterminaw il-prezz tal-bejgħ jew joffru l-ebda servizz addizzjonali li joffri marġni ta' profitt. Id-distributuri stess, kif ukoll il-gruppi integrati vertikalment li għalihom kienu jappartjenu, ma kellhom ebda interess ekonomiku, la dirett u lanqas indirett, sabiex jinvolvu ruħhom fil-provvista tal-elettriku bit-tariffa regolata. Grupp vertikalment integrat jippreferi jkollu interess li jaqdi lill-utenti finali fuq termini tas-suq ħieles, billi d-diviżjoni tal-provvista tiegħu kienet tagħmel profitt fuq bejgħ bħal dan, li ma jkunx il-każ jekk l-utenti kellhom ikunu fornuti mid-distributur tal-grupp b'tariffi regolati.

(97)

Minn dan isegwi li tqabbil mat-termini tal-provvista bil-kundizzjonijiet tas-suq ħieles jinjora s-sitwazzjoni legali u fattwali differenti bejn il-fornituri f'suq ħieles u d-distributuri li jfornu b'tariffi regolati. Billi l-Istat jista', fil-prinċipju, jimponi prezzijiet ta' bejgħ u ta' xiri u kundizzjonijiet oħra tan-negozju fuq id-distributuri f'sistema tal-elettriku, dan ma jfissirx li l-kumpens tal-ispejjeż imġarrba minn dawn tal-aħħar jagħtihom vantaġġ ekonomiku li kieku ma kinux jiksbu f'kundizzjonijiet tas-suq. Fil-fatt, regolamentazzjoni ta' tariffi addizzjonalment rinfurzata b'obbligu ta' provvista ma tħalli l-ebda libertà li wieħed jiddeċiedi dwar l-aktar muturi fundamentali tal-provvista, bħall-prezzijiet u l-kwantità pprovduta. Mhuwiex biss taħt kundizzjonijiet tas-suq ipotetiċi, jiġifieri fin-nuqqas ta' restrizzjonijiet regolatorji dwar tali parametri fundamentali, li d-distributuri jkunu jistgħu jżommu lill-klijent finali tariffa ħafna ogħla, li tkopri l-ispejjeż. Barra minn hekk, u aktar importanti minn hekk, fis-sistema tal-elettriku Spanjola fl-2005, bħal f'kull sistema tal-elettriku, id-distributur — jew l-operatur ta' netwerk b'vultaġġ għoli għall-konsumaturi li jużaw ħafna enerġija —huwa sempliċement intermedjarju li fiżikament jgħaqqad lill-utent man-netwerk, bħala kundizzjoni neċessarja għall-provvista tal-elettriku. Minħabba n-nuqqas ta' netwerk ta' distribuzzjoni alternattiv ipotetiku fi Spanja fl-2005, id-distributuri inkwistjoni kienu nominati u kienu jfornu kemm is-suq ħieles kif ukoll dak regolat. Id-distributuri għandhom rwol essenzjali minħabba li jagħmlu possibbli l-forniment tal-elettriku, irrispettivament mill-arranġamenti regolatorji jew il-politiki speċifiċi, jew minn jekk il-kundizzjonijiet kompetittivi li jirregolaw il-provvista humiex bbażati fuq mekkaniżmi tas-suq jew fuq regolamentazzjoni.

(98)

F'sistema ta' tariffi regolati, bħas-sistema Spanjola fl-2005, fil-kors normali tan-negozju, nuqqas ta' riżorsi fil-kontijiet ġenerali tas-sistema sena normalment jiġi rkuprat fis-sena ta' wara permezz ta' tariffi ogħla u/jew tariffi ogħla għall-aċċess għall-utenti finali, filwaqt li tnaqqis fl-ispejjeż jista' jirriżulta f'bilanċ pożittiv, li jippermetti tariffi jew ħlasijiet aktar baxxi sussegwentement. Madankollu, fin-nuqqas tal-allokazzjoni għal kategoriji speċifiċi ta' dħul mal-ispejjeż, iż-żieda (tnaqqis) fid-dħul u/jew l-ispejjeż jistgħu ma jirriżultawx fi tnaqqis korrispondenti tad-defiċit jew il-bilanċ pożittiv li jibbenefikaw minnu d-distributuri. Pereżempju, kif muri fil-premessa 27, grafika 1, filwaqt li l-prezzijiet tal-enerġija impliċiti f'tariffi regolati kienu ġeneralment taħt il-prezzijiet tas-suq bl-ingrossa f'ħafna xhur tal- 2005, l-oppost huwa l-każ fil-perjodu minn Novembru 2006 sa Diċembru 2007, mingħajr ma dan ġie rifless f'żieda fil-profitti għall-attività tad-distributuri ta' provvista b'tariffi regolati. Dan huwa konsistenti mal-istruttura regolatorja tas-sistema, fejn id-distributuri ma jġorrux l-ispejjeż tal-iżbilanċi fl-ispejjeż u d-dħul tas-sistema kollha kemm hi jew in parti, l-istess kif qatt ma kienu jagħmlu profitt minn din l-attività, u kull bilanċ pożittiv li jirriżulta minn bejgħ ta' elettriku b'tariffi regolati jintuża biex ikopri spejjeż oħra tas-sistema.

(99)

Id-distributuri aġixxew bħala intermedjarji finanzjarji tas-sistema tal-elettriku billi ċċentralizzaw il-flussi finanzjarji kollha, kemm dawk 'il ġewwa (dħul regolat minn tariffi u ħlasijiet għall-aċċess) u 'l barra (l-ispejjeż ġenerali kollha tas-sistema). Id-dħul u l-ispejjeż regolati tas-sistema tal-elettriku fl-2005, kif deskritt fil-premessi 19, 20 u 28, jinkludu varjetà wiesgħa ta' spejjeż regolati mmexxija mis-suq jew mill-politika, bħall-ispejjeż tax-xiri tal-elettriku, inkluż minn sorsi rinnovabbli, l-ispejjeż addizzjonali tal-ġenerazzjoni tal-elettriku fil-gżejjer Spanjoli u l-ispejjeż tat-trasport u tat-distribuzzjoni, eċċ., mingħajr l-allokazzjoni ta' dħul speċifiku għal ċerti spejjeż. Id-dħul irregolat qatt ma sar proprjetà tad-distributuri, bl-eċċezzjoni tar-rimunerazzjoni għad-distribuzzjoni pura, li nżammet minnhom wara t-tnaqqis tal-ispejjeż l-oħra kollha tas-sistema.

(100)

Kull defiċit fil-kontijiet bħal dik li seħħ fl-2005, irrispettivament mill-kawżi tiegħu, għalhekk jidher fil-kontijiet tad-distributuri, mingħajr ma dawn ikollhom xi libertà li jiddeċiedu fuq il-livell tad-dħul u spejjeż regolati jew dwar il-finanzjament ta' spejjeż speċifiċi bi dħul speċifiku. Fil-fatt, kif jirriżulta mill-figuri ċċitati fil-premessa 28, l-ispejjeż għat-trasport u d-distribuzzjoni tas-sistema tal-elettriku fl-2005 kienu ta' EUR 4 410 miljun, konsistenti mal-istess kategoriji ta' spejjeż fl-2004 u fl-2006 rispettivament. Dan il-livell ta' spejjeż tad-distributuri ma għandu l-ebda rabta mal-ammont tad-defiċit fl-2005.

(101)

Għalhekk, il-klassifikazzjoni tal-iżbilanċ tal-2005 bħala “telf tad-distributuri” ma tidhirx ġustifikata billi l-iżbilanċ mhuwiex imputabbli għal azzjoni min-naħa tad-distributuri, iżda pjuttost għad-dispożizzjonijiet regolatorji li jistabbilixxu d-dritt tal-utenti finali li jiġu fornuti b'tariffi regolati u, sa ċertu punt, għall-għażliet regolatorji u ta' politika li saru biex jappoġġaw il-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli u l-koġenerazzjoni, pereżempju. Minn dan isegwi li l-finanzjament tad-defiċit fil-kontijiet tas-sistema tal-elettriku permezz tal-mekkaniżmi deskritti fil-premessi 29 sa 32 mhuwiex mod biex jiġi assorbit it-telf speċifiku tad-distributuri iżda pjuttost it-telf globali tas-sistema. Fil-fatt, mingħajr ir-rikonoxximent tad-defiċit ta' EUR 3 811 miljun fl-2005 u l-prefinanzjament mill-ħames utilitajiet tal-elettriku l-kbar, ma kienx ikun possibbli li jitħallsu l-ispejjeż tat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tas-sistema mġarrba għall-benefiċċju tal-utenti kollha, kemm fis-suq regolat kif ukoll f'dak ħieles.

(102)

L-investigazzjoni formali ma tistabbilixxix l-eżistenza ta' elementi oħra ta' vantaġġ favur id-distributuri. Id-distributuri għaddew il-benefiċċju kollu tat-tariffi regolati baxxi lill-utenti finali, ma għamlu ebda profitt fuq il-bejgħ u ma ħadu ebda benefiċċju minn utenti li rritornaw lejn is-suq regolat. Minn dan isegwi li, minn perspettiva finanzjarja, il-pożizzjoni tad-distributuri fi Spanja kienet kompletament komparabbli ma' dik ta' intermedjarju tas-sistema. F'dak ir-rigward, ir-rikonoxximent tal-ispejjeż tal-provvista tal-elettriku bit-tariffi regolati fis-sistema tal-elettriku Spanjola fl-2005 hija, fil-prinċipju, mhux differenti minn kumpens tal-ispejjeż ta' xiri tal-elettriku li l-Kummissjoni ma kklassifikatx bħala għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE, kemm fir-rigward tal-elettriku minn ċerti sorsi (il-premessa 90) u l-elettriku bl-ingrossa għall-provvista b'tariffi regolati (il-premessa 91).

(103)

Għalkemm id-Deċiżjoni tal-ftuħ mhijiex immirata lejn l-entitajiet integrati vertikalment li d-distributuri jappartjenu għalihom, b'separazzjoni tal-kontabilità u separazzjoni legali parzjali, bil-ħsieb li tindirizza r-rappreżentanzi ta' Céntrica, il-Kummissjoni vvalutat ukoll jekk tali entitajiet setgħux ħadu vantaġġi indiretti li jistgħu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat. Céntrica notevolment issottomettiet li entitajiet integrati attivi f'bejgħ bl-imnut tal-elettriku fis-suq ħieles (permezz ta' diviżjoni tal-provvista) kienu kapaċi jevitaw it-telf billi jinkoraġġixxu lill-utenti li jaqilbu għad-diviżjoni tad-distribuzzjoni tagħhom stess. Hija sostniet ukoll li kien hemm inċentiv għal ġeneratur li jappartjeni għal entità integrata sabiex iżomm il-prezzijiet bl-ingrossa għoljin, meta wieħed iqis li d-diviżjoni tad-distribuzzjoni tal-entità integrata (li tbigħ bit-tariffa regolata) tkun protetta mit-telf.

(104)

Il-Kummissjoni ma setgħetx tistabbilixxi l-preżenza ta' vantaġġ ekonomiku li jirriżulta milli l-utenti tal-elettriku jagħżlu d-distributuri minflok il-fornituri. Ekonomikament, il-bidla mill-provvista għad-distribuzzjoni ma ġġeneratx profitti iżda sempliċement evitat it-telf għad-diviżjonijiet tal-provvista tal-erba' gruppi integrati vertikalment, Iberdrola, S.A., Unión Eléctrica Fenosa, S.A., Hidroeléctrica del Cantábrico S.A. u Endesa, S.A.; min-naħa tagħha, Elcogás kienet topera biss fis-settur tal-ġenerazzjoni tal-elettriku. Madankollu, dan ma jistax jammonta għal vantaġġ għall-erba' kumpaniji l-oħra inkwistjoni, peress li d-diviżjonijiet tal-provvista setgħu jevitaw dan it-telf fi kwalunkwe każ billi sempliċiment itemmu l-kuntratti ta' provvista. Għad-diviżjonijiet tal-provvista, għalhekk, is-sistema ma kenitx tinvolvi vantaġġ iżda penali: huma tilfu l-klijenti. Is-sistema kienet finanzjarjament newtrali għad-distributuri wkoll (għar-raġunijiet spjegati hawn fuq). Il-ġeneraturi, min-naħa tagħhom, kienu jbigħu l-elettriku tagħhom xorta waħda fis-suq bl-ingrossa.

(105)

Fir-rigward tal-allegat inċentiv tal-ġeneraturi biex iżommu l-prezzijiet bl-ingrossa għolja, għandu jiġi osservat li, minkejja li l-ambjent tas-suq maħluq mill-awtoritajiet Spanjoli seta' eventwalment ħoloq inċentiv għall-ġeneraturi biex jgħollu l-prezzijiet, it-tariffi per se ma wasslux għal prezzijiet bl-ingrossa ogħla. Prezzijiet li fil-fatt kienu qed jiżdiedu kienu jitolbu strateġiji kumplessi u mġiba antikompetittiva min-naħa tal-ġeneraturi. L-ebda rabta diretta u dixxernibbli ta' kawżalità bejn it-tariffi u żieda artifiċjali possibbli fil-prezzijiet bl-ingrossa ma hija stabbilita; din tibqa' ipoteżi teoretika mhux ippruvata.

(106)

Il-Kummissjoni qieset ukoll il-possibilità li s-sistema, billi tisforza lill-kompetituri tas-suq ħieles barra mis-suq tal-elettriku, setgħet tat vantaġġ lil gruppi eżistenti billi żiedet u “rrimodellat” is-sehem mis-suq tagħhom b'tali mod li kien hemm it-tendenza li dan jikkoinċidi, b'mod ġenerali, mad-daqs tan-netwerk tad-distribuzzjoni ta' kull grupp fil-każ tal-erba' gruppi integrati vertikalment. Dan il-vantaġġ ipotetiku ma setax jiġi stabbilit l-anqas, għar-raġunijiet li ġejjin:

L-ewwel nett, mhux dejjem kien possibbli li “ċċaqlaq il-klijenti” fi ħdan l-istess grupp. Klijent moqdi mid-diviżjoni tal-provvista ta' Endesa f'żona fejn id-distributur lokali kien Iberdrola ma setax jaqleb għad-diviżjoni ta' distribuzzjoni ta' Endesa, iżda biss għal dik ta' Iberdrola. Barra minn hekk, dan il-qlib lejn is-suq regolat wassal għal spiża netta għall-entitajiet integrati, peress li żied id-defiċit li kellhom jiffinanzjaw fuq termini mhux favorevoli,

It-tieni nett, il-gruppi ma għamlu l-ebda profitt fuq il-bejgħ magħmul mid-distributuri. Għalhekk, il-benefiċċju potenzjali li ġej minn sehem ogħla mis-suq ma setax jittraduċi ruħu fi profitti fl-2005 (is-sena koperta mill-investigazzjoni) iżda biss fis-snin ta' wara, meta s-suq ħieles reġa' kien vijabbli. Sabiex dan il-vantaġġ jimmaterjalizza, l-utenti moqdija minn distributur tal-grupp kellhom jaqilbu lura għad-diviżjoni tal-provvista tal-grupp. Madankollu, f'dan l-istadju, klijent li kien qed jikkunsidra tibdil ġdid tal-fornitur kien liberu li jagħżel minn fost il-fornituri attivi kollha fis-suq Spanjol. Għalhekk, il-Kummissjoni ma stabbilietx il-preżenza ta' vantaġġ konkret marbut mas-sempliċi eżistenza ta' sehem mis-suq ogħla għall-gruppi fil-perjodu kopert mill-investigazzjoni,

Għall-kuntrarju, il-gruppi integrati kienu suġġetti għal penalità oġġettiva: l-obbligu li jiffinanzjaw id-defiċit fuq termini mhux remunerattivi, billi r-rata tal-imgħax iġġenerata mid-drittijiet tal-ġbir kienet inferjuri għal rata tas-suq adegwata u, b'hekk, it-titolizzazzjoni tad-drittijiet tal-ġbir twettqet b'remunerazzjoni li wieħed jista' jargumenta li kienet aktar baxxa minn dik li kienet tkun miksuba kieku ġiet applikata r-rata tas-suq.

(107)

Fuq il-bażi ta' dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li, sa fejn hija kkonċernata l-provvista lill-utenti tan-negozju, is-sistema regolatorja implementata minn Spanja fl-2005 ma kenitx tagħti vantaġġ ekonomiku, la dirett u lanqas indirett, la fuq id-distributuri u lanqas fuq il-gruppi integrati li kienu jappartjenu għalihom.

(108)

Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-allegazzjoni ta' Céntrica li s-sistema kienet tiddiskrimina bejn id-distributuri u l-fornituri tas-suq ħieles, il-Kummissjoni tinnota li diskriminazzjoni tista' sseħħ meta persuni li jkunu fl-istess pożizzjoni legali u fattwali jiġu ttrattati b'mod differenti jew, bil-maqlub, meta jingħata l-istess trattament lil persuni li jkunu f'sitwazzjoni legali u fattwali differenti.

(109)

L-ewwel nett, l-allegazzjoni hija manifestament infondata fil-każ ta' Elcogás S.A., li ngħatat drittijiet tal-ġbir anki jekk hija ma toperax fis-settur tad-distribuzzjoni. It-tieni, ma ntweriex li l-erba' kumpaniji l-oħra magħżula, Iberdrola, S.A., Unión Eléctrica Fenosa, S.A., Hidroeléctrica del Cantábrico, S.A., u Endesa, S.A., kienu kkumpensati minħabba l-attività tagħhom bħala distributuri li jfornu l-elettriku b'tariffi regolati, kif diġà indikat fil-premessa 30. It-tielet nett, u fi kwalunkwe każ, fis-sistema tal-elettriku Spanjola, id-distributuri u l-fornituri tas-suq ħieles ma kinux fl-istess pożizzjoni fattwali u legali. L-obbligu ta' forniment tal-elettriku b'tariffi regolati twettaq taħt restrizzjonijiet regolatorji li ġiegħlu lid-distributuri jaġixxu bħala sempliċi intermedjarji finanzjarji u tal-forniment li kienu jimplimentaw dispożizzjonijiet legali, filwaqt li l-forniment fuq termini ta' suq ħieles kien attività kompletament liberalizzata. Għalhekk, id-differenza fit-trattament ikkontestata minn Céntrica ma tistax tammonta għal diskriminazzjoni, minkejja l-fatt li l-livell tat-tariffi regolati seta' kien ta' ħsara għall-proċess ta' liberalizzazzjoni. Madankollu, dan ma kienx konsegwenza tal-għoti ta' għajnuna mill-Istat mhux legali lid-distributuri.

KONKLUŻJONI

(110)

Id-dubji espressi mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni tal-ftuħ tagħha ġew allevjati matul l-investigazzjoni formali. Il-Kummissjoni hija sodisfatta li r-rikonoxximent minn Spanja tal-ispejjeż imġarrba mid-distributuri tal-elettriku fir-rigward tal-attività tagħhom ta' provvista tal-elettriku b'tariffi regolati għal utenti kummerċjali kbar u ta' daqs medju ma tax vantaġġ ekonomiku lid-distributuri fit-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE.

(111)

Billi l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 107(1) TFUE huma kumulattivi, ma hemmx il-ħtieġa li jiġi eżaminat jekk il-kriterji l-oħra humiex issodisfati. Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li l-miżura ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat favur id-distributuri tal-elettriku. Din il-konklużjoni tirreferi għas-sitwazzjoni u l-perjodu ta' żmien koperti mill-ilment, u hija mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-Kummissjoni teżamina l-miżuri li ttieħdu minn Spanja sa mill-2005,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-rikonoxximent mir-Renju ta' Spanja tal-ispejjeż sostnuti mid-distributuri fil-forniment tal-elettriku lil utenti finali kummerċjali kbar u ta' daqs medju b'tariffi regolati matul l-2005 fil-forma ta' drittijiet tal-ġbir ta' Iberdrola, S.A., Unión Eléctrica Fenosa, S.A., Hidroeléctrica del Cantábrico, S.A., Endesa, S.A. u Elcogás, S.A., stabbilit fid-Digriet Liġi Rjali 5/2005 ma jikkostitwix għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju ta' Spanja.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Frar 2014.

Għall-Kummissjoni

Joaquín ALMUNIA

Viċi-President


(1)  ĠU C 43, 27.2.2007, p. 9.

(2)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 1

(3)  L-Operatur tas-Suq (OMEL), iwettaq xirjiet u bejgħ tal-elettriku fis-suq bl-ingrossa.

(4)  L-Operatur tas-Sistema (Red Eléctrica de España) huwa responsabbli li jiggarantixxi s-sigurtà tal-provvista tal-elettriku u l-koordinazzjoni tal-produzzjoni u tas-sistema tat-trasport.

(5)  L-Artikolu 11 tad-Digriet Irjali 281/1998 jiddefinixxi d-distribuzzjoni bħala “dik l-attività li l-iskop prinċipali tagħha hija t-trasmissjoni tal-enerġija elettriku min-netwerk tat-trasport għall-punti ta' konsum skont rekwiżiti adekwati ta' kwalità, kif ukoll il-bejgħ tal-enerġija elettrika lil utenti jew distributuri bi prezzijiet regolati”.

(6)  Il-ġeneraturi hekk imsejħa tal-“iskema speċjali”. L-“iskema speċjali” hija sistema ta' tariffa “feed-in”: id-distributuri (u l-operatur tas-sistema ta' trażmizzjoni) huma obbligati li jixtru l-produzzjoni kollha tal-istallazzjonijiet eliġibbli ta' koġenerazzjoni u bbażati fuq l-enerġija rinnovabbli li jkunu lokalizzati fiż-żona ta' responsabilità tagħhom b'rata li tkopri l-kosti, iffissata mill-Istat.

(7)  Id-Digriet Irjali 2392/2004 tat-30 ta' Diċembru, li jistabbilixxi t-tariffa tal-elettriku għall-2005. Il-Gazzatta tal-Istat Uffiċjali 315, p. 42766, Anness I.

(8)  L-Artikolu 12(2) tal-LSE kien jistipula li t-tariffi tal-elettriku kienu, bi prinċipju, iffisati darba f'sena iżda li jistgħu jiġu aġġustati matul is-sena.

(9)  Skont l-Artikolu 8 tad-Digriet Irjali 1432/2002, it-tariffa medja ma setgħetx tiżdied b'aktar minn 1,40 % (minn sena għall-oħra), filwaqt li t-tariffi individwali setgħu jiżdiedu biss b'perċentwali kkalkolat bħala ż-żieda fit-tariffa medja + 0,60 % (2 % b'kollox).

(10)  Id-Digriet-Liġi Rjali 5/2005 tal-11 ta' Marzu 2005 dwar riformi urġenti għall-promozzjoni tal-produttività u t-titjib tal-akkwist pubbliku. Il-Gazzetta Uffiċjali tal-Istat 62, 14.3.2005, p. 8832.

(11)  Il-kosti mhux rekuperabbli huma telf li jsir mill-fornituri stabbiliti tal-elettriku bħala riżultat ta' investimenti mhux rekuperabbli li kienu saru qabel il-liberalizzazzjoni. Il-Kummissjoni awtorizzat l-għoti ta' għajnuna kompensatorja biex jiġi kopert tali telf, abbażi tal-kriterji mfissra fil-Metodoloġija tal-Kosti mhux Rekuperabbli (il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-metodoloġija għall-analiżi tal-għajnuna mill-Istat marbuta ma' kostijiet mhux rekuperabbli), permezz ta' ittra SG (2001) D/290869 tas-6 ta' Awwissu 2001. Bid-Deċiżjoni SG (2001) D/290553 tal-25 ta' Lulju 2001 fil-Każ NN 49/99, il-Kummissjoni awtorizzat lil Spanja biex tagħti kumpens għal kosti mhux rekuperabbli sal-2008 lill-istess kumpaniji li kienu ntalbu jagħmlu prefinanzjament tad-defiċit tal-2005.

(12)  Rapport Annwali 2005, Elcogás SA, li jinsab hawnt http://www.elcogas.es/images/stories/3-principales-indicadores/1-datos-economico-financieros/esp2005.pdf

(13)  L-ewwel dispożizzjoni addizzonali tad-Digriet Irjali 809/2006 tat-30 ta' Ġunju 2006 li jirrevedi t-tariffa tal-elettriku mill-1 ta' Lulju 2006. Il-Gazzetta Uffiċjali tal-Istat 156, 1.7.2006.

(14)  Spanja lliberalizzat is-suq bl-imnut tal-elettriku aktar kmieni milli kien obbligatorju permezz tad-Direttivi tal-Elettriku tal-1996 u l-2003, li stabbilew skeda għal-liberalizzazzjoni bejn l-1999 u l-2004 għal utenti aħħarija fin-negozju (mill-ikbar sal-iżgħar) u li bihom il-liberalizzazzjoni għas-settur tal-unitajiet domestiċi ma sarx obbligatorja qabel l-1 ta' Lulju 2007.

(15)  ĠU L 176, 15.7.2003, p. 37.

(16)  L-Artikolu 3(3) tad-Direttiva tal-Elettriku tgħid: “L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klijenti domestiċi kollha, u, fejn l-Istati Membri jaraw bħala xieraq, l-impriżi ż-żgħar, (speċjalment impriżi b'inqas minn 50 persuna impjegata u b'turnover annwali jew karta bilanċjanti li ma tkunx taqbeż l-10 miljun Ewro), ikunu jgawdu servizzi universali, jiġifieri d-dritt li jkunu fornuti b'elettriku ta' kwalità speċifikata fit-territorju tagħhom bi prezzijiet li jkunu raġonevoli, kumparabbli b'mod ħafif u ċar u trasparenti. Biex tkun żgurata d-disposizzjoni ta' servizz universali, l-Istati Membri jistgħu jaħtru fornitur bħala l-aħħar għażla tagħhom.”

(17)  Il-fornituri xtraw ukoll l-enerġija mis-suq bl-ingrossa (“il-pool”) u anki jekk, fit-teorija, setgħu daħlu fi ftehimiet bilaterali mal-ġeneraturi, fir-realtà ma kien hemm l-ebda inċentiv għall-ġeneraturi (fil-biċċa l-kbira gruppi vertikalment integrati) li jagħmlu hekk.

(18)  Ara l-Anness I, ittri (b) u (c) tad-Direttiva 2003/54/KE.

(19)  Sors: osservazzjonijiet ta' Iberdrola bid-data tas-26 ta' April 2007.

(20)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Konġunti C-72/91 u C-73/91, paragrafu 21. “Is-sistema kkonċernata ma tfittixx, permezz tal-objettiv u l-istruttura ġenerali tagħha, li toħloq vantaġġ li jkun jikkostitwixxi piż addizzjonali għall-Istat”.

(21)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża 240/83 Procureur de la République v Association de Défense des brûleurs D'huiles usagées (ADBHU) [1985] Ġabra 531, speċjalment p. 543-544 u l-paragrafu 18.

(22)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Ġunju 2012 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.21918 (C 17/07) (eks NN 17/07) implimentata minn Franza — Tariffi tal-elettriku regolati fi Franza, ĠU C 398, 22.12.2012, p. 10, b'mod partikolari l-paragrafi 30 sa 37 u 134 sa 137.


12.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 205/62


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-9 ta' Lulju 2014

dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta' ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri skont it-Taqsima ta' Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR)

(notifikata bid-dokument C(2014) 4479)

(it-testi biċ-Ċek, bid-Daniż, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bl-Ingliż, bl-Ispanjol, bl-Isvediż, bil-Latvjan, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bis-Sloven, bit-Taljan u bl-Ungeriż, biss huma awtentiċi)

(2014/458/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1258/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar il-finanzjament tal-politika komuni agrikola (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta' Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KE) Nru 1258/1999, u l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, il-Kummissjoni għandha twettaq il-verifiki meħtieġa, tikkomunika lill-Istati Membri r-riżultati ta' dawn il-verifiki, tieħu nota tal-kummenti tal-Istati Membri, tibda diskussjoni bilaterali sabiex ikun jista' jintlaħaq ftehim mal-Istati Membri kkonċernati, u tikkomunikalhom formalment il-konklużjonijiet tagħha.

(2)

L-Istati Membri kellhom l-opportunità li jitolbu t-tnedija ta' proċedura ta' konċiljazzjoni. Dik l-opportunità ntużat f'xi każijiet u r-rapporti li nħarġu dwar ir-riżultati ġew eżaminati mill-Kummissjoni.

(3)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 1258/1999 u r-Regolament (KE) Nru 1290/2005, tista' tiġi ffinanzjata biss in-nefqa agrikola li tkun iġġarrbet b'tali mod li ma jkunux inkisru r-regoli tal-Unjoni Ewropea.

(4)

Fid-dawl tal-verifiki mwettqa, u skont ir-riżultati li ħarġu mid-diskussjonijiet bilaterali u mill-proċeduri ta' konċiljazzjoni, parti min-nefqa ddikjarata mill-Istati Membri ma tissodisfax dan ir-rekwiżit u, għaldaqstant, ma tistax tiġi ffinanzjata mit-Taqsima ta' Garanziji tal-FAEGG, mill-FAEG u mill-FAEŻR.

(5)

Għandhom jiġu indikati l-ammonti li mhumiex meqjusa li jistgħu jitħallsu mit-Taqsima ta' Garanziji tal-FAEGG, il-FAEG u il-FAEŻR. Dawk l-ammonti mhumiex marbutin ma' nefqa mġarrba aktar minn erbgħa u għoxrin xahar qabel in-notifika bil-miktub tal-Kummissjoni dwar ir-riżultati tal-verifiki lill-Istati Membri.

(6)

Rigward il-każijiet koperti b'din id-Deċiżjoni, il-valutazzjoni tal-ammonti li jridu jiġu esklużi minħabba n-nuqqas ta' konformità tagħhom mar-regoli tal-Unjoni Ewropea ġiet ikkomunikata lill-Istati Membri f'rapport sommarju li ħarġet il-Kummissjoni dwar is-suġġett.

(7)

Din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għall-konklużjonijiet finanzjarji li tista' tasal għalihom il-Kummissjoni abbażi tas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja f'każijiet pendenti fil-15 ta' Marzu 2014 li għandhom x'jaqsmu mal-kontenut tagħha,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

In-nefqa elenkata fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni, imġarrba mill-aġenziji tal-pagamenti akkreditati tal-Istati Membri u ddikjarata fit-Taqsima ta' Garanziji tal-FAEGG, fil-FAEG jew fil-FAEŻR għandha tiġi eskluża mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea minħabba li mhijiex konformi mar-regoli tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju, lir-Repubblika Ċeka, lir-Renju tad-Danimarka, lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, lir-Renju ta' Spanja, lir-Repubblika ta' Franza, lir-Repubblika Taljana, lir-Repubblika tal-Latvja, lill-Ungerija, lir-Repubblika tal-Polonja, lir-Repubblika Portugiża, lir-Repubblika tas-Slovenja, lir-Repubblika tal-Finlandja, lir-Renju tal-Isvezja, lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u lill-Irlanda ta' Fuq.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Lulju 2014.

Għall-Kummissjoni

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 103.

(2)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.


ANNESS

MS

Miżura

Sena Finanzjarja

Raġuni

Tip

%

Munita

Ammont

Tnaqqis

Impatt finanzjarju

PARTITA TAL-BAĠIT: 6701

BE

Għajnuna Diretta Oħra — Bovini

2010

Ħlasijiet għal annimali mhux eliġibbli u għall-applikazzjoni inkorretta tas-sanzjonijiet

TA' DARBA

 

EUR

– 133 335,00

0,00

– 133 335,00

BE

Għajnuna Diretta Oħra — Bovini

2011

Ħlasijiet għal annimali mhux eliġibbli u għall-applikazzjoni inkorretta tas-sanzjonijiet

TA' DARBA

 

EUR

– 62 275,00

0,00

– 62 275,00

BE

Għajnuna Diretta Oħra — Bovini

2012

Ħlasijiet għal annimali mhux eliġibbli u għall-applikazzjoni inkorretta tas-sanzjonijiet

TA' DARBA

 

EUR

– 110 550,00

0,00

– 110 550,00

TOTAL BE

EUR

– 306 160,00

0,00

– 306 160,00

CZ

Għajnuna Diretta Oħra — l-Artikoli 68-72 tar-Regolament 73/2009

2011

Ħlasijiet mhux dovuti u nuqqas ta' applikazzjoni ta' tnaqqisiet/esklużjonijiet għall-annimali b'irregolaritajiet

TA' DARBA

 

EUR

– 4 195,16

0,00

– 4 195,16

CZ

Għajnuna Diretta Oħra — l-Artikoli 68-72 tar-Regolament 73/2009

2012

Ħlasijiet mhux dovuti u nuqqas ta' applikazzjoni ta' tnaqqisiet/esklużjonijiet għall-annimali b'irregolaritajiet

TA' DARBA

 

EUR

– 68,74

0,00

– 68,74

Total CZ

EUR

– 4 263,90

0,00

– 4 263,90

DE

Għajnuniet Diretti Diżakkoppjati

2008

nuqqas ta' estrapolazzjoni f'każijiet fejn tkun saret dikjarazzjoni żejda b'inqas minn 3 %

TA' DARBA

 

EUR

– 106 694,14

0,00

– 106 694,14

DE

Għajnuniet Diretti Diżakkoppjati

2009

nuqqas ta' estrapolazzjoni f'każijiet fejn tkun saret dikjarazzjoni żejda b'inqas minn 3 %

TA' DARBA

 

EUR

– 104 776,14

0,00

– 104 776,14

DE

Għajnuniet Diretti Diżakkoppjati

2009

nuqqasijiet fit-tolleranza tal-kejl

TA' DARBA

 

EUR

– 56 327,48

0,00

– 56 327,48

DE

Għajnuniet Diretti Diżakkoppjati

2010

nuqqas ta' estrapolazzjoni f'każijiet fejn tkun saret dikjarazzjoni żejda b'inqas minn 3 %

TA' DARBA

 

EUR

– 72 254,33

0,00

– 72 254,33

DE

Għajnuniet Diretti Diżakkoppjati

2010

nuqqasijiet fit-tolleranza tal-kejl

TA' DARBA

 

EUR

– 56 781,05

0,00

– 56 781,05

TOTAL DE

EUR

– 396 833,14

0,00

– 396 833,14

DK

Għajnuniet Diretti Diżakkoppjati

2011

Nuqqasijiet fil-kontrolli fuq il-post

RATA FISSA

2,00 %

EUR

– 1 529 693,10

0,00

– 1 529 693,10

DK

Għajnuniet Diretti Diżakkoppjati

2011

Irkupri retroattivi u trattament mhux korrett ta' intitolamenti għall-pagamenti

TA' DARBA

 

EUR

– 69 494,00

0,00

– 69 494,00

DK

Għajnuniet Diretti Diżakkoppjati

2012

Nuqqasijiet fil-kontrolli fuq il-post

RATA FISSA

2,00 %

EUR

– 1 489 167,20

0,00

– 1 489 167,20

DK

Għajnuniet Diretti Diżakkoppjati

2012

Irkupri retroattivi u trattament mhux korrett ta' intitolamenti għall-pagamenti

TA' DARBA

 

EUR

– 3 654,00

0,00

– 3 654,00

TOTAL DK

EUR

– 3 092 008,30

0,00

– 3 092 008,30

ES

Miżuri tas-Sajd

2004

Kontrolli amministrattivi mhux konklużivi, nuqqasijiet fil-kontrolli fuq il-post u fil-verifiki esterni

RATA FISSA

5,00 %

EUR

– 185 468,74

0,00

– 185 468,74

ES

Miżuri tas-Sajd

2005

Kontrolli amministrattivi mhux konklużivi, nuqqasijiet fil-kontrolli fuq il-post u fil-verifiki esterni

RATA FISSA

5,00 %

EUR

– 253 547,34

0,00

– 253 547,34

ES

Miżuri tas-Sajd

2006

Kontrolli amministrattivi mhux konklużivi, nuqqasijiet fil-kontrolli fuq il-post u fil-verifiki esterni

RATA FISSA

2,00 %

EUR

– 117 708,85

0,00

– 117 708,85

ES

Għajnuniet Diretti Diżakkoppjati

2010

Nuqqasijiet fil-kontrolli amministrattivi, fil-verifiki fuq il-post u fl-irkupri

TA' DARBA

 

EUR

– 53 541,40

0,00

– 53 541,40

ES

Għajnuniet Diretti Diżakkoppjati

2011

Nuqqasijiet fil-kontrolli amministrattivi, fil-verifiki fuq il-post u fl-irkupri

TA' DARBA

 

EUR

– 368,20

0,00

– 368,20

ES

Kundizzjonalità

2009

Laxkezza tas-sistema ta' sanzjonijiet, CY2008

TA' DARBA

 

EUR

– 191 873,53

– 383,75

– 191 489,78

ES

Kundizzjonalità

2009

Verifika parzjali u mhux effettiva ta' bosta SMRs, CY2008

RATA FISSA

2,00 %

EUR

– 790 454,36

– 218,52

– 790 235,84

ES

Kundizzjonalità

2009

Verifika parzjali u mhux effettiva ta' bosta SMRs, CY2010

RATA FISSA

2,00 %

EUR

– 24 049,41

0,00

– 24 049,41

ES

Kundizzjonalità

2010

Verifika parzjali u mhux effettiva ta' bosta SMRs, CY2008

RATA FISSA

2,00 %

EUR

– 638,55

0,00

– 638,55

ES

Kundizzjonalità

2010

Verifika parzjali u mhux effettiva ta' bosta SMRs, CY2009

RATA FISSA

2,00 %

EUR

– 781 951,76

– 1 002,96

– 780 948,80

ES

Kundizzjonalità

2010

Verifika parzjali u mhux effettiva ta' bosta SMRs, CY2010

RATA FISSA

2,00 %

EUR

– 30,92

0,00

– 30,92

ES

Kundizzjonalità

2011

Verifika parzjali u mhux effettiva ta' bosta SMRs, CY2008

RATA FISSA

2,00 %

EUR

– 117,27

0,00

– 117,27

ES

Kundizzjonalità

2011

Verifika parzjali u mhux effettiva ta' bosta SMRs, CY2009

RATA FISSA

2,00 %

EUR

– 570,44

0,00

– 570,44

ES

Kundizzjonalità

2011

Verifika parzjali u mhux effettiva ta' bosta SMRs, CY2010

RATA FISSA

2,00 %

EUR

– 824 194,02

0,00

– 824 194,02

TOTAL ES

EUR

– 3 224 514,79

– 1 605,23

– 3 222 909,56

FI

Għajnuniet Diretti Diżakkoppjati

2010

Dgħjufjiet fl-LPIS, fil-verifiki fuq il-post u fil-kalkolu ta' tnaqqisiet

TA' DARBA

 

EUR

– 289 992,10

0,00

– 289 992,10

FI

Għajnuniet Diretti Diżakkoppjati

2011

Dgħjufjiet fl-LPIS, fil-verifiki fuq il-post u fil-kalkolu ta' tnaqqisiet

TA' DARBA

 

EUR

– 961 208,71

0,00

– 961 208,71

FI

Għajnuniet Diretti Diżakkoppjati

2012

Dgħjufjiet fl-LPIS, fil-verifiki fuq il-post u fil-kalkolu ta' tnaqqisiet

TA' DARBA

 

EUR

– 1 384 610,18

0,00

– 1 384 610,18

TOTAL FI

EUR

– 2 635 810,99

0,00

– 2 635 810,99

FR

Ħalib — Ħalib fl-iskejjel (Schoolmilk)

2009

kontrolli fuq il-post li saru tard għall-iskema tal-ħalib fl-iskejjel (sena skolastika 2008-2009)

RATA FISSA

5,00 %

EUR

– 290 282,58

0,00

– 290 282,58

FR

Ħalib — Ħalib fl-iskejjel (Schoolmilk)

2010

kontrolli fuq il-post li saru tard għall-iskema tal-ħalib fl-iskejjel (sena skolastika 2008-2009)

RATA FISSA

5,00 %

EUR

– 351 047,94

0,00

– 351 047,94

FR

Ħalib — Ħalib fl-iskejjel (Schoolmilk)

2011

kontrolli fuq il-post li saru tard għall-iskema tal-ħalib fl-iskejjel (sena skolastika 2008-2009)

RATA FISSA

5,00 %

EUR

– 1 610,58

0,00

– 1 610,58

FR

Ħalib — Ħalib fl-iskejjel (Schoolmilk)

2012

kontrolli fuq il-post li saru tard għall-iskema tal-ħalib fl-iskejjel (sena skolastika 2008-2009)

RATA FISSA

5,00 %

EUR

– 474,30

0,00

– 474,30

FR

Intitolamenti

2010

allokazzjonijiet irregolari tar-riżerva nazzjonali u konsolidazzjoni ta' żoni ta' foraġġ

RATA FISSA

10,00 %

EUR

– 5 938 076,49

0,00

– 5 938 076,49

FR

Intitolamenti

2010

allokazzjonijiet irregolari tar-riżerva nazzjonali u konsolidazzjoni ta' żoni ta' foraġġ

TA' DARBA

 

EUR

– 2 584 040,40

0,00

– 2 584 040,40

FR

Intitolamenti

2011

allokazzjonijiet irregolari tar-riżerva nazzjonali u konsolidazzjoni ta' żoni ta' foraġġ

RATA FISSA

10,00 %

EUR

– 3 176 345,75

0,00

– 3 176 345,75

FR

Intitolamenti

2011

allokazzjonijiet irregolari tar-riżerva nazzjonali u konsolidazzjoni ta' żoni ta' foraġġ

TA' DARBA

 

EUR

– 2 584 032,47

0,00

– 2 584 032,47

FR

Intitolamenti

2012

allokazzjonijiet irregolari tar-riżerva nazzjonali u konsolidazzjoni ta' żoni ta' foraġġ

RATA FISSA

10,00 %

EUR

– 3 176 345,75

0,00

– 3 176 345,75

FR

Intitolamenti

2012

allokazzjonijiet irregolari tar-riżerva nazzjonali u konsolidazzjoni ta' żoni ta' foraġġ

TA' DARBA

 

EUR

– 2 584 031,62

0,00

– 2 584 031,62

TOTAL FR

EUR

– 20 686 287,88

0,00

– 20 686 287,88

GB

Għajnuniet Diretti Diżakkoppjati

2011

Nuqqasijiet fl-LPIS u fil-kontrolli fuq il-post

TA' DARBA

 

EUR

– 2 563 473,00

0,00

– 2 563 473,00

TOTAL GB

EUR

– 2 563 473,00

0,00

– 2 563 473,00

IT

Frott u Ħxejjex — l-Ipproċessar tat-Tadam

2008

Nuqqasijiet fil-verifiki amministrattivi u tal-kontabbiltà; Ebda rekords ta' rikonċiljazzjoni miżmuma mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi u mill-proċessuri fir-rigward tal-kontijiet kif meħtieġ skont il-liġijiet nazzjonali

RATA FISSA

5,00 %

EUR

– 2 332 156,30

– 932 862,52

– 1 399 293,78

IT

Frott u Ħxejjex — l-Ipproċessar tat-Tadam

2010

Nuqqasijiet fil-verifiki amministrattivi u tal-kontabbiltà; Ebda rekords ta' rikonċiljazzjoni miżmuma mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi u mill-proċessuri fir-rigward tal-kontijiet kif meħtieġ skont il-liġijiet nazzjonali

RATA FISSA

5,00 %

EUR

720,02

0,00

720,02

IT

Irregolaritajiet

2012

Nuqqas ta' tagħrif dwar l-azzjonijiet ta' rkupru implimentati

TA' DARBA

 

EUR

– 2 362 005,73

0,00

– 2 362 005,73

IT

Irregolaritajiet

2012

Negliġenza fil-proċedura tal-irkupru

TA' DARBA

 

EUR

– 1 283 164,95

0,00

– 1 283 164,95

IT

Irregolaritajiet

2012

Nuqqas ta' rappurtar fl-Anness III

TA' DARBA

 

EUR

– 1 460 976,88

0,00

– 1 460 976,88

TOTAL IT

EUR

– 7 437 583,84

– 932 862,52

– 6 504 721,32

LV

Għajnuniet Diretti Diżakkoppjati

2011

Nuqqasijiet wara l-iżbalji ovvji, u fil-kontrolli fuq il-post bi żbalji ta' inqas minn 3 %

TA' DARBA

 

EUR

– 15 324,30

0,00

– 15 324,30

LV

Għajnuniet Diretti Diżakkoppjati

2012

Nuqqasijiet wara l-iżbalji ovvji, u fil-kontrolli fuq il-post bi żbalji ta' inqas minn 3 %

TA' DARBA

 

EUR

– 3 399,21

0,00

– 3 399,21

LV

Kundizzjonalità

2009

4 KAAT mhux definiti, kalkolu żbaljat tas-sanzjoni, CY 2008

RATA FISSA

5,00 %

EUR

– 254 163,51

0,00

– 254 163,51

LV

Kundizzjonalità

2010

2 KAAT mhux definiti, nuqqasijiet fil-verifiki għal SMR4 u tolleranza applikata għal SMR7, CY 2009

RATA FISSA

2,00 %

EUR

– 181 777,79

0,00

– 181 777,79

LV

Kundizzjonalità

2010

4 KAAT mhux definiti, kalkolu żbaljat tas-sanzjoni, CY 2008

RATA FISSA

5,00 %

EUR

– 179,81

0,00

– 179,81

LV

Kundizzjonalità

2011

2 KAAT mhux definiti, nuqqasijiet fil-verifiki għal SMR4 u tolleranza applikata għal SMR7, CY 2009

RATA FISSA

2,00 %

EUR

– 100,05

0,00

– 100,05

LV

Kundizzjonalità

2011

4 KAAT mhux definiti, kalkolu żbaljat tas-sanzjoni, CY 2008

RATA FISSA

5,00 %

EUR

14,86

0,00

14,86

LV

Kundizzjonalità

2011

Nuqqasijiet fil-verifiki għal SMR4 u tolleranza applikata għal SMR7, CY 2010

TA' DARBA

 

EUR

– 2 230,28

0,00

– 2 230,28

LV

Kundizzjonalità

2012

2 KAAT mhux definiti, nuqqasijiet fil-verifiki għal SMR4 u tolleranza applikata għal SMR7, CY 2009

RATA FISSA

2,00 %

EUR

– 0,19

0,00

– 0,19

TOTAL LV

EUR

– 457 160,28

0,00

– 457 160,28

SE

Għajnuniet Diretti Diżakkoppjati

2010

Nuqqasijiet fl-LPIS, CY 2009

TA' DARBA

 

EUR

– 1 117 986,60

0,00

– 1 117 986,60

SE

Għajnuniet Diretti Diżakkoppjati

2011

Nuqqasijiet fl-LPIS, CY 2010

TA' DARBA

 

EUR

– 15 591,00

0,00

– 15 591,00

TOTAL SE

EUR

– 1 133 577,60

0,00

– 1 133 577,60

SI

Għajnuniet Diretti Diżakkoppjati

2010

Nuqqasijiet fil-verifika ta' ħbula żgħar biex tiġi rrispettata d-definizzjoni ta' ħbula agrikoli

RATA FISSA

5,00 %

EUR

– 85 780,08

– 2 203,29

– 83 576,79

SI

Għajnuniet Diretti Diżakkoppjati

2010

Nuqqas ta' estrapolazzjoni tar-riżultat tal-kontroll f'każ ta' differenza ta' inqas minn 3 %

TA' DARBA

 

EUR

– 1 771,90

– 10,97

– 1 760,93

SI

Għajnuniet Diretti Diżakkoppjati

2011

Nuqqasijiet fil-verifika ta' ħbula żgħar biex tiġi rrispettata d-definizzjoni ta' ħbula agrikoli

RATA FISSA

5,00 %

EUR

– 115 956,46

0,00

– 115 956,46

SI

Għajnuniet Diretti Diżakkoppjati

2011

Nuqqas ta' estrapolazzjoni tar-riżultat tal-kontroll f'każ ta' differenza ta' inqas minn 3 %

TA' DARBA

 

EUR

– 6 376,67

– 7,62

– 6 369,05

SI

Għajnuniet Diretti Diżakkoppjati

2012

Nuqqasijiet fil-verifika ta' ħbula żgħar biex tiġi rrispettata d-definizzjoni ta' ħbula agrikoli

RATA FISSA

5,00 %

EUR

– 131 269,23

0,00

– 131 269,23

SI

Għajnuniet Diretti Diżakkoppjati

2012

Nuqqas ta' estrapolazzjoni tar-riżultat tal-kontroll f'każ ta' differenza ta' inqas minn 3 %

TA' DARBA

 

EUR

– 6 506,76

– 7,78

– 6 498,98

TOTAL SI

EUR

– 347 661,10

– 2 229,66

– 345 431,44

TOTAL 6701

EUR

– 42 285 334,82

– 936 697,41

– 41 348 637,41

PARTITA TAL-BAĠIT: 6711

DK

Żvilupp Rurali li jaqa' taħt l-Assi 2 tal-FAEŻR (2007-2013, miżuri marbutin maż-żona)

2011

Nuqqasijiet fil-kontrolli fuq il-post

RATA FISSA

2,00 %

EUR

– 138 216,28

0,00

– 138 216,28

DK

Żvilupp Rurali li jaqa' taħt l-Assi 2 tal-FAEŻR (2007-2013, miżuri marbutin maż-żona)

2012

Nuqqasijiet fil-kontrolli fuq il-post

RATA FISSA

2,00 %

EUR

– 114 814,02

0,00

– 114 814,02

TOTAL DK

EUR

– 253 030,30

0,00

– 253 030,30

ES

Kundizzjonalità

2009

Verifika parzjali u mhux effettiva ta' bosta SMRs, CY2008

RATA FISSA

2,00 %

EUR

– 25 382,59

0,00

– 25 382,59

ES

Kundizzjonalità

2009

Verifika parzjali u mhux effettiva ta' bosta SMRs, CY2009

RATA FISSA

2,00 %

EUR

– 1 341,72

0,00

– 1 341,72

ES

Kundizzjonalità

2010

Verifika parzjali u mhux effettiva ta' bosta SMRs, CY2008

RATA FISSA

2,00 %

EUR

18,14

0,00

18,14

ES

Kundizzjonalità

2010

Verifika parzjali u mhux effettiva ta' bosta SMRs, CY2009

RATA FISSA

2,00 %

EUR

– 34 511,04

0,00

– 34 511,04

ES

Kundizzjonalità

2010

Verifika parzjali u mhux effettiva ta' bosta SMRs, CY2010

RATA FISSA

2,00 %

EUR

– 317,20

0,00

– 317,20

ES

Kundizzjonalità

2011

Verifika parzjali u mhux effettiva ta' bosta SMRs, CY2008

RATA FISSA

2,00 %

EUR

– 36,65

0,00

– 36,65

ES

Kundizzjonalità

2011

Verifika parzjali u mhux effettiva ta' bosta SMRs, CY2009

RATA FISSA

2,00 %

EUR

– 69,84

0,00

– 69,84

ES

Kundizzjonalità

2011

Verifika parzjali u mhux effettiva ta' bosta SMRs, CY2010

RATA FISSA

2,00 %

EUR

– 39 292,14

0,00

– 39 292,14

TOTAL ES

EUR

– 100 933,04

0,00

– 100 933,04

FI

Żvilupp Rurali li jaqa' taħt l-Assi 2 tal-FAEŻR (2007-2013, miżuri marbutin maż-żona)

2010

Dgħjufjiet fl-LPIS, fil-verifiki fuq il-post u fil-kalkolu ta' tnaqqisiet

TA' DARBA

 

EUR

– 132 350,41

0,00

– 132 350,41

FI

Żvilupp Rurali li jaqa' taħt l-Assi 2 tal-FAEŻR (2007-2013, miżuri marbutin maż-żona)

2011

Dgħjufjiet fl-LPIS, fil-verifiki fuq il-post u fil-kalkolu ta' tnaqqisiet

TA' DARBA

 

EUR

– 449 325,95

0,00

– 449 325,95

FI

Żvilupp Rurali li jaqa' taħt l-Assi 2 tal-FAEŻR (2007-2013, miżuri marbutin maż-żona)

2012

Dgħjufjiet fl-LPIS, fil-verifiki fuq il-post u fil-kalkolu ta' tnaqqisiet

TA' DARBA

 

EUR

– 558 189,31

0,00

– 558 189,31

TOTAL FI

EUR

– 1 139 865,67

0,00

– 1 139 865,67

GB

Żvilupp Rurali li jaqa' taħt l-Assi 2 tal-FAEŻR (2007-2013, miżuri marbutin maż-żona)

2011

Nuqqasijiet fl-LPIS u fil-kontrolli fuq il-post

TA' DARBA

 

EUR

– 614 769,00

0,00

– 614 769,00

TOTAL GB

EUR

– 614 769,00

0,00

– 614 769,00

HU

Żvilupp rurali li jaqa' taħt l-Assi 1 u 3 tal-FAEŻR — Miżuri orjentati lejn l-investiment (2007-2013)

2009

kontrolli ewlenin mhux xierqa — appoġġ imħallas lil benefiċjarji mhux eliġibbli (ma attendewx it-taħriġ obbligatorju)

RATA FISSA

10,00 %

EUR

– 131 333,83

0,00

– 131 333,83

HU

Żvilupp rurali li jaqa' taħt l-Assi 1 u 3 tal-FAEŻR — Miżuri orjentati lejn l-investiment (2007-2013)

2010

kontrolli ewlenin mhux xierqa — appoġġ imħallas lil benefiċjarji mhux eliġibbli (ma attendewx it-taħriġ obbligatorju)

RATA FISSA

10,00 %

EUR

– 149 391,75

0,00

– 149 391,75

HU

Żvilupp rurali li jaqa' taħt l-Assi 1 u 3 tal-FAEŻR — Miżuri orjentati lejn l-investiment (2007-2013)

2011

kontrolli ewlenin mhux xierqa — appoġġ imħallas lil benefiċjarji mhux eliġibbli (ma attendewx it-taħriġ obbligatorju)

RATA FISSA

10,00 %

EUR

– 42 101,65

0,00

– 42 101,65

HU

Żvilupp rurali li jaqa' taħt l-Assi 1 u 3 tal-FAEŻR — Miżuri orjentati lejn l-investiment (2007-2013)

2012

kontrolli ewlenin mhux xierqa — appoġġ imħallas lil benefiċjarji mhux eliġibbli (ma attendewx it-taħriġ obbligatorju)

RATA FISSA

10,00 %

EUR

– 60 885,25

0,00

– 60 885,25

TOTAL HU

EUR

– 383 712,48

0,00

– 383 712,48

LV

Kundizzjonalità

2009

4 KAAT mhux definiti, kalkolu żbaljat tas-sanzjoni, CY 2008

RATA FISSA

5,00 %

EUR

– 212 566,45

0,00

– 212 566,45

LV

Kundizzjonalità

2010

2 KAAT mhux definiti, nuqqasijiet fil-verifiki għal SMR4 u tolleranza applikata għal SMR7, CY 2009

RATA FISSA

2,00 %

EUR

– 92 731,87

0,00

– 92 731,87

LV

Kundizzjonalità

2010

4 KAAT mhux definiti, kalkolu żbaljat tas-sanzjoni, CY 2008

RATA FISSA

5,00 %

EUR

1 146,35

0,00

1 146,35

LV

Kundizzjonalità

2011

2 KAAT mhux definiti, nuqqasijiet fil-verifiki għal SMR4 u tolleranza applikata għal SMR7, CY 2009

RATA FISSA

2,00 %

EUR

249,48

0,00

249,48

LV

Kundizzjonalità

2011

4 KAAT mhux definiti, kalkolu żbaljat tas-sanzjoni, CY 2008

RATA FISSA

5,00 %

EUR

425,78

0,00

425,78

LV

Kundizzjonalità

2012

2 KAAT mhux definiti, nuqqasijiet fil-verifiki għal SMR4 u tolleranza applikata għal SMR7, CY 2009

RATA FISSA

2,00 %

EUR

106,22

0,00

106,22

LV

Kundizzjonalità

2012

4 KAAT mhux definiti, kalkolu żbaljat tas-sanzjoni, CY 2008

RATA FISSA

5,00 %

EUR

183,03

0,00

183,03

TOTAL LV

EUR

– 303 187,46

0,00

– 303 187,46

PL

Żvilupp rurali li jaqa' taħt l-Assi 1 u 3 tal-FAEŻR — Miżuri orjentati lejn l-investiment (2007-2013)

2009

Nuqqas ta' kriterji tal-għażla

RATA FISSA

5,00 %

EUR

– 16 237,92

0,00

– 16 237,92

PL

Żvilupp rurali li jaqa' taħt l-Assi 1 u 3 tal-FAEŻR — Miżuri orjentati lejn l-investiment (2007-2013)

2010

Nuqqas ta' kriterji tal-għażla

RATA FISSA

5,00 %

EUR

– 2 189 601,12

0,00

– 2 189 601,12

PL

Żvilupp rurali li jaqa' taħt l-Assi 1 u 3 tal-FAEŻR — Miżuri orjentati lejn l-investiment (2007-2013)

2011

Nuqqas ta' kriterji tal-għażla

RATA FISSA

5,00 %

EUR

– 2 290 180,19

0,00

– 2 290 180,19

PL

Żvilupp rurali li jaqa' taħt l-Assi 1 u 3 tal-FAEŻR — Miżuri orjentati lejn l-investiment (2007-2013)

2012

Nuqqas ta' kriterji tal-għażla

RATA FISSA

5,00 %

EUR

– 1 175 231,69

0,00

– 1 175 231,69

PL

Żvilupp rurali li jaqa' taħt l-Assi 1 u 3 tal-FAEŻR — Miżuri orjentati lejn l-investiment (2007-2013)

2013

Nuqqas ta' kriterji tal-għażla

RATA FISSA

5,00 %

EUR

– 172 311,40

0,00

– 172 311,40

TOTAL PL

EUR

– 5 843 562,32

0,00

– 5 843 562,32

PT

Żvilupp Rurali li jaqa' taħt l-Assi 2 tal-FAEŻR (2007-2013, miżuri marbutin maż-żona)

2008

verifiki fuq il-post li saru tard

RATA FISSA

5,00 %

EUR

– 81 992,88

– 81 992,88

0,00

PT

Żvilupp Rurali li jaqa' taħt l-Assi 2 tal-FAEŻR (2007-2013, miżuri marbutin maż-żona)

2009

verifiki fuq il-post li saru tard

RATA FISSA

5,00 %

EUR

– 3 374 908,49

– 2 911 944,67

– 462 963,82

PT

Żvilupp Rurali li jaqa' taħt l-Assi 2 tal-FAEŻR (2007-2013, miżuri marbutin maż-żona)

2009

verifiki fuq il-post li saru tard

RATA FISSA

2,00 %

EUR

– 353 974,42

0,00

– 353 974,42

PT

Żvilupp Rurali li jaqa' taħt l-Assi 2 tal-FAEŻR (2007-2013, miżuri marbutin maż-żona)

2010

verifiki fuq il-post li saru tard

RATA FISSA

2,00 %

EUR

– 213 427,37

0,00

– 213 427,37

PT

Żvilupp Rurali li jaqa' taħt l-Assi 2 tal-FAEŻR (2007-2013, miżuri marbutin maż-żona)

2010

verifiki fuq il-post li saru tard

RATA FISSA

5,00 %

EUR

– 1 682 133,84

– 1 446 076,06

– 236 057,78

TOTAL PT

EUR

– 5 706 437,00

– 4 440 013,61

– 1 266 423,39

SE

Żvilupp Rurali li jaqa' taħt l-Assi 2 tal-FAEŻR (2007-2013, miżuri marbutin maż-żona)

2010

Nuqqasijiet fl-LPIS, CY 2009

TA' DARBA

 

EUR

– 190 380,00

0,00

– 190 380,00

SE

Żvilupp Rurali li jaqa' taħt l-Assi 2 tal-FAEŻR (2007-2013, miżuri marbutin maż-żona)

2011

Nuqqasijiet fl-LPIS, CY 2010

TA' DARBA

 

EUR

– 143 719,00

0,00

– 143 719,00

TOTAL SE

EUR

– 334 099,00

0,00

– 334 099,00

TOTAL 6711

EUR

– 14 679 596,27

– 4 440 013,61

– 10 239 582,66


12.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 205/76


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-10 ta' Lulju 2014

dwar it-tqegħid fis-suq għall-użu essenzjali ta' prodotti bijoċidali li jkun fihom ir-ram

(notifikata bid-dokument C(2014) 4611)

(It-testi bil-Grieg, bl-Ingliż, bil-Kroat u bl-Ispanjol u biss huma awtentiċi)

(2014/459/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 tal-4 ta' Diċembru 2007 dwar it-tieni fażi tal-programm ta' ħidma ta' 10 snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward it-tqegħid fis-suq ta' prodotti bijoċidali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1896/2000 (2), ir-ram ġie notifikat għall-użu fi prodotti tat-tip 11, kif definit fl-Anness V tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(2)

Ma tressaq l-ebda dossier komplut fl-iskadenzi rilevanti bħala appoġġ għall-inklużjoni tar-ram fl-Anness I, IA jew IB tad-Direttiva 98/8/KE. Skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/78/EU (4) flimkien mal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007, mill-1 ta' Frar 2013 ir-ram ma għandux jibqa' jitqiegħed fis-suq għall-użu fi prodotti tat-tip 11.

(3)

Skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007 il-Kroazja, Spanja, l-Irlanda u l-Greċja ressqu applikazzjonijiet separati lill-Kummissjoni għall-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti bijoċidali li fihom ir-ram għal numru ta' użi.

(4)

Il-Kummissjoni poġġiet dawn il-listi għad-dispożizzjoni tal-pubbliku b'mezzi elettroniċi.

(5)

Minn xi applikazzjonijiet jirriżulta li l-prodotti bijoċidali li jkun fihom ir-ram jintużaw biex jipprevjenu t-tkabbir ta' organiżmi fil-pajp ewlieni għad-dħul tal-ilma għall-pjattaformi taż-żejt u tal-gass fuq il-baħar kif ukoll istallazzjonijiet oħra fuq il-baħar u kostali, fejn dak l-użu huwa essenzjali biex jiġi evitat l-imblukkar tal-pajp tad-dħul ta' ilma użat, fost l-oħrajn, għall-ipproċessar, il-produzzjoni tal-ilma tax-xorb u tal-banju u t-tifi tan-nar, minħabba li l-imblukkar tal-pajp jista' jkun fatali għas-saħħa u s-sigurtà tal-persunal tal-installazzjoni.

(6)

Barra minn hekk, minn xi applikazzjonijiet jirriżulta li prodotti bijoċidali li jkun fihom ir-ram jintużaw biex jipprevjenu t-tkabbir ta' organiżmi fil-pajp ewlieni għad-dħul tal-ilma f'bastimenti, fejn dak l-użu huwa essenzjali biex jiġi evitat l-imblukkar tal-pajp tad-dħul tal-ilma użat fis-sistema kollha tal-pajpijiet u tal-kanali tal-ilma ta' bastiment. Dan jinkludi l-intern tal-pajpijiet kollha, bħas-sistema ta' trażżin tan-nar, li hija vitali għat-tħaddim bla perikolu tal-bastiment.

(7)

Matul il-konsultazzjoni pubblika ma wasal l-ebda kumment dwar dawn l-applikazzjonijiet. L-Istati Membri li ppreżentaw l-applikazzjonijiet argumentaw li fit-territorji tagħhom jinħtieġ li jkun hemm firxa adegwata ta' alternattivi tekniċi u ekonomiċi vijabbli disponibbli għall-prevenzjoni tat-tkabbir ta' organiżmi sabiex jitnaqqas ir-riskju tal-imblukkar tal-pajp ewlieni tad-dħul tal-ilma tal-installazzjonijiet fuq il-baħar u kostali, jew fuq il-bastimenti.

(8)

Għalhekk huwa probabbli li jekk ma tingħatax awtorizzazzjoni għall-użu tar-ram għall-prevenzjoni tat-tkabbir ta' organiżmi fil-pajp tad-dħul tal-ilma fil-pjattaformi taż-żejt u tal-gass fuq il-baħar, f'istallazzjonijiet oħra fuq il-baħar u kostali jew fuq il-bastimenti, se jinħoloq riskju serju għas-saħħa pubblika f'dawk l-Istati Membri. Barra minn hekk, jekk jintfew jew jiġu sostitwiti s-sistemi attwali bbażati fuq ir-ram fuq il-bastimenti, l-ispejjeż u l-fattibilità loġistika u prattika f'ħafna każijiet jistgħu jkunu projbittivi. Fil-każ li s-sostituzzjoni tkun fattibbli, din tista' tieħu żmien twil. Għalhekk bħalissa huma meħtieġa d-derogi mitluba għall-użu essenzjali.

(9)

Madankollu, sakemm ma titressaqx applikazzjoni kompluta għall-approvazzjoni tar-ram għall-użu fil-prodotti tat-tip 11 mingħajr dewmien żejjed, l-utenti tal-prodotti bijoċidali li jkun fihom ir-ram għandhom jimplimentaw metodi alternattivi għall-prevenzjoni tat-tkabbir ta' oragniżmi. Għalhekk f'dan il-każ huwa xieraq li l-utenti f'dawk l-Istati Membri jkunu infurmati b'mod attiv fi żmien xieraq biex ikunu jistgħu jiżguraw li dawk il-metodi alternattivi jkunu effettivi qabel ma l-prodotti bijoċidali li jkun fihom ir-ram jiġu rtirati mis-suq.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Soġġetti għall-kundizzjonijiet previsti bl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007, il-Kroazja, Spanja, l-Irlanda u l-Greċja jistgħu jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq ta' prodotti bijoċidali li fihom ir-ram (Nru tal-KE 231-159-6; Nru. CAS 7440-50-8) għall-użi indikati fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

2.   Jekk jitressqu dossiers kompluti għall-approvazzjoni tar-ram għal prodotti tat-tip 11 rilevanti għal dawk l-użi u dawn jiġu vvalidati mill-Istat Membru sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2014, il-Kroazja, Spanja, l-Irlanda u l-Greċja jistgħu jkomplu jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq sal-iskadenzi stipulati fl-Artikolu 89 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) għal każijiet fejn sustanza tiġi jew ma tiġix approvata.

3.   F'każijiet oħra għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 2, il-Kroazja, Spanja, l-Irlanda u l-Greċja jistgħu jkomplu jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq sal-31 ta' Diċembru 2017, sakemm dawk l-Istati Membri jiżguraw, mill-1 ta' Jannar 2015, li l-utenti jkunu attivament infurmati dwar il-ħtieġa immedjata li jiġu implimentati metodi alternattivi għall-għanijiet rilevanti.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Irlanda, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta' Spanja u r-Repubblika tal-Kroazja.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Lulju 2014.

Għall-Kummissjoni

Janez POTOČNIK

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 325, 11.12.2007, p. 3.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1896/2000 tas-7 ta' Settembru 2000 fuq l-ewwel fażi tal-programm rigward prodotti bijoċidali msemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 228, 8.9.2000, p. 6).

(3)  Id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/78/UE tad-9 ta' Frar 2012 dwar in-nuqqas ta' inklużjoni ta' ċerti sustanzi fl-Anness I, IA jew IB tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 38, 11.2.2012, p. 48).

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1).


ANNESS

L-UŻI LI L-ISTATI MEMBRI ELENKATI HAWN TAĦT JISTGĦU JAWTORIZZAW, SOĠĠETTI GĦALL-KONFORMITÀ MAL-KUNDIZZJONIJIET TAL-ARTIKOLU 1

Nru

Stat Membru

Prodott tat-tip 11

1

Il-Kroazja

Għall-prevenzjoni ta' organiżmi bijoloġiċi tal-pajpijiet/pompi tal-ilma u fis-sistema kollha ta' pajpijiet u kanali tal-ilma ta' bastiment.

2

Spanja

Għall-prevenzjoni ta' organiżmi bijoloġiċi tal-pajpijiet/pompi tal-ilma u fis-sistema kollha ta' pajpijiet u kanali tal-ilma ta' pjattaformi taż-żejt u tal-gass fuq il-baħar u istallazzjonijiet oħra marittimi u kostali.

Għall-prevenzjoni ta' organiżmi bijoloġiċi tal-pajpijiet/tal-pompi tal-ilma u fis-sistema kollha ta' pajpijiet u kanali tal-ilma ta' bastiment.

3

L-Irlanda

Għall-prevenzjoni ta' organiżmi bijoloġiċi tal-pajpijiet/pompi tal-ilma u fis-sistema kollha ta' pajpijiet u kanali tal-ilma ta' pjattaformi taż-żejt u tal-gass fuq il-baħar u istallazzjonijiet oħra fuq il-baħar u kostali.

Għall-prevenzjoni ta' organiżmi bijoloġiċi tal-pajpijiet/pompi tal-ilma u fis-sistema kollha ta' pajpijiet u kanali tal-ilma ta' bastiment.

4

Il-Greċja

Għall-prevenzjoni ta' organiżmi bijoloġiċi tal-pajpijiet/pompi tal-ilma u fis-sistema kollha ta' pajpijiet u kanali tal-ilma ta' bastiment.