|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 162 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 57 |
|
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
|
ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
|
29.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 162/1 |
It-testi oriġinali NU/KEE biss għandhom effett legali skont id-dritt internazzjonali pubbliku. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu vverifikati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus tan-NU/KEE TRANS/WP.29/343, disponibbli fuq:
http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html
Ir-Regolament Nru 5 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) – Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ fanali ta’ quddiem issiġillati (SB) ta’ vetturi bil-mutur li jitfgħu raġġ tal-passaġġ jew raġġ tas-sewqan Ewropew asimetriku jew it-tnejn
Li jinkorpora t-test validu kollu sa:
Serje ta’ emendi 03 – Data tad-dħul fis-seħħ: 10 ta’ Ġunju 2014
WERREJ
REGOLAMENT
|
1. |
Kamp ta’ applikazzjoni |
|
2. |
Definizzjonijiet |
|
3. |
Applikazzjoni għall-approvazzjoni |
|
4. |
Immarkar |
|
5. |
Approvazzjoni |
|
6. |
Speċifikazzjonijiet ġenerali |
|
7. |
Valuri nominali |
|
8. |
Illuminazzjoni |
|
9. |
Kulur |
|
10. |
Il-kejl tal-iskumdità |
|
11. |
Konformità tal-produzzjoni |
|
12. |
Penali għan-nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni |
|
13. |
Modifiki tat-tip ta’ fanal ta’ quddiem issiġillat (unità SB) u estensjoni tal-approvazzjoni |
|
14. |
Produzzjoni mwaqqfa għalkollox |
|
15. |
Dispożizzjonijiet tranżitorji |
|
16. |
Ismijiet u indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni, u tad-Dipartimenti Amministrattivi |
ANNESSI
|
Anness 1: |
Unitajiet SB għal trakters tal-agrikoltura jew tal-forestrija u vetturi oħra li jimxu bil-mod |
|
Anness 2: |
Komunikazzjoni dwar l-approvazzjoni jew estenzjoni jew irtirar ta’ approvazzjoni jew produzzjoni mwaqqfa għalkollox ta’ tip ta’ fanal ta’ quddiem issiġġilat (unità SB) skont ir-Regolament Nru 5 |
|
Anness 3: |
Rekwiżiti minimi għall-proċeduri ta’ kontroll tal-konformità tal-produzzjoni |
|
Anness 4: |
Eżempji ta’ arranġamenti ta’ marki tal-approvazzjoni |
|
Anness 5: |
Testijiet tal-istabbiltà tal-prestazzjoni fotometrika ta’ fanali ta’ quddiem waqt li qed jintużaw |
|
Anness 6: |
Rekwiżiti għal fanali li jinkorporaw lentijiet ta’ materjal tal-plastik – ittestjar ta’ kampjuni ta’ lentijiet jew ta’ materjal u ta’ fanali kompleti |
|
Appendiċi 1 - |
Ordni kronoloġika tat-testijiet tal-approvazzjoni |
|
Appendiċi 2 - |
Metodu tal-kejl tad-diffużjoni u t-trażmissjoni tad-dawl |
|
Appendiċi 3 - |
Metodu tal-ittestjar bl-isprej |
|
Appendiċi 4 - |
Test tal-adeżjoni tat-tejp adeżiv |
|
Anness 7: |
Rekwiżiti minimi għal teħid ta’ kampjuni minn spettur |
1. KAMP TA’ APPLIKAZZJONI (1)
Dan ir-Regolament japplika għall-fanali ta’ quddiem issiġillati (SB) ta’ vetturi tal-kategorija T (2).
2. DEFINIZZJONIJIET
Għall-fini ta’ dan ir-Regolament,
|
2.1. |
Fanal ta’ quddiem “issiġillat” (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “unità SB”), tfisser unità ta’ fanal ta’ quddiem li l-komponenti tiegħu, inkluż sistema ta’ rifletturi, sistema ta’ lentijiet u sistema waħda jew aktar ta’ sorsi tad-dawl elettriċi kollha jiffurmaw parti minn unità integrali ssiġillata waqt il-manifattura u li ma tistax tiġi żarmata mingħajr ma trendi l-unità kompletament inutli; |
|
2.2. |
“Lenti” tfisser il-komponent ta’ barra nett tal-fanal ta’ quddiem (unità) li tittrażmetti d-dawl minn ġos-superfiċje li jdawwal; |
|
2.3. |
“Kisja” tfisser kwalunkwe prodott jew prodotti applikati f’passata waħda jew iktar fuq il-wiċċ ta’ barra tal-lenti; |
|
2.4. |
L-unitajiet SB jitqiesu li huma ta’ tipi differenti jekk ikunu differenti f’wieħed jew iktar minn dawn l-aspetti essenzjali tal-forma jew tal-karatteristiċi:
|
|
2.5. |
“Il-kulur tad-dawl mormi mill-apparat.” Id-definizzjonijiet tal-kulur tad-dawl mitfugħ, mogħtija fir-Regolament Nru 48 u s-serje ta’ emendi tiegħu li kienu fis-seħħ fiż-żmien tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip għandhom japplikaw ta’ dan ir-Regolament. |
3. APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI
|
3.1. |
L-applikazzjoni għall-approvazzjoni għandha titressaq mill-propjetarju tal-isem jew marka kummerċjali jew mir-rappreżentant akkreditat b’mod xieraq tiegħu. Din għandha tispeċifika:
|
|
3.2. |
Kull applikazzjoni għall-approvazzjoni għandu jkollha magħha:
|
|
3.3. |
Il-materjali li minnhom huma magħmula l-lentijiet u l-kisjiet, jekk ikun hemm, għandhom ikollhom magħhom ir-rapport tat-test tal-karatteristiċi ta’ dawn il-materjali u l-kisjiet jekk dawn ikunu diġà ġew ittestjati. |
|
3.4. |
L-Awtorità Kompetenti għandha tivverifika l-eżistenza ta’ arranġamenti sodisfaċenti biex jiġu żgurati kontrolli effettivi dwar il-konformità tal-produzzjoni qabel ma tingħata approvazzjoni tat-tip. |
4. IMMARKAR (3)
|
4.1. |
L-unitajiet SB imressqa għall-approvazzjoni għandhom juru l-isem jew il-marka kummerċjali tal-applikant. |
|
4.2. |
Għandhom jinkludu, fuq il-lenti ta’ quddiem, spazju kbir biżżejjed fejn titpoġġa l-marka tal-approvazzjoni u s-simboli addizzjonali previsti fil-paragrafu 5 ta’ hawn taħt; l-ispazju għandu jintwera fid-disinji msemmija fil-paragrafu 3.2.1 ta’ hawn fuq. |
|
4.3. |
Għandhom ikollhom, jew fuq il-lenti ta’ quddiem jew fuq il-bodi tagħhom, il-valuri tal-vultaġġ nominali u tal-wattage nominali tal-filament tar-raġġ tas-sewqan, segwiti bil-valur tal-wattage nominali tal-filament tar-raġġ tal-passaġġ, kif ikun applikabbli. |
|
4.4. |
Fil-każ ta’ unitajiet SB maħsuba biex jissodisfaw ir-rekwiżiti kemm ta’ pajjiżi fejn it-traffiku jżomm fuq il-lemin kif ukoll ta’ dawk fejn it-traffiku jżomm fuq ix-xellug, iż-żewġ settings tal-unità fuq il-vettura għandhom jiġu mmarkati bl-ittri “R/D” għall-pożizzjoni tat-traffiku li jżomm fuq il-lemin u bl-ittri “L/G” għall-pożizzjoni tat-traffiku li jżomm fuq ix-xellug. |
|
4.5. |
L-ismijiet jew marki kummerċjali u l-immarkar previsti skont dan il-paragrafu 4 għandhom ikunu jinqraw b’mod ċar u ma jkunu jistgħu jitħassru. |
5. APPROVAZZJONI
5.1. Ġenerali
5.1.1. Għandha tingħata l-approvazzjoni jekk il-kampjuni kollha tat-tip ta’ fanali ta’ quddiem ippreżentati skont il-paragrafu 3 ta’ hawn fuq jissodisfaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.
5.1.2. Meta fanali raggruppati, ikkombinati jew inkorporati reċiprokament jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ iktar minn Regolament wieħed, marka tal-approvazzjoni internazzjonali waħda tista’ titwaħħal sakemm kull wieħed mill-fanali raggruppati, ikkombinati jew inkorporati reċiprokament jissodisfa d-dispożizzjonijiet applikabbli għalih.
5.1.3. Għandu jiġi assenjat numru tal-approvazzjoni lil kull tip approvat. L-istess Parti Kontraenti ma għandhiex tagħti l-istess numru lil tip ieħor ta’ fanal ta’ quddiem kopert minn dan ir-Regolament ħlief fil-każ ta’ estensjoni tal-approvazzjoni għal apparat li jvarja biss fil-kulur tad-dawl mitfugħ.
5.1.4. In-notifika ta’ approvazzjoni jew ta’ estenzjoni jew rifjut jew irtirar ta’ approvazzjoni jew produzzjoni mwaqqfa għalkollox ta’ tip ta’ fanal ta’ quddiem skont dan ir-Regolament għandhom jintbagħtu lill-Partijiet tal-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament.
5.1.5. Minbarra l-marka preskritta fil-paragrafu 4.1, għandha titwaħħal marka tal-approvazzjoni kif deskritta fil-paragrafi 5.2.u 5.3 ta’ hawn taħt fl-ispazji msemmija fil-paragrafu 4.2 ta’ hawn fuq ma’ kull fanal ta’ quddiem li jikkonforma ma’ tip approvat skont dan ir-Regolament.
5.2. Kompożizzjoni tal-marka tal-approvazzjoni
Il-marka tal-approvazzjoni għandha tikkonsisti f’:
5.2.1. Marka tal-approvazzjoni internazzjonali, li tinkludi:
|
5.2.1.1. |
Ċirku madwar l-ittra “E” segwit min-numru li jiddistingwi l-pajjiż li ta l-approvazzjoni (4); |
|
5.2.1.2. |
In-numru tal-approvazzjoni preskritt fil-paragrafu 5.1.3 ta’ hawn fuq; |
5.2.2. Is-simbolu (jew simboli) addizzjonali li ġejjin:
|
5.2.2.1. |
Fuq fanali ta’ quddiem SB li jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-traffiku fuq in-naħa tax-xellug biss, vleġġa orizzontali li tipponta lejn il-lemin ta’ osservatur li jkun qiegħed faċċata tal-fanal ta’ quddiem SB, jiġifieri fuq in-naħa tat-triq li fiha jimxi t-traffiku; |
|
5.2.2.2. |
Fuq il-fanali ta’ quddiem maħsuba biex jissodisfaw ir-rekwiżiti taż-żewġ sistemi tat-traffiku permezz ta’ aġġustament xieraq tal-issettjar tal-fanal ta’ quddiem, vleġġa orizzontali b’ponta fuq kull naħa, bil-ponot jippuntaw rispettivament lejn ix-xellug u lejn il-lemin; |
|
5.2.2.3. |
Fuq fanali ta’ quddiem li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tar-raġġ tal-passaġġ biss, l-ittri “SC”; |
|
5.2.2.4. |
Fuq fanali ta’ quddiem li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tar-raġġ tal-passaġġ biss, l-ittri “SR”; |
|
5.2.2.5. |
Fuq fanali ta’ quddiem li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament fir-rigward kemm tar-raġġ tal-passaġġ kif ukoll tar-raġġ tas-sewqan, l-ittri “SCR”; |
|
5.2.2.6. |
Fuq fanali ta’ quddiem li jinkorporaw lenti magħmula minn materjal tal-plastik, il-grupp tal-ittri “PL” irid jitwaħħal ħdejn is-simboli preskritti fil-paragrafi 5.2.2.3 sa 5.2.2.5 ta’ hawn fuq; |
|
5.2.2.7. |
F’kull każ il-modalità ta’ tħaddim rilevanti użata waqt il-proċedura li jmiss skont il-paragrafu 1.1.1.1 tal-Anness 5 u l-vultaġġ(i) permess(i) skont il-paragrafu 1.1.1.2 tal-Anness 5 għandhom jiġu stipulati fuq iċ-ċertifikati tal-approvazzjoni u fuq il-formola tal-komunikazzjoni trażmessi lill-pajjiżi li huma l-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim u li japplikaw dan ir-Regolament. Fil-każijiet korrispondenti l-apparat għandu jiġi mmarkat kif ġej: Fuq unitajiet li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament li huma ddisinjati b’tali mod li l-filament tar-raġġ tal-passaġġ ma jkunx jista’ jinxtegħel fl-istess ħin ma’ kwalunkwe funzjoni oħra tat-tidwil li magħha jista’ jkun inkorporat reċiprokament: Simbolu dijagonali (/) għandu jitqiegħed wara s-simbolu tal-fanal b’raġġ tal-passaġġ fil-marka tal-approvazzjoni. |
|
5.2.2.8. |
Iż-żewġ ċifri tan-numru tal-approvazzjoni (fil-preżent 02) li jindikaw is-serje ta’ emendi li jinkorporaw l-emendi tekniċi prinċipali l-aktar riċenti li saru fir-Regolament fiż-żmien li fih inħarġet l-approvazzjoni u, jekk hemm bżonn, il-vleġġa meħtieġa, tista’ tiġi mmarkata viċin is-simboli addizzjonali msemmija hawn fuq; |
|
5.2.2.9. |
Il-marki u s-simboli msemmija fil-paragrafi 5.2.1 u 5.2.2 ta’ hawn fuq għandhom ikunu jinqraw b’mod ċar u ma jistgħux jitħassru anke meta l-fanal ta’ quddiem jitwaħħal fil-vettura. |
5.3. Arranġament tal-marka tal-approvazzjoni
5.3.1. Fanali indipendenti
L-Anness 4, il-Figuri 1 sa 9, ta’ dan ir-Regolament jagħtu eżempji ta’ arranġamenti tal-marka tal-approvazzjoni tas-simboli addizzjonali msemmija hawn fuq.
5.3.2. Fanali raggruppati, ikkombinati jew inkorporati reċiprokament
|
5.3.2.1. |
Meta jinstab li fanali raggruppati, ikkombinati jew inkorporati reċiprokament ikunu konformi mar-rekwiżiti ta’ diversi Regolamenti, tista’ titwaħħal marka tal-approvazzjoni internazzjonali waħda, li tikkonsisti minn ċirku madwar l-ittra “E” segwit min-numru distintiv tal-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni, u numru tal-approvazzjoni. Din il-marka tal-approvazzjoni tista’ tkun fi kwalunkwe post fuq il-fanali raggruppati, ikkombinati jew inkorporati reċiprokament sakemm:
|
|
5.3.2.2. |
Is-simbolu tal-identifikazzjoni għal kull fanal, xieraq għal kull Regolament li taħtu tkun ingħatat l-approvazzjoni, flimkien mas-serje korrispondenti ta’ emendi li jinkorporaw l-emendi tekniċi prinċipali l-aktar reċenti għar-Regolament fiż-żmien li fih inħarġet l-approvazzjoni u, jekk ikun neċessarju, il-vleġġa meħtieġa għandha tkun immarkata:
|
|
5.3.2.3. |
Id-daqs tal-komponenti ta’ marka tal-approvazzjoni waħda m’għandux ikun inqas mid-daqs minimu meħtieġ għall-iċken fost il-marki individwali permezz tar-Regolament li taħtu tkun ingħatat l-approvazzjoni. |
|
5.3.2.4. |
Għandu jiġi assenjat numru tal-approvazzjoni lil kull tip approvat. L-istess Parti Kontraenti ma tistax tassenja l-istess numru lil tip ieħor ta’ fanali raggruppati, ikkombinati jew inkorporati reċiprokament koperti minn dan ir-Regolament. |
|
5.3.2.5. |
Fl-Anness 4, il-Figura 10, ta’ dan ir-Regolament tagħti eżempji ta’ arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni għall-fanali raggruppati, ikkombinati jew inkorporati reċiprokament bis-simboli addizzjonali kollha msemmija hawn fuq. |
5.3.3. Fanali, li l-lentijiet tagħhom jintużaw għal tipi differenti ta’ fanali ta’ quddiem u li jistgħu jiġu inkorporati reċiprokament jew raggruppati ma’ fanali oħrajn
Id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 5.3.2 ta’ hawn fuq huma applikabbli.
|
5.3.3.1. |
Barra minn hekk, fejn tintuża l-istess lenti, din jista’ jkollha fuqha marki tal-approvazzjoni differenti relatati mat-tipi differenti ta’ fanali ta’ quddiem jew ta’ unitajiet ta’ fanali, sakemm il-bodi prinċipali tal-fanal ta’ quddiem, anki jekk ma jistax jiġi sseparat mil-lenti, jinkludi wkoll l-ispazju deskritt fil-paragrafu 4.2 ta’ hawn fuq u jkollu l-marki tal-approvazzjoni tal-funzjonijiet proprji.
Jekk tipi differenti ta’ fanali ta’ quddiem jinkludu l-istess bodi prinċipali, din tista’ tingħata marki ta’ approvazzjoni differenti. |
|
5.3.3.2. |
Fl-Anness 4, il-Figura 11, ta’ dan ir-Regolament tagħti eżempji ta’ arranġamenti ta’ marki tal-approvazzjoni relatati mal-każ imsemmi hawn fuq. |
6. SPEĊIFIKAZZJONIJIET ĠENERALI
|
6.1. |
Kull kampjun għandu jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet imsemmija f’dan il-paragrafu 6 u fil-paragrafi 7 u 8 ta’ hawn taħt u, jekk meħtieġ, ma’ dawk imsemmija fil-paragrafu 9. |
|
6.2. |
L-unitajiet SB għandhom ikunu magħmula b’tali mod li jżommu l-karatteristiċi fotometriċi preskritti tagħhom u li jibqgħu jaħdmu sew meta jintużaw normalment, minkejja l-vibrazzjonijiet li jistgħu jkunu soġġetti għalihom. |
|
6.2.1. |
Il-fanali ta’ quddiem għandhom ikunu mgħammra b’apparat li bih jistgħu jkunu aġġustati fuq il-vettura sabiex jikkonformaw mar-regoli applikabbli għalihom. Dan l-apparat m’għandux għalfejn ikun immuntat fuq il-protezzjoni tal-fanal ta’ quddiem SB, jekk it-tali twaħħil isir biss fuq vetturi li fuqhom is-setting tal-fanal ta’ quddiem jista’ jiġi aġġustat b’xi mezzi oħra. Meta fanal ta’ quddiem SB li jipprovdi raġġ tas-sewqan u fanal ta’ quddiem SB li jipprovdi raġġ tal-passaġġ jiġu mmuntati bħala sottounitajiet skambjabbli biex jiffurmaw unità komposta, l-apparat li jaġġusta għandu jippermetti li kull unità SB individwali tkun tista’ tiġi aġġustata b’mod individwali kif ikun hemm bżonn. |
|
6.2.2. |
Madankollu, dan mhux applikabbli għal sistemi ta’ fanali ta’ quddiem li r-rifletturi tagħhom ma jistgħux jiġu diviżi. Għal dan it-tip ta’ mmuntar japplikaw ir-rekwiżiti tal-paragrafu 8 ta’ dan ir-Regolament. Fil-każ li jintużaw aktar minn sors tad-dawl wieħed biex jipprovdu r-raġġ ewlieni, il-funzjonijiet tar-raġġ ewlieni kkombinati għandhom jintużaw biex jiġi iddeterminat il-valur massimu tal-illuminazzjoni (E max). |
|
6.3. |
It-terminali għandhom ikunu f’kuntatt elettriku mal-filamenti jew filamenti xieraq/xierqa biss u għandhom ikunu robusti u mwaħħlin sew mal-unità. |
|
6.4. |
Jekk l-unitajiet ikunu tondi, dawn għandu jkollhom il-karatteristiċi fiżiċi u l-konnessjonijiet elettriċi li jidhru fl-istampi SB2 - SB7 fl-Anness 4 u d-dimensjonijiet tagħhom għandhom ikunu kif indikati fl-istampa. |
|
6.5. |
L-unitajiet SB ddisinjati biex jissodisfaw ir-rekwiżiti kemm ta’ pajjiżi fejn it-traffiku jżomm fuq in-naħa tal-lemin kif ukoll ta’ dawk fejn jżomm fuq in-naħa tax-xellug jistgħu jiġu adattati għal traffiku fuq naħa speċifika tat-triq jew permezz ta’ aġġustament xieraq inizjali meta jiġu mmuntati fuq il-vettura jew permezz ta’ ssettjar selettiv mill-utent. Dan is-setting inizjali jew selettiv jista’ jikkonsisti, pereżempju, fit-twaħħil tas-settjar angulari tal-unità fuq il-vettura. Fil-każijiet kollha, għandhom ikunu possibbli biss żewġ pożizzjonijiet preċiżi ta’ ssettjar, waħda għat-traffiku li jżomm fuq il-lemin u waħda għat-traffiku jżomm fuq ix-xellug, u d-disinn għandu jipprekludi ċ-ċaqliq involontarju tal-unità minn pożizzjoni waħda għall-oħra jew is-settjar tiegħu f’pożizzjoni intermedja. Il-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan il-paragrafu għandha tiġi vverifikata viżwalment u, fejn meħtieġ, b’immuntar bi prova. |
|
6.6. |
Testijiet kumplementari għandhom jitwettqu skont ir-rekwiżiti tal-Anness 5 sabiex jiġi żgurat li ma jkunx hemm tibdil eċċessiv fil-prestazzjoni fotometrika. |
|
6.7. |
Jekk il-lenti tal-fanal ta’ quddiem tkun magħmula minn materjal tal-plastik, it-testijiet għandhom jitwettqu skont ir-rekwiżiti tal-Anness 6. |
7. VALURI NOMINALI
|
7.1. |
Il-valuri tal-vultaġġ nominali huma: 6, 12 u 24 volts (5). |
|
7.2. |
Il-potenza kkunsmata bil-vultaġġ tat-test minn kwalunkwe unità SB sottomessa m’għandhiex tkun ogħla mill-wattage nominali mmarkat fuq l-unità, b’aktar mill-perċentwal speċifikat fit-Tabella 1. Ma huwa speċifikat ebda limitu minimu għat-tolleranza fuq il-wattage iżda għandhom jinkisbu l-valuri minimi ta’ illuminazzjoni speċifikati fit-Tabella 2 tal-paragrafu 8.8..
Tabella 1
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
8. ILLUMINAZZJONI (6)
|
8.1. |
L-unitajiet SB għandhom ikunu magħmula b’mod li jagħtu illuminazzjoni adegwata mingħajr ma jgħammxu l-għajnejn meta jitfgħu raġġ tal-passaġġ, u illuminazzjoni tajba meta jitfgħu raġġ tas-sewqan. |
|
8.2. |
L-illuminazzjoni mitfugħa mill-unità għandha tiġi ċċekkjata fuq skrin vertikali mqiegħed f’distanza ta’ 25 m quddiem l-unità u perpendikulari mal-assi tagħha (ara l-Anness 4, stampi SB8a and SB8b). |
|
8.3. |
Ir-raġġ tal-passaġġ irid jipproduċi “punt tal-qtugħ” definit biżżejjed li permezz tiegħu jippermetti allinjament sodisfaċenti. Il-“punt tal-qtugħ” għandu jkun linja orizzontali fuq in-naħa l-oħra tad-direzzjoni tat-traffiku li għalih hija prevista l-unità; fuq in-naħa l-oħra dan għandu jkun orizzontali jew f’angolu ta’ 15° ‘il fuq mil-linja orizzontali. |
|
8.4. |
L-unità SB għandha tkun immirata b’tali mod li fuq ir-raġġ tal-passaġġ:
|
|
8.5. |
Meta tkun immirata f’din id-direzzjoni, l-unità trid, jekk l-approvazzjoni tagħha tintalab għal raġġ tal-passaġġ biss (9), tissodisfa biss ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 8.8 ta’ hawn taħt; jekk tkun maħsuba biex tipprovdi kemm raġġ tal-passaġġ kif ukoll raġġ tas-sewqan l-unità għandha tissodisfa r-rekwiżiti msemmija fil-paragrafi 8.8 u 8.9. |
|
8.6. |
Meta unità SB li tkun immirata f’din id-direzzjoni ma tissodisfax ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafi 8.8 sa 8.9 ta’ hawn taħt, l-allinjament tagħha jista’ jitbiddel, sakemm l-assi tar-raġġ ma jiġix spostjat lateralment b’aktar minn 1° (= 44 cm) lejn il-lemin jew lejn ix-xellug (10). Biex jiġi ffaċilitat l-allinjament permezz tal-“punt tal-qtugħ”, l-unità tista’ tiġi mgħottija parzjalment sabiex il-“punt tal-qtugħ” isir aktar definit. |
|
8.7. |
Fil-każ ta’ unità SB li tipprovdi raġġ tas-sewqan biss, din għandha tiġi aġġustata b’mod li l-erja tal-illuminazzjoni massima tkun iċċentrata fuq il-punt tal-intersezzjoni HV tal-linji hh u vv; din l-unità għandha tissodisfa biss ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 8.9. |
|
8.8. |
L-illuminazzjoni prodotta mir-raġġ tal-passaġġ fuq l-iskrin għandha tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:
Tabella 2
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
8.8.1. |
Ma għandu jkun hemm l-ebda varjazzjoni laterali li tnaqqas mill-viżibilità tajba fi kwalunkwe waħda miż-żoni I, II, III u IV; |
|
8.8.2. |
L-unitajiet SB iddisinjati biex jissodisfaw ir-rekwiżiti kemm tat-traffiku li jżomm fuq il-lemin kif ukoll tat-traffiku li jżomm fuq ix-xellug iridu, f’kull waħda miż-żewġ pożizzjonijiet ta’ ssettjar, jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti hawn fuq għad-direzzjoni korrispondenti tat-traffiku. |
|
8.9. |
Fil-każ ta’ unità SB iddisinjata biex tipprovdi raġġ tas-sewqan u raġġ tal-passaġġ, għandu jittieħed kejl tal-illuminazzjoni prodotta fuq l-iskrin mir-raġġ tas-sewqan bl-istess allinjament u vultaġġ tal-unità bħal dawk użati għall-kejl skont il-paragrafu 8.8 ta’ hawn fuq. |
|
8.10. |
L-illuminazzjoni prodotta fuq l-iskrin mir-raġġ tas-sewqan għandha tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:
|
|
8.11. |
Il-valuri tal-illuminazzjoni fuq l-iskrin imsemmija fil-paragrafi 8.8 u 8.9 ta’ hawn fuq għandhom jitkejlu permezz ta’ ċellula fotoelettrika, li l-parti effettiva tagħha għandha tkun toqgħod fi kwadru ta’ 65 mm kull naħa. |
9. KULUR
Id-dawl mormi għandu jkun abjad;
10. IL-KEJL TAL-ISKUMDITÀ
Għandha titkejjel l-iskumdità kkawżata mir-raġġ tal-passaġġ tal-unitajiet SB (11).
11. KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI
|
11.1. |
Il-fanali ta’ quddiem approvati skont dan ir-Regolament għandhom jiġu mmanifatturati b’mod li jikkonformaw mat-tip approvat billi jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 8 u 9. |
|
11.2. |
Sabiex jiġi vverifikat li r-rekwiżiti tal-paragrafu 11.1 ġew issodisfati, għandhom isiru kontrolli adegwati tal-produzzjoni. |
|
11.3. |
Id-detentur tal-approvazzjoni għandu, b’mod partikolari:
|
|
11.4. |
L-Awtorità Kompetenti li tat l-approvazzjoni tat-tip tista’, meta jidhrilha, tivverifika l-metodi ta’ kontroll tal-konformità applikabbli għal kull unità ta’ produzzjoni. |
|
11.4.1. |
F’kull spezzjoni, il-kotba tat-test u r-reġistri tal-istħarriġ dwar il-produzzjoni għandhom jiġu preżentati lill-ispettur li jkun żar il-post. |
|
11.4.2. |
L-ispettur jista’ jieħu kampjuni b’mod aleatorju biex jiġu ttestjati fil-laboratorju tal-manifattur. In-numru minimu ta’ kampjuni jista’ jiġi determinat fid-dawl tar-riżultati tal-kontrolli tal-manifattur stess. |
|
11.4.3. |
Meta l-livell tal-kwalità jidher li mhux sodisfaċenti jew meta jidher li jenħtieġ li tiġi verifikata l-validità tat-testijiet imwettqa fl-applikazzjoni tal-paragrafu 11.4.2. imsemmi qabel, l-ispettur għandu jagħżel kampjuni, sabiex jintbagħtu lis-Servizz Tekniku tekniku li jkun wettaq it-testijiet tal-approvazzjoni tat-tip, permezz tal-kriterji tal-Anness 7. |
|
11.4.4. |
L-Awtorità Kompetenti tista’ twettaq kwalunkwe test provdut f’dan ir-Regolament. Dawn it-testijiet għandhom ikunu fuq kampjuni magħżulin b’mod aleatorju mingħajr ma jtellfu lill-manifatturi fil-kunsinna tagħhom u skont il-kriterji tal-Anness 7. |
|
11.4.5. |
L-Awtorità Kompetenti għandha tagħmel ħilitha biex twettaq spezzjoni kull sentejn. Madanakollu, dan huwa fid-diskrezzjoni tal-Awtorità Kompetenti u l-kunfidenza tagħhom fl-arranġamenti biex ikun żgurat kontroll effettiv tal-konformità tal-produzzjoni. Fil-każ li jiġu rreġistrati riżultati negattivi, l-Awtorità Kompetenti għandha tiżgura ruħha li jittieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex mill-aktar fis possibbli tiġi stabbilita mill-ġdid il-konformità tal-produzzjoni. |
|
11.5. |
Fanali ta’ quddiem b’difetti evidenti ma jiġux ikkunsidrati. |
|
11.6. |
Il-marka ta’ referenza ma tiġix ikkunsidrata. |
12. PENALI GĦAN-NUQQAS TA’ KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI
|
12.1. |
L-approvazzjoni mogħtija fir-rigward ta’ unità SB skont dan ir-Regolament tista’ tiġi rtirata jekk ir-rekwiżiti msemmija hawn fuq ma jiġux issodisfati, jew jekk unità li jkollha l-marka tal-approvazzjoni ma tikkonformax mat-tip approvat. |
|
12.2. |
Jekk Parti Kontraenti għall-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira approvazzjoni li tkun tat preċedentement, minnufih għandha tinnotifika b’dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament. |
13. MODIFIKI TAT-TIP TA’ FANAL TA’ QUDDIEM ISSIĠILLAT (UNITÀ SB) U ESTENSJONI TAL-APPROVAZZJONI
|
13.1. |
Kull modifika tat-tip ta’ fanal ta’ quddiem issiġillat (unità SB) għandha tiġi nnotifikata lid-Dipartiment Amministrattiv li jkun approva t-tip ta’ fanal ta’ quddiem issiġillat (unità SB). Id-dipartiment imbagħad jista’ jew:
|
|
13.2. |
Konferma jew rifjut ta’ approvazzjoni, li tispeċifika l-alterazzjonijiet, għandha tiġi kkomunikata bil-proċedura speċifikata fil-paragrafu 5.1.4 ta’ hawn fuq lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament. |
|
13.3. |
L-Awtorità Kompetenti li toħroġ l-estensjoni tal-approvazzjoni għandha tagħti numru tas-serje lil kull formola tal-komunikazzjoni kkompilata għal tali estensjoni u għandha tinforma b’dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim tal-1958 li qed japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola tal-komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament. |
14. PRODUZZJONI MWAQQFA GĦALKOLLOX
Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jieqaf għalkollox mill-manifattura ta’ apparat approvat skont dan ir-Regolament huwa għandu jinforma b’dan lill-awtorità li tkun tat l-approvazzjoni. Malli tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti, dik l-awtorità għandha tinforma b’dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament.
15. DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI
|
15.1. |
Minn tnax-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 03 ta’ dan ir-Regolament, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jieqfu jagħtu approvazzjonijiet skont dan ir-Regolament. |
|
15.2. |
Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament m’għandhomx jirrifjutaw li jagħtu estensjonijiet tal-approvazzjoni għal din is-serje ta’ emendi jew xi serje ta’ emendi preċedenti ta’ dan ir-Regolament. |
|
15.3. |
L-approvazzjonijiet eżistenti mogħtija qabel id-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 3 ta’ dan ir-Regolament u l-estensjonijiet kollha tal-approvazzjonijiet, inkluż dawk tas-serje ta’ emendi preċedenti ta’ dan ir-Regolament mogħtija sussegwentement, għandhom jibqgħu validi indefinittivament. |
|
15.4. |
Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jibqgħu joħorġu approvazzjonijiet għall-fanali ta’ quddiem abbażi ta’ dan u ta’ kwalunkwe serje ta’ emendi preċedenti ta’ dan ir-Regolament, sakemm il-fanali ta’ quddiem ikunu intiżi bħala sostituzzjonijiet li jiġu armati fuq vetturi użati. |
|
15.5. |
Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jibqgħu jippermettu t-twaħħil ta’ fanali ta’ quddiem approvati skont dan ir-Regolament fuq vetturi jew tip ta’ vetturi. |
|
15.6. |
Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jibqgħu jippermettu t-twaħħil jew l-użu ta’ fanali ta’ quddiem approvati skont dan ir-Regolament kif emendat minn kwalunkwe serje ta’ emendi preċedenti, sakemm il-fanali ta’ quddiem ikunu intiżi bħala sostituzzjoni. |
16. ISMIJIET U INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI MIT-TWETTIQ TAT-TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI U TAD-DIPARTIMENTI AMMINISTRATTIVI
Il-Partijiet għall-Ftehim tal-1958 li qed japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-servizzi tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tad-Dipartimenti Amministrattivi li jagħtu l-approvazzjoni u fejn għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew ir-rifjut jew l-irtirar tal-approvazzjoni, jew tal-produzzjoni imwaqqfa għalkollox, maħruġa f’pajjiżi oħra.
(1) Xejn f’dan ir-Regolament ma għandu jwaqqaf lil Parti għall-Ftehim li qed tapplika dan ir-Regolament milli tipprojbixxi li fanal ta’ quddiem li jinkorpora lenti ta’ materjal tal-plastik approvata skont dan ir-Regolament tintuża tintuża flimkien ma’ apparat mekkaniku għat-tindif tal-fanal ta’ quddiem (ma’ wajpers).
(2) Kif definit fl-Anness 7 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), (dokument TRANS/WP.29/78/Rev.1/Amend.2 kif emendat l-aħħar bl-Emenda 4).
(3) Fil-każ ta’ unitajiet SB maħsuba biex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ traffiku li jgħaddi fuq naħa waħda biss tat-triq (jew il-lemin jew ix-xellug), huwa rrakkomandat ukoll li l-kontorni tal-erja li tista’ titgħatta, sabiex ma jkunx hemm skumdità għall-utenti f’pajjiż fejn it-traffiku jgħaddi fuq in-naħa tat-triq opposta għal dik tal-pajjiż li għalih tkun maħsuba l-unità SB, għandhom ikunu mmarkati b’mod li ma jistax jitħassar fuq il-lenti ta’ quddiem. Madanakollu, dan l-immarkar mhux neċessarju meta l-erja tidher b’mod ċar mid-disinn.
(4) In-numri li jiddistingwu l-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tal-1958 huma riprodotti fl-Anness 3 għar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), dokument TRANS/WP.29/78/Rev.2/Amend.1.
(5) L-unitajiet ta’ 24 volts qed jiġu kkunsidrati.
(*1) Fil-każ ta’ unitajiet SB b’filamenti doppji, il-kampjuni jistgħu jiġu sottomessi għall-approvazzjoni għaż-żewġ funzjonijiet jew għar-raġġ tal-passaġġ biss.
(6) Il-kejl fotometriku kollu għandu jitwettaq bil-vultaġġ tat-test speċifikat fil-paragrafu 7.
(7) L-iskrin tat-test għandu jkun wiesa’ biżżejjed li jippermetti li l-“punt tal-qtugħ” jiġi eżaminat fuq medda ta’ mill-anqas 5 fuq kull naħa tal-linja vv.
(8) Jekk, fil-każ ta’ unità ddisinjata biex tissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tar-raġġ tal-passaġġ biss, l-assi fokali tiddifferixxi sostanzjalment mid-direzzjoni ġenerali tar-raġġ, għandu jsir aġġustament laterali fl-aħjar mod li jissodisfa r-rekwiżiti għall-illuminazzjoni fil-punti 75 R u 50 R għat-traffiku li jżomm fuq il-lemin u 75 L u 50 L għat-traffiku li jżomm fuq ix-xellug.
(9) Unità ddisinjata biex tarmi raġġ tal-passaġġ tista’ tinkorpora raġġ tas-sewqan li mhux konformi ma’ din l-ispeċifikazzjoni.
(10) Il-limitu tal-allinjament mill-ġdid ta’ 1° lejn il-lemin jew lejn ix-xellug mhuwiex inkompatibbli mal-allinjament mill-ġdid vertikali, li huwa limitat biss mill-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 8.9.
(11) Dan ir-rekwiżit se jkun soġġett għal rakkomandazzjoni għall-benefiċċju tal-amministrazzjonijiet.
ANNESS 1
UNITAJIET SB GĦAL TRAKTERS TAL-AGRIKOLTURA JEW TAL-FORESTRIJA U VETTURI OĦRA LI JIMXU BIL-MOD
|
1. |
Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw ukoll għal unitajiet SB speċjali għal trakters tal-agrikoltura jew tal-forestrija u vetturi oħra li jimxu bil-mod, li huma maħsuba biex jipprovdu kemm raġġ tas-sewqan kif ukoll raġġ tal-passaġġ u li jkollhom dijametru (*1)/ta’ inqas minn 160 mm, bil-modifiki li ġejjin: |
|
1.1. |
Ir-rekwiżit minimu għall-illuminazzjoni stipulat fil-paragrafu 8.8 ta’ dan ir-Regolament għandu jitnaqqas proporzjonalment
soġġett għal-limiti inferjuri assoluti li ġejjin:
|
|
1.2. |
Minflok is-simboli previsti fil-paragrafu 5.2.2 ta’ dan ir-Regolament, l-unità għandha tiġi mmarkata bl-ittri “SM” fi trijangolu maqlub. |
(*1) Jekk l-erja projettata tar-riflettur ma tkunx tonda, id-dijametru għandu jkun dak ta’ ċirku li jkollu l-istess erja bħall-erja projettata tas-superfiċje utli apparenti tar-riflettur.
ANNESS 3
REKWIŻITI MINIMI GĦALL-PROĊEDURI TA’ KONTROLL TAL-KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI
1. ĠENERALI
1.1. Ir-rekwiżiti tal-konformità għandhom jitqiesu ssodisfati mil-lat mekkaniku u ġeometriku, jekk id-differenzi ma jeċċedux id-devjazzjonijiet inevitabbli fil-manifattura skont ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.
1.2. Fir-rigward tal-prestazzjonijiet fotometriċi, il-konformità tal-fanali ta’ quddiem prodotti fi kwantità kbira m’għandhiex tkun ikkontestata jekk, meta jiġu ttestjati l-prestazzjonijiet fotometriċi ta’ kwalunkwe fanal ta’ quddiem magħżul b’mod aleatorju:
|
1.2.1. |
ebda valur imkejjel ma jiddevja b’mod mhux favorevoli b’iktar minn 20 fil-mija mill-valuri preskritti f’dan ir-Regolament. Għall-valuri B 50 L (jew R) u ż-żona III, id-devjazzjoni mhux favorevoli massima tista’ tkun rispettivament ta’:
|
|
1.2.2. |
jew jekk
|
|
1.2.3. |
Jekk ir-riżultati tat-testijiet deskritti hawn fuq ma jissodisfawx ir-rekwiżiti, jista’ jinbidel l-allinjament tal-fanal ta’ quddiem, sakemm l-assi tar-raġġ ma jiġix spostjat lateralment b’aktar minn 1° lejn il-lemin jew lejn ix-xellug (2). |
1.3. Fir-rigward tal-verifika tat-tibdil fil-pożizzjoni vertikali tal-linja tal-punt tal-qtugħ bl-effett tas-sħana, għandha tiġi applikata l-proċedura li ġejja:
Wieħed mill-fanali ta’ quddiem li jintużaw bħala kampjuni għandu jiġi ttestjat skont il-proċedura deskritta fil-paragrafu 2.1 tal-Anness 5 wara li jiġi soġġett għaċ-ċiklu deskritt fil-paragrafu 2.2.2 tal-Anness 5 għal tliet darbiet konsekuttivi.
Il-fanal ta’ quddiem għandu jitqies bħala aċċettabbli jekk Δr ma jkunx aktar minn 1,5 mrad.
Jekk dan il-valur ikun ogħla minn 1,5 mrad iżda mhux ogħla minn 2,0 mrad, fanal ta’ quddiem ieħor għandu jiġi soġġett għat-test, li warajh il-medja tal-valuri assoluti rreġistrati għaż-żewġ kampjuni ma għandiex tkun ogħla minn 1,5 mrad.
1.4. Għandu jkun hemm konformità mal-koordinati tal-kromatiċità.
2. REKWIŻITI MINIMI GĦALL-VERIFIKA TAL-KONFORMITÀ MILL-MANIFATTUR
Għal kull tip ta’ fanal ta’ quddiem, id-detentur tal-marka tal-approvazzjoni għandu jwettaq mill-inqas dawn it-testijiet, f’intervalli xierqa. It-testijiet għandhom jitwettqu skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.
Jekk xi kampjuni juru nuqqas ta’ konformità fir-rigward tat-tip ta’ test ikkonċernat, iridu jerġgħu jittieħdu kampjuni oħra biex jiġu ttestjati. Il-manifattur għandu jieħu passi biex jiżgura l-konformità tal-produzzjoni kkonċernata.
2.1. Natura tat-testijiet
It-testijiet ta’ konformità f’dan ir-Regolament għandhom ikopru l-karatteristiċi fotometriċi u l-verifika tat-tibdil fil-pożizzjoni vertikali tal-linja tal-punt tal-qtugħ bl-effett tas-sħana.
2.2. Metodi użati fit-testijiet
|
2.2.1. |
Ġeneralment, it-testijiet għandhom jitwettqu skont il-metodi stabbiliti f’dan ir-Regolament. |
|
2.2.2. |
Fi kwalunkwe test tal-konformità mwettaq mill-manifattur, metodi ekwivalenti bil-kunsens tal-Awtorità Kompetenti responsabbli għat-testijiet tal-approvazzjoni. Il-manifattur huwa responsabbli biex jipprova li l-metodi applikati jkunu ekwivalenti għal dawk stabbiliti f’dan ir-Regolament. |
|
2.2.3. |
L-applikazzjoni tal-paragrafi 2.2.1 u 2.2.2 teħtieġ kalibrar regolari tal-apparat tat-test u l-korrelazzjoni tiegħu mal-kejl magħmul minn Awtorità Kompetenti. |
|
2.2.4. |
Fil-każijiet kollha l-metodi ta’ referenza għandhom ikunu dawk ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari għall-fini ta’ verifika amministrattiva u teħid ta’ kampjuni. |
2.3. Natura ta’ teħid ta’ kampjuni
Kampjuni ta’ fanali ta’ quddiem għandhom jingħażlu b’mod aleatorju mill-produzzjoni ta’ lott uniformi. Lott uniformi ifisser set ta’ fanali ta’ quddiem tal-istess tip, definit skont il-metodi tal-produzzjoni tal-manifattur.
L-evalwazzjoni għandha ġeneralment tkopri produzzjoni tas-serje minn fabbriki individwali. Madankollu, manifattur jista’ jiggrupa flimkien dokumenti li jikkonċernaw l-istess tip minn fabbriki differenti sakemm dawn joperaw taħt l-istess sistema ta’ kwalità u ta’ ġestjoni tal-kwalità.
2.4. Karatteristiċi fotometriċi mkejlin u rreġistrati
Il-fanali ta’ quddiem li jintużaw bħala kampjuni għandhom jiġu soġġetti għal kejl fotometriku fil-punti msemmija fir-Regolament, u l-qari tal-kejl jiġi limitat għall-punti Emax, HV (3), HL, HR (4) fil-każ ta’ raġġ tas-sewqan, u għall-punti B 50 L (jew R), HV, 75 R (jew L) u 25 L (jew R) fil-każ tar-raġġ tal-passaġġ (ara l-figura fl-Anness 4).
2.5. Il-kriterji li jirregolaw l-aċċettabilità
Il-manifattur huwa responsabbli biex iwettaq studju statistiku tar-riżultati tal-ittestjar u biex jiddefinixxi, bi ftehim mal-Awtorità Kompetenti, il-kriterji li jirregolaw l-aċċettabilità tal-prodotti tiegħu sabiex jiġu ssodisfati l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti għall-verifika tal-konformità tal-prodotti fil-paragrafu 12.1 ta’ dan ir-Regolament.
Il-kriterji li jirregolaw l-aċċettabilità għandhom ikunu tali li, b’livell ta’ fiduċja ta’ 95 fil-mija, il-probabbiltà minima li tgħaddi b’suċċess minn verifika ta’ kampjunar b’mod aleatorju skont l-Anness 7 (l-ewwel kampjunar) tkun ta’ 0,95.
(1) L-ittri fil-parenteżi jirreferu għall-fanali ta’ quddiem maħsuba għat-traffiku li jżomm fuq ix-xellug.
(2) Unità ddisinjata biex tarmi raġġ tal-passaġġ tista’ tinkorpora raġġ tas-sewqan li mhux konformi ma’ din l-ispeċifikazzjoni.
(3) Meta r-raġġ tas-sewqan ikun inkorporat reċiprokament mar-raġġ tal-passaġġ, il-punt HV fil-każ tar-raġġ tas-sewqan għandu jkun l-istess punt tal-kejl bħal fil-każ tar-raġġ tal-passaġġ.
(4) HL u HR: punti fuq “hh”, 1,125 m fuq ix-xellug u fuq il-lemin tal-punt HV rispettivament.
ANNESS 4
EŻEMPJI TA’ ARRANĠAMENTI TA’ MARKI TAL-APPROVAZZJONI
Figura 1
Il-fanal ta’ quddiem SB li jkollu l-marka tal-approvazzjoni li qed tidher hawn fuq huwa fanal ta’ quddiem approvat fil-Pajjiżi Baxxi (E4), li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, kif emendat bis-serje ta’ emendi 02, fir-rigward kemm tar-raġġ tas-sewqan kif ukoll tar-raġġ tal-passaġġ (SCR) u li hu ddisinjat għat-traffiku li jżomm fuq il-lemin biss.
|
NOTA: |
In-numru tal-approvazzjoni u s-simbolu/i addizzjonali għandhom jitqiegħdu viċin iċ-ċirku u jew ‘il fuq jew taħt l-ittra “E”, jew fuq in-naħa tal-lemin jew tax-xellug ta’ dik l-ittra. Iċ-ċifri tan-numru tal-approvazzjoni għandhom ikunu fuq l-istess naħa tal-ittra “E” u jkunu jħarsu lejn l-istess direzzjoni.
Is-simbolu/i addizzjonali jrid(u) ikun(u) dijametrikament opposti għan-numru tal-approvazzjoni. L-użu tan-numri Rumani bħala numri tal-approvazzjoni għandu jiġi evitat sabiex ma jkunx hemm konfużjoni ma’ simboli oħra. |
|
Figura 2 |
Figura 3a |
|
|
|
Figura 3b
Il-fanal ta’ quddiem SB li jkollu l-marka tal-approvazzjoni ta’ hawn fuq huwa fanal ta’ quddiem li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament fir-rigward kemm tar-raġġ tal-passaġġ kif ukoll tar-raġġ tas-sewqan, u huwa ddisinjat:
|
Għat-traffiku li jżomm fuq ix-xellug biss. |
Għaż-żewġ sistemi tat-traffiku, permezz ta’ aġġustament kif mixtieq tal-fanal ta’ quddiem. |
|
Figura 4 |
Figura 5 |
|
|
|
Il-fanal ta’ quddiem SB li jkollu l-marka tal-approvazzjoni ta’ hawn fuq huwa fanal ta’ quddiem li jinkorpora lenti ta’ materjal tal-plastik li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tar-raġġ tal-passaġġ biss, u huwa ddisinjat:
|
Għaż-żewġ sistemi tat-traffiku. |
Għat-traffiku li jżomm fuq il-lemin biss. |
|
Figura 6 |
Figura 7 |
|
|
|
Il-fanal ta’ quddiem SB li jkollu l-marka tal-approvazzjoni ta’ hawn fuq huwa fanal ta’ quddiem li jinkorpora lenti ta’ materjal tal-plastik li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament:
|
Fir-rigward tar-raġġ tal-passaġġ biss, u ddisinjat għat-traffiku li jżomm fuq ix-xellug biss. |
Fir-rigward tar-raġġ tas-sewqan biss. |
|
Figura 8 |
Figura 9 |
|
|
|
|
Identifikazzjoni ta’ fanal ta’ quddiem li jissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament Nru 5 |
|
|
Kemm fir-rigward tar-raġġ tal-passaġġ kif ukoll tar-raġġ tas-sewqan u ddisinjat għat-traffiku li jżomm fuq il-lemin biss. |
Fir-rigward tar-raġġ tal-passaġġ biss u ddisinjat għat-traffiku jżomm fuq il-lemin biss. |
|
Il-filament tal-fanal b’raġġ tal-passaġġ m’għandux jinxtegħel fl-istess ħin mal-filament b’raġġ tas-sewqan u/jew xi fanal ieħor inkorporat reċiprokament. |
|
Figura 10
Eżempji ta’ marki simplifikati għal fanali raggruppati, ikkombinati jew inkorporati reċiprokament
(Il-linji vertikali u orizzontali jiskematizzaw il-forma tal-apparat tas-sinjalar bid-dawl. Dawn mhumiex parti mill-marka tal-approvazzjoni)
Mudell A
Mudell B
Mudell C
Mudell D
|
NOTA: |
L-erba’ eżempji li jidhru hawn fuq jikkorrispondu ma’ apparat tat-tidwil li jkollu fuqu marka tal-approvazzjoni relatata ma’:
Fanal tal-pożizzjoni ta’ quddiem approvat skont is-serje ta’ emendi 01 għar-Regolament Nru. 7; Fanal ta’ quddiem li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tar-raġġ tal-passaġġ u tar-raġġ tas-sewqan, u li huwa ddisinjat għaż-żewġ sistemi tat-traffiku u jinkorpora lenti ta’ materjal tal-plastik; Fanal taċ-ċpar ta’ quddiem approvat skont is-serje ta’ emendi 02 għar-Regolament Nru 19 u li jinkorpora lenti ta’ materjal tal-plastik; Fanal indikatur tad-direzzjoni ta’ quddiem tal-kategorija 1 a approvat skont is-serje ta’ emendi 02 għar-Regolament Nru 6. |
Figura 11
Fanal inkorporat reċiprokament ma’ fanal ta’ quddiem
Eżempju 1
L-eżempju ta’ hawn fuq jikkorrispondi mal-immarkar ta’ lenti ta’ materjal tal-plastik intenzjonata biex tintuża f’tipi differenti ta’ fanali ta’ quddiem, jiġifieri:
|
jew |
: |
fanal ta’ quddiem b’raġġ tal-passaġġ iddisinjat għal traffiku li jżomm fuq il-lemin u għal traffiku li jżomm fuq ix-xellug u raġġ tas-sewqan approvat fil-Ġermanja (E1) skont ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 5 kif emendat bis-serje ta’ emendi 02, li jkun inkorporat reċiprokament ma’ fanal tal-pożizzjoni ta’ quddiem approvat skont is-serje ta’ emendi 01 fir-Regolment Nru 7; |
|
jew |
: |
fanal ta’ quddiem b’raġġ tal-passaġġ iddisinjat għal traffiku li jżomm fuq il-lemin u għal traffiku li jżomm fuq ix-xellug u raġġ tas-sewqan b’intensità massima ta’ bejn 86 250 u 101 250 candelas, approvat fil-Ġermanja (E1) skont ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 31 kif emendat bis-serje ta’ emendi 02, li hu inkorporat reċiprokament mal-istess fanal tal-pożizzjoni ta’ quddiem bħal dak ta’ hawn fuq; |
|
jew anke |
: |
wieħed mill-fanali ta’ quddiem imsemmija hawn fuq approvat bħala fanal wieħed. |
Il-bodi prinċipali tal-fanal ta’ quddiem għandu jkollu l-uniku numru tal-approvazzjoni validu, pereżempju:
|
|
jew |
|
jew |
|
jew |
|
Figura 11
Eżempju 2
L-eżempju ta’ hawn fuq jikkorrispondi mal-immarkar ta’ lenti li tintuża fl-immuntar ta’ żewġ fanali ta’ quddiem approvati fil-Ġermanja (E1), li jikkonsistu f’fanal ta’ quddiem li jarmi raġġ tal-passaġġ iddisinjat kemm għal traffiku li jżomm fuq il-lemin kif ukoll għal traffiku li jżomm fuq ix-xellug u raġġ tas-sewqan li jissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament Nru 1, u ta’ fanal ta’ quddiem li jarmi raġġ tas-sewqan li jissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament Nru 5.
Stampa SB2 — Fanal ta’ Quddiem Issiġillat, 180 mm (7in) DIA, tat-tip 2 b’Raġġ doppju (tal-Passaġġ u tas-Sewqan)
Stampa SB3 — Fanal ta’ Quddiem Issiġillat, 180 mm (7in) DIA, tat-tip 1 b’Raġġ singolu (tas-Sewqan biss)
Id-dimensjonijiet kollha f’millimetri
Stampa SB4 — Fanal ta’ Quddiem Issiġillat, 180 mm (7in) DIA, tat-tip 2 b’Raġġ singolu (tal-Passaġġ biss)
Id-dimensjonijiet kollha f’millimetri
Stampa SB5 — Fanal ta’ Quddiem Issiġillat, 145 mm (5.75 in) DIA, tat-tip 1 b’Raġġ singolu (tas-Sewqan biss)
Id-dimensjonijiet kollha f’millimetri
Stampa SB6 — Fanal ta’ Quddiem Issiġillat, 145 mm (5.75 in) DIA, tat-tip 2 b’Raġġ doppju (tal-Passaġġ u tas-Sewqan)
Id-dimensjonijiet kollha f’millimetri
Stampa SB7 — Fanal ta’ Quddiem Issiġillat, 145 mm (5.75 in) DIA, tat-tip 1 b’Raġġ singolu (tal-Passaġġ biss)
Id-dimensjonijiet kollha f’millimetri
Stampi SB8a u SB8b – Skrinijiet ta’ kejl
A. Fanal ta’ quddiem għal traffiku li jżomm fuq il-lemin
(dimensjonijiet f’mm)
|
h-h: pjan orizzontali |
għaddejjin mill-punt fokali tal-fanal ta’ quddiem |
|
v-v: pjan vertikali |
B. Fanal ta’ quddiem għal traffiku li jżomm fuq ix-xellug
(dimensjonijiet f’mm)
|
h-h: pjan orizzontali |
għaddejjin mill-punt fokali tal-fanal ta’ quddiem |
|
v-v: pjan vertikali |
ANNESS 5
TESTIJIET TAL-ISTABBILTÀ TAL-PRESTAZZJONI FOTOMETRIKA TA’ FANALI TA’ QUDDIEM WAQT LI QED JINTUŻAW
TESTIJIET FUQ FANALI TA’ QUDDIEM KOMPLETI
Ladarba l-valuri fotometriċi tkejlu skont il-preskrizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, fil-punti għal Emax għar-raġġ tas-sewqan u fil-punti HV, 50 R, B 50 L għar-raġġ tal-passaġġ (jew HV, 50 L, B 50 R għall-fanali ta’ quddiem iddisinjati għal traffiku li jżomm fuq ix-xellug) għandu jiġi ttestjat kampjun tal-fanal ta’ quddiem komplet għall-istabbiltà tal-prestazzjoni fotometrika waqt l-użu. “Fanali ta’ quddiem komplet” għandu jinftiehem bħala l-fanal komplet innifsu, inkluż dawk il-partijiet tal-bodi ta’ madwaru u l-bozoz li jistgħu jaffetwaw id-dispersjoni termali tiegħu.
1. TEST TAL-ISTABBILTÀ TAL-PRESTAZZJONI FOTOMETRIKA
It-testijiet għandhom jitwettqu f’atmosfera xotta u wieqfa u f’temperatura ambjentali ta’ 23 °C ± 5 °C, bil-fanal ta’ quddiem komplet immuntat fuq bażi li tirrappreżenta l-installazzjoni korretta fuq il-vettura.
1.1. Fanala ta’ quddiem nadif
Il-fanal ta’ quddiem għandu jiġi użat għal 12-il siegħa kif deskritt fis-sottoparagrafu 1.1.1 u jiġi ċċekkjat kif preskritt fis-sottoparagrafu 1.1.2.
1.1.1. Proċedura tat-test
Il-fanal ta’ quddiem għandu jiġi użat għal perjodu skont il-ħin speċifikat, sabiex:
|
1.1.1.1. |
|
|
1.1.1.2. |
Vultaġġ tat-test Il-vultaġġ għandu jkun aġġustat b’tali mod li jissupplixxi wattage ta’ 15 fil-mija (26 fil-mija għat-tipi b’vultaġġ ta’ 24 V) ogħla mill-wattage nominali speċifikat f’dan ir-Regolament għat-tip(i) ta’ fanal(i) ta’ quddiem SB kkonċernat(i) li jinkiseb/jinkisbu. |
1.1.2. Riżultati tal-ittestjar
1.1.2.1. Spezzjoni viżwali
Ladarba l-fanal ta’ quddiem ikun ġie stabilizzat għat-temperatura ambjentali, il-lenti tal-fanal ta’ quddiem u l-lenti esterna, jekk applikabbli, għandhom jitnaddfu b’biċċa drapp tal-qoton nadifa u niedja. Dan il-fanal għandu mbagħad jiġi spezzjonat viżwalment; ebda tgħawwiġ, deformazzjoni, tixqiq jew bidla fil-kulur la tal-lenti tal-fanal ta’ quddiem u lanqas tal-lenti esterna, jekk applikabbli, m’għandhom ikunu jidhru.
1.1.2.2. Test fotometriku
Sabiex jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, il-valuri fotometriċi għandhom jiġu verifikati għall-punti li ġejjin:
|
|
Raġġ tal-passaġġ:
|
|
|
Raġġ tas-sewqan: Il-punt ta’ Emax |
Jista’ jitwettaq aġġustament tal-mira ieħor sabiex issir konċessjoni għal kwalunkwe deformazzjoni tal-bażi tal-fanal ta’ quddiem minħabba s-sħana (il-bidla fil-pożizzjoni tal-linja tal-punt tal-qtugħ hija koperta fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Anness).
Diskrepanza ta’ 10 fil-mija bejn il-karatteristiċi fotometriċi u l-valuri mkejla qabel it-test hija permissibbli, inkluż it-tolleranzi tal-proċedura fotometrika.
1.2. Fanal ta’ quddiem maħmuġ
Wara li jiġi ttestjat kif speċifikat fis-sottoparagrafu 1.1 ta’ hawn fuq, il-fanal ta’ quddiem għandu jitħaddem għal siegħa kif deskritt fis-sottoparagrafu 1.1.1, wara li jiġi ppreparat kif preskritt fis-sottoparagrafu 1.2.1, u jiġi ċċekkjat kif preskritt fis-sottoparagrafu 1.1.2.
1.2.1. Il-preparamenti tal-fanal ta’ quddiem
1.2.1.1. Taħlita tal-ittestjar
|
1.2.1.1.1. |
Għal fanal ta’ quddiem bil-lenti esterna tal-ħġieġ:
It-taħlita ta’ ilma u ta’ aġent li jniġġes li għandha tiġi applikata mal-fanal ta’ quddiem għandha tkun magħmula minn:
Ma jridux ikunu għaddew iktar minn 14-il ġurnata minn fuq it-taħlita. |
|
1.2.1.1.2. |
Għal fanal ta’ quddiem bil-lenti esterna magħmula minn materjal tal-plastik:
It-taħlita ta’ ilma u ta’ aġent li jniġġes li għandha tiġi applikata fuq il-fanal ta’ quddiem għandha tkun magħmula minn:
Ma jridux ikunu għaddew iktar minn 14-il ġurnata minn fuq it-taħlita. |
1.2.1.2. L-applikazzjoni tat-taħlita tal-ittestjar fuq il-fanal ta’ quddiem
It-taħlita tal-ittestjar għandha tiġi applikata b’mod uniformi fuq is-superfiċje kollu li jarmi d-dawl tal-fanal ta’ quddiem u mbagħad titħalla tinxef. Din il-proċedura għandha tiġi rripetuta sakemm il-valur tal-illuminazzjoni jkun naqas għal 15-20 fil-mija tal-valuri mkejla għal kull wieħed mill-punti li ġejjin taħt il-kundizzjonijiet deskritti fil-paragrafu 1 ta’ hawn fuq:
|
|
Il-punt ta’ Emax fir-raġġ tas-sewqan, id-distribuzzjoni fotometrika għal fanal b’raġġ tas-sewqan/tal-passaġġ, |
|
|
Il-punt ta’ Emax fir-raġġ tas-sewqan, id-distribuzzjoni fotometrika għal fanal b’raġġ tas-sewqan biss, |
|
|
50 R u 50 V (5) għal fanal b’raġġ tal-passaġġ biss, iddisinjat għal traffiku li jżomm fuq il-lemin, |
|
|
50 L u 50 V (5) għal fanal b’raġġ tal-passaġġ biss, iddisinjat għal traffiku li jżomm fuq ix-xellug. |
1.2.1.3. Tagħmir tal-kejl
It-tagħmir tal-kejl għandu jkun ekwivalenti għal dak użat waqt it-testijiet tal-approvazzjoni tal-fanali ta’ quddiem.
2. TEST GĦAL TIBDIL FIL-POŻIZZJONI VERTIKALI TAL-LINJA TAL-PUNT TAL-QTUGĦ BL-EFFETT TAS-SĦANA
Dan it-test jikkonsisti fil-verifika li l-ispostament vertikali tal-linja tal-punt tal-qtugħ bl-effett tas-sħana ma jaqbiżx valur speċifikat għal fanal b’raġġ tal-passaġġ li tkun qed jiġi użat.
Il-fanal ta’ quddiem ittestjat skont il-paragrafu 1.1. għandu jkun soġġett għat-test deskritt fil-paragrafu 2.1, mingħajr ma jitneħħa mill-immuntar tal-ittestjar tiegħu jew jiġi aġġustat mill-ġdid fir-rigward ta’ dan l-immuntar.
2.1. Test
It-test għandu jitwettaq f’atmosfera xotta u wieqfa u f’temperatura ambjentali ta’ 23 °C ± 5 °C.
Bl-użu ta’ fanal ta’ quddiem SB prodott fi kwantità kbira li jkun intuża għal mill-inqas siegħa, il-fanal ta’ quddiem għandu jitħaddem b’raġġ tal-passaġġ mingħajr ma jiġi żarmat mill-immuntar tal-ittestjar tiegħu jew jiġi aġġustat mill-ġdid fir-rigward ta’ dan l-immuntar. (Għall-iskop ta’ dan it-test, il-vultaġġ għandu jiġi aġġustat kif speċifikat fil-paragrafu 1.1.1.2). Il-pożizzjoni tal-linja tal-qtugħ fil-parti orizzontali tagħha (bejn vv u l-linja vertikali li tgħaddi mill-punt B50L għat-traffiku li jżomm fuq il-lemin jew B50R għat-traffiku li jżomm fuq ix-xellug) għandha tiġi verifikata 3 minutei (r3) u 60 minuta (r60) wara t-tħaddim rispettivament.
Il-kejl tal-varjazzjoni fil-pożizzjoni tal-linja tal-punt tal-qtugħ kif deskritt hawn fuq għandu jitwettaq permezz ta’ kwalunkwe metodu li jagħti preċiżjoni aċċettabbli u riżultati li jistgħu jistgħu riprodotti.
2.2. Riżultati tal-ittestjar
|
2.2.1. |
Ir-riżultat, f’milliradians (mrad) għandu jitqies aċċettabbli meta l-valur assolut |
|
2.2.2. |
Madankollu, jekk dan il-valur ikun aktar minn 1,0 mrad iżda mhux aktar minn 1,5 mrad (1,0 mrad < Δ rI ≤ 1,5 mrad) għandu jiġi ttestjat fanal ta’ quddiem ieħor kif deskritt fil-paragrafu 2.1. wara li jkun ġie soġġett għal tliet darbiet konsekuttivi għaċ-ċiklu kif deskritt hawn taħt, sabiex tiġi stabbilizzata l-pożizzjoni tal-partijiet mekkaniċi tal-fanal ta’ quddiem fuq bażi rappreżentattiva tal-installazzjoni korretta fuq il-vettura:
It-tħaddim tal-fanal b’raġġ tal-passaġġ għal siegħa, (il-vultaġġ għandu jiġi aġġustat kif speċifikat fil-paragrafu 1.1.1.2), Perjodu ta’ serħan għal siegħa. It-tip tal-fanal ta’ quddiem għandu jitqies bħala aċċettabbli jekk il-valur intermedju tal-valuri assoluti Δ rI imkejla fuq l-ewwel kampjun u Δ rII imkejla fuq it-tieni kampjun mhuwiex ta’ aktar minn 1,0 mrad
|
(1) Meta l-fanal ta’ quddiem ittestjat ikun raggruppat u/jew inkorporat reċiprokament ma’ fanali tas-sinjalar, dawn il-fanali għandhom jinżammu mixgħula għal kemm idum it-test. Fil-każ ta’ fanal indikatur tad-direzzjoni, il-fanal għandu jinxtegħel fil-modalità ta’ teptip, fejn ir-ritmu ta’ ħin mixgħul/ħin mitfi jkun bejn wieħed u ieħor wieħed għal wieħed (1:1).
(2) Jekk żewġ filamenti jinxtegħlu fl-istess ħin li jkun qed jintuża t-teptip tal-fanal ta’ quddiem, dan m’għandux jitqies bħala użu normali taż-żewġ filamenti fl-istess ħin.
(3) NaCMC jirrappreżenta l-melħ tas-sodju tal-karbossimetilċelluloża, ġeneralment imsejjaħ CMC. Il-NaCMC użat fit-taħlita tal-ħmieġ għandu jkollu grad ta’ sostituzzjoni (DS) ta’ 0,6-0,7 u viskożità ta’ 200-300 cP għal soluzzjoni ta’ 2 fil-mija f’temperatura ta’ 20 °C.
(4) It-tolleranza fuq il-kwantità hija minħabba l-ħtieġa li jinkiseb ħmieġ li jinfirex b’mod korrett fuq il-lenti kollha tal-plastik.
(5) Il-punt 50 V jinstab 375 mm taħt HV fuq il-linja vertikali v-v fuq l-iskrin f’distanza ta’ 25 m.
ANNESS 6
REKWIŻITI GĦALL-FANALI LI JINKORPORAW LENTIJIET TA’ MATERJAL TAL-PLASTIK - ITTESTJAR TA’ KAMPJUNI TA’ LENTIJIET JEW TA’ MATERJAL U TA’ FANALI KOMPLUTI
1. SPEĊIFIKAZZJONIJIET ĠENERALI
|
1.1. |
Il-kampjuni pprovduti skont il-paragrafu 3.2.4 ta’ dan ir-Regolament għandhom jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet indikati fil-paragrafi 2.1 sa 2.5 ta’ hawn taħt. |
|
1.2. |
Tnejn mill-ħames kampjuni ta’ fanali kompleti pprovduti skont il-paragrafu 3.2.3 ta’ dan ir-Regolament u li jinkorporaw lentijiet magħmula minn materjal tal-plastik għandhom, fir-rigward tal-materjal tal-lenti, jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet indikati fil-paragrafu 2.6 ta’ hawn taħt. |
|
1.3. |
Il-kampjuni tal-lentijiet ta’ materjal plastik jew kampjuni tal-materjal għandhom jiġu soġġetti, flimkien mar-riflettur li huma intenzjonati li jitwaħħlu miegħu (jekk applikabbli), għat-testijiet tal-approvazzjoni fl-ordni kronoloġika indikata fit-Tabella A riprodotta fl-Appendiċi 1 ta’ dan l-Anness. |
|
1.4. |
Madankollu, jekk il-manifattur tal-fanal jista’ jipprova li l-prodott ikun diġà għadda mit-testijiet preskritti fil-paragrafi 2.1.-2.5 ta’ hawn taħt, jew mit-testijiet ekwivalenti skont Regolament ieħor, dawk it-testijiet m’għandhomx għalfejn jiġu ripetuti; it-testijiet preskritti fl-Appendiċi 1, Tabella B biss, għandhom ikunu obbligatorji. |
2. TESTIJIET
2.1. Reżistenza għat-tibdil fit-temperatura
2.1.1. Testijiet
Tliet kampjuni ġodda (lentijiet) għandhom jiġu soġġetti għal ħames ċikli ta’ tibdil ta’ temperatura u ta’ umdità (RH = umdità relattiva) skont dan il-programm:
|
|
3 sigħat f’temperatura ta’ 40 °C ± 2 °C u f’RH ta’ 85-95 fil-mija; |
|
|
siegħa f’temperatura ta’ 23 °C ± 5 °C u f’RH ta’ 60-75 fil-mija; |
|
|
15 sigħat f’temperatura ta’ -30 °C ± 2 °C; |
|
|
siegħa f’temperatura ta’ 23 °C ± 5 °C u f’RH ta’ 60-75 fil-mija; |
|
|
3 sigħat f’temperatura ta’ 80 °C ± 2 °C; |
|
|
siegħa f’temperatura ta’ 23 °C ± 5 °C u f’RH ta’ 60-75 fil-mija; |
Qabel ma jsir dan it-test, il-kampjuni għandhom jinżammu f’temperatura ta’ 23 °C ± 5 °C u f’RH ta’ 60-75 fil-mija għal mill-inqas erba’ sigħat.
|
Nota: |
Il-perjodi ta’ siegħa f’temperatura ta’ 23 °C ± 5 °C għandhom jinkludu l-perjodi ta’ tranżizzjoni minn temperatura għal oħra li huma meħtieġa biex jiġu evitati l-effetti ta’ xokk termali. |
2.1.2. Kejl fotometriku
2.1.2.1. Metodu
Għandu jitwettaq kejl fotometriku fuq il-kampjuni qabel u wara t-test.
Dan il-kejl għandu jsir bl-użu ta’ fanal standard, fil-punti li ġejjin:
|
|
B 50 L u 50 R għal raġġ tal-passaġġ ta’ fanal b’raġġ tal-passaġġ jew fanal b’raġġ tal-passaġġ/tas-sewqan (B 50 R u 50 L fil-każ ta’ fanali ta’ quddiem maħsuba għal traffiku li jżomm fuq ix-xellug); |
|
|
Ir-rotta Emax għar-raġġ tas-sewqan ta’ fanal b’raġġ tas-sewqan jew fanal b’raġġ tal-passsaġġ/tas-sewqan. |
2.1.2.2. Riżultati
Il-varjazzjoni bejn il-valuri fotometriċi mkejla fuq kull kampjun qabel u wara t-test m’għandhiex tkun ta’ aktar minn 10 fil-mija inklużi t-tolleranzi tal-proċedura fotometrika.
2.2. Reżistenza għall-aġenti atmosferiċi u kimiċi
2.2.1. Reżistenza għall-aġenti atmosferiċi
Tliet kampjuni ġodda (lentijiet jew kampjuni tal-materjal) għandhom jiġu esposti għal radjazzjoni minn sors li jkollu distribuzzjoniv spettrali tal-enerġija simili għal dik ta’ korp iswed f’temperatura ta’ bejn 5 500 K u 6 000 K. Għandhom jitqiegħdu filtri xierqa bejn is-sors u l-kampjuni sabiex inaqqsu kemm jista’ jkun ir-radjazzjonijiet b’tul ta’ mewġa (wavelength) ta’ daqs iżgħar minn 295 nm u akbar minn 2 500 nm. Il-kampjuni għandhom jiġu esposti għal illuminazzjoni enerġetika ta’ 1 200 W/m2 ± 200 W/m2 għat-tul ta’ żmien meħtieġ biex jirċievu ammont ta’ enerġija luminuża ta’ 4 500 MJ/m2 ± 200 MJ/m2. Fil-kumpartiment, it-temperatura mkejla fuq il-pannell l-iswed imqiegħed f’livell mal-kampjuni għandha tkun 50 °C ± 5 °C. Sabiex jiġi żgurat esponiment regolari, il-kampjuni għandhom iduru madwar is-sors ta’ radjazzjoni b’veloċità ta’ bejn 1 u 5 1/min.
Il-kampjuni għandhom jiġu sprejjati b’ilma distillat b’konduttività ta’ inqas minn 1 mS/m f’temperatura ta’ 23 °C ± 5 °C, skont iċ-ċiklu li ġej:
|
sprejjar |
: |
5 minuti; |
|
tnixxif |
: |
25 minuta |
2.2.2. Reżistenza għall-aġenti kimiċi
Wara li jkunu saru t-test deskritt fil-paragrafu 2.2.1 ta’ hawn fuq u l-kejl deskritt fil-paragrafu 2.2.3.1 ta’ hawn taħt, il-wiċċ ta’ barra tat-tliet kampjuni msemmija għandu jiġi ttrattat kif deskritt fil-paragrafu 2.2.2.2 bit-taħlita definita fil-paragrafu 2.2.2.1 ta’ hawn taħt.
2.2.2.1. Taħlita tal-ittestjar
It-taħlita tal-ittestjar għandha tkun magħmula minn 61,5 fil-mija n-ettan, 12,5 fil-mija toluwen, 7,5 fil-mija etil tetraklorur, 12,5 fil-mija trikloroetilen u 6 fil-mija ksilen (perċentwali tal-volum).
2.2.2.2. Applikazzjoni tat-taħlita tal-ittestjar
Xarrab biċċa drapp tal-qoton (kif speċifikat fl-ISO 105) sakemm ma tkunx tista’ tixrob aktar bit-taħlita definita fil-paragrafu 2.2.2.1 ta’ hawn fuq u, f’10 sekondi, applikaha għal 10 minuti mal-wiċċ ta’ barra tal-kampjun bi pressjoni ta’ 50 N/cm, li tikkorrispondi għal forza ta’ 100 N applikata fuq superfiċje tal-ittestjar ta’ 14 x 14 mm.
Matul dan il-perjodu ta’ 10-minuti, il-biċċa drapp għandha tiġi mxarrba mill-ġdid bit-taħlita b’mod li l-kompożizzjoni tal-likwidu applikat tkun dejjem l-istess bħal dik tat-taħlita tal-ittestjar preskritta.
Matul il-perjodu tal-applikazzjoni, il-pressjoni applikata fuq il-kampjun tista’ tiġi kkompensata sabiex il-kampjun ma jitħalliex jixxaqqaq.
2.2.2.3. Tindif
Fit-tmiem tal-applikazzjoni tat-taħlita tal-ittestjar, il-kampjuni għandhom jitnixxfu fil-miftuħ u mbagħad jinħaslu bis-soluzzjoni deskritta fil-paragrafu 2.3 (Reżistenza għad-deterġenti) f’temperatura ta’ 23 °C ± 5 °C.
wara, il-kampjuni għandhom jitlaħalħu b’attenzjoni b’ilma distillat li ma fihx aktar minn 0,2 fil-mija ta’ impuritajiet f’temperatura ta’ 23 °C ± 5 °C u mbagħad jintmesħu b’biċċa drapp ratba.
2.2.3. Riżultati
2.2.3.1. Wara t-test tar-reżistenza għall-aġenti atmosferiċi, il-wiċċ ta’ barra tal-kampjuni m’għandux ikollu xquq, brix, tixlif u deformazzjonijiet, u l-varjazzjoni intermedja fit-trażmissjoni
2.2.3.2. Wara t-test tar-reżistenza għall-aġenti kimiċi, il-kampjuni m’għandhomx ikollhom traċċi ta’ tbajja’ kimiċi li probabbli jikkawżaw varjazzjoni fid-diffużjoni tal-fluss, li l-varjazzjoni intermedja tagħha
2.3. Reżistenza għad-deterġenti u idrokarburi
2.3.1. Reżistenza għad-deterġenti
Il-wiċċ ta’ barra tat-tliet kampjuni (il-lentijiet jew il-kampjuni tal-materjal) għandu jissaħħan għal temperatura ta’ 50 °C ± 5 °C u wara jiġi mgħaddas għal ħames minuti f’taħlita miżmuma f’temperatura ta’ 23 C ± 5 °C u magħmula minn 99 parti ta’ ilma distillat li ma fihx aktar minn 0,02 fil-mija ta’ impuritajiet u parti ta’ sulfonat tal-alkilaril.
Fi tmiem it-test, il-kampjuni jitnixxfu f’temperatura ta’ 50 °C ± 5 °C. Il-wiċċ tal-kampjuni għandu jitnaddaf b’biċċa drapp niedja.
2.3.2. Reżistenza għall-idrokarburi
Il-wiċċ ta’ barra ta’ dawn it-tliet kampjuni mbagħad jingħorok ħafif għal minuta waħda b’biċċa drapp tal-qoton imxarrba b’taħlita magħmula minn 70 % ta’ n-ettan u 30 % ta’ toluwen (perċentwali tal-volum), imbagħad imnixxef fil-miftuħ.
2.3.3. Riżultati
Wara li dawn iż-żewġ testijiet ta’ hawn fuq jitwettqu suċċessivament, il-valur intermedju tal-varjazzjoni fit-trażmissjoni
2.4. Reżistenza għal deterjorament mekkaniku
2.4.1. Metodu għall-kejl tad-deterjorament mekkaniku
L-uċuħ ta’ barra tat-tliet kampjuni ġodda (lentijiet) għandhom jiġu soġġetti għat-test tad-deterjorament mekkaniku uniformi bil-metodu deskritt fl-Appendiċi 3 ta’ dan l-Anness.
2.4.2. Riżultati
Wara dan it-test, il-varjazzjonijiet:
|
fit-trażmissjoni |
: |
|
|
u fid-diffużjoni |
: |
|
għandhom jitkejlu skont il-proċedura deskritta fl-Appendiċi 2 fl-erja speċifikata fil-paragrafu 2.2.4 ta’ hawn fuq. Il-valur intermedju tat-tliet kampjuni għandu jkun tali li:
|
|
Δ tm ≤ 0,100; |
|
|
Δ dm ≤ 0,050. |
2.5. Test tal-adeżjoni tal-kisjiet, jekk applikabbli
2.5.1. Preparazzjoni tal-kampjun
Superfiċje b’erja ta’ 20 mm x 20 mm tal-kisi ta’ lenti għandu jinqata’ b’xafra jew b’labra f’forma ta’ xibka ta’ kwadri b’daqs bejn wieħed u ieħor ta’ 2 mm x 2 mm. Il-pressjoni fuq ix-xafra jew fuq il-labra għandha tkun biżżejjed li tal-inqas taqtal-kisi.
2.5.2. Deskrizzjoni tat-test
Irid jintuża tejp adeżiv li jkollu forza tal-adeżjoni ta’ 2 N/(cm wisa’) ± 20 fil-mija imkejla fil-kundizzjonijiet standard speċifikati fl-Appendiċi 4 ta’ dan l-Anness. Dan it-tejp adeżiv, li għandu jkollu wisa’ minima ta’ 25 mm, għandu jiġi ppressat fuq is-superfiċje ppreparat skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-paragrafu 2.5.1 għal mill-inqas ħames minuti.
Imbagħad it-tarf tat-tejp adeżiv għandu jitgħabba b’mod li l-forza tal-adeżjoni mas-superfiċje kkunsidrat tkun ibbilanċjata b’forza perpendikulari għal dak is-superfiċje. F’dan l-istadju, it-tejp għandu jitqatta’ b’veloċità kostanti ta’ 1.5 m/s ± 0.2 m/s.
2.5.3. Riżultati
M’għandu jkun hemm ebda ħsara evidenti fiż-żona maqsuma f’kaxex. Ħsarat fl-intersezzjonijiet bejn il-kaxex jew fit-truf tal-qatgħat għandhom jiġu permessi, sakemm iż-żona tal-ħsara ma taqbiżx il-15 fil-mija tas-superfiċje maqsum f’kaxex.
2.6. Testijiet tal-fanal komplet li jinkorpora lenti ta’ materjal tal-plastik
2.6.1. Reżistenza għal deterjorament mekkaniku tal-wiċċ tal-lenti
2.6.1.1. Testijiet
Il-lenti tal-fanal kampjun Nru 1 għandha tiġi soġġetta għat-test deskritt fil-paragrafu 2.4.1 imsemmi hawn fuq.
2.6.1.2. Riżultati
Wara t-test, ir-riżultati tal-kejl fotometriku mwettaq fuq il-fanal ta’ quddiem skont dan ir-Regolament m’għandhomx ikunu ogħla b’aktar minn 30 fil-mija mill-valuri massimi preskritti fil-punti B 50 L u HV u m’għandhomx ikunu aktar minn 10 fil-mija taħt il-valuri minimi preskritti fil-punt 75 R (fil-każ tal-fanali ta’ quddiem maħsuba għat-traffiku li jżomm fuq ix-xellug, il-punti li għandhom jiġu kkunsidrati huma B 50 R, HV u 75 L).
2.6.2. Test tal-adeżjoni tal-kisjiet, jekk applikabbli
Il-lenti tal-fanal kampjun Nru 2 għandha tiġi soġġetta għat-test deskritt fil-paragrafu 2.5 ta’ hawn fuq.
3. VERIFIKA TAL-KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI
|
3.1. |
Fir-rigward tal-materjali użati għall-manifattura tal-lentijiet, il-fanali ta’ serje għandhom jiġu rikonoxxuti bħala konformi ma’ dan ir-Regolament jekk:
|
|
3.2. |
Jekk ir-riżultati tat-test ma jissodisfawx ir-rekwiżiti, it-testijiet għandhom jerġgħu jsiru fuq kampjun ieħor ta’ fanali ta’ quddiem magħżula b’mod aleatorju. |
Appendiċi 1
ORDNI KRONOLOĠIKA TAT-TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI
A. Testijiet fuq il-materjali tal-plastik (lentijiet jew kampjuni ta’ materjal ipprovduti skont il-paragrafu 3.2.4 ta’ dan ir-Regolament)
|
Kampjuni |
Lentijiet jew kampjuni tal-materjal |
Lentijiet |
|||||||||||||
|
Testijiet |
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
7 |
8 |
9 |
10 |
11 |
12 |
13 |
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
X |
X |
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
X |
X |
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
X |
X |
|
||
|
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
|
|
|
|
||
|
X |
X |
X |
|
|
|
X |
X |
X |
|
|
|
|
||
|
X |
X |
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
X |
X |
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
X |
X |
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
X |
X |
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
X |
X |
X |
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
X |
X |
X |
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
X |
X |
X |
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
X |
X |
X |
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
X |
X |
X |
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
X |
X |
X |
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
||
B. Testijiet fuq il-fanali ta’ quddiem kompleti (provduti skont il-paragrafu 3.2.3 ta’ dan ir-Regolament)
|
Testijiet |
Fanal ta’ quddiem komplet |
|||
|
Kampjun Nru |
||||
|
1. |
2 |
|||
|
X |
|
||
|
X |
|
||
|
|
X |
||
Appendiċi 2
METODU TAL-KEJL TAD-DIFFUŻJONI U T-TRAŻMISSJONI TAD-DAWL
1. TAGĦMIR (ara l-figura)
Ir-raġġ tal-kollimatur K b’nofs diverġenza
Lenti akromatika konverġenti L2, b’korrezzjoni għall-aberrazzjonijiet sferiċi tikkonnettja d-dijaframma DT mar-riċevitur R; id-dijametru tal-lenti L2 għandu jkun ta’ daqs tali li ma jwaqqax id-dawl diffuż mill-kampjun f’kon b’nofs angolu ta’ fuq nett ta’ β/2 = 14°.
Id-dijaframma annulari DD bl-angoli
Il-parti ċentrali li mhix trasparenti tad-dijaframma tkun meħtieħa biex jiġi eliminat id-dawl li jkun ġej direttament mis-sors tad-dawl. Għandu jkun possibbli li l-parti ċentrali tad-dijaframma titneħħa mir-raġġ tad-dawl b’tali mod li din tmur lura eżatt għall-pożizzjoni oriġinali tagħha.
Id-distanza L2 DT u d-distanza fokali F2 (1) tal-lenti L2 għandhom jintgħażlu b’mod li l-immaġni ta’ DT tkopri b’mod sħiħ ir-riċevitur R.
Meta l-fluss inċidentali inizjali ssir referena għalih bħala 1 000 unità, il-preċiżjoni assoluta ta’ kull qari għandha tkun aħjar minn unità waħda.
2. KEJL
Għandu jittieħed il-qari li ġej:
|
Qari |
Bil-kampjun |
Bil-parti ċentrali ta’ DD |
Kwantità rappreżentata |
|
T1 |
le |
le |
Fluss inċidentali fil-qari inizjali |
|
T2 |
iva (qabel it-test) |
le |
Fluss trażmess mill-materjal il-ġdid f’medda ta’ 24 °C |
|
T3 |
iva (wara t-test) |
le |
Fluss trażmess mill-materjal ittestjat f’medda ta’ 24 °C |
|
T4 |
iva (qabel it-test) |
iva |
Fluss diffuż mill-materjal il-ġdid |
|
T5 |
iva (wara t-test) |
iva |
Fluss diffuż mill-materjal ittestjat |
(1) Għal L2 huwa rrakkomandat li tintuża distanza fokali ta’ madwar 80 mm.
Appendiċi 3
METODU TAL-ITTESTJAR BL-ISPREJ
1. TAGĦMIR TAL-ITTESTJAR
1.1. L-apparat tal-isprejjar
Għandu jintuża apparat tal-isprejjar (spray gun) mgħammar b’żennuna b’dijametru ta’ 1,3 mm li tippermetti rata ta’ fluss tal-likwidu ta’ 0,24 ± 0,02 1/minuta bi pressjoni ta’ 6,0 bars - 0, + 0,5 bar.
Taħt dawn il-kundizzjonijiet ta’ tħaddim, għandu jinkiseb merżuq b’dijametru ta’ 170 ± 50 mm fuq il-wiċċ espost għad-deterjorament, f’distanza ta’ 380 mm ± 10 mm miż-żennuna.
1.2. Taħlita tal-ittestjar
It-taħlita tal-ittestjar għandha tkun magħmula minn:
Ramel tas-silika ta’ ebusija 7 fuq l-iskala Mohr u b’daqs ta’ granula ta’ bejn 0 u 0,2 mm b’distribuzzjoni prattikament normali, li jkollha fattur angulari ta’ 1,8 sa 2;
Ilma li l-ebusija tiegħu ma jkunx aktar minn 205 g/m3 għal taħlita magħmula minn 25 g ta’ ramel għal kull litru ta’ ilma.
2. TEST
Is-superfiċje ta’ barra tal-lentijiet tal-fanali għandu jiġi soġġett darba jew aktar għall-azzjoni tal-ġett tar-ramel prodott kif deskritt hawn fuq. Il-ġett għandu jiġi sprejjat kważi b’mod perpendikulari mas-superfiċje li għandu jiġi ttestjat.
Id-deterjorament għandu jiġi verifikat permezz ta’ kampjun wieħed jew aktar tal-ħġieġ imqiegħed bħala referenza ħdejn il-lentijiet li għandhom jiġu ttestjati. It-taħlita għandha tikompli tiġi sprejjata sakemm il-varjazzjoni tad-diffużjoni tad-dawl fuq il-kampjun jew kampjuni, mkejla permezz tal-metodu deskritt fl-Appendiċi 2, tkun tali li:
Diversi kampjuni ta’ referenza jistgħu jintużaw sabiex jiġi verifikat li s-superfiċje kollu li għandu jiġi ttestjat ikun iddeterjorat b’mod omoġenju.
Appendiċi 4
TEST TAL-ADEŻJONI TAT-TEJP ADEŻIV
1. SKOP
Dan il-metodu jippermetti li tiġi determinata l-forza lineari tal-adeżjoni f’kundizzjonijiet standard tat-tejp adeżiv ma’ plejt tal-ħġieġ.
2. PRINĊIPJU
Kejl tal-forza meħtieġa biex it-tejp adeżiv jinqala’ minn ma’ plejt tal-ħġieġ f’angolu ta’ 90°.
3. KUNDIZZJONIJIET ATMOSFERIĊI SPEĊIFIKATI
Il-kundizzjonijiet ambjentali għandhom ikunu b’temperatura ta’ 23 °C ± 5 °C u umdità relattiva (RH) ta’ 65 ± 15 fil-mija.
4. IL-BIĊĊIET TAL-ITTESTJAR
Qabel it-test, ir-romblu kampjun tat-tejp adeżiv għandu jiġi kkundizzjonat għal 24 siegħa fl-atmosfera speċifikata (ara l-paragrafu 3 ta’ hawn fuq).
Minn kull romblu għandhom jiġu ttestjati ħames biċċiet ta’ 400 mm tul. Dawn il-biċċiet tal-ittestjar għandhom jittieħdu mir-romblu wara li minnu jintremew l-ewwel tliet dawriet.
5. PROĊEDURA
It-test għandu jitwettaq fil-kundizzjonijiet ambjentali speċifikati fil-paragrafu 3.
Il-ħames biċċiet tal-ittestjar iridu jittieħdu waqt li r-romblu tat-tejp jinħall radjalment b’veloċità ta’ madwar 300 mm/s, imbagħad iridu jiġu applikati fil-15-il sekonda ta’ wara b’dan il-mod:
It-tejp jitwaħħal mal-plejt tal-ħġieġ progressivament billi jingħorok ħafif bis-saba’ mat-tul kollu, mingħajr pressjoni eċċessiva, b’tali mod li ma titħalla ebda bużżieqa tal-arja bejn it-tejp u l-plejt tal-ħġieġ.
Kollox jitħalla jistrieħ għal 10 minuti fil-kundizzjonijiet atmosferiċi speċifikati.
Madwar 25 mm mill-biċċa tal-ittestjar tinqala’ minn mal-folja fi pjan perpendikulari għall-assi tal-biċċa tal-ittestjar.
Il-plejt jitwaħħal u t-tarf ħieles tat-tejp jiġi mitwi f’angolu ta’ 90° tiġi applikata forza b’tali mod li l-linja ta’ separazzjoni bejn it-tejp u l-plejt tkun perpendikulari ma’ din il-forza u perpendikulari mal-plejt.
It-tejġ jinġibed biex jinqala’ b’veloċità ta’ 300 mm/sek ± 30 mm/sek u l-forza meħtieġa tiġi rreġistrata.
6. RIŻULTATI
Il-ħames valuri miksuba għandhom jiġu rranġati f’ordni u l-valur medju jittieħed bħala r-riżultat ta’ dan il-kejl. Dan il-valur għandu jiġi espress f’Newtons għal kull ċentimetru ta’ wisa’ tat-tejp.
ANNESS 7
REKWIŻITI MINIMI GĦAT-TEĦID TA’ KAMPJUNI MINN SPETTUR
1. ĠENERALI
|
1.1. |
Ir-rekwiżiti tal-konformità għandhom jitqiesu ssodisfati mil-lat mekkaniku u ġeometriku, skont ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, jekk applikabbli, jekk id-differenzi ma jeċċedux id-devjazzjonijiet inevitabbli tal-manifattura. |
|
1.2. |
Fir-rigward tal-prestazzjonijiet fotometriċi, il-konformità tal-fanali ta’ quddiem prodotti fi kwantità kbira m’għandhiex tiġi ikkontestata jekk, meta tiġi ttestjata l-prestazzjoni fotometrika ta’ kwalunkwe fanal ta’ quddiem magħżul b’mod aleatorju:
|
|
1.3. |
Għandu jkun hemm konformità mal-koordinati tal-kromatiċità. |
2. L-EWWEL TEĦID TA’ KAMPJUNI
Fl-ewwel teħid ta’ kampjuni erba’ fanali ta’ quddiem jintgħażlu b’mod aleatorju. L-ewwel kampjun ta’ żewġ fanali jiġi mmarkat A u t-tieni kampjun ta’ żewġ fanali jiġi mmarkat B.
2.1. Il-konformità ma tiġix ikkontestata
|
2.1.1. |
Wara l-proċedura tat-teħid ta’ kampjuni li tidher fil-Figura 1 ta’ dan l-anness il-konformità tal-fanali ta’ quddiem prodotti fi kwantitjiet kbar m’għandhiex tiġi kkontestata jekk id-devjazzjonijiet tal-valuri mkejla tal-fanali ta’ quddiem fid-direzzjonijiet mhux favorevoli jkunu:
|
|
2.1.2. |
jew, jekk il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1.2.2. għall-kampjun A jiġu ssodisfati. |
2.2. Il-konformità tiġi kkontestata
|
2.2.1. |
Wara l-proċedura tat-teħid ta’ kampjuni li tidher fil-Figura 1 ta’ dan l-Anness il-konformità ta’ fanali ta’ quddiem prodotti fi kwantitajiet kbar għandha tiġi kkontestata u l-manifattur jintalab jagħmel mezz li l-produzzjoni tiegħu tissodisfa r-rekwiżiti (allinjament) jekk id-devjazzjonijiet tal-valuri mkejla tal-fanali ta’ quddiem ikunu:
|
|
2.2.2. |
jew, jekk il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1.2.2. għall-kampjun A ma jiġux issodisfati. |
2.3. Approvazzjoni rtirata
Il-konformità għandha tiġi kkontestata u jiġi applikat il-paragrafu 10 jekk, wara l-proċedura tat-teħid ta’ kampjuni murija fil-Figura 1 ta’ dan l-anness, id-devjazzjonijiet tal-valuri mkejla tal-fanali ta’ quddiem ikunu:
|
2.3.1. |
kampjun A
|
|
2.3.2. |
kampjun B
|
|
2.3.3. |
jew, jekk il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1.2.2 għall-kampjuni A u B ma jiġux issodisfati. |
3. TEĦID RIPETUT TA’ KAMPJUNI
fi żmien xahrejn wara n-notifika, fil-każ ta’ A3, B2, B3 huwa meħtieġ it-teħid ripetut ta’ kampjuni, it-tielet kampjun C ta’ żewġ fanali ta’ quddiem u r-raba’ kampjun D ta’ żewġ fanali ta’ quddiem, magħżula mill-istokk immanifatturat wara l-allinjament.
3.1. Il-konformità ma tiġix ikkontestata
|
3.1.1. |
Wara l-proċedura tat-teħid ta’ kampjuni li tidher fil-Figura 1 ta’ dan l-Anness il-konformità ta’ fanali ta’ quddiem prodotti fi kwantitajiet kbar m’għandhiex tiġi kkontestata jekk id-devjazzjonijiet tal-miżuri mkejla tal-fanali ta’ quddiem ikunu:
|
|
3.1.2. |
jew, jekk il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1.2.2 għall-kampjun C jiġu ssodisfati. |
3.2. Il-konformità tiġi kkontestata
|
3.2.1. |
Wara l-proċedura tat-teħid ta’ kampjuni li tidher fil-Figura 1 ta’ dan l-Anness il-konformità ta’ fanali ta’ quddiem prodotti fi kwantitajiet kbar għandha tiġi kkontestata u l-manifattur jintalab jagħmel mezz li l-produzzjoni tiegħu tissodisfa r-rekwiżiti (allinjament) jekk id-devjazzjonijiet tal-valuri mkejla tal-fanali ta’ quddiem ikunu:
|
3.3. Approvazzjoni rtirata
Il-konformità għandha tiġi kkontestata u jiġi applikat il-paragrafu 13. jekk, wara l-proċedura tat-teħid ta’ kampjuni murija fil-Figura 1 ta’ dan l-anness, id-devjazzjonijiet tal-valuri mkejla tal-fanali ta’ quddiem ikunu:
|
3.3.1. |
kampjun C
|
|
3.3.2. |
kampjun D
|
|
3.3.3. |
jew, jekk il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1.2.2 għall-kampjuni C u D ma jiġux issodisfati. |
4. TIBDIL FIL-POŻIZZJONI VERTIKALI TAL-LINJA TAL-PUNT TAL-QTUGĦ
Fir-rigward tal-verifika tat-tibdil fil-pożizzjoni vertikali tal-linja tal-punt tal-qtugħ bl-effett tas-sħana, għandha tiġi applikata l-proċedura li ġejja:
Wara l-proċedura tat-teħid tal-kampjuni fil-Figura 1 ta’ dan l-Anness, wieħed mill-fanali ta’ quddiem tal-kampjun A għandu jiġi ttestjat skont il-proċedura deskritta fil-paragrafu 2.1 tal-Anness 5 wara li jiġi soġġett għal tliet darbiet konsekuttivi għaċ-ċiklu deskritt fil-paragrafu 2.2.2 tal-Anness 5.
Il-fanal ta’ quddiem għandu jitqies bħala aċċettabbli jekk Δr ma jkunx aktar minn 1,5 mrad.
Jekk dan il-valur ikun ogħla minn 1,5 mrad iżda mhux ogħla minn 2,0 mrad, it-tieni fanal ta’ quddiem tal-kampjun A għandu jiġi soġġett għat-test, li warajh il-medja tal-valuri assoluti rreġistrati għaż-żewġ kampjuni m’għandiex tkun ogħla minn 1,5 mrad.
Madankollu, jekk għall-kampjun A ma jkunx hemm konformità ma’ dan il-valur ta’ 1,5 mrad, iż-żewġ fanali ta’ quddiem tal-kampjun B għandhom jiġu soġġetti għall-istess proċedura u l-valur ta’ Δr għal kull wieħed minnhom m’għandux ikun ogħla minn 1,5 mrad.
Figura 1
2 apparati
L-ewwel Teħid ta' Kampjuni
4 apparati magħżula b'mod aleatorju maqsuma f'kampjuni A&B
2 apparati
TMIEM
mur għall-kampjun B
TMIEM
Allinjament
Il-manifattur jiġi ordnat jagħmel il-prodotti tiegħu konformi mar-rekwiżiti
2 apparati
2 apparati
Kampjunar ipetut
4 apparati magħżula b'mod aleatorju maqsuma f'kampjuni C&D
TMIEM
mur għall-kampjun D
TMIEM
mur għall-allinjament
Approvazzjoni rtirata
Devjazzjoni massima [persentaġġ] fid-direzzjoni mhux favorevoli fir-rigward tal-valuri limitu
Riżultati possibbli fuq il-kampjun D
Riżultati possibbli fuq il-kampjun B
Riżultati possibbli fuq il-kampjun C
Riżultati possibbli fuq il-kampjun A
(1) Unità ddisinjata biex tarmi raġġ tal-passaġġ tista’ tinkorpora raġġ tas-sewqan li mhux konformi ma’ din l-ispeċifikazzjoni.
|
29.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 162/43 |
It-testi oriġinali tan-NU/KEE biss għandhom effett legali skont id-dritt pubbliku internazzjonali. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu vverifikati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus tan-NU/KEE TRANS/WP.29/343 disponibbli fuq:
http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html.
Ir-Regolament Nru 128 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) – Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ sorsi tad-dawl b’dajowds li jitfgħu d-dawl (LED) għall-użu f’unitajiet ta’ fanali approvati ta’ vetturi bil-magna u tal-karrijiet tagħhom
Jinkorpora t-test validu kollu sa:
Is-suppliment 2 għall-verżjoni oriġinali tar-Regolament – Data tad-dħul fis-seħħ: 10 ta’ Ġunju 2014
WERREJ
IR-REGOLAMENT
|
1. |
Kamp ta’ applikazzjoni |
|
2. |
Dispożizzjonijiet amministrattivi |
|
3. |
Rekwiżiti tekniċi |
|
4. |
Konformità tal-produzzjoni |
|
5. |
Penali għan-nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni |
|
6. |
Produzzjoni mwaqqfa għalkollox |
|
7. |
Ismijiet u indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni, u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip |
ANNESSI
|
1. |
Folji għal sorsi tad-dawl LED |
|
2. |
Komunikazzjoni |
|
3. |
Eżempju tal-arranġament tal-marka tal-approvazzjoni |
|
4. |
Metodu tal-kejl tal-karatteristiċi elettriċi u fotometriċi |
|
5. |
Rekwiżiti minimi għall-proċeduri ta’ kwalità mill-manifattur |
|
6. |
Teħid ta’ kampjuni u livelli ta’ konformità għar-rekords tat-testijiet tal-manifattur |
|
7. |
Rekwiżiti minimi għall-verifiki ta’ kampjunar b’mod aleatorju mill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip |
|
8. |
Konformità approvata permezz ta’ verifika ta’ kampjunar b’mod aleatorju |
1. KAMP TA’ APPLIKAZZJONI
Dan ir-Regolament japplika għas-sorsi tad-dawl LED imsemmija fl-Anness 1, u li huma maħsuba għall-użu f’unitajiet ta’ fanali approvati ta’ vetturi bil-magna u tal-karrijiet tagħhom
2. DISPOŻIZZJONIJIET AMMINISTRATTIVI
2.1. Definizzjonijiet
2.1.1. Definizzjoni ta’ “kategorija”
It-terminu “ kategorija ” jintuża f’dan ir-Regolament biex jiddeskrivi d-disinn bażiku ta’ sorsi tad-dawl LED standardizzati. Kull kategorija għandha tismija speċifika, bħal per eżempju: “LW1”, “LY2”, “LR2”.
2.1.2. Definizzjoni ta’ “tip”
Sorsi tad-dawl LED ta’ “ tipi ” differenti huma sorsi tad-dawl LED fl-istess kategorija li jvarjaw f’xi aspetti essenzjali bħal:
|
2.1.2.1. |
L-isem il-marka kummerċjali; Sorsi tad-dawl LED li jkollhom l-istess isem jew marka kummerċjali jew iżda prodotti minn manifatturi differenti jitqiesu li huma ta’ tipi differenti. Sorsi tad-dawl LED prodotti mill-istess manifattur li jvarjaw biss fl-isem jew il-marka kummerċjali jistgħu jitqiesu li huma tal-istess tip; |
|
2.1.2.2. |
Id-disinn tas-sors tad-dawl, meta dawn id-differenzi jeffettwaw ir-riżultati ottiċi; |
|
2.1.2.3. |
Vultaġġ nominali. |
2.2. Applikazzjoni għall-approvazzjoni
2.2.1. Applikazzjoni għall-approvazzjoni għandha tiġi sottomessa mill-proprjetarju tal-isem jew tal-marka kummerċjali, jew mir-rappreżentant akkreditat b’mod xieraq tiegħu.
2.2.2. Kull applikazzjoni għall-approvazzjoni għandha tkun akkumpanjata (ara wkoll il-paragrafu 2.4.2) minn:
|
2.2.2.1. |
Tliet kopji tad-disinni, iddettaljati biżżejjed li jippermettu l-identifikazzjoni tat-tip; |
|
2.2.2.2. |
Deskrizzjoni teknika qasira; |
|
2.2.2.3. |
Ħames kampjuni ta’ kull kulur li tkun saret applikazzjoni għalih. |
2.2.3. Fil-każ ta’ tip ta’ sorsi tad-dawl LED li jvarjaw biss fl-isem jew il-marka kummerċjali minn tip li jkun diġà ġie approvat għandu jkun biżżejjed li wieħed jissottometti:
|
2.2.3.1. |
Dikjarazzjoni mill-manifattur li t-tip sottomess
|
|
2.2.3.2. |
Żewġ kampjuni li jkollhom l-isem kummerċjali l-ġdid jew il-marka kummerċjali ġdida. |
2.2.4. L-awtorità kompetenti għandha tivverifika l-eżistenza ta’ arranġamenti sodisfaċenti li jiżguraw il-kontroll effettiv tal-konformità tal-produzzjoni qabel ma tingħata l-approvazzjoni għat-tip.
2.3. Skrizzjonijiet
2.3.1. Sorsi tad-dawl LED sottomessi għall-approvazzjoni għandu jkollhom, fuq il-kappa:
|
2.3.1.1. |
L-isem jew il-marka kummerċjali tal-applikant; |
|
2.3.1.2. |
Vultaġġ nominali; |
|
2.3.1.3. |
L-isem tal-kategorija rilevanti; |
|
2.3.1.4. |
Spazju ta’ daqs suffiċjenti li jesa’ l-marka tal-approvazzjoni. |
2.3.2. L-ispazju msemmi fil-paragrafu 2.3.1.4 ta’ hawn fuq għandu jiġi indikat fid-disinni li jakkumpanjaw l-applikazzjoni għall-approvazzjoni.
2.3.3. Skrizzjonijiet għajr dawk koperti mill-paragrafi 2.3.1 u 2.4.4 jistgħu jitwaħħlu, bil-kundizzjoni li ma jeffettwawx b’mod avvers il-karatteristiċi luminużi.
2.4. Approvazzjoni
2.4.1. Jekk il-kampjuni kollha ta’ tip ta’ sors tad-dawl LED li jiġu sottomessi skont il-paragrafi 2.2.2.3 jew 2.2.3.2 ta’ hawn fuq jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, l-approvazzjoni għandha tingħata.
2.4.2. Għandu jiġi assenjat kodiċi tal-approvazzjoni lil kull tip approvat. L-ewwel ċifra tiegħu għandha tindika s-serje ta’ emendi fiż-żmien tal-ħruġ tal-approvazzjoni.
Din għandha tkun segwita minn kodiċi tal-identifikazzjoni li tkun magħmula minn tliet karattri jew inqas. Għandhom jintużaw biss dawn in-numri Għarab u l-ittri kapitali:
“0 1 2 3 4 5 6 7 8 9 A B C D E F G H J K L M N P R S T U V W X Y Z”.
L-istess Parti Kontraenti ma tistax tassenja l-istess kodiċi lil tip ieħor ta’ sorsi tad-dawl LED.
2.4.3. In-notifika tal-approvazzjoni jew tal-estensjoni jew ir-rifjut jew l-irtirar tal-approvazzjoni jew ta’ produzzjoni mwaqqfa għalkollox ta’ tip ta’ sorsi tad-dawl LED skont dan ir-Regolament għandha tiġi kkomunikata lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola konformi mal-mudell fl-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament u disinn, ipprovduti mill-applikant għall-approvazzjoni f’format li ma jkunx akbar minn dak ta’ A4 (210 x 297 mm) u fuq skala ta’ mill-inqas 2:1.
2.4.4. Ma’ kull sors tad-dawl LED li jikkonforma ma’ tip approvat skont dan ir-Regolament għandha titwaħħal fl-ispazju msemmi fil-paragrafu 2.3.1.4, minbarra l-iskrizzjonijiet meħtieġa skont il-paragrafu 2.3.1, marka ta’ approvazzjoni internazzjonali magħmula minn:
|
2.4.4.1. |
ċirku maqtugħ li jdawwar l-ittra “E” segwit min-numru li jiddistingwi l-pajjiż li ta l-approvazzjoni (1); |
|
2.4.4.2. |
il-kodiċi tal-approvazzjoni, imqiegħed viċin iċ-ċirku maqtugħ. |
2.4.5. Jekk l-applikant ikun kiseb l-istess kodiċi tal-approvazzjoni għal diversi ismijiet jew marki kummerċjali, wieħed jew iktar minn wieħed minnhom ikun biżżejjed biex jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 2.3.1.1.
2.4.6. Il-marki u l-iskrizzjonijiet speċifikati fil-paragrafi 2.3.1 u 2.4.3 għandhom ikunu jistgħu jinqraw b’mod ċar u ma jkunux jistgħux jitħassru.
2.4.7. L-Anness 3 ta’ dan ir-Regolament jagħti eżempju ta’ arranġament tal-marka tal-approvazzjoni.
3. REKWIŻITI TEKNIĊI
3.1. Definizzjonijiet
3.1.1. Vultaġġ nominali: vultaġġ (f’volts) immarkat fuq is-sors tad-dawl LED;
3.1.2. Vultaġġ(i) tat-test: vultaġġ(i) jew medda/meded tal-vultaġġ, fit-terminali tas-sorsi tad-dawl LED li għalihom huma maħsuba u għandhom jiġu ttestjati l-karatteristiċi elettriċi u fotometriċi tas-sorsi tad-dawl LED.
3.1.3. Valuri oġġettivi: Il-valur tad-disinn ta’ karatteristika elettrika jew fotometrika. Għandu jinkiseb, fit-tolleranzi speċifikati, meta s-sors tad-dawl LED jiġi enerġizzat bil-vultaġġ tat-test rilevanti.
3.1.4. Sors tad-dawl LED standard (étalon): Sors tad-dawl LED speċjali, li jintuża għall-ittestjar ta’ tidwil u ta’ apparati tas-sinjalar bid-dawl. Dan ikollu tolleranzi mnaqqsa għall-karatteristiċi dimensjonali, elettriċi u fotometriċi, kif speċifikat fid-dokument tad-dejta rilevanti. Is-sorsi tad-dawl LED standard huma speċifikati b’vultaġġ wieħed biss għal kull kategorija.
3.1.5. Assi ta’ referenza: l-assi definit b’referenza għall-kappa u li jirreferu għalih ċerti dimenzjonijiet tas-sorsi tad-dawl LED.
3.1.6. Pjan ta’ referenza: il-pjan definit b’referenza għall-kappa, perpendikulari għall-assi ta’ referenza u li jirreferu għalih ċerti dimenzjonijiet tas-sorsi tad-dawl LED.
3.1.7. Ċentru tad-dawl: il-punt fuq l-assi ta’ referenza f’distanza ddefinita mill-pjan ta’ referenza li jirrappreżenta l-oriġini nominali tar-radjazzjoni viżibbli mitfugħa.
3.1.8. Tul taċ-ċentru tad-dawl: id-distanza bejn il-pjan ta’ referenza u ċ-ċentru tad-dawl
3.1.9. Assi ta’ osservazzjoni fuq is-sors tad-dawl LED: l-assi li jgħaddi miċ-ċentru tad-dawl f’angolu polari u ażimutali definit li jintuża biex jikkaratterizza l-proprjetajiet fotometriċi tas-sors tad-dawl LED.
3.1.10. Żona ta’ emissjoni ta’ dawl apparenti: iż-żona li tinkludi l-element (apparenti) ta’ radjazzjoni viżibbli meta osservata minn ċerta assi ta’ osservazzjoni. Iż-żona ta’ emissjoni ta’ dawl apparenti tiġi definita fi pjan li fih ikun hemm iċ-ċentru tad-dawl u li jkun perpendikulari għall-assi ta’ osservazzjoni korrispondenti.
3.1.11. Intensità luminuża normalizzata: il-valur tal-intensità luminuża diviż b’dak tal-fluss luminuż tas-sors tad-dawl sabiex jiġi kkaratterizzat id-disinn tar-radjazzjoni angolari tas-sors tad-dawl LED.
3.1.12. Fluss luminuż kumulattiv: il-fluss luminuż mormi mis-sors tad-dawl bil-kundizzjonijiet tat-tħaddim, f’kon li jikkomprendi l-angolu solidu speċifikat u li jkun iċċentrat fuq l-assi ta’ referenza (2).
3.1.13. Sors tad-dawl b’dajows li jitfgħu d-dawl (LED): sors tad-dawl, li fih, l-element ta’ radjazzjoni viżibbli jkun magħmul minn konnessjoni waħda jew aktar ta’ stat solidu (solid-state) li tipproduċi/jipproduċu luminexxenza bl-injezzjoni u/jew fluworexxenza.
3.2. Speċifikazzjonijiet ġenerali
|
3.2.1. |
Kull kampjun li jiġi sottomess għandu jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet rilevanti ta’ dan ir-Regolament. |
|
3.2.2. |
Is-sorsi tad-dawl LED għandhom ikunu ddisinjati b’tali mod li jkunu u jibqgħu jaħdmu sew waqt l-użu normali tagħhom. Barra minn hekk m’għandu jkollhom ebda difett tad-disinn jew tal-manifattura. |
|
3.2.3. |
Is-sorsi tad-dawl LED m’għandhu jkollhom l-ebda grif jew tikek fuq is-superfiċje ottiku tagħhom li jistgħu jnaqqsu mill-effiċjenza u l-prestazzjoni ottika tagħhom. |
|
3.2.4. |
Is-sorsi tad-dawl LED għandhom ikunu mgħammra b’kapep standard li jikkonformaw mal-folji tad-dejta tal-kapep tal-Pubblikazzjoni tal-IEC Nru 60061, kif speċifikat fuq il-folji tad-dejta individwali fl-Anness 1. |
|
3.2.5. |
Il-kappa għandha tkun mwaħħla sew u b’mod sod mal-bqija tas-sors tad-dawl LED. |
|
3.2.6. |
Sabiex ikun aċċertat jekk is-sorsi tad-dawl LED jikkonformawx mar-rekwiżiti tal-paragrafi 3.2.3 sa 3.2.5 ta’ hawn fuq, għandhom jitwettqu spezzjoni viżwali, verifika tal-qisien u fejn meħtieġ, immuntar bi prova fil-ħowlder kif speċifikat fil-pubblikazzjoni tal-IEC Nru 60061. |
|
3.2.7. |
Il-konnessjoni(jiet) ta’ stat solidu għandhom ikunu l-uniku element(i) tas-sors tad-dawl LED li jiġġeneraw u jitfgħu d-dawl, jew direttament jew permezz ta’ konverżjoni abbażi tal-fluworexxenza, meta jiġi enerġizzat. |
3.3. Testijiet
|
3.3.1. |
L-ewwel, is-sorsi tad-dawl LED għandhom jitqaddmu bil-vultaġġ tat-test tagħhom għal tal-anqas tmienja u erbgħin siegħa. Għal sorsi tad-dawl LED multifunzjonali, kull funzjoni għandha titqaddem separatament. |
|
3.3.2. |
Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, il-kejl elettriku u fototmetriku għandu jsir bil-vultaġġ(i) tat-test rilevanti. |
|
3.3.3. |
Il-kejl elettriku kif speċifikat fl-Anness 4 għandu jsir, mill-inqas, bi strumenti ta’ klassi 0,2 (0,2 fil-mija ta’ preċiżjoni fuq l-iskala kollha). |
3.4. Il-pożizzjoni u d-dimensjonijiet taż-żona ta’ emissjoni ta’ dawl apparenti
|
3.4.1. |
Il-pożizzjoni u d-dimensjonijiet taż-żona ta’ emissjoni ta’ dawl apparenti għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti kif stabbiliti fil-folja tad-dejta rilevanti tal-Anness 1. |
|
3.4.2. |
Il-kejl għandu jsir wara t-tiqdim tas-sors tad-dawl LED skont il-paragrafu 3.3.1. |
3.5. Fluss luminuż
|
3.5.1. |
Meta mkejjel skont il-kundizzjonijiet speċifikati fl-Anness 4, il-fluss luminuż għandu jkun fil-limiti stabbiliti fil-folja tad-dejta rilevanti tal-Anness 1. |
|
3.5.2. |
Il-kejl għandu jsir wara t-tiqdim tas-sors tad-dawl LED skont il-paragrafu 3.3.1. |
3.6. Distribuzzjoni tal-intensità luminuża normalizzata/distribuzzjoni tal-fluss luminuż kumulattiv
|
3.6.1. |
Meta mkejjel skont il-kundizzjonijiet tal-ittestjar speċifikati fl-Anness 4 ta’ dan ir-Regolament, id-distribuzzjoni tal-intensità luminuża normalizzata u/jew id-distribuzzjoni tal-fluss luminuż kumulattiv għandu jkun fil-limiti stabbiliti fil-folja tad-dejta rilevanti tal-Anness 1. |
|
3.6.2. |
Il-kejl għandu jsir wara t-tiqdim tas-sors tad-dawl LED skont il-paragrafu 3.3.1. |
3.7. Kulur
|
3.7.1. |
Il-kulur tad-dawl mitfugħ mis-sorsi tad-dawl LED għandu jiġi speċifikat fil-folja tad-dejta rilevanti. Id-definizzjonijiet tal-kulur tad-dawl mitfugħ, mogħtija fir-Regolament Nru 48 u s-serje ta’ emendi tiegħu jkunu fis-seħħ fiż-żmien tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip għandhom japplikaw għal dan ir-Regolament. |
|
3.7.2. |
Il-kulur tad-dawl mitfugħ għandu jitkejjel bil-metodu speċifikat fl-Anness 4. Kull valur imkejjel għandu jkun fil-limiti ta’ tolleranza meħtieġa. |
|
3.7.3. |
Barra minn hekk, fil-każ ta’ sorsi tad-dawl LED li jitfgħu dawl abjad, il-kontenut minimu ta’ aħmar tad-dawl għandu jkun tali li:
fejn:
Dan il-valur għandu jiġi kkalkulat billi jintużaw intervalli ta’ nanometru wieħed. |
3.8. Radjazzjoni UV
Ir-radjazzjoni UV tas-sors tad-dawl LED għandha tkun tali li s-sors tad-dawl LED ikun tat-tip b’radjazzjoni UV baxxa konformi ma’:
fejn:
|
S(λ)(unità: 1) |
hija l-funzjoni ta’ ponderazzjoni spettrali; |
|
km = 683 lm/W |
huwa l-valur massimu tal-effiċjenza luminuża tar-radjazzjoni. |
(Għal definizzjonijiet ta’ simboli oħra ara l-paragrafu 3.7.3 ta’ hawn fuq)
Dan il-valur għandu jiġi kkalkulat billi jintużaw intervalli ta’ nanometru wieħed. Ir-radjazzjoni UV għandha tiġi ponderata abbażi tal-valuri indikati fit-Tabella ta’ hawn taħt:
|
λ |
S(λ) |
|
250 |
0,430 |
|
255 |
0,520 |
|
260 |
0,650 |
|
265 |
0,810 |
|
270 |
1,000 |
|
275 |
0,960 |
|
280 |
0,880 |
|
285 |
0,770 |
|
290 |
0,640 |
|
295 |
0,540 |
|
300 |
0,300 |
|
305 |
0,060 |
|
310 |
0,015 |
|
315 |
0,003 |
|
320 |
0,001 |
|
325 |
0,00050 |
|
330 |
0,00041 |
|
335 |
0,00034 |
|
340 |
0,00028 |
|
345 |
0,00024 |
|
350 |
0,00020 |
|
|
|
|
355 |
0,00016 |
|
360 |
0,00013 |
|
365 |
0,00011 |
|
370 |
0,00009 |
|
375 |
0,000077 |
|
380 |
0,000064 |
|
385 |
0,000530 |
|
390 |
0,000044 |
|
395 |
0,000036 |
|
400 |
0,000030 |
|
|
|
Nota: Valuri skont il-“Linji Gwida IRPA/INIRC dwar il-limiti tal-esponiment għar-radjazzjoni ultravjola”. Il-wavelengths (f’nanometers) elettromanjetiċi magħżula huma rappreżentattivi; valuri oħra għandhom jiġu interpolati.
3.9. Sorsi tad-dawl LED standard
Rekwiżiti addizzjonali għal sorsi tad-dawl LED standard (étalon) jingħataw fil-folja tad-dejta rilevanti tal-Anness 1.
4. KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI
|
4.1. |
Is-sorsi tad-dawl LED approvati skont dan ir-Regolament għandhom ikunu manifatturati b’tali mod li jikkonformaw mat-tip approvat billi jissodisfaw l-iskrizzjonijiet u r-rekwiżiti tekniċi stabbiliti fil-paragrafu 3 ta’ hawn fuq u fl-Annessi 1, 4 u 5 ta’ dan ir-Regolament. |
|
4.2. |
Sabiex jiġi verifikat li r-rekwiżiti tal-paragrafu 4.1 jiġu ssodisfati, għandhom jitwettqu kontrolli xierqa tal-produzzjoni. |
|
4.3. |
Id-detentur tal-approvazzjoni għandu, b’mod partikolari:
|
|
4.4. |
L-awtorità kompetenti li tat l-approvazzjoni tat-tip tista’, meta jidhrilha, tivverifika l-metodi ta’ kontroll tal-konformità applikabbli għal kull unità ta’ produzzjoni. |
|
4.4.1. |
F’kull spezzjoni, il-kotba tat-test u r-reġistri tal-istħarriġ dwar il-produzzjoni għandhom jiġu ppreżentati lill-ispettur li jkun żar il-post. |
|
4.4.2. |
L-ispettur jista’ jieħu kampjuni b’mod aleatorju li jiġu ttestjati fil-laboratorju tal-manifattur. In-numru minimu ta’ kampjuni jista’ jiġi determinat skont ir-riżultati tal-verifika tal-manifattur stess. |
|
4.4.3. |
Meta l-livell tal-kwalità ma jidhirx sodisfaċenti jew jidher li hemm bżonn li tiġi ppruvata l-validità tat-testijiet li jkunu saru skont il-paragrafu 4.4.2 ta’ hawn fuq, l-ispettur għandu jagħżel il-kampjuni li għandhom jintbagħtu lis-servizz tekniku li jkun wettaq it-testijiet tal-approvazzjoni tat-tip. |
|
4.4.4. |
L-awtorità kompetenti tista’ twettaq kwalunkwe test preskritt f’dan ir-Regolament. Meta l-awtorità kompetenti tiddeċiedi li twettaq verifiki ta’ kampjunar b’mod aleatorju, il-kriterji tal-Annessi 7 u 8 ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu applikati. |
|
4.4.5. |
Il-frekwenza normali ta’ spezzjonijiet awtorizzati mill-awtorità kompetenti għandha tkun ta’ darba kull sentejn. Fil-każ fejn jiġu rreġistrati riżultati negattivi waqt waħda minn dawn iż-żjarat, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li jittieħdu l-passi kollha meħtieġa biex tiġi stabbilita mill-ġdid il-konformità tal-produzzjoni malajr kemm jista’ jkun. |
5. PENALI GĦAN-NUQQAS TA’ KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI
|
5.1. |
L-approvazzjoni mogħtija fir-rigward ta’ sors tad-dawl LED skont dan ir-Regolament tista’ tiġi rtirata jekk ma jiġux issodisfati r-rekwiżiti jew jekk is-sors tad-dawl LED li jkollu l-marka tal-approvazzjoni ma jkunx konformi mat-tip approvat. |
|
5.2. |
Jekk Parti Kontraenti għall-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira approvazzjoni li tkun tat preċedentement, minnufih għandha tinnotifika b’dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament. |
6. PRODUZZJONI MWAQQFA GĦALKOLLOX
Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jwaqqaf għalkollox il-manifattura ta’ tip ta’ sors tad-dawl LED approvat skont dan ir-Regolament, huwa għandu jgħarraf b’dan lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun tat l-approvazzjoni. Malli tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti, dik l-Awtorità għandha tinforma b’dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament.
7. ISMIJIET U INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI MIT-TWETTIQ TAT-TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI, U TAL-AWTORITAJIET TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP
Il-Partijiet għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni, u u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip li jagħtu l-approvazzjoni u fejn għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew ir-rifjut jew l-irtirar tal-approvazzjoni maħruġa f’pajjiżi oħra.
(1) Kif definit fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.2, para. 2
(2) Abbażi tal-Vokabolarju elettroniku internazzjonali IEV 845-09-31 tas-CIE/IEC.
ANNESS 1
FOLJI (*1) GĦAL SORSI TAD-DAWL LED
Lista ta’ kategoriji ta’ sorsi tad-dawl LED u n-numri tal-folji tagħhom:
|
Kategorija |
|
Numru/i tal-folja |
|
LR1 |
|
LR1/1 sa 5 |
|
LW2 |
|
LW2/1 sa 5 |
Lista ta’ folji għal sorsi tad-dawl LED u s-sekwenza tagħhom f’dan l-anness:
Numru/i tal-folja
LR1/1 sa 5
LW2/1 sa 5
Kategorija LR1 - Folja LR1/1
Id-disinni huma maħsuba biss biex juru d-dimensjonijiet essenzjali (f’mm) tas-sors tad-dawl LED
Figura 1
Disinn prinċipali
Figura 2
Dettall tal-konnettur
Kategorija LR1 - Folja LR1/2
Tabella 1
Karatteristiċi Elettriċi u Fotometriċi essenzjali
|
Dimensjonijiet f’mm |
Tolleranza |
||||
|
Sorsi tad-dawl LED ta’ produzzjoni normali |
Sors tad-dawl LED standard |
||||
|
e (1) |
24,0 |
0,2 |
0,1 |
||
|
Kappa PGJ21t-1 b’konformità mal-Pubblikazzjoni tal-IEC Nru 60061 (folja 7004-165-1) |
|||||
|
Karatteristiċi elettriċi u fotometriċi (2) |
|||||
|
Valuri nominali |
|
Funzjoni minuri |
Funzjoni prinċipali |
Funzjoni minuri |
Funzjoni prinċipali |
|
Volts |
12 |
12 |
|||
|
Valuri oġġetivi (3) |
Watts. (bi 13,5 V DC) |
0,75 max. |
3,5 max. 1,4 min. |
0,75 max. |
3,5 max. 1,4 min. |
|
Fluss luminuż (f’lm bi 13,5 V DC) |
|
|
3,5 ± 10 % |
47 ± 10 % |
|
|
Fluss luminuż (f’lm b’ -16 V DC) |
3,5 ± 20 % |
47 ± 20 % |
|
|
|
Imġiba f’kundizzjoni ta’ avarija
F’każ ta’ avarija tas-sors tad-dawl LED (ebda emissjoni ta’ dawl) l-assorbiment massimu ta’ kurrent – meta s-sors tad-dawl jitħaddem fil-medda ta’ vultaġġ input fil-modalità “funzjoni prinċipali” – għandu jkun ta’ inqas minn 20 mA (f’kundizzjoni ta’ ċirkwit miftuħ).
Rekwiżiti għall-projezzjoni fuq skrin
It-test li ġej huwa maħsub biex jiddefinixxi r-rekwiżiti għaż-żona ta’ emissjoni ta’ dawl apparenti tas-sors tad-dawl LED u biex jiddetermina jekk iż-żona ta’ emissjoni ta’ dawl hijiex pożizzjonata korrettament fir-rigward tal-assi ta’ referenza u l-pjan ta’ referenza biex tiġi verifikata l-konformità mar-rekwiżiti.
Il-pożizzjoni taż-żona ta’ emissjoni ta’ dawl għandha tiġi ċċekkjata permezz tas-sistema-kaxxa definita fil-Figura 3, li turi l-projezzjonijiet meta l-osservazzjoni ssir fid-direzzjoni g=90° fil-pjani C90 u C180 (C, g kif definit fil-Figura 4). Mill-inqas 95 fil-mija tal-fluss luminuż mitfugħ fid-direzzjoni ta’ osservazzjoni għandu jiġi miż-żona trapeżojdali definita mid-distanzi d1, d2 u c. Inqas minn 70 fil-mija tal-fluss luminuż għandu jkun jiġi miż-żona rettangolari definita mid-distanzi d3 u c.
Kategorija LR1 - Folja LR1/3
Figura 3
Definizzjoni taż-żona ta’ emissjoni ta’ dawl permezz ta’ sistema-kaxxa
Tabella 2
Dimensjonijiet tas-sistema-kaxxa fil-Figura 3
|
Dimensjonijiet f’mm |
f |
c |
d1 |
d2 |
d3 |
|
Sorsi tad-dawl LED ta’ produzzjoni normali |
E + 0,2 |
3,6 |
21,0 |
15,0 |
7,0 |
|
Sorsi tad-dawl LED standard (étalon): |
E + 0,1 |
3,4 |
21,0 |
15,0 |
7,0 |
Distribuzzjoni tal-intensità luminuża normalizzata
It-test li ġej huwa maħsub biex jiddetermina d-distribuzzjoni tal-intensità luminuża normalizzata tas-sors tad-dawl fi pjan arbitrarju li jkun fih l-assi ta’ referenza. L-intersezzjoni tal-assi ta’ referenza mat-tarf ta’ fuq tal-kaxxa tintuża bħala l-punt tal-oriġini tas-sistema ta’ koordinati.
Is-sors tad-dawl jitwaħħal ma’ pjanċa ċatta bil-karatteristiċi tal-immuntar korrespondenti. Il-pjanċa tiġi mmuntata fuq il-mejda tal-gonjometru permezz ta’ brekit, b’mod li l-assi ta’ referenza tas-sors tad-dawl jiġi allinjat ma’ wieħed mill-assi rotanti tal-gonjometru. Il-konfigurazzjoni għall-kejl korrispondenti hija deskritta fil-Figura 4.
Kategorija LR1 - Folja LR1/4
Id-disinni huma maħsuba biss biex juru il-konfigurazzjoni essenzjali għall-kejl tas-sors tad-dawl LED
Figura 4
Il0-konfigrazzjoni għall-kejl tad-distribuzzjoni tal-intensità luminuża
Id-dejta dwar l-intensità luminuża tiġi reġistrata għall-funzjoni prinċipali permezz ta’ fotogonjometru standard. Id-distanza tal-kejl għandha tiġi magħżula kif meħtieġ, biex jiġi żgurat li d-ditekter ikun fil-parti mbiegħda tad-distribuzzjoni tad-dawl.
Il-kejl għandu jsir fi 3 pjani-C, li jkun fihom l-assi ta’ referenza tas-sors tad-dawl. It-3 pjani-C għandhom ikunu bejn C30 and C330 biex jiġu evitati d-dellijiet tal-konnekter u dawn il-pjanijiet għandhom ikunu mill-anqas 30° ‘il bogħod minn xulxin. Il-punti tal-ittestjar għal kull pjan għall-angoli polari multipli g huma speċifikati fit-Tabella 3.
Wara l-kejl, id-dejta għandha tiġi normalizzata għal 1 000 lm skont il-paragrafu 3.1.11, bl-użu tal-fluss luminuż tas-sors tad-dawl individwali suġġett għat-test. Id-dejta għandha tkun konformi mal-medda ta’ tolleranza tal-intensità kif definit fit-Tabella 3.
Pjani-C: ara l-pubblikazzjoni tas-CIE Nru 70-1987, “The measurement of absolute intensity distributions” (Il-kejl tad-distribuzzjonijiet tal-intensità assoluta).
Kategorija LR1 - Folja LR1/5
Tabella 3
Valuri tal-intensità normalizzata fil-punti tal-ittestjar għall-funzjoni prinċipali ta’ produzzjoni normali u għas-sorsi tad-dawl standard, rispettivament
|
|
Sors tad-dawl LED ta’ produzzjoni normali |
Sors tad-dawl LED standard |
||
|
γ |
Intensità massima f’ cd/1 000 lm |
Intensità massima f’ cd/1 000 lm |
Intensità massima f’ cd/1 000 lm |
Intensità massima f’ cd/1 000 lm |
|
0° |
0 |
30 |
0 |
20 |
|
15° |
0 |
30 |
0 |
20 |
|
30° |
0 |
70 |
0 |
40 |
|
45° |
20 |
100 |
20 |
60 |
|
60° |
35 |
120 |
35 |
80 |
|
75° |
50 |
140 |
50 |
100 |
|
90° |
70 |
160 |
70 |
120 |
|
105° |
90 |
180 |
90 |
140 |
|
120° |
110 |
200 |
110 |
160 |
|
135° |
110 |
200 |
110 |
160 |
|
150° |
90 |
180 |
90 |
140 |
Id-distribuzzjoni tal-intensità luminuża, kif deskritt fit-Tabella 3, għandha tkun sostanzjalment uniformi, jiġifieri bejn żewġ punti ħdejn xulxin tal-grilja r-rekwiżit tal-intensità luminuża relattiva jiġi kkalkulat permezz ta’ interpolazzjoni lineari bl-użu taż-żewġ punti ħdejn xulxin tal-ġrilja.
Kategorija LW2 - Folja LW2/1
Id-disinni huma maħsuba biss biex juru d-dimensjonijiet essenzjali (f’mm) tas-sors tad-dawl LED
Figura 1
Disinn prinċipali – elevazzjoni frontali u laterali
Figura 2
Dettall tal-konnekter
Tabella 1
Karatteristiċi elettriċi u fotometriċi essenzjali
|
Dimensjonijiet f’mm |
Tolleranzi |
||||
|
Sorsi tad-dawl LED ta’ produzzjoni normali |
Sorsi tad-dawl LED standard |
||||
|
e |
26,4 |
0,2 |
0,1 |
||
|
[Kappa PGJY50] b’konformità mal-Pubblikazzjoni tal-IEC Nru 60061 (folja 7004-[....]-1) |
|||||
|
Karatteristiċi elettriċi u fotometriċi (4) |
|||||
|
Valuri nominali |
|
Funzjoni minuri |
Funzjoni prinċipali |
Funzjoni minuri |
Funzjoni prinċipali |
|
Volts |
12 |
12 |
|||
|
Watts. (bi 13,5 V DC) |
1 max. |
12 max. 4 min. |
1 max. |
12 max. 4 min. |
|
|
Fluss luminuż (f’lm bi 13,5 V DC) |
|
|
50 ± 10 % |
725 ± 10 % |
|
|
Fluss luminuż (f’lm b’ -16 V DC) |
50 ± 15 % |
725 ± 15 % |
|
|
|
|
Temperatura bażi Tb korrispondenti, f’ °C |
30 ± 2 |
55 ± 2 |
30 ± 0,5 |
55 ± 0,5 |
|
Kategorija LW2 - Folja LW2/2
Rekwiżiti għall-projezzjoni fuq skrin
Dan it-test huwa maħsub biex jiddetermina jekk iż-żona ta’ emissjoni ta’ dawl hijiex imqiegħda korrettament fir-rigward tal-assi ta’ referenza u l-pjan ta’ referenza.
Il-konformità tal-pożizzjoni u d-dimensjoni kif definit fit-Tabella 2 hija kkontrollata mis-sistema-kaxxa murija fil-Figura 3. Id-disinn ta’ fuq ix-xellug juri l-projezzjoni meta l-osservazzjoni ssir fid-direzzjoni tal-assi ta’ referenza b’angolu ta’ aċċettazzjoni (ta’ apertura) ta’ ± 40° filwaqt li d-disinn fuq l-lemin jiddefinixxi l-pożizzjoni tal-pjan u l-assi ta’ referenza.
Id-determinazzjoni tad-daqs għandha ssir b’mezz xieraq.
Figura 3
Definizzjoni taż-żona ta’ emissjoni ta’ dawl permezz ta’ sistema-kaxxa
Tabella 2
Dimensjonijiet taż-żona ta’ emissjoni ta’ dawl fil-Figura 3
|
Dimensjonijiet f’mm |
e |
a |
b |
c |
|
Sorsi tad-dawl LED ta’ produzzjoni normali |
26,4 ± 0,2 |
14,5 + 0/-2,5 |
10,1 + 0/-1,5 |
Ø 50,00 + 0,10/-0 |
|
Sorsi tad-dawl LED standard (étalon): |
26,4 ± 0,1 |
14,5 + 0/-2,5 |
10,1 + 0/-1,5 |
Ø 50,05 + 0,05/-0 |
Kategorija LW2 - Folja LW2/3
Distribuzzjoni tal-fluss luminuż kumulattiv
Il-konfigurazzjoni għall-kejl
Dan it-test huwa maħsub biex jiddetermina l-fluss luminuż kumulattiv f’angoli solidi definiti tad-distribuzzjoni tal-intensità luminuża.
Jistgħu jintużaw fotogonjometri tat-Tip I jew II skont il-pubblikazzjoni tas-CIE Nru 70-1987 li jkollhom il-kapaċità li jdawru s-sors tad-dawl madwar żewġ assi perpendikulari mal-assi ta’ emissjoni ta’ dawl. L-intersezzjoni tal-assi ta’ referenza mal-pjan parallel għall-pjan ta’ referenza f’distanza e tintuża bħala l-punt tal-oriġini tas-sistema ta’ koordinati.
Figura 4
Il-konfigurazzjoni għall-kejl tad-distribuzzjoni tal-intensità luminuża bl-użu ta’ fotogonjometru tat-tip I
Is-sors tad-dawl jitwaħħal ma’ pjanċa ċatta bil-karatteristiċi tal-immuntar korrespondenti. Il-pjanċa tiġi mmuntata fuq il-mejda tal-gonjometru permezz ta’ brekit, b’mod li l-assi ta’ referenza tas-sors tad-dawl jiġi allinjat mal-assi tal-kejl tal-gonjometru. Il-konfigurazzjoni għall-kejl korrispondenti hija deskritta fil-Figura 4.
Kategorija LW2 - Folja LW2/4
Distribuzzjoni tal-fluss luminuż kumulattiv
Proċedura għall-kejl u l-kalkolu
Id-dejta għandha tiġi reġistrata għat-temperatura bażi Tb speċifikata mit-Tabella 1 fil-pożizzjoni indikata fil-Figura 5.
Id-dejta dwar id-distribuzzjoni tal-intensità luminuża għandha tiġi reġistrata f’angolu solidu ta’ -40° < α < +40° u -40° < β +40°. Id-distanza tal-kejl għandha tiġi magħżula b’tali mod li d-ditekter ikun fil-parti mbiegħda tad-distribuzzjoni tad-dawl. Huwa meħtieġ daqs tal-intervalli angulari ta’ 1° jew inqas.
Wara l-kejl, id-distribuzzjoni tal-fluss luminuż kumulattiv għandha tiġi kkalkulata mid-dejta reġistrata għal diversi angoli solidi kif speċifikat fit-Tabella 3 skont il-pubblikazzjoni tas-CIE Nru 84-1989, Taqsima 4.3. Sussegwentement, id-distribuzzjoni għandha tiġi normalizzata għall-fluss luminuż totali determinat għal -40° < α < +40° u -40° < β < +40. Id-dejta għandha tkun konformi mal-medda ta’ tolleranza tal-intensità kif definit fit-Tabella 3.
Sabiex tiġi żgurata distribuzzjoni simetrika f’kull angolu solidu tat-Tabella 3, il-fluss luminuż għandu jiġi determinat b’mod indipendenti għall-4 kwadranti kollha u l-valuri tal-fluss m’għandhomx ivarjaw b’aktar minn 15 %.
Tabella 3
Valuri tal-fluss luminuż kumulattiv normalizzat fil-punti tal-ittestjar kemm għall-fanali ta’ produzzjoni normali kif ukoll għall-fanali standard
|
Angolu α, β |
Fluss normalizzat minimu f’% |
Fluss normalizzat massimu f’% |
|
– 5° < α, β < +5° |
8 |
14 |
|
– 10 ° < α, β < +10 ° |
31 |
37 |
|
– 15° < α, β < +15° |
54 |
59 |
|
– 20° < α, β < +20° |
75 |
81 |
|
– 25° < α, β < +25° |
91 |
95 |
|
– 30° < α, β < +30° |
97 |
100 |
|
– 35° < α, β < +35° |
98 |
100 |
|
– 40° < α, β < +40° |
100 (mid-definizzjoni) |
|
Id-distribuzzjoni tal-fluss luminuż kumulattiv tal-funzjoni minuri tista’ tiġi verifikata billi jitkejjel il-proporzjon tal-funzjoni prinċipali u dik minuri b’angolu fiss, u l-multiplikazzjoni ta’ dan il-fattur bil-valur tal-fluss luminuż tal-funzjoni prinċipali.
F’każ ta’ dubju li d-distribuzzjonijiet tal-fluss luminuż kumulattiv tal-funzjonijiet prinċipali u minuri jkunu differenti, il-proċedura deskritta hawn fuq għall-funzjoni prinċipali għandha tiġi ripetuta għall-funzjoni minuri.
Ġeometrija tal-interfaċċa termika
L-interfaċċa termika LW2 tinsab fil-pjan ta’ referenza (iż-żona skura fil-Figura 5) u hija deskritta fid-dettall fil-pubblikazzjoni tal-IEC Nru 60061 kif indikat fit-Tabella 1 fuq il-folja LW2/1. Din għandha titwaħħal ma’ heat sink jew ma’ sistema ta’ ġestjoni termika xierqa.
Il-fluss luminuż indikat fit-Tabella 1 għandu jinkiseb hekk kif it-temperatura bażi Tb imkejla fil-pożizzjoni indikata fil-Figura 5 tiġi stabbilizzata.
Kategorija LW2 - Folja LW2/5
Figura 5
Dehra min wara: iż-żona ta’ kuntatt termiku u l-pożizzjoni tal-punt-Tb fuq l-assi ta’ simetrija vertikali, f’distanza f miċ-ċentru
|
Dimensjonijiet f’mm |
|
|
c |
50,0 |
|
d |
34,5 |
|
f |
13,0 |
|
g |
10,0 |
Imġiba f’kundizzjoni ta’ avarija
F’każ ta’ avarija tas-sors tad-dawl LED (ebda emissjoni ta’ dawl) l-assorbiment massimu ta’ kurrent – meta s-sors tad-dawl jitħaddem fil-medda ta’ vultaġġ input fil-modalità “funzjoni prinċipali” – għandu jkun ta’ inqas minn 20 mA (f’kundizzjoni ta’ ċirkwit miftuħ).
(*1) Tabelli, karatteristiċi Elettriċi u Fotometriċi:
|
|
Il-vultaġġ jiġi espress f’V; |
|
|
Il-wattage jiġi espress f’W; |
|
|
Il-fluss luminuż jiġi espress f’lm; |
|
|
L-intensità luminuża normalizzata tiġi espressa f’cd/1 000 lm; |
|
|
Il-fluss luminuż kumulattiv normalizzat jiġi espress f’%. |
(1) Iż-żona ta’ emissjoni ta’ dawl: għandha tiġi ċċekkjata permezz tas-sistema-kaxxa (box system) li tidher fil-Figura 3.
(2) Id-dawl mitfugħ għandu jkun aħmar.
(3) Mixgħul kontinwament għal 30 minuta b’temperatura ta’ 23 ± 2,5 °C.
(4) Iż-żona ta’ emissjoni ta’ dawl: għandha tiġi ċċekkjata permezz tas-sistema-kaxxa (box system) li tidher fil-Figura 3.
(5) Mixgħul kontinwament għal 30 minuti b’temperatura bażi Tb stabbilizzata kif speċifikat hawn fuq.
(6) Il-fluss luminuż miż-żona ta’ emissjoni ta’ dawl għandu jiġi ddeterminat f’angolu solidu ta’ 40° < α < + 40° u 40° < β < +40° bl-użu ta’ metodi integrali jew tal-proċedura deskritta fil-folji LW2/3 u LW2/4.
ANNESS 3
EŻEMPJU TAL-ARRANĠAMENT TAL-MARKA TAL-APPROVAZZJONI
(ara l-paragrafu 2.4.4)
a = 2,5 mm min.
Din il-marka tal-approvazzjoni mwaħħla ma’ sors tad-dawl LED tindika li s-sors tad-dawl ġie approvat fir-Renju Unit (E11) bil-kodiċi tal-approvazzjoni 0A01. L-ewwel ċifra tal-kodiċi tal-approvazzjoni tindika li l-approvazzjoni ngħatat skont ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 128 (*1) fil-forma oriġinali tiegħu.
(*1) Mhux meħtieġa bidliet fin-numru tal-approvazzjoni.
ANNESS 4
METODU TAL-KEJL TAL-KARATTERISTIĊI ELETTRIĊI U FOTOMETRIĊI
Is-sorsi tad-dawl tal-kategoriji kollha li jkollhom heatsink integrat għandhom jiġu mkejla f’temperatura ambjentali ta’ (23 ± 2) °Ċ f’arja wieqfa. Għal dan il-kejl, għandu jinżamm l-ispazju liberu minimu kif definit fil-folji tad-dejta.
Is-sorsi tad-dawl tal-kategoriji kollha li jkollhom temperatura bażi Tb definita għandhom jiġu mkejla billi l-punt Tb jiġi stabbilizzat fit-temperatura speċifika definita fuq il-folja tad-dejta tal-kategorija.
1. Fluss luminuż
|
1.1. |
Għandu jsir kejl tal-fluss luminuż bl-użu ta’ metodu ta’ integrazzjoni
|
|
1.2. |
Il-valuri tal-fluss luminuż, kif imkejla wara
Dawn il-valuri għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti minimi u massimi. Fil-każ ta’ (a) dan il-valur għandu jkun bejn 100 fil-mija u 80 fil-mija tal-valur imkejjel wara minuta waħda. |
|
1.3. |
Il-kejl irid jitwettaq bil-vultaġġ tat-test rilevanti u bil-valuri minimi u massimi tal-medda ta’ vultaġġ rilevanti. Sakemm ma jkunx speċifikat b’mod aktar rigoruż fil-folja tad-dejta, id-devjazzjoni tal-fluss luminuż ma għandhiex tkun akbar minn dawn il-limiti tal-intervall ta’ tolleranza
|
2. Intensità luminuża normalizzata/fluss luminuż kumulattiv
|
2.1. |
Il-kejl tal-intensità luminuża għandu jinbeda wara
|
|
2.2. |
Il-kejl irid jitwettaq bil-vultaġġ tat-test rilevanti. |
|
2.3. |
L-intensità luminuża normalizzata ta’ kampjun tat-test tiġi kkalkulata billi l-valur tad-distribuzzjoni tal-intensità luminuża kif imkejla skont il-paragrafu 2.1 ta’ dan l-anness jiġi diviż bil-valur tal-fluss luminuż kif iddeterminat wara 30 minuta skont il-paragrafu 1.2 ta’ dan l-anness. |
|
2.4. |
Il-fluss luminuż kumulattiv ta’ kampjun tat-test jiġi kkalkulat skont il-pubblikazzjoni tas-CIE Nru 84-1989, Taqsima 4.3 bl-integrazzjoni tal-intensità luminuża f’kon li jikkomprendi angolu solidu. |
3. Kulur
Il-kulur tad-dawl mitfugħ kif imkejjel bl-istess kundizzjonijiet bħal dawk deskritti fil-paragrafu 1.1 ta’ dan l-Anness għandu jkun fil-limiti tal-kulur meħtieġa.
4. Konsum tal-enerġija
|
4.1. |
Il-kejl tal-konsum tal-enerġija għandu jsir bl-istess kundizzjonijiet bħal dawk deskritti fil-paragrafu 1.1 ta’ dan l-Anness bl-użu tar-rekwiżiti tal-paragrafu 3.3.3 ta’ dan ir-Regolament. |
|
4.2. |
Il-kejl tal-konsum tal-enerġija għandu jsir bil-vultaġġ tat-test rilevanti. |
|
4.3. |
Il-valuri ottenuti għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti minimi u massimi tal-folja tad-dejta rilevanti. |
(*1) Id-devjazzjoni massima tal-fluss luminuż fil-limiti ta’ tolleranza tiġi kkalkulata permezz tal-fluss imkejjel bil-vultaġġ tat-test bħala referenza. Bejn il-vultaġġ tat-test u l-limiti tal-medda ta’ vultaġġ, l-imġiba tal-fluss luminuż għandha tkun sostanzjalment uniformi.
ANNESS 5
REKWIŻITI MINIMI GĦALL-PROĊEDURI TAL-KONTROLL TAL-KWALITÀ MILL-MANIFATTUR
1. Ġenerali
Ir-rekwiżiti tal-konformità għandhom jiġu kkunsidrati ssodisfati mil-lat fotometriku, ġeometriku, viżwali u elettriku jekk jiġu rrispettati t-tolleranzi speċifikati għal sorsi tad-dawl LED tal-produzzjoni fil-folja tad-dejta rilevanti tal-Anness 1 u l-folja tad-dejta rilevanti għall-kapap.
2. Rekwiżiti minimi għall-verifika tal-konformità mill-manifattur
Għal kull tip ta’ sors tad-dawl LED il-manifattur jew id-detentur tal-marka tal-approvazzjoni għandu jwettaq it-testijiet, skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, f’intervalli adattati.
2.1. In-natura tat-testijiet
It-testijiet tal-konformità ta’ dawn l-ispeċifikazzjonijiet għandhom ikopru l-karatteristiċi fotometriċi, ġeometriċi u ottiċi tagħhom.
2.2. Metodi użati fit-testijiet
|
2.2.1. |
It-testijiet ġeneralment isiru skont il-metodi stipulati f’dan ir-Regolament. |
|
2.2.2. |
L-applikazzjoni tal-paragrafu 2.2.1 ta’ dan l-Anness teħtieġ kalibrazzjoni regolari tal-apparat għat-testijiet u l-korrelazzjoni tiegħu mal-kejl li jsir minn awtorità kompetenti. |
2.3. Kif jittieħdu l-kampjuni
Il-kampjuni ta’ sorsi tad-dawl LED għandhom jintgħażlu b’mod aleatorju mill-produzzjoni ta’ lott uniformi. Lott uniformi jfisser sett ta’ sorsi tad-dawl LED tal-istess tip, definit skont il-metodi tal-produzzjoni tal-manifattur.
2.4. Karatteristiċi spezzjonati u rreġistrati
Is-sorsi tad-dawl LED għandhom jiġu spezzjonati u r-riżultati tat-test irreġistrati wara l-iggruppar tal-karatteristiċi kif jidher fl-Anness 6, Tabella 1.
2.5. Il-kriterji li jirregolaw l-aċċettabilità
Il-manifattur jew id-detentur tal-approvazzjoni huwa responsabbli għat-twettiq ta’ studju statistiku tar-riżultati tat-test sabiex jintlħaqu l-ispeċifikazzjonijiet stipulati għall-verifikazzjoni tal-konformità tal-produzzjoni fil-paragrafu 4.1 ta’ dan ir-Regolament.
Il-konformità tiġi żgurata jekk ma jinqabiżx il-livell tan-nuqqas ta’ konformità aċċettabbli għall-grupp ta’ karatteristiċi mogħti fit-Tabella 1 tal-Anness 6. Dan ifisser li n-numru tas-sorsi tad-dawl LED li ma jikkonformawx mar-rekwiżit għal kwalunkwe ggruppar tal-karatteristiċi ta’ kwalunkwe tip ta’ sors tad-dawl LED ma jaqbiżx il-limiti ta’ kwalifika fit-Tabelli rilevanti Nru 2, 3 jew 4 tal-Anness 6.
Nota: Kull rekwiżit individwali tas-sors tad-dawl LED għandu jiġi kkunsidrat bħala karatteristika.
ANNESS 6
KAMPJUNAR U LIVELLI TA’ KONFORMITÀ GĦAR-REKORDS TAT-TEST TAL-MANIFATTUR
Tabella 1
Karatteristiċi
|
Gruppi ta’ karatteristiċi |
Gruppi (*1) ta’ rekords tat-testijiet skont it-tipi ta’ fanali |
Kampjun minimu ta’ 12-il xahar għal kull grupp (*1) |
Livell aċċettabbli ta’ nuqqas ta’ konformità għal kull grupp ta’ karatteristiċi (%) |
|
Immarkar, leġibbiltà u durabbiltà |
It-tipi kollha bl-istess dimensjonijiet esterni |
315 |
1 |
|
Dimensjonijiet esterni tal-fanal (mingħajr il-kappa/il-bażi) |
It-tipi kollha tal-istess kategorija |
200 |
1 |
|
Dimensjonijiet tal-kapep u tal-bażijiet |
It-tipi kollha tal-istess kategorija |
200 |
6,5 |
|
Dimensjonijiet relatati mas-superfiċje ta’ emissjoni ta’ dawl u ma’ elementi interni (*2) |
Il-fanali kollha ta’ tip wieħed |
200 |
6,5 |
|
Qari inizjali, enerġija, kulur u fluss luminuż (*2) |
Il-fanali kollha ta’ tip wieħed |
200 |
1 |
|
Distribuzzjoni tal-intensità luminuża normalizzata jew tal-fluss luminuż kumulattiv |
Il-fanali kollha ta’ tip wieħed |
20 |
6,5 |
Il-limiti kwalifikattivi għall-aċċettazzjoni bbażati fuq għadd differenti ta’ riżultati tat-testijiet għal kull grupp ta’ karatteristiċi huma elenkati fit-Tabella 2 bħala l-għadd massimu ta’ nuqqas ta’ konformità. Il-limiti huma bbażati fuq livell aċċettabbli ta’ 1 fil-mija ta’ nuqqas ta’ konformità, jekk wieħed jassumi probabbiltà ta’ aċċettazzjoni ta’ mill-inqas 0,95.
Tabella 2
|
Numru ta’ riżultati tal-ittestjar ta’ kull karatteristika |
Limiti tal-kwalifikazzjoni għall-aċċettazzjoni |
|
20 |
0 |
|
21 - 50 |
1 |
|
51 - 80 |
2 |
|
81 - 125 |
3 |
|
126 - 200 |
5 |
|
201 - 260 |
6 |
|
261 - 315 |
7 |
|
316 - 370 |
8 |
|
371 - 435 |
9 |
|
436 - 500 |
10 |
|
501 - 570 |
11 |
|
571 - 645 |
12 |
|
646 - 720 |
13 |
|
721 - 800 |
14 |
|
801 - 860 |
15 |
|
861 - 920 |
16 |
|
921 - 990 |
17 |
|
991 – 1 060 |
18 |
|
1 061 – 1 125 |
19 |
|
1 126 – 1 190 |
20 |
|
1 191 – 1 249 |
21 |
Il-limiti kwalifikattivi għall-aċċettazzjoni bbażati fuq għadd differenti ta’ riżultati tat-testijiet għal kull grupp ta’ karatteristiċi huma elenkati fit-Tabella 3 bħala għadd massimu ta’ nuqqas ta’ konformità. Il-limiti huma bbażati fuq livell aċċettabbli ta’ 6,5 fil-mija ta’ nuqqas ta’ konformità, jekk wieħed jassumi probabbiltà ta’ aċċettazzjoni ta’ mill-inqas 0,95.
Tabella 3
|
Numru ta’ fanali fir-rekords |
Limitu tal-kwalifikazzjoni |
|
20 |
3 |
|
21 – 32 |
5 |
|
33 – 50 |
7 |
|
51 – 80 |
10 |
|
81 – 125 |
14 |
|
126 – 200 |
21 |
|
201 - 213 |
22 |
|
214 - 227 |
23 |
|
228 - 240 |
24 |
|
241 - 254 |
25 |
|
255 - 268 |
26 |
|
269 - 281 |
27 |
|
282 - 295 |
28 |
|
296 - 308 |
29 |
|
309 - 322 |
30 |
|
323 - 336 |
31 |
|
337 - 349 |
32 |
|
350 - 363 |
33 |
|
364 - 376 |
34 |
|
377 - 390 |
35 |
|
391 - 404 |
36 |
|
405 - 417 |
37 |
|
418 - 431 |
38 |
|
432 - 444 |
39 |
|
445 - 458 |
40 |
|
459 - 472 |
41 |
|
473 - 485 |
42 |
|
486 - 499 |
43 |
|
500 - 512 |
44 |
|
513 - 526 |
45 |
|
527 - 540 |
46 |
|
541 - 553 |
47 |
|
554 - 567 |
48 |
|
568 - 580 |
49 |
|
581 - 594 |
50 |
|
595 - 608 |
51 |
|
609 - 621 |
52 |
|
622 - 635 |
53 |
|
636 - 648 |
54 |
|
649 - 662 |
55 |
|
663 - 676 |
56 |
|
677 - 689 |
57 |
|
690 - 703 |
58 |
|
704 - 716 |
59 |
|
717 - 730 |
60 |
|
731 - 744 |
61 |
|
745 - 757 |
62 |
|
758 - 771 |
63 |
|
772 - 784 |
64 |
|
785 - 798 |
65 |
|
799 - 812 |
66 |
|
813 - 825 |
67 |
|
826 - 839 |
68 |
|
840 - 852 |
69 |
|
853 - 866 |
70 |
|
867 - 880 |
71 |
|
881 - 893 |
72 |
|
894 - 907 |
73 |
|
908 - 920 |
74 |
|
921 - 934 |
75 |
|
935 - 948 |
76 |
|
949 - 961 |
77 |
|
962 - 975 |
78 |
|
976 - 988 |
79 |
|
989 - 1 002 |
80 |
|
1 003 – 1 016 |
81 |
|
1 017 - 1 029 |
82 |
|
1 030 - 1 043 |
83 |
|
1 044 - 1 056 |
84 |
|
1 057 - 1 070 |
85 |
|
1 071 - 1 084 |
86 |
|
1 085 - 1 097 |
87 |
|
1 098 - 1 111 |
88 |
|
1 112 - 1 124 |
89 |
|
1 125 - 1 138 |
90 |
|
1 139 - 1 152 |
91 |
|
1 153 - 1 165 |
92 |
|
1 166 - 1 179 |
93 |
|
1 180 - 1 192 |
94 |
|
1 193 - 1 206 |
95 |
|
1 207 - 1 220 |
96 |
|
1 221 - 1 233 |
97 |
|
1 234 - 1 249 |
98 |
|
|
|
Il-limiti kwalifikattivi għall-aċċettazzjoni bbażati fuq għadd differenti ta’ riżultati tat-testijiet għal kull grupp ta’ karatteristiċi huma elenkati fit-Tabella 4 bħala persentaġġ tar-riżultati, meta wieħed jassumi probabbiltà ta’ aċċettazzjoni ta’ mill-inqas 0,95.
Tabella 4
|
Numru tar-riżultati tal-ittestjar ta’ kull karatteristika |
Limiti tal-kwalifikazzjoni mogħtija bħala persentaġġ tar-riżultati. Livell aċċettabbli ta’ nuqqas ta’ konformità ta’ 1 % |
Limiti tal-kwalifikazzjoni mogħtija bħala persentaġġ tar-riżultati. Livell aċċettabbli ta’ nuqqas ta’ konformità ta’ 6,5 % |
|
1 250 |
1,68 |
7,91 |
|
2 000 |
1,52 |
7,61 |
|
4 000 |
1,37 |
7,29 |
|
6 000 |
1,30 |
7,15 |
|
8 000 |
1,26 |
7,06 |
|
10 000 |
1,23 |
7,00 |
|
20 000 |
1,16 |
6,85 |
|
40 000 |
1,12 |
6,75 |
|
80 000 |
1,09 |
6,68 |
|
100 000 |
1,08 |
6,65 |
|
1 000 000 |
1,02 |
6,55 |
(*1) L-evalwazzjoni għandha, b’mod ġenerali, tkopri sorsi tad-dawl LED prodotti f’sensiela minn fabbriki individwali. Manifattur jista’ jgħaqqad flimkien rekords dwar l-istess tip minn bosta fabbriki, dejjem sakemm dawn joperaw bl-istess sistema ta’ kwalità u ġestjoni tal-kwalità.
(*2) F’każ li sors tad-dawl LED ikollu aktar minn funzjoni ta’ tidwil waħda, l-iggruppar tal-karatteristiċi (dimensjonijiet, qawwa, kulur u fluss luminuż) japplika għal kull element b’mod separat.
ANNESS 7
REKWIŻITI MINIMI GĦALL-VERIFIKI TA’ KAMPJUNAR B’MOD ALEATORJU MILL-AWTORITÀ TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP
1. Ġenerali
Ir-rekwiżiti tal-konformità għandhom jiġu kkunsidrati ssodisfati mil-lat fotometriku, ġeometriku, viżwali u elettriku jekk jiġu rrispettati t-tolleranzi speċifikati għal sorsi tad-dawl LED tal-produzzjoni fil-folja tad-dejta rilevanti tal-Anness 1 u l-folja tad-dejta rilevanti għall-kapap.
2. Il-konformità tas-sorsi tad-dawl LED prodotti fi kwantità kbira ma għandhiex tiġi kkontestata jekk ir-riżultati jaqblu mal-Anness 8 ta’ dan ir-Regolament.
3. Jekk ir-riżultati ma jaqblux mal-Anness 8 ta’ dan ir-Regolament, il-konformità għandha tiġi kkontestata u l-manifattur għandu jintalab iġib il-produzzjoni f’konformità mar-rekwiżiti.
4. Jekk il-paragrafu 3 ta’ dan l-Anness jiġi applikat, kampjun addizzjonali ta’ 250 sors tad-dawl LED, magħżula b’mod aleatorju minn produzzjoni riċenti, għandu jittieħed fi żmien xahrejn.
ANNESS 8
KONFORMITÀ APPROVATA PERMEZZ TA’ VERIFIKA TA’ KAMPJUNAR B’MOD ALEATORJU
Il-konformità approvata jew mhux approvata għandha tiġi deċiża abbażi tal-valuri murija fit-Tabella 1. Għal kull grupp ta’ karatteristiċi, is-sorsi tad-dawl LED għandhom ikunu jew aċċettati jew rifjutati abbażi tal-valuri fit-Tabella 1 (*).
Tabella 1
|
|
1 % (*1) |
6,5 % (*1) |
||||
|
Aċċetta |
Irrifjuta |
Aċċetta |
Irrifjuta |
|||
|
Id-daqs tal-ewwel kampjun: 125 |
2 |
5 |
11 |
16 |
||
|
Jekk in-numru ta’ unitajiet li ma jikkonformawx ikun ikbar minn 2 (11) u inqas minn 5 (16) ħu daqs ta’ kampjun ieħor ta’ 125 u evalwa l-250 kollha |
6 |
7 |
26 |
27 |
||
|
||||||
(*1) Is-sorsi tad-dawl LED għandhom jiġu spezzjonati u r-riżultati tat-test irreġistrati wara l-iggruppar tal-karatteristiċi kif jidher fl-Anness 6, Tabella 1.