ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 179 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 57 |
|
|
III Atti oħrajn |
|
|
|
ŻONA EKONOMIKA EWROPEA |
|
|
* |
||
|
* |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
19.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 179/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-13 ta' Mejju 2014
dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u l-Unjoni tal-Komoros li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija fis-tas-Sajd fis-seħħ bejn iż-żewġ Partijiet
(2014/369/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) u l-Artikolu 218(7) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,
Wara l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew,
Billi:
(1) |
Fil-5 ta' Ottubur 2006, il-Kunsill approva l-Ftehim ta' Sħubija fis-tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u l-Unjoni tal-Komoros (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-“Ftehim ta' Sħubija”) permezz tad-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1563/2006 (1). |
(2) |
L-Unjoni Ewropea nnegozjat protokoll ġdid għal dan il-Ftehim ta' Sħubija mal-Unjoni tal-Komoros li jagħti opportunitajiet ta' sajd lil bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea fl-ilmijiet tal-Komoros. |
(3) |
Dan il-Protokoll il-ġdid ġie ffirmat abbażi tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/786/UE (2) u japplika provviżorjament mill-1 ta' Jannar 2014. |
(4) |
Huwa fl-interess tal-Unjoni Ewropea li timplimenta l-Ftehim ta' sħubija, permezz ta' Protokoll li jistabbilixxi l-possibbiltajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja relatata u li jiddefinixxi l-kundizzjonijiet tal-promozzjoni ta' sajd responsabbli u sostenibbli fl-ilmijiet tal-Komoros. |
(5) |
Il-Ftehim ta' Sħubija jistabbilixxi Kumitat Konġunt li huwa responsabbli għall-monitoraġġ tal-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim. Barra minn hekk, f'konformità mal-Protokoll, il-Kumitat Konġunt jista' japprova ċerti modifiki għall-Protokoll. Sabiex tkun iffaċilitata l-approvazzjoni ta' dawn il-modifiki, huwa adatt li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa, soġġett għal kondizzjonijiet speċifiċi, biex tapprovahom skont proċedura ssimplifikata. |
(6) |
Huwa xieraq li dan il-Protokoll il-ġdid jiġi approvat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u l-Unjoni tal-Komoros li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u l-Unjoni tal-Komoros (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-“Protokoll”) huwa approvat f'isem l-Unjoni Ewropea (3).
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill għandu jipproċedi, f'isem l-Unjoni Ewropea, bin-notifika prevista fl-Artikolu 14 tal-Protokoll.
Artikolu 3
Soġġett għad-dispożizzjonijiet u l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tapprova, f'isem l-Unjoni Ewropea, il-modifiki għall-Protokoll fil-Kumitat Konġunt.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Mejju 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
E. VENIZELOS
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1563/2006 tal-5 ta' Ottubru 2006 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u l-Unjoni tal-Komoros (ĠU L 290, 20.10.2006. p. 6).
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/786/UE tas-16 ta' Diċembru 2013 dwar il-firma, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l- applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u l-Unjoni tal-Komoros li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija fis- settur tas-Sajd fis-seħħ bejn iż-żewġ Partijiet (ĠU L 349, 21.12.2013, p. 4).
(3) Il-protokoll ġie ppubblikat fil-ĠU L 349, 21.12.2013, p. 5 flimkien mad-Deċiżjoni dwar l-iffirmar tiegħu.
ANNESS
Ambitu tal-għoti tas-setgħa u l-proċedura għall-istabbiliment tal-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt
1. |
Il-Kummissjoni għandha tkun awtorizzata tinnegozja mal-Unjoni tal-Komoros u, fejn adatt u, sakemm tkun konformi mal-paragrafu 3 ta' dan l-Anness, taqbel dwar il-modifiki għall-Protokoll fir-rigward tal-kwistjonijiet li ġejjin:
|
2. |
Fil-Kumitat Konġunt stabbilit bis-saħħa tal-Ftehim ta' Sħubija, l-Unjoni Ewropea għandha:
|
3. |
Meta deċiżjoni dwar il-modifiki għall-Protokoll msemmija fil-paragrafu 1 hija prevista li tiġi adottata waqt Laqgħa tal-Kumitat Konġunt, għandhom jittieħdu l-passi meħtieġa sabiex il-pożizzjoni li għandha tiġi espressa f'isem l-Unjoni Ewropea tieħu kont tal-informazzjoni l-aktar reċenti dwar l-istatistika, dik bijoloġika u informazzjoni rilevanti oħra mibgħuta lill-Kummissjoni. Għal dan il-għan u abbażi ta' dik l-informazzjoni, dokument li jistabbilixxi d-dettalji tal-pożizzjoni proposta tal-Unjoni Ewropea għandu jintbagħat mis-servizzi tal-Kummissjoni, fi żmien suffiċjenti qabel il-Laqgħa rilevanti tal-Kumitat Konġunt, lill-Kunsill jew lill-korpi preparatorji tiegħu għall-kunsiderazzjoni u l-approvazzjoni. Fir-rigward tal-kwistjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1(a), l-approvazzjoni tal-pożizzjoni prevista tal-Unjoni Ewropea mill-Kunsill teħtieġ maġġoranza kwalifikata ta' voti. Fil-każi l-oħra, il-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea prevista fid-dokument preparatorju għandha titqies li ntlaħaq qbil dwarha, sakemm numru ta' Stati Membri ekwivalenti għal minoranza li timblokka ma joġġezzjonax waqt laqgħa tal-korp preparatorju tal-Kunsill jew fi żmien 20 ġurnata minn meta jkun wasal id-dokument preparatorju, skont liema tiġri l-ewwel. Fil-każ ta' tali oġġezzjoni, il-kwistjoni għandha tiġi rreferuta lill-Kunsill. Jekk, matul laqgħat ulterjuri, inkluż dawk fuq il-post, ikun impossibbli li jintlaħaq qbil sabiex il-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea tieħu kont ta' elementi ġodda, il-kwistjoni għandha tiġi rreferuta lill-Kunsill jew lill-korpi preparatorji tiegħu. Il-Kummissjoni hija mistiedna tieħu kull pass meħtieġ, fi żmien debitu, bħala segwitu għad-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt, inkluż, fejn adatt, il-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni rilevanti f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-preżentazzjoni ta' kwalunkwe proposta meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dik id-deċiżjoni. |
REGOLAMENTI
19.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 179/4 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 663/2014
tal-5 ta' Ġunju 2014
li jissostitwixxi l-Annessi A, B u C tar-Regolament (KE) Nru 1346/2000 dwar proċedimenti ta' falliment
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000 tad-29 ta' Mejju 2000 dwar proċedimenti ta' falliment (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 45 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
L-Annessi A, B u C tar-Regolament (KE) Nru 1346/2000 jelenkaw l-ismijiet mogħtija fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istati Membri lill-proċedimenti u lil-likwidaturi li għalihom japplika dak ir-Regolament. L-Anness A jelenka l-proċedimenti ta' falliment msemmijin fl-Artikolu 2(a) ta' dak ir-Regolament. L-Anness B jelenka l-proċedimenti ta' għeluq (stralċ) imsemmijin fl-Artikolu 2(c) ta' dak ir-Regolament u l-Anness C jelenka l-likwidaturi msemmijin fl-Artikolu 2(b) ta' dak ir-Regolament. |
(2) |
Fil-5 ta' Frar 2013, il-Litwanja notifikat lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 45 tar-Regolament (KE) Nru 1346/2000, b'emendi għal-listi stabbiliti fl-Annessi A u C ta' dak ir-Regolament. |
(3) |
Fil-11 ta' Marzu 2013, l-Irlanda nnotifikat lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 45 tar-Regolament (KE) Nru 1346/2000, b'emendi għal-listi stabbiliti fl-Annessi A u C ta' dak ir-Regolament. |
(4) |
Fil-25 ta' Marzu 2013, il-Greċja nnotifikat lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 45 tar-Regolament (KE) Nru 1346/2000, b'emendi għal-listi stabbiliti fl-Annessi A, B u C ta' dak ir-Regolament. |
(5) |
Fil-25 ta' Marzu 2013, il-Lussemburgu nnotifika lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 45 tar-Regolament (KE) Nru 1346/2000, b'emendi għal-listi stabbiliti fl-Annessi A, B u C ta' dak ir-Regolament. |
(6) |
Fis-26 ta' April 2013, il-Polonja nnotifikat lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 45 tar-Regolament (KE) Nru 1346/2000, b'emendi għal-listi stabbiliti fl-Annessi A u B ta' dak ir-Regolament. |
(7) |
Fit-22 ta' Mejju 2013, il-Portugall innotifika lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 45 tar-Regolament (KE) Nru 1346/2000, b'emendi għal-listi stabbiliti fl-Annessi A, B u C ta' dak ir-Regolament. |
(8) |
Fil-5 ta' Frar 2014, l-Italja nnotifikat lill-Kunsill, skont l-Artikolu 45 tar-Regolament (KE) Nru 1346/2000, b'emendi għal-listi stabbiliti fl-Annessi A, B u C ta' dak ir-Regolament. Dik in-notifika ġiet sussegwentement emendata fl-10 ta' April 2014. |
(9) |
Fit-12 ta' Frar 2014, Ċipru nnotifika lill-Kunsill, skont l-Artikolu 45 tar-Regolament (KE) Nru 1346/2000, b'emendi għal-listi stabbiliti fl-Annessi A, B u C ta' dak ir-Regolament. Dik in-notifika ġiet sussegwentement emendata fl-10 ta' April 2014. |
(10) |
Ir-Renju Unit u l-Irlanda huma marbutin bir-Regolament (KE) Nru 1346/2000 u, bis-saħħa tal-Artikolu 45 ta' dak ir-Regolament, huma għalhekk qed jieħdu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. |
(11) |
F'konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament u mhijiex marbuta bih u lanqas ma hija soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. |
(12) |
L-Annessi A, B u C tar-Regolament (KE) Nru 1346/2000 għandhom għalhekk jiġu emendati kif meħtieġ, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi A, B u C tar-Regolament (KE) Nru 1346/2000 huma sostitwiti bit-testi li jinsabu fl-Annessi I, II u III ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri f'konformità mat-Trattati.
Magħmul fil-Lussemburgu, il-5 ta' Ġunju 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
N. DENDIAS
(1) ĠU L 160, 30.6.2000, p. 1.
ANNESS I
“ANNESS A
Proċedimenti ta' falliment imsemmijin fl-Artikolu 2(a)
BELGIQUE/BELGIË
— |
Het faillissement/La faillite, |
— |
De gerechtelijke reorganisatie door een collectief akkoord/La réorganisation judiciaire par accord collectif, |
— |
De gerechtelijke reorganisatie door overdracht onder gerechtelijk gezag/La réorganisation judiciaire par transfert sous autorité de justice, |
— |
De collectieve schuldenregeling/Le règlement collectif de dettes, |
— |
De vrijwillige vereffening/La liquidation volontaire, |
— |
De gerechtelijke vereffening/La liquidation judiciaire, |
— |
De voorlopige ontneming van beheer, bepaald in artikel 8 van de faillissementswet/Le dessaisissement provisoire, visé à l'article 8 de la loi sur les faillites, |
БЪЛГАРИЯ
— |
Производство по несъстоятелност, |
ČESKÁ REPUBLIKA
— |
Konkurs, |
— |
Reorganizace, |
— |
Oddlužení, |
DEUTSCHLAND
— |
Das Konkursverfahren, |
— |
Das gerichtliche Vergleichsverfahren, |
— |
Das Gesamtvollstreckungsverfahren, |
— |
Das Insolvenzverfahren, |
EESTI
— |
Pankrotimenetlus, |
ÉIRE/IRELAND
— |
Compulsory winding-up by the court, |
— |
Bankruptcy, |
— |
The administration in bankruptcy of the estate of persons dying insolvent, |
— |
Winding-up in bankruptcy of partnerships, |
— |
Creditors' voluntary winding-up (with confirmation of a court), |
— |
Arrangements under the control of the court which involve the vesting of all or part of the property of the debtor in the Official Assignee for realisation and distribution, |
— |
Company examinership, |
— |
Debt Relief Notice, |
— |
Debt Settlement Arrangement, |
— |
Personal Insolvency Arrangement, |
ΕΛΛΑΔΑ
— |
Η πτώχευση, |
— |
Η ειδική εκκαθάριση εν λειτουργία, |
— |
Σχέδιο αναδιοργάνωσης, |
— |
Απλοποιημένη διαδικασία επί πτωχεύσεων μικρού αντικειμένου, |
ESPAÑA
— |
Concurso, |
FRANCE
— |
Sauvegarde, |
— |
Redressement judiciaire, |
— |
Liquidation judiciaire, |
HRVATSKA
— |
Stečajni postupak, |
ITALIA
— |
Fallimento, |
— |
Concordato preventivo, |
— |
Liquidazione coatta amministrativa, |
— |
Amministrazione straordinaria, |
ΚΥΠΡΟΣ
— |
Υποχρεωτική εκκαθάριση από το Δικαστήριο, |
— |
Εκούσια εκκαθάριση από μέλη, |
— |
Εκούσια εκκαθάριση από πιστωτές |
— |
Εκκαθάριση με την εποπτεία του Δικαστηρίου, |
— |
Διάταγμα Παραλαβής και πτώχευσης κατόπιν Δικαστικού Διατάγματος, |
— |
Διαχείριση της περιουσίας προσώπων που απεβίωσαν αφερέγγυα, |
LATVIJA
— |
Tiesiskās aizsardzības process, |
— |
Juridiskās personas maksātnespējas process, |
— |
Fiziskās personas maksātnespējas process, |
LIETUVA
— |
Įmonės restruktūrizavimo byla, |
— |
Įmonės bankroto byla, |
— |
Įmonės bankroto procesas ne teismo tvarka, |
— |
Fizinio asmens bankroto byla, |
LUXEMBOURG
— |
Faillite, |
— |
Gestion contrôlée, |
— |
Concordat préventif de faillite (par abandon d'actif), |
— |
Régime spécial de liquidation du notariat, |
— |
Procédure de règlement collectif des dettes dans le cadre du surendettement, |
MAGYARORSZÁG
— |
Csődeljárás, |
— |
Felszámolási eljárás, |
MALTA
— |
Xoljiment, |
— |
Amministrazzjoni, |
— |
Stralċ volontarju mill-membri jew mill-kredituri, |
— |
Stralċ mill-Qorti, |
— |
Falliment f'każ ta' negozjant, |
NEDERLAND
— |
Het faillissement, |
— |
De surséance van betaling, |
— |
De schuldsaneringsregeling natuurlijke personen, |
ÖSTERREICH
— |
Das Konkursverfahren (Insolvenzverfahren), |
— |
Das Sanierungsverfahren ohne Eigenverwaltung (Insolvenzverfahren), |
— |
Das Sanierungsverfahren mit Eigenverwaltung (Insolvenzverfahren), |
— |
Das Schuldenregulierungsverfahren, |
— |
Das Abschöpfungsverfahren, |
— |
Das Ausgleichsverfahren, |
POLSKA
— |
Postępowanie naprawcze, |
— |
Upadłość obejmująca likwidację, |
— |
Upadłość z możliwością zawarcia układu, |
PORTUGAL
— |
Processo de insolvência, |
— |
Processo especial de revitalização, |
ROMÂNIA
— |
Procedura insolvenței, |
— |
Reorganizarea judiciară, |
— |
Procedura falimentului, |
SLOVENIJA
— |
Stečajni postopek, |
— |
Skrajšani stečajni postopek, |
— |
Postopek prisilne poravnave, |
— |
Prisilna poravnava v stečaju, |
SLOVENSKO
— |
Konkurzné konanie, |
— |
Reštrukturalizačné konanie, |
SUOMI/FINLAND
— |
Konkurssi/konkurs, |
— |
Yrityssaneeraus/företagssanering, |
SVERIGE
— |
Konkurs, |
— |
Företagsrekonstruktion, |
UNITED KINGDOM
— |
Winding-up by or subject to the supervision of the court, |
— |
Creditors' voluntary winding-up (with confirmation by the court), |
— |
Administration, including appointments made by filing prescribed documents with the court, |
— |
Voluntary arrangements under insolvency legislation, |
— |
Bankruptcy or sequestration.” |
ANNESS II
“ANNESS B
Proċedimenti ta' għeluq (stralċ) imsemmijin fl-Artikolu 2(c)
BELGIQUE/BELGIË
— |
Het faillissement/La faillite, |
— |
De vrijwillige vereffening/La liquidation volontaire, |
— |
De gerechtelijke vereffening/La liquidation judiciaire, |
— |
De gerechtelijke reorganisatie door overdracht onder gerechtelijk gezag/La réorganisation judiciaire par transfert sous autorité de justice, |
БЪЛГАРИЯ
— |
Производство по несъстоятелност, |
ČESKÁ REPUBLIKA
— |
Konkurs, |
DEUTSCHLAND
— |
Das Konkursverfahren, |
— |
Das Gesamtvollstreckungsverfahren, |
— |
Das Insolvenzverfahren, |
EESTI
— |
Pankrotimenetlus, |
ÉIRE/IRELAND
— |
Compulsory winding-up, |
— |
Bankruptcy, |
— |
The administration in bankruptcy of the estate of persons dying insolvent, |
— |
Winding-up in bankruptcy of partnerships, |
— |
Creditors' voluntary winding-up (with confirmation of a court), |
— |
Arrangements under the control of the court which involve the vesting of all or part of the property of the debtor in the Official Assignee for realisation and distribution, |
ΕΛΛΑΔΑ
— |
Η πτώχευση |
— |
Η ειδική εκκαθάριση |
— |
Απλοποιημένη διαδικασία επί πτωχεύσεων μικρού αντικειμένου |
ESPAÑA
— |
Concurso, |
FRANCE
— |
Liquidation judiciaire, |
HRVATSKA
— |
Stečajni postupak, |
ITALIA
— |
Fallimento, |
— |
Concordato preventivo, |
— |
Liquidazione coatta amministrativa, |
— |
Amministrazione straordinaria, |
ΚΥΠΡΟΣ
— |
Υποχρεωτική εκκαθάριση από το Δικαστήριο, |
— |
Εκκαθάριση με την εποπτεία του Δικαστηρίου, |
— |
Εκούσια εκκαθάριση από πιστωτές, με επιβεβαίωση του Δικαστηρίου, |
— |
Πτώχευση, |
— |
Διαχείριση της περιουσίας προσώπων που απεβίωσαν αφερέγγυα, |
LATVIJA
— |
Juridiskās personas maksātnespējas process, |
— |
Fiziskās personas maksātnespējas process, |
LIETUVA
— |
Įmonės bankroto byla |
— |
Įmonės bankroto procesas ne teismo tvarka, |
LUXEMBOURG
— |
Faillite, |
— |
Régime spécial de liquidation du notariat, |
— |
Liquidation judiciaire dans le cadre du surendettement, |
MAGYARORSZÁG
— |
Felszámolási eljárás, |
MALTA
— |
Stralċ volontarju, |
— |
Stralċ mill-Qorti, |
— |
Falliment inkluż il-ħruġ ta' mandat ta' qbid mill-Kuratur f'każ ta' negozjant fallut, |
NEDERLAND
— |
Het faillissement, |
— |
De schuldsaneringsregeling natuurlijke personen, |
ÖSTERREICH
— |
Das Konkursverfahren (Insolvenzverfahren), |
POLSKA
— |
Upadłość obejmująca likwidację, |
PORTUGAL
— |
Processo de insolvência, |
ROMÂNIA
— |
Procedura falimentului, |
SLOVENIJA
— |
Stečajni postopek, |
— |
Skrajšani stečajni postopek, |
SLOVENSKO
— |
Konkurzné konanie, |
SUOMI/FINLAND
— |
Konkurssi/konkurs, |
SVERIGE
— |
Konkurs, |
UNITED KINGDOM
— |
Winding-up by or subject to the supervision of the court, |
— |
Winding-up through administration, including appointments made by filing prescribed documents with the court, |
— |
Creditors' voluntary winding-up (with confirmation by the court), |
— |
Bankruptcy or sequestration.” |
ANNESS III
“ANNESS C
Likwidaturi imsemmija fl-Artikolu 2(b)
BELGIQUE/BELGIË
— |
De curator/Le curateur, |
— |
De gedelegeerd rechter/Le juge-délégué, |
— |
De gerechtsmandataris/Le mandataire de justice, |
— |
De schuldbemiddelaar/Le médiateur de dettes, |
— |
De vereffenaar/Le liquidateur, |
— |
De voorlopige bewindvoerder/L'administrateur provisoire, |
БЪЛГАРИЯ
— |
Назначен предварително временен синдик, |
— |
Временен синдик, |
— |
(Постоянен) синдик, |
— |
Служебен синдик, |
ČESKÁ REPUBLIKA
— |
Insolvenční správce, |
— |
Předběžný insolvenční správce, |
— |
Oddělený insolvenční správce, |
— |
Zvláštní insolvenční správce, |
— |
Zástupce insolvenčního správce, |
DEUTSCHLAND
— |
Konkursverwalter, |
— |
Vergleichsverwalter, |
— |
Sachwalter (nach der Vergleichsordnung), |
— |
Verwalter, |
— |
Insolvenzverwalter, |
— |
Sachwalter (nach der Insolvenzordnung), |
— |
Treuhänder, |
— |
Vorläufiger Insolvenzverwalter, |
EESTI
— |
Pankrotihaldur, |
— |
Ajutine pankrotihaldur, |
— |
Usaldusisik, |
ÉIRE/IRELAND
— |
Liquidator, |
— |
Official Assignee, |
— |
Trustee in bankruptcy, |
— |
Provisional Liquidator, |
— |
Examiner, |
— |
Personal Insolvency Practitioner, |
— |
Insolvency Service, |
ΕΛΛΑΔΑ
— |
Ο σύνδικος, |
— |
Ο εισηγητής, |
— |
Η επιτροπή των πιστωτών, |
— |
Ο ειδικός εκκαθαριστής, |
ESPAÑA
— |
Administradores concursales, |
FRANCE
— |
Mandataire judiciaire, |
— |
Liquidateur, |
— |
Administrateur judiciaire, |
— |
Commissaire à l'exécution du plan, |
HRVATSKA
— |
Stečajni upravitelj, |
— |
Privremeni stečajni upravitelj, |
— |
Stečajni povjerenik, |
— |
Povjerenik, |
ITALIA
— |
Curatore, |
— |
Commissario giudiziale, |
— |
Commissario straordinario, |
— |
Commissario liquidatore, |
— |
Liquidatore giudiziale, |
ΚΥΠΡΟΣ
— |
Εκκαθαριστής και Προσωρινός Εκκαθαριστής, |
— |
Επίσημος Παραλήπτης, |
— |
Διαχειριστής της Πτώχευσης, |
LATVIJA
— |
Maksātnespējas procesa administrators, |
LIETUVA
— |
Bankroto administratorius, |
— |
Restruktūrizavimo administratorius, |
LUXEMBOURG
— |
Le curateur, |
— |
Le commissaire, |
— |
Le liquidateur, |
— |
Le conseil de gérance de la section d'assainissement du notariat, |
— |
Le liquidateur dans le cadre du surendettement, |
MAGYARORSZÁG
— |
Vagyonfelügyelő, |
— |
Felszámoló, |
MALTA
— |
Amministratur Proviżorju, |
— |
Riċevitur Uffiċjali, |
— |
Stralċjarju, |
— |
Manager Speċjali, |
— |
Kuraturi f'każ ta' proċeduri ta' falliment, |
NEDERLAND
— |
De curator in het faillissement, |
— |
De bewindvoerder in de surséance van betaling, |
— |
De bewindvoerder in de schuldsaneringsregeling natuurlijke personen, |
ÖSTERREICH
— |
Masseverwalter, |
— |
Sanierungsverwalter, |
— |
Ausgleichsverwalter, |
— |
Besonderer Verwalter, |
— |
Einstweiliger Verwalter, |
— |
Sachwalter, |
— |
Treuhänder, |
— |
Insolvenzgericht, |
— |
Konkursgericht, |
POLSKA
— |
Syndyk, |
— |
Nadzorca sądowy, |
— |
Zarządca, |
PORTUGAL
— |
Administrador de insolvência, |
— |
Administrador judicial provisório, |
ROMÂNIA
— |
Practician în insolvență, |
— |
Administrator judiciar, |
— |
Lichidator, |
SLOVENIJA
— |
Upravitelj prisilne poravnave, |
— |
Stečajni upravitelj, |
— |
Sodišče, pristojno za postopek prisilne poravnave, |
— |
Sodišče, pristojno za stečajni postopek, |
SLOVENSKO
— |
Predbežný správca, |
— |
Správca, |
SUOMI/FINLAND
— |
Pesänhoitaja/boförvaltare, |
— |
Selvittäjä/utredare, |
SVERIGE
— |
Förvaltare, |
— |
Rekonstruktör, |
UNITED KINGDOM
— |
Liquidator, |
— |
Supervisor of a voluntary arrangement, |
— |
Administrator, |
— |
Official Receiver, |
— |
Trustee, |
— |
Provisional Liquidator, |
— |
Judicial factor.” |
19.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 179/17 |
REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 664/2014
tat-18 ta' Diċembru 2013
li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-istabbiliment ta' simboli tal-Unjoni għal denominazzjonijiet protetti tal-oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u speċjalitajiet tradizzjonali ggarantiti u fir-rigward ta' ċerti regoli dwar il-ksib, ċerti regoli proċedurali u ċerti regoli tranżitorji oħrajn
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi ta' kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-Artikolu 5(4), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 12(7), l-Artikolu 16(2), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 19(2), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 23(4), l-Artikolu 25(3), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 49(7), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 51(6), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(3), u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 54(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 irrevoka u ħa post ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 tal-20 ta' Marzu 2006 dwar prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel bħala speċjalitajiet tradizzjonali ggarantiti (2) u (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (3). Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 jagħti lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti delegati u ta' implimentazzjoni. Sabiex ikun żgurat il-funzjonament bla xkiel ta' skemi ta' kwalità għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel fil-qafas legali l-ġdid, ċerti regoli għandhom ikunu adottati permezz ta' atti ta' din ix-xorta. Ir-regoli l-ġodda għandhom jissostitwixxu r-regoli ta' implimentazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 509/2006 u (KE) Nru 510/2006, li kienu ġew stabbiliti permezz tar-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1898/2006 tal-14 ta' Diċembru 2006 li jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (4) u (KE) Nru 1216/2007 tat-18 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 dwar prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel bħala speċjalitajiet tradizzjonali ggarantiti (5), rispettivament. |
(2) |
Sabiex jitqiesu l-karattru speċifiku, u b'mod partikolari l-limitazzjonijiet fiżiċi u materjali, għall-produzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali li l-isem tagħhom huwa rreġistrat bħala denominazzjoni tal-oriġini protetta, għandhom jingħataw derogi fir-rigward tas-sors tal-għalf fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta' prodotti bħal dawn. Dawk id-derogi ma għandhom bl-ebda mod jaffettwaw ir-rabta bejn l-ambjent ġeografiku u l-kwalità speċifika jew il-karatteristiċi li dak il-prodott ikollu essenzjalment jew esklussivament minħabba dak l-ambjent. |
(3) |
Sabiex titqies in-natura speċifika ta' ċerti prodotti, restrizzjonijiet fir-rigward tal-għejjun tal-materji prima għal indikazzjonijiet ġeografiċi protetti għandhom ikunu permessi fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott f'każijiet ta' prodotti bħal dawn. Dawk ir-restrizzjonijiet għandhom ikunu ġustifikati fid-dawl ta' kriterji oġġettivi li jkunu konformi mal-prinċipji ġenerali tal-iskema tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u li jkomplu jtejbu l-konsistenza tal-prodotti mal-għanijiet tal-iskema. |
(4) |
Sabiex jiġi żgurat li l-informazzjoni xierqa tiġi kkomunikata lill-konsumatur, għandhom jiġu stabbiliti simboli tal-Unjoni maħsubin biex jagħmlu reklam tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini, l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti. |
(5) |
Sabiex ikun żgurat li l-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott għall-ispeċjalitajiet tradizzjonali ggarantiti jipprovdu biss informazzjoni rilevanti u konċiża, u sabiex jiġu evitati applikazzjonijiet voluminużi għar-reġistrazzjoni jew għall-approvazzjoni ta' emenda għal speċifikazzjoni ta' prodott ta' speċjalità tradizzjonali ggarantita, għandu jiġi stabbilit limitu għat-tul tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott. |
(6) |
Biex jiġi faċilitat il-proċess tal-applikazzjoni, regoli addizzjonali dwar proċeduri nazzjonali ta' oppożizzjoni fil-każ ta' applikazzjonijiet konġunti li għandhom x'jaqsmu ma' iktar minn territorju nazzjonali wieħed għandhom ikunu stabbiliti. Minħabba li d-dritt ta' oppożizzjoni għandu jkun iggarantit fit-territorju kollu tal-Unjoni, l-obbligu li jitwettqu proċeduri nazzjonali ta' oppożizzjoni fl-Istati Membri kollha kkonċernati minn applikazzjonijiet konġunti għandhom jiġu pprovduti. |
(7) |
Sabiex ikollhom passi ċari fi proċedura ta' oppożizzjoni, huwa meħtieġ li jiġu speċifikati l-obbligi proċedurali tal-applikant f'każ li l-konsultazzjonijiet xierqa wara l-preżentazzjoni ta' dikjarazzjoni raġunata ta' oppożizzjoni jirriżultaw fi ftehim. |
(8) |
Sabiex ikun iffaċilitat it-trattament tal-applikazzjonijiet għal emenda għal speċifikazzjoni ta' prodott, għandhom jiġi stabbiliti regoli akkompanjanti li jikkonċernaw l-iskrutinju tal-applikazzjonijiet għall-emenda u li jikkonċernaw is-sottomissjoni u l-evalwazzjoni ta' emendi minuri. Minħabba n-natura temporanja ta' emerġenza tagħhom, l-emendi għandhom jiġu eżentati mill-proċedura standard u ma għandhomx ikunu suġġetti għal approvazzjoni formali mill-Kummissjoni. Madankollu, il-Kummissjoni għandha tinżamm infurmata bis-sħiħ dwar il-kontenut u l-ġustifikazzjonijiet ta' dawn l-emendi. |
(9) |
Sabiex jiġi żgurat li l-partijiet kollha jkollhom l-opportunità li jiddefendu d-drittijiet u l-interessi leġittimi tagħhom, għandhom jiġu stabbiliti regoli dwar il-proċess ta' kanċellazzjoni. Il-proċess ta' kanċellazzjoni għandu jiġu allinjat mal-proċedura standard għar-reġistrazzjoni stipulata fl-Artikoli minn 49 sa 52 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. Għandu jiġi ċċarat ukoll li l-Istati Membri huma fost il-persuni ġuridiċi li jista' jkollhom interess leġittimu fis-sottomissjoni tat-talba għall-kanċellazzjoni skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 54(1) ta' dak ir-Regolament. |
(10) |
Sabiex jiġu mħarsal-interessi leġittimi tal-produtturi jew tal-partijiet interessati kkonċernati, għandu xorta jkun possibbli li dokumenti uniċi dwar denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti rreġistrati qabel il-31 ta' Marzu 2006, u li għalihom ma nħariġx dokument uniku, jiġu ppubblikati fuq talba tal-Istati Membri kkonċernati. |
(11) |
L-Artikolu 12(3) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 23(3) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 jipprevedu li għall-prodotti li joriġinaw fl-Unjoni li jiġu kkummerċjalizzati taħt denominazzjoni ta' oriġini protetta, indikazzjoni ġeografika protetta jew speċjalità tradizzjonali ggarantita, is-simboli tal-Unjoni assoċjati ma' dawk il-prodotti jridu jidhru fuq it-tikkettar, u jipprevedu wkoll li l-indikazzjonijiet jew abbrevjazzjonijiet rilevanti jkunu jistgħu jidhru fuq it-tikketta. It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 23(3) jipprevedi li s-simbolu huwa obbligatorju fuq it-tikketta ta' speċjalitajiet tradizzjonali ggarantiti li huma prodotti barra l-Unjoni. Dawk id-dispożizzjonijiet se jkunu applikabbli biss mill-4 ta' Jannar 2016. Madankollu, ir-Regolamenti (KE) Nru 509/2006 u (KE) Nru 510/2006, li kienu abrogati mir-Regolament (UE) Nru 1151/2012, ipprevedew l-obbligu li jqiegħdu fuq it-tikkettar ta' prodotti li joriġinaw fl-Unjoni jew is-simbolu inkella indikazzjoni kompluta, u taw l-għażla li tintuża l-indikazzjoni “speċjalità tradizzjonali ggarantita” fuq it-tikketta ta' speċjalitajiet tradizzjonali ggarantiti li huma prodotti barra l-Unjoni. Għal raġunijiet ta' kontinwità bejn iż-żewġ Regolamenti mħassra u r-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-obbligu li jitqiegħdu fuq it-tikkettar ta' prodotti li joriġinaw fl-Unjoni jew is-simboli tal-Unjoni inkella indikazzjoni rispettiva, u l-għażla li tintuża l-indikazzjoni “speċjalità tradizzjonali ggarantita” fuq it-tikketta ta' speċjalitajiet tradizzjonali ggarantiti li huma prodotti barra l-Unjoni, għandhom jitqiesu impliċitament stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u għandhom jitqiesu diġà applikabbli. Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali, u biex jitħarsu d-drittijiet u l-interessi leġittimi tal-produtturi jew tal-partijiet interessati kkonċernati, il-kondizzjonijiet tal-użu ta' simboli u indikazzjonijiet fuq it-tikketta, kif stabbilit fir-Regolamenti (KE) Nru 509/2006 u (KE) Nru 510/2006, għandhom ikomplu jiġu applikati sat-3 ta' Jannar 2016. |
(12) |
Għall-fini taċ-ċarezza u taċ-ċertezza legali, ir-Regolamenti (KE) Nru 1898/2006 u (KE) Nru 1216/2007 għandhom jitħassru, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Regoli speċifiċi dwar is-sorsi tal-għalf u materja prima
1. Għall-fini tal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-għalf għandu jkollu l-bidu tiegħu kompletament miż-żona ġeografika ddefinita fir-rigward ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali li isimhom huwa rreġistrat bħala denominazzjoni protetta tal-oriġini.
Sa fejn ma jkunx teknikament prattikabbli li s-sors ikun kompletament miż-żona ġeografika ddefinita, għalf li joriġina minn barra dik iż-żona jista' jiġi miżjud, dment li l-kwalità tal-prodott jew il-karatteristiċi li essenzjalment ikollu minħabba l-ambjent ġeografiku ma jiġux affettwati. L-għalf li jkun ġej minn barra ż-żona ġeografika ddefinita ma għandu fl-ebda każ ikun ta' aktar minn 50 % tal-materja niexfa fuq bażi annwali.
2. Kull restrizzjoni fuq l-oriġini tal-materja prima li tingħata fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta' prodott li ismu huwa rreġistrat bħala indikazzjoni ġeografika protetta għandha tkun iġġustifikata b'relazzjoni mar-rabta msemmija fil-punt (f)(ii) tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.
Artikolu 2
Simboli tal-Unjoni
Is-simboli tal-Unjoni msemmija fl-Artikoli 12(2) u 23(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 huma stabbiliti kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Limitazzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tal-prodotti għal speċjalitajiet tradizzjonali ggarantiti
L-ispeċifikazzjoni tal-prodott imsemmija fl-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 għandha tkun konċiża u ma għandhiex taqbeż il-5 000 kelma, ħlief f'każijiet iġġustifikati kif jixraq.
Artikolu 4
Proċeduri ta' oppożizzjoni nazzjonali għal applikazzjonijiet konġunti
Fil-każ ta' applikazzjonijiet konġunti kif imsemmija fl-Artikolu 49(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-proċeduri nazzjonali ta' oppożizzjoni relatati għandhom jitwettqu fl-Istati Membri kollha kkonċernati.
Artikolu 5
Obbligu ta' notifika rigward ftehim fi proċedura nazzjonali
Meta l-partijiet interessati jilħqu ftehim wara l-konsultazzjonijiet msemmija fl-Artikolu 51(3) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-awtoritajiet tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz minn fejn ġiet depożitata l-applikazzjoni għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-fatturi kollha li wasslu biex jintlaħaq il-ftehim, inklużi l-opinjonijiet tal-applikant u tal-awtoritajiet ta' Stat Membru jew ta' pajjiż terz jew persuni fiżiċi u ġuridiċi oħrajn li jkunu ressqu l-oppożizzjoni.
Artikolu 6
Emendi tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott
1. L-applikazzjoni għal emenda ta' speċifikazzjoni ta' prodott, kif imsemmi fl-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, li ma hijiex minuri, għandu jkun fiha deskrizzjoni eżawrjenti bir-raġunijiet speċifiċi għal kull emenda. Id-deskrizzjoni għandha tqabbel fid-dettall, għal kull emenda, l-ispeċifikazzjoni oriġinali tal-prodott u, fejn rilevanti, dokument uniku oriġinali bil-verżjoni emendata proposta.
Dik l-applikazzjoni għandha tkun awtosuffiċjenti. Din għandha tinkludi l-emendi kollha fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott u, fejn rilevanti, għad-dokument uniku li għalih tkun qiegħda titfittex l-approvazzjoni.
Applikazzjoni għal emenda li ma hijiex minuri, u li ma tkunx f'konformità mal-ewwel u t-tieni subparagrafi, ma għandhiex tkun ammissibbli. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-applikant jekk l-applikazzjoni hix meqjusa inammissibbli.
L-approvazzjoni mill-Kummissjoni ta' applikazzjoni għal emenda għal speċifikazzjoni ta' prodott li ma hijiex minuri għandha tkopri biss l-emendi kif inkluż fl-applikazzjoni nnifisha.
2. L-applikazzjonijiet għal emenda minuri għal speċifikazzjoni ta' prodott dwar denominazzjonijiet protetti tal-oriġini jew indikazzjonijiet ġeografiċi protetti għandhom jitressqu quddiem l-awtoritajiet tal-Istat Membru li ż-żona ġeografika tad-denominazzjoni jew indikazzjoni tirreferi għalih. L-applikazzjonijiet għal emenda minuri tal-ispeċifikazzjoni ta' prodott li għandhom x'jaqsmu mal-ispeċjalitajiet tradizzjonali ggarantiti għandhom ikunu sottomesi lill-awtoritajiet tal-Istat Membru li fih il-grupp huwa stabbilit. Jekk l-applikazzjoni għal emenda minuri tal-ispeċifikazzjoni ta' prodott ma tkunx ġejja minn grupp li ppreżenta applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta' isem jew ismijiet li l-ispeċifikazzjoni tal-prodott jirreferu għalihom, l-Istat Membru għandu jagħti lil dak il-grupp l-opportunità li jagħmel kummenti dwar l-applikazzjoni jekk dak il-grupp ikun għadu jeżisti. Jekk l-Istat Membru jqis li r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 u tad-dispożizzjonijiet adottati bis-saħħa tiegħu jkunu ġew issodisfati, jista' jippreżenta dossier ta' applikazzjoni ta' emenda minuri lill-Kummissjoni. Applikazzjonijiet għal emenda minuri ta' speċifikazzjoni ta' prodott fir-rigward ta' prodotti li joriġinaw f'pajjiżi terzi jistgħu jiġu ppreżentati minn grupp li jkollu interess leġittimu jew direttament lill-Kummissjoni inkella permezz tal-awtoritajiet ta' dak il-pajjiż terz.
L-applikazzjoni għal emenda minuri għandha tipproponi biss emendi minuri skont it-tifsira tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. Din għandha tiddeskrivi dawk l-emendi minuri, tesprimi fil-qosor ir-raġuni għaliex hija meħtieġa emenda, u turi li l-emendi proposti jikkwalifikaw bħala minuri skont l-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. Din għandha tqabbel, għal kull emenda, l-ispeċifikazzjoni oriġinali tal-prodott u, fejn rilevanti, dokument uniku oriġinali bil-verżjoni emendata proposta. L-applikazzjoni għandha tkun awtosuffiċjenti u għandha tinkludi l-emendi kollha għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott, u fejn rilevanti, għad-dokument uniku li għalihom tkun qiegħda titfittex l-approvazzjoni.
L-emendi minuri msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 għandhom jitqiesu approvati jekk il-Kummissjoni ma tinformax lill-applikant mod ieħor fi żmien tliet xhur mill-wasla tal-applikazzjoni.
Applikazzjoni għal emenda minuri li ma tikkonformax mat-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu ma għandhiex tkun ammissibbli. L-approvazzjoni taċita msemmija fit-tielet subparagrafu ta' dan il-paragrafu ma għandhiex tapplika għal applikazzjonijiet bħal dawn. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-applikant jekk l-applikazzjoni hix meqjusa bħala inammissibbli fi żmien tliet xhur mill-wasla tal-applikazzjoni.
Il-Kummissjoni għandha tagħmel pubblika l-emenda minuri approvata għal speċifikazzjoni ta' prodott li ma timplikax modifika tal-elementi msemmija fl-Artikolu 50(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.
3. Il-proċedura stabbilita fl-Artikoli minn 49 sa 52 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 ma għandhiex tapplika għal emendi li jikkonċernaw bidla temporanja tal-ispeċifikazzjoni li tirriżulta mill-impożizzjoni ta' miżuri obbligatorji sanitarji jew fitosanitarji mill-awtoritajiet pubbliċi jew marbuta ma' diżastri naturali jew kundizzjonijiet ta' temp avversi formalment rikonoxxuti mill-awtoritajiet kompetenti.
Dawk l-emendi għandhom ikunu kkomunikati lill-Kummissjoni flimkien mar-raġunijiet għalihom sa mhux aktar tard minn ġimgħatejn wara l-approvazzjoni. Emendi temporanji għal speċifikazzjoni ta' prodott dwar deżinjazzjonijiet ta' oriġini protetti jew indikazzjonijiet ġeografiċi protetti għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni mill-awtoritajiet tal-Istat Membru taż-żona ġeografika inkonnessjoni mad-deżinjazzjoni jew l-indikazzjoni. Emendi temporanji ta' speċifikazzjoni ta' prodott fir-rigward ta' speċjalitajiet tradizzjonali ggarantiti għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni mill-awtoritajiet tal-Istat Membru li fih huwa stabbilit il-grupp. Emendi temporanji li jikkonċernaw prodotti li joriġinaw minn pajjiżi terzi għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni jew minn grupp li jkollu interess leġittimu jew mill-awtoritajiet ta' dak il-pajjiż terz. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw emendi termporanji għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott. Fil-komunikazzjonijiet dwar emenda temporanja għal speċifikazzjoni ta' prodott relatata mad-denominazzjoni protetta tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta, l-Istati Membri għandhom jibgħatu biss ir-referenza għall-pubblikazzjoni. Fil-komunikazzjonijiet dwar emenda temporanja għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott li għandhom x'jaqsmu ma' speċjalità tradizzjonali ggarantita, dawn għandhom jibgħatu l-emenda temporanja għal speċifikazzjoni tal-prodott kif ippubblikata. Fil-komunikazzjonijiet li jikkonċernaw prodotti li joriġinaw minn pajjiżi terzi l-emendi termporanji approvati għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott għandhom jintbgħatu lill-Kummissjoni. Evidenza tal-miżuri sanitarji u fitosanitarji u kopja tal-att li jirrikonoxxi diżastri naturali jew kundizzjonijiet ta' temp avversi għandhom jingħataw għall-komunikazzjonijiet kollha rigward emendi temporanji mill-Istati Membri u kemm mill-pajjiżi terzi. Il-Kummissjoni għandha tagħmel dawn l-emendi pubbliċi.
Artikolu 7
Tħassir
1. Il-proċedura stabbilita fl-Artikoli minn 49 sa 52 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 għandha tapplika mutatis mutandis għat-tħassir ta' reġistrazzjoni kif imsemmi fl-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-Artikolu 54(1) ta' dak ir-Regolament.
2. L-Istati Membri għandhom jitħallew iressqu talba għat-tħassir fuq inizjattiva tagħhom skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 54(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.
3. It-talba għat-tħassir għandha tiġi ppubblikata skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 50(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.
4. Id-dikjarazzjonijiet ta' oppożizzjoni rraġunata fir-rigward ta' tħassir għandhom ikunu ammissibbli biss jekk tintwera fiduċja kummerċjali kontinwa minn persuna interessata fuq l-isem irreġistrat.
Artikolu 8
Regoli tranżitorji
1. Fir-rigward ta' denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti rreġistrati qabel il-31 ta' Marzu 2006, il-Kummissjoni, fuq talba ta' Stat Membru, għandha tippubblika dokument uniku sottomess minn dan l-Istat Membru f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dik il-pubblikazzjoni għandha tkun akkumpanjata mir-referenza tal-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni.
2. Sat-3 ta' Jannar 2016, għandu japplika t-tibdil li ġej:
(a) |
Għall-prodotti li joriġinaw fl-Unjoni, fejn l-isem irreġistrat huwa dak li jiġi użat fuq it-tikkettar, l-isem għandu jkun akkumpanjat jew bis-simbolu rilevanti tal-Unjoni, jew bl-indikazzjoni rilevanti msemmija fl-Artikolu 12(3) jew l-Artikolu 23(3) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012; |
(b) |
Għall-prodotti li huma prodotti barra l-Unjoni, l-indikazzjoni msemmija fl-Artikolu 23(3) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 ma għandhiex tkun obbligatorja fuq it-tikketta ta' speċjalitajiet tradizzjonali ggarantiti. |
Artikolu 9
Revoka
Ir-Regolamenti (KE) Nru 1898/2006 u (KE) Nru 1216/2007 huma mħassrin.
Artikolu 10
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 5 għandu japplika biss għal proċeduri ta' oġġezzjoni li għalihom il-perjodu ta' tliet xhur stabbilit fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 ikun għadu ma skadiex fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Diċembru 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(3) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.
(4) ĠU L 369, 23.12.2006, p. 1.
(5) ĠU L 275, 19.10.2007, p. 3.
ANNESS
Is-simbolu tal-Unjoni għal “Denominazzjoni protetta tal-oriġini”
Is-simbolu tal-Unjoni għal “Indikazzjoni ġeografika protetta”
Is-simbolu tal-Unjoni għal “Speċjalità tradizzjonali ggarantita”
19.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 179/23 |
REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 665/2014
tal-11 ta' Marzu 2014
li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kundizzjonijiet tal-użu tat-terminu tal-kwalità mhux obbligatorju “prodott tal-muntanji”
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolaril-Artikolu 31(3) u (4) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 stabbilixxa skema għal termini tal-kwalità mhux obbligatorji biex jiffaċilita l-komunikazzjoni fis-suq intern fir-rigward tal-karatteristiċi jew attributi ta' valur miżjud ta' prodotti agrikoli mill-produtturi tagħhom. Huwa stabbilixxa l-kundizzjonijiet tal-użu tat-terminu tal-kwalità mhux obbligatorju “prodott tal-muntanji” u jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta atti ddelegati li jistabbilixxu derogi minn dawk il-kundizzjonijiet tal-użu f'każijiet debitament ġustifikati u sabiex jitqiesu restrizzjonijiet naturali li jaffettwaw il-produzzjoni agrikola f'żoni muntanjużi. Dak ir-Regolament jagħti wkoll is-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta atti ddelegati dwar l-istabbiliment tal-metodi ta' produzzjoni u kriterji oħra rilevanti għall-applikazzjoni ta' dak it-terminu. |
(2) |
Sabiex jiġi evitat li l-konsumaturi jiġu imqarrqa, l-użu tat-terminu “prodott tal-muntanji” għal prodotti li joriġinaw mill-annimali għandu jiġi ċċarat. Għal prodotti li ġejjin mill-annimali, bħal ħalib u bajd, il-produzzjoni għandha ssir f'żoni muntanjużi. Għal prodotti magħmula mill-annimali, bħal laħam, l-annimali għandhom jitrabbew f'żoni muntanjużi. Billi l-bdiewa ħafna drabi jixtru annimali żgħar, dawn l-annimali għandhom iqattgħu mill-anqas l-aħħar żewġ terzi ta' ħajjithom f'żoni muntanjużi. |
(3) |
It-transumanza, inkluż transumanza bejn mergħat f'żoni muntanjużi u f'żoni mhux -muntanjużi, hija pprattikata f'ħafna żoni tal-Unjoni sabiex jittieħed vantaġġ tad-disponibbiltà staġonali tal-mergħat. Dan jiżgura l-preservazzjoni ta' mergħat f'altitudni ogħla li mhumiex adattati għar-ragħa matul is-sena kollha u ta' pajsaġġi tradizzjonali magħmula mill-bniedem f'żoni muntanjużi. It-transumanza għandha wkoll benefiċċji ambjentali diretti, pereżempju tnaqqas ir-riskju ta' erożjoni u ta' valangi. Sabiex tinkoraġġixxi il-prattika kontinwa ta' transumanza, għalhekk għandha titħalla wkoll l-applikazzjoni tat-terminu “prodott tal-muntanji” għal prodotti magħmula minn annimali transumanti li jgħaddu mill-anqas kwart ta' ħajjithom jirgħu fiż-żoni muntanjużi. |
(4) |
Sabiex jiġi żgurat li l-għalf għal annimali tal-irziezet jiġi essenzjalment minn żoni muntanjużi, għandu jiġi ċċarat li, fil-prinċipju, mill-anqas nofs id-dieta annwali tal-annimali, espress bħala persentaġġ tal-materja niexfa, għandu jikkonsisti minn għalf li jkun ġej minn żoni muntanjużi. |
(5) |
Billi l-għalf disponibbli għal ruminanti f'żoni muntanjużi jirrappreżenta aktar minn nofs dieta annwali tagħhom, dan il-perċentwal għandu jkun ogħla fil-każ tagħhom. |
(6) |
Minħabba limitazzjonijiet naturali u l-fatt li l-għalf prodott f'żoni muntanjużi huwa primarjament għar-ruminanti, proporzjon żgħir biss ta' għalf għall-majjali huwa attwalment miksub f'żoni muntanjużi. Sabiex jintlaħaq il-bilanċ meħtieġ bejn l-għanijiet doppji tat-terminu “prodott tal-muntanji”, kif stipulat fil-premessa 45 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, ikun żgurat li l-produzzjoni tal-majjali f'żoni muntanjużi tista' tkompli u b'hekk tinżamm in-nisġa rurali, il-proporzjon tal-għalf tal-ħnieżer li għandu jiġi minn żoni bħal dawn għandu jkun anqas minn nofs id-dieta annwali tal-annimali. |
(7) |
Għandhom japplikaw restrizzjonijiet tal-għalf għall-annimali transumanti sakemm dawn ikunu f'żoni muntanjużi. |
(8) |
Billi t-transumanza tapplika wkoll għad-doqqajs, l-applikazzjoni tat-terminu “prodott tal-muntanji” għal prodotti tat-trobbija tan-naħal għandha tiġu ċċarata. Madankollu, billi z-zokkor mitmugħ lin-naħal normalment ma jiġix minn żoni muntanjużi, ir-restrizzjonijiet tal-għalf ma għandhomx japplikaw fir-rigward tan-naħal. |
(9) |
Sabiex jiġi evitat li l-konsumaturi jiġu ingannati, it-terminu “prodott tal-muntanji” għandu jintuża għal prodotti ta' oriġini mill-pjanti biss jekk il-pjanti jitkabbru f'żoni muntanjużi. |
(10) |
Prodotti pproċessati għandhom jitħallew jinkludu, bħala ingredjenti, materjali mhux maħduma bħal zokkor, melħ jew ħxejjex aromatiċi li ma jistgħux jiġu prodotti f'żoni muntanjużi, sakemm dawn ma jirrappreżentawx aktar minn 50 % tal-piż totali tal-ingredjenti. |
(11) |
F'żoni muntanjużi f'ċerti partijiet tal-Unjoni, m'hemmx biżżejjed faċilitajiet għall-produzzjoni tal-ħalib u ta' prodotti tal-ħalib minn ħalib mhux ipproċessat, għall-qatla tal-annimali u t-tqattigħ u d-dissussar ta' karkassi, u għall-għasir taż-żejt taż-żebbuġa. Restrizzjonijiet naturali jaffettwaw id-disponibbiltà ta' faċilitajiet tal-ipproċessar adattati f'żoni muntanjużi u jagħmlu l-ipproċessar diffiċli u mhux vijabbli. L-ipproċessar band'oħra fil-viċinanzi ta' żoni muntanjużi ma jbiddilx in-natura tal-prodotti b'dan l-ipproċessar fir-rigward tal-provenjenza tal-muntanja. Għaldaqstant, għandha tkun permessal-applikazzjoni tat-terminu “prodott tal-muntanji” għal dawn il-prodotti meta jiġu pproċessati barra żoni muntanjużi. Minħabba l-post tal-faċilitajiet tal-ipproċessar f'ċerti Stati Membri, u l-ħtieġa li jintlaħqu l-aspettattivi tal-konsumaturi, l-operazzjonijiet tal-ipproċessar għandhom isiru f'żona ta' 30 km miż-żona muntanjuża inkwistjoni. |
(12) |
Barra minn hekk, sabiex il-faċilitajiet eżistenti għall-produzzjoni tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib ikollhom il-permess ikomplu l-attività tagħhom, dawk biss fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 għandhom jitħallew jużaw it-terminu “prodott tal-muntanji”. Billi d-disponibbiltà ta' faċilitajiet bħal dawn f'żoni muntanjużi tvarja, l-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati jimponu rekwiżit dwar id-distanza aktar strett jew jeliminaw din il-possibbiltà għal kollox, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Prodotti li ġejjin mill-annimali
1. It-terminu “prodott tal-muntanji” jista' jiġi applikat għal prodotti magħmula minn annimali f'żoni muntanjużi kif definit fl-Artikolu 31(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 u pproċessati f'żoni bħal dawn.
2. It-terminu “prodott tal-muntanji” jista' jiġi applikat għal prodotti magħmula minn annimali li jitrabbew għal minn tal-anqas l-aħħar żewġ terzi ta' ħajjithom f'dawk iż-żoni muntanjużi, jekk il-prodotti jkunu pproċessati f'żoni bħal dawn.
3. B'deroga mill-paragrafu 2, it-terminu “prodott tal-muntanji” jista' jiġi applikat għal prodotti magħmula minn annimali transumanti li jkunu trabbew għal mill-anqas kwart minn ħajjithom jirgħu f'mergħat f'żoni muntanjużi.
Artikolu 2
Għalf
1. Għall-finijiet tal-Artikolu 31(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-għalf ta' annimali tal-irziezet għandu jitqies li jiġi essenzjalment minn żoni muntanjużi jekk il-proporzjon ta' dieta tal-annimali annwali li ma jistax jiġi prodott f'żoni muntanjużi, espress bħala perċentwal ta' materja niexfa, ma jaqbiżx il-50 % u, fil-każ ta' ruminanti, l-40 %.
2. B'deroga mill-paragrafu 1, fir-rigward ta' majjali, il-proporzjon ta' għalf li ma jistax jiġi prodott f'żoni muntanjużi, espress bħala perċentwal ta' materja niexfa, ma għandux jaqbeż il-75 % tad-dieta annwali tal-annimali.
3. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal għalf ta' annimali transumanti kif hemm referenza fl-Artikolu 1(3) meta mrobbija barra minn żoni muntanjużi.
Artikolu 3
Prodotti tat-trobbija tan-naħal
1. It-terminu “prodott tal-muntanji” jista' jiġi applikat għal prodotti tat-trobbija tan-naħal jekk in-naħal ikunu ġabru n-nektar u t-trab tad-dakra minn żoni muntanjużi biss.
2. B'deroga mill-Artikolu 31(1)(a) tar- Regolament (UE) Nru 1151/2012, iz-zokkor mitmugħ lin-naħal mhux meħtieġ ikun ġie minn żoni muntanjużi.
Artikolu 4
Prodotti ta' oriġini mill-pjanti
B'deroga mill-Artikolu 31(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, it-terminu “prodott tal-muntanji” jista' jiġi applikat għal prodotti ta' oriġini mill-pjanti biss jekk il-pjanta titkabbar f'żoni muntanjużi kif definiti fl-Artikolu 31(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.
Artikolu 5
Ingredjenti
Meta użati fi prodotti li hemm referenza għalihom fl-Artikoli 1 u 4, dawn l-ingredjenti jistgħu jiġu minn barra żoni muntanjużi, sakemm dawn ma jirrappreżentawx aktar minn 50 % tal-piż totali tal-ingredjenti:
(a) |
prodotti mhux elenkati fl-Anness I tat-Trattat; u |
(b) |
ħxejjex aromatiċi, ħwawar u zokkor. |
Artikolu 6
Operazzjonijiet tal-ipproċessar barra żoni muntanjużi
1. B'deroga mill-Artikolu 31(1)(b) tar- Regolament (UE) Nru 1151/2012 u l-Artikolu 1(1) u (2) ta' dan ir-Regolament, l-operazzjonijiet tal-ipproċessar li ġejjin jistgħu jsiru barra żoni muntanjużi, sakemm id-distanza miż-żona muntanjuża inkwistjoni ma taqbiżx it-30 km:
(a) |
operazzjonijiet tal-ipproċessar għall-produzzjoni tal-ħalib u ta' prodotti tal-ħalib f'faċilitajiet tal-ipproċessar fis-seħħ fit-3 ta' Jannar 2013; |
(b) |
il-qtil ta' annimali u t-tqattigħ u d-dissussar tal-karkassi; |
(c) |
l-ippressar taż-żejt taż-żebbuġa. |
2. Fir-rigward ta' prodotti pproċessati fit-territorju tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu li d-deroga fil-paragrafu 1, il-punt (a) ma tkunx tapplika jew li l-faċilitajiet tal-ipproċessar għandhom ikunu fil-limiti ta' distanza, li trid tiġi speċifikata, ta' anqas minn 30 km miż-żona muntanjuża inkwistjoni.
Artikolu 7
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Marzu 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
19.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 179/26 |
REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 666/2014
tat-12 ta' Marzu 2014
li jistabbilixxi rekwiżiti sostantivi għal sistema ta' inventarju tal-Unjoni filwaqt li jitqiesu l-bidliet fil-potenzjali ta' riskaldament globali u ta' gwidi ta' inventarju li sar ftehim dwarhom f'livell internazzjonali skont ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra u għar-rapportar ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) tal-Artikolu 7(6)(b) tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra huwa meħtieġ sabiex tkun tista' ssir il-valutazzjoni tal-progress proprju li jsir fir-rigward tal-ilħiq tal-impenji tal-Unjoni u tal-Istati Membri rigward il-limitazzjoni jew it-tnaqqis tal-emissjonijiet kollha ta' gassijiet b'effett ta' serra skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) approvata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/69/KE (2), il-Protokoll tagħha ta' Kyoto approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/358/KE (3) u s-sett ta' atti legali tal-Unjoni, li ġie adottat fl-2009, imsemmija b'mod kollettiv bħala l-“Pakkett ta' Azzjoni dwar il-Klima u l-Enerġija”. |
(2) |
Id-Deċiżjoni 19/CMP.1 tal-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC li sservi bħala l-laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll ta' Kjoto tistabbilixxi l-linji gwida għas-sistemi nazzjonali li għandhom japplikaw il-Partijiet. Għalhekk, ir-regoli dwar is-sistema ta' inventarju tal-Unjoni għandhom jiġu speċifikati sabiex jiġu ssodisfati l-obbligi stipulati b'dik id-Deċiżjoni, u biex jiġu żgurati l-puntwalità, it-trasparenza, il-preċiżjoni, il-konsistenza, il-komparabbiltà u l-kompletezza fir-rappurtar tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra lis-Segretarjat tal-UNFCCC. |
(3) |
Biex tiġi żgurata l-kwalità tas-sistema ta' inventarju tal-Unjoni, jeħtieġ li jiġu stabbiliti aktar regoli dwar il-programm ta' assigurazzjoni tal-kwalità u ta' kontroll tal-kwalità tal-inventarju tal-Unjoni tal-gassijiet b'effett ta' serra. |
(4) |
Sabiex jiġi żgurat li l-inventarju tal-Unjoni jiġi kkompletat skont il-linji gwida għat-tħejjija tal-inventarji nazzjonali tal-gassijiet b'effett ta' serra, jeħtieġ li jiġu pprovduti l-metodoloġiji u d-dejta li għandha tintuża mill-Kummissjoni meta, f'konsultazzjoni u f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istat Membru kkonċernat, ikunu qed jiġu mħejjija l-istimi għal dejta nieqsa minn inventarju ta' Stat Membru skont l-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 525/2013. |
(5) |
Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni f'waqtha u effettiva tal-obbligi tal-Unjoni skont il-Protokoll ta' Kjoto tal-UNFCCC, jeħtieġ li waqt il-proċess ta' rappurtar annwali u l-analiżi tal-UNFCCC bejn l-Istati Membri u l-Unjoni jiġu stabbiliti l-perjodi ta' żmien għall-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni. |
(6) |
Għandhom jitqiesu l-bidliet fil-valuri tal-potenzjali ta' riskaldament globali, u l-linji gwida li sar ftehim dwarhom f'livell internazzjonali għal inventarji nazzjonali ta' emissjonijiet antropoġeniċi minn sorsi u l-assorbiment tagħhom permezz ta' bjar skont d-deċiżjonijiet rilevanti adottati mill-entitajiet tal-UNFCCC u tal-Protokoll ta' Kyoto. |
(7) |
Sabiex jiġi żgurat li jkun hemm konsistenza mal-implimentazzjoni tar-rekwiżiti ta' monitoraġġ u ta' rappurtar skont l-UNFCCC u l-Protokoll ta' Kjoto, dan ir-Regolament għandu jibda japplika mill-1 ta' Jannar 2015, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett
1. L-inventarju tal-Unjoni tal-gassijiet b'effett ta' serra huwa l-ammont totali ta' emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra tal-Istati Membri minn sorsi u l-assorbiment tagħhom permezz ta' bjar għat-territorju tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 52 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u huwa stabbilit fuq il-bażi tal-inventarji tal-gassijiet b'effett ta' serra tal-Istati Membri, kif irrappurtat skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013, għas-serje temporali sħiħa ta' snin ta' inventarju.
2. Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar ir-rekwiżiti għal sistema ta' inventarju tal-Unjoni, li jispeċifikaw b'mod ulterjuri r-regoli dwar it-tħejjija u l-amministrazzjoni tal-inventarju tal-gassijiet b'effett ta' serra tal-Unjoni, inkluż regoli dwar il-kooperazzjoni mal-Istati Membri matul il-proċess ta' rappurtar annwali u l-analiżi ta' inventarju tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kambjamenti tal-Klima (UNFCCC).
3. Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll regoli fir-rigward tal-valuri tal-potenzjali ta' riskaldament globali u l-gwidi ta' inventarju li sar ftehim dwarhom f'livell internazzjonali li għandhom jintużaw mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fid-determinazzjoni u r-rappurtar tal-inventarju ta' gassijiet b'effett ta' serra.
Artikolu 2
L-inventarju tal-Unjoni tal-gassijiet b'effett ta' serra
1. Fit-tħejjija u l-ġestjoni tal-inventarju tal-Unjoni tal-gassijiet b'effett ta' serra, il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha biex tiżgura li:
(a) |
l-inventarju tal-Unjoni tal-gassijiet b'effett ta' serra huwa komplet, billi tapplika l-proċedura stipulata fl-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 525/2013; |
(b) |
l-inventarju tal-Unjoni tal-gassijiet b'effett ta' serra jipprovdi aggregazzjoni trasparenti tal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra tal-Istati Membri u l-assorbiment tagħhom permezz ta' bjar, u jirrifletti b'mod trasparenti l-kontribut tal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra tal-Istati Membri minn sorsi u l-assorbiment tagħhom permezz ta' bjar lill-inventarju tal-gassijiet b'effett ta' serra; |
(c) |
l-ammont totali tal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra fl-Unjoni u l-assorbiment tagħhom permezz ta' bjar għal sena ta' rappurtar huwa ugwali għall-ammont totali ta' emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra tal-Istati Membri u l-assorbiment tagħhom permezz ta' bjar kif irrappurtat skont il-paragrafi 1 sa 5 tal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 għal dik l-istess sena; |
(d) |
l-inventarju tal-Unjoni tal-gassijiet b'effett ta' serra jinkludi serje temporali konsistenti ta' emissjonijiet u ta' assorbimenti permezz ta' bjar għas-snin kollha rrappurtati. |
2. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex iżidu l-komparabilità tal-inventarji tal-gassijiet b'effett ta' serra tal-Istati Membri.
Artikolu 3
Il-programm tal-Unjoni ta' assigurazzjoni tal-kwalità u ta' kontroll tal-kwalità tal-inventarju tal-gassijiet b'effett ta' serra
1. Il-programm tal-Unjoni ta' assigurazzjoni tal-kwalità u ta' kontroll tal-kwalità imsemmi fl-Artikolu 6(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 għandu jikkumplimenta l-programmi għall-assigurazzjoni tal-kwalità u ta' kontroll tal-kwalità implimentati mill-Istati Membri.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-kwalità tad-dejta tal-attività, il-fatturi ta' emissjoni u parametri oħra li jintużaw għall-inventarju nazzjonali tagħhom tal-gassijiet serra, inkluż billi japplikaw l-Artikoli 6 u 7.
3. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent bl-informazzjoni rilevanti kollha mill-arkivji tagħhom, stabbiliti u ġestiti skont il-paragrafu 16(a) tal-Anness tad-Deċiżjoni 19/CMP.1 tal-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC li sservi bħala l-laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll ta' Kjoto, jekk din l-informazzjoni tkun meħtieġa waqt l-analiżi tal-inventarju ta' gassijiet b'effett ta' serra tal-Unjoni min-naħa tal-UNFCCC.
Artikolu 4
Il-mili ta' informazzjoni nieqsa
1. L-istimi tal-Kummissjoni għal dejta nieqsa minn inventarju tal-gassijiet b'effett ta' serra ta' Stat Membru kif imsemmija fl-Artikolu 9(2) tar- Regolament (UE) Nru 525/2013 għandhom ikunu bbażati fuq il-metodoloġiji u fuq id-dejta li ġejjin:
(a) |
meta f'sena ta' rappurtar preċedenti Stat Membru jkun ressaq serje temporali konsistenti ta' stimi għall-kategorija ta' sorsi rilevanti li tkun għadha ma ġietx soġġetta għal aġġustamenti skont l-Artikolu 5(2) tal-Protokoll ta' Kjoto u sseħħ kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
|
(b) |
meta stima għall-kategorija ta' sorsi rilevanti tkun ġiet soġġetta għal aġġustamenti skont l-Artikolu 5(2) tal-Protokoll ta' Kjoto fis-snin preċedenti u l-Istat Membru kkonċernat ma jkunx ressaq stima riveduta, fuq il-metodu bażiku ta' aġġustament użat mit-tim ta' esperti ta' analiżi kif stipulat fil-gwida teknika dwar il-metodoloġiji għall-aġġustamenti skont l-Artikolu 5(2) tal-Protokoll ta' Kjoto mingħajr l-applikazzjoni tal-fattur ta' kawtela definit f'dik il-gwida; |
(c) |
meta stima għall-kategorija rilevanti tkun ġiet soġġetta għal korrezzjonijiet tekniċi skont kif stipulat fil-punt (c) tal-Artikolu 19(3) tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 fis-snin preċedenti u l-Istat Membru kkonċernat ma jkunx ippreżenta stima riveduta, skont il-metodu użat mit-tim ta' esperti tekniċi ta' analiżi għall-kalkolu tal-korrezzjoni teknika; |
(d) |
meta serje temporali konsistenti ta' stimi rrappurtati għall-kategoriji rilevanti tas-sorsi ma tkunx disponibbli u l-istima tal-kategrija tas-sorsi ma tkunx ġiet soġġetta għal aġġustamenti skont l-Artikolu 5(2) tal-Protokoll ta' Kjoto, fuq il-gwida teknika għall-aġġustamenti, mingħajr l-applikazzjoni tal-fattur ta' kawtela definit f'dik il-gwida. |
2. Il-Kummissjoni għandha tħejji l-istimi msemmija fil-paragrafu 1 sa mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu tas-sena ta' rappurtar, f'konsultazzjoni mal-Istat Membru kkonċernat.
3. L-Istat Membru kkonċernat għandu jagħmel użu mill-istimi msemmija fil-paragrafu 1 għas-sottomissjoni nazzjonali tiegħu tal-15 ta' April lis-Segretarjat tal-UNFCCC, sabiex jiġi żgurat li jkun hemm konsistenza bejn l-inventarju tal-Unjoni tal-gassijiet b'effett ta' serra u l-inventarju tal-gassijiet b'effett ta' serra tal-Istati Membri.
Artikolu 5
Il-perjodi ta' żmien għall-kooperazzjoni u għall-koordinazzjoni matul il-proċess ta' rappurtar annwali u l-analiżi tal-UNFCCC
1. Meta Stat Membru jkollu l-intenzjoni li jerġa' jippreżenta l-inventarju tiegħu lis-Segretarjat tal-UNFCCC sal-27 ta' Mejju, l-Istat Membru inkwistjoni għandu jirrapporta dak l-istess inventajru bil-quddiem lill-Kummissjoni sat-8 ta' Mejju. L-informazzjoni li tiġi rrappurtata lill-Kummissjoni m'għandhiex tkun differenti minn dik li tiġi ppreżentata lis-Segretarjat tal-UNFCCC.
2. Meta Stat Membru jkollu l-intenzjoni li jagħmel kwalunkwe sottomissjoni oħra mill-ġdid tal-inventarju tiegħu lis-Segretarjat tal-UNFCCC li jkun fih informazzjoni differenti minn dik li tkun diġà ġiet ippreżentata lill-Kummissjoni wara s-27 ta' Mejju, dak l-Istat Membru għandu jirrapporta din l-informazzjoni lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn ġimgħa wara li din l-informazzjoni tkun ġiet ippreżentata mill-ġdid lis-Segretarjat tal-UNFCCC.
3. Stat Membru għandu jirrapporta l-informazzjoni li ġejja lill-Kummissjoni:
(a) |
l-indikazzjoni minn tim ta' esperti ta' analiżi ta' kwalunkwe problema potenzjali fl-inventarju tal-gassijiet b'effett ta' serra ta' Stat Membru relatat mar-rekwiżiti ta' natura mandatorja u li jistgħu jwasslu għal aġġustament jew għal kwistjoni possibbli ta' implimentazzjoni (“il-karta tas-Sibt”), fi żmien ġimgħa minn meta tasal l-informazzjoni mingħand is-Segretarjat tal-UNFCCC; |
(b) |
korrezzjonijiet li jsiru fl-istimi tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra li jiġu applikati bi ftehim bejn l-Istat Membru u t-tim ta' esperti ta' analiżi lis-sottomissjoni tal-inventarju tal-gassijiet b'effett ta' serra waqt il-proċess ta' analiżi kif misjuba fir-risposta għall-indikazzjonijiet imsemmija fil-punt (a), fi żmien ġimgħa minn meta l-inventarju jintbagħat lis-Segretarjat tal-UNFCCC; |
(c) |
l-abbozz ta' rapport individwali ta' analiżi tal-inventarju li jkun fiha l-istimi aġġustati tal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra jew kwistjoni ta' implimentazzjoni meta Stat Membru ma jkunx solva l-problema mqajma mit-tim ta' esperti ta' analiżi, fi żmien ġimgħa minn meta l-inventarju jasal mingħand is-Segretarjat tal-UNFCCC; |
(d) |
ir-risposta mill-Istat Membru rigward l-abbozz ta' rapport individwali ta' analiżi tal-inventarju f'każ fejn aġġustament propost ma jiġix aċċettat, akkumpanjata minn sommarju li fih l-Istat Membru jindika jekk jaċċettax jew jirrifjutax kwalunkwe mill-aġġustamenti proposti, fi żmien ġimgħa minn meta r-risposta tiġi ppreżentata lis-Segretarjat tal-UNFCCC; |
(e) |
ir-rapport individwali ta' analiżi tal-inventarju finali, fi żmien ġimgħa minn meta jasal mingħand is-Segretarjat tal-UNFCCC; |
(f) |
kwalunkwe kwistjoni ta' implimentazzjoni li tkun ġiet ippreżentata lill-Kumitat ta' Konformità skont il-Protokoll ta' Kjoto, in-notifika mill-Kumitat ta' Konformità sabiex titwettaq kwistjoni ta' implimentazzjoni, u s-sejbiet u d-deċiżjonijiet preliminari kollha tal-Kumitat ta' Konformità u tal-fergħat tiegħu li jikkonċernaw lill-Istat Membru, fi żmien ġimgħa minn meta jaslu mingħand is-Segretarjat tal-UNFCCC. |
4. Is-servizzi tal-Kummissjoni għandhom jipprovdu lill-Istati Membri kollha b'sommarju tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3.
5. Is-servizzi tal-Kummissjoni għandhom jipprovdu lill-Istati Membri bl-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, u japplikaw dak il-paragrafu għall-inventarju tal-Unjoni tal-gassijiet b'effett ta' serra mutatis mutandis.
6. Kwalunkwe korrezzjoni imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 3 fir-rigward tal-preżentazzjoni tal-inventarju tal-Unjoni tal-gassijiet b'effett ta' serra għandha ssir b'kooperazzjoni mal-Istat Membru kkonċernat.
7. Meta jiġu applikati aġġustamenti għall-inventarju tal-gassijiet b'effett ta' serra ta' Stat Membru skont il-mekkaniżmu ta' konformità tal-Protokoll ta' Kjoto, dak l-Istat Membru għandu jikkoordina, flimkien mal-Kummissjoni, ir-risposta tiegħu għall-proċess ta' analiżi skont l-obbligi stipulati fir-Regolament (UE) Nru 525/2013 fi żmien il-perjodi li ġejjin:
(a) |
fil-perjodi ta' żmien stipulati skont il-Protokoll ta' Kjoto, jekk l-istimi aġġustati f'sena waħda jew l-aġġustamenti kumulattivi fi snin sussegwenti tal-perjodu ta' impenn għal Stat Membru wieħed jew aktar jimplikaw aġġustamenti fl-inventarju tal-Unjoni tal-gassijiet b'effett ta' serra fi kwantità li twassal biex ma jiġux issodisfati r-rekwiżiti metodoloġiċi u ta' rapportar skont l-Artikolu 7(1) tal-Protokoll ta' Kjoto għall-fini tar-rekwiżiti ta' eliġibbiltà kif inhu stabbilit fil-linji gwida adottati skont l-Artikolu 7 tal-Protokoll ta' Kjoto; |
(b) |
fi żmien ġimgħatejn qabel il-preżentazzjoni ta':
|
8. Matul il-ġimgħa ta' analiżi tal-inventarju tal-Unjoni mill-UNFCCC, l-Istati Membri għandhom jipprovdu, malajr kemm jista' jkun, tweġibiet għall-mistoqsijiet imqajma mill-analisti tal-UNFCCC rigward il-kwistjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tagħhom skont l-Artikolu 4(2) u (3) ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 6
Gwida tal-Inventarju ta' Gassijiet b'Effett ta' Serra
L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jistabbilixxu l-inventarji tal-gassijiet b'effett ta' serra msemmija fil-paragrafi 1 sa 5 tal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013, skont:
(a) |
il-Linji Gwida tal-Grupp Intergovernattiv ta' Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC) tal-2006 dwar l-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet b'Effett ta' Serra; |
(b) |
l-edizzjoni tal-2013 tal-Metodi Supplimentari Riveduti u l-Gwida ta' Prattika Tajba Riveduta li Jirriżultaw mill-Protokoll ta' Kyoto maħruġa mill-IPCC; |
(c) |
is-Suppliment tal-2013 għal-Linji Gwida tal-IPCC tal-2006 dwar l-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet b'Effett ta' Serra: Artijiet mistagħdra għall-ixxottar u t-tixrib mill-ġdid tal-art mistagħdra elenkati fl-Artikolu 7(1)(d) tar- Regolament (UE) Nru 525/2013; |
(d) |
il-linji gwida tal-UNFCCC għall-preparazzjoni tal-komunikazzjonijiet nazzjonali mill-Paritjiet inklużi fl-Anness I tal-Konvenzjoni, parti I: gwida ta' rappurtar tal-UNFCCC dwar l-inventarji annwali kif stabbiliti bid-Deċiżjoni 24/CP.19 tal-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC; |
(e) |
il-linji gwida għat-tħejjija tat-tagħrif meħtieġ skont l-Artikolu 7 tal-Protokoll ta' Kjoto kif adottati mill-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC li sservi bħala l-laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll ta' Kjoto. |
Artikolu 7
Potenzjali għat-Tisħin Globali
L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jagħmlu użu mill-potenzjali għat-Tisħin Globali elenkati fl-Anness III tad-Deċiżjoni 24/CP.19 tal-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC bl-għan li jiġu stabbiliti u rrappurtati l-inventarji tal-gassijiet b'effett ta' serra skont il-paragrafi 1 sa 5 tal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 u skont l-inventarju tal-Unjoni tal-gassijiet b'effett ta' serra.
Artikolu 8
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2015.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Marzu 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 165, 18.6.2013, p. 13.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/69/KE tal-15 ta' Diċembru 1993 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kambjamenti tal-Klima (ĠU L 33, 7.2.1994, p. 11).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/358/KE tal-25 ta' April 2002 dwar l-approvazzjoni f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Protokoll ta' Kyoto għall-Konvenzjoni Kwadru tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima u t-twettiq konġunt tal-obbligi tiegħu (ĠU L 130, 15.5.2002, p. 1).
(4) Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-22 ta' Ottubru 2008 dwar l-istatistika dwar l-enerġija (ĠU L 304, 14.11.2008, p. 1).
19.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 179/31 |
REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 667/2014
tat-13 ta' Marzu 2014
li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli ta' proċedura dwar penali imposti fuq ir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq inklużi regoli dwar id-dritt tad-difiża u dispożizzjonijiet temporali
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tat-tranżazzjonijiet (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 64(7) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta regoli ta' proċedura għall-eżerċitar tas-setgħa li jiġu imposti multi jew ħlas perjodiku ta' penali mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) fuq ir-repożitorji tat-tranżazzjonijet u l-persuni involuti fir-repożitorji tat-tranżazzjonijet. Fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, għandu jittieħed kont tar-regoli ta' organizzazzjoni tal-ESMA stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), inkluż, b'mod partikolari, id-delegazzjoni ta' ċerti kompiti u deċiżjonijiet iddefiniti b'mod ċar lil kumitati jew panels interni skont l-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, filwaqt li jiġu rrispettati kompletament id-drittijiet tad-difiża tal-persuni soġġetti għall-investigazzjoni u l-prinċipju tal-kolleġjalità li jirregola l-operazzjonijiet tal-ESMA. |
(2) |
Id-dritt ta' smigħ hu rikonoxxut fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. Sabiex ikunu rispettati d-drittijiet tar-repożitorji tat-tranżazzjonijiet u ta' persuni oħra soġġetti għall-azzjoni mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) u sabiex ikun żgurat li l-ESMA tikkunsidra l-fatti rilevanti kollha meta tadotta deċiżjonijiet ta' infurzar, l-ESMA għandha tisma' lir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet jew lil kwalunkwe persuna oħra kkonċernata. Persuni soġġetti għall-investigazzjonijiet għandhom għalhekk jingħataw id-dritt li jagħmlu sottomissjonijiet bil-miktub bħala tweġiba għal dikjarazzjonijiet tas-sejbiet maħruġa mill-uffiċjal ta' investigazzjoni u l-ESMA, inkluż f'każ ta' bidla materjali fid-dikjarazzjoni inizjali tas-sejbiet. |
(3) |
Wara s-sottomissjonijiet bil-miktub mir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet lill-uffiċjal tal-investigazzjoni, il-fajl sħiħ, inklużi dawk is-sottomissjonijiet, għandu jiġi sottomess lill-ESMA. Madankollu, jista' jiġri li xi elementi tas-sottomissjonijiet bil-miktub li r-repożitorju tat-tranżazzjonijiet ikun għamel lill-uffiċjal ta' investigazzjoni jew lill-ESMA, ma jkunux ċari u ddettaljati biżżejjed, u jeħtieġ li jkunu spjegati iktar mir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet. Jekk l-uffiċjal tal-investigazzjoni jew l-ESMA jqisu li dan huwa l-każ, ir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet jew il-persuni soġġetti għall-investigazzjonijiet jistgħu jiġu mistiedna jattendu għal seduta ta' smigħ li tikkjarifika dawk l-elementi. |
(4) |
Id-dritt ta' kull persuna li jkollha aċċess għall-fajl tiegħu jew tagħha, filwaqt li jkunu rrispettati l-interessi leġittimi tal-kunfidenzjalità u tas-segretezza professjonali u tan-negozju huwa rikonoxxut mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. L-Artikoli 64(5) u 67 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jistabbilixxu li, persuni soġġetti għall-proċeduri tal-ESMA, huma intitolati għal aċċess għall-fajl tal-ESMA, soġġett għall-interess leġittimu ta' persuni oħrajn fil-protezzjoni tas-sigrieti tan-negozju tagħhom u tad-dejta personali tagħhom. Id-dritt tal-aċċess għall-fajl ma għandux jestendi għal informazzjoni kunfidenzjali. |
(5) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (3) jipprovdi regoli dettaljati dwar il-perjodi ta' limitazzjoni meta l-Kummissjoni għandha timmulta impriża skont l-Artikoli 101 jew 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Il-leġiżlazzjoni fis-seħħ fl-Istati Membri tipprovdi wkoll għal regoli dwar il-perjodi ta' limitazzjoni jew b'mod speċifiku fil-qasam tat-titoli, jew b'mod ġenerali fil-liġijiet amministrattivi ġenerali tagħhom. Għalhekk huwa xieraq li r-regoli jiġu bbażati fuq perjodi ta' limitazzjoni fuq karatteristiċi komuni li ġew estratti minn dawk ir-regoli nazzjonali u minn leġiżlazzjoni tal-Unjoni. |
(6) |
Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 u dan ir-Regolament jirreferu għal perjodi taż-żmien u dati. Dan huwa l-każ, pereżempju, meta jkunu stabbiliti perjodi ta' limitazzjoni għall-impożizzjoni u l-infurzar ta' penali. Sabiex dawk il-perjodi jiġu ikkalkulati sew, huwa xieraq li jiġu applikati regoli li diġà jeżistu fi ħdan il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għal atti tal-Kunsill u l-Kummissjoni kif provdut fir-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1182/71 tal-Kunsill (4) għal atti tal-Kunsill u l-Kummissjoni. |
(7) |
L-Artikolu 68(4) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jipprevedi li l-penali imposti mill-ESMA skont l-Artikoli 65 u 66 ta' dak ir-Regolament ikunu infurzabbli, u li l-infurzar ikun irregolat mir-regoli tal-proċedura ċivili fis-seħħ fit-territorju tal-Istat fejn qed issir il-proċedura. L-ammonti korrispondenti jkunu allokati lill-baġit ġenerali tal-Unjoni. |
(8) |
Fl-interess tal-eżerċitar immedjat tal-attività superviżorja u tal-infurzar effettiva, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ bħala kwistjoni ta' urġenza, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli ta' proċedura rigward multi u pagamenti perjodiċi ta' penali li għandhom ikunu imposti mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) fuq repożitorji tat-tranżazzjonijiet jew persuni oħra li huma soġġetti għall-proċeduri ta' infurzar, inklużi regoli fuq id-drittijiet ta' difiża u l-perjodi ta' limitazzjoni.
Artikolu 2
Id-dritt ta' smigħ mill-uffiċjal tal-investigazzjoni
1. Mat-tlestija tal-investigazzjoni u qabel is-sottomissjoni tal-fajl lill-ESMA skont l-Artikolu 3(1), l-uffiċjal tal-investigazzjoni jinforma bil-miktub lill-persuna suġġetta għal investigazzjoni dwar is-sejbiet tiegħu/tagħha u jipprovdiha bl-opportunità li tippreżenta s-sottomissjonijiet skont il-paragrafu 3. Dik id-dikjarazzjoni ta' sejbiet tistabbilixxi l-fatti li x'aktarx jikkostitwixxu ksur wieħed jew aktar minn dawk elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, inkluż kwalunkwe fattur li jiggrava jew jimmitiga dak il-ksur.
2. Id-dikjarazzjoni tas-sejbiet tistabbilixxi limitu ta' żmien raġonevoli li matulu l-persuna suġġetta għal investigazzjoni tista' tagħmel is-sottomissjonijiet bil-miktub tagħha. L-uffiċjal ta' investigazzjoni ma jkunx obbligat iqis sottomissjonijiet bil-miktub li jaslu wara l-iskadenza ta' dak il-limitu ta' żmien.
3. Fis-sottomissjonijiet bil-miktub tagħha, il-persuna suġġetta għal investigazzjoni tista' tippreżenta l-fatti kollha magħrufa minnha li huma rilevanti għad-difiża tagħha. Għandha tehmeż kwalunkwe dokument rilevanti bħala prova tal-fatti ppreżentati. Tista' tipproponi li l-uffiċjal ta' investigazzjoni jisma' persuni oħra li jistgħu jikkorroboraw il-fatti ppreżentati fis-sottomissjonijiet tal-persuna suġġetta għall-investigazzjoni.
4. L-uffiċjal ta' investigazzjoni jista' jistieden ukoll persuna suġġetta għal investigazzjoni li lilha kienet indirizzata d-dikjarazzjoni tas-sejbiet biex tattendi seduta ta' smigħ. Il-persuni soġġetti għal investigazzjoni jistgħu jkunu assistiti mill-avukati tagħhom jew minn persuni kkwalifikati oħra ammessi mill-uffiċjal ta' investigazzjoni. Is-seduti ta' smigħ ma jkunux pubbliċi.
Artikolu 3
Id-dritt ta' smigħ mill-ESMA fir-rigward ta' multi u miżuri superviżorji
1. Il-fajl komplut li għandu jkun sottomess mill-uffiċjal ta' investigazzjoni lill-ESMA tal-anqas jinkludi d-dokumenti li ġejjin:
— |
kopja tad-dikjarazzjoni ta' sejbiet indirizzata lir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet jew lill-persuna suġġetta għall-investigazzjoni; |
— |
kopja tas-sottomissjonijiet lir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet jew lill-persuna suġġetta għall-investigazzjoni; |
— |
Minuti tas-seduti ta' smigħ. |
2. Meta l-ESMA tqis li l-fajl imressaq mill-uffiċjal tal-investigazzjoni mhuwiex komplut, tibgħat il-fajl lura lill-uffiċjal tal-investigazzjoni b'talba ġġustifikata għal dokumenti addizzjonali.
3. Meta l-ESMA tqis, abbażi ta' fajl komplut, li l-fatti deskritti fid-dikjarazzjoni tas-sejbiet jidhru li ma jikkostitwixxux l-ebda ksur possibbli fis-sens tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, tieħu deċiżjoni li tagħlaq il-każ u tinnotifika t-tali deċiżjoni lill-persuni soġġetti għall-investigazzjoni.
4. Meta l-ESMA ma taqbilx mas-sejbiet tal-uffiċjal tal-investigazzjoni, hi tissottometti dikjarazzjoni ġdida ta' sejbiet lill-persuni soġġetti għal investigazzjoni.
Id-dikjarazzjoni tas-sejbiet tistabbilixxi limitu ta' żmien raġonevoli li matulu l-persuna suġġetta għal investigazzjoni tista' tagħmel sottomissjonijiet bil-miktub. L-ESMA ma tkunx obbligata li tikkunsidra sottomissjonijiet bil-miktub li jaslu wara l-iskadenza ta' dak il-limitu ta' żmien biex tieħu deċiżjoni dwar l-eżistenza ta' ksur u dwar miżuri superviżorji u l-impożizzjoni ta' multa skont l-Artikoli 65 u 73 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.
L-ESMA tista' tistieden ukoll lill-persuni soġġetti għal investigazzjoni li lilhom kienet indirizzata d-dikjarazzjoni tas-sejbiet biex jattendu seduta ta' smigħ. Il-persuni soġġetti għal investigazzjoni jistgħu jkunu assistiti mill-avukati tagħhom jew minn persuni kkwalifikati oħra ammessi mill-ESMA. Is-seduti ta' smigħ ma jkunux pubbliċi.
5. Meta l-ESMA taqbel mas-sejbiet tal-uffiċjal ta' investigazzjoni, hija tinforma b'dan lill-persuni soġġetti għal investigazzjoni kif xieraq. Tali komunikazzjoni tistabbilixxi limitu ta' żmien raġonevoli li matulu l-persuna suġġetta għal investigazzjoni tista' tagħmel sottomissjoniet bil-miktub. L-ESMA ma tkunx obbligata li tikkunsidra sottomissjonijiet bil-miktub li jaslu wara l-iskadenza ta' dak il-limitu ta' żmien biex tieħu deċiżjoni dwar l-eżistenza ta' ksur u dwar miżuri superviżorji u l-impożizzjoni ta' multa skont l-Artikoli 65 u 73 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.
L-ESMA tista' tistieden ukoll lill-persuni soġġetti għal investigazzjoni li lilhom kienet indirizzata d-dikjarazzjoni tas-sejbiet biex jattendu seduta ta' smigħ. Il-persuni soġġetti għal investigazzjoni jistgħu jkunu assistiti mill-avukati tagħhom jew minn persuni kkwalifikati oħra ammessi mill-ESMA. Is-seduti ta' smigħ ma jkunux pubbliċi.
6. Jekk il-Bord ta' Superviżuri tal-ESMA jiddeċiedi li ksur wieħed jew iktar minn dawk elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 sar/u minn persuna suġġetta għal investigazzjoni u tkun adottat deċiżjoni li timponi multa f'konformità mal-Artikolu 65, immedjatament tinnotifika t-tali deċiżjoni lill-persuna suġġetta għal investigazzjoni.
Artikolu 4
Id-dritt ta' smigħ mill-ESMA fir-rigward ta' ħlas perjodiku ta' penali
Qabel ma tieħu deċiżjoni li timponi ħlas perjodiku ta' penali f'konformità mal-Artikolu 66 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, l-ESMA tissottometti dikjarazzjoni ta' sejbiet lill-persuna suġġetta għall-proċeduri filwaqt li tistabbilixxi r-raġunijiet li jiġġustifaw l-impożizzjoni ta' ħlas ta' penali u l-ammont ta' ħlas ta' penali għal kull jum ta' nuqqas ta' konformità. Id-dikjarazzjoni tas-sejbiet tistabbilixxi limitu ta' żmien li matulu l-persuna kkonċernata tista' tagħmel sottomissjonijiet bil-miktub. L-ESMA ma tkunx obbligata li tikkunsidra sottomissjonijiet bil-miktub li jaslu wara l-iskadenza ta' dak il-limitu ta' żmien sabiex tiddeċiedi dwar il-ħlas perjodiku ta' penali.
Ladarba r-repożitorju tat-tranżazzjonijiet jew il-persuna kkonċernata tkun ikkonformat mad-deċiżjoni rilevanti msemmija fl-Artikolu 66(1) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, il-ħlas perjodiku ta' penali ma jistax jibqa' impost.
Id-deċiżjoni li timponi pagament perjodiku ta' penali tindika l-bażi legali u r-raġunijiet għad-deċiżjoni, l-ammont u d-data tal-bidu tal-ħlas perjodiku ta' penali.
L-ESMA tista' tistieden ukoll lill-persuna suġġetta għall-proċeduri biex tattendi għal seduta ta' smigħ. Il-persuna suġġetta għal investigazzjoni tista' tkun assistita mill-avukati tagħha jew minn persuni kkwalifikati oħra ammessi mill-ESMA. Is-seduti ta' smigħ ma jkunux pubbliċi.
Artikolu 5
Aċċess għall-fajl u użu ta' dokumenti
1. Jekk mitluba hekk, l-ESMA tagħti aċċess għall-fajl lill-partijiet li lilhom l-uffiċjal ta' investigazzjoni jew l-ESMA jkunu bagħtu dikjarazzjoni ta' sejbiet. L-aċċess jingħata wara n-notifika ta' kwalunkwe dikjarazzjoni ta' sejbiet.
2. Dokumenti ta' fajl li sarilhom aċċess skont il-Paragrafu 1 jintużaw biss għall-għanijiet ta' proċeduri ġudizzjarji jew amministrattivi marbuta mal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.
Artikolu 6
Perjodi ta' limitazzjoni għall-impożizzjoni ta' penali
1. Il-poteri konferiti fuq l-ESMA sabiex timponi multi u ħlas perjodiku ta' penali fuq ir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet ikunu soġġetti għal perjodu ta' limitazzjoni ta' ħames snin.
2. Dawn il-perjodi ta' limitazzjoni imsemmija fil-paragrafu 1 jibdew jiddekorru fil-jum wara dak li fih jitwettaq il-ksur. Madankollu, fil-każ ta' ksur kontinwu u ripetut, il-perjodu ta' limitazzjoni jibda jiddekorri mill-ġurnata li fiha jintemm il-ksur.
3. Kwalunkwe azzjoni meħuda mill-ESMA għall-finijiet tal-investigazzjoni jew tal-proċeduri fir-rigward ta' ksur tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tinterrompi l-perjodu ta' limitazzjoni għall-impożizzjoni ta' ħlas perjodiku ta' penali. Il-perjodu ta' limitazzjoni jiġi interrott b'effett mid-data li fiha l-azzjoni tiġi notifikata lir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet jew lill-persuna suġġetta għall-investigazzjoni jew il-proċeduri skont ksur tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.
4. Kull interruzzjoni tikkawża l-perjodu ta' limitazzjoni biex jerġa' jibda jiddekorri. Madankollu, il-perjodu ta' limitazzjoni jagħlaq mhux aktar tard mill-ġurnata li fiha jkun għadda perjodu ugwali għad-doppju tal-perjodu ta' limitazzjoni mingħajr ma l-ESMA tkun imponiet xi multa jew pagamenti perjodiċi ta' penalitajiet. Dak il-perjodu jiġi mtawwal mill-perjodu li fih il-limitazzjoni tkun sospiża skont il-paragrafu 5.
5. Il-perjodu ta' limitazzjoni għall-impożizzjoni ta' multi u ħlas perjodiku ta' penali jkun sospiż sakemm id-deċiżjoni tal-ESMA hija suġġetta għal proċeduri pendenti quddiem il-Bord tal-Appell, f'konformità mal-Artikolu 58 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 u quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-Artikolu 69 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.
Artikolu 7
Perjodi ta' limitazzjoni għall-infurzar ta' penali
1. Is-setgħa tal-ESMA li tinforza deċiżjonijiet meħuda skont l-Artikoli 65 u 66 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tkun soġġetta għal perjodu ta' limitazzjoni ta' ħames snin.
2. Il-perjodu ta' ħames snin imsemmi fil-paragrafu 1 jibda jiddekorri fil-jum wara dak li fih id-deċiżjoni ssir finali.
3. Il-perjodu ta' limitazzjoni għall-infurzar ta' penali jkun interrott minn:
(a) |
notifika mill-ESMA lir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet jew lill-persuna oħra kkonċernata mid-deċiżjoni li tvarja l-ammont oriġinali tal-multa jew il-ħlas perjodiku ta' penali; |
(b) |
kwalunkwe azzjoni tal-ESMA jew ta' awtorità ta' Stat Membru li taġixxi fuq talba tal-ESMA, bl-intenzjoni li tinforza ħlas ta' multa jew termini u kundizzjonijiet tal-multa jew ta' ħlas perjodiku ta' penali. |
4. Kull interruzzjoni tikkawża l-perjodu ta' limitazzjoni biex jerġa' jibda jiddekorri.
5. Il-perjodu ta' limitazzjoni għall-infurzar ta' penali jiġi sospiż sakemm:
(a) |
jitħalla żmien sabiex isir il-ħlas; |
(b) |
l-infurzar tal-pagament jiġi sospiż skont deċiżjoni pendenti tal-Bord tal-Appell tal-ESMA, f'konformità mal-Artikolu 58 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, u tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-Artikolu 69 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. |
Artikolu 8
Ġbir ta' multi u ħlasijiet perjodiċi ta' penali
L-ammonti tal-multi u tal-ħlasijiet perjodiċi ta' penali miġbura mill-ESMA jkunu depożitati f'kont li jħallas l-interessi li jinfetaħ mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-ESMA sakemm isiru finali. Sadanittant dawn l-ammonti ma jiddaħħlux fil-baġit tal-ESMA jew jiġu reġistrati bħala ammonti tal-baġit.
Meta l-Uffiċjal tal-Kontabilità tal-ESMA jkun stabbilixxa li multi u/jew ħlasijiet perjodiċi ta' penali jkunu saru finali wara r-riżultat tal-kontestazzjonijiet ġuridiċi possibbli kollha, huwa jittrasferixxi dawn l-ammonti flimkien ma' kull imgħax li jakkumula lill-Kummissjoni. Dawn l-ammonti imbagħad jiġu mdaħħla fil-baġit tal-Unjoni taħt dħul ġenerali.
L-uffiċjal tal-kontabilità tal-AETS jirrapporta fuq bażi regolari lill-Uffiċjal ta' Awtorizzazzjoni tad-DĠ MARKT dwar l-ammonti ta' dawn il-multi u l-ħlasijiet perjodiċi ta' penali u l-istatus tagħhom.
Artikolu 9
Kalkolu ta' perjodi, dati u limiti ta' żmien
Għal perjodi ta' żmien, dati u limiti ta' żmien japplika r-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1182/71.
Artikolu 10
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Marzu 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea għat-Titoli u s-Swieq), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta' Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1).
(4) Ir-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1182/71 tal-Kunsill tat-3 ta' Ġunju 1971 li jistabbilixxi r-regoli applikabbli għal perjodi, dati u limiti ta' żmien (ĠU L 124, 8.6.1971, p. 1).
19.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 179/36 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 668/2014
tat-13 ta' Ġunju 2014
li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(2), l-Artikolu 11(3), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12(7), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(2), l-Artikolu 22(2), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 23(4), l-Artikolu 44(3), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 49(7), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 51(6), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(3) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 54(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 irrevoka u ssostitwixxa r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 tal-20 ta' Marzu 2006 dwar prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel bħala speċjalitajiet tradizzjonali garantiti (2) u (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (3). Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta atti ddelegati u ta' implimentazzjoni. Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel tal-iskemi tal-kwalità għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel fil-qafas legali l-ġdid, għandhom jiġu adottati ċerti regoli permezz ta' tali atti. Ir-regoli l-ġodda għandhom jissostitwixxu r-regoli ta' implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1898/2006 tal-14 ta' Diċembru 2006 li jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u tal-ikel (4) u (KE) Nru 1216/2007 tat-18 ta' Ottubru 2007 li jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 dwar prodotti agrikoli u prodotti tal-ikel bħala speċjalitajiet tradizzjonali garantiti (5). Dawk ir-Regolamenti huma rrevokati mir-Regolament Iddelegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014 tat-18 ta' Diċembru 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-twaqqif tas-simboli tal-Unjoni għal denominazzjonijiet protetti ta' oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u speċjalitajiet tradizzjonali garantiti u fir-rigward ta' ċerti regoli dwar il-provvista, ċerti regoli proċedurali u ċerti regoli tranżitorji addizzjonali (6). |
(2) |
Għandhom jiġu stipulati regoli speċifiċi li jikkonċernaw l-użu ta' karattri lingwistiċi għal denominazzjoni protetta ta' oriġini, indikazzjoni ġeografika protetta u speċjalità tradizzjonali garantita, kif ukoll it-traduzzjonijiet tal-pretensjoni li takkumpanja speċjalità tradizzjonali garantita sabiex jiġi żgurat li l-operaturi u l-konsumaturi fl-Istati Membri kollha jkunu jistgħu jaqraw u jifhmu tali ismijiet u pretensjonijiet. |
(3) |
Iż-żona ġeografika tad-denominazzjonijiet protetti ta' oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti għandhom jiġu definiti fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott b'mod preċiż u ddettaljat li ma jippreżenta ebda ambigwità sabiex il-produtturi, l-awtoritajiet kompetenti u l-korpi ta' kontroll ikunu jistgħu joperaw fuq bażi ċerta u affidabbli. |
(4) |
Għandu jiġi stabbilit obbligu li jiġu inklużi regoli dettaljati dwar l-oriġini u l-kwalità tal-għalf fl-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali, li l-ismijiet tagħhom jiġu rreġistrati bħala denominazzjonijiet protetti ta' oriġini sabiex tiġi garantita l-kwalità uniformi tal-prodott u sabiex jiġi armonizzat il-mod ta' kif jiġu abbozzati dawk ir-regoli. |
(5) |
L-ispeċifikazzjoni tal-prodott għal denominazzjonijiet protetti ta' oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti għandhom jinkludu l-miżuri meħuda sabiex jiġi żgurat li l-prodott joriġina miż-żona ġeografika definita, kif imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. Dawk il-miżuri għandhom ikunu ċari u ddettaljati sabiex jippermettu li jiġu rintraċċati l-prodott, il-materja prima, l-għalf u oġġetti oħrajn li jkunu ġejjin miż-żona ġeografika definita. |
(6) |
Fir-rigward tal-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta' isem jew għall-approvazzjoni ta' emenda li tkopri prodotti distinti, jeħtieġ li jiġi definit f'liema każijiet il-prodotti li jġorru l-istess isem irreġistrat jitqiesu bħala prodotti distinti. Sabiex jiġi evitat li l-prodotti li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti għall-ismijiet ta' oriġini u għall-indikazzjonijiet ġeografiċi msemmija fl-Artikolu 5(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 jiġu kkummerċjalizzati bl-użu ta' isem irreġistrat, għandha tintwera l-konformità mar-rekwiżiti għar-reġistrazzjoni għal kull prodott distint kopert minn applikazzjoni. |
(7) |
L-ippakkjar ta' prodott agrikolu jew ta' oġġett tal-ikel jew l-operazzjonijiet li jikkonċernaw il-preżentazzjoni tiegħu, bħal tqattigħ jew ħakk, ristretti għal żona ġeografika definita, jikkostitwixxu restrizzjoni fuq il-moviment ħieles tal-merkanzija u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi. Fid-dawl tal-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, tali restrizzjonijiet jistgħu jiġu imposti biss jekk ikunu meħtieġa, proporzjonati u kapaċi jżommu r-reputazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika jew id-denominazzjoni ta' oriġini. Kif imsemmi fil-punt (e) tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, għandhom jiġu pprovduti ġustifikazzjonijiet speċifiċi tal-prodotti għal tali restrizzjonijiet. |
(8) |
Għall-funzjonament bla xkiel tas-sistema, għandhom jiġu speċifikati l-proċeduri għall-applikazzjonijiet, il-proċeduri ta' oppożizzjoni, l-emendi u l-kanċellazzjonijiet. |
(9) |
Bil-għan li jiġu żgurati proċeduri effikaċi u uniformi, għandhom jiġu pprovduti formoli li jikkonċernaw l-applikazzjonijiet, il-proċeduri ta' oppożizzjoni, l-emendi, il-kanċellazzjonijiet kif ukoll formoli li jikkonċernaw il-pubblikazzjoni ta' dokumenti uniċi għall-ismijiet li kienu rreġistrati qabel il-31 ta' Marzu 2006. |
(10) |
Għall-finijiet ta' ċertezza legali, għandhom jiġu speċifikati b'mod ċar il-kriterji għall-identifikazzjoni tad-data tas-sottomissjoni ta' applikazzjoni għar-reġistrazzjoni u tas-sottomissjoni ta' applikazzjoni għal emenda. |
(11) |
Għandu jiġi stabbilit limitu għat-tul ta' dokumenti waħdanin sabiex ikun hemm proċess aktar issimplifikat u għall-ħtiġijiet ta' standardizzazzjoni. |
(12) |
Għandhom jiġu adottati regoli speċifiċi dwar id-deskrizzjoni tal-prodott u tal-metodu ta' produzzjoni għall-ħtiġijiet ta' standardizzazzjoni. Sabiex tkun tista' ssir eżaminazzjoni faċli u malajr tal-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta' isem jew għall-approvazzjoni ta' emenda, id-deskrizzjoni tal-prodott u tal-metodu ta' produzzjoni għandha tinkludi biss l-elementi rilevanti u komparabbli. Għandhom jiġu evitati kwalunkwe repetizzjonijiet, rekwiżiti impliċiti u partijiet żejda. |
(13) |
Għall-finijiet taċ-ċertezza legali, għandhom jiġu ffissati skadenzi li jikkonċernaw il-proċedura ta' oppożizzjoni, filwaqt li jiġu stabbiliti l-kriterji għall-identifikazzjoni tad-dati tal-bidu ta' dawk l-iskadenzi. |
(14) |
Għall-finijiet tat-trasparenza, l-informazzjoni li tikkonċerna l-applikazzjonijiet għal emenda u t-talbiet għal kanċellazzjoni li jridu jiġu ppubblikati skont l-Artikolu 50(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 għandha tkun eżawrjenti. |
(15) |
Għall-finijiet ta' normalizzazzjoni u simplifikazzjoni, il-forma elettronika għandha tkun l-uniku mezz ta' komunikazzjoni permessa għat-trasmissjoni tal-applikazzjonijiet, l-informazzjoni u d-dokumenti. |
(16) |
Għandhom jiġu stabbiliti r-regoli dwar l-użu ta' simboli u indikazzjonijiet fuq il-prodotti kkummerċjalizzati taħt denominazzjonijiet protetti ta' oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi protetti jew speċjalitajiet tradizzjonali garantiti, inkluż dwar il-verżjonijiet lingwistiċi xierqa li għandhom jintużaw. |
(17) |
Għandhom jiġu ċċarati r-regoli dwar l-użu ta' ismijiet irreġistrati b'assoċjazzjoni mas-simboli, mal-indikazzjonijiet jew mal-abbrevjazzjonijiet korrispondenti, kif imsemmi fl-Artikolu 12(3) u (6) u fl-Artikolu 23(3) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. |
(18) |
Sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni uniformi tal-indikazzjonijiet, tal-abbrevjazzjonijiet u tas-simboli u sabiex titqajjem kuxjenza pubblika dwar l-iskemi tal-kwalità tal-Unjoni, għandhom jiġu stabbiliti regoli dwar l-użu ta' indikazzjonijiet, abbrevjazzjonijiet u simboli fil-mezzi tax-xandir jew fir-reklamar b'konnessjoni ma' prodotti li jiġu mmanifatturati b'konformità mal-iskema tal-kwalità rispettiva. |
(19) |
Għandhom jiġu adottati regoli dwar il-kontenut u l-forma tar-Reġistru ta' denominazzjonijiet protetti ta' oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u speċjalitajiet tradizzjonali garantiti bil-għan li jiġu żgurati t-trasparenza u ċ-ċertezza legali. |
(20) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Politika dwar il-Kwalità tal-Prodotti Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Regoli speċifiċi għal isem
1. Id-denominazzjoni protetta ta' oriġini, indikazzjoni ġeografika protetta jew speċjalità tradizzjonali garantita għandhom jiġu rreġistrati fil-kitba oriġinali tagħhom. Meta l-kitba oriġinali ma tkunx f'karattri Latini, għandha tiġi rreġistrata traskrizzjoni bil-karattri Latini flimkien mal-isem fil-kitba oriġinali tiegħu.
2. Meta l-isem ta' speċjalità tradizzjonali garantita jkun akkumpanjat mill-pretensjoni msemmija fl-Artikolu 18(3) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 u dik il-pretensjoni tkun trid tiġi tradotta fil-lingwi uffiċjali l-oħrajn, tali traduzzjonijiet għandhom jiġu inklużi fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott.
Artikolu 2
Definizzjoni taż-żona ġeografika
Fir-rigward tad-denominazzjonijiet protetti ta' oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti, iż-żona ġeografika għandha tiġi definita b'mod preċiż li ma jippreżenta ebda ambigwità, b'referenza kemm jista' jkun possibbli għall-konfini fiżiċi jew amministrattivi.
Artikolu 3
Regoli speċifiċi dwar l-għalf
L-ispeċifikazzjoni ta' prodott li ġej mill-annimali, li l-isem tiegħu huwa rreġistrat bħala denominazzjoni protetta ta' oriġini, għandha tinkludi regoli dettaljati dwar l-oriġini u l-kwalità tal-għalf.
Artikolu 4
Prova tal-oriġini
1. L-ispeċifikazzjoni ta' prodott għal denominazzjoni protetta ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta għandha tidentifika l-proċeduri li għandu jkollhom fis-seħħ l-operaturi fir-rigward tal-prova tal-oriġini li tikkonċerna l-prodott, il-materja prima, l-għalf u oġġetti oħrajn li, skont l-ispeċifikazzjoni tal-prodott, għandhom ikunu ġejjin miż-żona ġeografika definita.
2. L-operaturi għandhom ikunu jistgħu jidentifikaw:
(a) |
il-fornitur, il-kwantità u l-oriġini tal-lottijiet kollha ta' materja prima u/jew prodotti rċevuti; |
(b) |
il-benefiċjarju, il-kwantità u d-destinazzjoni tal-prodotti fornuti; |
(c) |
il-korrelazzjoni bejn kull lott ta' inputs imsemmija fil-punt (a) u kull lott ta' outputs imsemmija fil-punt (b). |
Artikolu 5
Deskrizzjoni ta' bosta prodotti distinti
Meta l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta' isem jew l-approvazzjoni ta' emenda tiddeskrivi bosta prodotti distinti li huma intitolati sabiex jużaw dak l-isem, il-konformità mar-rekwiżiti għar-reġistrazzjoni għandha tintwera separatament għal kull prodott bħal dan.
Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, “prodotti distinti” tfisser prodotti li, għalkemm jużaw l-istess isem irreġistrat, ivarjaw minn xulxin meta jitpoġġew fis-suq jew jitqiesu bħala prodotti differenti mill-konsumaturi.
Artikolu 6
Ir-rekwiżiti proċedurali għall-applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni
1. Id-dokument uniku ta' denominazzjoni protetta ta' oriġini jew ta' indikazzjoni ġeografika protetta li ssir referenza għalih fil-punt (c) tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 għandu jinkludi l-informazzjoni mitluba fl-Anness I għal dan ir-Regolament. Dan id-dokument għandu jitfassal skont il-formola prevista f'dak l-Anness. Huwa għandu jkun konċiż u ma jaqbiżx l-2 500 kelma, għajr f'każijiet li jkunu debitament ġustifikati.
Ir-referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott inkluża fid-dokument uniku għandha twassal għall-verżjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott kif proposta.
2. L-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta' speċjalità tradizzjonali garantita msemmija fl-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 għandha tinkludi l-informazzjoni mitluba fl-Anness II għal dan ir-Regolament. Hija għandha titfassal skont il-formola prevista f'dak l-Anness.
3. Id-data tas-sottomissjoni ta' applikazzjoni għandha tkun id-data li fiha tintbagħat l-applikazzjoni lill-Kummissjoni b'mezzi elettroniċi. Il-Kummissjoni għandha tibgħat irċevuta tal-kunsinna.
Artikolu 7
Regoli speċifiċi għad-deskrizzjoni tal-prodott u tal-metodu tal-produzzjoni
1. Id-dokument uniku għal applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta' denominazzjoni protetta ta' oriġini jew ta' indikazzjoni ġeografika protetta msemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 għandu jidentifika l-prodott billi juża d-definizzjonijiet u l-istandards użati komunement għal dak il-prodott.
Id-deskrizzjoni għandha tiffoka fuq l-ispeċifiċità tal-prodott li jġorr l-isem li għandu jiġi rreġistrat, billi tuża l-unitajiet tal-kejl u t-termini komuni jew tekniċi ta' tqabbil, mingħajr ma tinkludi l-karatteristiċi tekniċi inerenti għall-prodotti kollha ta' dak it-tip u r-rekwiżiti legali obbligatorji relatati applikabbli għall-prodotti kollha ta' dak it-tip.
2. Id-deskrizzjoni tal-prodott għal speċjalità tradizzjonali garantita msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 għandha ssemmi biss il-karatteristiċi meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-prodott u tal-karatteristiċi speċifiċi tiegħu. Hija ma għandhiex tirrepeti l-obbligi ġenerali u, b'mod partikolari, il-karatteristiċi tekniċi li huma inerenti għall-prodotti kollha ta' dak it-tip u r-rekwiżiti legali obbligatorji relatati.
Id-deskrizzjoni tal-metodu ta' produzzjoni msemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 għandha tinkludi biss il-metodu ta' produzzjoni fis-seħħ. Il-prattiki storiċi għandhom jiġu inklużi biss jekk ikunu għadhom qegħdin jiġu segwiti. Għandu jiġi deskritt biss il-metodu li huwa meħtieġ għall-kisba tal-prodott speċifiku u dan għandu jsir b'tali mod li jippermetti r-riproduzzjoni tal-prodott kullimkien.
L-elementi ewlenin li jagħtu prova tal-karattru tradizzjonali tal-prodott għandhom jinkludu l-elementi ewlenin li baqgħu ma nbidlux, b'referenzi preċiżi u stabbiliti sewwa.
Artikolu 8
Applikazzjonijiet konġunti
Għandha tiġi sottomessa applikazzjoni konġunta msemmija fl-Artikolu 49(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 lill-Kummissjoni minn Stat Membru kkonċernat, jew minn grupp applikant f'pajjiż terz ikkonċernat, direttament jew permezz tal-awtoritajiet ta' dak il-pajjiż terz. Din għandha tinkludi d-dikjarazzjoni msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 8(2) jew fil-punt (b) tal-Artikolu 20(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 mill-Istati Membri kollha kkonċernati. Ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 8 u 20 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 għandhom jiġu ssodisfati fl-Istati Membri u l-pajjiżi terzi kollha kkonċernati.
Artikolu 9
Ir-regoli proċedurali għall-proċeduri ta' oppożizzjoni
1. Għall-finijiet tal-Artikolu 51(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, għandha titfassal dikjarazzjoni raġunata ta' oppożizzjoni skont il-formola stabbilita fl-Anness III għal dan ir-Regolament.
2. Il-perjodu ta' tliet xhur imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 51(3) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 għandu jibda mid-data li fiha tintbagħat l-istedina b'mezzi elettroniċi lill-partijiet interessati sabiex jintlaħaq ftehim bejniethom.
3. In-notifika msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament Iddelegat (UE) Nru 664/2014 u l-komunikazzjoni tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-Kummissjoni skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 51(3) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 għandhom isiru fi żmien xahar minn tmiem il-konsultazzjonijiet skont il-formola stabbilita fl-Anness IV għal dan ir-Regolament.
Artikolu 10
Ir-rekwiżiti proċedurali għall-emendi għal speċifikazzjoni ta' prodott
1. L-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni ta' emenda għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott għal denominazzjonijiet protetti ta' oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti li mhijiex minuri għandhom jitfasslu skont il-formola stabbilita fl-Anness V. Dawk l-applikazzjonijiet għandhom jimtlew skont ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. Id-dokument uniku emendat għandu jitfassal skont il-formola stabbilita fl-Anness I għal dan ir-Regolament. Ir-referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott fid-dokument uniku emendat għandha twassal għall-verżjoni aġġornata tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott proposta.
L-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni ta' emenda għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott għal speċjalitajiet tradizzjonali garantiti li mhijiex minuri għandhom jitfasslu skont il-formola stabbilita fl-Anness VI għal dan ir-Regolament. Dawk l-applikazzjonijiet għandhom jimtlew skont ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. L-ispeċifikazzjoni tal-prodott emendata għandha titfassal skont il-formola stabbilita fl-Anness II għal dan ir-Regolament.
L-informazzjoni li għandha tiġi ppubblikata skont l-Artikolu 50(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 għandha tinkludi l-applikazzjoni debitament mimlija msemmija fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi ta' dan il-paragrafu.
2. L-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni ta' emenda minuri msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 għandhom jitfasslu skont il-formola stabbilita fl-Anness VII għal dan ir-Regolament.
L-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni ta' emenda minuri li tikkonċerna denominazzjonijiet protetti ta' oriġini jew indikazzjonijiet ġeografiċi protetti għandhom ikunu akkumpanjati mid-dokument uniku aġġornat, jekk jiġi emendat, li għandu jitfassal skont il-formola stabbilita fl-Anness I. Ir-referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott fid-dokument uniku emendat għandha twassal għall-verżjoni aġġornata tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott proposta.
Għall-applikazzjonijiet li joriġinaw mill-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jinkludu dikjarazzjoni li huma tal-fehma li l-applikazzjoni tissodisfa l-kondizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 u tad-dispożizzjonijiet adottati b'konformità miegħu, kif ukoll ir-referenza tal-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott aġġornata. Għall-applikazzjonijiet li joriġinaw minn pajjiżi terzi, il-grupp ikkonċernat jew l-awtoritajiet tal-pajjiż terz għandhom jinkludu l-ispeċifikazzjoni tal-prodott aġġornata. L-applikazzjonijiet għal emenda minuri fil-każijiet imsemmija fil-ħames subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament Iddelegat (UE) Nru 664/2014 għandhom jinkludu r-referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott aġġornata, għall-applikazzjonijiet li joriġinaw mill-Istati Membri, flimkien mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott aġġornata għall-applikazzjonijiet li joriġinaw minn pajjiżi terzi.
L-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni ta' emenda minuri li tikkonċerna speċjalitajiet tradizzjonali garantiti għandhom ikunu akkumpanjati mill-ispeċifikazzjoni tal-prodott aġġornata mfassla skont il-formola stabbilita fl-Anness II. L-Istati Membri għandhom jinkludu dikjarazzjoni li huma tal-fehma li l-applikazzjoni tissodisfa l-kondizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 u tad-dispożizzjonijiet adottati b'konformità miegħu.
L-informazzjoni li għandha tiġi ppubblikata skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 għandha tinkludi l-applikazzjoni debitament mimlija msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu.
3. Il-komunikazzjoni lill-Kummissjoni ta' emenda temporanja msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(3) tar-Regolament Iddelegat (UE) Nru 664/2014 għandha titfassal skont il-formola stabbilita fl-Anness VIII għal dan ir-Regolament. Hija għandha tkun akkumpanjata mid-dokumenti kif previsti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(3) tar-Regolament Iddelegat (UE) Nru 664/2014.
4. Id-data tas-sottomissjoni ta' applikazzjoni għal emenda għandha tkun id-data li fiha tintbagħat l-applikazzjoni lill-Kummissjoni b'mezzi elettroniċi. Imbagħad, il-Kummissjoni għandha tibgħat irċevuta tal-kunsinna.
Artikolu 11
Kanċellazzjoni
1. Talba għall-kanċellazzjoni ta' reġistrazzjoni skont l-Artikolu 54(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 għandha titfassal skont il-formola stabbilita fl-Anness IX għal dan ir-Regolament.
It-talbiet għal kanċellazzjoni għandhom ikunu akkumpanjati mid-dikjarazzjoni msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 8(2) jew fil-punt (b) tal-Artikolu 20(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.
2. L-informazzjoni li għandha tiġi ppubblikata skont l-Artikolu 50(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 għandha tinkludi t-talba debitament mimlija għal kanċellazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.
Artikolu 12
Il-mezzi ta' sottomissjoni
L-applikazzjonijiet, l-informazzjoni u d-dokumenti sottomessi lill-Kummissjoni skont l-Artikoli 6, 8, 9, 10, 11 u 15 għandhom ikunu f'forma elettronika.
Artikolu 13
L-użu ta' simboli u indikazzjonijiet
1. Is-simboli tal-Unjoni msemmija fl-Artikoli 12(2) u 23(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 u stabbiliti mill-Artikolu 2 tar-Regolament Iddelegat (UE) Nru 664/2014] għandhom jiġu riprodotti kif stipulat fl-Anness X għal dan ir-Regolament.
2. L-indikazzjonijiet “DENOMINAZZJONI PROTETTA TA' ORIĠINI”, “INDIKAZZJONI ĠEOGRAFIKA PROTETTA” u “SPEĊJALITÀ TRADIZZJONALI GARANTITA” fi ħdan is-simbolu jistgħu jintużaw bi kwalunkwe waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni kif stipulat fl-Anness X għal dan ir-Regolament.
3. Meta s-simboli, l-indikazzjonijiet jew l-abbrevjazzjonijiet korrispondenti tal-Unjoni msemmija fl-Artikoli 12 u 23 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 ikunu jidhru fuq it-tikkettar ta' prodott, dawn għandhom ikunu akkumpanjati mill-isem irreġistrat.
4. L-indikazzjonijiet, l-abbrevjazzjonijiet u s-simboli jistgħu jintużaw skont l-Artikolu 44(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 fil-mezzi tax-xandir jew fir-reklamar għall-finijiet ta' divulgazzjoni tal-iskema tal-kwalità jew tar-reklamar tal-ismijiet irreġistrati.
5. Il-prodotti mqiegħda fis-suq qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament li ma jkunux konformi mal-paragrafi 1 u 2 jistgħu jibqgħu fis-suq sakemm tispiċċa l-ħażna tagħhom.
Artikolu 14
Reġistru ta' denominazzjonijiet protetti ta' oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u Reġistru ta' speċjalitajiet tradizzjonali garantiti
1. Mad-dħul fis-seħħ ta' strument legali li jirreġistra denominazzjoni protetta ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta, il-Kummissjoni għandha tirreġistra d-dejta li ġejja fir-Reġistru ta' denominazzjonijiet protetti ta' oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti msemmi fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012:
(a) |
l-isem (ismijiet) irreġistrat(i) tal-prodott; |
(b) |
il-kategorija tal-prodott imsemmija fl-Anness XI għal dan ir-Regolament; |
(c) |
referenza għall-istrument li jirreġistra l-isem; |
(d) |
informazzjoni li l-isem huwa protett bħala indikazzjoni ġeografika jew bħala denominazzjoni ta' oriġini; |
(e) |
indikazzjoni tal-pajjiż jew pajjiżi ta' oriġini. |
2. Mad-dħul fis-seħħ ta' strument legali li jirreġistra speċjalità tradizzjonali garantita, il-Kummissjoni għandha tirreġistra d-dejta li ġejja fir-Reġistru ta' speċjalitajiet tradizzjonali garantiti msemmi fl-Artikolu 22(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012:
(a) |
l-isem (ismijiet) irreġistrat(i) tal-prodott; |
(b) |
il-kategorija tal-prodott imsemmija fl-Anness XI għal dan ir-Regolament; |
(c) |
referenza għall-istrument li jirreġistra l-isem; |
(d) |
indikazzjoni tal-pajjiż jew pajjiżi tal-grupp jew gruppi li għamel/għamlu l-applikazzjoni; |
(e) |
informazzjoni dwar jekk id-deċiżjoni rigward ir-reġistrazzjoni tistabbilixxix li l-isem tal-ispeċjalità tradizzjonali garantita għandha tkun akkumpanjata mill-pretensjoni msemmija fl-Artikolu 18(3) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012; |
(f) |
għall-applikazzjonijiet irċevuti qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 biss, informazzjoni dwar jekk ir-reġistrazzjoni ssirx mingħajr riżerva tal-isem. |
3. Meta l-Kummissjoni tapprova emenda għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott li tinkludi bidla fl-informazzjoni rreġistrata fir-Reġistri, hija għandha tħassar id-dejta oriġinali u tirreġistra d-dejta ġdida b'effett mid-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni li tapprova l-emenda.
4. Meta tidħol fis-seħħ kanċellazzjoni, il-Kummissjoni għandha tħassar l-isem mir-Reġistru kkonċernat.
Artikolu 15
Regoli tranżitorji
Għandha titfassal talba għall-pubblikazzjoni tad-dokument uniku sottomess minn Stat Membru b'konformità mal-Artikolu 8(1) tar-Regolament Iddelegat (UE) Nru 664/2014 fir-rigward ta' denominazzjoni protetta ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta rreġistrati qabel il-31 ta' Marzu 2006. Tali talba għandha titfassal skont il-formola stabbilita fl-Anness I għal dan ir-Regolament.
Artikolu 16
Id-dħul fis-seħħ u l-applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 9(1) għandu japplika biss għall-proċeduri ta' oppożizzjoni li għalihom il-perjodu ta' tliet xhur stabbilit fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 ikun għadu ma bediex fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
L-Artikolu 9(3) għandu japplika biss għall-proċeduri ta' oppożizzjoni li għalihom il-perjodu ta' tliet xhur stabbilit fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 ikun għadu ma skadiex fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
L-ewwel sentenza tal-punt 2 tal-Anness X għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2016, mingħajr preġudizzju għall-prodotti li kienu diġà tpoġġew fis-suq qabel dik id-data.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Ġunju 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(3) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.
(4) ĠU L 369, 23.12.2006, p. 1.
(5) ĠU L 275, 19.10.2007, p. 3.
(6) Ara p. 17 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
ANNESS I
DOKUMENT UNIKU
[Daħħal l-isem, kif indikat fil-punt 1 hawn taħt:] “…”
Nru tal-UE: [għall-użu tal-UE biss]
[Agħżel waħda, immarka b'“X”:] |
|
|
1. Isem/Ismijiet [tad-DPO jew tal-IĠP]
[Daħħal l-isem propost għar-reġistrazzjoni jew, fil-każ ta' applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' emenda għall-Ispeċifikazzjoni ta' prodott jew talba għall-pubblikazzjoni skont l-Artikolu 15 ta' dan ir-Regolament, l-isem irreġistrat]
2. Stat Membru jew pajjiż terz
…
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta' prodott [bħal fl-Anness XI]
…
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f'(1)
[Il-punti ewlenin imsemmija fl-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. Sabiex jiġu identifikati d-definizzjonijiet tal-użu tal-prodott u l-istandards komunement użati għal dak il-prodott, fid-deskrizzjoni tal-prodott, iffoka fuq l-ispeċifiċità tiegħu, billi tuża l-unitajiet tal-kejl u termini tekniċi jew komuni ta' tqabbil, mingħajr ma tinkludi l-karatteristiċi tekniċi li huma inerenti għall-prodotti kollha ta' dak it-tip u r-rekwiżiti legali obbligatorji relatati applikabbli għall-prodotti kollha ta' dak it-tip (l-Artikolu 7(1) ta' dan ir-Regolament).]
3.3. Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
[Għad-DPO: ikkonferma li l-għalf u l-materja prima ġejjin miż-żona. F'każ li l-għalf jew il-materja prima jkunu ġejjin minn barra ż-żona, ipprovdi deskrizzjoni ddettaljata ta' dawk l-eċċezzjonijiet u agħti l-ġustifikazzjonijiet. Dawk l-eċċezzjonijiet għandhom ikunu konformi mar-regoli adottati skont l-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.
Għall-IĠP: indika x'inhuma r-rekwiżiti tal-kwalità jew ir-restrizzjonijiet fuq l-oriġini tal-materja prima. Agħti l-ġustifikazzjonijiet għal kwalunkwe restrizzjoni. Tali restrizzjonijiet għandhom ikunu konformi mar-regoli adottati skont l-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u għandhom jiġu ġġustifikati fir-rigward tar-rabta msemmija fl-Artikolu 7(1)(f) ta' dak ir-Regolament.]
…
3.4. Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita
[Agħti l-ġustifikazzjonijiet għal kwalunkwe restrizzjoni jew deroga.]
…
3.5. Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.
[Jekk ma hemmx, ħalliha vojta. Għal kwalunkwe restrizzjoni, agħti l-ġustifikazzjonijiet speċifiċi għall-prodott.]
…
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar
[Jekk ma hemmx, ħalliha vojta. Agħti l-ġustifikazzjonijiet għal kwalunkwe restrizzjoni.]
…
4. Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika
[Fejn ikun xieraq, inkludi mappa taż-żona]
…
5. Rabta maż-żona ġeografika
[Għad-DPO: rabta kawżali bejn il-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott u l-ambjent ġeografiku, bil-fatturi umani u naturali inerenti tiegħu, inklużi, fejn xieraq, l-elementi tad-deskrizzjoni tal-prodott jew tal-metodu ta' produzzjoni li jiġġustifikaw ir-rabta.
Għall-IĠP: rabta kawżali bejn l-oriġini ġeografika u, fejn xieraq, kwalità partikolari, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħrajn tal-prodott.
Iddikjara espliċitament fuq liema mill-fatturi msemmija (ir-reputazzjoni, kwalità partikolari, karatteristika oħra tal-prodott) hija bbażata r-rabta kawżali, u agħti informazzjoni biss fir-rigward tal-fatturi rilevanti, inklużi, fejn xieraq, l-elementi tad-deskrizzjoni tal-prodott jew tal-metodu ta' produzzjoni li jiġġustifikaw ir-rabta.]
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-prodott
(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta' dan ir-Regolament)
…
ANNESS II
SPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT TA' SPEĊJALITÀ TRADIZZJONALI GARANTITA
[Daħħal l-isem, kif indikat fil-punt 1 hawn taħt:] “”
Nru tal-UE: [għall-użu tal-UE biss]
Stat Membru jew pajjiż terz “”
1. Isem li għandu jiġi rreġistrat/Ismijiet li għandhom jiġu rreġistrati
…
2. Tip ta' prodott [bħal fl-Anness XI]
…
3. Raġunijiet għar-reġistrazzjoni
3.1. Indika jekk il-prodott:
☐ |
jirriżultax minn metodu ta' produzzjoni, ipproċessar jew kompożizzjoni li jikkorrispondi għal prattika tradizzjonali għal dak il-prodott jew oġġett tal-ikel |
☐ |
huwiex manifatturat minn materja prima jew ingredjenti li kienu jintużaw tradizzjonalment. |
[Agħti spjegazzjoni]
3.2. Indika jekk l-isem:
☐ |
kienx jintuża tradizzjonalment sabiex jirreferi għall-prodott speċifiku |
☐ |
jidentifikax il-karattru tradizzjonali jew il-karattru speċifiku tal-prodott |
[Ipprovdi spjegazzjoni]
4. Deskrizzjoni
4.1 Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem imsemmi fil-punt 1, inklużi l-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi, mikrobijoloġiċi jew organolettiċi tiegħu li juru l-karattru speċifiku tal-prodott (l-Artikolu 7(2) ta' dan ir-Regolament)
…
4.2. Deskrizzjoni tal-metodu ta' produzzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem imsemmi fil-punt 1 li għandhom isegwu l-produtturi, inklużi, fejn xieraq, in-natura u l-karatteristiċi tal-materja prima jew tal-ingredjenti użati, kif ukoll il-metodu li permezz tiegħu jitħejja l-prodott (l-Artikolu 7(2) ta' dan ir-Regolament)
…
4.3. Deskrizzjoni tal-elementi ewlenin li jistabbilixxu l-karattru tradizzjonali tal-prodott (l-Artikolu 7(2) ta' dan ir-Regolament)
…
ANNESS III
DIKJARAZZJONI RAĠUNATA TAL-OPPOŻIZZJONI
[Agħżel waħda, immarka b'“X”:] |
|
|
|
1. Isem il-prodott
[kif jidher fil-pubblikazzjoni ta' Il-Ġurnal Uffiċjali (ĠU)]
…
2. Referenza uffiċjali
[kif tidher fil-pubblikazzjoni ta' Il-Ġurnal Uffiċjali (ĠU)]
Numru ta' referenza: …
Data tal-pubblikazzjoni fil-ĠU: …
3. Dettalji ta' kuntatt
Persuna ta' kuntatt: |
Titolu (Sur, Sra.…): … |
Isem: … |
Grupp/organizzazzjoni/individwu: …
Jew awtorità nazzjonali:
Dipartiment: …
Indirizz: …
Telefon + …
Indirizz tal-posta elettronika: …
4. Raġuni għall-oppożizzjoni:
Għal DPO/IĠP:
☐ |
Nuqqas ta' konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 5 u 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 |
☐ |
Ir-reġistrazzjoni tal-isem tmur kontra l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 (varjetà ta' pjanti jew razza ta' annimali) |
☐ |
Ir-reġistrazzjoni tal-isem tmur kontra l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 (isem kompletament jew parzjalment omonimu) |
☐ |
Ir-reġistrazzjoni tal-isem tmur kontra l-Artikolu 6(4) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 (marka kummerċjali eżistenti) |
☐ |
Ir-reġistrazzjoni tipperikola l-eżistenza ta' ismijiet, marki kummerċjali jew prodotti kif speċifikati fl-Artikolu 10(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 |
☐ |
L-isem propost għar-reġistrazzjoni huwa ġeneriku; id-dettalji għandhom jiġu pprovduti kif stipulat fl-Artikolu 10(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 |
Għal STG:
☐ |
Nuqqas ta' konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 |
☐ |
Ir-reġistrazzjoni tal-isem tkun inkompatibbli mat-termini tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 (l-Artikolu 21(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012). |
☐ |
L-isem propost għar-reġistrazzjoni huwa leġittimu, rinomat u ekonomikament sinifikanti għal prodotti agrikoli jew oġġetti tal-ikel simili (l-Artikolu 21(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012). |
5. Dettalji tal-oppożizzjoni
Ipprovdi raġunijiet debitament issostanzjati u ġustifikazzjoni għall-oppożizzjoni.
Ipprovdi wkoll dikjarazzjoni li tispjega l-interess leġittimu tal-oppożizzjoni, sakemm l-oppożizzjoni ma titressaqx mill-awtoritajiet nazzjonali, f'liema każ ma tkun meħtieġa l-ebda dikjarazzjoni ta' interess leġittimu. Id-dikjarazzjoni tal-oppożizzjoni għandha tkun iffirmata u ddatata.
ANNESS IV
NOTIFIKA TA' TMIEM IL-KONSULTAZZJONIJIET WARA L-PROĊEDURA TA' OPPOŻIZZJONI
[Agħżel waħda, immarka b'“X”:] |
|
|
|
1. Isem il-prodott
[kif jidher fil-pubblikazzjoni ta' Il-Ġurnal Uffiċjali (ĠU)]
2. Referenza uffiċjali [kif tidher fil-pubblikazzjoni ta' Il-Ġurnal Uffiċjali (ĠU)]
Numru ta' referenza:
Data tal-pubblikazzjoni fil-ĠU:
3. Riżultat tal-konsultazzjonijiet
3.1. Intlaħaq ftehim mal-opponent(i) li ġej(jin):
[Ehmeż kopji tal-ittri li juru l-ftehim u l-fatturi kollha li ppermettew li jintlaħaq il-ftehim (l-Artikolu 5 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 664/2014]
3.2. Ma ntlaħaqx ftehim mal-opponent(i) li ġej(jin):
[Ehmeż l-informazzjoni msemmija fl-aħħar sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 51(3) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012]
4. Speċifikazzjoni tal-prodott u Dokument Uniku
4.1. L-Ispeċifikazzjoni tal-prodott ġiet emendata:
… Iva (*) |
… Le |
4.2. Id-Dokument Uniku ġie emendat (għad-DPO u l-IĠP biss):
… Iva (**) |
… Le |
5. Data u firma
[Isem]
[Dipartiment/Organizzazzjoni]
[Indirizz]
[Telefon: +]
[Indirizz tal-posta elettronika:]
(*) Jekk 'Iva', ehmeż deskrizzjoni tal-emendi u l-Ispeċifikazzjoni tal-prodott emendata
(**) Jekk 'Iva', ehmeż kopja tad-Dokument Uniku aġġornat
ANNESS V
Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' emenda mhux minuri għall-Ispeċifikazzjoni tal-prodott ta' Denominazzjonijiet Protetti tal-Oriġini/Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti
Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' emenda skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012
[Isem irreġistrat]“…”
Nru tal-UE: [għall-użu tal-UE biss]
[Agħżel waħda, immarka b'“X”:] |
|
|
1. Grupp applikant u interess leġittimu
[Ipprovdi l-isem, l-indirizz, it-telefon u l-indirizz tal-posta elettronika tal-grupp li qiegħed jipproponi l-emenda (għall-applikazzjonijiet ta' pajjiżi terzi, ipprovdi wkoll l-isem u l-indirizz tal-awtoritajiet jew, jekk ikunu disponibbli, l-entitajiet li jivverifikaw il-konformità mad-dispożizzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-prodott). Ipprovdi wkoll dikjarazzjoni li tispjega l-interess leġittimu tal-grupp applikant.]
2. Stat Membru jew pajjiż terz
…
3. Intestatura fl-Ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda/i
☐ |
Isem il-prodott |
☐ |
Deskrizzjoni tal-prodott |
☐ |
Żona ġeografika |
☐ |
Prova tal-oriġini |
☐ |
Metodu ta' produzzjoni |
☐ |
Rabta |
☐ |
Tikkettar |
☐ |
Oħrajn [speċifika] |
4. Tip ta' emenda/i
☐ |
Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-prodott ta' DPO jew IĠP irreġistrata li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. |
☐ |
Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-prodott ta' DPO jew IĠP irreġistrata li għaliha ma jkun ġie rreġistrat l-ebda Dokument Uniku (jew ekwivalenti) u li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. |
5. Emenda/i
[Għal kull intestatura mmarkata fit-taqsima 3 hawn fuq, ipprovdi deskrizzjoni eżawrjenti u r-raġunijiet speċifiċi għal kull emenda. L-Ispeċifikazzjoni tal-prodott oriġinali u, fejn rilevanti, id-Dokument Uniku oriġinali għandhom jitqabblu fid-dettall mal-verżjonijiet emendati proposti għal kull emenda. L-applikazzjoni għall-emenda għandha tkun awtosuffiċjenti. L-informazzjoni mogħtija f'din it-taqsima għandha tkun eżawrjenti (l-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 664/2014].
ANNESS VI
Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' emenda mhux minuri għall-Ispeċifikazzjoni tal-prodott ta' Speċjalitajiet Tradizzjonali Garantiti
Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' emenda skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012
[Isem irreġistrat] “”
Nru tal-UE: [għall-użu tal-UE biss]
1. Grupp applikant u interess leġittimu
Isem il-grupp:
Indirizz:
Telefon: +
Indirizz tal-posta elettronika:
Ipprovdi dikjarazzjoni li tispjega l-interess leġittimu tal-grupp li qiegħed jipproponi l-emenda.
2. Stat membru jew pajjiż terz
…
3. Intestatura fl-Ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda/i
☐ |
Isem il-prodott |
☐ |
Deskrizzjoni tal-prodott |
☐ |
Metodu ta' produzzjoni |
☐ |
Oħrajn [speċifika] |
4. Tip ta' emenda/i
☐ |
Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-prodott ta' STG irreġistrata li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri skont ir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. |
5. Emenda/i
[Għal kull intestatura mmarkata fit-taqsima 3 hawn fuq, ipprovdi deskrizzjoni eżawrjenti u r-raġunijiet speċifiċi għal kull emenda. L-Ispeċifikazzjoni tal-prodott oriġinali u, fejn rilevanti, id-Dokument Uniku oriġinali għandhom jitqabblu fid-dettall mal-verżjoni emendata proposta għal kull emenda. L-applikazzjoni għall-emenda għandha tkun awtosuffiċjenti. L-informazzjoni mogħtija f'din it-taqsima għandha tkun eżawrjenti (l-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 664/2014].
ANNESS VII
APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA' EMENDA MINURI
Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' emenda minuri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012
[Isem irreġistrat]“…”
Nru tal-UE: [għall-użu tal-UE biss]
[Agħżel waħda, immarka b'“X”:] |
|
|
|
1. Grupp applikant u interess leġittimu
[Ipprovdi l-isem, l-indirizz, it-telefon u l-indirizz tal-posta elettronika tal-grupp li qiegħed jipproponi l-emenda (għall-applikazzjonijiet li jikkonċernaw id-DPO u l-IĠP minn pajjiżi terzi, ipprovdi wkoll l-isem u l-indirizz tal-awtoritajiet jew, jekk ikunu disponibbli, l-entitajiet li jivverifikaw il-konformità mad-dispożizzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-prodott). Ipprovdi wkoll dikjarazzjoni li tispjega l-interess leġittimu tal-grupp applikant.]
2. Stat Membru jew pajjiż terz
…
3. Intestatura fl-Ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda/i
☐ |
Deskrizzjoni tal-prodott |
☐ |
Prova tal-oriġini |
☐ |
Metodu ta' produzzjoni |
☐ |
Rabta |
☐ |
Tikkettar |
☐ |
Oħrajn [speċifika] |
4. Tip ta' emenda/i
☐ |
Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-prodott ta' DPO jew IĠP irreġistrata li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, li ma teħtieġ l-ebda emenda għad-Dokument Uniku ppubblikat |
☐ |
Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-prodott ta' DPO jew IĠP irreġistrata li għandha tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, li teħtieġ emenda għad-Dokument Uniku ppubblikat |
☐ |
Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-prodott ta' DPO jew IĠP irreġistrata li għandha tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, li għaliha ma ġie ppubblikat l-ebda Dokument Uniku (jew ekwivalenti) |
☐ |
Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-prodott ta' STG irreġistrata li għandha tikkwalifika bħala minuri skont ir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. |
5. Emenda/i
[Għal kull intestatura mmarkata fit-taqsima ta' hawn fuq, ipprovdi deskrizzjoni u s-sommarju tar-raġunijiet għal kull emenda. L-Ispeċifikazzjoni tal-prodott oriġinali u, fejn rilevanti, id-Dokument Uniku oriġinali għandhom jitqabblu mal-verżjonijiet emendati proposti għal kull emenda. Ipprovdi wkoll raġuni ċara għaliex skont it-tielet u/jew ir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-emenda għandha tikkwalifika bħala minuri. L-applikazzjoni għall-emenda minuri għandha tkun awtosuffiċjenti (it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 664/2014].
6. Speċifikazzjoni tal-prodott aġġornata (għal DPO u IĠP biss)
[Din tapplika biss fil-każijiet imsemmija fil-ħames subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 664/2014:
(a) |
fil-każ ta' applikazzjonijiet sottomessi minn Stati Membri, inkludi r-referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-prodott aġġornata; |
(b) |
fil-każ ta' applikazzjonijiet minn pajjiżi terzi, inkludi l-Ispeċifikazzjoni tal-prodott aġġornata.] |
ANNESS VIII
KOMUNIKAZZJONI TA' EMENDA TEMPORANJA
Komunikazzjoni li tikkonċerna emenda temporanja skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(3) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 664/2014.
[Isem irreġistrat] “”
Nru tal-UE: [għall-użu tal-UE biss]
[Agħżel waħda, immarka b'“X”:] |
|
|
|
1. Stat membru jew pajjiż terz
…
2. Emenda/i
[Indika l-intestatura fl-Ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda temporanja. Ipprovdi deskrizzjoni ddettaljata u r-raġunijiet ta' kull emenda temporanja approvata, inklużi deskrizzjoni u valutazzjoni tal-konsegwenzi ta' dik l-emenda fuq ir-rekwiżiti u l-kriterji li jikkwalifikaw il-prodott taħt l-iskema tal-kwalità (l-Artikolu 5(1) u (2) u l-Artikolu 18(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 għad-DPO, għall-IĠP u għall-STG rispettivament). Ipprovdi wkoll deskrizzjoni ddettaljata tal-miżuri li jiġġustifikaw l-emendi temporanji (miżuri sanitarji u fitosanitarji, ir-rikonoxximent formali tad-diżastri naturali jew tal-kundizzjonijiet ħżiena tat-temp, eċċ.) u r-raġunijiet għal dawk il-miżuri li għandhom jittieħdu. Iddeskrivi wkoll ir-relazzjoni bejn dawk il-miżuri u l-emenda temporanja approvata.]
ANNESS IX
TALBA GĦAL KANĊELLAMENT
It-talba għal kanċellament skont l-Artikolu 54(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012
[Isem irreġistrat:] “…”
Nru tal-UE: [għall-użu tal-UE biss]
[Agħżel waħda, immarka b'“X”:] |
|
|
|
1. Isem irreġistrat propost għall-kanċellament
…
2. Stat Membru jew pajjiż terz
…
3. Tip ta' prodott [bħal fl-Anness XI]
…
4. Persuna jew entità li tagħmel it-talba għall-kanċellament
[Ipprovdi l-isem, l-indirizz, it-telefon u l-indirizz tal-posta elettronika tal-persuna fiżika jew ġuridika jew tal-produtturi msemmija fl-Artikolu 54(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 li jagħmlu talba għall-kanċellament (għat-talbiet li jikkonċernaw DPO u IĠP minn pajjiżi terzi, ipprovdi wkoll l-isem u l-indirizz tal-awtoritajiet jew, jekk ikunu disponibbli, tal-entitajiet li jivverifikaw il-konformità mad-dispożizzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-prodott). Ipprovdi wkoll dikjarazzjoni li tispjega l-interess leġittimu tal-persuna fiżika jew ġuridika li tagħmel it-talba għall-kanċellament.]
…
5. Tip ta' kanċellament u raġunijiet relatati
☐ |
Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 54(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 |
☐ |
il-punt (a) [Ipprovdi r-raġunijiet iddettaljati u, fejn xieraq, l-evidenza għall-kanċellament tar-reġistrazzjoni tal-isem skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 54(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.] |
☐ |
il-punt (b) [Ipprovdi r-raġunijiet iddettaljati u, fejn xieraq, l-evidenza għall-kanċellament tar-reġistrazzjoni tal-isem skont il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 54(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.] |
☐ |
Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 54(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 [Ipprovdi r-raġunijiet iddettaljati u, fejn xieraq, l-evidenza għall-kanċellament tar-reġistrazzjoni tal-isem skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 54(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.] |
ANNESS X
RIPRODUZZJONI TAS-SIMBOLI U L-INDIKAZZJONIJIET TAL-UNJONI GĦAD-DPO, GĦALL-IĠP U GĦALL-STG
1. Simboli tal-Unjoni bil-kulur
Meta jintużaw bil-kulur, jistgħu jintużaw kuluri diretti (Pantone) jew proċess ta' erba' kuluri. Il-kuluri ta' referenza huma indikati hawn taħt.
Is-simboli tal-Unjoni f'pantone:
Is-simboli tal-Unjoni fi proċess ta' erba' kuluri:
Il-kuntrast mal-kuluri tal-isfond
Jekk simbolu jintuża bil-kulur fuq sfond ikkulurit li jagħmlu diffiċli sabiex jintgħaraf, għandu jintuża ċirku estern ta' delinjazzjoni madwar is-simbolu sabiex itejjeb il-kuntrast mal-isfond:
2. Simboli tal-Unjoni bl-abjad u iswed
L-użu tas-simboli bl-abjad u iswed huwa permess biss meta l-iswed u l-abjad ikunu l-uniċi kuluri tal-linka li jintużaw fuq l-imballaġġ.
Meta jintużaw bl-abjad u iswed, is-simboli tal-Unjoni jiġu riprodotti kif ġej:
Is-simboli tal-Unjoni bl-abjad u iswed bin-negattiv
Jekk l-isfond fuq l-imballaġġ jew fuq it-tikketta jkun skur, is-simboli jistgħu jintużaw fil-format negattiv kif ġej:
3. Tipografija
It-test għandu jinkiteb f'ittri kapitali Times Roman.
4. Tiċkin
Id-daqs minimu tas-simboli tal-Unjoni huwa dijametru ta' 15-il mm, iżda dan jista' jiċċekken għal 10 mm f'każ ta' pakketti jew prodotti żgħar.
5. “Denominazzjoni Protetta tal-Oriġini” u t-taqsira tagħha fil-lingwi tal-UE
Lingwa tal-UE | Terminu | Taqsira |
BG | защитено наименование за произход | ЗНП |
ES | denominación de origen protegida | DOP |
CS | chráněné označení původu | CHOP |
DA | beskyttet oprindelsesbetegnelse | BOB |
DE | geschützte Ursprungsbezeichnung | g.U. |
ET | kaitstud päritolunimetus | KPN |
EL | προστατευόμενη ονομασία προέλευσης | ΠΟΠ |
EN | protected designation of origin | PDO |
FR | appellation d'origine protégée | AOP |
GA | bunús ainmníochta cosanta | BAC |
HR | zaštićena oznaka izvornosti | ZOI |
IT | denominazione d'origine protetta | DOP |
LV | aizsargāts cilmes vietas nosaukums | ACVN |
LT | saugoma kilmės vietos nuoroda | SKVN |
HU | oltalom alatt álló eredetmegjelölés | OEM |
MT | denominazzjoni protetta tal-oriġini | DPO |
NL | beschermde oorsprongsbenaming | BOB |
PL | chroniona nazwa pochodzenia | CHNP |
PT | denominação de origem protegida | DOP |
RO | denumire de origine protejată | DOP |
SK | chránené označenie pôvodu | CHOP |
SL | zaščitena označba porekla | ZOP |
FI | suojattu alkuperänimitys | SAN |
SV | skyddad ursprungsbeteckning | SUB |
6. “Indikazzjoni Ġeografika Protetta” u t-taqsira tagħha fil-lingwi tal-UE
Lingwa tal-UE | Terminu | Taqsira |
BG | защитено географско указание | ЗГУ |
ES | indicación geográfica protegida | IGP |
CS | chráněné zeměpisné označení | CHZO |
DA | beskyttet geografisk betegnelse | BGB |
DE | geschützte geografische Angabe | g.g.A. |
ET | kaitstud geograafiline tähis | KGT |
EL | προστατευόμενη γεωγραφική ένδειξη | ΠΓΕ |
EN | protected geographical indication | PGI |
FR | indication géographique protégée | IGP |
GA | sonra geografach cosanta | SGC |
HR | zaštićena oznaka zemljopisnog podrijetla | ZOZP |
IT | indicazione geografica protetta | IGP |
LV | aizsargāta ģeogrāfiskās izcelsmes norāde | AĢIN |
LT | saugoma geografinė nuoroda | SGN |
HU | oltalom alatt álló földrajzi jelzés | OFJ |
MT | indikazzjoni ġeografika protetta | IĠP |
NL | beschermde geografische aanduiding | BGA |
PL | chronione oznaczenie geograficzne | CHOG |
PT | indicação geográfica protegida | IGP |
RO | indicație geografică protejată | IGP |
SK | chránené zemepisné označenie | CHZO |
SL | zaščitena geografska označba | ZGO |
FI | suojattu maantieteellinen merkintä | SMM |
SV | skyddad geografisk beteckning | SGB |
7. “Speċjalità Tradizzjonali Garantita” u t-taqsira tagħha fil-lingwi tal-UE
Lingwa tal-UE | Terminu | Taqsira |
BG | храна с традиционно специфичен характер | ХТСХ |
ES | especialidad tradicional garantizada | ETG |
CS | zaručená tradiční specialita | ZTS |
DA | garanteret traditionel specialitet | GTS |
DE | garantiert traditionelle Spezialität | g.t.S. |
ET | garanteeritud traditsiooniline toode | GTT |
EL | εγγυημένο παραδοσιακό ιδιότυπο προϊόν | Ε Π Ι Π |
EN | traditional speciality guaranteed | TSG |
FR | spécialité traditionnelle garantie | STG |
GA | speisialtacht thraidisiúnta ráthaithe | STR |
HR | zajamčeno tradicionalni specijalitet | ZTS |
IT | specialità tradizionale garantita | STG |
LV | garantēta tradicionālā īpatnība | GTI |
LT | garantuotas tradicinis gaminys | GTG |
HU | hagyományos különleges termék | HKT |
MT | speċjalità tradizzjonali garantita | STG |
NL | gegarandeerde traditionele specialiteit | GTS |
PL | gwarantowana tradycyjna specjalność | GTS |
PT | especialidade tradicional garantida | ETG |
RO | specialitate tradițională garantată | STG |
SK | zaručená tradičná špecialita | ZTŠ |
SL | zajamčena tradicionalna posebnost | ZTP |
FI | aito perinteinen tuote | APT |
SV | garanterad traditionell specialitet | GTS |
ANNESS XI
KLASSIFIKAZZJONI TAL-PRODOTTI
1. Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I għat-Trattat
— |
Klassi 1.1. Laħam frisk (u l-ġewwieni) |
— |
Klassi 1.2. Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.) |
— |
Klassi 1.3. Ġobon |
— |
Klassi 1.4. Prodotti oħrajn li joriġinaw mill-annimali (bajd, għasel, diversi prodotti mill-ħalib għajr butir, eċċ.) |
— |
Klassi 1.5. Żjut u xaħmijiet (butir, marġerina, żejt, eċċ.) |
— |
Klassi 1.6. Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati |
— |
Klassi 1.7. Ħut frisk, molluski, krustaċji u prodotti derivati minnhom |
— |
Klassi 1.8. Prodotti oħrajn elenkati fl-Anness I għat-Trattat (ħwawar eċċ.) |
2. Prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel imsemmija fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 1151/2012
I. Denominazzjonijiet tal-Oriġini u Indikazzjonijiet Ġeografiċi
— |
Klassi 2.1. birra, |
— |
Klassi 2.2. ċikkulata u prodotti derivati minnhom, |
— |
Klassi 2.3. ħobż, għaġina, kejkijiet, ħelu, gallettini u prodotti oħra tal-furnara, |
— |
Klassi 2.4. xorb magħmul minn estratti tal-pjanti, |
— |
Klassi 2.5. għaġin, |
— |
Klassi 2.6. melħ, |
— |
Klassi 2.7. gomma u reżina naturali, |
— |
Klassi 2.8. pejst tal-mustarda, |
— |
Klassi 2.9. ħuxlief, |
— |
Klassi 2.10. żjut essenzjali, |
— |
Klassi 2.11. sufra, |
— |
Klassi 2.12. kuċċinilja, |
— |
Klassi 2.13. fjuri u pjanti ornamentali, |
— |
Klassi 2.14. qoton, |
— |
Klassi 2.15. suf, |
— |
Klassi 2.16. qasab, |
— |
Klassi 2.17. kittien imħabbat, |
— |
Klassi 2.18. ġilda, |
— |
Klassi 2.19. fer, |
— |
Klassi 2.20. rix. |
II. Speċjalitajiet Tradizzjonali Garantiti
— |
Klassi 2.21. ikliet ippreparati, |
— |
Klassi 2.22. birra, |
— |
Klassi 2.23. ċikkulata u prodotti derivati, |
— |
Klassi 2.24. prodotti ta' ħobż, għaġina, kejkijiet, ħlewwiet, gallettini u prodotti oħra tal-furnara, |
— |
Klassi 2.25. xorb magħmul minn estratti tal-pjanti, |
— |
Klassi 2.26. għaġin, |
— |
Klassi 2.27. melħ. |
19.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 179/62 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 669/2014
tat-18 ta' Ġunju 2014
dwar l-awtorizzazzjoni tad-D-pantotenat tal-kalċju u tad-D-pantenol bħala addittivi fl-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fin-nutriment tal-annimali u l-bażi u l-proċeduri biex tingħata din l-awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10 ta' dan ir-Regolament jipprevedi l-valutazzjoni mill-ġdid ta' addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2). |
(2) |
Id-D-pantotenat tal-kalċju u d-D-pantenol ġew awtorizzati mingħajr limitu ta' żmien skont id-Direttiva 70/524/KEE bħala addittivi fl-għalf għall-użu għall-ispeċi kollha tal-annimali bħala parti mill-grupp “Vitamini, provitamini u sustanzi definiti sew kimikament li jkollhom effett simili”. Dawk l-addittivi tal-għalf wara ddaħħlu fir-Reġistru tal-Komunità tal-addittivi tal-għalf bħala prodotti eżistenti, skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(3) |
Skont l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 u b'rabta mal-Artikolu 7 tiegħu, tressqu żewġ applikazzjonijiet għall-evalwazzjoni mill-ġdid tad-D-pantotenat tal-kalċju u d-D-pantenol bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali u, skont l-Artikolu 7 ta' dak ir-Regolament, għal bidla fit-termini tal-awtorizzazzjoni fir-rigward tal-użu tagħhom permezz tal-ilma għax-xorb. L-applikanti talbu li dawk l-addittivi jiġu kklassifikati fil-kategorija “addittivi nutrizzjonali”. Flimkien ma' dawk l-applikazzjonijiet, tressqu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(4) |
Fl-opinjonijiet tagħha tal- 11 ta' Ottubru 2011 (3) l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu fl-għalf, id-D-pantotenat tal-kalċju u d-D-pantenol ma għandhomx effett avvers fuq is-saħħa tal-annimali u tal-bniedem u fuq l-ambjent. L-Awtorità ikkonkludiet ukoll li d-D-pantotenat tal-kalċju u d-D-pantenol huma meqjusa bħala sorsi effettivi tal-aċidu pantoteniku u ma għandu jkun hemm l-ebda tħassib għas-sigurtà tal-utenti sakemm jittieħdu l-miżuri xierqa ta' protezzjoni. L-Awtorità tqis li ma hemmx bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għall-monitoraġġ wara l-kummerċjalizzazzjoni. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta' analiżi tal-addittivi fl-għalf imressaq mil-Laboratorju ta' Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(5) |
Il-valutazzjoni tad-D-pantotenat tal-kalċju u tad-D-pantenol turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, l-użu ta' dawn is-sustanzi għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
(6) |
Peress li r-raġunijiet ta' sikurezza ma jeħtiġux l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni, huwa xieraq li jiġi stabbilit perjodu tranżitorju għar-rimi tal-ħażniet eżistenti tal-addittivi, it-taħlitiet ta' qabel u l-għalf kompost li jkun fihom dawn is-sustanzi, kif awtorizzat permezz tad-Direttiva 70/524/KEE. |
(7) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Is-sustanzi speċifikati fl-Anness, li jiffurmaw parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrizzjonali” u mill-grupp funzjonali “vitamini, provitamini u sustanzi definiti sew kimikament li jkollhom effett simili”, huma awtorizzati bħala addittivi fin-nutriment tal-annimali soġġetti għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Is-sustanzi speċifikati fl-Anness u l-għalf li jkun fih minn dawn is-sustanzi, li huma prodotti u ttikkettati qabel id-9 ta' Jannar 2015 skont ir-regoli applikabbli qabel id-9 ta' Lulju 2014 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Ġunju 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1.
(3) EFSA Journal 2011; 9(11):2409 u EFSA Journal 2011; 9(11):2410.
ANNESS
Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formola kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku. |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||||||
mg/kg tal-oġġett tal-għalf komplet għall-bhejjem b'kontenut ta' umdità ta' 12 % jew mg/l ta' ilma. |
|||||||||||||||||||||||
Kategorija: Addittivi nutrizzjonali. Grupp funzjonali: vitamini, provitamini u sustanzi definiti sew kimikament li għandhom effett simili |
|||||||||||||||||||||||
3a841 |
— |
Id-D-pantotenat tal-kalċju |
Kompożizzjoni tal-addittiv Id-D-pantotenat tal-kalċju. Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Id-D-pantotenat tal-kalċju Ca[C9H16NO5]2 Nru CAS: 137-08-6 Id-D-pantotenat tal-kalċju, f'forma solida, prodott permezz ta' sinteżi kimika Kriterji ta' purità:
Metodu tal-Analiżi (1)
|
Kull speċi tal-annimali. |
— |
— |
— |
|
Id-19 ta' Ġunju 2024 |
||||||||||||||
3a842 |
— |
Id-D-Pantenol |
Kompożizzjoni tal-addittiv Id-D-Pantenol Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Id-D-Pantenol C9H19NO4 Nru CAS: 81-13-0 Id-D-Pantenol, f'forma likwida, prodotta b'sinteżi kimika Kriterji ta' purità:
Metodu tal-Analiżi (1)
|
Kull speċi tal-annimali |
— |
— |
|
|
Id-19 ta' Ġunju 2024 |
(1) Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jistgħu jinstabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza li ġej: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx
19.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 179/66 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 670/2014
tat-18 ta’ Ġunju 2014
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Ġunju 2014.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
(EUR/100 KG) |
||
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
MK |
70,1 |
TR |
88,1 |
|
ZZ |
79,1 |
|
0707 00 05 |
MK |
50,7 |
TR |
85,9 |
|
ZZ |
68,3 |
|
0709 93 10 |
TR |
108,5 |
ZZ |
108,5 |
|
0805 50 10 |
AR |
96,3 |
TR |
125,4 |
|
ZA |
114,6 |
|
ZZ |
112,1 |
|
0808 10 80 |
AR |
104,0 |
BR |
81,9 |
|
CA |
102,6 |
|
CL |
103,9 |
|
CN |
130,3 |
|
NZ |
139,0 |
|
US |
223,4 |
|
ZA |
130,2 |
|
ZZ |
126,9 |
|
0809 10 00 |
TR |
253,2 |
ZZ |
253,2 |
|
0809 29 00 |
TR |
314,0 |
ZZ |
314,0 |
|
0809 30 |
MA |
135,6 |
MK |
87,8 |
|
ZZ |
111,7 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.
19.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 179/68 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 671/2014
tat-18 ta' Ġunju 2014
dwar il-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Ġunju tal-2014 fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 533/2007 għal-laħam tat-tjur
Il-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 188 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta' liċenzji tal-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 533/2007 tal-14 ta' Mejju 2007 li jiftaħ u jamministra kwoti tariffarji fis-settur tal-laħam tat-tjur (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(6) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 533/2007 fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur. |
(2) |
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Ġunju 2014 għas-subperjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru 2014 għal ċerti kwoti jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni introdotti skont ir-Regolament (KE) Nru 533/2007 għas-subperjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru 2014 għandhom ikunu assenjati skont il-koeffiċjenti ta' allokazzjoni stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-19 ta' Ġunju 2014.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Ġunju 2014.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.
(3) ĠU L 125, 15.5.2007, p. 9.
ANNESS
Nru tal-grupp |
Numru tas-serje |
Koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għas-subperjodu mill-1.7.2014–30.9.2014 (f'%) |
P1 |
09.4067 |
1,988088 |
P3 |
09.4069 |
0,296969 |
19.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 179/70 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 672/2014
tat-18 ta' Ġunju 2014
dwar il-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Ġunju tal-2014 fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 1385/2007 għal-laħam tat-tjur
Il-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007, u b'mod partikolari l-Artikoli 188 tiegħu (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta' liċenzji tal-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1385/2007 tas-26 ta' Novembru 2007 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 774/94 f'dak li jirrigwarda l-ftuħ u l-ġestjoni ta' ċerti kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur tal-laħam tat-tjur (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(6) tiegħu,
Billi:
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni introdotti matul l-ewwel 7 ijiem tax-xahar ta' Ġunju tal-2014 għas-subperjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru 2014 jaqbżu, għal ċerti kwoti, il-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqa għas-subperjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru 2014 skont ir-Regolament (KE) Nru 1385/2007 għandhom ikunu assenjati skont il-koeffiċjenti ta' allokazzjoni stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-19 ta' Ġunju 2014.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Ġunju 2014.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.
(3) ĠU L 309, 27.11.2007, p. 47.
ANNESS
Nru tal-grupp |
Numru tas-serje |
Koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għas-subperjodu mill-1.7.2014–30.9.2014 (f'%) |
1 |
09.4410 |
0,231268 |
2 |
09.4411 |
0,233646 |
3 |
09.4412 |
0,245581 |
4 |
09.4420 |
0,269544 |
6 |
09.4422 |
0,270493 |
19.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 179/72 |
REGOLAMENT TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW (UE) Nru 673/2014
tat-2 ta' Ġunju 2014
dwar l-istabbiliment ta' Panel ta' Medjazzjoni u r-Regoli ta' Proċedura Tiegħu
(BĊE/2014/26)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta' Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta' politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 25(5) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 25(5) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) ser joħloq panel ta' medjazzjoni li jkun responsabbli biex isolvi differenzi fil-fehmiet espressi mill-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri parteċipanti kkonċernati fir-rigward ta' oġġezzjoni mill-Kunsill Governattiv għal abbozz ta' deċiżjoni tal-Bord Superviżorju stabbilit taħt dak ir-Regolament. |
(2) |
Skont il-Premessa 73 tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, l-istabbiliment tal-Panel ta' Medjazzjoni, u b'mod partikolari l-kompożizzjoni tiegħu, għandhom jiżguraw li dan jirrisolvi l-fehmiet differenti b'mod ibbilanċjat, fl-interess tal-Unjoni kollha. |
(3) |
Ir-Regoli tal-Proċedura tal-Panel ta' Medjazzjoni huma mingħajr preġudizzju għall-proċedura li fiha Stat Membru partiċipanti mhux taż-żona tal-euro jinnotifika lill-BĊE dwar in-nuqqas ta' qbil immotivat tiegħu ma' oġġezzjoni tal-Kunsill Governattiv għal abbozz ta' deċiżjoni tal-Bord Superviżorju skont l-Artikolu 7(7) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013. |
(4) |
Peress li l-Viċi-President tal-Bord Superviżorju huwa membru kemm tal-Kunsill Governattiv kif ukoll tal-Bord Superviżorju, huwa jinsab fl-aħjar pożizzjoni biex jippresjedi l-Panel ta' Medjazzjoni, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU PRELIMINARI
Artikolu 1
Natura supplimentari
Dan ir-Regolament għandu jissupplimenta r-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew (2). It-termini użati f'dan ir-Regolament għandu jkollhom l-istess tifsira bħat-termini ddefiniti fir-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew.
KAPITOLU I
IL-PANEL TA' MEDJAZZJONI
Artikolu 2
Stabbiliment
Qiegħed jiġi stabbilit Panel ta' Medjazzjoni skont l-Artikolu 25(5) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013.
Artikolu 3
Kompożizzjoni
1. Il-Panel ta' Medjazzjoni għandu jkun kompost minn membru wieħed għal kull Stat Membru parteċipanti.
2. Il-Viċi-President tal-Bord Superviżorju, li ma huwiex membru tal-Panel ta' Medjazzjoni, għandu jaġixxi bħala President tal-Panel ta' Medjazzjoni.
Artikolu 4
Ħatra tal-membri
1. Kull Stat Membru parteċipanti għandu jaħtar membru wieħed tal-Panel ta' Medjazzjoni minn fost il-membri tal-Kunsill Governattiv u tal-Bord Superviżorju. Il-President għandu jiffaċilita l-kisba ta' bilanċ bejn membri tal-Kunsill Governattiv u tal-Bord Superviżorju.
2. Il-mandat tal-membri tal-Panel ta' Medjazzjoni għandu jiskadi jekk ma jibqgħux membri tal-korpi li minnhom ġew maħtura.
3. Meta jaġixxi bħala membru tal-Panel ta' Medjazzjoni, kull membru għandu jaġixxi fl-interess tal-Unjoni kollha.
Artikolu 5
Attendenza għal laqgħat tal-Panel ta' Medjazzjoni
1. Ħlief kif ipprovdut fil-paragrafu 2, l-attendenza għal-laqgħat tal-Panel ta' Medjazzjoni għandha tkun ristretta għall-membri, il-President u s-Segretarju tiegħu.
2. Fuq stedina mill-Panel ta' Medjazzjoni, l-esperti jistgħu jattendu għal laqgħat speċifiċi tal-Panel ta' Medjazzjoni jekk il-ħila esperta tagħhom tkun meħtieġa.
Artikolu 6
Laqgħat tal-Panel ta' Medjazzjoni
1. Kull meta l-President jidhirlu li huwa neċessarju, huwa jista' jsejjaħ laqgħa tal-Panel ta' Medjazzjoni.
2. Il-Panel ta' Medjazzjoni għandu jżomm il-laqgħat tiegħu fil-bini tal-BĊE.
3. Fuq talba tal-President, il-laqgħat tal-Panel ta' Medjazzjoni jistgħu jsiru wkoll permezz ta' telekonferenza, ħlief jekk ikun hemm oġġezzjoni minn tal-anqas tliet membri.
4. Il-minuti tal-laqgħat tal-Panel ta' Medjazzjoni għandhom jiġu sottomessi lill-membri għall-approvazzjoni fil-laqgħa tagħhom li jmiss jew qabel permezz ta' proċedura bil-miktub, u malli jiġu approvati għandhom jiġu ffirmati mill-President. Huma għandhom jitpoġġew għad-dispożizzjoni tal-Kunsill Governattiv u tal-Bord Superviżorju.
5. Is-Segretarju tal-Bord Superviżorju għandu jaġixxi bħala Segretarju tal-Panel ta' Medjazzjoni. F'din l-aħħar funzjoni, is-Segretarju għandu jassisti lill-President tal-Panel tal-Medjazzjoni fit-tħejjija għal-laqgħat tal-Panel ta' Medjazzjoni u tal-Kumitat li Jeżamina l-Każ u għandu jkun responsabbli biex jabbozza l-minuti ta' dawn il-laqgħat. Huwa għandu jassisti wkoll lis-Segretarju tal-Kunsill Governattiv fit-tħejjija għal laqgħat tal-Kunsill Governattiv fir-rigward ta' kwalunkwe kwistjoni li fiha kien involut il-Panel ta' Medjazzjoni u għandu jkun responsabbli għall-abbozzar tal-parti rispettiva tal-minuti tal-proċedimenti.
Artikolu 7
Votazzjoni
1. Sabiex ikun jista' jittieħed vot fi ħdan il-Panel ta' Medjazzjoni, għandu jkun hemm kworum ta' zewġ terzi tal-membri tiegħu. Jekk il-kworum ma jintlaħaqx, il-President jista' jsejjaħ laqgħa straordinarja li fiha l-membri jistgħu jivvutaw mingħajr ma jitqies il-kworum.
2. Kull membru għandu jkollu vot wieħed. Il-Panel ta' Medjazzjoni għandu jiddeċiedi permezz ta' maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu. F'każ ta' parità, l-aktar membru anzjan tal-Panel ta' Medjazzjoni, l-ewwel nett f'termini ta' kariga, u skont l-età f'każ li żewġ membri jew aktar ikollhom l-istess pożizzjoni f'termini ta' kariga, għandu jkollu l-vot deċiżiv.
3. Il-Panel ta' Medjazzjoni għandu jipproċedi biex jivvota fuq talba tal-President. Il-President għandu jagħti bidu wkoll għal proċedura ta' votazzjoni fuq talba minn tliet membri tal-Panel ta' Medjazzjoni.
4. Fuq talba tal-President, id-deċiżjonijiet jistgħu jittieħdu wkoll bi proċedura bil-miktub.
KAPITOLU II
MEDJAZZJONI
Artikolu 8
Talba għal medjazzjoni
1. L-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri parteċipanti li jkunu kkonċernati minn u jkollhom fehmiet differenti dwar oġġezzjoni mill-Kunsill Governattiv għal abbozz ta' deċiżjoni tal-Bord Superviżorju jistgħu jistaqsu lill-Bord Superviżorju, fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol minn meta jirċievu l-oġġezzjoni, inklużi r-raġunijiet għall-oġġezzjoni, biex tintalab medjazzjoni sabiex jiġu solvuti dawk id-differenzi, bil-għan li tiġi żgurata separazzjoni bejn il-politika monetarja u l-kompiti superviżorji. Kull awtorità kompetenti kkonċernata għandha tagħmel dan billi tissottometti avviż ta' talba għal medjazzjoni lill-Bord Superviżorju, li tidentifika l-oġġezzjoni mill-Kunsill Governattiv, u li tinkludi stqarrija dwar ir-raġunijiet għat-talba għal medjazzjoni. Is-Segretarja għandu jinnotifika dawk it-talbiet għal medjazzjoni lill-membri tal-Bord Superviżorju.
2. Kull awtorità kompetenti oħra ta' Stat Membru parteċipanti kkonċernata minn u li jkollha fehmiet differenti dwar l-istess oġġezzjoni tista' tissottometti avviż ta' talba għal medjazzjoni separat jew tingħaqad ma' talba għal medjazzjoni eżistenti fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol min-notifika tal-ewwel talba għall-medjazzjoni u tesprimi d-differenza ta' opinjoni tagħha.
3. Oġġezzjoni mill-Kunsill Governattiv għal abbozz ta' deċiżjoni tal-Bord Superviżorju tista' tkun soġġetta għal medjazzjoni darba biss.
4. Awtorità kompetenti ta' Stat Membru parteċipanti mhux taż-żona tal-euro li tinnotifika lill-BĊE dwar in-nuqqas ta' qbil immotivat tagħha ma' oġġezzjoni tal-Kunsill Governattiv għal abbozz ta' deċiżjoni tal-Bord Superviżorju skont l-Artikolu 7(7) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 u l-Artikolu 13 g tar-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, ma tistax titlob medjazzjoni skont il-paragrafu 1 fir-rigward tal-istess oġġezzjoni mill-Kunsill Governattiv.
5. Jekk awtorità kompetenti ta' Stat Membru parteċipanti tistaqsi lill-Bord Superviżorju biex jitlob medjazzjoni fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol minn meta jirċievi l-oġġezzjoni, il-Bord Superviżorju għandu jippreżenta avviż ta' talba għal medjazzjoni lis-Segretarjat tal-Kunsill Governattiv fi żmien għaxart ijiem ta' xogħol minn meta jirċievi l-oġġezzjoni mill-Kunsill Governattiv. L-abbozz ta' deċiżjoni relevanti tal-Bord Superviżorju u l-oġġezzjoni relevanti mill-Kunsill Governattiv għandhom jiġu annessi mal-avviż ta' talba għal medjazzjoni. L-avviż ta' talba għal medjazzjoni għandu jiġi kkomunikat lill-membri tal-Kunsill Governattiv u tal-Bord Superviżorju.
6. Jekk awtorità kompetenti ta' Stat Membru parteċipanti mhux taż-żona tal-euro li tkun talbet medjazzjoni fir-rigward ta' oġġezzjoni mill-Kunsill Governattiv għal abbozz ta' deċiżjoni tal-Bord Superviżorju skont il-paragrafu 1 tinnotifika lill-BĊE bin-nuqqas ta' qbil immotivat tagħha mal-istess oġġezzjoni tal-Kunsill Governattiv skont l-Artikolu 7(7) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, it-talba għal medjazzjoni għandha titqies li ġiet irtirata.
Artikolu 9
Kumitat li Jeżamina l-Każ
1. Meta avviż ta' talba għal medjazzjoni jiġi ppreżentat skont l-Artikolu 8(5), il-President tal-Panel ta' Medjazzjoni jista' jgħaddih minnufih lill-membri tal-Panel ta' Medjazzjoni.
2. Għal kull avviż ta' talba għal medjazzjoni li jkun ġie ppreżentat skont l-Artikolu 8(5), il-Panel ta' Medjazzjoni għandu jistabbilixxi Kumitat li Jeżamina l-Każ fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol mid-data tal-preżentata tal-avviż ta' talba għal medjazzjoni u għandu jinforma lill-membri tal-Panel tal-Medjazzjoni dwar il-kompożizzjoni tiegħu.
3. Kumitat li Jeżamina l-Każ għandu jkun kompost mill-President tal-Panel ta' Medjazzjoni li jaġixxi bħala l-President tiegħu u erba' membri oħrajn maħtura mill-Panel ta' Medjazzjoni minn fost il-membri tal-Panel ta' Medjazzjoni. Il-Panel ta' Medjazzjoni għandu jimmira li jikseb bilanċ bejn il-membri tal-Kunsill Governattiv u tal-Bord Superviżorju. Il-Kumitat li Jeżamina l-Każ ma għandux jinkludi l-membru maħtur mill-Istat Membru parteċipanti li l-awtorità kompetenti tiegħu tkun esprimiet fehmiet differenti skont l-Artikolu 8(1) jew il-membru maħtur mill-Istat Membru parteċipanti li l-awtorità kompetenti tiegħu tkun ingħaqdet ma' talba eżistenti għal medjazzjoni skont l-Artikolu 8(2).
4. Fi żmien 15-il jum ta' xogħol, minn meta l-Panel ta' Medjazzjoni jirċievi l-avviż ta' talba għal medjazzjoni, il-Kumitat li Jeżamina l-Każ għandu jissottometti abbozz ta' opinjoni lill-President tal-Panel ta' Medjazzjoni, li għandu jinkludi analiżi dwar jekk it-talba għal medjazzjoni hijiex ammissibbli u fondata legalment. F'każijiet urġenti l-Kumitat li Jeżamina l-Każ għandu jagħti abbozz ta' opinjoni fi żmien perjodu iqsar li għandu jiġi stabbilit mill-President.
5. Il-President għandu jissottometti immedjatament l-abbozz ta' opinjoni lill-Panel ta' Medjazzjoni u għandu jsejjaħ laqgħa.
KAPITOLU III
PROĊESS TAT-TEĦID TAD-DEĊIŻJONIJIET
Artikolu 10
Medjazzjoni
1. Il-Panel ta' Medjazzjoni għandu jikkunsidra l-abbozz ta' opinjoni mħejji mill-Kumitat li Jeżamina l-Każ u għandu jissottometti opinjoni lill-Bord Superviżorju u l-Kunsill Governattiv fi żmien 20 jum ta' xogħol minn meta jirċievi l-avviż ta' talba għal medjazzjoni. F'każijiet urġenti l-Panel ta' Medjazzjoni għandu jagħti l-opinjoni tiegħu fi żmien perjodu iqsar li għandu jiġi stabbilit mill-President.
2. L-opinjoni għandha tkun bil-miktub u għandha tinkludi r-raġunijiet li hija bbażata fuqhom.
3. L-opinjoni tal-Panel ta' Medjazzjoni ma għandhiex torbot lill-Bord Superviżorju u lill-Kunsill Governattiv.
Artikolu 11
Tħejjija ta' abbozz ta' deċiżjoni ġdid
1. Meta tkun ingħatat opinjoni mill-Panel ta' Medjazzjoni, il-Bord Superviżorju, wara li jkun ikkunsidra l-opinjoni, jista' jissottometti abbozz ta' deċiżjoni ġdid lill-Kunsill Governattiv fi żmien 10 ijiem ta' xogħol mis-sottomissjoni tal-opinjoni tal-Panel ta' Medjazzjoni.
2. F'każijiet urġenti l-Bord Superviżorju jista' jissottometti abbozz ta' deċiżjoni ġdid fi żmien perjodu iqsar li għandu jiġi stabbilit mill-President tal-Bord Superviżorju.
3. Mhuwiex possibbli li ssir talba għal medjazzjoni li tikkonċerna oġġezzjoni mill-Kunsill Governattiv għal abbozz ta' deċiżjoni ġdid skont il-paragrafu 2.
KAPITOLU IV
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 12
Kunfidenzjalità u segretezza professjonali
1. Il-proċeduri tal-Bord Ġenerali għandhom ikunu kunfidenzjali. Madankollu, il-Kunsill Governattiv jista' jawtorizza lill-President tal-BĊE biex jippubblika l-eżitu ta' dawk il-proċedimenti.
2. Dokumenti abbozzati jew miżmuma mill-Panel ta' Medjazzjoni għandhom ikunu dokumenti tal-BĊE u għandhom jiġu kklassifikati u mmaniġġjati skont l-Artikolu 23.3 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew.
Artikolu 13
Dispożizzjonijiet finali
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-2 ta' Ġunju 2014.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63.
(2) Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew 2004/57/KE tad-19 ta' Frar 2004 li tadotta r-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2004/2) (ĠU L 80, 18.3.2004, p. 33).
III Atti oħrajn
ŻONA EKONOMIKA EWROPEA
19.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 179/77 |
DEĊIŻJONI TAL-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA
Nru 20/14/COL
tad-29 ta' Jannar 2014
li temenda, għat-tnejn u disgħin darba, ir-regoli proċedurali u sostantivi fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat
L-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA,
WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), b'mod partikolari l-Artikoli 61 u 63 u l-Protokoll 26 tiegħu,
WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta' Awtorità ta' Sorveljanza u ta' Qorti tal-Ġustizzja, (2) u b'mod partikolari l-Artikoli 5(2)(b) u 24 tiegħu,
Billi:
Il-Kapitolu fil-Linji Gwida għall-Għajnuna mill-Istat tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għall-bini tal-vapuri (3) skada fil-31 ta' Diċembru 2013 (4),
Dak il-Kapitolu jikkorrispondi għall-Qafas Komunitarju dwar l-għajnuna mill-Istat għall-bini tal-vapuri (5) li skada wkoll fil-31 ta' Diċembru 2013 (6),
Fis-6 ta' Diċembru 2013, il-Kummissjoni Ewropea (il-Kummissjoni) ippubblikat Komunikazzjoni li tikkonċerna l-estensjoni għall-applikazzjoni tal-Qafas dwar l-għajnuna mill-Istat għall-bini tal-vapuri sat-30 ta' Ġunju 2014 (7).
Kif stabbilit fil-paragrafu 10 tal-Qafas Komunitarju, il-Kummissjoni tipprevedi l-inklużjoni tad-dispożizzjonijiet dwar l-għajnuna għall-innovazzjoni għall-bini tal-vapuri fil-Qafas Komunitarju dwar l-għajnuna mill-Istat għar-riċerka u l-iżvilupp u l-innovazzjoni u l-integrazzjoni tal-għajnuna reġjonali għall-bini tal-vapuri fil-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali.
Fid-19 ta' Ġunju 2013, il-Kummissjoni adottat il-Linji Gwida l-ġodda dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-perjodu 2014–2020. L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA wkoll adottat Linji Gwida ġodda dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-perjodu 2014–2020. Madankollu, iż-żewġ Linji Gwida se jkunu applikabbli biss mill-1 ta' Lulju 2014.
Il-Kummissjoni bħalissa qed teżamina wkoll il-Qafas dwar l-għajnuna mill-Istat għar-riċerka u l-iżvilupp u l-innovazzjoni. Id-data tal-adozzjoni tal-Qafas il-ġdid dwar l-għajnuna mill-Istat għar-riċerka u l-iżvilupp u l-innovazzjoni għadha mhix magħrufa imma hija l-intenzjoni tal-Kummissjoni li ttemm dak il-proċess sat-30 ta' Ġunju 2014.
Meta jitqies li l-Awtorità tipprevedi wkoll l-estensjoni ta' dispożizzjonijiet orizzontali ġenerali għas-settur tal-bini tal-vapuri, kif stabbilit fil-paragrafu 10 tal-Linji Gwida tagħha għall-bini tal-vapuri, u sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat maż-Żona Ekonomika Ewropea kollha, il-perjodu tal-Kapitolu attwali dal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat għall-bini tal-vapuri għandu jiġġedded.
Il-Kummissjoni u l-Istati tal-EFTA ġew ikkonsultati.
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-ewwel sentenza tal-paragrafu 35 tal-Kapitolu fil-Linji Gwida għall-Għajnuna mill-Istat tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għall-bini tal-vapuri jaqra kif ġej:
“(35) |
L-Awtorità se tapplika l-prinċipji stabbiliti f'dawn il-linji gwida sat-30 ta' Ġunju 2014.” |
Artikolu 2
Il-verżjoni bl-Ingliż biss hi awtentika.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Jannar 2014.
Għall-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA
Oda Helen SLETNES
Il-President
Frank BÜCHEL
Membru tal-Kulleġġ
(1) Il-“Ftehim taż-ŻEE”.
(2) Il-“Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti”.
(3) ĠU L 31, 31.1.2013, p. 77, Suppliment taż-ŻEE Nru 7, 31.1.2013, p. 1.
(4) Ara l-paragrafu 35 tal-Linji Gwida għall-Għajnuna mill-Istat tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għall-bini tal-vapuri.
(5) ĠU C 364, 14.12.2011, p. 9.
(6) Ara l-paragrafu 35 tal-Qafas Komunitarju dwar l-għajnuna mill-Istat għall-bini tal-vapuri.
(7) ĠU C 357, 6.12.2013, p. 1.
19.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 179/79 |
DEĊIŻJONI TAL-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA
Nru 21/14/COL
tad-29 ta' Jannar 2014
li temenda, għat-tlieta u disgħin darba, ir-regoli proċedurali u sostantivi fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat
L-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA,
WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), b'mod partikolari l-Artikoli 61 u 63 u l-Protokoll 26 tiegħu,
WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta' Awtorità ta' Sorveljanza u ta' Qorti tal-Ġustizzja, (2) u b'mod partikolari l-Artikoli 5(2)(b) u 24 tiegħu,
Billi:
Il-Kapitolu fil-Linji Gwida għall-Għajnuna mill-Istat tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għar-Riċerka u l-Iżvilupp u l-Innovazzjoni (3) (il-Linji Gwida RŻI) skada fil-31 ta' Diċembru 2013 (4),
Dak il-Kapitolu jikkorrispondi għall-Qafas Komunitarju dwar l-għajnuna mill-Istat għar-riċerka u l-iżvilupp u l-innovazzjoni (5) li skada wkoll fil-31 ta' Diċembru 2013 (6),
Fl-10 ta' Diċembru 2013, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) ippubblikat Komunikazzjoni li tikkonċerna l-estensjoni għall-applikazzjoni tal-Qafas Komunitarju għar-riċerka u l-iżvilupp u l-innovazzjoni sat-30 ta' Ġunju 2014 (7).
L-estensjoni kienet adottata mill-Kummissjoni fid-dawl tar-reviżjoni proposta attwali tagħha tal-Linji Gwida RŻI (8) u fil-kuntest tal-proċess kumplessiv għall-modernizzazzjoni tar-regoli tal-għajnuna mill-Istat (9), u huwa b'mod partikolari interkonness mill-qrib mar-reviżjoni proposta parallela tar-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa (10).
Sabiex ikun żgurat approċċ konsistenti mal-istrumenti tal-għajnuna mill-Istat, b'kunsiderazzjoni għall-bżonn ta' kontinwità u ċertezza tad-dritt fit-trattament tal-għajnuna mill-Istat għar-riċerka u l-iżvilupp u l-innovazzjoni, u biex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat maż-Żona Ekonomika Ewropea kollha, il-Kapitolu attwali dal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat għall-bini tal-vapuri għandu jiġġedded.
Il-Kummissjoni u l-Istati tal-EFTA ġew ikkonsultati.
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-ewwel sentenza tal-paragrafu 178 tal-Kapitolu fil-Linji Gwida għall-Għajnuna mill-Istat tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għar-Riċerka u l-Iżvilupp u l-Innovazzjoni (RŻI) taqra kif ġej:
“(178) |
Dan il-Kapitolu se jkun applikabbli sat-30 ta' Ġunju 2014”. |
Artikolu 2
Il-verżjoni bl-Ingliż biss hi awtentika.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Jannar 2014.
Għall-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA
Oda Helen SLETNES
Il-President
Frank BÜCHEL
Membru tal-Kulleġġ
(1) Il-“Ftehim taż-ŻEE”.
(2) Il-“Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti”.
(3) ĠU L 305, 19.11.2009, p. 1, Suppliment taż-ŻEE Nru 60, 19.11.2009, p. 1.
(4) Ara l-paragrafu 178 tal-Linji Gwida għall-Għajnuna mill-Istat tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għar-Riċerka u l-Iżvilupp u l-Innovazzjoni.
(5) ĠU C 323, 30.12.2006, p. 1.
(6) Ara l-punt 10.3, it-tieni paragrafu tal-Qafas Komunitarju dwar l-għajnuna mill-Istat għar-riċerka u l-iżvilupp u l-innovazzjoni.
(7) ĠU C 360, 10.12.2013, p. 1.
(8) Konsultazzjoni dwar l-abbozz tal-Qafas tal-UE għall-għajnuna mill-Istat għar-Riċerka u l-Iżvilupp u l-Innovazzjoni nfetħet fl-20.12.2013. L-abbozz huwa aċċessibbli fl-indirizz: http://ec.europa.eu/competition/consultations/2013_state_aid_rdi/index_en.html
(9) Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-Modernizzazzjoni tal-Għajnuna mill-Istat tal-UE (SAM) COM(2012) 209 finali.
(10) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 tas-6 ta' Awwissu 2008 li jiddikjara ċerti kategoriji ta' għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni skont l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat. ĠU L 214, 9.8.2008, p. 3. Konsultazzjoni dwar abbozz għall-GBER tal-UE nfetħet fit-18.12.2013. L-abbozz huwa aċċessibbli fl-indirizz: http://ec.europa.eu/competition/consultations/2013_consolidated_gber/index_en.html