ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 165

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 57
4 ta' Ġunju 2014


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

 

2014/315/Euratom

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2013 li tapprova l-konklużjoni, mill-Kummissjoni, f'isem il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, tal-Protokoll tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Montenegro, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

1

 

 

2014/316/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2013 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħħha, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Albanija, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

3

 

 

2014/317/Euratom

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2013 li tapprova l-konklużjoni mill-Kummissjoni Ewropea, f'isem il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa u r-Repubblika tal-Albanija, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

5

 

 

2014/318/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2014 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa dwar prekursuri tad-droga

6

 

 

Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa dwar prekursuri tad-droga

7

 

 

Informazzjoni dwar id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa dwar prekursuri tad-droga

15

 

 

2014/319/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Mejju 2014 dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra, li jikkonċerna Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġeorġja, dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tal-Ġeorġja fil-programmi tal-Unjoni

16

 

 

2014/320/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Mejju 2014 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tal- Protokoll mal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa u r-Repubblika tal-Albanija, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

18

 

 

Protokoll għall-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Albanija, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

19

 

 

2014/321/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta' Mejju 2014 dwar il-konklużjoni f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Montenegro, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

30

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 591/2014 tat-3 ta' Ġunju 2014 dwar l-estensjoni tal-perjodi tranżizzjonali relatati ma' rekwiżiti ta' fondi proprji għal skoperturi għal kontropartijiet ċentrali fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

31

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 592/2014 tat-3 ta' Ġunju 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 142/2011 fir-rigward tal-użu ta' prodotti sekondarji mill-annimali u prodotti derivati bħala karburant f'impjanti tal-kombustjoni ( 1 )

33

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 593/2014 tat-3 ta' Ġunju 2014 li jistipula standards tekniċi ta' implimentazzjoni rigward il-format tan-notifika skont l-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) Nru 345/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar fondi ta' kapital ta' riskju Ewropej ( 1 )

41

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 594/2014 tat-3 ta' Ġunju 2014 li jistipula standards tekniċi ta' implimentazzjoni rigward il-format tan-notifika skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE) Nru 346/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar fondi ta' intraprenditorija soċjali Ewropej ( 1 )

44

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 595/2014 tat-3 ta’ Ġunju 2014 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

47

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2014/322/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2014 dwar il-linji gwida għall-politika tal-Istati Membri dwar l-impjiegi għall-2014

49

 

 

2014/323/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2014 li tħassar id-Deċiżjoni 2010/371/UE dwar il-konklużjoni tal-konsultazzjonijiet mar-Repubblika tal-Madagaskar taħt l-Artikolu 96 tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE

51

 

 

2014/324/UE

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Ġunju 2014 dwar ir-rikonoxximent tal-iskema msejħa Gafta Trade Assurance Scheme biex tintwera l-konformità mal-kriterji ta' sostenibbiltà mogħtija fid-Direttivi 2009/28/KE u 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

53

 

 

2014/325/UE

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Ġunju 2014 dwar ir-rikonoxximent tas-Sistema KZR INiG li turi konformità mal-kriterji ta' sostenibbiltà fid-Direttivi 98/70/KE u 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

56

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

4.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 165/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-22 ta' Ottubru 2013

li tapprova l-konklużjoni, mill-Kummissjoni, f'isem il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, tal-Protokoll tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Montenegro, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

(2014/315/Euratom)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 101 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fl-24 ta' Settembru 2012 il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati mal-Montenegro sabiex tikkonkludi Protokoll għall-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Montenegro, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (“il-Protokoll”).

(2)

Dawk in-negozjati tlestew b'suċċess bl-inizjalizzazzjoni tal-Protokoll fis-16 ta' Mejju 2013.

(3)

Il-konklużjoni, mill-Kummissjoni, tal-Protokoll għandha tiġi approvata fir-rigward ta' kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika.

(4)

L-iffirmar u l-konklużjoni tal-Protokoll huma soġġetti għal proċeduri separati fir-rigward ta' kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu Uniku

Il-konklużjoni mill-Kummissjoni Ewropea, f'isem il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, tal-Protokoll tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa u r-Repubblika tal-Montenegro, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea hija b'dan approvata.

It-test tal-Protokoll huwa mehmuż mad-Deċiżjoni dwar il-fima tiegħu.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-22 ta' Ottubru 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

L. LINKEVIČIUS


4.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 165/3


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-15 ta' Novembru 2013

dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħħha, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Albanija, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

(2014/316/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 217, flimkien mal-Artikolu 218(5) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(8) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Att dwar l-adeżjoni tal-Kroazja, u b'mod partikolari it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fl-24 ta' Settembru 2012 il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati, f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika tal-Kroazja, mar-Repubblika tal-Albanija sabiex tikkonkludi Protokoll għall-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Albanija, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (“il-Protokoll”).

(2)

Dawn in-negozjati tlestew b'suċċess u l-Protokoll ġie approvat mill-awtoritajiet Albaniżi permezz ta' skambju ta' ittri fl-1 ta' Awwissu 2013.

(3)

Il-Protokoll għandu jiġi ffirmat f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, suġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar tard.

(4)

Il-konklużjoni tal-Protokoll hija s-soġġett ta' proċedura separata fir-rigward tal-kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika

(5)

Bil-ħsieb tal-adeżjoni tal-Unjoni fl-1 ta' Lulju 2013, il-Protokoll għandu jkun applikat fuq bażi proviżorja minn dik id-data,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Albanija, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea huwa b'dan awtorizzat f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħħha, soġġett għall-konklużjoni tal-Protokoll imsemmi.

It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat jaħtar il-persuna(i) bis-setgħa tal-firma tal-Protokoll f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħħha.

Artikolu 3

Il-Protokoll għandu jiġi applikat fuq bażi proviżorja, skont l-Artikolu 10 tiegħu, mill-1 ta' Lulju 2013, sakemm jitlestew il-proċeduri għall-konklużjoni tiegħu.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Novembru 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

R. ŠADŽIUS


4.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 165/5


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-15 ta' Novembru 2013

li tapprova l-konklużjoni mill-Kummissjoni Ewropea, f'isem il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa u r-Repubblika tal-Albanija, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

(2014/317/Euratom)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari it-tieni paragrafu tal-Artikolu 101 tal-istess Trattat,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fl-24 ta' Settembru 2012 il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati mar-Repubblika tal-Albanija sabiex tikkonkludi Protokoll għall-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Albanija, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (“il-Protokoll”).

(2)

Dawk in-negozjati tlestew b'suċċess u l-Protokoll ġie approvat mill-awtoritajiet Albaniżi, permezz ta' skambju ta' ittri fl-1 ta' Awwissu 2013.

(3)

Il-konklużjoni, mill-Kummissjoni, tal-Protokoll għandha tiġi approvata fir-rigward tal-materji li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika.

(4)

L-iffirmar u l-konklużjoni tal-Protokoll huma soġġetti għal proċedura separata fir-rigward ta' kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu Uniku

Il-konklużjoni mill-Kummissjoni Ewropea, f'isem il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa u r-Repubblika tal-Albanija, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea hija b'dan approvata.

It-test tal-Protokol huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Novembru 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

R. ŠADŽIUS


4.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 165/6


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-17 ta' Frar 2014

dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa dwar prekursuri tad-droga

(2014/318/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

L-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa għandhom isaħħu l-kooperazzjoni tagħhom biex jevitaw l-iżvijar tal-prekursuri tad-drogi mill-kummerċ legali, sabiex tiġi miġġielda l-manifattura illeċita ta' drogi narkotiċi u sustanzi psikotropiċi.

(2)

F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/263/UE (1), il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa dwar prekursuri tad-droga (“il-Ftehim”) ġie ffirmat fl-4 ta' Ġunju 2013, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar tard.

(3)

Il-Ftehim għandu jiżgura rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali, b'mod partikolari livell ogħli ta' protezzjoni għall-ipproċessar u t-trasferiment tad-data personali bejn il-Partijiet għall-Ftehim.

(4)

Il-Ftehim għandu jiġi approvat f'isem l-Unjoni Ewropea,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa dwar prekursuri tad-droga huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni.

It-test tal-Ftehim jinsab mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni Ewropea, jagħti l-avviż previst fl-Artikolu 11 tal-Ftehim (2).

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Frar 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

A. TSAFTARIS


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/263/UE tat-13 ta' Mejju 2013 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa dwar prekursuri tad-droga (ĠU L 154, 6.6.2013, p. 5).

(2)  Id-data ta' dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


4.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 165/7


FTEHIM

bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa dwar prekursuri tad-droga

L-UNJONI EWROPEA

minn naħa waħda, u

L-FEDERAZZJONI RUSSA,

min-naħa l-oħra,

minn issa 'l quddiem imsejħa bħala “Il-Partijiet”,

FIL-QAFAS tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1988 kontra t-Traffiku Illeċitu fi Drogi Narkotiċi u Sustanzi Psikotropiċi, minn hawn 'il quddiem imsejħa l-“Konvenzjoni tal-1988”;

DETERMINATI li jevitaw u jiġġieldu kontra l-manifattura illeċita tad-drogi narkotiċi u s-sustanzi psikotropiċi bil-prevenzjoni tal-iżvijar mill-kummerċ leġittimu ta' sustanzi użati ta' spiss fil-manifattura illeċita ta' drogi narkotiċi u sustanzi psikotropiċi (minn hawn 'il quddiem imsejħa l-“prekursuri”);

B'KUNSIDERAZZJONI tal-qafas legali globali bejn il-Federazzjoni Russa u l-Unjoni Ewropea;

FILWAQT LI JINNUTAW li l-kummerċ internazzjonali jista' jintuża għall-iżvijar ta' prekursuri bħal dawn;

KONVINTI dwar il-ħtieġa li jiġu konklużi u implimentati ftehimiet bejn il-Partijiet ikkonċernati, bil-għan li tiġi stabbilita kooperazzjoni wiesgħa, b'mod partikolari li jikkonċernaw il-kontrolli tal-esportazzjoni u l-importazzjoni;

FILWAQT LI JAGĦRFU li l-użu prinċipali u mifrux tal-prekursuri huwa għal finijiet leġittimi u li l-kummerċ internazzjonali ma għandux jiġi mfixkel minn proċeduri eċċessivi ta' monitoraġġ.

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Kamp ta' Applikazzjoni tal-Ftehim

1.   Dan il-Ftehim jistipula miżuri biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn il-Partijiet biex jiġi evitat l-iżvijar mill-kummerċ leġittimu ta' prekursuri, mingħajr preġudizzju għall-kummerċ leġittimu f'dawn il-prekursuri.

2.   Il-Partijiet għandhom jassistu lil xulxin, kif stipulat f'dan il-Ftehim, b'mod partikolari billi:

jagħmlu monitoraġġ tal-kummerċ bejn il-Partijiet ta' prekursuri bil-għan li jipprevjenu l-użu tagħhom għal finijiet illeċiti,

jipprovdu assistenza reċiproka bil-għan li jipprevjenu l-iżvijar ta' prekursuri bħal dawn.

3.   Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandhom japplikaw għall-prekursuri elenkati fl-Anness I ta' dan il-Ftehim (minn hawn 'il quddiem msemmija bħala “prekursuri skedati”).

Artikolu 2

Miżuri ta' implimentazzjoni

1.   Il-Partijiet jinfurmaw lil xulxin bil-miktub dwar l-awtoritajiet kompetenti rispettivi tagħhom. Dawn l-awtoritajiet għandhom jikkommunikaw direttament ma' xulxin għall-finijiet ta' dan il-Ftehim.

2.   Il-Partijiet għandhom jinfurmaw lil xulxin dwar id-dispożizzjonijiet legali rispettivi tagħhom u miżuri oħra applikati biex jimplimentaw dan il-Ftehim.

Artikolu 3

Monitoraġġ tal-kummerċ

1.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Partijiet għandhom jinfurmaw lil xulxin fuq inizjattiva tagħhom kull meta jkollhom raġunijiet motivati biex jemmnu li prekursuri skedati f'kummerċ leġittimu bejn il-partijiet jistgħu jiġu żvijati għall-manifattura illeċita ta' drogi narkotiċi jew sustanzi psikotropiċi.

2.   Fir-rigward tal-prekursuri skedati, l-awtoritajiet kompetenti tal-Parti li tesporta għandha tibgħat notifika ta' qabel l-esportazzjoni li jkun fiha l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 12 (10) punt a) tal-Konvenzjoni tal-1988 lill-awtoritajiet kompetenti tal-Parti li timporta.

It-tweġiba bil-miktub mill-awtoritajiet kompetenti tal-Parti li timporta għandha tiġi pprovduta permezz ta' mezzi tekniċi ta' komunikazzjoni fi żmien 21 jum wara li tkun irċeviet il-messaġġ mingħand l-awtoritajiet kompetenti tal-Parti li tesporta. In-nuqqas ta' tweġiba fi żmien dan il-perijodu għandu jitqies daqs li kieku m'hemm l-ebda oġġezzjoni biex tintbagħat il-konsenja. Kull oġġezzjoni għandha tiġi nnotifikata bil-miktub permezz ta' mezzi tekniċi ta' komunikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Parti li tesporta f'dan il-perijodu wara li jirċievu n-notifika ta' qabel l-esportazzjoni u jingħataw ir-raġunijiet għall-oġġezzjoni.

Artikolu 4

Assistenza reċiproka

1.   Fl-ambitu ta' dan il-Ftehim il-Partijiet għandhom jipprovdu lil xulxin assistenza reċiproka permezz ta' skambju ta' informazzjoni msemmija fl-Artikolu 12 (10) punt a) tal-Konvenzjoni tal-1988 biex jevitaw l-iżvijar tal-prekursuri skedati għall-manifattura illeċita ta' drogi narkotiċi jew sustanzi psikotropiċi. Huma għandhom, skont il-leġislazzjoni tal-Partijiet, jieħdu l-passi xierqa biex jevitaw tali żvijar.

2.   Il-Partijiet għandhom ukoll jipprovdu lil xulxin fuq talba bil-miktub jew fuq l-inizjattiva tagħhom stess assistenza reċiproka jekk ikun hemm raġunijiet li wieħed jemmen li informazzjoni rilevanti oħra hija ta' interess għall-Parti l-oħra.

3.   It-talba jkun fiha informazzjoni dwar dan li ġej:

l-għan u l-bażi tat-talba,

il-ħin tal-eżekuzzjoni mistennija tat-talba,

informazzjoni oħra li tista' tintuża għall-eżekuzzjoni tat-talba.

4.   It-talba diretta bil-miktub fuq il-letter-head uffiċjali tal-awtoritajiet kompetenti tal-Parti li tagħmel it-talba għandha tkun akkumpanjata minn traduzzjoni f'waħda mill-lingwi uffiċjali tal-Parti li ssirilha t-talba u għandha tiġi ffirmata minn persuni debitament awtorizzati tal-awtoritajiet kompetenti tal-Parti li tagħmel it-talba.

5.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Parti li ssirilha t-talba għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji għall-eżekuzzjoni sħiħa tat-talba malajr kemm jista' jkun.

6.   It-talbiet għal assistenza għandhom jiġu eżegwiti skont il-leġislazzjoni tal-Parti li ssirilha t-talba.

7.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Parti li ssirilha t-talba għandhom, malajr kemm jista' jkun, jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Parti li tagħmel it-talba dwar iċ-ċirkostanzi li jipprevjenu jew idewmu l-eżekuzzjoni tat-talba.

Jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-Parti li tagħmel it-talba jiddikjaraw li ma jkunx hemm aktar ħtieġa biex titlesta t-talba, dawn għandhom jinfurmaw kemm jista' jkun malajr lill-awtoritajiet kompetenti tal-Parti li ssirilha t-talba skont dan.

8.   Il-Partijiet jistgħu jikkooperaw ma' xulxin biex jimminimizzaw ir-riskju ta' konsenji illeċiti ta' prekursuri skedati li jiddaħħlu jew jinħarġu mit-territorju tal-Federazzjoni Russa u mit-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea.

9.   L-assistenza provduta skont dan l-Artikolu ma għandhiex tkun ta' preġudizzju għar-regoli li jirregolaw l-assistenza reċiproka fil-kwistjonijiet kriminali u ta' estradizzjoni, u lanqas m'għandha tapplika għall-informazzjoni miksuba permezz tas-setgħat eserċitati fuq it-talba ta' awtorità ġudizzjarja, ħlief meta l-komunikazzjoni ta' informazzjoni bħal din tkun awtorizzata minn dik l-awtorità.

Artikolu 5

Kunfidenzjalità u protezzjoni tad-data

1.   Il-Partijiet għandhom jieħdu l-miżuri kollha biex jiżguraw il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni rċevuta. Jekk huwa impossibbli li jiżguraw il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni mitluba, il-Parti li qed titlob l-informazzjoni għandha tinforma lill-Parti l-oħra kif xieraq li tiddeċiedi jekk tipprovdix l-informazzjoni fuq dawn il-kundizzjonijiet.

2.   Informazzjoni miksuba skont dan il-Ftehim, inkluża data personali, għandha tintuża biss għall-finijiet ta' dan il-Ftehim u ma għandhiex tinżamm iktar milli jkun meħtieġ għall-finijiet li għalihom hija trasferita skont dan il-Ftehim.

3.   B'deroga mill-paragrafu 2, l-użu ta' informazzjoni, inkluża data personali, għal finijiet ulterjuri mill-Awtoritajiet jew korpi pubbliċi tal-Parti li tirċievi l-informazzjoni għandu jiġi awtorizzat biss wara approvazzjoni espressa minn qabel u bil-miktub tal-awtorità tal-Parti li ttrasmettiet l-informazzjoni skont il-leġislazzjoni ta' dik il-Parti. Tali użu imbagħad ikun suġġett għal kwalunkwe kundizzjoni stabbilita minn dik l-awtorità.

4.   Il-Partijiet jistgħu, fi proċeduri istitwiti minħabba nuqqas ta' konformità mal-leġislazzjoni dwar prekursuri skedati, jużaw bħala evidenza l-informazzjoni miksuba u d-dokumenti kkonsultati skont id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim, wara l-kunsens bil-miktub minn qabel tal-awtoritajiet kompetenti tal-Parti li ssirilha t-talba li pprovdiet id-data.

5.   Fil-każ li jkun hemm skambju ta' data personali, l-ipproċessar tagħha għandu jikkonforma mal-prinċipji stabbiliti fl-Anness II li huma obbligatorji għall-Partijiet għall-Ftehim.

Artikolu 6

Eċċezzjonijiet għall-obbligu li tingħata assistenza reċiproka

1.   L-għoti ta' assistenza jista' jiġi rrifjutat jew jista' jkun soġġett għal ċerti kundizzjonijiet jew rekwiżiti, f'każijiet fejn Parti tkun tal-opinjoni li l-assistenza skont dan il-Ftehim aktarx li tippreġudika s-sovranità, is-sigurtà, il-politika pubblika jew interessi essenzjali oħra tal-Federazzjoni Russa jew dik ta' Stat Membru tal-Unjoni Ewropea li jkun intalab biex jipprovdi assistenza skont dan il-Ftehim.

2.   Għall-każijiet imsemmija f'dan l-Artikolu, id-deċiżjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Parti li ssirilha t-talba u r-raġunijiet għalhekk għandhom jiġu kkomunikati lill-awtoritajiet kompetenti tal-Parti li tagħmel it-talba malajr kemm jista' jkun.

Artikolu 7

Kooperazzjoni fir-rigward ta' prekursuri li ma jkunux elenkati fl-Anness I

1.   Il-Partijiet jistgħu, fuq bażi volontarja, jiskambjaw informazzjoni dwar prekursuri mhux elenkati fl-Anness I ta' dan il-Ftehim (minn hawn 'il quddiem msemmija bħala “prekursuri mhux skedati”).

2.   Fil-każ tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4 (2) — (9) japplikaw.

3.   Il-Partijiet jistgħu jiskambjaw il-listi tagħhom ta' prekursuri mhux skedati.

Artikolu 8

Kooperazzjoni teknika u xjentifika

Il-Partijiet għandhom jikkooperaw fl-identifikazzjoni ta' metodi ġodda ta' żvijar kif ukoll dwar kontromiżuri xierqa, li jinkludu kooperazzjoni teknika u b'mod partikolari, taħriġ u programmi ta' skambju għall-uffiċjali kkonċernati, biex isaħħu l-istrutturi amministrattivi u ta' infurzar f'dan il-qasam u jippromwovu l-kooperazzjoni man-negozji u l-industrija.

Artikolu 9

Grupp ta' Esperti Konġunt ta' Segwitu

1.   Skont dan il-Ftehim, Grupp ta' Esperti Konġunt ta' Segwitu huwa hawnhekk stabbilit li jikkonsisti f'rappreżentanti tal-awtoritajiet kompetenti tal-Partijiet (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Grupp ta' Esperti Konġunt ta' Segwitu”.)

2.   Il-Grupp ta' Esperti Konġunt ta' Segwitu għandu jagħmel rakkomandazzjonijiet b'kunsens.

3.   Il-Grupp ta' Esperti Konġunt ta' Segwitu għandu jiltaqa', f'data, post u bi programm iffissati b'kunsens.

4.   Il-Grupp ta' Esperti Konġunt ta' Segwitu għandu jamministra dan il-Ftehim u jiżgura li jiġi implimentat kif xieraq. Għal dan il-għan, huwa għandu:

jindirizza mistoqsijiet dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim,

jistudja u jirrakkomanda miżuri ta' kooperazzjoni teknika msemmija fl-Artikolu 8,

jistudja u jirrakkomanda forom oħra possibbli ta' kooperazzjoni,

jikkunsidra kwistjonijiet oħra tal-Partijiet dwar l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim.

5.   Il-Grupp ta' Esperti Konġunt ta' Segwitu jista' jagħmel rakkomandazzjonijiet dwar emendi għal dan il-Ftehim lill-Partijiet.

Artikolu 10

Obbligi skont ftehimiet internazzjonali oħra

1.   Sakemm dan il-Ftehim ma jipprevedix mod ieħor, id-dispożizzjonijiet tiegħu ma għandhomx jaffettwaw l-obbligi tal-Partijiet taħt kwalunkwe ftehim internazzjonali ieħor.

2.   L-iskambju ta' informazzjoni sigrieta huwa regolat bil-Ftehim bejn il-Gvern tal-Federazzjoni Russa u l-Unjoni Ewropea dwar il-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata (1).

3.   Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim għandhom jieħdu preċedenza fuq id-dispożizzjonijiet ta' kwalunkwe ftehim internazzjonali bilaterali jew multilaterali li jkopri l-prekursuri tad-droga bejn il-Federazzjoni Russa u l-Istati Membri tal-UE.

4.   Il-Partijiet għandhom jinfurmaw lil xulxin dwar il-konklużjoni ta' ftehimiet internazzjonali dwar il-kwistjonijiet imsemmija qabel ma' pajjiżi oħra.

5.   Dan il-Ftehim għandu jitqies u jiġi interpretat fil-kuntest tal-qafas legali ġenerali fis-seħħ bejn l-UE u l-Federazzjoni Russa, inkluż fir-rigward ta' kull obbligu li jinsab fih.

Artikolu 11

Dħul fis-seħħ

Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara d-data tal-wasla tal-aħħar notifika bil-miktub tal-Partijiet dwar it-tlestija tal-proċeduri interni tagħhom li huma meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu.

Artikolu 12

Tul, denunzja u emendi

1.   Dan il-Ftehim għandu jiġi konkluż għal ħames snin u fit-tmiem tagħhom għandu jiġi mġedded awtomatikament/b'mod taċitu għal perijodi ta' ħames snin suċċessivi oħra sakemm waħda mill-Partijiet, mhux aktar tard minn 6 xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta' 5 snin rilevanti ma tinnotifikax lill-Parti l-oħra bil-miktub dwar l-intenzjoni tagħha li ttemm dan il-Ftehim.

2.   Dan il-Ftehim jista' jiġi emendat b'kunsens reċiproku bejn il-Partijiet.

Artikolu 13

Spejjeż

Kull Parti għandha tħallas l-ispejjeż li ġġarrab li jirriżultaw minn miżuri biex jiġi implimentat dan il-Ftehim.

Magħmul f'Yekaterinburg, l-4 ta' Ġunju 2013 f'żewġ kopji fl-ilsien Bulgaru, Ċek, Daniż, Estonjan, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Ingliż, Latvjan, Litwan, Malti, Olandiż, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Spanjol, Svediż, Taljan, Ungeriż u Russu, fejn kull wieħed minn dawn it-testi għandhom l-istess awtentiċità.

За Европейския съюз

Por la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l'Union européenne

Per l'Unione europea

Eiropas Savienības vārdā –

Europos Sąjungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

За Европейский съюз

Image

За Руската Федерация

Por la Federación de Rusia

Za Ruskou Federaci

For Den Russiske Føderation

Für die Russische Föderation

Venemaa Föderatsiooni nimel

Για τη Ρωσική Ομοσπονδία

For the Russian Federation

Pour la Fédération de Russie

Per la Federazione Russa

Krievijas Federācijas vārdā –

Rusijos Federacijos vardu

Az Oroszországi Föderáció részéről

Għall-Federazzjoni Russa

Voor de Russische Federatie

W imieniu Federacji Rosyjskiej

Pela Federação da Rússia

Pentru Federația Rusă

Za Ruskú Federáciu

Za Rusko Federacijo

Venäjän Federaation puolesta

För Ryska Federationen

За Pоссийскую Федерацию

Image


(1)  ĠU L 155, 22.6.2010. p. 57.


ANNESS I

Anidrid Aċetiku

Aċeton

Aċidu Antraniliku

Efedrin

Ergometrina

Ergotamina

Etile tal-Etere

Aċidu Idrokloriku

Isosafrole

Aċidu Liserġiku

3,4-Methylenedioxyphenyl-2-propanone

Metil Etil Keton

Aċidu N-Aċetilantraniliku

Norefedrin

Aċidu Fenilaċetiku

1-Fenil-2-propanon

Piperidina

Piperonal

Permanganat tal-Potassju

Pseudofedrin

Safrole

Aċidu Sulfuriku

Toluwen

L-imluħ tas-sustanzi elenkati f'dan l-Anness huma inklużi kull meta l-eżistenza ta' tali imluħ tkun possibbli. (Bl-eċċezzjoni tal-imluħ tal-Aċidu Idrokloriku u tal-Aċidu Sulforiku.)


ANNESS II

DEFINIZZJONIJIET U PRINĊIPJI TAL-PROTEZZJONI TAD-DATA

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim,

“data personali” tfisser kwalunkwe informazzjoni relatata ma' persuna fiżika identifikata jew identifikabbli;

“ipproċessar ta' data personali” tfisser kwalunkwe operazzjoni jew sett ta' operazzjonijiet imwettqa fuq data personali, kemm jekk b'mezzi awtomatiċi kif ukoll jekk le, bħall-ġbir, ir-reġistrar, l-organizzazzjoni, il-ħażna, l-adattament jew l-alterazzjoni, l-irkupru, il-konsultazzjoni, l-użu, l-iżvelar permezz ta' trasmissjoni, id-disseminazzjoni jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni b'mod ieħor, l-allinjament jew il-kombinazzjoni, l-imblukkar, it-tħassir jew il-qerda.

Prinċipji

“il-kwalità tad-data u l-proporzjonalità”: id-data għandha tkun adegwata, preċiża, rilevanti u mhux eċċessiva b'relazzjoni għall-finijiet li għalihom ġiet ittrasferita u, fejn meħtieġ, għandha tinżamm aġġornata. Il-Partijiet għandhom jiżguraw b'mod partikolari li l-eżattezza tad-data skambjata tiġi riveduta regolarment.

“Trasparenza”: Suġġett tad-data għandu jiġi pprovdut b'informazzjoni dwar il-finijiet tal-ipproċessar u l-identità tal-kontrollur tad-data, ir-riċevituri u l-kategoriji ta' riċevituri tad-data personali, l-eżistenza tad-dritt ta' aċċess u d-dritt ta' rettifika, it-tħassir jew l-imblukkar ta' data li tikkonċerna lilu/lilha, id-dritt għal riżors amministrattiv u ġudizzjarju u informazzjoni oħra safejn dan ikun meħtieġ sabiex jiġi żgurat ipproċessar ġust, sakemm din l-informazzjoni ma tkunx diġà ġiet ipprovduta mill-Partijiet għall-Ftehim.

“Drittijiet ta' aċċess, rettifika, tħassir u imblukkar ta' data”: Is-suġġett tad-data jkollu d-dritt ta' aċċess dirett bla restrizzjoni għad-data kollha relatata miegħu li tkun ipproċessata u, kif xieraq, id-dritt għar-rettifika, it-tħassir jew l-imblukkar ta' data li l-ipproċessar tagħha ma jkunx konformi ma' dan il-Ftehim minħabba li d-data ma tkunx kompluta jew ma tkunx preċiża.

“Rimedji”: il-Partijiet għandhom jipprovdu li suġġett tad-data li jqis li d-drittijiet tiegħu/tagħha għall-privatezza jew li d-data personali li tikkonċerna lilu/lilha ġiet ipproċessata bi ksur għal dan il-Ftehim, ikollu d-dritt skont il-leġislazzjoni tagħhom għal rimedju amministrattiv effettiv quddiem awtorità kompetenti u rimedju ġudizzjarju quddiem tribunal indipendenti u imparzjali aċċessibbli minn individwi irrispettivament min-nazzjonalità jew mill-pajjiż ta' residenza tagħhom.

Kwalunkwe ksur bħal dan għandu jkun suġġett għal sanzjonijiet adatti, proporzjonati u effettivi, inkluż kumpens għad-danni mġarrba b'riżultat ta' ksur tar-regoli tal-protezzjoni tad-data. Fejn jinstab li d-dispożizzjonijiet tal-protezzjoni tad-data jkunu nkisru, għandhom jiġu imposti sanzjonijiet, inkluż kumpens, skont ir-regoli nazzjonali applikabbli.

Trasferimenti ulterjuri:

It-trasferimenti ulterjuri ta' data personali lil awtoritajiet u korpi pubbliċi oħra ta' pajjiż terz għandhom jitħallew biss bil-kunsens bil-miktub minn qabel tal-awtorità li tkun ittrasmettiet id-data u għall-finijiet li għalihom id-data tkun ġiet trasmessa u jekk dan il-pajjiż jipprovdi livell adegwat ta' protezzjoni tad-data. Soġġett għal limitazzjonijiet legali raġonevoli pprovduti mil-liġi nazzjonali, il-Partijiet għandhom jinformaw lis-suġġett tad-data dwar tali trasferiment ulterjuri.

“Is-superviżjoni tal-ipproċessar tad-data”: Il-konformità mar-regoli tal-protezzjoni tad-data minn kull Parti għandha tkun suġġetta għal kontroll minn awtorità pubblika indipendenti waħda jew aktar li jkollhom setgħat effettivi ta' investigazzjoni, intervent u biex jieħdu sehem fi proċeduri legali jew biex iġibu għall-attenzjoni tal-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti kwalunkwe vjolazzjoni tal-prinċipji tal-protezzjoni tad-data ta' dan il-Ftehim. Kull awtorità pubblika indipendenti għandha, b'mod partikolari, tisma' talbiet li jsiru minn kwalunkwe persuna li jikkonċernaw il-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet tagħha fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali skont dan il-Ftehim. Il-persuna kkonċernata għandha tiġi infurmata dwar ir-riżultat tat-talba.

“Eżenzjonijiet mit-trasparenza u d-dritt ta' aċċess”: Il-Partijiet jistgħu jirrestrinġu d-dritt ta' aċċess u l-prinċipji ta' trasparenza skont il-leġislazzjoni tagħhom meta meħtieġ sabiex:

ma jipperikolawx investigazzjoni uffiċjali,

ma jiksrux id-drittijiet tal-bniedem ta' persuni oħra.


4.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 165/15


Informazzjoni dwar id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa dwar prekursuri tad-droga

Wara l-iffirmar fl-4 ta' Ġunju 2013, il-Gvern tal-Federazzjoni Russa u l-Unjoni Ewropea nnotifikaw fl-20 ta' Frar 2014 u fil-21 ta' Frar 2014 rispettivament li kienu ffinalizzaw il-proċeduri interni tagħhom sabiex jiġi konkluż il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa dwar prekursuri tad-droga.

Il-Ftehim għaldaqstant daħal fis-seħħ fl-1 ta' April 2014 f'konformità mal-Artikolu 11 tiegħu.


4.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 165/16


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-12 ta' Mejju 2014

dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra, li jikkonċerna Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġeorġja, dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tal-Ġeorġja fil-programmi tal-Unjoni

(2014/319/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 212 flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Il-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra, li jikkonċerna Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġeorġja, dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tal-Ġeorġja fil-programmi tal-Unjoni (“il-Protokoll”) ġie ffirmat f'isem l-Unjoni fit-12 ta' Diċembru 2013.

(2)

L-objettiv tal-Protokoll huwa li jistabbilixxi r-regoli finanzjarji u tekniċi li bihom il-Ġeorġja tkun tista' tieħu sehem f'ċerti programmi tal-Unjoni. Il-qafas orizzontali stabbilit mill-Protokoll jikkostitwixxi miżura ta' kooperazzjoni ekonomika, finanzjarja u teknika li permezz tagħha jingħata aċċess għall-assistenza, b'mod partikolari assistenza finanzjarja, mill-Unjoni skont il-programmi tal-Unjoni. Dan il-qafas japplika biss għal dawk il-programmi tal-Unjoni li għalihom l-atti legali kostituttivi rilevanti jipprevedu l-possibbiltà tas-parteċipazzjoni tal-Ġeorġja. Il-konklużjoni tal-Protokoll għalhekk ma tinvolvix l-eżerċizzju tas-setgħat taħt id-diversi politiki settorjali segwiti mill-programmi, li huma eżerċitati meta jiġu stabbiliti l-programmi.

(3)

Il-Protokoll għandu jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra, li jikkonċerna Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġeorġja, dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tal-Ġeorġja fil-programmi tal-Unjoni (“il-Protokoll”) b'dan qed jiġi approvat f'isem l-Unjoni. (1)

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill jagħti, f'isem l-Unjoni, in-notifika prevista fl-Artikolu 10 tal-Protokoll. (2)

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Mejju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  Il-Protokoll ġie ppubblikat fil-ĠU L 8, 11.1.2014 flimkien mad-deċiżjoni dwar l-iffirmar.

(2)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll ser tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


4.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 165/18


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-12 ta' Mejju 2014

dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tal- Protokoll mal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa u r-Repubblika tal-Albanija, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

(2014/320/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 217, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a)(i) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(8) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Att dwar l-Adeżjoni tal-Kroazja u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/316/UE (1), il-Protokoll mal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Albanija, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (“il-Protokoll”), ġie ffirmat, suġġett għall-konklużjoni tiegħu.

(2)

I l-konklużjoni tal-Protokoll hija soġġetta għal proċedura separata fir-rigward ta' kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika.

(3)

Il-Protokoll għandu jiġi approvat.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Protokoll tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Albanija, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, qiegħed b'dan jiġi approvat f'isem l-Unjoni, u l-Istati Membri tagħha (2).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat jaħtar il-persuna(i) bis-setgħa tad-depożitu, f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, tal-istrumenti ta' approvazzjoni kif previst fl-Artikolu 9(2) tal-Protokoll.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Mejju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  Ara l-paġna 3 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(2)  It-test tal-Protokoll ġie ppubblikat flimkien mad-deċiżjoni dwar il-firma (ara l-paġna 19 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


4.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 165/19


PROTOKOLL

għall-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Albanija, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

IR-RENJU TAL-BELĠJU,

IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA,

IR-REPUBBLIKA ĊEKA,

IR-RENJU TAD-DANIMARKA,

IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-ESTONJA,

L-IRLANDA,

IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

IR-RENJU TA' SPANJA,

IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

IR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA,

IR-REPUBBLIKA TALJANA,

IR-REPUBBLIKA TA' ĊIPRU,

IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,

IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,

L-UNGERIJA,

MALTA,

IR-RENJU TAL-PAJJIŻI L-BAXXI,

IR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,

IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

IR-RUMANIJA,

IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,

IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,

IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

IR-RENJU TAL-ISVEZJA,

IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA' FUQ,

Partijiet kontraenti għat-Trattat tal-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Istati Membri”, u

L-UNJONI EWROPEA u L-KOMUNITÀ EWROPEA TAL-ENERĠIJA ATOMIKA, minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Unjoni Ewropea”,

minn naħa, u

R-REPUBBLIKA TAL-ALBANIJA, minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Albanija”,

min-naħa l-oħra,

WARA LI KKUNSIDRAW l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja (minn hawn 'il quddiem imsejħa “il-Kroazja”) mal-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Lulju 2013,

Billi:

(1)

Il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Albanija, min-naħa l-oħra, (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-FSA”) ġie ffirmat fil-Lussemburgu fit-12 ta' Ġunju 2006 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' April 2009.

(2)

It-Trattat dwar l-Adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “it-Trattat tal-Adeżjoni”) ġie ffirmat fi Brussell fid-9 ta' Diċembru 2011.

(3)

Il-Kroazja ssieħbet mal-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Lulju 2013.

(4)

Skont l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-Adeżjoni tal-Kroazja, l-adeżjoni tal-Kroazja mal-FSA għandha tiġi mifthiema permezz tal-konklużjoni ta' protokoll għall-FSA.

(5)

Saru konsultazzjonijiet skont l-Artikolu 36(3) tal-FSA sabiex jiġi żgurat li jitqiesu l-interessi reċiproċi tal-Unjoni Ewropea u tal-Albanija msemmija f'dak il-Ftehim,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

TAQSIMA I

Il-partijiet kontraenti

Artikolu 1

Il-Kroazja hija Parti fil-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Albanija, min-naħa l-oħra, iffirmat fil-Lussemburgu fit-12 ta' Ġunju 2006 (minn issa l-’FSA’) u rispettivament, bl-istess mod bħall-Istati Membri l-oħra tal-Unjoni Ewropea, tadotta u tieħu nota tat-testi tal-FSA, kif ukoll tad-Dikjarazzjonijiet Konġunti u d-Dikjarazzjonijiet Unilaterali mehmuża mal-Att Finali ffirmat fl-istess data.

AĠĠUSTAMENTI FIT-TEST TAL-FSA INKLUŻI L-ANNESSI U L-PROTOKOLLI TIEGĦU

TAQSIMA II

Prodotti agrikoli

Artikolu 2

Prodotti Agrikoli sensu stricto

L-Anness II(c) tal-FSA jiġi sostitwit bit-test li jidher fl-Anness I ta' dan il-Protokoll.

TAQSIMA III

Regoli tal-oriġini

Artikolu 3

L-Anness IV tal-Protokoll 4 għall-FSA jiġi sostitwit bit-test li jidher fl-Anness II ta' dan il-Protokoll.

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI

TAQSIMA IV

Artikolu 4

WTO

L-Albanija timpenja ruħha li la jkollha pretensjonijiet, la tagħmel talbiet jew referenzi u lanqas tibdel jew tirtira konċessjonijiet skont il-GATT 1994 l-Artikoli XXIV.6 u XXVIII b'rabta ma' dan it-tkabbir tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Prova tal-oriġini u kooperazzjoni amministrattiva

1.   Bla ħsara għall-applikazzjoni ta' kwalunkwe miżura li tirriżulta mill-politika kummerċjali komuni, tiġi aċċettata fil-pajjiżi rispettivi prova tal-oriġini maħruġa kif suppost mill-Albanija jew mill-Kroazja jew li ġiet kompilata fil-qafas ta' ftehim preferenzjali applikat bejniethom sakemm:

(a)

il-ksib ta' din l-oriġini jagħti trattament b'tariffi preferenzjali abbażi tal-miżuri tat-tariffi preferenzjali fil-FSA;

(b)

il-prova tal-oriġini u d-dokumenti tat-trasport inħarġu jew ġew kompilati mhux aktar tard mill-jum ta' qabel id-data tal-adeżjoni;

(c)

il-prova tal-oriġini tiġi ppreżentata lill-awtoritajiet doganali f'perjodu ta' erba' xhur mid-data tal-adeżjoni.

Meta l-oġġetti jiġu ddikjarati għall-importazzjoni fl-Albanija jew fil-Kroazja, qabel id-data tal-adeżjoni, il-prova tal-oriġini li nħarġet jew ġiet kompilata permezz ta' ftehim preferenzjali tista' wkoll tiġi aċċettata b'kundizzjoni li t-tali prova tkun ippreżentata lill-awtoritajiet doganali fi żmien erba' xhur mid-data tal-adeżjoni

2.   L-Albanija u l-Kroazja huma awtorizzati li jżommu l-awtorizzazzjonijiet li bihom ingħata l-istatus ta' “esportaturi approvati” fil-qafas ta' ftehim preferenzjali applikat bejniethom sakemm:

(a)

it-tali dispożizzjoni tiġi prevista wkoll fil-FSA konkluż qabel id-data tal-adeżjoni tal-Kroazja bejn l-Albanija u l-Unjoni Ewropea; u

(b)

l-esportaturi approvati japplikaw ir-regoli tal-oriġini fis-seħħ skont dak il-ftehim.

(c )

Dawn l-awtorizzazzjonijiet jinbidlu, sa mhux aktar tard minn sena wara d-data tal-adeżjoni tal-Kroazja, b'awtorizzazzjonijiet ġodda maħruġa skont il-kundizzjonijiet tal-FSA.

3.   It-talbiet għall-verifika sussegwenti tal-prova tal-oriġini maħruġa skont il-ftehim preferenzjali msemmi fil-paragrafu 1 jiġu aċċettati mill-awtoritajiet doganali kompetenti tal-Albanija jew tal-Kroazja għal perjodu ta' tliet snin wara li tkun inħarġet il-prova tal-oriġini kkonċernata u jistgħu jsiru minn dawk l-awtoritajiet għal perjodu ta' tliet snin wara l-aċċettazzjoni tal-prova tal-oriġini ppreżentata lil dawk l-awtoritajiet bħala appoġġ għal dikjarazzjoni ta' importazzjoni.

Artikolu 6

Oġġetti fi tranżitu

1.   Id-dispożizzjonijiet tal-FSA jistgħu jiġu applikati għall-oġġetti esportati mill-Albanija għall-Kroazja jew mill-Kroazja għall-Albanija, li jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll 4 għall-FSA u li fid-data tal-adeżjoni tal-Kroazja jkunu jew en route jew maħżuna temporanjament f'maħżen doganali jew f'żona ħielsa fl-Albanija jew fil-Kroazja.

2.   F'każijiet bħal dawn jista' jingħata trattament preferenzjali, soġġett għas-sottomissjoni lill-awtoritajiet doganali tal-pajjiż li qed jimporta, fi żmien erba' xhur mid-data tal-adeżjoni tal-Kroazja, ta' prova tal-oriġini maħruġa retrospettivament mill-awtoritajiet doganali tal-pajjiż li qed jesporta.

Artikolu 7

Kwoti fl-2013

Għas-sena 2013, il-volumi tal-kwoti tariffarji ġodda u ż-żidiet fil-volumi tal-kwoti tariffarji eżistenti jiġu kkalkulati bħala pro rata tal-volumi bażiċi, billi titqies il-parti tal-perjodu li għaddiet qabel l-1 ta' Lulju 2013.

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI

TAQSIMA V

Artikolu 8

Dan il-Protokoll u l-Annessi tiegħu għandhom ikunu parti integrali mill-FSA.

Artikolu 9

1.   Dan il-Protokoll għandu jiġi approvat mill-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u mir-Repubblika tal-Albanija skont il-proċeduri tagħhom stess.

2.   Il-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin bit-twettiq tal-proċeduri korrispondenti msemmija fil-paragrafu 1. L-istrumenti tal-approvazzjoni jiġu ddepożitati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 10

1.   Dan il-Protokoll jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tal-ewwel xahar wara d-data tad-depożitu tal-aħħar strument tal-approvazzjoni.

2.   Jekk sal-1 ta' Lulju 2013 ma jkunux ġew iddepożitati l-istrumenti kollha tal-approvazzjoni ta' dan il-Protokoll, dan tal-aħħar japplika b'mod proviżorju b'effett mill-1 ta' Lulju 2013.

Artikolu 11

Dan il-Protokoll huwa mħejji f'żewġ kopji fil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Kroata, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Svediża, Taljana, Ungeriża u Albaniża, b'kull wieħed minn dawn it-testi jkun ugwalment awtentiku.

Artikolu 12

It-test tal-FSA, inklużi l-Annessi u l-Protokolli li huma parti integrali minnu, kif ukoll l-Att Finali flimkien mad-dikjarazzjonijiet annessi miegħu jitħejjew bil-lingwa Kroata, u dawk it-testi jkunu awtentiċi bl-istess mod bħat-testi oriġinali. Il-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni japprova dawn it-testi.

Съставено в Брюксел на двадесети февруари две хиляди и четиринадесета година.

Hecho en Bruselas, el veinte de febrero de dos mil catorce.

V Bruselu dne dvacátého února dva tisíce čtrnáct.

Udfærdiget i Bruxelles den tyvende februar to tusind og fjorten.

Geschehen zu Brüssel am zwanzigsten Februar zweitausendvierzehn.

Kahe tuhande neljateistkümnenda aasta veebruarikuu kahekümnendal päeval Brüsselis.

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις είκοσι Φεβρουαρίου δύο χιλιάδες δεκατέσσερα.

Done at Brussels on the twentieth day of February in the year two thousand and fourteen.

Fait à Bruxelles, le vingt février deux mille quatorze.

Arna dhéanamh sa Bhruiséil, an fichiú lá de Feabhra an bhliain dhá mhíle agus a ceathair déag.

Sastavljeno u Bruxellesu dvadesetog veljače dvije tisuće četrnaeste.

Fatto a Bruxelles, addì venti febbraio duemilaquattordici.

Briselē, divi tūkstoši četrpadsmitā gada divdesmitajā februārī.

Priimta du tūkstančiai keturioliktų metų vasario dvidešimtą dieną Briuselyje.

Kelt Brüsszelben, a kétezer-tizennegyedik év február havának huszadik napján.

Magħmul fi Brussell, fl-għoxrin jum ta’ Frar tas-sena elfejn u erbatax.

Gedaan te Brussel, de twintigste februari tweeduizend veertien.

Sporządzono w Brukseli dnia dwudziestego lutego roku dwa tysiące czternastego.

Feito em Bruxelas, em vinte de fevereiro de dois mil e catorze.

Întocmit la Bruxelles la douăzeci februarie două mii paisprezece.

V Bruseli dvadsiateho februára dvetisícštrnásť.

V Bruslju, dne dvajsetega februarja leta dva tisoč štirinajst.

Tehty Brysselissä kahdentenakymmenentenä päivänä helmikuuta vuonna kaksituhattaneljätoista.

Som skedde i Bryssel den tjugonde februari tjugohundrafjorton.

Bërë në Bruksel, më njëzet shkurt dymijë e katërmbëdhjetë

За държавите-членки

Por los Estados miembros

Za členské státy

For medlemsstaterne

Für die Mitgliedstaaten

Liikmesriikide nimel

Για τα κράτη μέλη

For the Member States

Pour les États membres

Za države članice

Per gli Stati membri

Dalībvalstu vārdā

Valstybių narių vardu

A tagállamok részéről

Għall-Istati Membri

Voor de lidstaten

W imieniu państw Członkowskich

Pelos Estados-Membros

Pentru statele membre

Za členské štáty

Za države članice

Jäsenvaltioiden puolesta

För medlemsstaterna

Për Vendet Anëtare

Image

За Европейския съюз

Рог la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l'Union européenne

Za Europsku uniju

Per l'Unione europea

Eiropas Savienības vārdā –

Europos Sąjungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

Për Bashkimin Europian

Image

За Република Албания

Por la República de Albania

Za Albánskou republiku

På Republikken Albaniens vegne

Für die Republik Albanien

Albaania Vabariigi nimel

Για τη Δημοκρατία της Αλβανίας

For the Republic of Albania

Pour la République d'Albanie

Za Republiku Albaniju

Per la Repubblica di Albania

Albānijas Republikas vārdā

Albanijos Respublikos vardu

az Albán Köztársaság részéről

Għar-Repubblika ta' l-Albanija

Voor de Republiek Albanië

W imieniu Republiki Albanii

Pela República da Albânia

Pentru Republica Albania

Za Albánsku republiku

Za Republiko Albanijo

Albanian tasavallan puolesta

För Republiken Albanien

Për Republikën e Shqipërosë

Image


ANNESS I

“ANNESS II(c)

Konċessjonijiet tariffarji Albaniżi għall-prodotti primarji tal-agrikoltura li joriġinaw fil-Komunità

(li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 27(3)(c))

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Kwota Annwali

(f'tunnellati)

Rata ta' dazju ġewwa l-kwota

0401 10 10

ĦALIB U KREMA B'KONTENUT TA' XAĦAM BIL-PIŻ TA' <= 1 %, F'PAKKI DIRETTI TA' <= 2 L, MHUX KONĊENTRATI U MINGĦAJR IŻ-ŻIEDA TA' ZOKKOR JEW TA' XI MATERJAL IEĦOR BIEX JAGĦMEL ĦELU

790

0 %

0401 20 11

ĦALIB U KREMA B'KONTENUT TA' XAĦAM BIL-PIŻ TA' <= 3 % IŻDA > 1 %, F'PAKKI DIRETTI TA' <= 2 L, MHUX KONĊENTRATI U MINGĦAJR IŻ-ŻIEDA TA' ZOKKOR JEW TA' XI MATERJAL IEĦOR BIEX JAGĦMEL ĦELU

0401 20 91

ĦALIB U KREMA B'KONTENUT TA' XAĦAM BIL-PIŻ TA' > 3 % IŻDA <= 6 %, F'PAKKI DIRETTI TA' <= 2 L, MHUX KONĊENTRATI U MINGĦAJR IŻ-ŻIEDA TA' ZOKKOR JEW TA' XI MATERJAL IEĦOR BIEX JAGĦMEL ĦELU

1001 91 20

(li qabel kien 1001 90 91 )

QAMĦ KOMUNI U ŻERRIEGĦA TAL-MESLIN

42 000

0 %

1001 99 00

(li qabel kien 1001 90 99 )

SPELT, QAMĦ KOMUNI U MESLIN (ESKLUŻI Ż-ŻERRIEGĦA)

1005 90 00

QAMĦIRRUM (ESKLUŻA Ż-ŻERRIEGĦA)

10 000

0 %”


ANNESS II

“ANNESS IV

Test tad-dikjarazzjoni tal-fattura

Id-dikjarazzjoni tal-fattura, li t-test tagħha huwa mogħti hawn taħt, trid issir skont in-noti ta' qiegħ il-paġna. Madankollu, in-noti ta' qiegħ il-paġna ma għandhomx għalfejn ikunu riprodotti.

Verżjoni bil-Bulgaru

Износителят на продуктите, обхванати от този документ (митническо разрешение № … (1)) декларира, че освен където ясно е отбелязано друго, тези продукти са с … (2) преференциален произход.

Verżjoni bl-Ispanjol

El exportador de los productos incluidos en el presente documento (autorización aduanera no (1)) declara que, salvo indicación en sentido contrario, estos productos gozan de un origen preferencial … (2).

Verżjoni biċ-Ċek

Vývozce výrobků uvedených v tomto dokumentu (číslo povolení … (1)) prohlašuje, že kromě zřetelně označených mají tyto výrobky preferenční původ v … (2).

Verżjoni bid-Daniż

Eksportøren af varer, der er omfattet af nærværende dokument, (toldmyndighedernes tilladelse nr. … (1)), erklærer, at varerne, medmindre andet tydeligt er angivet, har præferenceoprindelse i … (2).

Verżjoni bil-Ġermaniż

Der Ausführer (Ermächtigter Ausführer; Bewilligungs-Nr. … (1)) der Waren, auf die sich dieses Handelspapier bezieht, erklärt, dass diese Waren, soweit nicht anderes angegeben, präferenzbegünstigte … (2) Ursprungswaren sind.

Verżjoni bl-Estonjan

Käesoleva dokumendiga hõlmatud toodete eksportija (tolli kinnitus nr. … (1)) deklareerib, et need tooted on … (2) sooduspäritoluga, välja arvatud juhul, kui on selgelt näidetud teisiti.

Verżjoni bil-Grieg

Ο εξαγωγέας των προϊόντων που καλύπτονται από το παρόν έγγραφο (άδεια τελωνείου υπ'αριθ. … (1)) δηλώνει ότι, εκτός εάν δηλώνεται σαφώς άλλως, τα προϊόντα αυτά είναι προτιμησιακής καταγωγής … (2).

Verżjoni bl-Ingliż

The exporter of the products covered by this document (customs authorization No … (1)) declares that, except where otherwise clearly indicated, these products are of … (2) preferential origin.

Verżjoni bil-Franċiż

L'exportateur des produits couverts par le présent document (autorisation douanière no (1)) déclare que, sauf indication claire du contraire, ces produits ont l'origine préférentielle … (2).

Verżjoni bil-Kroat

Izvoznik proizvoda obuhvaćenih ovom ispravom (carinsko ovlaštenje br. … (1)) izjavljuje da su, osim ako je drukčije izričito navedeno, ovi proizvodi … (2) preferencijalnog podrijetla.

Verżjoni bit-Taljan

L'esportatore delle merci contemplate nel presente documento (autorizzazione doganale n. … (1)) dichiara che, salvo indicazione contraria, le merci sono di origine preferenziale … (2).

Verżjoni bil-Latvjan

To produktu eksportētājs, kuri ietverti šajā dokumentā (muitas atļauja Nr. … (1)), deklarē, ka, izņemot tur, kur ir citādi skaidri noteikts, šiem produktiem ir preferenciāla izcelsme … (2).

Verżjoni bil-Litwan

Šiame dokumente išvardytų produktu eksportuotojas (muitinės liudijimo Nr. … (1)) deklaruoja, kad, jeigu kitaip nenurodyta, tai yra … (2) preferencinės kilmės produktai.

Verżjoni bl-Ungeriż

A jelen okmányban szereplő áruk exportőre (vámfelhatalmazási szám: … (1)) kijelentem, hogy eltérő egyértelmű jelzés hiányában az áruk preferenciális … (2) származásúak.

Verżjoni bil-Malti

L-esportatur tal-prodotti koperti b'dan id-dokument (awtorizzazzjoni tad-dwana nru. … (1)) jiddikjara li, ħlief fejn indikat b'mod ċar li mhux hekk, dawn il-prodotti huma ta' oriġini preferenzjali … (2).

Verżjoni bl-Olandiż

De exporteur van de goederen waarop dit document van toepassing is (douanevergunning nr. … (1)), verklaart dat, behoudens uitdrukkelijke andersluidende vermelding, deze goederen van preferentiële … oorsprong zijn (2).

Verżjoni bil-Pollakk

Eksporter produktów objętych tym dokumentem (upoważnienie władz celnych nr … (1)) deklaruje, że z wyjątkiem gdzie jest to wyraźnie określone, produkty te mają … (2) preferencyjne pochodzenie.

Verżjoni bil-Portugiż

O abaixo-assinado, exportador dos produtos abrangidos pelo presente documento (autorização aduaneira n.o (1)), declara que, salvo indicação expressa em contrário, estes produtos são de origem preferencial … (2).

Verżjoni bir-Rumen

Exportatorul produselor ce fac obiectul acestui document (autorizația vamală nr. … (1)) declară că, exceptând cazul în care în mod expres este indicat altfel, aceste produse sunt de origine preferențială … (2).

Verżjoni bis-Slovakk

Vývozca výrobkov uvedených v tomto dokumente (číslo povolenia … (1)) vyhlasuje, že okrem zreteľne označených, majú tieto výrobky preferenčný pôvod v … (2).

Verżjoni bis-Sloven

Izvoznik blaga, zajetega s tem dokumentom (pooblastilo carinskih organov št. … (1)) izjavlja, da, razen če ni drugače jasno navedeno, ima to blago preferencialno … (2) poreklo.

Verżjoni bil-Finlandiż

Tässä asiakirjassa mainittujen tuotteiden viejä (tullin lupa n:o … (1)) ilmoittaa, että nämä tuotteet ovat, ellei toisin ole selvästi merkitty, etuuskohteluun oikeutettuja … alkuperätuotteita (2).

Verżjoni bl-Isvediż

Exportören av de varor som omfattas av detta dokument (tullmyndighetens tillstånd nr. … (1)) försäkrar att dessa varor, om inte annat tydligt markerats, har förmånsberättigande … ursprung (2).

Verżjoni bl-Albaniż

Eksportuesi i produkteve të përfshira në këtë dokument (autorizim doganor Nr. … (1)) deklaron që, përveç rasteve kur tregohet qartësisht ndryshe, këto produkte janë me origjinë preferenciale … (2).

 (3)

(Post u data)

 (4)

(Firma tal-esportatur. (Barra minn dan, l-isem tal-persuna li ttiffirma d-dikjarazzjoni jrid ikun indikat b'kitba ċara.)”


(1)  Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura ssir minn esportatur approvat, in-numru ta' awtorizzazzjoni tal-esportatur approvat irid jitniżżel f'dan l-ispazju. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura ma ssirx minn esportatur approvat, il-kliem fil-parenteżi jitħalla barra jew l-ispazju jitħalla vojt.

(2)  Għandha tiġi indikata l-oriġini tal-prodotti. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura tirrigwarda, kompletement jew parzjalment, prodotti li joriġinaw f'Ceuta u Melilla, l-esportatur irid jindikahom b'mod ċar fid-dokument li fih issir id-dikjarazzjoni permezz tas-simbolu ‘CM’.

(3)  Dawn l-indikazzjonijiet jistgħu jitħallew barra jekk l-informazzjoni tkun inkluża fid-dokument innifsu.

(4)  F'każijiet fejn l-esportatur ma għandux għalfejn jiffirma, l-eżenzjoni mill-firma timplika wkoll eżenzjoni mill-isem tal-firmatarju.


4.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 165/30


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-13 ta' Mejju 2014

dwar il-konklużjoni f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Montenegro, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

(2014/321/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 217, flimkien mal-punt (a)(i) tal-Artikolu 218(6) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(8) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Att tal-adeżjoni tal-Kroazja u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(2),tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/172/UE (1), il-Protokoll għall-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Montenegro, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (“il-Protokoll”), ġie ffirmat, suġġett għall-konklużjoni tiegħu.

(2)

Il-konklużjoni tal-Protokoll hija soġġetta għal proċedura separata fir-rigward ta' kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika.

(3)

Il-Protokoll għandu jiġi approvat.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Protokoll tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Montenegro, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, qiegħed b'dan jiġi approvat f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha (2)

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat jinnomina l-persuna/persuni mogħtija s-setgħa sabiex tiddepożita, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, l-istrumenti ta' approvazzjoni kif previst fl-Artikolu 11(2) tal-Protokoll.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Mejju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

E. VENIZELOS


(1)  ĠU L 93, 28.3.2014, p. 1.

(2)  It-test tal-Protokoll ser jiġi ppubblikat fil-ĠU L 93, 28.3.2014, p. 2, flimkien mad-deċiżjoni dwar il-firma tiegħu.


REGOLAMENTI

4.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 165/31


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 591/2014

tat-3 ta' Ġunju 2014

dwar l-estensjoni tal-perjodi tranżizzjonali relatati ma' rekwiżiti ta' fondi proprji għal skoperturi għal kontropartijiet ċentrali fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 497(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex jiġi evitat tfixkil għas-swieq finanzjarji internazzjonali u l-istituzzjonijiet jiġu ppenalizzati billi jiġu soġġetti għal rekwiżiti ogħla ta' fondi proprji waqt il-proċessi ta' awtorizzazzjoni u r-rikonoxximent ta' kontroparti ċentrali eżistenti (CCP) bħala kontroparti ċentrali kwalifikanti (QCCP), l-Artikolu 497(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 stabbilixxa perjodu tranżitorju li matulu l-kontropartijiet ċentrali kollha li istituzzjonijiet stabbiliti fl-Unjoni jikklerjaw it-tranżazzjonijiet magħhom se jitqiesu bħala kontropartijiet ċentrali kwalifikanti.

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 emenda wkoll ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) fir-rigward ta' ċerti inputs għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji ta' istituzzjonijiet għal skoperturi għal kontropartijiet ċentrali. Għaldaqstant, l-Artikolu 89(5a) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jeħtieġ li ċerti kontropartijiet ċentrali jirrappurtaw, għal perjodu limitat ta' żmien, l-ammont totali tal-marġni inizjali li huma jkunu rċevew mill-membri tal-ikklerjar tagħhom. Dan il-perjodu tranżitorju jirrifletti dak il-perjodu stipulat fl-Artikolu 497 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

(3)

Il-perjodi tranżitorji fl-Artikolu 497(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fl-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-Artikolu 89(5a) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jintemmu fil-15 ta' Ġunju 2014.

(4)

L-Artikolu 497(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex f'ċirkostanzi eċċezzjonali tadotta att ta' implimentazzjoni sabiex il-perjodu tranżitorju jiġi estiż b'sitt xhur. Din l-estensjoni għandha tapplika wkoll fir-rigward tal-limiti ta' żmien stabbiliti fl-Artikolu 89(5a) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.

(5)

Billi l-awtorizzazzjoni u l-proċessi ta' rikonoxximent tal-kontropartijiet ċentrali għadhom għaddejjin, il-perjodi tranżitorji fl-Artikolu 497(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fl-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-Artikolu 89(5a) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għandhom jiġiu estiżi b'sitt xhur, jiġifieri sal-15 ta' Diċembru 2014.

(6)

Jekk l-estensjoni tal-perjodi tranżitorji ma tingħatax, l-istituzzjonijiet stabbiliti fl-Unjoni (jew is-sussidjarji tagħhom stabbiliti barra mill-Unjoni) ikollhom żieda sinifikanti fir-rekwiżiti tal-fondi proprji għall-iskoperturi tagħhom għal dawk il-kontropartijiet ċentrali li għadhom ma ġewx awtorizzati jew rikonoxxuti, kif applikabbli. Filwaqt li żieda bħal din tista' tkun biss temporanja, din tista' potenzjalment twassal għall-irtirar tagħhom bħala parteċipanti diretti f'dawk il-kontropartijiet ċentrali u għalhekk tikkawża tfixkil fis-swieq li dawk il-kontropartijiet ċentrali joperaw fihom.

(7)

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ qabel is-16 ta' Ġunju 2014, sabiex jiġi żgurat li l-estensjoni tal-perjodi tranżitorji eżistenti sseħħ qabel l-iskadenza tagħhom. Dħul fis-seħħ iktar tard jista' jwassal għal tfixkil għall-kontropartijiet ċentrali, għas-swieq li dawn joperaw fihom u għall-istituzzjonijiet li jkollhom skoperturi għal dawn il-kontropartijiet ċentrali.

(8)

Il-miżuri stabbiliti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Banek Ewropej,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-perjodi ta' 15-il xahar imsemmija fl-Artikolu 497(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fl-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-Artikolu 89(5a) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, rispettivament, jiġu estiżi b'sitt xhur.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1).


4.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 165/33


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 592/2014

tat-3 ta' Ġunju 2014

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 142/2011 fir-rigward tal-użu ta' prodotti sekondarji mill-annimali u prodotti derivati bħala karburant f'impjanti tal-kombustjoni

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(1)(d), l-Artikolu 15(1)(e), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1), il-punt (h) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 27, il-punt (i) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 27, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 27 u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 45(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 jistabbilixxi regoli dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa tal-annimali għall-prodotti sekondarji mill-annimali u prodotti derivati minnhom, sabiex ir-riskji għas-saħħa pubblika u għas-saħħa tal-animali li jistgħu jiġu kkawżati minn dawn il-prodotti jiġu evitati u mnaqqsa kemm jista' jkun. Dan jaqsam il-prodotti f'kategoriji speċifiċi li jirriflettu l-livell ta' dawn ir-riskji, u jistabbilixxi li għandu jkun hemm rekwiżiti dwar l-użu u r-rimi tagħhom mingħajr periklu.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 (2) jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni għar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, inkluż regoli dwar l-użu u r-rimi ta' demel.

(3)

Id-demel tat-tjur jiġi prodott bħala parti integrali tat-tgħammir u trobbija tat-tjur fl-irziezet, u jista' jintuża fuq il-post bħala karburant għall-kombustjoni mingħajr ma jiġi trattat minn qabel, sakemm ikun hemm konformità mar-rekwiżiti rilevanti dwar l-ambjent u l-ħarsien tas-saħħa u sakemm l-użu speċifiku tiegħu ma jikkawżax impatti negattivi fuq l-ambjent jew fuq is-saħħa tal-bniedem.

(4)

Impjanti tal-kombustjoni li jużaw demel tat-tjur bħala karburant għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa relatati mal-iġjene sabiex ma jseħħx it-tixrid ta' patoġeni possibbli. Dawk il-miżuri għandhom jinkludu wkoll it-trattament ta' ilma mormi li joriġina mill-postijiet li fihom jinħażen id-demel tat-tjur.

(5)

Ir-residwi mill-kombustjoni tad-demel tat-tjur, primarjament l-irmied, huma sors importanti ta' minerali li jistgħu jintużaw għall-produzzjoni ta' fertilizzanti minerali, u bħalissal-Kummissjoni qed tiżviluppa l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għal residwi ta' dan it-tip. Għalhekk huwa xieraq li tinħoloq il-possibbiltà li r-residwi tal-kombustjoni jintużaw, minflok jiġu mormija bħala skart.

(6)

F'dan l-istadju, il-Kummissjoni ġiet ipprovduta biss b'evidenza komprensiva li turi li ġiet żviluppata teknoloġija biex id-demel tat-tjur jintuża bħala karburant għall-kombustjoni fl-irziezet mingħajr effetti negattivi fuq l-ambjent u/jew fuq is-saħħa tal-bniedem. F'każ li l-Kummissjoni tingħata evidenza li tikkonkludi li demel ta' speċi oħra jista' jintuża bħala karburant għall-kombustjoni billi jiġi żgurat livell ekwivalenti ta' ħarsien tas-saħħa u tal-ambjent, id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 ikunu jistgħu jiġu riveduti kif xieraq.

(7)

Sabiex tiġi żgurata l-legalità tal-użu ulterjuri tad-demel tat-tjur bħala karburant f'impjanti tal-kombustjoni, għandhom jiġu stabbiliti rekwiżiti addizzjonali dwar il-protezzjoni ambjentali u tas-saħħa għal dan l-użu speċifiku, bil-għan li jiġi evitat li jkun hemm impatti negattivi fuq l-ambjent jew fuq is-saħħa tal-bniedem.

(8)

Rekwiżiti armonizzati li jindirizzaw, b'mod olistiku, il-kontroll ta' riskji għas-saħħa tal-bniedem, għas-saħħa tal-annimali u għall-ambjent li jirriżultaw mill-użu tad-demel bħala karburant f'impjanti tal-kombustjoni fl-irziezet kieku jiffaċilitaw ukoll l-iżvilupp ta' teknoloġiji għal impjanti tal-kombustjoni li jużaw demel tat-tjur fl-irziezet bħala sors sostenibbli ta' karburant.

(9)

Għalhekk, ikun xieraq li l-Artikolu 6 tar- Regolament (UE) Nru 142/2011 jiġi emendat sabiex jiġu pprovduti rekwiżiti addizzjonali rigward l-użu ta' prodotti sekondarji mill-annimali u prodotti derivati bħala karburant f'impjanti tal-kombustjoni.

(10)

Il-konformità min-naħa tal-operaturi ma' ċertu standards ambjentali msemmija f'dan ir-Regolament għandha tiġi vverifikata minn jew f'isem l-awtorità kompetenti.

(11)

L-istandards tal-ipproċessar kif deskritti fil-punt F tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu IV tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 għal bojlers termali ġew approvati bħala metodu alternattiv skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009. Dawk l-istandards jistgħu jiġu applikati, wara li jsirulhom l-adattamenti neċessarji, anki għall-kombustjoni ta' xaħmijiet tal-annimali bħala karburant f'magni b'kombustjoni interna stazzjonarji.

(12)

L-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(13)

Għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament jeħtieġ li jiġu introdotti rekwiżiti għal kontrolli uffiċjali rigward il-kombustjoni ta' xaħmijiet tal-annimali u tad-demel tat-tjur bħala karburant. L-Anness XVI tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(14)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 142/2011 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:

(a)

It-titolu tal-Artikolu 6 huwa mibdul b'dan li ġej:

“Artikolu 6

Rimi permezz ta' inċinerazzjoni, rimi jew irkuprar permezz ta' koinċinerazzjoni u użu bħala karburant għall-kombustjoni”

(b)

Qed jiġu miżjuda l-paragrafi li ġejjin:

“6.   L-operaturi għandhom jiżguraw li l-impjanti tal-kombustjoni li jinsabu taħt il-kontroll tagħhom, għajr dawk imsemmija fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu IV tal-Anness IV, u li fihom jintużaw bħala karburant prodotti sekondarji mill-annimali u prodotti derivati, ikunu konformi mal-kundizzjonijiet ġenerali u mar-rekwiżiti speċifiċi stabbiliti fil-Kapitoli IV u V tal-Anness III rispettivament, u li dawn ikunu approvati mill-awtorità kompetenti b'konformità mal-Artikolu 24(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009.

7.   L-awtorità kompetenti għandha tapprova biss impjanti tal-kombustjoni msemmija fil-paragrafu 6 għall-użu ta' prodotti sekondarji mill-annimali u prodotti derivati bħala karburant għall-kombustjoni, sakemm:

(a)

l-impjanti tal-kombustjoni jaqgħu fl-ambitu tal-Kapitolu V tal-Anness III ta' dan ir-Regolament;

(b)

l-impjanti tal-kombustjoni jħarsu l-kundizzjonijiet ġenerali u r-rekwiżiti speċifiċi rilevanti kollha stabbiliti fil-Kapitoli IV u V tal-Anness III ta' dan ir-Regolament;

(c)

ikun hemm fis-seħħ proċeduri amministrattivi sabiex jiġi żgurat li r-rekwiżiti għall-approvazzjoni ta' impjanti tal-kombustjoni jiġu vverifikati mill-ġdid kull sena.

8.   Rigward l-użu tad-demel tat-tjur bħala karburant għall-kombustjoni skont kif stabbilit fil-Kapitolu V tal-Anness III, b'żieda mar-regoli li ġejjin għandhom japplikaw ukoll ir-regoli msemmija fil-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu:

(a)

l-applikazzjoni għall-approvazzjoni li tiġi ppreżentata lill-awtorità kompetenti mill-operatur skont l-Artikolu 24(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 għandu jkun fiha evidenza ċċertifikata mill-awtorità kompetenti jew minn organizzazzjoni professjonali awtorizzata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru, li l-impjant tal-kombustjoni li fih id-demel tat-tjur jintuża bħala karburant tissodisfa bis-sħiħ il-valuri ta' limitu tal-emissjonijiet u r-rekwiżiti ta' monitoraġġ stabbiliti fil-punt 4 tat-Taqsima B tal-Kapitolu V tal-Anness III ta' dan id-dokument;

(b)

il-proċedura ta' approvazzjoni msemmija fl-Artikolu 44 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 m'għandhiex tiġi konkluża qabel isiru mill-inqas żewġ verifiki konsekuttivi, waħda minnhom mhux imħabbra, mill-awtorità kompetenti jew minn organizzazzjoni professjonali awtorizzata minn dik l-awtorità, matul l-ewwel sitt xhur ta' tħaddim tal-impjant tal-kombustjoni, inkluż il-kejl meħtieġ tat-temperatura u tal-emissjonijiet. Wara li r-riżultati ta' dawk il-verifiki juru li hemm konformità mal-parametri stipulati fil-punt 4 tat-Taqsima B tal-Kapitolu V tal-Anness III ta' dan ir-Regolament, tista' tingħata approvazzjoni sħiħa.”

(2)

L-Annessi III u XVI huma emendati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Għal perjodu tranżitorju ta' sentejn wara d-data msemmija fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3, l-Istati Membri jistgħu jippermettu t-tħaddim ta' impjanti tal-kombustjoni bl-użu ta' xaħmijiet ipproċessati jew demel tat-tjur bħala karburant meta dawn ikunu ġew approvati skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-15 ta' Lulju 2014.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 142/2011 tal-Kummissjoni tal-25 ta' Frar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi skont dik id-Direttiva (ĠU L 54, 26.2.2011, p. 1).


ANNESS

L-Annessi III u XVI tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness III huwa emendat kif ġej:

(a)

It-titolu tal-Anness III jinbidel b'dan li ġej:

ANNESS III

RIMI, IRKUPRAR U UŻU BĦALA KARBURANT”

(b)

Il-Kapitoli IV u V li ġejjin huma miżjuda:

“KAPITOLU IV

REKWIŻITI ĠENERALI GĦALL-UŻU TA' PRODOTTI SEKONDARJI MILL-ANNIMALI U TA' PRODOTTI DERIVATI BĦALA KARBURANT

Taqsima 1

Rekwiżiti ġenerali dwar il-kombustjoni ta' prodotti sekondarji mill-annimali u prodotti derivati bħala karburant

1.

L-operaturi ta' impjanti tal-kombustjoni msemmija fl-Artikolu 6(6) għandhom jiżguraw li l-kondizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfati fl-impjanti tal-kombustjoni li jinsabu taħt il-kontroll tagħhom:

(a)

Prodotti sekondarji mill-annimali u prodotti derivati maħsuba biex jintużaw bħala karburant għandhom jintużaw l-aktar malajr kemm jista' jkun, jew għandhom jiġu maħżuna sakemm jintużaw.

(b)

L-impjanti ta' kombustjoni għandu jkollhom fis-seħħ miżuri xierqa biex jiġi żgurat li t-tindif u d-diżinfezzjoni ta' kontenituri u vetturi jitwettqu f'żona magħżula tal-istabbiliment tagħhom li minnha l-ilma mormi jkun jista' jinġabar u jintrema skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, sabiex jiġu evitati riskji ta' kontaminazzjoni tal-ambjent.

Permezz ta' deroga mir-rekwiżiti stipulati fl-ewwel subparagrafu, il-kontenituri u l-vetturi li jintużaw għat-trasport ta' xaħmijiet ipproċessati jistgħu jitnaddfu u jiġu diżinfettati fl-impjant tat-tagħbija, jew fi kwalunkwe impjant approvat jew irreġistrat skont ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009.

(c)

L-impjanti tal-kombustjoni għandhom ikunu pożizzjonati fuq art xotta u iebsa.

(d)

L-impjanti tal-kombustjoni għandu jkollhom fis-seħħ miżuri xierqa għall-protezzjoni kontra l-pesti. Għal dak il-għan għandu jintuża programm dokumentat għall-kontroll ta' annimali bħal dawn.

(e)

L-istaff għandu jkollu aċċess għal faċilitajiet adegwati ta' iġjene personali, bħal tojlets, kmamar għat-tibdil u sinkijiet, jekk ikun meħtieġ, sabiex jiġu evitati riskji ta' kontaminazzjoni tal-apparat għall-immaniġġjar tal-annimali mrobbija fl-irziezet jew għall-immaniġġjar tal-għalf tagħhom.

(f)

Il-proċeduri tat-tindif u d-diżinfezzjoni għandhom jiġu stabbiliti u dokumentati għall-partijiet kollha tal-impjant tal-kombustjoni. Għat-tindif għandu jiġi pprovdut tagħmir adattat, kif ukoll prodotti għall-ħasil.

(g)

Il-kontroll tal-iġjene għandu jinkludi spezzjonijiet regolari tal-ambjent u tat-tagħmir. Skedi u riżultati ta' spezzjonijiet għandhom jiġu dokumentati u miżmuma għal mill-inqas sentejn.

(h)

Meta xaħmijiet ipproċessati jintużaw bħala karburant għall-kombustjoni f'magni b'kombustjoni interna li jkunu jinsabu f'impjanti għall-iproċessar tal-ikel jew tal-għalf approvati jew irreġistrati, il-proċessar ta' ikel u ta' għalf fl-istess post għandu jsir taħt kondizzjonijiet stretti ta' separazzjoni.

2.

L-operaturi tal-impjanti tal-kombustjoni għandhom jieħdu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa fir-rigward tal-wasla ta' prodotti sekondarji mill-annimali jew ta' prodotti derivati, sabiex jiġi evitat li jkun hemm riskji diretti għas-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali u għall-ambjent, jew biex dawn ir-riskji jiġu limitati kemm jista' jkun fil-prattika.

3.

L-annimali ma għandux ikollhom aċċess għall-impjant tal-kombustjoni, għall-prodotti sekondarji mill-annimali u l-prodotti derivati maħsuba biex jiġu inċinerati, u għall-irmied li jirriżulta mill-kombustjoni.

4.

Meta l-impjant tal-kombustjoni jkun jinsab fi stabbiliment li fih jinżammu annimali minn speċijiet li jipproduċu l-ikel:

(a)

għandu jkun hemm separazzjoni fiżika sħiħa bejn it-tagħmir tal-kombustjoni u l-annimali, inkluż l-għalf u l-materjal għall-friex tagħhom;

(b)

it-tagħmir għandu jintuża biss għal operazzjonijiet relatati mat-tħaddim tal-impjant tal-kombustjoni, u ma għandux jintuża fi bnadi oħra tal-istabbiliment qabel ma jiġi mnaddaf u diżinfettat b'mod effettiv qabel użi bħal dawn;

(c)

il-membri tal-persunal li jaħdmu fl-impjant tal-kombustjoni għandhom ibiddlu l-ħwejjeġ ta' barra u ż-żraben tagħhom, u għandhom jieħdu miżuri ta' iġjene personali qabel jimmaniġġaw annimali f'dak l-stabbiliment jew fi kwalunkwe stabbiliment ieħor, kif ukoll qabel ma jimmaniġġaw l-għalf jew il-materjal għall-friex tal-annimali.

5.

Il-prodotti sekondarji mill-annimali u prodotti derivati li jkunu maħsuba biex jiġu inċinerati bħala karburant, kif ukoll ir-residwi tal-kombustjoni, għandhom jinħażnu f'żona magħluqa u msaqqfa li tintuża speċifikament għal dak l-iskop, jew f'kontenituri b'għatu li għandhom ikunu ta' tip li ma jnixxix.

6.

Il-kombustjoni ta' prodotti sekondarji mill-annimali jew ta' prodotti derivati għandhom jitwettqu f'kondizzjonijiet li jipprevjenu l-kontaminazzjoni kroċjata tal-għalf għall-annimali.

Taqsima 2

Kondizzjonijiet ta' tħaddim ta' impjanti tal-kombustjoni

1.

L-impjanti tal-kombustjoni għandhom ikunu ddisinjati, mibnija, mgħammra u mħaddma b'tali mod li, anki fl-aktar kondizzjonijiet sfavorevoli, il-prodotti sekondarji mill-annimali u prodotti derivati jiġu ttrattati għal mill-inqas 2 sekondi f'temperatura ta' 850 °C jew għal mill-inqas 0,2 sekondi f'temperatura ta' 1 100 °C.

2.

Il-gass li jirriżulta mill-proċess għandu jiġi msaħħan, b'mod kontrollat u omoġenju, għal 2 sekondi għal temperatura ta' 850 °C jew għal 0,2 sekondi għal temperatura ta' 1 100 °C.

It-temperatura għandha titkejjel minn ma' qrib il-ħajt ta' ġewwa jew minn xi punt rappreżentattiv ieħor tal-kamra tal-kombustjoni, skont kif awtorizzat mill-awtorità kompetenti.

3.

Għandhom jintużaw tekniki awtomatizzati biex isir monitoraġġ tal-parametri u tal-kondizzjonijiet rilevanti għall-proċess ta' kombustjoni.

4.

Riżultati ta' kejl tat-temperatura għandhom ikunu rreġistrati b'mod awtomatiku u ppreżentati b'mod xieraq biex l-awtorità kompetenti tkun tista' tivverifika l-konformità mal-kondizzjonijiet tat-tħaddim permessi imsemmija fil-punti 1 u 2 skont il-proċeduri li għandhom ikunu deċiżi minn dik l-awtorità rilevanti.

5.

L-operaturi ta' impjanti tal-kombustjoni għandhom jiżguraw li l-karburant jinħaraq b'tali mod li l-kontenut totali ta' karbonju organiku fil-gagazzi u fl-irmied tal-qiegħ ikun ta' inqas minn 3 %, jew li t-telf tagħhom mal-ħruq ikun ta' inqas minn 5 % tal-piż tal-materjal niexef.

Taqsima 3

Ir-residwi tal-kombustjoni

1.

Ir-residwi għandhom jiġu minimizzati kemm fl-ammont tagħhom kif ukoll fir-rigward tal-ħsara li jikkawżaw. Residwi ta' dan it-tip għandhom jiġu rkuprati, u meta dan ma jkunx xieraq, għandhom jintremew jew jintużaw skont il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni.

2.

It-trasport u l-ħżin temporanju ta' residwi niexfa, inkluż trab, għandhom isiru billi jintużaw kontenituri magħluqin, jew bl-użu ta' kwalunkwe metodu ieħor li jipprevjeni li jseħħ tixrid fl-ambjent.

Taqsima 4

Ħsara jew kondizzjonijiet ta' tħaddim anormali

1.

L-impjant tal-kombustjoni għandu jkun mgħammar b'faċilitajiet li jwaqqfu l-operazzjonijiet b'mod awtomatiku f'każ ta' ħsara, jew f'każ ta' kondizzjonijiet ta' tħaddim anormali, sa meta jkunu jistgħu jerġgħu jkomplu l-operazzjonijiet normali.

2.

Prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati li ma jinħarqux għalkollox għandhom jinħarqu mill-ġdid, jew jintremew bħala skart permezz ta' mezzi oħra msemmija fl-Artikoli 12, 13 u 14 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, u ma għandhomx jintremew f'miżbla awtorizzata.

KAPITOLU V

TIPI TA' IMPJANTI U KARBURANTI LI JISTGĦU JINTUŻAW GĦALL-KOMBUSTJONI U REKWIŻITI SPEĊIFIĊI GĦAL TIPI PARTIKOLARI TA' IMPJANTI

A.   Magni b'kombustjoni interna stazzjonarji

1.

Materjal tal-bidu:

Għal dan il-proċess, tista' tintuża frazzjoni ta' xaħam derivata minn prodotti sekondarji mill-annimali ta' kwalunkwe kategorija, sakemm din tissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

sakemm jintużaw iż-żejt tal-ħut jew ix-xaħmijiet ipproċessati li jkunu ġew prodotti skont it-Taqsimiet VIII jew XII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 rispettivament, il-frazzjoni ta' xaħam derivata minn prodotti sekondarji tal-annimali għandha l-ewwel tiġi pproċessata kif ġej:

(i)

fil-każ ta' frazzjoni ta' xaħam ta' materjali tal-Kategoriji 1 u 2, kwalunkwe wieħed mill-metodi ta' proċessar minn 1 sa 5, kif stabbilit fil-Kapitolu III tal-Anness IV.

Meta dan ix-xaħam jiġi ttrasferit permezz ta' sistema ta' ċineg tal-ġarr magħluqa li ma tkunx tista' tinqabeż, u bil-kondizzjoni li din is-sistema tkun ġiet awtorizzata mill-awtorità kompetenti, minn impjant ta' proċessar għal kombustjoni diretta immedjata, l-immarkar b'mod permanenti bi gliċeroltriħeptanoat (GTH) imsemmi fil-punt 1 tal-Kapitolu V tal-Anness VIII mhuwiex meħtieġ;

(ii)

fil-każ ta' frazzjoni ta' xaħam ta' materjali tal-Kategorija 3, kwalunkwe wieħed mill-metodi ta' proċessar minn 1 sa 5, jew il-metodu ta' pproċessar numru 7 kif stabbilit fil-Kapitolu III tal-Anness IV;

(iii)

fil-każ ta' materjali derivati milll-ħut, kwalunkwe mill-metodi ta' proċessar minn 1 sa 7, kif stabbilit fil-Kapitolu III tal-Anness IV;

(b)

il-frazzjoni ta' xaħam għandha tiġi separata mill-proteina, u fil-każ ta' xaħam li joriġina minn annimali li jixtarru li jkun maħsub biex jinħaraq f'impjant ieħor, għandhom jitneħħew l-impuritajiet li ma jinħallux li jkunu aktar minn 0,15 % fil-piż;

2.

Metodoloġija:

Il-kombustjoni tax-xaħam tal-annimali bħala karburant f'magni b'kombustjoni interna stazzjonarji għandha ssir kif ġej:

(a)

il-frazzjonijiet ta' xaħam imsemmija fil-punti 1(a) u (b) għandhom jinħarqu:

(i)

skont il-kondizzjonijiet stipulati fit-Taqsima 2(1) tal-Kapitolu IV; jew

(ii)

bl-użu ta' parametri ta' pproċessar li jiksbu eżitu ekwivalenti għall-kondizzjonijiet stipulati fil-punt (i), u li huma awtorizzati mill-awtorità kompetenti;

(b)

il-kombustjoni ta' materjali li joriġinaw minn annimali, minbarra xaħam tal-annimali, ma għandhiex tkun permessa;

(c)

xaħmijiet tal-annimali dderivati mill-Kategorija 1 jew mill-Kategorija 2 li jiġu inċinerati fi stabbilimenti approvati jew reġistrati skont ir-Regolamenti (KE) Nru 852/2004, 853/2004, 183/2005, jew f'postijiet pubbliċi għandhom jiġu proċessati permezz tal-metodu ta' proċessar 1, kif stabbilit fil-Kapitolu III tal-Anness IV;

(d)

il-kombustjoni ta' xaħmijiet tal-annimali għandha ssir skont leġiżlazzjoni tal-Unjoni għall-protezzjoni tal-ambjent, partikolarment b'referenza għall-istandards u r-rekwiżiti ta' dik il-leġiżlazzjoni u r-rekwiżiti dwar l-aħjar tekniki disponibbli għall-kontroll u l-monitoraġġ ta' emissjonijiet.

3.

Kundizzjonijiet operattivi:

Permezz ta' deroga mir-rekwiżiti stipulati fl-ewwel paragrafu tal-punt 2 tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu IV, rekwiżiti bbażati fuq parametri oħra ta' pproċessar li jiżguraw riżultat ambjentali ekwivalenti jistgħu jiġu awtorizzati mill-awtorità kompetenti responsabbli għal kwistjonijiet ambjentali.

B.   Impjanti ta' kombustjoni installati fl-irziezet li jużaw id-demel tat-tjur bħala karburant

1.

Tip ta' impjant

Impjant ta' kombustjoni installat fir-razzett b'kapaċità termali nominali totali ta' mhux aktar minn 5 MW.

2.

Materjal tal-bidu u ambitu:

Esklussivament demel tat-tjur mhux ipproċessat, kif imsemmi fl-Artikolu 9(a) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, maħsub biex jintuża bħala karburant għall-kombustjoni b'konformità mal-ħtiġijiet stabbiliti fil-punti 3 sa 5.

Il-kombustjoni ta' prodotti sekondarji mill-annimali jew prodotti derivati oħra u ta' demel ta' speċijiet oħra jew li jkunu ġew iġġenerati barra mill-istabbiliment ma għandhiex titħalla ssir f'impjanti ta' kombustjoni installati fl-irziezet imsemmija fil-punt 1.

3.

Rekwiżiti speċifiċi għad-demel tat-tjur li jintuża bħala karburant għall-kombustjoni:

(a)

Id-demel għandu jinħażen b'mod sikur f'faċilità tal-ħżin magħluqa sabiex tiġi minimizzata l-ħtieġa għal aktar immaniġġar u sabiex tiġi evitata l-kontaminazzjoni kroċjata ma' żoni oħra ta' stabbilimenti fejn jinżammu annimali minn speċijiet li jipproduċu l-ikel.

(b)

L-impjanti tal-kombustjoni installati fl-irziezet għandhom ikunu mgħammra bi:

(i)

sistema awtomatika ta' ġestjoni tal-karburant sabiex il-karburant jiddaħħal direttament fil-kamra tal-kombustjoni mingħajr immaniġġar ulterjuri;

(ii)

berner awżiljarju li għandu jintuża waqt l-operazzjonijiet tal-bidu u tat-tmiem sabiex jiġi żgurat li r-rekwiżiti tat-temperatura stabbiliti fit-Taqsima 2(2) tal-Kapitolu IV jiġu ssodisfati f'kull ħin waqt dawk l-operazzjonijiet, u sakemm ikun għad hemm materjal mhux maħruq fil-kamra tal-kombustjoni.

4.

Valuri ta' limitu tal-emissjonijiet u rekwiżiti ta' monitoraġġ:

(a)

L-emissjonijiet tad-diossidu tal-kubrit, tal-ossidi tan-nitroġenu (jiġifieri l-ammont totali ta' monossidu tan-nitroġenu u ta' diossidu tan-nitroġenu, imfisser bħala diossidu tan-nitroġenu), u ta' materja partikolata m'għandhomx jaqbżu l-valuri ta' limitu tal-emissjonijiet li ġejjin, espressi f'mg/Nm3 f'temperatura ta' 273,15 K, pressjoni ta' 101,3 kPa u kontenut ta' ossiġenu ta' 11 fil-mija, wara korrezzjoni għall-kontenut tal-fwar tal-ilma fil-gassijiet ta' skart:

Is-sustanza li tniġġes

Il-valur ta' limitu tal-emissjonijiet f'mg/Nm3

Diossidu tal-kubrit

50

Ossidi tan-nitroġenu (bħala NO2)

200

Materja partikolata

10

(b)

L-operaturi ta' impjanti tal-kombustjoni installati fl-irziezet għandhom iwettqu kejl tad-diossidu tal-kubrit, ta' ossidi tan-nitroġenu u ta' materja partikolata mill-inqas fuq bażi annwali.

Bħala alternattiva għall-kejl imsemmi fl-ewwel subparagrafu, biex jiġu ddeterminati l-emissjonijiet ta' diossidu tal-kubrit jistgħu jintużaw proċeduri oħra verifikati u approvati mill-awtorità kompetenti.

Il-monitoraġġ għandu jitwettaq minn jew f'isem l-operatur, skont l-istandards CEN. F'każ li l-istandards CEN ma jkunux disponibbli, għandhom japplikaw l-istandards ISO, standards nazzjonali jew standards internazzjonali oħra li jiżguraw l-għoti ta' dejta ta' kwalità xjentifika ekwivalenti.

(c)

Ir-riżultati kollha għandhom jiġu rreġistrati, ipproċessati u ppreżentati b'mod li l-awtorità kompetenti tkun tista' tivverifika l-konformità mal-valuri limitu tal-emissjonijiet.

(d)

Għal impjanti tal-kombustjoni installati fl-irziezet li japplikaw tagħmir għat-tnaqqis sekondarju sabiex jintlaħqu l-valuri limitu tal-emissjonijiet, l-operazzjoni effettiva ta' dak it-tagħmir għandha tiġi mmonitorjata b'mod kontinwu, filwaqt li r-riżultati tagħha għandhom jiġu rreġistrati.

(e)

F'każ ta' nuqqas ta' konformità mal-valuri limitu tal-emissjonijiet imsemmija fil-punt (a) jew f'każ li impjant tal-kombustjoni installat f'razzett ma jissodisfax il-ħtiġijiet tal-punt 1 tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu IV, l-operaturi għandhom jgħarrfu lill-awtorità kompetenti minnufih u jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li l-konformità tiġi regolarizzata fl-inqas żmien possibbli. F'każ li l-konformità ma tkunx tista' tiġi regolarizzata, l-awtorità kompetenti għandha tissospendi l-operazzjonijet tal-impjant u tirtira l-approvazzjoni tagħha.

5.

Bidliet fl-operat u ħsara:

(a)

L-operatur għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti b'kull bidla ppjanata fl-impjant tal-kombustjoni installat fir-razzett li tista' taffettwa l-emissjonijiet tal-impjant mill-inqas xahar qabel id-data li fiha sseħħ il-bidla.

(b)

L-operatur għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li l-perjodi tal-bidu u tat-tmiem tat-tħaddim tal-impjant tal-kombustjoni installat fir-razzett, kif ukoll kwalunkwe ħinijiet ta' ħsara, ikunu qosra kemm jista' jkun. Fil-każ ta' funzjonament ħażin jew ħsara ta' tagħmir għat-tnaqqis sekondarju, l-operatur għandu jinforma minnufih lill-awtorità kompetenti.”.

(2)

Fl-Anness XVI, fil-Kapitolu III, tiddaħħal it-Taqsima li ġejja:

“Taqsima 12

Kontrolli uffiċjali dwar impjanti approvati għall-kombustjoni ta' xaħmijiet tal-annimali u demel tat-tjur bħala karburant

L-awtorità kompetenti għandha twettaq verifiki dokumentati f'impjanti approvati għall-kombustjoni ta' xaħmijiet tal-annimali u demel tat-tjur bħala karburant imsemmija fil-Kapitolu V tal-Anness III b'konformità mal-proċeduri msemmija fl-Artikolu 6(7) u (8).”


4.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 165/41


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 593/2014

tat-3 ta' Ġunju 2014

li jistipula standards tekniċi ta' implimentazzjoni rigward il-format tan-notifika skont l-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) Nru 345/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar fondi ta' kapital ta' riskju Ewropej

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 345/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2013 dwar fondi ta' kapital ta' riskju Ewropej (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 16(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) Nru 345/2013 jeħtieġ li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju ta' fond ta' kapital ta' riskju Ewropew (EuVECA) tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS) dwar avvenimenti marbutin mal-passaport ta' maniġers ta' fondi ta' kapital ta' riskju kwalifikanti. L-Artikolu 21(3) tar-Regolament (UE) Nru 345/2013 jeħtieġ ukoll li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti dwar it-tneħħija ta' maniġer ta' EuVECA mir-reġistru.

(2)

Meta jitqies li l-AETS għadha ma żviluppatx għodda tal-IT dedikata għal din in-notifika, l-użu tal-posta elettronika huwa l-format l-aktar xieraq għal dan it-tip ta' notifika fost l-awtoritajiet kompetenti u lill-AETS. Għalhekk, l-AETS għandha tistabbilixxi lista ta' indirizzi tal-posta elettronika rilevanti u tgħarraf lill-awtoritajiet kompetenti kollha biha.

(3)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni sottomessi mill-AETS lill-Kummissjoni.

(4)

Minħabba l-ambitu limitat u l-impatt tal-format għan-notifika u billi jitqies li l-awtoritajiet kompetenti biss għandhom jużaw il-formola speċifika stabbilita, l-AETS ma wetqitx konsultazzjonijiet pubbliċi dwar l-introduzzjoni ta' dan il-format għan-notifika. L-AETS talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-AETS tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jiddetermina l-format għan-notifika fost l-awtoritajiet kompetenti u lill-AETS dwar l-informazzjoni ta' sorveljanza dwar l-avvenimenti msemmija fl-Artikoli 16(1) u 21(3) tar-Regolament (UE) Nru 345/2013.

Artikolu 2

Format tan-notifika

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju ta' fond ta' kapital ta' riskju Ewropew tinnotifika bil-posta elettronika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti u lill-AETS dwar l-avvenimenti msemmija fl-Artikoli 16(1) u 21(3) tar-Regolament (UE) Nru 345/2013, billi timla l-formola stipulata fl-Anness ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Lista ta' indirizzi tal-posta elettronika

Kull awtorità kompetenti tikkomunika lill-AETS l-indirizz tal-posta elettronika rilevanti għan-notifika ta' informazzjoni superviżorja.

L-AETS tgħarraf lill-awtoritajiet kompetenti kollha l-lista ta' indirizzi tal-posta elettronika rilevanti, inkluż l-indirizz tal-posta elettronika rilevanti tal-AETS.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 115, 25.4.2013, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq), (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).


ANNESS

Notifika tar-reġistrazzjoni ta' maniġer ta' fond ta' kapital ta' riskju Ewropew (EuVECA) jew aġġornament tal-informazzjoni diġà notifikata

Image

Test ta 'immaġni

4.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 165/44


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 594/2014

tat-3 ta' Ġunju 2014

li jistipula standards tekniċi ta' implimentazzjoni rigward il-format tan-notifika skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE) Nru 346/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar fondi ta' intraprenditorija soċjali Ewropej

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 346/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2013 dwar il-fondi ta' intraprenditorija soċjali Ewropej (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 17(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE) Nru 346/2013 jeħtieġ li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju ta' fondi ta' intraprenditorija soċjali Ewropej (EuSEF) biex jinnotifikaw Stati Membri ospitanti u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (l-AETS) ta' avvenimenti relatati mal-passaport tal-maniġers ta' fondi ta' intraprenditorija soċjali kwalifikati. L-Artikolu 22(3) ta' dak ir-Regolament jeħtieġ ukoll li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti dwar it-tneħħija ta' maniġer ta' EuSEF mir-reġistru.

(2)

Meta jitqies li l-AETS għadha ma żviluppatx għodda tal-IT dedikata għal din in-notifika, l-użu tal-posta elettronika huwa l-format l-aktar xieraq għal dan it-tip ta' notifika fost l-awtoritajiet kompetenti u lill-AETS. Għalhekk, l-AETS għandha tistabbilixxi lista ta' indirizzi tal-posta elettronika rilevanti u tgħarraf lill-awtoritajiet kompetenti kollha biha.

(3)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni sottomessi mill-AETS lill-Kummissjoni.

(4)

Minħabba l-ambitu limitat u l-impatt tal-format għan-notifika u billi jitqies li l-awtoritajiet kompetenti biss għandhom jużaw il-formola speċifika stabbilita, l-AETS ma wettqitx konsultazzjonijiet pubbliċi dwar l-introduzzjoni ta' dan il-format għan-notifika. L-AETS talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-AETS tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jiddetermina l-format għan-notifika fost l-awtoritajiet kompetenti u lill-AETS dwar l-informazzjoni ta' sorveljanza dwar l-avvenimenti msemmija fl-Artikoli 17(1) u 22(3) tar-Regolament (UE) Nru 346/2013.

Artikolu 2

Format tan-notifika

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju ta' fond ta' intraprenditorija soċjali Ewropew tinnotifika bil-posta elettronika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti u l-AETS dwar l-avvenimenti msemmija fl-Artikoli 17(1) u 22(3) tar-Regolament (UE) Nru 346/2013, billi timla l-formola stipulata fl-Anness ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Lista ta' indirizzi tal-posta elettronika

Kull awtorità kompetenti tikkomunika lill-AETS l-indirizz tal-posta elettronika rilevanti għan-notifika ta' informazzjoni superviżorja.

L-AETS tgħarraf lill-awtoritajiet kompetenti kollha l-lista ta' indirizzi tal-posta elettronika rilevanti, inkluż l-indirizz tal-posta elettronika rilevanti tal-AETS.

Artikolu 4

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 115, 25.4.2013, p. 18.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).


ANNESS

Notifika tar-reġistrazzjoni ta' maniġer tal-fondi ta' intraprenditorija soċjali Ewropej (EuSEF) jew aġġornament tal-informazzjoni diġà notifikata

Image

Test ta 'immaġni

4.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 165/47


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 595/2014

tat-3 ta’ Ġunju 2014

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Ġunju 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 KG)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MK

77,0

TR

62,5

ZZ

69,8

0707 00 05

AL

25,2

MK

39,8

TR

119,2

ZZ

61,4

0709 93 10

TR

112,1

ZZ

112,1

0805 50 10

TR

121,8

ZA

122,4

ZZ

122,1

0808 10 80

AR

104,5

BR

95,8

CL

97,0

CN

98,5

NZ

135,3

US

142,6

UY

70,3

ZA

139,5

ZZ

110,4

0809 10 00

TR

178,3

ZZ

178,3

0809 29 00

TR

387,8

ZZ

387,8


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

4.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 165/49


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-6 ta' Mejju 2014

dwar il-linji gwida għall-politika tal-Istati Membri dwar l-impjiegi għall-2014

(2014/322/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikolu 148(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tal-Impjiegi,

Billi:

(1)

L-Artikolu 145 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprovdi li l-Istati Membri u l-Unjoni għandhom jaħdmu flimkien biex jiżviluppaw strateġija kkoordinata għall-impjiegi u b'mod partikolari għall-promozzjoni ta' forza ta' xogħol b'ħiliet u swieq tax-xogħol, imħarrġa u li jadattaw u li jirreaġixxu għat-tibdil ekonomiku bil-ħsieb li jiksbu l-objettivi definiti fl-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

(2)

L-“Istrateġija Ewropa 2020” proposta mill-Kummissjoni tippermetti lill-Unjoni li ddawwar l-ekonomija tagħha lejn tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv, akkumpanjat minn impjiegi ta' livell għoli, produttività u koeżjoni soċjali. fit-13 ta' Lulju 2010, il-Kunsill adotta r-Rakkomandazzjoni tiegħu dwar linji gwida wesgħin għall-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri u tal-Unjoni (3). Barra minn hekk, fil-21 ta' Ottubru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni tiegħu 2010/707/UE (4) (“linji gwida dwar l-impjiegi”). Dawk is-settijiet ta' linji gwida jifformaw il-linji gwida integrati għall-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropa 2020 (“linji gwida integrati”). Ħames miri ewlenin, elenkati taħt il-linji gwida integrati rilevanti, jikkostitwixxu objettivi kondiviżi li jiggwidaw l-azzjoni tal-Istati Membri, filwaqt li jikkunsidraw il-pożizzjonijiet inizjali relattivi tagħhom u ċ-ċirkostanzi nazzjonali, kif ukoll il-pożizzjonijiet u ċ-ċirkustanzi tal-Unjoni. L-Istrateġija Ewropea dwar ix-Xogħol għandha r-rwol ewlieni fl-implimentazzjoni tal-objettivi tax-xogħol u tas-suq tax-xogħol tal-istrateġija Ewropa 2020.

(3)

Dawn il-linji gwida integrati huma f'konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-17 ta' Ġunju 2010. Huma jagħtu gwida preċiża lill-Istati Membri dwar id-definizzjoni tal-programmi nazzjonali ta' riforma tagħhom u dwar l-implimentazzjoni tar-riformi. Il-linji gwida dwar l-impjiegi għandhom jiffurmaw il-bażi għal kwalunkwe rakkomandazzjoni speċifika għall-pajjiż li l-Kunsill jista' jindirizza lill-Istati Membri skont l-Artikolu 148(4) TFUE, b'mod parallel mar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż indirizzati lill-Istati Membri skont l-Artikolu 121(2) TFUE. Il-linji gwida dwar l-impjiegi għandhom jifformaw ukoll il-bażi għall-istabbiliment tar-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi li jintbagħat kull sena mill-Kunsill u l-Kummissjoni lill-Kunsill Ewropew.

(4)

L-eżami tal-programmi nazzjonali ta' riforma tal-Istati Membri li qegħdin fl-abbozz tar-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi adottat mill-Kunsill fit-28 ta' Frar 2013, juri li l-Istati Membri għandhom ikomplu jagħmlu kull sforz biex jindirizzaw il-prijoritajiet li ġejjin: li tiżdied il-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol u li jonqos il-qgħad strutturali, jitrawmu ħaddiema ta' ħila skont il-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol, u ssir promozzjoni ta' xogħol ta' kwalità u t-tagħlim tul il-ħajja, tittejjeb il-prestazzjoni tas-sistemi tal-edukazzjoni t-taħriġ f'kull livell u tiżdied il-parteċipazzjoni fl-edukazzjoni terzjarja, il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar.

(5)

Il-linji gwida dwar l-impjiegi għandhom jibqgħu stabbli sa tmiem l-2014 sabiex jiżguraw fokus fuq l-implimentazzjoni tagħhom. Sal-aħħar tal-2014 kull aġġornament tal-linji gwida dwar l-impjiegi għandu jibqa' strettament limitat. Fl-2011, l-2012 u l-2013, il-linji gwida dwar l-impjiegi nżammu. Dawn għandhom jinżammu wkoll għall-2014,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-linji gwida għall-politiki tal-impjiegi tal-Istati Membri, kif imniżżel fl-Anness għad- 2010/707/UE jinżammu għall-2014 u għandhom ikunu kkunsidrati mill-Istati Membri fil-politika tagħhom dwar l-impjiegi.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Mejju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

G. STOURNARAS


(1)  Opinjoni tas-26 ta' Frar 2014 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Opinjoni tal-21 ta' Jannar 2014 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  ĠU L 191, 23.7.2010, p. 28.

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/707/UE tal-21 ta' Ottubru 2010 dwar il-linji gwida għall-politika tal-Istati Membri dwar l-impjiegi (ĠU L 308, 24.11.2010, p. 46).


4.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 165/51


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tad-19 ta' Mejju 2014

li tħassar id-Deċiżjoni 2010/371/UE dwar il-konklużjoni tal-konsultazzjonijiet mar-Repubblika tal-Madagaskar taħt l-Artikolu 96 tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE

(2014/323/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, fuq naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha fuq in-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000 (1), kif rivedut fil-Lussemburgu fil-25 ta' Ġunju 2005 (2) u f'Ouagadougoufit-22 ta' Ġunju 2010 (3) (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ’il-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE’, u b'mod partikolari l-Artikolu 96 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu u l-proċeduri li għandhom ikunu segwiti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-KE (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Bi ftehim mar-Rappreżentanta Għolja tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/371/UE (5) ġiet adottata bil-għan li jiġu implimentati miżuri xierqa b'segwitu għall-ksur tal-elementi essenzjali msemmija fl-Artikolu 9 tal-Ftehim.

(2)

Dawk il-miżuri ġew imġedda sas-6 ta' Diċembru 2011 permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/324/UE (6), u ġew emendati u mġedda sal-5 ta' Diċembru 2012 permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/808/UE (7). Fit-3 ta' Diċembru 2012, dawk il-miżuri ġew mġedda permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/749/UE (8) sakemm il-Kunsill, abbażi ta' proposta tal-Kummissjoni, jiddeċiedi li jkunu saru elezzjonijiet kredibbli u li reġa' hemm ordni kostituzzjonali fil-Madagaskar.

(3)

L-elezzjonijiet presidenzjali u leġislattivi saru fil-Madagaskar fil-25 ta' Ottubru u fl-20 ta' Diċembru 2013, rispettivament, u r-riżultati tħabbru uffiċjalment fis-17 ta' Jannar u fis-6 ta' Frar 2014, rispettivament u l-istituzzjonijiet il-ġodda eletti ġew inawgurati, b'konferma tar-ritorn tal-Madagaskar lejn l-ordni kostituzzjonali. Fis-7 ta' Frar 2014, ir-Rappreżentanta Għolja tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, laqgħet, u esprimiet sodisfazzjon dwar it-tmexxija tal-elezzjonijiet.

(4)

Il-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness għad-Deċiżjoni 2011/808/UE, inkluż it-twettiq ta' elezzjonijiet parlamentari u presidenzjali kredibbli, it-tħabbir tar-riżultati uffiċjali u l-inawgurazzjoni tal-istituzzjonijiet il-ġodda eletti li jikkonfermaw ir-ritorn tal-Madagaskar lejn l-ordni kostituzzjonali ġew onorati. Għalhekk id-Deċiżjoni 2010/371/UE għandha titħassar,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/371/UE hija b'dan imħassra.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Mejju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

(2)  Ftehim li jemenda l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000 (ĠU L 168M, 21.6.2006, p. 32).

(3)  Ftehim li jemenda għat-tieni darba l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit- 23 ta' Ġunju 2000, kif emendat għall-ewwel darba fil-Lussemburgu fil-25 ta' Ġunju 2005 (ĠU L 287, 4.11.2010, p. 3).

(4)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 376.

(5)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/371/UE tas-7 ta' Ġunju 2010 dwar il-konklużjoni tal-proċedura ta' konsultazzjoni mar-Repubblika tal-Madagaskar taħt l-Artikolu 96 tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE (ĠU L 169, 3.7.2010, p. 13).

(6)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/324/UE tat-30 ta' Mejju 2011 li testendi d-Deċiżjoni 2010/371/UE dwar il-konklużjoni tal-proċedura ta' konsultazzjoni mar-Repubblika tal-Madagaskar taħt l-Artikolu 96 tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE (ĠU L 146, 1.6.2011, p. 2).

(7)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/808/UE tal-5 ta' Diċembru 2011 li temenda u testendi l-perijodu ta' applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2010/371/UE dwar il-konklużjoni tal-proċedura ta' konsultazzjoni mar-Repubblika tal-Madagaskar taħt l-Artikolu 96 tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE (ĠU L 324, 7.12.2011, p. 1).

(8)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/749/UE tat-3 ta' Diċembru 2012 li ġġedded il-perijodu ta' applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2010/371/UE dwar il-konklużjoni tal-proċedura ta' konsultazzjoni mar-Repubblika tal-Madagaskar taħt l-Artikolu 96 tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE (ĠU L 333, 5.12.2012, p. 46).


4.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 165/53


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-3 ta' Ġunju 2014

dwar ir-rikonoxximent tal-iskema msejħa “Gafta Trade Assurance Scheme” biex tintwera l-konformità mal-kriterji ta' sostenibbiltà mogħtija fid-Direttivi 2009/28/KE u 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(2014/324/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 18(6) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 1998 dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/12/KEE (2), u b'mod partikulari l-Artikolu 7c(6) tagħha,

Wara li kkonsultat mal-Kumitat dwar is-Sostenibbiltà tal-Bijofjuwils u l-Bijolikwidi,

Billi:

(1)

Id-Direttivi 98/70/KE u 2009/28/KE jistabbilixxu l-kriterji ta' sostenibbiltà għall-bijofjuwils. L-Artikoli 7b u 7c u l-Anness IV tad-Direttiva 98/70/KE jixbhu lill-Artikoli 17 u 18 u lill-Anness V tad-Direttiva 2009/28/KE.

(2)

Meta l-bijofjuwils u l-bijolikwidi jkunu jridu jitqiesu għall-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 17(1)(a), (b) u (c) tad-Direttiva 2009/28/KE, l-Istati Membri għandhom jeżiġu lill-operaturi ekonomiċi juru l-konformità tal-bijofjuwils u tal-bijolikwidi mal-kriterji ta' sostenibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 17(2) sa (5) tad-Direttiva 2009/28/KE.

(3)

Meta operatur ekonomiku jagħti provi jew dejta miksuba skont skema volontarja li tkun ġiet irrikonoxxuta mill-Kummissjoni, safejn ikun kopert b'dik id-deċiżjoni ta' rikonoxximent, Stat Membru m'għandux jeżiġi lill-fornitur jipprovdi aktar evidenza tal-konformità mal-kriterji ta' sostenibbiltà.

(4)

Fit-18 ta' Frar 2014, tressqet quddiem il-Kummissjoni talba biex jiġi rrikonoxxut il-fatt li l-iskema għall-assigurazzjoni tan-negozju tal-Għaqda tan-Negozju fl-Għalf u ċ-Ċereali msejħa “Gafta Trade Assurance Scheme”, li ġiet emendata permezz ta' addendum dwar id-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli turi li l-kunsinni tal-bijofjuwil jikkonformaw mal-kriterji ta' sostenibbiltà stabbiliti fid-Direttiva 98/70/KE u fid-Direttiva 2009/28/KE. Din l-iskema tista' tkopri l-materja prima kollha adattata għall-produzzjoni tal-bijofjuwils u għandha ambitu dinji. Hija tkopri l-istadji tal-kummerċ, it-trasport u l-ħżin tal-materja prima agrikola mill-għatba tar-razzett s'għand l-ewwel proċessur u tiddependi fuq skemi volontarji oħrajn irrikonoxxuti mill-Kummissjoni għall-istadji l-oħra. B'hekk, hija fir-responsabbiltà ta' din l-iskema stess li tiżgura li r-rikonoxximent li l-Kummissjoni tkun ħarġet għal dawk l-iskemi li magħhom hija topera b'mod konġunt jibqa' validu matul il-perjodu kollu tal-kooperazzjoni tagħha magħhom. L-iskema rrikonoxxuta għandha tkun disponibbli fil-pjattaforma ta' trasparenza stabbilita skont id-Direttiva 2009/28/KE.

(5)

Mill-valutazzjoni tal-iskema msejħa “Gafta Trade Assurance Scheme”, inkluż l-addendum dwar id-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli, irriżulta li din tkopri l-kriterji kollha ta' sostenibbiltà mogħtija fid-Direttiva 98/70/KE u fid-Direttiva 2009/28/KE, ħlief għall-Artikolu 7b(2) tad-Direttiva 98/70/KE u l-Artikolu 17(2) tad-Direttiva 2009/28/KE. Madankollu, hija tagħti dejta preċiża dwar elementi li l-operaturi ekonomiċi li jkunu jinsabu iktar 'l isfel fil-katina tal-kustodja jkollhom bżonn biex juru li huma konformi mal-Artikolu 7b(2) tad-Direttiva 98/70/KE u mal-Artikolu 17(2) tad-Direttiva 2009/28/KE u tuża metodu ta' bilanċ tal-massa li huwa skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 7c(1) tad-Direttiva 98/70/KE u l-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2009/28/KE.

(6)

Mill-evalwazzjoni tal-iskema msejħa “Gafta Trade Assurance Scheme”, inkluż l-addendum dwar id-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli, irriżulta li din tilħaq standards adegwati ta' affidabbiltà, trasparenza u awditjar indipendenti.

(7)

L-iskema msejħa “Gafta Trade Assurance Scheme”, inkluż l-addendum dwar id-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli (“addendum tar-RED”), ġiet ivvalutata billi tqabblet mal-leġiżlazzjoni li kienet fis-seħħ fiż-żmien meta ġiet adottata din id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni. F'każ li jkun hemm bidliet rilevanti fil-bażi legali, il-Kummissjoni se tivvaluta l-iskema biex tistabbilixxi jekk l-iskema tkunx għadha qed tkopri b'mod xieraq il-kriterji ta' sostenibbiltà li għalihom tkun ġiet irrikonoxxuta.

(8)

F'każ li jkun hemm bidliet fl-iskema, il-Kummissjoni se tivvaluta l-iskema biex tistabbilixxi jekk l-iskema tkunx għadha qed tkopri b'mod xieraq il-kriterji ta' sostenibbiltà li għalihom tkun ġiet irrikonoxxuta.

(9)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sostenibbiltà tal-Bijofjuwils u l-Bijolikwidi,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iskema msejħa “Gafta Trade Assurance Scheme”, inkluż l-addendum dwar id-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli (minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-iskema”), li tressqet quddiem il-Kummissjoni għar-rikonoxximent fit-18 ta' Frar 2014, turi li l-kunsinni tal-bijofjuwils jikkonformaw mal-kriterji ta' sostenibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 17(3), (4) u (5) tad-Direttiva 2009/28/KE u fl-Artikolu 7b(3), (4) u (5) tad-Direttiva 98/70/KE.

L-iskema ma tkoprix l-Artikolu 7b(2) tad-Direttiva 98/70/KE u l-Artikolu 17(2) tad-Direttiva 2009/28/KE, iżda tuża dejta preċiża għall-għanijiet tal-Artikolu 17(2) tad-Direttiva 2009/28/KE u tal-Artikolu 7b(2) tad-Direttiva 98/70/KE, minħabba li hija tiżgura li t-tagħrif rilevanti kollu mogħti mill-operaturi ekonomiċi li jkunu jinsabu iktar 'il fuq fil-katina tal-kustodja jingħadda lill-operaturi ekonomiċi li jkunu jinsabu iktar 'l isfel f'din il-katina.

L-iskema tista' tintuża biex tintwera l-konformità mal-Artikolu 7c(1) tad-Direttiva 98/70/KE u mal-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2009/28/KE sal-ewwel proċessur tal-materja prima.

Artikolu 2

Jekk isir xi tibdil fil-kontenut tal-iskema wara li tiġi adottata din id-Deċiżjoni b'tali mod li dan jista' jaffettwa l-bażi ta' din id-Deċiżjoni, dan it-tibdil għandu jiġi nnotifikat lill-Kummissjoni minnufih. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta t-tibdil innotifikat bil-għan li tistabbilixxi jekk l-iskema tkunx għadha qed tkopri b'mod xieraq il-kriterji ta' sostenibbiltà li għalihom tkun ġiet irrikonoxxuta jew le.

Il-Kummissjoni tista' tħassar din id-Deċiżjoni jekk ikun intwera biċ-ċar li l-iskema ma tkunx implimentat elementi meqjusa bħala deċiżivi għal din id-Deċiżjoni u jekk ikun twettaq ksur serju u strutturali ta' dawk l-elementi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija valida għal perjodu ta' ħames snin.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16.

(2)  ĠU L 350, 28.12.1998, p. 58.


4.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 165/56


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-3 ta' Ġunju 2014

dwar ir-rikonoxximent tas-“Sistema KZR INiG” li turi konformità mal-kriterji ta' sostenibbiltà fid-Direttivi 98/70/KE u 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(2014/325/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 18(6) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 1998 dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/12/KEE (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7c(6) tagħha,

Wara li kkonsultat mal-Kumitat dwar is-Sostenibbiltà tal-Bijofjuwils u l-Bijolikwidi,

Billi:

(1)

Id-Direttivi 98/70/KE u 2009/28/KE jistabbilixxu l-kriterji ta' sostenibbiltà għall-bijofjuwils. L-Artikoli 7b u 7c u l-Anness IV tad-Direttiva 98/70/KE huma simili għall-Artikoli 17 u 18 u l-Anness V tad-Direttiva 2009/28/KE.

(2)

Meta l-bijofjuwils u l-bijolikwidi jkunu jridu jitqiesu għall-finijiet imsemmija fl-Artikolu 17(1)(a), (b) u (c) tad-Direttiva 2009/28/KE, l-Istati Membri għandhom jeżiġu li l-operaturi ekonomiċi juru l-konformità tal-bijofjuwils u tal-bijolikwidi mal-kriterji ta' sostenibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 17(2) sa (5) tad-Direttiva 2009/28/KE.

(3)

Meta operatur ekonomiku jagħti evidenza jew dejta miksuba bi skema volontarja li tirrikonoxxiha l-Kummissjoni, safejn ikun kopert b'dik id-deċiżjoni ta' rikonoxximent, Stat Membru ma għandux jeżiġi li l-fornitur jipprovdi aktar evidenza ta' konformità mal-kriterji ta' sostenibbiltà.

(4)

It-talba biex ikun rikonoxxut li s-“Sistema KZR INiG” turi li l-konsenji tal-bijofjuwil jikkonformaw mal-kriterji ta' sostenibbiltà stabbiliti fid-Direttiva 98/70/KE u fid-Direttiva 2009/28/KE, tressqet l-ewwel lill-Kummissjoni fis-17 ta' Lulju 2012. Il-verżjoni tal-iskema li ntlaqgħet, tressqet fis-17 ta' Diċembru 2013. L-iskema tkopri materja prima kkultivata u maħsuda fl-UE kif ukoll l-iskart u r-residwi mill-UE. L-iskema tkopri l-katina tal-provvista kollha mill-produzzjoni tal-materja prima sad-distribuzzjoni tal-bijofjuwils. Ladarba tiġi rrikonoxxuta, l-iskema għandha tkun disponibbli fil-pjattaforma ta' trasparenza stabbilita bid-Direttiva 2009/28/KE.

(5)

Valutazzjoni tas-“Sistema KZR INiG” sabet li din tkopri kif jixraq il-kriterji ta' sostenibbiltà tad-Direttiva 98/70/KE u tad-Direttiva 2009/28/KE, u tapplika metodoloġija ta' bilanċ tal-massa konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 7c(1) tad-Direttiva 98/70/KE u l-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2009/28/KE.

(6)

L-evalwazzjoni tas-“Sistema KZR INiG” sabet li din tilħaq standards xierqa ta' affidabbiltà, trasparenza u verifika indipendenti u tikkonforma mar-rekwiżiti metodoloġiċi fl-Anness IV tad-Direttiva 98/70/KE u fl-Anness V tad-Direttiva 2009/28/KE.

(7)

Is-“Sistema KZR INiG” ġiet valutata skont il-leġiżlazzjoni li kienet fis-seħħ meta ġiet adottata din id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni. Jekk ikunu saru tibdiliet rilevanti fil-bażi legali, il-Kummissjoni tivvaluta l-iskema biex tistabbilixxi jekk l-iskema għadhiex qed tkopri kif jixraq il-kriterji ta' sostenibbiltà li għalihom hi rikonoxxuta.

(8)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sostenibbiltà tal-Bijofjuwils u l-Bijolikwidi,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-“Sistema KZR INiG” (minn hawn 'il quddiem “l-iskema”) li fis-17 ta' Diċembru 2013 tressqet lill-Kummissjoni għar-rikonoxximent, turi li l-konsenji tal-bijofjuwils jikkonformaw mal-kriterji ta' sostenibbiltà stabbiliti fl-Artikoli 17(3), (4) u (5) tad-Direttiva 2009/28/KE u fl-Artikoli 7b(3), (4) u (5) tad-Direttiva 98/70/KE.

L-iskema fiha wkoll dejta preċiża għall-finijiet tal-Artikolu 17(2) tad-Direttiva 2009/28/KE u tal-Artikolu 7b(2) tad-Direttiva 98/70/KE.

L-iskema tista' tintuża biex turi konformità mal-Artikolu 7c(1) tad-Direttiva 98/70/KE u mal-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2009/28/KE.

Artikolu 2

Jekk wara l-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni, isir xi tibdil fil-kontenut tal-iskema b'tali mod li jaffettwa l-bażi ta' din id-Deċiżjoni, dan it-tibdil għandu jiġi nnotifikat lill-Kummissjoni minnufih. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta t-tibdil innotifikat biex tistabbilixxi jekk l-iskema tkunx għadha qed tkopri kif jixraq il-kriterji ta' sostenibbiltà li għalihom ġiet irrikonoxxuta.

Jekk joħroġ fid-dieher biċ-ċar li l-iskema ma tkunx implimentat elementi meqjusin deċiżivi għal din id-Deċiżjoni u jekk ikun sar ksur serju u strutturali ta' dawk l-elementi, il-Kummissjoni tista' tħassar din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hi valida għal ħames snin.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16.

(2)  ĠU L 350, 28.12.1998, p. 58.