ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 166

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 57
5 ta' Ġunju 2014


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/326/PESK tat-28 ta' Jannar 2014 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Korea li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Korea f'operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għall-immaniġġar ta' kriżijiet

1

 

 

Ftehim Bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Korea li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Korea fl-operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għall-immaniġġar ta' kriżijiet

3

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2014 tal-4 ta' Ġunju 2014 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kategoriji tal-laħam u l-użu ta' ċerti addittivi tal-ikel fil-preparati tal-laħam ( 1 )

11

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 602/2014 tal-4 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi standards tekniċi implimentattivi għall-iffaċilitar tal-konverġenza tal-prattiki superviżorji fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' piżijiet ta' riskju addizzjonali skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

22

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 603/2014 tal-4 ta’ Ġunju 2014 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

25

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2014/327/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2014 li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata mill-Unjoni fit-53 sessjoni tal-Kumitat ta' Esperti dwar it-Trasport ta' Oġġetti Perikolużi tal-OTIF fir-rigward ta' ċerti emendi tal-Appendiċi C għall-Konvenzjoni dwar it-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (COTIF) applikabbli mill-1 ta' Jannar 2015

27

 

 

2014/328/UE

 

*

Deċizjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-12 ta' Marzu 2014 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2013/35 dwar miżuri addizzjonali fir-rigward ta' operazzjonijiet ta' rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral (BĊE/2014/11)

31

 

 

LINJI GWIDA

 

 

2014/329/UE

 

*

Linja Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-12 ta' Marzu 2014 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2011/14 dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2014/10)

33

 

 

2014/330/UE

 

*

Linja Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-12 ta' Marzu 2014 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2013/4 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta' operazzjonijiet ta' rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral u li temenda l-Linja Gwida BĊE/2007/9 (BĊE/2014/12)

42

 

 

III   Atti oħrajn

 

 

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

*

Deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA Nru 407/13/COL tat-23 ta' Ottubru 2013 li temenda, għad-90 darba, ir-regoli proċedurali u sostantivi fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat billi tintroduċi kapitolu ġdid dwar l-Għajnuna Reġjonali mill-Istat għall-2014-2020 u billi ttawwal il-validità tal-kapitoli dwar l-għajnuna reġjonali nazzjonali għall-2007-2013 u l-kriterji għal valutazzjoni fil-fond tal-għajnuna reġjonali għal proġetti kbar ta' investiment

44

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

5.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 166/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/326/PESK

tat-28 ta' Jannar 2014

dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Korea li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Korea f'operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għall-immaniġġar ta' kriżijiet

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 218(5) u (6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Il-kondizzjonijiet rigward il-parteċipazzjoni ta' Stati terzi f'operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għall-immaniġġar ta' kriżijiet għandhom ikunu stipulati fi ftehim li jistabbilixxi qafas għal tali parteċipazzjoni possibbli fil-futur, pjuttost milli jkunu definiti każ b'każ għal kull operazzjoni kkonċernata.

(2)

Wara l-adozzjoni ta' Deċiżjoni mill-Kunsill fit-13 ta' Novembru 2012 li tawtorizza l-ftuħ ta' negozjati, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà nnegozja Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Korea li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Korea f'operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għall-immaniġġar ta' kriżijiet (“il-Ftehim”).

(3)

Il-Ftehim għandu jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Korea li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Korea f'operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għall-immaniġġar ta' kriżijiet huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim sabiex tintrabat l-Unjoni.

Artikolu 3

Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 16(1) tal-Ftehim. (1)

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Jannar 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

G. STOURNARAS


(1)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi pubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjail tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


5.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 166/3


TRADUZZJONI

FTEHIM

Bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Korea li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Korea fl-operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għall-immaniġġar ta' kriżijiet

L-UNJONI EWROPEA (l-“Unjoni”) jew (l-“UE”)

min-naħa waħda, u

R-REPUBBLIKA TAL-KOREA

min-naħa l-oħra,

minn hawn 'il quddiem imsejħin il-“Partijiet”,

Billi:

(1)

L-Unjoni tista' tiddeċiedi li tieħu azzjoni fil-qasam tal-immaniġġar ta' kriżijiet, inkluż l-operazzjonijiet għaż-żamma tal-paċi jew l-operazzjonijiet umanitarji.

(2)

L-Unjoni ser tiddeċiedi jekk Stati terzi jkunux mistiedna jipparteċipaw f'operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet. Ir-Repubblika tal-Korea tista' taċċetta l-istedina tal-Unjoni u toffri l-kontribut tagħha. Fdak il-każ, l-Unjoni tiddeċiedi dwar jekk taċċettax dak il-kontribut propost.

(3)

Il-kondizzjonijiet rigward il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Korea f'operazzjonijiet tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet għandhom jiġu stabbiliti fi ftehim li jistabbilixxi qafas għal parteċipazzjoni possibbli bħal din fil-ġejjieni, pjuttost mid-definizzjoni ta' dawn il-kondizzjonijiet każ b'każ għal kull operazzjoni kkonċernata.

(4)

Ftehim bħal dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-awtonomija tat-teħid ta' deċiżjonijiet tal-Unjoni, u ma għandux jiġġudika minn qabel in-natura speċifika tad-deċiżjoni tar-Repubblika tal-Korea li tipparteċipa f'operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet, f'konformità mas-sistema legali tagħha.

(5)

Ftehim bħal dan għandu jindirizza biss operazzjonijiet futuri tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet u għandu jkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe ftehim eżistenti li jirregola l-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Korea f'operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet, li tkun diġà nbdiet.

FTIEHMU KIF ĠEJ:

TAQSIMA I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Deċiżjonijiet relatati mal-parteċipazzjoni

1.   Wara deċiżjoni tal-Unjoni li tistieden lir-Repubblika tal-Koreabiex tipparteċipa f'operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet, l-Unjoni għandha tiskambja l-informazzjoni u l-valutazzjonijiet rilevanti kollha relatati ma' dik l-operazzjoni bil-għan li tiffaċilita l-konsiderazzjoni, mir-Repubblika tal-Korea, tal-istedina tal-Unjoni.

2.   L-Unjoni għandha tipprovdi lir-Repubblika tal-Korea b'indikazzjoni bikrija tal-kontribut probabbli Korean għall-ispejjeż komuni jew għall-ispejjeż kif stabbiliti fil-baġit operattiv, f'konformità mal-Artikoli 8 u 12, bil-ħsieb li tassisti lir-Repubblika tal-Korea fil-formulazzjoni ta' kwalunkwe kontribut propost.

3.   Ladarba r-Repubblika tal-Korea tkun iddeċidiet li tipproponi kontribut, ir-Repubblika tal-Korea għandha tiddetermina u tipprovdi informazzjoni dwar il-kontribut propost lill-Unjoni, inkluża l-kompożizzjoni ta' kwalunkwe kontinġent ta' persunal Korean.

4.   L-Unjoni għandha tivvaluta l-kontribut Korean f'konsultazzjoni mar-Repubblika tal-Korea. Ir-Repubblika tal-Korea tista' tagħżel li tirrevedi l-kontribut propost tagħha fi kwalunkwe ħin waqt il-proċess ta' konsultazzjoni u valutazzjoni.

5.   L-Unjoni għandha tikkomunika bil-miktub mar-Repubblika tal-Korea l-eżitu tal-valutazzjoni u d-deċiżjoni tagħha dwar il-kontribut propost Korean, bil-għan li tiżgura l-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Korea, f'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim.

6.   Ir-Repubblika tal-Korea tista', fuq inizjattiva proprja jew fuq talba tal-Unjoni, u wara konsultazzjonijiet bejn il-Partijiet, tirtira fi kwalunkwe ħin, b'mod sħiħ jew parzjali, mill-parteċipazzjoni f'operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet.

Artikolu 2

Qafas

1.   Ir-Repubblika tal-Korea għandha tassoċja ruħha mad-Deċiżjoni tal-Kunsill li biha l-Kunsill tal-Unjoni jiddeċiedi li l-UE ser twettaq l-operazzjoni għall-immaniġġar ta' kriżijiet, u ma' kwalunkwe Deċiżjoni oħra li biha l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jiddeċiedi li jestendi l-operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet, f'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim u kwalunkwe arranġament ta' implimentazzjoni meħtieġ.

2.   Il-kontribut tar-Repubblika tal-Korea għal operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-awtonomija tat-teħid ta' deċiżjonijiet tal-Unjoni.

Artikolu 3

Status tal-persunalu tal-forzi tar-Repubblika tal-Korea

1.   L-istatus tal-persunal issekondat għal operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet u/jew tal-forzi kontribwiti lil operazzjoni militari tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet mir-Repubblika tal-Korea għandu jiġi rregolat mill-ftehim dwar l-istatus tal-forzi/missjoni, jekk konkluż, bejn l-Unjoni u l-Istat(i) li fihom titwettaq l-operazzjoni.

2.   L-istatus tal-persunal ikkontribwit għall-kwartieri ġenerali jew l-elementi ta' kmand li jinsabu barra l-Istat(i) li fih(om) titwettaq l-operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet, għandu jkun irregolat minn arranġamenti bejn il-kwartieri ġenerali u l-elementi ta' kmand ikkonċernati u l-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika tal-Korea.

3.   Mingħajr preġudizzju għall-ftehim dwar l-istatus tal-forzi/missjoni msemmi fil-paragrafu 1, ir-Repubblika tal-Korea għandha teżerċita ġurisdizzjoni fuq il-persunal tagħha li jipparteċipa fl-operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet. Fejn il-forzi tar-Repubblika tal-Korea jopera abbord bastiment jew inġenju tal-ajru ta' Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, dan l-Istat jista' jeżerċita ġurisdizzjoni soġġett għal kwalunkwe ftehim eżistenti u/jew futur u f'konformità mal-liġijiet u r-regolamenti tiegħu u mad-dritt internazzjonali.

4.   Ir-Repubblika tal-Korea għandha tkun responsabbli biex tirrispondi għal kull pretensjoni marbuta mal-parteċipazzjoni f'operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet, li tiġi minn xi membru tal-persunal tagħha u għandha tkun responsabbli biex tressaq kwalunkwe azzjoni, b'mod partikolari legali jew dixxiplinarja, kontra membri tal-persunal tagħha f'konformità mal-liġijiet u r-regolamenti tagħha.

5.   Il-Partijiet jaqblu li jirrinunzjaw għall-pretensjonijiet kollha, ħlief għal dawk kuntrattwali, kontra xulxin għal dannu, telf jew distruzzjoni ta' assi ta' proprjetà ta', jew operati minn, Parti jew oħra, jew għall-korriment jew mewt ta' persunal ta' Parti jew oħra, li jirriżultaw mit-twettiq tad-dmirijiet uffiċjali tagħhom konnessi mal-attivitajiet taħt dan il-Ftehim, ħlief fil-każ ta' negliġenza serja jew imġiba ħażina volontarja.

6.   Ir-Repubblika tal-Korea tintrabat li tagħmel dikjarazzjoni fir-rigward tar-rinunzja ta' pretensjonijiet kontra kwalunkwe Stat li jipparteċipa f'operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet li fiha tipparteċipa r-Repubblika tal-Korea, u li tagħmel dan meta tiffirma dan il-Ftehim.

7.   L-Unjoni tintrabat li tiżgura li l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea jagħmlu dikjarazzjoni fir-rigward tar-rinunzja ta' pretensjonijiet, għal kwalunkwe parteċipazzjoni futura tar-Repubblika tal-Korea f'operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet, u li tagħmel dan meta tkun qed tiffirma dan il-Ftehim.

Artikolu 4

Informazzjoni klassifikata

1.   Ir-Repubblika tal-Korea għandha tieħu miżuri adatti sabiex tiżgura li l-informazzjoni klassifikata tal-UE tkun imħarsa f'konformità mar-regolamenti ta' sigurtà tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, li jinsabu fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE (1), u f'konformità ma' linji gwida ulterjuri maħruġa minn awtoritajiet kompetenti, inkluż mill-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE fir-rigward ta' operazzjoni militari tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet jew mill-Kap tal-Missjoni fir-rigward ta' operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet.

2.   Fejn il-Partijiet jikkonkludu ftehim dwar proċeduri ta' sigurtà għall-iskambju ta' informazzjoni klassifikata, ftehim bħal dan għandu japplika fil-kuntest ta' operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet.

TAQSIMA II

DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PARTEĊIPAZZJONI F'OPERAZZJONIJIET ĊIVILI GĦALL-IMMANIĠĠAR TA' KRIŻIJIET

Artikolu 5

Persunal issekondat lil operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet

1.   Ir-Repubblika tal-Korea:

(a)

għandha tiżgura li l-persunal tagħha ssekondat lill-operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet jimpenja ruħu għall-missjoni tiegħu f'konformità ma':

(i)

id-Deċiżjoni tal-Kunsill u emendi sussegwenti kif imsemmija fl-Artikolu 2(1);

(ii)

il-Pjan tal-Operazzjoni;

(iii)

il-miżuri ta' implimentazzjoni.

(b)

għandha tinforma fi żmien debitu lill-Kap tal-Missjoni u lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (“RGħ”) bi kwalunkwe bidla fil-kontribut tagħha lill-operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet.

2.   Persunal issekondat mir-Repubblika tal-Korea lil operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet għandu jagħmel eżami mediku, jirċievi l-vaċċinazzjonijiet u jkun iċċertifikat medikament b'saħħtu biex iwettaq dmirijietu mill-awtorità kompetenti tiegħu u jipproduċi kopja ta' dik iċ-ċertifikazzjoni.

3.   Il-persunal issekondat mir-Repubblika tal-Korea għandu jwettaq id-doveri tiegħu u jġib ruħu bl-interessi tal-operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet biss f'moħħu.

Artikolu 6

Linja ta' kmand

1.   Il-persunal kollu għandu jibqa' taħt il-kmand sħiħ tal-awtoritajiet nazzjonali tiegħu.

2.   L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jittrasferixxu l-kontroll operattiv lill-Kmandant Ċivili tal-Operazzjoni tal-Unjoni.

3.   Il-Kmandant Ċivili tal-Operazzjoni għandu jassumi r-responsabbiltà u jeżerċita l-kmand u l-kontroll tal-operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet fil-livell strateġiku.

4.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jassumi r-responsabbiltà u jeżerċita l-kmand u l-kontroll tal-operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet fuq il-post u jassumi l-immaniġġar ta' kuljum tagħha.

5.   Ir-Repubblika tal-Korea għandu jkollha l-istess drittijiet u obbligi f'termini ta' maniġġar ta' kuljum tal-operazzjoni bħall-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea li qegħdin jieħdu sehem fl-operazzjoni, f'konformità mal-istrumenti legali msemmijin fl-Artikolu 2(1).

6.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun responsabbli għall-kontroll dixxiplinari tal-persunal tal-operazzjonijiet ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet. Fejn meħtieġ, għandha tittieħed azzjoni dixxiplinarja mill-awtorità nazzjonali kkonċernata.

7.   Għandu jinħatar Punt ta' Kuntatt tal-Kontinġent Nazzjonali (“PKN”) mir-Repubblika tal-Korea biex jirrappreżenta l-kontinġent nazzjonali tagħha fl-operazzjoni. Il-PKN għandu jirrapporta lill-Kap tal-Missjoni dwar kwistjonijiet nazzjonali u għandu jkun responsabbli għad-dixxiplina ta' kuljum tal-kontinġent.

8.   Id-deċiżjoni li tintemm l-operazzjoni għandha tittieħed mill-Unjoni, wara konsultazzjoni mar-Repubblika tal-Korea jekk hija tkun għadha qiegħda tikkontribwixxi lill-operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet fid-data tat-terminazzjoni tal-operazzjoni.

Artikolu 7

Aspetti finanzjarji

1   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8, ir-Repubblika tal-Korea għandha tassumi l-ispejjeż kollha assoċjati mal-parteċipazzjoni tagħha fl-operazzjoni minbarra l-ispejjeż kurrenti, kif stabbilit fil-baġit operattiv tal-operazzjoni.

2   F'każ ta' mewt, korriment, telf jew ħsara lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi mill-Istat(i) li fih(om) titwettaq l-operazzjoni, ir-Repubblika tal-Korea għandha, meta tkun ġiet stabbilita r-responsabbiltà tagħha, tħallas kumpens skont il-kondizzjonijiet previsti fil-ftehim applikabbli dwar l-status tal-missjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 3(1).

Artikolu 8

Kontribuzzjoni għal baġit operattiv

1.   Soġġett għall-paragrafu 4, ir-Repubblika tal-Korea għandha tikkontribwixxi għall-finanzjament tal-baġit operattiv tal-operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet.

2.   Kontribuzzjoni bħal din għall-baġit operattiv għandha tiġi kkalkolata abbażi ta' waħda miż-żewġ formoli li ġejjin, skont liema tipproduċi l-inqas ammont:

(a)

is-sehem tal-ammont ta' referenza li jkun proporzjonali għall-proporzjon tad-dħul nazzjonali gross (DNG) tar-Repubblika tal-Korea fit-total tad-DNG tal-Istati kollha li jkunu qegħdin jikkontribwixxu għall-baġit operattiv tal-operazzjoni; jew

(b)

is-sehem tal-ammont ta' referenza għall-baġit operattiv li jkun proporzjonali għall-proporzjon tan-numru tal-persunal mir-Repubblika tal-Korea parteċipanti fl-operazzjoni għan-numru totali ta' persunal tal-Istati kollha parteċipanti fl-operazzjoni.

3.   Minkejja l-paragrafi 1 u 2, ir-Repubblika tal-Korea ma għandha tagħmel l-ebda kontribuzzjoni għall-finanzjament ta' għotjiet per diem imħallsa lill-persunal tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.

4.   Minkejja l-paragrafu 1, l-Unjoni għandha, fil-prinċipju, teżenta lir-Repubblika tal-Korea minn kontribuzzjonijiet finanzjarji għal operazzjoni ċivili partikolari tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet meta:

(a)

l-Unjoni tiddeċiedi li r-Repubblika tal-Korea tipprovdi kontribuzzjoni sinifikattiva li hija essenzjali għal dik l-operazzjoni; jew

(b)

ir-Repubblika tal-Korea għandha DNG per capita li ma jaqbiżx dak ta' ebda Stat Membru tal-Unjoni.

5.   Soġġett għall-paragrafu 1, kwalunkwe arranġament dwar il-pagament tal-kontribuzzjonijiet tar-Repubblika tal-Korea għall-baġit operattiv ta' operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet għandu jiġi ffirmat bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Partijiet u għandu, fost l-oħrajn, jinkludi d-dispożizzjonijiet li ġejjin dwar:

(a)

l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja konċernata;

(b)

l-arranġamenti għall-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja; u

(c)

il-proċedura tal-awditjar.

TAQSIMA III

DISPOŻIZZJONIJIET DWAR PARTEĊIPAZZJONI F'OPERAZZJONIJIET MILITARI GĦALL-IMMANIĠĠAR TA' KRIŻIJIET

Artikolu 9

Parteċipazzjoni f'operazzjoni militari tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet

1.   Ir-Repubblika tal-Korea għandha tiżgura li l-forzi u l-persunal tagħha parteċipanti f'operazzjoni militari tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet jimpenjaw ruħhom fil-missjoni tagħhom f'konformità ma':

(a)

id-Deċiżjoni tal-Kunsill u emendi sussegwenti kif imsemmija fl-Artikolu 2(1);

(b)

il-Pjan Operattiv; u

(c)

il-miżuri ta' implimentazzjoni.

2.   Ir-Repubblika tal-Korea għandha tinforma lill-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE fi żmien debitu dwar kwalunkwe bidla fil-parteċipazzjoni tagħha fl-operazzjoni.

3.   Il-persunal issekondat mir-Repubblika tal-Korea għandu jwettaq id-doveri tiegħu u jġib ruħu billi jżomm f'moħħu biss l-interessi tal-operazzjoni militari tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet.

Artikolu 10

Linja ta' kmand

1.   Il-forzi u l-persunal kollha li jipparteċipaw fl-operazzjoni militari tal-UE għall-maniġġar ta' kriżijiet għandhom jibqgħu taħt il-kmand sħiħ tal-awtoritajiet nazzjonali tagħhom.

2.   L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jittrasferixxu l-kontroll Operattiv u Tattiku tal-forzi u tal-persunal tagħhom lill-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE, li għandu d-dritt li jiddelega l-awtorità tiegħu.

3.   Ir-Repubblika tal-Korea għandu jkollha l-istess drittijiet u obbligi f'termini ta' maniġġar ta' kuljum tal-operazzjoni bħall-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea li qegħdin jieħdu sehem fl-operazzjoni, f'konformità mal-istrumenti legali msemmijin fl-Artikolu 2(1).

4.   Il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE jista', wara konsultazzjonijiet mar-Repubblika tal-Korea, fi kwalunkwe ħin jitlob l-irtirar tal-kontribut mir-Repubblika tal-Korea.

5.   Rappreżentant Militari Għoli (“SMR”) għandu jinħatar mir-Repubblika tal-Korea biex jirrappreżenta l-kontinġent nazzjonali tagħha fl-operazzjoni militari tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet. L-SMR għandu jikkonsulta lill-Kmandant tal-Forza tal-UE dwar il-materji kollha li jolqtu l-operazzjoni u għandu jkun responsabbli għad-dixxiplina-ta'-kuljum tal-kontinġent tar-Repubblika tal-Korea.

Artikolu 11

Aspetti finanzjarji

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 12 ta' dan il-Ftehim, ir-Repubblika tal-Korea għandha tassumi l-ispejjeż kollha assoċjati mal-parteċipazzjoni tagħha fl-operazzjoni sakemm l-ispejjeż ma jkunux suġġetti għal finanzjament komuni kif previst fl-istrumenti legali msemmija fl-Artikolu 2(1), kif ukoll fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/871/PESK (2).

2.   F'każ ta' mewt, korriment, telf jew ħsara lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi mill-Istat(i) li fih(om) titwettaq l-operazzjoni, ir-Repubblika tal-Korea għandha, meta tkun ġiet stabbilita r-responsabbiltà tagħha, tħallas kumpens skont il-kondizzjonijiet previsti fil-ftehim applikabbli dwar l-istatus tal-forzi, imsemmi fl-Artikolu 3(1).

Artikolu 12

Kontribuzzjoni għall-ispejjeż komuni

1.   Soġġett għall-paragrafu 3, ir-Repubblika tal-Korea għandha tikkontribwixxi għall-finanzjament tal-ispejjeż komuni tal-operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet.

2.   Kontribuzzjoni bħal din għall-ispejjeż komuni għandha tiġi kkalkolata abbażi ta' waħda miż-żewġ formoli li ġejjin, skont liema waħda tipproduċi l-inqas ammont:

(a)

is-sehem tal-ispejjeż komuni li jkun proporzjonali għall-proporzjon tad-DNG tar-Repubblika tal-Korea fit-total tad-DNG tal-Istati kollha li jkunu qegħdin jikkontribwixxu għall-ispejjeż komuni tal-operazzjoni; jew

(b)

is-sehem tal-ispejjeż komuni li jkun proporzjonali għall-proporzjon tan-numru tal-persunal mir-Repubblika tal-Korea parteċipanti fl-operazzjoni għan-numru totali ta' persunal tal-Istati kollha parteċipanti fl-operazzjoni.

Fejn tintuża l-formula taħt il-punt (b) u r-Repubblika tal-Korea tikkontribwixxi biss persunal għall-Operazzjoni jew għall-Kwartieri Ġenerali tal-Forzi, il-proporzjon użat għandu jkun dak tal-persunal tagħha għal dak tan-numru totali tal-persunal rispettiv tal-kwartieri ġenerali. F'każijiet oħra, il-proporzjon għandu jkun dak tal-persunal kollu kontribwit mir-Repubblika tal-Korea għal dak tal-persunal totali tal-operazzjoni.

3.   Minkejja l-paragrafu 1, l-Unjoni għandha, fil-prinċipju, teżenta lir-Repubblika tal-Korea minn kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-ispejjeż komuni ta' operazzjoni militari partikolari tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet meta:

(a)

l-Unjoni tiddeċiedi li r-Repubblika tal-Korea tipprovdi kontribuzzjoni sinifikattiva li hija essenzjali għal dik l-operazzjoni; jew

(b)

ir-Repubblika tal-Korea għandha DNG per capita li ma jaqbiżx dak ta' ebda Stat Membru tal-Unjoni.

4.   Soġġett għall-paragrafu 1, kwalunkwe arranġament dwar il-pagament tal-kontribuzzjonijiet tar-Repubblika tal-Korea għall-ispejjeż komuni għandu jiġi konkluż bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Partijiet u għandu jinkludi, fost l-oħrajn, id-dispożizzjonijiet li ġejjin dwar:

(a)

l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja konċernata;

(b)

l-arranġamenti għall-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja; u

(c)

il-proċedura tal-awditjar.

TAQSIMA IV

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 13

Arranġamenti biex jiġi implimentat il-Ftehim

Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 8(5) u 12(4), kwalunkwe arranġament tekniku u amministrattiv meħtieġ f'konformità mal-implementazzjoni ta' dan il-Ftehim għandu jiġi konkluż bejn l-awtorità kompetenti tal-Partijiet.

Artikolu 14

Nuqqas ta' osservanza

Jekk waħda mill-Partijiet tonqos milli tosserva l-obbligi tagħha skont dan il-Ftehim, il-Parti l-oħra għandu jkollha d-dritt li ttemm dan il-Ftehim billi tibgħat avviż bil-miktub minn xahar qabel.

Artikolu 15

Riżoluzzjoni ta' tilwim

Tilwim li jikkonċerna l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim għandu jiġi riżolt b'mezzi diplomatiċi bejn il-Partijiet.

Artikolu 16

Dħul fis-seħħ, Tul taż-żmien u Terminazzjoni

1.   Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tal-ewwel xahar wara li l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri legali interni meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu.

2.   Dan il-Ftehim għandu jkun suġġett għal reviżjoni regolari.

3.   Dan il-Ftehim jista' jiġi emendat abbażi ta' ftehim reċiproku bil-miktub bejn il-Partijiet. L-emendi għandhom jidħlu fis-seħħ f'konformità mal-proċedura stabbilita fil-paragrafu 1.

4.   Dan il-Ftehim għandu jibqa' fis-seħħ għal perijodu inizjali ta' ħames snin, u wara għandu jiġi estiż awtomatikament għal perijodi suċċessivi ta' ħames snin sakemm waħda mill-Partijiet ma tinnotifikax lill-Parti l-oħra bl-intenzjoni tagħha li ttemm dan il-Ftehim, bil-miktub, mill-inqas sitt xhur qabel din id-data ta' skadenza.

B'XHIEDA TA' DAN, is-sottoskritti, li t-tnejn huma debitament awtorizzati biex jagħmlu dan mill-Partijiet rispettivi tagħhom, iffirmaw dan il-Ftehim.

Magħmul f'Seul, fit-tlieta u għoxrin jum ta' Mejju tas-sena elfejn u erbatax f'forma duplikata bil-lingwa Ingliża u dik Koreana, biż-żewġ testi jkunu ugwalment awtentiċi. F'każ ta' kwalunkwe diverġenza ta' interpretazzjoni, it-test Ingliż għandu jipprevali.

Għall-Unjoni Ewropea

Għar-Repubblika tal-Korea


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE tat-23 ta' Settembru 2013 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 274, 15.10.2013, p. 1).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/871/PESK tad-19 ta' Diċembru 2011 li tistabbilixxi mekkaniżmu sabiex jiġi amministrat il-finanzjament tal-ispejjeż komuni tal-operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea li jkollhom implikazzjonijiet militari jew ta' difiża (Athena) (ĠU L 343, 23.12.2011, p.35).


TEST GĦAD-DIKJARAZZJONIJIET DIKJARAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI TAL-UE LI JAPPLIKAW DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL TAL-UE DWAR OPERAZZJONI TAL-UE GĦALL-IMMANIĠĠAR TA' KRIŻIJIET LI FIHA TIPPARTEĊIPA R-REPUBBLIKA TAL-KOREA, RIGWARD IR-RINUNZJA TA' PRETENSJONIJIET

“L-Istati Membri tal-UE li japplikaw Deċiżjoni tal-Kunsill tal-UE ta' operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet, li fiha tipparteċipa r-Repubblika tal-Korea, jagħmlu ħilithom, safejn is-sistemi legali interni tagħhom jippermettu, biex jirrinunzjaw safejn possibbli għal kwalunkwe pretensjoni kontra r-Repubblika tal-Korea rigward il-korriment, mewt ta' persunal, jew ħsara lil, jew telf ta', kwalunkwe assi ta' proprjetà tagħhom u użat mill-operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet jekk tali korriment, mewt, ħsara jew telf:

kien ikkawżat minn persunal, kontribwit mir-Repubblika tal-Korea lil operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet, fl-eżekuzzjoni tad-doveri tagħhom b'konnessjoni mal-operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet, ħlief f'każ ta' negliġenza serja jew kondotta skorretta volontarja; jew

irriżulta mill-użu ta' kwalunkwe assi proprjetà tar-Repubblika tal-Korea, sakemm l-assi jkunu ntużaw b'konnessjoni mal-operazzjoni u ħlief fil-każ ta' negliġenza serja jew imġiba skorretta volontarja minn persunal kontribwit mir-Repubblika tal-Korea lil operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet, li kien qed juża dawk l-assi.”.


DIKJARAZZJONI MIR-REPUBBLIKA TAL-KOREA RIGWARD IR-RINUNZJA TA' PRETENSJONIJIET KONTRA KWALUNKWE STAT LI JIPPARTEĊIPA F'OPERAZZJONIJIET TAL-UE GĦALL-IMMANIĠĠAR TA' KRIŻIJIET

“Ir-Repubblika tal-Korea, wara li qablet li tipparteċipa f'operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet, tagħmel ħilitha, sa fejn is-sistema legali interna tagħha tippermetti, biex tirrinunzja sa fejn possibbli għal pretensjonijiet kontra kwalunkwe Stat li jipparteċipa f'operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet rigward il-korriment, mewt ta' persunal tagħha, jew ħsara lil, jew telf ta', kwalunkwe assi proprjetà tagħha u użat mill-operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet jekk tali korriment, mewt, dannu jew telf:

kien ikkawżat minn persunal fl-eżekuzzjoni tad-doveri tiegħu b'konnessjoni mal-operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet, ħlief f'każ ta' negliġenza serja jew ta' kondotta skorretta volontarja; jew

irriżulta mill-użu ta' kwalunkwe assi proprjetà ta' Stati parteċipanti fl-operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet, sakemm l-assi jkunu ntużaw b'konnessjoni mal-operazzjoni u ħlief fil-każ ta' negliġenza serja jew imġiba skorretta volontarja minn persunal tal-operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet li kien qed juża dawk l-assi.”.


REGOLAMENTI

5.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 166/11


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 601/2014

tal-4 ta' Ġunju 2014

li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kategoriji tal-laħam u l-użu ta' ċerti addittivi tal-ikel fil-preparati tal-laħam

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta' addittivi tal-ikel approvati għall-użu fl-ikel, u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom.

(2)

Dik il-lista tista' tiġi emendata skont il-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew wara li ssir talba għal dan.

(3)

Il-lista tal-Unjoni ta' addittivi tal-ikel ġiet stabbilita abbażi tal-addittivi tal-ikel permessi għall-użu fl-ikel skont id-Direttiva 94/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), id-Direttiva 94/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u d-Direttiva 95/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u wara r-reviżjoni tal-konformità tagħhom mal-Artikoli 6, 7 u 8 tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008. Il-lista tal-Unjoni tinkludi l-addittivi tal-ikel abbażi tal-kategoriji tal-ikel li magħhom jistgħu jiżdiedu.

(4)

Fil-Parti D tal-lista tal-Unjoni, il-kategorija 8 tkopri l-laħam u tinkludi s-subkategoriji 8.1: Laħam mhux ipproċessat u 8.2: Laħam ipproċessat. Il-kategorija 8.1 tkompli tinqasam fis-subkategorija 8.1.1: Laħam mhux ipproċessat differenti mill-preparati tal-laħam kif inhu ddefinit fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 (6) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u s-subkategorija 8.1.2: Preparati tal-laħam kif inhu ddefinit fir-Regolament (KE) Nru 853/2004.

(5)

Il-punt 1.15. tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 jiddefinixxi l-preparati tal-laħam bħala laħam frisk, inkluż laħam li jkun spiċċa f'biċċiet, li miegħu jkunu żdiedu oġġetti tal-ikel, ħwawar jew addittivi jew li jkun għadda minn proċessi li ma jkunux biżżejjed biex jibdlu l-istruttura tal-fibra tal-muskolu interna tal-laħam u li b'hekk jintilfu l-karatteristiċi ta' laħam frisk. Sadanittant, ġie ċċarat li l-preparati tal-laħam jistgħu jkunu kemm ipproċessati kif ukoll mhux ipproċessati (7). Madankollu, jekk wara l-ipproċessar il-karatteristiċi tal-laħam frisk jiġu eliminati kompletament, dan ma għandux jibqa' jitqies bħala preparat tal-laħam, iżda għandu jaqa' taħt id-definizzjoni ta' “prodotti tal-laħam” kif stabbilit fil-punt 7.1. tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004. Fl-interess taċ-ċarezza legali huwa xieraq li jintużaw, għall-finijiet tal-Kategorija 8, it-termini “laħam frisk”, “preparati tal-laħam” u “prodotti tal-laħam” kif definit fir-Regolament (KE) Nru 853/2004. Għalhekk, is-subkategoriji tal-kategorija 8 fil-Parti D tal-lista tal-Unjoni, għandhom jiġi emendati skont dan.

(6)

L-użu tal-addittivi tal-ikel li huma parti mill-Grupp I kif iddefinit fil-Parti C tal-lista tal-Unjoni huwa ġeneralment awtorizzat fil-laħam ipproċessat, filwaqt li l-awtorizzazzjoni tal-użu tal-addittivi tal-ikel li huma parti minn dak il-grupp fil-laħam mhux ipproċessat hija ristretta u permessa biss abbażi ta' każ b'każ.

(7)

Meta l-lista tal-Unjoni ġiet stabbilita kif stipulat fl-Anness II tar- Regolament (KE) Nru 1333/2008, il-preparati tal-laħam kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 kienu kkunsidrati bħala laħam mhux ipproċessat li fih kien awtorizzat biss għadd ristrett ta' addittivi. Madankollu, l-interpretazzjonijiet differenti tad-definizzjoni ta' preparati tal-laħam wasslu għal sitwazzjoni fejn l-użu ta' ċerti addittivi f'kategoriji partikolari ta' laħam ivarja minn Stat Membru għal ieħor.

(8)

Il-Kummissjoni rċeviet talbiet biex tinkludi xi wħud minn dawk l-użi fil-lista tal-Unjoni ta' addittivi tal-ikel awtorizzati. Dawn it-talbiet tpoġġew għad-disponibbiltà tal-Istati Membri kollha.Huwa xieraq li dawk l-użi jiġu inklużi fil-lista tal-Unjoni, meta jkunu jikkonformaw mal-kundizzjonijiet ġenerali tal-użu tal-addittivi tal-ikel stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 u bil-kunsiderazzjoni tal-ħtieġa li jinżammu ċerti prodotti tradizzjonali fis-suq f'xi Stati Membri.

(9)

Fuq talba ta' ċerti Stati Membri u/jew l-industrija tal-laħam, ġew ikkunsidrati ċerti użi tal-Kurkumina (E 100), il-Karminji (E 120), il-Karamelli (E 150a-d), l-estratt tal-Paprika (E 160c) u l-aħmar tal-pitravi (E 162) li tradizzjonalment kienu użati f'ċerti Stati Membri biex jingħata kulur lil prodotti tat-tip merguez u prodotti tradizzjonali oħra: salsicha fresca, mici, butifarra fresca, longaniza fresca, chorizo fresco, bifteki, soutzoukaki, kebap, cevapcici u pljeskavice u huwa xieraq li dawn l-użi jiġu awtorizzati.

(10)

Fuq talba ta' xi Stati Membri ġie kkunsidrat l-użu tal-Aċidu aċetiku u l-aċetati (E 260-263), l-Aċidu lattiku u l-lattati (E 270, E 325-327), l-Aċidu askorbiku u l-askorbati (E 300-302), l-Aċidu ċitriku u ċ-ċitrati (E 330-333), bħala regolaturi tal-aċidità, preservattivi u/jew antiossidanti biex jipprevjenu l-ossidazzjoni u/jew is-snuħija u biex tiżdied l-istabbiltà mikrobijoloġika u huwa xieraq li dawn l-użi jiġu awtorizzati fil-preparati tal-laħam kollha li fihom jiżdiedu ingredjenti oħra minbarra l-addittivi jew il-melħ.

(11)

Fuq talba ta' xi Stati Membri, ġie kkunsidrat l-użu tal-Aċidu fosforiku — il-fosfati — id-difosfati — it-trifosfati — u l-polifosfati (E 338-452) bħala umidifikant sabiex jiġi evitat it-telf tal-meraq tal-laħam meta jsir aktar ipproċessar, b'mod partikolari meta tkun ġiet injettata s-salmura, u huwa xieraq li dan l-użu jiġi awtorizzat. Madankollu, sabiex jiġi llimitat aktar esponiment għall-fosfati miżjuda fl-ikel, l-estensjoni tal-użu ta' dawk il-fosfati għandha tkun limitata għal Kasseler, Bräte, Surfleisch, toorvorst, šašlõkk, ahjupraad u laħam tal-bergersb'kontenut minimu ta' ħaxix u/jew ċereali ta' 4 % imħallat mal-laħamu l-perżut griż immellaħ Finlandiż tal-Milied.

(12)

Fuq talba ta' ċerti Stati Membri u/jew l-industrija tal-laħam, ġie kkunsidrat l-użu tan-Nitriti (E 249-250) bħala preservattivi f'ċerti prodotti tradizzjonali: lomo de cerdo adobado, pincho moruno, careta de cerdo adobada, costilla de cerdo adobada, Kasseler, Bräte, Surfleisch, toorvorst, šašlõkk, ahjupraad, kiełbasa surowa biała, kiełbasa surowa metkau tatar wołowy (danie tatarskie) u huwa xieraq li dan l-użu jiġi awtorizzat.

(13)

Fuq talba ta' xi Stati Membri u/jew l-industrija tal-laħam, ġie kkunsidrat l-użu tal-Alġinati (E 401- 404), il-Karragenina (E 407), l-Alka euchema pproċessata (E 407a), il-Gomma tal-ħarrub (E 410), il-Gomma tal-gwar (E 412), id-Dragant (E 413), il-Gomma tal-ksantan (E 415), il-Fosfat tad-diammid aċetilat (E 1414) u l-Fosfat tad-diammid idrossipropilat (E 1442) bħala umidifikanti u stabbilizzaturi sabiex titnaqqas it-tnixxija tal-ilma fil-pakkett u sabiex jinżamm il-meraq tal-laħam waqt li jiġi pproċessat aktar. Dawn l-użi għandhom jiġu awtorizzati fi preparati tal-laħam li fihom ikunu ġew injettati ingredjenti oħra u fi preparati tal-laħam magħmulin minn partijiet tal-laħam li jkunu ġew ittrattati b'mod differenti: ikkapuljat, fettat jew proċessat u li jkunu mħalltin flimkien, pereżempju rombli tal-laħam li jkun fihom il-laħam ikkapuljat. L-addittivi tal-ikel użati fil-preparati tal-laħam sabiex jilqgħu milli jintilef il-meraq tal-laħam meta jiġi pproċessat iktar ma jqarrqux bil-konsumatur.

(14)

Fuq talba ta' ċerti Stati Membri u/jew l-industrija tal-laħam, ġie kkunsidrat l-użu tal-Karbonati tas-sodju (E 500) bħala umidifikanti fil-preparati tal-laħam tat-tjur, mici, bifteki, soutzoukaki, kebap, seftalia, cevapcici u pljeskavicesabiex jinżammu l-konsistenza u l-meraq meta jsir aktar ipproċessar, u huwa xieraq li dan l-użu jiġi awtorizzat. Barra minn hekk dan l-użu fil-preparati tal-laħam tat-tjur jippermetti li l-laħam tat-tjur jissajjar aktar fit-tul u b'mod aktar effettiv filwaqt li jżomm il-meraq tiegħu u b'hekk il-konsum ta' laħam tat-tjur mhux imsajjar sew jiġi evitat.

(15)

Fuq talba ta' Stat Membru u/jew l-industrija tal-laħam, ġie kkunsidrat l-użu tal-Fosfat tad-diammid aċetilat (E 1414) u tal-Fosfat tad-diammid idrossipropilat (E 1442) sabiex titnaqqas it-tnixxija tal-ilma fi preparati li fihom ikunu ġew injettati ingredjenti oħra u fi preparati tal-laħam magħmulin minn partijiet tal-laħam li jkunu ġew ittrattati b'mod differenti: ikkapuljat, fettat jew proċessat u li jkunu mħalltin flimkien, pereżempju rombli tal-laħam li jkun fihom il-laħam ikkapuljat u sabiex jinżamm il-meraq matul il-preparazzjoni ta' gyros, souvlaki, bifteki, soutzoukaki, kebap u seftaliauhuwa xieraq li dawn l-użi jiġu awtorizzati.

(16)

Fejn jidħlu l-prodotti tradizzjonali, l-użu tal-addittivi tal-ikel għandu jikkonforma mal-kundizzjonijiet ġenerali tal-użu stabbiliti fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 u b'mod partikolari, ma għandux iqarraq bil-konsumaturi fl-Istati Membri jew fir-reġjuni fejn dawn il-prodotti jiġu kkunsmati tradizzjonalment.

(17)

Sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-użu tal-addittivi koperti b'dan ir-Regolament, il-preparati tal-laħam tradizzjonali huma deskritti fid-dokument ta' gwida li jiddeskrivi l-kategoriji tal-ikel fil-Parti E tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 dwar l-addittivi tal-ikel (8).

(18)

Il-prinċipju ta' trasferiment stipulat fl-Artikolu 18(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 għandu jkun permess fil-preparati tal-laħam kif iddefinit fir-Regolament (KE) Nru 853/2004.

(19)

Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, il-Kummissjoni għandha titlob l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) sabiex taġġorna l-lista tal-Unjoni ta' addittivi tal-ikel stipulata fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, għajr meta l-aġġornament inkwistjoni ma jkunx mistenni li jkollu effett fuq is-saħħa tal-bniedem. L-Aċidu aċetiku u l-aċetati (E 260 - 263), l-Aċidu lattiku u l-lattati (E 270, E 325 - 327), l-Aċidu askorbiku u l-askorbati (E 300 - 302), l-Aċidu ċitriku u ċ-ċitrati (E 330 - 333), l-Alġinati (E 401 - 404), il-Karragenina (E 407), l-Alka euchema pproċessata (E 407a), il-Gomma tal-ħarrub (E 410), il-Gomma tal-gwar (E 412), id-Dragant (E 413), il-Gomma tal-ksantan (E 415), il-Karbonati tas-sodju (E 500), il-Fosfat tad-diammid aċetilat (E 1414) u l-Fosfat tad-diammid idrossipropilat (E 1442) huma parti mill-grupp ta' addittivi li għalih għadu ma ġiex speċifikat il-konsum aċċettabli ta' kuljum. Dan jimplika li dawn mhumiex ta' riskju għas-saħħa tal-bniedem fil-livelli meħtieġa biex jintlaħaq l-effett teknoloġiku mixtieq. Għalhekk, l-użu estiż ta' dawk l-addittivi jikkostitwixxi aġġornament tal-lista tal-Unjoni li mhux mistenni jkollu effett fuq is-saħħa tal-bniedem. L-użu tal-Kurkumina (E 100), il-Karminji (E 120), il-Karamelli (E 150a - d), l-Estratt tal-paprika (E 160c), l-Aħmar tal-pitravi (E 162), in-Nitriti (E 249 - 250), l-Aċidu fosforiku — il-fosfati — id-difostati — it-trifosfati — u l-polifosfati (E 338 - 452) se jiġi estiż biss għal ċerti prodotti li fihom ġew użati tradizzjonalment, u għalhekk l-użu estiż ta' dawn l-addittivi jikkostitwixxi aġġornament tal-lista tal-Unjoni li mhux mistenni jkollu effett fuq is-saħħa tal-bniedem. Għaldaqstant, mhuwiex meħtieġ li tintalab l-opinjoni tal-Awtorità.

(20)

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 għandu jiġi emendat skont dan.

(21)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1).

(3)  Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/35/KE tat-30 ta' Ġunju 1994 dwar is-sustanzi li jagħtu ħlewwa għall-użu f'oġġetti tal-ikel (ĠU L 237, 10.9.1994, p. 3).

(4)  Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/36/KE tat-30 ta' Ġunju 1994 dwar il-kuluri għall-użu fl-ikel (ĠU L 237, 10.9.1994, p. 13).

(5)  Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/2/KE tal-20 ta' Frar 1995 dwar l-addittivi tal-ikel għajr kuluri u sostanzi li jagħtu ħlewwa (ĠU L 61, 18.3.1995, p. 1).

(6)  Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55).

(7)  Id-Dokument ta' gwida dwar l-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 dwar l-iġjene fl-ikel li joriġina mill-annimali tad-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u l-Konsumaturi http://ec.europa.eu/food/food/biosafety/hygienelegislation/guide_en.htm

(8)  http://ec.europa.eu/food/food/fAEF/additives/guidance_en.htm


ANNESS

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

Il-Parti A hija emendata kif ġej:

Fit-Tabella 1, l-annotazzjoni fil-punt 1 tinbidel b'dan li ġej:

“1

Ikel mhux ipproċessat kif iddefinit fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, ħlief preparati tal-laħam kif iddefiniti fir-Regolament (KE) Nru 853/2004”

(2)

Fil-Parti D, l-annotazzjonijiet għall-kategorija 08. Laħam huma ssostitwiti b'dan li gej:

“08.

Laħam

08.1

Laħam frisk, ħlief preparati tal-laħam kif iddefinit fir-Regolament (KE) Nru 853/2004

08.2

Preparati tal-laħam kif iddefinit fir-Regolament (KE) Nru 853/2004

08.3

Prodotti tal-laħam

08.3.1

Prodotti tal-laħam mingħajr trattament ta' sħana

08.3.2

Prodotti tal-laħam trattati bis-sħana

08.3.3

Kisi ta' protezzjoni u kisjiet u tiżjin għal-laħam

08.3.4

Prodotti tal-laħam ikkurati tradizzjonalment b'dispożizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw in-nitriti u n-nitrati

08.3.4.1

Prodotti tradizzjonali kkurati bl-immersjoni (Prodotti tal-laħam ikkurati bl-immersjoni f'soluzzjoni li tikkura li tinkludi nitriti u/jew nitrati, melħ u komponenti oħra)

08.3.4.2

Prodotti kkurati niexfa tradizzjonali. (Il-proċess tal-ikkurar niexef jinvolvi l-applikazzjoni niexfa ta' taħlita għall-ikkurar li jkun fiha nitriti u/jew nitrati, melħ u komponenti oħra mal-wiċċ tal-laħam u wara jkun hemm perjodu ta' stabilizzazzjoni/maturazzjoni)

08.3.4.3

Prodotti kkurati b'mod tradizzjonali. (Proċessi ta' immersjoni u ta' kkurar niexef użati flimkien jew meta nitrit u/jew nitrat jiġi inkluż fi prodott kompost jew meta s-soluzzjoni għall-ikkurar tiġi injettata fil-prodott qabel ma jissajjar)”

(3)

Il-Parti E hija emendata kif ġej:

(a)

titħassar l-annotazzjoni għall-kategorija 08.1.

(b)

it-titolu tal-kapitolu 08.1.1. jinbidel b'dan li ġej:

“08.1

Laħam frisk, ħlief preparati tal-laħam kif iddefinit fir-Regolament (KE) Nru 853/2004”

(c)

Il-kategorija 8.1.2 hija emendata kif ġej:

(i)

It-titolu jinbidel b'dan li ġej:

“08.2

Preparati tal-laħam kif iddefinit fir-Regolament (KE) Nru 853/2004”

(ii)

l-annotazzjonijiet għal E 120, E 150a-d, E 262, E 300, E 301, E 302, E 325, E 326, E 330, E 331, E 332, E 333 u E 338-452 jinbidlu b'dan li ġej:

 

“E 120

Koċineal, Aċidu karminiku, Karminji

100

 

zalzett tal-kolazzjon b'kontenut minimu ta' ċereali ta' 6 % u laħam tal-burgers b'kontenut minimu ta' ħaxix u/jew ċereali ta' 4 % imħallat fil-laħam, biss (f'dawn il-prodotti, il-laħam ikun ikkapuljat b'tali mod li t-tessuti tal-muskoli u tax-xaħam jixxerdu kompletament, sabiex il-fibra titħallat max-xaħam, li tagħti l-apparenza tipika lil dawk il-prodotti), il-prodotti tat-tip merguez, salsicha fresca, mici, butifarra fresca, longaniza fresca, chorizo fresco, cevapcici u pljeskavice

 

E 150a-d

Karamelli

quantum satis

 

zalzett tal-kolazzjon b'kontenut minimu ta' ċereali ta' 6 % u laħam tal-burgers b'kontenut minimu ta' ħaxix u/jew ċereali ta' 4 % imħallat fil-laħam, biss (f'dawn il-prodotti, il-laħam ikun ikkapuljat b'tali mod li t-tessuti tal-muskoli u tax-xaħam jixxerdu kompletament, sabiex il-fibra titħallat max-xaħam, li tagħti l-apparenza tipika lil dawk il-prodotti), il-prodotti tat-tip merguez, salsicha fresca, mici, butifarra fresca, longaniza fresca u chorizo fresco

 

E 261

Aċetat tal-potassju

quantum satis

 

preparati tal-laħam ikkapuljat frisk ippakkjati minn qabel u preparati tal-laħam li fihom jiżdiedu ingredjenti oħra minbarra l-addittivi jew il-melħ biss

 

E 262

Aċetati tas-sodju

quantum satis

 

preparati tal-laħam ikkapuljat frisk ippakkjati minn qabel u preparati tal-laħam li fihom jiżdiedu ingredjenti oħra minbarra l-addittivi jew il-melħ biss

 

E 300

Aċidu askorbiku

quantum satis

 

gehakt, preparati tal-laħam ikkapuljat frisk ippakkjati minn qabel u preparati tal-laħam li fihom jiżdiedu ingredjenti oħra minbarra l-addittivi jew il-melħ biss

 

E 301

Askorbat tas-sodju

quantum satis

 

gehakt, preparati tal-laħam ikkapuljat frisk ippakkjati minn qabel u preparati tal-laħam li fihom jiżdiedu ingredjenti oħra minbarra l-addittivi jew il-melħ biss

 

E 302

Askorbat tal-kalċju

quantum satis

 

gehakt, preparati tal-laħam ikkapuljat frisk ippakkjati minn qabel u preparati tal-laħam li fihom jiżdiedu ingredjenti oħra minbarra l-addittivi jew il-melħ biss

 

E 325

Lattat tas-sodju

quantum satis

 

preparati tal-laħam ikkapuljat frisk ippakkjati minn qabel u preparati tal-laħam li fihom jiżdiedu ingredjenti oħra minbarra l-addittivi jew il-melħ biss

 

E 326

Lattat tal-potassju

quantum satis

 

preparati tal-laħam ikkapuljat frisk ippakkjati minn qabel u preparati tal-laħam li fihom jiżdiedu ingredjenti oħra minbarra l-addittivi jew il-melħ biss

 

E 330

Aċidu ċitriku

quantum satis

 

gehakt,preparati tal-laħam ikkapuljat frisk ippakkjati minn qabel u preparati tal-laħam li fihom jiżdiedu ingredjenti oħra minbarra l-addittivi jew il-melħ biss

 

E 331

Ċitrati tas-sodju

quantum satis

 

gehakt,preparati tal-laħam ikkapuljat frisk ippakkjati minn qabel u preparati tal-laħam li fihom jiżdiedu ingredjenti oħra minbarra l-addittivi jew il-melħ biss

 

E 332

Ċitrati tal-potassju

quantum satis

 

gehakt,preparati tal-laħam ikkapuljat frisk ippakkjati minn qabel u preparati tal-laħam li fihom jiżdiedu ingredjenti oħra minbarra l-addittivi jew il-melħ biss

 

E 333

Ċitrati tal-kalċju

quantum satis

 

gehakt,preparati tal-laħam ikkapuljat frisk ippakkjati minn qabel u preparati tal-laħam li fihom jiżdiedu ingredjenti oħra minbarra l-addittivi jew il-melħ biss

 

E 338-452

Aċidu fosforiku — fosfati — difosfati — trifosfati- u polifosfati

5 000

(1) (4)

zalzett tal-kolazzjon biss: f'dan il-prodott, il-laħam ikun ikkapuljat b'tali mod li t-tessuti tal-muskoli u x-xaħam jixxerdu kompletament, sabiex il-fibra titħallat max-xaħam, li tagħti l-apparenza tipika lil dawk il-prodotti; il-perżut griż immellaħ Finlandiż tal-Milied, laħam tal-bergers b'kontenut minimu ta' ħaxix u/jew ċereali ta' 4 % imħallat mal-laħam, Kasseler, Bräte, Surfleisch, toorvorst, šašlõkk,u ahjupraad

(iii)

l-annotazzjonijiet li ġejjin huma mdaħħla f'ordni numeriku:

 

“E 100

Kurkumina

20

 

prodotti tat-tip merguez, salsicha fresca, butifarra fresca, longaniza fresca u chorizo fresco biss

 

E 160c

Estratt tal-paprika

10

 

prodotti tat-tip merguez, salsicha fresca, butifarra fresca, longaniza fresca, chorizo fresco, bifteki, soutzoukakiu kebap biss

 

E 162

Aħmar tal-pitrava

quantum satis

 

prodotti tat-tip merguez, salsicha fresca, butifarra fresca, longaniza fresca u chorizo fresco biss

 

E 249-250

Nitriti

150

(7) (7')

lomo de cerdo adobado, pincho moruno, careta de cerdo adobada, costilla de cerdo adobada, Kasseler, Bräte Surfleisch, toorvorst, šašlõkk, ahjupraad kiełbasa surowa biała, kieł basa surowa metkau tatar wołowy (danie tatarskie) biss

 

E 260

Aċidu aċetiku

quantum satis

 

preparati tal-laħam ikkapuljat frisk ippakkjati minn qabel u preparati tal-laħam li fihom jiżdiedu ingredjenti oħra minbarra l-addittivi jew il-melħ biss

 

E 263

Aċetat tal kalċju

quantum satis

 

preparati tal-laħam ikkapuljat frisk ippakkjati minn qabel u preparati tal-laħam li fihom jiżdiedu ingredjenti oħra minbarra l-addittivi jew il-melħ biss

 

E 270

Aċidu lattiku

quantum satis

 

preparati tal-laħam ikkapuljat frisk ippakkjati minn qabel u preparati tal-laħam li fihom jiżdiedu ingredjenti oħra minbarra l-addittivi jew il-melħ biss

 

E 327

Lattat tal-kalċju

quantum satis

 

preparati tal-laħam ikkapuljat frisk ippakkjati minn qabel u preparati tal-laħam li fihom jiżdiedu ingredjenti oħra minbarra l-addittivi jew il-melħ biss

 

E 401

Alġinat tas-sodju

quantum satis

 

preparati li fihom ikunu ġew injettati ingredjenti oħra; preparati tal-laħam magħmulin minn partijiet tal-laħam li jkun ġie ttrattat b'mod differenti: kkapuljat, fettat jew proċessat u li jkunu mħalltin flimkien. Ħlief bifteki, soutzoukaki, kebap gyros u souvlaki

 

E 402

Alġinat tal-potassju

quantum satis

 

preparati li fihom ikunu ġew injettati ingredjenti oħra; preparati tal-laħam magħmulin minn partijiet tal-laħam li jkun ġie ttrattat b'mod differenti: kkapuljat, fettat jew proċessat u li jkunu mħalltin flimkien. Ħlief bifteki, soutzoukaki, kebap gyros u souvlaki

 

E 403

Alġinat tal-ammonju

quantum satis

 

preparati li fihom ikunu ġew injettati ingredjenti oħra; preparati tal-laħam magħmulin minn partijiet tal-laħam li jkun ġie ttrattat b'mod differenti: kkapuljat, fettat jew proċessat u li jkunu mħalltin flimkien. Ħlief bifteki, soutzoukaki, kebap gyros u souvlaki

 

E 404

Alġinat tal-kalċju

quantum satis

 

preparati li fihom ikunu ġew injettati ingredjenti oħra; preparati tal-laħam magħmulin minn partijiet tal-laħam li jkun ġie ttrattat b'mod differenti: kkapuljat, fettat jew proċessat u li jkunu mħalltin flimkien. Ħlief bifteki, soutzoukaki, kebap gyros u souvlaki

 

E 407

Karragenina

quantum satis

 

preparati li fihom ikunu ġew injettati ingredjenti oħra; preparati tal-laħam magħmulin minn partijiet tal-laħam li jkun ġie ttrattat b'mod differenti: kkapuljat, fettat jew proċessat u li jkunu mħalltin flimkien. Ħlief bifteki, soutzoukaki, kebap gyros u souvlaki

 

E 407a

Alka euchema pproċessata

quantum satis

 

preparati li fihom ikunu ġew injettati ingredjenti oħra; preparati tal-laħam magħmulin minn partijiet tal-laħam li jkun ġie ttrattat b'mod differenti: kkapuljat, fettat jew proċessat u li jkunu mħalltin flimkien. Ħlief bifteki, soutzoukaki, kebap gyros u souvlaki

 

E 410

Gomma tal-ħarrub

quantum satis

 

preparati li fihom ikunu ġew injettati ingredjenti oħra; preparati tal-laħam magħmulin minn partijiet tal-laħam li jkun ġie ttrattat b'mod differenti: kkapuljat, fettat jew proċessat u li jkunu mħalltin flimkien. Ħlief bifteki, soutzoukaki, kebap gyros u souvlaki

 

E 412

Gomma tal-gwar

quantum satis

 

preparati li fihom ikunu ġew injettati ingredjenti oħra; preparati tal-laħam magħmulin minn partijiet tal-laħam li jkun ġie ttrattat b'mod differenti: kkapuljat, fettat jew proċessat u li jkunu mħalltin flimkien. Ħlief bifteki, soutzoukaki, kebap gyros u souvlaki

 

E 413

Dragant

quantum satis

 

preparati li fihom ikunu ġew injettati ingredjenti oħra; preparati tal-laħam magħmulin minn partijiet tal-laħam li jkun ġie ttrattat b'mod differenti: kkapuljat, fettat jew proċessat u li jkunu mħalltin flimkien. Ħlief bifteki, soutzoukaki, kebap gyros u souvlaki

 

E 415

Gomma ta' ksantan

quantum satis

 

preparati li fihom ikunu ġew injettati ingredjenti oħra; preparati tal-laħam magħmulin minn partijiet tal-laħam li jkun ġie ttrattat b'mod differenti: kkapuljat, fettat jew proċessat u li jkunu mħalltin flimkien. Ħlief bifteki, soutzoukaki, kebap gyros u souvlaki

 

E 500

Karbonati tas-sodju

quantum satis

 

preparati tal-laħam tat-tjur, mici, bifteki, soutzoukaki, kebap, seftalia, ćevapčićiu pljeskavice biss

 

E 1414

Fosfat tad-diamid aċetilat

quantum satis

 

preparati li fihom ikunu ġew injettati ingredjenti oħra; preparati tal-laħam magħmulin minn partijiet tal-laħam li jkun ġie ttrattat b'mod differenti: kkapuljat, fettat jew proċessat u li jkunu mħalltin flimkien, gyros, souvlaki, bifteki, soutzoukaki kebapu seftalia biss

 

E 1442

Fosfat tad-diamid idrossipropilat

quantum satis

 

preparati li fihom ikunu ġew injettati ingredjenti oħra; preparati tal-laħam magħmulin minn partijiet tal-laħam li jkun ġie ttrattat b'mod differenti: kkapuljat, fettat jew proċessat u li jkunu mħalltin flimkien, gyros, souvlaki, bifteki, soutzoukaki kebapu seftalia biss

 

 

(7): L-ammont massimu li jista' jiġi miżjud waqt il-manifattura

 

 

(7'): L-ammont massimu huwa espress bħala Nitrat tas-sodju”

(d)

it-titolu tal-kapitolu 08.2 jinbidel b'dan li ġej:

“08.3

Prodotti tal-laħam”

(e)

it-titolu tal-kapitolu 08.2.1 jinbidel b'dan li ġej:

“08.3.1

Prodotti tal-laħam mingħajr trattament ta' sħana”

(f)

it-titolu tal-kapitolu 08.2.2 jinbidel b'dan li ġej:

“08.3.2

Prodotti tal-laħam trattati bis-sħana”

(g)

it-titolu tal-kapitolu 08.2.3 jinbidel b'dan li ġej:

“08.3.3

Kisi ta' protezzjoni u kisjiet u tiżjin għal-laħam”

(h)

it-titolu tal-kapitolu 08.2.4 jinbidel b'dan li ġej:

“08.3.4

Prodotti tal-laħam ikkurati tradizzjonalment b'dispożizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw in-nitriti u n-nitrati”

(i)

it-titolu tal-kapitolu 08.2.4.1 jinbidel b'dan li ġej:

“08.3.4.1

Prodotti tradizzjonali kkurati bl-immersjoni (Prodotti tal-laħam ikkurati bl-immersjoni f'soluzzjoni li tikkura li tinkludi nitriti u/jew nitrati, melħ u komponenti oħra)”

(j)

it-titolu tal-kapitolu 08.2.4.2 jinbidel b'dan li ġej:

“08.3.4.2

Prodotti kkurati niexfa tradizzjonali. (Il-proċess tal-ikkurar jinvolvi l-applikazzjoni niexfa ta' taħlita għall-ikkurar li jkun fiha nitriti u/jew nitrati, melħ u komponenti oħra mal-wiċċ tal-laħam u wara jkun hemm perjodu ta' stabilizzazzjoni/maturazzjoni)”

(k)

it-titolu tal-kapitolu 08.2.4.3 jinbidel b'dan li ġej:

“08.3.4.3

Prodotti kkurati b'mod tradizzjonali. (Proċessi ta' immersjoni u ta' kkurar niexef użati flimkien jew meta nitrit u/jew nitrat jiġi inkluż fi prodott kompost jew meta s-soluzzjoni għall-ikkurar tiġi injettata fil-prodott qabel ma jissajjar)”


5.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 166/22


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 602/2014

tal-4 ta' Ġunju 2014

li jistabbilixxi standards tekniċi implimentattivi għall-iffaċilitar tal-konverġenza tal-prattiki superviżorji fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' piżijiet ta' riskju addizzjonali skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2013 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 410(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Huwa xieraq li jkun hemm provvediment għal standards tekniċi implimentattivi biex tiġi ffaċilitata l-konverġenza tal-prattiki superviżorji fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' approċċ uniformi għall-valutazzjoni tan-nuqqas ta' konformità materjali tal-istituzzjonijiet mar-rekwiżiti minħabba negliġenza jew omissjoni, u l-applikazzjoni tal-piżijiet tar-riskju addizzjonali. Sabiex tkun iffaċilitata l-konverġenza tal-prattiki superviżorji meta jiġu applikati piżijiet tar-riskju addizzjonali, għandha tiġi definita formula xierqa. Dik il-formula għandha timponi piż ta' riskju addizzjonali proporzjonali ta' mhux inqas minn 250 % li progressivament jiżdied ma' kull ksur sussegwenti tal-Artikoli 405, 406 jew 409 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Għandu jiddaħħal fattur xieraq fil-formula sabiex jippermetti li jiġi applikat piż ta' riskju addizzjonali fil-każijiet ta' skoperturi eżentati skont l-Artikolu 405(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

(2)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-istandards tekniċi abbozzati regolatorji sottomessi mill-Awtorità Bankarja Ewropea lill-Kummissjoni.

(3)

L-Awtorità Bankarja Ewropea wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi implementattivi li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kosti u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati Bankarji stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Kunsiderazzjonijiet ġenerali

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li kwalunkwe piż ta' riskju addizzjonali impost skont l-Artikolu 407 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jiġi applikat għall-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni relevanti kollha, miżmuma minn istituzzjoni, li huma milquta mill-ksur materjali tal-Artikolu 405, 406 jew 409 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

2.   Fejn istituzzjoni tirrettifika l-ksur min-naħa tagħha tar-rekwiżiti speċifikati fl-Artikolu 405, 406 jew 409 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, il-piż ta' riskju addizzjonali ma jibqax japplika malli r-rettifika tiġi nnotifikata lill-awtorità kompetenti.

3.   Meta jkunu qed jivvalutaw jekk jimponux piż ta' riskju addizzjonali, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw kemm il-materjalità tal-ksur tal-Artikolu 405, 406 jew 409 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 kif ukoll ir-relevanza tiegħu għall-analiżi tar-riskju tal-pożizzjoni ta' titolizzazzjoni. Il-materjalità għandha titqies kemm f'termini kwantitattivi kif ukoll kwalitattivi u, fejn applikabbli, kemm fil-livell ta' entità kif ukoll f'dak konsolidat. Fil-valutazzjoni tal-materjalità, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw, fost fatturi oħra, it-tul tal-ksur, id-daqs tal-pożizzjonijiet affettwati u jekk l-istituzzjoni ppruvatx b'mod proattiv tirrettifika l-ksur.

4.   Meta jivvalutaw jekk istituzzjoni tkunx naqset milli tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 405 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 f'xi aspett materjali minħabba negliġenza jew ommissjoni, l-awtoritajiet kompetenti ma jkunux influwenzati minn kwalunkwe ommissjoni mill-oriġinatur, l-isponsor jew is-sellief oriġinali li jiddivulgaw l-impenn tagħhom li jzommu interess ekonomiku materjali ta' mhux inqas minn 5 % fir-rigward ta' titolizzazzjonijiet tal-passat, fejn l-istituzzjoni tkun tista' turi li tkun ħadet kont xieraq ta' dawn iċ-ċirkustanzi.

5.   Fil-każ ta' ksur materjali tar-rekwiżit ta' divulgazzjoni stabbilit fl-Artikolu 409 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 minħabba negliġenza jew ommissjoni tal-istituzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti jimponu piż ta' riskju addizzjonali fuq il-pożizzjonijiet miżmuma tal-oriġinatur jew tal-isponser, jew tas-sellief oriġinali fit-titolizzazzjoni rilevanti jew skopertura oħra għaliha.

6.   Meta jkunu qed jivvalutaw jekk istituzzjonijiet naqsux milli jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 405, 406 jew 409 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, f'xi aspett materjali għal raġunijiet ta' negliġenza jew omissjoni, għal pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni maħruġa fl-1 ta' Jannar 2011 jew wara, u qabel l-1 ta' Jannar 2014, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jqisu jekk dawn l-istituzzjonijiet ikkonformawx b'mod kontinwu bejn id-data tal-ħruġ u l-31 ta' Diċembru 2013 mar-rekwiżiti speċifikati fl-Artikolu 122a tad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u fil-Linji Gwida għall-Artikolu 122a tad-Direttiva 2006/48/KE tal-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej (4).

Artikolu 2

Kalkolu ta' piż ta' riskju addizzjonali

Fejn istituzzjoni ma tissodisfax ir-rekwiżiti relevanti pprovduti fl-Artikoli 405, 406 jew 409 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 f'xi aspett materjali, l-awtoritajiet kompetenti japplikaw il-formula li ġejja sabiex jiddeterminaw il-piż totali tar-riskju (“RW Totali”) skont l-approċċ speċifikat fl-Artikolu 245(6) u l-Artikolu 337(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013:

RW totali = Min[12,5; RW Oriġinali × (1 + (2,5 + 2,5 × Tultal-Ksursnin) × (1 – Eżenzjonital-Artikolu 405Fil-mija))]

Fejn:

 

12,5 huwa fattur li jirrappreżenta l-valur massimu li l-piż ta' riskju totali jista' jilħaq;

 

“RW Oriġinali” huwa l-piż tar-riskju li kieku japplika għal pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni jekk ma jiġi impost l-ebda piż ta' riskju addizzjonali;

 

2,5 huwa l-fattur minimu li japplika għall-piż tar-riskju oriġinali sabiex jiġi kkalkulat il-piż ta' riskju addizzjonali;

 

“Tultal-Ksursnin” huwa t-tul tal-ksur, espress fi snin, imnaqqas sal-eqreb perjodu ta' 12-il xahar. Dan il-varjabbli huwa ugwali għal “0” għal ksur ta' inqas minn 12-il xahar, ugwali għal “1” għal ksur ta' aktar minn 12-il xahar iżda inqas minn 24 xahar, ugwali għal “2” għal ksur ta' aktar minn 24 xahar iżda ta' inqas minn 36 xahar, eċċ. Id-durata ġeneralment titkejjel mill-bidu tal-ksur għat-titolizzazzjoni, għalkemm l-awtoritajiet kompetenti, filwaqt li jikkunsidraw l-ispeċifiċitajiet tat-titolizzazzjoni, jistgħu jimponu punti oħra ta' bidu. “Ksur” ifisser il-ksur ta' wieħed jew aktar mir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 405, 406 jew 409 li jistgħu jwasslu għal piż ta' riskju addizzjonali. Il-ksur jinbidel fi “ksur sussegwenti” meta jgħaddi ż-żmien mingħajr ma l-ksur jiġi rretifikat, li jwassal għal żieda progressiva fil-piż addizzjonali tar-riskju.

 

“Eżenzjonital-Artikolu 405Fil-mija” huwa varjabbli ugwali għal 0,5 jekk l-Artikolu 405(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 japplika għall-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni li għalihom jiġi kkalkulat il-piż tar-riskju addizzjonali, u ugwali għal 0 jekk din l-eżenzjoni ma tkunx tapplika.

Artikolu 3

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).

(3)  Id-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2006 rigward il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu (ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1).

(4)  http://www.eba.europa.eu/documents/10180/106202/Guidelines.pdf


5.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 166/25


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 603/2014

tal-4 ta’ Ġunju 2014

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Ġunju 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 KG)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

46,1

MK

77,0

TR

76,3

ZZ

66,5

0707 00 05

MK

28,8

TR

106,0

ZZ

67,4

0709 93 10

TR

110,5

ZZ

110,5

0805 50 10

AR

120,1

ZA

116,4

ZZ

118,3

0808 10 80

AR

101,9

BR

87,5

CL

97,8

CN

97,8

NZ

144,5

US

161,9

UY

70,3

ZA

91,4

ZZ

106,6

0809 10 00

TR

190,9

ZZ

190,9

0809 29 00

TR

395,0

ZZ

395,0


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

5.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 166/27


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-6 ta' Mejju 2014

li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata mill-Unjoni fit-53 sessjoni tal-Kumitat ta' Esperti dwar it-Trasport ta' Oġġetti Perikolużi tal-OTIF fir-rigward ta' ċerti emendi tal-Appendiċi C għall-Konvenzjoni dwar it-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (COTIF) applikabbli mill-1 ta' Jannar 2015

(2014/327/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 91 flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-Unjoni aderiet mal-Konvenzjoni dwar it-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija tad-9 ta' Mejju 1980 kif emendata mill-Protokoll ta' Vilnius tat-3 ta' Ġunju 1999 (minn issa 'l quddiem “il-Konvenzjoni COTIF”), bis-saħħa tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/103/UE (1) dwar l-Adeżjoni tal-Unjoni Ewropea mal-Konvenzjoni msemmija.

(2)

L-Istati Membri kollha, bl-eċċezzjoni ta' Ċipru u Malta, japplikawil-Konvenzjoni COTIF.

(3)

Id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) tistabbilixxi rekwiżiti għat-trasport ta' oġġetti perikolużi bit-triq, bil-ferrovija jew bil-passaġġi fuq l-ilma interni fi ħdan l-Istati Membri jew bejniethom, billi tirreferi għar-Regolamenti dwar it-trasport internazzjonali ta' oġġetti perikolużi bil-ferrovija, li jidhru bħala l-Appendiċi C tal-Konvenzjoni COTIF (l-Anness RID). Barra minn hekk, l-Artikolu 4 ta' din id-Direttiva jistipula li “It-trasport ta' oġġetti perikolużi bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi għandu jiġi awtorizzat kemm-il darba jkun konformi mar-rekwiżiti tal-ADR, ir-RID jew l-ADN, ħlief jekk ikun indikat mod ieħor fl-Annessi.” B'hekk, l-Unjoni eżerċitat il-kompetenza tagħha f'dan is-suġġett.

(4)

Il-Kumitat ta' Esperti dwar it-Trasport ta' Merkanzija Perikoluża mwaqqaf skont l-Artikolu 13.1(d) tal-Konvenzjoni COTIF, fit-53 sessjoni tiegħu li għandha ssir fit-22 ta' Mejju 2014, huwa mistenni jieħu deċiżjonijiet dwar ċerti emendi tal-Anness għar-RID. Dawn l-emendi, li jikkonċernaw l-istandards tekniċi jew preskrizzjonijiet tekniċi uniformi, għandhom l-għan li jiżguraw it-trasport effiċjenti u sikur ta' oġġetti perikolużi filwaqt li jieħdu inkonsiderazzjoni l-progress xjentifiku u tekniku fis-settur u l-iżvilupp ta' sustanzi ġodda u oġġetti li jippreżentaw periklu matul it-trasport tagħhom.

(5)

Il-kumitat dwar it-trasport ta' oġġetti perikolużi stabbilit bl-Artikolu 9 tad-Direttiva 2008/68/KE wettaq diskussjonijiet preliminari dwar dawn l-emendi.

(6)

Il-parti l-kbira tal-emendi proposti jkunu ġġustifikati u ta' benefiċċju, u għalhekk għandhom jiġu appoġġjati mill-Unjoni. Żewġ emendi proposti jeħtieġu li jiġu vvalutati aktar fid-dawl tal-progress tekniku u xjentifiku. B'mod partikolari, l-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea, b'kooperazzjoni mal-korpi rilevanti, għandha tkompli taħdem fuq l-identifikazzjoni ta' soluzzjoni sostenibbli biex jiġu skoperti d-deraljamenti u biex jittaffew l-effetti tagħhom, inkluż l-implimentazzjoni futura ta' din is-soluzzjoni. Għalhekk, jekk l-emendi tal-aħħar jiġu approvati f'dan il-punt, l-Unjoni għandha tifformula oġġezzjoni skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 35§4 tat-Titolu VII tal-Konvenzjoni COTIF,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea

1.   Il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fit-53 sessjoni tal-Kumitat ta' esperti dwar it-trasport ta' oġġetti perikolużi fil-qafas tal-Konvenzjoni dwar it-trasport internazzjonali bil-ferrovija għandha tkun f'konformità mal-Anness għal din id-Deċiżjoni.

2.   Tibdil minuri fid-dokumenti msemmija fl-Anness għal din id-Deċiżjoni jista' jinftiehem mir-rappreżentanti tal-Unjoni fil-korp imsemmi hawn fuq mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.

Artikolu 2

Wara l-adozzjoni tagħha d-Deċiżjoni tal-korp imsemmi hawn fuq għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Mejju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

Ch. VASILAKOS


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/103/UE tas-16 ta' Ġunju 2011 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l- Unjoni Ewropea u l-Organizzazzjoni Intergovernattiva għat-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija dwar l-Adeżjoni tal-Unjoni Ewropea mal-Konvenzjoni li tirrigwarda t-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (COTIF) tad-9 ta' Mejju 1980, kif emendata mill-Protokoll ta' Vilnius tat-3 ta' Ġunju 1999 (ĠU L 51, 23.2.2013, p. 1).

(2)  Id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi (ĠU L 260, 30.9.2008, p. 13).


ANNESS

Proposta

Dokument ta' referenza

Ħruġ

Kummenti

Il-pożizzjoni tal-UE

1

L-Anness I għal OTIF/RID/CE/GTP/2012-A

Emendi miftiehma mill-grupp ta' ħidma permanenti

Kunsens tekniku fil-grupp ta' ħidma permanenti tal-OTIF

Taqbel mal-emendi

2

L-Anness I għal OTIF/RID/CE/GTP/2012-A

L-emendi jitħallew għal aktar eżaminazzjoni mill-grupp ta' ħidma

Dawn id-dispożizzjonijiet jinsabu bejn parentesi kwadri fid-dokument ta' referenza

Taqbel mal-emendi

3

OTIF/RID/CE/GTP/2013/1

Dispożizzjoni ta' tranżizzjoni għal ċerti pjanċi

Kunsens tekniku fil-grupp ta' ħidma permanenti tal-OTIF

Taqbel mal-emenda

4

OTIF/RID/CE/GTP/2013/2

Applikazzjoni ta' dispożizzjoni speċjali TE 25

Kunsens tekniku fil-grupp ta' ħidma permanenti tal-OTIF

Taqbel mal-emenda

5

OTIF/RID/CE/GTP/2013/5

Spezzjoni ta' ċerti marki

Kunsens tekniku fil-grupp ta' ħidma permanenti tal-OTIF

Taqbel mal-emenda

6

OTIF/RID/CE/GTP/2013/6

Informazzjoni li għandha tingħata lill-maniġer tal-infrastruttura

Il-grupp ta' ħidma permanenti għażel it-tieni alternattiva ppreżentata fid-dokument ta' referenza.

Taqbel mal-emenda

7

OTIF/RID/CE/GTP/2013/11

Użu ta' vokabularju tekniku

Kunsens tekniku fil-grupp ta' ħidma permanenti tal-OTIF

Taqbel mal-emenda

8

OTIF/RID/CE/GTP/2013/12

Konsegwenzi tat-tħassir tal-fuljett UIC 573

Kunsens tekniku fil-grupp ta' ħidma permanenti tal-OTIF

Taqbel mal-emendi

9

OTIF/RID/CE/GTP/2013/13 u OTIF/RID/CE/GTP/2013/15

Applikazzjoni ta' dispożizzjoni speċjali TE 22

Il-proposta għadha mhix żviluppata biżżejjed għal deċiżjoni

Tipposponi d-deċiżjoni

10

OTIF/RID/CE/GTP/2013/14 u OTIF/RID/CE/GTP/2013/INF.14

Reviżjoni editorjali ta' referenza għal dispożizzjonijiet ferrovjarji tal-UE

Kunsens tekniku fil-grupp ta' ħidma permanenti tal-OTIF

Taqbel mal-emendi

11

OTIF/RID/CE/GTP/2013/16

Trasport ta'oġġetti perikolużi fuq ferroviji tal-passiġġieri

Kunsens tekniku fil-grupp ta' ħidma permanenti tal-OTIF

Taqbel mal-emenda kif riveduta fil-grupp ta' ħidma permanenti

12

OTIF/RID/CE/GTP/2013/17

Emendi kkonsolidati varji miftiehma mill-grupp ta' ħidma permanenti

Kunsens tekniku fil-grupp ta' ħidma permanenti tal-OTIF

Taqbel mal-emendi

 

OTIF/RID/CE/GTP/2013/17

Emendi li jitħallew għal aktar eżaminazzjoni mill-grupp ta' ħidma permanenti:

13

Idem

Dawk li qed isejħu għal opinjoni komuni mil-Laqgħa Konġunta tal-OTIF — UN-ECE

Jeħtieġ li jiġi ffaċilitat it-trasport intermodali effiċjenti

Taqbel mal-emendi kif irrakkomandat mil-Laqgħa Konġunta

14

idem u OTIF/RID/CE/GTP/2013/INF.3

Dispożizzjonijiet rigward l-applikazzjoni obbligatorja ta' detetturi ta' deraljament f'ċerti vaguni

L-UE ser terġa' tikkunsidra l-pożizzjoni tagħha qabel ir-reviżjoni li jmiss tar-regoli.

Tipposponi d-deċiżjoni

15

OTIF/RID/CE/GTP/2013/3 OTIF/RID/CE/GTP/2013/9 u OTIF/RID/CE/GTP/2013/18

Armonizzazzjoni tar-regoli ma' dawk tal-Anness 2 ta' SMGS tal-OSJD

Għandu jiġi ffaċilitat it-trasport effiċjenti ta' oġġetti perikolużi bejn pajjiżi OSJD tal-UE u dawk mhux tal-UE

Taqbel mal-emendi

16

OTIF/RID/CE/GTP/2013/INF.4

Trasport tal-faħam

Ma ntlaħaq l-ebda konsensus dwar dettalji tekniċi fil-grupp ta' ħidma permanenti

Tistabbilixxi l-pożizzjoni tal-UE fuq il-post

17

OTIF/RID/CE/GTP/2013/INF.8

Reviżjoni tal-Kapitolu 7.7 tal-RID

Il-proposta ta' dan id-dokument ta' referenza se tiġi diskussa f'diskussjoni aktar ġenerali dwar ir-reviżjoni tal-Kapitolu 7.7

Tistabbilixxi l-pożizzjoni tal-UE fuq il-post

18

OTIF/RID/CE/GTP/2013/INF.12

Allinjament mar-regoli applikabbli fit-trasport bit-triq

Dawn il-proposti jemendaw dawk fid-dokument ta' referenza OTIF/RID/CE/GTP/–2013/17

Taqbel mal-emendi


5.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 166/31


DEĊIZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-12 ta' Marzu 2014

li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2013/35 dwar miżuri addizzjonali fir-rigward ta' operazzjonijiet ta' rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral

(BĊE/2014/11)

(2014/328/UE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 3.1, l-Artikolu 12.1, l-Artikolu 14.3 u l-Artikolu 18.2 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Linja Gwida BĊE/2011/14 tal-20 ta' Settembru 2011 dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja tal-Eurosistema (1) u d-Deċiżjoni BĊE/2013/6 tal-20 ta' Marzu 2013 dwar ir-regoli fuq l-użu bħala kollateral ta' bonds tal-bank skoperti għall-użu proprju ggarantiti mill-gvern għal operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema (2),

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 18.1 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (minn hawn 'il quddiem il-“BĊNi”) jistgħu jmexxu operazzjonijiet ta' kreditu ma' istituzzjonijiet ta' kreditu u parteċipanti oħra fis-suq, bis-self ikun ibbażat fuq kollateral xieraq. Il-kundizzjonijiet standard li skonthom il-BĊE u l-BĊNi jinsabu lesti biex jidħlu f'operazzjonijiet ta' kreditu, inkluż il-kriterji li jiddeterminaw l-eliġibbiltà tal-kollateral għall-finijiet tal-operazzjonijiet ta' kreditu tal-Eurosistema, huma stabbiliti fl-Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14, kif ukoll id-Deċiżjoni BĊE/2013/6 u d-Deċiżjoni BĊE/2013/35 (3).

(2)

Skont it-Taqsima 1.6 tal-Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14, il-Kunsill Governattiv jista', f'kull ħin, jibdel l-istrumenti, il-kundizzjonijiet, il-kriterji u l-proċeduri għat-twettiq ta' operazzjonijiet ta' politika monetarja tal-Eurosistema.

(3)

Fis-17 ta' Lulju 2013, il-Kunsill Governattiv iddeċieda li jsaħħaħ aktar il-qafas tiegħu għall-kontroll tar-riskju, billi jaġġusta l-kriterji tal-eliġibbiltà u t-telf impost applikati lill-kollateral aċċettati fl-operazzjonijiet tal-politika monetarja u jaddotta ċerti miżuri addizzjonali biex tittejjeb il-konsistenza ġenerali tal-qafas u l-implimentazzjoni prattika tiegħu. Dawn il-miżuri kienu stabbiliti fid-Deċiżjoni BĊE/2013/35.

(4)

Fir-rigward tal-obbligu ta' klassifikazzjoni għat-titoli ggarantiti minn assi, huwa meħtieġ li jiġi introdott irfinar ulterjuri għad-Deċiżjoni BĊE/2013/35, li għalhekk għandha tiġi emendata kif ġej,

AdoTtA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emenda

L-Artikolu 6 tad-Direttiva BĊE/2013/35 huwa emendat kif ġej:

1.

Il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'li ġej:

“2.   Il-limitu tal-kwalità tal-kreditu applikabbli għat-titoli ggarantiti minn assi, kif stabbilit fit-Taqsima 6.3 tal-Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14, għandu jikkorrispondi għal Stadju 2 tal-Kwalità tal-Kreditu [fl-iskala ta' klassifikazzjoni armonizzata tal-Eurosistema (‘single A’) (*). It-titoli kollha ggarantiti minn assi għandhom ikollhom mill-inqas żewġ valutazzjonijiet ta' kreditu f'livell ta' ‘single A’ minn kwalunkwe ECAI aċċettata għall-ħruġ.

(*)  Klassifikazzjoni ta' ‘single A’ hija klassifikazzjoni ta' mill-anqas ‘A3’ minn Moody's, ‘A-’ minn Fitch jew Standard & Poor's, jew ‘AL’ minn DBRS.”;"

2.

Il-Paragrafu 3 huwa mħassar.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċizjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' April 2014.

Magħmul fi Frankfurt am Main, it-12 ta' Marzu 2014.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  ĠU L 331, 14.12.2011, p. 1.

(2)  ĠU L 95, 5.4.2013, p. 22.

(3)  Deċiżjoni BĊE/2013/35 tas-26 ta' Settembru 2013 dwar miżuri addizzjonali fir-rigward ta' operazzjonijiet ta' rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral (ĠU L 301, 12.11.2013, p. 6).


LINJI GWIDA

5.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 166/33


LINJA GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-12 ta' Marzu 2014

li temenda l-Linja Gwida BĊE/2011/14 dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja tal-Eurosistema

(BĊE/2014/10)

(2014/329/UE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artiklu 3.1, l-Artikolu 12.1, l-Artikolu 14.3 u l-Artikolu 18.2 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kisba ta' politika monetarja waħdanija tinvolvi d-definizzjoni tal-istrumenti u l-proċeduri li jridu jintużaw mill-Eurosistema, li tikkonsisti fil-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (minn hawn 'il quddiem il-“BĊNi”) u l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), sabiex din il-politika tiġi implimentata b'mod uniformi.

(2)

Il-BĊE għandu l-awtorità li jistabbilixxi l-linji gwida meħtieġa biex jimplimenta l-politika monetarja tal-Eurosistema, u l-BĊNi għandhom l-obbligu li jaġixxu b'konformità ma' dawn il-linji gwida.

(3)

Skont l-Artikolu 18.1 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-BĊE u l-BĊNi tal-Istati Membri jistgħu jwettqu operazzjonijiet ta' kreditu ma' istituzzjonijiet ta' kreditu u parteċipanti oħra fis-suq, bis-self ikun ibbażat fuq kollateral xieraq. Il-kundizzjonijiet li taħthom il-BĊE u l-BĊNi jinsabu lesti biex jidħlu f'operazzjonijiet ta' kreditu, inkluż il-kriterji li jiddeterminaw l-eliġibbiltà tal-kollateral għall-finijiet dawn l-operazzjonijiet, huma stipulati fl-Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14 (1), kif ukoll fid-Deċiżjoni BĊE/2013/6 (2) u d-Deċiżjoni BĊE/2013/35 (3).

(4)

Il-Linja Gwida BĊE/2011/14 għandha tiġi emendata biex tirrifletti l-bidliet fil-qafas tal-kollateral tal-Eurosistema relatati ma': (a) l-estensjoni tal-obbligi ta' rapportar fil-livell ta' self lil titoli ggarantiti minn assi ggarantiti minn riċevibbli ta' kard ta' kreditu. Din hija intiża biex biex tippreżerva l-eliġibbiltà tagħhom bħala kollateral għall-operazzjonijiet ta' kreditu tal-Eurosistema fid-dawl tar-rekwiżit ta' omoġeneità għall-assi li jiġġeneraw il-fluss ta' flus kontanti li jappoġġaw it-titoli ggarantiti minn assi stabbiliti fil-paragrafu ta' qabel it-Taqsima 6.2.1.1 tal-Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14; u (b) ir-reviżjoni tal-assoċjazzjoni ta' ċerti klassifikazzjonijiet tal-kreditu fil-kuntest tal-iskala ta' klassifikazzjoni armonizzata tal-Eurosistema.

(5)

Il-Linja Gwida BĊE/2011/14 għandha tiġi emendata wkoll biex tirifletti l-bidliet minħabba l-introduzzjoni tat-titjib kbir fil-mudell ta' kummerċ bankarju ċentrali korrispondenti (CCBM). L-ewwel, ġie deċiż li l-obbligu tar-ripatrijazzjoni, li kien jeħtieġ li l-kontropartijiet tal-Eurosistema qabel ma jimmobilizzaw l-assi bħala kollateral għall-operazzjonijiet ta' kreditu tal-Eurosistema jitrasferixxu dawn l-assi lis-sistemi ta' saldu ta' titoli (SSS — securities settlement system) tal-emittent rispettiv, għandu jitneħħa mis-26 ta' Mejju 2014. Bħala tali, għandu jinħoloq mezz ġdid ta' mobilizzazzjoni li jgħaqqad flimkien lis-CCBM u l-links bejn l-SSSs, fejn kull SSS/link eliġibbli tista' tintuża' minn kontroparti tal-Eurosistema biex timmobilizza l-assi eliġibbli bħala kollateral tal-Eurosistema. It-tieni, servizzi ta' ġestjoni tal-kollateral triparty, kif offruti minn aġenti triparty fis-suq, għandu jkun appoġġjat fuq bażi transkonfinali permezz tas-CCBM mid-29 ta' Settembru 2014,

ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:

Artikolu 1

Emendi għal Anness I

L-Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14 huwa emendat b'konformità mal-Anness ta' din il-Linja Gwida.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ u implimentazzjoni

1.   Din il-Linja Gwida tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lill-BĊNi.

2.   Il-BĊNi għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jikkonformaw mal-paragrafi 3, 8, 15 u 16 tal-Anness ta' din il-Linja Gwida u japplikawhom mill-1 ta' April 2014. Huma għandhom jinnotifikaw lill-BĊE bit-test u l-mezzi relatati ma' dawk il-miżuri sa mhux aktar tard mill-24 ta' Marzu 2014.

3.   Il-BĊNi għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jikkonformaw mal-paragrafi 1, 2, 4 sa 7 u 10 sa 13 tal-Anness ta' din il-Linja Gwida u japplikawhom mis-26 ta' Mejju 2014. Huma għandhom jinnotifikaw lill-BĊE bit-testi u l-mezzi relatati ma' dawk il-miżuri sa mhux aktar tard mill-24 ta' Marzu 2014.

4.   Il-BĊNi għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jikkonformaw mal-paragrafi 9 u 14 tal-Anness ta' din il-Linja Gwida u japplikawhom mid-29 ta' Settembru 2014. Huma ser jinnotifikaw lill-BĊE bit-testi u l-mezzi relatati ma' dawk il-miżuri sa mhux aktar tard mill-24 ta' Marzu 2014.

Artikolu 3

Destinatarji

Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema.

Magħmula fi Frankfurt am Main, it-12 ta' Marzu 2014.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  Linja Gwida BĊE/2011/14 tal-20 ta' Settembru 2011 dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja tal-Eurosistema (ĠU L 331, 14.12.2011, p. 1)

(2)  Deċiżjoni BĊE/2013/6 tal-20 ta' Marzu 2013 dwar ir-regoli fuq l-użu bħala kollateral ta' bonds tal-bank skoperti għall-użu proprju ggarantiti mill-gvern għal operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema (ĠU L 95, 5.4.2013, p. 22).

(3)  Deċiżjoni BĊE/2013/35 tas-26 ta' Settembru 2013 dwar miżuri addizzjonali fir-rigward ta' operazzjonijiet ta' rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral (ĠU L 301, 12.11.2013, p. 6).


ANNESS

L-Anness I tal-Linja ta' Gwida BĊE/2011/14 huwa emendat kif gej:

1.

Fit-Taqsima “Abbrevjazzjonijiet”, dan it-terminu huwa miżjud:

“TPA aġent triparty”;

2.

Fit-Taqsima 1.5, l-aħħar sentenza hija mibdula b'li ġej:

“L-assi kollha eliġibbli jistgħu jintużaw fuq bażi transkonfinali permezz tal-mudell ta' kummerċ bankarju ċentrali korrispondenti (CCBM) u, fil-każ ta' assi negozjabbli, permezz ta' links eliġibbli bejn sistemi ta' salduta' titoli taż-ŻEE (SSSs).”;

3.

Fit-Taqsima 6.2.1.1.2, il-paragrafu ta' qabel tal-aħħar huwa mibdul b'li ġej:

“Sabiex ikun eliġibbli, titolu ggarantit minn assi għandu jkun iggarantit minn assi li jiġġeneraw il-fluss ta' flus kontanti li l-Eurosistema tqis li huma omoġenji, jiġifieri li l-assi li jiġġeneraw il-fluss ta' flus kontanti li jappoġġaw titolu ggarantit minn assi jappartjenu għal tip wieħed biss tal-klassijiet tal-assi li ġejjin: (a) ipoteki residenzjali; (b) ipoteki kummerċjali fuq proprjetà immobbli; (c) self lil impriżi żgħar u ta' daqs medju; (d) self għax-xiri ta' karozzi; (e) self għal finanzjament tal-konsumatur; (f) ammonti riċevibbli għal kiri; jew (ġ) ammonti riċevibbli fuq kard ta' kreditu. Titoli ggarantiti minn assi mhumiex eliġibbli għal operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema jekk il-pul ta' assi sottostanti għalihom jikkonsisti minn assi eteroġenji.”;

4.

Fit-Taqsima 6.2.1.3, l-ewwel sentenza hija mibdula b'li ġej:

“L-istrument ta' dejn irid jinħareġ fiż-ŻEE ma' bank ċentrali jew mad-depożitarju ta' titoli ċentrali (CSD) li ġie vvalutat b'mod pożittiv mill-Eurosistema skont l-istandards u l-proċeduri ta' valutazzjoni deskritti fil-‘Qafas għall-valutazzjoni ta' sistemi ta' saldu ta' titoli u links biex jiddeterminaw l-eligibbiltà tagħhom għall-użu tal-operazzjonijiet ta' kreditu tal-Eurosistema’ (minn hawn 'il quddiem ‘il-Qafas għall-Valutazzjoni ta' Utenti tal-Eurosistema’) (*)  (**):

(*)  Il-Qafas għall- Valutazzjoni ta' Utenti tal-Eurosistema huwa ppubblikat fuq il-websajt tal-BĊE fuq www.ecb.europa.eu/paym/coll/coll/ssslinks/html/index.en.html."

(**)  Titoli ta' dejn internazzjonali f'forma bearer globali maħruġa fl-1 ta' Jannar 2007 jew wara, permezz tal-ICSDs Euroclear Bank (Belgium) u Clearstream Banking Lussemburgu iridu, sabiex ikunu eliġibbli, jinħarġu fil-forma ta' noti globali ġodda u jridu jiġu ddepożitati għand konsenjatarju komuni li huwa ICSD jew, jekk ikun il-każ, CSD li jkun ġie vvalutat b'mod pożittiv mill-Eurosistema skont l-istandards u l-proċeduri ta' valutazzjoni u deskritti fil-Qafas għall-Valutazzjoni ta' Utenti tal-Eurosistema. Titoli ta' dejn internazzjonali f'forma bearer globali li nħarġu f'forma ta' noti globali klassiċi qabel l-1 ta' Jannar 2007 u titoli funġibbli maħruġin taħt l-istess kodiċi ISIN f'dik id-data jew wara jibqgħu eliġibbli sal-maturità. Titoli ta' dejn internazzjonali maħruġin f'forma reġistrata globali permezz ta' ICSDs Euroclear Bank (Belgium) u Clearstream Banking Lussemburgu wara t-30 ta' Settembru 2010 iridu, sabiex ikunu eliġibbli, jinħarġu taħt l-istruttura ġdida ta' konsenjatarju għat-titoli ta' dejn internazzjonali. Titoli ta' dejn internazzjonali f'forma reġistrata globali maħruġa qabel jew f'dik id-data jibqgħu eliġibbli sal-maturità tagħhom. Titoli ta' dejn internazzjonali f'forma ta' nota individwali ma jibqgħux aktar eliġibbli jekk maħruġin wara t-30 ta' Settembru 2010. Titoli ta' dejn internazzjonali f'forma ta' nota individwali maħruġa qabel jew f'dik id-data jibqgħu eliġibbli sal-maturità tagħhom.”;"

5.

Taqsima 6.2.1.4 hija mibdula b'li ġej:

“L-istrument ta' dejn irid ikun trasferibbli permezz ta' entrata fil-kotba. Irid jinżamm u jiġi rregolat fiż-żona tal-euro permezz ta' kont mal-Eurosistema jew ma' SSS li jkun ivvalutat b'mod pożittiv mill-Eurosistema skont il-proċeduri ta' valutazzjoni u tal-istandards deskritti fil-Qafas għall-Valutazzjoni ta' Utenti tal-Eurosistema, sabiex il-perfezzjoni u r-realizzazzjoni tal-kollateral ikunu suġġetti għal-liġi ta' Stat Membru.

Jekk is-CSD fejn jinħareġ l-assi u s-CSD fejn l-assi hija miżmuma mhumiex identiċi, imbagħad iż-żewġ CSDs iridu jiġu konnessi permezz ta' link ivvalutata b'mod pożittiv mill-Eurosistema skont l-istandards u l-proċeduri ta' valutazzjoni u fil-Qafas għall-Valutazzjoni ta' Utenti tal-Eurosistema (***).

(***)  Il-lista ta' links eliġibbli hija ppubblikata fuq il-websajt tal-BĊE fuq www.ecb.europa.eu/paym/coll/coll/ssslinks/html/index.en.html.”;"

6.

Taqsima 6.2.1.5 hija mibdula b'li ġej:

“L-istrument ta' dejn irid jiġi ammess għan-negozjar f'suq regolat kif definit fid-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (****), jew innegozjati f'ċerti swieq mhux regolati kif speċifikat mill-BĊE (*****). Il-valutazzjoni ta' swieq mhux regolati mill-Eurosistema hija bbażata fuq tliet prinċipji — sigurtà, trasparenza u aċċessibbiltà (******).

(****)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 06, Vol. 007, p. 263-306."

(*****)  Tiġi ppubblikata lista ta' swieq mhux regolati aċċettabbli fuq il-websajt tal-BĊE fuq www.ecb.europa.eu u tiġi aġġornata mill-inqas darba fis-sena."

(******)  ‘Sigurtà’, ‘trasparenza’ u ‘aċċessibiltà’ huma ddefiniti mill-Eurosistema esklussivament f'termini tal-prestazzjoni tal-funzjoni ta' ġestjoni tal-kollateral tal-Eurosistema. Il-proċess tal-għażla mhuwiex immirat lejn il-valutazzjoni tal-kwalità intrinsika tas-swieq diversi. Il-prinċipji iridu jiġu mifhuma kif ġej. Sigurtàtinftiehem bħala li tfisserċertezza fir-rigward tat-tranżazzjonijiet, partikolarment ċertezza fuq il-validità u l-eżegwibbiltà tat-tranżazzjonijiet. Trasparenza tinftiehem bħala li tfisser aċċess mingħajr xkiel għall-informazzjoni fuq ir-regoli ta' proċedura u l-operazzjoni tas-suq, il-karatteristiċi finanzjarji tal-assi, il-mekkaniżmu tal-formazzjoni tal-prezz, u l-prezzijiet u l-kwantitajiet rilevanti (kwoti, rati tal-imgħax, volumi tan-negozju, ammonti pendenti, eċċ.). Aċċessibbiltàtirriferi għall-abbiltà tal-Eurosistema biex tipparteċipa fi u jkollha aċċess għas-suq; suq huwa aċċessibbli għall-finijiet ta' ġestjoni tal-kollateral jekk ir-regoli tal-proċedura u l-operat tagħha jippermettu lill-Eurosistema biex tikseb informazzjoni u tmexxi tranżazzjonijiet meta meħtieġ għal dawn il-finijiet.”;"

7.

F'Taqsima 6.2.3.2, it-Tabella 4 hija mibdula b'li ġej:

“Kriterji ta' eliġibbiltà

Assi negozjabbli (1)

Assi mhux negozjabbli (2)

Tip ta' attiv

Ċertifikati ta' dejn tal-BĊE

Strumenti ta' dejn negozjabbli oħrajn (3)

Klejms ta' kreditu

RMBDs

Standards ta' kreditu

L-attiv għandu jissodisfa standards ta' kreditu għoljin. L-istandards ta' kreditu għoljin jiġu vvalutati bl-użu tar-regoli ECAF għal assi negozjabbli. (3)

Id-debitur/garanti irid jissodisfa l-istandards ta' kreditu għoljin. L-affidabbiltà tal-kreditu tiġi vvalutata bl-użu ta' regoli ECAF għall-klejms ta' kreditu.

L-attiv għandu jissodisfa standards ta' kreditu għoljin. L-istandards ta' kreditu għoljin jiġu vvalutati bl-użu tar-regoli ECAF għal RMBDs.

Post tal-ħruġ

ŻEE (3)

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Proċeduri ta' saldu/ipproċessar

Post tas-saldu: żona tal-euro

L-istrumenti jridu jiġu ddepożitati ċentralment f'forma ta' entrata fil-kotba mal-BĊNi jew SSS ivvalutati b'mod pożittiv mill-Eurosistema skont l-istandards u l-proċeduri ta' valutazzjoni deskritti fil-Qafas għal Valutazzjoni tal-Utenti tal-Eurosistema

Proċeduri tal-Eurosistema

Proċeduri tal-Eurosistema

Tip ta' emittent/debitur/garanti

BĊNi

Settur pubbliku

Settur privat

Istituzzjonijiet internazzjonali u sopranazzjonali

Settur pubbliku

Korporazzjonijet mhux finanzjarji

Istituzzjonijiet internazzjonali u sopranazzjonali

Istituzzjonijiet ta' kreditu

Post ta' stabbiliment tal-emittent, tad-debitur u tal-garanti

Emittent (3): Pajjiżi tal-G10 taż-ŻEE u mhux taż-ŻEE

Debitur: ŻEE

Garanti (3): ŻEE

Żona tal-euro

Żona tal-euro

Swieq aċċettabbli

Swieq regolati

Swieq mhux regolati aċċettati mill-BĊE

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Munita

Euro

Euro

Euro

Daqs minimu

Mhux applikabbli

Limitu tad-daqs minimu fiż-żmien tas-sottomissjoni tal-klejm ta' kreditu

għall-użu domestiku: għażla tal-BĊN,

għall-użu transkonfinali: limitu komuni ta' EUR 500 000 .

Mhux applikabbli

Liġijiet li jirregolaw:

Għal titoli ggarantiti minn assi l-akkwist tal-assi sottostanti għandu jkun irregolat mil-liġi ta' Stat Membu tal-UE. Il-liġi li tirregola klejms ta' kreditu sottostanti għandha tkun il-liġi ta' pajjiż taż-ŻEE

Il-liġi li tirregola l-ftehim tal-klejm ta' kreditu u l-mobilizzazzjoni: il-liġi ta' Stat Membru

In-numru totali ta' liġijiet differenti applikabbli għal

(a)

il-kontroparti;

(b)

il-kreditur;

(c)

id-debitur;

(d)

il-garanti (jekk relevanti);

(e)

il-ftehim ta' klejm ta' kreditu; u

(f)

il-ftehim ta' mobilizzazzjonim'għandux ikun iżjed minn tnejn

Mhux applikabbli

Użu transkonfinali

Iva

Iva

Iva

8.

Fit-Taqsima 6.3.1, in-noti ta' qiegħ il-paġna 67 u 69 huma mibdula b'li ġej:

“(*)

L-iskala ta' klassifika armonizzata tal-Eurosistema hija ppubblikata fil-websajt tal-BĊE fuq www.ecb.europa.eu. Valutazzjoni ta' kreditu step 3 tal-kwalità tal-kreditu tfisser klassifika minima ta' ‘BBB-’ fit-tul minn Fitch jew Standard & Poor's, ta' ‘Baa3’ minn Moody, jew ta' ‘BBL’ minn DBRS.”

“(**)

‘Triple A’ tfisser klassifika fit-tul ta' ‘AAA’ minn Fitch, Standard & Poor's jew DBRS, jew ‘Aaa’ minn Moody's.”;

9.

Fit-Taqsima 6.4.2, il-paragrafu (k) huwa mibdul b'li ġej:

“L-assi huma suġġetti għall-valutazzjoni ta' kul jum. Fuq bażi ta' kuljum, il-BĊNi (*******) jikkalkolaw il-valur meħtieġ tal-assi sottostanti billi jitqiesu bidliet fil-kont għall-volumi ta' kreditu pendenti, il-prinċipji ta' valutazzjoni delineati fit-Taqsima 6.5 u t-telf impost meħtieġ fil-valutazzjoni.

(*******)  Meta jkunu qed jintużaw servizzi triparty, il-proċess ta' valutazzjoni jiġi ddelegat lit-TPA, fuq il-bażi ta' informazzjoni mibgħuta mill-BĊN relevanti lit-TPA.”;"

10.

Fit-Taqsima 6.6, it-tieni paragrafu huwa mibdul b'li gej:

“Ġie żviluppat mekkaniżmu mill-BĊNi (u mill-BĊE) biex jiġi żgurat li l-assi eliġibbli kollha jistgħu jintużaw fuq bażi transkonfinali. Dan huwa s-CCBM, li taħtu l-BĊNi jaġixxu bħala kustodji (‘korrispondenti’) għal xulxin (u għall-BĊE) fir-rigward ta' assi aċċettati fid-depożitarju lokali, fit-TPA jew fis-sistema ta' saldu tagħhom. Jistgħu jintużaw soluzzjonijiet speċifiċi għal assi mhux negozjabbli, jiġifieri klejms ta' kreditu u RMBDs, li ma jistgħux jiġu ttrasferiti permezz ta' SSS (********). Is-CCBM jista' jintuża biex jikkollateralizza kull xorta ta' operazzjonijiet ta' kreditu tal-Eurosistema. Flimkien mas-CCBM, il-kontropartijiet jistgħu jużaw links eliġibbli bejn l-SSSs għat-trasferiment transkonfinali ta' assi negozjabbli mal-SSS lokali tagħhom (*********); il-kontropartijiet jistgħu jużaw ukoll dawn il-links eliġibbli bejn l-SSSs flimkien mas-CCBM (CCBM bil-links — ara t-Taqsima 6.6.3). Barra minn hekk, is-CCBM (inkluż is-CCBM bil-links) huwa użat bħala bażi għall-użu transkonfinali tas-servizzi ta' ġestjoni tal-kollateral triparty.

(********)  Id-dettalji jinsabu fil-fuljett bl-isem ‘Correspondent central banking model procedure for Eurosystem counterparties [Mudell tal-proċedura tas-sistema bankarja korrispondenti għall-kontropartijiet tal-Eurosistema] (CCBM)’, li huwa ppubblikat fuq il-websajt tal-BĊE fuq www.ecb.europa.eu."

(*********)  Assi eliġibbli jistgħu jintużaw permezz ta' kont ta' bank ċentrali f'SSS li jkun jinsab f'pajjiż li ma jkunx dak tal-bank ċentrali in kwistjoni jekk l-Eurosistema tkun approvat l-użu ta' dak il-kont. Sa mill-1999, De Nederlandsche Bank ġie awtorizzat li juża l-kont tiegħu ma' Euroclear Bank biex jirregola tranżazzjonijiet ta' kollateral f'Eurobonds maħruġin f'dik l-ICSD. Sa minn Awwissu 2000, Banc Ceannais na hÉireann/Central Bank of Ireland ġie awtorizzat biex jiftaħ kont bħal dak ma' Euroclear Bank. Dan il-kont jista' jintuża għall-assi eliġibbli kollha miżmuma fil-Euroclear Bank, jiġifieri inkluż l-assi eliġibbli ttrasferiti lill-Euroclear Bank permezz ta' links eliġibbli.”;"

11.

Fit-Taqsima 6.6.1, l-aħħar paragrafu huwa mibdul b'li ġej:

“Is-CCBM huwa disponibbli għal kontropartijiet (kemm għall-assi negozjabbli kif ukoll għal dawk mhux negozjabbli) mill-inqas mid-9 a.m. sal-4 p.m. CET f'kull jum tan-negozju tat-TARGET2. Kontroparti li jixtieq jagħmel użu mis-CCBM irid jagħti parir lil BĊN li minnu jixtieq li jirċievi kreditu, jiġifieri il-BĊN domestiku tiegħu, qabel l-4 p.m. CET. Barra minn hekk, il-kontroparti jrid jiżgura li l-kollateral biex jiġu assikurati l-operazzjonijiet tal-politika monetarja jiġi kkunsinjat fil-kont tal-bank ċentrali korrispondenti sa mhux iktar tard mill-4.45 p.m. CET. Struzzjonijiet jew kunsinni li ma jirrispettawx din l-iskadenza se jiġu trattati biss fuq bażi tal-aħjar sforz u jistgħu jiġu kkunsidrati għall-kreditu mogħti fil-jum tan-negozju tat-TARGET2 ta' wara. Meta l-kontropartijiet jipprevedu ħtieġa għall-użu tas-CCBM tard fil-jum, huma għandhom, fejn possibbli, jikkunsinjaw l-assi bil-quddiem (jiġifieri jiddepożitawhom minn qabel). F'ċirkostanzi eċċezzjonali jew meta jkun meħtieġ għal skopijiet ta' politika monetarja, il-BĊE jista' jiddeċiedi li jestendi l-ħin tal-għeluq tas-CCBM sal-ħin tal-għeluq tat-TARGET2, f'kooperazzjoni mas-CSDs fir-rigward tad-disponibbiltà tagħhom li jestendu l-ħinijiet tal-għeluq għall-assi negozjabbli.”;

12.

It-Taqsima 6.6.2 hija mibdula b'li ġej:

“Flimkien mas-CCBM, jistgħu jintużaw links eliġibbli bejn l-SSSs taż-ŻEE għat-trasferiment transkonfinali ta' assi negozjabbli.

Link diretta jew mgħoddija bejn żewġ SSSs tippermetti parteċipant f'SSS wieħed li jżomm it-titoli f'SSS ieħor mingħajr ma jkun parteċipant f'dak l-SSS l-ieħor (**********). Qabel ma dawn il-links jistgħu jintużaw biex jitrasferixxu kollateral għal operazzjonijiet ta' kreditu tal-Eurosistema, huma għandhom jiġu vvalutati u approvati mill-Eurosistema skont l-istandards u l-proċeduri ta' valutazzjoni deskritti fil-Qafas għall-Valutazzjoni ta' Utenti tal-Eurosistema (***********).

Mill-perspettiva tal-Eurosistema, is-CCBM u l-links bejn l-SSSs taż-ŻEE jissodisfaw l-istess rwol li jippermettu lill-kontropartijiet li jużaw kollateral fuq bażi transkonfinali, jiġifieri t-tnejn jippermettu lill-kontropartijiet li jużaw kollateral biex jiksbu kreditu mill-BĊN domestiku, anki jekk dan il-kollateral inħareġ f'SSS ta' pajjiż ieħor. Is-CCBM u l-links bejn l-SSSs iwettqu din il-funzjoni b'modi differenti. Fis-CCBM, ir-relazzjoni transkonfinali hija bejn il-BĊNi. Huma jaġixxu bħala kustodji għal xulxin. Bl-użu tal-links, ir-relazzjoni transkonfinali hija bejn l-SSSs. Huma jiftħu kontijiet omnibus ma' xulxin. Assi ddepożitati ma' bank ċentrali korrispondenti jistgħu jintużaw biss biex jikkollateralizzaw operazzjonijiet ta' kreditu tal-Eurosistema. Assi miżmumin permezz ta' link jistgħu jintużaw għal operazzjonijiet ta' kreditu tal-Eurosistema kif ukoll għal kull għan ieħor magħżul mill-kontroparti. Meta jintużaw links bejn l-SSSs, il-kontroparijiet iżommu l-assi f'isimhom stess mal-SSS domestiku u ma jeħtiġux kustodju.

(**********)  Link bejn żewġ SSSs tikkonsisti minn sett ta' proċeduri u arranġamenti għat-trasferiment transkonfinali ta' titoli permezz ta' proċess ta' entrata fil-kotba. Link għandha l-forma ta' kont omnibus miftuħ minn SSS (l-SSS investitur) f'SSS ieħor (l-SSS emittent). Link diretta timplika li ma jeżisti ebda intermedjarju bejn iż-żewġ SSSs. Links mgħoddija bejn l-SSSs jistgħu jintużaw ukoll għat-trasferiment transkonfinali ta' titoli lill-Eurosistema. Link mgħoddija hija arranġament kuntrattwali u tekniku li jippermetti lil żewġ SSSs mhux konnessi direttament ma' xulxin biex ikunu jistgħu jiskambjaw tranżazzjonijiet ta' titoli jew trasferimenti permezz ta' SSS terza li taġixxi bħala intermedjarju."

(***********)  Il-lista ta' links eliġibbli hija ppubblikata fuq il-websajt tal-BĊE fuq www.ecb.europa.eu/paym/coll/coll/ssslinks/html/index.en.html.”;"

13.

Fit-Taqsima 6.6, jiżdied il-paragrafu 6.6.3 li ġej:

“6.6.3.   CCBM bil-links

Huwa possibbli wkoll għall-kontropartijiet li jużaw links diretti u mgħoddija msemmija fit-Taqsima 6.6.2 flimkien mas-CCBM sabiex jimmobilizzaw l-assi negozjabbli eliġibbli fuq bażi transkonfinali.

Meta jintużaw links bejn l-SSSs flimkien mas-CCBM, il-kontropartijiet iżommu l-assi maħruġa fl-emittent SSS f'kont mal-SSS investitur direttament jew permezz ta' kustodju. F'każ ta' links mgħoddija, it-tielet SSS jista' jaġixxi bħala SSS intermedjarju.

Dawn l-assi jistgħu jinħarġu f'CSD taż-ŻEE li mhux fiż-żona tal-euro, sakemm il-link bejn l-SSS Emittent u l-SSS Investitur tkun ġiet evalwata b'mod pożittiv mill-Eurosistema skont l-istandards u l-proċeduri tal-valutazzjoni deskritti fil-Qafas għall-Valutazzjoni ta' Utenti tal-Eurosistema.

Image

Fejn assi eliġibbli jridu jiġu ttrasferiti permezz ta' CCBM bil-links, il-kontropartijiet għandhom jiżguraw li t-titoli jiġu kkonsenjati f'kont fl-SSS Investitur relevanti sal-4 p.m. CET fid-data tas-saldu sabiex jiġi żgurat is-saldu ta' operazzjonijiet tal-istess valur għall-istess ġurnata. Kull talba għall-mobilizzazzjoni riċevuta mill-BĊNi domestiċi mingħand il-kontropartijiet tagħhom wara l-4 p.m., jew kull talba għall-kunsinna tal-assi eliġibbli f'kont fis- CSD Investitur rilevanti wara l-4 p.m. CET huwa ttrattat fuq il-bażi tal-aħjar sforz, skont il-ħinijiet tal-għeluq tas-CSDs involuti”.;

14.

Fit-Taqsima 6.6, jiżdied il-paragrafu 6.6.4 li ġej:

“6.6.4.   Is-CCBM bis-servizzi ta' ġestjoni tal-kollateral triparty

Is-CCBM (inkluż is-CCBM bilr-links) huwa użat ukoll bħala bażi għall-użu transkonfinali tas-servizzi ta' ġestjoni tal-kollateral triparty, fejn il-BĊN tal-Istat Membru, fejn is-servizzi ta' ġestjoni tal-kollateral triparty huma offruti għall-użu transkonfinali tal-Eurosistema, se jaġixxi bħala CCB għall-BĊNi fi Stati Membri oħra li l-kontropartijiet tagħhom talbu biex jużaw is-servizzi rispettivi ta' ġestjoni tal-kollateral triparty fuq bażi transkonfinali. It-TPA relevanti għandu jiġu vvalutat b'mod pożittiv mill-Eurosistema.

Is-servizzi transkonfinali ta' ġestjoni tal-kollateral triparty jippermettu lill-kontropartijiet biex iżidu jew inaqqsu l-ammont ta' kollateral li jipprovdu lill-BĊN domestiku tagħhom (minn hawn 'il quddiem l-‘ammont globali’).

Image

Nota: Il-vleġġa ‘Informazzjoni dwar il-kollateral’ bejn il-kontroparti A u l-BĊN A tista' ma tkunx relevanti ma' ċerti TPAs (jiddependi fuq il-mudell kuntrattwali magħżul) u f'dan il-każ il-kontroparti ma jibgħatx struzzjoni lill-BĊN A jew jirċievi konferma mingħand il-BĊN A.”;

15.

Fl-Appendiċi 8, jiddaħħal il-paragrafu li ġej bħala l-paragrafu ta' qabel tal-aħħar:

“Għal titoli ggarantiti minn assi fejn l-assi li jiġġeneraw il-fluss ta' flus kontanti jinkludu ammonti riċevibbli fuq kards ta' kreditu, il-ħtiġijiet ta' informazzjoni self b'self ser japplikaw mill-1 ta' April 2014 u l-perjodu tranżitorju ta' disa' xhur jintemm fil-31 ta' Diċembru 2014.”;

16.

Fl-Appendiċi 8, it-tieni nota f'qiegħ il-paġna hija mibdula b'li gej:

“(*)

jiġifieri fit-30 ta' Settembru 2013 għal RMBS u l-SMEs, fit-30 ta' Novembru 2013 għas-CMBS, fit-30 ta' Settembru 2014 għal self għax-xiri ta' karozzi, self għall-finanzjament tal-konsumatur u ammonti riċevibbli għal kiri, u l-31 ta' Diċembru 2014 għall-ammonti riċevibbli fuq kards t' kreditu.”.


(1)  Aktar dettalji huma stipulati fit-Taqsima 6.2.1.

(2)  Aktar dettalji huma stipulati fit-Taqsima 6.2.2.

(3)  L-istandard tal-kreditu ta' strumenti ta' dejn negozzjabbli mhux ikklassifikati maħruġin jew iggarantiti minn korporazzjonijiet mhux finanzjarji huwa ddeterminat fuq il-bażi tas-sors għall-valutazzjoni ta' kreditu magħżul mill-kontroparti rilevanti skont ir-regoli ECAF applikabbli għal klejms ta' kreditu, kif stipulat fit-Taqsima 6.3.3. Fil-każ ta' dawn l-istrumenti ta' dejn negozjabbli, il-kriterji ta' eliġibbiltà li ġejjin għal assi negozjabbli ġew emendati: post ta' stabbiliment tal-emittent/garanti: żona tal-euro; post tal-ħruġ: żona tal-euro.”;


5.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 166/42


LINJA GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-12 ta' Marzu 2014

li temenda l-Linja Gwida BĊE/2013/4 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta' operazzjonijiet ta' rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral u li temenda l-Linja Gwida BĊE/2007/9

(BĊE/2014/12)

(2014/330/UE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 3.1, l-Artikolu 12.1, l-Artikolu 14.3 u l-Artikolu 18.2 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Linja Gwida BĊE/2011/14 tal-20 ta' Settembru 2011 dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja tal-Eurosistema (1) id-Deċiżjoni BĊE/2013/6 tal-20 ta' Marzu 2013 dwar ir-regoli fuq l-użu bħala kollateral ta' bonds tal-bank skoperti għall-użu proprju ggarantiti mill-gvern għal operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema (2), u d-Deċiżjoni BĊE/2013/35 tas-26 ta' Settembru 2013 dwar miżuri addizzjonali fir-rigward ta' operazzjonijiet ta' rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral (3),

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 18.1 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (minn hawn 'il quddiem il-“BĊNi”) jistgħu jmexxu operazzjonijiet ta' kreditu ma' istituzzjonijiet ta' kreditu u parteċipanti oħra fis-suq, bis-self ikun ibbażat fuq kollateral xieraq. Il-kundizzjonijiet standard skont liema l-BĊE u l-BĊNi jinsabu lesti biex jidħlu f'operazzjonijiet ta' kreditu, inkluż il-kriterji li jiddeterminaw l-eliġibbiltà tal-kollateral għall-finijiet tal-operazzjonijiet ta' kreditu tal-Eurosistema, huma stabbiliti f'Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14, kif ukoll id-Deċiżjoni BĊE/2013/6 u d-Deċiżjoni BĊE/2013/35.

(2)

Skont it-Taqsima 1.6 tal-Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14, il-Kunsill Governattiv jista', fi kwalunkwe ħin, jibdel l-istrumenti, il-kundizzjonijiet, il-kriterji u l-proċeduri għat-twettiq ta' operazzjonijiet ta' politika monetarja tal-Eurosistema.

(3)

Il-Linja Gwida BĊE/2013/4 (4), id-Deċiżjoni BĊE/2013/22 (5) u d-Deċiżjoni BĊE/2013/36 (6) flimkien ma' atti legali oħra jistabbilixxu l-miżuri addizzjonali relatati mal-operazzjonijiet ta' rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral biex jiġu applikati temporanjament sakemm il-Kunsill Governattiv iqis illi m'għadhomx iktar neċessarji, biex jiżguraw mekkaniżmu xieraq għat-trażmissjoni tal-politika monetarja.

(4)

Il-Linja Gwida BĊE/2013/4 għandha tiġi emendata biex tirrifletti bidliet fil-qafas tal-kollateral tal-Eurosistema relatati ma': (a) l-estensjoni tar-rekwiżiti ta' rapportar fil-livell ta' self għal titoli ggarantiti minn assi ggarantiti minn ammonti riċevibbli fuq il-kard ta' kreditu fl-Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14; (b) ir-reviżjoni tal-immappjar ta' ċerti klassifikazzjonijiet tal-kreditu fil-kuntest tal-iskala ta' klassifikazzjoni armonizzata tal-Eurosistema; u (c) il-kjarifika tar-regoli tal-klassifikazzjoni relatati mat-titoli ggarantiti minn assi,

ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:

Artikolu 1

Emendi

Il-Linja Gwida BĊE/2013/4 hija emendata kif ġej:

1.

L-Artikolu 1(3) huwa sostitwit b'li ġej:

“3.   Għall-finijiet tal-Artikolu 5(1) u l-Artikolu 7, ir-Repubblika Ellenika u l-Portugall għandhom jitqiesu bħala Stati Membri taż-żona tal-euro konformi ma' programm tal-Unjoni Ewropea/Fond Monetarju Internazzjonali.”;

2.

L-Artikolu 3(1) huwa sostitwit b'li ġej:

“1.   Minbarra t-titoli ggarantiti minn assi (ABS — asset-backed securities) eliġibbli taħt Kapitolu 6 ta' Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14, l-ABS li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti għall-valutazzjoni tal-kreditu skont it-Taqsima 6.3 ta' Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14 imma li mill-bqija jikkonformaw mal-kriterji tal-eliġibbiltà kollha applikabbli għall-ABS bis-saħħa tal-Linja Gwida BĊE/2011/14, għandhom ikunu eliġibbli bħala kollateral għal operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema, sakemm ikollhom żewġ klassifikazzjonijiet ta' livell ta' mill-anqas ‘triple B’ (*) minn kull ECAI aċċettat għall-ħruġ. Huma għandhom jissodisfaw ukoll ir-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)

l-assi li jiġġeneraw il-likwidità li jappoġġaw l-ABS għandhom jappartjenu għal waħda mill-klassijiet ta' assi li ġejjin: (i) ipoteki residenzjali; (ii) self lil impriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs); (iii) ipoteki kummerċjali; (iv) self fuq ix-xiri ta' karozzi; (v) kiri; (vi) finanzjament għall-konsumatur; (vii) ammonti riċevibbli fuq kard ta' kreditu;

(b)

ma għandu jkun hemm ebda taħlit ta' klassijiet ta' assi differenti fl-assi li jiġġeneraw il-likwidità;

(c)

l-assi li jiġġeneraw il-likwidità li jiggarantixxu l-ABS ma għandhomx ikun fihom self illi huwa wieħed minn dawn li ġejjin:

(i)

ma jkunx jirrendi fil-ħin tal-ħruġ tal-ABS;

(ii)

ma jkunx jirrendi meta inkorporat fl-ABS matul il-ħajja tal-ABS, pereżempju permezz ta' sostituzzjoni jew tibdil fl-assi li jiġġeneraw il-likwidità;

(iii)

fi kwalunkwe ħin, huwa strutturat, sindakat jew aġevolat;

(d)

id-dokumenti tat-tranżazzjoni tal-ABS irid ikun fihom dispożizzjonijiet dwar il-kontinwita' tas-servizz;

(*)  Klassifikazzjoni ta' ‘triple B’ hija klassifikazzjoni ta' mill-anqas ‘Baa3’ minn Moody's, ‘BBB-’ minn Fitch jew Standard & Poor's, jew klassifikazzjoni ta ‘BBBL’ minn DBRS.”"

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ u implimentazzjoni

1.   Din il-Linja Gwida tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lill-BĊNi.

2.   Il-BĊNi għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw mal-Artikolu 1 ta' din il-Linja Gwida u japplikawhom mill-1 ta' April 2014. Huma għandhom jinnotifikaw lill-BĊE bit-testi u l-mezzi relatati ma' dawk il-miżuri sa mhux aktar tard mill-24 ta' Marzu 2014.

Artikolu 3

Destinatarji

Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema.

Magħmul fi Frankfurt am Main, it-12 ta' Marzu 2014.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  ĠU L 331, 14.12.2011, p. 1.

(2)  ĠU L 95, 5.4.2013, p. 22.

(3)  ĠU L 301, 12.11.2013, p. 6.

(4)  Il-Linja Gwida BĊE/2013/4 tal-20 ta' Marzu 2013 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta' operazzjonijiet ta' rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral u li temenda l-Linja Gwida BĊE/2007/9 (ĠU L 95 5.4.2013, p. 23).

(5)  Id-Deċiżjoni BĊE/2013/22 tal-5 ta' Lulju 2013 dwar miżuri temporanji fir-rigward tal-eliġibbiltà ta' strumenti ta' dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti bis-sħiħ mir-Repubblika ta' Ċipru (ĠU L 195 18.7.2013, p. 27).

(6)  Id-Deċiżjoni BĊE/2013/36 tas-26 ta' Settembru 2013 dwar miżuri addizzjonali fir-rigward ta' operazzjonijiet ta' rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral (ĠU L 301, 12.11.2013, p. 13).


III Atti oħrajn

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

5.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 166/44


DEĊIŻJONI TAL-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA

Nru 407/13/COL

tat-23 ta' Ottubru 2013

li temenda, għad-90 darba, ir-regoli proċedurali u sostantivi fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat billi tintroduċi kapitolu ġdid dwar l-Għajnuna Reġjonali mill-Istat għall-2014-2020 u billi ttawwal il-validità tal-kapitoli dwar l-għajnuna reġjonali nazzjonali għall-2007-2013 u l-kriterji għal valutazzjoni fil-fond tal-għajnuna reġjonali għal proġetti kbar ta' investiment

L-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA (“L-AWTORITÀ”),

WARA li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), b'mod partikolari l-Artikoli 61 sa 63 u l-Protokoll 26,

WARA li kkunsidrat il-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar il-Ħolqien ta' Awtorità ta' Sorveljanza u ta' Qorti tal-Ġustizzja (“Il-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti”), u partikolarment l-Artikolu 24 u l-Artikolu 5 (2) (b) tiegħu,

Billi:

Skont l-Artikolu 24 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, l-Awtorità għandha ddaħħal fis-seħħ id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ŻEE dwar l-għajnuna mill-Istat,

Skont l-Artikolu 5 (2) (b) tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, l-Awtorità għandha toħroġ notifiki jew linji gwida dwar kwistjonijiet trattati fil-Ftehim ŻEE, jekk dan ikun previst espliċitament fil-Ftehim jew fil-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti jew jekk l-Awtorità tikkunsidra li hu meħtieġ,

Fit-28 ta' Ġunju 2013 il-Kummissjoni Ewropea adottat Linji Gwida ġodda dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-perjodu 2014-2020 (1)

Dawn il-linji gwida huma wkoll rilevanti għaż-Żona Ekonomika Ewropea,

Għandha tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tar-regoli taż-ŻEE dwar għajnuna mill-Istat madwar iż-Żona Ekonomika Ewropea kollha skont l-objettiv ta' omoġeneità stabbilit fl-Artikolu 1 tal-Ftehim ŻEE,

Skont il-punt II taħt it-titolu “ĠENERALI” fil-paġna 11 tal-Anness XV tal-Ftehim ŻEE, l-Awtorità, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni, għandha tadotta atti li jkunu jikkorrispondu ma' dawk adottati mill-Kummisssjoni Ewropea,

WARA li kkonsultat mal-Kummissjoni Ewropea,

WARA li kkonsultat mal-Istati tal-EFTA b'ittra ddatata t-2 ta' Awwissu 2013 dwar is-suġġett,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat għandhom ikunu emendati permezz tal-introduzzjoni ta' kapitolu ġdid dwar Għajnuna Reġjonali mill-Istat għal 2014-2020. Il-kapitolu l-ġdid jinsab fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-linji gwida eżistenti dwar l-għajnuna nazzjonali reġjonali għall-2007-2013 u l-kriterji għal valutazzjoni fil-fond tal-għajnuna reġjonali għal proġetti kbar ta' investiment għandhom jkunu mtawla sat-30 ta' Ġunju 2014.

Artikolu 3

Il-verżjoni Ingliża ta' din id-deċiżjoni hija l-unika waħda meqjusa bħala awtentika.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Ottubru 2013.

Għall-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA

Oda Helen SLETNES

Il-President

Sabine MONAUNI-TÖMÖRDY

Membru tal-Kulleġġ


(1)  ĠU C 209, 23.7.2013, p. 1.


LINJI GWIDA DWAR L-GĦAJNUNA REĠJONALI MILL-ISTAT GĦALL-2014-2020

INTRODUZZJONI

(1)

Fuq il-bażi tal-Artikolu 61(3)(a) u l-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim ŻEE, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA (“l-Awtorità”) tista' tikkunsidra kompatibbli mas-suq intern għajnuna mill-Istat sabiex tippromwovi l-iżvilupp ekonomiku ta' ċerti żoni żvantaġġjati fi ħdan iż-ŻEE (1) Din it-tip ta' għajnuna mill-Istat hija magħrufa bħala għajnuna reġjonali.

(2)

F'dawn il-linji gwida, l-Awtorità tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li bihom l-għajnuna reġjonali tista' titqies kompatibbli mas-suq intern u tistabbilixxi l-kriterji li bihom jiġu identifikati l-oqsma li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikoli 61(3)(a) u (c) tal-Ftehim ŻEE (2)

(3)

L-għan primarju tal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat fil-qasam tal-għajnuna reġjonali huwa li jippermetti l-għajnuna għall-iżvilupp reġjonali filwaqt li jiżgura kundizzjonijiet ekwi bejn l-Istati taż-ŻEE, b'mod partikolari billi jiġu evitati kompetizzjonijiet għal sussidji li jistgħu jseħħu meta jippruvaw jattiraw jew iżommu negozji f'żoni żvantaġġati taż-ŻEE, u biex jiġu limitati kemm possibbli l-effetti tal-għajnuna reġjonali fuq il-kummerċ u l-kooperazzjoni.

(4)

L-objettiv tal-iżvilupp ġeografiku jiddistingwi bejn l-għajnuna reġjonali u forom oħra ta' għajnuna, bħall-għajnuna għar-riċerka, għall-iżvilupp u l-innovazzjoni, għax-xogħol, għat-taħriġ, għall-enerġija jew għall-protezzjoni ambjentali, li jsegwu objettivi oħra ta' interess komuni f'konformità mal-Artikolu 61(3) tal-Ftehim ŻEE. F'ċerti ċirkostanzi jistgħu jiġu permessi intensitajiet ogħla ta' għajnuna għal dawn it-tipi l-oħrajn ta' għajnuna, kull meta jingħataw lill-impriżi stabbiliti f'żoni żvantaġġati, b'kunsiderazzjoni tad-diffikultajiet speċifiċi li jiltaqgħu magħhom f'żoni bħal dawn (3)

(5)

L-għajnuna reġjonali jista' biss ikollha rwol effettiv jekk tintuża bil-qies u b'mod proporzjonali u hija kkonċentrata fuq ir-reġjuni l-aktar żvantaġġjati taż-ŻEE (4) B'mod partikolari, il-limitu ta' għajnuna permess għandu jirrifletti s-serjetà relattiva tal-problemi li jaffettwaw l-iżvilupp tar-reġjuni kkonċernati. B'żieda ma' dan, il-vantaġġi tal-għajnuna f'termini ta' żvilupp ta' reġjun żvantaġġat għandhom ikunu iktar mid-distorsjoni riżultanti tal-kompetizzjoni (5) Il-piż mogħti lill-effetti pożittivi tal-għajnuna x'aktarx ivarja skont id-deroga tal-Artikolu 61(3) tal-Ftehim ŻEE li tiġi applikata, bil-għan li distorsjoni ikbar tal-kompetizzjoni tista' tkun aċċettata għar-reġjuni l-iktar żvantaġġati koperti mill-Artikolu 61 (3)(a) tkun ogħla minn ta' dawk koperti mill-Artikolu 61(3)(c) (6)

(6)

L-għajnuna reġjonali tista' tippromwovi aktar b'mod effikaċi l-iżvilupp ekonomiku ta' żoni żvantaġġati jekk tingħata biss bil-għan li tistimola investiment jew attività ekonomika addizzjonali f'dawk iż-żoni. F'ċerti każijiet ferm limitati u identifikati kif xieraq, l-ostakli li żona tista' tiltaqa' magħhom hi u tattira jew iżżomm attività ekonomika, jistgħu tant ikunu gravi jew permanenti li l-għajnuna għall-investiment biss ma tkunx biżżejjed biex iż-żona tiżviluppa. F'dawn il-każijiet biss, l-għajnuna għall-investiment reġjonali tista' tiġi ssupplimentata b'għajnuna operatorja reġjonali mhux marbuta ma' investiment.

(7)

Fil-Komunikazzjoni tat-8 ta' Mejju 2012 (7) dwar il-modernizzazzjoni tal-għajnuna mill-Istat, il-Kummissjoni Ewropea ħabbret li hemm tliet objettivi x'jinkisbu permezz tal-modernizzazzjoni tal-kontroll fuq l-għajnuna mill-Istat:

(a)

li jitrawwem it-tkabbir sostenibbli, intelliġenti u inklużiv f'suq intern kompetittiv;

(b)

li l-iskrutinju ex ante tal-Kummissjoni jiġi ffukat fuq il-każijiet bl-ikbar impatt fuq is-suq intern, filwaqt li tissaħħaħ il-kooperazzjoni mal-Istati Membri tal-UE fl-infurzar tal-għajnuna mill-Istat;

(c)

li r-regoli jiġu ssimplifikati u jiġu previsti deċiżjonijiet li jittieħdu aktar malajr.

(8)

B'mod partikolari, il-Komunikazzjoni appellat għal approċċ komuni għar-reviżjoni tal-linji gwida u tal-oqfsa differenti bil-ħsieb li jissaħħaħ is-suq intern, tiġi promossa effikaċja akbar fl-infiq pubbliku permezz ta' kontribut aħjar tal-għajnuna mill-Istat għall-objettivi ta' interess komuni, isir skrutinju ikbar tal-effett ta' inċentiv, tiġi limitata l-għajnuna għall-minimu meħtieġ u jiġu evitati l-effetti negattivi potenzjali tal-għajnuna fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ. L-Awtorità għandha l-istess opinjoni. Il-kundizzjonijiet ta' kompatibbiltà stabbiliti f'dawn il-linji gwida huma bbażati fuq dawk il-prinċipji komuni ta' valutazzjoni u huma applikabbli għal skemi ta' għajnuna nnotifikati u għall-għajnuna individwali.

1.   KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

1.1.   KAMP TA' APPLIKAZZJONI TAL-GĦAJNUNA REĠJONALI

(9)

L-għajnuna reġjonali għas-setturi tal-azzar (8) u tal-fibri sintetiċi (9) mhijiex se titqies kompatibbli mas-suq intern.

(10)

L-Awtorità se tapplika l-prinċipji stabbiliti f'dawn il-linji gwida għall-għajnuna reġjonali fis-setturi kollha tal-attività ekonomika, li jaqgħu fl-ambitu tal-Ftehim ŻEE (10) minbarra s-settur tat-trasport (11) li huwa soġġett għal regoli speċjali stipulati minn strumenti legali speċifiċi, li jistgħu jidderogaw b'mod parzjali jew sħiħ minn dawn il-linji gwida. L-Awtorità se tapplika dawn il-linji gwida għall-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti agrikoli fi prodotti mhux agrikoli.

(11)

Dawn il-linji gwida mhux se japplikaw għall-għajnuna mill-istat mogħtija lill-ajruporti (12) jew għas-settur tal-enerġija (13)

(12)

L-għajnuna għall-investiment reġjonali għal netwerks tal-broadband tista' titqies kompatibbli mas-suq intern jekk, flimkien mal-kundizzjonijiet ġenerali stipulati f'dawn il-linji gwida, tikkonforma wkoll mal-kundizzjonijiet speċifiċi li ġejjin: (i) l-għajnuna tingħata biss għal żoni fejn ma hemmx netwerk tal-istess kategorija (jew netwerk tal-broadband bażiku jew NGA) u fejn aktarx mhu se jiġi żviluppat l-ebda netwerk fil-futur qrib; (ii) l-operatur tan-netwerk issussidjat joffri aċċess bl-ingrossa attiv u passiv b'kundizzjonijiet ġusti u nondiskriminatorji bil-possibbiltà ta' diżaggregazzjoni sħiħa u effikaċi; (iii) l-għajnuna għandha tiġi allokata fuq il-bażi ta' proċess ta' għażla kompetittiva f'konformità mal-paragrafi 74 (c) u (d) tal-Linji gwida dwar il-Broadband tal-Awtorità (14)

(13)

L-għajnuna għall-investiment reġjonali lill-infrastrutturi ta' riċerka (15) tista' titqies bħala kompatibbli mas-suq intern jekk, apparti l-kundizzjonijiet ġenerali stipulati f'dawn il-linji gwida, l-għajnuna tiġi sottomessa għall-għoti ta' aċċess trasparenti u nondiskriminatorju għal dawn l-infrastrutturi.

(14)

Hemm it-tendenza li l-impriżi l-kbar jintlaqtu inqas mill-impriżi ta' daqs żgħir u medju (SMEs) mill-iżvantaġġi reġjonali għall-investiment jew għaż-żamma ta' attività ekonomika f'żona inqas żviluppata. L-ewwel nett, il-kumpaniji l-kbar jistgħu jiksbu kapital u kreditu fis-swieq globali aktar faċilment u huma inqas ristretti mill-offerta iktar limitata tas-servizzi finanzjarji f'reġjun żvantaġġat partikolari. It-tieni nett, l-investimenti mill-kumpaniji l-kbar jistgħu jipproduċu ekonomiji ta' skala li jnaqqsu l-kosti inizjali speċifiċi għall-post u, f'ħafna aspetti, mhumiex marbutin mar-reġjun li fih iseħħ l-investiment. It-tielet nett, il-kumpaniji l-kbar li jagħmlu investimenti normalment ikollhom setgħa ta' negozjar konsiderevoli meta mqabbla mal-awtoritajiet, u dan jista' jwassal biex l-għajnuna tingħata mingħajr ħtieġa jew ġustifikazzjoni xierqa. Fl-aħħar nett, il-kumpaniji l-kbar għandhom tendenza ikbar li jkunu atturi importanti fis-suq ikkonċernat u, konsegwentement, l-investiment li għalih tingħata l-għajnuna jista' joħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni u fil-kummerċ tas-suq intern.

(15)

Peress li l-għajnuna reġjonali mogħtija lill-kumpaniji l-kbar għall-investimenti tagħhom aktarx ma jkollhiex effett ta' inċentiv, hija ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 61 (3)(c) tal-Ftehim ŻEE, sakemm ma tingħatax għal investimenti inizjali li joħolqu attivitajiet ekonomiċi ġodda f'dawn l-oqsma (16) jew għad-diversifikazzjoni ta' stabbilimenti eżistenti fi prodotti ġodda jew għal innovazzjonijiet ġodda fil-proċessi.

(16)

L-għajnuna reġjonali li għandha l-għan li tnaqqas l-ispejjeż kurrenti ta' impriża tikkostitwixxi għajnuna operatorja u mhux se titqies bħala kompatibbli mas-suq intern, sakemm ma tingħatax biex jiġu indirizzati nuqqasijiet speċifiċi jew permanenti li jħabbtu wiċċhom magħhom il-kumpaniji f'reġjuni żvantaġġati. L-għajnuna operatorja tista' titqies kompatibbli jekk ikollha l-għan li tnaqqas ċerti diffikultajiet speċifiċi li jħabbtu wiċċhom magħhom l-SMEs f'żoni partikolarment żvantaġġati li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 61 (3) (a) tal-Ftehim ŻEE, jew fil-prevenzjoni jew it-tnaqqis tad-depopolazzjoni f'żoni b'popolazzjoni skarsa ħafna.

(17)

L-għajnuna operatorja mogħtija lill-kumpaniji li l-attività ewlenija tagħhom taqa' taħt it-Taqsima K “Attivitajiet finanzjarji u ta' assigurazzjoni” tal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi NACE (17) Rev. 2 jew lil impriżi li jwettqu attivitajiet ekonomiċi (18) jew intragrupp u li l-attività ewlenija tagħhom taqa' taħt il-kategorija 70.10 “Attivitajiet tal-uffiċċji ċentrali” jew taħt il-kategorija 70.22 “Negozju u attivitajiet oħra ta' konsulenza dwar ġestjoni” tan-NACE Rev. 2, mhux se titqies kompatibbli mas-suq intern.

(18)

L-għajnuna reġjonali tista' wkoll ma tingħatax lil ditti f'diffikultajiet, hekk kif definit għall-iskopijiet ta' dawn il-linji gwida mil-linji gwida tal-Awtorità dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta' ditti f'diffikultà (19) kif emendati jew sostitwiti.

(19)

Meta tivvaluta l-għajnuna reġjonali li tingħata lil xi kumpanija li tkun soġġetta għal ordni ta' rkupru pendenti b'segwitu għal deċiżjoni preċedenti tal-Awtorità li tiddikjara għajnuna bħala li tkun illegali u inkompatibbli mas-suq intern, l-Awtorità se tieħu inkunsiderazzjoni l-ammont tal-għajnuna li jkun għadu jrid jiġi rkuprat (20)

1.2.   DEFINIZZJONIJIET

(20)

Għall-għanijiet ta' dawn il-Linji gwida, id-definizzjonijiet li ġejjin japplikaw:

(a)

żoni “a” tfisser dawk iż-żoni nominati f'mappa ta' għajnuna reġjonali fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 61(3)(a) tal-Ftehim ŻEE,; “żoni ‘c’”; tfisser dawk żoni nominati f'mappa ta' għajnuna reġjonali fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim ŻEE;

(b)

“għajnuna ad hoc” tfisser għajnuna li ma tingħatax fuq il-bażi ta' skema;

(c)

“ammont aġġustat tal-għajnuna” tfisser l-ammont massimu permissibbli tal-għajnuna għal proġett ta' investiment kbir, ikkalkulat skont il-formula li ġejja:

ammont massimu tal-għajnuna = R × (50 + 0,50 × B + 0,34 × C)

fejn: R jirrappreżenta l-intensità massima tal-għajnuna applikabbli fiż-żona kkonċernata, minbarra l-intensità miżjuda tal-għajnuna għall-SMEs. B jirrappreżenta l-parti tal-kosti eliġibbli bejn il-EUR 50 miljun u l-EUR 100 miljun. C jirrappreżenta l-parti tal-kosti eliġibbli 'l fuq mill-EUR 100 miljun;

(d)

“data tal-għoti tal-għajnuna” tfisser id-data li fiha l-Istat tal-EFTA ħa impenn, b'mod legalment vinkolanti, li jagħti l-għajnuna li tista' tiġi invokata quddiem il-qrati nazzjonali;

(e)

“kosti eliġibbli” tfisser, għall-finijiet tal-għajnuna għall-investiment, assi tanġibbli u intanġibbli relatati ma' investiment inizjali jew kosti tal-pagi;

(f)

“ekwivalenti ta' għotja gross” (gross grant equivalent — GGE) tfisser il-valur skontat tal-għajnuna espress bħala perċentwali tal-valur skontat tal-kosti eliġibbli, kif ikkalkulat fil-mument tal-għoti tal-għajnuna fuq il-bażi tar-rata ta' referenza applikabbli f'dik id-data;

(g)

“għajnuna individwali” tfisser għajnuna mogħtija fuq il-bażi ta' skema jew inkella fuq bażi ad hoc;

(h)

“investiment inizjali” tfisser

i.

investiment f'assi tanġibbli u intanġibbli relatat ma':

it-twaqqif ta' stabbiliment ġdid;

l-estensjoni tal-kapaċità ta' stabbiliment eżistenti;

id-diversifikazzjoni tar-rendiment ta' stabbiliment fi prodotti li għadhom ma ġewx prodotti fl-istabbiliment; jew

ma' bidla fundamentali fil-proċess kollu tal-produzzjoni ta' stabbiliment eżistenti, jew

ii.

mal-akkwiżizzjoni ta' assi marbutin direttament ma' stabbiliment dment li l-istabbiliment ikun għalaq jew kien jagħlaq li kieku ma nxtarax, u li jinxtara minn investitur li mhuwiex relatat mal-bejjiegħ. L-akkwiżizzjoni waħedha tal-ishma ta' kumpanija ma tikkwalifikax bħala investiment inizjali;

(i)

“investiment inizjali favur attività ekonomika ġdida” tfisser:

i.

Investiment f'assi tanġibbli u intanġibbli relatat ma':

mat-twaqqif ta' stabbiliment ġdid; jew

mad-diversifikazzjoni tal-attività ta' stabbiliment, bil-kundizzjoni li l-attività l-ġdida ma tkunx l-istess attività jew waħda simili għal attività li diġà kienet titwettaq fl-istabbiliment; jew

ii.

l-akkwiżizzjoni tal-assi li jappartjenu lil stabbiliment li jkun għalaq jew li kien jagħlaq li kieku ma nxtarax, u li nxtara minn investitur li mhux relatat mal-bejjiegħ, bil-kundizzjoni li l-attività l-ġdida li għandha titwettaq permezz tal-użu tal-assi akkwistati mhijiex l-istess attività jew waħda simili għall-attività li seħħet fl-istabbiliment qabel l-akkwiżizzjoni;

(j)

“assi intanġibbli” tfisser assi miksuba permezz ta' trasferiment ta' teknoloġija bħal pereżempju drittijiet ta' privattivi, liċenzji, kompetenzi jew għarfien tekniku mingħajr privattiva;

(k)

“ħolqien tal-impjiegi” tfisser żieda netta fin-numru ta' impjegati fl-istabbiliment ikkonċernat meta mqabbel mal-medja matul it-12-il xahar ta' qabel wara li min-numru apparenti ta' impjiegi maħluqa, jitnaqqas kull impjieg li jkun intilef matul dak il-perjodu;

(l)

“proġett ta' investiment kbir” tfisser investiment inizjali bi spejjeż eliġibbli li jaqbżu l-EUR 50 miljun, ikkalkolati bil-prezzijiet u r-rati tal-kambju ta' dakinhar tal-għoti tal-għajnuna;

(m)

“l-intensitajiet massimi tal-għajnuna” tfisser l-intensitajiet tal-għajnuna f'GGE għall-kumpaniji l-kbar, kif stipulat fis-sottotaqsima 5.4 ta' dawn il-linji gwida u kif rifless fil-mappa dwar l-għajnuna reġjonali rilevanti;

(n)

“livell limitu ta' notifika” tfisser l-ammonti tal-għajnuna li jaqbżu l-livelli limiti stabbiliti fit-tabella ta' hawn taħt:

L-intensità tal-għajnuna

Livell limitu ta' notifika

10 %

EUR 7,5 miljun

15 %

EUR 11,25 miljun

25 %

EUR 18,75 miljun

35 %

EUR 26,25 miljun

50 %

EUR 37,5 miljun

(o)

“numru ta' impjegati” tfisser in-numru ta' unitajiet lavorattivi annwali (ULA), jiġifieri n-numru ta' persuni impjegati bħala full time f'sena waħda; persuni li jaħdmu part-time jew li jiġu impjegati f'xogħol staġonali jingħaddu bi frazzjonijiet ta' ULA;

(p)

“għajnuna operatorja” tfisser għajnuna mmirata lejn it-tnaqqis tan-nefqa attwali ta' kumpanija, li mhijiex relatata ma' investiment inizjali. Din tinkludi kategoriji ta' kosti bħal kosti marbuta mal-persunal, mal-materjali, mas-servizzi b'kuntratt, mal-komunikazzjonijiet, mal-enerġija, mal-manutenzjoni, mal-kera, mal-amministrazzjoni, eċċ., iżda teskludi l-imposti tad-deprezzament u l-kosti tal-finanzjament jekk dawn ikunu ġew inklużi fil-kosti eliġibbli meta tkun ingħatat l-għajnuna għall-investiment reġjonali;

(q)

“mappa tal-għajnuna reġjonali” tfisser il-lista taż-żoni magħżula minn Stat tal-EFTA f'konformità mal-kundizzjonijiet stipulati f'dawn il-linji gwida u approvati mill-Awtorità;

(r)

“l-istess attività jew waħda simili” tfisser attività li taqa' taħt l-istess kategorija (kodiċi numeriku b'erba' figuri) tal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi NACE Rev. 2;

(s)

“proġett ta' investiment uniku” tfisser kwalunkwe investiment inizjali mibdi mill-istess benefiċjarju (fil-livell tal-grupp) f'perjodu ta' tliet snin mid-data tal-bidu tax-xogħlijiet f'investiment ieħor megħjun fl-istess reġjun ta' Statistiku (21) fil-livell 3;

(t)

“SMEs” tfisser impriżi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-linji gwida tal-Awtorità tad-19 ta' April 2006 dwar għajnuna għal mikroimpriżi, impriżi żgħar u ta' daqs medju (22);

(u)

“bidu tax-xogħlijiet” tfisser jew il-bidu ta' xogħlijiet ta' kostruzzjoni fuq l-investiment, jew l-ewwel impenn sod biex ikun ordnat tagħmir jew impenn li jagħmel l-investiment irriversibbli, ikun liema jkun l-ewwel wieħed f'termini ta' żmien. Ix-xiri tal-art u x-xogħlijiet preparatorji, bħall-kisba ta' permessi u t-twettiq ta' studji preliminari dwar il-fattibbiltà, mhumiex meqjusa bħala bidu tax-xogħlijiet. Għall-akkwiżizzjonijiet, “bidu tax-xogħlijiet” tfisser il-mument li fih jiġu akkwistati l-assi marbuta direttament mal-istabbiliment akkwistat;

(v)

“żoni b'popolazzjoni skarsa” tfisser dawk iż-żoni nnominati mill-Istat tal-EFTA kkonċernat skont l-ewwel u t-tieni sentenza tal-paragrafu (149) ta' dawn il-linji gwida;

(w)

“assi tanġibbli” tfisser assi bħal artijiet, binjiet u impjanti, makkinarju u tagħmir;

(x)

“żoni b'popolazzjoni skarsa ħafna” tfisser ir-reġjuni ta' Statistika fil-livell 2 għan-Norveġja u livell 3 għall-Iżlanda b'inqas minn 8 abitanti għal kull km (abbażi tad-dejta tal-Eurostat dwar id-densità tal-popolazzjoni għall-2010) jew partijiet ta' tali reġjuni ta' Statistika nominati mill-Istat tal-EFTA kkonċernat, skont it-tielet sentenza tal-paragrafu 149 ta' dawn il-linji gwida;

(y)

“kosti tal-pagi” tfisser l-ammont totali li huwa pagabbli mill-benefiċjarju tal-għajnuna fir-rigward tal-impjieg ikkonċernat, inkluża l-paga grossa qabel it-taxxa u l-kontribuzzjonijiet obbligatorji bħall-kosti marbuta mas-sigurtà soċjali, mal-indukrar tat-tfal u mal-kura tal-ġenituri f'perjodu ta' żmien definit.

2.   GĦAJNUNA REĠJONALI NOTIFIKABBLI

(21)

Fil-prinċipju, l-Istati tal-EFTA għandhom jinnotifikaw għajnuna reġjonali skont l-Artikolu 1(3) tal-Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, bl-eċċezzjoni ta' miżuri li jwettqu l-kundizzjonijiet stabbiliti f'regolament għall-eżenzjoni ġenerali inkorporati fil-Ftehim ŻEE permezz tal-Anness XV.

(22)

L-Awtorità se tapplika dawn il-linji gwida għall-iskemi ta' għajnuna reġjonali u għall-għajnuna individwali nnotifikati.

(23)

L-għajnuna individwali mogħtija skont skema nnotifikata tibqa' soġġetta għall-obbligu ta' notifika f'konformità mal-Artikolu 1(3) tal-Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, jekk l-għajnuna mis-sorsi kollha taqbeż il-livell (23) limitu ta' notifika jew jekk din tingħata lil benefiċjarju li jkun għalaq l-istess attività jew waħda simili fiż-ŻEE, sentejn qabel id-data li fiha jkun applika għall-għajnuna jew li fil-mument tal-applikazzjoni għall-għajnuna kellu l-intenzjoni li jagħlaq attività bħal din fi żmien sentejn wara li jitlesta l-investiment li jkun irid jiġi ssussidjat.

(24)

L-għajnuna għall-investiment mogħtija lil kumpanija kbira biex tiddiversifika stabbiliment eżistenti f'żona “c” fi prodotti ġodda, tibqa' soġġetta għall-obbligu ta' notifika skont l-Artikolu 1(3) tal-Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti.

3.   VALUTAZZJONI TAL-KOMPATIBILITÀ TAL-GĦAJNUNA REĠJONALI

3.1.   IL-PRINĊIPJI KOMUNI TAL-VALUTAZZJONI

(25)

Fil-valutazzjoni tagħha jekk miżura ta' għajnuna nnotifikata tistax titqies kompatibbli mas-suq intern, l-Awtorità ġeneralment tanalizza jekk it-tfassil tal-miżura ta' għajnuna jiżgurax li l-impatt pożittiv tal-għajnuna għall-kisba ta' objettiv ta' interess komuni jkunx jeċċedi l-effetti negattivi potenzjali tagħha fuq il-kummerċ u l-kompetizzjoni.

(26)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-modernizzazzjoni tal-għajnuna mill-Istat tat-8 ta' Mejju 2012, imsemmija fit-taqsima introduttorja ta' dawn il-linji gwida, talbet li jiġu identifikati u definiti l-prinċipji komuni applikabbli għall-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-miżuri ta' għajnuna kollha mwettqa mill-Kummissjoni. L-istess prinċipji komuni japplikaw għall-valutazzjoni ta' kompatibbiltà mwettqa mill-Awtorità. Għal dan l-iskop, l-Awtorità se tikkunsidra li miżura ta' għajnuna tkun kompatibbli mal-Ftehim ŻEE jekk tissodisfa l-kriterji kollha li ġejjin biss:

(a)

kontribuzzjoni għal għan definit sew ta' interess komuni: miżura ta' għajnuna mill-Istat trid timmira lejn objettiv ta' interess komuni f'konformità mal-Artikolu 61(3) tal-Ftehim ŻEE; (taqsima 3.2)

(b)

ħtieġa għal intervenzjoni mill-Istat: miżura ta' għajnuna mill-Istat għandha tkun immirata lejn sitwazzjoni fejn l-għajnuna tkun tista' ġġib titjib materjali li s-suq innifsu ma jkunx jista' jikseb, pereżempju billi jiġi rrimedjat nuqqas tas-suq jew tiġi indirizzata ekwità jew koeżjoni kkonċernata; (taqsima 3.3)

(c)

adegwatezza tal-miżura ta' għajnuna: il-miżura ta' għajnuna proposta trid tkun strument ta' politika adegwat biex jiġi indirizzat l-objettiv ta' interess komuni; (taqsima 3.4)

(d)

l-effett tal-inċentiv: l-għajnuna trid tibdel l-imġiba tal-kumpaniji kkonċernati b'tali mod li dawn jidħlu għal attività addizzjonali li mingħajr l-għajnuna ma jwettquhiex jew jwettquha b'mod ristrett jew differenti jew f'post differenti; (taqsima 3.5)

(e)

il-proporzjonalità tal-għajnuna (limitazzjoni tal-għajnuna għall-minimu meħtieġ): l-għajnuna trid tkun limitata għall-minimu meħtieġ biex jitnissel l-investiment jew l-attività addizzjonali fiż-żona kkonċernata; (taqsima 3.6)

(f)

l-evitar ta' effetti negattivi mhux dovuti fuq kompetizzjoni u kummerċ bejn Stati ŻEE: l-effetti negativi tal-għajnuna għandha tkun limitata suffiċjentement, sabiex il-bilanċ globali tal-miżura jkun pożittiv; (taqsima 3.7)

(g)

it-trasparenza tal-għajnuna: l-Istati ŻEE, l-Awtorità, l-operaturi ekonomiċi u l-pubbliku jrid ikollhom aċċess faċli għall-atti u għall-informazzjoni kollha rilevanti dwar l-għajnuna li tingħata fil-qafas tagħhom. (taqsima 3.8)

(27)

Il-bilanċ globali ta' ċerti kategoriji ta' skemi jista' jiġi sottomess ulterjorment għal rekwiżit ta' evalwazzjoni ex post kif deskritt fit-taqsima 4 ta' dawn il-linji gwida. F'każijiet bħal dawn, l-Awtorità tista' tillimita t-tul ta' żmien ta' dawn l-iskemi (normalment għal erba' snin jew inqas) bil-possibbiltà li tinnotifika mill-ġdid l-estensjoni ulterjuri tagħhom.

(28)

Jekk miżura ta' għajnuna mill-Istat jew il-kundizzjonijiet marbuta magħha (inkluż il-metodu ta' finanzjament tagħha meta dan jifforma parti integrali mill-miżura ta' għajnuna mill-Istat) ikunu jinvolvu b'mod indissoċjabbli ksur tal-liġi taż-ŻEE, l-għajnuna ma tkunx tista' tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern (24)

(29)

Hi u tivvaluta l-kompatibbiltà ta' kwalunkwe għajnuna individwali mas-suq intern, l-Awtorità se tieħu inkunsiderazzjoni l-proċedimenti kollha li jikkonċernaw ksur tal-Artikolu 53 jew 54 tal-Ftehim ŻEE li jista' jirrigwarda lill-benefiċjarju tal-għajnuna u li jista' jkunu rilevanti għall-valutazzjoni tagħha skont l-Artikolu 61(3) tal-Ftehim ŻEE (25)

3.2.   KONTRIBUT GĦAL GĦAN KOMUNI

(30)

L-objettiv primarju tal-għajnuna reġjonali huwa li titnaqqas id-diskrepanza fl-iżvilupp bejn ir-reġjuni differenti fiż-ŻEE. Permezz tal-objettiv tagħha ta' ekwità u koeżjoni, l-għajnuna reġjonali tista' tikkontribwixxi għall-kisba tal-istrateġija Ewropa 2020 billi tipprovdi tkabbir inklużiv u sostenibbli.

3.2.1.   Skemi ta' għajnuna għall-investiment

(31)

L-iskemi ta' għajnuna reġjonali għandhom ikunu parti integrali mill-istrateġija ta' żvilupp reġjonali b'għanijiet definiti b'mod ċar u għandhom ikunu konsistenti ma' dawn l-għanijiet u jikkontribwixxu għalihom.

(32)

Fiż-żoni “c” l-iskemi jistgħu jiġu stabbiliti biex jappoġġjaw l-investimenti inizjali tal-SMEs u biex jappoġġjaw l-investiment inizjali li jiffavorixxi attivitajiet ġodda ta' kumpaniji kbar.

(33)

Meta tagħti l-għajnuna għal proġetti individwali ta' investiment abbażi ta' skema, l-awtorità awtorizzanti trid tikkonferma li l-proġett magħżul se jikkontribwixxi għall-objettiv tal-iskema u li b'hekk jikkontribwixxi wkoll għall-istrateġija ta' żvilupp taż-żona kkonċernata. Għal dan l-iskop, l-Istati tal-EFTA jistgħu jserrħu fuq l-informazzjoni pprovduta mill-applikant għall-għajnuna fil-formola annessa ma' dawn il-linji gwida, billi fiha jridu jiġu deskritti l-effetti pożittivi tal-investiment fuq iż-żona kkonċernata (26)

(34)

Biex jiġi żgurat li l-investiment jagħti kontribut veru u sostnut b'risq l-iżvilupp taż-żona kkonċernata, l-investiment irid jinżamm fiż-żona kkonċernata għal tal-inqas ħames snin, jew tliet snin fil-każ tal-SMEs, wara t-tlestija tiegħu (27)

(35)

Jekk l-għajnuna tiġi kkalkolata fuq il-bażi tal-kost tal-pagi, il-karigi jridu jimtlew fi żmien tliet snin mit-tlestija tax-xogħlijiet. Kull impjieg maħluq permezz tal-investiment irid jinżamm fiż-żona kkonċernata għal perjodu ta' ħames snin mid-data li fiha mtliet għall-ewwel darba l-kariga. Għall-investimenti li twettqu mill-SMEs kollha, l-Istati tal-EFTA jistgħu jnaqqsu dan il-perjodu ta' ħames snin stabbilit għaż-żamma ta' investiment jew ta' impjiegi għal minimu ta' tliet snin.

(36)

Biex jiġi żgurat li l-investiment huwa vijabbli, l-Istat tal-EFTA jrid jiżgura li l-benefiċjarju jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja ta' mill-inqas 25 % tal-ispejjeż eliġibbli, mir-riżorsi tiegħu stess jew permezz ta' finanzjament estern, f'għamla li hija eżenti minn kwalunkwe appoġġ finanzjarju pubbliku (28)

(37)

Sabiex jiġi evitat li l-miżuri tal-għajnuna mill-Istat iwasslu għal ħsara ambjentali, l-Istati tal-EFTA jridu jiżguraw ukoll li jkun hemm konformità mal-leġiżlazzjoni taż-ŻEE dwar l-ambjent, inkluż b'mod partikolari l-ħtieġa li titwettaq valutazzjoni tal-impatt ambjentali meta l-liġi titlob li jsir dan u li jiġi żgurat li jkun hemm il-permessi kollha rilevanti.

3.2.2.   Għajnuna għall-investiment individwali notifikata

(38)

Sabiex juru l-kontribut reġjonali tal-għajnuna individwali għall-investiment innotifikata lill-Awtorità, l-Istati tal-EFTA jistgħu jużaw indikaturi varji, bħal dawk imsemmija hawn taħt, li jistgħu jkunu kemm diretti (pereżempju, il-ħolqien ta' impjiegi diretti) kif ukoll indiretti (pereżempju, innovazzjoni lokali):

(a)

L-għadd ta' impjiegi diretti maħluqa bis-saħħa tal-investiment huwa indikatur importanti tal-kontribuzzjoni għall-iżvilupp reġjonali. Il-kwalità tal-impjiegi maħluqa u l-livell ta' ħila meħtieġ għandhom jiġu kkunsidrati wkoll.

(b)

Numru saħansitra ogħla ta' xogħlijiet ġodda jistgħu jinħolqu fin-netwerk lokali ta' (sub)fornituri, u dawn jgħinu sabiex l-investiment jintegra aħjar fir-reġjun ikkonċernat u jiġu żgurati effetti iktar mifruxa. Għaldaqstant l-għadd ta' impjiegi indiretti maħluqa se jiġi kkunsidrat ukoll.

(c)

Impenn mill-benefiċjarju biex jidħol f'attivitajiet ta' taħriġ mifruxa għat-titjieb tal-ħiliet (ġenerali u speċifiċi) tal-ħaddiema tiegħu se jkun meqjus bħala fattur li jikkontribwixxi għall-iżvilupp reġjonali. Se ssir enfasi wkoll fuq il-provvista ta' skemi ta' taħriġ jew ta' apprentistat, speċjalment għaż-żgħażagħ, u fuq it-taħriġ li jtejjeb l-għarfien u l-impjegabbiltà tal-ħaddiema barra mill-kumpanija. It-taħriġ ġenerali jew speċifiku li għalih tkun ġiet approvata għajnuna għat-taħriġ mhux se jgħodd bħala effett pożittiv tal-għajnuna reġjonali biex jiġi evitat li jsir għadd doppju.

(d)

Ekonomiji ta' skala esterni jew benefiċċji oħra mill-perspettiva ta' żvilupp reġjonali jistgħu jinħolqu bħala riżultat ta' prossimità (effett ta' raggruppament (clustering effect)). Ir-ragruppament ta' kumpaniji fl-istess industrija jippermetti li impjanti individwali jispeċjalizzaw iktar, u dan iwassal għal effiċjenza ikbar. Madankollu, l-importanza ta' dan l-indikatur fid-determinazzjoni tal-kontribut għall-iżvilupp reġjonali tiddependi fuq l-istat ta' żvilupp tar-raggruppament.

(e)

L-investimenti jinkorporaw għarfien tekniku u jistgħu jkunu s-sors ta' trasferiment ta' teknoloġija sinifikanti (tixrid ta' għarfien). Il-probabbiltà li investimenti li jseħħu f'industriji teknoloġikament intensivi jinvolvu trasferiment teknoloġiku lejn ir-reġjun li jirċievi hija ikbar. Il-livell u l-ispeċifiċità tat-tixrid tal-għarfien huma importanti wkoll f'dan ir-rigward.

(f)

Il-kontribut tal-proġetti b'risq l-abilità tar-reġjun li joħloq teknoloġija ġdida bis-saħħa tal-innovazzjoni lokali jista' jiġi kkunsidrat ukoll. Il-kooperazzjoni bejn il-faċilità ġdida ta' produzzjoni u l-istituzzjonijiet lokali tal-edukazzjoni għolja tista' titqies b'mod pożittiv f'dan ir-rigward.

(g)

It-tul ta' żmien tal-investiment u l-investimenti possibbli ta' segwitu fil-ġejjieni huma indikazzjoni ta' impenn dejjiemi min-naħa tal-kumpanija fir-reġjun ikkonċernat.

(39)

L-Istati tal-EFTA jistgħu jirreferu wkoll għall-pjan ta' direzzjoni tan-negozju tal-benefiċjarju tal-għajnuna li jista' jipprovdi informazzjoni dwar l-ammont ta' impjiegi li għandhom jinħolqu, is-salarji li jridu jitħallsu (żieda fil-ġid domestiku bħala effett konsegwenzjali), il-volum tal-akkwiżizzjoni mill-produtturi lokali, u l-fatturat iġġenerat mill-investiment u li minnu possibilment tibbenefika ż-żona permezz ta' dħul addizzjonali mit-taxxa.

(40)

Għall-għajnuna ad hoc  (29) l-Istat tal-EFTA jrid juri, flimkien mar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi minn (33) to (37), li l-proġett huwa koerenti mal-istrateġija tal-iżvilupp taż-żona kkonċernata u li jikkontribwixxi favoriha.

3.2.3.   Skemi ta' għajnuna operatorja

(41)

L-iskemi ta' għajnuna operatorja se jippromwovu l-iżvilupp ta' żoni żvantaġġati biss jekk l-isfidi li jħabbtu wiċċhom magħhom dawn iż-żoni jiġu identifikati b'mod ċar minn qabel. L-ostakli biex jattiraw jew iżommu l-attività ekonomika jistgħu tant ikunu gravi jew permanenti li l-għajnuna għall-investiment biss ma tkunx biżżejjed biex dawn iż-żoni jiżviluppaw.

(42)

Fir-rigward tal-għajnuna maħsuba biex tnaqqas ċerti diffikultajiet speċifiċi li jikkonfrontaw l-SMEs f'żoni “a”, l-Istati tal-EFTA kkonċernati jridu juru l-eżistenza u l-importanza ta' dawn id-diffikultajiet speċifiċi u jridu jindikaw li tenħtieġ skema ta' għajnuna operatorja minħabba li dawn id-diffikultajiet speċifiċi ma jistgħux jingħelbu bl-għajnuna għall-investiment.

(43)

Fir-rigward tal-għajnuna operatorja maħsuba biex tipprevjeni jew tnaqqas id-depopolazzjoni f'żoni b'popolazzjoni skarsa ħafna, l-Istat tal-EFTA kkonċernat irid juri r-riskju tad-depopolazzjoni taż-żona rilevanti fin-nuqqas ta' għajnuna operatorja.

3.3.   IL-BŻONN GĦAL INTERVENT MILL-ISTAT

(44)

Sabiex jiġi vvalutat jekk l-għajnuna mill-Istat hijiex neċessarja biex jintlaħaq l-objettiv ta' interess komuni, jeħtieġ li l-ewwel issir dijanjosi tal-problema li għandha tiġi indirizzata. L-għajnuna mill-Istat għandu jkollha fil-mira sitwazzjonijiet fejn l-għajnuna tista' ġġib magħha titjib materjali li s-suq ma jkunx kapaċi jġib waħdu. Dan japplika speċjalment f'kuntest ta' riżorsi pubbliċi skarsi.

(45)

Tabilħaqq, il-miżuri ta' għajnuna mill-Istat jistgħu, taħt ċerti kundizzjonijiet, jikkoreġu fallimenti tas-suq, biex b'hekk jikkontribwixxu għall-funzjonament effiċjenti tas-swieq u jsaħħu l-kompetittività. Barra minn hekk, meta s-swieq jipprovdu riżultati effiċjenti imma dawn jiġu kkunsidrati bħala mhux sodisfaċenti minn perspettiva ta' ekwità jew ta' koeżjoni, l-għajnuna mill-Istat tista' tintuża biex jinkiseb riżultat tas-suq li jkun aktar mixtieq u ġust.

(46)

Fir-rigward tal-għajnuna mogħtija għall-iżvilupp ta' żoni inklużi fil-mappa dwar l-għajnuna reġjonali f'konformità mar-regoli żviluppati fit-taqsima 5 ta' dawn il-linji gwida, l-Awtorità tqis li, mingħajr l-intervent mill-Istat, is-suq mhux qed jilħaq l-objettivi ta' koeżjoni mistennija stabbiliti fil-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, l-għajnuna mogħtija f'dawn iż-żoni, għandha tiġi kkunsidrata kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 61 (3) (a) u (c) tal-Ftehim ŻEE.

3.4.   ADEGWATEZZA TAL-GĦAJNUNA REĠJONALI

(47)

Il-miżura ta' għajnuna nnotifikata trid tkun strument ta' politika adegwat biex jiġi indirizzat l-objettiv ta' politika kkonċernat. Miżura ta' għajnuna ma titqiesx kompatibbli jekk strumenti ta' politika li joħolqu inqas distorsjoni jew tipi oħra ta' strumenti ta' għajnuna li joħolqu inqas distorsjoni jippermettu li jinkiseb l-istess kontribut pożittiv għall-iżvilupp reġjonali.

3.4.1.   L-adegwatezza fost strumenti politiċi alternattivi

3.4.1.1.   Skemi ta' għajnuna għall-investiment

(48)

L-għajnuna għall-investiment reġjonali mhijiex l-uniku strument politiku disponibbli għall-Istati tal-EFTA sabiex jappoġġjaw l-investiment u l-ħolqien tax-xogħol f'reġjuni żvantaġġati. L-Istati tal-EFTA jistgħu jinqdew b'miżuri oħrajn bħall-iżvilupp tal-infrastruttura, it-titjib tal-kwalità tal-edukazzjoni u t-taħriġ, jew it-titjib fl-ambjent tan-negozju.

(49)

L-Istati tal-EFTA jridu jindikaw għaliex l-għajnuna reġjonali hija strument adegwat biex jiġi indirizzat l-objettiv komuni ta' ekwità jew koeżjoni meta jintroduċu skema li ma tkunx koperta minn programm operattiv iffinanzjat mill-fondi tal-politika ta' koeżjoni.

(50)

B'mod partikolari, l-Awtorità se tqis kwalunkwe valutazzjonijiet tal-impatt tal-iskema ta' għajnuna proposta li l-Istat tal-EFTA jista' jrendi disponibbli. Bl-istess mod, ir-riżultati tal-evalwazzjonijiet ex post kif deskritt fit-taqsima 4 jistgħu jiġu kkunsidrati biex tiġi vvalutata l-adegwatezza tal-iskema proposta.

3.4.1.2.   Għajnuna għall-investiment individwali

(51)

Għal għajnuna ad hoc, l-Istat tal-EFTA jrid juri kif l-iżvilupp taż-żona kkonċernata jiġi żgurat aħjar permezz tat-tali għajnuna minflok b'għajnuna minn skema oħra jew b'tipi oħrajn ta' miżuri.

3.4.1.3.   Skemi ta' għajnuna operatorja

(52)

L-Istat tal-EFTA jrid juri li l-għajnuna hija adegwata biex jinkiseb l-objettiv tal-iskema għall-problemi li l-għajnuna għandha l-għan li tindirizza. Sabiex juri li l-għajnuna hija adegwata, l-Istat tal-EFTA jista' jikkalkula l-ammont tal-għajnuna ex ante bħala somma fissa li tkopri l-kosti addizzjonali mistennija matul perjodu partikolari, biex tinċentiva l-kumpaniji jikkontrollaw il-kosti u jiżviluppaw in-negozju tagħhom b'mod iktar effiċjenti, matul iż-żmien. (30)

3.4.2.   Adegwatezza fost strumenti differenti ta' għajnuna

(53)

L-għajnuna reġjonali tista' tingħata f'għamliet varji. Madankollu l-Istat tal-EFTA għandu jiżgura li l-għajnuna tingħata fl-għamla li aktarx tiġġenera l-inqas distorsjonijiet fil-kummerċ u fil-kompetizzjoni. F'dan ir-rigward, jekk l-għajnuna tingħata fl-għamliet li jipprovdu vantaġġ pekunarju dirett (pereżempju, għotjiet diretti, eżenzjonijiet jew tnaqqis fit-taxxi, fis-sigurtà soċjali jew f'imposti obbligatorji oħrajn, jew il-provvista ta' art, prodotti jew servizzi bi prezzijiet favorevoli, eċċ.), l-Istat tal-EFTA jrid juri għaliex għamliet ta' għajnuna oħrajn li potenzjalment joħolqu inqas distorsjoni, bħall-ħlas bil-quddiem rimborsabbli jew bħal għamliet ta' għajnuna li huma bbażati fuq strumenti ta' dejn jew ta' ekwità (pereżempju, self b'imgħax baxx jew ribassi tal-imgħax, garanziji tal-Istat, ix-xiri ta' parteċipazzjoni azzjonarja jew forniment alternattiv ta' kapital b'termini favorevoli), mhumiex adegwati.

(54)

Għal skemi ta' għajnuna li jimplimentaw l-għanijiet u l-prijoritajiet tal-programmi operazzjonali, l-istrument finanzjarju magħżul f'dan il-programm jitqies bħala strument xieraq.

(55)

Ir-riżultati tal-evalwazzjonijiet ex post kif deskritti fit-taqsima 4 jistgħu jiġu kkunsidrati għall-valutazzjoni tal-adegwatezza tal-istrument ta' għajnuna propost.

3.5.   EFFETT TA' INĊENTIV

(56)

L-għajnuna reġjonali tista' biss titqies kompatibbli mas-suq intern, jekk ikollha effett ta' inċentiv. Effett ta' inċentiv iseħħ meta l-għajnuna tibdel l-imġiba ta' impriża b'tali mod li din tinvolvi ruħha f'attività addizzjonali li tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' żona, li mingħajr l-għajnuna, ma kinitx tinvolvi ruħha fiha jew kienet tinvolvi ruħha fiha biss b'mod ristrett jew differenti jew f'post ieħor. L-għajnuna ma għandhiex tissussidja l-kosti ta' attività li ġġarrab kumpanija jkun x'ikun il-każ u ma tridx tikkumpensa għar-riskju normali tan-negozju ta' attività ekonomika.

(57)

L-eżistenza ta' effett ta' inċentiv tista' tintwera f'żewġ xenarji possibbli:

(a)

L-għajnuna tagħti inċentiv biex tiġi adottata deċiżjoni pożittiva ta' investiment għaliex investiment li mingħajrha ma jrendix biżżejjed profitti lill-benefiċjarju jista' jseħħ fiż-żona kkonċernata (31) (xenarju 1, deċiżjoni dwar investiment), jew

(b)

L-għajnuna tagħti inċentiv ta' parteċipazzjoni biex investiment ippjanat isir fiż-żona relevanti minflok xi mkien ieħor għaliex tikkumpensa għall-iżvantaġġi u l-ispejjeż netti marbutin ma' post fiż-żona kkonċernata (xenarju 2, deċiżjoni dwar il-post).

(58)

Jekk l-għajnuna ma tbiddilx l-imġiba tal-benefiċjarju billi tistimola investiment (addizzjonali) fiż-żona kkonċernata, jista' jitqies li l-istess investiment kien iseħħ fir-reġjun anke mingħajr l-għajnuna. Għajnuna bħal din ma għandhiex effett ta' inċentiv biex jinkiseb l-objettiv reġjonali u ma tistax tiġi approvata bħala kompatibbli mas-suq intern.

(59)

Madankollu, għall-għajnuna reġjonali mogħtija permezz ta' fondi ta' politika ta' koeżjoni fir-reġjuni “a” lill-investimenti meħtieġa biex jinkisbu l-istandards stabbiliti mil-liġi taż-ŻEE, l-għajnuna tista' titqies li jkollha effett ta' inċentiv, jekk fin-nuqqas tal-għajnuna, ma kienx ikun ta' profitt biżżejjed għall-benefiċjarju li jagħmel l-investiment fiż-żona kkonċernata, u b'hekk dan ikun wassal għall-għeluq ta' stabbiliment eżistenti f'dik iż-żona.

3.5.1.   Skemi ta' għajnuna għall-investiment

(60)

Ix-xogħlijiet fuq investiment individwali jistgħu jibdew biss wara li tiġi sottomessal-formola tal-applikazzjoni għall-għajnuna.

(61)

Jekk ix-xogħlijiet jibdew qabel ma tiġi sottomessal-formola tal-applikazzjoni għall-għajnuna, kwalunkwe għajnuna mogħtija fir-rigward ta' dak l-investiment individwali ma tiġix ikkunsidrata kompatibbli mas-suq intern.

(62)

L-Istati tal-EFTA jridu jintroduċu formola ta' applikazzjoni standard għall-għajnuna, li hija annessa ma' dawn il-linji gwida (32) Fil-formola tal-applikazzjoni, l-SMEs u l-kumpaniji l-kbar għandhom jispjegaw bħala kontrofatt x'kien jiġri kieku ma rċevewx l-għajnuna filwaqt li jindikaw liema mix-xenarji deskritt fil-paragrafu (57) japplika.

(63)

Barra minn hekk, il-kumpaniji l-kbar iridu jissottomettu evidenza dokumentata li ssostni x-xenarju kontrofattwali deskritt fil-formola tal-applikazzjoni. L-SMEs mhumiex soġġetti għal tali obbligu.

(64)

L-awtorità awtorizzanti trid twettaq verifika tal-kredibbiltà tax-xenarju kontrofattwali u tikkonferma li l-għajnuna reġjonali għandha l-effett ta' inċentiv meħtieġ li jikkorrispondi ma' wieħed mix-xenarji deskritti fil-paragrafu (57). Xenarju kontrofattwali jitqies kredibbli jekk ikun ġenwin u jekk ikun jirrigwarda l-fatturi prevalenti għat-teħid tad-deċiżjonijiet fiż-żmien li fih il-benefiċjarju jieħu d-deċiżjoni dwar l-investiment.

3.5.2.   Għajnuna għall-investiment individwali notifikata

(65)

Minbarra r-rekwiżiti msemmija fil-paragrafi minn (60) sa (64), għall-għajnuna individwali nnotifikata (33) l-Istat tal-EFTA jrid jipprovdi evidenza ċara li l-għajnuna effettivament għandha impatt fuq l-għażla tal-investiment jew fuq l-għażla tal-post (34) Għandu jispeċifika liema mix-xenarji deskritt fil-paragrafu (57) japplika. Sabiex tkun tista' ssir valutazzjoni komprensiva, l-Istat tal-EFTA ma jridx jipprovdi biss l-informazzjoni dwar il-proġett megħjun iżda anke deskrizzjoni komprensiva tax-xenarju kontrofattwali, li fih l-ebda awtorità pubblika fiż-ŻEE ma tagħti xi għajnuna lill-benefiċjarju.

(66)

Fix-xenarju 1, l-Istat tal-EFTA jista' juri l-eżistenza tal-effett ta' inċentiv tal-għajnuna billi jipprovdi dokumenti tal-kumpanija li juru li l-investiment ma jrendix biżżejjed mingħajr l-għajnuna.

(67)

Fix-xenarju 2, l-Istat tal-EFTA jista' jagħti prova tal-effett ta' inċentiv tal-għajnuna billi jipprovdi dokumenti tal-kumpanija li juru li jkun sar paragun bejn il-kosti u l-benefiċċji ta' lokalizzazzjoni fiż-żona kkonċernata u dawk ta' lokalizzazzjoni f'żona/żoni alternattiva/alternattivi. L-Awtorità tivverifika jekk dan il-paragun ikollux bażi realistika.

(68)

L-Istati tal-EFTA huma, b'mod partikolari, mistiedna biex iserrħu fuq dokumenti uffiċjali tal-bord, valutazzjonijiet tar-riskju (inkluża l-valutazzjoni ta' riskji speċifiċi għall-post), rapporti finanzjarji, pjanijiet interni ta' direzzjoni tan-negozju, opinjonijiet tal-esperti u studji oħra relatati mal-proġett ta' investiment taħt valutazzjoni. Dokumenti li jkunu jinkludu tbassir dwar id-domanda u l-kosti u tbassir finanzjarju, dokumenti li jiġu ppreżentati lill-kumitat għall-investiment u li jelaboraw dwar diversi xenarji ta' investiment, jew dokumenti pprovduti lill-istituzzjonijiet finanzjarji, jistgħu jgħinu lill-Istati tal-EFTA juru l-effett ta' inċentiv.

(69)

F'dan il-kuntest, u b'mod partikolari fix-xenarju 1, il-livell ta' profittabbiltà jista' jiġi evalwat b'referenza għall-metodoloġiji li l-użu tagħhom hija prassi standard fl-industrija partikolari kkonċernata, u li jistgħu jinkludu metodi biex jiġu evalwati l-valur preżenti nett tal-proġett (VPN) (35) ir-rata interna ta' redditu (IRR) (36) jew ir-redditu medju fuq il-kapital utilizzat (ROCE). Il-profittabbiltà tal-proġett għandha tiġi mqabbla mar-rati normali ta' redditu applikati mill-kumpanija fi proġetti oħrajn ta' investiment ta' natura simili. Fejn dawn ir-rati ma jkunux disponibbli, il-profittabbiltà tal-proġett għandha tiġi mqabbla mal-kost tal-kapital tal-kumpanija b'mod sħiħ jew bir-rati ta' redditu komuni osservati fl-industrija kkonċernata.

(70)

Jekk l-għajnuna ma tibdilx l-imġiba tal-benefiċjarju billi tistimula investiment (addizzjonali) fiż-żona kkonċernata, ma hemm l-ebda effett pożittiv fuq ir-reġjun. Għalhekk, l-għajnuna mhux se titqies kompatibbli mas-suq intern f'każijiet fejn ikun jidher li l-istess investiment seta' jseħħ fir-reġjun anke jekk ma tkunx ingħatat l-għajnuna.

3.5.3.   Skemi ta' għajnuna operatorja

(71)

Għal skemi ta' għajnuna operatorja, l-effett ta' inċentiv tal-għajnuna se jitqies bħala preżenti jekk ikun probabbli li, fin-nuqqas tal-għajnuna, il-livell ta' attività ekonomika fiż-żona jew fir-reġjun ikkonċernat jonqos b'mod sinifikanti minħabba l-problemi li l-għajnuna għandha l-għan li tindirizza.

(72)

Għalhekk, l-Awtorità tikkunsidra li l-għajnuna twassal għal attività ekonomika addizzjonali fiż-żoni jew fir-reġjuni kkonċernati, jekk l-Istat tal-EFTA jkun wera l-eżistenza u n-natura sostanzjali ta' dawn il-problemi fiż-żona kkonċernata (ara paragrafi (42) u (43)).

3.6.   IL-PROPORZJONALITÀ TAL-AMMONT TAL-GĦAJNUNA (LIMITAZZJONI TAL-GĦAJNUNA GĦALL-MINIMU MEĦTIEĠ)

(73)

Fil-prinċipju, l-ammont tal-għajnuna reġjonali jrid ikun limitat għall-minimu meħtieġ biex jinħolqu investimenti jew attivitajiet addizzjonali fiż-żona kkonċernata.

(74)

Bħala regola ġenerali, l-għajnuna individwali nnotifikata se tiġi kkunsidrata bħala li hija limitata għall-minimu meħtieġ, jekk l-ammont tal-għajnuna jikkorrispondi mal-kosti żejda netti marbuta mal-implimentazzjoni tal-investiment fiż-żona kkonċernata, b'paragun ma' dak li seta' jiġri mingħajr l-għajnuna f'xenarju kontrofattwali. Bl-istess mod, fil-każ ta' għajnuna għall-investiment mogħtija lill-kumpaniji l-kbar fi skemi nnotifikati, l-Istati tal-EFTA jridu jiżguraw li l-ammont tal-għajnuna huwa limitat għall-minimu fuq il-bażi ta' “approċċ tal-kosti żejda netti”.

(75)

Għal sitwazzjonijiet tax-xenarju 1 (deċiżjonijiet ta' investiment) l-ammont tal-għajnuna għalhekk ma għandux jeċċedi l-minimu meħtieġ sabiex il-proġett jiġi jrendi biżżejjed profitt, pereżempju biex iżid l-IRR tiegħu lil hinn mir-rati normali ta' redditu applikati mill-kumpanija kkonċernata fi proġetti oħra ta' investiment ta' tip simili jew, meta disponibbli, biex iżid l-IRR tiegħu lil hinn mill-kost tal-kapital tal-kumpanija b'mod sħiħ jew lil hinn mir-rati ta' redditu komunement osservati fl-industrija kkonċernata.

(76)

F'sitwazzjonijiet tax-xenarju 2 (inċentivi għall-għażla tal-post), l-ammont tal-għajnuna m'għandux jeċċedi d-differenza bejn il-valur preżenti nett tal-investiment fiż-żona li tkun fil-mira u l-valur preżenti nett fil-post alternattiv. Il-kosti u l-benefiċċji kollha rilevanti jridu jiġu kkunsidrati, inkluż pereżempju, il-kosti amministrattivi, il-kosti għat-trasport, il-kosti għat-taħriġ li ma jkunux koperti minn għajnuna għat-taħriġ kif ukoll id-differenzi fil-pagi. Madankollu, f'każ li l-post alternattiv ikun jinsab fiż-ŻEE, is-sussidji mogħtija f'dak il-post l-ieħor ma għandhomx jiġu kkunsidrati.

(77)

Sabiex tiġi żgurata l-prevedibbiltà u livell ta' kundizzjonijiet indaqs, l-Awtorità tapplika intensitajiet massimi (37) ta' għajnuna ulterjuri għall-għajnuna ta' investiment. Dawn l-intensitajiet massimi tal-għajnuna għandhom skop doppju.

(78)

L-ewwel, għal skemi notifikati, dawn l-intensitajiet massimi ta' għajnuna jservu bħala portijiet sikuri għall-SMEs: sakemm l-intensità tibqa' 'l isfel mill-massimu permess, il-kriterju ta' “għajnuna limitata għall-minimu” hija meqjusa ssodisfata.

(79)

It-tieni, għall-każijiet l-oħra kollha, l-intensitajiet massimi tal-għajnuna huma użati bħala limitu massimu għall-approċċ tal-kosti żejda netti deskritt fil-paragrafi (75) u (76).

(80)

L-intensitajiet massimi tal-għajnuna huma mmodulati bit-tħaddim ta' tliet kriterji:

(a)

is-sitwazzjoni soċjoekonomika taż-żona kkonċernata, bħala prokura għall-ħtieġa li ż-żona għandha ta' żvilupp u, potenzjalment, il-gravità tal-iżvantaġġ taż-żona biex tattira u żżomm attività ekonomika;

(b)

id-daqs tal-benefiċjarju bħala prokura tad-diffikultajiet speċifiċi ta' finanzjament jew ta' implimentazzjoni ta' proġett fiż-żona, u

(c)

id-daqs tal-proġett ta' investiment, bħala indikatur għal-livell ta' distorsjoni mistenni tal-kompetizzjoni u tal-kummerċ.

(81)

Skont dan, huma permessi intensitajiet ta' għajnuna ogħla (u li jwasslu, potenzjalment, għal tgħawwiġ ogħla fil-kummerċ u l-kompetizzjoni) inqas ma jkun żviluppat ir-reġjun fil-mira, u jekk il-benefiċjarju tal-għajnuna jkun SME.

(82)

Fid-dawl tad-distorsjonijiet ikbar mistennija fil-kummerċ u fil-kompetizzjoni, l-intensità massima tal-għajnuna għal proġetti kbar ta' investiment għandha titnaqqas billi jintuża l-mekkaniżmu definit fil-paragrafu (20)(c).

3.6.1.   Skemi ta' għajnuna għall-investiment

(83)

Fir-rigward tal-għajnuna lill-SMEs, jistgħu jintużaw l-intensitajiet massimi tal-għajnuna miżjuda, deskritti fit-taqsima 5.4. Madankollu, l-SMEs jistgħu ma jibbenefikawx minn dawn l-intensitajiet miżjuda meta l-investiment ikun relatat ma' proġett kbir ta' investiment.

(84)

Fir-rigward tal-għajnuna lill-kumpaniji l-kbar, l-Istat tal-EFTA jrid jiżgura li l-ammont tal-għajnuna jikkorrispondi mal-kostijiet żejda netti marbuta mal-implimentazzjoni tal-investiment fiż-żona kkonċernata, b'paragun ma' dak li seta' jiġri mingħajr l-għajnuna f'xenarju kontrofattwali. Il-metodu spjegat fil-paragrafi (75) u (76) irid jintuża flimkien mal-intensitajiet massimi tal-għajnuna bħala limitu massimu.

(85)

F'dak li jirrigwarda l-għajnuna għal proġetti kbar ta' investiment, għandu jiġi żgurat li l-għajnuna ma teċċedix l-intensità mnaqqsa. F'każ li l-għajnuna tingħata lil xi benefiċjarju għal investiment li jitqies bħala parti minn proġett ta' investiment wieħed, l-għajnuna trid titnaqqas għall-kostijiet eliġibbli li jeċċedu l-EUR 50 miljun (38)

(86)

L-intensità massima tal-għajnuna u l-ammont tal-għajnuna għal kull proġett iridu jiġu kkalkolati mill-awtorità awtorizzanti meta tingħata l-għajnuna. L-intensità tal-għajnuna trid tiġi kkalkulata fuq il-bażi ta' ekwivalenti ta' għotja gross b'rabta mat-total tal-kostijiet tal-investiment eliġibbli jew b'rabta mal-kostijiet tal-pagi eliġibbli ddikjarati mill-benefiċjarju tal-għajnuna meta japplika għaliha.

(87)

Jekk l-għajnuna għall-investiment li tiġi kkalkulata fuq il-bażi tal-kostijiet tal-investiment tiġi kkombinata mal-għajnuna għall-investiment reġjonali li tiġi kkalkulata fuq il-bażi tal-kostijiet tal-pagi, it-total tal-għajnuna ma jistax jeċċedi l-ogħla ammont ta' għajnuna li jirriżulta minn waħda minn dawn il-kalkulazzjonijiet, sakemm ma jaqbiżx l-intensità massima tal-għajnuna permissibbli għaż-żona kkonċernata.

(88)

L-għajnuna għall-investiment tista' tingħata fl-istess ħin fil-qafas ta' diversi skemi ta' għajnuna reġjonali jew b'mod kumulattiv ma' għajnuna ad hoc, bil-kundizzjoni li t-total tal-għajnuna mis-sorsi kollha ma jeċċedix l-intensità massima tal-għajnuna permissibbli għal kull proġett li trid tiġi kkalkulata minn qabel mill-ewwel awtorità awtorizzanti.

(89)

F'dak li jirrigwarda l-investimenti inizjali marbuta ma' proġetti tal-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea (KTE) li jissodisfaw il-kriterji tar-Regolament li jistipula d-dispożizzjonijiet speċifiċi għall-appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għall-għan ta' kooperazzjoni territorjali Ewropea, (39) l-intensità tal-għajnuna applikabbli għaż-żona fejn ikun seħħ l-investiment inizjali, se tapplika għall-benefiċjarji kollha li jipparteċipaw fil-proġett. Jekk l-investiment inizjali jkun jinsab f'żewġ żoni megħjuna jew aktar, l-intensità massima tal-għajnuna għall-investiment inizjali se tkun dik applikabbli fiż-żona megħjuna fejn ikunu ġġarrbu l-akbar parti tal-kostijiet eliġibbli. L-investimenti inizjali mwettqa minn kumpaniji kbar f'żoni “c” jistgħu jibbenefikaw biss mill-għajnuna reġjonali fil-kuntest ta' proġetti tal-KTE, jekk dawn ikunu investimenti inizjali li jiffavorixxu attivitajiet ġodda jew prodotti ġodda.

3.6.1.1.   Il-kostijiet eliġibbli kkalkulati fuq il-bażi tal-kostijiet tal-investiment

(90)

L-assi akkwistati għandhom ikunu ġodda, minbarra għall-SMEs jew fil-każ ta' akkwiżizzjoni ta' stabbiliment (40)

(91)

Għall-SMEs, sa 50 % tal-kostijiet tal-istudji preparatorji u tal-kostijiet ta' servizzi ta' konsulenza marbuta mal-investiment jistgħu wkoll jitqiesu bħala kostijiet eliġibbli.

(92)

F'dak li jirrigwarda l-għajnuna mogħtija għal bidla fundamentali fil-proċess tal-produzzjoni, il-kostijiet eliġibbli jridu jeċċedu d-deprezzament tal-assi marbuta mal-attività li għandha tiġi mmodernizzata matul it-tliet snin fiskali ta' qabel.

(93)

F'dak li jirrigwarda l-għajnuna mogħtija għal diversifikazzjoni ta' stabbiliment eżistenti, il-kostijiet eliġibbli jridu jeċċedu b'mill-inqas 200 % il-valur fil-kotba tal-assi li jkunu qed jerġgħu jintużaw, kif irreġistrat fis-sena fiskali ta' qabel il-bidu tax-xogħlijiet.

(94)

Il-kostijiet marbuta mal-lokazzjoni tal-assi tanġibbli jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)

F'dak li jirrigwarda l-artijiet u l-bini, il-lokazzjoni trid tkompli għal tal-inqas ħames snin wara d-data prevista għat-tlestija tal-investiment għall-kumpaniji l-kbar, u tliet snin għall-SMEs

(b)

F'dak li jirrigwarda l-impjanti jew il-makkinarju, il-lokazzjoni trid tkun fl-għamla ta' lokazzjoni finanzjarja u jrid ikun fiha obbligu, għall-benefiċjarju tal-għajnuna, li jixtri l-assi sal-iskadenza tat-terminu tal-lokazzjoni.

(95)

Fil-każ ta' akkwiżizzjoni ta' stabbiliment, huma biss l-ispejjeż tax-xiri tal-assi minn partijiet terzi mhux konnessi mal-bejjiegħ li għandhom jittieħdu f'kunsiderazzjoni. It-tranżazzjoni trid isseħħ skont il-kundizzjonijiet tas-suq. Meta tkun diġà ngħatat l-għajnuna għall-akkwiżizzjoni ta' assi qabel ma jinxtraw mill-partijiet terzi, il-kostijiet ta' dawn l-assi għandhom jitnaqqsu mill-kostijiet eliġibbli relatati mal-akkwiżizzjoni ta' stabbiliment. Jekk l-akkwiżizzjoni ta' stabbiliment tkun akkumpanjata minn investiment addizzjonali eliġibbli għall-għajnuna, il-kostijiet eliġibbli ta' dan l-aħħar investiment għandhom jiġu miżjuda mal-kostijiet tax-xiri tal-assi tal-istabbiliment.

(96)

Għal impriżi kbar, l-ispejjeż intanġibbli huma eliġibbli biss sa limitu ta' 50 % tal-kost ta' investiment totali eliġibbli għall-proġett. Għall-SMEs, jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni l-kostijiet sħaħ relatati mal-assi intanġibbli.

(97)

L-assi intanġibbli li huma eliġibbli għall-kalkulazzjoni tal-kostijiet tal-investimenti jridu jibqgħu assoċjati maż-żona megħjuna kkonċernata u ma għandhomx jiġu ttrasferiti għal reġjuni oħra. Għal dan il-għan, l-assi intanġibbli jridu jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

għandhom jintużaw esklussivament fl-istabbiliment li qed jirċievi l-għajnuna;

(b)

dawn iridu jkunu jistgħu jiġu ammortizzati;

(c)

iridu jinxtraw skont il-kundizzjonijiet tas-suq minn partijiet terzi mhux relatati max-xerrej.

(98)

L-assi intanġibbli jridu jiġu inklużi fl-assi tal-kumpanija li tkun qed tirċievi l-għajnuna u jridu jibqgħu assoċjati mal-proġett li għalih tkun ingħatat l-għajnuna għal tal-inqas ħames snin (tliet snin għall-SMEs).

3.6.1.2.   Il-kostijiet eliġibbli kkalkulati fuq il-bażi tal-kostijiet tal-pagi

(99)

L-għajnuna reġjonali tista' tiġi kkalkolata wkoll b'referenza għall-kost mistenni tal-pagi li joħroġ mill-ħolqien tax-xogħol minħabba investiment inizjali. L-għajnuna tista' tagħmel tajjeb biss għall-kostijiet tal-paga tal-persuna maħtura, ikkalkulati fuq perjodu ta' sentejn, u l-intensità li tirriżulta ma tistax teċċedi l-intensità tal-għajnuna applikabbli fiż-żona kkonċernata.

3.6.2.   Għajnuna għall-investiment individwali notifikata

(100)

Għal sitwazzjonijiet tax-xenarju 1 (deċiżjoni ta' investiment) l-Awtorità se tivverifika jekk l-ammont tal-għajnuna jaqbiżx il-minimu meħtieġ biex il-proġett jiġi jrendi biżżejjed profitt, billi tuża l-metodu stabbilit fil-paragrafu (75).

(101)

F'sitwazzjonijiet tax-xenarju 2 (deċiżjoni dwar l-għażla tal-post), għal inċentiv għall-għażla tal-post, il-Kummissjoni se tqabbel il-valur preżenti nett tal-investiment fiż-żona li tkun fil-mira mal-valur preżenti nett fil-post alternattiv, billi tuża l-metodu msemmi fil-paragrafu (76).

(102)

Il-kalkoli użati għall-analiżi tal-effett ta' inċentiv jistgħu jintużaw ukoll biex jiġi vvalutat jekk l-għajnuna hijiex proporzjonata. L-Istat tal-EFTA jrid juri l-proporzjonalità abbażi ta' dokumentazzjoni bħal dik imsemmija fil-paragrafu (68).

(103)

L-intensità tal-għajnuna ma tridx taqbeż l-intensità tal-għajnuna aġġustata permissibbli.

3.6.3.   Skemi ta' għajnuna operatorja

(104)

L-Istat tal-EFTA jrid juri li l-livell tal-għajnuna huwa proporzjonat mal-problemi li l-għajnuna hija maħsuba biex tindirizza.

(105)

B'mod partikolari, iridu jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-għajnuna trid tiġi ddeterminata b'rabta ma' sett predefinit ta' kostijiet eliġibbli li huma attribwibbli bis-sħiħ għall-problemi li l-għajnuna għandha l-għan li tindirizza, kif muri mill-Istat tal-EFTA;

(b)

l-għajnuna trid tkun limitata għal ċertu proporzjon ta' dak is-sett predefinit ta' kostijiet eliġibbli u ma tistax teċċedi dawn il-kostijiet;

(c)

l-ammont tal-għajnuna għal kull benefiċjarju jrid ikun proporzjonat għal-livell tal-problemi li fil-fatt huma esperjenzati minn kull benefiċjarju.

3.7.   L-EVITAR TA' EFFETTI NEGATTIVI BLA BŻONN FUQ IL-KOMPETIZZJONI U L-KUMMERĊ

(106)

Sabiex l-għajnuna tkun kompatibbli, l-effetti negattivi tal-miżura ta' għajnuna f'termini ta' distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u tal-impatt fuq il-kummerċ bejn l-Istati tal-EFTA jridu jkunu limitati u inferjuri għall-effetti pożittivi f'dak li jikkonċerna l-kontribut għall-għan ta' interess komuni. Jistgħu jiġu identifikati sitwazzjonijiet fejn l-effetti negattivi manifestament jirbħu fuq kwalunkwe effett pożittiv, u dan ifisser li l-għajnuna ma tistax titqies kumpatibbli mas-suq intern.

3.7.1.   Kunsiderazzjonijiet ġenerali

(107)

L-għajnuna reġjonali tista' tkun il-kaġun ta' żewġ forom ewlenin ta' distorsjoni potenzjali fil-kompetizzjoni u fil-kummerċ. Dawn huma distorsjonijiet tas-suq tal-prodotti u l-effetti marbutin mal-post. Iż-żewġ tipi jistgħu jwasslu għal ineffiċjenzi allokattivi (li jkunu ta' ħsara għall-prestazzjoni ekonomika tas-suq intern) u għal tħassib distribuzzjonali (distribuzzjoni tal-attività ekonomika bejn ir-reġjuni).

(108)

Effett potenzjalment dannuż tal-għajnuna mill-Istat huwa li din twaqqaf il-mekkaniżmu tas-suq milli jagħti riżultati effiċjenti billi jippremja lill-aktar produtturi effiċjenti u billi jpoġġi pressjoni fuq dawk li huma l-inqas effiċjenti bil-għan li jitjiebu, jagħmlu ristrutturar jew joħorġu mis-suq. Espansjoni sostanzjali fil-kapaċità kkawżata mill-għajnuna mill-Istat f'suq ineffiċjenti, tista' toħloq distorsjoni bla bżonn fil-kompetizzjoni, peress li l-ħolqien jew iż-żamma ta' kapaċità żejda jistgħu jwasslu għal kostrinġiment tal-marġnijiet tal-profitt, għal tnaqqis tal-investimenti tal-kompetituri jew saħansitra għall-ħruġ tal-kompetituri mis-suq. Dan jista' jwassal għal sitwazzjoni fejn il-kompetituri li kienu jkunu kapaċi jibqgħu fis-suq, jiġu mġiegħla joħorġu minnu. Id-disponibbiltà tal-għajnuna tista' twaqqaf ukoll lill-kumpaniji milli jidħlu jew milli jespandu fis-suq u tista' ddgħajjef l-inċentivi għall-kompetituri biex ikunu innovattivi. Dan kollu jwassal għal strutturi tas-suq ineffiċjenti li, fuq tul ta' żmien, ikunu wkoll ta' ħsara għall-konsumaturi. Barra minn hekk, id-disponibbiltà tal-għajnuna tista' tikkawża mġiba ottimista jew eċċessivament riskjuża min-naħa tal-benefiċjarji potenzjali. L-effett fit-tul fuq il-prestazzjoni ġenerali tas-settur probabbilment ikun negattiv.

(109)

L-għajnuna jista' jkollha wkoll effetti ta' distorsjoni billi żżid jew iżżomm setgħa sostanzjali fis-suq għall-benefiċjarju. Anke meta l-għajnuna ma ssaħħaħx setgħa sostanzjali fis-suq b'mod dirett, hija tista' tagħmel dan b'mod indirett, billi tiskoraġġixxi l-espansjoni tal-kompetituri eżistenti jew billi twassal għal ħruġ tagħhom mis-suq jew billi tiskoraġġixxi d-dħul ta' kompetituri ġodda.

(110)

Minbarra li tgħawweġ is-swieq tal-prodotti, min-natura tagħha l-għajnuna reġjonali taffettwa wkoll il-post tal-attività ekonomika. Meta żona partikolari tattira investiment permezz tal-għajnuna, żona oħra tkun qed titlef dik l-opportunità. Dawn l-effetti negattivi fiż-żoni milquta b'mod negattiv mill-għajnuna jistgħu jinħassu permezz ta' telf ta' attività ekonomika u telf ta' impjiegi, anke fil-livell ta' sottokuntratturi. Dawn jistgħu jinħassu wkoll f'telf ta' esternalitajiet pożittivi (pereżempju, effett ta' raggruppament, tixrid tal-għarfien, edukazzjoni u taħriġ, eċċ.).

(111)

L-ispeċifiċità ġeografika tal-għajnuna reġjonali tiddistingwiha minn għamliet oħrajn ta' għajnuna orizzontali. Karatteristika partikolari tal-għajnuna reġjonali hija li hi maħsuba biex tinfluwenza l-għażla li ssir mill-investituri dwar fejn jagħmlu l-proġetti tal-investiment. Meta l-għajnuna reġjonali tegħleb il-kostijiet addizzjonali li joriġinaw min-nuqqasijiet reġjonali u ssostni l-investiment addizzjonali f'żoni megħjuna mingħajr ma tbiegħdu minn żoni megħjuna oħra, ma tkunx qed tikkontribwixxi biss għall-iżvilupp tar-reġjun iżda anki għall-koeżjoni, u finalment tkun qed isservi ta' ġid għaż-ŻEE kollha kemm hi. Fir-rigward tal-effetti negattivi potenzjali tal-għajnuna reġjonali fuq l-għażla tal-post, dawn sa ċertu punt diġà huma limitati minn mapep dwar l-għajnuna reġjonali, li jiddefinixxu b'mod eżawrjenti ż-żoni li jistgħu jingħataw l-għajnuna reġjonali, filwaqt li jieħdu inkunsiderazzjoni l-objettivi ta' ekwità u tal-politika ta' koeżjoni, kif ukoll l-intensitajiet massimi tal-għajnuna permissibbli. Madankollu, huwa importanti li wieħed jifhem x'kien iseħħ fin-nuqqas tal-għajnuna biex jiġi vvalutat l-impatt reali tal-għajnuna fuq l-objettiv ta' koeżjoni.

3.7.2.   Effetti negattivi evidenti

(112)

L-Awtorità tidentifika għadd ta' sitwazzjonijiet fejn l-effetti negattivi tal-għajnuna manifestament jirbħu fuq kwalunkwe effett pożittiv, u b'hekk l-għajnuna ma tistax titqies kumpatibbli mas-suq intern.

(113)

L-Awtorità tistabbilixxi l-intensitajiet massimi tal-għajnuna. Dawn jikkostitwixxu rekwiżit bażiku għall-kompatibbiltà, li l-għan tiegħu huwa li jevita li l-għajnuna mill-Istat tintuża għal proġetti fejn il-proporzjon bejn l-ammont tal-għajnuna u l-kostijiet eliġibbli jitqies għoli ħafna u partikolarment suxxettibbli li joħloq distorsjonijiet fis-suq. B'mod ġenerali, aktar ma l-proġett megħjun iġib miegħu effetti pożittivi potenzjali u aktar ma tkun kbira l-ħtieġa potenzjali għall-għajnuna, aktar se jkun għoli l-limitu massimu fuq l-intensità tal-għajnuna.

(114)

Għal każijiet tax-xenarju 1 (deċiżjonijiet ta' investiment), meta l-ħolqien ta' kapaċità mill-proġett iseħħ f'suq li strutturalment ikun sejjer lura b'mod assolut, l-Awtorità dan tqisu bħala effett negattiv li aktarx ma jiġix ikkumpensat b'xi effett pożittiv.

(115)

Każijiet tax-xenarju 2 (deċiżjonijiet dwar l-għażla tal-post), fejn mingħajr l-għajnuna, l-investiment kien isir f'reġjun b'intensità tal-għajnuna reġjonali ogħla jew identika għal dik tar-reġjun fil-mira, ikunu jikkostitwixxu effett negattiv li aktarx ma jiġix ikkumpensat b'xi effett pożittiv għaliex imur kontra l-loġika nnifisha tal-għajnuna reġjonali.

(116)

Meta l-benefiċjarju jagħlaq attività identika jew simili f'żona oħra fiż-ŻEE u jieħu din l-attività xi mkien ieħor fiż-żona fil-mira, jekk ikun hemm rabta kawżali bejn l-għajnuna u din ir-rilokazzjoni, l-għajnuna inkwistjoni tkun tikkostitwixxi effett negattiv li aktarx ma jiġix ikkumpensat minn xi elementi pożittivi.

(117)

Meta tivvaluta l-miżuri nnotifikati, l-Awtorità se titlob li tingħatalha l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tikkunsidra jekk l-għajnuna mill-Istat tirriżultax f'telf sostanzjali ta' impjiegi f'postijiet eżistenti fiż-ŻEE.

3.7.3.   Skemi ta' għajnuna għall-investiment

(118)

L-iskemi ta' għajnuna għall-investiment ma għandhomx iwasslu għal distorsjoni sinifikanti tal-kompetizzjoni u tal-kummerċ. B'mod partikolari, anke jekk id-distorsjonijiet jistgħu jitqiesu limitati fuq livell individwali (sakemm ikunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet kollha tal-għajnuna għall-investiment), fuq bażi kumulattiva l-iskemi xorta waħda jistgħu jwasslu għal livelli għoljin ta' distorsjoni. Tali distorsjonijiet jistgħu jolqtu s-swieq tal-produzzjoni billi joħolqu jew jiggravaw sitwazzjoni ta' kapaċità żejda, jew billi joħolqu, iżidu jew iżommu s-setgħa sostanzjali fis-suq ta' wħud mir-riċevituri b'tali mod li jaffettwa b'mod negattiv l-inċentivi dinamiċi. L-għajnuna disponibbli fil-qafas ta' skemi tista' twassal ukoll għal telf sinifikanti ta' attività ekonomika f'żoni oħrajn taż-ŻEE. F'każ ta' skema li tiffoka fuq ċerti setturi, ir-riskju ta' distorsjoni bħal din jinħass iktar.

(119)

Għaldaqstant, l-Istat tal-EFTA jrid juri li dawn l-effetti negattivi ser ikunu limitati għall-minimu filwaqt li jieħu f'kunsiderazzjoni, pereżempju, id-daqs tal-proġetti kkonċernati, l-ammonti tal-għajnuna individwali u kumulattiva, il-benefiċjarji mistennija, kif ukoll il-karatteristiċi tas-setturi fil-mira. Sabiex l-Awtorità tkun tista' tivvaluta l-effetti negattivi potenzjali, l-Istat tal-EFTA jista' jippreżenta kwalunkwe valutazzjoni tal-impatt li tkun għad-dispożizzjoni tiegħu, kif ukoll evalwazzjonijiet ex post li jkunu twettqu għal skemi simili preċedenti.

(120)

Meta talloka għajnuna fil-qafas ta' skema għal proġetti individwali, l-awtorità awtorizzanti trid tivverifika u tikkonferma li l-għajnuna mhux se twassal għall-effetti manifestament negattivi deskritti fil-paragrafu (115). Din il-verifika tista' tkun ibbażata fuq l-informazzjoni li tasal mingħand il-benefiċjarju meta jkun qed japplika għall-għajnuna u fuq id-dikjarazzjoni magħmula fil-formola tal-applikazzjoni standard għall-għajnuna fejn għandu jiġi indikat il-post alternattiv fin-nuqqas tal-għajnuna.

3.7.4.   Għajnuna għall-investiment individwali notifikata

(121)

Fil-valutazzjoni tal-effetti negattivi tal-għajnuna nnotifikata, l-Awtorità tagħmel distinzjoni bejn iż-żewġ xenarji kontrofattwali deskritti fil-paragrafi (100) u (101) iktar 'il fuq.

3.7.4.1.   Każijiet tax-xenarju 1 (deċiżjonijiet ta' investiment)

(122)

Fil-każijiet tax-xenarju 1, l-Awtorità tixħet enfasi partikolari fuq l-effetti negattivi marbutin mal-bini tas-sovrakapaċità f'industriji li sejrin lura, mal-prevenzjoni tal-ħruġ, u mal-kunċett ta' saħħa sostanzjali fis-suq. Dawn l-effetti negattivi huma deskritti hawn taħt fil-paragrafi minn (123) sa (132) u jridu joħolqu bilanċ mal-effetti pożittivi tal-għajnuna. Madankollu, jekk jiġi stabbilit li l-għajnuna tkun tirriżulta fl-effetti manifestament negattivi, deskritti fil-paragrafu (114) l-għajnuna ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern għaliex aktarx ma tiġix ikkumpensata minn xi elementi pożittivi.

(123)

Sabiex l-Awtorità tkun tista' tidentifika u tivvaluta d-distorsjonijiet potenzjali tal-kompetizzjoni u tal-kummerċ, l-Istati tal-EFTA għandhom jipprovdu evidenza li tippermettilha tidentifika s-swieq tal-prodotti kkonċernati (jiġifieri, prodotti affettwati mill-bidla fl-imġiba tal-benefiċjarju tal-għajnuna) u l-kompetituri u l-klijenti/konsumaturi affettwati.

(124)

L-Awtorità se tuża varji kriterji biex tivvaluta dawn id-distorsjonijiet potenzjali, bħall-istruttura tas-suq tal-prodott ikkonċernat, il-prestazzjoni tas-suq (suq li sejjer lura jew li qed jikber), il-proċess tal-għażla tal-benefiċjarju tal-għajnuna, l-ostakli għad-dħul fis-suq u għall-ħruġ minnu, u d-divrenzjar tal-prodotti.

(125)

Meta kumpanija tiddependi b'mod sistematiku fuq l-għajnuna mill-Istat, dan jista' jfisser li l-kumpanija waħedha ma tiflaħx għall-kompetizzjoni jew li qed tgawdi minn vantaġġi mhux mistħoqqa meta mqabbla mal-kompetituri tagħha.

(126)

L-Awtorità tagħmel distinzjoni bejn żewġ sorsi ewlenin ta' effetti negattivi potenzjali fuq is-swieq tal-prodotti:

(a)

każijiet ta' espansjoni sinifikanti fil-kapaċità li jew twassal għal sitwazzjoni ta' kapaċità żejda jew inkella tkompli tgħarraq sitwazzjoni diġà eżistenti ta' kapaċità żejda, speċjalment f'suq li jkun sejjer lura, u

(b)

każijiet fejn il-benefiċjarju tal-għajnuna jkollu setgħa sostanzjali fis-suq.

(127)

Biex tevalwa jekk l-għajnuna tista' tgħin biex jinħolqu jew jinżammu strutturi ineffiċjenti fis-suq, l-Awtorità tikkunsidra l-kapaċità addizzjonali fil-produzzjoni maħluqa mill-proġett u jekk is-suq huwiex sejjer agħar milli mistenni.

(128)

Fejn is-suq inkwistjoni jkun qed jikber, normalment ikun hemm inqas raġuni għal tħassib li l-għajnuna ser tolqot b'mod negattiv inċentivi dinamiċi jew li ser ixxekkel l-ħruġ jew id-dħul bla ħtieġa.

(129)

Wieħed jifhem li jkun hemm iktar tħassib meta s-swieq ikunu sejrin lura. F'dan ir-rigward, l-Awtorità tagħmel distinzjoni bejn il-każijiet li fihom, minn perspettiva fit-tul, is-suq rilevanti jkun strutturalment sejjer lura (jiġifieri juri rata ta' tkabbir negattiva), u l-każijiet li fihom is-suq rilevanti jkun sejjer lura b'mod relattiv (jiġifieri juri rata ta' tkabbir pożittiva, iżda ma jaqbiżx ir-rata ta' tkabbir normattiva).

(130)

Normalment, kemm is-suq mhux sejjer kif mistenni jitkejjel f'paragun mal-PDG taż-ŻEE matul it-tliet snin qabel il-bidu tal-proġett (ir-rata normattiva); din tista' tiġi stabbilita wkoll fuq il-bażi tar-rati ta' tkabbir ippjanati għat-tliet snin sal-ħames snin li ġejjin. L-indikaturi jistgħu jinkludu t-tkabbir futur prevedibbli tas-suq ikkonċernat u r-rati tal-użu tal-kapaċità mistennija li jirriżultaw, kif ukoll l-impatt potenzjali taż-żieda fil-kapaċità fuq il-kompetituri permezz tal-effetti li tħalli fuq il-prezzijiet u l-marġnijiet tal-profitt.

(131)

F'ċerti każijiet, il-valutazzjoni tat-tkabbir tas-suq tal-prodotti fiż-ŻEE tista' ma tkunx kompletament adegwata biex jitqiesu l-effetti tal-għajnuna, partikolarment jekk is-suq ġeografiku jkun mifrux mad-dinja kollha. F'dawn il-każijiet, l-Awtorità tieħu inkunsiderazzjoni l-effett tal-għajnuna fuq l-istrutturi tas-suq ikkonċernati, b'mod partikolari, il-potenzjal tagħha li tisforza produtturi fiż-ŻEE sabiex joħorġu mis-suq.

(132)

Sabiex tiġi evalwatat l-eżistenza tas-saħħa sostanzjali tas-suq, l-Awtorità se tqis il-pożizzjoni tal-benefiċjarju f'perjodu ta' żmien qabel ma jirċievi l-għajnuna u l-pożizzjoni mistennija fis-suq wara l-finalizzazzjoni tal-investiment. L-Awtorità se tikkunsidra l-ishma fis-suq tal-benefiċjarju, kif ukoll l-ishma fis-suq tal-kompetituri tiegħu u fatturi rilevanti oħrajn, inkluża pereżempju l-istruttura tas-suq, billi jiġu eżaminati l-konċentrazzjoni fis-suq, l-ostakli possibbli għad-dħul fis-suq (41) is-saħħa tax-xerrej (42) u l-ostakli għall-espansjoni jew għall-ħruġ mis-suq.

3.7.4.2.   Każijiet tax-xenarju 2 (deċiżjonijiet dwar l-għażla tal-post)

(133)

Jekk l-analiżi kontrofattwali tindika li mingħajr l-għajnuna l-investiment kien iseħħ f'post ieħor (xenarju 2) li jappartjeni għall-istess suq ġeografiku meta jiġi kkunsidrat il-prodott ikkonċernat, u jekk l-għajnuna tkun proporzjonata, fil-prinċipju, ir-riżultati possibbli f'termini ta' kapaċità żejda jew ta' setgħa sostanzjali fis-suq ikunu l-istess, kemm jekk tingħata l-għajnuna u kemm jekk ma tingħatax. F'dawn il-każijiet, l-effetti pożittivi tal-għajnuna huma probabbilment jirbħu fuq l-effetti negattivi limitati fuq il-kompetizzjoni. Madankollu, meta l-post alternattiv ikun jinsab fiż-ŻEE, l-Awtorità titħasseb b'mod partikolari dwar l-effetti negattivi marbuta mal-post alternattiv u għalhekk jekk l-għajnuna tirriżulta fl-effetti manifestament negattivi deskritti fil-paragrafi (115) u (116) l-għajnuna ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern għaliex aktarx ma tiġix ikkumpensata minn xi elementi pożittivi.

3.7.5.   SKEMI TA' GĦAJNUNA OPERATORJA

(134)

Jekk l-għajnuna hija meħtieġa u proporzjonata biex jintlaħaq l-objettiv komuni deskritt fis-Sottotaqsima 3.2.3, l-effetti negattivi tal-għajnuna aktarx li jiġu kkumpensati mill-effetti pożittivi. Madankollu, f'xi każijiet, l-għajnuna tista' tirriżulta f'bidliet fl-istruttura tas-suq jew fil-karatteristiċi ta' settur jew ta' industrija, li jistgħu joħolqu distorsjoni sinifikanti fil-kompetizzjoni permezz ta' ostakli għad-dħul fis-suq jew għall-ħruġ minnu, għall-effetti ta' sostituzzjoni, jew għall-ispostament tal-flussi kummerċjali. F'dawn il-każijiet, l-effetti negattivi identifikati aktarx ma jiġux ikkumpensati minn xi elementi pożittivi.

3.8.   IT-TRASPARENZA

(135)

L-Istati tal-EFTA jridu jippubblikaw fuq il-websajt ċentrali, jew fuq websajt wieħed fejn tiġi rkuprata informazzjoni minn bosta websajts (pereżempju, websajts reġjonali), mill-inqas l-informazzjoni li ġejja dwar skemi ta' għajnuna mill-Istat notifikati: it-test tal-iskema ta' għajnuna notifikata u d-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni tiegħu, l-awtorità li tagħti l-għajnuna, l-ismijiet benefiċjarji individwali, u l-intensità tal-għajnuna. Dawn ir-rekwiżiti japplikaw għall-għajnuna individwali mogħtija fil-qafas ta' skemi nnotifikati u kif ukoll għall-għajnuna ad hoc. Din l-informazzjoni trid tiġi ppubblikata wara li tkun ittieħdet id-deċiżjoni dwar l-għoti tal-għajnuna, trid tinżamm għal mill-inqas 10 snin u trid tkun disponibbli għall-pubbliku ġenerali mingħajr restrizzjonijiet (43)

4.   EVALWAZZJONI

(136)

Sabiex tiżgura aktar li d-distorsjonijiet fil-kompetizzjoni u fil-kummerċ huma limitati, il-Kummissjoni tista' titlob li ċerti skemi jiġu sottomessi għal limitu ta' żmien (normalment ta' 4 snin jew inqas) u għall-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu (27).

(137)

L-evalwazzjonijiet se jitwettqu għal skemi fejn il-potenzjal tad-distorsjonijiet huwa partikolarment għoli, jiġifieri, dawk li jistgħu jirrestrinġu l-kompetizzjoni b'mod sinifikanti jekk l-implimentazzjoni tagħhom ma tiġix eżaminata mill-ġdid fi żmien xieraq.

(138)

Minħabba l-objettivi tal-evalwazzjoni u sabiex ma jiġix impost piż sproporzjonat fuq l-Istati tal-EFTA fir-rigward ta' għajnuna ta' ammonti iżgħar, dan l-obbligu jista' jiġi impost biss għall-iskemi ta' għajnuna b'baġits għall-għajnuna kbar, li jkun fihom karatteristiċi ġodda jew li jkunu jipprevedu bidliet sinifikanti fis-suq, fit-teknoloġija jew fir-regolamentazzjoni. L-evalwazzjoni trid titwettaq minn espert li jkun indipendenti mill-awtorità li tawtorizza l-għajnuna mill-Istat fuq il-bażi ta' metodoloġija komuni (44) u trid issir pubblika. L-evalwazzjoni trid tiġi ppreżentata lill-Awtorità fiż-żmien opportun, biex tkun tista' ssir il-valutazzjoni tal-estensjoni possibbli tal-iskema tal-għajnuna u fi kwalunkwe każ, qabel l-iskadenza tal-iskema. Il-firxa preċiża tal-evalwazzjoni u l-metodoloġija li għandha tintuża għat-twettiq tagħha se jiġu definiti fid-deċiżjoni li tapprova l-iskema tal-għajnuna. Kwalunkwe miżura ta' għajnuna sussegwenti b'objettiv simili trid tieħu inkunsiderazzjoni r-riżultati tal-evalwazzjoni.

5.   MAPEP TAL-GĦAJNUNA REĠJUNALI

(139)

F'din it-taqsima, l-Awtorità tistabbilixxi l-kriterji għall-identifikazzjoni taż-żoni li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikoli 61 (3) (a) u (c) tal-Ftehim ŻEE. Iż-żoni li jissodisfaw dawn il-kundizzjonijiet u li Stat tal-EFTA jkun jixtieq jinnomina bħala żoni “a” jew “c” iridu jkunu identifikati f'mappa dwar l-għajnuna reġjonali, li trid tiġi nnotifikata lill-Awtorità u li trid tiġi approvata mill-Awtorità qabel ma tkun tista' tingħata l-għajnuna reġjonali lill-kumpaniji li jkunu jinsabu fiż-żoni nnominati. Il-mapep iridu jispeċifikaw ukoll l-intensitajiet massimi tal-għajnuna applikabbli f'dawn iż-żoni.

5.1.   KOPERTURA TAL-POPOLAZZJONI ELIĠIBBLI GĦALL-GĦAJNUNA REĠJUNALI

(140)

Peress li l-għoti ta' għajnuna reġjonali mill-Istat tidderoga mill-projbizzjoni ġenerali tal-għajnuna mill-Istat stabbilita fl-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE, l-Awtorità ta' Sorevljanza tal-EFTA tqis li l-kopertura totali tal-popolazzjoni taż-żoni magħjuna fl-Istati tal-EFTA trid tkun inqas minn dik taż-żoni mhux innominati.

(141)

Fil-linji gwida tal-Awtorità dwar l-għajnuna reġjonali nazzjonali għall-2007-2013 (45) il-kopertura nazzjonali tal-popolazzjoni kienet iffissata fuq il-bażi ta' reġjuni b'densità baxxa ta' popolazzjoni skont l-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim ŻEE. Il-limitu nazzjonali tal-popolazzjoni għan-Norveġja ġiet stabbilita għal 29,08 % u għall-Iżlanda ġiet ffissata għal 31,6 %.

(142)

L-Istati tal-EFTA għandhom ċerti speċifiċitajiet li jridu jitqiesu fid-determinazzjoni tal-kopertura tal-popolazzjoni eliġibbli:

(a)

minħabba l-PDG per capita relattivament għoli, ebda reġjun fl-Istati tal-EFTA ma jikkwalifika għad-deroga skont l-Artikolu 61(3)(a) tal-Ftehim ŻEE (46)

(b)

Ħafna reġjuni fi ħdan l-Istati tal-EFTA huma reġjuni b'densità ta' popolazzjoni baxxa.

Minħabba dawn l-ispeċifiċitajiet, l-Awtorità se tiffissal-kopertura tal-popolazzjoni nazzjonali fuq il-bażi ta' reġjuni b'densità baxxa ta' popolazzjoni, kif hemm fil-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali nazzjonali għall-2007-2013 (47)

In-Norveġja għandha tmien reġjuni ta' Statistika fil-livell 3 b'densità tal-popolazzjoni baxxa li jiffurmaw 25,51 % tal-popolazzjoni Norveġiża. Konsegwentement, il-kopertura nazzjonali tal-popolazzjoni għan-Norveġja għall-perjodu 2014-2020 hija 25,51 %.

L-Iżlanda għandha żewġ reġjuni ta' Statistika fil-livell 3 bħala total u wieħed minnhom huma b'densità tal-popolazzjoni baxxa li jiffurmaw 36,5 % tal-popolazzjoni tal-Iżlanda. Konsegwentement, il-kopertura nazzjonali tal-popolazzjoni għall-Iżlanda matul il-perjodu 2014-2020 huwa 36,5 %.

Il-Liechtenstein m'għandux reġjuni b'densità baxxa tal-popolazzjoni u għalhekk m'għandu ebda reġjun li huwa eliġibbli fuq dik il-bażi.

5.2.   ID-DEROGA FL-ARTIKOLU 61 (3) (a) TAL-FTEHIM ŻEE

(143)

L-Artikolu 61 (3) (a) tal-Ftehim ŻEE jipprovdi li “għajnuna maħsuba sabiex tippromwovi l-iżvilupp ekonomiku ta' reġjun fejn il-livell tal-għajxien huwa baxx b'mod anormali jew fejn ikun hemm stat serju ta' nuqqas ta' impjieg” tista' tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern. Skont il-Qorti tal-Ġustizzja, “l-użu tal-kliem ‘b'mod anormali’ u ‘serju’ fl-Artikolu [107](3)(a) [tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea] juri li l-eżenzjoni tolqot biss żoni fejn is-sitwazzjoni ekonomika tkun ferm żvantaġġata meta mqabbla mal-[Unjoni] inġenerali” (48)

(144)

L-Awtorità tikkunsidra li l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 61(3)(a) tal-Ftehim ŻEE huma ssodisfati jekk ir-reġjun, li huwa reġjun statistiku fil-livell 2, għandu għadd per capita tal-prodott domestiku gross (PDG), imkejjel skont l-Istandards tal-Poter tal-Akkwist (PPS), ta' inqas minn 75 % tal-medja taż-ŻEE. Il-PDG per capita (49) ta' kull reġjun u l-medja taż-ŻEE li għandha tintuża fl-analiżi huma stabbiliti b'referenza għal statistika uffiċjali rilevanti. Madankollu m'hemm l-ebda reġjun ta' statistika fil-livell 2 fl-Istati tal-EFTA li fil-preżent jissodisfaw din il-kundizzjoni (50) Għalhekk, ebda reġjun fl-Istati tal-EFTA ma jikkwalifika għal deroga tal-Artikolu 61(3)(a) taż-ŻEE.

5.3.   ID-DEROGA FL-ARTIKOLU 61(3)(c) TAL-FTEHIM ŻEE

(145)

L-Artikolu 61(3)(ċ) tal-Ftehim ŻEE jistipula li “għajnuna maħsuba sabiex tiffaċilita l-iżvilupp ta' ċerti attivitajiet jew ta' ċerti reġjuni ekonomiċi, basta dik l-għajnuna ma tfixkilx il-kundizzjonijiet tal-kummerċ sa grad li jkun kuntrarju għall-interess komuni” tista' titqies kompatibbli mas-suq intern. Skont il-Qorti tal-Ġustizzja, “[l]-eżenzjoni fl-Artikolu [107] (3) (c) […] tippermetti l-iżvilupp ta' ċerti żoni mingħajr ma tkun limitata mill-kundizzjonijiet ekonomiċi stabbiliti fl-Artikolu [107](3)(a), sakemm tali għajnuna ‘ma tfixkilx il-kundizzjonijiet tal-kummerċ sa grad li jkun kuntrarju għall-interess komuni’. Din id-dispożizzjoni tagħti lill-Kummissjoni s-setgħa li tawtorizza l-għajnuna maħsuba biex tkattar l-iżvilupp ekonomiku ta' żoni ta' Stat Membru tal-UE li huma żvantaġġati, meta mqabbla mal-medja nazzjonali” (51) Fl-opinjoni tal-Awtorità, l-istess japplika skont l-Artikolu 61 (3) (c) tal-Ftehim ŻEE.

(146)

Fil-linji gwida analogi tagħha l-Kummissjoni Ewropea ddefinit il-metodoloġija li għandha tiġi applikata sabiex tiġi ddeterminata l-kopertura tal-popolazzjoni nazzjonali eliġibbli fi ħdan l-Istati Membri. Dan il-metodu jimplika li ġej:

(147)

Hemm żewġ kategoriji ta' żoni “c” skont il-linji gwida tal-Kummissjoni:

(a)

żoni li jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet prestabbiliti u li għaldaqstant Stat Membru tal-UE jista' jinnomina bħala żoni “c” mingħajr il-bżonn ta' ġustifikazzjoni ulterjuri (“żoni ‘c’ predefiniti”);

(b)

żoni li Stat Membru tal-UE jista', bid-diskrezzjoni tiegħu stess, jagħżel bħala żoni “c” diment li l-Istat Membru juri li t-tali żoni jissodisfaw ċerti kriterji soċjoekonomiċi “c” (li minn hawn 'il quddiem ser jissejħu żoni “c” mhux predefiniti).

(148)

Kopertura għal żoni “c” predefiniti,skont il-linji gwida tal-Kummissjoni, huma allokati skont metodoloġija ta' allokazzjoni, preskritta fit-Taqsima 5.3.1 ta' dawk il-linji gwida. Din il-metodoloġija tinvolvi li l-ex żoni “a” matul il-perjodu 2011-2013 flimkien ma' żoni li fihom ma tantx jgħixu nies huma kkunsidrati bħala żoni “c” predefiniti. Billi l-Istati tal-EFTA ma kellhomx reġjuni “a” matul dan il-perjodu, huma biss żoni li fihom ma tantx jgħixu nies li jaqgħu taħt din il-kategorija.

5.3.1.   Żoni “ċ” predefiniti

(149)

Għal żoni li fihom ma tantx jgħixu nies, Stat tal-EFTA għandu fil-prinċipju jinnomina reġjuni ta' Statistika fil-livell 2 b'inqas minn 8 abitanti għal kull km2 jew reġjuni ta' Statistika fil-livell 3 b'inqas minn 12,5 abitant għal kull km2. Madankollu, Stat tal-EFTA jista' jinnomina partijiet mir-reġjuni ta' statistika fil-livell 3 li jkollhom inqas minn 12,5 abitant għal kull km2 jew żoni kontigwi oħrajn maġenb dawn ir-reġjuni ta' statistika fil-livell 3, sakemm iż-żoni nnominati jkollhom inqas minn 12,5 abitant għal kull km2 u n-nomina tagħhom ma tkunx taqbeż l-allokazzjoni speċifika ta' kopertura “c” imsemmija fil-paragrafu (142). Għal żoni li fihom ma tantx jgħixu nies, Stat tal-EFTA jista' jinnomina partijiet mir-reġjuni ta' Statistika fil-livell 2 għan-Norveġja u livell 3 għall-Iżlanda b'inqas minn 8 abitant għal kull km2 jew żoni kontigwi oħrajn żgħar maġenb dawn ir-reġjuni ta' Statistika, sakemm iż-żoni nnominati jkollhom inqas minn 8 abitant għal kull km2 u n-nomina tagħhom ma tkunx taqbeż l-allokazzjoni speċifika ta' kopertura “c” imsemmija fil-paragrafu (142).

5.3.2.   Żoni “c” mhux predefiniti

(150)

L-Awtorità tqis li l-kriterji użati mill-Istati tal-EFTA biex jinnominaw żoni “c” għandhom jirriflettu d-diversità tas-sitwazzjonijiet li fihom l-għoti tal-għajnuna reġjonali jista' jiġi ġġustifikat. Għaldaqstant, il-kriterji għandhom jindirizzaw ċerti problemi soċjoekonomiċi, ġeografiċi jew strutturali suxxettibbli li jinbtu fiż-żoni “c” u għandhom jipprovdu biżżejjed salvagwardji bil-għan li l-għoti tal-għajnuna reġjonali mill-Istat ma taffettwax ħażin il-kundizzjonijiet kummerċjali b'mod li jmur kontra l-interess komuni.

(151)

B'dan il-mod, Stat tal-EFTA jista' jagħżel bħala żoni “c” dawk iż-żoni “c” mhux predefiniti fuq il-bażi tal-kriterji li ġejjin:

(a)

Kriterju Nru 1: żona kontigwa ta' mill-inqas 100 000 abitant (52) li tinsab fir-reġjuni ta' Statistika fil-livell 2 jew livell 3 li għandhom:

PDG per capita taħt jew daqs il-medja tal-UE-27, jew;

rata ta' qgħad ogħla jew daqs 115 % tal-medja nazzjonali (53).

(b)

Kriterju Nru 2: Reġjuni ta' Statistika fil-livell 3 ta' inqas minn 100 000 abitant li jkollhom:

PDG per capita taħt jew daqs il-medja tal-UE-27, jew;

rata ta' qgħad ogħla jew daqs 115 % tal-medja nazzjonali.

(c)

Kriterju Nru 3: gżejjer jew żoni kontigwi kkaratterizzati minn iżolament ġeografiku simili (pereżempju, peniżoli jew żoni muntanjużi) li għandhom:

PDG per capita taħt jew daqs il-medja tal-UE-27 (54) jew;

rata ta' qgħad ogħla jew daqs 115 % tal-medja nazzjonali (55) jew;

inqas minn 5 000 abitant.

(d)

Kriterju Nru 4: Reġjuni ta' Statistika fil-livell 3, jew partijiet tal-livell 3 li jikkostitwixxu żoni kontigwi, li jinsabu maġenb żoni “a” jew li jaqsmu fruntiera tal-art ma' pajjiż li ma jagħmilx parti miż-ŻEE jew mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA).

(e)

Kriterju Nru 5: żoni biswit b'tal-inqas 50 000 abitant (56) li għaddejjin minn bidla strutturali qawwija jew li jinsabu sejrin lura b'mod relattiv u serju, diment li t-tali żoni ma jkunux jinstabu f'reġjuni ta' Statistika fil-livell 3 jew żoni biswit li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li għandhom jintgħażlu bħala żoni predefiniti jew skont il-Kriterji Nri 1 sa 4 (57)

(152)

Sabiex jiġu applikati l-kriterji stabbiliti fil-paragrafu (151), il-kunċett ta' żoni kontigwi sħiħ jirreferi għal żoni ta' unità amministrattiva lokali 2 (LAU 2) (58) jew għal grupp sħiħ ta' żoni LAU 2 (59) Grupp ta' żoni LAU 2 se jitqiesu li jiffurmaw żona kontigwa jekk kull waħda minn dawk iż-żoni fil-grupp tkun taqsam fruntiera amministrattiva ma' żona oħra fil-grupp (60)

(153)

Il-konformità mal-kopertura tal-popolazzjoni permessa għal kull Stat tal-EFTA se tiġi ddeterminata fuq il-bażi tal-aktar dejta riċenti dwar il-popolazzjoni residenti totali taż-żoni kkonċernati, kif ippubblikati mill-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika.

5.4.   L-INTENSITAJIET MASSIMI TAL-GĦAJNUNA APPLIKABBLI GĦAL GĦAJNUNA GĦALL-INVESTIMENT REĠJONALI

(154)

L-intensità tal-għajnuna f'żoni “a” ma tistax taqbeż:

(a)

il-15 % tal-EGħG f'żoni b'popolazzjoni skarsa u f'żoni (reġjuni ta' Statistika fil-livell 3 jew partijiet ta' tali reġjuni) li jaqsmu fruntiera tal-art ma' pajjiż li ma jagħmilx parti miż-ŻEE jew mill-EFTA;

(b)

l-10 % tal-EGħG fiż-żoni “c” mhux predefiniti.

5.4.1.   Intensitajiet ta' għajnuna miżjuda għall-SMEs

(155)

L-intensitajiet massimi tal-għajnuna stabbiliti fil-paragrafu (154) jistgħu jiżdiedu sa 20 punti perċentwali għal impriżi żgħar jew sa 10 punti perċentwali għal impriżi ta' daqs medju (61)

5.5.   NOTIFIKA U DIKJARAZZJONI TA' KOMPATIBILITÀ

(156)

Wara l-adozzjoni ta' dawn il-linji gwida, kull Stat tal-EFTA għandu jinnotifika lill-Awtorità b'mappa waħda dwar l-għajnuna reġjonali applikabbli mill-1 ta' Lulju 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020. Kull notifika għandha tinkludi l-informazzjoni speċifikata fil-formola li tinsab fl-Anness III.

(157)

L-Awtorità se teżamina kull mappa dwar l-għajnuna reġjonali nnotifikata fuq il-bażi ta' dawn il-linji gwida u se tadotta deċiżjoni li tapprova l-mappa dwar l-għajnuna reġjonali għall-Istat tal-EFTA kkonċernat. Kull mappa dwar l-għajnuna reġjonali se tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u se tikkostitwixxi parti integrali minn dawn il-linji gwida.

5.6.   EMENDI

5.6.1.   Riżerva tal-popolazzjoni

(158)

Fuq inizjattiva tiegħu stess, Stat tal-EFTA jista' jiddeċiedi li jistabbilixxi riżerva ta' kopertura tal-popolazzjoni nazzjonali li tkun tikkonsisti fid-differenza bejn il-livell massimu ta' kopertura tal-popolazzjoni għal dak l-Istat tal-EFTA, kif allokat mill-Awtorità (62) u l-kopertura użata għaż-żoni “c” innominati fil-mappa dwar l-għajnuna reġjonali tiegħu.

(159)

Jekk Stat tal-EFTA jkun iddeċieda li jistabbilixxi riżerva bħal din, fi kwalunkwe ħin jista' juża r-riżerva biex iżid żoni “c” ġodda fil-mappa tiegħu sakemm jintlaħaq il-livell massimu ta' kopertura nazzjonali tiegħu. Għal dan il-għan, l-Istat tal-EFTA jista' jirreferi għall-aktar dejta soċjoekonomika riċenti pprovduta mill-Eurostat jew mill-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika tiegħu jew minn sorsi rikonoxxuti oħrajn. Il-popolazzjoni taż-żoni “c” ikkonċernati għandha tiġi kkalkulata abbażi tad-dejta dwar il-popolazzjoni użata biex tiġi stabbilita l-mappa inizjali.

(160)

L-Istat tal-EFTA jrid jinnotifika lill-Awtorità kull darba li jkun beħsiebu juża r-riżerva tal-popolazzjoni tiegħu bil-għan li jżid żoni “c” ġodda, qabel ma jimplimenta tali emendi.

5.6.2.   Reviżjoni ta' nofs it-terminu

(161)

Jekk meħtieġ, l-Awtorità twettaq, fl-istess waqt bħall-Kummissjoni Ewropea f'Ġunju 2016, rieżami ta' nofs it-term li tidentifika oqsma possibbli li jistgħu jsiru eliġibbli għall-għajnuna reġjonali taħt l-Artikolu 61(1)(a) tal-Ftehim ŻEE u l-livell tal-intensità tal-għajnuna li jikkorrispondi mal-PDG tagħhom per capita.

6.   L-APPLIKABBILTÀ TAR-REGOLI DWAR L-GĦAJNUNA REĠJONALI

(162)

L-Awtorità testendi l-linji gwida dwar l-għajnuna nazzjonali reġjonali għall-2007-2013 (63) u l-Kriterji rigward il-kriterji għal valutazzjoni fil-fond tal-għajnuna reġjonali għal proġetti kbar ta' investiment (64) sat-30 ta' Ġunju 2014.

(163)

Il-mapep dwar l-għajnuna reġjonali approvati abbażi tal-linji gwida dwar l-għajnuna nazzjonali reġjonali għall-2007-2013 jiskadu fil-31 ta' Diċembru 2013. Għalhekk il-perjodu ta' tranżizzjoni ta' sitt xhur, stabbilit fl-Artikolu 44 (3) tar-regolament għal eżenzjoni ġenerali sħiħa (“general block exemption regulation” — (GBER) (65) ma japplikax għal skemi ta' għajnuna reġjonali implimentati fil-qafas tal-GBER. Sabiex ikunu jistgħu jagħtu għajnuna reġjonali wara l-31 ta' Diċembru 2013 abbażi ta' skemi eżistenti koperti minn eżenzjoni sħiħa, l-Istati tal-EFTA huma mistiedna li jinnotifikaw l-estensjoni tal-mapep dwar l-għajnuna reġjonali fi żmien xieraq sabiex jippermettu lill-Awtorità tapprova l-estensjoni ta' dawn il-mapep qabel il-31 ta' Diċembru 2013. B'mod ġenerali, l-iskemi approvati abbażi tal-linji gwida dwar l-għajnuna reġjonali għall-2007-2013 jiskadu fl-aħħar tal-2013 kif iddikjarat fid-deċiżjoni tal-Awtorità korrispondenti. Kwalunkwe estensjoni ta' skemi bħal dawn trid tiġi nnotifikata lill-Awtorità fi żmien xieraq.

(164)

L-Awtorità se tapplika l-prinċipji stabbiliti f'dawn il-linji gwida għall-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-għajnuna reġjonali kollha maħsuba li tingħata wara t-30 ta' Ġunju 2014. L-għajnuna reġjonali mogħtija illegalment jew l-għajnuna reġjonali maħsuba biex tingħata wara l-31 ta' Diċembru 2013 u qabel l-1 ta' Lulju 2014 se tiġi vvalutata f'konformità mal-linji gwida dwar l-għajnuna nazzjonali reġjonali għall-2007-2013.

(165)

Peress li jridu jkunu konsistenti mal-mappa dwar l-għajnuna reġjonali, in-notifiki ta' skemi ta' għajnuna reġjonali jew ta' miżuri ta' għajnuna maħsuba li jingħataw wara t-30 ta' Ġunju 2014, ma jistgħux jitqiesu kompluti qabel mal-Awtortà tadotta deċiżjoni li tapprova l-mappa dwar l-għajnuna reġjonali għall-Istat tal-EFTA kkonċernat, f'konformità mal-arranġamenti deskritti fis-Sottotaqsima 5.5. Konsegwentement, fil-prinċipju, l-Awtorità mhijiex se teżamina n-notifiki ta' skemi ta' għajnuna reġjonali li huma maħsuba li jibdew japplikaw wara t-30 ta' Ġunju 2014, jew in-notifiki ta' għajnuna individwali maħsuba li tingħata wara din id-data, qabel ma tkun adottat deċiżjoni li tapprova l-mappa dwar l-għajnuna reġjonali għall-Istat tal-EFTA kkonċernat.

(166)

L-Awtorità tqis li l-implimentazzjoni ta' dawn il-linji gwida se twassal għal bidliet sostanzjali fir-regoli applikabbli għall-għajnuna reġjonali fiż-ŻEE. Barra minn hekk, fid-dawl tal-bidla fil-kundizzjonijiet ekonomiċi u soċjali fiż-ŻEE, jidher li hemm bżonn li jiġi eżaminat mill-ġdid jekk l-iskemi kollha ta' għajnuna reġjonali għadhomx iġġustifikati u effikaċi, inkluż kemm l-iskemi ta' għajnuna għall-investiment kif ukoll l-iskemi ta' għajnuna operatorja.

(167)

Għal dawn ir-raġunijiet, l-Awtorità tipproponi l-miżuri xierqa li ġejjin lill-Istati tal-EFTA skont l-Artikolu 1(1) fil-Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti:

(a)

L-Istati tal-EFTA jridu jillimitaw l-applikazzjoni tal-iskemi kollha għall-għajnuna reġjonali eżistenti li mhumiex koperti minn regolament għal eżenzjoni sħiħa u tal-mapep kollha dwar l-għajnuna reġjonali, għall-għajnuna maħsuba biex tingħata fit-30 ta' Ġunju 2014 jew qabel;

(b)

L-Istati tal-EFTA jridu jemendaw skemi oħrajn ta' għajnuna orizzontali eżistenti li jipprovdu trattament speċifiku għall-għajnuna li tiffavorixxi proġetti f'żoni megħjuna sabiex jiżguraw li l-għajnuna li għandha tingħata wara t-30 ta' Ġunju 2014 tikkonforma mal-mappa dwar l-għajnuna reġjonali li tkun applikabbli fid-data tal-għoti tal-għajnuna;

(c)

L-Istati tal-EFTA għandhom jikkonfermaw l-aċċettazzjoni tagħhom tal-proposti msemmija hawn fuq sal-31 ta' Diċembru 2013.

7.   Rappurtar u Monitoraġġ

(168)

Skont l-Artikolu 21 tal-Parti II tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti flimkien mal-Artikoli 5 u 6 tad-Deċiżjoni Nru 195/04/COL l-Istati tal-EFTA għandhom jissottomettu rapporti annwali lill-Awtorità.

(169)

L-Istati tal-EFTA jikkomunikaw lill-Awtorità l-informazzjoni dwar kull għajnuna individwali ta' aktar minn EUR 3 miljun li tingħata fil-qafas ta' skema, bil-format indikat fl-Anness IV, fi żmien 20 jum ta' xogħol mill-jum li fih tingħata l-għajnuna.

(170)

L-Istati tal-EFTA għandhom iżommu reġistri ddettaljati rigward il-miżuri kollha ta' għajnuna. Dawn ir-rekords iridu jinkludu l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jiġi stabbilit jekk il-kundizzjonijiet li jirrigwardaw il-kostijiet eliġibbli u l-intensitajiet massimi tal-għajnuna jkunux ġew issodisfati. Dawn ir-rekords iridu jinżammu għal 10 snin mid-data tal-għoti tal-għajnuna u jridu jiġu kkomunikati lill-Awtorità meta din tagħmel talba għalihom.

8.   Reviżjoni

(171)

L-Awtorità tista' tiddeċiedi li temenda dawn il-linji gwida fi kwalunkwe ħin jekk dan ikun meħtieġ, għal raġunijiet marbutin mal-politika dwar il-kompetizzjoni jew biex tieħu inkunsiderazzjoni politiki tal-Unjoni u impenji internazzjonali oħrajn jew għal kwalunkwe raġuni oħra ġustifikata.


(1)  Iż-żoni eliġibbli għall-għajnuna reġjonali skont l-Artikolu 61 (3) (a) tal-Ftehim ŻEE, li normalment jissejħu żoni “a”, għandhom it-tendenza li jkunu aktar żvantaġġati fiż-ŻEE f'termini ta' żvilupp ekonomiku. Iż-żoni eliġibbli skont l-Artikolu 61 (3) (c) tal-Ftehim ŻEE, li jissejħu żoni “c”, ukoll għandhom it-tendenza li jkunu żvantaġġati, iżda inqas mill-oħrajn. Minħabba l-PDG per capita relattivament għoli attwalment, ebda reġjun fl-Istati tal-EFTA ma jikkwalifika għad-deroga skont l-Artikolu 61(3)(a) tal-Ftehim ŻEE.

(2)  Dawn il-Linji gwida jikkorrispondu għall-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni — Linji gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-2014-2020 (“il-Linji Gwida tal-Kummissjoni”), adottati fit-28 ta' Ġunju 2013 (ĠU C 209, 23.7.2013, p. 1).

(3)  Għalhekk, is-supplimenti reġjonali għall-għajnuna mogħtija għal skopijiet bħal dawn mhumiex ikkunsidrati bħala għajnuna reġjonali.

(4)  Kull Stat tal-EFTA jista' jidentifika dawn iż-żoni f'mappa dwar l-għajnuna reġjonali fuq il-bażi tal-kundizzjonijiet stabbiliti fit-Taqsima 5.

(5)  F'dan ir-rigward, ara l-Kawża 730/79, Philip Morris [1980], Ġabra 2671, il-paragrafu 17 u l-Kawża C-169/95, Spanja vs. il-Kummissjoni [1997], Ġabra I-148, il-paragrafu 20.

(6)  F'dan ir-rigward, ara l-Kawża T-380/94 AIUFFASS u AKT vs. il-Kummissjoni [1996] Ġabra II-2169, il-paragrafu 54.

(7)  Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Il-Modernizzazzjoni tal-Għajnuna mill-Istat tal-UE (SAM), COM/2012/0209 finali.

(8)  Kif definit fl-Anness II.

(9)  Kif definit fl-Anness II (a).

(10)  B'segwitu għall-iskadenza fil-31 ta' Diċembru 2013 tal-Linji Gwida tal-Awtorità dwar l-Għajnuna mill-Istat għall-bini ta' bastimenti (ĠU L 31, 31.1.2013, p. 77 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 7, 31.1.2013, p. 1.), l-għajnuna reġjonali għall-bini ta' bastimenti hija wkoll koperta minn dawn il-linji gwida. Il-Linji Gwida kollha tal-Awtorità huma disponibbli fuq: http://www.eftasurv.int/state-aid/legal-framework/state-aid-guidelines/

(11)  “Trasport” tfisser trasport ta' passiġġieri permezz ta' inġenji tal-ajru, bit-trasport marittimu, bit-triq, bil-ferrovija u permezz ta' passaġġi tal-ilma interni jew servizzi ta' trasport ta' merkanzija b'kiri jew b'kumpens.

(12)  Ara l-linji gwida tal-Awtorità dwar għajnuna għas-settur tal-avjazzjoni (ĠU L 124, 23.5.1996 p. 41-52) li jirreferu għal-linji gwida tal-Komunità dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 92 u 93 tat-Trattat tal-KE u l-Artikolu 61 tal-Ftehim ŻEE għall-għajnuna mill-Istat u għas-settur tal-avjazzjoni (ĠU C 350, 10.12.1994, p. 5.) u l-linji gwida tal-Awtorità dwar finanzjament ta' ajruporti u għajnuna tal-bidu lil-linji tal-ajru li jitilqu minn ajruporti reġjonali (ĠU L 62, 6.3.2008, p. 30 u s-Suppliment ŻEE Nru 12, 6.3.2008, p. 3.) kif emendat jew sostitwit.

(13)  L-Awtorità se tivvaluta l-kompatibbiltà tal-għajnuna mill-Istat għas-settur tal-enerġija fuq il-bażi tal-linji gwida futuri dwar l-enerġija u l-għajnuna ambjentali, li jemendaw il-linji gwida attwali dwar l-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni ambjentali, li se jieħdu inkunsiderazzjoni n-nuqqasijiet speċifiċi taż-żoni megħjuna.

(14)  Linji Gwida għall-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat b'rabta mal-implimentazzjoni rapida tan-netwerks tal-broadband, li għadhom mhumiex ippubblikati. Il-linji gwida kollha tal-Awtorità huma disponibbli fuq: http://www.eftasurv.int/state-aid/legal-framework/state-aid-guidelines/

(15)  Kif iddefinit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 723/2009 tal-25 ta' Ġunju 2009 dwar il-qafas ġuridiku Komunitarju applikabbli għal Konsorzju Ewropew għal Infrastruttura ta' Riċerka (ERIC) (ĠU L 206, 8.8.2009, p. 1, applikati fi ħdan iż-ŻEE bis-saħħa tal-Protokoll 31 għall-Ftehim ŻEE, skont il-Linji Gwida tal-Awtorità għall-Għajnuna mill-Istat għar-riċerka u l-iżvilupp u l-innovazzjoni (ĠU L 305, 19.11.2009, p. 1 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 60, 19.11.2009, p. 1).

(16)  Ara l-paragrafu (20)(i).

(17)  NACE huwa akronimu derivat mit-titolu Franċiż “Nomenclature générale des Activités économiques dans les Communautés Européennes” (Klassifikazzjoni statistika ta' Attivitajiet Ekonomiċi fil-Komunitajiet Ewropej) użat sabiex jiġu deżinjati d-diversi klassifikazzjonijiet ta' statistika ta' attivitajiet ekonomiċi fl-UE.

(18)  Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta' attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).

(19)  ĠU L 107, 28.4.2005, p. 28, kif imtawwal peremezz ĠU L 48, 25.2.2010, p. 27 u mid-Deċiżjoni tal-Awtorità 438/12/COL tat-28 ta' Novembru 2012 li jemenda għas-sitta u tmenin darba r-regoli proċedurali u sostantivi fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat (ĠU L 190, 11.7.2013, p. 91 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 40, 11.7.2013, p. 15). Kif spjegat fil-paragrafu 19 ta' dawk il-Linji Gwida, minħabba li l-eżistenza tagħha stess hija f'periklu, ditta f'diffikultà ma tistax titqies bħala mezz xieraq għall-promozzjoni ta' għanijiet oħra tal-politika pubblika sakemm il-vijabbiltà tagħha ma tiġix żgurata.

(20)  F'dan ir-rigward, ara l-Kawżi konġunti T-244/93 u T-486/93, TWD Textilwerke Deggendorf GmbH vs. il-Kummissjoni [1995], Ġabra II-02265.

(21)  F'dawn il-linji gwida t-terminu “reġjun ta' Statistika” se jintuża minflok l-akronimu “NUTS” fil-Linji gwida tal-Kummissjoni. NUTS huwa derivat mit-titolu “Klassifikazzjoni Komuni ta' Unitajiet Territorjali għall-Istatistika” skont ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta' klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2011, p. 1). Dan ir-Regolament ma ġiex inkorporat fil-Ftehim ŻEE. Madankollu, sabiex jintlaħqu d-definizzjonijiet komuni f'talbiet dejjem jiżdiedu għal informazzjoni statistika fuq livell reġjonali, l-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea, l-Eurostat, u l-Istituti Nazzjonali tal-pajjiżi Kandidati u tal-EFTA qablu li reġjuni ta' Statistika jiġu stabbiliti simili għall-klassifikazzjoni NUTS.

(22)  Jinsab fuq il-websajt http://www.eftasurv.int/state-aid/legal-framework/state-aid-guidelines/.

(23)  Ara l-paragrafu (20)(n).

(24)  Ara pereżempju l-Kawża C-156/98 il-Ġermanja vs. il-Kummissjoni [2000] Ġabra I-6857, il-paragrafu 78 u l-Kawża C333/07 Régie Networks vs. Rhone Alpes Bourgogne [2008] Ġabra I-10807, paragrafi 94-116.

(25)  Ara l-Kawża C-225/91 Matra vs. il-Kummissjoni [1993] Ġabra I-3203, paragrafu 42.

(26)  Ara l-Anness V ta' dawn il-linji gwida.

(27)  L-obbligu li l-investiment jinżamm fiż-żona kkonċernata minn tal-inqas għal 5 snin (3 snin għall-SMEs) ma għandux jipprevjeni s-sostituzzjoni ta' impjanti jew ta' tagħmir li matul dan il-perjodu jkunu ħarġu mill-użu jew inkisru, bil-kundizzjoni li l-attività ekonomika tinżamm fiż-żona kkonċernata għall-perjodu minimu stabbilit. Madankollu, l-għajnuna reġjonali ma tistax tingħata biex jiġu sostitwiti dawn l-impjanti jew dan it-tagħmir.

(28)  Dan ma japplikax, pereżempju, għal każijiet ta' self sussidjat, ta' self pubbliku ta' kapital ta' ekwità jew ta' parteċipazzjonijiet pubbliċi li ma jissodisfawx il-prinċipju ta' investitur tas-suq, il-garanziji mill-Istat li jinkludu elementi ta' għajnuna, jew l-appoġġ pubbliku mogħti fil-kamp ta' applikazzjoni tar-regola de minimis.

(29)  L-għajnuna ad hoc hija soġġetta għall-istess rekwiżiti bħall-għajnuna individwali mogħtija fuq il-bażi ta' skema, sakemm ma jkunx imsemmi mod ieħor.

(30)  Madankollu, meta jkun hemm inċertezza kbira fir-rigward tal-kosti u tal-iżviluppi tad-dħul fil-futur, u meta jkun hemm assimetrija qawwija ta' informazzjoni, jista' jkun li l-awtorità pubblika tkun tixtieq tadotta wkoll mudelli ta' kumpens li ma jkunux kompletament ex ante, iżda pjuttost ikunu taħlita ta' ex ante u ex post (pereżempju billi tuża rkupru ta' fondi li jippermetti l-kondiviżjoni tal-qligħ mhux antiċipat).

(31)  Investimenti bħal dawn jistgħu joħolqu kundizzjonijiet li jippermettu li jsiru investimenti ulterjuri li jkunu vijabbli mingħajr għajnuna addizzjonali.

(32)  Ara l-Anness III.

(33)  L-għajnuna ad hoc trid tirrispetta wkoll ir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi minn (60) to (64) ta' dawn il-linji gwida, flimkien mar-rekwiżiti tat-taqsima 3.5.2.

(34)  Ix-xenarji kontrofattwali huma deskritti fil-paragrafu 57.

(35)  Il-valur preżenti nett ta' proġett huwa d-differenza bejn il-flussi ta' flus pożittivi u negattivi matul il-ħajja tal-investiment, imnaqqsa għall-valur attwali tagħhom (normalment billi jintuża l-kost tal-kapital).

(36)  Ir-rata interna ta' redditu mhijiex ibbażata fuq il-kontabilizzar tal-qligħ f'sena partikolari, imma tqis in-nixxiegħa ta' flussi ta' flus futuri li l-investitur jistenna li jirċievi tul il-perjodu kollu ta' ħajja tal-investiment. Hija definita bħala r-rata ta' skont li għaliha l-VPN ta' nixxiegħa ta' flussi ta' flus huwa ugwali għal żero.

(37)  Ara s-subtaqsima 5.4 dwar intensitajiet massimi ta' għajnuna.

(38)  Intensitajiet tal-għajnuna mnaqqsa huma r-riżultat tal-mekkaniżmu definit fil-paragrafu (20)(c).

(39)  Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għall-għan ta' kooperazzjoni territorjali Ewropea Il-proposta tal-Kummissjoni COM(2011) 611 FEŻR/Regolament tal-KTE.

(40)  Definiti fil-paragrafu (20) (h) u (i).

(41)  Dawn l-ostakli għad-dħul jinkludu ostakli legali (b'mod partikolari d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali), l-ekonomiji ta' skala u l-ekonomiji ta' firxa, l-ostakli għall-aċċess għan-netwerks u l-infrastruttura. Meta l-għajnuna tikkonċerna suq fejn il-beneficjarju tal-għajnuna jkun diġà stabbilit, l-ostakli possibbli għad-dħul jistgħu jintensifikaw is-setgħa sostanzjali fis-suq ta' dan il-benefiċjarju bir-riżultat li jiġu intensifikati wkoll l-effetti negattivi possibbli ta' dik is-setgħa fis-suq.

(42)  Fejn hemm xerrejja b'saħħithom fis-suq, huwa anqas probabbli li benefiċjarju tal-għajnuna jista' jżid il-prezzijiet vis-à-vis dawn ix-xerrejja b'saħħithom.

(43)  Din l-informazzjoni għandha tiġi aġġornata regolarment (pereżempju kull sitt xhur) u għandha tkun disponibbli f'formati nonproprjetarji.

(44)  Tali metodoloġija komuni tista' tiġi pprovduta mill-Awtorità.

(45)  ĠU L 54, 28.2.2008, p. 1 u s-Suppliment ŻEE Nru 11, 28.2.2008, p. 1.

(46)  Dan għandu jkun mifhum bħala li jfisser li ebda reġjun fi ħdan l-Istati tal-EFTA ma jissodisfa l-PDG ta' 75 % per capita kif deskritt fil-paragrafu 144.

(47)  Abbażi tad-dejta tal-Eurostat dwar il-popolazzjoni għall-2010.

(48)  Kawża 248/84 Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni [1987] Ġabra 4036, paragrafu 19; Kawża C-169/95 Spanja v Il-Kummissjoni [1997] Ġabra CR I-148, paragrafu 15; u Każ C-310/99, L-Italja v Il-Kummissjoni [2002] Ġabra I-2289, paragrafu 77.

(49)  Fir-referenzi sussegwenti kollha għall-PDG per capita f'dawn il-linji gwida, il-PDG jitkejjel bl-istandards tal-poter tal-akkwist (PPS).

(50)  Jekk din is-sitwazzjoni tinbidel, l-Awtorità tadotta linji gwida ġodda biex jitqiesu tali modifika.

(51)  Il-Każ 248.84, Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni [1987] Ġabra 4036, paragrafu 19.

(52)  Dan il-livell limitu tal-popolazzjoni għandu jitnaqqas għal 50 000 abitant għall-Istati tal-EFTA li għandhom kopertura “c” mhux predefinita ta' inqas minn miljun abitant jew għal 10 000 abitant għall-Istati tal-EFTA li l-popolazzjoni totali tagħhom hija inqas minn miljun abitant.

(53)  Għall-qgħad, il-kalkoli għandhom ikunu bbażati fuq dejta reġjonali ppubblikata mill-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika, billi tintuża l-medja tal-aħħar tliet snin li għalihom hija disponibbli din id-dejta (fil-mument tan-notifika tal-mappa dwar l-għajnuna reġjonali). Għajr jekk ikun indikat mod ieħor f'dawn il-linji gwida, ir-rata ta' qgħad fir-rigward tal-medja nazzjonali hija kkalkulata fuq din il-bażi.

(54)  Sabiex jiġi ddeterminat jekk dawn il-gżejjer u żoni kontigwi għandhomx PDG per capita taħt jew daqs il-medja tal-UE-27, l-Istat tal-EFTA jista' jirreferi għad-dejta pprovduta mill-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika tiegħu jew minn sorsi rikonoxxuti oħrajn.

(55)  Sabiex jiddetermina jekk dawn il-gżejjer jew żoni kontigwi għandhomx rata ta' qgħad ogħla jew daqs 115 % tal-medja nazzjonali, l-Istat tal-EFTA jista' jirreferi għad-dejta pprovduta mill-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika tiegħu jew minn sorsi rikonoxxuti oħrajn.

(56)  Dan il-livell limitu tal-popolazzjoni se jitnaqqas għal 25 000 abitant għall-Istati tal-EFTA li għandhom kopertura “c” mhux predefinita ta' inqas minn miljun abitant, għal 10 000 abitant għall-Istati tal-EFTA li l-popolazzjoni totali tagħhom hija inqas minn miljun abitant, jew għal 5 000 abitant għall-gżejjer jew għaż-żoni kontigwi li huma kkaratterizzati minn iżolament ġeografiku simili.

(57)  Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Kriterju Nru 5, l-Istat tal-EFTA jrid juri li l-kundizzjonijiet applikabbli jkunu ssodisfati billi jqabblu ż-żoni kkonċernati mas-sitwazzjoni ta' żoni oħra fl-istess Stat tal-EFTA jew fi Stati EFTA oħra, fuq il-bażi ta' indikaturi soċjoekonomiċi li jikkonċernaw l-istatistika strutturali dwar in-negozji, is-swieq tax-xogħol, il-kontijiet tal-unitajiet domestiċi, l-edukazzjoni, jew indikaturi oħra simili. Għal dan il-għan, l-Istat tal-EFTA jista' jirreferi għad-dejta pprovduta mill-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika tiegħu jew minn sorsi rikonoxxuti oħrajn.

(58)  L-Istat tal-EFTA jista' jirreferi għaż-żoni LAU 1 minflok żoni LAU 2 jekk dawn iż-żoni LAU 1 ikollhom popolazzjoni iżgħar minn taż-żona LAU 2 li jkunu jiffurmaw parti minnha.

(59)  Madankollu, l-Istat tal-EFTA jista' jinnomina partijiet ta' żona LAU 2 (jew żona LAU 1), sakemm il-popolazzjoni taż-żona LAU kkonċernata tkun teċċedi l-popolazzjoni minima meħtieġa għaż-żoni kontigwi skont il-kriterji Nru 1 jew Nru 5 (inklużi l-livelli limiti tal-popolazzjoni mnaqqsa għal dawn il-kriterji) u sakemm il-popolazzjoni tal-partijiet ta' dik iż-żona LAU tkun minn tal-inqas 50 % tal-popolazzjoni minima meħtieġa skont il-kriterju applikabbli.

(60)  Fil-każ tal-gżejjer, il-fruntieri amministrattivi jinkludu l-fruntieri marittimi ma' unitajiet amministrattivi oħrajn tal-Istat tal-EFTA kkonċernat.

(61)  L-intensitajiet tal-għajnuna miżjudin għall-SMEs mhux se japplikaw għall-għajnuna mogħtija għal proġetti kbar ta' investiment.

(62)  Ara l-paragrafu 142.

(63)  ĠU L 54, 28.2.2008, p. 1 u s-Suppliment ŻEE Nru 11, 28.2.2008, p. 1. Jinsab fuq http://www.eftasurv.int/state-aid/legal-framework/state-aid-guidelines/

(64)  ĠU L 206, 2.8.2012, p. 13 u s-Suppliment ŻEE Nru 42, 2.8.2012, p. 1. Jinsab fuq http://www.eftasurv.int/state-aid/legal-framework/state-aid-guidelines/

(65)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 tas-6 ta' Awwissu 2008 li jiddikjara ċerti kategoriji ta' għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni skont l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat (Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa), ĠU L 214, 9.8.2008, p. 3, inkorporat fl-Anness XV tal-Ftehim ŻEE, il-punt 1j, permezz tad-Deċiżjoni Nru 120/2008 (ĠU L 339, 18.12.2008, p. 111 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 79, 18.12.2008, p. 20), li daħal fis-seħħ fit-8 ta' Novembru 2008


ANNESS I

FORMOLA GĦALL-GĦOTI TA' INFORMAZZJONI RIGWARD IL-MAPEP DWAR L-GĦAJNUNA REĠJONALI

(1)

L-Istati tal-EFTA jridu jipprovdu, skont fejn applikabbli, informazzjoni għal kull waħda mill-kategoriji segwenti ta' żoni proposti għan-nomina:

żoni mhux popolati ħafna;

żoni “c” mhux predefiniti magħżula fuq il-bażi tal-Kriterju Nru 1;

żoni “c” mhux predefiniti magħżula fuq il-bażi tal-Kriterju Nru 2;

żoni “c” mhux predefiniti magħżula fuq il-bażi tal-Kriterju Nru 3;

żoni “c” mhux predefiniti magħżula fuq il-bażi tal-Kriterju Nru 4;

żoni “c” mhux predefiniti magħżula fuq il-bażi tal-Kriterju Nru 5;

(2)

F'kull kategorija, l-Istat tal-EFTA kkonċernat irid jipprovdi l-informazzjoni segwenti għal kull żona proposta:

identifikazzjoni taż-żona (bl-użu tal-kodiċi tar-reġjun ta' Statistika livell 2 jew livell 3 taż-żona, il-kodiċi LAU 2 jew LAU 1 taż-żoni kontigwi jew denominazzjonijiet uffiċjali oħra tal-unitajiet amministrattivi kkonċernati);

l-intensità ta' għajnuna proposta fil-qasam għall-perjodu 2014-2020 (li tindika kwalunkwe żieda fl-intensità tal-għajnuna skont il-paragrafu 155, jekk applikabbli);

il-popolazzjoni totali residenti taż-żona, kif imsemmi fil-paragrafu 153.

(3)

Għaż-żoni b'popolazzjoni skarsa u għaż-żoni mhux predefiniti, innominati abbażi tal-kriterji Nri 1-5, l-Istat tal-EFTA jrid jipprovdi evidenza adegwata li tipprova li kull waħda mill-kundizzjonijiet applikabbli stipulati fil-paragrafi 149 u 151 sa 153 tkun ġiet issodisfata.


ANNESS II

DEFINIZZJONI TAS-SETTUR TAL-AZZAR

Għall-finijiet ta' dawn il-linji gwida, “is-settur tal-azzar” tfisser l-attivitajiet kollha marbuta mal-produzzjoni ta' prodott wieħed jew aktar mill-prodotti segwenti:

(a)

ħadid fondut grezz u ligi tal-ħadid: ħadid fondut grezz għall-fabbrikazzjoni tal-azzar u għall-fonderija u ħadid fondut grezz ieħor, spiegeleisen u ferromanganiż b'livell għoli ta' karbonju, minbarra ligi tal-azzar oħrajn;

(b)

prodotti tal-ħadid mhux ipproċessat u prodotti nofshom lesti, azzar ordinarju jew azzar speċjali: azzar likwidu fondut jew mhux fondut fl-ingotti, li jinkludi ingotti għal prodotti nofshom lesti bil-forġa: ingotti, vireg tal-ħadid u blokok; vireg mill-folji u vireg mill-pjanċi stanjati; kojls kbar illaminati bis-sħana, bl-eċċezzjoni tal-produzzjoni tal-azzar likwidu għall-ikkastjar minn fonderiji żgħar u medji;

(c)

prodotti tal-ħadid magħmulin bis-sħana, azzar ordinarju jew azzar speċjali: linji ferrovjarji, traversi, puntali, sottopuntali, travi, sezzjonijiet tqal tal-metall ta' 80 mm jew aktar, pili tal-folji, vireg u sezzjonijiet ta' anqas minn 80 mm u pjanċi ta' anqas minn 150 mm, vireg tal-fili, forom tondi u kwadri għat-tubi, aljetti u strixxi tal-ħadid illaminati bis-sħana (inklużi l-istrixxi għat-tubi), folji llaminati bis-sħana (miksija u mhux miksija), pjanċi u folji ta' ħxuna ta' 3 mm u aktar, pjanċi universali ta' 150 mm u aktar, bl-eċċezzjoni tal-fili u l-prodotti tal-fili, vireg ileqqu u kkastjar tal-ħadid;

(d)

prodotti ffurmati bil-kesħa: ħadid abjad, folji tal-metall, ħadid iswed, folji ggalvanizzati, folji oħra miżbugħa, folji rrumblati fil-ksieħ, folji manjetiċi u strippi maħsuba għall-manifattura tal-ħadid abjad, pjanċi rrumblati fil-ksieħ, f'koljaturi jew fi strippi;

(e)

tubi: it-tubi tal-azzar kollha bla saldaturi, tubi tal-azzar iwweldjati b'dijametru ta' aktar minn 406,4 mm.


ANNESS II (a)

DEFINIZZJONI TAS-SETTUR TA' FIBRI SINTETIĊI

Għall-finijiet ta' dawn il-linji gwida, “settur tal-fibri sintetiċi” tfisser:

(a)

l-estrużjoni/it-testurizzazzjoni tat-tipi ġeneriċi kollha tal-fibra u l-ħjut ibbażati fuq il-polijester, il-polijamide, l-akriliku jew il-polipropilen, irrispettivament mill-użi finali tagħhom; jew

(b)

il-polimerizzazzjoni (inkluża l-polikondensazzjoni) fejn tkun integrata mal-estrużjoni f'termini tal-makkinarju użat; jew

(c)

proċess anċillari marbut mal-installazzjoni kontemporanja tal-kapaċità tal-estrużjoni/tat-testuriżazzjoni mill-benefiċarju prospettiv jew minn xi kumpanija oħra fil-grupp tiegħu u li, fl-attività speċifika ta' negozju kkonċernata, ġeneralment huwa integrat ma' din il-kapaċità skont il-makkinarju li ntuża.


ANNESS III

FORMOLA TAL-APPLIKAZZJONI GĦALL-GĦAJNUNA REĠJONALI GĦALL-INVESTIMENT

1.

Informazzjoni dwar il-benefiċjarju tal-għajnuna:

L-isem, l-indirizz irreġistrat tas-sede prinċipali, is-settur prinċipali ta' attività (Kodiċi NACE),

Dikjarazzjoni li l-kumpanija ma tinsabx f'diffikultà kif definit fil-linji gwida ta' salvataġġ u ristrutturar

Dikjarazzjoni li tispeċifika l-għajnuna (kemm l-għajnuna de minimis kif ukoll l-għajnuna mill-Istat) li diġà ngħatat għal proġetti oħrajn fl-aħħar 3 snin fl-istess żona ta' reġjun ta' Statistika fejn se jsir l-investiment il-ġdid. Dikjarazzjoni li tispeċifika l-għajnuna reġjonali mogħtija jew li għandha tingħata għall-istess proġett minn awtoritajiet awtorizzanti oħrajn.

Dikjarazzjoni li tispeċifika jekk il-kumpanija tkunx għalqet l-istess attività jew attività simili fiż-ŻEE sentejn qabel id-data ta' din il-formola tal-applikazzjoni

Dikjarazzjoni li tispeċifika jekk il-kumpanija jkollhiex l-intenzjoni li tagħlaq attività bħal din fil-mument tal-applikazzjoni għall-għajnuna fi żmien sentejn wara li jitlesta l-investiment li jkun irid jiġi ssussidjat.

2.

Informazzjoni dwar il-proġett/attività li għandhom jiġu appoġġjati:

Deskrizzjoni fil-qosor tal-proġett/tal-attività.

Deskrizzjoni fil-qosor tal-effetti pożittivi mistennija għaż-żona kkonċernata (pereżempju, l-għadd ta' impjiegi maħluqa jew salvagwardjati, l-attivitajiet tar-RŻI, l-attivitajiet ta' taħriġ, il-ħolqien ta' raggruppament)

Bażi legali rilevanti (nazzjonali, ŻEE jew it-tnejn)

Id-dati ppjanati għall-bidu u għat-tmiem tal-proġett/attività.

Post(ijiet) tal-proġett

3.

Informazzjoni dwar il-finanzjament tal-proġett/tal-attività

Investimenti u spejjeż oħra marbuta miegħu, analiżi dwar il-benefiċċji u l-ispejjeż għall-miżuri ta' għajnuna notifikati

Spejjeż eliġibbli totali

L-ammont tal-għajnuna meħtieġ biex j/titwettaq il-proġett/l-attività

L-intensità tal-għajnuna

4.

Informazzjoni dwar il-ħtieġa għall-għajnuna u l-impatt mistenni tagħha:

Spjegazzjoni fil-qosor dwar il-ħtieġa għall-għajnuna u l-impatt tagħha fuq id-deċiżjoni ta' investiment jew id-deċiżjoni tal-post. Għandu jiġi indikat investiment jew post alternattiv fin-nuqqas ta' għajnuna.

Dikjarazzjoni tan-nuqqas ta' ftehim irrevokabbli bejn il-benefiċjarju u l-kuntratturi għat-twettiq tal-proġett


ANNESS IV

FORMOLA GĦALL-KOMUNIKAZZJONI TAL-INFORMAZZJONI LILL-KUMMISSJONI SKONT IL-PARAGRAFU 169

Image

Test ta 'immaġni