ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 170

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 57
11 ta' Ġunju 2014


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Informazzjoni dwar l-applikazzjoni proviżorja ta' Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Islanda wara l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

1

 

*

Informazzjoni dwar l-applikazzjoni proviżorja ta' Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja wara l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

1

 

*

Informazzjoni dwar l-applikazzjoni proviżorja ta' Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn ir-Renju tan-Norveġja u l-Unjoni Ewropea dwar Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż għall-perijodu 2009-2014 wara l-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fiż-Żona Ekonomika Ewropea

1

 

*

Informazzjoni fir-rigward tal-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fiż-Żona Ekonomika Ewropea

2

 

 

2014/343/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-24 ta' Marzu 2014 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fiż-Żona Ekonomika Ewropea, u tat-tliet ftehimiet relatati

3

 

 

Ftehim dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fiż-Żona Ekonomika Ewropea u tliet ftehimiet relatati

5

 

 

2014/344/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2014 dwar il-konklużjoni tal-Arranġament bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni tiegħu fl-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil

49

 

 

Arranġament bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni tiegħu fl-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-Qasam tal-Ażil

50

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 618/2014 tat-2 ta' Ġunju 2014 li japprova modifika mhix minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Bleu de Gex Haut-Jura jew Bleu de Septmoncel (DPO))

58

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 619/2014 tal-10 ta’ Ġunju 2014 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

60

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2014/77/UE tal-10 ta' Ġunju 2014 li temenda l-Annessi I u II tad-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil ( 1 )

62

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2014/345/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Ġunju 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2012/481/UE li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għall-karta stampata (notifikata bid-dokument C(2014) 3590)  ( 1 )

64

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tar-Regolament (UE) Nru 537/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar rekwiżiti speċifiċi dwar l-awditjar statutorju ta' entitajiet ta' interess pubbliku u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/909/KE ( ĠU L 158, 27.5.2014 )

66

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

11.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 170/1


Informazzjoni dwar l-applikazzjoni proviżorja ta' Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Islanda wara l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

Il-proċeduri meħtieġa għall-applikazzjoni proviżorja ta' Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Islanda wara l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (1), li ġie iffirmat fi Brussell fil-11 ta' April 2014, wara li tlesta fit-23 ta' Mejju 2014, il-Protokoll ser japplika fuq bażi proviżorja mill-1 ta' Awwissu 2014.


(1)  Ara paġna 5 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.


11.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 170/1


Informazzjoni dwar l-applikazzjoni proviżorja ta' Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja wara l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

Il-proċeduri meħtieġa għall-applikazzjoni proviżorja ta' Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja wara l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (1), li ġie iffirmat fi Brussell fil-11 ta' April 2014, wara li tlesta fil-15 ta' Mejju 2014, il-Protokoll ser japplika fuq bażi proviżorja mill-1 ta' Awwissu 2014.


(1)  Ara paġna 5 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.


11.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 170/1


Informazzjoni dwar l-applikazzjoni proviżorja ta' Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn ir-Renju tan-Norveġja u l-Unjoni Ewropea dwar Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż għall-perijodu 2009-2014 wara l-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fiż-Żona Ekonomika Ewropea

Il-proċeduri meħtieġa għall-applikazzjoni proviżorja ta' Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn ir-Renju tan-Norveġja u l-Unjoni Ewropea dwar Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż għall-perijodu 2009-2014 wara l-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fiż-Żona Ekonomika Ewropea (1), li ġie iffirmat fi Brussell fil-11 ta' April 2014, wara li kien seħħ fil-11 ta' April 2014, il-Protokoll ilu japplika fuq bażi proviżorja mit-12 ta' April 2014.


(1)  Ara paġna 5 ta' dan il-Ġunral Uffiċjali.


11.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 170/2


Informazzjoni fir-rigward tal-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fiż-Żona Ekonomika Ewropea

Billi l-proċeduri meħtieġa għall-applikazzjoni proviżorja ta' Ftehim dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fiż-Żona Ekonomika Ewropea (1), iffirmat fi Brussell fil-11 ta' April 2014, intemmu fil-11 ta' April 2014, dan il-Ftehim huwa applikat fuq bażi proviżorja mit-12 ta' April 2014.


(1)  Ara l-paġna 5 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.


11.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 170/3


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-24 ta' Marzu 2014

dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fiż-Żona Ekonomika Ewropea, u tat-tliet ftehimiet relatati

(2014/343/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 217 flimkien mal-Artikolu 218(5) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(8) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Att ta' Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja, u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) u 6(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1) ("il-Ftehim ŻEE") kien iffirmat f'Oporto fit-2 ta' Mejju 1992.

(2)

Ir-Repubblika tal-Kroazja saret Stat Membru tal-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Lulju 2013.

(3)

Wara l-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea, ir-Repubblika tal-Kroazja applikat sabiex issir Parti Kontraenti fil-Ftehim ŻEE, skont l-Artikolu 128 tiegħu.

(4)

Għalhekk, il-Kummissjoni nnegozjat, f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, mal-Islanda, il-Prinċipat ta' Liechtenstein, ir-Renju tan-Norveġja l-Ftehim dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fiż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim”) u tliet Protokolli Addizzjonali relatati, jiġifieri (a) il-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn ir-Renju tan-Norveġja u l-Unjoni Ewropea dwar Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż għall-perjodu 2009-2014 b'konsegwenza tal-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fiż-Żona Ekonomika Ewropea, (b) il-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Islanda b'konsegwenza tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea u (c) il-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja b'konsegwenza tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (“il-Protokolli relatati”).

(5)

Il-Ftehim u l-Protokolli relatati għandhom jiġu ffirmati u applikati fuq bażi proviżorja, sakemm jitlestew il-proċeduri għall-konklużjoni tagħhom,

ADDOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

B'dan, qed jiġi awtorizzat l-iffirmar, f'isem l-Unjoni tal-Ftehim dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fiż-Żona Ekonomika Ewropea u l-Protokolli relatati, soġġett għall-konklużjoni tagħhom.

It-testi tal-Ftehim u tal-Protokolli relatati, kif ukoll tal-Ftehimiet fil-forma ta' Skambji ta' Ittri li jikkonċernaw l-applikazzjoni proviżorja tagħhom, huma mehmuża ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill b'dan qed jawtorizza li jaħtar persuna(i) li għandhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim u l-Protokolli relatati, kif ukoll il-Ftehimiet fil-forma ta' Skambji ta' Ittri li jikkonċernaw l-applikazzjoni proviżorja tagħhom, f'isem l-Unjoni.

Artikolu 3

Il-Ftehim u l-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn ir-Renju tan-Norveġja u l-Unjoni Ewropea dwar Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż għall-perjodu 2009-2014 b'konsegwenza tal-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fiż-Żona Ekonomika Ewropea għandhom japplikaw fuq bażi proviżorja mill-jum ta' wara d-data li fiha jkun tlesta l-aħħar Skambju ta' Ittri, sakemm jitlestew il-proċeduri għall-konklużjoni tal-Ftehim u tal-Protokoll imsemmijin.

Il-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Islanda b'konsegwenza tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea u l-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja b'konsegwenza tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea għandhom japplikaw fuq bażi proviżorja mill-ewwel jum tat-tielet xahar wara d-depożitu tal-aħħar notifika fir-rigward tal-applikazzjoni proviżorja, skont l-Artikolu 4 taż-żewġ Protokolli Addizzjonali.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Marzu 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

A. TSAFTARIS


(1)  ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3.


11.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 170/5


FTEHIM

dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fiż-Żona Ekonomika Ewropea u tliet ftehimiet relatati

 


FTEHIMIET

Fil-forma ta' skambji ta' ittri dwar l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fiż-Zona Ekonomika Ewropea u l-applikazzjoni proviżorja tal-protokoll addizzjonali għall-Ftehim bejn ir-renju tan-Norveġja u l-Unjoni Ewropea dwar mekkaniżmu finanzjarju norveġiż għall-perjodu 2009-2014

A.   ITTRA TAL-UNJONI EWROPEA LILL-ISLANDA

Sinjur,

B'referenza għall-Ftehim dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fiż-Żona Ekonomika Ewropea (“Il-Ftehim dwar it-Tkabbir taż-ŻEE”) u tliet ftehimiet relatati, għandi l-unur ninfurmak li l-Unjoni Ewropea tinsab lesta li tapplika l-Ftehim dwar it-Tkabbir taż-ŻEE fuq bażi proviżorja, mill-jum ta' wara d-data li fiha jkunu tlestew l-aħħar Skambji tal-Ittri dwar l-applikazzjoni proviżorja bejn l-Unjoni Ewropea u l-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja, bil-kundizzjoni li l-Islanda tkun disposta tagħmel l-istess.

Inkun obbligat jekk min-naħa tiegħek tista' tikkonferma li l-Islanda taqbel ma' din l-applikazzjoni proviżorja.

Sinjur, nitolbok taċċetta l-assigurazzjoni tal-ogħla stima tiegħi.

Съставено в Брюксел на

Hecho en Bruselas, el

V Bruselu dne

Udfærdiget i Bruxelles, den

Geschehen zu Brüssel am

Brüssel,

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις

Done at Brussels,

Fait à Bruxelles, le

Sastavljeno u Bruxellesu

Fatto a Bruxelles, addì

Briselē,

Priimta Briuselyje,

Kelt Brüsszelben,

Magħmul fi Brussell,

Gedaan te Brussel,

Sporządzono w Brukseli, dnia

Feito em Bruxelas,

Întocmit la Bruxelles,

V Bruseli

V Bruslju,

Tehty Brysselissä

Utfärdat i Bryssel den

Gjört í Brussel

Image

За Европейския съюз

Рог la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l'Union européenne

Za Europsku uniju

Per l'Unione europea

Eiropas Savienības vārdā —

Europos Sąjungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

Fyrir hönd Evrópusambandsins

Image

B.   ITTRA TAL-ISLANDA LILL-UNJONI EWROPEA

Sinjur,

Għandi l-unur ngħarrfek illi rċevejt l-ittra tiegħek u nikkonfermalek li l-Islanda taqbel mal-ittra tiegħek bid-data tal-lum, li tgħid hekk:

“B'referenza għall-Ftehim dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fiż-Żona Ekonomika Ewropea (‘Il-Ftehim dwar it-Tkabbir taż-ŻEE’) u tliet ftehimiet relatati, għandi l-unur ninfurmak li l-Unjoni Ewropea tinsab lesta li tapplika l-Ftehim dwar it-Tkabbir taż-ŻEE fuq bażi proviżorja, mill-jum ta' wara d-data li fiha jkunu tlestew l-aħħar Skambji tal-Ittri dwar l-applikazzjoni proviżorja bejn l-Unjoni Ewropea u l-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja, bil-kundizzjoni li l-Islanda tkun disposta tagħmel l-istess.”

Sinjur, nitolbok taċċetta l-assigurazzjoni tal-ogħla stima tiegħi.

Gjört í Brussel

Съставено в Брюксел на

Hecho en Bruselas, el

V Bruselu dne

Udfærdiget i Bruxelles, den

Geschehen zu Brüssel am

Brüssel,

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις

Done at Brussels,

Fait à Bruxelles, le

Sastavljeno u Bruxellesu

Fatto a Bruxelles, addì

Briselē,

Priimta Briuselyje,

Kelt Brüsszelben,

Magħmul fi Brussell,

Gedaan te Brussel,

Sporządzono w Brukseli, dnia

Feito em Bruxelas,

Întocmit la Bruxelles,

V Bruseli

V Bruslju,

Tehty Brysselissä

Utfärdat i Bryssel den

Image

Fyrir hönd Íslands

За Исландия

Por Islandia

Za Island

For Island

Für Island

Islandi nimel

Για την Ισλανδία

For Iceland

Pour l'Islande

Za Island

Per l'Islanda

Islandes vārdā –

Islandijos vardu

Izland részéről

Għar-Iżlanda

Voor IJsland

W imieniu Islandii

Pela Islândia

Pentru Islanda

Za Island

Za Islandijo

Islannin puolesta

För Island

Image

A.   ITTRA TAL-UNJONI EWROPEA LILL-PRINĊIPAT TAL-LIECHTENSTEIN

Sinjur,

B'referenza għall-Ftehim dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fiż-Żona Ekonomika Ewropea (“Il-Ftehim dwar it-Tkabbir taż-ŻEE”) u tliet ftehimiet relatati, għandi l-unur ninfurmak li l-Unjoni Ewropea tinsab lesta li tapplika l-Ftehim dwar it-Tkabbir taż-ŻEE fuq bażi proviżorja, mill-jum ta' wara d-data li fiha jkunu tlestew l-aħħar Skambji tal-Ittri dwar l-applikazzjoni proviżorja bejn l-Unjoni Ewropea u l-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja, bil-kundizzjoni li l-Prinċipat tal-Liechtenstein ikun dispost jagħmel l-istess.

Inkun obbligat jekk min-naħa tiegħek tista' tikkonferma li l-Prinċipat tal-Liechtenstein jaqbel ma' din l-applikazzjoni proviżorja.

Sinjur, nitolbok taċċetta l-assigurazzjoni tal-ogħla stima tiegħi.

Съставено в Брюксел на

Hecho en Bruselas, el

V Bruselu dne

Udfærdiget i Bruxelles, den

Geschehen zu Brüssel am

Brüssel,

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις

Done at Brussels,

Fait à Bruxelles, le

Sastavljeno u Bruxellesu

Fatto a Bruxelles, addì

Briselē,

Priimta Briuselyje,

Kelt Brüsszelben,

Magħmul fi Brussell,

Gedaan te Brussel,

Sporządzono w Brukseli, dnia

Feito em Bruxelas,

Întocmit la Bruxelles,

V Bruseli

V Bruslju,

Tehty Brysselissä

Utfärdat i Bryssel den

Image

За Европейския съюз

Рог la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l'Union européenne

Za Europsku uniju

Per l'Unione europea

Eiropas Savienības vārdā —

Europos Sąjungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

Image

B.   ITTRA TAL-PRINĊIPAT TAL-LIECHTENSTEIN LILL-UNJONI EWROPEA

Sinjur,

Għandi l-unur ngħarrfek illi rċevejt l-ittra tiegħek u nikkonfermalek li l-Prinċipat tal-Liechtenstein jaqbel mal-kontenut tal-ittra tiegħek bid-data tal-lum, li tgħid hekk:

“B'referenza għall-Ftehim dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fiż-Żona Ekonomika Ewropea (‘Il-Ftehim dwar it-Tkabbir taż-ŻEE’) u tliet ftehimiet relatati, għandi l-unur ninfurmak li l-Unjoni Ewropea tinsab lesta li tapplika l-Ftehim dwar it-Tkabbir taż-ŻEE fuq bażi proviżorja, mill-jum ta' wara d-data li fiha jkunu tlestew l-aħħar Skambji tal-Ittri dwar l-applikazzjoni proviżorja bejn l-Unjoni Ewropea u l-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja, bil-kundizzjoni li l-Prinċipat tal-Liechtenstein ikun dispost jagħmel l-istess.”

Sinjur, nitolbok taċċetta l-assigurazzjoni tal-ogħla stima tiegħi.

Geschehen zu Brüssel am

Съставено в Брюксел на

Hecho en Bruselas, el

V Bruselu dne

Udfærdiget i Bruxelles, den

Brüssel,

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις

Done at Brussels,

Fait à Bruxelles, le

Sastavljeno u Bruxellesu

Fatto a Bruxelles, addì

Briselē,

Priimta Briuselyje,

Kelt Brüsszelben,

Magħmul fi Brussell,

Gedaan te Brussel,

Sporządzono w Brukseli, dnia

Feito em Bruxelas,

Întocmit la Bruxelles,

V Bruseli

V Bruslju,

Tehty Brysselissä

Utfärdat i Bryssel den

Image

Für das Fürstentum Liechtenstein

За Княжество Лихтенщайн

Por el principado de Liechtenstein

Za Lichtenštejnské knížectví

For Fyrstendømmet Liechtenstein

Liechtensteini Vürstiriigi nimel

Για το Πριγκιπάτο του Λιχτενστάιν

For the Principality of Liechtenstein

Pour la Principauté de Liechtenstein

Za Kneževinu Lihtenštajn

Per il Principato del Liechtenstein

Lihtenšteinas Firstistes vārdā –

Lichtenšteino Kunigaikštystės vardu

A Liechtensteini Hercegség részéről

Għall-Prinċipat tal-Liechtenstein

Voor het Vorstendom Liechtenstein

W imieniu Księstwa Lichtensteinu

Pelo Principado do Listenstaine

Pentru Principatul Liechtenstein

Za Lichtenštajnské kniežatstvo

Za Kneževino Lihtenštajn

Liechtensteinin ruhtinaskunnan puolesta

För Furstendömet Liechtenstein

Image

A.   ITTRA TAL-UNJONI EWROPEA LIR-RENJU TAN-NORVEĠJA

Sinjur,

B'referenza għall-Ftehim dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fiż-Żona Ekonomika Ewropea (“Il-Ftehim dwar it-Tkabbir taż-ŻEE”) u tliet ftehimiet relatati, għandi l-unur ninfurmak li l-Unjoni Ewropea tinsab lesta li tapplika, fuq bażi proviżorja, il-Ftehim dwar it-Tkabbir taż-ŻEE u l-protokoll relatat segwenti:

Il-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn ir-Renju tan-Norveġja u l-Unjoni Ewropea dwar Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż għall-perjodu 2009-2014,

mill-jum ta' wara d-data li fiha jkunu tlestew l-aħħar Skambji tal-Ittri dwar l-applikazzjoni proviżorja bejn l-Unjoni Ewropea u l-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja, bil-kundizzjoni li r-Renju tan-Norveġja jkun dispost jagħmel l-istess.

Inkun obbligat jekk min-naħa tiegħek tista' tikkonferma li r-Renju tan-Norveġja jaqbel ma' din l-applikazzjoni proviżorja.

Sinjur, nitolbok taċċetta l-assigurazzjoni tal-ogħla stima tiegħi.

Съставено в Брюксел на

Hecho en Bruselas, el

V Bruselu dne

Udfærdiget i Bruxelles, den

Geschehen zu Brüssel am

Brüssel,

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις

Done at Brussels,

Fait à Bruxelles, le

Sastavljeno u Bruxellesu

Fatto a Bruxelles, addì

Briselē,

Priimta Briuselyje,

Kelt Brüsszelben,

Magħmul fi Brussell,

Gedaan te Brussel,

Sporządzono w Brukseli, dnia

Feito em Bruxelas,

Întocmit la Bruxelles,

V Bruseli

V Bruslju,

Tehty Brysselissä

Utfärdat i Bryssel den

Utferdiget i Brussel

Image

За Европейския съюз

Рог la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l'Union européenne

Za Europsku uniju

Per l'Unione europea

Eiropas Savienības vārdā —

Europos Sąjungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

For Den europeiske union

Image

B.   ITTRA TAR-RENJU TAN-NORVEĠJA LILL-UNJONI EWROPEA

Sinjur,

Għandi l-unur ngħarrfek illi rċevejt l-ittra tiegħek u nikkonfermalek li r-Renju tan-Norveġja jaqbel mal-kontenut tal-ittra tiegħek bid-data tal-lum, li tgħid hekk:

“B'referenza għall-Ftehim dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fiż-Żona Ekonomika Ewropea (‘Il-Ftehim dwar it-Tkabbir taż-ŻEE’) u tliet ftehimiet relatati, għandi l-unur ninfurmak li l-Unjoni Ewropea tinsab lesta li tapplika, fuq bażi proviżorja, il-Ftehim dwar it-Tkabbir taż-ŻEE u l-protokoll relatat segwenti:

Il-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn ir-Renju tan-Norveġja u l-Unjoni Ewropea dwar Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż għall-perjodu 2009-2014,

mill-jum ta' wara d-data li fiha jkunu tlestew l-aħħar Skambji tal-Ittri dwar l-applikazzjoni proviżorja bejn l-Unjoni Ewropea u l-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja, bil-kundizzjoni li r-Renju tan-Norveġja jkun dispost jagħmel l-istess.”

Sinjur, nitolbok taċċetta l-assigurazzjoni tal-ogħla stima tiegħi.

Utferdiget i Brussel

Съставено в Брюксел на

Hecho en Bruselas, el

V Bruselu dne

Udfærdiget i Bruxelles, den

Geschehen zu Brüssel am

Brüssel,

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις

Done at Brussels,

Fait à Bruxelles, le

Sastavljeno u Bruxellesu

Fatto a Bruxelles, addì

Briselē,

Priimta Briuselyje,

Kelt Brüsszelben,

Magħmul fi Brussell,

Gedaan te Brussel,

Sporządzono w Brukseli, dnia

Feito em Bruxelas,

Întocmit la Bruxelles,

V Bruseli

V Bruslju,

Tehty Brysselissä

Utfärdat i Bryssel den

Image

For Kongeriket Norge

За Княжество Норвегия

Por el Reino de Noruega

Za Norské království

For Kongeriget Norge

Für das Königreich Norwegen

Norra Kuningriigi nimel

Για το Βασίλειο της Νορβηγίας

For the Kingdom of Norway

Pour le Royaume de Norvège

Za Kraljevinu Norvešku

Per il Regno di Norvegia

Norvēģijas Karalistes vārdā –

Norvegijos Karalystės vardu

A Norvég Királyság részéről

Ghar- Renju tan-Norveģja

Voor het Koninkrijk Noorwegen

W imieniu Królestwa Norwegii

Pelo Reino da Noruega

Pentru Regatul Norvegiei

Za Nórske kráľovstvo

Za Kraljevino Norveško

Norjan kuningaskunnan puolesta

För Konungariket Norge

Image


FTEHIM

Dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fiż-Zona Ekonomika Ewropea

L-UNJONI EWROPEA,

IR-RENJU TAL-BELĠJU,

IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA,

IR-REPUBBLIKA ĊEKA,

IR-RENJU TAD-DANIMARKA,

IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-ESTONJA,

L-IRLANDA,

IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

IR-RENJU TA' SPANJA,

IR-REPUBBLIKA TA' FRANZA,

IR-REPUBBLIKA TALJANA,

IR-REPUBBLIKA TA' ĊIPRU,

IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,

IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,

L-UNGERIJA,

IR-REPUBBLIKA TA' MALTA,

IR-RENJU TAL-PAJJIŻI L-BAXXI,

IR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,

IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

IR-RUMANIJA,

IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,

IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,

IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

IR-RENJU TAL-ISVEZJA,

IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA' FUQ,

minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea”,

L-ISLANDA,

IL-PRINĊIPAT TA' LIECHTENSTEIN,

IR-RENJU TAN-NORVEĠJA,

minn hawn 'il quddiem imsejħa l-“Pajjiżi tal-EFTA”,

flimkien, minn hawn 'il quddiem imsejħa l-“Partijiet Kuntrattwali Preżenti”,

u

IR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA

BILLI t-Trattat li jikkonċerna l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ it-“Trattat tal-Adeżjoni”) ġie ffirmat fi Brussell fid-9 ta' Diċembru 2011;

BILLI, skont l-Artikolu 128 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, iffirmat f'Oporto fit-2 ta' Mejju 1992, kull Stat Ewropew li jkun se jsir membru tal-Komunità japplika biex isir Parti għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-“Ftehim ŻEE”);

BILLI r-Repubblika tal-Kroazja applikat biex issir Parti Kontraenti għall-Ftehim ŻEE;

BILLI t-termini u l-kundizzjonijiet għal din il-parteċipazzjoni għandhom ikunu soġġetti għall Ftehim bejn il-Partijiet Kontraenti Preżenti u l-Istat applikant;

IDDEĊIDEW li jikkonkludu l-Ftehim segwenti:

Artikolu 1

1.   Ir-Repubblika tal-Kroazja b'dan issir Parti Kontraenti għall-Ftehim ŻEE u minn hawn 'il quddiem tissejjaħ il-“Parti Kontraenti l-Ġdida”.

2.   Mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ŻEE, kif emendati mid-Deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE adottati qabel it-30 ta' Ġunju 2011, ikunu jorbtu l-Parti Kontraenti l-Ġdida bl-istess kundizzjonijiet ta' dawk tal-Partijiet Kontraenti Preżenti u bl-istess termini u kundizzjonijiet imniżżla f'dan il-Ftehim.

3.   L-Annessi ma' dan il-Ftehim jiffurmaw parti integrali minn dan il-Ftehim.

Artikolu 2

1.   AĠĠUSTAMENTI FIT-TEST EWLIENI TAL-FTEHIM ŻEE

(a)

Preambolu:

(i)

Dan li ġej jiġi miżjud fil-lista ta' Partijiet Kontraenti wara r-Repubblika Franċiża:

“IR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA”

(ii)

Jitħassar il-kliem “IR-REPUBBLIKA TA'” qabel l-UNGERIJA;

(iii)

Jiżdiedu l-kliem “IR-REPUBBLIKA TA'” qabel MALTA;

(b)

Artikolu 2:

(i)

Jitħassar il-paragrafu (f);

(ii)

Dan li ġej jiġi miżjud wara l-paragrafu (e):

“(f)

it-terminu ‘Att ta' Adeżjoni tad-9 ta' Diċembru 2011’ ifisser l-Att dwar il-kondizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja u l-aġġustamenti għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, iffirmat fi Brussell fid-9 ta' Diċembru 2011.”;

(c)

Artikolu 117:

It-test tal-Artikolu 117 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Dispożizzjonijiet li jirregolaw il-Mekkaniżmi Finanzjarji huma stipulati fil-Protokoll 38, il-Protokoll 38a, l-Addendum għall-Protokoll 38a, il-Protokoll 38b u l-Addendum għall-Protokoll 38b.”;

(d)

Artikolu 129:

(i)

It-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Wara t-tkabbir taż-Żona Ekonomika Ewropea l-verżjonijiet ta' dan il-Ftehim bil-Bulgaru, Ċek, Estonjan, Kroat, Latvjan, Litwan, Malti, Pollakk, Rumen, Slovakk, Sloven u Ungeriż, ikunu ugwalment awtentiċi.”;

(ii)

It-tielet subparagrafu tal-paragrafu 1 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“It-testi tal-atti msemmija fl-Annessi huma ugwalment awtentiċi bil-Bulgaru, Ċek, Daniż, Estonjan, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Ingliż, Kroat, Latvjan, Litwan, Malti, Olandiż, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Spanjol, Svediż, Taljan u Ungeriż, kif ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u, għall-awtentikazzjoni tagħhom jitħejjew bl-Islandiż u bin-Norveġiż u ppublikati fis-Suppliment taż-ŻEE ma' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.”.

2.   L-AĠĠUSTAMENTI FIL-PROTOKOLLI TAL-FTEHIM ŻEE

(a)

Il-Protokoll 4 dwar ir-regoli ta' oriġini jiġi emendat kif ġej:

(i)

Anness IVa (Test tad-dikjarazzjoni tal-fatturat) jiġi emendat kif ġej:

(aa)

Dan li ġej jiddaħħal qabel il-verżjoni Taljana tat-test tad-dikjarazzjoni tal-fatturat:

“Verżjoni bil-Kroat

Izvoznik proizvoda obuhvaćenih ovom ispravom (carinsko ovlaštenje br … (1)) izjavljuje da su, osim ako je drukčije izričito navedeno, ovi proizvodi… (2) preferencijalnog podrijetla.”;

(ii)

Anness IVb (Test tad-dikjarazzjoni tal-fatturat EUR-MED) jiġi emendat kif ġej:

(aa)

Dan li ġej jiddaħħal qabel il-verżjoni Taljana tat-test tad-dikjarazzjoni tal-EUR-MED:

“Verżjoni bil-Kroat

Izvoznik proizvoda obuhvaćenih ovom ispravom (carinsko ovlaštenje br … (1)) izjavljuje da su, osim ako je drukčije izričito navedeno, ovi proizvodi … (2) preferencijalnog podrijetla.

akkumulazzjoni applikata ma' … (isem tal-pajjiż/pajjiżi)

ebda akkumulazzjoni applikata (3)”.

(b)

Dan li ġej jiġi miżjud mal-Protokoll 38b:

“ADDENDUM GĦALL-PROTOKOLL 38B DWAR IL-MEKKANIŻMU FINANZJARJU TAŻ-ŻEE GĦAR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA

Artikolu 1

1.

Il-Protokoll 38b japplika mutatis mutandis għar-Repubblika tal-Kroazja.

2.

Minkejja l-paragrafu 1, l-ewwel sentenza tal-paragrafu 3 tal-Artikolu 3 tal-Protokoll 38b ma tapplikax.

3.

Minkejja l-paragrafu 1, l-Artikolu 6 tal-Protokoll 38b ma japplikax. Fil-każ ta' fondi disponibbli mhux impenjati tal-Kroazja, ma tkun applikabbli l-ebda riallokazzjoni għal kwalunkwe Stat Benefiċjarju ieħor.

Artikolu 2

L-ammonti addizzjonali tal-kontribuzzjoni finanzjarja jkunu ta' EUR 5 miljun għar-Repubblika tal-Kroazja matul il-perjodu li jkopri mill-1 ta' Lulju 2013 sat-30 ta' April 2014, inklużi; dawn isiru disponibbli għal impenn f'segment wieħed mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim dwar il-Parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fiż-Żona Ekonomika Ewropea jew bi ftehim biex jiġi applikat il-Ftehim b'mod proviżorju.”

(c)

It-test tal-Protokoll 44 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“DWAR MEKKANIŻMI TA' SALVAGWARDJA GĦAT-TKABBIR TAŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

1.   L-applikazzjoni tal-Artikolu 112 tal-Ftehim għall-Klawżola Ġenerali ta' Salvagwardja Ekonomika u għall-mekkaniżmi ta' salvagwardja li jinsabu f'ċerti arranġamenti tranżitorji fil-Qasam tal-Moviment Liberu tal-Persuni u t-Trasport bit-Triq.

L-Artikolu 112 tal-Ftehim ikun applikabbli wkoll fis-sitwazzjonijiet speċifikati jew li ssir referenza għalihom:

(a)

fid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 37 tal-Att tal-Adeżjoni tas-16 ta' April 2003, u tal-Artikolu 36 tal-Att tal-Adeżjoni tal-25 ta' April 2005 u tal-Artikolu 37 tal-Att tal-Adeżjoni tad-9 ta' Diċembru 2011, u

(b)

fil-mekkaniżmi ta' salvagwardja fl-arranġamenti tranżitorji taħt l-intestaturi ‘Perjodu ta' tranżizzjoni’ fl-Anness V (Moviment liberu ta' ħaddiema) u fl-Anness VIII (Dritt ta' stabbiliment), fil-punt 30 (id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XVIII (Saħħa u sigurtà fuq ix-xogħol, il-liġi tax-xogħol, u trattament ugwali bejn nisa u rġiel) u fil-punt 26c (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3118/93) u fil-punt 53a (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3577/92) tal-Anness XIII (Trasport) bl-istess limiti taż-żmien, kamp ta' applikazzjoni u effetti kif stabbilit f'dawk id-dispożizzjonijiet.

2.   Klawżola għas-Salvagwardja tas-Suq Intern

Il-proċedura ġenerali tat-teħid ta' deċiżjonijiet prevista fil-Ftehim tkun applikabbli wkoll għal deċiżjonijiet meħuda mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej fl-applikazzjoni tal-Artikolu 38 tal-Att tal-Adeżjoni tas-16 ta' April 2003, u tal-Artikolu 37 tal-Att tal-Adeżjoni tal-25 ta' April 2005, u tal-Artikolu 38 tal-Att tal-Adeżjoni tad-9 ta' Diċembru 2011.”.

Artikolu 3

1.   L-emendi kollha għall-atti adottati mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea inkorporati fil-Ftehim ŻEE, li saru mill-Att dwar il-kundizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja u l-aġġustamenti għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “l-Att tal-Adeżjoni tad-9 ta' Diċembru 2011”), huma b'dan inkorporati fil-Ftehim ŻEE u jsiru parti minnu.

2.   Għal dan il-għan, l-inċiż li ġej huwa introdott fil-punti tal-Annessi u l-Protokolli mal-Ftehim ŻEE li fih referenzi għall-atti adottati mill-Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea kkonċernati:

“—

1 2012 J003: L-Att dwar il-kundizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja u l-aġġustamenti għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, adottat fid-9 ta' Diċembru 2011 (ĠU L 112, 24.4.2012, p. 21).”.

3.   Jekk l-inċiż imsemmi fil-paragrafu 2 hu l-ewwel inċiż fil-punt inkwistjoni, jiġi preċedut mill-kliem “, kif emendat minn:”.

4.   L-Anness A ma' dan il-Ftehim jelenka l-punti fl-Annessi u l-Protokolli għall-Ftehim ŻEE li fihom se jiġi introdott it-test imsemmi fil-paragrafi 2 u 3.

5.   F'każ li l-atti inkorporati fil-Ftehim ŻEE qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim jirrikjedu adattamenti minħabba l-parteċipazzjoni tal-Parti Kontraenti l-Ġdida, u dan il-Ftehim ma jipprovdix l-adattamenti meħtieġa għal dan, dawn l-adattamenti se jiġu indirizzati skont il-proċeduri stipulati fil-Ftehim ŻEE.

Artikolu 4

1.   L-arranġamenti li hemm fl-Att tal-Adeżjoni tad-9 ta' Diċembru 2011 msemmija fl-Anness B għal dan il-Ftehim huma b'dan inkorporati fil-Ftehim ŻEE u jsiru parti minnu.

2.   Kwalunkwe arranġament ta' rilevanza għall-Ftehim ŻEE msemmi jew adottat abbażi tal-Att ta' Adeżjoni tad-9 ta' Diċembru 2011, li mhux rifless fl-Anness B ta' dan il-Ftehim se jkun indirizzat skont il-proċeduri stipulati fil-Ftehim ŻEE.

Artikolu 5

Kull Parti għal dan il-Ftehim tista' tressaq kwalunkwe kwistjoni dwar l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni tiegħu quddiem il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE. Il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jeżamina l-kwistjoni sabiex tinstab soluzzjoni aċċettabbli għall-funzjonament tajjeb tal-Ftehim ŻEE.

Artikolu 6

1.   Dan il-Ftehim jiġi ratifikat jew approvat mill-Partijiet Kontraenti Preżenti u l-Parti Kontraenti l-Ġdida skont il-proċeduri tagħhom stess. L-istrumenti ta' ratifika jew ta' approvazzjoni jiġu ddepożitati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

2.   Dan jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara d-depożitu tal-aħħar strument ta' ratifika jew ta' approvazzjoni ta' Parti Kontraenti Preżenti jew tal-Parti Kontraenti l-Ġdida, bil-kundizzjoni li l-protokolli relatati segwenti jidħlu fis-seħħ fl-istess jum:

(a)

Il-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn ir-Renju tan-Norveġja u l-Unjoni Ewropea dwar Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż għall-perjodu 2009-2014 b'konsegwenza għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fiż-Żona Ekonomika Ewropea;

(b)

Il-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Islanda wara l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea; u

(c)

Il-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja wara l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea;

Artikolu 7

Dan il-Ftehim, imħejji f'kopja oriġinali waħda bil-Bulgaru, Kroat, Ċek, Daniż, Olandiż, Ingliż, Estonjan, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Ungeriż, Taljan, Latvjan, Litwan, Malti, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Spanjol, Islandiż u Norveġiż, kull test hu ugwalment awtentiku, jiġi ddepożitat mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, li se jibgħat kopja ċċertifikata lil kull wieħed mill-Gvernijiet tal-Partijiet ta' dan il-Ftehim.

Съставено в Брюксел на единадесети април две хиляди и четиринадесета година.

Hecho en Bruselas, el once de abril de dos mil catorce.

V Bruselu dne jedenáctého dubna dva tisíce čtrnáct.

Udfærdiget i Bruxelles den ellevte april to tusind og fjorten.

Geschehen zu Brüssel am elften April zweitausendvierzehn.

Kahe tuhande neljateistkümnenda aasta aprillikuu üheteistkümnendal päeval Brüsselis.

'Εγινε στις Βρυξέλλες, στις ένδεκα Απριλίου δύο χιλιάδες δεκατέσσερα.

Done at Brussels on the eleventh day of April in the year two thousand and fourteen.

Fait à Bruxelles, le onze avril deux mille quatorze.

Sastavljeno u Bruxellesu jedanaestog travnja dvije tisuće četrnaeste.

Fatto a Bruxelles, addì undici aprile duemilaquattordici.

Briselē, divi tūkstoši četrpadsmitā gada vienpadsmitajā aprīlī.

Priimta du tūkstančiai keturioliktų metų balandžio vienuoliktą dieną Briuselyje.

Kelt Brüsszelben, a kétezer-tizennegyedik év április havának tizenegyedik napján.

Magħmul fi Brussell, fil-ħdax-il jum ta’ April tas-sena elfejn u erbatax.

Gedaan te Brussel, de elfde april tweeduizend veertien.

Sporządzono w Brukseli dnia jedenastego kwietnia roku dwa tysiące czternastego.

Feito em Bruxelas, em onze de abril de dois mil e catorze.

Întocmit la Bruxelles la unsprezece aprilie două mii paisprezece.

V Bruseli jedenásteho apríla dvetisícštrnásť.

V Bruslju, dne enajstega aprila leta dva tisoč štirinajst.

Tehty Brysselissä yhdentenätoista päivänä huhtikuuta vuonna kaksituhattaneljätoista.

Som skedde i Bryssel den elfte april tjugohundrafjorton.

Gjört í Brussel hinn 11. apríl 2014.

Utferdiget i Brussel, ellevte april totusenogfjorten.

За Европейския съюз

Рог la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l'Union européenne

Per l'Unione europea

Eiropas Savienības vārdā —

Europos Sąjungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

Image

Fyrir hönd Íslands

Image

Für das Fürstentum Liechtenstein

Image

For Kongeriket Norge

Image

Za Republiku Hrvatsku

Image

ANNESS A

Lista msemmija fl-Artikolu 3 tal-Ftehim

PARTI I

ATTI MSEMMIJA FIL-FTEHIM ŻEE EMENDAT MILL-ATT TAL-ADEŻJONI TAD-9 TA' DIĊEMBRU 2011

L-inċiż imsemmi fl-Artikolu 3(2) jiddaħħal fil-partijiet segwenti fl-Annessi u fil-Protokolli tal-Ftehim ŻEE:

Fil-Kapitolu XXVII (Xorb Alkoħoliku) tal-Anness II (Regolamenti Tekniċi, Standards, Ittestjar u Ċertifikazzjoni):

Il-Punt 3 (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/91)

Fl-Anness VII (Rikonoxximent tal-Kwalifiki Professjonali):

Il-Punt 1 (id-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill)

Fl-Anness XVII (Proprjetà Intellettwali):

Il-Punt 6a (ir-Regolament (KE) Nru 1610/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill)

Anness IX (Servizzi Finanzjarji):

Il-Punt 14 (id-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill)

Fl-Anness XX (Ambjent):

Il-Punt 21al (id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill)

PARTI II

EMENDI OĦRAJN GĦALL-ANNESSI FIL-FTEHIM TAŻ-ŻEE

Fl-Annessi tal-Ftehim ŻEE jsiru l-emendi li ġejjin:

Fl-Anness II (ir-Regolamenti Tekniċi, Standards, Ittestjar u Ċertifikazzjoni — Parti II):

Fil-Kapitolu XV, il-punt 12a (id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE), jitħassar il-kliem “jew, skont il-każ, mal-Protokoll tal-Adeżjoni tal-25 ta' April 2005”;

Fil-Kapitolu XVII, il-punt 7 (id-Direttiva 94/62/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), jitħassar il-kliem “jew, skont il-każ, mal-Protokoll tal-Adeżjoni tal-25 ta' April 2005”;

Fil-Kapitolu XVII, il-punt 8 (id-Direttiva 94/63/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), jitħassar il-kliem “jew, skont il-każ, mal-Protokoll tal-Adeżjoni tal-25 ta' April 2005”;

Fil-Kapitolu XXV, il-punt 3 (id-Direttiva 2001/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), jitħassar il-kliem “jew, skont il-każ, mal-Protokoll tal-Adeżjoni tal-25 ta' April 2005”;

Fl-Anness V (Moviment Liberu tal-Ħaddiema):

Taħt l-intestatura “PERJODU TA' TRANŻIZZJONI”, jitħassar il-kliem “jew, skont il-każ, mal-Protokoll tal-Adeżjoni tal-25 ta' April 2005”.

Fl-Anness VIII (Dritt ta' Stabbiliment):

Taħt l-intestatura “PERJODU TA' TRANŻIZZJONI”, jitħassru l-kliem “jew, skont il-każ, mal-Protokoll tal-Adeżjoni tal-25 ta' April 2005”.

Fl-Anness IX (Servizzi Finanzjarji):

Fil-punt 31b (id-Direttiva 97/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), jitħassar il-kliem “jew, skont il-każ, mal-Protokoll tal-Adeżjoni tal-25 ta' April 2005”.

Fl-Anness XI (Komunikazzjoni Elettronika, Servizzi Awdjoviżivi u Soċjetà tal-Informazzjoni):

Fil-punt 5 cm (id-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), jitħassar il-kliem “jew, skont il-każ, mal-Protokoll tal-Adeżjoni tal-25 ta' April 2005”.

Fl-Anness XII (Moviment Liberu tal-Kapital):

Taħt l-intestatura “PERJODU TA' TRANŻIZZJONI”, jitħassar il-kliem “jew, skont il-każ, mal-Protokoll tal-Adeżjoni tal-25 ta' April 2005”.

Fl-Anness XIII (Trasport):

Fil-punt 15a (id-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE), jitħassar il-kliem “jew, skont il-każ, mal-Protokoll tal-Adeżjoni tal-25 ta' April 2005”;

Fil-punt 18a (id-Direttiva 1999/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), jitħassar il-kliem “jew, skont il-każ, mal-Protokoll tal-Adeżjoni tal-25 ta' April 2005”.

Fil-punt 19 (id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE), jitħassar il-kliem “jew, skont il-każ, mal-Protokoll tal-Adeżjoni tal-25 ta' April 2005”;

Fil-punt 26c (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3118/93), jitħassar il-kliem “jew, skont il-każ, mal-Protokoll tal-Adeżjoni tal-25 ta' April 2005”.

Fl-Anness XV (Għajnuna mill-Istat):

Taħt l-intestatura “ADATTAMENTI SETTORJALI”, jitħassar il-kliem “jew, skont il-każ, mal-Protokoll tal-Adeżjoni tal-25 ta' April 2005”;

Taħt l-intestatura “PERJODU TA' TRANŻIZZJONI”, jitħassru l-kliem “jew, skont il-każ, mal-Protokoll tal-Adeżjoni tal-25 ta' April 2005”.

Fl-Anness XVII (Proprjetà Intellettwali):

Taħt l-intestatura “ADATTAMENTI SETTORJALI”, jitħassar il-kliem “jew, skont il-każ, mal-Protokoll tal-Adeżjoni tal-25 ta' April 2005”;

L-Anness XVIII (is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, il-Liġi tax-Xogħol, u t-Trattament Ugwali għall-Irġiel u n-Nisa):

Fil-punt 30 (id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), jitħassar il-kliem “jew, skont il-każ, mal-Protokoll tal-Adeżjoni tal-25 ta' April 2005”.

Anness XX (Ambjent):

Fil-punt 1f (id-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), jitħassar il-kliem “jew, skont il-każ, mal-Protokoll tal-Adeżjoni tal-25 ta' April 2005”;

Fil-punt 7a (id-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE), jitħassar il-kliem “jew, skont il-każ, mal-Protokoll tal-Adeżjoni tal-25 ta' April 2005”;

Fil-punt 13 (id-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE), jitħassar il-kliem “jew, skont il-każ, mal-Protokoll tal-Adeżjoni tal-25 ta' April 2005”;

Fil-punt 19a (id-Direttiva 2001/80/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), jitħassar il-kliem “jew, skont il-każ, mal-Protokoll tal-Adeżjoni tal-25 ta' April 2005”.

Fil-punt 21ad (id-Direttiva tal-Kunsill 1999/32/KE), jitħassar il-kliem “jew, skont il-każ, mal-Protokoll tal-Adeżjoni tal-25 ta' April 2005”;

Fil-punt 32d (id-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE), jitħassar il-kliem “jew, skont il-każ, mal-Protokoll tal-Adeżjoni tal-25 ta' April 2005”;

Fil-punt 32f (id-Direttiva 2000/76/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), jitħassar il-kliem “jew, skont il-każ, mal-Protokoll tal-Adeżjoni tal-25 ta' April 2005”.

Fil-punt 32fa (id-Direttiva 2002/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), jitħassar il-kliem “jew, skont il-każ, mal-Protokoll tal-Adeżjoni tal-25 ta' April 2005”.

ANNESS B

Lista msemmija fl-Artikolu 4 tal-Ftehim

L-Annessi u l-Protokolli mal-Ftehim ŻEE jiġu emendati kif ġej:

 

Anness I (Kwistjonijiet Veterinarji u Fitosanitarji):

1.

Fil-Kapitolu I, il-Parti 1.1, il-punt 4 (id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE), dan li ġej jiddaħħal qabel it-test tal-adattament:

“L-arranġamenti tranżitorji stabbiliti fl-Annessi għall-Att tal-Adeżjoni tad-9 ta' Diċembru 2011 għall-Kroazja (l-Anness V, il-Kapitolu 5, it-Taqsima IV) se japplikaw.”

2.

Fil-Kapitolu I, il-Parti 6.1, il-punt 16 (ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), dan li ġej jiddaħħal wara l-paragrafu dwar l-arranġamenti tranżitorji:

“L-arranġamenti tranżitorji stabbiliti fl-Annessi għall-Att tal-Adeżjoni tad-9 ta' Diċembru 2011 għall-Kroazja (l-Anness V, il-Kapitolu 5, it-Taqsima II) se japplikaw.”

3.

Fil-Kapitolu I, il-Parti 6.1, il-punt 17 (ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), dan li ġej jiddaħħal wara l-paragrafu dwar l-arranġamenti tranżitorji u qabel it-test tal-adattament:

“L-arranġamenti tranżitorji stabbiliti fl-Annessi għall-Att tal-Adeżjoni tad-9 ta' Diċembru 2011 għall-Kroazja (l-Anness V, il-Kapitolu 5, it-Taqsima II) se japplikaw.”

4.

Fil-Kapitolu I, il-Parti 9.1, il-punt 8 (id-Direttiva tal-Kunsill 1999/74/KE), dan li ġej jiddaħħal qabel il-paragrafu dwar l-arranġamenti tranżitorji:

“L-arranġamenti tranżitorji stabbiliti fl-Annessi għall-Att tal-Adeżjoni tad-9 ta' Diċembru 2011 għall-Kroazja (l-Anness V, il-Kapitolu 5, it-Taqsima I) se japplikaw.”

5.

Fil-Kapitolu III, il-Parti 1, il-punt 10 (id-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE), dan li ġej jiddaħħal qabel il-paragrafi dwar l-arranġamenti tranżitorji u qabel it-test tal-adattament:

“L-arranġamenti tranżitorji stabbiliti fl-Annessi għall-Att tal-Adeżjoni tad-9 ta' Diċembru 2011 għall-Kroazja (l-Anness V, il-Kapitolu 5, it-Taqsima III) se japplikaw.”

6.

Fil-Kapitolu III, il-Parti 1, il-punt 12 (id-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KEE), dan li ġej jiddaħħal wara l-paragrafu dwar l-arranġamenti tranżitorji u qabel it-test tal-adattament:

“L-arranġamenti tranżitorji stabbiliti fl-Annessi għall-Att tal-Adeżjoni tad-9 ta' Diċembru 2011 għall-Kroazja (l-Anness V, il-Kapitolu 5, it-Taqsima III) se japplikaw.”

 

Anness II (Regolamenti Tekniċi, l-Istandards, l-Ittestjar u ċ-Ċertifikazzjoni):

1.

Fil-Kapitolu XII, il-punt 54zr (id-Direttiva tal-Kunsill 2001/113/KE), li ġej jiġi miżjud:

“L-arranġamenti tranżitorji stabbiliti fl-Annessi għall-Att tal-Adeżjoni tad-9 ta' Diċembru 2011 għall-Kroazja (l-Anness V, il-Kapitolu 4, it-Taqsima I, il-Punt 1) se japplikaw.”

2.

Fil-Kapitolu XIII, il-punt 15q (id-Direttiva 2001/83/KE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), dan li ġej jiddaħħal wara l-paragrafu dwar l-arranġamenti tranżitorji u qabel it-test tal-adattament:

“L-arranġamenti tranżitorji stabbiliti fl-Annessi għall-Att tal-Adeżjoni tad-9 ta' 2011 għall-Kroazja (l-Anness V, il-Kapitolu 1) se japplikaw.”

3.

Fil-Kapitolu XV, il-punt 12zc (ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), dan li ġej jiddaħħal qabel it-test tal-adattament:

“L-arranġamenti tranżitorji stabbiliti fl-Annessi għall-Att tal-Adeżjoni tad-9 ta' Diċembru 2011 għall-Kroazja (l-Anness V, il-Kapitolu 10, it-Taqsima VI) se japplikaw.”

 

Anness V (Moviment Liberu tal-Ħaddiema):

Taħt l-intestatura “PERJODU TA' TRANŻIZZJONI” dan li ġej jiddaħħal bejn il-paragrafi dwar l-arranġamenti tranżitorji u l-paragrafu dwar il-mekkaniżmi ta' salvagwardja:

“Japplikaw l-arranġamenti tranżitorji stabbiliti fl-Annessi tal-Att ta' Adeżjoni tad-9 ta' Diċembru 2011 għall-Kroazja (l-Anness V, il-Kapitolu 2).”

 

Anness VIII (Dritt ta' Stabbiliment):

Taħt l-intestatura “PERJODU TA' TRANŻIZZJONI” dan li ġej jiddaħħal bejn il-paragrafi dwar l-arranġamenti tranżitorji u l-paragrafu dwar il-mekkaniżmi ta' salvagwardja:

“Japplikaw l-arranġamenti tranżitorji stabbiliti fl-Annessi tal-Att ta' Adeżjoni tad-9 ta' Diċembru 2011 għall-Kroazja (l-Anness V, il-Kapitolu 2).”

 

Anness XII (Moviment Liberu tal-Kapital):

Dan li ġej, jiddaħħal wara l-paragrafi taħt l-intestatura “PERJODU TA' TRANŻIZZJONI”:

“Japplikaw l-arranġamenti tranżitorji stabbiliti fl-Annessi tal-Att ta' Adeżjoni tad-9 ta' Diċembru 2011 għall-Kroazja (l-Anness V, il-Kapitolu 3).”

 

Anness XIII (Trasport):

Fil-punt 53a (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3577/92), jiddaħħlu l-paragrafi li ġejjin qabel it-test tal-adattament:

“Japplikaw l-arranġamenti tranżitorji stabbiliti fl-Annessi tal-Att ta' Adeżjoni tad-9 ta' Diċembru 2011 għall-Kroazja (l-Anness V, il-Kapitolu 7, il-Punt 1).

Dwar il-mekkaniżmi ta' salvagwardja inklużi fl-arranġamenti tranżitorji msemmija fil-paragrafi ta' qabel, IL-PROTOKOLL 44 DWAR IL-MEKKANIŻMI TA' SALVAGWARDJA GĦAT-TKABBIR TAŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA japplikaw.”

 

Anness XV (Għajnuna mill-Istat):

Dan li ġej, jiġi miżjud taħt l-intestatura “ADATTAMENTI SETTORJALI”:

“L-arranġamenti dwar l-iskemi eżistenti ta' għajnuna stabbiliti fil-Kapitolu 2 (il-Politika tal-Kompetizzjoni) tal-Anness IV tal-Att tal-Adeżjoni tad-9 ta' Diċembru 2011 japplikaw bejn il-Partijiet Kontraenti.”

 

Anness XVII (Proprjetà Intellettwali):

Dan li ġej, jiġi miżjud taħt l-intestatura “ADATTAMENTI SETTORJALI”:

“Il-mekkaniżmi speċifiċi stabbiliti fil-Kapitolu 1 (il-Liġi tal-Proprjetà Intellettwali) tal-Anness IV tal-Att tal-Adeżjoni tad-9 ta' Diċembru 2011 japplikaw bejn il-Partijiet Kontraenti.”

 

Anness XVIII (Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, il-Liġi tax-Xogħol, u t-Trattament Ugwali għall-Irġiel u n-Nisa):

Fil-punt 30 (id-Direttiva tal-Kunsill 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), dan li ġej jiddaħħal bejn il-paragrafi dwar l-arranġamenti tranżitorji u l-paragrafu dwar il-mekkaniżmi ta' salvagwardja:

“Japplikaw l-arranġamenti tranżitorji stabbiliti fl-Annessi tal-Att ta' Adeżjoni tad-9 ta' Diċembru 2011 għall-Kroazja (l-Anness V, il-Kapitolu 2).”

 

Anness XX (Ambjent):

1.

Fil-punt 7a (id-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE), dan li ġej jiddaħħal wara l-paragrafi dwar l-arranġamenti tranżitorji:

“L-arranġamenti tranżitorji stabbiliti fl-Annessi għall-Att tal-Adeżjoni tad-9 ta' Diċembru 2011 għall-Kroazja (l-Anness V, il-Kapitolu 10, it-Taqsima IV, il-Punt 2) se japplikaw.”

2.

Fil-punt 13 (id-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE), dan li ġej jiddaħħal wara l-paragrafi dwar l-arranġamenti tranżitorji u qabel it-test dwar l-adattament:

“L-arranġamenti tranżitorji stabbiliti fl-Annessi għall-Att tal-Adeżjoni tad-9 ta' Diċembru 2011 għall-Kroazja (l-Anness V, il-Kapitolu 10, it-Taqsima IV, il-Punt 1) se japplikaw.”

3.

Fil-punt 19a (id-Direttiva 2001/80/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), dan li ġej jiddaħħal wara l-paragrafi dwar l-arranġamenti tranżitorji u qabel it-test tal-adattament:

“L-arranġamenti tranżitorji stabbiliti fl-Annessi għall-Att tal-Adeżjoni tad-9 ta' Diċembru 2011 għall-Kroazja (l-Anness V, il-Kapitolu 10, it-Taqsima V, il-Punt 2) se japplikaw.”

4.

Fil-punt 21ab (id-Direttiva tal-Kunsill 1999/13/KE), jiżdied il-paragrafu li ġej:

“L-arranġamenti tranżitorji stabbiliti fl-Annessi għall-Att tal-Adeżjoni tad-9 ta' Diċembru 2011 għall-Kroazja (l-Anness V, il-Kapitolu 10, it-Taqsima V, il-Punt 1) se japplikaw.”

5.

Fil-punt 21al (id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), dan li ġej jiddaħħal qabel it-test tal-adattament:

“L-arranġamenti tranżitorji stabbiliti fl-Annessi għall-Att tal-Adeżjoni tad-9 ta' Diċembru 2011 għall-Kroazja (l-Anness V, il-Kapitolu 10, it-Taqsima I, il-Punt 1) se japplikaw.”

6.

Fil-punt 32d (id-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE), dan li ġej jiddaħħal wara l-paragrafi dwar l-arranġamenti tranżitorji:

“L-arranġamenti tranżitorji stabbiliti fl-Annessi għall-Att tal-Adeżjoni tad-9 ta' Diċembru 2011 għall-Kroazja (Anness V, Kapitolu 10, Taqsima III) se japplikaw.”


ATT FINALI

Il-plenipotenzjarji ta':

L-UNJONI EWROPEA, minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Unjoni Ewropea”,

u ta':

IR-RENJU TAL-BELĠJU,

IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA,

IR-REPUBBLIKA ĊEKA,

IR-RENJU TAD-DANIMARKA,

IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-ESTONJA,

L-IRLANDA,

IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

IR-RENJU TA' SPANJA,

IR-REPUBBLIKA TA' FRANZA,

IR-REPUBBLIKA TALJANA,

IR-REPUBBLIKA TA' ĊIPRU,

IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,

IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,

L-UNGERIJA,

IR-REPUBBLIKA TA' MALTA,

IR-RENJU TAL-PAJJIŻI L-BAXXI,

IR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,

IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

IR-RUMANIJA,

IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,

IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,

IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

IR-RENJU TAL-ISVEZJA,

IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA' FUQ,

Il-Partijiet Kontraenti għat-Trattat li jistabbilixxu l-UNJONI EWROPEA, minn hawn 'il quddiem imsejħa l-“Istati Membri tal-UE”,

il-plenipotenzjarji ta':

L-ISLANDA,

IL-PRINĊIPAT TA' LIECHTENSTEIN,

IR-RENJU TAN-NORVEĠJA,

minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Istati tal-EFTA”,

kollha flimkien, il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea li sar f'Oporto fit-2 ta' Mejju 1992, (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim ŻEE”), minn hawn 'il quddiem imsejħa flimkien bħala “il-Partijiet Kontraenti Preżenti”, u

il-plenipotenzjarji ta':

IR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA

minn hawn 'il quddiem imsejħa “il-Parti Kontraenti l-Ġdida”,

imlaqqa' fi Brussell, fi [DATA] fis-sena [SENA] biex jiffirmaw il-Ftehim dwar il-Parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fiż-Żona Ekonomika Ewropea, adottaw it-testi li ġejjin:

I.

Il-Ftehim dwar il-Parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fiż-Żona Ekonomika Ewropea (minn issa 'l quddiem imsejħa l-“Ftehim”);

II.

It-testi elenkati hawn taħt li huma mehmuża mal-Ftehim:

Anness A: Lista msemmija fl-Artikolu 3 tal-Ftehim,

Anness B: Lista msemmija fl-Artikolu 4 tal-Ftehim.

Il-plenipotenzjarji tal-Partijiet Kontraenti Preżenti u l-plenipotenzjarji tal-Parti Kontraenti l-Ġdida adottaw id-Dikjarazzjonijiet u l-Istqarrijiet Konġunti elenkati hawn taħt u mehmuża ma' dan l-Att Finali:

1.

Dikjarazzjoni Konġunta dwar id-dħul fis-seħħ bikri jew l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim dwar il-Parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fiż-Żona Ekonomika Ewropea;

2.

Dikjarazzjoni Konġunta dwar id-data ta' skadenza tal-arranġamenti tranżitorji;

3.

Dikjarazzjonijiet Konġunti li jikkonċernaw l-applikazzjoni tar-regoli ta' oriġini wara d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim dwar il-Parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fiż-Żona Ekonomika Ewropea;

4.

Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-adattament settorjali tal-Liechtenstein fil-qasam tal-moviment liberu tal-persuni;

5.

Stqarrija Konġunta dwar is-setturi ta' prijorità msemmija fil-Protokoll 38b;

6.

Stqarrija Konġunta dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji.

Il-plenipotenzjarji tal-Partijiet Kontraenti Preżenti u l-plenipotenzjarji tal-Parti Kontraenti l-Ġdida ħadu nota tad-Dikjarazzjoni mniżżla hawn taħt u mehmuża ma' dan l-Att Finali:

Dikjarazzjoni Konġunta Ġenerali tal-Istati tal-EFTA.

Qablu wkoll li, sa mhux iktar tard mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim, il-Ftehim ŻEE, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea u t-testi kompleti ta' kull waħda mid-Deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE, għandhom isiru u jkunu awtentikati mir-rappreżentanti tal-Partijiet Kontraenti Preżenti u tal-Parti Kontraenti l-Ġdida bil-lingwa Kroata.

Huma jieħdu nota tal-Protokoll Addizzjonali tal-Ftehim bejn ir-Renju tan-Norveġja u l-Unjoni Ewropea dwar Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż għall-perjodu 2009-2014 b'konsegwenza tal-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fiż-Żona Ekonomika Ewropea, li huwa wkoll mehmuż ma' dan l-Att Finali.

Jieħdu nota wkoll tal-Protokoll Addizzjonali tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Islanda b'riżultat tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, li huwa mehmuż ma' dan l-Att Finali.

Jieħdu wkoll nota tal-Protokoll Addizzjonali tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja b'konsegwenza tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, li huwa wkoll mehmuż ma' dan l-Att Finali.

Jenfasizzaw li kien hemm qbil fuq il-protokolli msemmija hawn fuq, fuq is-suppożizzjoni li l-parteċipazzjoni fiż-Żona Ekonomika Ewropea tibqa' ma tinbidilx.

Съставено в Брюксел на единадесети април две хиляди и четиринадесета година.

Hecho en Bruselas, el once de abril de dos mil catorce.

V Bruselu dne jedenáctého dubna dva tisíce čtrnáct.

Udfærdiget i Bruxelles den ellevte april to tusind og fjorten.

Geschehen zu Brüssel am elften April zweitausendvierzehn.

Kahe tuhande neljateistkümnenda aasta aprillikuu üheteistkümnendal päeval Brüsselis.

'Εγινε στις Βρυξέλλες, στις ένδεκα Απριλίου δύο χιλιάδες δεκατέσσερα.

Done at Brussels on the eleventh day of April in the year two thousand and fourteen.

Fait à Bruxelles, le onze avril deux mille quatorze.

Sastavljeno u Bruxellesu jedanaestog travnja dvije tisuće četrnaeste.

Fatto a Bruxelles, addì undici aprile duemilaquattordici.

Briselē, divi tūkstoši četrpadsmitā gada vienpadsmitajā aprīlī.

Priimta du tūkstančiai keturioliktų metų balandžio vienuoliktą dieną Briuselyje.

Kelt Brüsszelben, a kétezer-tizennegyedik év április havának tizenegyedik napján.

Magħmul fi Brussell, fil-ħdax-il jum ta’ April tas-sena elfejn u erbatax.

Gedaan te Brussel, de elfde april tweeduizend veertien.

Sporządzono w Brukseli dnia jedenastego kwietnia roku dwa tysiące czternastego.

Feito em Bruxelas, em onze de abril de dois mil e catorze.

Întocmit la Bruxelles la unsprezece aprilie două mii paisprezece.

V Bruseli jedenásteho apríla dvetisícštrnásť.

V Bruslju, dne enajstega aprila leta dva tisoč štirinajst.

Tehty Brysselissä yhdentenätoista päivänä huhtikuuta vuonna kaksituhattaneljätoista.

Som skedde i Bryssel den elfte april tjugohundrafjorton.

Gjört í Brussel hinn 11. apríl 2014.

Utferdiget i Brussel, ellevte april totusenogfjorten.

За Европейския съюз

Рог la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l'Union européenne

Per l'Unione europea

Eiropas Savienības vārdā —

Europos Sąjungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

Image

Fyrir hönd Íslands

Image

Für das Fürstentum Liechtenstein

Image

For Kongeriket Norge

Image

Za Republiku Hrvatsku

Image


DIKJARAZZJONIJIET U STQARRIJIET KONĠUNTI MILL-PARTIJIET KONTRAENTI PREŻENTI U MILL-PARTI KONTRAENTI L-ĠDIDA GĦALL-FTEHIM

 

DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR ID-DĦUL FIS-SEĦĦ BIKRI JEW L-APPLIKAZZJONI PROVIŻORJA TAL-FTEHIM DWAR IL-PARTEĊIPAZZJONI TAR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA FIŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

Il-Partijiet jisħqu l-importanza tad-dħul fis-seħħ bikri jew l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim dwar il-Parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fiż-Żona Ekonomika Ewropea biex jiżguraw il-funzjonament tajjeb taż-Żona Ekonomika Ewropea u biex jippermettu lill-Kroazja tibbenefika mill-parteċipazzjoni tagħha fiż-Żona Ekonomika Ewropea.

DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR ID-DATA TA' SKADENZA TAL-ARRANĠAMENTI TRANŻITORJI

Il-Partijiet jikkonfermaw li l-arranġamenti tranżitorji tat-Trattat ta' Adeżjoni ddaħħlu fil-Ftehim ŻEE u se jiskadu fl-istess data li fiha kienu jiskadu li kieku t-tkabbir tal-Unjoni Ewropea u taż-ŻEE seħħ simultanjament fl-1 ta' Lulju 2013.

DIKJARAZZJONI KONĠUNTA LI TIKKONĊERNA L-APPLIKAZZJONI TAR-REGOLI TA' ORIĠINI WARA D-DĦUL FIS-SEĦĦ TAL-FTEHIM DWAR IL-PARTEĊIPAZZJONI TAL-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA FIŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

1.

Il-prova ta' oriġini maħruġa kif xieraq minn Stat tal-EFTA jew mill-Parti Kontraenti l-Ġdida fil-qafas ta' ftehim preferenzjali konkluż bejn l-Istati tal-EFTA u l-Parti Kontraenti l-Ġdida jew fil-qafas ta' leġiżlazzjoni nazzjonali unilaterali ta' Stat tal-EFTA jew ta' Parti Kontraenti Ġdida titqies bħala prova ta' oriġini preferenzjali taż-ŻEE, sakemm:

(a)

il-prova ta' oriġini u d-dokumenti ta' trasport ma jkunux inħarġu iktar tard mill-jum qabel l-adeżjoni tal-Parti Kontraenti l-Ġdida mal-Unjoni Ewropea;

(b)

il-prova ta' oriġini tintbagħat lill-awtoritajiet doganali fi żmien erba' xhur mid-dħul fis-seħħ tal-Ftehim.

F'każ li l-merkanzija ġiet iddikjarata għal importazzjoni minn Stat tal-EFTA jew mill-Parti Kontraenti l-Ġdida, għall-Parti Kontraenti l-Ġdida jew Stat tal-EFTA rispettivament, qabel id-data tal-adeżjoni tal-Parti Kontraenti l-Ġdida mal-Unjoni Ewropea, skont arranġamenti preferenzjali fis-seħħ f'dak iż-żmien bejn Stat tal-EFTA u l-Parti Kontraenti l-Ġdida, tista' tiġi aċċettata wkoll prova ta' oriġini maħruġa retrospettivament skont dawk l-arranġamenti fl-Istati tal-EFTA jew fil-Parti Kontraenti l-Ġdida, bil-kundizzjoni li din tkun ġiet ippreżentata lill-awtoritajiet doganali fi żmien erba' xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim.

2.

L-Istati tal-EFTA, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Kroazja, min-naħa l-oħra, huma awtorizzati jżommu l-awtorizzazzjonijiet li permezz tagħhom ingħata l-istat ta' “esportaturi approvati” fil-qafas ta' ftehimiet konklużi bejn l-Istati tal-EFTA, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Kroazja, min-naħa l-oħra, sakemm l-esportaturi approvati japplikaw ir-regoli ta' oriġini taż-ŻEE.

Dawn l-awtorizzazzjonijiet jiġu sostitwiti mill-Istati tal-EFTA u mir-Repubblika tal-Kroazja, sa mhux iktar tard minn sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim, permezz ta' awtorizzazzjonijiet ġodda maħruġa skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Protokoll 4 għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea.

3.

Talbiet għall-verifika sussegwenti tal-prova ta' oriġini maħruġa skont il-ftehim u arranġamenti preferenzjali msemmija fil-paragrafi 1 u 2 hawn fuq, ikunu aċċettati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati tal-EFTA u mill-Partijiet Kontraenti l-Ġodda għal perjodu ta' tliet snin wara l-ħruġ tal-prova ta' oriġini msemmija u jistgħu jsiru minn dawk l-awtoritajiet għal perjodu ta' tliet snin wara li tiġi aċċettata l-prova ta' oriġini.

DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR L-ADATTAMENT SETTORJALI TAL-LIECHTENSTEIN FIL-QASAM TAL-MOVIMENT LIBERU TAL-PERSUNI

Il-Partijiet Kontraenti Preżenti u l-Parti Kontraenti l-Ġdida,

Waqt li jirreferu għall-adattamenti settorjali għal-Liechtenstein fil-qasam tal-moviment liberu tal-persuni skont l-Annessi V u VIII għall-Ftehim ŻEE kif introdotti bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 191/1999 u emendati mill-Ftehim dwar il-Parteċipazzjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka fiż-Żona Ekonomika Ewropea tal-14 ta' Ottubru 2003,

Waqt li josservaw id-domanda kbira u kontinwa li hemm minn persuni nazzjonali ta' Stati tal-UE u tal-EFTA għal residenza fil-Liechtenstein, li taqbeż ir-rata netta ta' immigrazzjoni stabbilita fl-adattamenti settorjali msemmija hawn fuq,

Waqt li jqisu li l-parteċipazzjoni tal-Kroazja fiż-ŻEE tirriżulta f'għadd ikbar ta' persuni nazzjonali li jkollhom id-dritt li jinvokaw il-moviment liberu tal-persuni kif stabbilit fil-Ftehim ŻEE,

Waqt li jaqblu li jqisu kif imiss din is-sitwazzjoni fattwali, kif ukoll il-kapaċità ta' assorbiment li ma nbidlitx tal-Liechtenstein meta jiġu biex jeżaminaw mill-ġdid l-adattamenti settorjali fl-Annessi V u VIII mal-Ftehim ŻEE.

STQARRIJA KONĠUNTA DWAR IS-SETTURI TA' PRIJORITÀ MSEMMIJA FIL-PROTOKOLL 38B

Il-Partijiet Kontraenti Preżenti u l-Parti Kontraenti l-Ġdida jfakkru li mhux is-setturi ta' prijorità kollha kif definiti fl-Artikolu 3 tal-Protokoll 38b għandhom ikunu koperti fil-każ tal-Kroazja.

STQARRIJA KONĠUNTA DWAR IL-KONTRIBUZZJONIJIET FINANZJARJI

Il-Partijiet Kontraenti Preżenti u l-Parti Kontraenti l-Ġdida jaqblu li l-arranġamenti dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja miftiehma fil-kuntest tat-tkabbir taż-ŻEE ma għandhomx jikkostitwixxu preċedent għall-perjodu wara li jiskadu fit-30 ta' April 2014.


DIKJARAZZJONIJIET OĦRA MINN PARTI KONTRAENTI WAĦDA JEW AKTAR GĦALL-FTEHIM

 

DIKJARAZZJONI ĠENERALI KONĠUNTA TAL-ISTATI TAL-EFTA

L-Istati tal-EFTA jieħdu nota tad-Dikjarazzjonijiet, li huma rilevanti għall-Ftehim ŻEE, mehmużin mal-Att Finali tat-Trattat bejn ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, l-Irlanda, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Isvezja, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta' Fuq (Stati Membri tal-Unjoni Ewropea) u r-Repubblika tal-Kroazja, dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea.

L-Istati tal-EFTA jenfasizzaw li d-Dikjarazzjonijiet, li huma rilevanti għall-Ftehim ŻEE, mehmużin mal-Att Finali tat-Trattat imsemmi fil-paragrafu preċedenti ma jistgħux ikunu interpretati jew applikati b'xi mod kuntrarju għall-obbligi tal-Partijiet Kontraenti Preżenti u tal-Parti Kontraenti l-Ġdida li jirriżultaw minn dan fil-Ftehim jew mill-Ftehim ŻEE.


PROTOKOLL ADDIZZJONALI

Għall-Ftehim bejn ir-Renju tan-Norveġja u l-Unjoni Ewropea dwar Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż għall-perjodu 2009-2014 b'konsegwenza tal-Parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fiż-Żona Ekonomika Ewropea

L-UNJONI EWROPEA

u

IR-RENJU TAN-NORVEĠJA,

WARA LI KKUNSIDRAW il-Ftehim bejn ir-Renju tan-Norveġja u l-Unjoni Ewropea dwar Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż għall-perjodu 2009-2014,

WARA LI KKUNSIDRAW il-Ftehim dwar il-Parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fiż-Żona Ekonomika Ewropea,

WARA LI DDEĊIDEW li jinkludu r-Repubblika tal-Kroazja fil-Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż 2009-2014 eżistenti,

U LI JIKKONKLUDU DAN IL-PROTOKOLL,

Artikolu 1

1.   Il-Ftehim bejn ir-Renju tan-Norveġja u l-Unjoni Ewropea dwar Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż għall-perjodu 2009-2014, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-“Ftehim”, japplika mutatis mutandis għar-Repubblika tal-Kroazja.

2.   Minkejja l-paragrafu 1, il-paragrafi 2 u 3 tal-Artikolu 3 tal-Ftehim ma japplikawx.

3.   Minkejja l-paragrafu 1, l-Artikolu 6 tal-Ftehim ma japplikax. Fil-każ ta' fondi disponibbli mhux impenjati tar-Repubblika tal-Kroazja, ir-riallokazzjoni mhija applikabbli għall-ebda Stat Benefiċjarju ieħor.

Artikolu 2

L-ammonti addizzjonali tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji għar-Repubblika tal-Kroazja huma ta' EUR 4,6 miljun matul il-perjodu li jkopri mill-1 ta' Lulju 2013 sat-30 ta' April 2014, inklużi; dawn jitqiegħdu għad-dispożizzjoni għall-impenn f'segment wieħed mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim dwar il-Parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fiż-Żona Ekonomika Ewropea jew ta' ftehim biex jiġi applikat l-aħħar Ftehim u dan il-Protokoll b'mod proviżorju.

Artikolu 3

Dan il-Protokoll jiġi ratifikat jew approvat mill-Partijiet skont il-proċeduri tagħhom stess. L-istrumenti ta' ratifika jew ta' approvazzjoni jiġu depożitati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Huwa jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara d-depożitu tal-aħħar strument ta' ratifika jew ta' approvazzjoni, bil-kundizzjoni li l-istrument ta' ratifika jew ta' approvazzjoni tal-Ftehim dwar il-Parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fiż-Żona Ekonomika Ewropea jkun ġie ddepożitat huwa wkoll.

Artikolu 4

Dan il-Protokoll, imħejji f'kopja oriġinali waħda, bil-Bulgaru, Kroat, Ċek, Daniż, Olandiż, Ingliż, Estonjan, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Ungeriż, Taljan, Latvjan, Litwan, Malti, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Spanjol, Islandiż u Norveġiż, kull test hu ugwalment awtentiku, jiġi ddepożitat mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, li se jibgħat kopja ċċertifikata lil kull waħda mill-Partijiet.

Съставено в Брюксел на единадесети април две хиляди и четиринадесета година.

Hecho en Bruselas, el once de abril de dos mil catorce.

V Bruselu dne jedenáctého dubna dva tisíce čtrnáct.

Udfærdiget i Bruxelles den ellevte april to tusind og fjorten.

Geschehen zu Brüssel am elften April zweitausendvierzehn.

Kahe tuhande neljateistkümnenda aasta aprillikuu üheteistkümnendal päeval Brüsselis.

'Εγινε στις Βρυξέλλες, στις ένδεκα Απριλίου δύο χιλιάδες δεκατέσσερα.

Done at Brussels on the eleventh day of April in the year two thousand and fourteen.

Fait à Bruxelles, le onze avril deux mille quatorze.

Sastavljeno u Bruxellesu jedanaestog travnja dvije tisuće četrnaeste.

Fatto a Bruxelles, addì undici aprile duemilaquattordici.

Briselē, divi tūkstoši četrpadsmitā gada vienpadsmitajā aprīlī.

Priimta du tūkstančiai keturioliktų metų balandžio vienuoliktą dieną Briuselyje.

Kelt Brüsszelben, a kétezer-tizennegyedik év április havának tizenegyedik napján.

Magħmul fi Brussell, fil-ħdax-il jum ta’ April tas-sena elfejn u erbatax.

Gedaan te Brussel, de elfde april tweeduizend veertien.

Sporządzono w Brukseli dnia jedenastego kwietnia roku dwa tysiące czternastego.

Feito em Bruxelas, em onze de abril de dois mil e catorze.

Întocmit la Bruxelles la unsprezece aprilie două mii paisprezece.

V Bruseli jedenásteho apríla dvetisícštrnásť.

V Bruslju, dne enajstega aprila leta dva tisoč štirinajst.

Tehty Brysselissä yhdentenätoista päivänä huhtikuuta vuonna kaksituhattaneljätoista.

Som skedde i Bryssel den elfte april tjugohundrafjorton.

Gjört í Brussel hinn 11. apríl 2014.

Utferdiget i Brussel, ellevte april totusenogfjorten.

За Европейския съюз

Рог la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l'Union européenne

Za Europsku uniju

Per l'Unione europea

Eiropas Savienības vārdā —

Europos Sąjungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

For Den europeiske union

Image

За Княжество Норвегия

Por el Reino de Noruega

Za Norské království

For Kongeriget Norge

Für das Königreich Norwegen

Norra Kuningriigi nimel

Για το Βασίλειο της Νορβηγίας

For the Kingdom of Norway

Pour le Royaume de Norvège

Za Kraljevinu Norvešku

Per il Regno di Norvegia

Norvēģijas Karalistes vārdā –

Norvegijos Karalystės vardu

A Norvég Királyság részéről

Ghar- Renju tan-Norveģja

Voor het Koninkrijk Noorwegen

W imieniu Królestwa Norwegii

Pelo Reino da Noruega

Pentru Regatul Norvegiei

Za Nórske kráľovstvo

Za Kraljevino Norveško

Norjan kuningaskunnan puolesta

För Konungariket Norge

For Kongeriket Norge

Image


PROTOKOLL ADDIZZJONALI

Mal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Islanda, b'segwitu għall-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

L-UNJONI EWROPEA

u

L-ISLANDA

WARA LI KKUNSIDRAW il-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Islanda ffirmat fi Brussell fit-22 ta' Lulju 1972, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ 'il-Ftehim', u l-arranġamenti eżistenti għal kummerċ fil-prodotti tal-ħut u tas-sajd bejn l-Islanda u l-Komunità,

WARA LI KKUNSIDRAW il-Protokoll Addizzjonali mal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Islanda rigward id-dispożizzjonijiet speċjali applikabbli għall-perjodu 2009-2014 għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' ċerti prodotti tal-ħut u tas-sajd,

WARA LI KKUNSIDRAW l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea,

WARA LI KKUNSIDRAW il-Ftehim dwar il-Parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fiż-Żona Ekonomika Ewropea,

WARA LI KKUNSIDRAW ir-reġim eżistenti għall-kummerċ tal-prodotti tal-ħut u tas-sajd bejn l-Islanda u r-Repubblika tal-Kroazja,

IDDEĊIDEW li jiddeterminaw bi qbil komuni l-aġġustamenti għall-Ftehim b'riżultat tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea,

U LI JIKKONKLUDU DAN IL-PROTOKOLL,

Artikolu 1

It-test tal-Ftehim, l-Annessi u l-Protokolli, li jagħmlu parti integrali minnu, l-Att Finali u d-dikjarazzjonijiet mehmużin miegħu jsiru bil-lingwa Kroata u dawk it-testi jkunu awtentiċi bl-istess mod bħat-testi oriġinali. Il-Kumitat Konġunt japprova t-test Kroat.

Artikolu 2

1.   Id-dispożizzjonijiet speċjali applikabbli għal importazzjoni fl-Unjoni Ewropea ta' ċerti prodotti tal-ħut u tas-sajd li joriġinaw fl-Islanda huma stabbiliti f'dan il-Protokoll.

2.   Il-volum tal-kwota tariffarja stipulat fl-Artikolu 3 ta' dan il-Protokoll ikopri l-perjodu ta' għaxar xhur li jifdal mill-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea sa ma jimtemm il-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE 2009-2014 (mill-1 ta' Lulju 2013 sat-30 ta' April 2014). Il-volumi tal-kwoti ikunu rieżaminati sal-aħħar ta' dak il-perjodu f'kunsiderazzjoni tal-interessi rilevanti kollha.

3.   Il-kwoti tariffarji japplikaw mill-jum li fih l-applikazzjoni provviżorja ta' dan il-Protokoll issir effettiva, skont il-proċeduri stabbiliti fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 4 u jkunu disponibbli għal tnax-il xahar minn dik id-data.

Artikolu 3

L-Unjoni tiftaħ il-kwoti tariffarji mingħajr dazju addizzjonali li ġejjin għal prodotti li joriġinaw fl-Islanda:

Awwisti tan-Norveġja ffriżati (Nephrops norvegicus) (kodiċi NM 0306 15 90) ta' 60 tunnellata f'piż nett.

Filetti ta' skorfon (Sebastes spp.), friski jew imkessħin (bil-kodiċi tan-NM 0304 49 50) ta' 100 tunnellata f'piż nett.

Artikolu 4

1.   Dan il-Protokoll jiġi ratifikat jew approvat mill-Partijiet bi qbil mal-proċeduri rispettivi tagħhom. L-istrumenti tar-ratifika jew l-approvazzjoni jkunu ddepożitati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

2.   Huwa jidħol fis-seħħ fil-jum wara d-depożitu tal-aħħar strument ta' ratifika jew approvazzjoni, bil-kundizzjoni li l-istrumenti ta' ratifika jew approvazzjoni tal-ftehim relatati li ġejjin ikunu ġew iddepożitati wkoll:

(i)

Ftehim dwar il-Parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fiż-Żona Ekonomika Ewropea;

(ii)

Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż għall-perijodu 2009-2014 b'segwitu għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fiż-Żona Ekonomika Ewropea;

(iii)

Protokoll Addizzjonali mal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja b'segwitu tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fl-Unjoni Ewropea.

3.   Sakemm jitwettqu l-proċeduri msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu, dan il-Protokoll jiġi applikat fuq bażi proviżorja mill-ewwel jum tat-tielet xahar wara li jsir id-depożitu tal-aħħar notifika għal dan l-iskop.

Artikolu 5

Dan il-Protokoll, imħejji f'oriġinal wieħed bil-Bulgaru, Kroat, Ċek, Daniż, Olandiż, Ingliż, Estonjan, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Ungeriż, Taljan, Latvjan, Litwan, Malti, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Spanjol, Islandiż u Norveġiż, kull test hu ugwalment awtentiku, jiġi ddepożitat mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, li se jibgħat kopja ċċertifikata lil kull waħda mill-Partijiet.

Съставено в Брюксел на единадесети април две хиляди и четиринадесета година.

Hecho en Bruselas, el once de abril de dos mil catorce.

V Bruselu dne jedenáctého dubna dva tisíce čtrnáct.

Udfærdiget i Bruxelles den ellevte april to tusind og fjorten.

Geschehen zu Brüssel am elften April zweitausendvierzehn.

Kahe tuhande neljateistkümnenda aasta aprillikuu üheteistkümnendal päeval Brüsselis.

'Εγινε στις Βρυξέλλες, στις ένδεκα Απριλίου δύο χιλιάδες δεκατέσσερα.

Done at Brussels on the eleventh day of April in the year two thousand and fourteen.

Fait à Bruxelles, le onze avril deux mille quatorze.

Sastavljeno u Bruxellesu jedanaestog travnja dvije tisuće četrnaeste.

Fatto a Bruxelles, addì undici aprile duemilaquattordici.

Briselē, divi tūkstoši četrpadsmitā gada vienpadsmitajā aprīlī.

Priimta du tūkstančiai keturioliktų metų balandžio vienuoliktą dieną Briuselyje.

Kelt Brüsszelben, a kétezer-tizennegyedik év április havának tizenegyedik napján.

Magħmul fi Brussell, fil-ħdax-il jum ta’ April tas-sena elfejn u erbatax.

Gedaan te Brussel, de elfde april tweeduizend veertien.

Sporządzono w Brukseli dnia jedenastego kwietnia roku dwa tysiące czternastego.

Feito em Bruxelas, em onze de abril de dois mil e catorze.

Întocmit la Bruxelles la unsprezece aprilie două mii paisprezece.

V Bruseli jedenásteho apríla dvetisícštrnásť.

V Bruslju, dne enajstega aprila leta dva tisoč štirinajst.

Tehty Brysselissä yhdentenätoista päivänä huhtikuuta vuonna kaksituhattaneljätoista.

Som skedde i Bryssel den elfte april tjugohundrafjorton.

Gjört í Brussel hinn 11. apríl 2014.

Utferdiget i Brussel, ellevte april totusenogfjorten.

За Европейския съюз

Рог la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l'Union européenne

Za Europsku uniju

Per l'Unione europea

Eiropas Savienības vārdā —

Europos Sąjungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

Fyrir hönd Evrópusambandsins

Image

За Исландия

Por Islandia

Za Island

For Island

Für Island

Islandi nimel

Για την Ισλανδία

For Iceland

Pour l'Islande

Za Island

Per l'Islanda

Islandes vārdā –

Islandijos vardu

Izland részéről

Għar-Iżlanda

Voor IJsland

W imieniu Islandii

Pela Islândia

Pentru Islanda

Za Island

Za Islandijo

Islannin puolesta

För Island

Fyrir hönd Íslands

Image


PROTOKOLL ADDIZZJONALI

Mal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja, b'segwitu għall-Adezjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

L-UNJONI EWROPEA

u

IR-RENJU TAN-NORVEĠJA

WARA LI KKUNSIDRAW il-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja ffirmat fl-14 ta' Mejju 1973, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ 'il-Ftehim', u l-arranġamenti eżistenti għal kummerċ fil-ħut u fi prodotti tas-sajd bejn in-Norveġja u l-Komunità,

WARA LI KKUNSIDRAW il-Protokoll Addizzjonali mal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar id-dispożizzjonijiet speċjali applikabbli għall-perjodu 2009-2014 għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' ċerti prodotti tal-ħut u tas-sajd, u b'mod partikolari l-Artikolu 1 tiegħu,

WARA LI KKUNSIDRAW l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea,

WARA LI KKUNSIDRAW il-Ftehim dwar il-Parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fiż-Żona Ekonomika Ewropea,

WARA LI KKUNSIDRAW ir-reġim eżistenti għall-kummerċ tal-ħut u l-prodotti tas-sajd bejn in-Norveġja u r-Repubblika tal-Kroazja,

IDDEĊIDEW li jiddeterminaw bi qbil komuni l-aġġustamenti għall-Ftehim b'riżultat tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea,

U LI JIKKONKLUDU DAN IL-PROTOKOLL,

Artikolu 1

It-test tal-Ftehim, l-Annessi u l-Protokolli, li jagħmlu parti integrali minnu, l-Att Finali u d-dikjarazzjonijiet mehmużin miegħu jsiru bil-lingwa Kroata u dawk it-testi jkunu awtentiċi bl-istess mod bħat-testi oriġinali. Il-Kumitat Konġunt japprova t-test Kroat.

Artikolu 2

1.   Id-dispożizzjonijiet speċjali applikabbli għal importazzjoni fl-Unjoni Ewropea ta' ċerti prodotti tal-ħut u tas-sajd li joriġinaw fin-Norveġja huma stabbiliti f'dan il-Protokoll.

2.   Il-volum tal-kwota tariffarja prevista fl-Artikolu 3 ta' dan il-Protokoll ikopri l-perjodu ta' għaxar xhur li jifdal mll-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea sa ma jintemm l-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE 2009-2014 (mill-1 ta' Lulju 2013 sat-30 ta' April 2014). Il-livelli ta' kwota jkunu rieżaminati sal-aħħar ta' dak il-perjodu f'kunsiderazzjoni tal-interessi rilevanti kollha.

3.   Il-kwota tariffarja tapplika mill-jum li fih l-applikazzjoni provviżorja ta' dan il-Protokoll issir effettiva, skont il-proċeduri stabbiliti fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 4 u tkun disponibbli għal tnax-il xahar minn dik id-data.

4.   Ir-regoli ta' oriġini applikabbli għall-kwota tariffarja fl-Artikolu 3 jkunu dawk stabbiliti fil-Protokoll Nru 3 tal-Ftehim.

Artikolu 3

L-Unjoni tiftaħ il-kwota tariffarja mingħajr dazju addizzjonali li ġejja:

Aringa, imħawra u/jew ippriservata fil-ħall, fis-salmura (il-kodiċijiet NM ex 1604 12 91, ex 1604 12 99) 1 400 tunnellata netti mingħajr likwidi.

Artikolu 4

1.   Dan il-Protokoll jiġi ratifikat jew approvat mill-Partijiet bi qbil mal-proċeduri rispettivi tagħhom. L-istrumenti tar-ratifika jew l-approvazzjoni jkunu ddepożitati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

2.   Huwa jidħol fis-seħħ fil-jum wara d-depożitu tal-aħħar strument ta' ratifika jew approvazzjoni, bil-kondizzjoni li l-istrumenti ta' ratifika jew approvazzjoni tal-ftehim relatati li ġejjin ikunu ġew iddepożitati wkoll:

(i)

Ftehim dwar il-Parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fiż-Żona Ekonomika Ewropea;

(ii)

Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn ir-Renju tan-Norveġja u l-Unjoni Ewropea dwar Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż għall-perijodu 2009-2014 b'segwitu għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fiż-Żona Ekonomika Ewropea;

(iii)

Protokoll Addizzjonali mal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Islanda b'segwitu tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fl-Unjoni Ewropea.

3.   Sakemm jitwettqu l-proċeduri msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu, dan il-Protokoll jiġi applikat fuq bażi proviżorja mill-ewwel jum tat-tielet xahar wara li jsir id-depożitu tal-aħħar notifika għal dan l-iskop.

Artikolu 5

Dan il-Protokoll, imħejji f'oriġinal wieħed bil-Bulgaru, Kroat, Ċek, Daniż, Olandiż, Ingliż, Estonjan, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Ungeriż, Taljan, Latvjan, Litwan, Malti, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Spanjol, Islandiż u Norveġiż, kull test hu ugwalment awtentiku, jiġi ddepożitat mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, li se jibgħat kopja ċċertifikata lil kull waħda mill-Partijiet.

Съставено в Брюксел на единадесети април две хиляди и четиринадесета година.

Hecho en Bruselas, el once de abril de dos mil catorce.

V Bruselu dne jedenáctého dubna dva tisíce čtrnáct.

Udfærdiget i Bruxelles den ellevte april to tusind og fjorten.

Geschehen zu Brüssel am elften April zweitausendvierzehn.

Kahe tuhande neljateistkümnenda aasta aprillikuu üheteistkümnendal päeval Brüsselis.

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις ένδεκα Απριλίου δύο χιλιάδες δεκατέσσερα.

Done at Brussels on the eleventh day of April in the year two thousand and fourteen.

Fait à Bruxelles, le onze avril deux mille quatorze.

Sastavljeno u Bruxellesu jedanaestog travnja dvije tisuće četrnaeste.

Fatto a Bruxelles, addì undici aprile duemilaquattordici.

Briselē, divi tūkstoši četrpadsmitā gada vienpadsmitajā aprīlī.

Priimta du tūkstančiai keturioliktų metų balandžio vienuoliktą dieną Briuselyje.

Kelt Brüsszelben, a kétezer-tizennegyedik év április havának tizenegyedik napján.

Magħmul fi Brussell, fil-ħdax-il jum ta’ April tas-sena elfejn u erbatax.

Gedaan te Brussel, de elfde april tweeduizend veertien.

Sporządzono w Brukseli dnia jedenastego kwietnia roku dwa tysiące czternastego.

Feito em Bruxelas, em onze de abril de dois mil e catorze.

Întocmit la Bruxelles la unsprezece aprilie două mii paisprezece.

V Bruseli jedenásteho apríla dvetisícštrnásť.

V Bruslju, dne enajstega aprila leta dva tisoč štirinajst.

Tehty Brysselissä yhdentenätoista päivänä huhtikuuta vuonna kaksituhattaneljätoista.

Som skedde i Bryssel den elfte april tjugohundrafjorton.

Gjört í Brussel hinn 11. apríl 2014.

Utferdiget i Brussel, ellevte april totusenogfjorten.

За Европейския съюз

Рог la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l'Union européenne

Za Europsku uniju

Per l'Unione europea

Eiropas Savienības vārdā —

Europos Sąjungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

For Den europeiske union

Image

За Княжество Норвегия

Por el Reino de Noruega

Za Norské království

For Kongeriget Norge

Für das Königreich Norwegen

Norra Kuningriigi nimel

Για το Βασίλειο της Νορβηγίας

For the Kingdom of Norway

Pour le Royaume de Norvège

Za Kraljevinu Norvešku

Per il Regno di Norvegia

Norvēģijas Karalistes vārdā –

Norvegijos Karalystės vardu

A Norvég Királyság részéről

Ghar- Renju tan-Norveģja

Voor het Koninkrijk Noorwegen

W imieniu Królestwa Norwegii

Pelo Reino da Noruega

Pentru Regatul Norvegiei

Za Nórske kráľovstvo

Za Kraljevino Norveško

Norjan kuningaskunnan puolesta

För Konungariket Norge

For Kongeriket Norge

Image


11.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 170/49


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tad-19 ta' Mejju 2014

dwar il-konklużjoni tal-Arranġament bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni tiegħu fl-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil

(2014/344/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 74 u l-Artikolu 78(1) u (2), flimkien mal-punt (a) tal-Artikolu 218(6), tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/186/UE (1), l-Arranġament bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni tiegħu fl-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (l-'Arranġament') ġie ffirmat fit-3 ta' Marzu 2014, soġġett għall-konklużjoni tiegħu.

(2)

L-Arranġament għandu jiġi approvat.

(3)

Kif speċifikat fil-premessa 21 tar-Regolament (UE) Nru 439/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), ir-Renju Unit u l-Irlanda qed jieħdu sehem f'dak ir-Regolament u huma marbuta bih. Huma għalhekk jagħtu effett lill-Artikolu 49(1) tar-Regolament (UE) Nru 439/2010 billi jieħdu sehem f'din id-Deċiżjoni. Ir-Renju Unit u l-Irlanda għalhekk qed jieħdu sehem f'din id-Deċiżjoni.

(4)

Kif speċifikat fil-premessa 22 tar-Regolament (UE) Nru 439/2010, id-Danimarka mhix qed tieħu sehem f'dak ir-Regolament u mhix marbuta. Id-Danimarka għalhekk mhix qed tieħu sehem f'din id-Deċiżjoni,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Arranġament bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni tiegħu fl-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil huwa għalhekk approvat f'isem l-Unjoni.

It-test tal-Arranġament huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 13(1) tal-Arranġament (3).

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni ssir effettiva fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Mejju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

A. TSAFTARIS


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/186/UE tal-11 ta' Frar 2014 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Arranġament bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni tiegħu fl-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (ĠU L 102, 5.4.2014, p. 3).

(2)  Regolament (UE) Nru 439/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 li jistabbilixxi Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil ({U L 132, 29.5.2010, p. 11).

(3)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Arranġament ser jiġi ppubblikata f'Il Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


11.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 170/50


ARRANĠAMENT

bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni tiegħu fl-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-Qasam tal-Ażil

L-UNJONI EWROPEA, minn issa 'l quddiem imsejħa “l-UE”,

min-naħa l-waħda, u

L-PRINĊIPAT TAL-LIECHTENSTEIN, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-“Liechtenstein”,

min-naħa l-oħra,

Wara li kkunsidraw l-Artikolu 49(1) tar-Regolament (UE) Nru 439/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 li jistabbilixxi Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Ażil (1), minn hawn' il quddiem imsejjaħ ir-“Regolament”,

Billi:

(1)

Ir-Regolament jistqarr li, biex iwettaq l-għan tiegħu, l-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-Qasam tal-Ażil, minn issa 'l quddiem imsejjaħ “l-Uffiċċju ta' Appoġġ” għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni minn pajjiżi li kkonkludew ftehimiet mal-UE li permezz tagħhom huma adottaw u japplikaw il-liġi tal-UE fil-qasam kopert miir-Regolament, partikolarment l-Islanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Isvizzera, minn issa 'l quddiem imsejħa “l-pajjiżi assoċjati”,

(2)

Il-Liechtenstein ikkonkluda ftehimiet mal-UE, li bis-saħħa tagħhom huwa adotta u japplika l-liġi tal-UE fil-qasam kopert minn dan ir-Regolament, b'mod partikolari l-Liechtenstein aderixxa mal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera li jikkonċerna l-kriterji u l-mekkaniżmi għall-istabbiliment tal-Istat responsabbli biex jeżamina talba għall-ażil depożitata fi Stat Membru jew fl-Isvizzera (2),

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Grad tal-parteċipazzjoni

Il-Liechtenstein jipparteċipa b'mod sħiħ fil-ħidma tal-Uffiċċju ta' Appoġġ u jkun intitolat li jirċievi azzjonijiet ta' sostenn mill-Uffiċċju ta' Appoġġ kif deskritt fir-Regolament u skont it-termini stabbiliti b'dan l-Arranġament.

Artikolu 2

Bord ta' Tmexxija

Il-Liechtenstein ikun rappreżentat fil-Bord ta' Amministrazzjoni tal-Uffiċċju ta' Appoġġ bħala osservatur mingħajr id-dritt li jivvota.

Artikolu 3

Kontribuzzjoni finanzjarja

1.   Il-Liechtenstein irid jikkontribwixxi għad-dħul tal-Uffiċċju ta' appoġġ is-somma annwali kkalkulata skont il-Prodott Domestiku Gross (PDG) bħala persentaġġ tal-PDG tal-Istati parteċipanti kollha skont il-formula stabbilita fl-Anness I.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-Paragrafu 1 ssir mill-jum wara d-dħul fis-seħħ ta' dan l-Arranġament. L-ewwel kontribuzzjoni finanzjarja titnaqqas b'mod proporzjonali skont iż-żmien li jkun baqa' fis-sena wara d-dħul fis-seħħ ta' dan l-Arranġament.

Artikolu 4

Protezzjoni tad-Dejta

1.   Fl-applikazzjoni ta' dan l-Arranġament, il-Liechtenstein għandha tipproċessa d-dejta f'konformità mad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta (3).

2.   Għall-finijiet ta' dan l-Arranġament, ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dak id-dejta (4) huwa applikabbli għall-ipproċessar tad-dejta personali mwettaq mill-Uffiċċju ta' Appoġġ.

3.   Il-Liechtenstein għandu jirrispetta r-regoli dwar il-kunfidenzjalità tad-dokumenti miżmuma mill-Uffiċċju ta' Appoġġ, kif stabbilit fir-Regoli ta' Proċedura tal-Bord tal-Amministrazzjoni.

Artikolu 5

Status Ġuridiku

L-Uffiċċju ta' Appoġġ ikollu personalità ġuridika skont il-liġi tal-Liechtenstein u jgawdi fil-Liechtenstein il-kapaċità ġuridika l-aktar estensiva mogħtija lil persuni ġuridika skont il-liġi tal-Liechtenstein. Jista', b'mod partikolari, jakkwista jew jiddisponi minn proprjetà mobbli u immobbli u jista' jkun parti fi proċedimenti legali.

Artikolu 6

Responsabbiltà

Ir-responsabbiltà tal-Uffiċċju ta' Appoġġ tkun regolata mill-Artikolu 45 (1), (3) u (5) tar-Regolament.

Artikolu 7

Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

Il-Liechtenstein jirrikonoxxi l-ġuriżdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fuq l-Uffiċċju ta' Appoġġ, kif provdut fl-Artikolu 45 (2) u (4) tar-Regolament.

Artikolu 8

Persunal tal-Uffiċċju ta' Appoġġ

1.   Skont l-Artikolu 38 (1) u l-Artikolu 49 (1) tar-Regolament, ir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet ta' Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea, ir-regoli adottati b'mod konġunt mill-istituzzjonijiet tal-UE sabiex ikunu applikati dawk ir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg u l-miżuri ta' implimentazzjoni adottati mill-Uffiċċju ta' Appoġġ skont l-Artikolu 38 (2) tar-Regolament japplikaw għaċ-ċittadini tal-Liechtenstein reklutati bħala membri tal-persunal mill-Uffiċċju ta' Appoġġ.

2.   B'deroga mill-Artikolu 12 (2) (a) u l-Artikolu 82 (3) (a) tal-Kundizzjonijiet ta' Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea, iċ-ċittadini tal-Liechtenstein li jgawdu d-drittijiet kollha tagħhom ta' ċittadini jistgħu jkunu impjegati b'kuntratt mid-Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju ta' Appoġġ skont ir-regoli eżistenti għall-għażla u l-ingaġġ tal-persunal adottati mill-Uffiċċju ta' Appoġġ.

3.   L-Artikolu 38 (4) tar-Regolament għandu japplika mutatis mutandis għaċ-ċittadini tal-Liechtenstein.

4.   Iċ-ċittadini tal-Liechtenstein ma jistgħux, madankollu, jinħatru għal kariga ta' Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju ta' Appoġġ.

Artikolu 9

Privileġġi u immunitajiet

Il-Liechtenstein jrid japplika għall-Uffiċċju ta' Appoġġ u għall-persunal tiegħu l-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea (5) kif ukoll kwalunkwe regoli adottati skont dak il-Protokoll relatati ma' kwistjonijiet tal-persunal tal-Uffiċċju ta' Appoġġ.

Artikolu 10

Ġlieda kontra l-frodi

Id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-Artikolu 44 tar-Regolament relatati mal-kontroll finanzjarju mill-UE fil-Liechtenstein li jikkonċernaw il-parteċipanti fl-attivitajiet tal-Uffiċċju ta' Appoġġ jinsabu fl-Anness II.

Artikolu 11

Kumitat

1.   Kumitat, kompost minn rappreżentanti tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Liechtenstein, jimmonitorja l-implimentazzjoni xierqa ta' dan l-Arranġament u jiżgura proċess kontinwu ta' għoti ta' informazzjoni u skambju ta' opinjonijiet f'dan ir-rigward. Għal raġunijiet prattiċi, il-Kumitat għandu jiltaqa' flimkien mal-Kumitati korrispondenti stabbiliti ma' pajjiżi oħra assoċjati parteċipanti abbażi tal-Artikolu 49 (1) tar-Regolament. Għandu jiltaqa' wara talba jew mil-Liechtenstein jew mill-Kummissjoni Ewropea. Il-Bord ta' Amministrazzjoni tal-Uffiċċju ta' Appoġġ għandu jkun infurmat dwar il-ħidma tal-Kumitat.

2.   L-Informazzjoni dwar leġiżlazzjoni prevista tal-UE, li jew taffettwa direttament jew temenda r-Regolament jew li mistennija jkollha implikazzjoniet f'dak li għandu x'jaqsam mal-kontribuzzjonijiet finanzjarji stipulati fl-Artikolu 3 ta' dan l-Arranġament, tkun kondiviża u għandu jsir skambju ta' fehmiet dwarha fil-Kumitat.

Artikolu 12

Annessi

L-Annessi għal dan l-Arranġament jikkostitwixxu parti integrali minn dan l-Arranġament.

Artikolu 13

Dħul fis-seħħ

1.   Il-Partijiet Kontraenti japprovaw dan l-Arranġament skont il-proċeduri proprji tagħhom interni. Il-Partijiet għandhom jinnotifikaw lil xulxin bit-tlestija ta' dawk il-proċeduri.

2.   Dan l-Arranġament jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tal-ewwel xahar wara l-jum tal-aħħar notifika msemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 14

Terminazzjoni uvalidità

1.   Dan l-Arranġament għandu jkun għal perjodu mhux limitat.

2.   Kull Parti Kontraenti tista', wara konsultazzjoni fil-Kumitat, tiddenunzja dan l-Arranġament billi tinnotifika lill-Parti Kontraenti l-oħra. Dan l-Arranġament għandu jieqaf milli japplika sitt xhur wara d-data ta' din in-notifika.

3.   Dan l-Arranġament jiġi terminat f'każ ta' terminazzjoni tal-Protokoll bejn il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi għall-ħatra tal-Istat responsabbli mill-eżami ta' talba għall-ażil imressqa fi Stat Membru jew fl-Isvizzera (6).

4.   Dan l-Arranġament għandu jitfassal f'żewġ kopji bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Kroata, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Svediża, Taljana u Ungeriża, u kull wieħed minn dawn it-testi jkun ugwalment awtentiku.

Съставено в Брюксел на трети март две хиляди и четиринадесета година.

Hecho en Bruselas, el tres de marzo de dos mil catorce.

V Bruselu dne třetího března dva tisíce čtrnáct.

Udfærdiget i Bruxelles den tredje marts to tusind og fjorten.

Geschehen zu Brüssel am dritten März zweitausendvierzehn.

Kahe tuhande neljateistkümnenda aasta märtsikuu kolmandal päeval Brüsselis.

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις τρεις Μαρτίου δύο χιλιάδες δεκατέσσερα.

Done at Brussels on the third day of March in the year two thousand and fourteen.

Fait à Bruxelles, le trois mars deux mille quatorze.

Sastavljeno u Bruxellesu trećeg ožujka dvije tisuće četrnaeste.

Fatto a Bruxelles, addì tre marzo duemilaquattordici.

Briselē, divi tūkstoši četrpadsmitā gada trešajā martā.

Priimta du tūkstančiai keturioliktų metų kovo trečią dieną Briuselyje.

Kelt Brüsszelben, a kétezer-tizennegyedik év március havának harmadik napján.

Magħmul fi Brussell, fit-tielet jum ta’ Marzu tas-sena elfejn u erbatax.

Gedaan te Brussel, de derde maart tweeduizend veertien.

Sporządzono w Brukseli dnia trzeciego marca roku dwa tysiące czternastego.

Feito em Bruxelas, em três de março de dois mil e catorze.

Întocmit la Bruxelles la trei martie două mii paisprezece.

V Bruseli tretieho marca dvetisícštrnásť.

V Bruslju, dne tretjega marca leta dva tisoč štirinajst.

Tehty Brysselissä kolmantena päivänä maaliskuuta vuonna kaksituhattaneljätoista.

Som skedde i Bryssel den tredje mars tjugohundrafjorton.

За Европейския съюз

Рог la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l'Union européenne

Za Europsku uniju

Per l'Unione europea

Eiropas Savienības vārdā –

Europos Sąjungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

Image

За Княжество Лихтенщайн

Por el principado de Liechtenstein

Za Lichtenštejnské knížectví

For Fyrstendømmet Liechtenstein

Für das Fürstentum Liechtenstein

Liechtensteini Vürstiriigi nimel

Για το Πριγκιπάτο του Λιχτενστάιν

For the Principality of Liechtenstein

Pour la Principauté de Liechtenstein

Za Kneževinu Lihtenštajn

Per il Principato del Liechtenstein

Lihtenšteinas Firstistes vārdā –

Lichtenšteino Kunigaikštystės vardu

A Liechtensteini Hercegség részéről

Għall-Prinċipat tal-Liechtenstein

Voor het Vorstendom Liechtenstein

W imieniu Księstwa Lichtensteinu

Pelo Principado do Listenstaine

Pentru Principatul Liechtenstein

Za Lichtenštajnské kniežatstvo

Za Kneževino Lihtenštajn

Liechtensteinin ruhtinaskunnan puolesta

För Furstendömet Liechtenstein

Image


(1)  ĠU L 132, 29.5.2010, p. 11.

(2)  ĠU L 160, 18.6.2011, p. 39.

(3)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(4)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1

(5)  ĠU C 83, 30.3.2010, p. 266.

(6)  ĠU L 160, 18.6.2011, p. 39.


ANNESS I

Il-formula biex tiġi kkalkolata l-kontribuzzjoni

1.

Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Liechtenstein għad-dħul tal-Uffiċċju ta' Appoġġ definita fl-Artikolu 33(3)(d) tar-Regolament għandha tiġi kkalkolata bil-mod li ġej:

L-aktar ċifri finali aġġornati tal-Prodott Domestiku Gross (PDG) tal-Liechtenstein disponibbli fil-31 ta' Marzu ta' kull sena jkunu diviżi bis-somma taċ-ċifri tal-PDG tal-Istati kollha li jipparteċipaw fl-Uffiċċju ta' Appoġġ disponibbli għall-istess sena. Il-persentaġġ miksub se jiġi applikat għall-parti tad-dħul awtorizzat tal-Uffiċċju ta' Appoġġ kif definit fl-Artikolu 33(3)(a) tar-Regolament fis-sena li qed tiġi analizzata sabiex jinkiseb l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Liechtenstein.

2.

Il-kontribuzzjoni finanzjarja titħallas f'euro.

3.

Il-Liechtenstein għandu jħallas il-kontribuzzjoni finanzjarja tiegħu mhux aktar tard minn 45 jum wara li jirċievi n-nota ta' debitu. Kull dewmien fil-ħlas tal-kontribuzzjoni se jimplika l-ħlas ta' imgħax tal-inadempjenza mil-Liechtenstein fuq l-ammont pendenti mid-data dovuta. Ir-rata tal-imgħax tkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' finanzjament mill-ġdid, kif ippubblikata fis-serje C tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar tad-data ta' skadenza, miżjuda bi 3,5 punti perċentwali.

4.

Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Liechtenstein tiġi adattata skont dan l-Anness meta l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni Ewropea li tiddaħħal fil-baġit ġenerali tal-UE kif definit fl-Artikolu 33(3)(a) tar-Regolament tiżdied skont l-Artikoli 26, 27 jew 41 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (1). F'tali każ, id-differenza tkun dovuta 45 jum wara li tasal in-nota ta' debitu.

5.

Fil-każ li l-krediti ta' ħlas tal-Uffiċċju ta' Appoġġ li jaslu għand l-UE skont l-Artikolu 33(3)(a) tar-Regolament relatat ma' sena N ma jintefqux sal-31 ta' Diċembru tas-sena N, jew li l-baġit tal-Uffiċċju ta' Appoġġ tas-sena N jitnaqqas skont l-Artikoli 26, 27 jew 41 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, il-parti ta' dawn il-krediti ta' ħlas li ma ntefqux jew li tnaqqsu u li huma korrispondenti għall-perċentwal tal-kontribuzzjoni magħmula mil-Liechtenstein, għandha tiġi trasferita għal fuq il-baġit tas-sena N + 1 tal-Uffiċċju ta' Appoġġ. Il-kontribuzzjoni tal-Liechtenstein għall-baġit tal-Uffiċċju ta' Appoġġ tas-sena N + 1 titnaqqas skont dan.


(1)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.


ANNESS II

Il-kontroll finanzjarju fir-rigward tal-parteċipanti mil-Liechtenstein fl-attivitajiet tal-Uffiċċju ta' Appoġġ

Artikolu 1

Komunikazzjoni diretta

L-Uffiċċju ta' Appoġġ u l-Kummissjoni Ewropea għandhom jikkomunikaw direttament mal-persuni jew mal-entitajiet kollha stabbiliti fil-Liechtenstein u li jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-Uffiċċju ta' Appoġġ, bħala kuntratturi, parteċipanti fil-programmi tal-Uffiċċju ta' Appoġġ, riċevituri ta' ħlasijiet mill-Uffiċċju ta' Appoġġ jew mill-baġit tal-UE, jew bħala sottokuntratturi. Dawn il-persuni jistgħu jittrażmettu direttament lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Uffiċċju ta' Appoġġ l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni rilevanti kollha li huma meħtieġa li jintbagħtu abbażi tal-istrumenti msemmija f'dan l-Arranġament u abbażi ta' kuntratti jew ta' ftehimiet konklużi kif ukoll ta' kwalunkwe deċiżjoni meħuda skonthom.

Artikolu 2

Awditjar

1.   Skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (1), flimkien mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tat-23 ta' Diċembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2) u flimkien mal-istrumenti l-oħra msemmija f'dan l-Arranġament, il-kuntratti jew il-ftehimiet konklużi kif ukoll id-deċiżjonijiet meħuda ma' benefiċjarji stabbiliti fil-Liechtenstein jistgħu jipprovdu għal awditjar xjentifiku, finanzjarju, teknoloġiku jew awditjar ieħor li jista' jitwettaq f'kull ħin fil-bini tal-benefiċjarji u tas-sottokuntratturi tagħhom mill-uffiċjali tal-Uffiċċju ta' Appoġġ u l-uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea jew minn persuni oħra awtorizzati mill-Uffiċċju ta' Appoġġ u mill-Kummissjoni Ewropea.

2.   L-uffiċjali tal-Uffiċċju tal-Appoġġ u tal-Kummissjoni Ewropea u persuni oħra awtorizzati mill-Uffiċċju tal-Appoġġ u mill-Kummissjoni Ewropea għandu jkollhom aċċess xieraq għas-siti, għax-xogħlijiet u għad-dokumenti, kif ukoll għall-informazzjoni kollha meħtieġa biex iwettqu awditjar bħal dan, inkluż fil-forma elettronika. Dan id-dritt għall-aċċess għandu jiġi espliċitament stipulat fil-kuntratti jew fil-ftehimiet konklużi għall-implimentazzjoni tal-istrumenti msemmija f'dan l-Arranġament.

3.   Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri jkollha l-istess drittijiet bħall-Kummissjoni Ewropea.

4.   L-awditjar jista' jsir sa ħames snin wara l-iskadenza ta' dan l-Arranġament jew skont il-kundizzjonijiet tal-kuntratti jew tal-ftehimiet konklużi u d-deċiżjonijiet meħuda.

5.   L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Awditjar tal-Liechtenstein jiġi mgħarraf minn qabel bl-awditjar li jsir fit-territorju tal-Liechtenstein. Din l-informazzjoni mhijiex kundizzjoni legali għat-twettiq ta' awditjar bħal dan.

Artikolu 3

Verifiki fuq il-post

1.   Skont dan l-Arranġament, il-Kummissjoni Ewropea (OLAF) tkun awtorizzata li twettaq verifiki u spezzjonijiet fuq il-post fit-territorju tal-Liechtenstein, skont it-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (3).

2.   Il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post jitħejjew u jitmexxew mill-Kummissjoni Ewropea b'kollaborazzjoni mill-qrib mal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Awditjar tal-Liechtenstein jew ma' awtoritajiet kompetenti oħra fil-Liechtenstein maħtura mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Awditjar tal-Liechtenstein, li għandhom ikunu informati fil-ħin dwar l-oġġett, l-iskop u l-bażi ġuridika tal-kontrolli u l-ispezzjonijiet, sabiex ikunu jistgħu jagħtu l-għajnuna meħtieġa. Għal dan l-għan, l-uffiċjali tal-awtoritajiet kompetenti fil-Liechtenstein jistgħu jieħdu sehem fil-verifiki u l-ispezzjonijiet ta' fuq il-post.

3.   Jekk l-awtoritajiet tal-Liechtenstein ikkonċernati jixtiequ, il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post jistgħu jsiru b'mod konġunt mill-Kummissjoni Ewropea u minnhom.

4.   Jekk il-parteċipanti fil-programm jopponu għal verifika jew għal spezzjoni fuq il-post, l-awtoritajiet tal-Liechtenstein, filwaqt li jaġixxu b'konformità mar-regoli nazzjonali, iridu jagħtu assistenza kif meħtieġ lill-ispetturi tal-Kummissjoni Ewropea biex ikunu jistgħu jaqdu dmirijiethom fit-twettiq ta' kontroll jew ta' spezzjoni fuq il-post.

5.   Il-Kummissjoni Ewropea għandha tirrapporta malajr kemm jista' jkun lill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Awditjiar tal-Liechtenstein kwalunkwe fatt jew suspett relatat ma' irregolarità li jkun ġie notifikat lilha matul il-verifika jew l-ispezzjoni fuq il-post. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni trid tinforma lill-awtorità msemmija hawn fuq dwar ir-riżultat ta' dawn il-verifiki u l-spezzjonijiet.

Artikolu 4

Informazzjoni u konsultazzjoni

1.   Għall-finijiet tal-implimentazzjoni korretta ta' dan l-Anness, l-awtoritajiet kompetenti tal-Liechtenstein u tal-UE għandhom regolarment jiskambjaw l-informazzjoni bejniethom u, f'każ li jkun hemm talba minn waħda mill-Partijiet Kontraenti, iwettqu konsultazzjonijiet.

2.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Liechtenstein għandhom jinformaw mingħajr dewmien lill-Uffiċċju tal-Appoġġ u lill-Kummissjoni Ewropea bi kwalunkwe fatt jew suspett li jkun ġie notifikat lilhom relatat ma' xi irregolarità marbut mal-konklużjoni u l-implimentazzjoni tal-kuntratti jew tal-ftehimiet stipulati fl-applikazzjoni tal-istrumenti msemmija f'dan l-Arranġament.

Artikolu 5

Kunfidenzjalità

Informazzjoni komunikata jew miksuba fi kwalunkwe forma skont dan l-Anness tkun koperta bis-segretezza professjonali u mħarsa bl-istess mod bħalma informazzjoni simili hija mħarsa permezz tal-liġi tal-Liechtenstein u permezz ta' dispożizzjonijiet korrispondenti applikabbli għall-istituzzjonijiet tal-UE. Din l-informazzjoni ma għandhiex tiġi kkomunikata lil persuni oħrajn ħlief lil dawk fl-istituzzjonijiet tal-UE, fl-Istati Membri jew fil-Liechtenstein, li l-funzjonijiet tagħhom jirrikjedu li jkunu jafuha, u lanqas ma tista' tintuża għal skopijiet oħra ħlief dawk li jservu biex jiżguraw il-protezzjoni effettiva tal-interessi finanzjarji tal-Partijiet Kontraenti.

Artikolu 6

Miżuri u penali amministrattivi

Bla preġudizzju għall-applikazzjoni tal-liġi kriminali tal-Liechtenstein, miżuri u penali amministrattivi jistgħu jiġu imposti mill-Uffiċċju ta' Appoġġ jew mill-Kummissjoni Ewropea skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u r-Regolament ta' delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (4) u skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (5).

Artikolu 7

Irkupru u infurzar

Id-deċiżjonijiet meħuda mill-Uffiċċju ta' Appoġġ jew mill-Kummissjoni Ewropea fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan l-Arranġament li jimponu obbligu ta' ħlas ta' flus fuq persuni oħra għajr l-Istati għandhom jiġu infurzati fil-Liechtenstein. L-ordni ta' infurzar tinħareġ, mingħajr aktar kontrolli apparti mill-verifika tal-awtentiċità tal-att, mill-awtorità maħtura mill-gvern tal-Liechtenstein, li għandu jinfurma b'dan lill-Uffiċċju ta' Appoġġ jew lill-Kummissjoni Ewropea. L-infurzar iseħħ f'konformità mar-regoli ta' proċedura tal-Liechtenstein. Il-legalità tad-deċiżjoni ta' infurzar tkun suġġetta għall-kontroll mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

Is-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea skont klawsola ta' arbitraġġ, ikunu infurzabbli fuq l-istess termini.


(1)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72, kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 652/2008 (ĠU L 181, 10.7.2008, p. 23).

(3)  ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.

(4)  ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1.

(5)  ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1.


REGOLAMENTI

11.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 170/58


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 618/2014

tat-2 ta' Ġunju 2014

li japprova modifika mhix minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Bleu de Gex Haut-Jura jew Bleu de Septmoncel (DPO))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni ta' Franza għall-approvazzjoni ta' emenda fl-Ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Bleu de Gex Haut-Jura”/“Bleu de Septmoncel”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 (2), kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 937/2008 (3).

(2)

Billi l-emenda kkonċernata mhijiex minuri fis-sens tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emenda f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (4), kif stipulat fl-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament imsemmi.

(3)

Billi l-Kummissjoni ma ġiet innotifikata b'ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-modifika fl-ispeċifikazzjoni għandha tiġi approvata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda fl-ispeċifikazzjoni ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li tikkonċerna d-denominazzjoni msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament, hija b'dan approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1.

(3)  ĠU L 257, 25.9.2008, p. 8.

(4)  ĠU C 5, 9.1.2014, p. 6.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.3. Ġobnijiet

FRANZA

Bleu de Gex Haut-Jura/Bleu de Septmoncel (DPO)


11.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 170/60


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 619/2014

tal-10 ta’ Ġunju 2014

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Ġunju 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 KG)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

46,1

MK

80,0

TR

60,1

ZZ

62,1

0707 00 05

MK

34,3

TR

106,0

ZZ

70,2

0709 93 10

MA

68,1

TR

114,0

ZZ

91,1

0805 50 10

AR

120,1

TR

118,2

ZA

128,5

ZZ

122,3

0808 10 80

AR

96,9

BR

84,9

CL

99,1

CN

120,6

NZ

137,1

US

175,3

UY

164,7

ZA

91,9

ZZ

121,3

0809 10 00

TR

231,1

ZZ

231,1

0809 29 00

TR

371,5

ZZ

371,5


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DIRETTIVI

11.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 170/62


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2014/77/UE

tal-10 ta' Ġunju 2014

li temenda l-Annessi I u II tad-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 1998 dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/12/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(1) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 98/70/KE tistipula speċifikazzjonijiet ambjentali kif ukoll metodi analitiċi għall-karburanti tal-petrol u d-diżil imqiegħda fis-suq.

(2)

Dawk il-metodi analitiċi jirreferu għal ċertu standards stabbiliti mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN). Billi s-CEN issostitwixxa dawk l-istandards b'oħrajn ġodda minħabba l-progress tekniku, huwa xieraq li jiġu aġġornati r-referenzi għal dawk l-istandards fl-Annessi I u II tad-Direttiva 98/70/KE.

(3)

Il-miżuri stipulati f'din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kwalità tal-Karburanti stabbilit bl-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 98/70/KE,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 98/70/KE hija emendata kif ġej:

(1)

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

it-test tan-nota ta' qiegħ il-paġna 1 jinbidel b'dan li ġej:

“Il-metodi tal-ittestjar għandhom ikunu dawk speċifikati f'EN 228:2012. L-Istati Membri jistgħu jadottaw il-metodu analitiku speċifikat minflok l-istandard EN 228:2012 jekk ikun jista' jintwera li jipprovdi għall-inqas l-istess eżattezza u għall-inqas l-istess livell ta' preċiżjoni bħall-metodu analitiku li jkun qed jissostitwixxi.”

(b)

it-test tan-nota ta' qiegħ il-paġna 6 jinbidel b'dan li ġej:

“Mono-alkoħols u eteri oħra b'punt finali ta' togħlija li ma jkunx ogħla minn dak iddikjarat fl-EN 228:2012.”

(2)

Fl-Anness II, it-test tan-nota ta'qiegħ il-paġna 1 jinbidel b'dan li ġej:

“Il-metodi tal-ittestjar għandhom ikunu dawk speċifikati f'EN 590:2013. L-Istati Membri jistgħu jadottaw il-metodu analitiku speċifikat minflok l-istandard EN 590:2013 jekk ikun jista' jintwera li jipprovdi għall-inqas l-istess eżattezza u għall-inqas l-istess livell ta' preċiżjoni bħall-metodu analitiku li jkun qed jissostitwixxi.”

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva fi żmien 12-il xahar mill-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet fi żmien 12-il xahar mill-pubblikazzjoni ta' din id-Direttiva f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jose Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 350, 28.12.1998, p. 58.


DEĊIŻJONIJIET

11.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 170/64


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-6 ta' Ġunju 2014

li temenda d-Deċiżjoni 2012/481/UE li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għall-karta stampata

(notifikata bid-dokument C(2014) 3590)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/345/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar skema ta' Ekotikketta tal-UE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu,

Wara li kkonsultat lill-Bord tal-Ekotikkettar tal-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/481/UE (2) teskludi s-substrati tal-bord li huma aktar minn 400 g/m2 mill-kamp ta' applikazzjoni, peress li dik id-Deċiżjoni teħtieġ li l-prodotti tal-karta stampata jiġu stampati biss fuq karta li jkollha l-Ekotikketta tal-UE, kif stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/333/UE (3) jew fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/448/UE (4). Madankollu, ċerti kategoriji ta' prodotti bħal karti tal-ittri, kotba għan-noti, pitazzi, kotba għan-noti marbutin bl-ispiralli u kalendarji bil-qoxra, inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2012/481/UE, jinvolvu l-użu ta' substrati tal-kartun li jaqbżu l-400 g/m2. Għaldaqstant, kien impossibbli li ssir l-implimentazzjoni tal-kriterji għal ċerti prodotti.

(2)

Il-kamp ta' applikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/256/UE (5) jinkludi prodotti tal-karti għall-kartolerija li għandhom piż ta' mill-inqas 70 % ta' karti, kartun jew substrati bbażati fuq il-karti u jistabbilixxi r-rekwiżiti għas-substrati tal-bord b'bażi ta' piż li huwa aktar minn 400 g/m2.

(3)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 66/2010.

(4)

Għalhekk id-Deċiżjoni 2012/481/UE għandha tiġi emendata skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2012/481/UE hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 1, il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

“1.   Il-grupp ta' prodotti ta' ‘karta stampata’ għandu jinkludi kull prodott tal-karta stampata li jikkonsisti, f'tal-anqas 90 % mill-piż tiegħu, minn karta, kartuna tal-karta jew sustrati bbażati fuq il-karta, għajr kotba, katalgi, ktejbiet jew formoli, li għandhom jikkonsistu, f'tal-anqas 80 % mill-piż tagħhom, minn karta, kartuna tal-karta jew sustrati bbażati fuq il-karta. Il-partijiet miżjuda, il-qxur u kwalunkwe parti bil-karta stampata tal-karta stampata aħħarija għandhom jitqiesu bħala parti mill-prodott tal-karta stampata.”;

(2)

fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 1, il-punt (c) jinbidel b'dan li ġej:

“(c)

fowlders, envelops, ring binders u prodotti tal-karti għall-kartolerija.”;

(3)

fl-Artikolu 2, il-punt (1) jinbidel b'dan li ġej:

“(1)

‘Kotba’ tfisser prodotti tal-karta stampata marbutin bl-ispaga jew imwaħħlin bil-kolla, bi qxur ibsin jew rotob, bħal kotba tal-iskola, kotba letterarji jew mhux letterarji, rapporti, manwali u paperbacks. ‘Kotba’ ma jinkludux ġurnali, fuljetti, rivisti, katalgi ppubblikati b'mod regolari u rapporti annwali.”;

(4)

fl-Artikolu 2, il-punt (9) jinbidel b'dan li ġej:

“(9)

‘Prodott tal-karta stampata’ tfisser il-prodott li jirriżulta mill-ipproċessar ta' materjal stampat. L-ipproċessar jikkonsisti fl-istampar fuq karta. Minbarra l-istampar, l-ipproċessar jista' jinkludi t-tlestija, pereżempju t-tiwi, l-ittimbrar, il-qtugħ jew l-immuntar, bl-użu tal-kolla, tal-legatura jew tal-ispag. Il-prodotti tal-karta stampata jinkludu gazzetti, materjal ta' riklamar u folji ta' aħbarijiet, ġurnali, katalgi, kotba, volantuni, fuljetti, kartelluni, biljetti ta' kuntatt, u tikketti.”;

(5)

Il-kriterju 3 fl-Anness tad-Deċiżjoni 2012/481/UE huwa emendat:

“Kriterju 3 — Riċiklabbiltà

Il-prodott tal-karta stampata għandu jkun riċiklabbli. Il-karta stampata għandha tkun b'tali mod li tkun tista' tinqala' minn fuqha l-linka, u l-komponenti mhux tal-karta tal-prodott ta' karta stampata għandu jkun possibbli li jitneħħew faċilment, b'mod li jiżgura li tali komponenti ma jfixklux il-proċess ta' riċiklaġġ.

(a)

L-aġenti tar-reżistenza għall-ilma għandhom jintużaw biss jekk tista' tiġi pprovata r-riċiklabbiltà tal-prodott lest.

(b)

L-adeżivi jistgħu jintużaw biss jekk tista' tiġi pprovata l-kapaċità li jitneħħew.

(c)

Il-verniċi għall-kisi u l-laminazzjoni, inklużi l-polieten u/jew il-polieten/polipropilen, jistgħu jintużaw biss għall-qxur tal-kotba, ir-rivisti u l-katalgi.

(d)

Għandha tkun provata l-possibbiltà li tinqala' l-linka minn fuq il-karta.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi r-riżultati tat-testijiet tar-riċiklabbiltà għall-aġenti tar-reżistenza għall-ilma, kif ukoll tal-kapaċità li jitneħħew l-adeżivi. Il-metodi ta' ttestjar ta' referenza huma l-metodu PTS-RH 021/97 (għall-aġenti tar-reżistenza għall-ilma), il-metodu INGEDE 12 (għat-tneħħija tal-adeżivi mhux solubbli), jew metodi ta' ttestjar ekwivalenti. Il-kapaċità li tinqala' l-linka għandha tkun provata bl-użu tad-‘Deinking Scorecard’ (*) tal-Kunsill Ewropew għall-Karta Rkuprata, jew metodi ta' ttestjar ekwivalenti. L-ittestjar għandu jsir fuq tliet tipi ta' karta: il-karta mhux miksija, il-karta miksija, u l-karta trattata fuq il-wiċċ. Jekk tip ta' linka għall-istampar jinbiegħ biss għal tip speċifiku wieħed jew tnejn ta' karta, ikun biżżejjed li jiġi/u ttestjat(i) t-tip(i) ta' karta inkwistjoni. L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni li l-prodotti tal-karta stampata miksija u laminati huma konformi mal-punt 3(c). Meta parti minn prodott tal-karta stampata tkun tista' titneħħa faċilment (ngħidu aħna, qoxra tal-plastik), it-test tar-riċiklabbiltà jista' jsir mingħajr dan il-komponent. Il-kapaċità li jitneħħew faċilment il-komponenti mhux tal-karta għandha tkun provata b'dikjarazzjoni mill-impriża tal-ġbir tal-karta, mill-impriża tar-riċiklaġġ jew minn organizzazzjoni ekwivalenti. Jistgħu jintużaw ukoll metodi ta' ttestjar li juru riżultati ekwivalenti, imwettqa minn parti terza kompetenti u indipendenti.

(*)  Assessment of Print Product Recyclability — Deinkability Score — User's Manual, www.paperrecovery.org, ‘Publications’.”"

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kummissjoni

Janez POTOČNIK

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 27, 30.1.2010, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/481/UE tas-16 ta' Awwissu 2012 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għall-karta stampata (ĠU L 223, 21.8.2012, p. 55).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/333/UE tas-7 ta' Ġunju 2011 dwar l-istabbiliment tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għall-karta għall-ikkuppjar u l-karta grafika (ĠU L 149, 8.6.2011, p. 12).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/448/UE tat-12 ta' Lulju 2012 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għall-karta tal-gazzetti (ĠU L 202, 28.7.2012, p. 26).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/256/UE tat-2 ta' Mejju 2014 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għall-prodotti tal-karta ttrasformta (ĠU L 135, 8.5.2014, p. 24).


Rettifika

11.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 170/66


Rettifika tar-Regolament (UE) Nru 537/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar rekwiżiti speċifiċi dwar l-awditjar statutorju ta' entitajiet ta' interess pubbliku u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/909/KE

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 158 tas-27 ta' Mejju 2014 )

F'paġna 86, l-Artikolu 5(1)(b):

minflok:

“(b)

fis-sena finanzjarja immedjatament qabel il-perijodu msemmi fil-punt (a) b'rabta mas-servizzi elenkati fil-punt (g) tat-tieni subparagrafu.”,

aqra:

“(b)

fis-sena finanzjarja immedjatament qabel il-perijodu msemmi fil-punt (a) b'rabta mas-servizzi elenkati fil-punt (e) tat-tieni subparagrafu.”.