ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 190

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 57
28 ta' Ġunju 2014


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Avviż rigward id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Popolari taċ-Ċina skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 fir-rigward tal-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni Ewropea

1

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 713/2014 tal-24 ta' Ġunju 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1388/2013 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali

2

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 714/2014 tal-25 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi l-projbizzjoni tas-sajd għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant ta' 45° W, u fil-Mediterran minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Greċja

6

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 715/2014 tas-26 ta' Ġunju 2014 li jemenda l-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 1166/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar stħarriġ ta' strutturi tal-impriżi agrikoli u l-istħarriġ dwar metodi ta' produzzjoni agrikola, fir-rigward tal-lista ta' karatteristiċi li jridu jinġabru fl-istħarriġ dwar l-istruttura tal-impriżi agrikoli 2016 ( 1 )

8

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 716/2014 tas-27 ta' Ġunju 2014 dwar l-istabbiliment tal-Proġett Pilota Komuni li jsostni l-implimentazzjoni tal-Pjan Regolatorju Ewropew għall-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru ( 1 )

19

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 717/2014 tas-27 ta' Ġunju 2014 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura

45

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 718/2014 tas-27 ta' Ġunju 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 669/2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta' ċertu għalf u ikel ta' oriġini mhux mill-annimali ( 1 )

55

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 719/2014 tas-27 ta’ Ġunju 2014 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

63

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-kummissjoni (UE) Nru 720/2014 tas-27 ta' Ġunju 2014 dwar l-allokazzjoni ta' drittijiet tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa għall-perjodu mill-1 ta' Lulju 2014 sat-30 ta' Ġunju 2015 fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 431/2008 għaċ-ċanga ffriżata

65

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2014/404/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2014 li tirrevoka d-Deċiżjoni 2010/282/UE dwar l-eżistenza ta' defiċit eċċessiv fl-Awstrija

66

 

 

2014/405/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2014 li tirrevoka d-Deċiżjoni 2010/284/UE dwar l-eżistenza ta' defiċit eċċessiv fir-Repubblika Ċeka

69

 

 

2014/406/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2014 li tirrevoka d-Deċiżjoni 2010/407/UE dwar l-eżistenza ta' defiċit eċċessiv fid-Danimarka

71

 

 

2014/407/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2014 li tirrevoka d-Deċiżjoni 2010/287/UE dwar l-eżistenza ta' defiċit eċċessiv fil-Pajjiżi l-Baxxi

73

 

 

2014/408/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2014 li tirrevoka d-Deċiżjoni 2010/290/UE dwar l-eżistenza ta' defiċit eċċessiv fis-Slovakkja

76

 

 

2014/409/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-23 ta' Ġunju 2014 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE rigward emenda għall-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet

78

 

 

2014/410/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-24 ta' Ġunju 2014 dwar it-tnedija ta' skambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dwar id-DNA fil-Belġju

80

 

 

2014/411/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-24 ta' Ġunju 2014 li taħtar membru Belġjan fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

82

 

 

2014/412/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-24 ta' Ġunju 2014 li taħtar membru Ġermaniż fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

83

 

 

2014/413/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-24 ta' Ġunju 2014 li taħtar membru Awstrijak fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

84

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

28.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 190/1


Avviż rigward id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Popolari taċ-Ċina skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 fir-rigward tal-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni Ewropea

Il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Popolari taċ-Ċina skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 fir-rigward tal-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni Ewropea (1), iffirmat fi Brussell fid-9 ta' Settembru 2013, ser jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2014.


(1)   ĠU L 64, 4.3.2014, p. 2.


REGOLAMENTI

28.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 190/2


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 713/2014

tal-24 ta' Ġunju 2014

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1388/2013 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Biex ikun żgurat il-forniment suffiċjenti u bla waqfien ta' ċerti prodotti li l-produzzjoni tagħhom mhijiex suffiċjenti fl-Unjoni u biex jiġi evitat kwalunkwe tfixkil fis-suq għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali, infetħu kwoti tariffarji awtonomi permezz tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1388/2013 (1). Prodotti li jaqgħu f'dawk il-kwoti tariffarji jistgħu jkunu impurtati b'rati imnaqqsa jew b'rati ta' dazju żero. Għar-raġunijiet indikati, huwa neċessarju li jinfetħu, b'effett mill-1 ta' Lulju 2014, il-kwoti tariffarji b'rati ta' dazju żero għal volum xieraq fir-rigward ta' sitt prodotti addizzjonali.

(2)

Barra minn hekk, f'ċerti każijiet, kwoti tariffarji awtonomi eżistenti tal-Unjoni għandhom jiġu adattati. Fil-każ ta'żewġ prodotti, id-deskrizzjoni tal-prodott trid tiġi modifikata għal raġunijiet ta' kjarifika u sabiex jitqiesu l-iżviluppi tal-prodotti l-aktar reċenti. Fil-każ ta' prodott ieħor, wieħed mill-kodiċijiet TARIC irid jitħassar billi l-klassifikazzjoni doppja ma għadhiex valida. Fil-każ ta' tliet prodotti oħra, il-volumi tal-kwota jeħtieġ li jiżdiedu billi tali żieda hija fl-interess tal-operaturi ekonomiċi u tal-Unjoni.

(3)

Fl-aħħar nett, fil-każ ta'żewġ prodotti, il-kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għandhom jingħalqu b'effett mill-1 ta' Lulju 2014 u l-1 ta' Jannar 2015, rispettivament, billi mhuwiex fl-interess tal-Unjoni li jibqgħu jingħatawminn dawk id-dati.

(4)

Ir-Regolament (UE) Nru 1388/2013 għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan,

(5)

Peress li uħud mill-adattamenti għall-kwoti tariffarji awtonomi skont dan ir-Regolament iridu jidħlu fis-seħħ mill-1 ta' Lulju 2014, dan ir-Regolament għandu japplika mill-istess data u għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

It-tabella f-Anness għar-Regolament (UE) Nru 1388/2013 hija emendata kif ġej:

(1)

ir-ringieli għall-kwoti tariffarji bin-numri tas-serje 09.2830, 09.2831, 09.2832, 09.2834, 09.2835 u 09.2836 stabbiliti fl-Anness I għal dan ir-Regolament huma mdaħħla skont l-ordni tal-kodiċi NM indikati fit-tieni kolonna tat-tabella fl-Anness għar-Regolament (UE) Nru 1388/2013;

(2)

ir-ringieli għall-kwoti tariffarji bin-numri tas-serje 09.2629, 09.2631, 09.2639, 09.2668, 09.2669, 09.2806 u 09.2818 huma sostitwiti bir-ringieli stipulati fl-Anness II għal dan ir-Regolament;

(3)

ir-ringiela għall-kwota tariffarja bl-ordni numru 09.2930 titħassar;

(4)

ir-ringiela għall-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.2639 titħassar.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa japplika mill-1 ta' Lulju 2014 bl-eċċezzjoni tal-punt (4) tal-Artikolu 1, li japplika mill-1 ta' Jannar 2015.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-24 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

E. VENIZELOS


(1)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1388/2013 tas-17 ta' Diċembru 2013 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 7/2010 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 319).


ANNESS I

KWOTI TARIFFARJI TAL-UNJONI MSEMMIJA FIL-PUNT (1) TAL-ARTIKOLU 1

Numru tal-ordni

Il-kodiċi NM

TARIC

Deskrizzjoni

Il-perjodu tal-kwota

Il-volum tal-kwota

Id-dazju fuq il-kwota (%)

09.2830

ex2906 19 00

40

Ċiklopropilmetanol (CAS RN 2516-33-8)

01.07-31.12

10 tunnellati

0 %

09.2831

ex2932 99 00

40

1,3:2,4-Bis-O-(3,4-dimethylbenzylidene)-D-glucitol (CAS RN 135861-56-2)

01.07-31.12

300 tunnellati

0 %

09.2832

ex3808 92 90

40

Taħlita li jkollha 38 % jew aktar imma mhux aktar minn 50 % bil-piż taż-żingu piritijon (INN) (CAS RN 13463-41-7) f'dispersjoni milwiena

01.07-31.12

250 tunnellati

0 %

09.2834

ex7604 29 10

20

Folji jew vireg tal-alojs ta' aluminju-litju ta' diametru ta' 200 mm jew iktar, iżda mhux iktar minn 300 mm

01.07-31.12

500 tunnellati

0 %

09.2835

ex7604 29 10

30

Folji jew vireg tal-alojs ta' aluminju-litju ta' diametru ta' 300,1 mm jew iktar, iżda mhux iktar minn 533,4 mm

01.07-31.12

250 tunnellati

0 %

09.2836

ex9003 11 00

ex9003 19 00

10

20

Frejms ta' nuċċalijiet magħmulin bil-plastik jew metall għall-użu fil-manifattura ta' nuċċalijiet tal-vista (1)

01.07-31.12

2 900 000 biċċa

0 %


(1)  Is-sospensjoni tad-dazji hija soġġetta għall-Artikoli minn 291 sa 300 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).


ANNESS II

KWOTI TARIFFARJI TAL-UNJONI MSEMMIJA FIL-PUNT (2) TAL-ARTIKOLU 1

Order number

Il-kodiċi NM

TARIC

Deskrizzjoni

Il-perjodu tal-kwota

L-ammont tal-kwota

Id-dazju fuq il-kwota %)

09.2806

ex2825 90 40

30

Trijossidu tat-tangsten, inkluż ossidu tat-tangsten blu (CAS RN 1314-35-8 jew CAS RN 39318-18-8))

01.01-31.12

12 000 tunnellata

0

09.2639

3905 30 00

 

Poli(alkoħol tal-vinil), kemm jekk fihom gruppi aċetat unhydrolysed

01.01-31.12

18 000 tonnes

0

09.2818

ex6902 90 00

10

Briks li jirreżistu s-sħana

b'tarf li għandu tul ta' aktar minn 300 mm u

kontenut f'piż ta' TiO2 ta' mhux aktar minn 1 % u

kontenut f'piż ta' Al2O3 ta' mhux aktar minn 0,4 % u

varjazzjoni fil-volum ta' anqas minn 9 % f'1700 °C

01.01-31.12

225 tunnellata

0

09.2629

ex8302 49 00

91

Manku teleskopiku tal-aluminju għall-użu fil-manifattura tal-bagalji (1)

01.07-31.12

800 000 biċċa

0

09.2668

ex8714 91 10

ex 8714 91 10

21

31

Qafas ta' biċikletta, mibni mill-fibri tal-karbonju u r-reżina artifiċjali, miżbugħ, mogħti l-verniċ u/jew illostrat, biex jintuża għall-manifattura tar-roti (1)

01.01-31.12

125 000 biċċa

0

09.2669

ex8714 91 30

ex8714 91 30

21

31

Furketta ta' quddiem ta' biċikletta, magħmula mill-fibri tal-karbonju u r-reżina artifiċjali, miżbugħa, mogħtija l-verniċ u/jew illostrata, għall-użu fil-manifattura tal-biċikletti (1)

01.01-31.12

97 000 biċċa

0

09.2631

ex9001 90 00

80

Lentijiet mhux iffrejmjati, priżmi u elementi ssimentati għall-użu fil-manifattura jew it-tiswija ta' oġġetti tal-kodiċijiet NM 9002 , 9005 , 9013 10 u 9015  (1)

01.01-31.12

5 000 000 biċċa

0


(1)  Is-sospensjoni tad-dazji hija soġġetta għall-Artikoli minn 291 sa 300 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 253 11.10.1993, p. 1).


28.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 190/6


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 714/2014

tal-25 ta' Ġunju 2014

li jistabbilixxi l-projbizzjoni tas-sajd għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant ta' 45° W, u fil-Mediterran minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Greċja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-politika komuni tas-sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 43/2014 (2), jistabbilixxi l-kwoti għall-2014.

(2)

Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2014.

(3)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd għall-2014 allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kummissjoni

F'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)   ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 43/2014 tal-20 ta' Jannar 2014 li jiffissa għall-2014 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 24, 28.1.2014, p. 1).


ANNESS

Nru

07/TQ43

Stat Membru

Il-Greċja

Stokk

BFT/AE45WM

Speċi

Tonna (Thunnus Thynnus)

Żona

L-Oċean Atlantiku, fil-Lvant ta' 45° W, u l-Mediterran

Data tal-għeluq

28.3.2014


28.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 190/8


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 715/2014

tas-26 ta' Ġunju 2014

li jemenda l-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 1166/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar stħarriġ ta' strutturi tal-impriżi agrikoli u l-istħarriġ dwar metodi ta' produzzjoni agrikola, fir-rigward tal-lista ta' karatteristiċi li jridu jinġabru fl-istħarriġ dwar l-istruttura tal-impriżi agrikoli 2016

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1166/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar stħarriġ ta' strutturi tal-impriżi agrikoli u stħarriġ dwar metodi ta' produzzjoni agrikola (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1166/2008 jipprevedi programm ta' stħarriġ dwar l-istruttura tal-impriżi agrikoli sal-2016.

(2)

Hemm bżonn li tinġabar dejta għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta' miżuri assoċjati mar-reviżjoni tal-Politika Agrikola Komuni wara l-2013. Barra minn hekk, hemm bżonn li tinġabar dejta għall-monitoraġġ tal-miżuri ta' implimentazzjoni li huma assoċjati mal-iżvilupp rurali (2).

(3)

Hemm nuqqas ta' informazzjoni statistika fuq l-użu tan-nutrijenti, l-irrigazzjoni u l-metodi differenti ta' produzzjoni agrikola marbuta ma' dejta strutturali fil-livell ta' impriżi individwali. Għalhekk, hemm bżonn li tittejjeb l-informazzjoni miġbura dwar l-użu tan-nutrijenti u tal-ilma u dwar il-metodi ta' produzzjoni agrikola fl-impriżi agrikoli; biex tingħata aktar statistika għall-iżvilupp tal-politika agroambjentali; kif ukoll li titjieb il-kwalità tal-indikaturi agroambjentali.

(4)

L-emenda tal-lista ta' karatteristiċi hija bbażata fuq il-prinċipju li l-piż globali jibqa' ekwilibrat, minħabba li dawk il-varjabbli li ma baqgħux validi kawża ta' bidliet fil-leġiżlazzjoni relatata, inkella dawk li tħallew barra fl-2016 fuq bażi ta' darba, twaqqgħu filwaqt li ġew introdotti oħrajn, u dan sar l-aktar minħabba l-bżonnijiet dejjem jikbru u jinbidlu tal-informazzjoni statistika agrikola marbuta mal-varjazzjoni ġdida tal-politika agrikola komuni għall-2020, b'mod partikolari fir-rigward tat-titjib fil-prestazzjoni ambjentali tagħha u tal-informazzjoni relatata agroambjentali meħtieġa, u dan filwaqt li jitqies ukoll li l-livell ta' kontribuzzjoni finanzjarja tal-UE għall-istħarriġ mhuwiex jinbidel.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 1166/2008 għalhekk għandu jiġi emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal- Kumitat Permanenti dwar l-Istatistika Agrikola.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1166/2008 għandu jiġi ssostitwit bl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 321, 1.12.2008, p. 14.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487).


ANNESS

“ANNESS III

Lista tal-karatteristiċi tal-istħarriġ dwar l-istruttura tal-impriżi agrikoli għall-2016

KARATTERISTIĊI

UNITAJIET/KATEGORIJI

I.   Karatteristiċi ġenerali

Il-post fejn tinsab l-impriża (1)

 

– –

Ir-reġjun ta' NUTS (2) 3

Il-kodiċi NUTS 3

– –

L-impriża tinsab f'Żona Żvantaġġata (Less Favoured Area, LFA)?

L/M/N (3)

Il-personalità ġuridika tal-impriża

 

– –

L-impriża hija unità f'art komuni?

Iva/le

– –

Ir-responsabilità legali u ekonomika tal-impriża qiegħda f'idejn:

 

– – –

persuna fiżika li hija l-uniku detentur, u fejn l-impriża hija indipendenti?

Iva/le

– – – –

Jekk ir-risposta għall-mistoqsija preċedenti hija ‘iva’, din il-persuna (id- detentur) hija wkoll il-maniġer?

Iva/le

– – – – –

Jekk din il-persuna mhix il-maniġer, il-maniġer huwa membru tal-familja tad-detentur?

Iva/le

– – – – –

Jekk il-maniġer huwa membru tal-familja tad-detentur, il-maniġer huwa l-konjuġi tad-detentur?

Iva/le

– – –

persuna fiżika waħda jew iktar li hija/huma sħab, u fejn l-impriża tappartjeni għall-grupp ta' azjendi?

Iva/le

– – –

persuna ġuridika?

Iva/le

Tip ta' pussess (fir-rigward tad-detentur) u sistema agrikola

 

– –

Erja agrikola utilizzata:

 

– – –

Għall-agrikoltura mill-proprjetarju

Ettari

– – –

Għall-agrikoltura mill-kerrej

Ettari

– – –

Għall-agrikoltura bi sħab jew b'modi oħra

Ettari

– –

Art komuni

Ettari

Agrikoltura organika

 

– –

Fl-impriża ssir agrikoltura organika?

Iva/le

– –

Dettalji (4)

 

– – –

L-erja totali agrikola tal-impriża li tintuża u li fiha jiġu applikati u ċċertifikati, skont ir-regoli nazzjonali jew tal-Unjoni Ewropea, metodi ta' produzzjoni agrikola organika

Ettari

– – –

L-erja totali agrikola tal-impriża li tintuża u li qed tiġi kkonvertita għal metodi ta' produzzjoni ta' agrikoltura organika, li għad trid tiġi ċċertifikata skont ir-regoli nazzjonali jew tal-Unjoni Ewropea

Ettari

– – –

L-erja tal-impriża li fiha l-metodi ta' produzzjoni tal-agrikoltura organika skont ir-regoli nazzjonali jew tal-Unjoni Ewropa qed jiġu applikati u huma ċċertifikati, jew qegħdin jiġu kkonvertiti u għad iridu jiġu ċċertifikati:

 

– – – –

Ċereali għall-produzzjoni tal-qamħ (inkluża ż-żerriegħa)

Ettari

– – – –

Legumi mnixxfin u prodotti tar-raba' li fihom il-proteini għall-produzzjoni tal-qamħ (inkluża ż-żerriegħa u t-taħlitiet ta' ċereali u legumi)

Ettari

– – – –

Patata (inkluża l-patata bikrija u dik taż-żriegħ)

Ettari

– – – –

Pitravi zokkrija (eskluża ż-żerriegħa)

Ettari

– – – –

Għelejjel għaż-żejt

Ettari

– – – –

Ħxejjex friski, bettiegħ u frawli

Ettari

– – – –

Bwar u mruġ, għajr għall-bwar mhux ikkultivati

Ettari

– – – –

Pjantaġġuni tal-frott u tal-frott żgħir tal-bosk

Ettari

– – – –

Pjantaġġuni taċ-ċitru

Ettari

– – – –

Pjantaġġuni taż-żebbuġ

Ettari

– – – –

Vinji

Ettari

– – – –

Għelejjel oħrajn (għelejjel għall-fibra, eċċ.) inklużi l-bwar mhux ikkultivati

Ettari

– – –

Metodi ta' produzzjoni organika applikati għall-produzzjoni tal-annimali u ċċertifikati skont ir-regoli nazzjonali jew dawk tal-Unjoni Ewropea:

 

– – – –

Annimali bovini

Ir-ras

– – – –

Ħnieżer

Ir-ras

– – – –

Nagħaġ u mogħoż

Ir-ras

– – – –

Tjur

Ir-ras

– – – –

Annimali oħra

Iva/le

– –

Id-destinazzjoni tal-produzzjoni tal-impriża:

 

– – –

L-unità domestika tikkonsma iktar minn 50 % tal-valur tal-produzzjoni finali tal-impriża

Iva/le

– – –

Il-bejgħ dirett lill-konsumaturi finali jirrappreżenta iktar minn 50 % tal-bejgħ totali tal-impriża

Iva/le

II.   Art

Art li tinħadem

 

– –

Iċ-ċereali għall-produzzjoni tal-qamħ (inkluża ż-żerriegħa):

 

– – –

Qamħ komuni u spelt

Ettari

– – –

Qamħ durum

Ettari

– – –

Segala

Ettari

– – –

Xgħir

Ettari

– – –

Ħafur

Ettari

– – –

Żerriegħa tal-qamħirrum

Ettari

– – –

Ross

Ettari

– – –

Ċereali oħrajn għall-produzzjoni tal-qamħ

Ettari

– –

Legumi mnixxfin kif ukoll prodotti tar-raba' li fihom il-proteini għall-produzzjoni tal-qamħ (inkluża ż-żerriegħa u t-taħlitiet ta' ċereali u legumi)

Ettari

– – –

fosthom il-piżelli, il-fażola tal-għelieqi u l-lupin ħelu

Ettari

– –

Patata (inkluża l-patata bikrija u dik taż-żriegħ)

Ettari

– –

Pitravi zokkrija (eskluża ż-żerriegħa)

Ettari

– –

Għeruq tal-għalf u brassiki (eskluża ż-żerriegħa)

Ettari

– –

Prodotti tar-raba' industrijali:

 

– – –

Tabakk

Ettari

– – –

Ħops

Ettari

– – –

Qoton

Ettari

– – –

Nevew u liftija tan-nevew

Ettari

– – –

Ġirasol

Ettari

– – –

Soja

Ettari

– – –

Żerriegħa tal-kittien (kittien għaż-żejt)

Ettari

– – –

Għelejjel oħra għaż-żejt

Ettari

– – –

Kittien

Ettari

– – –

Qanneb

Ettari

– – –

Għelejjel oħrajn għall-fibra

Ettari

– – –

Pjanti aromatiċi, mediċinali u kulinari

Ettari

– – –

Għelejjel industrijali oħra li ma jissemmewx band'oħra

Ettari

– –

Ħaxix frisk, bettiegħ u frawli li minnhom:

 

– – –

Fil-beraħ jew taħt għata ta' protezzjoni baxxa (mhux aċċessibbli)

Ettari

– – – –

Fil-beraħ

Ettari

– – – –

Ġardinaġġ kummerċjali

Ettari

– – –

Taħt il-ħġieġ jew taħt għata ta' protezzjoni oħra (aċċessibbli)

Ettari

– –

Fjuri u pjanti ornamentali (minbarra s-serer):

 

– – –

Fil-beraħ jew taħt għata ta' protezzjoni baxxa (mhux aċċessibbli)

Ettari

– – –

Taħt il-ħġieġ jew taħt għata ta' protezzjoni oħra (aċċessibbli)

Ettari

– –

Pjanti għall-ħsad bikri:

 

– – –

Ħaxix temporanju

Ettari

– – –

Pjanti oħra għall-ħsad bikri:

 

– – – –

Qamħirrum aħdar

Ettari

– – – –

Pjanti leguminużi

Ettari

– – – –

Pjanti oħrajn tal-ħsad bikri li ma jissemmewx band'oħra

Ettari

– –

Żerriegħa u nebbieta fuq art li tinħadem

Ettari

– –

Għelejjel oħra fuq art li tinħadem

Ettari

– –

Art mistrieħa

Ettari

Ġonna domestiċi

Ettari

Bwar permanenti

Ettari

– –

Bwar u mruġ, għajr għall-bwar mhux ikkultivati

Ettari

– –

Bwar mhux ikkultivati

Ettari

– –

Bwar permamenti li m'għadhomx jintużaw għal skopijiet ta' produzzjoni u li huma eliġibbli għall-ħlas tas-sussidji

Ettari

Għelejjel permanenti

 

– –

Pjantaġġuni tal-frott u tal-frott żgħir tal-bosk

Ettari

– – –

Speċi ta' frott, fosthom:

Ettari

– – – –

Frott minn żoni klimatiċi moderati

Ettari

– – – –

Frott minn żoni klimatiċi sottotropikali

Ettari

– – –

Speċi ta' frott żgħir tal-bosk

Ettari

– – –

Ġewż

Ettari

– –

Pjantaġġuni taċ-ċitru

Ettari

– –

Pjantaġġuni taż-żebbuġ

Ettari

– – –

Li normalment jipproduċu żebbuġ għall-ikel

Ettari

– – –

Li normalment jipproduċu żebbuġ għall-produzzjoni taż-żejt

Ettari

– –

Vinji, li minnhom normalment jipproduċu:

Ettari

– – –

Inbid ta' kwalità

Ettari

– – –

Inbejjed oħra

Ettari

– – –

Għeneb tal-ikel

Ettari

– – –

Żbib

Ettari

– –

Imxietel

Ettari

– –

Uċuħ tar-raba' permanenti oħra

Ettari

– –

Għelejjel permanenti taħt il-ħġieġ

Ettari

Artijiet oħra

 

– –

Art agrikola mhux utilizzata

Ettari

– –

Erja msaġġra

Ettari

– – –

li minnhom imsaġar ta' newba qasira

Ettari

– –

Artijiet oħra (artijiet okkupati minn bini, btieħi tal-irziezet, passaġġi, għadajjar, barrieri, art infertili, blat, eċċ.)

Ettari

Faqqiegħ

Ettari

Għelejjel għall-enerġija

Ettari

Irrigazzjoni

 

– –

Raba' saqwi

 

– – –

It-total tal-erja saqwija

Ettari

– – –

It-total ta' erja kkoltivata irrigata tal-anqas darba fl-aħħar 12 -il xahar

Ettari

– –

Metodi ta' irrigazzjoni użati:

 

– – –

Tisqija tal-wiċċ (għargħar, raddi)

Iva/le

– – –

Tisqija bil-friefet

Iva/le

– – –

Tisqija bil-qatra

Iva/le

– –

L-għajn tal-ilma għat-tisqija użat fl-impriża

 

– – –

Sukkursu fl-impriża agrikola

Iva/le

– – –

Ilma tal-wiċċ fl-impriża (għadajjar jew digi)

Iva/le

– – –

Ilma tal-wiċċ barra l-impriża agrikola minn għadajjar, xmajjar jew passaġġi tal-ilma

Iva/le

– – –

Ilma barra l-impriża agrikola minn netwerks komuni li jfornu l-ilma komuni

Iva/le

– – –

Sorsi oħrajn

Iva/le

III.   Bhejjem

Ekwidi

Ir-ras

Annimali bovini:

 

– –

Annimali bovini, ta' inqas minn sena, irġiel u nisa

Ir-ras

– –

Annimali bovini, fl-età ta' bejn sena u sentejn, irġiel

Ir-ras

– –

Annimali bovini, fl-età ta' bejn sena u sentejn, nisa

Ir-ras

– –

Annimali bovini rġiel, b'età ta' sentejn u aktar

Ir-ras

– –

Għoġġiela, b'età ta' sentejn u aktar

Ir-ras

– –

Baqar tal-ħalib

Ir-ras

– –

Baqar oħrajn

Ir-ras

Nagħaġ u mogħoż:

 

– –

Nagħaġ (ta' kull età)

Ir-ras

– – –

Nisa għat-tgħammir

Ir-ras

– – –

Nagħaġ oħra

Ir-ras

– –

Mogħoż (ta' kull età)

Ir-ras

– – –

Nisa għat-tgħammir

Ir-ras

– – –

Mogħoż oħra

Ir-ras

Ħnieżer:

 

– –

Qżieqeż li għandhom piż ħaj ta' inqas minn 20 kilogramm

Ir-ras

– –

Ħnieżer nisa għat-tgħammir li jiżnu 50 kilogramm u aktar

Ir-ras

– –

Ħnieżer oħra

Ir-ras

Tjur:

 

– –

Brojlers

Ir-ras

– –

Qrejjaq

Ir-ras

– –

Tjur oħrajn:

Ir-ras

– – –

Dundjani

Ir-ras

– – –

Papri

Ir-ras

– – –

Wiżż

Ir-ras

– – –

Nagħm

Ir-ras

– – –

Tjur ieħor, li ma jissemmewx band'oħra

Ir-ras

Fniek, nisa għat-tgħammir

Ir-ras

Naħal

Bejtiet

Bhejjem li ma jissemmewx band'oħra

Iva/le

IV.   ĦADDIEMA

IV.(i)

Xogħol agrikolu fl-impriża

Detentur

 

– –

Sess

Raġel/Mara

– –

Età

Faxex tal-età (5)

– –

Xogħol agrikolu fl-impriża (minbarra x-xogħol tad-dar)

Faxxa 1 (6) ta' % ta' AWU

Maniġer

 

– –

Sess

Raġel/Mara

– –

Età

Faxex tal-età (5)

– –

Xogħol agrikolu fl-impriża (minbarra x-xogħol tad-dar)

Faxxa 2 (7) ta' % ta' AWU

Taħriġ tal-maniġer

 

– –

Taħriġ agrikolu tal-maniġer

Kodiċi ta' taħriġ (8)

– –

Taħriġ vokazzjonali li sar mill-maniġer matul l-aħħar 12-il xahar

Iva/le

Membri tal-familja tad-detentur uniku li jagħmlu xogħol agrikolu fl-impriża: irġiel

 

– –

Xogħol agrikolu fl-impriża (minbarra x-xogħol tad-dar)

Faxxa 2 ta' % ta' AWU

Membri tal-familja tad-detentur uniku li jagħmlu xogħol agrikolu fl-impriża: nisa

 

– –

Xogħol agrikolu fl-impriża (minbarra x-xogħol tad-dar)

Faxxa 2 ta' % ta' AWU

Ħaddiema li mhumiex tal-familja, impjegati b'mod regolari: irġiel

 

– –

Xogħol agrikolu fl-impriża (minbarra x-xogħol tad-dar)

Faxxa 2 ta' % ta' AWU

Ħaddiema li mhumiex tal-familja, impjegati b'mod regolari: nisa

 

– –

Xogħol agrikolu fl-impriża (minbarra x-xogħol tad-dar)

Faxxa 2 ta' % ta' AWU

Ħaddiema li mhumiex tal-familja, impjegati mhux fuq bażi regolari: irġiel u nisa

Ġranet ta' ħidma full-time

IV.(ii)

Attivitajiet oħrajn ta' qligħ: Xogħol mhux agrikolu fl-impriża (li mhuwiex direttament relatat mal-impriża) u xogħol barra l-impriża

Attivitajiet oħrajn ta' qligħ mid-detentur li huwa wkoll il-maniġer:

M/S/N (9)

Attivitajiet oħra ta' qligħ tal-membri l-oħra tal-familja tad-detentur uniku: l-attività ewlenija

Numru ta' persuni

Attivitajiet oħra ta' qligħ tal-membri l-oħra tal-familja tad-detentur uniku: l-attività sekondarja

Numru ta' persuni

V.   Attivitajiet ta' qligħ oħra tal-impriża (direttament relatati mal-impriża)

V.(i)

Lista ta' attivitajiet ta' qligħ oħra

Servizzi marbutin mas-saħħa, servizzi soċjali jew edukattivi

Iva/le

Turiżmu, akkomodazzjoni u attivitajiet ta' rekrejazzjoni oħra

Iva/le

Artiġjanat

Iva/le

Ipproċessar tal-prodotti tal-impriżi agrikoli

Iva/le

Produzzjoni ta' enerġiji rinnovabbli

Iva/le

Ipproċessar tal-injam (eż. qtugħ tal-injam)

Iva/le

Akwakultura

Iva/le

Xogħol kuntrattwali (permezz ta' mezzi ta' produzzjoni fl-impriża)

 

– –

Agrikoltura (għal impriżi oħrajn)

Iva/le

– –

Mhux agrikoli

Iva/le

Forestrija

Iva/le

Oħrajn

Iva/le

Min hu involut?

 

– –

Detentur li huwa wkoll il-maniġer

M/S/N (9)

– –

Membri oħra tal-familja tad-detentur waħdu, bħala l-attività prinċipali tagħhom

Numru ta' persuni

– –

Membri oħra tal-familja tad-detentur waħdu, bħala l-attività sekondarja tagħhom

Numru ta' persuni

– –

Il-membri li mhumiex parti mill-familja li ta' sikwit jaħdmu fl-impriża bħala l-attività prinċipali tagħhom

Numru ta' persuni

– –

Il-membri li mhumiex parti mill-familja li ta' sikwit jaħdmu fl-impriża bħala attività sekondarja

Numru ta' persuni

V.(ii)

L-importanza tal-attivitajiet ta'qligħ oħra relatati direttament mal-impriża

Perċentwal tal-produzzjoni finali tal-impriża

Faxex ta' perċentwal (10)

VI.   Appoġġ għall-iżvilupp rurali

L-impriża bbenefikat minn waħda mill-miżuri ta' żvilupp rurali matul dawn l-aħħar 3 snin (11)

Iva/le

– –

Parteċipazzjoni tal-bdiewa fl-iskemi ta' kwalità tal-ikel

Iva/le

– –

Pagamenti marbuta ma' Natura 2000 u d-Direttiva Qafas dwar l-Ilma (12)

Iva/le

– –

Pagamenti agroambjentali — pagamenti tal-klima

Iva/le

– –

Agrikoltura organika

Iva/le

– –

Pagamenti għall-benesseri tal-annimali

Iva/le

– –

Investimenti f'assi fiżiċi

Iva/le

– –

Il-prevenzjoni u r-restawr tal-ħsara lill-potenzjal tal-produzzjoni agrikola minn diżastri naturali u avvenimenti katastrofiċi

Iva/le

– –

Żvilupp fl-impriża agrikola u fin-negozju

Iva/le

– –

Investimenti fl-iżvilupp taż-żoni forestali u l-vijabbiltà tal-foresti

Iva/le

– –

Afforestazzjoni u ħolqien ta' msaġar

Iva/le

– –

Stabbiliment ta' sistemi tal-agroforestrija

Iva/le

– –

Il-prevenzjoni u r-restawr tal-ħsara lill-foresti

Iva/le

– –

Investimenti li jtejbu r-reżiljenza u l-valur ambjentali tal-foresti

Iva/le

– –

Investimenti f'teknoloġiji ta' forestrija u fl-ipproċessar, fil-mobilizzazzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti tal-forestrija

Iva/le

– –

Pagamenti għal żoni li jiffaċċjaw restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet speċifiċi oħra

Iva/le

– –

Servizzi ambjentali u klimatiċi b'rabta mal-foresti u l-konservazzjoni tal-foresti

Iva/le

– –

Ġestjoni tar-riskju

Iva/le

VII.   Prattiki ta' ġestjoni ta' ħamrija u ta' demel applikati fl-impriżi agrikoli

Metodi ta' ħrit (13) fuq art fil-beraħ li tinħadem

 

– –

Ħrit konvenzjonali

Ettari

– –

Ħrit bi skop ta' konservazzjoni

Ettari

– –

Ebda ħrit (esklużi żoni ta' art fil-beraħ li tinħadem koperta bi pjanti pluriennali)

Ettari

Kopertura tal-ħamrija (14) fuq art fil-beraħ li tinħadem

 

– –

Ħxejjex normali tax-xitwa

Ettari

– –

Ħxejjex ta' kopertura jew ħxejjex intermedji

Ettari

– –

Residwi ta' pjanti

Ettari

– –

Ħamrija waħedha

Ettari

– –

Erja ta' art fil-beraħ li tinħadem li huma koperti bi pjanti pluriennali

Ettari

Tinwib fuq art li tinħadem

 

– –

Sehem mill-art li tinħadem inkluż fit-tinwib

Faxxa ta' % ta' AA (15)

Erja ta' ffukar ekoloġiku –it-total tal-erja ta' marġni tal-għelieqi, biċċiet ta' art ta' lqugħ, sisien tal-ħaxix, siġar, art mistrieħa, bijotipi, imsaġar u karatteristiċi tal-pajsaġġ

Ettari (16)

Tekniki għall-applikazzjoni tad-demel

 

– –

Tferrix

 

– – –

Ebda inkorporazzjoni

Faxxa ta' % ta' demel (17)

– – –

Inkorporazzjoni fi żmien 4 sigħat

Faxxa ta' % ta' demel

– – –

Inkorporazzjoni wara 4 sigħat

Faxxa ta' % ta' demel

– –

Espansjoni tal-faxex

 

– – –

Distributur ikarkar

Faxxa ta' % ta' demel

– – –

Distributur bit-tubi flessibbli

Faxxa ta' % ta' demel

– –

Injezzjoni

 

– – –

Fil-baxx/slott miftuħ

Faxxa ta' % ta' demel

– – –

Fil-fond/slott magħluq

Faxxa ta' % ta' demel

Importazzjoni ta' demel fl-impriża/esportazzjoni ta' demel mill-impriża

 

– –

It-total ta' demel prodott li huwa esportat mill-impriża

Tunnellati

– –

Demel importat fl-impriża

Tunnellati


(1)  Il-ġeokoordinati m'għandhomx jingħataw fl-2016

(2)  In-nomenklatura tal-unitajiet territorjali għall-istatistika

(3)  L- żona mhux muntanjuża żvantaġġata; M- żona muntanjuża żvantaġġata; N- żona normali (mhux LFA) Din il-klassifika tista' tiġi adattata fil-futur fid-dawl ta' żviluppi fil-PAK 2020.

(4)  Din it-taqsima timtela biss jekk ir-risposta għall-mistoqsija preċedenti hija ‘Iva’

(5)  Faxex tal-età: (Mill-età ta' tluq mill-iskola-24 sena), (25-34), (35-39), (40-44), (45-54), (55-64), (65 u iktar).

(6)  Faxxa 1 ta' perċentwal ta' Unità tax-Xogħol Annwali (AWU): (0), (> 0-< 25), (≥ 25-< 50), (≥ 50-< 75), (≥ 75-< 100), (100).

(7)  Faxxa 2 ta' perċentwal ta' Unità tax-Xogħol Annwali (AWU): (> 0-< 25), (≥ 25-< 50), (≥ 50-< 75), (≥ 75-< 100), (100).

(8)  Kodiċi ta' taħriġ: (esperjenza agrikola prattika biss), (taħriġ agrikolu bażiku), (taħriġ agrikolu komplut).

(9)  M — attività ewlenija, S — attività sekondarja, N — ebda involviment

(10)  Faxex ta' perċentwal: (≥ 0-≤ 10),.(> 10-≤ 50),.(> 50-< 100).

(11)  Miżuri marbuta mar-riċerka u l-iżvilupp skont ir-Regolament (KE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487) — dawn il-karatteristiċi għandhom jingħataw minn sorsi amministrattivi

(12)  Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).

(13)  Art fil-beraħ li tinħadem bi ħrit konvenzjonali + art fil-beraħ li tinħadem bi ħrit għal skop ta' konservazzjoni + art fil-beraħ li tinħadem bl-ebda ħrit + art fil-beraħ li tinħadem koperta bi pjanti pluriennali = art totali fil-beraħ li tinħadem

(14)  Art fil-beraħ li tinħadem imħawla b'għelejjel tax-xitwa normali + art fil-beraħ li tinħadem imħawla b'għelejjel ta' kopertura jew b'għelejjel intermedji + art fil-beraħ li tinħadem koperta b'residwi ta' pjanti + art fil-beraħ li tinħadem li hija ħamrija waħedha + art fil-beraħ li tinħadem koperta bi pjanti pluriennali = art totali fil-beraħ li tinħadem

(15)  Faxxa ta' perċentwal ta' art li tinħadem (AA): (0), (> 0-< 25), (≥ 25-< 50), (≥ 50-< 75), (≥ 75).

(16)  Dawn jingħataw biss minn impriżi agrikoli li għandhom iktar minn 15-il ettaru ta' art tinħadem

(17)  % mit-total ta' demel applikat b'teknika speċifika ta' applikazzjoni: (0), (> 0-< 25), (≥ 25-< 50), (≥ 50-< 75), (≥ 75-< 100), (100)”


28.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 190/19


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 716/2014

tas-27 ta' Ġunju 2014

dwar l-istabbiliment tal-Proġett Pilota Komuni li jsostni l-implimentazzjoni tal-Pjan Regolatorju Ewropew għall-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 dwar il-forniment ta' servizzi ta' navigazzjoni tal-ajru fl-ajru uniku Ewropew (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15a(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-proġett għar-Riċerka u l-Iżvilupp dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku bl-Ajru tal-Ajru Uniku Ewropew (SESAR) għandu l-għan li jimmodernizza l-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (minn hawn 'il quddiem: “ATM”) fl-Ewropa, u jirrappreżenta l-pilastru teknoloġiku tal-Ajru Uniku Ewropew. Dan għandu l-għan li sal-2030 jipprovdi lill-Unjoni infrastruttura tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru ta' prestazzjoni għolja li ser tippermetti l-operat sigur u li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent u l-iżvilupp tat-trasport bl-ajru.

(2)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 409/2013 (2) jistipula r-rekwiżiti marbuta mal-kontenut tal-proġetti komuni, it-twaqqif, l-adozzjoni, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tagħhom. Dan jistipula li jeħtieġ li proġetti komuni jiġu implimentati abbażi tal-programm ta' mobilizzazzjoni permezz ta' proġetti ta' implimentazzjoni kkoordinati mill-maniġer tal-mobilizzazzjoni.

(3)

Skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 409/2013, proġett komuni għandu l-għan li jiskjera b'mod f'waqtu, ikkoordinat u ssinkronizzat il-funzjonalitajiet tal-ATM li huma maturi għall-implimentazzjoni u li jikkontribwixxu biex jinkisbu l-bidliet operattivi neċessarji identifikati fil-Pjan Regolatorju Ewropew tal-ATM. Fi proġett komuni, il-funzjonalitajiet tal-ATM biss li jeħtieġu mobilizzazzjoni sinkronizzata u li jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għall-miri ta' prestazzjoni tal-Unjoni kollha għandhom jiġu inklużi.

(4)

Fuq talba tal-Kummissjoni, l-Impriża Konġunta SESAR ippreparat abbozz preliminari għall-ewwel proġett komuni, imsejjaħ il-“Proġett Pilota Komuni”.

(5)

Dak l-abbozz preliminari ġie analizzat u rivedut mill-Kummissjoni, bl-assistenza tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Ajru, l-Aġenzija Ewropea għad-Difiża, il-Maniġer tan-Netwerk, il-Korp ta' Analiżi tal-Prestazzjoni, il-Eurocontrol, l-Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Istandardizzazzjoni u l-Organizzazzjoni Ewropea għal Tagħmir tal-Avjazzjoni Ċivili (EUROCAE).

(6)

Wara dan, il-Kummissjoni wettqet analiżi indipendenti tal-kostijiet-benefiċċji globali u konsultazzjonijiet xierqa mal-Istati Membri u l-partijiet interessati rilevanti.

(7)

Abbażi ta' dan, il-Kummissjoni stabbiliet proposta għall-Proġett Pilota Komuni. F'konformità mar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 409/2013: il-grupp tal-utenti tal-ispazju tal-ajru ċivili tas-SESAR approva l-proposta fit-30 ta' April 2014; il-fornituri tas-servizz tan-navigazzjoni tal-ajru approvaw il-proposta fit-30 ta' April 2014; l-operaturi tal-ajruport approvaw il-proposta fid-29 ta' April 2014; il-Maniger tan-Netwerk approva l-proposta fil-25 ta' April 2014; u s-Servizzi Meteoroloġiċi Nazzjonali Ewropej approvaw il-proposta fit-30 ta' April 2014.

(8)

Il-Proġett Pilota Komuni jidentifika sitt funzjonalitajiet tal-ATM, jiġifieri l-Ġestjoni Estiża tal-Wasliet u n-Navigazzjoni bbażata fuq il-Prestazzjoni f'Żoni ta' Mmanuvrar f'Terminals ta' Densità Għolja; l-Integrazzjoni u t-Throughput tal-Ajruport; il-Ġestjoni Flessibbli tal-Ispazju tal-Ajru u r-Rotot Liberi; il-Ġestjoni tan-Netwerk Kollaborattiv; il-Ġestjoni tat-Tagħrif Mifruxa mas-Sistema Kollha Inizjali; u l-Kondiviżjoni tal-Informazzjoni dwar it-Trajettorja Inizjali. Il-mobilizzazzjoni ta' dawn is-sitt funzjonalitajiet tal-ATM għandhom ikunu obbligatorji.

(9)

Il-funzjonalità tal-Ġestjoni Estiża tal-Wasliet u n-Navigazzjoni bbażata fuq il-Prestazzjoni f'Żoni ta' Mmanuvrar f'Terminals ta' Densità Għolja hija mistennija li ttejjeb il-preċiżjoni tal-approċċ tat-trajettorja kif ukoll tiffaċilita s-sekwenzjar tat-traffiku fi stadju aktar bikri, biex b'hekk jitnaqqas il-konsum tal-fjuwil u l-impatt ambjentali fil-fażijiet tal-inżul/wasla. Din il-funzjonalità tinkludi parti mill-Pass 1: il-Bidla Operattiva Neċessarja għall-fattur ewlieni tas-“Sinkronizzazzjoni tat-traffiku” kif definit fil-Pjan Regolatorju Ewropew tal-ATM.

(10)

Il-funzjonalità tal-Integrazzjoni u t-Throughput tal-Ajruport hija mistennija li ttejjeb it-throughput u s-sikurezza tar-runway biex jiġu żgurati l-benefiċċji f'termini ta' konsum ta' fjuwil u tnaqqis fid-dewmien kif ukoll il-kapaċità tal-ajruport. Din il-funzjonalità tinkludi parti mill-Pass 1: il-Bidla Operattiva Neċessarja għall-fattur ewlieni “l-Integrazzjoni u t-Throughput tal-Ajruport”, l-element prinċipali kif definit fil-Pjan Regolatorju Ewropew tal-ATM.

(11)

Il-funzjonalità tal-Ġestjoni Flessibbli tal-Ispazju tal-Ajru u r-Rotot Liberi hi mistennija li tippermetti użu iktar effiċjenti tal-ispazju tal-ajru, u b'hekk tipprovdi benefiċċji sinifikanti marbutin mal-konsum tal-fjuwil u t-tnaqqis fid-dewmien. Din il-funzjonalità tinkludi parti mill-Pass 1: il-Bidla Operattiva Neċessarja għall-fattur ewlieni “Il-Bidla mill-Ispazju tal-Ajru għall-Ġestjoni tat-Trajettorja 4D” kif definit fil-Pjan Regolatorju Ewropew tal-ATM.

(12)

Il-funzjonalità tal-Ġestjoni tan-Netwerk Kollaborattiv hi mistennija ttejjeb il-kwalità u l-puntwalità tan-netwerk tal-informazzjoni kondiviża mill-partijiet interessati kollha tal-ATM, biex b'hekk jiġu żgurati benefiċċji sinifikanti f'termini ta' kisbiet ta' produttività tas-Servizzi tan-Navigazzjoni tal-Ajru (minn hawn' il quddiem: “ANS”) u l-iffrankar ta' spejjeż ikkawżati mid-dewmien. Din il-funzjonalità tinkludi parti mill-Pass 1: il-Bidla Operattiva Neċessarja għall-fattur ewlieni tal-“Ġestjoni tan-Netwerk Kollaborattiv u l-Ibbilanċjar tal-Kapaċità Dinamika” kif definit fil-Pjan Regolatorju Ewropew tal-ATM.

(13)

Il-funzjonalità tal-Ġestjoni tat-Tagħrif Mifruxa mas-Sistema Kollha Inizjali, li tikkonsisti minn sett ta' servizzi li huma pprovduti u kkunsmati permezz ta' netwerk ibbażat fuq il-protokoll imħaddem mis-sistemi permezz tal-Ġestjoni tat-Tagħrif Mifruxa mas-Sistema Kollha (SWIM), huwa mistenni li jġib benefiċċji sinifikanti f'termini tal-produttività tal-ANS. Din il-funzjonalità tinkludi parti mill-Pass 1: il-Bidla Operattiva Neċessarja għall-fattur ewlieni ta' “SWIM” kif definit fil-Pjan Regolatorju Ewropew tal-ATM.

(14)

Il-funzjonalità tal-Kondiviżjoni tal-Informazzjoni dwar it-Trajettorja Inizjali bi prestazzjonijiet imsaħħa tal-ipproċessar tad-dejta dwar it-titjiriet hija mistennija li ttejjeb il-prevedibbiltà ta' trajettorja tal-inġenji tal-ajru għall-benefiċċju tal-utenti tal-ispazju tal-ajru, il-maniġer tan-netwerk u l-fornituri tal-ANS bl-implikazzjoni ta' inqas interventi tattiċi u sitwazzjoni dekonfliġġenti aħjar. Dan mistenni li jkollu impatt pożittiv fuq il-produttività tal-ANS, fuq l-iffrankar tal-fjuwil u fuq il-varjabbiltà tad-dewmien. Din il-funzjonalità tinkludi parti mill-Pass 1: il-Bidla Operattiva Neċessarja għall-fattur ewlieni tal-“Bidla mill-Ispazju tal-Ajru għall-Ġestjoni tat-Trajettorja 4D” kif definita fil-Pjan Regolatorju Ewropew tal-ATM u, b'mod indirett tappoġġa l-fatturi ewlenin l-oħra indirizzati mill-funzjonalitajiet tal-ATM permezz tal-użu ta' trajettorja tal-informazzjoni kondiviża.

(15)

Sabiex jinkisbu l-benefiċċji kollha tal-Proġett Pilota Komuni, ċerti partijiet interessati operattivi minn pajjiżi terzi huma mistennija li jimplimentaw partijiet mill-Proġett Pilota Komuni. L-involviment tagħhom għandu jiġi żgurat mill-maniger tal-mobilizzazzjoni f'konformità mar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 409/2013. L-involviment tal-partijiet interessati operattivi minn pajjiżi terzi huwa mingħajr ħsara għad-distribuzzjoni tal-kompetenzi fir-rigward tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u l-funzjonalitajiet tal-ATM.

(16)

Sabiex tassisti lill-partijiet interessati operattivi kkonċernati fil-mobilizzazzjoni tal-funzjonalitajiet tal-ATM, il-Kummissjoni għandha tippubblika materjal ta' referenza mhux vinkolanti bħalma huwa: materjal ta' sostenn għall-fażi tal-istandardizzazzjoni u l-industrijalizzazzjoni, li għandu jiġi fornut mill-Impriża Konġunta SESAR, pjan direzzjonali fir-rigward tal-istandardizzazzjoni u l-ħtiġijiet ta' regolamentazzjoni u analiżi tal-kostijiet-benefiċċji globali li jsostnu l-Proġett Pilota Komuni. Fejn applikabbli, il-materjal ta' sostenn għandu jkun żviluppat skont il-proċeduri meħtieġa mir-Regolament (UE) Nru 552/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) bl-involviment tal-Awtoritajiet Nazzjonali ta' Sorveljanza skont dak ir-Regolament.

(17)

L-implimentazzjoni tal-Proġett Pilota Komuni għandha tiġi mmonitorjata sa fejn hu possibbli bl-użu ta' mekkaniżmi eżistenti ta' monitoraġġ u l-istrutturi eżistenti bl-involviment tal-partijiet interessati operattivi kollha.

(18)

Għandhom jiġu stabbiliti l-mekkaniżmi xierqa għar-reviżjoni ta' dan ir-Regolament, li jinvolvu l-maniger tal-mobilizzazzjoni, li għandu jikkoordina u jikkoopera mal-entitajiet kif imsemmi fl-Artikolu 9 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 409/2013, jiġifieri l-Awtoritajiet Nazzjonali ta' Sorveljanza, l-armata, l-Impriża Konġunta SESAR, il-Maniġer tan-Netwerk u l-industrija tal-manifattura, b'mod partikolari biex ikun possibbli għall-Kummissjoni li temenda dan ir-Regolament kif meħtieġ. Il-maniger tal-mobilizzazzjoni għandu kkunsidrat l-impatt fuq il-kapaċitajiet nazzjonali u kollettivi tad-difiża mill-skont l-Artikolu 9(7)(c) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 409/2013. Il-koordinazzjoni mal-armata fil-Proġett Pilota Komuni tibqa' prijorità skont id-dikjarazzjoni ġenerali tal-Istati Membri dwar kwistjonijiet militari konnessi mal-Ajru Uniku Ewropew (4). Skont din id-dikjarazzjoni, l-Istati Membri għandhom, b'mod partikulari, itejbu l-koperazzjoni ċivili-militari u, jekk u sal-punt meqjus meħtieġ mill-Istati Membri kollha kkonċernati, jiffaċilitaw il-koperazzjoni bejn il-forzi armati tagħhom fil-materji kollha ta' amministrazzjoni tat-traffiku tal-ajru.

(19)

Skont l-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandha tkun mingħajr ħsara għas-sovranità tal-Istati Membri fuq l-ispazju tal-ajru tagħhom u għall-ħtiġijiet tal-Istati Membri marbutin mal-ordni pubbliku, mas-sigurtà pubblika u kwistjonijiet ta' difiża. Dan ir-Regolament ma jkoprix operazzjonijiet u taħriġ militari.

(20)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ajru Uniku,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-ewwel proġett komuni, minn hawn' il quddiem il-“Proġett Pilota Komuni”. Il-Proġett Pilota Komuni jidentifika l-ewwel sett ta' funzjonalitajiet tal-ATM li għandhom ikunu skjerati b'mod f'waqtu, ikkoordinat u ssinkronizzat sabiex jinkisbu l-bidliet operattivi neċessarji li joħorġu mill-Pjan Regolatorju Ewropew tal-ATM.

2.   Dan ir-Regolament għandu japplika għan-Netwerk Ewropew għall-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru (EATMN) u s-sistemi ta' servizzi ta' navigazzjoni tal-ajru identifikati fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 552/2004. Dan għandu japplika għall-partijiet interessati identifikati fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-iskop ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 549/2004 u fl-Artikolu 2 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 409/2013.

Barra minn hekk, għandhom japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“Ajruport — Teħid Kollaborattiv ta' Deċiżjonijiet (Airport Collaborative Decision Making — ACDM)” tfisser proċess fejn id-deċiżjonijiet marbuta mal-Fluss tat-Traffiku tal-Ajru u l-Amministrazzjoni tal-Kapaċità (minn hawn' il quddiem: “ATFCM”) fl-ajruporti jittieħedu abbażi tal-interazzjoni bejn il-partijiet interessati operattivi u atturi oħra involuti fl-ATFCM u li għandu l-għan li jnaqqas id-dewmien, itejjeb il-prevedibilità tal-avvenimenti u jottimizza l-użu tar-riżorsi;

(2)

“Pjan ta' Operazzjonijiet tal-Ajruport (AOP)” tfisser pjan uniku komuni kontinwu maqbul b'mod kollaborattiv disponibbli għall-partijiet interessati kollha tal-ajruport li l-għan tiegħu hu li jipprovdi kuxjenza tas-sitwazzjoni komuni u li jifforma l-bażi li fuqha d-deċiżjonijiet marbutin mal-ottimizzazzjoni tal-proċess jittieħdu mill-partijiet interessati;

(3)

“Pjan Operattiv tan-Netwerk (NOP)” tfisser il-pjan, inklużi l-għodda ta' sostenn, żviluppat mill-Maniġer tan-Netwerk b'koordinazzjoni mal-partijiet interessati operattivi sabiex jorganizza l-attivitajiet operattivi tiegħu fuq perjodu qasir u medju taż-żmien skont il-prinċipji ta' gwida tal-Pjan Strateġiku għan-Netwerk. Għal dik il-parti tal-Pjan Operattiv tan-Netwerk li hija speċifika għad-disinn tan-netwerk Ewropew tar-rotot, dan jinkludi l-Pjan ta' Titjib tan-Netwerk Ewropew tar-Rotot;

(4)

“biex topera funzjonalità tal-ATM” tfisser li l-funzjonalità tal-ATM inkwistjoni titħaddem u li tintuża kompletament fl-operat ta' kuljum;

(5)

“id-data mmirata tal-mobilizzazzjoni” tfisser id-data li fiha l-użu ta' funzjonalità tal-ATM inkwistjoni għandha titlesta u tintuża b'mod operattiv kompletament.

Artikolu 3

Funzjonalitajiet tal-ATM u l-mobilizzazzjoni tagħhom

1.   Il-Proġett Pilota Komuni għandu jkun magħmul mill-funzjonalitajiet tal-ATM li ġejjin:

(a)

il-Ġestjoni Estiża tal-Wasliet u n-Navigazzjoni bbażata fuq il-Prestazzjoni f'Żoni ta' Mmanuvrar f'Terminals ta' Densità Għolja;

(b)

l-Integrazzjoni u t-Throughput tal-Ajruport;

(c)

il-Ġestjoni Flessibbli tal-Ispazju tal-Ajru u r-Rotot Liberi;

(d)

il-Ġestjoni tan-Netwerk Kollaborattiv;

(e)

il-Ġestjoni tat-Tagħrif Mifruxa mas-Sistema Kollha Inizjali;

(f)

il-Kondiviżjoni tal-Informazzjoni dwar it-Trajettorja Inizjali.

Dawk il-funzjonalitajiet tal-ATM huma deskritti fl-Anness.

2.   Il-partijiet interessati operattivi identifikati fl-Anness u l-Maniġer tan-Netwerk għandhom jiskjeraw il-funzjonalitajiet tal-ATM imsemmija fil-paragrafu 1 u jimplimentaw il-proċeduri operattivi assoċjati biex jippermettu l-operat bla xkiel tagħhom skont l-Anness u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 409/2013. Il-partijiet interessati operattivi militari għandhom jiskjeraw dawk il-funzjonalitajiet tal-ATM biss sa fejn ikun meħtieġ biex jikkonformaw mar-Regolament (KE) Nru 552/2004, il-punt 4 tal-Parti A tal-Anness II.

Artikolu 4

Materjal ta' referenza u sostenn

Il-Kummissjoni għandha tippubblika fuq il-websajt tagħha l-materjal ta' referenza u sostenn għall-mobilizzazzjoni tal-funzjonalitajiet tal-ATM imsemmija fl-Artikolu 3(1):

(a)

għandha tingħata lista indikattiva tal-materjal ta' sostenn għall-fażi tal-istandardizzazzjoni u l-industrijalizzazzjoni mill-Impriża Konġunta SESAR inklużi d-dati mmirati tal-konsenja;

(b)

pjan direzzjonali indikattiv fir-rigward tal-ħtiġijiet tal-istandardizzazzjoni u r-regolamentazzjoni, inklużi referenzi għar-regoli implimentattivi u l-ispeċifikazzjonijiet tal-Komunità żviluppati skont l-Artikolu 3 u l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 552/2004, u d-dati mmirati marbuta mal-konsenja;

(c)

l-analiżi tal-kostijiet-benefiċċji globali li fuqhom titqies l-approvazzjoni tal-Proġett Pilota Komuni tal-parti interessata.

Artikolu 5

Monitoraġġ

Il-monitoraġġ mill-Kummissjoni stipulat fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 409/2013 għandu jitwettaq b'mod partikolari permezz tal-ippjanar u l-istrumenti ta' rappurtar li ġejjin:

(a)

il-mekkaniżmi ta' rappurtar tal-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-Pjan Regolatorju Ewropew tal-ATM;

(b)

il-Pjan Strateġiku għan-Netwerk u l-Pjan Operattiv tan-Netwerk;

(c)

Il-pjanijiet tal-prestazzjoni, b'mod partikolari permezz tal-informazzjoni speċifikata fil-punt (c) tal-Artikolu 11(3), l-Artikolu 11(5), u l-punt 2 tal-Anness II tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 390/2013 (6);

(d)

It-tabelli tar-rappurtar dwar l-ispejjeż tan-navigazzjoni tal-ajru, b'mod partikolari l-informazzjoni speċifikata fil-linja 3.8 tat-tabella 1 u l-punt 2(m) tal-Anness II u l-linji 2.1 sa 2.4 tat-tabella 3 tal-Anness VII tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 391/2013 (7);

(e)

il-monitoraġġ tal-proġetti ta' mplimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 10 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 409/2013 mill-maniġer tal-mobilizzazzjoni;

(f)

il-mekkaniżmi tar-rappurtar tal-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-blokki tal-ispazju tal-ajru funzjonali;

(g)

il-mekkaniżmi tar-rappurtar tal-ippjanar u l-implimentazzjoni marbuta mal-istandardizzazzjoni.

Artikolu 6

Reviżjoni

Il-Kummissjoni għandha tirrevedi dan ir-Regolament fid-dawl tal-informazzjoni u l-pariri mogħtija mill-Maniger tal-Mobilizzazzjoni, skont l-Artikolu 9(2)(e) u wara li tkun wettqet l-koordinazzjoni u l-konsultazzjoni meħtieġa mill-Artikolu 9 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 409/2013; l-informazzjoni miksuba permezz tal-monitoraġġ imsemmi fl-Artikolu 5; u, l-iżviluppi teknoloġiċi fl-ATM, bil-preżentazzjoni tar-riżultati tar-reviżjoni lill-Kumitat dwar l-Ajru Uniku.

Ir-reviżjoni għandha tindirizza b'mod partikolari l-aspetti li ġejjin:

(a)

Il-progress fil-mobilizzazzjoni tal-funzjonalitajiet tal-ATM msemmija fl-Artikolu 3(1);

(b)

l-użu tal-inċentivi eżistenti għall-implimentazzjoni tal-Proġett Pilota Komuni u l-possibbiltajiet ta' inċentivi ġodda;

(c)

il-kontribut tal-Proġett Pilota Komuni għall-kisba tal-miri ta' prestazzjoni u l-implimentazzjoni tal-użu flessibbli tal-ispazju tal-ajru;

(d)

l-ispejjeż reali u l-benefiċċji li jirriżultaw mill-użu tal-funzjonalitajiet tal-ATM imsemmija fl-Artikolu 3(1), inkluża l-identifikazzjoni ta' kull impatt negattiv lokali jew reġjonali għal xi kategorija speċifika ta' partijiet interessati operattivi;

(e)

il-ħtieġa li l-Proġett Pilota Komuni jiġi addattat, b'mod partikolari l-ambitu ġeografiku u personali tiegħu u d-dati mmirati tal-mobilizzazzjoni stabbiliti fl-Anness.

(f)

Il-progress fl-iżvilupp tal-materjal ta' referenza u sostenn imsemmi fl-Artikolu 4.

Il-Kummissjoni għandha tibda l-ewwel reviżjoni mhux aktar tard minn 18-il xahar mid-data tal-approvazzjoni tal-programm ta' mobilizzazzjoni.

Artikolu 7

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 96, 31.3.2004, p. 10.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 409/2013 tat-3 ta' Mejju 2013 dwar id-definizzjoni ta' proġetti komuni, it-twaqqif ta' governanza u l-identifikazzjoni ta' inċentivi li jappoġġjaw l-implimentazzjoni tal-Pjan Regolatorju Ewropew għall-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru (ĠU L 123, 4.5.2013, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 552/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 dwar l-interoperabilità tax-Xibka Ewropea ta' Amministrazzjoni ta' Traffiku tal-Ajru (Ir-Regolament ta' interoperabilità) (ĠU L 96, 31.3.2004, p. 26).

(4)   ĠU L 96, 31.3.2004, p. 9.

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien ta' l-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament qafas) (ĠU L 96, 31.3.2004, p. 1).

(6)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 390/2013 tat-3 ta' Mejju 2013 li jistabbilixxi skema ta' prestazzjoni għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u għall-funzjonijiet tan-netwerk (ĠU L 128, 9.5.2013, p. 1).

(7)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 391/2013 tat-3 ta' Mejju 2013 li jistabbilixxi skema komuni ta' imposti għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru (ĠU L 128, 9.5.2013, p. 31).


ANNESS

1.   IL-ĠESTJONI ESTIŻA TAL-WASLIET U N-NAVIGAZZJONI BBAŻATA FUQ IL-PRESTAZZJONI F'ŻONI TA' MMANUVRAR F'TERMINALS TA' DENSITÀ GĦOLJA

Il-Ġestjoni Estiża tal-Wasliet (AMAN) u n-Navigazzjoni bbażata fuq il-Prestazzjoni (PBN) f'Żoni ta' Mmanuvrar f'Terminals (TMAs) ta' densità għolja ttejjeb il-preċiżjoni tal-approċċ tat-trajettorja kif ukoll tiffaċilita s-sekwenzjar tat-traffiku fi stadju aktar bikri. L-AMAN estiża tappoġġa l-estensjoni tal-orizzont tal-ppjanar sa minimu ta' 180-200 mil nawtiku, sal-Ogħla Punt tan-Niżla, u li jinkludi dan il-Punt, tat-titjiriet li jaslu. Il-PBN f'TMAs b'densità għolja tkopri l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' proċeduri għat-tnaqqis tal-fjuwil u/jew li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent għall-wasla u t-tluq (il-Prestazzjoni tan-Navigazzjoni Meħtieġa 1 Tluq Strumentali Standard (RNP 1 SIDs), Rotot tal-Wasla Standard (STARs)) u l-avviċinament (il-Pestazzjoni tan-Navigazzjoni Meħtieġa għall-Avviċinament (RNP APCH)).

Din il-funzjonalità hija magħmula minn żewġ sottofunzjonalitajiet:

Il-Ġestjoni tal-Wasliet estiża għall-Ispażju tal-ajru en-route

L-Ispazju tal-ajru msaħħaħ tat-Terminal li juża l-operazzjonijiet ibbażati fuq l-RNP

1.1.   L-ambitu operazzjonali u tekniku

1.1.1.   Il-Ġestjoni tal-Wasliet estiża għall-Ispażju tal-ajru en-route

Il-Ġestjoni tal-Wasliet estiża għall-Ispażju tal-ajru en-route estiża għall-orizzont AMAN minn 100-120 mil nawtiku għal 180-200 mil nawtiku mill-ajruport tal-wasla. Is-sekwenzjar tat-traffiku jista' jitwettaq fil-fażijiet tal-inżul en-route u dawk bikrija.

Is-servizzi tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru (ATC) fit-TMAs li jimplimentaw l-operazzjonijiet tal-AMAN għandhom jikkoordinaw mal-unitajiet tas-Servizzi tat-Traffiku tal-Ajru (ATS) responsabbli għal setturi kontigwi en-route.

It-tekniki eżistenti għall-ġestjoni tal-limitazzjonijiet tal-AMAN, b'mod partikolari t-“Time to Lose or Gain” u l-“iSpeed Advice” jistgħu jintużaw biex tiġi implimentata din il-funzjonalità.

Rekwiżiti tas-sistema

Is-sistemi tal-AMAN għandhom jipprovdu informazzjoni dwar il-ħin tas-sekwenza tal-wasla fis-sistemi tal-ATC tar-rotta sa 180-200 mil nawtiku mill-ajruport tal-wasla.

Is-sistemi tal-ATC ta' unitajiet ta' servizzi tat-traffiku tal-ajru (ATS) upstream għandhom jamministraw il-limitazzjonijiet tal-AMAN. L-iskambju ta' dejta, l-ipproċessar tad-dejta u l-preżentazzjoni tal-informazzjoni fuq il-pożizzjonijiet rilevanti ta' ħidma tal-kontrollur fl-unitajiet tal-ATS għandhom jappoġġaw il-ġestjoni tal-limitazzjonijiet tal-wasliet; L-iskambju tad-dejta bejn l-unitajiet tal-ATS jista' jinkiseb bit-teknoloġija eżistenti sakemm jiġu implimentati s-sistemi tas-Ġestjoni tat-Tagħrif Mifruxa mas-Sistema Kollha (SWIM).

1.1.2.   L-Ispazju tal-ajru Msaħħaħ tat-Terminal li juża l-Operazzjonijiet ibbażati fuq l-RNP

L-Ispazju tal-ajru Msaħħaħ tat-Terminal li juża l-operazzjonijiet ibbażati fuq l-RNP jikkonsisti mill-implimentazzjoni tal-proċeduri li jaġevolaw l-ambjent għall-wasla/tluq u l-avviċinament bl-użu tal-PBN f'TMAs ta' densità għolja, kif speċifikat fl-ispeċifikazzjonijiet tan-navigazzjoni li ġejjin:

Is-SIDS u l-iSTARs li jużaw l-ispeċifikazzjoni 1 tal-RNP bl-użu tar-Radius to Fix (RF) path terminator,

Il-Pestazzjoni tan-Navigazzjoni Meħtieġa għall-Avviċinament bil-Proċedura tal-Avviċinament bi gwida Vertikali (RNP APCH b'APV).

L-Ispazju tal-ajru Msaħħaħ tat-Terminal li juża l-Operazzjonijiet ibbażati fuq l-RNP jinkludi:

L-RNP 1 SIDS, l-iSTARs u t-tranżizzjonijiet (bl-użu taż-żieda tar-Radius to Fix (RF)),

L-RNP APCH (Navigazzjoni Laterali/Vertikali (LNAV/VNAV) u l-Prestazzjoni tal-Lokalizzatur bi gwida Vertikali (LPV) minima).

Rekwiżiti tas-sistema

Is-sistemi tal-ATC u x-Xbieki tas-Sikurezza tal-ATC għandhom jippermettu l-operazzjonijiet taż-Żona tat-Terminal u l-PBN tal-Avviċinament,

L-operazzjonijiet tal-RNP 1 jirrikjedu li l-Iżball tas-Sistema Totali (TSE) Laterali u Lonġitudinali jkun f'+/– 1 mil nawtiku għal mill-inqas 95 % tal-ħin tat-titjira u l-monitoraġġ tal-prestazzjoni abbord b'kapaċità ta' twissija u bażijiet tad-dejta tan-navigazzjoni ta' integrità għolja,

Għall-RNP APCH, l-Iżball tas-Sistema Totali (TSE) Laterali u Lonġitudinali għandu jkun +/– 0,3 mil nawtiku għal mill-inqas 95 % tal-ħin tat-titjira għas-Segment tal-Avviċinament Finali u l-monitoraġġ tal-prestazzjoni abbord filwaqt li jwissu l-kapaċità u l-bażijiet tad-dejta tan-navigazzjoni ta' integrità għolja,

Il-kapaċità tal-RNP 1 kif ukoll tal-RNP APCH tirrikejdi entrati mis-Sistema Globali ta' Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS),

In-Navigazzjoni Vertikali li tappoġġa l-APV tista' tiġi pprovduta bis-Sistema ta' Awmentazzjoni bbażata fuq is-Satellita tal-GNSS (SBAS) jew bis-sensuri tal-altitudni barometrika.

1.2.   L-ambitu ġeografiku

1.2.1.   Stati Membri tal-UE u tal-EFTA

L-AMAN estiża u l-PBN f'TMAs ta' densità għolja u s-setturi en-route assoċjati għandhom jitħaddmu fl-ajruporti li ġejjin:

London-Heathrow,

Paris-CDG,

London-Gatwick,

Paris-Orly,

London-Stansted,

Milan-Malpensa,

Frankfurt International,

Madrid-Barajas,

Amsterdam Schiphol,

Munich Franz Josef Strauss,

Rome-Fiumicino,

Barcelona El Prat,

Zurich Kloten (1),

Düsseldorf International,

Brussels National,

Oslo Gardermoen (2),

Stockholm-Arlanda,

Berlin Brandenburg Airport,

Manchester Ringway,

Palma De Mallorca Son San Juan,

Copenhagen Kastrup,

Vienna Schwechat,

Dublin,

Nice Cote d'Azur.

1.2.2.   Pajjiżi terzi oħra

L-AMAN estiża u l-PBN f'TMAs ta' densità għolja għandhom jitħaddmu fl-Ajruport Ataturk ta' Istanbul.

1.3.   Il-partijiet interessati huma meħtieġa li jimplimentaw il-funzjonalità u d-data mmirata tal-mobilizzazzjoni

Il-fornituri tal-ATS u l-Maniġer tan-Netwerk għandhom jiżguraw li l-unitajiet tal-ATS li jipprovdu servizzi tal-ATC fi ħdan l-ispazju tal-ajru tat-terminal tal-ajruporti msemmija fil-Punt 1.2 u s-setturi tar-rotta assoċjati joperaw l-AMAN Estiża u l-PBN f'TMAs b'densità għolja mill-1 ta' Jannar 2024.

1.4.   Il-bżonn ta' sinkronizzazzjoni

Il-mobilizzazzjoni tal-funzjonalità tal-AMAN Estiża u l-PBN f'TMAs b'densità għolja għandha tkun ikkoordinata minħabba l-impatt potenzjali tal-prestazzjoni tan-netwerk ikkawżat mid-dewmien tal-implimentazzjoni fl-ajruporti msemmija fil-Punt 1.2. Mill-perspettiva teknika, il-mobilizzazzjoni tas-sistema mmirata u t-tibdil proċedurali għandhom ikunu ssinkronizzati sabiex jiġi żgurat li l-għanijiet tal-prestazzjoni jiġu sodisfatti. Is-sinkronizzazzjoni tal-investimenti għandha tinvolvi diversi operaturi tal-ajruporti u fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru. Barra minn hekk, is-sinkronizzazzjoni matul il-fażi marbuta mal-industrijalizzazzjoni għandha sseħħ, b'mod partikolari fost l-industrija tal-provvista.

1.5.   Prerekwiżiti essenzjali

M'hemmx prerekwiżiti għal din il-funzjonalità. Ftehim eżistenti tal-AMAN jiffaċilita l-integrazzjoni operazzjonali ta' din il-funzjonalità tal-ATM f'sistemi eżistenti.

1.6.   L-interdipendenzi ma' funzjonalitajiet tal-ATM oħra

L-iskambju tad-dejta bejn unitajiet tal-ATS, b'mod partikolari rigward l-AMAN Estiża, għandu jiġi implimentat permezz tas-servizzi tal-Ġestjoni tat-Tagħrif Mifruxa mas-Sistema Kollha (SWIM) fejn il-funzjonalità tal-iSWIM imsemmija fil-Punt 5 tkun disponibbli

informazzjoni dwar it-trajettorja downlink, kif speċifikat fil-Punt 6, fejn tkun disponibbli, għandha tintuża mill-AMAN.

2.   L-INTEGRAZZJONI U T-THROUGHPUT TAL-AJRUPORT

L-Integrazzjoni u t-Throughput tal-Ajruport tħaffef il-forniment tas-servizzi ta' avviċinament u s-servizzi tal-kontroll tal-ajrudrom billi ttejjeb is-sikurezza u t-throughput tar-runway, issaħħaħ l-integrazzjoni u s-sikurezza waqt it-taxiing u tnaqqas is-sitwazzjonijiet perikolużi fuq ir-runway.

Din il-funzjonalità hija magħmula minn ħames sottofunzjonalitajiet:

Il-Ġestjoni tat-Tluq Sinkronizzata mas-sekwenzar ta' Qabel it-tluq,

Il-Ġestjoni tat-Tluq li tintegra r-Restrizzjonijiet tal-Ġestjoni tas-Superfiċje,

Is-Separazzjoni bbażata fuq il-Ħin għall-Avviċinament Finali,

L-Assistenza Awtomatika lill-Kontrollur għall-Ippjanar tal-Moviment u l-Ipprogrammar tar-Rotta tas-Superfiċje,

Xbieki ta' Sikurezza tal-Ajruport.

2.1.   L-ambitu operazzjonali u tekniku

2.1.1.   Il-Ġestjoni tat-Tluq Sinkronizzata mas-Sekwenzar ta' Qabel it-tluq

Il-ġestjoni tat-tluq sinkronizzata mas-sekwenzar ta' qabel it-tluq hija mezz biex jittejbu l-flussi ta' tluq f'ajruport wieħed jew aktar billi jiġu kkalkulati t-Target Take Off Time (TTOT) u t-Target Start Approval Time (TSAT) għal kull titjira, filwaqt li jitqiesu r-restrizzjonijiet multipli u l-preferenzi. Il-ġestjoni ta' qabel it-tluq tikkonsisti mill-kejl tal-fluss tat-tluq fuq ir-runway permezz tal-ġestjoni tal-Off-block-Times (via Start-up-Times) li jiqsu l-kapaċità disponibbli tar-runway. Flimkien mal-Ajruport — Teħid Kollaborattiv ta' Deċiżjonijiet (A-CDM), il-ġestjoni ta' qabel it-tluq tnaqqas il-ħinijiet tat-taxiing, iżżid il-prevedibbiltà tal-ħinijiet tat-tluq u l-konformità magħhom tas-Slot ta' Ġestjoni tal-Fluss tat-Traffiku tal-Ajru(ATFM-Slot). Il-ġestjoni tat-tluq għandha l-għan li timmassimizza l-fluss tat-traffiku fuq ir-runway permezz tat-twaqqif ta' sekwenza b'separazzjonijiet minimi ottimizzati.

Il-partijiet interessati operattivi involuti fl-A-CDM għandhom jistabbilixxu b'mod konġunt is-sekwenzi ta' qabel it-tluq, filwaqt li jqisu l-prinċipji maqbula li għandhom jiġu applikati għal raġunijiet speċifiċi (bħalma huma l-ħin ta' stennija fuq ir-runway, l-aderenza għall-islotts, ir-rotot tat-tluq, il-preferenzi tal-utent tal-ispazju tal-ajru, il-kerfju ta' billejl, l-evakwazzjoni tat-turġien/il-gate għall-inġenji tal-ajru li qed jaslu, kundizzjonijiet negattivi inklużi t-tneħħija tas-silġ, il-kapaċità attwali tat-taxiing/ir-runway, il-limitazzjonijiet attwali, eċċ.).

Rekwiżiti tas-sistema

Il-Ġestjoni tat-Tluq (DMAN) u s-sistemi tal-A-CDM għandhom jiġu integrati u għandhom jappoġġaw is-sekwenzar ottimizzat ta' qabel it-tluq b'sistemi ta' ġestjoni tal-informazzjoni għall-utenti tal-ispazju tal-ajru (informazzjoni dwar it-Target Off Block Time (TOBT) u l-ajruport (il-fergħa-informazzjoni dwar id-dejta kuntestwali),

Is-sistemi DMAN għandhom jelaboraw sekwenza kollaborattiva u jipprovdu kemm it-TSAT, kif ukoll it-TTOT. It-TSAT u t-TTOT għandhom jieħdu inkonsiderazzjoni l-ħinijiet varjabbli tat-taxiing u għandhom jiġu aġġornati skont il-qtugħ mill-art attwali tal-inġenju tal-ajru; Is-sistemi DMAN għandhom jipprovdu lill-kontrollur tat-traffiku tal-ajru l-lista tat-TSAT u tat-TTOT għall-kejl tal-inġenju tal-ajru.

2.1.2.   Il-Ġestjoni tat-Tluq li tintegra r-Restrizzjonijiet tal-Ġestjoni tas-Superfiċje

Il-ġestjoni tat-tluq li tintegra r-restrizzjonijiet tal-ġestjoni tas-superfiċje hija għodda tal-ATM li tiddetermina l-aħjar pjanijiet tal-moviment tas-superfiċje (bħalma huma l-pjanijiet tar-rotta tat-taxiing) li jinvolvu l-kalkolu u s-sekwenzar tal-avvenimenti tal-moviment u jottimizzaw l-użu tar-riżorsi (eż. il-faċilitajiet għat-tneħħija tas-silġ). Is-sekwenza tat-tluq fuq ir-runway għandha tiġi ottimizzata skont is-sitwazzjoni reali tat-traffiku li tirrifletti kwalunkwe bidla off-gate jew matul taxiing lejn ir-runway.

Is-Sistema Avvanzata ta' Gwida u Kontroll tal-Moviment fuq is-Superfiċje (A-SMGCS) għandha tipprovdi taxi-time ottimizzat u ttejjeb il-previdibilità tal-ħinijiet tal-qtugħ mill-art permezz tal-monitoraġġ tat-traffiku reali billi jiġu kkunsidrati l-ħinijiet aġġornati tat-taxi fil-ġestjoni tat-tluq.

Rekwiżiti tas-sistema

Is-sistemi tad-DMAN għandhom jieħdu inkonsiderazzjoni l-ħinijiet tat-taxi varjabbli u aġġornati biex jikkalkulaw it-TTOT u t-TSAT. L-interfaċċi bejn id-DMAN u l-ipprogrammar tar-rotta tal-A-SMGCS għandhom jiġu żviluppati,

Id-DMAN li tintegra r-restrizzjonijiet tal-A-SMGCS bl-użu ta' sistema diġitali, bħalma huma l-Istrixxi Elettroniċi tat-Titjiriet (EFSs), b'funzjoni ta' programmar tar-rotta avvanzata tal-A-SMGCS għandha tiġi integrata f'sistemi tal-ipproċessar tad-dejta tat-titjiriet għas-sekwenzjar u l-komputazzjoni tal-ipprogrammar tar-rotta,

Għandha tiġi skjerata l-funzjoni tal-ipprogrammar tar-rotta tal-A-SMGCS:

2.1.3.   Is-Separazzjoni bbażata fuq il-Ħin għall-Avviċinament Finali

Is-Separazzjoni bbażata fuq il-Ħin (TBS) hija magħmula mis-separazzjoni tal-inġenji tal-ajru f'sekwenza fl-avviċinament tar-runway li jużaw intervalli ta' żmien minflok ta' distanzi. Din tista' tiġi applikata matul l-avviċinament finali billi tippermetti t-turija ta' informazzjoni dwar id-distanza ekwivalenti lill-kontrollur filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet prevalenti tar-riħ. Il-valuri minimi tas-separazzjoni tar-radar u l-parametri tas-Separazzjoni tat-Turbulenza tar-Radar tal-Ajruplan għandhom jiġu integrati f'għodda ta' appoġġ tat-TBS li tipprovdi gwida lill-kontrollur tat-traffiku tal-ajru biex jippermetti spazjar tal-inġenju tal-ajru bbażat fuq il-ħin matul l-avviċinament finali li jikkunsidra l-effett tar-riħ frontali.

Rekwiżiti tas-sistema

L-ipproċessar tad-dejta tat-titjira u s-sistemi tal-AMAN għandhom ikunu kompatibbli mal-għodda ta' appoġġ tat-TBS u jkunu kapaċi jaqilbu bejn ir-regoli marbuta mas-separazzjoni tat-turbulenza tar-radar tal-ajruplan abbażi tal-ħin u d-distanza,

Il-pożizzjoni tal-ħidma tal-kontrollur għandha tintegra l-għodda ta' appoġġ tat-TBS max-xbieki ta' sikurezza biex tappoġġa l-kontrollur tat-traffiku tal-ajru, sabiex jikkalkula d-distanza tat-TBS waqt li jirrispetta l-valuri minimi tas-separazzjoni tar-radar bl-użu attwali tal-kundizzjonijiet tar-riħ tal-inżul,

L-informazzjoni meteoroloġika lokali (TES) li tipprovdi l-kundizzjonijiet attwali tar-riħ tal-inżul għandha tkun provduta lill-għodda ta' appoġġ tat-TBS,

L-għodda ta' appoġġ tat-TBS għandha tipprovdi servizz awtomatiku ta' monitoraġġ u twissija dwar imġiba anomala fil-qasam tal-veloċità tal-arja tal-avviċinament finali, servizz awtomatiku ta' monitoraġġ u twissija tal-ksur tal-limiti ta' separazzjoni u servizz awtomatiku ta' monitoraġġ u twissija għall-inġenji tal-ajru żbaljati li jinxtgħel fuq indikatur ta' separazzjoni,

L-għodda ta' appoġġ tat-TBS u l-pożizzjoni assoċjata ta' ħidma tal-kontrollur għandha tikkalkula d-distanza tal-indikatur u turiha fuq l-iskrins tal-kontollur,

L-operazzjonijiet tat-TBS għadhom ikunu kompatibbli max-xbieki ta' sikurezza li jinterċettaw is-servizz awtomatiku ta' monitoraġġ u twissija f'każ ta' -ksur tal-limiti ta' separazzjoni.

2.1.4.   L-Assistenza Awtomatika lill-Kontrollur għall-Ippjanar tal-Moviment u l-Ipprogrammar tar-Rotta tas-Superfiċje

Il-funzjonijiet tal-ipprogrammar tar-rotta u l-ippjanar tal-A-SMGCS għandhom jipprovdu l-ġenerazzjoni awtomatika tar-rotot tat-taxiing bit-taxi time korrispondenti u l-ġestjoni tal-kunflitti potenzjali.

Ir-rotot tat-taxiing jistgħu jiġu modifikati manwalment mill-kontrollur tat-traffiku tal-ajru qabel ma jiġu assenjati lill-inġenji tal-ajru u l-vetturi. Dawn ir-rotot għandhom ikunu disponibbli f'sistema ta' pproċessar tal-informazzjoni dwar it-titjiriet.

Rekwiżiti tas-sistema

Il-funzjoni tal-ipprogrammar tar-rotta u l-ippjanar tal-A-SMGCS għandha tikkalkula l-aktar rotta operazzjonalment rilevanti u kemm jista' jkun ħielsa minn kunflitti sabiex tippermetti l-inġenju tal-ajru li jimxi mill-istand għar-runway mir-runway għall-istand jew xi moviment ieħor tas-superfiċje,

Il-pożizzjoni tal-ħidma tal-kontrollur għandha tippermetti lill-kontrollur tat-traffiku tal-ajru li jimmaniġġa t-trajettorji tar-rotta tas-suferfiċje,

Is-sistema tal-ipproċessar tad-dejta tat-titjiriet għandha tkun kapaċi tirċievi rotot ippjanati u approvati assenjati lill-inġenji tal-ajru u l-vetturi u tiġġestixxi l-istatus tar-rotta għall-inġenji tal-ajru u l-vetturi kollha kkonċernati.

2.1.5.   Xbieki ta' Sikurezza tal-Ajruport

Ix-xbieki ta' sikurezza tal-ajruport jikkonsistu minn individwazzjoni u twissija ta' awtorizzazzjonijiet tal-ATC konfliġġenti għall-inġenji tal-ajru u devjazzjoni tal-vetturi u l-inġenji tal-ajru mill-istruzzjonijiet, il-proċeduri jew l-ipprogrammar tar-rotta tagħhom li potenzjalment jistgħu jpoġġu l-vetturi u l-inġenji tal-ajru f'riskju ta' ħabta. L-ambitu ta' din is-sottofunzjonalità jinkludi r-Runway u ż-Żona tas-superfiċje tal-Ajruport.

L-għodod ta' appoġġ tal-ATC fl-ajrudrom għandhom jipprovdu l-individwazzjoni ta' Awtorizzazzjonijiet tal-ATC Konfliġġenti u għandhom jitwettqu mis-sistema tal-ATC ibbażata fuq l-għarfien tad-dejta inklużi l-awtorizzazzjonijiet mogħtija lill-inġenji tal-ajru u l-vetturi mill-kontrollur tat-traffiku tal-ajru, ir-runway assenjata u l-punt tal-istennija. Il-kontrollur tat-traffiku tal-ajru għandu jdaħħal l-awtorizzazzjonijiet kollha mogħtija lill-inġenji tal-ajru jew il-vetturi fis-sistema tal-ATC billi juża sistema diġitali, bħalma hi l-EFS.

It-tipi differenti ta' awtorizzazzjonijiet konfliġġenti għandhom jiġu identifikati (pereżempju, Stennija vs Qtugħ mill-art). Xi wħud jistgħu jkunu bbażati biss fuq l-input tal-kontrollur tat-traffiku tal-ajru; oħrajn jistgħu wkoll jużaw dejta oħra bħad-dejta ta' sorveljanza tal-A-SMGCS.

L-għodod tax-Xbieki ta' Sikurezza tal-Ajruport għandhom iwissu l-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru meta l-inġenji tal-ajru u l-vetturi jiddevjaw mill-istruzzjonijiet, il-proċeduri jew ir-rotta tal-ATC. L-istruzzjonijiet tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru disponibbli b'mod elettroniku (permezz ta' sistema diġitali, bħall-EFS) għandhom jiġu integrati ma' dejta oħra bħalma huma l-pjan tat-titjira, is-sorveljanza, ir-rotot, ir-regoli u l-proċeduri ppubblikati. L-integrazzjoni ta' din id-dejta għandha tippermetti li s-sistema tissorvelja l-informazzjoni u meta jinstabu l-inkonsistenzi, għandha tingħata twissija lill-kontrollur tat-traffiku tal-ajru (pereżempju l-ebda approvazzjoni ta' push back).

Rekwiżiti tas-sistema

Ix-xbieki ta' sikurezza tal-ajruport għandhom jintegraw id-dejta ta' sorveljanza tal-A-SMGCS u l-approvazzjonijiet tal-kontrollur marbuta mar-runway. Il-Monitoraġġ tal-Konformità tal-Ajruport għandu jintegra l-Ipprogrammar tar-Rotta tal-Moviment tas-superfiċje tal-A-SMGCS, id-dejta ta' sorveljanza u l-approvazzjonijiet tal-Ipprogrammar tar-Rotta tal-kontrollur,

L-A-SMGCS għandha tinkludi l-funzjoni tal-ipprogrammar tar-rotta u l-ippjanar avvanzat imsemmija fil-Punt 2.1.4 hawn fuq li jippermettu t-twissijiet tal-monitoraġġ tal-konformità,

L-A-SMGCS għandha tinkludi funzjoni li tiġġenera u xxerred it-twissijiet xierqa. Dawn it-twissijiet għandhom jiġu implimentati bħala saff addizzjonali fuq it-twissijiet ta' Livell 2 tal-A-SMGCS eżistenti u mhux bħala sostituti tagħhom,

Il-pożizzjoni tal-ħidma tal-kontrollur għandha tospita twissijiet permezz ta' interfaċċa adegwata bejn il-bniedem u l-magna inkluż appoġġ għall-kanċellazzjoni ta' twissija,

Sistemi diġitali, bħalma huma l-EFSs, għandhom jintegraw l-istruzzjonijiet mogħtija mill-kontrollur tat-traffiku tal-ajru ma' dejta oħra bħalma huma l-pjan tat-titjira, is-sorveljanza, l-ipprogrammar tar-rotta u r-regoli u l-proċeduri ppubblikati.

2.2.   L-ambitu ġeografiku

2.2.1.   Stati Membri tal-UE u tal-EFTA

Il-Ġestjoni tat-Tluq Sinkronizzata mas-Sekwenzjar ta' Qabel it-tluq, il-Ġestjoni tat-Tluq li tintegra r-Restrizzjonijiet tal-Ġestjoni tas-Superfiċje, l-Assistenza Awtomatika lill-Kontrollur għall-Ippjanar tal-Moviment u l-Ipprogrammar tar-Rotta tas-Superfiċje u x-Xbieki ta' Sikurezza tal-Ajruport għandhom jitħaddmu f'dawn l-ajruporti li ġejjin:

London-Heathrow,

Paris-CDG,

London-Gatwick,

Paris-Orly,

London-Stansted,

Milan-Malpensa,

Frankfurt International,

Madrid-Barajas,

Amsterdam Schiphol,

Munich Franz Josef Strauss,

Rome-Fiumicino,

Barcelona El Prat,

Zurich Kloten (3),

Düsseldorf International,

Brussels National,

Oslo Gardermoen (4),

Stockholm-Arlanda,

Berlin Brandenburg Airport,

Manchester Ringway,

Palma De Mallorca Son San Juan,

Copenhagen Kastrup,

Vienna Schwechat,

Dublin,

Nice Cote d'Azur.

Is-Separazzjoni bbażata fuq il-Ħin għall-Avviċinament Finali għandha titħaddem fl-ajruporti li ġejjin:

London-Heathrow,

London-Gatwick,

Paris-Orly,

Milan-Malpensa,

Frankfurt International,

Madrid-Barajas,

Amsterdam-Schiphol,

Munich Franz Josef Strauss,

Rome-Fiumicino,

Zurich Kloten (5),

Düsseldorf International,

Oslo Gardermoen (6),

Manchester Ringway,

Copenhagen Kastrup,

Vienna Schwechat,

Dublin.

2.2.2.   Pajjiżi terzi oħra

Is-sottofunzjonalitajiet kollha msemmija f'dan il-punt għandhom jitħaddmu fl-Ajruport Ataturk ta' Istanbul.

2.3.   Il-partijiet interessati meħtieġa li jimplimentaw il-funzjonalità u d-dati mmirati ta' mobilizzazzjoni

Il-fornituri tal-ATS u l-operaturi tal-ajruporti li jipprovdu s-servizzi fl-ajruporti kif imsemmi fil-Punt 2.2, għandhom joperaw:

Il-Ġestjoni tat-Tluq Sinkronizzata mas-Sekwenzar ta' Qabel it-tluq mill-1 ta' Jannar 2021,

Il-Ġestjoni tat-Tluq li tintegra r-Restrizzjonijiet tal-Ġestjoni tas-superfiċje mill-1 ta' Jannar 2021,

Is-Separazzjoni bbażata fuq il-Ħin għall-Avviċinament Finali mill-1 ta' Jannar 2024,

L-Assistenza Awtomatika lill-Kontrollur għall-Ippjanar tal-Moviment u l-Ipprogrammar tar-Rotta tas-Superfiċje mill-1 ta' Jannar 2024,

Ix-Xbieki ta' Sikurezza tal-Ajruport mill-1 ta' Jannar 2021.

2.4.   Il-bżonn ta' sinkronizzazzjoni

Il-mobilizzazzjoni tal-funzjonalità tal-Integrazzjoni u t-Throughput tal-Ajruport għandha tkun ikkoordinata minħabba l-impatt potenzjali tal-prestazzjoni tan-netwerk ikkawżat mid-dewmien tal-implimentazzjoni fl-ajruporti mmirati. Mill-perspettiva teknika, il-mobilizzazzjoni tas-sistema u t-tibdil proċedurali previsti għandhom ikunu ssinkronizzati sabiex jiġi żgurat li jiġu ssodisfati l-għanijiet tal-prestazzjoni. Din is-sinkronizzazzjoni tal-investimenti għandha tinvolvi diversi operaturi tal-ajruporti u fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru. Barra minn hekk, is-sinkronizzazzjoni matul il-fażi marbuta mal-industrijalizzazzjoni għandha sseħħ, b'mod partikolari fost il-korpi tal-industrija tal-provvista u tal-istandardizzazzjoni.

2.5.   Prerekwiżiti essenzjali

Dawn il-prerekwiżiti li ġejjin huma meħtieġa:

Sistemi diġitali, bħall-EFS, l-A-CDM u d-DMAN inizjali għall-Ġestjoni tat-Tluq Sinkronizzata mas-sekwenzar ta' Qabel it-tluq,

Sistemi diġitali, bħall-EFS, id-DMAN inizjali u l-A-SMGCS livelli 1 u 2 għall-Ġestjoni tat-Tluq li tintegra r-Restrizzjonijiet tal-Ġestjoni tas-superfiċje,

Sistemi diġitali, bħall-EFS għat-TBS,

Sistemi diġitali, bħall-EFS, id-DMAN inizjali u l-A-SMGCS livelli 1 u 2 għall-Assistenza Awtomatika lill-Kontrollur għall-Ippjanar tal-Moviment u l-Ipprogrammar tar-Rotta tas-Superfiċje,

Sistemi diġitali, bħall-EFS u s-sorveljanza tal-A-SMGCS għax-Xbieki ta' Sikurezza tal-Ajruport.

2.6.   L-interdipendenzi ma' funzjonalitajiet tal-ATM oħra

Ma hemm l-ebda interdipendenzi ma' funzjonalitajiet tal-ATM oħra,

Is-sottofunzjonalitajiet Ġestjoni tat-Tluq Sinkronizzata ma' Sekwenzjar ta' Qabel it-tluq u s-Separazzjoni bbażata fuq il-Ħin għall-Avviċinament Finali tista' tkun implimentata indipendentement mis-sottofunzjonalitajiet l-oħra; L-implimentazzjoni tas-sottofunzjonalitajiet, il-Ġestjoni tat-Tluq li tintegra r-Restrizzjonijiet tal-Ġestjoni tas-Superfiċje u x-Xbieki ta' Sikurezza tal-Ajruport jirrikjedu d-disponibbiltà tas-sottofunzjonalità Assistenza Awtomatika lill-Kontrollur għall-Ippjanar tal-Moviment u l-Ipprogrammar tar-Rotta tas-Superfiċje (A-SMGCS Livell 2 +).

3.   IL-ĠESTJONI FLESSIBBLI TAL-ISPAZJU TAL-AJRU U R-ROTOT LIBERI

L-operazzjoni magħquda tal-Ġestjoni Flessibbli tal-Ispazju tal-Ajru u r-Rotot Liberi tippermetti lill-utenti tal-ispazju tal-ajru li jtiru kemm jista' jkun qrib it-trajettorja ppreferuta tagħhom mingħajr ma jiġu ristretti mill-istrutturi tal-ispazju tal-ajru stabbiliti u n-netwerks tar-rotot fissi. Dan jippermetti wkoll operazzjonijiet li jeħtieġu segregazzjoni, pereżempju taħriġ militari, li jitwettqu b'mod sikur u flessibbli, u b'impatt minimu fuq utenti tal-ispazju tal-ajru oħra.

Din il-funzjonalità hija magħmula minn żewġ sottofunzjonalitajiet:

Il-Ġestjoni tal-Ispazju tal-Ajru u l-Użu Avvanzat Flessibbli tal-Ispazju tal-Ajru,

Rotot liberi.

3.1.   L-ambitu operazzjonali u tekniku

3.1.1.   Il-Ġestjoni tal-Ispazju tal-Ajru u l-Użu Avvanzat Flessibbli tal-Ispazju tal-Ajru

Il-Ġestjoni tal-Ispazju tal-Ajru (ASM) u l-Użu Avvanzat Flessibbli tal-Ispazju tal-Ajru (A-FUA) għandha l-għan li tipprovdi l-possibbiltà li r-riżervi tal-ispazju tal-ajru jiġu mmaniġġati b'mod aktar flessibbli b'rispons għall-ħtiġijiet tal-utenti tal-ispazju tal-ajru. Il-bidliet fl-istatus tal-ispazju tal-ajru għandhom jiġu kondiviżi mal-utenti kollha kkonċernati, b'mod partikolari l-Maniġer tan-Netwerk, il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u l-utenti tal-ispazju tal-ajru (iċ-Ċentru tal-Operazzjonijiet tat-Titjiriet/il-Wing Operations Centre (FOC/WOC)). Il-proċeduri u l-proċessi tal-ASM għandhom ilaħħqu ma' ambjent fejn l-ispazju tal-ajru huwa ġestit b'mod dinamiku mingħajr netwerk ta' rotot fissi.

L-iskambju tad-dejta għandu jissaħħaħ permezz tad-disponibilità tal-istrutturi tal-ispazju tal-ajru bħala appoġġ għal implimentazzjoni aktar dinamika tal-ASM u Rotot Liberi tal-Ispazju tal-Ajru (FRA). Il-FRA huwa l-ispazju tal-ajru definit lateralment u vertikalment, li jippermetti rotot liberi b'sett ta' karatteristiċi ta' dħul/ħruġ. Fi ħdan dan l-ispazju tal-ajru, it-titjiriet jibqgħu soġġetti għall-kontroll tat-traffiku tal-ajru.

Is-soluzzjonijiet tal-ASM għandhom jappoġġaw lill-utenti kollha tal-ispazju tal-ajru, biex jippermettu, fost affarijiet oħra, l-allinjament tal-FRA, ir-Rotta Kundizzjonali (CDR) u l-Ipprogrammar tar-Rotta Dirett ippubblikat (DCT). Dawn is-soluzzjonijiet tal-ASM għandhom ikunu bbażati fuq domanda mbassra li tkun waslet mill-funzjoni tal-Fluss tat-Traffiku tal-Ajru u l-Amministrazzjoni tal-Kapaċità (ATFCM) u/jew il-Maniġer tan-Netwerk.

Rekwiżiti tas-sistema

Is-sistema ta' appoġġ tal-ASM għandha tappoġġa netwerks ta' rotot fissi u kundizzjonali attwalment fis-seħħ, kif ukoll id-DCTs, il-FRA u l-konfigurazzjonijiet flessibbli tas-settur; Is-sistema għandha tkun kapaċi twieġeb għad-domandi li jinbidlu tal-ispazju tal-ajru. It-tisħiħ tal-Pjan Operattiv tan-Netwerk (NOP) għandu jitwettaq peremzz ta' proċess kollaborattiv ta' teħid ta' deċiżjoni bejn il-partijiet kollha interessati involuti; Is-sistema għandha tappoġġa l-attivitajiet transfruntieri li jirriżultaw fl-użu kondiviżiv tal-ispazju tal-ajru segregat irrispettivament mill-fruntieri nazzjonali,

Il-konfigurazzjonijiet tal-ispazju tal-ajru għandhom ikunu aċċessibbli permezz tas-sistemi tal-Maniġer tan-Netwerk, li għandhom jikkonsistu minn konfigurazzjonijiet tal-ispazju tal-ajru aġġornati u previsti, biex jippermettu lill-utenti tal-ispazju tal-ajru li jirreġistraw u jimmodifikaw il-pjanijiet tat-titjir tagħhom abbażi ta' informazzjoni f'waqtha u preċiża,

Is-sistema tal-ATC għandha tappoġġa konfigurazzjoni flessibbli ta' setturi sabiex id-dimensjonijiet u s-sigħat operattivi tagħhom jistgħu jiġu ottimizzati skont id-domandi tan-NOP,

Is-sistema għandha tippermetti valutazzjoni kontinwa tal-impatt fuq in-netwerk tal-konfigurazzjonijiet tal-ispazju tal-ajru li jinbidlu,

Is-sistemi tal-ATC għandhom juru b'mod korrett l-attivazzjoni u d-diżattivazzjoni tar-riżervi konfigurabbli tal-ispazju tal-ajru u l-bidla ta' volum tal-ispazju tal-ajru minn netwerk ta' rotta fissa għal FRA,

Is-Sistema tal-Ipproċessar tal-Pjan tat-Titjira (IFPS) għandha tiġi modifikata biex tirrifletti l-bidliet fid-definizzjoni tal-ispazju tal-ajru u r-rotot sabiex ir-rotot, il-progress tat-titjira u l-informazzjoni assoċjata jkunu disponibbli għas-sistemi tal-ATC,

Is-sistemi tal-ASM, l-ATFCM u l-ATC jridu jiġu interfaċċati b'mod sikur b'tali mod li jippermettu l-għoti tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru bbażat fuq fehim komuni tal-ispazju tal-ajru u tal-ambjent tat-traffiku. Is-sistemi tal-ATC għandhom jiġu modifikati biex jippermettu din il-funzonalità sa fejn ikun meħtieġ biex jikkonformaw mar-Regolament (KE) Nru 552/2004, il-Punt 4 tal-Parti A tal-Anness II,

Is-sistemi tas-Servizzi Ċentralizzati tal-Informazzjoni Ajrunawtika (AIS), bħalma hija l-Bażi tad-Dejta Ewropea tal-AIS (EAD), għandhom jagħmlu disponibbli l-informazzjoni dwar l-ambjent għal strutturi flessibbli tal-ispazju tal-ajru lill-partijiet interessati operattivi involuti kollha fil-ħin propizju. Dan jippermetti t-twettiq ta' ppjanar ibbażat fuq informazzjoni preċiża rilevanti fil-ħin tal-operazzjonijiet ippjanati; Is-sistemi lokali tal-AIS għandhom jippermettu din il-kapaċità u l-applowdjar tad-dejta lokali li tinbidel,

Il-partijiet interessati operattivi jridu jiggarantixxu interfaċċa man-NOP kif speċifikat fil-Punt 4; L-intefaċċi għandhom ikunu kkonfigurati b'tali mod li jippermettu d-dejta dinamika tintbagħat lis-sistemi tal-partijiet interessati operattivi, u biex dawk il-partijiet interessati operattivi jkunu jistgħu jikkomunikaw l-informazzjoni b'mod preċiż u f'waqtu. Is-sistemi ta' dawn il-partijiet interessati għandhom ikunu modifikati sabiex ikunu jistgħu jħaddmu dawn l-interfaċċi.

3.1.2.   Rotot liberi

Ir-Rotot Liberi jistgħu jiġu skjerati permezz tal-użu tal-Ipprogrammar tar-Rotta Dirett u permezz tal-FRA. L-Ispazju tal-Ajru tal-Ipprogrammar tar-Rotta Dirett hu l-ispazju tal-ajru definit lateralment u vertikalment b'sett ta' kundizzjonijiet ta' dħul/ħruġ fejn ir-rotot diretti ppubblikati huma disponibbli. Fi ħdan dan l-ispazju tal-ajru, it-titjiriet jibqgħu soġġetti għall-kontroll tat-traffiku tal-ajru. Biex titħaffef l-implimentazzjoni bikrija qabel id-data mmirata tal-mobiliazzazzjoni speċifikata fil-Punt 3.3, ir-rotot liberi jistgħu jiġu implimentati b'mod limitat matul il-perjodi definiti. Għandhom jiġu stabbiliti l-proċeduri għat-tranżazzjoni minn operazzjonijiet ta' rotot liberi għal rotot fissi. L-implimentazzjoni inizjali tar-Rotot Liberi tista' ssir fuq bażi strutturalment limitata, pereżempju billi jiġu limitati l-punti disponibbli ta' dħul/ħruġ għal ċerti flussi tat-traffiku, permezz tal-pubblikazzjoni tad-DCTs, li jippermettu lill-utenti tal-ispazju tal-ajru jippjanaw it-titjira abbażi ta' dawk id-DCTS ippubblikati. Id-disponibilità tad-DCT tista' tkun soġġetta għad-domanda tat-traffiku u/jew limiti ta' żmien. L-implimentazzjoni tal-FRA abbażi tad-DCTs tista' tippermetti t-tneħħija tan-netwerk tar-rotot tal-ATS. Il-FRA u d-DCT għandhom jiġu ppubblikati f'pubblikazzjonijiet ajrunawtiċi kif spjegat fil-Pjan ta' Titjib tan-Netwerk Ewropew tar-Rotot tal-Maniġer tan-Netwerk.

Rekwiżiti tas-sistema

Is-sistemi ta' ġestjoni tan-netwerk għandhom jimplimentaw:

L-ipproċessar tal-pjan tat-titjira u l-iċċekkjar għad-DCTS u l-FRA,

Il-proposti tal-ipprogrammar tar-rotta tal-IFPS ibbażati fuq il-FRA,

ir-riprogrammar tar-rotta dinamiku,

l-ippjanar tal-ATFCM u l-eżekuzzjoni fi ħdan il-FRA,

il-kalkolu u l-ġestjoni tat-tagħbijiet tat-traffiku;

is-sistemi tal-ATC għandhom jimplimentaw dan li ġej:

Is-sistema tal-ipproċessar tad-dejta tat-titjira, inkluż l-HMI, biex ikun immaniġġat l-ippjanar tat-trajettorja/it-titjira mingħajr referenza għan-netwerk fiss tal-ATS,

is-sistemi tal-ippjanar tat-titjira sabiex ikunu appoġġati l-FRA u l-operazzjonijiet transfruntieri,

ASM/ATFCM biex jimmaniġġaw il-FRA,

għall-FRA, l-Individwazzjoni tal-Kunflitti tat-Trajettorja tat-Terminu Medju (MTCD) inklużi l-Għodod tal-Individwazzjoni tal-Kunflitti (CDT), l-Istrument għas-Soluzzjoni tal-Kunflitti (CORA), u l-Monitoraġġ tal-Konformità, u l-APW għas-setturi/volumi dinamiċi tal-ispazju tal-ajru; Il-previżjoni tat-trajettorja u l-prevenzjoni tal-kunflitti għandhom jappoġġaw l-għodda awtomatika tal-MTCD adattata għat-tħaddim tal-ispazju tal-ajru tal-FRA u, fejn meħtieġ, fuq id-DCT,

is-sistemi tal-ATC jistgħu jirċievu u jużaw dejta aġġornata tat-titjira minn inġenju tal-ajru (ADS-C PPE) fejn il-funzjonalità tal-kollegament tad-dejta hija disponibbli,

Is-sistemi tal-utenti tal-ispazju tal-ajru għandhom jimplimentaw is-sistemi tal-ippjanar tat-titjira biex jimmaniġġaw il-konfigurazzjoni tas-settur dinamiku u l-FRA,

Is-Sistema tal-Ipproċessar tad-Dejta tat-Titjiriet (FDPS) għandha tappoġġa l-FRA, id-DCT u l-A-FUA,

Il-pożizzjoni tal-ħidma tal-kontrollur għandha tappoġġa l-ambjenti operattivi, kif xieraq.

3.2.   L-ambitu ġeografiku

Il-Ġestjoni Flessibbli tal-Ispazju tal-Ajru u r-Rotot Liberi għandha tkun provduta u titħaddem fl-ispazju tal-ajru li għalih l-Istati Membri huma responsabbli fil-livell tat-titjira ta' 310 jew ogħla fir-reġjun ICAO EUR.

3.3.   Il-partijiet interessati meħtieġa li jimplimentaw il-funzjonalità u d-dati mmirati ta' mobilizzazzjoni

Il-Maniġer tan-netwerk, il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u l-utenti tal-ispazju tal-ajru għandhom joperaw:

Id-DCT mill-1 ta' Jannar 2018,

Il-FRA mill-1 ta' Jannar 2022.

3.4.   Il-bżonn ta' sinkronizzazzjoni

Il-mobilizzazzjoni tal-funzjonalità tal-Ġestjoni Flessibbli tal-Ispazju tal-Ajru u r-Rotot Liberi għandha tkun ikkoordinata minħabba l-impatt potenzjali tal-prestazzjoni tan-netwerk ikkawżat mid-dewmien tal-implimentazzjoni fl-ambitu ġeografiku wiesa' li jinvolvi numru ta' partijiet interessati. Mill-perspettiva teknika, il-mobilizzazzjoni tas-sistema mmirata u t-tibdil proċedurali għandhom ikunu ssinkronizzati sabiex jiġi żgurat li jiġu sodisfatti l-għanijiet tal-prestazzjoni. Din is-sinkronizzazzjoni ta' investimenti għandha tinvolvi diversi fornituri ta' servizz ta' navigazzjoni tal-ajru ċivili/militari, utenti tal-ispazju tal-ajru u l-Maniġer tan-Netwerk. Barra minn hekk, is-sinkronizzazzjoni matul il-fażi marbuta mal-industrijalizzazzjoni għandha sseħħ, b'mod partikolari fost l-industrija tal-provvista.

3.5.   Prerekwiżiti essenzjali

M'hemmx prerekwiżiti għal din il-funzjonalità.

3.6.   L-interdipendenzi ma' funzjonalitajiet tal-ATM oħra

Meta disponibbli l-FRA u d-DCT għandhom ikunu appoġġati mill-Maniġer tan-Netwerk u mis-sistemi tas-SWIM kif speċifikat fil-Punti 4 u 5.

4.   IL-ĠESTJONI TAN-NETWERK KOLLABORATTIV

Il-Ġestjoni tan-Netwerk Kollaborattiv ittejjeb il-prestazzjoni tan-netwerk Ewropew tal-ATM, b'mod partikolari l-kapaċità u l-effiċjenza tat-titjiriet permezz tal-iskambju, il-modifika u l-ġestjoni tal-informazzjoni tat-trajettorja. Il-Ġestjoni tal-Fluss għandha tiċċaqlaq għal ambjent ta' Ġestjoni Kooperattiva tat-Traffiku (CTM) biex ikunu ottimizzati l-forniment tat-traffiku f'setturi u ajruporti u l-ħtieġa għal miżuri ta' Fluss tat-Traffiku tal-Ajru u l-Amministrazzjoni tal-Kapaċità (ATFCM).

Din il-funzjonalità hija magħmula minn erba' sottofunzjonalitajiet:

Miżuri Msaħħa tal-ATFCM għal Terminu Qasir,

NOP Kollaborattiv,

Il-Ħin tal-Qtugħ mill-Art ikkalkulat għal Ħinijiet Immirati għal skopijiet tal-ATFCM,

L-Appoġġ Awtomatiku għall-Valutazzjoni tal-Kumplessità tat-Traffiku.

4.1.   L-ambitu operazzjonali u tekniku

4.1.1.   Miżuri Msaħħa tal-ATFCM għal Terminu Qasir

Il-ġestjoni tal-kapaċità tattika li tuża l-Miżuri tal-ATFCM ta' Terminu Qasir (STAM) għandha tiżgura koordinazzjoni mill-qrib u effiċjenti bejn il-funzjonijiet tal-ATC u l-funzjonijiet tal-ġestjoni tan-netwerk. Il-ġestjoni tal-kapaċità tattika għandha timplimenta l-STAM bl-użu ta' teħid kollaboratttiv ta' deċiżjoni biex timmaniġġa l-fluss qabel ma t-titjiriet jidħlu f'settur.

Rekwiżiti tas-sistema

L-ippjanar tal-ATFCM għandu jiġi ġestiti fil-livell tan-netwerk mill-Maniġer tan-Netwerk u fil-livell lokali mill-pożizzjoni tal-ġestjoni tal-fluss biex tiġi appoġġata l-individwazzjoni urġenti, l-eżekuzzjoni ta' STAM, il-valutazzjoni tan-netwerk u l-monitoraġġ kontinwu tal-attività tan-netwerk; l-ippjanar tal-ATFCM fil-livell tan-netwerk u fil-livell lokali għandu jiġi kkoordinat bejniethom

4.1.2.   NOP Kollaborattiv

Il-Maniġer tan-Netwerk għandu jimplimenta n-NOP Kollaborattiv li jikkonsisti minn integrazzjoni msaħħa tan-NOP u l-informazzjoni tal-Pjan tal-Operazzjonijiet tal-Ajruport (AOP). In-NOP kollaborattiv għandu jiġi aġġornat permezz ta' skambji ta' dejta bejn il-Maniġer tan-Netwerk u s-sistemi tal-partijiet interessati operattivi sabiex ikopri l-ħajja kollha tat-trajettorja u biex jirrifletti l-prijoritajiet meta meħtieġ. Ir-restrizzjonijiet tal-konfigurazzjonijiet tal-ajruport u t-temp u l-informazzjoni dwar l-ispazju tal-ajru għandhom jiġu integrati fin-NOP. Fejn disponibbli, ir-restrizzjonijiet tal-ajruport għandhom jiġu derivati mill-AOP. Il-ħinijiet immirati tal-ATFCM jistgħu jintużaw bħala entrati tas-sekwenzjar tal-wasliet. Fejn disponibbli u meħtieġa għas-sekwenza tat-traffiku, il-Ħin Immirat għall-Wasla għandu jiġi derivat mill-AOP. Fejn il-Ħinijiet Immirati jintużaw mill-ATFCM biex tiġi indirizzata l-konġestjoni tal-ajruport, dawn il-Ħinijiet Immirati jistgħu jiġu soġġetti għall-allinjament tal-AOP bħala parti minn proċessi ta' koordinazzjoni tal-ATFCM. Il-Ħinijiet Immirati għandhom jintużaw ukoll biex jappoġġaw il-proċessi tas-sekwenzjar tal-wasliet tal-ajruport fil-fażi en-route. Il-konfigurazzjonijiet integrati tal-ajruport u tat-temp u l-informazzjoni tal-ispazju tal-ajru għandhom jidhru biex jinqraw u jiġu modifikati mill-partijiet interessati operattivi awtorizzati li jipparteċipaw fil-ġestjoni u t-tħaddim tan-netwerk.

L-iżvilupp tan-NOP Kollaborattiv għandu jiffoka fuq id-disponibbiltà tal-ippjanar operattiv kondiviż u d-dejta f'ħin reali.

Rekwiżiti tas-sistema

Il-partijiet interessati operattivi għandhom jingħataw aċċess għad-dejta li għandhom bżonn permezz ta' mistoqsijiet fi ħdan in-NOP,

Is-sistemi fuq l-art tal-partijiet interessati operattivi għandhom jiġu adattati biex jinterfaċċaw ma' sistemi ta' ġestjoni tan-netwerk. Is-sistemi tal-AOP għandhom jinterfaċċaw mas-sistemi tan-NOP biex jiġi implimentat NOP Kollaborattiv,

L-interfaċċa bejn is-sistemi tal-partijiet interessati operattivi u tas-sistemi tal-ġestjoni tan-netwerk għandha tiġi implimentata bl-użu tas-servizzi tas-Ġestjoni tat-Tagħrif Mifruxa mas-Sistema Kollha hekk kif ikunu disponibbli.

4.1.3.   Il-Ħin tal-Qtugħ mill-Art ikkalkulat għal Ħinijiet Immirati għal skopijiet tal-ATFCM

Il-Ħinijiet Immirati (TT) għandhom jiġu applikati għal titjiriet magħżula għal skopijiet tal-ATFCM biex ikun immaniġġat l-ATFCM fil-punt tal-konġestjoni u mhux biss fil-mument tat-tluq. Fejn disponibbli, il-Ħin Immirat tal-Wasla (TTA) għandu jiġi derivat mill-Pjan ta' Operazzjonijiet tal-Ajruport (AOP). It-TTAs għandhom jintużaw ukoll biex jappoġġaw il-proċessi tas-sekwenzjar tal-wasliet tal-ajruport fil-fażi en-route.

Rekwiżiti tas-sistema

Is-sistemi tal-Maniġer tan-Netwerk għandhom jappoġġaw il-kondiviżjoni tal-ħinijiet immirati. Is-sistemi għandhom ikunu kapaċi jaġġustaw il-Ħinijiet tal-Qtugħ mill-Art Ikkalkulati (CTOTs) ibbażati fuq TTAs magħmulin b'reqqa u maqbula fl-ajruport tad-destinazzjoni; It-TTAs għandhom ikunu integrati fl-AOP għar-reqqa sussegwenti tal-NOP,

Is-sistemi tal-ipproċessar tad-dejta tat-titjira jista' jkollhom bżonn li jiġu adattati sabiex tiġi pproċessata d-dejta dwar it-trajettorja downlinked (ADS-C EPP).

4.1.4.   L-Appoġġ Awtomatiku għall-Valutazzjoni tal-Kumplessità tat-Traffiku

L-informazzjoni dwar it-trajettorja ppjanata, l-informazzjoni dwar in-netwerk u d-dejta analitika reġistrata mill-operazzjonijiet tal-passat għandhom jintużaw għat-tbassir tal-kumplessità tat-traffiku u s-sitwazzjonijiet potenzjali ta' tagħbija eċċessiva, biex jippermettu strateġiji ta' mitigazzjoni li għandhom jiġu applikati fil-livell lokali u f'dak tan-netwerk.

Il-Pjan Estiż tat-Titjira (EFPL) għandu jintuża biex isaħħaħ il-kwalità tal-informazzjoni tat-trajettorja ppjanata u b'hekk jissaħħaħ l-ippjanar tat-titjira u l-valutazzjonijiet tal-kumplessità.

Rekwiżiti tas-sistema

Is-sistemi tal-Maniġer tan-Netwerk għandhom jittrattaw l-istrutturi flessibbli tal-ispazju tal-ajru, il-konfigurazzjoni tar-rotot li jippermettu l-ġestjoni ta' tagħbijiet tat-traffiku u l-kumplessità b'mod kollaborattiv fil-pożizzjoni tal-ġestjoni tal-fluss u fil-livell tan-netwerk,

Is-sistemi tal-ipproċessar tad-dejta tat-titjir għandhom jinterfaċċaw man-NOP,

Is-sistemi tal-ippjanar tat-titjiragħandhom jappoġġaw l-EFPL u s-sistemi tal-Maniġer tan-Netwerk għandhom ikunu kapaċi jipproċessaw l-EFPL,

L-informazzjoni provduta permezz tad-Dokument dwar id-Disponibilità tar-Rotta (RAD) u r-Restrizzjoni tal-Modulazzjoni tal-Profil tar-Rotta (PTR) għandhom jiġu armonizzati permezz tal-proċess tat-Teħid Kollaborattiv ta' Deċiżjonijiet (CDM) tad-Disinn tan-Netwerk Ewropew tar-Rotot u funzjonijiet tal-ATFM tal-Maniġer tan-Netwerk bħalma huma l-Fornituri tas-Sistemi tal-Ippjanar tat-Titjira għandhom ikunu kapaċi jiġġeneraw programm tar-rotot għall-pjan ta' titjira li jiġi aċċettat bit-trajettorja l-aktar effiċjenti,

L-għodod tal-ASM/ATFCM għandhom ikunu kapaċi jimmaniġġaw id-disponibbiltà differenti tal-ispazju tal-ajru u l-kapaċità tas-settur, inkluż l-A-FUA (kif speċifikat fil-Punt 3), l-adattament tad-Dokument dwar id-Disponibilità tar-Rotta (RAD) u l-STAM.

4.2.   L-ambitu ġeografiku

Il-Ġestjoni tan-Netwerk Kollaborattiv għandha tiġi skjerata fl-EATMN. Fiċ-ċentri tal-ATC fl-Istati Membri fejn l-operazzjonijiet ċivili-militari mhumiex integrati (7), il-Ġestjoni tan-Netwerk Kollaborattiv għandha tiġi skjerata sa fejn ikun meħtieġ mir-Regolament (KE) Nru 552/2004, il-Punt 4 tal-Parti A tal-Anness II.

4.3.   Il-partijiet interessati huma meħtieġa li jimplimentaw il-funzjonalità u d-data mmirata tal-mobilizzazzjoni

Il-partijiet interessati operattivi u l-Maniġer tan-Netwerk għandhom joperaw il-Ġestjoni tan-Netwerk Kollaborattiv mill-1 ta' Jannar 2022.

4.4.   Il-bżonn ta' sinkronizzazzjoni

Il-mobilizzazzjoni tal-funzjonalità tal-Ġestjoni tan-Netwerk Kollaborattiv għandha tkun ikkoordinata minħabba l-impatt potenzjali tal-prestazzjoni tan-netwerk ikkawżat mid-dewmien tal-implimentazzjoni f'ambitu ġeografiku wiesa' li jinvolvi numru ta' partijiet interessati. Mill-perspettiva teknika, il-mobilizzazzjoni tas-sistema mmirata u t-tibdil proċedurali għandhom ikunu ssinkronizzati sabiex jiġi żgurat li jiġu ssodisfati l-għanijiet tal-prestazzjoni. Din is-sinkronizzazzjoni ta' investimenti għandha tinvolvi diversi fornituri tas-servizz tan-navigazzjoni tal-ajru ċivili/militari u l-Maniġer tan-Netwerk. Barra minn hekk, is-sinkronizzazzjoni matul il-fażi marbuta mal-industrijalizzazzjoni għandha sseħħ (b'mod partikolari fost il-korpi tal-industrija u l-industrijalizzazzjoni).

4.5.   Prerekwiżiti essenzjali

M'hemmx prerekwiżiti għal din il-funzjonalità. Implimentazzjoni eżistenti tal-fażi 1 tal-STAM tħaffef l-integrazzjoni operazzjonali ta' din il-funzjonalità tal-ATM f'sistemi eżistenti.

4.6.   L-interdipendenzi ma' funzjonalitajiet tal-ATM oħra

Is-sistemi tal-ġestjoni tan-netwerk għandhom jużaw l-AMAN kif speċifikat fil-Punt 1,

Fejn disponibbli, is-sistema tal-AOP għandha tuża d-DMAN kif speċifikat fil-Punt 2,

Is-sistemi tal-ġestjoni tan-netwerk għandhom jappoġġaw l-użu Flessibbli tal-ispazju tal-ajru u l-ippogrammar tar-rotot liberi kif speċifikat fil-Punt 3,

Ir-rekwiżiti tal-iskambju tal-informazzjoni għandhom jużaw is-SWIM kif speċifikat fil-Punt 5 darba disponibbli,

L-informazzjoni dwar it-trajettorja downlink, kif speċifikat fil-Punt 6, fejn tkun disponibbli, għandha tiġi integrata fin-NOP biex tappoġġa t-TTO/TTA.

5.   IL-ĠESTJONI TAT-TAGĦRIF MIFRUXA MAS-SISTEMA KOLLHA INIZJALI

Il-Ġestjoni tat-Tagħrif Mifruxa mas-Sistema Kollha (SWIM) tikkonċerna l-iżvilupp tas-servizzi tal-iskambju tal-informazzjoni. Is-SWIM hi magħmula minn standards, infrastruttura u governanza li jippermettu l-ġestjoni tal-informazzjoni u l-iskambju tagħha bejn il-partijiet interessati operattivi permezz ta' servizzi interoperabbli.

Il-Ġestjoni tat-Tagħrif Mifruxa mas-Sistema Kollha Inizjali (iSWIM) tappoġġa l-iskambji tal-informazzjoni li huma mibnija fuq l-istandards u fornuti permezz ta' netwerk ibbażat fuq Internet Protocol (IP) mis-sistemi mħaddma mis-SWIM. Dan jikkonsisti minn:

Komponenti komuni tal-infrastruttura,

Infrastruttura teknika u Profili tas-SWIM,

L-iskambju ta' informazzjoni ajrunawtika,

L-iskambju ta' informazzjoni metereoloġika,

L-iskambju ta' informazzjoni dwar in-netwerk kooperattiv,

L-iskambju ta' informazzjoni dwar it-titjira.

5.1.   L-ambitu operazzjonali u tekniku

5.1.1.   Komponenti komuni tal-infrastruttura

Il-komponenti komuni tal-infrastruttura huma:

Ir-reġistru, li għandu jintuża għall-pubblikazzjoni u l-iskoperta tal-informazzjoni dwar il-konsumaturi u l-fornituri tas-servizz, il-mudell tal-informazzjoni loġika, servizzi mħaddma mis-SWIM, l-informazzjoni kummerċjali, teknika u politika,

L-Infrastruttura Pubblika Ewlenija (PKI), li għandha tintuża għall-iffirmar, il-ħruġ u ż-żamma ta' ċertifikati u listi ta' revoka; Il-PKI jiżgura li l-informazzjoni tkun tista' tiġi trasferita b'mod sikur.

5.1.2.   Infrastruttura teknika u Profili tas-SWIM

L-implimentazzjoni tal-Profil ta' Infrastruttura teknika (TI) tas-SWIM għandha tiġi bbażata fuq standards u prodotti u servizzi interoperattivi. Is-servizzi ta' skambju ta' informazzjoni għandhom jiġu implimentati fuq wieħed minn dawn il-profili:

Il-Profil TI Blu tas-SWIM, li għandu jintuża għall-iskambju tal-informazzjoni dwar it-titjiriet bejn iċ-ċentri tal-ATC u bejn l-ATC u l-Maniġer tan-Netwerk,

Il-Profil TI Isfar tas-SWIM, li għandu jintuża għal xi skop ieħor tal-dejta tal-ATM (ajrunawtika, meteoroloġika, ajruport, eċċ.).

5.1.3.   L-iskambju ta' informazzjoni ajrunawtika

Il-partijiet interessati operattivi għandhom jimplimentaw is-servizzi li jappoġġaw l-iskambju tal-informazzjoni ajrunawtika li ġejja bl-użu tal-Profil TI Isfar tas-SWIM:

In-notifika dwar l-attivazzjoni ta' Riżerva/Restrizzjoni tal-Ispazju tal-Ajru (ARES),

In-notifika dwar id-deattivazzjoni ta' Riżerva/Restrizzjoni tal-Ispazju tal-Ajru (ARES),

Il-prenotifika dwar l-attivazzjoni ta' Riżerva/Restrizzjoni tal-Ispazju tal-Ajru (ARES),

In-notifika dwar ir-rilaxx ta' Riżerva/Restrizzjoni tal-Ispazju tal-Ajru (ARES),

Karatteristika tal-informazzjoni ajrunawtika fuq talba. Il-filtrazzjoni possibbli skont it-tip ta' karatteristika, isem u filtru avvanzat bl-operaturi spazjali, temporali u loġiċi,

Informazzjoni dwar Mistoqsija ta' Riżerva/Restrizzjoni tal-Ispazju tal-Ajru (ARES),

Ipprovdi dejta għall-immappjar tal-Ajrudromi u Mapep tal-Ajruport,

Il-Pjanijiet dwar l-Użu tal-Ispazju tal-Ajru (AUP, UUP) — il-livell 1, 2 u 3 tal-ASM,

D-Notams.

L-implimentazzjonijiet tas-servizz għandhom ikunu konformi mal-verżjoni applikabbli tal-Mudell ta' Referenza tal-Informazzjoni Ajrunawtika (AIRM), il-Materjal tal-Fondazzjoni tal-AIRM u l-Materjal tal-Fondazzjoni tal-Mudell ta' Referenza tas-Servizz ta' Informazzjoni (ISRM).

Rekwiżiti tas-sistema

Is-sistemi tal-ATM għandhom ikunu kapaċi jużaw is-servizzi ta-iskambju ta' informazzjoni ajrunawtika.

5.1.4.   L-iskambju ta' tagħrif metereoloġiku

Il-partijiet interessati operattivi għandhom jimplimentaw is-servizzi li jappoġġaw l-iskambju tal-informazzjoni meteroloġika li ġejja bl-użu tal-Profil TI Isfar tas-SWIM:

It-tbassir meteoroloġiku tat-temp fl-ajruport ikkonċernat, f'intervall żgħar fil-futur:

il-veloċità u d-direzzjoni tar-riħ,

it-temperatura tal-arja,

ir-regolamentazzjoni tal-altimetru barometriku,

il-medda viżwali tar-runway (RVR);

Ipprovdi l-Konċentrazzjoni tal-Massa tal-Irmied Volkaniku,

Servizz speċifiku tal-informazzjoni metereoloġika,

Servizz ta' informazzjoni dwar l-irjieħ fi kwota,

Informazzjoni meteoroloġika li tappoġġa l-proċess tal-ATC tal-ajrudrom u ż-żona “Landslide” jew l-għajnuniet li jinvolvu l-informazzjoni rilevanti tat-MET, il-proċessi tat-traduzzjoni biex ikunu derivati r-restrizzjonijiet għat-temp u biex din l-informazzjoni tissarraf f'impatt tal-ATM; il-kapaċità tas-sistema prinċipalment timmira orizzont ta' “żmien ta' deċiżjoni” ta' bejn 20 minuta u 7 ijiem,

L-informazzjoni meteoroloġika li tappoġġa l-proċess tal-ATC dwar ir-rotta (En Route)/Avviċinament jew l-għajnuniet li jinvolvu l-informazzjoni rilevanti tat-MET, il-proċessi tat-traduzzjoni biex ikunu derivati r-restrizzjonijiet għat-temp u biex din l-informazzjoni tissarraf f'impatt tal-ATM; il-kapaċità tas-sistema prinċipalment timmira orizzont ta' “żmien ta' deċiżjoni” ta' bejn 20 minuta u 7 ijiem,

L-informazzjoni meteoroloġika li tappoġġa l-proċess tal-Ġestjoni dwar l-Informazzjoni tan-Netwerk jew l-għajnuniet li jinvolvu l-informazzjoni rilevanti tat-MET, il-proċessi tat-traduzzjoni biex ikunu derivati r-restrizzjonijiet għat-temp u biex din l-informazzjoni tissarraf f'impatt tal-ATM; il-kapaċità tas-sistema prinċipalment timmira orizzont ta' “żmien ta' deċiżjoni” ta' bejn 20 minuta u 7 ijiem.

Implimentazzjonijiet tas-servizz għandhom ikunu konformi mal-verżjoni applikabbli tal-AIRM, il-Materjal tal-Fondazzjoni tal-AIRM u l-Materjal tal-Fondazzjoni tal-ISRM.

Rekwiżiti tas-sistema

Is-sistemi tal-ATM għandhom ikunu kapaċi jużaw is-servizzi ta-iskambju ta' informazzjoni MET,

5.1.5.   Skambju ta' informazzjoni dwar in-netwerk kooperattiv

Il-partijiet interessati operattivi għandhom jimplimentaw is-servizzi li jappoġġaw l-iskambju tal-informazzjoni dwar in-netwerk kooperattiv li ġej bl-użu tal-Profil TI isfar tas-SWIM:

il-kapaċità massima attwali tal-ajruporti bbażata fuq kundizzjonijiet tat-temp attwali u fit-terminu qasir,

Is-Sinkronizzazzjoni tal-Pjan Operattiv tan-Netwerk u l-Pjanijiet tal-Operazzjonijiet tal-Ajruport kollha,

Regolamenti,

Slots,

Miżuri tal-ATFCM għal Terminu Qasir,

Il-punti ta' konġestjoni tal-ATFCM,

Restrizzjonijiet,

L-istruttura, id-disponibbiltà u l-użu tal-ispazju tal-ajru,

Il-Pjanijiet tal-Operazzjoni ta' Avviċinament En-Route u tan-Newtwerk.

L-implimentazzjonijiet tas-servizz għandhom ikunu konformi mal-verżjoni applikabbli tal-AIRM, il-Materjal tal-Fondazzjoni tal-AIRM u l-Materjal tal-Fondazzjoni tal-ISRM.

Rekwiżiti tas-sistema

Il-Portal tal-Maniġer tan-Netwerk għandu jappoġġa l-partijiet interessati operattivi kollha fl-iskambju b'mod elettroniku tad-dejta tal-Maniġer tan-Netwerk; Il-Portal tal-Maniġer tan-Netwerk għandu jappoġġa l-għażla tal-partijiet interessati operattivi bejn aċċess onlajn predefinit, jew konnessjoni tal-applikazzjonijiet tagħhom stess bl-użu ta' servizzi bbażati fuq teknoloġija tal-web sistema b'sistema (B2B).

5.1.6.   L-iskambju tal-informazzjoni dwar it-titjira

L-informazzjoni tat-titjira għandha tkun skambjata matul il-fażijiet pretattiċi u tattiċi bis-sistemi tal-ATC u l-Maniġer tan-Netwerk.

Il-partijiet interessati operattivi għandhom jimplimentaw is-servizzi li jappoġġaw l-iskambju tal-informazzjoni dwar it-titjira kif indikat fit-tabella hawn taħt bl-użu tal-Profil TI Blu tas-SWIM:

Operazzjonijiet diversi fuq oġġett ta' titjira: Irrikonoxxi l-wasla, Irrikonoxxi ftehim lill-FO (Flight Object), Temm is-sottoskrizzjoni ta' distribuzzjoni ta' FO, Issottoskrivi distribuzzjoni ta' FO, Immodifika restrizzjonijiet tal-FO, Immodifika rotta, Stabbilixxi runway tal-wasla, Aġġorna l-informazzjoni marbuta mal-koordinazzjoni, Immodifika l-kodiċi SSR, Issettja s-STAR, Aqbeż l-ATSU fi djalogu ta' koordinazzjoni,

Ikkondividi informazzjoni dwar il-Flight Object. Il-Flight Object jinkludi skript tat-titjira magħmul mir-restrizzjonijiet tal-ATC u tat-trajettorja 4D,

Il-partijiet interessati operattivi għandhom jimplimentaw is-servizzi li jappoġġaw l-iskambju tal-informazzjoni tat-titjira bl-użu tal-Profil TI Isfar tas-SWIM:

Ivvalida l-pjan tat-titjira u r-rotot,

Il-pjanijiet tat-titjira, it-trajettorja 4D, id-dejta dwar il-prestazzjoni tat-titjira, l-istatus tat-titjira,

Il-listi tat-titjiriet u d-dejta dettaljata tat-titjira,

Messaġġ marbut mal-aġġornament tat-titjira (informazzjoni dwar it-tluq)

L-implimentazzjonijiet tas-servizz għandhom ikunu konformi mal-verżjoni applikabbli tal-AIRM, il-Materjal tal-Fondazzjoni tal-AIRM u l-Materjal tal-Fondazzjoni tal-ISRM.

Rekwiżiti tas-sistema

Is-sistemi tal-ATC għandhom jużaw servizzi ta' skambju ta' informazzjoni dwar it-titjir.

5.2.   L-ambitu ġeografiku

Il-funzjonalità tal-iSWIM għandha tiġi skjerata fl-EATMN kif indikat fit-tabella: Fiċ-ċentri fl-Istati Membri li għandhom il-forniment tas-servizz ċivili-militari mhux integrat (8), il-funzjonalità tal-iSWIM għandha tiġi skjerata sa fejn ikun meħtieġ mir-Regolament (KE) Nru 552/2004, il-Punt 4 tal-Parti A tal-Anness II.

 

L-ANSPs ċivili

(esklużi fornituri tal-MET)

Ajruporti

Kordinazzjoni ċivili-militari

Utenti tal-ispazju tal-ajru

Fornituri tal-MET

Maniġer tan-Netwerk

L-iskambju ta' informazzjoni ajrunawtika

Iċ-Ċentri ta' Kontroll taż-Żona, TMAS u Torrijiet identifikati fl-Appendiċi

Ambitu ġeografiku kif imsemmi fil-Punt 1.2

Iċ-ċentri kollha fl-Istati Membri li għandhom forniment tas-servizz ċivili-militari mhux integrat (9)

Il-fornituri tas-sistema tal-AOC

Maniġer tan-Netwerk

L-iskambju tal-informazzjoni metereoloġika

Iċ-Ċentri ta' Kontroll taż-Żona, TMAS u Torrijiet identifikati fl-Appendiċi

Ambitu ġeografiku kif imsemmi fil-Punt 1.2

Iċ-ċentri kollha fl-Istati Membri li għandhom il-forniment tas-servizz ċivili-militari mhux integrat (9)

Il-fornituri tas-sistema tal-AOC

Il-fornituri tal-MET kollha

Maniġer tan-Netwerk

Skambju ta' informazzjoni dwar in-netwerk kooperattiv

Iċ-Ċentri ta' Kontroll taż-Żona, TMAS u Torrijiet identifikati fl-Appendiċi

Ambitu ġeografiku kif imsemmi fil-Punt 1.2

Il-fornituri tas-sistema tal-AOC

Maniġer tan-Netwerk

L-iskambju tal-informazzjoni dwar it-titjira

Iċ-Ċentri ta' Kontroll taż-Żona u TMAS identifikati fl-Appendiċi

Maniġer tan-Netwerk

5.3.   Il-partijiet interessati huma meħtieġa li jimplimentaw il-funzjonalità u d-data mmirata tal-mobilizzazzjoni

Il-partijiet interessati operattivi u l-Maniġer tan-Netwerk imsemmija fil-Punt 5.2 għandhom jipprovdu u jħaddmu l-iSWIM mill-1 ta' Jannar 2025.

5.4.   Il-bżonn ta' sinkronizzazzjoni

Il-mobilizzazzjoni tal-funzjonalità tal-Ġestjoni tat-Tagħrif Mifruxa mas-Sistema Kollha Inizjali għandha tkun ikkoordinata minħabba l-impatt potenzjali tal-prestazzjoni tan-netwerk ikkawżat mid-dewmien tal-implimentazzjoni fl-ambitu ġeografiku wiesa' li jinvolvi numru ta' partijiet interessati. Mill-perspettiva teknika, il-mobilizzazzjoni tas-sistema mmirata u t-tibdil fil-forniment tas-servizz għandhom ikunu ssinkronizzati sabiex jiġi żgurat li jiġu sodisfatti l-għanijiet tal-prestazzjoni. Din is-sinkronizzazzjoni għandha tippermetti t-tibdiliet immirati fil-funzjonalità tal-ATM msemmija fit-taqsimiet 1 sa 4 ta' hawn fuq, kif ukoll proġetti komuni fil-futur. Is-sinkronizzazzjoni għandha tinvolvi l-partijiet interessati kollha tal-ATM tal-art (fornituri ċivili/militari tas-servizz tan-navigazzjoni tal-ajru, l-utenti tal-ispazju tal-ajru — għas-sistemi tal-AOC, l-operaturi tal-ajruporti, il-Fornituri tas-Servizzi tal-MET u l-Maniġer tan-Netwerk). Barra minn hekk, is-sinkronizzazzjoni matul il-fażi marbuta mal-industrijalizzazzjoni għandha sseħħ, b'mod partikolari fost il-korpi tal-industrija tal-provvista u tal-istandardizzazzjoni.

5.5.   Prerekwiżiti essenzjali

Ċentri ta' kapaċità għolja għandhom jiġu konnessi mas-Servizzi ta' Netwerk Pan-Ewropej (PENS) biex iservu ta' appoġġ għall-Profil TI Blu tas-SWIM.

5.6.   L-interdipendenzi ma' funzjonalitajiet tal-ATM oħra

Is-servizzi tas-SWIM jippermettu l-funzjonalità tal-AMAN kif deskritt fil-Punt 1, A-FUA kif deskritt fil-Punt 3, il-funzjonalità tal-Ġestjoni tan-Netwerk Kollaborattiv kif deskritt fil-Punt 4 u s-sistemi tal-ipproċessar tad-dejta tat-titjira għall-iskambju tas-sistemi tal-ipproċessar tad-dejta tat-titjiriet tal-informazzjoni tat-trajettorja downlinked bejn l-unitajiet tal-ATS meħtieġa mill-funzjonalità l-Kondiviżjoni tal-Informazzjoni dwar it-Trajettorja Inizjali msemmija fil-Punt 6,

L-implimentazzjoni tal-infrastruttura u tas-servizzi tas-SWIM imsemmija fil-Punt 5 tħaffef l-iskambju tal-informazzjoni għall-funzjonalitajiet kollha tal-ATM imsemmija.

6.   IL-KONDIVIŻJONI TAL-INFORMAZZJONI DWAR IT-TRAJETTORJA INIZJALI

Il-Kondiviżjoni tal-Informazzjoni dwar it-Trajettorja Inizjali (i4D) hi magħmula minn użu mtejjeb tal-ħinijiet immirati u l-informazzjoni dwar it-trajettorja, inkluż, fejn disponibbli, l-użu tad-dejta dwar it-trajettorja 4D abbord mis-sistema tal-ATC u s-sistemi tal-Maniġer tan-Netwerk bl-implikazzjoni ta' inqas interventi tattiċi u sitwazzjoni mtejba mingħajr kunflitti.

6.1.   L-ambitu operazzjonali u tekniku

Il-ħinijiet immirati u d-dejta dwar it-trajettorja 4D għandhom jintużaw biex tittejjeb il-prestazzjoni tas-sistema tal-ATM.

L-informazzjoni dwar t-trajettorja u l-ħinijiet immirati għandhom jissaħħu permezz tal-użu tal-iskambju tat-trajettorja tal-airgorund.

Rekwiżiti tas-sistema

Inġenji tal-ajru attrezzati għandhom iniżżlu (downlink) l-informazzjoni dwar it-trajettorja bl-użu tal-Profil Proġettat Estiż (EPP) tal-ADS-C bħala parti mis-servizzi tal-ATN B 2; Id-dejta dwar it-trajettorja għandha titniżżel (downlinked) awtomatikament mis-sistema fl-ajru u għandha taġġorna s-sistema tal-ATM skont il-klawsoli tal-kuntratt,

Is-sistemi tal-art tal-komunikazzjoni ta' kollegament tad-dejta għandhom jappoġġaw lill-ADS-C (downlink tat-trajettorja tal-inġenju tal-ajru bl-użu tal-EPP) bħala parti mis-servizzi tal-ATN B 2,

Il-pożizzjonijiet tal-ħidma tal-kontrollur tas-sistemi tal-ipproċessar tad-dejta tat-titjira u s-sistemi tal-Maniġer tan-Netwerk għandhom jużaw it-trajettorji donwlinked,

L-iskambju tat-trajettorja tal-FDP għall-FDP bejn l-unitajiet tal-ATS kif ukoll bejn l-unitajiet tal-ATS u s-sistemi tal-Maniġer tan-Netwerk għandhom ikunu appoġġati bl-użu tal-iskambju tal-flight object kif definit fil-Punt 5.

6.2.   L-ambitu ġeografiku

Il-Kondiviżjoni tal-Informazzjoni dwar it-Trajettorja Inizjali għandha tiġi skjerata fl-unitajiet kollha tal-ATS li jipprovdu servizzi tat-traffiku tal-ajru fi ħdan l-ispazju tal-ajru li għalihom l-Istati Membri huma responsabbli fir-Reġjun ICAO EUR.

6.3.   Il-partijiet interessati meħtieġa li jimplimentaw il-funzjonalità u d-dati mmirati ta' mobilizzazzjoni

Il-fornituri tal-ATS u l-Maniġer tan-Netwerk għandhom jiżguraw li jippermettu l-Kondiviżjoni tal-Informazzjoni dwar it-Trajettorja Inizjali mill-1 ta' Jannar 2025.

Il-Maniġer tal-Mobilizzazzjoni għandu jiżviluppa strateġija, li għandha tinkludi inċentivi, li jiżguraw li tal-inqas 20 % tal-inġenji tal-ajru li jittajru fl-ispazju tal-ajru tal-pajjiżi tal-Konferenza Ewropea tal-Avjazzjoni Ċivili (ECAC) (10) fir-Reġjun ICAO EUR li jikkorrispondi għal tal-inqas għal 45 % tat-titjiriet li joperaw f'dawk il-pajjiżi, huma mgħammra bil-kapaċità li jniżżlu (downlink) it-trajettorja tal-inġenji tal-ajru billi jużaw l-ADS-C EPP mill-1 ta' Jannar 2026.

6.4.   Il-bżonn ta' sinkronizzazzjoni

Il-mobilizzazzjoni tal-funzjonalità tal-Kondiviżjoni tal-Informazzjoni dwar it-Trajettorja Inizjali għandha tkun ikkoordinata minħabba l-impatt potenzjali tal-prestazzjoni tan-netwerk ikkawżat mid-dewmien tal-implimentazzjoni fl-ambitu ġeografiku wiesa' li jinvolvi numru ta' partijiet interessati. Mill-perspettiva teknika, il-mobilizzazzjoni tas-sistema mmirata u t-tibdil proċedurali għandhom ikunu ssinkronizzati sabiex jiġi żgurat li l-għanijiet tal-prestazzjoni jiġu sodisfatti. Din is-sinkronizzazzjoni għandha tippermetti t-tibdiliet immirati fil-funzjonalità tal-ATM msemmija fit-taqsimiet 1, 3 u 4 ta' hawn fuq, kif ukoll proġetti komuni fil-futur. Is-sinkronizzazzjoni għandha tinvolvi l-fornituri kollha tas-servizz tan-navigazzjoni tal-ajru, il-Maniġer tan-Netwerk u l-utenti tal-ispazju tal-ajru (il-bżonn tas-sinkronizzazzjoni air-ground) Is-sinkronizzazzjoni u l-konsistenza tal-pjanijiet direzzjonali avjoniċi, sabiex tiġi żgurata l-aqwa effiċjenza ekonomika u interoperabilità għall-utenti tal-ispazju tal-ajru, tinkiseb permezz ta' arranġamenti kooperattivi fil-Memorandum ta' Kooperazzjoni fir-riċerka u l-iżvilupp tal-avjazzjoni ċivili konkluż bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni (11). Barra minn hekk, is-sinkronizzazzjoni matul il-fażi marbuta mal-industrijalizzazzjoni għandha sseħħ, b'mod partikolari fost il-korpi tal-industrija tal-provvista u tal-istandardizzazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni.

6.5.   Prerekwiżiti essenzjali

Il-kapaċità ta' kollegament tad-dejta kif deskritta fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 29/2009 dwar servizzi ta' kollegament tad-dejta hija prerekwiżit essenzjali għal din il-funzjonalità tal-ATM.

6.6.   L-interdipendenzi ma' funzjonalitajiet tal-ATM oħra

It-trajettorja downlinked tal-inġenju tal-ajru tista' tintu\a biex tissaħħaħ il-funzjonalità tal-AMAN deskritta fil-Punt 1,

L-informazzjoni dwar it-trajettorja downlink tista' tiġi integrata fil-kalkolu tal-Miżuri tal-ATFCM tat-Terminu Qasir Imsaħħaħ u l-Appoġġ Awtomatiku għall-Valutazzjoni tal-Kumplessità tat-Traffiku kif speċifikat fil-Punt 3,

Fejn disponibbli, l-informazzjoni dwar it-trajettorja downlink għandha tiġi integrata fin-NOP kif speċifikat fil-Punt 4 biex issostni t-TTO/TTA,

L-iSWIM imsemmija fil-Punt 5 għandha tippermetti l-iskambju mill-FDP għall-FDP tal-informazzjoni downlinked dwar it-trajettorja bejn l-unitajiet tal-ATS.


(1)  Suġġett għall-inkorporazzjoni ta' dan ir-Regolament fil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-Trasport bl-Ajru.

(2)  Suġġett għall-inkorporazzjoni ta' dan ir-Regolament fil-Ftehim ŻEE.

(3)  Suġġett għall-inkorporazzjoni ta' dan ir-Regolament fil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-Trasport bl-Ajru.

(4)  Suġġett għall-inkorporazzjoni ta' dan ir-Regolament fil-Ftehim ŻEE.

(5)  Suġġett għall-inkorporazzjoni ta' dan ir-Regolament fil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-Trasport bl-Ajru.

(6)  Suġġett għall-inkorporazzjoni ta' dan ir-Regolament fil-Ftehim ŻEE.

(7)  L-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, Franza, l-Irlanda, l-Italja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja u Spanja

(8)  L-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, Franza, l-Irlanda, l-Italja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja u Spanja.

(9)  L-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, Franza, l-Irlanda, l-Italja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja u Spanja.

(10)  L-Albanija, l-Armenja, l-Awstrija, l-Azerbajġan, il-Belġju, il-Bosnja-Ħerzegovina, il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġeorġja, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Islanda, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, Malta, ir-Repubblika tal-Moldova, Monako, il-Montenegro, il-Pajjiżi l-Baxxi, in-Norveġja, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, San Marino, is-Serbja, is-Slovakkja, is-Slovenja, Spanja, l-Isvezja, l-Isvizzera, it-Turkija, l-Ukraina u r-Renju Unit.

(11)  L-Anness 1 tal-Memorandum ta' Kooperazzjoni NAT-I-9406 bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni Ewropea, Kooperazzjoni SESAR-NEXTGEN għall-interoperabilità globali (ĠU L 89, 5.4.2011, p. 8).

Appendiċi

Iċ-Ċentri ta' Kontroll taż-Żona:

LONDON ACC CENTRAL,

KARLSRUHE UAC,

UAC MAASTRICHT,

MARSEILLE EAST + WEST,

PARIS EAST,

ROMA ACC,

LANGEN ACC,

ANKARA ACC,

MUENCHEN ACC,

PRESTWICK ACC,

ACC WIEN,

MADRID ACC (LECMACN + LEC),

BORDEAUX U/ACC,

BREST U/ACC,

PADOVA ACC,

BEOGRADE ACC,

REIMS U/ACC,

BUCURESTI ACC,

BARCELONA ACC,

BUDAPEST ACC,

ZUERICH ACC,

AMSTERDAM ACC.

TMAs u Torrijiet:

LONDON TMA TC,

LANGEN ACC,

PARIS TMA/ZDAP,

MUENCHEN ACC,

BREMEN ACC,

ROMA TMA,

MILANO TMA,

MADRID TMA,

PALMA TMA,

ARLANDA APPROACH,

OSLO TMA,

BARCELONA TMA,

APP WIEN,

CANARIAS TMA,

COPENHAGEN APP,

ZUERICH APP,

APP BRUSSELS,

PADOVA TMA,

HELSINKI APPROACH,

MANCHESTER APPROACH,

AMSTERDAM ACC,

DUBLIN TMA.


28.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 190/45


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 717/2014

tas-27 ta' Ġunju 2014

dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 108(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 994/98 tas-7 ta' Mejju 1998 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal ċertu kategoriji ta' għajnuna mill-Istat orizzontali (1),

Wara li ppubblikat abbozz ta' dan ir-Regolament (2),

Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv dwar l-Għajnuna mill-Istat,

Billi:

(1)

Il-finanzjament tal-Istat li jissodisfa l-kriterji fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat u jeħtieġ li jiġi nnotifikat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 108(3) tat-Trattat. Madanakollu, skont l-Artikolu 109 tat-Trattat, il-Kunsill jista' jiddetermina kategoriji ta' għajnuna li huma eżentati minn dan ir-rekwiżit ta' notifika. F'konformità mal-Artikolu 108(4) tat-Trattat il-Kummissjoni tista' tadotta regolamenti rigward dawk il-kategoriji ta' għajnuna mill-Istat. Bis-saħħa tar-Regolament (KE) Nru 994/98 il-Kunsill iddeċieda, f'konformità mal-Artikolu 109 tat-Trattat, li l-għajnuna de minimis tista' tikkostitwixxi kategorija bħal din. Fuq dik il-bażi, għajnuna de minimis, li hi għajnuna mogħtija għal impriża waħda matul perjodu partikolari ta' żmien li ma taqbiżx ċertu ammont fiss, hija meqjusa li ma tkunx tissodisfa l-kriterji kollha stipulati fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat u għalhekk mhix soġġetta għall-proċedura ta' notifika.

(2)

Il-Kummissjoni, f'diversi Deċiżjonijet, ikkjarifikat il-kunċett ta' għajnuna, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. Il-Kummissjoni ddikjarat ukoll il-politika tagħha dwar limitu massimu de minimis li taħtu l-Artikolu 107(1) tat-Trattat jista' jitqies li ma japplikax, l-ewwel fl-avviż tagħha dwar ir-regola de minimis għall-għajnuna mill-Istat (3) u sussegwentement fir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 69/2001 (4) u (KE) Nru 1998/2006 (5). Fid-dawl tar-regoli speċjali li japplikaw fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura u tar-riskji li anki livelli baxxi ta' għajnuna jistgħu jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat, is-settur tas-sajd u tal-akkwakultura ġie eskluż mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dawk ir-Regolamenti. Il-Kummissjoni diġà adottat għadd ta' Regolamenti li jipprovdu regoli dwar l-għajnuna de minimis mogħtija fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura, li l-aħħar wieħed fosthom kien ir-Regolament (KE) Nru 875/2007 (6). Permezz ta' dak ir-Regolament, l-ammont totali ta' għajnuna de minimis mogħtija lil impriża waħda attiva fis-settur tas-sajd tqies li ma jissodisfax il-kriterji kollha stabbiliti fl-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE meta ma jkunx qabeż it-EUR 30 000 għal kull benefiċjarju fuq kwalunkwe perjodu ta' tliet snin fiskali u jkun anqas minn ammont kumulattiv stabbilit għal kull Stat Membru u li jirrappreżenta 2,5 % tal-produzzjoni annwali fis-settur tas-sajd. Fid-dawl tal-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 875/2007, huwa xieraq li jiġu riveduti xi wħud mill-kundizzjonijiet stipulati f'dak ir-Regolament u li jiġi sostitwit.

(3)

Huwa xieraq li jinżamm il-limitu massimu ta' EUR 30 000 għall-ammont ta' għajnuna de minimis li impriża waħda tista' tirċievi għal kull Stat Membru matul kwalunkwe perjodu ta' tliet snin. Dak il-limitu massimu jibqa' meħtieġ biex jiġi żgurat li kull miżura li taqa' taħt dan ir-Regolament tista' titqies li ma għandha ebda effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri u li ma tfixkilx jew ma theddidx il-kompetizzjoni meta l-ammont totali ta' din l-għajnuna mogħtija lill-impriżi kollha fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura fuq tliet snin ikun inqas minn ammont kumulattiv stabbilit għal kull Stat Membru u li jirrappreżenta 2,5 % tal-fatturat annwali tas-settur tas-sajd, jiġifieri tal-attivitajiet marbuta mal-qbid, l-ipproċessar u l-akkwakultura (il-limitu nazzjonali).

(4)

Għall-finijiet tar-regoli dwar il-kompetizzjoni stabbiliti fit-Trattat, impriża hija entità involuta f'attività ekonomika, irrispettivament mill-istatus legali tagħha u mill-mod kif tkun iffinanzjata (7). Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ddeċidiet li l-entitajiet kollha li huma kkontrollati (fuq bażi legali jew fuq bażi de facto) mill-istess entità għandhom jitqiesu bħala impriża waħda (8). Għal raġunijiet ta' ċertezza legali u biex jitnaqqas il-piż amministrattiv, dan ir-Regolament għandu jipprovdi lista eżawrjenti ta' kriterji ċari li permezz tagħhom jiġi ddeterminat meta żewġ intrapriżi jew aktar fl-istess Stat Membru għandhom jitqiesu bħala impriża waħda. Il-Kummissjoni, minn fost il-kriterji stabbiliti sew li jiddefinixxu “impriżi relatati” fid-definizzjoni ta' intrapriża żgħira jew medja (SME) fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE (9) u fl-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 (10), għażlet dawk il-kriterji li huma xierqa għall-finijiet ta' dan ir-Regolament. Il-kriterji huma diġà familjari mal-awtoritajiet pubbliċi u għandhom ikunu applikabbli, minħabba l-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, kemm għall-SMEs kif ukoll għal impriżi kbar. Dawk il-kriterji għandhom jiżguraw li grupp ta' impriżi relatati jitqies bħala impriża unika għall-applikazzjoni tar-regola de minimis, iżda li intrapiżi li ma għandhom ebda rabta ma' xulxin għajr il-fatt li kull waħda minnhom għandha rabta diretta mal-istess korp jew korpi pubbliċi, ma jitqisux li huma marbuta ma' xulxin. Għaldaqstant, is-sitwazzjoni speċifika tal-intrapriżi kkontrollati mill-istess korp jew korpi pubbliċi, li jistgħu jkollhom is-setgħa li jiddeċiedu b'mod indipendenti, qed tiġi kkunsidrata.

(5)

Meta jitqiesu l-kamp ta' applikazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd u d-definizzjoni tas-settur tas-sajd u tal-akkwakultura stabbilita fl-Artikolu 5(d) tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11), dan ir-Regolament għandu jkun applikabbli għal impriżi attivi fil-produzzjoni, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura.

(6)

Huwa prinċipju ġenerali li ma għandha tingħata ebda għajnuna f'ċirkostanzi fejn ma jkunux ġew osservati l-liġijiet tal-UE, u b'mod partikolari r-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd. Dan il-prinċipju japplika wkoll għall-għajnuna de minimis.

(7)

Fid-dawl tal-ħtieġa li tiġi żgurata koerenza mal-għanijiet tal-Politika Komuni tas-Sajd u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, b'mod partikolari għajnuna għax-xiri ta' bastimenti tas-sajd, għajnuna għall-modernizzazzjoni jew is-sostituzzjoni ta' magni prinċipali jew anċillari ta' bastimenti tas-sajd u għajnuna għal kwalunkwe waħda mill-operazzjonijiet mhux eliġibbli skont ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

(8)

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea stabbilixxiet li, ladarba l-Unjoni lleġiżlat favur it-twaqqif ta' organizzazzjoni komuni tas-suq f'settur partikolari tal-agrikoltura, l-Istati Membri huma obbligati li jastjenu milli jieħdu kwalunkwe miżura li tista' ddgħajjifha jew toħloq eċċezzjonijiet għaliha (13). Dan il-prinċipju japplika wkoll fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura. Għal dik ir-raġuni, dan ir-Regolament ma għandux japplika għal għajnuna li l-ammont tagħha huwa stabbilit fuq il-bażi tal-prezz jew il-kwantità tal-prodotti mixtrija jew imqiegħda fis-suq. Anqas ma għandu japplika għal appoġġ marbut ma' obbligu ta' kondiviżjoni ta' għajnuna ma' produtturi primarji.

(9)

Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal għajnuna għall-esportazzjoni jew għajnuna suġġetta għall-użu ta' prodotti domestiċi fuq dawk importati. B'mod partikolari, ma għandux japplika għal għajnuna li tiffinanzja t-twaqqif u t-tħaddim ta' netwerk ta' distribuzzjoni fi Stati Membri oħrajn jew f'pajjiżi terzi. Għajnuna għall-spejjeż ta' parteċipazzjoni f'fieri kummerċjali, jew ta' studji jew servizzi ta' konsulenza meħtieġa għat-tnedija ta' prodott ġdid jew li diġà jeżisti f'suq ġdid fi Stat Membru ieħor jew f'pajjiż terz ma titqiesx li hija għajnuna għall-esportazzjoni.

(10)

Fejn impriża tkun attiva fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura u tkun attiva wkoll f'setturi oħra jew għandha attivitajiet oħra li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1407/2013 (14), id-dispożizzjonijiet ta' dak ir-Regolament għandhom japplikaw għall-għajnuna mogħtija fir-rigward ta' dawk is-setturi jew l-attivitajiet l-oħra, dejjem jekk l-Istat Membru kkonċernat jiżgura, b'mezzi xierqa bħas-separazzjoni tal-attivitajiet jew id-distinzjoni tal-ispejjeż, li l-attività fis-settur tas-sajd u tal-akkwkultura ma tibbenefikax mill-għajnuna de minimis mogħtija skont dak ir-Regolament.

(11)

Meta impriża tkun attiva fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura kif ukoll fis-settur tal-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli, id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw għall-għajnuna mogħtija fir-rigward ta' dawn is-setturi jew l-attivitajiet tal-aħħar, dejjem jekk l-Istat Membru kkonċernat jiżgura b'mezzi xierqa, bħas-separazzjoni tal-attivitajiet jew id-distinzjoni tal-ispejjeż, li l-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli ma tibbenefikax mill-għajnuna de minimis mogħtija skont dan ir-Regolament.

(12)

Dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi regoli li jiżguraw li ma jkunx possibbli li jiġu evitati l-intensitajiet massimi tal-għajnuna stipulati f'Regolamenti speċifiċi jew f'Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni. Għandu jistipula wkoll regoli ċari dwar l-akkumulazzjoni li huma faċli biex jiġu applikati.

(13)

Il-perjodu ta' tliet snin li għandu jitqies għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament għandu jkun ivvalutat kontinwament sabiex, għal kull għotja ġdida ta' għajnuna de minimis, l-ammont totali ta' għajnuna de minimis mogħtija fis-sena fiskali kkonċernata, kif ukoll matul is-sentejn fiskali ta' qabel, ikun irid jiġi kkunsidrat.

(14)

Dan ir-Regolament ma jeskludix il-possibbiltà li miżura tista' ma titqiesx bħala għajnuna mill-Istat fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat minħabba raġunijiet oħra minn dawk stipulati f'dan ir-Regolament, pereżempju minħabba li l-miżura tikkonforma mal-prinċipju tal-operatur tal-ekonomija tas-suq jew minħabba li l-miżura ma tinvolvix trasferiment ta' riżorsi tal-Istat. B'mod partikulari, aktar finanzjament tal-Unjoni amministrat ċentralment mill-Kummissjoni u li mhux direttament jew indirettament taħt il-kontroll tal-Istat Membru, ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat u ma għandux jittieħed inkonsiderazzjoni meta jiġi ddeterminat jekk il-limitu massimu rilevanti jew il-limitu nazzjonali hux qed jiġi rispettat.

(15)

Għall-finijiet ta' trasparenza, trattament indaqs u monitoraġġ effettiv, dan ir-Regolament għandu japplika biss għall-għajnuna de minimis li għaliha jkun possibbli li jiġi kkalkulat bi preċiżjoni l-ekwivalenti tal-għotja gross ex ante mingħajr il-ħtieġa li ssir valutazzjoni tar-riskju (“għajnuna trasparenti”). Kalkolu preċiż bħal dan, pereżempju, jista' isir għal għotjiet, sussidji fuq ir-rata tal-imgħax, eżenzjonijiet limitati tat-taxxa jew strumenti oħra li jiffissaw limitu li jiżgura li l-limitu rilevanti ma jinqabiżx. L-iffissar ta' limitu jimplika li sakemm l-ammont preċiż tal-għajnuna mhuwiex magħruf jew għadu mhux magħruf, l-Istat Membru jkollu jassumi li l-ammont huwa daqs il-limitu sabiex ikun żgurat li bosta miżuri ta' għajnuna flimkien ma jaqbżux il-limitu stabbilit f'dan ir-Regolament u li jiġu applikati r-regoli dwar l-akkumulazzjoni.

(16)

L-Istati Membri kollha għandhom japplikaw l-istess metodu ta' kalkolu, sabiex ikun hemm trasparenza, trattament indaqs u applikazzjoni korretta tal-limitu de minimis. Biex jiġi ffaċilitat il-kalkolu, jeħtieġ li l-ammonti tal-għajnuna mogħtija mhux f'forma ta' għotja ta' flus kontanti jiġu konvertiti fl-ekwivalenti ta' għotja grossa ekwivalenti. Il-kalkolu tal-għotja grossa ekwivalenti fir-rigward ta' tipi trasparenti ta' għajnuna barra minn għotjiet u ta' għajnuna li tkun pagabbli f'għadd ta' pagamenti jeħtieġ l-użu ta' rati ta' imgħax tas-suq li jkunu qed jintużaw fil-mument li tkun ingħatat tali għajnuna. Bl-għan li jkun hemm applikazzjoni uniformi, trasparenti u sempliċi tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament ir-rati tas-suq applikabbli għandhom ikunu r-rati ta' referenza, kif stipulat fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu li jistabbilixxi r-rati ta' referenza u ta' skont (15).

(17)

Għajnuna inkluża f'self, inkluża għajnuna ta' finanzjament ta' riskju de minimis fil-forma ta' self, għandha titqies bħala għajnuna de minimis trasparenti jekk l-ekwivalenti tal-għotja gross ikun ġie ikkalkulat abbażi ta' rati attwali ta' imgħax tas-suq fil-mument tal-għotja. Bil-għan li l-ipproċessar ta' self żgħir fuq tul ta' żmien qasir jiġi ssimplifikat, dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi regola ċara li tista' tiġi applikata faċilment u li tqis kemm l-ammont tas-self kif ukoll it-tul ta' żmien tiegħu. Fuq il-bażi tal-esperjenza tal-Kummissjoni, is-self li huwa assigurat b'kopertura kollaterali li tkopri mill-inqas 50 % tas-self u li ma jaqbiżx EUR 150 000 u perjodu ta' ħames snin jew EUR 75 000 u perjodu ta' għaxar snin jista' jitqies li għandu ekwivalenti tal-għotja gross li ma taqbiżx il-limitu massimu de minimis. Minħabba d-diffikultajiet biex jiġi kkalkulat l-ekwivalenti tal-għotja gross tal-għajnuna mogħtija lil impriżi li jistgħu ma jkunux f'pożizzjoni li jħallsu lura s-self, din ir-regola m'għandhiex tapplika għal dawk l-impriżi.

(18)

L-għajnuna inkluża f'injezzjonijiet ta' kapital ma għandhiex tkun ikkunsidrata għajnuna de minimis trasparenti, sakemm l-ammont totali ta' injezzjoni mill-pubbliku ma jaqbiżx il-limitu de minimis. L-għajnuna li tikkonsisti f'miżuri ta' finanzjament tar-riskju li tieħu l-għamla ta' investimenti ta' ekwità jew kważi ekwità, kif imsemmi fil-linji gwida dwar il-finanzjament tar-riskju (16), ma għandhiex titqies bħala għajnuna de minimis trasparenti, sakemm il-miżura kkonċernata ma tipprovdix kapital li ma jaqbiżx il-limitu massimu de minimis.

(19)

Għajnuna li tikkonsisti f'garanziji, inkluża għajnuna ta' finanzjament ta' riskju de minimis li tieħu l-forma ta' garanziji, għandha titqies bħala trasparenti fejn l-ekwivalent tal-għotja gross ikun ġie kkalkulat abbażi ta' primjums eżentati stabbiliti f'avviż tal-Kummissjoni għat-tip ta' impriża kkonċernata (17). Bil-għan li l-ipproċessar ta' garanziji fuq tul ta' żmien qasir li jiggarantixxi sa 80 % ta' self relattivament żgħir jiġi ssimplifikat, dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi regola ċara li tiġi faċilment applikata u li tqis kemm l-ammont tal-garanziji kif ukoll it-tul ta' żmien tiegħu. Din ir-regola m'għandhiex tapplika għal dawk il-garanziji fuq tranżazzjonijiet sottostanti li mhumiex self, bħal garanziji għal tranżazzjonijiet ta' ekwità. Meta l-garanzija ma tkunx qabżet it-80 % tas-self sottostanti, l-ammont garantit ma jaqbiżx EUR 225 000 u t-tul tal-garanzija ma jaqbiżx ħames snin, il-garanzija tista' titqies bħala ekwivalenti tal-għotja gross li ma jaqbiżx il-limitu massimu de minimis. L-istess japplika fejn il-garanzija ma tkunx qabżet it-80 % tas-self sottostanti, l-ammont garantit ma jaqbiżx is-EUR 112 500 u t-tul tal-garanzija ma jaqbiżx l-għaxar snin. Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jużaw metodoloġija biex jikkalkulaw l-ekwivalenti tal-għotja gross tal-garanziji li jkunu ġew innotifikati lill-Kummissjoni bis-saħħa ta' Regolament ieħor tal-Kummissjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat applikabbli f'dak iż-żmien, li l-Kummissjoni tkun aċċettat ħala konformi mal-Avviż dwar il-Garanziji, jew skont kwalunkwe avviż suċċessiv, sakemm il-metodoloġija aċċettata tindirizza b'mod espliċitu t-tip ta' garanzija u t-tip ta' tranżazzjoni sottostanti trattati fil-kuntest tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Minħabba d-diffikultajiet biex jiġi kkalkulat l-ekwivalenti tal-għotja gross tal-għajnuna mogħtija lil impriżi li jistgħu ma jkunux f'pożizzjoni li jħallsu lura s-self, din ir-regola m'għandhiex tapplika għal dawk l-impriżi.

(20)

Meta skema ta' għajnuna de minimis tiġi implimentata permezz ta' intermedjarji finanzjarji, għandu jiġi żgurat li dawn tal-aħħar ma jirċievu l-ebda għajnuna mill-Istat. Dan jista' jiġi żgurat, pereżempju, billi l-intermedjarji finanzjarji li jibbenefikaw minn garanzija tal-Istat jintalbu jħallsu primjum konformi mas-suq jew jittrasferixxu kompletament kwalunkwe vantaġġ lill-benefiċjarji finali, jew billi jiġi rispettat il-limitu de minimis u kundizzjonijiet oħrajn ta' dan ir-Regolament anki fuq il-livell tal-intermedjarji.

(21)

Wara li ssir notifika minn Stat Membru, il-Kummissjoni tista' teżamina jekk miżura li ma tikkonsistix f'għotja, self, garanzija, injezzjoni ta' kapital jew miżuri ta' finanzjament ta' riskju twassalx għal forma ta' investiment ta' ekwità jew kważi ekwità li ma jaqbiżx il-limitu de minimis u tista' għalhekk tkun koperta fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

(22)

Il-Kummissjoni għandha d-dmir li tiżgura li jinżammu r-regoli ta' għajnuna mill-Istat, u b'konformità mal-prinċipju ta' kooperazzjoni li jinsab fl-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw it-twettiq ta' dan il-kompitu billi jistabbilixxu l-għodod meħtieġa sabiex jiżguraw li l-ammont totali tal-għajnuna de minimis mogħtija lil impriża waħda skont ir-regola de minimis ma jaqbiżx il-limitu massimu kumplessiv permissibbli. Għal dak l-għan, meta l-Istati Membri jagħtu għajnuna de minimis, għandhom jinfurmaw lill-intrapriża kkonċernata bl-ammont tal-għajnuna de minimis mogħtija u l-karattru de minimis tagħha u għandhom jagħmlu referenza espliċita għal dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jintalbu jimmonitorjaw l-għajnuna mogħtija biex jiżguraw li l-limiti massimi rilevanti ma jinqabżux u li r-regoli ta' kumulazzjoni jiġu rrispettati. Sabiex jikkonforma ma' dak l-obbligu, qabel l-għoti ta' għajnuna bħal din, l-Istat Membru kkonċernat għandu jikseb dikjarazzjoni mingħand l-impriża dwar għajnuna de minimis oħra koperta minn dan ir-Regolament jew minn regolamenti de minimis oħra li din tkun irċeviet matul is-sena fiskali kkonċernata u s-sentejn fiskali ta' qabel. Inkella, għandu jkun possibbli għall-Istati Membri li jistabbilixxu reġistru ċentrali b'informazzjoni kompluta dwar l-għajnuna de minimis mogħtija u li jiċċekkjaw li kull għoti ġdid ta' għajnuna ma jaqbiżx il-limitu massimu rilevanti.

(23)

Qabel ma jagħti kwalunkwe għajnuna de minimis ġdida, kull Stat Membru għandu jivverifika li la l-limitu massimu de minimis u lanqas il-limitu nazzjonali ma jinqabeż f'dak l-Istat Membru mill-għajnuna de minimis il-ġdida, u li l-kundizzjonijiet l-oħra ta' dan ir-Regolament jitħarsu.

(24)

Wara li tiġi kkunsidrata l-esperjenza tal-Kummissjoni u b'mod partikolari l-frekwenza li biha ġeneralment ikun meħtieġ li tiġi riveduta l-politika tal-għajnuna mill-Istat, il-perjodu ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandu jkun limitat. Jekk dan ir-Regolament jiskadi mingħajr ma jkun ġie estiż, l-Istati Membri għandu jkollhom perjodu ta' aġġustament ta' sitt xhur f'dak li għandu x'jaqsam mal-għajnuna de minimis koperta minn dan ir-Regolament.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Kamp ta' applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament japplika għall-għajnuna mogħtija lill-impriżi fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura, bl-eċċezzjoni ta' dan li ġej:

(a)

għajnuna li l-ammont tagħha jkun iffissat abbażi tal-prezz jew tal-kwantità tal-prodotti mixtrija jew imqiegħda fis-suq;

(b)

għajnuna għal attivitajiet relatati mal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi jew Stati Membri, jiġifieri għajnuna marbuta direttament mal-kwantitajiet esportati, mat-twaqqif u t-tħaddim ta' netwerk ta' distribuzzjoni jew ma' nefqa oħra kurrenti marbuta mal-attività tal-esportazzjoni;

(c)

għajnuna li tiddependi mill-użu ta' prodotti domestiċi minflok l-użu ta' dawk importati;

(d)

għajnuna għax-xiri ta' bastimenti tas-sajd;

(e)

għajnuna għall-immodernizzar jew is-sostituzzjoni tal-magna prinċipali jew anċillari tal-bastimenti tas-sajd;

(f)

għajnuna għal operazzjonijiet li jżidu l-kapaċità għas-sajd ta' bastiment jew għal tagħmir li jżid il-kapaċità ta' bastiment li jsib il-ħut;

(g)

għajnuna għall-bini ta' bastimenti ġodda tas-sajd jew għall-importazzjoni ta' bastimenti tas-sajd;

(h)

għajnuna għall-waqfien temporanju jew permanenti tal-attivitajiet tas-sajd sakemm ma jkunx stabbilit b'mod speċifiku fir-Regolament (UE) Nru 508/2014;

(i)

għajnuna għas-sajd esploratorju;

(j)

għajnuna għat-trasferiment tas-sjieda ta' negozju;

(k)

għajnuna għar-ripopolazzjoni diretta, sakemm ma tiġix stipulata b'mod espliċitu bħala miżura ta' konservazzjoni b'att legali tal-Unjoni jew fil-każ ta' ripopolazzjoni sperimentali.

2.   Fejn impriża tkun attiva fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura u tkun attiva wkoll f'wieħed jew f'aktar mis-setturi jew ikollha attivitajiet oħra li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1407/2013, dak ir-Regolament għandu japplika għall-għajnuna mogħtija fir-rigward ta' dawn is-setturi jew l-attivitajiet tal-aħħar, dejjem jekk l-Istat Membru kkonċernat jiżgura, b'mezzi xierqa bħas-separazzjoni tal-attivitajiet jew id-distinzjoni tal-ispejjeż, li l-attivitajiet fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura ma jibbenefikawx mill-għajnuna de minimis mogħtija skont dak ir-Regolament.

3.   Meta impriża tkun attiva fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura kif ukoll fil-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1408/2013 (18), dan ir-Regolament għandu japplika għall-għajnuna mogħtija fir-rigward tas-settur imsemmi qabel, dejjem jekk l-Istat Membru kkonċernat jiżgura, b'mezzi xierqa bħas-separazzjoni tal-attivitajiet jew id-distinzjoni tal-ispejjeż, li l-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli ma tibbenefikax mill-għajnuna de minimis mogħtija skont dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

1.   Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“impriżi fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura” tfisser impriżi attivi fil-produzzjoni, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura;

(b)

“prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura” tfisser il-prodotti definiti fl-Artikolu 5(a) u (b) tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013;

(c)

“ipproċessar u kummerċjalizzazzjoni” tfisser l-operazzjonijiet kollha, li jinkludu t-tqandil, it-trattament, il-produzzjoni u d-distribuzzjoni li jsiru bejn il-ħin li fih jasal l-art il-prodott jew jinħasad u l-istadju finali.

2.    “Impriża waħda” tinkludi, għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament, l-intrapriżi kollha li jkollhom bejniethom mill-inqas waħda mir-relazzjonijiet li ġejjin:

(a)

intrapriża waħda jkollha l-maġġoranza tad-drittijiet tal-vot tal-azzjonisti jew tal-membri f'intrapriża oħra;

(b)

intrapriża waħda li jkollha d-dritt li taħtar jew li tneħħi l-maġġoranza tal-membri tal-korp amministrattiv, ta' ġestjoni jew regolatorju ta' intrapriża oħra;

(c)

intrapriża waħda li jkollha d-dritt teżerċita influwenza dominanti fuq intrapriża oħra skont kuntratt li tkun daħlet fih flimkien ma' dik l-intrapriża jew skont dispożizzjoni fil-memorandum jew l-artikoli ta' assoċċjazzjoni tagħha;

(d)

intrapriża waħda, li tkun azzjonista f'intrapriża oħra jew membru tagħha, tikkontrolla waħedha, skont ftehim ma' azzjonisti oħra f'dik l-intrapriża jew ma' membri tagħha, il-maġġoranza tad-drittijiet tal-vot tal-azzjonisti jew tal-membri f'dik l-intrapriża.

L-intrapriżi li jkollhom waħda mir-relazzjonijiet imsemmija fil-punti (a) sa (d) tal-ewwel subparagrafu permezz ta' intrapriża waħda jew aktar, għandhom ukoll jitqiesu bħala impriża waħda.

Artikolu 3

Għajnuna de minimis

1.   Il-miżuri ta' għajnuna jitqiesu bħala li ma jissodisfawx il-kriterji tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat u għaldaqstant għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, jekk jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati f'dan ir-Regolament.

2.   L-ammont totali ta' għajnuna de minimis mogħtija għal kull Stat Membru lil impriża waħda fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura ma għandux jaqbeż EUR 30 000 tul kwalunkwe perjodu ta' tliet snin fiskali.

3.   L-ammont kumulattiv ta' għajnuna de minimis mogħti għal kull Stat Membru lil impriżi fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura fuq kwalunkwe perjodu ta' tliet snin fiskali, ma għandux jaqbeż il-limitu massimu stipulat fl-Anness.

4.   L-għajnuna de minimis għandha titqies li tkun ingħatat fil-mument li d-dritt legali biex tingħata l-għajnuna jkun konċess lill-impriża skont is-sistema legali nazzjonali applikabbli irrispettivament mid-data tal-pagament tal-għajnuna de minimis lill-impriża.

5.   Il-limitu massimu stabbilit fil-paragrafu 2 u l-limitu nazzjonali msemmi fil-paragrafu 3 għandhom japplikaw irrispettivament mill-għamla ta' għajnuna de minimis jew mill-objettiv segwit u irrispettivament minn jekk l-għajnuna mogħtija mill-Istat Membru hijiex iffinanzjata kompletament jew parzjalment minn riżorsi li joriġinaw fl-Unjoni. Il-perjodu ta' tliet snin fiskali għandu jiġi ddeterminat b'referenza għas-snin fiskali użati mill-impriża fl-Istat Membru kkonċernat.

6.   Għall-finijiet tal-limitu massimu stabbilit fil-paragrafu 2 u l-limitu nazzjonali msemmi fil-paragrafu 3, l-għajnuna għandha tkun espressa bħala għotja ta' flus kontanti. Iċ-ċifri kollha użati għandhom ikunu grossi, jiġifieri, qabel kwalunkwe tnaqqis ta' taxxa jew ta' xi tariffi oħra. Fejn għajnuna tingħata f'forma oħra differenti minn għotja, l-ammont ta' għajnuna għandu jkun l-ekwivalenti tal-għotja gross tal-għajnuna.

Għajnuna pagabbli f'għadd ta' pagamenti għandha tiġi skontata għall-valur tagħha fil-mument li tingħata. Ir-rata tal-interessi li tintuża għal skopijiet ta' skont għandha tkun ir-rata ta' referenza applikabbli fil-mument tal-għotja.

7.   Meta l-limitu massimu stabbilit fil-paragrafu 2 jew il-limitu nazzjonali msemmi fil-paragrafu 3, jinqabeż bl-għotja ta' għajnuna de minimis ġdida, dik l-għotja l-ġdida ma tkunx tista' tibbenefika minn dan ir-Regolament.

8.   Fil-każ ta' fużjonijiet jew akkwisti, l-għajnuna de minimis kollha mogħtija qabel lil kwalunkwe waħda mill-impriżi għaddejjin minn fużjoni, għandha titqies biex jiġi ddeterminat jekk kwalunkwe għajnuna de minimis ġdida lill-impriża l-ġdida jew lill-impriża li takkwista taqbiżx il-limitu massimu jew il-limitu nazzjonali. Għajnuna de minimis li tkun ingħatat legalment qabel il-fużjoni jew l-akkwist għandha tibqa' legali.

9.   Jekk impriża waħda tinqasam f'żewġ impriżi separati jew aktar, l-għajnuna de minimis mogħtija qabel il-qsim għandha tkun allokata lill-impriża li bbenefikat minnha, li fil-prinċipju hija l-impriża li tieħu ħsieb l-attivitajiet li għalihom intużat l-għajnuna de minimis. Jekk dik l-allokazzjoni ma tkunx possibbli, l-għajnuna de minimis għandha tiġi allokata proporzjonalment fuq il-bażi tal-valur skont il-valur kontabilistiku tal-kapital ta' ekwità tal-impriżi l-ġodda fid-data effettiva tal-qsim.

Artikolu 4

Kalkolu tal-ekwivalenti tal-għotja gross

1.   Dan ir-Regolament għandu japplika biss għall-għajnuna li għaliha huwa possibbli li tista' tiġi kkalkulata b'mod preċiż l-ekwivalenti tal-għotja gross tal-għajnuna ex ante mingħajr il-ħtieġa li titwettaq valutazzjoni tar-riskju (“għajnuna trasparenti”).

2.   Għajnuna inkluża f'għotjiet jew sussidji fuq ir-rata tal-interessi titqies bħala għajnuna de minimis trasparenti.

3.   L-għajnuna inkluża f'self titqies bħala għajnuna de minimis trasparenti jekk:

(a)

il-benefiċjarju ma jkunx suġġett għal proċeduri kollettivi ta' stralċ u lanqas ma jkun jissodisfa l-kriterji biex, skont il-liġi nazzjonali tiegħu, jinbdew kontrieh proċeduri kollettivi ta' stralċ fuq talba tal-kredituri tiegħu. Fil-każ ta' impriżi kbar, il-benefiċjarju jkun f'sitwazzjoni paragunabbli ma' klassifikazzjoni ta' kreditu ta' mill-inqas B-; jew

(b)

is-self ikun assigurat minn kollateral li jkopri mill-anqas 50 % tas-self u s-self jammonta jew għal EUR 150 000 fuq ħames snin jew għal EUR 75 000 fuq għaxar snin; jekk is-self jammonta għal inqas minn dawk l-ammonti u/jew jingħata għal perjodu ta' inqas minn ħames jew għaxar snin rispettivament, l-ekwivalenti tal-għotja gross ta' dak is-self għandu jiġi kkalkulat bħala proporzjon korrispondenti tal-limitu massimu stabbilit fl-Artikolu 3(2); jew

(c)

l-ekwivalenti tal-għotja gross ikun ġie kkalkulat fuq il-bażi tar-rata ta' referenza applikabbli fil-mument tal-għotja.

4.   L-għajnuna li tikkonsisti f'injezzjonijiet ta' kapital għandha titqies biss bħala għajnuna de minimis trasparenti jekk l-ammont totali ta' injezzjoni mill-fondi pubbliċi ma jaqbiżx il-limitu massimu de minimis stabbilit fl-Artikolu 3(2).

5.   L-għajnuna li tikkonsisti f'miżuri ta' finanzjament tar-riskju li tieħu l-għamla ta' investimenti ta' ekwità jew kważi ekwità għandha titqies biss bħala għajnuna de minimis trasparenti jekk il-kapital ipprovdut għal impriża waħda ma jaqbiżx il-limitu massimu de minimis stabbilit fl-Artikolu 3(2).

6.   L-għajnuna inkluża f'garanziji għandha titqies bħala għajnuna de minimis trasparenti jekk:

(a)

il-benefiċjarju ma jkunx suġġett għal proċeduri kollettivi ta' stralċ u lanqas ma jkun jissodisfa l-kriterji biex, skont il-liġi nazzjonali tiegħu, għaliex jinbdew kontrieh proċeduri kollettivi ta' stralċ fuq talba tal-kredituri tiegħu. Fil-każ ta' impriżi kbar, il-benefiċjarju jkun f'sitwazzjoni paragunabbli ma' klassifikazzjoni ta' kreditu ta' mill-inqas B-; u

(b)

il-garanzija ma taqbiżx 80 % tas-self sottostanti u jew l-ammont garantit ma jaqbiżx EUR 225 000 u t-tul tal-garanzija jkun ta' ħames snin jew l-ammont garantit ma jaqbiżx EUR 112 500 u t-tul tal-garanzija jkun ta' għaxar snin; jekk l-ammont garantit ikun inqas minn dawn l-ammonti u/jew il-garanzija tkun għal perjodu ta' inqas minn ħames jew għaxar snin rispettivament, l-ekwivalenti tal-għotja gross ta' dik il-garanzija għandu jiġi kkalkolat bħala proporzjon korrispondenti tal-limitu massimu stabbilit fl-Artikolu 3(2); jew

(c)

l-ekwivalenti tal-għotja gross ikun ġie kkalkulat fuq il-bażi ta' primjums eżentati stipulati f'avviż tal-Kummissjoni; jew

(d)

qabel l-implimentazzjoni,

(i)

il-metodoloġija użata biex jiġi kkalkolat l-ekwivalenti tal-għotja gross tal-garanzija tkun ġiet innotifikata lill-Kummissjoni skont Regolament ieħor tal-Kummissjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat applikabbli f'dak iż-żmien u aċċettata mill-Kummissjoni bħala konformi mal-Avviż ta' Garanzija, jew kull Avviż ulterjuri, u

(ii)

li dik il-metodoloġija tindirizza b'mod espliċitu t-tip ta' garanziji u t-tip ta' tranżazzjoni sottostanti trattati fil-kuntest tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

7.   L-għajnuna inkluża fi strumenti oħra għandha titqies bħala għajnuna de minimis trasparenti sakemm l-istrument jipprovdi għall-iffissar li jassigura li l-limitu rilevanti applikabbli ma jinqabiżx.

Artikolu 5

Akkumulazzjoni

1.   Meta impriża tkun attiva fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura u tkun attiva wkoll f'wieħed jew f'aktar mis-setturi jew ikollha attivitajiet oħra li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1407/2013, l-għajnuna de minimis mogħtija għall-attivitajiet fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura skont dan ir-Regolament tista' tiġi kkumulata mal-għajnuna de minimis mogħtija fir-rigward ta' dan is-settur jew dawn is-setturi tal-aħħar jew l-attivitajiet sal-limitu massimu rilevanti stabbilit fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (UE) Nru 1407/2013, dejjem jekk l-Istat Membru kkonċernat jiżgura, b'mezzi xierqa bħas-separazzjoni tal-attivitajiet jew id-distinzjoni tal-ispejjeż, li l-attivitajiet fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura ma jibbenefikawx mill-għajnuna de minimis mogħtija skont ir-Regolament (UE) Nru 1407/2013.

2.   Meta impriża tkun attiva fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura kif ukoll fil-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli, l-għajnuna de minimis mogħtija skont ir-Regolament (UE) Nru 1408/2013 tista' tiġi kkumulata mal-għajnuna de minimis fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura b'konformità ma' dan ir-Regolament sal-limitu massimu stabbilit f'dan ir-Regolament, dejjem jekk l-Istat Membru kkonċernat jiżgura b'mezzi xierqa bħas-separazzjoni tal-attivitajiet jew id-distinzjoni tal-ispejjeż, li l-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli ma tibbenefikax minn għajnuna de minimis mogħtija skont dan ir-Regolament.

3.   L-għajnuna de minimis ma għandhiex tiġi kkumulata mal-għajnuna tal-Istat fir-rigward tal-istess spejjeż eliġibbli jew mal-għajnuna tal-Istat għall-istess miżura ta' finanzjament tar-riskju, jekk din l-akkumulazzjoni tkun taqbeż l-ogħla intensità ta' għajnuna rilevanti jew l-ammont tal-għajnuna ffissat fiċ-ċirkustanzi speċifiċi ta' kull każ permezz ta' regolament għall-eżenzjoni ta' kategorija jew deċiżjoni adottata mill-Kummissjoni. L-għajnuna de minimis li ma tingħatax għal spejjeż eliġibbli speċifiċi jew li tkun attribwibbli għalihom tista' tiġi kumulata ma' għajnuna oħra mill-Istat mogħtija skont regolament ta' eżenzjoni ta' kategorija jew deċiżjoni adottata mill-Kummissjoni.

Artikolu 6

Monitoraġġ

1.   Meta Stat Membru jkollu l-intenzjoni li jagħti għajnuna de minimis skont dan ir-Regolament lil impriża, għandu jinforma lil dik l-impriża bil-miktub dwar l-ammont tal-għajnuna espressa bħala għotja grossa ekwivalenti u dwar in-natura de minimis tagħha, billi ssir referenza diretta għal dan ir-Regolament, u billi jiġi kkwotat it-titolu tiegħu u r-referenza ta' pubblikazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Meta l-għajnuna de minimis tingħata skont dan ir-Regolament lil impriżi differenti fuq il-bażi ta' skema u ammonti differenti ta' għajnuna individwali jingħataw lil dawk l-impriżi skont dik l-iskema, l-Istat Membru kkonċernat jista' jagħżel li jissodisfa dak l-obbligu billi jinforma lill-impriżi dwar is-somma fissa li tikkorrispondi mal-ammont massimu ta' għajnuna li tkun se tingħata taħt dik l-iskema. F'tali każ, l-ammont fiss għandu jintuża biex jiġi ddeterminat jekk il-limitu stipulat fl-Artikolu 3(2) intlaħaqx, u jekk ikunx inqabeż il-limitu nazzjonali msemmi fl-Artikolu 3(3). Qabel jagħti l-għajnuna, l-Istat Membru għandu wkoll jikseb mingħand l-impriża konċernata dikjarazzjoni, bil-miktub jew f'forma elettronika, dwar kwalunkwe għajnuna de minimis oħra li tkun ingħatatilha skont dan ir-Regolament jew skont regolamenti de minimis oħrajn matul is-sentejn fiskali ta' qabel u fis-sena fiskali attwali.

2.   Meta Stat Membru jkun ħejja reġistru ċentrali ta' għajnuna de minimis li jkun fih informazzjoni sħiħa dwar l-għajnuna kollha de minimis mogħtija minn kwalunkwe awtorità fi ħdan dak l-Istat Membru, il-paragrafu 1 ma jibqax japplika aktar mill-mument li r-reġistru jkun ikopri perjodu ta' tliet snin fiskali.

3.   Stat Membru għandu jagħti l-għajnuna de minimis ġdida skont dan ir-Regolament biss wara li jkun ivverifika li dan ma jżidx l-ammont totali tal-għajnuna de minimis mogħtija lill-impriża kkonċernata għal livell ogħla mil-limitu massimu stabbilit fl-Artikolu 3(2) u mil-limitu nazzjonali msemmi fl-Artikolu 3(3) u li jkunu tħarsu l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti f'dan ir-Regolament.

4.   L-Istati Membri għandhom iżommu rekord tal-informazzjoni kollha, u għandhom jiġbru l-informazzjoni kollha dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Dawk id-dokumenti għandhom jinkludu l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jintwera li l-kundizzjonijiet ta' dan ir-Regolament ikunu ġew rispettati. Ir-rekords relatati ma' għajnuna de minimis individwali għandhom jinżammu għal perjodu ta' 10 snin fiskali mid-data li fiha tkun ingħatat l-għajnuna. Ir-rekords li jkollhom x'jaqsmu ma' skema ta' għajnuna de minimis se jinżammu għal perjodu ta' 10 snin fiskali mid-data li fiha tkun ingħatat l-aħħar għajnuna individwali bit-tali skema.

5.   Fuq talba bil-miktub, l-Istat Membru kkonċernat għandu jipprovdi lill-Kummissjoni, f'perjodu ta' 20 jum ta' xogħol jew f'perjodu itwal hekk kif jista' jiġi ffissat fit-talba, l-informazzjoni kollha li l-Kummissjoni tqis li hi meħtieġa biex tanalizza jekk il-kundizzjonijiet ta' dan ir-Regolament ikunux ġew imħarsa, u b'mod partikolari l-ammont totali tal-għajnuna de minimis skont it-tifsira ta' dan ir-Regolament jew skont regolamenti de minimis oħrajn li tkun irċeviet xi impriża.

Artikolu 7

Dispożizzjonijiet tranżitorji

1.   Dan ir-Regolament għandu japplika għall-għajnuna mogħtija qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu jekk l-għajnuna tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti f'dan ir-Regolament. Kwalunkwe għajnuna li ma tissodisfax dawk il-kundizzjonijiet tiġi evalwata mill-Kummissjoni skont l-oqfsa, il-linji gwida, il-komunikazzjonijiet u l-avviżi rilevanti.

2.   Kull għajnuna de minimis individwali li ngħatat bejn l-1 ta' Jannar 2005 u t-30 ta' Ġunju 2008, u li tissodisfa l-kundizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1860/2004 għandha titqies li ma tissodisfax il-kriterji kollha fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat u għalhekk għandha tiġi eżentata mir-rekwiżit ta' notifika fl-Artikolu 108(3) tat-Trattat.

3.   Kull għajnuna de minimis individwali mogħtija bejn il-31 ta' Lulju 2007 u t-30 ta' Ġunju 2014, li tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 875/2007, għandha titqies li ma tissodisfax il-kriterji kollha fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat u għandha għalhekk tkun eżentata mir-rekwiżit ta' notifika fl-Artikolu 108(3) tat-Trattat.

4.   Fl-aħħar tal-perjodu ta' validità ta' dan ir-Regolament, kwalunkwe skema ta' għajnuna de minimis li tissodisfa l-kundizzjonijiet ta' dan ir-Regolament tibqa' koperta minn dan ir-Regolament għal perjodu ulterjuri ta' sitt xhur.

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ u perjodu ta' applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2014.

Għandu japplika sal-31 ta' Diċembru 2020.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 142, 14.5.1998, p. 1.

(2)   ĠU C 92, 29.3.2014, p. 22.

(3)  Avviż tal-Kummissjoni dwar ir-regola de minimis għall-għajnuna mill-Istat (ĠU C 68, 6.3.1996, p. 9).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 69/2001 tat-12 ta' Jannar 2001 dwar it-tħaddim tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE dwar għajnuna de minimis (ĠU L 10, 13.1.2001, p. 30).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1998/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar it-tħaddim tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE dwar l-għajnuna de minimis (ĠU L 379, 28.12.2006, p. 5).

(6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 875/2007 tal-24 ta' Lulju 2007 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE rigward għajnuna de minimis fis-settur tas-sajd u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1860/2004 (ĠU L 193, 25.7.2007, p. 6).

(7)  Il-Kawża C-222/04 Ministero dell'Economia e delle Finanze v Cassa di Risparmio di Firenze SpA et al. [2006] Ġabra I-289.

(8)  Il-Kawża C-382/99 Il-Pajjiżi l-Baxxi v Il-Kummissjoni [2002] Ġabra I-5163.

(9)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 li tikkonċerna d-definizzjoni ta' intrapriżi mikro, żgħar u medji (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).

(10)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 tas-6 ta' Awwissu 2008 li jiddikjara ċerti kategoriji ta' għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni skont l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat (ĠU L 214, 9.8.2008, p. 3).

(11)  Ir-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 1).

(12)  Ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 (UE) u r-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, 20.5.2014, p. 1).

(13)  Il-Kawża C-456/00 Franza v Il-Kummissjoni [2002] Ġabra I-11949.

(14)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1407/2013 tat-18 ta' Diċembru 2013 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis (ĠU L 352, 24.12.2013, p. 1).

(15)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu li jistabbilixxi r-rati ta' referenza u ta' skont (ĠU C 14, 19.1.2008, p. 6).

(16)  Linji gwida Komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat għall-promozzjoni ta' investimenti tal-kapital għal riskju f'intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (ĠU C 194, 18.8.2006, p. 2).

(17)  Pereżempju, l-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' garanziji, (ĠU C 155, 20.6.2008, p. 10).

(18)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1408/2013 tat-18 ta' Diċembru 2013 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis fis-settur tal-agrikoltura (ĠU L 352, 24.12.2013, p. 9).


ANNESS

Limitu massimu nazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 3(3)

(EUR)

Stat Membru

Ammont kumulattiv massimu ta' għajnuna de minimis għal kull Stat Membru fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura

Il-Belġju

11 240 000

Il-Bulgarija

1 270 000

Ir-Repubblika Ċeka

3 020 000

Id-Danimarka

51 720 000

Il-Ġermanja

55 520 000

L-Estonja

3 930 000

L-Irlanda

20 820 000

Il-Greċja

27 270 000

Spanja

165 840 000

Franza

112 550 000

Il-Kroazja

6 260 000

L-Italja

96 310 000

Ċipru

1 090 000

Il-Latvja

4 450 000

Il-Litwanja

8 320 000

Il-Lussemburgu

0

L-Ungerija

975 000

Malta

2 500 000

Il-Pajjiżi l-Baxxi

22 960 000

L-Awstrija

1 510 000

Il-Polonja

41 330 000

Il-Portugall

29 200 000

Ir-Rumanija

2 460 000

Is-Slovenja

990 000

Is-Slovakkja

860 000

Il-Finlandja

7 450 000

L-Isvezja

18 860 000

Ir-Renju Unit

114 780 000


28.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 190/55


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 718/2014

tas-27 ta' Ġunju 2014

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 669/2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta' ċertu għalf u ikel ta' oriġini mhux mill-annimali

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 53(1) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (2), u partikolarment l-Artikoli 15(5) u 63(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 (3) jistipula regoli dwar iż-żieda fil-livell ta' kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjonijiet ta' ċertu għalf u ikel ta' oriġini mhux mill-annimali elenkati fl-Anness I tiegħu (“il-lista”), fil-punti ta' dħul fit-territorji msemmija fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

(2)

L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 jistipula li l-lista għandha tiġi riveduta fuq bażi regolari, u tal-anqas fuq bażi trimestrali, waqt li jitqiesu għall-anqas is-sorsi tal-informazzjoni msemmija f'dak l-Artikolu.

(3)

L-okkorrenza u r-rilevanza ta' inċidenti tal-ikel riċenti nnotifikati permezz tas-Sistema ta' Twissija Bikrija għall-Ikel u l-Għalf, is-sejbiet ta' awditi f'pajjiżi terzi mwettqa mill-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju, kif ukoll ir-rapporti trimestrali dwar kunsinni ta' għalf u ikel ta' oriġini mhux mill-annimali sottomessi mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 jindikaw li l-lista jeħtieġ li tiġi emendata.

(4)

Is-sorsi rilevanti ta' tagħrif jindikaw li b'mod partikolari, għal kunsinni ta' għeneb tal-mejda li joriġinaw mill-Perù u l-berquq imnixxef li joriġina mit-Turkija, tfaċċaw riskji ġodda li jeħtieġu l-introduzzjoni ta' livell miżjud ta' kontrolli uffiċjali. Għaldaqstant, l-entrati li jikkonċernaw dawn il-kunsinni għandhom jiġu inklużi fil-lista.

(5)

Barra minn hekk, il-lista trid tiġi emendata billi jitħassru l-entrati għall-prodotti bażiċi li għalihom l-informazzjoni disponibbli tindika livell globalment sodisfaċenti ta' konformità mar-rekwiżiti ta' sikurezza rilevanti previsti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u li għalhekk għalihom żieda fil-kontrolli uffiċjali ma tibqax ġustifikata. Fuq din il-bażi, l-entrata fil-lista għall-kari mill-Indja għandha titħassar.

(6)

Fl-aħħar nett, il-lista għandha tiġi emendata wkoll billi tiżdied il-frekwenza tal-kontrolli uffiċjali għall-prodotti bażiċi, li għalihom l-istess sorsi ta' informazzjoni juru livell ogħla ta' nuqqas ta' konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni, li jiġġustifika ż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali. L-entrata fil-lista dwar il-Brassica oleracea miċ-Ċina fl-elenku għandha għaldaqstant tiġi emendata kif xieraq.

(7)

Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza u ċ-ċarezza, jixraq li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 jinbidel.

(8)

L-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 jistipula perjodu transizzjonali ta' ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dak ir-Regolament li matulu r-rekwiżiti minimi għal Punti Deżinjati tad-Dħul (DPEs — Designated Points of Origin) jistgħu jiġu implimentati progressivament. Skont dan, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri għandu jkollhom il-fakultà waqt dan il-perjodu ta' tranżizzjoni li jwettqu l-kontrolli fiżiċi u l-kontrolli tal-identità f'punti tal-kontroll li mhumiex il-punt tad-dħul magħżul. F'dawk il-każijiet, dawn il-punti ta' kontroll iridu jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi għall-Punti Deżinjati tad-Dħul stabbiliti f'dak ir-Regolament. Dan il-perjodu ta' tranżizzjoni jiskadi fl-14 ta' Awwissu 2014.

(9)

Għadd ta' Stati Membri indikaw lill-Kummissjoni li dawn għadhom qed iħabbtu wiċċhom ma' diffikultajiet prattiċi fl-applikazzjoni tar-rekwiżiti minimi għall-Punti Deżinjati tad-Dħul. Barra minn hekk, reviżjoni tad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-Punti Deżinjati tad-Dħul u għall-kontrolli fuq il-fruntiera b'mod ġenerali għadha għaddejja bħalissa, wara l-adozzjoni mill-Kummissjoni ta' proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra (4). Dan jista' jwassal għal bidliet fir-rekwiżiti applikabbli għal kontrolli fuq il-fruntiera u l-Punti Deżinjati tad-Dħul b'mod ġenerali. Sakemm joħroġ ir-riżultat ta' din ir-reviżjoni, huwa xieraq li l-perjodu tranżizzjonali msemmi fl-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 jittawwal għal perjodu addizzjonali ta' ħames snin, sabiex jippermetti l-fluwidità tad-dħul fis-seħħ ta' kwalunkwe rekwiżit ġdid li jista' jirriżulta minn dik ir-reviżjoni.

(10)

Ir-Regolament (KE) Nru 669/2009 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(11)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 669/2009 huwa emendat kif ġej:

1.

Il-paragrafu 1 tal-Artikolu 19 jinbidel b'dan li ġej:

“1.   Għal perjodu ta' ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, jekk punt tad-dħul magħżul ma jkunx mgħammar bil-faċilitajiet meħtieġa biex isiru l-kontrolli fiżiċi u tal-identità, kif stipulat fl-Artikolu 8(1)(b), dawn il-kontrolli jistgħu jsiru f'punt ta' kontroll ieħor fl-istess Stat Membru, li jkun awtorizzat għal dan il-għan mill-awtorità kompetenti, qabel ma l-merkanzija tiġi ddikjarata għar-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni libera, sakemm dan il-punt ta' kontroll jissodisfa r-rekwiżiti minimi stipulati fl-Artikolu 4.”

2.

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 jinbidel bl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2014.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

(2)   ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 tal-24 ta' Lulju 2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell ta' kontrolli uffiċjali fuq l-importazzjonijiet ta' ċertu għalf u ikel ta' oriġini mhux mill-annimali u li jemenda d-Deċiżjoni 2006/504/KE (ĠU L 194, 25.7.2009, p. 11).

(4)  Proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, regoli dwar is-saħħa u l-benessri tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti, dwar il-materjal riproduttiv tal-pjanti, u dwar prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 1829/2003 u (KE) Nru 1831/2003, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005, ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 u (KE) Nru 1099/2009, ir-Regolamenti (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012 u (UE) Nru 6652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE u d-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Ir-Regolament dwar il-kontrolli uffiċjali)(COM(2013) 265 final).


ANNESS

“ANNESS I

Għalf u ikel mhux ta' oriġini mill-annimali soġġett għal żieda fil-livell ta' kontrolli uffiċjali fil-punt tad-dħul deżinjat

Għalf u ikel

(l-użu maħsub)

Kodiċi NM (1)

Suddiviżjoni TARIC

Pajjiż tal-oriġini

Riskju

Frekwenza ta' kontrolli fuq l-identità u kontrolli fiżiċi (%)

Għeneb imnixxef (frott tad-dielja)

(Ikel)

0806 20

 

l-Afganistan (AF)

Okratossin A

50

Karawett, fil-qoxra

1202 41 00

 

il-Brażil (BR)

Aflatossini

10

Karawett, bla qoxra,

1202 42 00

Butir tal-karawett

2008 11 10

Karawett, ippreparat jew ippreservat b'xi mod ieħor

2008 11 91 ;

2008 11 96 ;

2008 11 98

(Għalf u ikel)

 

Frawli (iffriżat)

(Ikel)

0811 10

 

iċ-Ċina (CN)

Norovajrus u epatite A

5

Brassica oleracea

(Brassica oħra li tittiekel, ‘Brokkoli Ċiniż’) (2)

(Ikel — frisk jew imkessaħ)

ex 0704 90 90

40

iċ-Ċina (CN)

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta' metodi multiresidue bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' residwi uniċi (3)

50

Pomelos

(Ikel — frisk)

ex 0805 40 00

31; 39

iċ-Ċina (CN)

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta' metodi multiresidue bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' residwi uniċi (4)

20

Te, sew jekk mogħti t-togħma sew jekk le

(Ikel)

0902

 

iċ-Ċina (CN)

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta' metodi multiresidue bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' residwi uniċi (5)

10

Brunġiel

0709 30 00 ;

ex 0710 80 95

72

ir-Repubblika Dominikana (DO)

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta' metodi multiresidue bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' residwi uniċi (6)

10

Bettieħ morr (Momordica charantia)

ex 0709 99 90 ;

ex 0710 80 95

70

70

(Ikel — ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat)

 

 

Fażola twila jarda

(Vigna unguiculata spp. sesquipedalis)

ex 0708 20 00 ;

ex 0710 22 00

10

10

ir-Repubblika Dominikana (DO)

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta' metodi multiresidue bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' residwi uniċi (6)

20

Bżar (ħelu u mhux) (Capsicum spp.)

0709 60 10 ;

ex 0709 60 99

20

(Ikel — ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat)

0710 80 51 ;

ex 0710 80 59

20

Larinġ (frisk jew imnixxef)

0805 10 20 ;

0805 10 80

 

l-Eġittu (EG)

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta' metodi multiresidue bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' residwi uniċi (7)

10

Frawli (frisk)

0810 10 00

(Ikel)

 

Bżar (ħelu u mhux) (Capsicum spp.)

(Ikel — frisk, imkessaħ jew iffriżat)

0709 60 10 ;

ex 0709 60 99 ;

20

l-Eġittu (EG)

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta' metodi multiresidue bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' residwi uniċi (8)

10

0710 80 51 ;

ex 0710 80 59

20

Weraq tal-betel (Piper betle L.)

(Ikel)

ex 1404 90 00

10

l-Indja (IN)

Salmonella (9)

10

Capsicum annuum, sħiħ

0904 21 10

 

l-Indja (IN)

Aflatossini

10

Capsicum annuum, imfarrak jew mitħun

ex 0904 22 00

10

Frott imnixxef tal-ġeneru Capsicum, sħiħ, minbarra bżar ħelu (Capsicum annuum)

0904 21 90

 

Noċemuskata

(Myristica fragrans)

0908 11 00 ;

0908 12 00

(Ikel — ħwawar imnixxfin)

 

Enzimi; enzimi ppreparati

(Għalf u ikel)

3507

 

l-Indja (IN)

Kloramfenikol

50

Noċemuskata

(Myristica fragrans)

0908 11 00 ;

0908 12 00

 

l-Indoneżja (ID)

Aflatossini

20

(Ikel — ħwawar imnixxfin)

 

Piżelli bil-miżwed (bil-qoxra)

ex 0708 10 00

40

il-Kenja (KE)

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta' metodi multiresidue bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' residwi uniċi (10)

10

Fażola bil-miżwed (bil-qoxra)

ex 0708 20 00

40

(Ikel — frisk jew imkessaħ)

 

 

Nagħniegħ

(Ikel — ħaxixa aromatika friska jew imkessħa)

ex 1211 90 86

30

il-Marokk (MA)

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta' metodi multiresidue bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' residwi uniċi (11)

10

Fażola mnixxfa

(Ikel)

0713 39 00

 

in-Niġerja (NG)

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta' metodi multiresidue bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' residwi uniċi (12)

50

Għeneb tal-mejda

(Ikel — frisk)

0806 10 10

 

il-Perù (PE)

Residwi tal-pestiċidi (13)

10

Dulliegħ (Egusi, Citrullus lanatus) żrieragħ u prodotti derivati

ex 1207 70 00 ;

ex 1106 30 90 ;

ex 2008 99 99

10

30

50

Sjerra Leone (SL)

Aflatossini

50

(Ikel)

 

 

Karawett, fil-qoxra

1202 41 00

 

is-Sudan (SD)

Aflatossini

50

Karawett, bla qoxra,

1202 42 00

Butir tal-karawett

2008 11 10

Karawett, ippreparat jew ippreservat b'xi mod ieħor

2008 11 91 ;

2008 11 96 ;

2008 11 98

(Għalf u ikel)

 

 

Bżar (mhux ħelu)(Capsicum spp.)

(Ikel — frisk jew imkessaħ)

ex 0709 60 99

20

it-Tajlandja (TH)

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta' metodi multiresidue bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' residwi uniċi (14)

10

Weraq tal-betel (Piper betle L.)

(Ikel)

ex 1404 90 00

10

it-Tajlandja (TH)

Salmonella (9)

10

Weraq tal-kosbor

ex 0709 99 90

72

it-Tajlandja (TH)

Salmonella (9)

10

Ħabaq (sagru, ħelu)

ex 1211 90 86

20

Nagħniegħ

ex 1211 90 86

30

(Ikel — ħxejjex aromatiċi friski jew imkessħa)

 

 

Weraq tal-kosbor

ex 0709 99 90

72

it-Tajlandja (TH)

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta' metodi multiresidue bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' residwi uniċi (15)

10

Ħabaq (sagru, ħelu)

ex 1211 90 86

20

(Ikel — ħxejjex aromatiċi friski jew imkessħa)

 

 

Fażola twila jarda

(Vigna unguiculata spp. sesquipedalis)

ex 0708 20 00 ;

ex 0710 22 00

10

10

it-Tajlandja (TH)

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta' metodi multiresidue bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' residwi uniċi (15)

20

Brunġiel

0709 30 00 ;

ex 0710 80 95

72

(Ikel — ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat)

 

 

Berquq imnixxef

(Ikel)

0813 10 00

 

it-Turkija (TR)

Sulfiti (16)

10

Bżar Ħelu (Capsicum annuum)

0709 60 10 ;

0710 80 51

 

it-Turkija (TR)

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta' metodi multiresidue bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' residwi uniċi (17)

10

(Ikel — ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat)

 

Weraq tad-dielja

(Ikel)

ex 2008 99 99

11; 19

it-Turkija (TR)

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta' metodi multiresidue bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' residwi uniċi (18)

10

Għeneb imnixxef (frott tad-dielja)

(Ikel)

0806 20

 

l-Uzbekistan (UZ)

Okratossin A

50

Weraq tal-kosbor

ex 0709 99 90

72

il-Vjetnam (VN)

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta' metodi multiresidue bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' residwi uniċi (19)

20

Ħabaq (sagru, ħelu)

ex 1211 90 86

20

Nagħniegħ

ex 1211 90 86

30

Tursin

ex 0709 99 90

40

(Ikel — ħxejjex aromatiċi friski jew imkessħa)

 

 

Okra

ex 0709 99 90

20

il-Vjetnam (VN)

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta' metodi multiresidue bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' residwi uniċi (19)

20

Bżar (mhux ħelu)(Capsicum spp.)

ex 0709 60 99

20

(Ikel — frisk jew imkessaħ)

 

 


(1)  Fejn ikun meħtieġ li jiġu eżaminati biss ċerti prodotti skont kull kodiċi NM u ma tkun teżisti l-ebda suddiviżjoni speċifika skont dak il-kodiċi, il-kodiċi NM jiġi mmarkat ‘ex’.

(2)  Speċijiet ta' Brassica oleracea L. convar. Botrytis (L) Alef var.Italica Plenck, cultivar alboglabra. Magħrufa wkoll bħala ‘Kai Lan’, ‘Gai Lan’, ‘Gailan’, ‘Kailan’, ‘Chinese bare Jielan’.

(3)  B'mod partikolari r-residwi ta': Klorfenapir, Fipronil (is-somma ta' fipronil + metabolit tas-sulfan (MB46136) espressa bħala fipronil), Karbendażim u benomil (is-somma ta' benomil u karbendażim espressa bħala karbendażim), Aċetamiprid, Dimetomorf u Propikonażol.

(4)  B'mod partikolari r-residwi ta': Triażofos, Triadimefon u Triadimenol (is-somma ta' triadimefon u triadimenol), Paratijon-metil (is-somma ta' Paratijon-metil u paraosson-metil espressa bħala Paratijon-metil), Fentoat, Metidatijon.

(5)  B'mod partikolari r-residwi ta': Buprofeżin; Imidakloprid; Fenvalerat u Esfenvalerat (Is-somma ta' isomeri RS u SR); Profenofos; Trifluralin; Triażofos; Triadimefon u Triadimenol (is-somma ta' triadimefon u triadimenol), Ċipermetrina (ċipermetrina li tinkludi taħlitiet oħra ta' isomeri kostitwenti (is-somma ta' isomeri)).

(6)  B'mod partikolari r-residwi ta': Amitraż (amitraż inklużi l-metaboliti li fihom il-grupp 2,4 -dimetilanilina espressa bħala amitraż), Aċefat, Aldikarb (is-somma ta' aldikarb, is-sulfossidu tiegħu u s-sulfon tiegħu, espressa bħala aldikarb), Karbendażim u benomil (is-somma ta' benomil u karbendażim espressa bħala karbendażim), Klorfenapir, Klorpirifos, Ditijokarbamati (ditijokarbamati espress bħala CS2, inklużi maneb, mankożeb, metiram, propineb, tiram u żiram), Diafentijuron, Diażinon, Diklorvos, Dikofol (is-somma tal-isomeri p, p′ u o,p′), Dimetoat (is-somma ta' dimetoat u ometoat espressa bħala dimetoat), Endosulfan (is-somma ta' isomeri alfa u beta u endosulfan-sulfat espressa bħala endosulfan), Fenamidon, Imidakloprid, Malatijon (is-somma ta' malatijon u malaosson espressa bħala malatijon), Metamidofos, Metijokarb (is-somma ta' metijokarb u sulfossidu tal-metijokarb u sulfon, espressa bħala metijokarb), Metomil u Tijodikarb (is-somma ta' metomil u tijodikarb espressa bħala metomil), Monokrotofos, Ossamil, Profenofos, Propikonażol, Tijabendażol, Tijakloprid.

(7)  B'mod partikolari r-residwi ta': Karbendażim u benomil (is-somma ta' benomil u karbendażim espressa bħala karbendażim), Ċiflutrin (ċiflutrin inklużi taħlitiet oħra ta' isomeri kostitwenti (is-somma ta' isomeri)) Ċiprodinil, Diażinon, Dimetoat (is-somma ta' dimetoat u ometoat espressa bħala dimetoat), Etijon, Fenitrotijon, Fenpropatrina, Fludjossonil, Eżaflumuron, Lambda-ċjalotrina, Metijokarb (is-somma ta' metijokarb u sulfossidu tal-metijokarb u sulfon, espress bħala metijokarb), Metomil u Tijodikarb (is-somma ta' metomil u tijodikarb espressa bħala metomil), Ossamil, Pentoat, Tijofanat-metil.

(8)  B'mod partikolari r-residwi ta': Karbofuran (is-somma ta' karbofuran u 3-idrossi-karbofuran espressa bħala karbofuran), Klorpirifos, Ċipermetrina (ċipermetrina inklużi taħlitiet ta' isomeri kostitwenti (is-somma ta' isomeri)), Ċiprokonażol, Dikofol (is-somma ta' isomeri p, p′ u o,p′), Difenokonażol, Dinotefuran, Etijon, Flusilażol, Folpet, Prokloraż (is-somma ta' prokloraż u l-metaboliti tiegħu li fihom il-grupp 2,4,6-Triklorofenol espressa bħala prokloraż), Profenofos, Propikonażol, Tijofanat-metil u Triforina.

(9)  Il-metodu ta' referenza EN/ISO 6579 jew metodu validat meta mqabbel miegħu, kif imsemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 (ĠU L 338, 22.12.2005, p. 1).

(10)  B'mod partikolari r-residwi ta': Dimetoat (is-somma ta' dimetoat u ometoat espressa bħala dimetoat), Klorpirifos, Aċefat, Metamidofos, Metomil u Tijodikarb (is-somma ta' metomil u tijodikarb espressa bħala metomil), Diafentjuron, Indossakarb bħala somma tal-isomeri S u R.

(11)  B'mod partikolari r-residwi ta': Klorpirifos, Ċipermetrina- (ċipermetrina- inklużi taħlitiet oħra ta' isomeri kostitwenti (is-somma ta' isomeri)), Dimetoat (is-somma ta' dimetoat u ometoat espressa bħala dimetoat), Endosulfan (is-somma ta' isomeri alfa u beta u endosulfan-sulfat espressa bħala endosulfan), Eżakonażol, Paratijon-metil (is-somma ta' Paratijon-metil u paraosson-metil espressa bħala Paratijon-metil), Metomil u Tijodikarb (is-somma ta' metomil u tijodikarb espressa bħala metomil), Flutrijafol, Karbendażim u benomil (is-somma ta' benomil u karbendażim espressa bħala karbendażim), Flubendijammid, Miklobutanil, Malatijon (is-somma ta' malatijon u malaosson espressa bħala malatijon).

(12)  B'mod partikolari r-residwi ta' Diklorvos.

(13)  B'mod partikolari, r-residwi ta' Dinikonażol, Etefon u Metomil u Tijodikarb (is-somma ta' metomil u tijodikarb espressa bħala metomil).

(14)  B'mod partikolari r-residwi ta': Karbofuran (is-somma ta' karbofuran u 3-idrossi-karbofuran espressa bħala karbofuran), Metomil u Tijodikarb (is-somma ta' metomil u tijodikarb espressa bħala metomil), Dimetoat (is-somma ta' dimetoat u ometoat espressa bħala dimetoat), Triażofos, Malatijon (is-somma ta' malatijon u malaosson espressa bħala malatijon), Profenofos, Protijofos, Etijon, Karbendażim u benomil (is-somma ta' benomil u karbendażim espressa bħala karbendażim), Triforina, Proċimidon, Formetanat: Is-somma ta' formetanat u l-imluħ tiegħu espressa bħala formetanat(kloridrat).

(15)  B'mod partikolari r-residwi ta': Aċefat, Karbaril, Karbendażim u benomil (is-somma ta' benomil u karbendażim espressa bħala karbendażim), Karbofuran (is-somma ta' karbofuran u 3-idrossi-karbofuran espressa bħala karbofuran), Klorpirifos, Klorpirifos-metil, Dimetoat (is-somma ta' dimetoat u ometoat espressa bħala dimetoat), Etijon, Malatijon (is-somma ta' malatijon u malaosson espressa bħala malatijon), Metalassil u metalassil-M (metalassil inklużi taħlitiet oħra ta' isomeri kostitwenti inkluż il-metalassil-M (is-somma ta' isomeri)), Metamidofos, Metomil u Tijodikarb (is-somma ta' metomil u tijodikarb espressa bħala metomil), Monokrotofos, Profenofos, Protijofos, Kwinalfos, Triadimefon u Triadimenol (is-somma ta' triadimefon u triadimenol) Triażofos, Dikrotofos, EPN, Triforina.

(16)  Metodi ta' referenza: EN 1988-1:1998, EN 1988-2:1998 or ISO 5522:1981.

(17)  B'mod partikolari r-residwi ta': Metomil u Tijodikarb (is-somma ta' metomil u tijodikarb espressa bħala metomil), Ossamil, Karbendażim u benomil (is-somma ta' benomil u karbendażim espressa bħala karbendażim), Klofenteżin, Diafentjuron, Dimetoat (is-somma ta' dimetoat u ometoat espressa bħala dimetoat), Formetanat: Is-somma ta' formetanat u l-imluħ tiegħu espressa bħala formetanat (kloridrat), Malatijon (is-somma ta' malatijon u malaosson espressa bħala malatijon), Proċimidon, Tetradifon, Tijofanat-metil.

(18)  B'mod partikolari r-residwi ta': Ażossistrobin, Boskalid, Klorpirifos, Ditijokarbamati (ditijokarbamati espressi bħala CS2, inklużi maneb, mankożeb, metiram, propineb, tiram u żiram), Endosulfan (is-somma ta' isomeri alfa- u beta- u endosulfan-sulfat espressa bħala endosulfan), Kresoksim-metil, Lambda-ċjalotrina, Metalassil u metalassil-M (metalassil li jinkludi taħlitiet oħra ta' isomeri kostitwenti li jinkludu l-metalassil-M (is-somma ta' isomeri)), Metossifenożid, Metrafenonu, Miklobutanil, Penkonażol, Piraklostrobin, Pirimetanil, Triadimefon u Triadimenol (is-somma ta' triadimefon u triadimenol), Triflossistrobin.

(19)  B'mod partikolari r-residwi ta': Karbofuran (is-somma ta' karbofuran u 3-idrossi-karbofuran espressa bħala karbofuran), Karbendażim u benomil (is-somma ta' benomil u karbendażim espressa bħala karbendażim), Klorpirifos, Profenofos, Permetrina (is-somma ta' isomeri), Eżakonażol, Difenokonażol, Propikonażol, Fipronil (is-somma ta' fipronil + metabolita tas-sulfon (MB46136) espressa bħala fipronil), Propargit, Flusilażol, Fentoat, Ċipermetrina (ċipermetrina inklużi taħlitiet oħra ta' isomeri kostitwenti (is-somma ta' isomeri)), Metomil u Tijodikarb (is-somma ta' metomil u tijodikarb espressa bħala metomil), Kwinalfos, Penċikuron, Metidatijon, Dimetoat (is-somma ta' dimetoat u ometoat espressa bħala dimetoat), Fenbukonażol.”


28.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 190/63


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 719/2014

tas-27 ta’ Ġunju 2014

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Ġunju 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 KG)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MK

66,2

TR

54,6

ZZ

60,4

0707 00 05

MK

32,3

TR

74,4

ZZ

53,4

0709 93 10

TR

108,4

ZZ

108,4

0805 50 10

AR

114,3

BO

130,6

TR

125,4

ZA

112,8

ZZ

120,8

0808 10 80

AR

105,8

BR

86,3

CL

103,9

NZ

132,3

US

146,5

ZA

127,4

ZZ

117,0

0809 10 00

TR

220,7

ZZ

220,7

0809 29 00

TR

301,6

ZZ

301,6


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


28.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 190/65


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 720/2014

tas-27 ta' Ġunju 2014

dwar l-allokazzjoni ta' drittijiet tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa għall-perjodu mill-1 ta' Lulju 2014 sat-30 ta' Ġunju 2015 fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 431/2008 għaċ-ċanga ffriżata

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 188(1) u (3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 431/2008 (2) fetaħ kwota tariffarja għall-importazzjoni ta' prodotti fis-settur tal-laħam tal-majjal.

(2)

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għall-perjodu mill-1 ta' Lulju 2014 sat-30 ta' Ġunju 2015 jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli. Jeħtieġ għalhekk jiġi determinat kif jistgħu jiġu allokati d-drittijiet tal-importazzjoni, billi jiġi ffissat il-koefiċċjent tal-allokazzjoni biex jiġi applikati għall-kwantijiet mitluba, skont l-Artikolu 6(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (3) flimkien mal-Artikolu 7(2) ta' dan ir-Regolament.

(3)

Sabiex tkun żgurata ġestjoni effettiva tal-proċedura tal-għoti tad-drittijiet tal-importazzjoni, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament wara l-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni relatati mal-kwota tariffarja bin-numru tas-serje 09.4003 u mressqa għall-perjodu mill-1 ta' Lulju 2014 sat-30 ta' Ġunju 2015 skont ir-Regolament (KE) Nru 431/2008 għandhom jingħataw b'koeffiċjent ta' allokazzjoni ta' 27,09851 %.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-28 ta' Ġunju 2014.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 431/2008 tad-19 ta' Mejju 2008 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwota tariffarja tal-importazzjoni ta' laħam iffriżat tal-annimali bovini koperti mill-kodiċi NM 0202 u prodotti koperti mill-kodiċi NM 0206 29 91 (ĠU L 130 tal-20.5.2008, p. 3).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b'sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13).


DEĊIŻJONIJIET

28.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 190/66


Deċiżjoni tal-Kunsill

tal-20 ta' Ġunju 2014

li tirrevoka d-Deċiżjoni 2010/282/UE dwar l-eżistenza ta' defiċit eċċessiv fl-Awstrija

(2014/404/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 126(12) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fit-2 ta' Diċembru 2009, fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, il-Kunsill iddeċieda, permezz tad-Deċiżjoni 2010/282/UE (1), li fl-Awstrija kien jeżisti defiċit eċċessiv. Il-Kunsill innota li d-defiċit tal-amministrazzjoni pubblika ppjanat għall-2009 kien ta' 3,9 % tal-PDG, u għalhekk iktar mill-valur ta' referenza ta' 3 % tal-PDG skont it-Trattat, filwaqt li d-dejn pubbliku gross kien ippjanat li jilħaq it-68,2 % tal-PDG fl-2009, u b'hekk iktar mill-valur ta' referenza ta' 60 % tal-PDG skont it-Trattat. Id-defiċit u d-dejn tal-amministrazzjoni pubblika għall-2009 ġew irreveduti sussegwentement għal 5,5 % u 116,4 % tal-PDG rispettivament.

(2)

Fit-2 ta' Diċembru 2009, skont l-Artikolu 126(7) tat-Trattat u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 (2), il-Kunsill, abbażi ta' rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, bagħat Rakkomandazzjoni lill-Awstrija bil-għan li s-sitwazzjoni tad-defiċit eċċessiv tinġieb fi tmiemha sa mhux aktar tard mill-2013. Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill ġiet ippubblikata.

(3)

Skont l-Artikolu 4 tal-Protokoll dwar il-proċedura ta' defiċit eċċessiv anness mat-Trattati, il-Kummissjoni tipprovdi d-dejta għall-implimentazzjoni ta' din il-proċedura. Bħala parti mill-applikazzjoni ta' dan il-Protokoll, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw dejta dwar id-defiċit u d-dejn tal-gvern tagħhom kif ukoll dwar varjabbli assoċjati oħra darbtejn fis-sena, jiġifieri qabel l-1 ta' April u qabel l-1 ta' Ottubru, skont Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2009 (3).

(4)

Meta jiġi biex jikkunsidra jekk deċiżjoni dwar l-eżistenza ta' defiċit eċċessiv għandhiex tiġi revokata, il-Kunsill għandu jieħu deċiżjoni abbażi tad-dejta notifikata. Barra minn hekk, deċiżjoni dwar l-eżistenza ta' defiċit eċċessiv għandha titħassar biss jekk it-tbassir tal-Kummissjoni jindika li d-defiċit ma jkunx se jaqbeż il-livell ta' 3 % tal-PDG skont it-Trattat tul il-perjodu ta' tbassir (4).

(5)

Abbażi tad-dejta pprovduta mill-Kummissjoni (Eurostat) skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 479/2009, wara n-notifika mill-Awstrija f'April 2014, u abbażi tal-Programm ta' Stabbiltà għall-2014-18 u t-tbassir tar-rebbiegħa tal-2014 tas-servizzi tal-Kummissjoni, il-konklużjonijiet li ġejjin huma ġġustifikati:

Wara li laħaq l-ogħla livell tiegħu, jiġifieri 4,5 % tal-PDG fl-2010, id-defiċit tal-amministrazzjoni pubblika tal-Awstrija niżel għal 2,5 % taħt il-valur ta' referenza ta' 3 % tal-PDG skont it-Trattat diġà fl-2011. Dan it-titjib, imqabbel mar-riżultat fiskali ppjanat inizjalment, kien parzjalment marbut mar-rikonoxximent ta' miżuri ta' nfiq tal-gvern għar-rikapitalizzazzjoni tal-“bank tal-assi ħżiena” KA Finanz (madwar 0,4 % tal-PDG) fil-kontijiet tal-gvern tal-2012, meta l-impatti li kien hemm ġew ikkonfermati abbażi tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-bank. Fuq skala iżgħar, it-tnaqqis fid-defiċit kien dovut għal infiq iktar baxx minn dak li kien ippjanat, fil-livelli kollha tal-gvern, kif ukoll għal kundizzjonijiet ekonomiċi iktar favorevoli, li ssarrfu fi tkabbir fl-introjtu ikbar milli kien imbassar. Fl-2012, b'kuntrast mat-tbassir nazzjonali u ma' dak tal-Kummissjoni, id-defiċit tal-amministrazzjoni ġenerali, ta' 2,6 % tal-PDG, baqa' taħt it-3 % tal-PDG. Madankollu, minħabba riskji fil-qrib marbuta mal-possibbiltà ta' aktar azzjonijiet ta' tiswija tas-settur finanzjarju, li setgħu rriżultaw f'defiċit 'il fuq minn 3 % tal-PDG fis-snin sussegwenti, il-Kummissjoni ma rrakkomandatx ir-revoka bikrija tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv. Mill-banda l-oħra, parti biss minn dawn ir-riskji ġew materjalizzati, u għall-2013, l-Awstrija rrappurtat defiċit ta' 1,5 % tal-PDG. Dan it-tnaqqis ġdid fid-defiċit kien dovut l-aktar għad-daqs mhux mistenni tal-miżuri ta' darba, li kienu jinvolvu l-bejgħ ta' spettru tat-telefonija ċellulari li ammonta għal kważi 0,6 % tal-PDG.

Il-Programm ta' Stabbiltà għall-perjodu 2014-18, adottat mill-gvern tal-Awstrija fid-29 ta' April 2014, jippjana li d-defiċit tal-amministrazzjoni ġenerali jitla' sa 2,7 % tal-PDG fl-2014, u mbagħad jinżel sa 1,4 % tal-PDG fl-2015. It-tbassir tal-Kummissjoni għar-rebbiegħa tal-2014 ibassar defiċit ta' 2,8 % tal-PDG fl-2014, u ta' 1,5 % tal-PDG fl-2015. B'hekk, id-defiċit mistenni li jibqa' taħt il-valur ta' referenza tat-Trattat ta' 3 % tal-PDG matul il-perjodu ta' tbassir. Barra minn hekk, fil-qafas tar-Regolament (UE) Nru 473/2013 (5), il-Gvern ħabbar, u kkonferma f'ittra lill-Kummissjoni, sensiela ta' tfaddil addizzjonali u ta' introjti ogħla, li skont il-valutazzjoni tal-Kummissjoni jammontaw għal 0,2 % tal-PDG, sabiex tiġi evitata devjazzjoni sinifikanti ppjanata mill-pjan ta' aġġustament lejn l-objettiv baġitarju ta' terminu medju (MTO).

Iż-żieda fid-defiċit tal-amministrazzjoni ġenerali fl-2014 hija dovuta għall-ħolqien ta' bank tal-assi ħżiena (Abbaueinheit, entità ta' likwidazzjoni) sabiex isir stralċ tal-assi danneġġati ta' Hypo Alpe Adria. L-impatt tal-ħolqien tal-entità ta' likwidazzjoni għal Hypo Alpe Adria huwa stmat, minn grupp estern ta' konsulenti esperti maħtur mill-gvern, li jammonta għal mhux aktar minn EUR 4 biljun (1,2 % tal-PDG), inkluż bl-effett ta' injezzjoni ta' kapital ta' EUR 750 miljun li saret diġà fl-2014. Ir-reġistrazzjoni aħħarija tal-impatt li jniżżel id-defiċit se tiddependi minn rieżami indipendenti tal-kwalità tal-assi ta' Hypo Alpe Adria, li se jsir iktar tard dis-sena sabiex jippermetti lill-Eurostat jivvaluta l-effett statistiku ta' din l-operazzjoni. Il-valutazzjoni attwali mwettqa mill-grupp espert jidher li hija kkaratterizzata minn grad raġonevoli ta' prudenza, u għaldaqstant jista' jitqies plawżibbli. Madankollu, wieħed ma jistax jeskludi impatt ikbar fuq id-defiċit minħabba din l-azzjoni. Dan huwa l-akbar riskju għat-tbassir tad-defiċit għall-2014. Fl-istess ħin, filwaqt li jitqiesu l-miżuri diskrezzjonali addizzjonali mħabbra mill-gvern wara l-pubblikazzjoni tat-tbassir tal-Kummissjoni, li għandhom iwasslu għal aktar tnaqqis fid-defiċit nominali, ir-riskji għad-defiċit tal-2014 jidhru ġeneralment bbilanċjati.

Il-bilanċ strutturali, jiġifieri l-bilanċ tal-amministrazzjoni pubblika aġġustat għaċ-ċiklu ekonomiku u għall-ammont nett minn miżuri ta' darba jew miżuri temporanji oħra, ittejjeb b'medja ta' kważi 0,7 % tal-PDG kull sena bejn l-2011 u l-2013, bi qbil mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill. Skont it-tbassir tar-rebbiegħa tas-servizzi tal-Kummissjoni, il-valutazzjoni tagħha tal-abbozz aġġornat ta' pjan baġitarju mressaq fid-29 ta' April 2014, u l-valutazzjoni tal-miżuri addizzjonali mħabbra mill-Gvern fit-12 ta' Mejju 2014, il-bilanċ strutturali huwa mbassar li jitjieb kemxejn fl-2014. F'dak il-kuntest, jidher li hemm qabża emerġenti ta' 0,5 % tal-PDG meta mqabbel mal-aġġustament meħtieġ tal-bilanċ strutturali lejn l-MTO fl-2014; dan jissuġġerixxi li jeħtieġ li l-miżuri baġitarji jiġu msaħħa sabiex tiġi żgurata l-konformità sħiħa mal-parti preventiva tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir, fid-dawl tar-riskju emerġenti ta' devjazzjoni mit-triq ta' aġġustament meħtieġ.

Il-proporzjon bejn id-dejn u l-PDG tela' minn 69,2 % għal 74,5 % bejn l-2009 u l-2013. Id-dejn gross tal-gvern hu mbassar li jiżdied għal madwar 80 % tal-PDG fl-2014, l-iktar minħabba l-inklużjoni fid-dejn tal-amministrazzjoni pubblika ta' obbligazzjonijiet attivati b'rabta mat-trasferiment tal-assi ddanneġġati ta' Hypo Alpe Adria lill-entità ta' likwidazzjoni.

(6)

Il-Kunsill ifakkar li mill-2014, li hija s-sena ta' wara dik li fiha saret il-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv, l-Awstrija hija soġġetta għall-parti preventiva tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir, u għandha timxi lejn l-MTO tagħha b'pass xieraq, filwaqt li tirrispetta l-livell ta' referenza tal-infiq, u għandha tagħmel progress biżżejjed lejn il-konformità mal-kriterju tad-dejn skont l-Artikolu 2(1a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 ta' Lulju 1997.

(7)

Skont l-Artikolu 126(12) tat-Trattat, Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-eżistenza ta' defiċit eċċessiv għandha tiġi revokata meta, fil-fehma tal-Kunsill, tkun saret korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv fl-Istat Membru kkonċernat.

(8)

Fil-fehma tal-Kunsill, id-defiċit eċċessiv fl-Awstrija ġie kkoreġut u d-Deċiżjoni 2010/282/UE għalhekk għandha tiġi revokata,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Minn valutazzjoni globali jsegwi li s-sitwazzjoni ta' defiċit eċċessiv fl-Awstrija ġiet ikkorreġuta.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni 2010/282/UE hija b'dan revokata.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Awstrija.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-20 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

G. A. HARDOUVELIS


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/282/UE tat-2 ta' Diċembru 2009 dwar l-eżistenza ta' żbilanċ eċċessiv fl-Awstrija (ĠU L 125, 21.5.2010, p. 32).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 tas-7 ta' Lulju 1997 dwar li titħaffef u tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv (ĠU L 209, 2.8.1997, p. 6).

(3)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2009 tal-25 ta' Mejju 2009 dwar l-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-proċedura tal-iżbilanċ eċċessiv anness mat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea (ĠU L 145, 10.6.2009, p. 1).

(4)  B'konformità mal-“Ispeċifikazzjonijiet dwar l-implimentazzjoni tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir u l-Linji Gwida dwar il-format u l-kontenut ta' Programmi ta' Stabbiltà u Konverġenza” tat-3 ta' Settembru 2012. Ara: http://ec.europa.eu/economy_finance/economic_governance/sgp/pdf/coc/code_of_conduct_en.pdf

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 473/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar dispożizzjonijiet komuni għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjani baġitarji (ĠU L 140, 27.5.2013, p. 11).


28.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 190/69


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-20 ta' Ġunju 2014

li tirrevoka d-Deċiżjoni 2010/284/UE dwar l-eżistenza ta' defiċit eċċessiv fir-Repubblika Ċeka

(2014/405/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 126(12) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fit-2 ta' Diċembru 2009, fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, il-Kunsill iddeċieda, permezz tad-Deċiżjoni 2010/284/UE (1), li li fir-Repubblika Ċeka kien jeżisti defiċit eċċessiv. Il-Kunsill innota li d-defiċit tal-amministrazzjoni pubblika ppjanat għall-2009 kien ta' 6,6 % tal-PDG, u għalhekk iktar mill-valur ta' referenza ta' 3 % tal-PDG skont it-Trattat, filwaqt li d-dejn pubbliku gross kien ippjanat li jilħaq il-35,5 % tal-PDG fl-2009, ħafna inqas mill-valur ta' referenza ta' 60 % tal-PDG skont it-Trattat. Id-defiċit u d-dejn tal-amministrazzjoni pubblika għall-2009 ġew irreveduti sussegwentement għal 5,8 % u 34,6 % tal-PDG rispettivament.

(2)

Fit-2 ta' Diċembru 2009, skont l-Artikolu 126(7) tat-TFUE u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 (2), il-Kunsill, abbażi ta' rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, bagħat rakkomandazzjoni lir-Repubblika Ċeka bil-għan li s-sitwazzjoni tad-defiċit eċċessiv tinġieb fi tmiemha sa mhux aktar tard mill-2013. Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill ġiet ippubblikata.

(3)

Skont l-Artikolu 4 tal-Protokoll dwar il-proċedura ta' defiċit eċċessiv anness mat-Trattati, il-Kummissjoni tipprovdi d-dejta għall-implimentazzjoni ta' din il-proċedura. Bħala parti mill-applikazzjoni ta' dan il-Protokoll, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw dejta dwar id-defiċit u d-dejn tal-gvern tagħhom kif ukoll dwar varjabbli assoċjati oħra darbtejn fis-sena, jiġifieri qabel l-1 ta' April u qabel l-1 ta' Ottubru, skont Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2009 (3).

(4)

Meta jiġi biex jikkunsidra jekk deċiżjoni dwar l-eżistenza ta' defiċit eċċessiv għandhiex tiġi revokata, il-Kunsill għandu jieħu deċiżjoni abbażi tad-dejta notifikata. Barra minn hekk, deċiżjoni dwar l-eżistenza ta' defiċit eċċessiv għandha titħassar biss jekk it-tbassir tal-Kummissjoni jindika li d-defiċit ma jkunx se jaqbeż it-3 % tal-valur ta' referenza tal-PDG skont it-Trattat tul il-perjodu ta' tbassir (4).

(5)

Abbażi tad-dejta pprovduta mill-Kummissjoni (Eurostat) skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 479/2009 wara n-notifika mir-Repubblika Ċeka qabel l-1 ta' April 2014, u abbażi tat-tbassir tar-rebbiegħa tal-2014 tas-servizzi tal-Kummissjoni, il-konklużjonijiet li ġejjin huma ġġustifikati:

Wara li laħaq l-ogħla livell tiegħu, 5,8 % tal-PDG, fl-2009, id-defiċit tal-amministrazzjoni pubblika fir-Repubblika Ċeka tnaqqas u laħaq 1,5 % tal-PDG fl-2013, li kienet l-iskadenza stipulata mill-Kunsill. Dan it-titjib kien dovut għall-konsolidazzjoni kemm fuq l-infiq u kemm fuq l-introjtu, b'mod partikulari b'żidiet fit-tassazzjoni indiretta u tnaqqis fl-investiment pubbliku.

Il-Programm ta' Konverġenza tal-2014 tar-Repubblika Ċeka jbassar li d-defiċit pubbliku se jiżdied sa 1,8 % tal-PDG fl-2014, u sa 2,3 % tal-PDG fl-2015, filwaqt li t-tbassir tas-servizzi tal-Kummissjoni għar-rebbiegħa tal-2014 ibassar li d-defiċit pubbliku jilħaq 1,9 % tal-PDG fl-2014 u 2,4 % tal-PDG fl-2015, abbażi ta' suppożizzjoni ta' ebda bidla politika. B'hekk, id-defiċit mistenni li jibqa' taħt il-valur ta' referenza ta' 3 % tal-PDG skont it-Trattat matul il-perjodu ta' tbassir.

Il-bilanċ strutturali, jiġifieri l-bilanċ tal-amministrazzjoni pubblika aġġustat għaċ-ċiklu ekonomiku u għall-ammont nett minn miżuri ta' darba u miżuri temporanji oħrajn, ittejjeb b'medja ta' 1,4 % tal-PDG kull sena fil-perjodu bejn l-2010 u l-2013. Huwa mbassar li dan il-bilanċ se jmur lura b'1 % tal-PDG fl-2014 (sa -1.1 % tal-PDG) u b'0,8 % tal-PDG aktar fl-2015, abbażi ta' suppożizzjoni ta' ebda bidla fil-politika.

Il-proporzjon bejn id-dejn u l-PDG żdied bi 11,5 punti perċentwali bejn l-2009 u l-2013 għal 46 %. It-tbassir tar-rebbiegħa tal-2014 tas-servizzi tal-Kummissjoni jbassar li d-defiċit tal-amministrazzjoni pubblika ser jonqos b'mod temporanju għal 44,4 % tal-PDG fl-2014, u li wara dan jiżdied għal 45,8 % tal-PDG fl-2015.

(6)

Il-Kunsill ifakkar li, mill-2014, li hija s-sena ta' wara dik li fiha saret il--korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv, ir-Repubblika Ċeka hija soġġetta għall-parti preventiva tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir, u għandha żżomm il-bilanċ strutturali tagħha fl-objettiv fuq terminu baġitarju medju tagħha jew 'il fuq minnha.

(7)

Skont l-Artikolu 126(12) tat-Trattat, Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-eżistenza ta' defiċit eċċessiv għandha tiġi revokata meta, fil-fehma tal-Kunsill, tkun saret korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv fl-Istat Membru kkonċernat.

(8)

Fil-fehma tal-Kunsill, id-defiċit eċċessiv fir-Repubblika Ċeka ġie kkoreġut u d-Deċiżjoni 2010/284/UE għalhekk għandha tiġi revokata,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Minn valutazzjoni globali jsegwi li s-sitwazzjoni ta' defiċit eċċessiv fir-Repubblika Ċeka ġiet ikkorreġuta.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni 2010/284/UE hija b'dan revokata.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ċeka.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-20 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

G. A. HARDOUVELIS


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/284/UE tat-2 ta' Diċembru 2009 dwar l-eżistenza ta' żbilanċ eċċessiv fir-Repubblika Ċeka (ĠU L 125, 21.5.2010, p. 36).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 tas-7 ta' Lulju 1997 dwar li titħaffef u tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv (ĠU L 209, 2.8.1997, p. 6).

(3)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2009 tal-25 ta' Mejju 2009 dwar l-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-proċedura tal-iżbilanċ eċċessiv anness mat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea (ĠU L 145, 10.6.2009, p. 1).

(4)  B'konformità ma' “Speċifikazzjonijiet dwar l-implimentazzjoni tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir u l-Linji Gwida dwar il-format u l-kontenut ta' Programmi ta' Stabbiltà u Konverġenza”, tat-3 ta' Settembru 2012. Ara: http://ec.europa.eu/economy_finance/economic_governance/sgp/pdf/coc/code_of_conduct_en.pdf


28.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 190/71


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-20 ta' Ġunju 2014

li tirrevoka d-Deċiżjoni 2010/407/UE dwar l-eżistenza ta' defiċit eċċessiv fid-Danimarka

(2014/406/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 126(12) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fit-13 ta' Lulju 2010, wara li saret rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, il-Kunsill iddeċieda, fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/407/UE (1), li fid-Danimarka kien jeżisti defiċit eċċessiv. Il-Kunsill innota li skont id-dejta rrappurtata mill-awtoritajiet tad-Danimarka f'April 2010, id-defiċit tal-amministrazzjoni ġenerali ppjanat għall-2010 kien 5,4 % tal-PDG, u għaldaqstant, 'il fuq mill-valur ta' referenza ta' 3 % tal-PDG skont it-Trattat. Id-dejn gross tal-amministrazzjoni ġenerali kien mistenni li jkun 45,1 % tal-PDG fl-2010, ħafna 'l isfel mill-valur ta' referenza ta' 60 % tal-PDG skont it-Trattat. Id-defiċit tal-amministrazzjoni ġenerali għall-2010 ġie rrivedut sussegwentement għal 2,5 % tal-PDG, filwaqt li d-dejn gross tal-amministrazzjoni pubblika ġie rrivedut għal 42,8 % tal-PDG.

(2)

Fit-13 ta' Lulju 2010, skont l-Artikolu 126(7) tat-TFUE u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 (2), il-Kunsill, abbażi ta' rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, bagħat Rakkomandazzjoni lid-Danimarka bil-għan li s-sitwazzjoni tad-defiċit eċċessiv tinġieb fi tmiemha sa mhux aktar tard mill-2013. Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill ġiet ippubblikata.

(3)

Skont l-Artikolu 4 tal-Protokoll dwar il-proċedura ta' defiċit eċċessiv anness mat-Trattati, il-Kummissjoni tipprovdi d-dejta għall-implimentazzjoni ta' din il-proċedura. Bħala parti mill-applikazzjoni ta' dan il-Protokoll, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw dejta dwar id-defiċit u d-dejn tal-gvern tagħhom kif ukoll dwar varjabbli assoċjati oħra darbtejn fis-sena, jiġifieri qabel l-1 ta' April u qabel l-1 ta' Ottubru, skont Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2009 (3).

(4)

Meta jiġi biex jikkunsidra jekk deċiżjoni dwar l-eżistenza ta' defiċit eċċessiv għandhiex tiġi revokata, il-Kunsill għandu jieħu deċiżjoni abbażi tad-dejta notifikata. Barra minn hekk, deċiżjoni dwar l-eżistenza ta' defiċit eċċessiv għandha tiġi revokata biss jekk it-tbassir tal-Kummissjoni jindika li d-defiċit ma jkunx se jaqbeż il-valur ta' referenza ta' 3 % tal-PDG skont it-Trattat matul il-perjodu ta' tbassir (4).

(5)

Abbażi tad-dejta pprovduta mill-Kummissjoni (Eurostat) skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 479/2009 wara n-notifika mid-Danimarka qabel l-1 ta' April 2014, u abbażi tat-tbassir tar-rebbiegħa tal-2014 tas-servizzi tal-Kummissjoni, il-konklużjonijiet li ġejjin huma ġġustifikati:

Id-defiċit tal-amministrazzjoni pubblika baqa' taħt il-valur ta' referenza ta' 3 % tal-PDG skont it-Trattat fil-perjodu 2010-2013, għajr fl-2012, meta l-bilanċ intlaqat ħażin minn rimborż ta' darba marbut ma' riforma tal-pensjonijiet fl-2011. Huwa stmat li r-rimborż ta' darba niżżel il-bilanċ fiskali b'1,6 % tal-PDG fl-2012. Id-defiċit tal-amministrazzjoni pubblika ammonta għal 2,5 % tal-PDG fl-2010, 1,9 % tal-PDG fl-2011, 3,8 % tal-PDG fl-2012, u 0,8 % tal-PDG fl-2013. It-titjib tal-bilanċ fiskali kien dovut għal miżuri ta' konsolidazzjoni kemm fejn jidħol l-introjtu u kemm fejn jidħol l-infiq, b'mod partikulari permezz ta' tkabbir limitat fil-konsum pubbliku.

Il-Programm ta' Konverġenza tad-Danimarka tal-2014 ibassar defiċit tal-amministrazzjoni pubblika ta' 1,3 % tal-PDG fl-2014, u ta' 2,9 % tal-PDG fl-2015. Fil-perjodu 2013-2014, il-finanzi pubbliċi ntlaqtu minn introjti ta' darba mnissla mir-ristrutturar tal-pensjonijiet tal-kapital eżistenti, li ta l-opportunità li jitħallsu r-responsabbiltajiet fiskali tal-pensjonijiet tal-kapital tal-futur b'rata favorevoli. Huwa stmat li din il-miżura tixpruna l-bilanċ fiskali bi kważi 1,8 % tal-PDG tul dawk is-sentejn. Fl-2015, din il-miżura mhux se jkollha impatt, u b'hekk hija mistennija żieda fid-defiċit tal-finanzi pubbliċi. It-tbassir tar-rebbiegħa tal-2014 tas-servizzi tal-Kummissjoni jbassar li d-defiċit tal-amministrazzjoni pubblika se jkun 1,2 % tal-PDG fl-2014, u 2,7 % tal-PDG fl-2015. B'hekk, id-defiċit mistenni li jibqa' taħt il-valur ta' referenza tat-Trattat ta' 3 % tal-PDG skont it-Trattat matul il-perjodu ta' tbassir.

Wara li tjieb b'0,7 % tal-PDG f'termini kumulattivi bejn l-2011 u l-2013, il-bilanċ strutturali, jiġifieri aġġustat għaċ-ċiklu ekonomiku u għall-ammont nett minn miżuri ta' darba u miżuri temporanji oħra, huwa mbassar li jmur lura b'0,8 % tal-PDG fl-2014 (għal – 0,2 % tal-PDG), u b'0,3 % aktar tal-PDG fl-2015, abbażi ta' suppożizzjoni ta' ebda bidla politika.

Is-servizzi tal-Kummissjoni, għar-rebbiegħa tal-2014 jbassru li d-dejn gross tal-amministrazzjoni pubblika ser jonqos għal 43,5 % tal-PDG fl-2014, u li jiżdied għal 44,9 % tal-PDG fl-2015, taħt 60 % tal-PDG skont it-Trattat.

(6)

Mill-2014, li hija s-sena ta' wara dik li fiha saret il-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv, id-Danimarka hija soġġetta għall-parti preventiva tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir, u għandha żżomm il-bilanċ strutturali tagħha fl-objettiv fuq terminu medju tagħha jew 'il fuq minnha.

(7)

Skont l-Artikolu 126(12) tat-Trattat, Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-eżistenza ta' defiċit eċċessiv għandha tiġi revokata meta, fil-fehma tal-Kunsill, tkun saret korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv fl-Istat Membru kkonċernat.

(8)

Fil-fehma tal-Kunsill, id-defiċit eċċessiv fid-Danimarka ġie kkoreġut u d-Deċiżjoni 2010/407/UE għalhekk għandha tiġi revokata,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Minn valutazzjoni globali jsegwi li s-sitwazzjoni ta' defiċit eċċessiv fid-Danimarka ġiet ikkoreġuta.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni 2010/407/UE hija b'dan revokata.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tad-Danimarka.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-20 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

G. A. HARDOUVELIS


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/407/UE tat-13 ta' Lulju 2010 dwar l-eżistenza ta' żbilanċ eċċessiv fid-Danimarka (ĠU L 189, 22.7.2010, p. 15).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 tas-7 ta' Lulju 1997 dwar li titħaffef u tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv (ĠU L 209, 2.8.1997, p. 6).

(3)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2009 tal-25 ta' Mejju 2009 dwar l-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-proċedura tal-iżbilanċ eċċessiv anness mat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea (ĠU L 145, 10.6.2009, p. 1).

(4)  B'konformità mal-“Ispeċifikazzjonijiet dwar l-implimentazzjoni tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir u l-Linji Gwida dwar il-format u l-kontenut ta' Programmi ta' Stabbiltà u Konverġenza”, tat-3 ta' Settembru 2012. Ara: http://ec.europa.eu/economy_finance/economic_governance/sgp/pdf/coc/code_of_conduct_en.pdf


28.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 190/73


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-20 ta' Ġunju 2014

li tirrevoka d-Deċiżjoni 2010/287/UE dwar l-eżistenza ta' defiċit eċċessiv fil-Pajjiżi l-Baxxi

(2014/407/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 126(12) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fit-2 ta' Diċembru 2009, wara li saret rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, il-Kunsill iddeċieda, fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/287/UE (1), li fil-Pajjiżi l-Baxxi kien jeżisti defiċit eċċessiv. Il-Kunsill innota li d-defiċit tal-amministrazzjoni pubblika ppjanat għall-2009 kien ta' 4,8 % tal-PDG, u għalhekk iktar mill-valur ta' referenza ta' 3 % tal-PDG skont it-Trattat, filwaqt li d-dejn pubbliku gross kien ippjanat li jilħaq id-59,7 % tal-PDG fl-2009, u b'hekk iktar mill-valur ta' referenza ta' 60 % tal-PDG skont it-Trattat. Id-defiċit u d-dejn tal-amministrazzjoni pubblika għall-2009 ġew irreveduti sussegwentement għal 5,6 % u 60,8 % tal-PDG rispettivament.

(2)

Fit-2 ta' Diċembru 2009, skont l-Artikolu 126(7) tat-Trattat u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 (2), il-Kunsill, abbażi ta' rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, bagħat Rakkomandazzjoni lill-Pajjiżi l-Baxxi bil-għan li s-sitwazzjoni tad-defiċit eċċessiv tinġieb fi tmiemha sa mhux aktar tard mill-2013. Ir-rakkomandazzjoni ġiet ippubblikata.

(3)

Fil-21 ta' Ġunju 2013, il-Kunsill qies li l-Pajjiżi l-Baxxi kienu ħadu azzjoni effiċjenti bi qbil mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-2 ta' Diċembru 2009 skont l-Artikolu 126(7) tat-Trattat, u li ċerti avvenimenti ekonomiċi negattivi u mhux mistennija b'konsegwenzi ta' żvantaġġ kbir għall-finanzi tal-gvern kienu saru wara l-adozzjoni tar-Rakkomandazzjoni oriġinali. Għaldaqstant, il-Kunsill, fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni qies li l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 3(5) tar-Regolament (KE) Nru 1467/97 kienu sodisfatti, u b'hekk setgħet tinħareġ Rakkomandazzjoni ġdida lill-Pajjiżi l-Baxxi skont l-Artikolu 126(7) tat-Trattat, bil-għan li s-sitwazzjoni ta' defiċit eċċessiv tinġieb fi tmiemha sa mhux aktar tard mill-2014. Ir-Rakkomandazzjoni l-ġdida tal-Kunsill ġiet ippubblikata.

(4)

Skont l-Artikolu 4 tal-Protokoll dwar il-proċedura ta' defiċit eċċessiv anness mat-Trattati, il-Kummissjoni tipprovdi d-dejta għall-implimentazzjoni ta' din il-proċedura. Bħala parti mill-applikazzjoni ta' dan il-Protokoll, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw dejta dwar id-defiċit u d-dejn tal-gvern tagħhom kif ukoll dwar varjabbli assoċjati oħra darbtejn fis-sena, jiġifieri qabel l-1 ta' April u qabel l-1 ta' Ottubru, skont Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2009 (3).

(5)

Meta jiġi biex jikkunsidra jekk deċiżjoni dwar l-eżistenza ta' defiċit eċċessiv għandhiex tiġi revokata, il-Kunsill għandu jieħu deċiżjoni abbażi tad-dejta notifikata. Barra minn hekk, deċiżjoni dwar l-eżistenza ta' defiċit eċċessiv għandha tiġi revokata biss jekk it-tbassir tal-Kummissjoni jindika li d-defiċit ma jaqbiżx il-valur ta' referenza ta' 3 % tal-PDG matul il-perjodu ta' tbassir (4).

(6)

Abbażi tad-dejta pprovduta mill-Kummissjoni (Eurostat) skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 479/2009 wara n-notifika mill-Pajjiżi l-Baxxi qabel l-1 ta' April 2014, u abbażi tal-Programm ta' Stabbiltà tal-2014 u t-tbassir tar-rebbiegħa tal-2014 tas-servizzi tal-Kummissjoni, il-konklużjonijiet li ġejjin huma ġġustifikati:

Wara li laħaq l-ogħla livell tiegħu, jiġifieri 5,6 % tal-PDG fl-2009, id-defiċit tal-amministazzjoni ġenerali tal-Pajjiżi l-Baxxi tniżżel progressivament, sakemm laħaq 2,5 % tal-PDG fl-2013 (5). Dan it-titjib kien dovut għal miżuri ta' konsolidament kemm fuq l-infiq u kemm fuq l-introjtu, b'mod partikulari b'żidiet fit-tassazzjoni (indiretta) u tnaqqis fin-nefqa pubblika.

Il-programm ta' Stabbiltà tal-Pajjiżi l-Baxxi tal-2014 jbassar li d-defiċit tal-amministrazzjoni ġenerali se jiżdied sa 2,9 % tal-PDG fl-2014, u li se jinżel sa 2,1 % tal-PDG fl-2015, filwaqt li t-tbassir tar-rebbiegħa tal-2014 tas-servizzi tal-Kummissjoni jbassar li d-defiċit tal-amministrazzjoni ġenerali se jilħaq 2,8 % tal-PDG fl-2014 u 1,8 % tal-PDG fl-2015. B'hekk, id-defiċit mistenni li jibqa' taħt il-valur ta' referenza tat-Trattat ta' 3 % tal-PDG matul il-perjodu ta' tbassir.

Wara li tjieb b'1,4 % tal-PDG fl-2013, il-bilanċ strutturali, jiġifieri l-bilanċ tal-amministrazzjoni ġenerali aġġustat għaċ-ċiklu ekonomiku u għall-ammont nett minn miżuri ta' darba u miżuri oħrajn temporanji, huwa mbassar li jistabbilizza ruħu fl-2014, u li jitjieb b'0,5 punt perċentwali fl-2015, abbażi ta' suppożizzjoni ta' ebda bidla politika. F'dan il-kuntest, jidher li hemm qabża emerġenti ta' 0,5 % tal-PDG meta mqabbel mal-aġġustament meħtieġ tal-bilanċ strutturali lejn l-objettiv baġitarju fuq terminu medju (MTO) fl-2014; dan jissuġġerixxi li jeħtieġ li l-miżuri baġitarji jiġu msaħħa sabiex tiġi żgurata l-konformità sħiħa mal-parti preventiva tal-patt, fid-dawl tar-riskju emerġenti ta' devjazzjoni mill-pjan ta' aġġustament meħtieġ.

Il-proporzjon bejn id-dejn u l-PDG żdied b'10 punti perċentwali bejn l-2010 u l-2013, sa 73,5 %. It-tbassir tar-rebbiegħa tal-2014 tas-servizzi tal-Kummissjoni jbassar li d-dejn gross tal-amministrazzjoni ġenerali ser ikompli jiżdied sa 73,8 % tal-PDG fl-2014, u li wara dan se jinżel sa 73,4 % tal-PDG fl-2015.

(7)

Mill-2014, li hija s-sena ta' wara dik li fiha saret il-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv, il-Pajjiżi l-Baxxi huma soġġetti għall-parti preventiva tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir, u għandhom jimxu lejn l-MTO tagħhom b'pass xieraq, filwaqt li jirrispettaw il-livell ta' referenza tal-infiq, u għandhom jagħmlu progress biżżejjed lejn il-konformità mal-kriterju tad-dejn skont l-Artikolu 2(1a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 ta' Lulju 1997.

(8)

Skont l-Artikolu 126(12) tat-Trattat, Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-eżistenza ta' defiċit eċċessiv għandha tiġi revokata meta, fil-fehma tal-Kunsill, tkun saret korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv fl-Istat Membru kkonċernat.

(9)

Fil-fehma tal-Kunsill, id-defiċit eċċessiv fil-Pajjiżi l-Baxxi ġie kkoreġut u d-Deċiżjoni 2010/287/UE għalhekk għandha tiġi revokata,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Minn valutazzjoni globali jsegwi li s-sitwazzjoni ta' defiċit eċċessiv fil-Pajjiżi l-Baxxi ġiet ikkorreġuta.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni 2010/287/UE hija b'dan revokata.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-20 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

G. A. HARDOUVELIS


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/287/UE tat-2 ta' Diċembru 2009 dwar l-eżistenza ta' żbilanċ eċċessiv fil-Pajjiżi l-Baxxi (ĠU L 125, 21.5.2010, p. 42).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 tas-7 ta' Lulju 1997 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv (ĠU L 209, 2.8.1997, p. 6).

(3)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2009 tal-25 ta' Mejju 2009 dwar l-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-proċedura tal-iżbilanċ eċċessiv anness mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (ĠU L 145, 10.6.2009, p. 1).

(4)  B'konformità mal-“Ispeċifikazzjonijiet dwar l-implimentazzjoni tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir u l-Linji Gwida dwar il-format u l-kontenut ta' Programmi ta' Stabbiltà u Konverġenza”, tat-3 ta' Settembru 2012. Ara: http://ec.europa.eu/economy_finance/economic_governance/sgp/pdf/coc/code_of_conduct_en.pdf

(5)  Id-defiċit tal-amministrazzjoni pubblika fl-2013 kien influwenzat b'mod sinifikanti min-nazzjonalizzazzjoni ta' SNS Reaal, li skont l-aktar valutazzjoni riċenti minn Statistics Netherlands (CBS), hija preżunta li ma kellha l-ebda impatt fuq ir-riżultat tad-defiċit, iżda deċiżjoni aħħarija dwar il-klassifikazzjoni mill-Eurostat għadha pendenti. Abbażi tat-tagħrif disponibbli bħalissa, l-impatt seta' kien żieda fid-defiċit ta' mhux aktar minn 0,3 % tal-PDG.


28.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 190/76


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-20 ta' Ġunju 2014

li tirrevoka d-Deċiżjoni 2010/290/UE dwar l-eżistenza ta' defiċit eċċessiv fis-Slovakkja

(2014/408/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 126(12) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fit-2 ta' Diċembru 2009, wara li saret rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, il-Kunsill iddeċieda, fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/290/UE (1) li fis-Slovakkja kien jeżisti defiċit eċċessiv. Il-Kunsill innota li skont id-dejta nnotifikata mill-awtoritajiet tas-Slovakkja f'Ottubru 2009, kien ippjanat li d-defiċit tal-amministrazzjoni pubblika kellu jilħaq is-6,3 % tal-PDG fl-2009, li kien ogħla mit-3 % tal-valur ta' referenza tal-PDG skont it-Trattat, filwaqt li kien ippjanat li d-dejn gross tal-amministrazzjoni pubblika kellu jkun ta' madwar 36 % tal-PDG fl-2009, ferm taħt is-60 % tal-valur ta' referenza tal-PDG skont it-Trattat. Id-defiċit u d-dejn tal-amministrazzjoni pubblika għall-2009 laħqu t-8 % tal-PDG u 35,6 % tal-PDG rispettivament.

(2)

Fit-2 ta' Diċembru 2009, skont l-Artikolu 126(7) tat-Trattat u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 (2), il-Kunsill, abbażi ta' rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, bagħat Rakkomandazzjoni lis-Slovakkja bl-għan li s-sitwazzjoni tad-defiċit eċċessiv tinġieb fi tmiemha sa mhux aktar tard mill-2013. Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill ġiet ippubblikata.

(3)

Skont l-Artikolu 4 tal-Protokoll dwar il-proċedura ta' defiċit eċċessiv anness mat-Trattati, il-Kummissjoni tipprovdi d-dejta għall-implimentazzjoni ta' din il-proċedura. Bħala parti mill-applikazzjoni ta' dan il-Protokoll, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw dejta dwar id-defiċit u d-dejn tal-amministrazzjoni pubblika tagħhom kif ukoll dwar varjabbli assoċjati oħra darbtejn fis-sena, jiġifieri qabel l-1 ta' April u qabel l-1 ta' Ottubru, skont l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2009 (3).

(4)

Meta jiġi biex jikkunsidra jekk deċiżjoni dwar l-eżistenza ta' defiċit eċċessiv għandhiex tiġi revokata, il-Kunsill għandu jieħu deċiżjoni fuq il-bażi tad-dejta notifikata. Barra minn hekk, deċiżjoni dwar l-eżistenza ta' defiċit eċċessiv għandha titħassar biss jekk it-tbassir tal-Kummissjoni jindika li d-defiċit ma jkunx se jaqbeż it-3 % tal-valur ta' referenza tal-PDG skont it-Trattat tul il-perjodu ta' tbassir (4).

(5)

Abbażi tad-dejta pprovduta mill-Kummissjoni (Eurostat) skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 479/2009 wara n-notifika mis-Slovakkja qabel l-1 ta' April 2014, u abbażi tat-tbassir tar-rebbiegħa tal-2014 tas-servizzi tal-Kummissjoni, il-konklużjonijiet li ġejjin huma ġġustifikati:

Wara li laħaq l-ogħla livell tiegħu, jiġifieri l-livell ta' 8 % tal-PDG fl-2009, id-defiċit tal-amministrazzjoni pubblika fis-Slovakkja tnaqqas għal 2,8 % tal-PDG fl-2013, bi qbil mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-2 ta' Diċembru 2009. It-tnaqqis tad-defiċit twettaq permezz ta' konsolidazzjoni fiskali kemm fuq l-introjtu u kemm fuq l-infiq, inkluż b'miżuri ta' darba.

Il-Programm ta' Stabbiltà tal-2014 għandu fil-mira tiegħu id-defiċit nominali ta' 2,6 % tal-PDG fl-2014, u tnaqqis kontinwu sa 2,5 % tal-PDG fl-2015, sa 1,6 % tal-PDG fl-2016, u 0,5 % tal-PDG fl-2017. It-tbassir tar-rebbiegħa tal-2014 tas-servizzi tal-Kummissjoni jbassar li d-defiċit tal-amministrazzjoni pubblika se jiżdied bi ftit, sa 2,9 % tal-PDG fl-2014, u li wara dan jerġa' jinżel għal 2,8 % tal-PDG fl-2015. B'hekk, id-defiċit mistenni li jibqa' taħt il-valur ta' referenza ta' 3 % tal-PDG skont it-Trattat matul il-perjodu ta' tbassir.

Il-bilanċ strutturali, jiġifieri l-bilanċ tal-amministrazzjoni pubblika aġġustat għaċ-ċiklu ekonomiku u għall-ammont nett minn miżuri ta' darba u miżuri temporanji, ittejjeb b'medja ta' 1,5 % tal-PDG kull sena fuq il-perjodu bejn l-2010 u l-2013. Filwaqt li ġie mbassar li dan il-bilanċ se jmur lura bi ftit fl-2014, fl-2015 għandu jittejjeb, abbażi ta' suppożizzjoni ta' ebda bidla ta' politika. F'dak il-kuntest, jidher li hemm qabża emerġenti ta' 0,3 % tal-PDG meta mqabbel mal-aġġustament meħtieġ tal-bilanċ strutturali lejn l-objettiv fuq terminu baġitarju medju (MTO) fl-2014; dan jissuġġerixxi li jeħtieġ li l-miżuri baġitarji jiġu msaħħa sabiex tiġi żgurata l-konformità sħiħa mal-parti preventiva tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir, fid-dawl tar-riskju emerġenti ta' devjazzjoni mit-triq ta' aġġustament meħtieġ.

Id-dejn tal-amministrazzjoni pubblika laħaq il-55,4 % tal-PDG fl-2013. It-tbassir tar-rebbiegħa tal-2014 tas-servizzi tal-Kummissjoni jbassar li d-dejn tal-amministrazzjoni pubblika se jibqa' jiżdied, sa 56,3 % tal-PDG fl-2014, u sa 57,8 % tal-PDG fl-2015.

(6)

Mill-2014, li hija s-sena ta' wara dik li fiha saret il-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv, is-Slovakkja hija soġġetta għall-parti preventiva tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir, u għandha timxi lejn l-MTO tagħha b'pass xieraq, filwaqt li tirrispetta l-punt ta' referenza tal-infiq.

(7)

Skont l-Artikolu 126(12) tat-Trattat, Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-eżistenza ta' defiċit eċċessiv għandha tiġi revokata meta, fil-fehma tal-Kunsill, tkun saret korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv fl-Istat Membru kkonċernat.

(8)

Fil-fehma tal-Kunsill, id-defiċit eċċessiv fis-Slovakkja ġie kkoreġut, u għaldaqstant id-Deċiżjoni 2010/290/UE għandha tiġi revokata,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Minn valutazzjoni globali jsegwi li s-sitwazzjoni ta' defiċit eċċessiv fis-Slovakkja ġiet ikkorreġuta.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni 2010/290/UE hija b'dan revokata.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Slovakka.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-20 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

G. A. HARDOUVELIS


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/290/UE tat-2 ta' Diċembru 2009 dwar l-eżistenza ta' żbilanċ eċċessiv fis-Slovakkja (ĠU L 125, 21.5.2010, p. 48).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 tas-7 ta' Lulju 1997 dwar li titħaffef u tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv (ĠU L 209, 2.8.1997, p. 6).

(3)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2009 tal-25 ta' Mejju 2009 dwar l-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-proċedura tal-iżbilanċ eċċessiv anness mat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea (ĠU L 145, 10.6.2009, p. 1).

(4)  B'konformità mal-“Ispeċifikazzjonijiet dwar l-implimentazzjoni tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir u l-Linji Gwida dwar il-format u l-kontenut ta' Programmi ta' Stabbiltà u Konverġenza”, tat-3 ta' Settembru 2012. Ara: http://ec.europa.eu/economy_finance/economic_governance/sgp/pdf/coc/code_of_conduct_en.pdf


28.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 190/78


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-23 ta' Ġunju 2014

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE rigward emenda għall-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet

(2014/409/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikoli 46 u 48 flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta' Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2) (“il-Ftehim taż-ŻEE”) daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1994.

(2)

Skont l-Artikolu 98 tal-Ftehim taż-ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jista' jiddeċiedi li jemenda, fost l-oħrajn, il-Protokoll 31 tiegħu.

(3)

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE fih dispożizzjonijiet u arranġamenti rigward il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet.

(4)

Huwa xieraq li tiġi estiża l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim taż-ŻEE sabiex tinkludi l-kooperazzjoni dwar il-moviment ħieles tal-ħaddiema, il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali u l-miżuri għall-migranti, inklużi l-migranti minn pajjiżi terzi.

(5)

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan sabiex din il-kooperazzjoni estiża tkun tista' sseħħ mill-1 ta' Jannar 2014.

(6)

Il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni mehmuż,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda proposta għall-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-23 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)   ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.

(2)   ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3.


ABBOZZ

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru …/2014

ta'

li temenda l-Protokoll 31 għall-Ftehim taż-ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim taż-ŻEE'”), u partikolarment l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Huwa xieraq li tiġi estiża l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim taż-ŻEE sabiex tinkludi l-kooperazzjoni rigward il-moviment ħieles tal-ħaddiema, il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali u l-miżuri għall-migranti, inklużi l-migranti minn pajjiżi terzi,

(2)

Il-Protokoll 31 għall-Ftehim taż-ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat sabiex din il-kooperazzjoni estiża tkun tista' tibda sseħħ mill-1 ta' Jannar 2014.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 5 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim taż--ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Il-paragrafu li ġej jiddaħħal wara l-paragrafu 12:

“13.   Mill-1 ta' Jannar 2014, l-Istati tal-EFTA jipparteċipaw fl-azzjonijiet iffinanzjati mill-intestatura baġitarja li ġejja, imdaħħla fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014:

Linja Baġitarja 04 03 01 03: ‘Moviment ħieles tal-ħaddiema, koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali u miżuri għall-migranti, inklużi migranti minn pajjiżi terzi’.”

2.

Fil-paragrafu 5, il-kliem “u fl-azzjonijiet iffinanzjati mil-linji tal-baġit għas-snin finanzjarji 2012 u 2013 imsemmija fil-paragrafu 12 mill-1 ta' Jannar 2012” huma ssostitwiti bil-kliem “, fl-azzjonijiet iffinanzjati mil-linji tal-baġit għas-snin finanzjarji 2012 u 2013 imsemmija fil-paragrafu 12 mill-1 ta' Jannar 2012 u fl-azzjonijiet iffinanzjati mil-linja tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 imsemmija fil-paragrafu 13 mill-1 ta' Jannar 2014”.

3.

Fil-paragrafi 6 u 7, il-kliem “paragrafi 8 u 12” huma sostitwiti bil-kliem “il-paragrafi 8, 12 u 13”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim taż-ŻEE (*1).

Huwa japplika mill-1 ta' Jannar 2014.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Is-Segretarji

għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE


(*1)  [Mhuwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.] [Huma indikati rekwiżiti kostituzzjonali.]


28.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 190/80


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-24 ta' Ġunju 2014

dwar it-tnedija ta' skambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dwar id-DNA fil-Belġju

(2014/410/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar it-titjib tal-kooperazzjoni trans-konfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (1),b'mod partikolari l-Artikolu 2(3) u l-Artikolu 25 tagħha,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI (2), b'mod partikolari l-Artikolu 20 u l-Kapitolu 4 tal-Anness tagħha,

Billi:

(1)

Taħt il-Protokoll dwar id-Dispożizzjonijiet Transitorji anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, l-effetti ġuridiċi tal-atti tal-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni adottati qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona huma ppreservati sakemm dawk l-atti jiġu mħassra, annullati jew emendati fl-implimentazzjoni tat-Trattati.

(2)

Konsegwentement, l-Artikolu 25 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI huwa applikabbli u l-Kunsill irid jiddeċiedi unanimament jekk l-Istati Membri implimentawx id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 6 ta' dik id-Deċiżjoni.

(3)

L-Artikolu 20 tad-Deċiżjoni 2008/616/ĠAI jipprovdi li d-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 25(2) tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI għandhom jittieħdu abbazi ta' rapport ta' evalwazzjoni bbażat fuq kwestjonarju. Fir-rigward tal-iskambju awtomatizzat ta' data f'konformità mal-Kapitolu 2 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI, ir-rapport ta' evalwazzjoni għandu jiġi bbażat fuq żjara ta' evalwazzjoni u prova pilota.

(4)

Il-Belġju informa lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill dwar il-fajls nazzjonali tal-analiżi tad-DNA li għalihom japplikaw l-Artikoli 2 sa 6 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI u l-kondizzjonijiet għal tiftix awtomatizzat kif imsemmi fl-Artikolu 3(1) ta' dik id-Deċiżjoni f'konformità mal-Artikolu 36(2) ta' dik id-Deċiżjoni.

(5)

F'konformità mal-Kapitolu 4, il-punt 1.1 tal-Anness tad-Deċiżjoni 2008/616/ĠAI, il-kwestjonarju mfassal mill-Grupp ta' Ħidma rilevanti tal-Kunsill jikkonċerna kull wieħed mill-iskambji awtomatizzati ta' data u għandu jitwieġeb minn Stat Membru hekk kif huwa jemmen li huwa jissodisfa l-prerekwiżiti għall-kondiviżjoni tad-data fil-kategorija rilevanti ta' data.

(6)

Il-Belġju lesta l-kwestjonarju dwar il-protezzjoni tad-data u l-kwestjonarju dwar l-iskambju tad-data dwar id-DNA.

(7)

Saret b'suċċess prova pilota mill-Belġju mal-Pajjiżi l-Baxxi.

(8)

Saret żjara ta' evalwazzjoni fil-Belġju u sar rapport dwar iż-żjara ta' evalwazzjoni mill-iskwadra ta' evalwazzjoni Olandiża u ntbagħat lill-Grupp ta' Ħidma rilevanti tal-Kunsill.

(9)

Ġie ppreżentat lill-Kunsill rapport ta' evalwazzjoni ġenerali, li jagħti sintesi tar-riżultati tal-kwestjonarju, taż-żjara ta' evalwazzjoni u tal-prova pilota fir-rigward tal-iskambju tad-data dwar id-DNA,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-finijiet ta' tiftix u paragunar awtomatizzati tad-data dwar id-DNA, il-Belġju implimenta b'mod sħiħ id-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data tal-Kapitolu 6 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI u hu intitolat li jirċievi u jipprovdi data personali taħt l-Artikoli 3 u 4 ta' dik id-Deċiżjoni mill-jum tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-24 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

E. VENIZELOS


(1)   ĠU L 210, 6.8.2008, p. 1.

(2)   ĠU L 210, 6.8.2008, p. 12.


28.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 190/82


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-24 ta' Ġunju 2014

li taħtar membru Belġjan fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

(2014/411/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 302 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Belġjan,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fit-13 ta' Settembru 2010 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/570/UE, Euratom li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta' Settembru 2010 sal-20 ta' Settembru 2015 (1).

(2)

Billi konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sinjura Bérengère DUPUIS, sar vakanti siġġu ta' membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Alessandro GRUMELLI, Conseiller au service d'études de la Confédération des syndicats chrétiens huwa b'dan maħtur bħala membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-20 ta' Settembru 2015.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-24 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

E. VENIZELOS


(1)   ĠU L 251, 25.9.2010, p. 8.


28.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 190/83


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-24 ta' Ġunju 2014

li taħtar membru Ġermaniż fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

(2014/412/UE)

Il-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 302 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Ġermaniż,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fit-13 ta' Settembru 2010 l-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/570/UE, Euratom li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta' Settembru 2010 sal-20 ta' Settembru 2015 (1).

(2)

Konsegwentement għal tmiem il-mandat ta' Dr Sabine HEPPERLE, sar vakanti siġġu ta' membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dr Günter LAMBERTZ, Leiter des Büros des DIHK bei der EU huwa b'dan maħtur membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-20 ta' Settembru 2015.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-24 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

E. VENIZELOS


(1)   ĠU L 251, 25.9.2010, p. 8.


28.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 190/84


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-24 ta' Ġunju 2014

li taħtar membru Awstrijak fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

(2014/413/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 302 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Awstrijak,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fit-13 ta' Settembru 2010 l-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/570/UE, Euratom li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta' Settembru 2010 sal-20 ta' Settembru 2015 (1).

(2)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Gerfried GRUBER, sar vakanti siġġu ta' membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huwa b'dan maħtur membru s-Sur Andreas THURNER fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-20 ta' Settembru 2015.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tal-addozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-24 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

E. VENIZELOS


(1)   ĠU L 251, 25.9.2010, p. 8.