ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 148

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 57
20 ta' Mejju 2014


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 522/2014 tal-11 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1301/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli dettaljati dwar il-prinċipji għall-għażla u l-ġestjoni ta' azzjonijiet innovattivi fil-qasam tal-iżvilupp urban sostenibbli li għandhom jiġu appoġġati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali

1

 

*

Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 523/2014 tat-12 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għad-determinazzjoni ta' x'jikkostitwixxi l-korrispondenza mill-qrib bejn il-valur tal-bonds koperti ta' istituzzjoni u l-valur tal-assi tal-istituzzjoni ( 1 )

4

 

*

Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 524/2014 tat-12 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw l-informazzjoni li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tad-domiċilju u dawk ospitanti jagħtu lil xulxin ( 1 )

6

 

*

Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 525/2014 tat-12 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għad-definizzjoni tas-suq ( 1 )

15

 

*

Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 526/2014 tat-12 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għad-determinazzjoni ta' firxa ta' approssimazzjoni indiretta u portafolli iżgħar limitati għar-riskju tal-aġġustament tal-valwazzjoni tal-kreditu ( 1 )

17

 

*

Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 527/2014 tat-12 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) Nru 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-klassijiet ta' strumenti li jirriflettu b'mod adegwat il-kwalità kredizja ta' istituzzjoni bħala negozju avvjat u li huma xierqa sabiex jintużaw għall-finijiet ta' remunerazzjoni varjabbli ( 1 )

21

 

*

Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 528/2014 tat-12 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji tal-opzjonijiet fl-approċċ standardizzat tar-riskju tas-suq ( 1 )

29

 

*

Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 529/2014 tat-12 ta' Marzu 2014 li jissupplementa r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-ivvalutar tal-materjalità ta' estensjonijiet u ta' bidliet tal-Approċċ Ibbażat fuq il-Klassifikazzjoni Interna u l-Approċċ ta' Kejl Avvanzat ( 1 )

36

 

*

Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 530/2014 tat-12 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jiddefinixxu ulterjorment l-iskoperturi materjali u l-livelli limitu għall-approċċi interni għar-riskju speċifiku fil-portafoll tan-negozjar ( 1 )

50

 

*

Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 531/2014 tat-12 ta' Marzu 2014 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini

52

 

*

Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 532/2014 tat-13 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 223/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn

54

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 533/2014 tad-19 ta’ Mejju 2014 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

70

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva ta' Delega tal-Kummissjoni 2014/69/UE tat-13 ta' Marzu 2014 li temenda, għal skopijiet ta' adattament għall-progress tekniku, l-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' eżenzjoni għal ċomb f'ċeramika dielettrika f'kapasiters għal vultaġġ nominali ta' inqas minn 125 V AC jew 250 V DC użati fi strumenti ta' monitoraġġ u kontroll industrijali ( 1 )

72

 

*

Direttiva ta' Delega tal-Kummissjoni 2014/70/UE tat-13 ta' Marzu 2014 li temenda, għall-finijiet ta' adattament għall-progress tekniku, l-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' eżenzjoni għaċ-ċomb fil-pjanċi għall-micro-channel (MCPs) ( 1 )

74

 

*

Direttiva ta' Delega tal-Kummissjoni 2014/71/UE tat-13 ta' Marzu 2014 li temenda, għall-finijiet ta' adattament għall-progress tekniku, l-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' eżenzjoni għaċ-ċomb fl-issaldjar f'interfaċċa waħda ta' elementi stampati stivati li jintużaw fuq superfiċe kbira ( 1 )

76

 

*

Direttiva ta' Delega tal-Kummissjoni 2014/72/UE tat-13 ta' Marzu 2014 li temenda, għall-finijiet ta' adattament għall-progress tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' eżenzjoni għaċ-ċomb fl-issaldjar u fix-xogħlijiet tal-aħħar ta' komponenti elettriċi u elettroniċi u fix-xogħlijiet tal-aħħar tal-unitajiet ta' ċirkwit stampati użati fil-moduli ta' ignixin u f'sistemi oħrajn ta' kontroll, kemm elettriċi kif ukoll elettroniċi, tal-magna ( 1 )

78

 

*

Direttiva ta' Delega tal-Kummissjoni 2014/73/UE tat-13 ta' Marzu 2014 li temenda, għall-finijiet ta' adattament għall-progress tekniku, l-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' eżenzjoni għaċ-ċomb f'elettrodi tal-platinu platinizzat użati għall-kejl tal-konduttività ( 1 )

80

 

*

Direttiva ta' Delega tal-Kummissjoni 2014/74/UE tat-13 ta' Marzu 2014 li temenda, għal skopijiet ta' adattament għall-progress tekniku, l-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' eżenzjoni għal ċomb użat f'sistemi ta' konnetturi tal-pinnijiet oħra li mhumiex dawk konformi mas-C-press għal sistemi ta' monitoraġġ u kontroll industrijali ( 1 )

82

 

*

Direttiva ta' Delega tal-Kummissjoni 2014/75/UE tat-13 ta' Marzu 2014 li temenda, għal skopijiet ta' adattament għall-progress tekniku, l-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' eżenzjoni għall-merkurju f'bozoz florexxenti bil-katodu kiesaħ (CCFLs) għal skrins bil-kristalli likwidi li jixegħlu minn wara, mhux aktar minn 5 mg għal kull bozza, użati fi strumenti ta' monitoraġġ u kontroll industrijali mqiegħda fis-suq qabel it-22 ta' Lulju 2017 ( 1 )

84

 

*

Direttiva ta' Delega tal-Kummissjoni 2014/76/UE tat-13 ta' Marzu 2014 li temenda, għal skopijiet ta' adattament għall-progress tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' eżenzjoni għall-Merkurju f'tubi bi skariku luminuż magħmula bl-idejn (HLDTs) użati għas-sinjali, kemm dawk dekorattivi kif ukoll dawk arkitettoniċi, għad-dawl speċjalizzat u għall-opri tal-arti bid-dawl ( 1 )

86

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2014/291/UE

 

*

Deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Mejju 2014 li tagħti deroga mitluba mill-Pajjiżi l-Baxxi skont id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (notifikata bid-dokument C(2014) 3103)

88

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

 

2014/292/UE

 

*

Deċiżjoni Nru 2/2014 tal-Kumitat Konġunt bejn l-UE u l-Isvizzera tat-13 ta' Mejju 2014 li jemenda l-Protokoll Nru 3 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' prodotti ta' oriġini u metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva

95

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

20.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 148/1


REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 522/2014

tal-11 ta' Marzu 2014

li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1301/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli dettaljati dwar il-prinċipji għall-għażla u l-ġestjoni ta' azzjonijiet innovattivi fil-qasam tal-iżvilupp urban sostenibbli li għandhom jiġu appoġġati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1301/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw l-Investiment li għandu fil-mira t-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1080/2006 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 4(7) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) ir-riżorsi tal-Fondi Strutturali għall-għan ta' Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi allokati għal azzjonijiet innovattivi fil-qasam tal-iżvilupp urban sostenibbli (minn hawn' il quddiem imsejħa “azzjonijiet innovattivi”) għandhom ikunu implimentati mill-Kummissjoni.

(2)

L-Artikolu 92(8) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jippermetti lill-Kummissjoni timplementa r-riżorsi allokati għall-azzjonijiet innovattivi taħt ġestjoni indiretta prevista fl-Artikolu 60 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(3)

Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dettaljati dwar l-prinċipji għall-ġestjoni ta' azzjonijiet innovattivi minn entità jew korp fdati bi dmirijiet tal-implimentazzjoni tal-baġit skont l-Artikolu 58(1)(c) tar- Regolament (UE) Nru 966/2012.

(4)

Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dettaljati dwar il-prinċipji għall-għażla ta' azzjonijiet innovattivi li għandhom jiġu appoġġati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR). Sabiex jiġi żgurat li jintagħżlu proposti ta' kwalità għolja, il-proċeduri u l-kriterji għall-għażla ta' azzjonijiet innovattivi għandhom jiġu stabbiliti, filwaqt li tjitqies id-diversità territorjali taż-żoni urbani tal-Unjoni.

(5)

Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi temi għall-għażla ta' azzjonijiet innovattivi biex tiżgura li s-sejħiet għal proposti jindirizzaw kwistjonijiet urbani li potenzjalment se jżidu fl-importanza għall-Unjoni fis-snin li ġejjin,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-ġestjoni ta' azzjonijiet innovattivi

1.   Il-Kummissjoni tinnomina entità jew korp waħda/wieħed jew aktar li jkollha f'idejha/jkollu f'idejh il-kompiti ta' implimentazzjoni tal-baġit għal azzjonijiet innovattivi fil-livell tal-Unjoni skont l-Artikolu 58(1)(c) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 966/2012 (minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-entità inkarigata”).

Minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 60(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, l-entità inkarigata jkollha esperjenza ppruvata fil-ġestjoni tal-fondi tal-Unjoni f'diversi Stati Membri.

2.   Il-Kummissjoni tikkonkludi ftehim ta' delega mal-entità inkarigata skont l-Artikolu 61(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u dak il-ftehim ta' delega jkun fih minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 40 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 (4) dispożizzjonijiet li jirregolaw:

(a)

gwida għall-applikanti u l-benefiċjarji;

(b)

programm annwali ta' ħidma għall-approvazzjoni mill-Kummissjoni;

(c)

l-organizzazzjoni ta' sejħiet biex jintgħażlu l-azzjonijiet innovattivi;

(d)

il-valutazzjoni tal-eliġibilità tal-applikanti;

(e)

it-twaqqif ta' bord ta' esperti, bi ftehim mal-Kummissjoni, biex jevalwa u jikklassifika l-proposti;

(f)

l-għażla ta' azzjonijiet innovattivi fuq il-bażi tar-rakkomandazzjoni tal-bord ta' esperti, bi qbil mal-Kummissjoni;

(g)

ir-rekwiżit li l-benefiċjarju huwa provdut b'dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ, kif speċifikat mill-Kummissjoni;

(h)

l-eżami ta' rapporti sottomessi mill-benefiċjarji u l-pagamenti lill-benefiċjarji;

(i)

il-monitoraġġ ta' azzjonijiet innovattivi individwali;

(j)

l-organizzazzjoni ta' avvenimenti ta' komunikazzjoni;

(k)

it-tixrid tar-riżultati, bi ftehim mal-Kummissjoni;

(l)

il-verifika ta' azzjonijiet innovattivi individwali biex jiżguraw li dawn jimplimentaw l-għotja skont il-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja soda;

(m)

kontribuzzjoni finanzjarja b'appoġġ tal-kompiti ta' ġestjoni tal-entità inkarigata biex tingħata fil-forma ta' kontribuzzjoni ta' rata fissa għall-kostijiet operazzjonali tal-entità inkarigata u stabbilita fuq il-bażi tal-ammont ta' fondi tal-Unjoni għall-appoġġ ta' għotja fdata lil dik l-entità.

3.   L-entità inkarigata tipprovdi lill-Kummissjoni bid-dokumenti f'konformità mal-Artikolu 60(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u b'kull informazzjoni neċessarja li hija meħtieġa għall-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet innovattivi.

Artikolu 2

Għażla ta' azzjonijiet innovattivi

1.   L-entità inkarigata tagħżel azzjonijiet innovattivi fuq il-bażi ta' sejħiet għal proposti, filwaqt li jitqiesu temi definiti mis-servizzi tal-Kummissjoni fuq bażi annwali.

2.   L-awtoritajiet li ġejjin jistgħu japplikaw għal appoġġ biex jieħdu azzjonijiet innovattivi:

(a)

kull awtorità urbana ta' unità amministrattiva lokali definita skont il-grad ta' urbanizzazzjoni bħala belt, villaġġ, jew subborg, u li jkun fiha mill-inqas 50 000 abitant;

(b)

kull assoċjazzjoni jew gruppi ta' awtoritajiet urbani tal-unitajiet amministrattivi lokali definiti skont il-grad ta' urbanizzazzjoni bħala belt, villaġġ jew subborg fejn il-popolazzjoni totali tilħaq mill-inqas il-50 000 abitant; dan jista' jinkludi assoċjazzjonijiet jew gruppi transfruntiera, assoċjazzjonijiet jew gruppi f'reġjuni u/jew fi Stati Membri differenti.

3.   Il-bord ta' esperti msemmi fl-Artikolu 1(2)(e) jagħmel rakkomandazzjonijiet dwar azzjonijiet innovattivi li jridu jintgħażlu. Il-bord ta' esperti jkun ġeografikament ibbilanċjat u ppresedut mill-Kummissjoni. Meta jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu, il-bord ta' esperti jqis, b'mod partikolari, il-kriterji li ġejjin:

(a)

il-kontenut innovattiv tal-proposta u l-potenzjal tagħha biex tidentifika jew tittestja soluzzjonijiet ġodda;

(b)

il-kwalità tal-proposta;

(c)

l-involviment ta' msieħba rilevanti fit-tħejjija tal-proposta;

(d)

il-kapaċità li jintwerew riżultati li jistgħu jitkejlu;

(e)

it-trasferibbiltà tas-soluzzjonijiet proposti.

Il-bord ta' esperti jiżgura li d-diversità territorjali taż-żoni urbani tal-Unjoni tiġi kkunsidrata fir-rakkomandazzjonijiet tiegħu.

4.   L-entità inkarigata tagħżel l-azzjonijiet innovattivi fuq il-bażi tar-rakkomandazzjoni tal-bord ta' esperti u bi qbil mal-Kummissjoni.

5.   L-ammont mogħti lil kull azzjoni innovattiva ma għandux jaqbeż il-EUR 5 000 000.

6.   Kull azzjoni innovattiva tiġi implimentata fi żmien perjodu massimu ta' tliet snin.

Artikolu 3

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Marzu 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  Ir-Regolament (UE) Nru 1301/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw l-Investiment li għandu fil-mira t-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1080/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 289).

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).

(3)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1).


20.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 148/4


REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 523/2014

tat-12 ta' Marzu 2014

li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għad-determinazzjoni ta' x'jikkostitwixxi l-korrispondenza mill-qrib bejn il-valur tal-bonds koperti ta' istituzzjoni u l-valur tal-assi tal-istituzzjoni

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Qligħ jew telf fuq obbligazzjonijiet ta' istituzzjoni li jirriżultaw minn bidliet fir-riskju tal-kreditu proprju, ma għandhomx, fil-prinċipju, jiġu inklużi bħala element tal-fondi proprji. Madankollu, f'mudelli kummerċjali bbażati fuq il-prinċipju tal-finanzjament bi tqabbil stretta jew tal-bilanċ, dik ir-regola ma tiġix applikata, fuq il-premessa li tnaqqis jew żieda fil-valur ta' obbligazzjoni hija paċuta kompletament bi tnaqqis jew żieda li jikkorrispondu magħhom fil-valur tal-assi, li miegħu dik l-obbligazzjoni hija kompletament imqabbla.

(2)

Huwa importanti li wieħed jistabbilixxi r-rekwiżiti biex jiġi ddeterminat jekk teżistix korrispondenza mill-qrib bejn obbligazzjonijiet ta' istituzzjoni li tikkonsisti f'bond kopert kif imsemmi fl-Artikolu 52(4) tad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u l-valur tal-assi tal-istituzzjoni sottostanti l-bonds koperti.

(3)

Għandha tkun riflessa korrispondenza mill-qrib fit-trattament fil-kontabilità ta' dawk il-bonds u s-self ipotekarju sottostanti, li mingħajrha, ma jkunx prudenti li jiġu rikonoxxuti qligħ u telf li jirriżultaw minn bidliet fir-riskju tal-kreditu proprju.

(4)

Opzjoni ta' konsenja tippermetti lill-mutwatarju jixtri lura l-bond koperta speċifika li tiffinanzja s-self epotekarju fis-suq u jwassal il-bond koperta lill-bank bħala prepagament bikri tas-self ipotekarju. B'konsegwenza tad-disponibbiltà ta' dik l-opzjoni għall-mutwatarju, il-valur ġust tas-self ipotekarju għandu dejjem ikun daqs il-valur ġust tal-bonds koperti li jiffinanzjaw dawk l-ipoteki. Dan jimplika li l-kalkolu tal-valur ġust tas-self ipotekarju għandu jinkludi l-valwazzjoni ġusta tal-opzjoni tal-konsenja integrata skont il-prassi stabbilita tas-suq.

(5)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji ppreżentati mill-Awtorità Bankarja Ewropea lill-Kummissjoni.

(6)

L-Awtorità Bankarja Ewropea wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kosti u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“bond koperta” tfisser bond kif imsemmija fl-Artikolu 52(4) tad-Direttiva 2009/65/KE.

(2)

“l-għażla tal-konsenja” tfisser il-possibilità li jinfeda s-self b'ipoteka billi jinxtara lura l-bond kopert bil-prezz tas-suq jew bil-valur nominali f'konformità mal-Artikolu 33(3)(d) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Artikolu 2

Korrispondenza mill-Qrib

1.   Korrispondenza mill-qrib bejn il-valur ta' bond kopert u l-valur ta' assi tal-istituzzjoni għandha titqies li teżisti meta l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu ġew issodisfati:

(a)

kwalunkwe bidla fil-valur ġust ta' bonds koperti maħruġa mill-istituzzjoni f'kull każ tirriżulta f'bidliet ugwali fil-valur ġust tal-assi sottostanti l-bonds koperti. Il-valur ġust għandu jiġi determinat skont il-qafas tal-kontabilità applikabbli kif definit fl-Artikolu 4(1)(77) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b)

is-self ipotekarju sottostanti l-bonds koperti maħruġa mill-istituzzjoni biex tiffinanzja s-self jista' fi kwalunkwe ħin jinfeda billi jinxtraw lura l-bonds koperti bil-prezz tas-suq jew bil-valur nominali bl-eżerċizzju tal-għażla tal-konsenja.

(c)

hemm mekkaniżmu trasparenti biex jiġi determinat il-valur ġust tas-self ipotekarju u tal-bonds koperti. Id-determinazzjoni tal-valur tas-self ipotekarju għandha tinkludi l-kalkolu tal-valur ġust tal-għażla tal-konsenja.

2.   Ma teżistix korrispondenza mill-qrib meta jirriżulta qligħ jew telf nett minn bidliet fil-valur, determinat skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, kemm tal-bonds koperti kif ukoll tas-self b'ipoteka sottostanti bl-għażla tal-konsenja inkorporata.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Marzu 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.

(2)  Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS), (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).

(3)  Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).


20.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 148/6


REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 524/2014

tat-12 ta' Marzu 2014

li jissupplimenta d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw l-informazzjoni li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tad-domiċilju u dawk ospitanti jagħtu lil xulxin

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 50(6) tagħha,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi żgurata kooperazzjoni effiċjenti bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tad-domiċilju u dawk ospitanti, l-iskambju tal-informazzjoni għandu jkun bidirezzjonali, fi ħdan il-kompetenzi superviżorji rispettivi ta' dawk l-awtoritajiet. Għalhekk huwa meħtieġ li jiġi speċifikat liema informazzjoni rigward istituzzjonijiet, u fejn rilevanti, dwar il-funzjonament tal-fergħat tagħhom għandha tiġi pprovduta mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, kif ukoll liema informazzjoni dwar fergħat teħtieġ li tiġi provduta mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju.

(2)

Skambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tad-domiċilju u dawk ospitanti għandu jiġi kkunsidrat f'kuntest aktar wiesgħa tas-superviżjoni tal-gruppi bankarji transfruntiera u, fejn rilevanti, l-informazzjoni tista' tiġi pprovduta fil-livell konsolidat. B'mod partikolari, jekk istituzzjoni għandha impriża prinċipali fl-Istat Membru fejn għandha l-uffiċċju ewlieni tagħha, u l-awtorità kompetenti kkonċernata hija wkoll is-superviżur konsolidanti, għandhom ikunu disponibbli possibilitajiet sabiex tingħata informazzjoni fil-livell konsolidat aktar milli fil-livell ta' istituzzjoni li qed topera permezz ta' fergħa. Madankollu, f'dan il-każ l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti li l-informazzjoni tiġi pprovduta fil-livell konsolidat.

(3)

Skambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tad-domiċilju u dawk ospitanti mhuwiex limitat għat-tipi ta' informazzjoni speċifikati fl-Artikolu 50 tad-Direttiva 2013/36/UE, u għalhekk għat-tipi ta' informazzjoni speċifikati f'dan ir-Regolament. B'mod partikolari, l-Artikoli 35, 36, 39, 43 u 52 tad-Direttiva 2013/36/UE stabbilixxew dispożizzjonijiet separati għall-iskambju ta' informazzjoni rigward il-verifika fuq il-post ta' fergħat, in-notifiki tal-eżerċizzju tad-dritt ta' stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi, u miżuri, inklużi dawk ta' prekawzjoni, meħuda mill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward ta' fergħat u l-impriżi prinċipali tagħhom. Dan ir-Regolament m'għandux għalhekk jispeċifika rekwiżiti għall-iskambju ta' informazzjoni f'dawk l-oqsma.

(4)

Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti għall-informazzjoni li għandha tiġi skambjata bejn l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri tad-domiċilju u dawk ospitanti sabiex jiġu armonizzati prattiki regolatorji u superviżorji madwar l-Unjoni. Din l-informazzjoni għandha tkopri l-oqsma kollha speċifikati fl-Artikolu 50 tad-Direttiva 2013/36/UE, jiġifieri l-ġestjoni u s-sjieda, inklużi linji ta' negozju bħal dawk li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 317 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), likwidità u sejbiet li jikkonċernaw is-superviżjoni tal-likwidità, is-solvenza, il-garanzija tad-depożiti, l-esponimenti kbar, riskju sistemiku, proċeduri amministrattivi u ta' kontabbiltà, u l-mekkaniżmi tal-kontroll intern. Sabiex jiffaċilitaw il-monitoraġġ tal-istituzzjonijiet, l-awtoritajiet kompetenti u l-Istati Membri ospitanti u tad-domiċilju għandhom ukoll iżommu lil xulxin infurmati dwar sitwazzjonijiet ta' nuqqas ta' konformità mal-liġi nazzjonali jew ma' dik tal-Unjoni kif ukoll dwar miżuri ta' superviżjoni u sanzjonijiet imposti fuq l-istituzzjonijiet. Barra minn hekk, għandha tiġi nkluża informazzjoni addizzjonali rigward l-ingranaġġ u t-tħejjija għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza fl-ambitu ta' informazzjoni li għandha tiġi skambjata bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tad-domiċilju u dawk ospitanti sabiex dawn tal-aħħar ikunu jistgħu jissorveljaw l-istituzzjonijiet b'mod effiċjenti.

(5)

Fejn l-istress ta' likwidità jaffettwa jew hu mistenni li jaffettwa istituzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandu jkollhom fehim ċar tas-sitwazzjoni sabiex ikunu jistgħu jieħdu miżuri ta' prekawzjoni skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 43 tad-Direttiva 2013/36/UE. Dan ir-Regolament għalhekk għandu jipprovdi regoli ċari dwar liema tipi ta' informazzjoni jridu jiġu skambjati bejn l-awtoritajiet meta jseħħ stress ta' likwidità. Għandha tiġi speċfikata wkoll l-informazzjoni li għandha tiġi skambjata sabiex l-awtoritajiet jitħejjew minn kmieni sew għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza bħal dawk imsemmija fl-Artikolu 114(1) tad-Direttiva 2013/36/UE.

(6)

Minħabba d-differenzi fid-daqs, fil-kumplessità u fis-sinifikat ta' fergħat li joperaw fl-Istati Membri ospitanti, huwa importanti li jiġi applikat il-prinċipju tal-proporzjonalità fl-iskambju ta' informazzjoni. Għal dan l-għan, għandha tkun skambjata medda akbar ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tad-domiċilju u dawk ospitanti fejn l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri ospitanti huma responsabbli għal fergħat identifikati bħala sinifikanti skont l-Artikolu 51 tad-Direttiva 2013/36/UE.

(7)

Biex ikun żgurat li l-informazzjoni rilevanti tkun skambjata f'limiti raġonevoli filwaqt li jiġu evitati sitwazzjonijiet fejn l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru tad-domiċilju jkunu obbligati jibagħtu kull informazzjoni dwar istituzzjoni, irrispettivament min-natura u l-importanza tagħha lill-awtoritajiet kompetenti kollha tal-Istati Membri ospitanti, l-informazzjoni li hi rilevanti għal fergħa partikolari biss għandha tintbagħat esklussivament lill-awtoritajiet kompetenti responsabbli mis-superviżjoni ta' din il-fergħa. Għal għanijiet oħrajn simili, f'għadd ta' oqsma speċifiċi, informazzjoni li tiżvela sitwazzjonijiet ta' nuqqas ta' konformità biss għandha tiġi skambjata bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tad-domiċilju u dawk ospitanti, li jfisser li l-ebda informazzjoni ma għandha tiġi skambjata fejn l-istituzzjoni tkun f'konformità mal-liġi nazzjonali u mal-liġi tal-Unjoni.

(8)

Dan ir-Regolament għandu wkoll jindirizza l-iskambju ta' informazzjoni relatata mat-twettiq ta' attivitajiet fi Stat Membru ospitanti permezz tal-provvista ta' servizzi transfruntiera. Minħabba n-natura tas-servizzi transfruntiera, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti huma kkonfrontati b'nuqqas ta' informazzjoni dwar operazzjonijiet imwettqa fil-ġurisdizzjonijiet tagħhom, u għalhekk huwa essenzjali li jiġi speċiifkat fid-dettall liema informazzjoni teħtieġ li tiġi skambjata għall-iskopijiet ta' salvagwardja tal-istabbiltà finanzjarja u l-kundizzjonijiet ta' monitoraġġ ta' awtorizzazzjonijiet, b'mod partikolari l-monitoraġġ dwar jekk l-istituzzjoni tipprovdix servizzi skont in-notifiki provduti. Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji sottomess mill-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Bankarja Ewropea) (l-ABE) lill-Kummissjoni.

(9)

L-ABE wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

IL-KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament jispeċifika l-informazzjoni li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tad-domiċilju u ospitanti għandhom jagħtu lil xulxin skont l-Artikolu 50 tad-Direttiva 2013/36/UE.

2.   Ir-Regolament jistipula regoli dwar l-informazzjoni li għandha tiġi skambjata b'rabta ma' istituzzjoni li topera, permezz ta' fergħa jew fl-eżerċizzju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, fi Stat Membru wieħed jew aktar apparti dak li fih ikun jinsab l-uffiċċju prinċipali tagħha.

Artikolu 2

Informazzjoni fuq bażi konsolidata

Meta l-impriża prinċipali aħħarija ta' istituzzjoni hija stabbilita fl-istess Stat Membru fejn l-istituzzjoni jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha, u l-awtorità kompetenti tal-istituzzjoni tal-Istat Membru tad-domiċilju hija wkoll is-superviżur konsolidanti, dik l-awtorità kompetenti għandha, fejn xieraq, f'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE, tipprovdi informazzjoni dwar din l-istituzzjoni fil-livell konsolidat u għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti li l-informazzjoni tiġi pprovduta f'dak il-livell.

IL-KAPITOLU II

SKAMBJU TA' INFORMAZZJONI DWAR L-ISTITUZZJONIJIET LI JOPERAW PERMEZZ TA' FERGĦA

Artikolu 3

Informazzjoni li tikkonċerna l-ġestjoni u s-sjieda

1.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru ospitanti l-istruttura organizzattiva ta' istituzzjoni inklużi l-linji ta' negozju tagħha u r-relazzjonijiet tagħha ma' entitajiet fi ħdan il-grupp.

2.   Minbarra l-informazzjoni speċifikata fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti li jissorveljaw fergħa sinifikanti, kif imsemmi fl-Artikolu 51 tad-Direttiva 2013/36/UE, l-informazzjoni li ġejja b'rabta ma' istituzzjoni:

(a)

l-istruttura attwali tal-korp maniġerjali u l-maniġment superjuri, inklużi l-allokazzjoni tar-responsabbiltà għas-superviżjoni ta' fergħa;

(b)

il-lista tal-azzjonisti u l-membri b'parteċipazzjoni azzjonarja kwalifikattiva bbażata fuq informazzjoni pprovduta mill-istituzzjoni ta' kreditu skont l-Artikolu 26(1) tad-Direttiva 2013/36/UE.

Artikolu 4

Informazzjoni li tikkonċerna l-likwidità u s-sejbiet superviżorji

1.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti bl-informazzjoni li ġejja:

(a)

kwalunkwe nuqqasijiet materjali fil-ġestjoni tar-riskji tal-likwidità ta' istituzzjoni li huma magħrufa mill-awtoritajiet kompetenti u li jistgħu jaffettwaw fergħat, kwalunkwe miżuri ta' sorveljanza relatati li ttieħdu fir-rigward ta' dawk in-nuqqasijiet, u l-grad ta' konformità tal-istituzzjoni ma' dawk il-miżuri superviżorji;

(b)

il-valutazzjoni globali mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-profil tar-riskju tal-likwidità ta' istituzzjoni u tal-ġestjoni tar-riskju, b'mod partikolari b'relazzjoni ma' fergħa;

(c)

il-proporzjonijiet ta' istituzzjoni li jindikaw il-pożizzjoni tal-likwidità tagħha u ta' finanzjament stabbli fuq livell nazzjonali jew tal-Unjoni fil-munita domestika tal-istituzzjoni tal-Istat Membru tad-domiċilju u l-muniti l-oħra kollha li huma materjali għall-istituzzjoni;

(d)

il-komponenti tar- riżervi ta' likwidità tal-istituzzjoni;

(e)

il-grad ta' tfixkil tal-assi ta' istituzzjoni;

(f)

il-proporzjon ta' self ta' istituzzjoni mad-depożiti tagħha;

(g)

kwalunkwe proporzjonijiet ta' likwidità domestika li japplikaw għal istituzzjoni bħala parti minn miżuri ta' politika makroprudenzjali mill-awtoritajiet kompetenti jew mill-awtorità maħtura kemm jekk bħala rekwiżiti vinkolanti, linji gwida, rakkomandazzjonijiet, twissijiet jew mod ieħor, inklużi d-definizzjonijiet ta' dawn il-proporzjonijiet;

(h)

kwalunkwe rekwiżiti tal-likwidità speċifiċi applikati skont l-Artikolu 105 tad-Direttiva 2013/36/UE;

(i)

kwalunkwe ostakli għal trasferiment ta' flus u kollateral lejn jew minn fergħat ta' istituzzjoni.

2.   Meta l-awtoritajiet kompetenti jkunu warrbu totalment jew parzjalment l-applikazzjoni tal-Parti Sitta tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għal istituzzjoni skont l-Artikolu 8 ta' dak ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandhom jipprovdu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 fil-livell subkonsolidat jew, skont l-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament, fuq il-livell konsolidat.

3.   Minbarra l-informazzjoni speċifikata fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti li jissorveljaw fergħa sinifikanti, l-informazzjoni li ġejja:

(a)

il-politika ta' likwidità u ta' finanzjament tal-istituzzjoni, inklużi deskrizzjonijiet tal-arranġamenti għalll-finanzjamenti tal-fergħat tagħha, kwalunkwe arranġamenti ta' appoġġ fi ħdan il-grupp, u proċeduri ta' ġbir ta' fondi ċentralizzati;

(b)

il-pjanijiet ta' kontinġenza ta' likwidità u ta' finanzjament tal-istituzzjoni, inkluża informazzjoni dwar xenarji preżunti ta' stress.

Artikolu 5

Informazzjoni rigward solvenza

1.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti dwar jekk istituzzjoni hijiex konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

ir-rekwiżiti ta' fondi proprji stipulati fl-Artikolu 92 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, filwaqt li jikkunsidraw kwalunkwe miżura adottata jew rikonoxxuta skont l-Artikolu 458 ta' dak ir-Regolament u, fejn rilevanti, waqt li jqisu l-arranġamenti ta' tranżizzjoni stabbiliti fil-Parti Għaxra ta' dak ir-Regolament;

(b)

kwalunkwe rekwiżiti ta' fondi proprji addizzjonali applikati skont l-Artikolu 104 tad-Direttiva 2013/36/UE;

(c)

ir-rekwiżiti tar-riserva tal-kapital stabbiliti fil-Kapitolu 4 tat-Titolu VII tad-Direttiva 2013/36/UE.

2.   Minbarra l-informazzjoni speċifikata fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti li jissorveljaw fergħa sinifikanti ta' istituzzjoni li hija soġġetta għal rekwiżiti ta' fondi proprji, l-informazzjoni li ġejja:

(a)

il-proporzjon tal-kapital ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni tal-istituzzjoni, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 92(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b)

il-proporzjon tal-kapital ta' Grad 1 tal-istituzzjoni, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 92(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(c)

il-proporzjon tal-kapital totali tal-istituzzjoni, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 92(2)(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(d)

l-ammont totali ta' esponiment tar-riskju tal-istituzzjoni, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(e)

ir-rekwiżiti ta' fondi proprji applikabbli fl-Istat Membru tad-domiċilju stipulati fl-Artikolu 92 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, filwaqt li jikkunsidraw kwalunkwe miżura adottata jew rikonoxxuta skont l-Artikolu 458 ta' dak ir-Regolament u, fejn rilevanti, waqt li jqisu l-arranġamenti ta' tranżizzjoni stabbiliti fil-Parti Għaxra ta' dak ir-Regolament;

(f)

il-livell tal-bafer kapitali ta' konservazzjoni li istituzzjoni meħtieġa żżomm skont l-Artikolu 129 tad-Direttiva 2013/36/UE.

(g)

il-livell ta' kwalunkwe bafer kapitali kontroċikliku speċifiku għal istituzzjoni, li l-istituzzjoni meħtieġa żżomm skont l-Artikolu 130 tad-Direttiva 2013/36/UE.

(h)

il-livell ta' kwalunkwe bafer kapitali sistemiku li l-istituzzjoni meħtieġa żżomm skont l-Artikolu 133 tad-Direttiva 2013/36/UE.

(i)

il-livell ta' kwalunkwe bafer G-SII jew O-SII li l-istituzzjoni meħtieġa żżomm skont l-Artikolu 131(4) u (5) tad-Direttiva 2013/36/UE;

(j)

il-livell ta' kwalunkwe rekwiżiti ta' fondi proprji addizzjonali imposti skont il-punt (a) tal-Artikolu 104(1) tad-Direttiva 2013/36/UE u ta' kwalunkwe rekwiżiti oħra imposti relatati mas-solvenza ta' istituzzjoni skont dak l-Artikolu.

3.   Fejn l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ġiet rinunzjata skont l-Artikoli 7, 10 jew 15 ta' dak ir-Regolament jew ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 10 u 12 u l-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2013/36/UE ġew irrinunzjati skont l-Artikolu 21 ta' dik id-Direttiva 2013/36/UE, jew istituzzjoni tkun irċeviet permess sabiex tapplika t-trattament imsemmi fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandhom jipprovdu l-informazzjoni stabbilita fil-paragrafu 2 fil-livell subkonsolidat jew skont l-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament, fuq il-livell konsolidat.

Artikolu 6

Informazzjoni li tikkonċerna skemi ta' garanzija tad-depożiti

1.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti bl-isem tal-iskema ta' garanzija tad-depożiti li għaliha l-istituzzjoni tappartjeni skont l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 94/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. (4)

2.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti bl-informazzjoni li ġejja b'rabta mal-iskema ta' garanzija tad-depożiti li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 1:

(a)

il-kopertura massima tal-iskema ta' garanzija tad- depożiti għal kull depożitatur eliġibbli;

(b)

l-ambitu tal-kopertura u t-tipi ta' depożiti koperti;

(c)

kwalunkwe esklużjoni mill-kopertura, inklużi prodotti u tipi ta' depożitanti;

(d)

arranġamenti ta' finanzjament tal-iskema ta' garanzija tad-depożiti, b'mod partikolari jekk l-iskema hijiex ffinanzjata ex-ante jew ex-post, u l-volum attwali tal-iskema;

(e)

id-dettalji ta' kuntatt tal-amministratur tal-iskema.

3.   L-informazzjoni stabbilita fil-paragrafu 2 għandha tingħata darba biss lill-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru ospitanti fir-rigward ta' kull skema ta' garanzija għal depożiti konċernata. Fejn hemm bidla fl-informazzjoni pprovduta, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandhom jipprovdu informazzjoni aġġornata lill-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru ospitanti.

Artikolu 7

Informazzjoni li tikkonċerna l-limitazzjoni ta' esponimenti kbar

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju għandhom jipprovdu informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru ospitanti dwar kwalunkwe sitwazzjoni li fir-rigward tagħha l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju jkunu ddeterminaw li l-istituzzjoni ma kinetx konformi mal-limiti ta' esponimenti kbar applikabbli u mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti Erbgħa tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. L-informazzjoni li għandha tkun provduta għandha tispjega s-sitwazzjoni u l-miżuri superviżorji meħuda jew li se jittieħdu.

Artikolu 8

Informazzjoni dwar riskju sistemiku li jirriżulta minn istituzzjoni

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandhom jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti fejn istituzzjoni tkun inħatret bħala istituzzjoni sistemikament importanti globalment (G-SII) jew bħala istituzzjoni oħra sistemikament importanti (O-SII) skont l-Artikolu 131(1) tad-Direttiva 2013/36/UE. Fejn l-istituzzjoni ġiet identifikata bħala G-SII, l-informazzjoni pprovduta trid tinkludi s-subkategorija li għaliha hi allokata.

Artikolu 9

Informazzjoni li tikkonċerna proċeduri amministrattivi u tal-kontabbiltà

1.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju għandhom jipprovdu informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membru ospitanti dwar kwalunkwe sitwazzjoni li fir-rigward tagħha l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju jkunu ddeterminaw li l-istituzzjoni ma kinetx konformi mal-istandards u l-proċeduri tal-kontabbiltà applikabbli li għalihom hi soġġetta l-istituzzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). L-informazzjoni li għandha tkun provduta għandha tispjega s-sitwazzjoni u l-miżuri superviżorji meħuda jew li se jittieħdu.

2.   Fejn l-informazzjoni speċifikata fil-paragrafu 1 hija rilevanti biss għal fergħa partikolari, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju iridu jipprovdu l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti li fih dik il-fergħa tkun stabbilita biss.

Artikolu 10

Informazzjoni li tikkonċerna l-mekkaniżmi ta' kontroll intern

1.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju għandhom jipprovdu informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru ospitanti dwar kwalunkwe sitwazzjoni li fir-rigward tagħha l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju jkunu ddeterminaw li l-istituzzjoni ma kinetx konformi ma' rekwiżiti li jikkonċernaw il-mekkaniżmi ta' kontroll intern, inkluż il-ġestjoni tar-riskji, il-kontroll tar-riskji u l-arranġamenti ta' verifika interna skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/EU. L-informazzjoni li għandha tkun provduta għandha tispjega s-sitwazzjoni u l-miżuri superviżorji meħuda jew li se jittieħdu.

2.   Fejn l-informazzjoni speċifikata fil-paragrafu 1 hija rilevanti biss għal fergħa partikolari, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju huma meħtieġa biss li jipprovdu l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti li fih dik il-fergħa tkun stabbilita.

Artikolu 11

Informazzjoni rigward ingranaġġ

1.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju għandhom jipprovdu informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru ospitanti dwar kwalunkwe sitwazzjoni li fir-rigward tagħha l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju jkunu ddeterminaw li l-istituzzjoni ma kinetx konformi ma' rekwiżiti li jikkonċernaw proporzjonijiet ta' ingranaġġ skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fejn rilevanti, jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tranżizzjonali fl-Artikolu 499 ta' dak ir-Regolament. L-informazzjoni li għandha tkun provduta għandha tispjega s-sitwazzjoni u l-miżuri superviżorji meħuda jew li se jittieħdu.

2.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti l-informazzjoni kollha żvelata minn istituzzjoni skont l-Artikolu 451 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar il-proporzjon ta' ingranaġġ tagħha u l-ġestjoni tagħha tar-riskju ta' ingranaġġ eċċessiv.

Artikolu 12

Informazzjoni dwar nuqqas ta' konformità ġenerali

1.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandhom jipprovdu informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru ospitanti dwar kwalunkwe sitwazzjoni fejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju tagħha jkunu ddeterminaw li l-istituzzjoni ma kinetx konformi mal-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni jew mar-rekwiżiti, fir-rigward tas-superviżjoni prudenzjali jew fit-twettiq ta' superviżjoni tal-kondotta fis-swieq tal-istituzzjonijiet, inklużi r-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE, minbarra r-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 3 sa 11 ta' dan ir-Regolament. L-informazzjoni li għandha tkun provduta għandha tispjega s-sitwazzjoni u l-miżuri superviżorji meħuda jew li se jittieħdu.

2.   Fejn l-informazzjoni speċifikata fil-paragrafu 1 hija rilevanti biss għal fergħa partikolari, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju huma meħtieġa biss li jipprovdu l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti li fih dik il-fergħa tkun stabbilita.

Artikolu 13

Komunikazzjoni ta' miżuri superviżorji u sanzjonijiet

1.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandhom jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti dwar kwalunkwe penali jew miżuri li ġejjin li ġew imposti fuq jew applikati għal istituzzjoni u li jaffettwaw l-operazzjonijiet ta' fergħa:

(a)

pieni amministrattivi imposti jew miżuri amministrattivi oħra applikati skont l-Artikoli 64 sa 67 tad-Direttiva 2013/36/UE;

(b)

miżuri superviżorji imposti skont l-Artikoli 104 jew 105 tad-Direttiva 2013/36/UE;

(c)

pieni kriminali imposti minħabba ksur tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva 2013/36/UE.

2.   Fejn l-informazzjoni speċifikata fil-paragrafu 1 hija rilevanti biss għal fergħa partikolari, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju huma meħtieġa biss li jipprovdu l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti li fih dik il-fergħa tkun stabbilita.

Artikolu 14

Informazzjoni b'rabta mat-tħejjija għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju u ll-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru ospitanti għandhom jiskambjaw informazzjoni b'rabta ma' tħejjijiet għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza. B'mod partikolari huma għandhom iżommu lil xulxin infurmati b'dan li ġej:

(a)

id-dettalji ta' kuntatt ta' emerġenza ta' persuni fi ħdan l-awtoritajiet kompetenti li huma responsabbli għall-ġestjoni ta' sitwazzjonijiet ta' emerġenza;

(b)

il-proċeduri ta' komunikazzjoni li għandhom japplikaw f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza.

Artikolu 15

Informazzjoni minn awtoritajiet ta' Stat Membru ospitanti

Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti ta' skambju ta' informazzjoni wara spezzjonijiet ta' fergħat skont l-Artikolu 52(3) tad-Direttiva 2013/36/UE, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju bl-informazzjoni li ġejja:

(a)

deskrizzjoni ta' kwalunkwe sitwazzjoni li fir-rigward tagħha l-awtoritajiet kompetenti jkunu ddeterminaw li l-istituzzjoni ma kinetx konformi mal-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni jew mar-rekwiżiti, fir-rigward is-superviżjoni prudenzjali jew fis-superviżjoni tal-kondottatal-istituzzjonijiet fis- suq, inklużi r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva 2013/36/UE, flimkien ma' spjegazzjoni tal-miżuri superviżorji meħuda jew li se jittieħdu biex jindirizzaw in-nuqqas ta' konformità;

(b)

deskrizzjoni ta' kwalunkwe nuqqas ta' konformità mal-kundizzjonijiet li bihom, fl-interess tal-ġid ġenerali, l-attivitajiet tal-fergħa għandhom jitwettqu fl-Istat Membru ospitanti;

(c)

kwalunkwe identifikazzjoni ta' riskju sistemiku ppreżentat minn fergħa jew l-attivitajiet tagħha fl-Istat Membru ospitanti, inkluż kwalunkwe valutazzjoni dwar l-impatt probabbli ta' sospensjoni jew għeluq tal-operazzjonijiet tal-fergħa dwar dan li ġej:

(i)

likwidità sistematika;

(ii)

sistemi ta' pagamenti;

(iii)

sistemi tal-ikklerjar u s-saldu;

(d)

is-sehem tas-suq ta' fergħa meta dan jaqbeż 2 % tas-suq totali fl-Istat Membru ospitanti f'waħda mill-kategoriji li ġejjin:

(i)

depożiti;

(ii)

self;

(e)

kwalunkwe ostakli għal trasferiment ta' flus u kollateral lejn jew mill-fergħa.

KAPITOLU III

SKAMBJU TA' INFORMAZZJONI DWAR FORNITURI TA' SERVIZZI TRANSFRUNTIERA

Artikolu 16

Informazzjoni dwar fornituri ta' servizzi transfruntiera

Mal-wasla ta' talba għal informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru ospitanti b'rabta ma' istituzzjoni li tkun qiegħda twettaq l-attivitajiet tagħha permezz tal-provvista ta' servizzi f'dak l-Istat Membru ospitanti, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandhom jipprovdu l-informazzjoni li ġejja:

(a)

deskrizzjoni ta' kwalunkwe sitwazzjoni li fir-rigward tagħha l-awtoritajiet kompetenti jkunu ddeterminaw li l-istituzzjoni ma kinetx konformi mal-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni jew mar-rekwiżiti, fir-rigward is-superviżjoni prudenzjali jew fis-superviżjoni tal-kondotta tal-istituzzjonijiet fis-suq, inklużi r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva 2013/36/UE, flimkien ma' spjegazzjoni tal-miżuri superviżorji meħuda jew li se jittieħdu biex jindirizzaw in-nuqqas ta' konformità;

(b)

il-volum tad-depożiti meħuda minn residenti tal-Istat Membru ospitanti;

(c)

il-volum tas-self meħud minn residenti tal-Istat Membru ospitanti;

(d)

b'rabta mal-attivitajiet elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2013/36/UE li l-istituzzjoni nnotifikat ix-xewqa tagħha li twettaq fl-Istat Membru ospitanti permezz ta' provvista ta' servizzi:

(i)

il-forma li biha l-istituzzjoni twettaq l-attivitajiet;

(ii)

l-attivitajiet li huma l-aktar sinifikanti f'termini tal-attivitajiet tal-istituzzjoni fl-Istat Membru ospitanti;

(iii)

konferma jekk l-attivitajiet identifikati bħala attivitajiet ċentrali tan-negozju fin-notifika pprovduta mill-istituzzjoni skont l-Artikolu 39 tad-Direttiva 2013/36/UE humiex qed jiġu eżegwiti minn istituzzjoni.

IL-KAPITOLU IV

SKAMBJU TA' INFORMAZZJONI RIGWARD L-ISTITUZZJONIJIET LI JOPERAW PERMEZZ TA' FERGĦA FIL-KAŻ TA' STRESS TA' LIKWIDITÀ LI TAFFETTWA L-ISTITUZZJONI JEW IL-FERGĦA NNIFISHA

Artikolu 17

L-ambitu tal-iskambju ta' informazzjoni fl-istress ta' likwidità

1.   Jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju jikkunsidraw li jkun seħħ stress ta' likwidità, jew ikun raġonevolment mistenni li jseħħ, fir-rigward ta' istituzzjoni għandhom immedjatament jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti u jipprovdu l-informazzjoni stabbilita fil-paragrafu 3.

2.   Jekk l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru ospitanti jikkunsidraw li jkun seħħ stress ta' likwidità, jew ikun raġonevolment mistenni li jseħħ, fir-rigward ta' istituzzjoni għandhom immedjatament jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju u jipprovdu l-informazzjoni stabbilita fil-paragrafu 3.

3.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu l-informazzjoni li ġejja:

(a)

deskrizzjoni tas-sitwazzjoni li seħħet, inkluża l-kawża prinċipali tas-sitwazzjoni tal-istress, l-impatt mistenni fuq l-istress ta' likwidità fuq l-istituzzjoni, u żviluppi dwar transazzjonijiet intragruppi;

(b)

spjegazzjoni tal-miżuri li diġà ttieħdu jew li se jittieħdu, kemm jekk mill-awtoritajiet kompetenti jew mill-istituzzjoni, inklużi kwalunkwe rekwiżiti imposti fuq l-istituzzjoni mill-awtoritajiet kompetenti biex itaffu l-istress tal-likwidità;

(c)

ir-riżultati tal-valutazzjonijiet tal-konsegwenzi sistemiċi ta' stress ta' likwidità;

(d)

l-aħħar informazzjoni kwantitattiva disponibbli dwar il-likwidità speċifikata fil-punti (c) sa (h) tal-Artikolu 4(1).

IL-KAPITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 18

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Marzu 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338.

(2)  Regolament (UE) 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).

(4)  Id-Direttiva 94/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 1994 dwar skemi ta' garanzija tad-depożiti (ĠU L 135, 31.5.1994, p. 5).

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali tal-kontabbiltà, ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.


20.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 148/15


REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 525/2014

tat-12 ta' Marzu 2014

li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għad-definizzjoni tas-suq

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1) u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 341(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-riskju ġenerali tas-suq huwa definit fl-Artikolu 362 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 bħala r-riskju tal-bidla fil-prezz fi strument finanzjarju, dovut fil-każ ta' strumenti ta' dejn negozjat jew derivattivi tad-dejn għal bidla fil-livell tar-rati tal-imgħax, jew fil-każ ta' ekwitajiet jew derivattivi tal-ekwità għal moviment wiesa' fis-suq tal-ekwità li ma huwa relatat mal-ebda attributi speċifiċi ta' titoli individwali.

(2)

Għall-iskopijiet tal-kalkolu tar-riskju ġenerali tas-suq provdut fl-Artikolu 343 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, huwa xieraq li wieħed iqis li l-ekwitajiet differenti huma fl-istess suq fejn huma soġġetti għall-istess riskju ġenerali tas-suq, jiġifieri, fejn il-movimenti tal-prezz fl-istrument jirriżultaw mill-kundizzjonijiet ekonomiċi lokali. Għaldaqstant, “suq” għandha tiġi definita għal dawn l-iskopijiet b'referenza għal ekonomija integrata li tipikament tikkorrispondi għal ġuriżdizzjoni nazzjonali.

(3)

Mingħajr preġudizzju għal dan ta' hawn fuq, l-introduzzjoni tal-munita unika eliminat elementi sinifikanti ta' segmentazzjoni bejn is-swieq tal-ekwità fiż-Żona tal-euro. Pereżempju, hija eliminat ir-riskju tal-valuta tal-kambju bejn l-Istati Membri parteċipanti u tippermetti li r-riżultati ta' kumpaniji jiġu ppubblikati bl-istess munita. Barra minn hekk, l-adozzjoni tal-euro talbet għal konverġenza ekonomika u ġuridika estensiva bejn l-Istati Membri parteċipanti u hija sostnuta minn suq integrat b'regoli komuni. Dawn il-karatteristiċi tal-aħħar huma komuni għall-Istati Membri kollha fl-Unjoni, iżda l-munita unika ġabet magħha integrazzjoni ekonomika eqreb u aktar profonda bejn l-Istati Membri parteċipanti li, għaldaqstant, tiġġustifika trattament distint għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament. Għalhekk, “suq” għandha tiġi definita b'referenza għas-swieq tal-ekwità kollha fiż-Zona tal-euro, u fir-rigward tas-swieq tal-ekwità mhux fiż-Żona tal-euro, f'livell ta' ġuriżdizzjoni nazzjonali.

(4)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-istandards tekniċi regolatorji abbozzati sottomessi mill-Awtorità Bankarja Ewropea lill-Kummissjoni.

(5)

L-Awtorità Bankarja Ewropea wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħin dwar l-istandards tekniċi regolatorji abbozzati li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kosti u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati Bankarji stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Definizzjoni ta' “suq” għall-fini tal-kalkolu tal-pożizzjoni netta globali fi strumenti azzjonarji msemmija fl-Artikolu 341(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

It-terminu “suq” ifisser:

(a)

għaż-Żona tal-euro, l-ekwitajiet kollha elenkati fis-swieq tal-ekwità li jinsabu fl-Istati Membri li adottaw l-euro bħala l-munita tagħhom;

(b)

għall-Istati Membri mhux fiż-Żona tal-euro u pajjiżi terzi, l-ekwitajiet kollha elenkati fis-swieq tal-ekwità li jinsabu f'ġuriżdizzjoni nazzjonali.

Artikolu 2

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Marzu 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).


20.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 148/17


REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 526/2014

tat-12 ta' Marzu 2014

li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għad-determinazzjoni ta' firxa ta' approssimazzjoni indiretta u portafolli iżgħar limitati għar-riskju tal-aġġustament tal-valwazzjoni tal-kreditu

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012, u partikolarment it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 383(7) tiegħu,

Billi:

(1)

L-applikazzjoni ta' metodu avvanzat għad-determinazzjoni ta' rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tal-Aġġustament tal-Valwazzjoni tal-Kreditu (CVA) jista' jkun li tinvolvi kontropartijiet li ma jkollhom l-ebda firxa ta' Swap ta' Inadempjenza tal-Kreditu (CDS). Fejn dan ikun il-każ, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw firxa li hija xierqa fir-rigward tal-klassifikazzjoni, l-industrija u r-reġjun tal-kontroparti (“firxa ta' approssimazzjoni indiretta”) skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 383(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

(2)

Ir-regoli dwar id-determinazzjoni tal-firxa ta' approssimazzjoni indiretta għar-riskju ta' CVA għandhom jipprevedu l-użu ta' kategoriji wiesgħa tal-klassifikazzjoni, l-industrija u r-reġjun, u għandhom jippermettu lill-istituzzjonijiet il-flessibbiltà neċessarja biex jiddeterminaw l-aktar firxa ta' approssimazzjoni indiretta xierqa skont il-ġudizzju espert tagħhom.

(3)

Fl-ispeċifikazzjoni aktar dettaljata ta' kif l-attributi tal-klassifikazzjoni, l-industrija u r-reġjun tal-emittenti uniċi għandhom jiġu kkunsidrati mill-istituzzjonijiet fl-istima tal-firxa ta' approssimazzjoni indiretta xierqa għad-determinazzjoni tar-rekwiżiti tal-fondi proprji, kif meħtieġ mir-Regolament (UE) Nru 575/2013, għandhom jiġu stabbiliti regoli għal konsiderazzjoni ta' dawn l-attributi b'referenza għall-kategoriji minimi għal kull attribut, sabiex tkun żgurata applikazzjoni armonizzata ta' dawn il-kundizzjonijiet.

(4)

Barra minn hekk, fil-każ ta' emittent uniku, fejn tkun teżisti konnessjoni, bħal bejn gvern reġjonali jew awtorità lokali u s-sovran, għandu jkun possibbli li ssir stima ta' firxa ta' approssimazzjoni indiretta xierqa fuq il-bażi tal-firxa tal-kreditu ta' emittent uniku, fejn dan iwassal għal stima aktar xierqa.

(5)

Sabiex iwasslu għal komputazzjoni xierqa tar-riskju ta' ħlas ta' CVA, għandha tiġi determinata firxa ta' approssimazzjoni indiretta permezz tad-dejta li ġiet osservata f'suq likwidu u s-suppożizzjonijiet fir-rigward tad-dejta, bħall-interpolazzjoni u l-estrapolazzjoni tad-dejta li tirrelata ma' maturitajiet differenti, għandhom ikunu konċettwalment sodi.

(6)

Sabiex tiġi żgurata l-konverġenza tal-prattiki fost l-istituzzjonijiet u sabiex jiġu evitati inkonsistenzi, meta wieħed iqis il-probabbiltajiet implikati ta' inadempjenza (“PDs”), il-firxiet tal-Iswaps ta' Inadempjenza tal-Kreditu (“CDS”) u t-telf fil-każ ta' inadempjenza (“LGD”) jikkostitwixxu ekwazzjoni waħda b'żewġ fatturi varjabbli mhux magħrufa u li l-konvenzjoni tas-suq hija li jintuża valur fiss għal LGD sabiex jinħarġu PDs implikati minn firxiet tas-suq, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw valur għal “LGDMKT” li huwa konsistenti ma' LGD fiss li huma komunement użati minn parteċipanti fis-suq għad-determinazzjoni tal-PDs implikati minn dawk il-firxiet ta' kreditu likwidu negozjati li ntużaw biex tiġi ddeterminata l-firxa ta' kredit ta' approssimazzjoni indiretta għall-kontroparti inkwistjoni.

(7)

Għall-finijiet tal-permess għall-użu tal-metodu CVA avvanzat għal numru limitat ta' portafolli iżgħar, huwa xieraq li jiġi kkunsidrat portafoll bħala sett ta' netting kif definit fl-Artikolu 272(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 in-numru tat-tranżazzjonijiet tal-metodu tal-mudell mhux intern (“IMM”) soġġett għar-riskju ta' ħlas CVA u d-daqs ta' settijiet ta' netting mhux IMM soġġetti għar-riskju ta' ħlas CVA, u biex dawn jitnaqqsu f'termini ta' perċentwal tal-għadd totali tat-tranżazzjonijiet kollha soġġetti għar-riskju ta' ħlas CVA u perċentwal tad-daqs totali tas-settijiet kollha tan-netting soġġetti għall-kalkolu tar-riskju ta' ħlas CVA, sabiex jitqiesu d-dimensjonijiet differenti tal-istituzzjonijiet.

(8)

Sabiex jittaffew in-nuqqasijiet fil-kontinwità possibbli fl-użu tal-metodu CVA avvanzat għal numru limitat ta' portafolli iżgħar, l-użu tal-metodu CVA avvanzat għandu jitwaqqaf biss meta jinkisru l-limiti kwantitattivi għal żewġ trimestri konsekuttivi

(9)

Barra minn hekk, sabiex jagħmluha possibbli għall-awtoritajiet kompetenti li jwettqu d-dmirijiet tagħhom ta' sorveljanza b'mod effiċjenti, huma għandhom ikunu kapaċi jagħrfu meta l-ħtieġa ta' għadd limitat ta' portafolli iżgħar ma tibqax tiġi sodisfatta; għalhekk l-istituzzjonijiet għandhom jinnotifikaw l-awtoritajiet kompetenti f'dawk il-każijiet.

(10)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji ppreżentati mill-Awtorità Bankarja Ewropea lill-Kummissjoni.

(11)

L-Awtorità Bankarja Ewropea wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-determinazzjoni ta' firxa ta' approssimazzjoni indiretta xierqa

1.   Il-firxa ta' approssimazzjoni xierqa għal kontroparti partikolari tkun meqjusa xierqa wara li jitqiesu l-klassifikazzjoni, l-industrija u r-reġjun tal-kontroparti skont ir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 383(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, fejn ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-firxa ta' approssimazzjoni indiretta ġiet determinata billi tqiesu l-attributi kollha tal-klassifikazzjoni, l-industrija u r-reġjun tal-kontroparti kif speċifikat fil-punti (b), (c) u (d);

(b)

l-attribut tal-klassifikazzjoni ġie definit billi tqies l-użu ta' ġerarkija predeterminata ta' sorsi ta' klassifikazzjonijiet interni u esterni. Il-klassifikazzjonijiet jiġu mmappjati għal passi ta' kwalità ta' kreditu, kif imsemmi fl-Artikolu 384(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. F'każijiet fejn bosta klassifikazzjonijiet esterni huma disponibbli l-immappjar tagħhom tal-passi tal-kwalità tal-kreditu għandu jsegwi l-approċċ ta diversi valutazzjonijiet ta' kreditu stabbiliti fl-Artikolu 138 ta' dak ir-Regolament;

(c)

L-attribut tal-industrija ġie determinat billi tqiesu minn tal-inqas il-kategoriji li ġejjin:

(i)

is-settur pubbliku;

(ii)

is-settur finanzjarju;

(iii)

oħrajn;

(d)

l-attribwit tar-reġjun ġie determinat billi tqiesu minn tal-inqas il-kategoriji li ġejjin:

(i)

l-Ewropa:

(ii)

l-Amerika ta' Fuq;

(iii)

l-Asja

(iv)

il-bqija tad-dinja.

(e)

il-firxa ta' approssimazzjoni indiretta tirrifletti b'mod rappreżentattiv firxiet ta' inadempjenza tal-kreditu disponibbli u firxiet ta' kreditu negozjat likwidi oħra, li jikkorrispondu għall-istrument ta' riskju rilevanti ta' kategoriji applikabbli u li jissodisfa l-kriterji tal-kwalità tad-dejta, imsemmija fil-paragrafu 3;

(f)

kemm tkun xierqa l-firxa ta' approssimazzjoni indiretta jiġi ddeterminat b'referenza għall-volatilità aktar milli għal-livell tal-firxa.

2.   Waqt li jkunu qed jitqiesu l-attributi tal-klassifikazzjoni, l-industrija u r-reġjun tal-kontroparti skont il-paragrafu 1, l-istima tal-firxa ta' approssimazzjoni indiretta għandha tkun ikkunsidrata xierqa għal gvern reġjonali jew awtorità lokali abbażi tal-firxa ta' kreditu tal-emittenti sovran rilevanti meta xi waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin ikunu ssodisfati:

(a)

il-gvern reġjonali jew l-awtorità lokali u s-sovran jkollhom l-istess klassifikazzjoni;

(b)

ma hemm l-ebda klassifikazzjoni għall-gvern reġjonali jew l-awtorità lokali.

3.   L-inputs kollha użati fid-determinazzjoni ta' firxa ta' approssimazzjoni indiretta jkunu bbażati fuq dejta affidabbli osservata fuq suq likwidu bidirezzjonali kif definit fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 338(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Għandu jkun hemm biżżejjed dejta disponibbli biex jiġu ġenerati firxiet ta' approssimazzjoni indiretta għall-maturitajiet rilevanti kollha u għall-perjodi storiċi msemmija fl-Artikolu 383(5) ta' dak ir-Regolament.

Artikolu 2

Identifikazzjoni ta' LGDMKT

Sabiex jiġi identifikat it-telf fil-każ ta' inadempjenza tal-kontroparti (LGDMKT) għall-finijiet tal-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' CVA skont il-metodu avvanzat għal kontroparti li teħtieġ l-użu ta' firxa ta' approssimazzjoni indiretta, l-istituzzjonijiet jużaw il-valur għal LGDMKT li huwa konsistenti mal-LGDs fissi komunement użati minn parteċipanti fis-suq għad-determinazzjoni ta' PDs implikati minn dawk il-firxiet tas-suq li ntużaw biex tiġi determinata l-firxa ta' approssimazzjoni indiretta għall-kontroparti inkwistjoni skont l-Artikolu 1.

Artikolu 3

Limiti kwantitattivi fuq l-għadd u d-daqs tal-portafolli kwalifikanti

1.   Biex jiġi ssodisfat il-kriterju ta' għadd limitat ta' portafolli iżgħar imsemmi fl-Artikolu 383(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin għandhom ikunu ssodisfati:

(a)

in-numru ta' kull tranżazzjoni mhux IMM soġġetta għar-riskju ta' ħlas CVA ma jaqbiżx il-15 % tal-għadd totali ta' tranżazzjonijiet soġġetti għal ħlas ta' riskju ta' CVA;

(b)

id-daqs ta' kull sett ta' netting mhux IMM individwali soġġett għar-riskju ta' CVA ma jaqbiżx il-1 % tad-daqs totali tas-settijiet tan-netting kollha soġġetti għal ħlas ta' riskju ta' CVA;

(c)

id-daqs totali ta' settijiet ta' netting mhux IMM kollha soġġetti għar-riskju ta' CVA ma jaqbiżx l-10 % tad-daqs totali tas-settijiet tan-netting kollha soġġetti għar-riskju ta' CVA.

2.   Għall-finijiet tal-punti (b) u (c) tal-paragrafu 1, id-daqs ta' settijiet ta' netting għandu jkun l-iskopertura fl-inadempjenza tas-sett ta' netting ikkalkulat li juża l-metodu skont il-valur fis-suq msemmi fl-Artikolu 274 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 billi jqis l-effetti tan-netting, skont l-Artikolu 298 ta' dak ir-Regolament, iżda mhux l-effetti tal-kollateral.

3.   Għall-iskop tal-paragrafu 1, l-istituzzjoni tikkalkula, għal kull trimestu, il-medja aritmetika,mill-inqas, tal-kummenti darba fix-xahar tal-proporzjonijiet ta' dawn li ġejjin:

(a)

l-għadd ta' tranżazzjonijiet non-IMM man-numru totali ta' tranżazzjonijiet;

(b)

id-daqs individwali tal-akbar sett ta' netting mhux IMM mad-daqs totali tas-settijiet tan-netting kollha; kif ukoll

(c)

id-daqs totali tas-settijiet tan-netting mhux IMM mad-daqs totali tas-settijiet tan-netting kollha.

4.   Jekk il-kriterju speċifikat fil-paragrafu 1 mhuwiex issodisfat għal żewġ kalkoli konsekuttivi msemmija fil-paragrafu 3, l-istituzzjoni tuża l-metodu standardizzat stabbilit fl-Artikolu 384 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 biex jiġu kkalkulati r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' CVA għal kull sett ta' netting mhux IMM u jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti.

5.   Il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 għandhom ikunu applikati fuq bażi individwali, bażi konsolidata jew subkonsolidata, skont il-kamp ta' applikazzjoni tal-permess sabiex jintuża l-metodu tal-mudell intern imsemmi fl-Artikolu 283 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Artikolu

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Marzu 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12)


20.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 148/21


REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 527/2014

tat-12 ta' Marzu 2014

li jissupplimenta d-Direttiva (UE) Nru 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-klassijiet ta' strumenti li jirriflettu b'mod adegwat il-kwalità kredizja ta' istituzzjoni bħala negozju avvjat u li huma xierqa sabiex jintużaw għall-finijiet ta' remunerazzjoni varjabbli

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) Nru 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 94(2) tagħha,

Billi:

(1)

Remunerazzjoni varjabbli mogħtija fi strumenti għandha tippromwovi mmaniġġjar sod u effettiv tar-riskji u ma għandhiex tħeġġeġ it-teħid ta' riskji li jaqbżu l-livell ta' riskju tollerat tal-istituzzjoni. Għaldaqstant, il-klassijiet ta' strumenti li jistgħu jintużaw għall-finijiet tar-remunerazzjoni varjabbli għandhom jallinjaw l-interessi tal-persunal mal-interessi tal-azzjonisti, il-kredituri u partijiet interessati oħrajn billi jipprovdu inċentivi sabiex il-persunal jaġixxi fl-interess fit-tul tal-istituzzjoni u ma jiħux riskji żejda.

(2)

Sabiex jiġi żgurat li hemm rabta soda mal-kwalità kredizja ta' istituzzjoni bħala negozju avvjat, l-istrumenti użati għall-finijiet ta' remunerazzjoni varjabbli għandu jkun fihom avvenimenti skattaturi xierqa għal-likwidazzjoni jew konverżjoni li jnaqqsu l-valur tal-istrumenti f'sitwazzjonijiet fejn tkun tgħarrqet il-kwalità kredizja tal-istituzzjoni bħala negozju avvjat. L-avvenimenti skattaturi użati għall-finijiet ta' remunerazzjoni ma għandhomx jibdlu l-livell ta' subordinazzjoni tal-istrumenti u għalhekk ma għandhomx iwasslu għal skwalifika ta' strumenti tal-Grad 1 jew tal-Grad 2 Addizzjonali bħala strumenti ta' fondi proprji.

(3)

Filwaqt li l-kundizzjonijiet li japplikaw għall-istrumenti tal-Grad 1 u tal-Grad 2 Addizzjonali huma speċifikati fl-Artikoli 52 u 63 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), l-istrumenti l-oħrajn imsemmijin fil-punt (l)(ii) tal-Artikolu 94(1) tad-Direttiva 2013/36/UE li jistgħu jiġu konvertiti bis-sħiħ fi strumenti tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni jew jitniżżlu fil-valur mhumiex soġġetti għal kundizzjonijiet speċifiċi skont dak ir-Regolament peress li ma humiex klassifikati bħala strumenti ta' fondi proprji għal skopijiet prudenzjali. Għalhekk, għandhom jiġu stabbiliti rekwiżiti speċifiċi għal klassijiet differenti ta' strumenti biex jiġi żgurat li huma xierqa sabiex jintużaw għall-finijiet ta' remunerazzjoni varjabbli, filwaqt li tittieħed f'kunsiderazzjoni l-għamla differenti tal-istrumenti. L-użu tal-istrumenti għall-finijiet ta' remunerazzjoni varjabbli ma għandux iżomm minnu nnifsu lill-istrumenti milli jikkwalifikaw bħala fondi proprji ta' istituzzjoni diment li jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013. It-tali użu lanqas ma għandu jinftiehem huwa stess bħala wieħed li jipprovdi inċentiv ta' tifdija tal-istrument, peress li wara l-perjodi ta' diferiment u retenzjoni b'mod ġenerali l-membri tal-persunal ikunu jistgħu jirċievu fondi likwidi b'mezzi oħrajn apparti tifdija.

(4)

Strumenti Oħrajn jinkludu strumenti tad-dejn mhux fi flus jew strumenti marbutin mad-dejn li ma jikkwalifikawx bħala fondi proprji. Strumenti Oħrajn mhumiex limitati għal strumenti finanzjarji kif definiti fil-punt 50 tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, iżda jistgħu jinkludu wkoll strumenti differenti mhux fi flus, li jistgħu jiġu inklużi fil-ftehimiet bejn l-istituzzjoni u l-membri tal-persunal. Biex jiġi żgurat li dawn l-istrumenti jirriflettu l-kwalità kredizja ta' istituzzjoni bħala negozju avvjat, ir-rekwiżiti adatti għandhom jiżguraw li ċ-ċirkustanzi li fihom it-tali strumenti jitniżżlu fil-valur jew jiġu konvertiti jestendu lil hinn minn sitwazzjonijiet ta' rkupru jew riżoluzzjoni.

(5)

Meta l-istrumenti użati għall-finijiet ta' remunerazzjoni varjabbli jiġu eżerċitati, jinfdew, jiġu riakkwistati jew konvertiti, b'mod ġenerali t-tali tranżazzjonijiet ma għandhomx iżidu l-valur tar-remunerazzjoni mogħtija bil-ħlas tal-ammonti li huma ogħla mill-valur tal-istrument jew billi jiġu konvertiti fi strumenti li għandhom valur ogħla mill-istrument mogħti għall-ewwel. Dan huwa sabiex jiġi żgurat li r-remunerazzjoni ma titħallasx permezz ta' veikoli jew metodi li jħaffu n-nuqqas ta' konformità mal-Artikolu 94(1) tad-Direttiva 2013/36/UE.

(6)

Meta tingħata remunerazzjoni varjabbli u meta l-istrumenti użati għal remunerazzjoni varjabbli jinfdew, jiġu eżerċitati, riakkwistati jew konvertiti, dawk it-tranżazzjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq valuri li ġew stabbiliti skont l-istandard kontabilistiku applikabbli. Għalhekk għandha tkun meħtieġa valwazzjoni tal-istrumenti f'dawn is-sitwazzjonijiet kollha sabiex jiġi żgurat li ma jiġux evitati r-rekwiżiti tad-Direttiva 2013/36/UE dwar ir-remunerazzjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-proporzjon bejn il-komponenti varjabbli u fissi tar-remunerazzjoni u l-allinjament mat-teħid ta' riskji.

(7)

L-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jistabbilixxi l-mekkaniżmi ta' tniżżil fil-valur u konverżjoni għal strumenti tal-Grad 1 Addizzjonali. Barra minn hekk, il-punt (l)(ii) tal-Artikolu 94(1) tad-Direttiva 2013/36/UE jeħtieġ li l-Istrumenti l-Oħrajn ikunu jistgħu jiġu konvertiti fi strumenti tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni jew jitniżżlu fil-valur. Peress li l-eżitu ekonomiku ta' konverżjoni jew tniżżil fil-valur ta' Strumenti Oħrajn huwa l-istess bħal dak għal strumenti tal-Grad 1 Addizzjonali, il-mekkaniżmi ta' tniżżil fil-valur jew konverżjoni għal Strumenti Oħrajn għandu jieħu f'kunsiderazzjoni l-mekkaniżmi li japplikaw għal strumenti tal-Grad 1 Addizzjonali, bl-adattamenti biex jieħdu kont tal-fatt li Strumenti Oħrajn ma jikkwalifikawx bħala strumenti tal-fondi proprji minn perspettiva prudenzjali. Strumenti tal-Grad 2 mhumiex soġġetti għal rekwiżiti regolatorji rigward it-tniżżil fil-valur u l-konverżjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013. Biex jiġi żgurat li l-valur tat-tali strumenti kollha, meta użati għal remunerazzjoni varjabbli, jonqos meta tiddgħajjef il-kwalità kredizja tal-istituzzjoni, iridu jiġu speċifikati s-sitwazzjonijiet li fihom tniżżil fil-valur jew konverżjoni tal-istrument ikunu neċessarji. Il-mekkaniżmi ta' tniżżil fil-valur, tlugħ fil-valur u konverżjoni għal Strumenti tal-Grad 2 u Strumenti Oħrajn għandhom jiġu speċifikati sabiex tiġi żgurata applikazzjoni konsistenti.

(8)

Distribuzzjonijiet li ġejjin minn strumenti jistgħu jieħdu diversi forom. Jistgħu jkunu varjabbli jew fissi u jistgħu jitħallsu b'mod perjodiku jew fil-maturità finali ta' strument. B'konformità mal-linji gwida dwar il-politiki u l-prattiki ta' remunerazzjoni maħruġin mill-Kumitat ta' Superviżuri Bankarji Ewropej (3), sabiex jiġi promoss immaniġġjar sod u effettiv tar-riskji ma għandha titħallas ebda distribuzzjoni lill-persunal matul il-perjodi ta' diferiment. Il-membri tal-persunal għandhom jirċievu biss distribuzzjonijiet fir-rigward tal-perjodi ta' wara l-investiment tal-istrument. Għalhekk, huma biss l-istrumenti b'distribuzzjonijiet li jitħallsu b'mod perjodiku lis-sid tal-istrument li huma xierqa sabiex jintużaw bħala remunerazzjoni varjabbli; bonds bla kupun jew strumenti li jżommu l-qligħ ma għandhomx jingħaddu fis-sehem sostanzjali tar-remunerazzjoni li jrid ikun jikkonsisti f'bilanċ tal-istrumenti msemmijin fil-punt (l) tal-Artikolu 94(1) tad-Direttiva 2013/36/UE. Dan għaliex il-persunal jibbenefika matul il-perjodu ta' diferiment minn valuri li jiżdiedu, u dan jista' jinftiehem bħala ekwivalenti għar-riċevuta ta' distribuzzjonijiet.

(9)

Distribuzzjonijiet għoljin ħafna jistgħu jnaqqsu l-inċentiv fit-tul għat-teħid ta' riskji prudenti peress li effettivament iżidu l-parti varjabbli tar-remunerazzjoni. B'mod partikolari, id-distribuzzjonijiet ma għandhomx jitħallsu f'intervalli itwal minn sena peress li dan ikun iwassal għal distribuzzjonijiet li jakkumulaw effettivament matul il-perjodi ta' diferiment u li jitħallsu mal-vestiment tar-remunerazzjoni varjabbli. Akkumulazzjoni ta' distribuzzjonijiet tkun qed tevita l-punt (g) tal-Artikolu 94(1) tad-Direttiva 2013/36/UE rigward il-proporzjon bejn il-komponenti varjabbli u fissi tar-remunerazzjoni u l-prinċipju fil-punt (m) ta' dak l-Artikolu li r-remunerazzjoni pagabbli skont arranġamenti ta' diferiment ma tiġix vestita b'rata ogħla minn bażi prorata. Għaldaqstant, distribuzzjonijiet li jsiru wara l-vestiment tal-istrument ma għandhomx jaqbżu r-rati tas-suq. Dan għandu jiġi żgurat billi jintalab li l-istrumenti użati għar-remunerazzjoni varjabbli, jew l-istrumenti li huma marbutin magħhom, jinħarġu l-iktar għal investituri oħrajn, jew billi jintalab li t-tali strumenti jkunu soġġetti għal limitu massimu fuq id-distribuzzjonijiet.

(10)

Ir-rekwiżiti ta' diferiment u retenzjoni li japplikaw għall-għotjiet ta' remunerazzjoni varjabbli skont l-Artikolu 94(1) tad-Direttiva 2013/36/UE jridu jiġu ssodisfati kull meta jkun urelevanti, inkluż meta l-istrumenti użati għar-remunerazzjoni varjabbli jiġu eżerċitati, jinfdew, jiġu riakkwistati jew konvertiti. Għalhekk, f'dawn is-sitwazzjonijiet l-istrumenti għandhom jitpartu ma' Strumenti tal-Grad 1 Addizzjonali, strumenti tal-Grad 2 u Strumenti Oħrajn li jirriflettu l-kwalità kredizja tal-istituzzjoni bħala negozju avvjat, għandhom karatteristiċi ekwivalenti għal dawk tal-istrument mogħti fil-bidu, u huma tal-istess valur, filwaqt li jiġi kkunsidrat kwalunkwe ammont li tniżżel fil-valur. Meta strumenti li mhumiex strumenti tal-Grad 1 Addizzjonali jkollhom data ta' maturità fissa, għandhom jiġu stabbiliti rekwiżiti minimi għall-maturità li jifdal tat-tali strumenti li taw sabiex jiġi żgurat li huma konsistenti mar-rekwiżiti dwar il-perjodi ta' diferiment u retenzjoni għal remunerazzjoni varjabbli.

(11)

Id-Direttiva 2013/36/UE ma tillimitax il-klassijiet ta' strumenti li jistgħu jintużaw għal remunerazzjoni varjabbli lil klassi speċifika ta' strumenti finanzjarji. Għandu jkun possibbli li jintużaw strumenti sintetiċi jew kuntratti bejn membri tal-persunal u istituzzjonijiet li huma marbutin ma' strumenti tal-Grad 1 u tal-Grad 2 Addizzjonali li jistgħu jiġu konvertiti jew jitniżżlu fil-valur bis-sħiħ. Dan jippermetti sabiex jiddaħħlu kundizzjonijiet speċifiċi fit-termini tat-tali strumenti li japplikaw biss għal strumenti mogħtijin lill-persunal, mingħajr il-bżonn li jiġu imposti kundizzjonijiet fuq investituri oħrajn.

(12)

F'kuntest ta' grupp, il-ħarġiet jistgħu jiġu mmaniġġjati b'mod ċentrali fi ħdan impriża prinċipali. L-istituzzjonijiet fi ħdan it-tali grupp ma jistgħux, għalhekk, dejjem joħorġu strumenti li huma xierqa sabiex jintużaw għall-fini ta' remunerazzjoni varjabbli. Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 jippermetti sabiex strumenti tal-Grad 1 u tal-Grad 2 Addizzjonali maħruġin minn entità fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tal-konsolidazzjoni jagħmlu parti mill-fondi proprji ta' istituzzjoni soġġetti għal ċerti kundizzjonijiet. Għalhekk, għandu jkun possibbli li tali strumenti jintużaw għall-fini ta' remunerazzjoni varjabbli, diment li jkun hemm rabta ċara bejn il-kwalità kredizja tal-istituzzjoni li tuża dawn l-istrumenti għall-fini ta' remunerazzjoni varjabbli u l-kwalità kredizja tal-emittent tal-istrument. Normalment jista' jiġi supponut li rabta bħal din teżiti bejn impriża prinċipali u sussidjarja. Strumenti oħrajn li mhumiex strumenti tal-Grad 1 u tal-Grad 2 li ma jinħarġux direttament minn istituzzjoni għandhom ikunu kapaċi jintużaw għal remunerazzjoni varjabbli, soġġetti għal kundizzjonijiet ekwivalenti. Strumenti li huma marbutin ma' strumenti ta' referenza maħruġin minn impriżi prinċipali f'pajjiżi terzi u li huma ekwivalenti għal strumenti tal-Grad 1 jew tal-Grad 2 Addizzjonali għandhom ikunu eliġibbli sabiex jintużaw għall-finijiet ta' remunerazzjoni varjabbli jekk l-event skattatur jirreferi għall-istituzzjoni li tuża strument sintetiku bħal dan.

(13)

Dan ir-Regolament huwa msejjes fuq l-abbozzi tal-istandards tekniċi regolatorji sottomessi mill-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE) lill-Kummissjoni Ewropea.

(14)

L-ABE organizzat konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħin dwar l-abbozzi tal-istandards tekniċi regolatorji, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji relatati potenzjali u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati Bankarji stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Klassijiet ta' strumenti li jirriflettu b'mod adegwat il-kwalità kredizja ta' istituzzjoni bħala negozju avvjat u li huma xierqa sabiex jintużaw għall-finijiet ta' remunerazzjoni varjabbli

1.   Dawn li ġejjin se jkunu l-klassijiet ta' strumenti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (l)(ii) tal-Artikolu 94(1) tad-Direttiva 2013/36/UE:

(a)

klassijiet tal-istrumenti tal-Grad 1 Addizzjonali meta dawk il-klassijiet jissodisfaw il-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 u l-Artikolu 2, u jikkonformaw mal-Artikolu 5(9) u l-punt (c) tal-Artikolu 5(13);

(b)

klassijiet tal-istrumenti tal-Grad 2 meta dawk il-klassijiet jissodisfaw il-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 u l-Artikolu 3, u jikkonformaw mal-Artikolu 5;

(c)

klassijiet ta' strumenti li jistgħu jiġu konvertiti bis-sħiħ fi strumenti tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni jew li jistgħu jitniżżlu fil-valur u li la huma strumenti tal-Grad 1 u lanqas tal-Grad 2 Addizzjonali (”Strumenti Oħrajn”) fil-każijiet imsemmijin fl-Artikolu 4 meta dawk il-klassijiet jissodisfaw il-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 u jikkonformaw mal-Artikolu 5.

2.   Il-klassijiet ta' strumenti msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-istrumenti ma għandhomx ikunu ggarantiti jew soġġetti għal garanzija li żżid is-senjorità tal-pretensjonijiet tad-detentur;

(b)

meta d-dispożizzjonijiet li jirregolaw strument jippermettu l-konverżjoni tiegħu, dak l-istrument għandu jintuża biss għall-finijiet ta' għoti ta' remunerazzjoni varjabbli meta r-rata jew il-medda ta' konverżjoni tkun stabbilita f'livell li jiżgura li l-valur tal-istrument li fih l-istrument inizjalment mogħi huwa konvertit ma jkunx ogħla mill-valur tal-istrument mogħti inizjalment fi żmien l-għotja tiegħu bħala remunerazzjoni varjabbli;

(c)

id-dispożizzjonijiet li jirregolaw strumenti konvertibbli li jintużaw għall-uniku skop ta' remunerazzjoni varjabbli għandhom jiżguraw li l-valur tal-istrument li fih l-istrument mogħti inizjalment ġie konvertit ma jkunx ogħla mill-valur, fil-ħin ta' dik il-konverżjoni mill-istrument mogħti oriġinalment;

(d)

id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrument għandhom jistipulaw li kwalunkwe distribuzzjoni titħallas fuq tal-inqas bażi annwali u titħallas lid-detentur tal-istrument;

(e)

l-istrumenti għandhom jiġu pprezzati bil-valur tagħhom fi żmien l-għoti tal-istrument, skont l-istandard kontabilistiku applikabbli. Il-valwazzjoni għandha tqis il-kwalità kredizja tal-istituzzjoni u għandha tkun soġġetta għal reviżjoni indipendenti;

(f)

id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti maħruġin għall-uniku skop ta' remunerazzjoni varjabbli għandhom jeħtieġu t-twettiq ta' valwazzjoni skont l-istandard kontabilistiku applikabbli f'każ li l-istrument jinfeda, jiġi eżerċitat, riakkwistat jew konvertit.

Artikolu 2

Kundizzjonijiet għall-klassijiet tal-istrumenti tal-Grad 1 Addizzjonali

Il-klassijiet tal-istrumenti tal-Grad 1 Addizzjonali għandhom ikunu konformi mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrument għandhom jispeċifikaw event skattatur għall-fini tal-punt (n) tal-Artikolu 52(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b)

l-event skattatur imsemmi fil-punt (a) iseħħ meta l-proporzjon tal-kapital tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni tal-istituzzjoni li toħroġ l-istrument, imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jaqa' taħt livell minn dawn li ġejjin:

(i)

7 %;

(ii)

livell ogħla minn 7 %, meta jkun determinat mill-istituzzjoni u speċifikat fid-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrument;

(c)

ikun issodisfat wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin:

(i)

l-istrumenti jinħarġu għall-uniku skop li jingħataw bħala remunerazzjoni varjabbli u d-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrument jiżguraw li kwalunkwe distribuzzjoni titħallas b'rata li hija konsistenti mar-rati tas-suq għal strumenti simili maħrġuin mill-istituzzjoni jew mill-istituzzjonijiet ta' għamla, skala, kumplessità u kwalità kredizja paragunabbli u li fi kwalunkwe każ, fiż-żmien li tingħata r-remunerazzjoni, ma tkunx ogħla minn 8 punti perċentwali ogħla mir-rata medja annwali tal-bidla għall-Unjoni ppubblikata mill-Kummissjoni (Eurostat) fl-Indiċijiet Armonizzati tagħha tal-Prezzijiet għall-Konsumatur ippubblikati skont l-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 (5). Meta l-istrumenti jingħataw lil membri tal-persunal li jwettqu s-sehem predominanti tal-attivitajiet professjonali tagħhm barra l-Unjoni u l-istrumenti jkunu denominati f'munita maħruġa minn pajjiż terz, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw indiċi simili kkalkolat b'mod indipendenti tal-prezzijiet għall-konsumatur fir-rigward ta' dak il-pajjiż terz;

(ii)

fi żmien l-għoti tal-istrumenti bħala remunerazzjoni varjabbli, tal-inqas 60 % tal-istrumenti fil-ħruġ ma nħarġux bħala għotja ta' remunerazzjoni varjabbli u mhumiex miżmuma minn dawn li ġejjin jew minn xi impriża li għandha rabtiet mill-qrib ma' dawn li ġejjin:

l-istituzzjoni jew is-sussidjarji tagħha,

l-impriża prinċipali tal-istituzzjoni jew is-sussidjarji tagħha,

il-kumpanija azzjonarja finanzjarja prinċipali jew is-sussidjarji tagħha,

il-kumpannija holding ta' attivitajiet imħallta jew is-sussidjarji tagħha,

il-kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta u s-sussidjarji tagħha.

Artikolu 3

Kundizzjonijiet għall-klassijiet tal-istrumenti tal-Grad 2

Il-klassijiet tal-istrumenti tal-Grad 2 għandhom jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

fi żmien l-għotja tal-istrumenti bħala remunerazzjoni varjabbli, il-perjodu li jifdal qabel il-maturità tal-istrument għandu jkun daqs jew jaqbeż is-somma tal-perjodi ta' diferiment u l-perjodi ta' ritenzjoni li japplikaw għal remunerazzjoni varjabbli fir-rigward tal-għoti ta' dawk l-istrumenti;

(b)

id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrument jistipulaw li, malli jseħħ event skattatur, l-ammont prinċipali tal-istrumenti għandu jitniżżel fil-valur fuq bażi permanenti jew temporanja jew inkella l-istrument għandu jiġi konvertit fi strumenti tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni;

(c)

l-event skattatur imsemmi fil-punt (b) iseħħ fejnil-proporzjon tal-kapital tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni tal-istituzzjoni li toħroġ l-istrument, imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jaqa' taħt wieħed mil-livelli li ġejjin:

(i)

7 %;

(ii)

livell ogħla minn 7 %, meta jkun determinat mill-istituzzjoni u speċifikat fid-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrument;

(d)

ikun issodisfat wieħed mir-rekwiżiti fil-punt (c) tal-Artikolu 2.

Artikolu 4

Kundizzjonijiet għall-klassijiet ta' Strumenti Oħrajn

1.   Bil-kundizzjonijiet stipulati fil-punt (c) tal-Artikolu 1(1), Strumenti Oħrajn jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (l)(ii) tal-Artikolu 94(1) tad-Direttiva 2013/36/UE f'kull wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a)

l-Istrumenti l-Oħrajn jissodisfaw il-kundizzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 2;

(b)

l-Istrumenti l-Oħrajn huma marbutin ma' strument tal-Grad 1 jew strument tal-Grad 2 Addizzjonali u jissodisfaw il-kundizzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 3;

(c)

l-Istrumenti l-Oħrajn huma marbutin ma' strument li jkun strument tal-Grad 1 jew strument tal-Grad 2 Addizzjonali iżda għall-fatt li huwa maħruġ minn impriża prinċipali tal-istituzzjoni li hija barra l-kamp ta' applikazzjoni tal-konsolidazzjoni skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Ewwel Parti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-Istrumenti l-Oħrajn jissodisfaw il-kundizzjonijiet fil-paragrafu 4.

2.   Il-kundizzjonijiet imsemmijin fil-punt (a) tal-paragrafu 1 huma dawn li ġejjin:

(a)

l-Istrumenti l-Oħrajn għandhom jinħarġu direttament jew minn entità inkluża fi ħdan il-konsolidazzjoni tal-grupp skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Ewwel Parti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, diment li bidla fil-kwalità kredizja tal-emittent tal-istrument tista' tkun raġonevolment mistennija li twassal għal bidla simili fil-kwalità kredizja tal-istituzzjoni billi jintużaw l-Istrumenti l-Oħrajn għall-fini ta' remunerazzjoni varjabbli;

(b)

id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-Istrumenti l-Oħrajn ma jagħtux id-dritt lid-detentur li jħaffef il-pagament skedat tad-distribuzzjonijiet jew il-kapital ħlief fil-każ ta' insolvenza jew il-likwidazzjoni tal-istituzzjoni;

(c)

fi żmien l-għoti tal-Istrumenti l-Oħrajn bħala remunerazzjoni varjabbli, il-perjodu li jifdal qabel il-maturità tal-Istrumenti l-Oħrajn huwa daqs jew jaqbeż is-somma tal-perjodi ta' diferiment u l-perjodi ta' ritenzjoni li japplikaw fir-rigward tal-għoti ta' dawk l-istrumenti;

(d)

id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrument jistipulaw li, malli jseħħ event skattatur, l-ammont prinċipali tal-istrumenti jitniżżel fil-valur fuq bażi permanenti jew temporanja jew l-istrument jiġi konvertit fi strumenti tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni;

(e)

l-event skattatur imsemmi fil-punt (d) iseħħ meta l-proporzjon tal-kapital tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni tal-istituzzjoni li toħroġ l-istrument imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ikun jaqa' taħt wieħed mil-livelli li ġejjin:

(i)

7 %

(ii)

livell ogħla minn 7 %, meta jkun determinat mill-istituzzjoni u speċifikat fid-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrument;

(f)

ikun issodisfat wieħed mir-rekwiżiti fil-punt (c) tal-Artikolu 2.

3.   Il-kundizzjonijiet imsemmijin fil-punt (b) tal-paragafu 1 huma dawn li ġejjin:

(a)

l-Istrumenti l-Oħrajn jissodisfaw il-kundizzjonijiet fil-punti (a) sa (e) tal-paragrafu 2;

(b)

l-Istrumenti l-Oħrajn huma marbutin ma' strument tal-Grad 1 jew tal-Grad 2 Addizzjonali maħruġin minn entità inkluża fi ħdan il-konsolidazzjoni tal-grupp skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Ewwel Parti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (l-“istrument ta' referenza”);

(c)

fi żmien l-għoti tal-istrument bħala remunerazzjoni varjabbli l-istrument ta' referenza jissodisfa l-kundizzjonijiet tal-punti (c) u (f) tal-paragrafu 2;

(d)

il-valur ta' Strument Ieħor huwa marbut mal-istrument ta' referenza b'tali mod li qatt ma jkun ikbar mill-valur tal-istrument ta' referenza;

(e)

il-valur ta' kwalunkwe distribuzzjoni mħallsa wara l-vestiment tal-Istrument l-Ieħor huwa marbut mal-istrument ta' referenza b'tali mod li d-distribuzzjonijiet imħallsin qatt ma jkunu ikbar mill-valur ta' kwalunkwe distribuzzjoni mħallsa taħt l-istrument ta' referenza;

(f)

id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-Istrumenti l-Oħrajn jipprovdu li jekk l-istrument ta' referenza jiġi eżerċitat, konvertit, riakkwistat jew jinfeda fi ħdan il-perjodu ta' diferiment jew ritenzjoni, l-Istrumenti l-Oħrajn għandhom jintrabtu ma' strument ta' referenza ekwivalenti li jissodisfa l-kundizzjonijiet f'dan l-Artikolu b'tali mod li l-valur totali tal-Istrumenti l-Oħrajn ma jiżdiedx.

4.   Il-kundizzjonijiet imsemmijin fil-punt (c) tal-paragrafu 1 huma dawn li ġejjin:

(a)

l-awtoritajiet kompetenti ddeterminaw għall-fini tal-Artikolu 127 tad-Direttiva 2013/36/UE li l-istituzzjoni li toħroġ l-istrument li miegħu huma marbutin l-istrumenti l-oħrajn hija soġġetta għal superviżjoni konsolidata minn awtorità ta' sorveljanza ta' pajjiż terz li hija ekwivalenti għal dik irregolata mill-prinċipji stipulati f'dik id-Direttiva u r-rekwiżiti tal-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Ewwel Parti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b)

l-Istrumenti l-Oħrajn jissodisfaw il-kundizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u l-punti (c) sa (f) tal-paragrafu 3.

Artikolu 5

Proċeduri ta' tniżżil fil-valur, tlugħ fil-valur u konverżjoni

1.   Għall-fini tal-punt (b) tal-Artikolu 3 u l-punt (d) tal-Artikolu 4(2), id-dispożizzjonijiet li jirregolaw lstrumenti tal-Grad 2 u Strumenti Oħrajn għandhom ikunu konformi mal-proċeduri u t-twaqqit stipulati fil-paragrafi 2 sa 14 għall-kalkolu tal-proporzjon tal-kapital tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni u l-ammonti li jridu jitniżżlu fil-valur, jittellgħu fil-valur jew jiġu konvertiti. Id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti tal-Grad 1 Addizzjonali għandhom jikkonformaw mal-proċeduri stipulati fil-paragrafu 9 u l-punt (c) tal-paragrafu 13 fir-rigward tal-ammonti li jridu jitniżżlu fil-valur, jittellgħu fil-valur jew jiġu konvertiti.

2.   Meta d-dispożizzjonijiet li jirregolaw Strumenti tal-Grad 2 u Strumenti Oħrajn jeħtieġu li l-istrumenti jiġu konvertiti fi strumenti tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni wara li jseħħ event skattatur, dawk id-dispożizzjonijiet għandhom jispeċifikaw waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

ir-rata ta' dik il-konverżjoni u limitu fuq l-ammont permess ta' konverżjoni;

(b)

medda li fiha l-istrumenti ser jikkonvertu fistrumenti tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni.

3.   Meta d-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti jistipulaw li l-ammont prinċipali tagħhom għandu jitniżżel fil-valur meta jseħħ event skattatur, it-tniżżil fil-valur għandu jnaqqas b'mod permanenti jew temporanju dawn kollha li ġejjin:

(a)

il-pretensjoni tad-detentur tal-istrument fl-insolvenza jew il-likwidazzjoni tal-istituzzjoni;

(b)

l-ammont li jrid jitħallas fil-każ tal-eżerċitar jew it-tifdija tal-istrument;

(c)

id-distribuzzjonijiet li saru fuq l-istrument.

4.   Kwalunkwe distribuzzjoni pagabbli wara tniżżil fil-valur għandha tkun imsejsa fuq l-ammont imnaqqas tal-kapital.

5.   Tniżżil fil-valur jew konverżjoni tal-istrumenti għandhom, skont il-qafas kontabilistiku applikabbli, jiġġeneraw entrati li jikkwalifikaw bħala entrati tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni.

6.   Meta l-istituzzjoni tkun stabbilixxiet li l-proporzjon tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni jkun niżel taħt il-livell li jniedi l-konverżjoni jew it-tniżżil fil-valur tal-istrument, il-korp maniġerjali jew kwalunkwe korp relevanti ieħor tal-istituzzjoni għandu jkun meħtieġ jiddetermina bla dewmien li seħħ event skattatur u għandu jkun hemm obbligu irrevokabbli ta' tniżżil fil-valur jew konverżjoni tal-istrument.

7.   L-ammont aggregat tal-istrumenti li huwa meħtieġ li jitniżżel fil-valur jew jiġi konvertit meta jseħħ event skattatur ma għandux ikun inqas mill-inqas wieħed minn fost dawn li ġejjin:

(a)

l-ammont meħtieġ biex il-proporzjon tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni tal-istituzzjoni jitreġġa' lura għall-perċentwal stabbilit bħala avveniment skattatur fid-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrument;

(b)

l-ammont sħiħ ta' kapital tal-istrument.

8.   Meta jseħħ event skattatur, l-istituzzjonijiet għandhom ikunu meħtieġa jagħmlu dawn li ġejjin:

(a)

jgħarrfu lill-membri tal-persunal li ngħataw l-istrumenti bħala remunerazzjoni varjabbli u l-persuni li jkun għad għandhom it-tali strumenti;

(b)

jniżżlu l-valur tal-ammont ta' kapital tal-istrumenti, jew jikkonvertu l-istrumenti fi strumenti tal-Graad 1 tal-Ekwità Komuni malajr kemm jista' jkun u fi ħdan perjodu massimu ta' xahar skont ir-rekwiżiti stabbiliti f'dan l-Artikolu.

9.   Meta strumenti tal-Grad 1 Addizzjonali, strumenti tal-Grad 2 u Strumenti Oħrajn jinkludu l-istess livell skattatur, l-ammont ta' kapital għandu jitniżżel fil-valur jew jiġi konvertit fuq bażi prorata għad-detenturi kollha tat-tali strumenti li għandhom jintużaw għall-finijiet ta' remunerazzjoni varjabbli.

10.   L-ammont tal-istrument li jrid jitniżżel fil-valur jew jiġi konvertit għandu jkun soġġett għal reviżjoni indipendenti. Ir-reviżjoni għandha titlesta malajr kemm jista' jkun u ma għandhiex toħloq xkiel għall-istituzzjoni sabiex tniżżel fil-valur jew tikkonverti l-istrument.

11.   Istituzzjoni li toħroġ strumenti li jikkonvertu għal Grad 1 tal-Ekwità Komuni meta jseħħ event skattatur għandha tkun meħtieġa tiżgura li l-kapital azzjonarju tagħha jibqa' biżżejjed il-ħin kollu biex jikkonverti t-tali strumenti konvertibbli kollha f'ishma jekk iseħħ event skattatur. L-istituzzjoni għandha tkun meħtieġa jkollha l-ħin kollu l-awtorizzazzjoni minn qabel meħtieġa biex toħroġ l-istrumenti tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni li fihom jiġu konvertiti t-tali strumenti meta jseħħ event skattatur.

12.   Istituzzjoni li toħroġ l-istrumenti li jikkonvertu Grad 1 tal-Ekwità Komuni meta jseħħ event skattatur għandha tkun meħtieġa tiżgurra li ma hemm ebda xkiel proċedurali għal dik il-konverżjoni minħabba l-inkorporazzjoni tagħha jew statuti jew arranġamenti kuntrattwali.

13.   Sabiex it-tniżżil fil-valur ta' strument jitqies temporanju, għandhom jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

tniżżiliet fil-valur għandhom ikunu bbażati fuq profitti wara li l-emittent tal-istrument ikun ħa deċiżjoni formali li tikkonferma l-profitti finali;

(b)

kwalunkwe tniżżil fil-valur tal-istrument jew pagament ta' kupuni fuq l-ammont imnaqqas tal-kapital għandu jiġi operat bid-diskrezzjoni sħiħa tal-istituzzjoni soġġett għar-restrizzjonijiet tal-punti (c), (d), u (e) u l-istituzzjoni m'għandhiex tkun obbligata sabiex topera jew tħaffef tniżżil fil-valur f'ċirkustanzi speċifiċi;

(c)

tniżżil fil-valur għandu jkun operat fuq bażi prorata fost strumenti tal-Grad 1 Addizzjonali, strumenti tal-Grad 2 u Strumenti Oħrajn użati għall-fini ta' remunerazzjoni varjabbli li kienu soġġetti għal tniżżil fil-valur;

(d)

l-ammont massimu li jrid jiġi attrbiwit għas-somma tat-tniżżil fil-valur tal-Istrumenti tal-Grad 2 u Oħrajn flimkien mal-pagament ta' kupuni fuq l-ammont imnaqqas tal-kapital għandu jkun daqs il-profitt tal-istituzzjoni moltiplikat bl-ammont miksub bid-diviżjoni tal-ammont determinat fil-punt (i) bl-ammont determinat fil-punt (ii):

(i)

is-somma tal-ammont nominali tal-istrumenti kollha tal-Grad 2 u strumenti oħrajn tal-istituzzjoni qabel it-tniżżil fil-valur li kienu soġġetti għal tniżżil fil-valur;

(ii)

is-somma tal-fondi proprji u tal-ammont nominali tal-Istrumenti l-Oħrajn użati għall-fini ta' remunerazzjoni varjabbli tal-istituzzjoni;

(e)

is-somma ta' kwalunkwe ammont tat-tniżżil fil-valur u pagamenti ta' kupuni fuq l-ammont imnaqqas tal-kapital għandha tiġi ttrattata bħala pagament li jirriżulta fi tnaqqis tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni u għandha tkun soġġetta, flimkien ma' distribuzzjonijiet oħrajn fuq l-istrumenti tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni, għar-restrizzjonijiet relatati mal-Ammont Massimu Distribwibbli kif stipulat fl-Artikolu 141(2) tad-Direttiva 2013/36/UE.

14.   Għall-finijiet tal-punt (d) tal-paragrafu 13, il-kalkolu għandu jsir fil-waqt li fih jiġi operat it-tniżżil fil-valur.

Artikolu 6

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Marzu 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

(3)  Kumitat ta' Superviżuri Bankarji Ewropej: Linjigwida dwar il-Prattiki u Politiki ta' Remunerazzjoni tal-10 ta' Diċembru 2010.

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).

(5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 tat-23 ta' Ottubru 1995 dwar l-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur (ĠU L 257, 27.10.1995, p. 1).


20.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 148/29


REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 528/2014

tat-12 ta' Marzu 2014

li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji tal-opzjonijiet fl-approċċ standardizzat tar-riskju tas-suq

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1), u b'mod partikulari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 329(3) u t-tielet subparagrafu ta' 352(6) u t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 358(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Fid-dawl tal-mandat li jinsab fir- Regolament (UE) Nru 575/2013 biex tiġi żviluppata firxa ta' metodi sabiex jirriflettu riskji oħra, minbarra r-riskju tad-delta, fir-rekwiżiti tal-fondi proprji ta' istituzzjonijiet, “b'mod proporzjonat mal-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tal-istituzzjonijiet fl-opzjonijiet u l-warrants”, huwa xieraq li jitfasslu approċċi b'livelli differenti ta' sofistikazzjoni u tas-sensittività għar-riskju li jistgħu jkunu adattati għal profili differenti ta' istituzzjonijiet. Huwa, għalhekk, xieraq li jkun hemm provvediment għal dawn it-tliet modi ta' kumplessità dejjem tiżdied biex ikejjel riskji non-delta ta' opzjonijiet u ċertifikati: (i) l-approċċ issimplifikat; (ii) l-approċċ delta-plus; u (iii) l-approċċ abbażi tax-xenarju. Dan il-qafas ibbażat fuq tliet approċċi fil-biċċa l-kbira jimplimenta qafas tar-riskju non-delta previst mill-Kumitat ta' Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja (BCBS), b'aġġustamenti meħtieġa biex jieħu kont tar- Regolament (UE) Nru 575/2013. Dak għandu l-benefiċċju miżjud li tiġi żgurata l-konsistenza bejn ir-regoli tal-Unjoni u l-istandards minimi miftiehma internazzjonalment.

(2)

Peress li hemm bżonn li l-istituzzjonijiet li qed japplikaw l-approċċ delta-plus jiġu pprovdut bil-possibbiltà li jittrattaw l-opzjonijiet mhux kontinwi b'mod aktar sensittiv għar-riskju, l-istituzzjonijiet għandhom ikunu jistgħu jikkombinaw l-approċċi pprovduti għall-kejl tar-riskju ta' opzjonijiet u ċertifikati taħt ċerti kundizzjonijiet, mhux biss fi ħdan gruppi iżda wkoll fi ħdan entitajiet ġuridiċi individwali. Madankollu, sabiex tiġi evitata l-possibilità ta' applikazzjoni selettiva ta' approċċi minn istituzzjonijiet bil-ħsieb li jiġu mminimizzati r-rekwiżiti tal-fondi proprji tagħhom, il-kombinazzjoni ta' approċċi fuq bażi individwali għandha tkun permessa biss bil-kundizzjoni li l-istituzzjonijiet jispeċifikaw il-kamp tal-applikazzjoni ta' kull approċċ qabel jibdew jużawha, biex tiġi applikati b'mod konsistenti matul iż-żmien.

(3)

Ir-riskji non-delta relatati ma' opzjonijiet u ċertifikati jistgħu jinkludu, iżda mhumiex limitati għal, riskji li jirriżultaw minn bidliet fil-gamma tal-istrument msemmija bħala “riskju gamma” jew “riskju tal-konvexxità” kif stabbilit fl- Artikolu 4(1)(a) ta' dan ir-Regolament, ir-riskji li jirriżultaw minn bidliet f'Vega tagħha msemmija bħala “riskju vega” riskju jew “riskju ta' volatilità” kif stipulat fl- Artikolu 4(1)(b) ta' dan ir-Regolament, ir-riskji li jirriżultaw minn bidliet fir-rati tal-imgħax imsemmija bħala “riskju tar-rata tal-imgħax” jew “riskju rho”, nonlinearitajiet li ma jistgħux jiġu maqbuda minn riskju gamma u r-riskju tal-korrelazzjoni impliċita fuq basket tal-opzjonijiet jew taċ-ċertifikati. Minn dawk ir-riskji, huma biss ir-riskji gamma u vega li għandhom tali materjalità li jiġġustifikaw l-impożizzjoni taar-rekwiziti kapitali tal-fondi proprji, anki għal istituzzjonijiet aktar kumplessi, u għalhekk huma biss dawk it-tipi ta' riskji li għandhom ikunu koperti fil-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji. Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 jirrikjedi li l-istituzzjonijiet li jiksbu permess minn qabel mingħand l-awtorità kompetenti tagħhom biex jużaw mudell intern sabiex jikkalkulaw id-delta. Madankollu, l-użu tal-approċċi tar-riskju non-Delta għandu jkun immonitorjat u vvalutat skont ir-rieżami superviżorju u l-proċess tal-evalwazzjoni tal-istituzzjonijiet stabbiliti bil-proviżjonijiet tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). Barra minn hekk, il-kumplessità akbar tal-approċċ abbażi tax-xenarji jeħtieġ monitoraġġ aktar mill-qrib minn awtoritajiet kompetenti u għalhekk, l-użu tiegħu mill-istituzzjonijiet għandu jkun suġġett għal kundizzjonijiet speċifikati ta' applikazzjoni, kemm qabel l-ewwel użu tiegħu kif ukoll fuq bażi kontinwa.

(4)

Peress li l-Artikolu 330 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar it-trattament tal-iswaps tar-rati tal-imgħax fissi għal varjabbli japplika biss “għall-finijiet tar-riskju tar-rati tal-imgħax”, m'għandux jiġi kkunsidrat għal ċerti strumenti finanzjarji bħal swaptions.

(5)

Id-dispożizzjonijiet f'dan ir-Regolament huma marbuta mill-qrib, billi dawn kollha jittrattaw il-kejl tar-riskji non delta ta' opzjonijiet u ċertifikati relatati ma' titoli sottostanti differenti. Biex jiżguraw koerenza bejn dawk id-dispożizzjonijiet, li għandhom jidħlu fis-seħħ fl-istess ħin, u biex jiffaċilitaw perspettiva komprensiva u aċċess kumpatt għalihom minn persuni suġġetti għal dawk l-obbligi, huwa mixtieq li jkunu inklużi l-istandards tekniċi regolatorji kollha meħtieġa mir-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar dan is-suġġett f'Regolament uniku.

(6)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji ppreżentati mill-Awtorità Bankarja Ewropea lill-Kummissjoni.

(7)

L-Awtorità Bankarja Ewropea wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-determinazzjoni tar-rekwiżiti ta' fondi proprji tar-riskju non delta ta' opzjonijiet u ċertifikati

1.   L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkolaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji tagħhom għar-riskju tas-suq fir-rigward tar-riskju non-delta ta' opzjonijiet jew ċertifikati kif meħtieġ mill-Artikolu 329(3), l-Artikolu 352(6) u l-Artikolu 358(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, skont wieħed minn dawn l-approċċi li ġejjin:

(a)

l-approċċ simplifikat kif stipulat fl-Artikoli 2 u 3 ta' dan ir-Regolament;

(b)

l-approċċ delta plus kif stipulat fl-Artikoli 4, 5 u 6 ta' dan ir-Regolament;

(c)

l-approċċ abbażi tax-xenarji kif stipulat fl-Artikoli 7, 8 u 9 ta' dan ir-Regolament.

2.   Meta jiġu kkalkulati r-rekwiżiti tal-fondi proprji fuq bażi konsolidata, l-istituzzjonijiet jistgħu jikkombinaw l-użu ta' approċċi differenti. Fil-livell individwali, l-istituzzjonijiet jistgħu jikkumbinaw biss l-approċċ abbażi tax-xenarji u l-approċċ delta plus soġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 4 u 9.

3.   Għall-finijiet tal-kalkolu msemmi fil-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu dan li ġej:

(a)

jaqsmu l-basktijiet ta' opzjonijiet jew ċertifikati fil-komponenti fundamentali tagħhom;

(b)

jaqsmu l-limiti massimi u minimi jew opzjonijiet oħra marbuta mar-rati tal-imgħax f'dati differenti, f'katina separata ta' opzjonjijiet indipendenti b'referenza għal perjodi ta' żmien (“caplet” u “floorlets”);

(c)

l-opzjonijiet jew iċ-ċertifikati jiġu ttrattati skont swaps tar-rati tal-imgħax fissi għal varjabbli f'opzjonijiet jew iċ-ċertifikati fuq il-parti tal-imgħax fiss tal-iswap;

(d)

jittrattaw opzjonijiet jew ċertifikati li għandhom x'jaqsmu ma' aktar minn titolu wieħed sottostanti fost dawk deskritti fl-Artikolu 5(3), bħala basket ta' opzjonijiet jew ċertifikati fejn kull opzjoni għandha titolu sottostanti uniku distint.

Artikolu 2

Il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta' approċċ simplifikat

L-istituzzjonijiet li jixtru biss opzjonijiet u ċertifikati jistgħu jużaw biss l-approċċ simplifikat.

Artikolu 3

Id-determinazzjoni tar-rekwiżiti tal-fondi proprji skont l-approċċ issimplifikat

1.   L-istituzzjonijiet li japplikaw l-approċċ sempliċi għandhom jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji relattivi għal riskji non-delta ta' sejħa u opzjonijiet put jew ċertifikati bħala l-ogħla ammont bejn żero u d-differenza bejn il-valuri li ġejjin:

(a)

l-ammont gross, kif deskritt fil-paragrafi 2 sa 5;

(b)

ammont delta ekwivalenti ponderat għar-riskju, li għandu jiġi kkalkolat bħala l-valur tas-suq tal-istrument sottostanti, immoltiplikat bid-delta u mbagħad immoltiplikat b'wieħed mill-ponderazzjonijiet rilevanti li ġejjin:

(i)

għal riskju tal-ekwità speċifiku u ġenerali jew riskju ta' rata ta' imgħax, skont il-Parti Tlieta, ta' Titolu IV, Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(ii)

għal riskju ta' komodità, skont il-Parti Tlieta, it-Titolu IV, il-Kapitolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; kif ukoll

(iii)

għal riskju ta' kambju barrani, skont il-Parti Tlieta, it-Titolu IV, il-Kapitolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

2.   Għal opzjonijiet jew ċertifikati li jaqgħu taħt waħda minn dawn iż-żewġ kategoriji, l-ammont gross msemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun stabbilit skont il-paragrafi 3 sa 4:

(a)

meta x-xerrej ikollu d-dritt mhux ikkondizzjonat li jixtri l-assi sottostanti bi prezz predeterminat fid-data ta' skadenza jew fi kwalunkwe żmien qabel id-data tal-iskadenza, u fejn il-bejjiegħ għandu l-obbligu li jissodisfa d-domanda tax-xerrej (“opzjoni jew ċertifikati eżerċitabbli sempliċi”)

(b)

meta x-xerrej ikollu d-dritt mhux ikkondizzjonat li jbigħ l-assi sottostanti bl-istess mod bħal ma ġie deskritt fil-punt (a) (“opzjoni jew ċertifikati put sempliċi”)

3.   L-ammont gross msemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi kkalkulat bħala massimu bejn żero u l-valur tas-suq tat-titolu sottostanti immultiplikat bis-somma tar-rekwiżiti tal-fondi proprji tar-riskju tas-suq speċifiku u ġenerali għat-titolu sottostanti li minnu jitnaqqas l-ammont tal-profitt, jekk ikun hemm, li jirriżulta mill-eżekuzzjoni immedjata tal-opzjoni (“favorevoli”) meta tintlaħaq waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-opzjoni jew iċ-ċertifikat jinkorpora d-dritt li jinbiegħ l-assi sottostanti (“put twil”) u jkun ikkombinat ma' parteċipazzjoni fl-assi sottostanti (“pożizzjoni twila fi strument sottostanti”);

(b)

l-opzjoni jew iċ-ċertifikat tinkorpora d-dritt li jinxtaral-assi sottostanti (“sejħa twila”) u tkun ikkombinata ma' wegħda li jinbiegħu parteċipazzjonijiet fl-istrument sottostanti (“pożizzjoni qasira fl-assi sottostanti”)

4.   Fejn l-opzjoni jew iċ-ċertifikat tinkorpor d-dritt li jintara l-assi sottostanti (“sejħa twila”) jew id-dritt li jinbiegħ l-assi sottostanti (“put twila”), l-ammont gross msemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun l-inqas wieħed miż-żewġ ammonti li ġejjin:

(a)

il-valur tas-suq tat-titolu sottostanti immultiplikat bis-somma tar-rekwiżiti ġenerali u speċifiċi tar-riskju tas-suq għall-assi sottostanti;

(b)

il-valur tal-pożizzjoni ddeterminat bil-metodu ta' valwazzjoni skont is-suq jew il-metodu ta' valwazzjoni skont mudell kif previst fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 104(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (“valur tas-suq tal-opzjoni jew taċ-ċertifikat”).

5.   Għat-tipi kollha tal-opzjonijiet jew iċ-ċertifikati li ma għandhomx il-karatteristiċi msemmija fil-paragrafu 2, l-ammont gross imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun il-valur tas-suq tal-opzjoni jew taċ-ċertifikat.

Artikolu 4

Ħarsa ġenerali lejn id-determinazzjoni tar-rekwiżiti ta' fondi proprji skont l-approċċ Delta-plus

1.   Fejn l-istituzzjonijiet jagħżlu li japplikaw approċċ Delta-plus, għal opzjonijiet u ċertifikati li gamma tagħhom tkun funzjoni kontinwa fil-prezz tas-sottostanti u l-vega tagħhom tkun funzjoni kontinwa f'il-volatilità impliċita (“opzjonijiet u ċertifikati kontinwi”), ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għal riskji non-delta fuq l-opzjonijiet jew ċertifikati għandhom jiġu kkalkulati bħala s-somma tar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

ir-rekwiżiti tal-fondi proprji li jirrelataw mad-derivattiva parzjali ta' delta b'referenza għall-prezz ta' sottostanti, li għall-opzjonijiet tal-bonds jew ċertifikati hija d-derivattiva parzjali tad-delta b'referenza għar-redditu sal-maturità tal-bond sottostanti, u għall-iswapzjonijiet hija d-derivattiva parzjali tad-delta b'referenza għar-rata tal-iswap;

(b)

ir-rekwiżit li jirrigwarda l-ewwel derivattiva parzjali tal-valur ta' opzjoni jew ċertifikat, b'referenza għall-volatitilà impliċita.

2.   Il-volatilità impliċita għandha titqies li hija l-valur tal-volatilità fil-formola tal-ipprezzar ta' opzjoni jew ta' ċertifikat li għaliha, minħabba ċertu mudell tal-ipprezzar u minħabba l-livell tal-parametri osservabbli l-oħra kollha tal-ipprezzar, il-prezz teoretiku tal-opzjoni jew taċ-ċertifikat hu ugwali għall-valur tiegħu fis-suq, fejn il-'valur tas-suq' hu mifhum bil-mod deskritt fl-Artikolu 3(4).

3.   Ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskji non-delta relatati ma' opzjonijiet jew ċertifikati mhux kontinwi għandhom jiġu determinat kif ġej:

(a)

meta l-opzjonijiet jew iċ-ċertifikati ikunu inxtraw, peress li l-ammont massimu bejn żero u d-differenza bejn il-valuri li ġejjin:

(i)

il-valur tas-suq tal-opzjoni jew iċ-ċertifikat, mifhum bil-mod deskritt fl-Artikolu 3(4).

(ii)

l-ammont ekwivalenti ta' delta bil-ponderazzjoni tar-riskju, mifhum bil-mod deskritt fl-Artikolu 3(1)(b).

(b)

meta l-opzjonijiet jew iċ-ċertifikati ikunu nbiegħu, peress li l-massimu bejn żero u d-differenza bejn l-ammonti li ġejjin:

(i)

il-valur rilevanti tas-suq tal-assi sottostanti, li għandu jitqies li jkun jew il-pagament massimu possibbli fid-data tal-iskadenza, jekk dan ikun iffissat kuntrattwalment, jew il-valur tas-suq tal-assi sottostanti jew il-valur nozzjonali effettiv jekk l-ebda pagament massimu possibbli ma jkun iffissat b'kuntratt;

(ii)

l-ammont ekwivalenti ta' delta bil-ponderazzjoni għar-riskju, mifhum bil-mod deskritt fl-Artikolu 3(1)(b).

4.   Il-valur għall-gamma u l-vega użati fil-kalkolu tar-rekwiżiti tal-fondi proprji għandu jiġi kkalkulat bl-użu ta' mudell addattat tal-ipprezzar kif imsemmi fl-Artikolu 329(1), l-Artikolu 352(1) u l-Artikolu 358(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fejn jew il-gamma jew il-vega ma jistax jiġi kkalkulat skont dan il-paragrafu, ir-rekwiżit tal-kapital fuq ir-riskji non-delta għandu jkun ikkalkulat skont il-paragrafu 3.

Artikolu 5

Id-determinazzjoni tar-rekwiżiti ta' fondi proprji tar-riskju gamma skont l-approċċ Delta-plus

1.   Għall-finijiet tal-Artikolu 4(1)(a), ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju Gamma għandhom ikunu kkalkulati bi proċess li jikkonsisti f'sekwenza ta' passi li ġejjin:

(a)

għal kull għażla opzjoni jew ċertifikat individwali għandu jiġi kkalkulat impatt gamma;

(b)

l-impatti gamma ta' opzjonijiet jew ċertifikati individwali li jirreferu għall-istess tip distint sottostanti għandhom jiġu magħduda;

(c)

il-valur assolut tas-somma tal-valuri negattivi kollha li jirriżultaw minn pass (b) għandu jipprovdi rekwiżiti ta' fondi proprji għar-risku gamma. Il-valuri pożittivi li jirriżultaw minn pass (b) għandhom jiġu injorati.

2.   Għall-fini ta' dan il-pass f'punt (a) tal-paragrafu 1, l-impatti gamma għandhom jiġu kkalkolati bi qbil mal-formula deskritta fl-Anness I.

3.   Għall-finijiet ta' dan il-pass f'punt (b) tal-paragrafu 1, tip distint sottostanti għandu jkun:

(a)

għal rati tal-imgħax fl-istess munita: kull faxxa ta' żmien ta' maturità kif stipulat fit-Tabella 2 tal-Artikolu 339 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b)

għall-ekwitajiet u indiċi ta' stokks: kull suq kif definit fir-regoli li għandhom jiġu żviluppati skont l-Artikolu 341(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

(c)

għal muniti barranin u deheb: kull munita par u deheb;

(d)

għal komoditajiet: komoditajiet kkunsidrati identiċi kif definit fl-Artikolu 357(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Artikolu 6

Id-determinazzjoni tar-rekwiżiti ta' fondi proprji tar-riskju vega skont l-approċċ Delta-plus

Għall-finijiet tal-Artikolu 4(1)(a), ir-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju vega għandhom ikunu kkalkulati bi proċess li jikkonsisti f'sekwenza ta' passi li ġejjin:

(a)

Għal kull opzjoni individwali għandu jiġi ddeterminat il-valur ta' vega;

(a)

Għal kull opzjoni individwali għandha tiġi kkalkulata fuq ċaqliqa preunta ta' ± 25 % fil-volatitilà impliċita, fejn il-volatilità impliċita għandha tinftiehem bil-mod deskritt fl-Artikolu 4(2);

(b)

Għal kull opzjoni individwali li il-valur vega li jirriżulta mill-pass f'punt (a) għandu jiġi mmultiplikat biċ-ċaqliqa preżunta tal-volatilità impliċita li tirriżulta mill-pass f'punt (b);

(c)

għal kull tip distint sottostanti, mifhum bil-mod deskritt fl-Artikolu 5(3), il-valuri li jirriżultaw mill-pass f'punt (c) għandhom jiġu magħduda.

(d)

is-somma tal-valuri assoluti li jirriżultaw mill-pass f'punt (d) għandha tipprovdi r-rekwiżit ta' fondi proprji totali għar-riskju vega.

Artikolu 7

Il-kundizzjonijiet ta' applikazzjoni tal-approċċ abbażi tax-xenarji

L-istituzzjonijiet jistgħu jużaw approċċ abbażi tax-xenarji fejn dawn jissodisfaw r-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)

huma jkollhom unità stabbilita ta' kontroll ta' riskju li timmonitorja r-riskju tal-portafoll tal-opzjonijiet tal-istituzzjonijiet u tirrapporta r-riżultati lill-maniġment;

(b)

huma jkunu nnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti b'ambitu predefinit ta' skoperturi li jkunu koperti b'dan l-approċċ b'mod konsistenti matul iż-żmien;

(c)

dawn jintegraw ir-riżultati tal-approċċ abbażi tax-xenarji fir-rappurtar intern lill-maniġment tal-istituzzjoni.

Għall-finijiet tal-punt (c), l-istituzzjonijiet għandhom jiddefinixxu l-pożizzjonijiet preċiżi li huma suġġetti għall-approċċ abbażi tax-xenarji, inkluż it-tip ta' prodott jew id-desk identifikat u l-portafoll, l-approċċ partikolari tal-ġestjoni tar-riskju li japplika għal pożizzjonijiet bħal dawn, l-applikazzjoni dedikata tal-IT li tapplika għal pożizzjonijiet bħal dawn, u ġustifikazzjoni għal l-allokazzjoni ta' dawk il-pożizzjonijiet għall-approċċ abbażi tax-xenarji, fir-rigward ta' dawk il-pożizzjonijiet allokati għal approċċi oħra.

Artikolu 8

Definizzjoni tal-matriċi tax-xenarji skont l-approċċ abbażi tax-xenarji

1.   Għal kull tip sottostanti distint, kif imsemmi fl-Artikolu 5(3), istituzzjoni għandha tiddefinixxi matriċi tax-xenarji li fih sett ta' xenarji.

2.   L-ewwel dimensjoni tal-matriċi tax-xenarji għandha tkun it-tibdiliet fil-prezzijiet tat-titolu sottostanti 'il fuq jew 'l isfel mill-valur attwali tiegħu. Din il-firxa ta' tibdiliet għandha tikkonsisti f'dan li ġej:

(a)

għall-opzjonijiet jew ċertifikati tar-rati tal-imgħax, b'żieda/tnaqqis preżunti tat-tidiliet fir-rati tal-imgħax stipulati fil-kolonna 5 tat-tabella 2 tal-Artikolu 339 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b)

għal opzjonijiet jew ċertifikati fuq l-ekwità jew indiċi ta' ekwità, b'żieda/tnaqqis tal-ippeżar speċifikat fl-Artikolu 343 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(c)

Għar-rati tal-kambju u opzjonijiet tad-deheb jew ċertifikati, b'żieda/tnaqqis tal-ippear indikat fl-Artikolu 351 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew, fejn xieraq, b'żieda/tnaqqis tal-ippeżar indikat fl-Artikolu 354 tar-Regolament (UE) NNru 575/2013;

(d)

għal opzjonijiet ta' komoditajiet (ċertifikati), b'żieda/tnaqqis tal-ippeżar indikat fil-punt (a) tal-Artikolu 360(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

3.   Ix-xenarji tal-bidla fil-prezz tat-titolu sottostanti għandhom ikunu definiti minn grilja ta' mill-inqas seba' punti li tinkludi l-osservazzjoni attwali u taqsam il-firxa indikata fil-paragrafu 2 f'intervalli spazjati b'mod ugwali.

4.   It-tieni dimensjoni tax-xenarji tal-matriċi għandha tkun definita permezz ta' bidliet fil-volatilità. Il-firxa tal-bidliet fil-volatitilà għandha tkun bejn ± 25 % tal-volatilità impliċita, fejn il-volatilità impliċita għandha tinftiehem kif imsemmi fl-Artikolu 4(2). Dik il-firxa għandha tinqasam fi grilja ta' mill-inqas tliet punti li jinkludu bidla ta' 0 % u fejn il-firxa tkun maqsuma f'intervalli spazjati b'mod ugwali.

5.   Il-matriċi tax-xenarji huma determinati permezz tal-kombinazzjonijiet kollha possibbli tal-punti, kif imsemmi fil-paragrafi 3 u 4. Kull kombinazzjoni għandha tikkostitwixxi xenarju uniku.

Artikolu 9

Id-determinazzjoni tar-rekwiżiti ta' fondi proprji skont l-approċċ abbażi tax-xenarji

Skont l-approċċ abbażi tax-xenarji, ir-rekwiżit ta' fondi proprji fuq riskju non-delta ta' opzjonijiet jew ċertifikati għandu jiġi kkalkulat permezz ta' proċess li jikkonsisti fis-sekwenza ta' passi li ġejjin:

(a)

Għal kull opzjoni jew ċertifikat individwali, ix-xenarji kollha msemmija fl-Artikolu 8 għandhom ikunu applikati sabiex jiġu kkalkulati qligħ jew telf netti simulati li jikkorrispondu għal kull xenarju. Dik is-simulazzjoni għandha ssir bl-użu ta' metodi ta' rivalutazzjoni sħiħa, billi jiġu ssimulati l-bidliet fil-prezz bl-użu ta' mudelli ta' prezzijiet mingħajr ma tistrieħ fuq approssimazzjonijiet lokali ta' dawk il-mudelli;

(b)

għal kull tip distint sottostanti, kif imsemmi fl-Artikolu 5(3), il-valuri miksuba bħala riżultat ta-kalkolu f'punt (a) u li jirreferu għal xenarji individwali għandhom jiġu aggregati;

(c)

għal kull tip distint sottostanti kif imsemmi fl-Artikolu 5(3), “sitwazzjoni rilevanti” għandha tiġi kkalkulata bħala x-xenarju li għalihom il-valuri iddeterminati fil-pass (b) jirriżultaw fl-akbar telf, jew l-anqas qligħ jekk ma jkunx hemm telf;

(d)

għal kull tip distint sottostanti, kif imsemmi fl-Artikolu 5(3), ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għandhom jiġu kkalkolati b' konformità mal-formula deskritta fl-Anness II;

(e)

ir-rekwiżit totali ta' fondi proprji fil-każ tar-riskju non-delta ta' opzjonijiet jew ċertifikati għandu jkun is-somma tar-rekwiżiti tal-fondi proprji miksuba mill-kalkolu kif imsemmi fil-pass (d) għat-tipi kollha sottostanti distinti kif imsemmi fl-Artikolu 5(3).

Artikolu 10

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Marzu 2014

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.

(2)  Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

(3)  Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).


ANNESS I

Il-formula li għandha tintuża għall-finijiet tal- Artikolu 5(2)

Il-formula li għandha tintuża għall-finijiet tal-Artikolu 5(2):

Gamma impact = ^ × Gamma × VU2

fejn VU:

(a)

għal opzjonijiet jew warrants fuq rati ta' interess jew bonds huwa indaqs għall-bidla preżunta fir-rendita indikata fil-kolonna 5 tat-Tabella 2 tal-Artikolu 339 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b)

għal opzjonijiet jew warrants u indiċijiet ta' ekwità il-valur tas-suq tas-sottostanti mmultiplikat bil-ponderazzjoni indikata fl-Artikolu 343 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(c)

għal opzjonijiet jew warrants f'munita barranija u deheb huwa ekwivalenti għall-valur tas-suq tas-sottostanti, kkalkulat fil-munita tar-rappurtar u mmultiplikat bl-ippeżar indikat fl-Artikolu 351 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew — jekk xieraq — il-ponderazzjoni indikata fl-Artikolu 354 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(d)

għal opzjonijiet jew warrants ta' kommoditajiet huwa ekwitivalenti għall-vaur tas-suq tas-sottostanti mmultiplikat bil-ponderazzjoni indikata fil-punt (a) tal-Artikolu 360.1 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.


ANNESS II

Il-formula li għandha tintuża għall-finijiet tal-Artikolu 9(d)

Il-formula li għandha tintuża għall-finijiet tal-Artikolu 9(d)

Ir-rekwiżit ta' fondi proprji = – min (0,PC-DE)

fejn

(a)

PC (“Price Change” — bidla fil-press) hija s-somma ta' bidliet fil-prezz tal-opzjonijiet bl-istess tip sottostanti distint mifhum bil-mod deskritt fl-Artikolu 5(3) (sinjal negattiv (-) għat-telf u sinjal pożittiv (+) għall-qligħ) u li tikkorrispondi għax-xenarju rilevanti determinat fil-pass (c) tal-Artikolu 8.2;

(b)

DE tfisser “delta effect” u huwa kkalkulat kif ġej:

DE = ADEV × PPCU

fejn

(i)

ADEV (“aggregated delta equivalent value”) hija s-somma tad-deltas negattivi jew pożittivi, immultiplikata bil-valur tas-suq tas-sottostanti tal-kuntratt, tal-opzjonijiet li għandhom l-istess tip sottostanti distint mifhuma bil-mod deskritt fl-Artikolu 5(3);

(ii)

PPCU (“percentage price change of the underlying”) hija l-bidla perċentwali fil-prezz tas-sottostanti mifhuma bil-mod deskritt fl-Artikolu 5(3), li jikkorrispondi għax-xenarju rilevanti ddeterminat fil-pass (c) tal-Artikolu 8.2.


20.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 148/36


REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 529/2014

tat-12 ta' Marzu 2014

li jissupplementa r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-ivvalutar tal-materjalità ta' estensjonijiet u ta' bidliet tal-Approċċ Ibbażat fuq il-Klassifikazzjoni Interna u l-Approċċ ta' Kejl Avvanzat

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1), u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 143(5) u t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 312(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 143(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, il-firxa ta' applikazzjoni ta' sistema ta' klassifikazzjoni tirreferi għat-tip ta' skoperturi li jista' jitkejjel b'sistema ta' kklassifikazzjoni speċifika.

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 jagħmel differenza bejn estensjonijiet materjali jew bidliet fl-Approċċ Ibbażat fuq il-Klassifikazzjoni Interna (l-approċċ IRB) u l-Approċċ ta' Kejl Avvanzat (AMA) li huma suġġetti għal approvazzjoni, u l-bidliet l-oħrajn kollha li huma soġġetti għal notifika. Fir-rigward ta' dan tal-aħħar ma hemm l-ebda indikazzjoni fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar it-twaqqit tan-notifika tal-estensjoni jew tal-bidla, jiġifieri dwar jekk il-bidla għandhiex tiġi notifikata qabel jew wara l-implimentazzjoni tagħha. Għandu jiġi kkunsidrat li l-estensjonijiet jew il-bidliet ta' importanza minuri ma għandhomx għalfejn ikunu magħrufa lill-awtoritajiet kompetenti bil-quddiem. Barra minn hekk, ikun aktar effiċjenti u ta' inqas piż għall-istituzzjonijiet li jinġabru l-bidliet ta' importanza żgħira bħal dawn u li jiġu nnotifikati lill-awtoritajiet kompetenti f'intervalli regolari. Tabilħaqq, din kienet diġà prassi superviżorja f'diversi Stati Membri. Għalhekk, l-estensjonijiet u l-bidliet li jkunu jeħtieġu notifika għandhom jerġgħu jinqasmu f'estensjonijiet u tibdiliet li jkunu jeħtieġu notifika qabel l-implimentazzjoni tagħhom u estensjonijiet u bidliet li jeħtieġu biss notifika wara l-implimentazzjoni tagħhom. Dan ikun jiżgura aktar li l-awtoritajiet kompetenti fil-ħidma tagħhom ta' kuljum jiffokaw l-attenzjoni tagħhom fuq l-estensjonijiet u l-bidliet bil-potenzjal li jbiddlu materjalment ir-rekwiżiti ta' fondi proprji jew il-prestazzjoni tal-mudelli jew tas-sistemi ta' klassifikazzjoni. Dan għandu jiżgura wkoll li l-istituzzjonijiet jiddistingwu bejn l-estensjonijiet u l-bidliet ta' importanza kbira mill-estensjonijiet u l-bidliet ta' importanza żgħira fuq il-bażi ta' approċċ superviżorju bbażat fuq ir-riskju. Tali distinzjoni bejn l-estensjonijiet u l-bidliet soġġetti għal notifika qabel l-implimentazzjoni u l-estensjonijiet u l-bidliet soġġetti għal notifika wara l-implimentazzjoni, tkun waħda prudenti, minħabba li n-notifika qabel l-implimentazzjoni tkun tipprovi lill-awtoritajiet kompetenti bil-possibbiltà li jirrieżaminaw l-applikazzjoni korretta ta' dan ir-Regolament. Barra minn hekk, dan għandu wkoll inaqqas il-piż tas-superviżjoni min-naħa tal-istituzzjonijiet.

(3)

Il-materjalità tal-estensjonijiet jew tal-bidliet fil-mudelli normalment tiddependi fuq it-tip u l-kategorija tal-estensjoni jew tal-bidla proposta (li għandha tiġi riflessa fi kriterji kwalitattivi), u fuq il-potenzjal tagħhom li jbiddlu r-rekwiżiti ta' fondi proprji jew, fejn applikabbli, l-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju (li għandhom jiġu riflessi fi kriterji kwantitattivi). Għalhekk kwalunkwe kriterja kwantitattiva għar-rieżami tal-materjalità tal-estensjonijiet jew tal-bidliet għandha tieħu l-forma ta' limitu bbażat fuq il-bidla perċentwali tar-rekwiżiti ta' fondi proprji jew, fejn applikabbli, tal-ammonti tal-iskoperturi ponderati għar-riskju qabel u wara l-bidla.

(4)

Filwaqt li għal estensjonijiet u bidliet għall-approċċi AMA, il-limitu kwantitattiv għandu jiġi kkalkulat, għal raġunijiet ta' sempliċità, fuq il-bażi tar-rekwiżiti ta' fondi proprji, għal bidliet tal-approċċi IRB il-limitu għandu jiġi kkalkolat fuq il-bażi tal-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju, sabiex jiġi evitat li l-limiti jiġu influwenzati b'mod mhux xieraq mid-differenzi fl-ammonti tal-aġġustamenti fil-valur ta' kreditu magħmula, li jaffettwaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji, iżda mhux l-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju. Barra minn hekk, il-limiti kwantitattivi għandhom ikunu mfassla biex iqisu l-impatt globali tal-estensjonijiet jew il-bidliet fuq il-kapital meħtieġ ibbażat fuq l-approċċi interni kif ukoll l-approċċi standardizzati, sabiex jirriflettu l-punt safejn l-approċċi interni jintużaw għar-rekwiżiti ta' fondi proprji globali jew l-ammonti tal-iskoperturi ponderati għar-riskju. Dan japplika għal-limiti kollha għaż-żewġ approċċi, ħlief fir-rigward tat-tieni limitu fl-Artikolu 4(1)(c)(ii) għall-approċċ IRB u l-limitu ta' notifika minn qabel għall-Approċċ IRB li huma mfassla fir-rigward tal-impatt tal-bidliet fuq l-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju koperti mill-firxa ta' applikazzjoni ta' mudell speċifiku. Kemm għall-approċċ IRB kif ukoll dak AMA, il-kalkoli biex jiġi dderivat l-impatt ta' estensjoni jew bidla speċifika għandhom isiru b'referenza għall-istess waqt ta' żmien speċifiku, minħabba li s-sett ta' skoperturi (fil-każ tal-Approċċ IRB) u l-profil tar-riskju (fil-każ tal-AMA) huma relattivament stabbli tul iż-żmien.

(5)

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu fi kwalunkwe ħin jieħdu miżuri superviżorji xierqa fir-rigward ta' estensjonijiet u bidliet ta' mudelli li ġew notifikati, fuq il-bażi ta' rieżami kontinwu tal-permessi eżistenti għall-użu ta' approċċi interni previsti fl-Artikolu 101 tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). Min-naħa l-waħda, dan huwa sabiex jiġi żgurat li r-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 3, it-Taqsima 6, jew il-Parti Tlieta, it-Titolu III, il-Kapitolu 4 jew il-Parti Tlieta, it-Titolu IV, il-Kapitolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jibqgħu jiġu ssodisfati. Min-naħa l-oħra, huma meħtieġa regoli biex jiġu stabbiliti l-iskattaturi għal approvazzjonijiet u notifiki ġodda tal-estensjonijiet u l-bidliet għall-approċċi interni. Dawn ir-regoli ma għandhomx jaffettwaw l-approċċi ta' rieżami tal-mudelli interni superviżorji jew il-proċessi amministrattivi stipulati fl-Artikolu 20(8) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

(6)

Tibdil fl-użu parzjali permanenti tal-approċċi interni jew, fejn applikabbli, lill-implimentazzjoni sekwenzjali tal-approċċi interni huma koperti bl-Artikoli 148 u 150 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għall-approċċ IRB u l-Artikolu 314 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għall-AMA. Għalhekk dawn it-tipi ta' bidliet m'għandhomx ikunu koperti b'dan ir-Regolament.

(7)

Il-permess tal-awtoritajiet kompetenti jirrigwarda l-metodi, il-proċessi, il-kontrolli, il-ġbir ta' data u s-sistemi tal-IT tal-approċċi, għalhekk l-allinjament kontinwu tal-mudelli mal-kalkolu tas-sett ta' dejta użat, ibbażat fuq il-metodi approvati, il-proċessi, il-kontrolli, il-ġbir ta' dejta u s-sistemi tal-IT, m'għandhomx ikunu koperti b'dan ir-Regolament.

(8)

Sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jivvalutaw li l-istituzzjonijiet ikunu applikaw ir-regoli dwar il-valutazzjoni tal-materjalità tal-estensjonijiet u l-bidliet b'mod korrett, id-dokumentazzjoni xierqa għandha tiġi preżentata mill-istituzzjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti. Sabiex jitnaqqas il-piż tas-superviżjoni fuq l-istituzzjonijiet u biex tiżdied l-effettività u l-effiċjenza tal-proċeduri tal-awtoritajiet kompetenti f'dak ir-rigward, għandhom jiġu stabbiliti regoli li jispeċifikaw rekwiżiti ta' dokumentazzjoni li għandhom jakkumpanjaw l-applikazzjonijiet għal approvazzjoni jew notifiki tal-estensjonijiet u l-bidliet.

(9)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji ppreżentat mill-Awtorità Bankarja Ewropea lill-Kummissjoni.

(10)

Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament huma marbuta mill-qrib, peress li jirreferu għal estensjonijiet u/jew tibdiliet lill-approċċi AMA u IRB għar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tal-kreditu u r-risku operazzjonali u peress li l-kwistjonijiet u l-proċeduri superviżorji rilevanti huma simili għal dawk iż-żewġ tipi ta' approċċi interni. Biex tkun żgurata koerenza bejn dawk id-dispożizzjonijiet, u biex jiġu ffaċilitati perspettiva komprensiva u aċċess b'mod ikkoordinat għalihom minn persuni suġġetti għall-obbligi rilevanti, huwa mixtieq li dawn jidħlu fis-seħħ fl-istess żmien u li jinkludu l-istandards tekniċi regolatorji kollha meħtieġa mir-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar estensjonijiet u bidliet lill-mudelli interni għar-riskju ta' kreditu u r-riskju operazzjonali, f'Regolament wieħed. Madankollu, billi l-punt (a) fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 312(4) jittratta kwistjoni differenti, dan ir-Regolament jindirizza biss il-punti (b) u (c).

(11)

L-Awtorità Bankarja Ewropea wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-valutazzjoni tal-materjalità tal-estensjonijiet u l-bidliet lill-approċċi Bbażati fuq il-Klassifikazzjoni Interna u l-Approċċi ta' Kejl Avvanzat permessi skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013, inklużi l-modalitajiet tan-notifiki ta' tali bidliet u estensjonijiet.

Artikolu 2

Kategoriji tal-estensjonijiet u l-bidliet

1.   Il-materjalità ta' bidliet għall-firxa tal-applikazzjoni ta' sistema ta' klassifikazzjoni jew approċċ ibbażat fuq mudelli interni għal skoperturi ta' ekwità, jew ta' bidliet lis-sistemi ta' klassifikazzjoni jew lill-approċċ ibbażat fuq mudelli interni għal skoperturi tal-ekwità, għall-approċċ Ibbażat fuq Klassifikazzjoni Interna (“bidliet fl-approċċ IRB”) jew tal-estensjonijiet u l-bidliet għall-Approċċ ta' Kejl Avvanzat, (“estensjonijiet u bidliet fl-AMA”) għandha tiġi kklassifikata f'waħda mill-kategoriji li ġejjin:

(a)

estensjonijiet u bidliet materjali, li, skont l-Artikoli 143(3) u 312(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jeħtieġu permess mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti;

(b)

estensjonijiet u bidliet oħra, li jeħtieġu notifika lill-awtoritajiet kompetenti.

2.   L-estensjonijiet u l-bidliet msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 għandhom ukoll jiġu kklassifikati fi:

(a)

estensjonijiet u bidliet li jeħtieġu notifika qabel l-implimentazzjoni tagħhom;

(b)

estensjonijiet u bidliet li jeħtieġu notifika wara l-implimentazzjoni tagħhom.

Artikolu 3

Il-prinċipji tal-klassifikazzjoni tal-estensjonijiet u tal-bidliet

1.   1. Il-klassifikazzjoni ta' bidliet fl-approċċ IRB jitwettqu skont dan l-Artikolu u l-Artikoli 4 u 5.

Il-klassifikazzjoni tal-estensjonijiet u l-bidliet fl-AMA jitwettqu skont dan l-Artikolu u l-Artikoli 6 u 7.

2.   Fejn l-istituzzjonijiet huma meħtieġa li jikkalkulaw l-impatt kwantitattiv ta' kwalunkwe estensjoni jew bidla fuq ir-rekwiżiti ta' fondi proprji jew, fejn applikabbli, fuq l-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju, japplikaw il-metodoloġija li ġejja:

(a)

għall-iskop ta' valutazzjoni tal-impatt kwantitattiva l-istituzzjonijiet jużaw l-aktar dejta riċenti disponibbli;

(b)

fejn valutazzjoni preċiża tal-impatt kwantitattiv ma tkunx fattibbli, l-istituzzjonijiet minflok iwettqu valutazzjoni tal-impatt ibbażata fuq kampjun rappreżentattiv jew metodoloġiji ta' inferenza affidabbli oħra;

(c)

għal bidliet li ma jkollhom l-ebda impatt kwantitattiv dirett, l-ebda impatt kwantitattiv kif stipulat fl-Artikolu 4(1)(c) għall-Approċċ IRB jew fl-Artikolu 6(1)(c) għal AMA ma għandu jiġi kkalkulat.

3.   Estensjoni jew bidla materjali waħda ma għandhiex tinqasam f'diversi bidliet jew estensjonijiet ta' anqas materjalità.

4.   F'każ ta' dubju, l-istituzzjonijiet jassenjaw estensjonijiet u bidliet lill-kategorija tal-materjalità bl-ogħla potenzjal.

5.   Fejn l-awtoritajiet kompetenti pprovdew il-permess tagħhom fir-rigward ta' estensjoni jew bidla materjali, l-istituzzjonijiet jikkalkolaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji bbażati fuq l-estensjoni approvata jew il-bidla mid-data speċifikata fil-permess il-ġdid li jissostitwixxi 'l dak ta' qablu. In-nonimplimentazzjoni fid-data speċifikata fil-permess il-ġdid ta' estensjoni jew bidla li għaliha ingħata l-permess mill-awtoritajiet kompetenti, teħtieġ permess ġdid mill-awtoritajiet kompetenti li jrid jiġi applikat mingħajr dewmien bla bżonn.

6.   F'każ ta' dewmien fl-implimentazzjoni tal-estensjoni jew tal-bidla li għaliha jkun ingħata l-permess mill-awtorità kompetenti, l-istituzzjoni tinnotifika lill-awtorità kompetenti u tippreżentalha pjan għal implimentazzjoni f'waqtha tal-estensjoni jew tal-bidla approvata, li hi trid tapplika f'perjodu ta' żmien li jrid jiġi miftiehem mal-awtorità kompetenti.

7.   Fejn estensjoni jew bidla hija kklassifikata bħala waħda li teħtieġ notifika minn qabel lill-awtoritajiet kompetenti, u fejn, sussegwentement għan-notifika, l-istituzzjonijiet jiddeċiedu li ma jimplimentawx l-estensjoni jew il-bidla, l-istituzzjonijiet jinnotifikaw mingħajr dewmien bla bżonn lill-awtoritajiet kompetenti b'din id-deċiżjoni.

Artikolu 4

Bidliet materjali lill-approċċ IRB

1.   Bidliet lill-approċċ IRB jitqiesu bħala materjali jekk jissodisfaw kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

dawn jaqgħu taħt kwalunkwe bidla fil-firxa ta' applikazzjoni ta' sistema ta' klassifikazzjoni jew approċċ ibbażat fuq mudelli interni fir-rigward ta' skoperturi ta' ekwità deskritti fl-Anness I, il-Parti I, it-Taqsima 1;

(b)

dawn jaqgħu taħt kwalunkwe bidla fis-sistemi ta' klassifikazzjoni jew fl-approċċ ibbażat fuq mudelli interni fir-rigward ta' skoperturi ta' ekwità deskritti fl-Anness I, il-Parti II, it-Taqsima 1;

(c)

dawn jirriżultaw f'waħda minn dawn li ġejjin:

(i)

tnaqqis ta' 1,5 % ta' xi waħda minn dawn li ġejjin:

l-ammonti kumplessiv konsolidati tal-iskopertura ponderati għar-riskju għal riskju ta' kreditu u ta' dilwizzjoni tal-istituzzjoni prinċipali tal-UE;

l-ammonti kumplessivi tal-iskopertura ponderati għar-riskju għal riskju ta' kreditu u ta' dilwizzjoni fil-każ ta' istituzzjoni li la tkun istituzzjoni prinċipali, u lanqas sussidjarja;

(ii)

tnaqqis ta' 15 % jew aktar tal-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju għal riskju ta' kreditu u ta' dilwizzjoni assoċjat mal-firxa ta' applikazzjoni ta' sistema ta' klassifikazzjoni interna jew tal-approċċ ibbażat fuq mudelli interni għal skoperturi ta' ekwità.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu (1)(c)(i) ta' dan l-Artikolu, u skont l-Artikolu 3(2), l-impatt tal-bidla jiġi vvalutat bħala proporzjon ikkalkulat kif ġej:

(a)

fin-numeratur, id-differenza fl-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju għal riskju ta' kreditu u ta' dilwizzjoni assoċjata mal-firxa ta' applikazzjoni tas-sistema ta' klassifikazzjoni interna jew l-approċċ ibbażat fuq il-mudelli interni għal skoperturi ta' ekwità qabel u wara l-bidla f'livell konsolidat tal-istituzzjoni prinċipali tal-UE jew f'livell tal-istituzzjoni li la hija istituzzjoni prinċipali, u lanqas sussidjarja;

(b)

fid-denominatur l-ammonti kumplessivi tal-iskopertura ponderati għar-riskju għal riskju ta' kreditu u ta' dilwizzjoni qabel il-bidla f'livell konsolidat tal-istituzzjoni prinċipali tal-UE jew, rispettivament, f'livell tal-istituzzjoni li la hija istituzzjoni prinċipali, u lanqas sussidjarja.

Il-kalkolu jirreferi għall-istess waqt ta' żmien partikolari.

Id-determinazzjoni tal-impatt fuq l-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju tirreferi biss għall-impatt tal-bidla fl-approċċ IRB, u s-sett ta' skoperturi jitqies li jibqa' kostanti.

3.   Għall-finijiet tal-paragrafu (1)(c)(ii) ta' dan l-Artikolu, u skont l-Artikolu 3(2), l-impatt tal-bidla jiġi vvalutat bħala proporzjon ikkalkulat kif ġej:

(a)

fin-numeratur, id-differenza fl-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju għal riskju ta' kreditu u ta' dilwizzjoni assoċjat mal-firxa ta' applikazzjoni tas-sistema ta' klassifikazzjoni interna jew tal-approċċ ibbażat fuq mudelli interni għal skoperturi ta' ekwità qabel u wara l-bidla;

(b)

fid-denominatur, l-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju għal riskju ta' kreditu u ta' dilwizzjoni qabel il-bidla assoċjata mal-firxa ta' applikazzjoni tas-sistema ta' klassifikazzjoni jew l-approċċ ibbażat fuq il-mudelli interni għal skoperturi ta' ekwità.

Il-kalkolu jirreferi għall-istess waqt ta' żmien partikolari.

Id-determinazzjoni tal-impatt fuq l-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju tirreferi biss għall-impatt tal-bidla fl-approċċ IRB, u s-sett ta' skoperturi jitqies li jibqa' kostanti.

Artikolu 5

Bidliet għall-approċċ IRB mhux ikkunsidrati bħala materjali

1.   Bidliet għall-approċċ IRB, li mhumiex materjali iżda li għandhom jiġu notifikati lill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 143(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jiġu nnotifikati kif ġej:

(a)

bidliet li jissodisfaw kwalunkwe waħda minn dawn il-kundizzjonijiet jiġu nnotifikati lill-awtoritajiet kompetenti mill-inqas xahrejn qabel l-implimentazzjoni tagħhom:

(i)

bidliet deskritti fl-Anness I, il-Parti I, it-Taqsima 2;

(ii)

bidliet deskritti fl-Anness I, il-Parti II, it-Taqsima 2;

(iii)

bidliet li jirriżultaw fi tnaqqis ta' mill-inqas 5 % tal-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju għal riskju ta' kreditu u ta' dilwizzjoni assoċjat mal-firxa ta' applikazzjoni ta' sistema ta' klassifikazzjoni interna jew mal-approċċ ibbażat fuq mudelli interni għal skoperturi ta' ekwità.

(b)

il-bidliet l-oħra kollha għandhom jiġu nnotifikati lill-awtoritajiet kompetenti wara l-implimentazzjoni tagħhom mill-inqas fuq bażi annwali.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu (1)(a)(iii) ta' dan l-Artikolu, u skont l-Artikolu 3(2), l-impatt tal-bidla jiġi vvalutat bħala proporzjon ikkalkulat kif ġej:

(a)

fin-numeratur, id-differenza fl-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju għal riskju ta' kreditu u ta' dilwizzjoni assoċjat mal-firxa ta' applikazzjoni tas-sistema ta' klassifikazzjoni interna jew tal-approċċ ibbażat fuq mudelli interni għal skoperturi ta' ekwità qabel u wara l-bidla;

(b)

fid-denominatur, l-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju għal riskju ta' kreditu u ta' dilwizzjoni qabel il-bidla assoċjata mal-firxa ta' applikazzjoni tas-sistema ta' klassifikazzjoni jew l-approċċ ibbażat fuq il-mudelli interni għal skoperturi ta' ekwità.

Il-kalkolu jirreferi għall-istess waqt ta' żmien partikolari.

Id-determinazzjoni tal-impatt fuq l-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju tirreferi biss għall-impatt tal-bidla fl-approċċ IRB, u s-sett ta' skoperturi jitqies li jibqa' kostanti.

Artikolu 6

Estensjonijiet materjali u bidliet fl-AMA

1.   Estensjonijiet u bidliet fl-AMA jitqiesu bħala materjali jekk jissodisfaw kwalunkwe mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

jekk jaqgħu taħt kwalunkwe estensjoni deskritta fl-Anness II, il-Parti I, it-Taqsima 1;

(b)

jekk jaqgħu taħt kwalunkwe bidla deskritta fl-Anness II, il-Parti II, it-Taqsima 1;

(c)

jekk jirriżultaw f'waħda minn dawn li ġejjin:

(i)

fi tnaqqis ta' 10 % jew aktar ta' xi waħda minn dawn li ġejjin:

ir-rekwiżiti kumplessivi ta' fondi proprji konsolidati tal-istituzzjoni prinċipali tal-UE għar-riskju operazzjonali;

ir-rekwiżiti kumplessivi ta' fondi proprji għar-riskju operazzjonali fil-każ ta' istituzzjoni li la tkun istituzzjoni prinċipali, u lanqas sussidjarja;

(ii)

fi tnaqqis ta' 10 % jew aktar ta' xi waħda minn dawn li ġejjin:

ir-rekwiżiti ta' fondi proprji kumplessivi għar-riskju operazzjonali fil-livell konsolidat ta' istituzzjoni prinċipali li ma tkunx istituzzjoni prinċipali tal-UE;

ir-rekwiżiti ta' fondi proprji kumplessivi għar-riskju operazzjonali ta' sussidjarja fejn l-istituzzjoni prinċipali ma tkunx irċeviet il-permess biex tuża l-AMA.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu (1)(c)(i), u skont l-Artikolu 3(2), l-impatt ta' kwalunkwe estensjoni jew bidla jiġi vvalutat bħala proporzjon ikkalkulat kif ġej:

(a)

fin-numeratur, id-differenza fir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju operazzjonali assoċjat mal-ambitu ta' applikazzjoni tal-mudell AMA qabel u wara l-estensjoni jew il-bidla fil-livell konsolidat tal-istituzzjoni prinċipali tal-UE jew fil-livell tal-istituzzjoni li la hija istituzzjoni prinċipali, u lanqas sussidjarja;

(b)

fid-denominatur, ir-rekwiżiti ta' fondi proprji kumplessivi għar-riskju operazzjonali qabel l-estensjoni jew il-bidla fil-livell konsolidat tal-istituzzjoni prinċipali tal-UE jew, rispettivament, fil-livell tal-istituzzjoni li la hija istituzzjoni prinċipali, u lanqas sussidjarja.

Il-kalkolu jirreferi għall-istess waqt ta' żmien partikolari.

Id-determinazzjoni tal-impatt fuq ir-rekwiżiti ta' fondi proprji tirreferi biss għall-impatt tal-estensjoni u l-bidla fl-AMA, u għalhekk il-profil tal-riskju operazzjonali jitqies li se jibqa' kostanti.

3.   Għall-finijiet tal-paragrafu (1)(c)(ii), u skont l-Artikolu 3(2), l-impatt ta' kwalunkwe estensjoni jew bidla jiġi vvalutat bħala proporzjon ikkalkulat kif ġej:

(a)

fin-numeratur, id-differenza fir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju operazzjonali assoċjat mal-ambitu tal-applikazzjoni tal-mudell qabel u wara l-estensjoni jew il-bidla fil-livell konsolidat ta' istituzzjoni prinċipali li ma tkunx istituzzjoni prinċipali tal-UE jew fil-livell sussidjarju fejn l-istituzzjoni prinċipali ma tkunx irċeviet il-permess li tuża l-AMA;

(b)

fid-denominatur, ir-rekwiżiti ta' fondi proprji kumplessivi għar-riskju operazzjonali qabel l-estensjoni jew il-bidla fil-livell konsolidat ta' istituzzjoni prinċipali li ma tkunx istituzzjoni prinċipali tal-UE jew, rispettivament, fil-livell sussidjarju fejn l-istituzzjoni prinċipali ma tkunx irċeviet il-permess li tuża l-AMA.

Il-kalkolu jirreferi għall-istess waqt ta' żmien partikolari.

Id-determinazzjoni tal-impatt fuq ir-rekwiżiti ta' fondi proprji tirreferi biss għall-impatt tal-estensjoni u l-bidla fl-AMA, u għalhekk il-profil tal-riskju operazzjonali jitqies li se jibqa' kostanti.

Artikolu 7

Estensjonijiet u bidliet fl-AMA li mhumiex ikkunsidrati materjali

Estensjonijiet u bidliet fl-AMA, li mhumiex materjali iżda li għandhom jiġu notifikati lill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 312(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jiġu nnotifikati kif ġej:

(a)

estensjonijiet u bidliet li jaqgħu taħt l-Anness II, il-Parti I, it-Taqsima 2 u l-Parti II, it-Taqsima 2, jiġu nnotifikati lill-awtoritajiet kompetenti mill-inqas xahrejn qabel l-implimentazzjoni tagħhom;

(b)

l-estensjonijiet u l-bidliet l-oħra kollha jiġu nnotifikati lill-awtoritajiet kompetenti wara l-implimentazzjoni tagħhom mill-inqas fuq bażi annwali.

Artikolu 8

Dokumentazzjoni tal-estensjonijiet u l-bidliet

1.   Għall-estensjonijiet u l-bidliet fl-approċċ IRB jew fl-AMA ikklassifikati bħala li jirrikjedu l-approvazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti, l-istituzzjonijiet jissottomettu, flimkien mal-applikazzjoni, id-dokumentazzjoni li ġejja:

(a)

deskrizzjoni tal-estensjoni jew tal-bidla, ir-raġuni għaliha u l-għan tagħha;

(b)

id-data ta' implimentazzjoni;

(c)

l-ambitu tal-applikazzjoni affettwat mill-estensjoni jew mill-bidla fil-mudell b'karatteristiċi ta' volum;

(d)

dokument(i) tekniċi u ta' proċess;

(e)

ir-rapporti tar-rieżami jew il-validazzjoni indipendenti tal-istituzzjonijiet;

(f)

konferma li l-estensjoni jew il-bidla ġiet approvata permezz tal-proċessi ta' approvazzjoni tal-istituzzjoni mill-korpi kompetenti u d-data tal-approvazzjoni;

(g)

fejn applikabbli, l-impatt kwantitattiv tal-bidla jew tal-estensjoni fuq l-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju jew ir-rekwiżiti ta' fondi proprji;

(h)

rekords tan-numru tal-verżjoni attwali u preċedenti tal-istituzzjoni tal-mudelli interni li huma soġġetti għal approvazzjoni.

2.   Għal estensjonijiet u bidliet ikklassifikati bħala li jirrikjedu notifika jew qabel jew wara l-implimentazzjoni, l-istituzzjonijiet jissottomettu, flimkien man-notifika, id-dokumentazzjoni msemmija fil-punti (a), (b), (c), (f) u (g) tal-paragrafu 1.

Artikolu 9

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Marzu 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  Regolament (UE) 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

(2)  Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).


ANNESS I

BIDLIET GĦALL-APPROĊĊ IBBAŻAT FUQ IL-KLASSIFIKAZZJONI INTERNA (IRB)

PARTI I

BIDLIET FIL-FIRXA TA' APPLIKAZZJONI TAS-SISTEMI TA' KLASSIFIKAZZJONI JEW FL-APPROĊĊI BBAŻATI FUQ MUDELLI INTERNI FIR-RIGWARD TA' SKOPERTURI TAL-EKWITÀ

TAQSIMA 1

Bidliet li jeħtieġu approvazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti (“materjali”)

1.

L-estensjoni tal-firxa ta' applikazzjoni ta' sistema ta' klassifikazzjoni għal:

(a)

skoperturi f'unità ta' negozju addizzjonali, li huma tal-istess tip ta' prodott jew debitur;

(b)

skoperturi ta' tip addizzjonali ta' prodott jew debitur sakemm it-tip addizzjonali ta' prodott jew debitur ma jaqax fil-firxa ta' applikazzjoni ta' sistema ta' klassifikazzjoni approvata abbażi tal-kriterji kif imsemmi fil-punti (c)(i) u (ii);

(c)

skoperturi addizzjonali relatati mad-deċiżjoni dwar għoti ta' self ta' parti terza għall-grupp, sakemm l-istituzzjoni tkun tista' tipprova li l-iskoperturi addizzjonali jaqgħu fil-firxa ta' applikazzjoni ta' sistema ta' klassifikazzjoni approvata, ibbażata fuq il-kriterji kollha li ġejjin:

(i)

“ir-rappreżentattività” tad-dejta użata biex jinbena l-mudell biex jiġu assenjati l-iskoperturi fi gradi jew pulijiet fir-rigward tal-karatteristiċi ewlenin tal-iskoperturi addizzjonali tal-istituzzjoni fejn id-deċiżjoni dwar l-għoti ta' self tkun ittieħdet minn parti terza, skont l-Artikolu 174(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(ii)

il-“komparabbiltà” tal-popolazzjoni ta' skoperturi rrappreżentata fid-dejta użata għall-istima, l-istandards tal-għoti ta' self użati meta d-dejta tkun ġiet iġġenerata u karatteristiċi rilevanti oħra ma' dawk tal-iskoperturi addizzjonali fejn id-deċiżjoni dwar l-għoti ta' self tittieħdet minn parti terza, skont l-Artikolu 179(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Biex ikunu stabbiliti “r-rappreżentattività” u “l-komparabbiltà” taħt il-punti (i) u (ii) tal-ewwel paragrafu l-istituzzjonijiet jipprovdu deskrizzjoni sħiħa tal-kriterji u l-miżuri użati.

2.

L-estensjoni tal-firxa ta' applikazzjoni ta' approċċ ibbażat fuq mudelli interni għall-iskoperturi tal-ekwità, għal waħda minn dawn it-tipi ta' skoperturi:

(a)

għal metodu Sempliċi tal-ponderazzjoni tar-riskji skont l-Artikolu 155(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b)

għal approċċ PD/LGD skont l-Artikolu 155(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(c)

għad-dispożizzjoni tal-użu parzjali temporanju skont l-Artikolu 495 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(d)

għall-istess tip ta' prodott f'unità ta' negozju addizzjonali;

(e)

għal tip ta' prodott addizzjonali sakemm l-istituzzjoni ma tkunx tista' tipprova li jaqa' fil-firxa ta' applikazzjoni ta' approċċ ibbażat fuq mudelli interni eżistenti għall-iskoperturi ta' ekwità.

TAQSIMA 2

Bidliet li jkunu jeħtieġu notifika minn qabel lill-awtoritajiet kompetenti

1.

It-tnaqqas tal-firxa ta' applikazzjoni jew l-ambitu tal-użu ta' sistema ta' klassifikazzjoni.

2.

It-tnaqqas tal-firxa ta' applikazzjoni ta' approċċ ibbażat fuq mudelli interni għall-iskoperturi tal-ekwità.

3.

L-estensjoni tal-firxa ta' applikazzjoni ta' sistema ta' klassifikazzjoni li għaliha jista' jintwera li din ma taqax taħt il-Parti I, it-Taqsima 1, il-punt 1 ta' dan l-Anness.

4.

L-estensjoni tal-firxa ta' applikazzjoni ta' approċċ ibbażat fuq mudelli interni għall-iskoperturi tal-ekwità fejn estensjoni bħal din ma taqax taħt il-Parti I, it-Taqsima 1, il-punt 2 ta' dan l-Anness.

PARTI II

BIDLIET FIS-SISTEMI TA' KLASSIFIKAZZJONI JEW FL-APPROĊĊ IBBAŻATI FUQ MUDELLI INTERNI GĦAL SKOPERTURI TAL-EKWITÀ

TAQSIMA 1

Bidliet li jeħtieġu approvazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti (“materjali”)

1.

Bidliet fil-metodoloġija ta' assenjazzjoni ta' skoperturi fi klassijiet ta' skopertura u sistemi ta' klassifikazzjoni. Dawn jinkludu:

(a)

bidliet fil-metodoloġija użata għall-assenjazzjoni ta' skoperturi fi klassijiet differenti ta' skoperturi skont l-Artikolu 147 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b)

bidliet fil-metodoloġija użata għall-assenjazzjoni ta' debitur jew tranżazzjoni għal sistema ta' klassifikazzjoni skont l-Artikolu 169(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

2.

Il-bidliet segwenti fl-algoritmi u l-proċeduri użati għal: l-assenazzjoni ta' debituri għal gradi jew pulijiet ta' debituri; għall-assenjazzjoni ta' skoperturi fi gradi jew pulijiet ta' faċilità; jew għall-kwantifikazzjoni tar-riskju ta' inadempjenza mid-debitur jew telf assoċjat (“bidliet fil-metodoloġija ta' klassifikazzjoni għas-sistemi IRB”):

(a)

bidliet tal-approċċ tal-immuddellar għall-assenjazzjoni ta' debitur fi gradi jew pulijiet u/jew skoperturi għal gradi jew pulijiet ta' faċilitajiet skont l-Artikolu 171(1) u l-Artikolu 172(1)(a) sa (d) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b)

bidliet lill-approċċ tal-istituzzjoni għall-“prinċipju ta' debitur wieħed klassifikazzjoni waħda” skont l-Artikolu 172(1)(e) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(c)

bidliet fis-suppożizzjonijiet tas-sistema ta' klassifikazzjoni sottostanti l-klassifikazzjonijiet relatati mal-limitu sa fejn bidla fil-kundizzjonijiet ekonomiċi tkun mistennija li twassal għal migrazzjoni netta ta' għadd kbir ta' skoperturi, debituri jew faċilitajiet bejn il-gradi jew il-pulijiet tal-mudell, kuntrarju għall-migrazzjoni ta' biss uħud mill-iskoperturi, debituri jew faċilitajiet minħabba l-karatteristiċi individwali tagħhom li l-livelli tal-kejl u s-sinifikat tagħhom huma definiti mill-istituzzjoni;

(d)

bidliet fil-kriterji ta' klassifikazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 170(1)(c) u (e) u l-Artikolu 170(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u/jew il-piżijiet, is-sekwenza jew il-ġerarkija tagħhom, jekk tintlaħaq kwalunkwe kundizzjoni minn dawn:

(i)

jibdlu l-ordni tar-rank msemmi fl-Artikolu 170(1)(c) u (3)(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 b'mod sinifikanti, li l-kejl u l-livell tagħhom se jkunu ġew definiti mill-istituzzjoni;

(ii)

jibdlu d-distribuzzjoni tad-debituri, tal-faċilitaijiet jew l-iskoperturi fil-gradi u l-pulijiet skont l-Artikolu 170(1)(d) u (f) u l-Artikolu 170(3)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 b'mod sinifikanti, li l-kejl u l-livell tagħhom se jkunu ġew definiti mill-istituzzjoni.

(e)

l-introduzzjoni jew l-irtirar ta' klassifikazzjoni esterna bħala fattur primarju li jiddetermina assenjazzjoni ta' klassifikazzjoni interna skont l-Artikolu 171(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(f)

bidla fil-metodoloġija fundamentali għall-istima tal-PDs, l-LGDs inklużi l-aħjar stima ta' telf mistenni, u tal-fatturi ta' konverżjoni skont l-Artikoli 180, 181, u 182 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, inkluż il-metodoloġija għad-derivazzjoni ta' marġini ta' konservatiżmu relatat mal-firxa mistennija ta' żbalji fl-istima skont l-Artikolu 179(1)(f) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Għal-LGDs u l-fatturi ta' konverżjoni dan jinkludi wkoll bidliet fil-metodoloġija għall-kontabilità għal tnaqqis fir-ritmu ekonomiku skont l-Artikoli 181(1)(b) u 182(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(g)

l-inklużjoni ta' tipi addizzjonali ta' kollateral fl-istima tal-LGD skont l-Artikolu 181(1)(c) sa (g) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jekk it-trattament tagħhom huwa differenti minn proċeduri li diġà ġew approvati.

3.

Bidliet fid-definizzjoni ta' adempjenza skont l-Artikolu 178 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

4.

Bidliet fil-metodoloġija ta' validazzjoni u/jew proċessi ta' validazzjoni li jwasslu għal bidliet fiil-ġudizzju tal-istituzzjoni dwar il-preċiżjoni u l-konsistenza tal-istima tal-parametri ta' riskju rilevanti, il-proċessi ta' klassifikazzjoni jew il-prestazzjoni tas-sistemi ta' klassifikazzjoni tagħhom skont l-Artikolu 185(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

5.

Bidliet fl-approċċ ibbażat fuq mudelli interni għal skoperturi ta' ekwità. Dawn jinkludu:

(a)

bidliet fl-approċċ tal-mudell tal-valur fir-riskju biex jistmaw l-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskji għall-iskoperturi ta' ekwità skont l-Artikolu 155(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b)

bidliet fil-metodoloġija għall-aġġustament tal-istimi ta' telf potenzjali biex jinkisbu livelli xierqa ta' realiżmu u/jew konservattiviżmu, jew bidliet fil-metodu analitiku biex dejta perjodika b'intervalli iqsar tiġi konvertita għal dejta trimestrali skont l-Artikolu 186(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(c)

bidliet fil-mudell ta' ġbir tatal-motivaturi tar-riskju materjali li jqisu l-profil u l-kumplessità tar-riskju speċifiku, inkluż in-nuqqas ta' linearità tal-portafoll tal-ekwità tal-istituzzjoni skont l-Artikolu 186(b) u (c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(d)

bidliet fil-metodoloġija fundamentali l-immappjar ta' pożizzjonijiet individwali ma' indikaturi, indiċi tas-swieq jew fatturi ta' riskju skont l-Artikolu 186(d) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

TAQSIMA 2

Bidliet li jkunu jeħtieġu notifika ex ante lill-awtoritajiet kompetenti

1.

Bidliet fit-trattament ta' riċevibbli mixtrija skont l-Artikolu 153(6) u (7) u l-Artikolu 154(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

2.

Il-bidliet li ġejjin fil-metodoloġija tal-klassifikazzjoni għas-sistemi IRB:

(a)

bidliet fil-proċeduri interni u kriterji għall-assenjazzjoni ta' ponderazzjonijiet tar-riskju għal skoperturi ta' għoti ta' self speċjalizzat skont l-Artikoli 153(5) u 170(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b)

bidliet mill-użu ta' stimi diretti ta' parametri ta' riskju għal debituri individwali jew skoperturi għall-użu ta' skala ta' klassifikazzjoni diskreta jew viċe versa skont l-Artikolu 169(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, sakemm mhux diġà kklassifikati bħala materjali skont il-Parti II, it-Taqsima 1 ta' dan l-Anness;

(c)

bidliet għall-skala ta' klassifikazzjoni f'dak li għandu x'jaqsam mall-għadd jew l-istruttura ta' gradi ta' klassifikazzjoni skont l-Artikolu 170(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, sakemm mhux diġà kklassifikati bħala materjali skont il-Parti II, it-Taqsima 2 ta' dan l-Anness;

(d)

bidliet fil-kriterji ta' klassifikazzjoni u/jew fil-ponderazzjonijiet jew fl-ġerarikja tagħhom skont l-Artikolu 170(1)(c) u (e) u 170(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, sakemm mhux diġà kklassifikati bħala materjali skont il-Parti II, it-Taqsima 1 ta' dan l-Anness;

(e)

bidliet lid-definizzjonijiet ta' gradi jew ta' pulijiet jew lill-kriterji skont l-Artikoli 171(1) u 172 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, sakemm mhux diġà kklassifikati bħala materjali skont il-Parti II, it-Taqsima 1 ta' dan l-Anness;

(f)

bidliet fl-ambitu ta' informazzjoni użata biex id-debituri jiġu assenjati fi gradi jew pulijiet skont l-Artikolu 171(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew l-inklużjoni ta' informazzjoni ġdida jew addizzjonali f'mudell ta' stima tal-parametri skont l-Artikolu 179(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(g)

bidliet fir-regoli u l-proċessi għall-użu tal-prevalenzi applikazzjoni ta' differenzjali skont l-Artikolu 172(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, sakemm mhux diġà kklassifikati bħala materjali skont il-Parti II, it-Taqsima 1 ta' dan l-Anness;

(h)

bidla fil-metodoloġija għall-istima tal-PDs, l-LGDs inklużi l-aħjar stima ta' telf mistenni, u tal-fatturi ta' konverżjoni skont l-Artikoli 180, 181, u 182 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, inkluża l-metodoloġija għad-derivazzjoni ta' marġini ta' konservatiżmu relatat mal-firxa mistennija ta' żbalji fl-istima skont l-Artikolu 179(1)(f) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, sakemm mhux diġà klassifikat bħala materjali skont il-Parti II, it-Taqsima 1 ta' dan l-Anness. Għal-LGDs u l-fatturi ta' konverżjoni dan jinkludi wkoll bidliet fil-metodoloġija biex jitqies tnaqqis fir-ritmu ekonomiku skont l-Artikolu 181(1)(b) u l-Artikolu 182(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(i)

bidliet fil-mod kif jew fil-punt safejn garanziji kundizzjonali jiġu kkunsidrati fl-istima tal-LGD skont Artikolu 183(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(j)

inklużjoni tat-tipi addizzjonali ta' kollateral fl-istima tal-LGD skont l-Artikolu 181(1)(c) sa (g) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, sakemm mhux diġà kklassifikati bħala materjali skont il-Parti II, it-Titolu I ta' dan l-Anness;

(k)

jekk istituzzjoni timmappja l-gradi interni tagħha mall-iskala użata minn ECAI u mbagħad tattribwixxi r-rata ta' inadempjenza osservata fil-gradi tal-organizzazzjoni esterna għall-gradi tal-istituzzjonijiet skont l-Artikolu 180(1)(f) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, bidliet tal-metodu tal-immappjar użat għal dan l-iskop, sakemm mhux diġà kklassifikata bħala materjali skont il-Parti II, it-Taqsima I ta' dan l-Anness.

3.

Bidliet fil-metodiloġija u/jew fil-proċess ta' validazzoni skont l-Artikoli 185 u 188 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, sakemm mhux diġà kklassifikati bħala materjali skont il-Parti II, it-Taqsima 1 ta' dan l-Anness;

4.

Bidliet fi proċessi. Dawn jinkludu:

(a)

bidliet fl-unità tal-kontroll tar-riskju tal-kreditu skont l-Artikolu 190 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 rigward il-pożizzjoni tagħha fl-organizzazzjoni u r-responsabbiltajiet tagħha;

(b)

bidliet fil-pożizzjoni tal-unità ta' validazzjoni skont l-Artikoli 190(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fl-organizzazzjoni u r-responsabbiltajiet tagħha;

(c)

bidliet fl-ambjent organizzazzjonali jew ta' kontroll intern jew fil-proċessi ewlenin li jkollhom influwenza importanti fuq sistema ta' klassifikazzjoni.

5.

Bidliet fid-dejta. Dawn jinkludu:

(a)

jekk istituzzjoni tibda jew tieqaf milli tuża dejta f'pula miġbura minn fost istituzzjonijiet skont l-Artikolu 179(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b)

bidla tas-sorsi ta' dejta użata fil-proċess ta' allokazzjoni ta' skoperturi fi gradi jew puli jew għall-istimi tal-parametri skont l-Artikoli 176(5)(a) u 175(4)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(c)

bidla fit-tul u l-kompożizzjoni tas-serje taż-żmien użati għall-istima tal-parametri skont l-Artikolu 179(1)(a) li jmur lil hinn mill-inklużjoni annwali tal-aħħar osservazzjonijiet, sakemm mhux diġà kklassifikata bħala materjali skont il-Parti II, it-Taqsima 1 ta' dan l-Anness.

6.

Bidliet fl-użu ta' mudelli, jekk istituzzjoni tibda tuża stimi ta' parametri tar-riskju għal skopijiet ta' operat intern li mhumiex dawk użati għal finijiet regolatorji u, fejn dan qabel ma kienx il-każ, fil-linji stabbiliti skont l-Artikolu 179(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

7.

Bidliet fl-approċċ ibbażat fuq mudelli interni għal skoperturi ta' ekwità. Dawn jinkludu:

(a)

bidliet fid-dejta użata biex tirrappreżenta d-distribuzzjonijiet tar-redditu għall-iskoperturi tal-ekwitajiet taħt l-approċċ ibbażat fuq mudelli interni skont l-Artikolu 186(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b)

bidliet fl-ambjent organizzazzjonali jew ta' kontroll intern jew fil-proċessi ewlenin li jkollhom influwenza importanti fuq l-approċċ ibbażat fuq mudelli interni għall-iskoperturi tal-ekwità.


ANNESS II

ESTENSJONIJIET U BIDLIET LILL-AMA

PARTI I

TAQSIMA 1

Estensjonijiet li jeħtieġu l-approvazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti (“materjali”)

1.

L-introduzzjoni għall-ewwel darba ta' kejl biex titqies it-tpaċija għat-telf mistenni fi prattiki tal-operat tal-istituzzjonijiet skont l-Artikolu 322(2)(a) tar- Regolament (UE) Nru 575/2013.

2.

L-introduzzjoni għall-ewwel darba ta' tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju operazzjonali bħal mekkaniżmi ta' assigurazzjoni jew mekkaniżmi oħra ta' trasferiment tar-riskju skont l-Artikolu 323(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

3.

Ir-rikonoxximent għall-ewwel darba ta' korrelazzjonijiet fit-telf mir-riskji operazzjonali skont l-Artikolu 322(2)(d) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

4.

L-introduzzjoni għall-ewwel darba tal-metodoloġija għall-allokazzjoni tal-kapital ta' riskju operazzjonali fost l-entitajiet differenti tal-grupp, skont l-Artikolu 20(1)(b) u 322(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

5.

L-introduzzjoni tal-AMA fil-partijiet tal-istituzzjoni jew tal-grupp ta' istituzzjonijiet li għadhom mhumiex koperti bl-approvazzjoni jew bi pjan tat-tnedija approvat skont l-Artikolu 314(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, fejn dawk l-oqsma addizzjonali jammontaw għal aktar minn 5 % tal-istituzzjoni prinċipali tal-UE fuq livell konsolidat jew tal-istituzzjoni li la tkun istituzzjoni prinċipali, u lanqas sussidjarja.

Il-kalkolu ta' hawn fuq għandu jsir fi tmiem is-sena finanzjarja preċedenti bl-użu tal-ammont tal-indikatur rilevanti assenjat lill-oqsma li għalihom se jintuża l-AMA kif definit fl-Artikolu 316 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

TAQSIMA 2

Estensjonijiet li jkunu jeħtieġu notifika ex ante lill-awtoritajiet kompetenti

L-introduzzjoni tal-AMA fil-partijiet tal-istituzzjoni jew fil-grupp ta' istituzzjonijiet li għadhom mhumiex koperti bl-approvazzjoni jew bi pjan ta' tnedija approvat skont l-Artikolu 314(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, fejn dawk l-oqsma addizzjonali jammontaw fir-rigward tal-istituzzjoni prinċipali tal-UE fuq livell konsolidat jew tal-istituzzjoni li la tkun istituzzjoni prinċipali, u lanqas sussidjarja għaż-żewġ każijiet li ġejjin:

(a)

iktar minn 1 %;

(b)

5 % jew inqas.

Il-kalkolu ta' hawn fuq għandu jsir fi tmiem is-sena finanzjarja preċedenti bl-użu tal-ammont tal-indikatur rilevanti assenjat lill-oqsma li għalihom se jintuża l-AMA kif definit fl-Artikolu 316 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

PARTI II

BIDLIET LILL-AMA

TAQSIMA 1

Bidliet li jirrikjedu l-approvazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti (“materjali”)

1.

Bidliet fl-istruttura organizzazzjonali u operattazzjonali tal-funzjoni indipendenti tal-immaniġġjar tar-riskji għar-riskju operazzjonali skont l-Artikolu 321 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li jnaqqsu l-kapaċità tal-funzjoni tal-immaniġġjar tar-riskju operazzjonali li tissorvelja u tinforma l-proċessi ta' teħid ta' deċiżjonijiet tal-operat u tal-unitajiet ta' sostenn li huma jikkontrollaw.

2.

Bidliet fis-sistema ta' kejl għar-riskju operazzjonali jekk jissodisfaw kwalunkwe wieħed mill-kriterji li ġejjin:

(a)

dawn ibiddlu l-arkitettura tas-sistema tal-kejl dwar it-taħlita tal-erba' elementi tad-dejta ta' dejta dwar it-telf interna u esterna, l-analiżi tax-xenarji, l-ambjent tan-negozju u l-fatturi ta' kontroll intern, skont l-Artikolu 322(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b)

ibiddlu l-loġika u l-motivaturi tal-metodoloġija għall-allokazzjoni tal-kapital ta' riskju operazzjonali bejn l-entitajiet differenti ta' grupp, skont l-Artikolu 20(1)(b) u 322(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

3.

Bidliet fil-proċeduri relatati ma' dejta interna u esterna, l-analiżi tax-xenarji u l-ambjent tan-negozju u l-fatturi ta' kontroll intern fejn huma:

(a)

jnaqqsu l-livell ta' kontrolli fir-rigward tal-kompletezza u l-kwalità tad-dejta miġbura dwar ir-riskju operazzjonali skont l-Artikolu 322(3) u (4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b)

jibdlu s-sorsi ta' dejta esterni li għandhom jintużaw fis-sistema ta' kejl skont l-Artikolu 322(4) u 322(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 sakemm id-dejta ma tkunx komparabbli u rappreżentattiva għall-profil tar-riskju operazzjonali.

4.

Bidlet fil-metodu kumplessiv ta' kif il-kuntratti ta' assigurazzjoni u/jew mekkaniżmi oħra ta' trasferiment tar-riskju jiġu rikonoxxuti fil-kalkolu tal-imposta fuq il-kapital tal-AMA skont l-Artikolu 323(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

5.

It-tnaqqis tal-parti tar-riskju operazzjonali meqjus mill-AMA fl-istituzzjoni jew fi grupp ta' istituzzjonijiet bl-użu tal-AMA skont l-Artikolu 314(2) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, fejn tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-oqsma li għalihom l-AMA mhux se jkun applikat iżjed jammontaw għal aktar minn 5 % tar-rekwiżiti ta' fondi proprji kumplessivi għar-riskju operazzjonali ta' istituzzjoni prinċipali tal-UE fuq livell konsolidat jew tal-istituzzjoni li la tkun istituzzjoni prinċipali, u lanqas sussidjarja;

(b)

it-tnaqqis tal-oqsma koperti taħt l-AMA iwassal għal użu tal-AMA f'parti tal-istituzzjoni li tirrappreżenta persentaġġ aktar baxx kif meħtieġ mill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 314(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Dan il-kalkolu jsir meta l-istituzzjoni tapplika għal din il-bidla u għandu jkun ibbażat fuq ir-rekwiżit kapitali kif ikkalkolat fl-aħħar tas-sena finanzjarja preċedenti.

TAQSIMA 2

Bidliet li jkunu jeħtieġu notifika ex ante lill-awtoritajiet kompetenti

1.

Bidliet fil-mod kif is-sistema għall-kejl tar-riskju operazzjonali hija integrata fil-proċess ta' mmaniġġjar ta' kuljum permezz tal-proċessi u l-politiki tar-riskju operazzjonali skont l-Artikolu 321(a) u (c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, fejn il-bidliet ikollhom waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:

(a)

huma jbiddlu l-limitu safejn is-sistema ta' kejl tar-riskju operazzjonali tikkontribwixxi għal informazzjoni relevanti fil-maniġment tar-riskju tal-istituzzjonijiet u l-proċessi relatati mat-teħid ta' deċiżjonijiet, inkluża l-approvazzjoni ta' prodotti ġodda, is-sistemi u l-proċessi u d-definizzjoni tat-tolleranza tar-riskju operazzjonali;

(b)

huma jnaqqsu l-ambitu, il-gruppi tal-benefiċjarji u l-frekwenza tas-sistema ta' rappurtar biex jinformaw lill-partijiet kollha rilevanti tal-istituzzjoni dwar ir-riżultati tas-sistema għall-kejl tar-riskji operazzjonali u d-deċiżjonijiet meħuda b'rispons għal avvenimenti ta' riskju operazzjonali materjali.

2.

Bidliet fl-istruttura organizzazzjonali u operazzjonali tal-funzjoni indipendenti tal-maniġment tar-riskju għar-riskju operazzjonali skont l-Artikolu 321(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jekk jissodisfaw kwalunkwe mill-kriterji li ġejjin:

(a)

huma jnaqqsu l-livell ġerarkiku tal-funzjoni tal-maniġment tar-riskju operazzjonali jew tal-kap tiegħu;

(b)

jwasslu għal tnaqqis relevanti tad-dmirijiet u r-responsabbiltajiet tal-funzjoni tal-maniġment tar-riskju operazzjonali;

(c)

jestendu d-dmirijiet u r-responsabbiltajiet tal-funzjoni tal-maniġment tar-riskju operazzjonali, sakemm ma jkun hemm ebda kunflitt ta' interessi u jiġu previsti riżorsi addizzjonali xierqa għall-funzjoni tal-maniġment tar-riskju operazzjonli;

(d)

huma jwasslu għal tnaqqis tar-riżorsi disponibbli f'termini ta' baġit u ta' ħaddiema ta' aktar minn 10 %, tal-istituzzjoni jew tal-grupp, mill-għoti tal-aħħar approvazzjoni skont l-Artikolu 312(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, sakemm ir-riżorsi disponibbli f'termini ta' baġit u ta' ħaddiema fl-istituzzjoni jew livell ta' grupp ma tnaqqsux bl-istess proporzjon.

3.

Bidliet fil-proċessi ta' validazzjoni u l-analiżi interna skont l-Artikolu 321(e) u (f) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jekk ibiddlu l-loġika u l-metodoloġiji użati għal validazzjoni jew l-analiżi interna tal-qafas tal-AMA.

4.

Bidliet fil-kalkolu tal-imposta fuq il-kapital tar-riskju operazzjonali li jbiddlu waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

l-istruttura u l-karatteristiċi tas-sett ta' dejta użat għall-kalkolu tar-rekwiżit tal-kapital tar-riskju operazzjonali (is-sett ta' dejta ta' kalkolu), inkluż kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

(i)

id-definizzjoni ta' ammont ta' telf gross li għandu jintuża fis-sett ta' dejta ta' kalkolu skont l-Artikolu 322(3)(d) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(ii)

id-data ta' referenza ta' eventi ta' telf li għandha tintuża fis-sett ta' dejta ta' kalkolu skont l-Artikolu 322(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(iii)

il-metodu użat biex jiddetermina t-tul tas-serje ta' żmien tad-dejta tat-telf li għandha tintuża fis-sett ta' dejta ta' kalkolu skont l-Artikolu 322(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(iv)

il-kriterji għat-telf ta' gruppi kkawżat minn avveniment ta' riskju operazzjonali komuni jew minn avvenimenti relatati fuq perjodu ta' żmien skont l-Artikolu 322(3)(b) u (3)(e) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(v)

l-għadd jew it-tip ta' klassijiet ta' riskju, jew ekwivalenti, li jiġi kkalkulat fuqhom ir-rekwiżit tal-kapital ta' riskju operazzjonali;

(vi)

il-metodu biex jiġi stabbilit il-limitu massimu għal-livell ta' telf li 'l fuq minnu l-mudell huwa adattat għad-dejta skont l-Artikolu 322(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(vii)

fejn applikabbli, il-metodu biex jiġi stabbilit il-limitu massimu għad-differenzjar bejn il-korp tad-dejta u d-dejta tat-truf meta stipulati b'metodi differenti skont l-Artikolu 322(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(viii)

il-proċessi u l-kriterji għall-ivvalutar tar-relevanza, għall-iskalar jew biex isiru aġġustamenti oħra lid-dejta tar-riskju operazzjonali skont l-Artikolu 322(3)(f) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(ix)

bidla fis-sorsi ta' dejta esterni li jridu jintużaw fis-sistema ta' kejl skont l-Artikolu 322(4) u 322(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 sakemm ma tkunx digà kklassifikata bħala materjali skont il-Parti II, it-Taqsima 1 ta' dan l-Anness.

(b)

il-kriterji għall-għażla, l-aġġornament u l-analiżi ta' distribuzzjonijiet użati u l-metodi għall-istima tal-parametri tagħhom skont l-Artikolu 322(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(c)

il-kriterji u l-proċeduri biex jiġu stabbiliti d-distribuzzjonijiet tat-telf aggregat u għall-kalkolu tal-kejl tar-riskju operazzjonali rilevanti bil-livell ta' kunfidenza regolatorju skont l-Artikolu 322(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(d)

il-metodoloġija għad-determinazzjoni ta' telf mistenni u l-konsiderazzjoni tiegħu fil-prattiki tal-operat interni skont l-Artikolu 322(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(e)

il-metodoloġija dwar kif il-korrelazzjonijiet fit-telf mir-riskji operazzjonali fl-istimi tar-riskji operazzjonali individwali huma rikonoxxuti skont l-Artikolu 322(2)(d) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

5.

Bidliet fl-istandards relatati mad-dejta interna, l-analiżi tax-xenarji u l-ambjent operattiv u l-fatturi ta' kontroll intern jekk huma:

(a)

jbiddlu l-proċessi interni u l-kriterji għall-ġbir ta' dejta interna dwar it-telf skont l-Artikolu 322(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, inkluż kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

(i)

żieda fil-limitu għall-ġbir ta' dejta interna dwar it-telf skont l-Artikolu 322(3)(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(ii)

metodi jew kriterji għall-esklużjoni ta' attivitajiet jew skoperturi mill-ambitu ta' ġbir ta' data interna skont l-Artikolu 322(3)(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

(b)

bidla tal-proċessi interni u l-kriterji għal wieħed minn dawn li ġejjin:

(i)

l-analiżi tax-xenarji ta' prestazzjoni skont l-Artikolu 322(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(ii)

id-determinazzjoni tal-ambjent operattiv u l-fatturi ta' kontroll interni skont l-Artikolu 322(6) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

6.

Bidliet fl-istandards li għandhom x'jaqsmu mal-assigurazzjoni u mekkaniżmi oħra ta' trasferiment tar-riskju skont l-Artikolu 323 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jekk jissodisfaw waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

dawn jikkawżaw tibdil rilevanti tal-livell ta' kopertura previst;

(b)

ibiddlu l-proċessi u l-kriterji għall-kalkolu tat-telf impost fl-ammont tar-rikonoxximent tal-assigurazzjoni, introdotti sabiex jinqabdu l-inċertezza tal-ħlas, id-diskrepanzi fil-kopertura u t-termini residwi u ta' kanċellazzjoni tal-politika, fejn inqas minn sena skont l-Artikolu 323(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

7.

Bidliet rilevanti fis-sistemi tal-IT użati biex jipproċessaw l-AMA, inkluż il-ġbir tad-dejta u l-amministrazzjoni tagħha, il-proċeduri ta' rappurtar u s-sistema ta' kejl għar-riskju operazzjonali skont l-Artikolu 312(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-istandards ġenerali tal-immaniġjar tar-riskji stabbiliti fl-Artikolu 74 tad-Direttiva 2013/36/UE, li jnaqqsu l-integrità u d-disponibbiltà tad-dejta jew is-sistemi tal-IT.


20.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 148/50


REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 530/2014

tat-12 ta' Marzu 2014

li jissupplimenta d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jiddefinixxu ulterjorment l-iskoperturi materjali u l-livelli limitu għall-approċċi interni għar-riskju speċifiku fil-portafoll tan-negozjar

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (1) u b'mod partikolari, it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 77(4) tagħha.

Billi:

(1)

L-Artikolu 77(3) tad-Direttiva 2013/36/UE jirreferi biss għal “strumenti tad-dejn”, għalhekk l-istrumenti ta' ekwità fil-portafoll tan-negozjar ma għandhomx jiġu inklużi fil-valutazzjoni tal-materjalità ta' riskju speċifiku.

(2)

Il-materjalità f'termini assoluti tal-iskoperturi għal riskju speċifiku għandha titkejjel billi jiġu applikati r-regoli standardizzati għall-ikkalkular tal-pożizzjonijiet netti tal-istrumenti tad-dejn. Din il-valutazzjoni għandha tqis kemm il-pożizzjonijiet twal netti kif ukoll dawk qosra, ikkalkulati f'konformità mal-Artikolu 327(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), wara li tkun ingħatat konċessjoni għall-koperturi (hedges) ipprovduti minn derivattivi tal-kreditu skont l-Artikoli 346 u 347 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

(3)

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 77(3) tad-Direttiva 2013/36/UE li jkopri r-riskju speċifiku fil-portafoll tan-negozjar, jirreferi għal “numru kbir ta' pożizzjonijiet materjali fi strumenti ta' dejn ta' emittenti differenti”. Għalhekk, dawn ir-regoli stabbilixxew livell limitu ta' materjalità għal numri kbar ta' pożizzjonijiet materjali fi strumenti ta' dejn ta' emittenti differenti, skont l-Artikolu 77(4) ta' din id-Direttiva.

(4)

Dan ir-Regolament jissejjes fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji ppreżentat mill-Awtorità Bankarja Ewropea lill-Kummissjoni.

(5)

L-Awtorità Bankarja Ewropea wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li fuqu jissejjes dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati mwaqqaf skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Definizzjoni ta' “skoperturi għal riskju speċifiku li jkunu materjali f'termini assoluti” skont l-Artikolu 77(4) tad-Direttiva 2013/36/UE

L-iskopertura ta' istituzzjoni għal riskju speċifiku tal-istrumenti tad-dejn titqies li tkun materjali f'termini assoluti meta l-ammont tal-pożizzjonijiet twal u qosra netti kollha jkun aktar minn EUR 1 000 000 000, kif definit fl-Artikolu 327 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Artikolu 2

Definizzjoni ta' “numru kbir ta' pożizzjonijiet materjali fi strumenti tad-dejn ta' emittenti differenti” skont l-Artikolu 77(4) tad-Direttiva 2013/36/UE

Il-portafoll sottomess għar-riskju speċifiku ta' istituzzjoni jitqies li jinkludi numru kbir ta' pożizzjonijiet materjali fi strumenti tad-dejn ta' emittenti differenti, meta l-portafoll ikun jinkludi aktar minn 100 pożizzjoni, b'kull waħda tammonta aktar minn EUR 2 500 000, kemm jekk dawn il-pożizzjonijiet ikunu twal netti jew qosra netti, kif definit fl-Artikolu 327 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Artikolu 3

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Marzu 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1)

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).


20.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 148/52


REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 531/2014

tat-12 ta' Marzu 2014

li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 jistipula li, f'tal-anqas kwart tal-Istati Membri, in-numru minimu ta' firmatarji ta' inizjattiva taċ-ċittadini għandu jkun jikkorrispondi man-numru ta' Membri tal-Parlament Ewropew eletti f'kull Stat Membru, multiplikat b'750. Dawk in-numri minimi huma stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament.

(2)

Fit-28 ta' Ġunju 2013 il-Kunsill Ewropew adotta d-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2013/312/UE li tistabbilixxi l-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew. (2) Dik id-Deċiżjoni li daħlet fis-seħħ fit-30 ta' Ġunju 2013, tiffissal-għadd ta' rappreżentanti fil-Parlament Ewropew eletti f'kull Stat Membru għal-leġiżlatura 2014-2019. Il-leġiżlatura 2014-2019 tibda fl-1 ta' Lulju 2014.

(3)

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 huwa sostitwit bl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa japplika mill-1 ta' Lulju 2014.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Marzu 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 65, 11.3.2011, p. 1.

(2)  ĠU L 181, 29.6.2013, p. 57.


ANNESSI

Numru minimu ta' firmatarji għal kull Stat Membru

Il-Belġju

15 750

Il-Bulgarija

12 750

Ir-Repubblika Ċeka

15 750

Id-Danimarka

9 750

Il-Ġermanja

72 000

L-Estonja

4 500

L-Irlanda

8 250

Il-Greċja

15 750

Spanja

40 500

Franza

55 500

Il-Kroazja

8 250

L-Italja

54 750

Ċipru

4 500

Il-Latvja

6 000

Il-Litwanja

8 250

Il-Lussemburgu

4 500

L-Ungerija

15 750

Malta

4 500

Il-Pajjiżi l-Baxxi

19 500

L-Awstrija

13 500

Il-Polonja

38 250

Il-Portugall

15 750

Ir-Rumanija

24 000

Is-Slovenja

6 000

Is-Slovakkja

9 750

Il-Finlandja

9 750

L-Isvezja

15 000

Ir-Renju Unit

54 750


20.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 148/54


REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 532/2014

tat-13 ta' Marzu 2014

li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 223/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 223/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 dwar il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 32(8), 32 (9), 34(7), 34(8), 55(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 223/2014 jippermetti lill-Kummissjoni li tadotta atti delegati li jissupplimentaw l-elementi tagħha li mhumiex essenzjali fir-rigward tal-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (FEAD)

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 223/2014 jeħtieġ lill-awtorità maniġerjali li tistabbilixxi sistema biex tirreġistra u taħżen, f'forma kompjuterizzata, id-dejta dwar kull operazzjoni meħtieġa għas-sorveljanza, l-evalwazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja, il-verifikazzjoni u l-verifika, inkluż id-dejta dwar il-parteċipanti individwali, fir-rigward tal-programmi operattivi dwar l-inklużjoni soċjali tal-persuni l-aktar fil-bżonn (OP II). Huwa għalhekk meħtieġ li tiġi stabbilita lista tad-dejta sabiex tiġi rreġistrata u maħżuna f'dik is-sistema.

(3)

Ċerta dejta hija relevanti għal tipi partikolari ta' operazzjonijiet jew għal wieħed biss mit-tipi ta' programmi operattivi; l-applikabbiltà tar-rekwiżiti tad-dejta għandha għalhekk tiġi speċifikata. Ir-Regolament (UE) Nru 223/2014 jistabbilixxi rekwiżiti speċifiċi għar-reġistrazzjoni u l-ħażna tad-dejta dwar il-parteċipanti individwali fl-operazzjonijiet appoġġjati mill-OP II, li jeħtieġ li jittieħdu in kunsiderazzjoni.

(4)

Il-lista tad-dejta għandha tieħu in kunsiderazzjoni l-obbligi ta' rapportar stabbiliti skont ir-Regolament (UE) Nru 223/2014 sabiex jiġi żgurat li d-dejta neċessarja għal ġestjoni finanzjarja u s-sorveljanza, inkluż id-dejta meħtieġa għal preparazzjoni tal-applikazzjonijiet ta' ħlas, tal-kontijiet u tar-rapporti ta' implimentazzjoni jeżistu għal kull operazzjoni f'forma li tista' faċilment tiġi aggregata u rrikonċiljata. Il-lista għandha tieħu in kunsiderazzjoni li ċerta dejta bażika dwar l-operazzjonijiet f'forma kompjuterizzata hija meħtieġa għal ġestjoni finanzjarja effettiva tal-operazzjonijiet u biex jitwettaq l-obbligu li tiġi ppubblikata l-informazzjoni bażika dwar l-operazzjonijiet. Ċerta dejta oħra hija meħtieġa għall-ippjanar u t-twettiq tal-verifikazzjonijiet u x-xogħol ta' verifika b'mod effettiv.

(5)

Il-lista tad-dejta li trid tiġi rreġistrata u maħżuna m'għandhiex tippreġudika l-karatteristiċi tekniċi jew l-istruttura tas-sistemi kompjuterizzati stabbiliti mill-awtoritajiet maniġerjali jew tiddetermina minn qabel il-format tad-dejta rreġistrata u maħżuna, sakemm dawn ma jkunux speċifikament imniżżla f'dan ir-Regolament. Lanqas ma għandha tippreġudika l-mezzi li bihom id-dejta tiġi mdaħħla jew iġġenerata fis-sistema; f'xi wħud mill-każijiet, id-dejta inkluża fil-lista tista' teħtieġ id-dħul ta' valuri multipli. Madankollu, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti diversi regoli dwar in-natura ta' din id-dejta, biex jiġi żgurat li l-awtorità maniġerjali tista' tissodisfa r-responsabbiltajiet tagħha għas-sorveljanza, l-evalwazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja, il-verifikazzjoni u l-verifika, inkluż fejn din teħtieġ l-ipproċessar tad-dejta dwar il-parteċipanti individwali.

(6)

Sabiex jiġi żgurat li n-nefqa skont il-programmi operattivi tista' tiġi ċċekkjata u vverifikata, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti l-kriterji li r-rekord għall-verifika għandu jikkonforma magħhom biex jiġi kkunsidrat xieraq.

(7)

Huwa meħtieġ li jiġi pprovdut, fir-rigward tax-xogħol ta' verifika skont ir-Regolament (UE) Nru 223/2014, li l-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jipprevjenu kull aċċess jew żvelar mhux awtorizzat tad-dejta personali, u li jispeċifikaw l-iskopijiet li għalihom il-Kummissjoni u l-Istati Membri jistgħu jipproċessaw din id-dejta.

(8)

L-awtorità tal-verifika hija responsabbli għall-awditi tal-operazzjonijiet. Sabiex jiġi żgurat li l-iskop u l-effettività ta' dawn l-awditi jkunu adegwati u li jiġu mwettqa skont l-istess standards fl-Istati Membri kollha, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet li dawn għandhom jilħqu.

(9)

Huwa meħtieġ li tiġi stabbilita fid-dettall il-bażi tat-teħid ta' kampjuni għall-operazzjonijiet li jridu jiġu vverifikati, li l-awtorità tal-verifika għandha tosserva fl-istabbiliment jew fl-approvazzjoni tal-metodu tat-teħid ta' kampjuni, inkluż id-determinazzjoni tal-unità tat-teħid tal-kampjuni, diversi kriterji tekniċi li jiġu użati għall-kampjun u fejn meħtieġ, il-fatturi li jridu jittieħdu in kunsiderazzjoni fit-teħid ta' kampjuni addizzjonali.

(10)

L-awtorità tal-verifika għandha tfassal opinjoni dwar il-verifika li tkopri l-kontijiet imsemmija fir-Regolament (UE) Nru 223/2014. Sabiex jiġi żgurat li l-ambitu u l-kontenut tal-awditi dwar il-kontijiet huma adegwati u li huma mwettqa skont l-istess standards fl-Istati Membri kollha, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet li dawn iridu jimxu magħhom.

(11)

Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali u t-trattament ugwali tal-Istati Membri kollha fit-teħid tal-korrezzjonijiet finanzjarji, konsistenti mal-prinċipju tal-proporzjonalità, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti l-kriterji għad-determinazzjoni tan-nuqqasijiet serji fil-funzjonament effettiv tas-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll, li jiġu ddefiniti t-tipi ewlenin ta' dawn in-nuqqasijiet u li jiġu stabbiliti l-kriterji għall-istabbiliment tal-livell ta' korrezzjoni finanzjarja li tiġi applikata u l-kriterji għall-applikazzjoni ta' korrezzjonijiet finanzjarji ta' rati fissi jew estrapolati.

(12)

Sabiex tiġi permessal-applikazzjoni immedjata tal-miżuri previsti f'dan ir-Regolament, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet li ġejjin li jissupplimentaw ir-Regolament (UE) Nru 223/2014:

(a)

ir-regoli li jispeċifikaw l-informazzjoni fir-rigward tad-dejta li trid tiġi rreġistrata u maħżuna f'forma kompjuterizzata fi ħdan is-sistema ta' sorveljanza stabbilita mill-awtorità maniġerjali;

(b)

ir-rekwiżiti minimi dettaljati għar-rekord għall-verifika fir-rigward tar-rekords kontabilistiċi li jridu jinżammu u d-dokumenti ta' sostenn li jridu jsiru fil-livell tal-awtorità taċ-ċertifikazzjoni, l-awtorità maniġerjali, il-korpi intermedji u l-benefiċjarji;

(c)

l-iskop u l-kontenut tal-awditi tal-operazzjonijiet u l-awditi tal-kontijiet u l-metodoloġija għall-għażla tal-kampjun tal-operazzjonijiet;

(d)

ir-regoli dettaljati dwar l-użu tad-dejta miġbura matul l-awditi mwettqa mill-uffiċjali tal-Kummissjoni jew mir-rappreżentanti awtorizzati tal-Kummissjoni;

(e)

ir-regoli dettaljati dwar il-kriterji għad-determinazzjoni ta' nuqqasijiet serji fil-funzjonament effettiv tas-sistemi tal-ġestjoni u l-kontroll, inkluż it-tipi ewlenin ta' dawn in-nuqqasijiet, il-kriterji għall-istabbiliment tal-livell ta' korrezzjoni finanzjarja li tiġi applikata u l-kriterji għall-applikazzjoni ta' korrezzjonijiet finanzjarji ta' rati fissi jew estrapolati.

KAPITOLU II

DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦAS-SISTEMI TAL-ĠESTJONI U L-KONTROLL

Artikolu 2

Id-dejta li trid tiġi rreġistrata u maħżuna f'forma kompjuterizzata

(Artikolu 32(8) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014)

1.   L-informazzjoni dwar id-dejta li trid tiġi rreġistrata u maħżuna f'forma kompjuterizzata għal kull operazzjoni fis-sistema ta' sorveljanza imfassla skont l-Artikolu 32(2)(d) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014 hija stabbilita fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

2.   Id-dejta tiġi rreġistrata u maħżuna għal kull operazzjoni inkluż, fil-każ tal-operazzjonijiet appoġġjati mill-OP II, id-dejta dwar il-parteċipanti individwali, maqsuma skont is-sess fejn disponibbli, sabiex fejn dan huwa meħtieġ tippermetti li tiġi aggregata għall-finijiet tas-sorveljanza, l-evalwazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja, il-verifikazzjoni u l-verifika. Hija tippermetti wkoll l-aggregazzjoni ta' din id-dejta b'mod kumulattiv għall-perjodu sħiħ ta' pprogrammar.

Artikolu 3

Ir-rekwiżiti minimi fid-dettall għar-rekord għall-verifika

(Artikolu 32(9) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014)

1.   Ir-rekwiżiti minimi ddettaljati għar-rekord għall-verifika fir-rigward tar-rekords tal-kontabbiltà li għandhom jinżammu u d-dokumenti ta' sostenn li għandhom jinżammu, għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a)

ir-rekord għall-verifika għandu jippermetti li tiġi vverifikata l-applikazzjoni tal-kriterji tal-għażla stabbiliti fil-programm operatorju għall-ikel u/jew l-assistenza materjali bażiku (OP I), jew mill-kumitat ta' monitoraġġ għall-OP II;

(b)

fir-rigward tal-għotjiet taħt l-Artikolu 25(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014, ir-rekord għall-verifika għandu jippermetti li l-ammonti aggregati ċċertifikati lill-Kummissjoni jiġu rikonċiljati mar-rekords kontabilistiċi ddettaljati u d-dokumenti ta' appoġġ miżmuma mill-awtorità taċ-ċertifikazzjoni, l-awtorità maniġerjali, il-korpi intermedjarji u l-benefiċjarji fir-rigward tal-operazzjonijiet kofinanzjati taħt il-programm operazzjonali;

(c)

fir-rigward tal-għotjiet taħt l-Artikoli 25(1)(b) u (c), ir-rekord għall-verifika għandu jippermetti li l-ammonti aggregati ċċertifikati lill-Kummissjoni jiġu rikonċiljati mad-dejta ddettaljata relatata mal-produzzjoni jew ir-riżultati u d-dokumenti ta' sostenn miżmuma mill-awtorità taċ-ċertifikazzjoni, l-awtorità maniġerjali, il-korpi intermedjarji u l-benefiċjarji, inkluż fejn ikun applikabbli dokumenti dwar il-metodu biex jiġu stabbiliti tabelli standard ta' kostijiet unitarji u s-somom f'daqqa, fir-rigward tal-operazzjonijiet kofinanzjati taħt il-programm operazzjonali;

(d)

fir-rigward tal-ispejjeż determinati skont l-Artikoli 25(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014, ir-rekord għall-verifika għandu juri u jiġġustifika l-metodu ta' kalkolu, fejn ikun applikabbli, u l-bażi fuq liema ġew deċiżi r-rati fissi, u l-ispejjeż diretti eliġibbli jew l-ispiża ddikjarata taħt kategoriji oħra magħżula għal liema tapplika r-rata fissa;

(e)

fir-rigward tal-ispejjeż determinati skont l-Artikolu 26(2)(b),(c), (e) u 26(3) it-tieni parti), tar-Regolament (UE) Nru 223/2014, ir-rekord għall-verifika għandu jippermetti li jiġu sostanzjati l-ispejjeż diretti eliġibbli jew l-ispiża ddikjarata taħt kategoriji oħra ta' spejjeż li tapplika għalihom ir-rata fissa;

(f)

ir-rekord għall-verifika għandu jippermetti li tiġi vverifikata l-kontribuzzjoni pubblika lill-benefiċjarju;

(g)

għal kull operazzjoni, kif ikun xieraq, ir-rekord għall-verifika għandu jinkludi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-pjan ta' finanzjament, id-dokumenti li jikkonċernaw l-approvazzjoni tal-għotja, id-dokumenti relatati mal-proċeduri ta' akkwist pubbliku, ir-rapporti mill-benefiċjarju u r-rapporti dwar l-awditi u l-awditjar imwettaq;

(h)

ir-rekord għall-verifika għandu jinkludi informazzjoni dwar il-verifiki u l-awditi tal-ġestjoni mwettaq fuq l-operazzjoni;

(i)

ir-rekord għall-verifika għandu jippermetti li tiġi rikonċiljata dejta fir-rigward tal-indikaturi tal-produzzjoni għall-operazzjoni mad-dejta u r-riżultat irrapportat u, fejn ikun xieraq, il-miri għall-programm;

Għall-ispejjeż imsemmija fil-punti (c) u (d), ir-rekord għall-verifika għandu jippermetti li jiġi vverifikat il-metodu ta' kalkolu użat mill-awtorità maniġerjali għall-konformità mal-Artikolu 25(3) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014.

2.   L-awtorità maniġerjali għandha tiżgura li huwa disponibbli rekord tal-identità u l-post tal-korpi li għandhom dokumenti ta' sostenn meħtieġa biex jiġi vverifikat rekord għall-verifika xieraq li jissodisfa r-rekwiżiti minimi kollha stabbiliti fil-paragrafu 1.

Artikolu 4

Użu ta' dejta miġbura matul l-awditi mwettqa mill-uffiċjali tal-Kummissjoni jew rappreżentanti awtorizzati tal-Kummissjoni

(Artikolu 34(8) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014)

1.   Il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex tevita kwalunkwe żvelar mhux awtorizzat tad-dejta miġbura mill-Kummissjoni matul l-awditi tagħha jew l-aċċess għaliha.

2.   Il-Kummissjoni għandha tuża d-dejta miġbura matul l-awditi tagħha għall-iskop uniku li tissodisfa r-responsabbiltajiet tagħha skont l-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) Nru 223/2014. Il-Qorti tal-Awdituri u l-Uffiċċju Ewropew kontra l-Frodi għandu jkollhom aċċess għad-dejta miġbura.

3.   Id-dejta miġbura ma għandhiex tintbagħat lil persuni oħrajn għajr dawk fl-Istati Membri jew f'istituzzjonijiet tal-Unjoni li dmirjiethom jitolbu li jkollhom aċċess għaliha skont ir-regoli applikabbli mingħajr il-qbil espliċitu tal-Istat Membru li jforni d-dejta.

Artikolu 5

Awditi tal-operazzjonijiet

(Artikolu 34(7) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014)

1.   Għandhom jitwettqu awditi tal-operazzjonijiet fir-rigward ta' kull sena tal-kontabbiltà fuq kampjun ta' operazzjonijiet magħżula b'metodu stabbilit jew approvat minn awtorità tal-awditjar skont l-Artikolu 6 ta' dan ir-Regolament.

2.   L-awditi tal-operazzjonijiet għandhom jitwettqu abbażi tad-dokumenti ta' sostenn li jikkostitwixxu r-rekords għall-verifika u għandhom jivverifikaw il-legalità u r-regolarità tan-nefqa ddikjarata lill-Kummissjoni, inkluż l-aspetti li ġejjin:

(a)

li l-operazzjoni ntgħażlet skont il-kriterji tal-għażla għall-programm operazzjonali, li ma tlestietx fiżikament jew ma ġietx implimentata b'mod sħiħ qabel ma l-benefiċjarju ssottometta l-applikazzjoni għall-finanzjament taħt il-programm operazzjonali, ġiet implimentata skont id-deċiżjoni ta' approvazzjoni u ssodisfat kwalunkwe kundizzjoni applikabbli meta sar l-awditjar dwar il-funzjonalità, l-użu u l-objettivi tagħha li għandhom jinkisbu;

(b)

li n-nefqa ddikjarata lill-Kummissjoni tikkorrispondi għar-rekords kontabilistiċi u li d-dokumentazzjoni ta' sostenn meħtieġa turi rekord għall-verifika xieraq kif stabbilit fl-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament;

(c)

li għan-nefqa ddikjarata lill-Kummissjoni stabbilita skont l-Artikolu 25(1)(b) u (c), ikunu twasslu l-produzzjoni u r-riżultati li jsostnu l-pagamenti lill-benefiċjarju, id-dejta tal-parteċipanti, fejn ikun applikabbli, jew rekords oħra relatati mal-produzzjoni u r-riżultati huma konsistenti mal-informazzjoni sottomessa lill-Kummissjoni u li d-dokumentazzjoni ta' sostenn meħtieġa turi rekord għall-verifika xieraq kif stabbilit fl-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament.

L-awditi għandhom jivverifikaw ukoll li l-kontribuzzjoni pubblika tkun tħallset lill-benefiċjarju skont l-Artikolu 42(2) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014.

3.   L-awditi tal-operazzjonjiet għandhom, fejn ikun applikabbli, jinkludu verifiki fuq il-post tal-implimentazzjoni fiżika tal-operazzjoni.

4.   L-awditi tal-operazzjonijiet għandhom jivverifikaw il-preċizjoni u l-kompletezza tan-nefqa korrispondenti rreġistrata mill-awtorità taċ-ċertifikazzjoni fis-sistema kontabilistika tagħha u r-rikonċiljazzjoni tar-rekords għall-verifika fil-livelli kollha.

5.   Fejn il-problemi misjuba jidhru li fin-natura tagħhom huma sistemiċi u għalhekk jinvolvu riskju għal operazzjonijiet oħrajn taħt il-programm operazzjonali, l-awtorità tal-awditjar għandha tiżgura eżaminazzjoni ulterjuri, inkluż, fejn ikun meħtieġ, awditi addizzjonali biex tiġi stabbilita l-iskala ta' tali problemi, u għandha tirrakkomanda l-azzjonijiet korrettivi meħtieġa.

6.   Mal-ammont ta' nefqa vverifikat, għandha tingħadd biss in-nefqa li taqa' taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' awditjar li jitwettaq skont il-paragrafu 1, għall-finijiet ta' rapportar lill-Kummissjoni dwar il-kopertura annwali. Għal dawk il-finijiet, għandu jintuża l-mudell għar-rapport ta' kontroll stabbilit abbażi tal-Artikolu 34(6) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014.

Artikolu 6

Metodoloġija għall-għażla tal-kampjun tal-operazzjonijiet

(Artikolu 34(7) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014)

1.   L-awtorità tal-awditjar għandha tistabbilixxi l-metodu għall-għażla tal-kampjun (“il-metodu ta' kampjunar”) skont ir-rekwiżiti stabbiliti f'dan l-Artikolu, filwaqt li jitqiesu l-istandards aċċettati fuq livell internazzjonali, INTOSAI, IFAC jew IIA.

2.   Minbarra l-ispjegazzjonijiet mogħtija fl-istrateġija tal-awditjar, l-awtorità tal-awditjar għandha żżomm rekord tad-dokumentazzjoni u l-opinjoni professjonali użata biex jiġu stabbiliti l-metodi ta' kampjunar, li jkopru l-ippjanar, l-għażla, l-ittestjar u l-istadji tal-evalwazzjoni, sabiex jintwera li l-metodu stabbilit huwa xieraq.

3.   Kampjun għandu jkun rappreżentattiv tal-popolazzjoni minn fejn jintgħażel u jippermetti lill-awtorità tal-awditjar tasal għal opinjoni tal-awditjar valida skont l-Artikolu 34(5)(a) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014. Dik il-popolazzjoni għandha tinkludi n-nefqa ta' programm operazzjonali li huwa inkluż fl-applikazzjonijiet għall-ħlas sottomessi lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) Nru 223/2014 għal sena tal-kontabbiltà partikolari. Il-kampjun jista' jintgħażel matul jew wara s-sena tal-kontabbiltà.

4.   Għall-fini tal-applikazzjoni tal-Artikolu 34(1) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014, metodu ta' kampjunar huwa statistiku meta jiżgura:

(i)

għażla b'mod każwali tal-oġġetti fil-kampjun;

(ii)

l-użu tat-teorija ta' probabbiltà biex jiġu evalwati r-riżultati tal-kampjun, inkluż il-kejl u l-kontroll tar-riskju tal-kampjunar u tal-preċiżjoni ppjanata u milħuqa.

5.   Il-metodu tal-kampjunar għandu jiżgura għażla b'mod każwali ta' kull unità fil-popolazzjoni billi juża numri każwali ġġenerati għal kull unità sabiex jintgħażlu l-unitajiet li jikkostitwixxu l-kampjun jew permezz ta' għażla sistematika billi juża punt ta' bidu każwali u billi japplika regola sistematika biex jintgħażlu l-oġġetti addizzjonali.

6.   L-unità għandha tiġi stabbilita mill-awtorità tal-awditjar, abbażi ta' opinjoni professjonali. L-unità tista' tkun operazzjoni, proġett f'operazzjoni jew talba għall-ħlas minn benefiċjarju. Fir-rapport ta' kontroll għandha tiġi inkluża informazzjoni dwar it-tip ta' unità ddeterminata u dwar l-opinjoni professjonali użata għal dak il-għan.

7.   Fejn in-nefqa totali relatata mal-unità għas-sena tal-kontabbiltà hija ammont negattiv, din għandha tiġi eskluża mill-popolazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 ta' hawn fuq u għandha tiġi awditjata b'mod separat. L-awtorità tal-awditjar tista' tieħu wkoll kampjun ta' din il-popolazzjoni separata.

8.   Fejn japplikaw kundizzjonijiet għall-kontroll proporzjonali pprovduti fl-Artikolu 58(1) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014, l-awtorità tal-awditjar tista' teskludi l-oġġetti msemmija f'dak l-Artikolu mill-popolazzjoni li ser jittieħed kampjun minnha. Jekk l-operazzjoni kkonċernata tkun diġà ntgħażlet fil-kampjun, l-awtorità tal-awditjar għandha tissostitwixxiha permezz ta' għażla b'mod każwali xierqa.

9.   In-nefqa kollha ddikjarata lill-Kummissjoni fil-kampjun għandha tkun soġġetta għall-awditjar.

Fejn l-unitajiet magħżula jinkludu numru kbir ta' talbiet għal ħlas jew fatturi sottostanti, l-awtorità tal-awditjar tista' tivverifikahom permezz ta' sottokampjunar, billi tagħżel it-talbiet għall-ħlas sottostanti jew il-fatturi billi tuża l-istess parametri ta' kampjunar użati biex jintgħażlu l-unitajiet tal-kampjun ewlieni.

F'dak il-każ, id-daqsijiet xierqa tal-kampjun għandhom jiġu kkalkolati f'kull unità sabiex jiġu vverifikati u, fi kwalunkwe każ, ma għandhomx ikunu inqas minn 30 talba għall-ħlas sottostanti jew fatturi għal kull unità.

10.   L-awtorità tal-awditjar tista' tqassam fi grupp popolazzjoni, billi taqsam popolazzjoni f'sottopopolazzjonijiet, li kull waħda minnhom hija grupp ta' unitajiet li għandhom karatteristiċi simili, b'mod partikolari f'termini ta' riskju jew rata ta' żball mistennija jew fejn il-popolazzjoni tinkludi operazzjonijiet li jikkonsistu minn kontribuzzjonijiet finanzjarji minn programm operazzjonali għal oġġetti ta' valur għoli.

11.   L-awtorità tal-awditjar għandha tevalwa l-affidabbiltà tas-sistema bħala għolja, medja jew baxxa, filwaqt li tqis ir-riżultati tal-awditi tas-sistema biex tiddetermina l-parametri tekniċi tal-kampjunar biex b'hekk il-livell ikkombinat ta' assigurazzjoni miksub mill-awditi tas-sistemi u l-awditi tal-operazzjonijiet ikun għoli. Għal sistema vvalutata bħala li għandha affidabbiltà għolja, il-livell ta' fiduċja użat għall-operazzjonijiet ta' kampjunar ma għandux ikun inqas minn 60 %. Għal sistema vvalutata bħala li għandha affidabbiltà baxxa, il-livell ta' fiduċja użat għall-operazzjonijiet ta' kampjunar ma għandux ikun inqas minn 90 %. Il-livell massimu ta' materjalità għandu jkun 2 % tan-nefqa msemmija fil-paragrafu 3.

12.   Fejn jinstabu irregolaritajiet jew riskju ta' irregolaritajiet, l-awtorità tal-awditjar għandha tiddeċiedi abbażi ta' opinjoni professjonali jekk huwiex meħtieġ li jsir awditjar ta' kampjun kumplimentari tal-operazzjonijiet addizzjonali jew partijiet tal-operazzjonijiet li ma ġewx ivverifikati fil-kampjun każwali sabiex jingħata kas tal-fatturi ta' riskju speċifiċi identifikati.

13.   L-awtorità tal-awditjar tanalizza r-riżultati tal-awditi tal-kampjun kumplimentari separatament, toħroġ b'konklużjonijiet imsejsa fuq dawk ir-riżultati u tikkomunikahom lill-Kummissjoni fir-rapport annwali tal-kontroll. L-irregolaritajiet li joħorġu fil-kampjun kumplimentari ma jiġux inklużi fil-kalkolu tal-iżball każwali proġettat tal-kampun każwali.

14.   Abbażi tar-riżultati tal-awditi tal-operazzjonijiet għall-finijiet tal-opinjoni tal-awditjar u r-rapport ta' kontroll imsemmi fl-Artikolu 34(5)(a) u (b) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014, l-awtorità tal-awditjar għandha tikkalkula rata ta' żball totali, li għandha tkun it-total tal-iżbalji każwali proġettati u, jekk ikun applikabbli, l-iżbalji sistemiċi u l-iżbalji anomali li ma jkunux ġew korretti, diviż bil-popolazzjoni.

Artikolu 7

Awditi tal-kontijiet

(Artikolu 34(7) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014)

1.   L-awditi tal-kontijiet imsemmi fl-Artikolu 49(1) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014 għandu jitwettaq mill-awtorità tal-awditjar fir-rigward ta' kull sena tal-kontabbiltà.

2.   L-awditjar tal-kontjiet għandu jipprovdi assigurazzjoni raġonevoli dwar il-kompletezza, l-eżattezza u l-veraċità tal-ammonti ddikjarati fil-kontijiet.

3.   Għall-finijiet tal-paragrafi 1 u 2, l-awtorità tal-awditjar għandha tqis, b'mod partikolari, ir-riżultati tal-awditi tas-sistema mwettaq fuq l-awtorità taċ-ċertifikazzjoni u l-awditi fuq l-operazzjonijiet.

4.   L-awditjar tas-sistema għandu jinkludi verifika tal-affidabbiltà tas-sistema kontabilistika tal-awtorità taċ-ċertifikazzjoni u, fuq bażi ta' kampjun, tal-eżattezza tan-nefqa tal-ammonti rtirati u l-ammonti rkuprati rreġistrati fis-sistema kontabilistika tal-awtorità taċ-ċertifikazzjoni.

5.   Għall-fini tal-opinjoni tal-awditjar, sabiex jiġi konkluż li l-kontijiet jagħtu stampa reali u ġusta, l-awtorità tal-awditjar għandha tivverifika li l-elementi kollha meħtieġa mill-Artikolu 49 tar-Regolament (UE) Nru 223/2014 huma inklużi b'mod korrett fil-kontijiet u jikkorrispondu għar-rekords kontabilistiċi ta' sostenn miżmuma mill-awtoritajiet jew mill-korpi kollha rilevanti u l-benefiċjarji matul ix-xogħol tal-awditjar imwettaq mill-awtortà tal-awditjar. L-awtorità tal-awditjar b'mod partikolari, abbażi tal-kontijiet li għandhom jiġu pprovduti mill-awtorità taċ-ċertifikazzjoni, għandha tivverifika li:

(a)

l-ammont totali ta' nefqa pubblika eliġibbli ddikjarata skont l-Artikolu 49(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014 jaqbel man-nefqa u l-kontribuzzjoni pubblika korrispondenti inkluża fl-applikazzjonijiet għal ħlas sottomessi lill-Kummissjoni għas-sena tal-kontabbiltà rilevanti u, jekk ikun hemm differenzi, li jkunu ngħataw spjegazzjonijiet xierqa fil-kontijiet għall-ammonti ta' rikonċiljazzjoni;

(b)

l-ammonti rtirati u rkuprati matul is-sena tal-kontabbiltà, l-ammonti li għandhom jiġu rkuprati fi tmiem is-sena tal-kontabbiltà u l-ammonti irrekuperabbli ppreżentati fil-kontijiet jikkorrispondu għall-ammonti mdaħħla fis-sistemi kontabilistiċi tal-awtorità taċ-ċertifikazzjoni u huma bbażati fuq deċiżjonijiet mill-awtorità maniġerjali responsabbli jew l-awtorità taċ-ċertifikazzjoni;

(c)

in-nefqa ġiet eskluża mill-kontijiet skont l-Artikolu 49(2) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014, fejn ikun applikabbli, u li l-korrezzjonijiet meħtieġa kollha huma riflessi fil-kontijiet għas-sena tal-kontabbiltà kkonċernata;

Il-verifiki msemmija fil-punti (b) u (c) jistgħu jitwettqu fuq bażi ta' kampjun.

KAPITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦALL-ĠESTJONI FINANZJARJA U L-KORREZZJONIJIET FINANZJARJI

Artikolu 8

Kriterji biex jiġu stabbiliti nuqqasijiet serji fil-funzjonament effettiv tas-sistemi ta' ġestjoni u kontroll

(Artikolu 55(4) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014)

1.   Il-Kummissjoni għandha tibbaża l-valutazzjoni tagħha tal-funzjonament effettiv tas-sistemi ta' ġestjoni u kontroll fuq ir-riżultati tal-awditi tas-sistemi kollha disponibbli, inkluż testijiet tal-kontrolli, u ta' awditi tal-operazzjonijiet.

Il-valutazzjoni għandha tkopri l-ambjent ta' kontroll intern tal-programm, l-attivitajiet ta' ġestjoni u kontroll tal-awtoritajiet maniġerjali u taċ-ċertifikazzjoni, il-monitiraġġ mill-awtorità maniġerjali u taċ-ċertifikazzjoni, u l-attivitajiet ta' kontroll tal-awtorità tal-awditjar u għandha tkun ibbażata fuq il-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti ewlenin stabbiliti fit-Tabella 1 tal-Anness II.

Is-sodisfar ta' dawn ir-rekwiżiti ewlenin għandu jiġi vvalutat abbażi tal-kategoriji stabbiliti fit-Tabella 2 tal-Anness II.

2.   It-tipi ewlenin ta' nuqqas serju fil-funzjonament effettiv tas-sistema ta' ġestjoni u kontroll għandhom ikunu l-każijiet fejn kwalunkwe wieħed mir-rekwiżiti ewlenin imsemmija fil-punti 2, 4, 5, 13, 15, 16 u 18 tat-Tabella 1 tal-Anness II, jew tnejn jew aktar mir-rekwiżiti ewlenin l-oħra fit-Tabella 1 tal-Anness II jiġu vvalutati bħala li jaqgħu taħt il-kategoriji 3 jew 4 stabbiliti fit-Tabella 2 tal-Anness II.

Artikolu 9

Kriterji biex jiġu applikati rati fissi jew korrezzjonijiet finanzjarji estrapolati u kriterji għad-determinazzjoni tal-livell ta' korrezzjoni finanzjarja

(Artikolu 55(4) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014)

1.   Għandhom jiġu applikati korrezzjonijiet finanzjarji għal programm operazzjonali kollu jew parti minnu, fejn il-Kummissjoni tidentifika nuqqas serju wieħed jew aktar fil-funzjonament tas-sistema ta' ġestjoni u kontroll.

Minkejja l-ewwel sottoparagrafu, għandhom jiġu applikati korrezzjonijiet finanzjarji estrapolati, għal programm operazzjonali kollu jew parti minnu, fejn il-Kummissjoni tidentifika irregolaritajiet sistematiċi f'kampjun rappreżentattiv ta' operazzjonijiet, li jippermettu kwantifikazzjoni aktar eżatta tar-riskju għall-baġit tal-Unjoni. F'dan il-każ, ir-riżultati tal-eżaminazzjoni tal-kampjun rappreżentattiv għandhom jiġu estrapolati għall-bqija tal-popolazzjoni minn fejn ittieħed il-kampjun għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-korrezzjoni finanzjarja.

2.   Il-livell ta' korrezzjoni b'rata fissa għandu jiġi stabbilit filwaqt li jitqiesu l-elementi li ġejjin:

(a)

l-importanza relattiva tan-nuqqas serju jew in-nuqqasijiet serji fil-kuntest tas-sistema ta' ġestjoni u kontroll kollha kemm hi;

(b)

il-frekwenza u l-firxa tan-nuqqas serju jew in-nuqqasijiet serji;

(c)

il-grad ta' riskju ta' telf għall-baġit tal-Unjoni.

3.   Filwaqt li jitqiesu dawn l-elementi, il-livell ta' korrezzjoni finanzjarja għandu jiġi stabbilit kif ġej:

(a)

fejn in-nuqqas serju jew in-nuqqasijiet serji fis-sistema ta' ġestjoni u kontroll huma tant fundamentali, frekwenti jew mifruxin li jirrappreżentaw falliment totali tas-sistema, liema falliment ipoġġi f'riskju l-legalità u r-regolarità tan-nefqa kollha kkonċernata, għandha tiġi applikata rata fissa ta' 100 %;

(b)

fejn in-nuqqas serju jew in-nuqqasijiet serji fis-sistema ta' ġestjoni u kontroll huma tant frekwenti u mifruxin li jirrappreżentaw falliment estremament serju fis-sistema, liema falliment ipoġġi f'riskju l-legalità u r-regolarità ta' proporzjon għoli ħafna min-nefqa kkonċernata, għandha tiġi applikata rata fissa ta' 25 %;

(c)

fejn in-nuqqas serju jew in-nuqqasijiet serji fis-sistema ta' ġestjoni u kontroll huma dovuti għall-fatt li s-sistema mhijiex tiffunzjona b'mod sħiħ jew qiegħda tiffunzjona b'mod tant ħażin jew b'mod tant mhux frekwenti li tpoġġi f'riskju l-legalità u r-regolarità ta' proporzjon għoli mill-infiq ikkonċernat, għandha tiġi applikata rata fissa ta' 10 %;

(d)

fejn in-nuqqas serju jew in-nuqqasijiet serji fis-sistema ta' ġestjoni u kontroll huma dovuti għall-fatt li s-sistema mhijiex tiffunzjona b'mod konsistenti u b'hekk tpoġġi f'riskju l-legalità u r-regolarità ta' proporzjon sinifikanti min-nefqa kkonċernata, għandha tiġi applikata rata fissa ta' 5 %.

4.   Fejn l-applikazzjoni ta' rata fissa stabbilita skont il-paragrafu 3 tkun sproporzjonata, il-livell ta' korrezzjoni għandu jitnaqqas.

5.   Fejn, minħabba nuqqas tal-awtoritajiet responsabbli biex jieħdu miżuri korrettivi wara l-applikazzjoni ta' korrezzjoni finanzjarja f'sena tal-kontabbiltà, l-istess nuqqas serju jew nuqqasijiet serji huma identifikati f'sena tal-kontabbiltà sussegwenti, ir-rata ta' korrezzjoni tista', minħabba l-persistenza tan-nuqqas serju jew in-nuqqasijiet serji, tiżdied għal livell li ma jaqbiżx dak tal-kategorija ogħla li jmiss.

Artikolu 10

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 3 għandu japplika mill-1 ta' Diċembru 2014, fir-rigward tal-informazzjoni dwar id-dejta rreġistrata u maħżuna msemmija fl-Anness I.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Marzu 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  Ir-Regolament (UE) Nru 223/2014 tal-Parlament u tal-Kunsill dwar il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (ĠU L 72, 12.3.2014, p. 1).


ANNESS I

Lista tad-dejta li trid tiġi rreġistrata u maħżuna f'forma kompjuterizzata fis-sistema ta' monitoraġġ (imsemmija fl-Artikolu 2)

Id-dejta hija meħtieġa għal operazzjonijiet appoġġjati minn OP I u OP II (1) sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fit-tieni kolonna.

Entrati tad-dejta

Indikazzjoni tat-tip ta' OP li għalih mhijiex meħtieġa dejta

Dejta dwar il-benefiċjarju (2)

1.

L-isem jew identifikatur uniku ta' kull benefiċjarju

 

2.

Informazzjoni dwar jekk il-benefiċjarju huwiex korp tal-liġi pubblika jew korp tal-liġi privata

 

3.

Informazzjoni dwar jekk il-VAT fuq l-infiq imġarrab mill-benefiċjarju huwiex irrekuperabbli skont il-leġiżlazzjoni tal-VAT nazzjonali

 

4.

Id-dettalji ta' kuntatt tal-benefiċjarju

 

Dejta dwar l-operazzjoni

5.

Isem jew identifikatur uniku tal-operazzjoni

 

6.

Deskrizzjoni fil-qosor tal-operazzjoni

 

7.

Id-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni għall-operazzjoni

 

8.

Id-data tal-bidu kif indikata fid-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ

 

9.

Id-data tat-tmiem kif indikata fid-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ

 

10.

Id-data attwali meta l-operazzjoni tkun fiżikament ikkompletata jew implimentata kompletament

 

11.

Il-korp li joħroġ id-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ

 

12.

Id-data tal-ħruġ tad-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ

 

13.

Il-munita tal-operazzjoni

 

14.

CCI tal-programm li minnu l-operazzjoni hija appoġġata

 

15.

Tip(i) ta' assistenza materjali indirizzata

Mhux applikabbli għall-OP II

16.

Tip(i) ta' azzjonijiet appoġġjati

Mhux applikabbli għall-OP I

17.

Kodiċi(jiet) għall-forma tal-finanzjament

 

18.

Kodiċi(jiet) għall-post

 

19.

Kwantità ta' ikel mixtri minn korp pubbliku jew organizzazzjoni msieħba, fejn ikun applikabbli

Mhux applikabbli għall-OP II

20.

Kwantità ta' ikel miksub minn korp pubbliku, fejn ikun applikabbli, skont l-Artikolu 23(4) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014, fejn ikun applikabbli

Mhux applikabbli għall-OP II

21.

Kwantità ta' ikel mogħti lill-organizzazzjonijiet imsieħba, fejn ikun applikabbli

Mhux applikabbli għall-OP II

22.

Kwantità ta' ikel mogħti lir-riċevituri aħħarin, fejn ikun applikabbli

Mhux applikabbli għall-OP II

23.

Kwantità ta' assistenza materjali bażika mixtrija minn korp pubbliku jew organizzazzjoni msieħba, fejn ikun applikabbli

Mhux applikabbli għall-OP II

24.

Kwantità ta' assistenza materjali bażika mogħtija lill-organizzazzjonijiet imsieħba, fejn ikun applikabbli

Mhux applikabbli għall-OP II

25.

Kwantità ta' assistenza materjali bażika mogħtija lir-riċevituri aħħarin, fejn ikun applikabbli

Mhux applikabbli għall-OP II

Dejta dwar indikaturi

26.

Titlu tal-indikaturi komuni rilevanti għall-operazzjoni

 

27.

Identifikatur għall-indikaturi komuni rilevanti għall-operazzjoni

 

28.

Livell ta' lħuq tal-indikaturi komuni għal kull sena ta' implimentazzjoni jew fit-tmiem tal-operazzjoni

 

29.

Titlu tal-indikaturi speċifiċi għal kull programm rilevanti għall-operazzjoni

Mhux applikabbli għall-OP I

30.

Identifikatur għall-indikaturi speċifiċi għal kull programm rilevanti għall-operazzjoni

Mhux applikabbli għall-OP I

31.

Miri speċifiċi għall-indikaturi tal-produzzjoni speċifiċi għal kull programm

Mhux applikabbli għall-OP I

32.

Livell ta' lħuq tal-indikaturi tal-output speċifiċi għal kull programm għal kull sena ta' implimentazzjoni jewfit-tmiem tal-operazzjoni,

Mhux applikabbli għall-OP I

33.

Unità ta' kejl għal kull indikatur tal-output

Mhux applikabbli għall-OP I

34.

Linja ta' referenza għall-indikaturi tar-riżultati

Mhux applikabbli għall-OP I

35.

Livell ta' mira għall-indikaturi tar-riżultati

Mhux applikabbli għall-OP I

36.

Unità ta' kejl għal kull mira u valur ta' bażi tar-riżultati

Mhux applikabbli għall-OP I

37.

Unità ta' kejl għal kull indikatur tal-output

 

Dejta finanzjarja dwar kull operazzjoni (fil-munita applikabbli għall-operazzjoni)

38.

L-ammont tal-ispiża totali eliġibbli tal-operazzjoni approvata fid-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ

 

39.

L-ammont totali ta' spejjeż eliġibbli li jikkostitwixxu nefqa pubblika kif definita fl-Artikolu 2 (12) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014

 

40.

L-ammont tal-appoġġ pubbliku, kif indikat fid-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ

 

Dejta dwar pretensjonijiet ta' ħlasijiet mill-benefiċjarju (fil-munita applikabbli għall-operazzjoni)

41.

Data tal-irċevuta ta' kull pretensjoni ta' pagament mingħand il-benefiċjarju

 

42.

Data ta' kull pagament lill-benefiċjarju abbażi ta' pretensjoni ta' pagament

 

43.

Ammont ta' nefqa eliġibbli fi pretensjoni ta' pagament li tifforma l-bażi għal kull pagament lill-benefiċjarju

 

44.

Ammont ta' nefqa pubblika kif definita fl-Artikolu 2(12) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014 li jikkorrispondi man-nefqa eliġibbli li tifforma l-bażi għal kull ħlas

 

45.

Ammont ta' kull pagament lill-benefiċjarju abbażi ta' pretensjoni ta' pagament

 

46.

Id-data tal-bidu tal-verifiki fuq il-post tal-operazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 32(5)(b) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014

 

47.

Data ta' awditjar fuq il-post tal-operazzjoni skont l-Artikolu 34(1) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014 u l-Artikolu 6 ta' dan ir-Regolament

 

48.

Il-korp li gћamel l-awditu jew il-verifika

 

Dejta dwar l-infiq fi pretensjoni ta' pagament minn benefiċjarju bbażata fuq l-ispejjeż reali (fil-munita applikabbli għall-operazzjoni)

49.

Nefqa pubblika eliġibbli ddikjarata lill-Kummissjoni stabbilita abbażi tal-ispejjeż effettivament imġarrba u mħallsa

 

50.

L-infiq pubbliku kif iddefinit fl-Artikolu 2(12) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014 li jikkorrispondi għan-nefqa eliġibbli ddikjarata lill-Kummissjoni stabbilita fuq il-bażi ta' rata fissa

 

51.

It-tip ta' kuntratt jekk l-għoti tal-kuntratt ikun suġġett għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/18/KE (3) (xogħlijiet/forniment ta' servizzi/forniment ta' oġġetti) jew id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4)

 

52.

L-ammont tal-kuntratt jekk l-għoti tal-kuntratt ikun suġġett għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/18/KE jew id-Direttiva 2014/23/UE

 

53.

L-ammont eliġibbli mġarrab u mħallas ibbażat fuq kuntratt jekk il-kuntratt ikun suġġett għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/18/KE jew id-Direttiva 2014/23/UE

 

54.

Il-proċedura tal-akkwist użata jekk l-għoti tal-kuntratt ikun suġġett għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/18/KE jew id-Direttiva 2014/23/UE

 

55.

Isem jew identifikatur uniku tal-kuntratt jekk l-għoti tal-kuntratt huwa soġġett għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2014/23/UE

 

Dejta dwar l-infiq fi pretensjoni ta' pagament minn benefiċjarju bbażata fuq skali standard ta' spejjeż għal kull unità (ammonti fil-munita applikabbli għall-operazzjoni)

56.

L-ammont tan-nefqa eliġibbli ddikjarata lill-Kummissjoni stabbilita fuq il-bażi ta' skali standard ta' spejjeż għal kull unità

 

57.

L-infiq pubbliku kif iddefinit fl-Artikolu 2(12) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014 li jikkorrispondi għan-nefqa eliġibbli ddikjarata lill-Kummissjoni stabbilita fuq il-bażi ta' skali standard ta' spejjeż għal kull unità

 

58.

Definizzjoni ta' unità li tintuża għall-finijiet tal-iskala standard ta' spejjeż għal kull unità

 

59.

Numru ta' unitajiet mogħtija kif indikat fil-pretensjoni ta' pagament għal kull element ta' unità

 

60.

Spejjeż tal-unità għal unità waħda, f'kull element ta' unità

 

Dejta dwar l-infiq fil-pretensjoni ta' pagament minn benefiċjarju bbażata fuq ħlasijiet ta' somom f'daqqa (ammonti fil-munita applikabbli għall-operazzjoni)

61.

L-ammont tan-nefqa eliġibbli ddikjarata lill-Kummissjoni stabbilit fuq il-bażi ta' somom f'daqqa

 

62.

L-infiq pubbliku kif iddefinit fl-Artikolu 2(12) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014 li jikkorrispondi għan-nefqa pubblika eliġibbli ddikjarata lill-Kummissjoni stabbilita fuq il-bażi ta' somom f'daqqa

 

63.

Għal kull somma f'daqqa, riżultati tanġibbli (outputs jew riżultati) miftiehma fid-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ bħala l-bażi għall-iżborż ta' ħlasijiet ta' somom f'daqqa

 

64.

Għal kull somma f'daqqa, l-ammont maqbul fid-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ

 

Dejta dwar l-infiq fi pretensjoni ta' pagament mill-benefiċjarju bbażata fuq ir-rati fissi (fil-munita applikabbli għall-operazzjoni)

65.

L-ammont tan-nefqa pubblika eliġibbli ddikjarata lill-Kummissjoni stabbilit fuq il-bażi ta' rata fissa

 

66.

L-infiq pubbliku kif iddefinit fl-Artikolu 2(12) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014 li jikkorrispondi għan-nefqa pubblika eliġibbli ddikjarata lill-Kummissjoni stabbilita fuq il-bażi ta' rata fissa

 

Dejta dwar irkupri mill-benefiċjarju

67.

Data ta' kull deċiżjoni ta' rkupru

 

68.

Ammont ta' appoġġ pubbliku affettwat minn kull deċiżjoni ta' rkupru

 

69.

Nefqa totali eliġibbli affettwata minn kull deċiżjoni ta' rkupru

 

70.

Data tal-irċevuta ta' kull ammont imħallas lura mill-benefiċjarju wara deċiżjoni ta' rkupru

 

71.

Ammont ta' appoġġ pubbliku mħallas lura mill-benefiċjarju wara deċiżjoni ta' rkupru (mingħajr imgħax jew penali)

 

72.

In-nefqa totali eliġibbli li tikkorrispondi mal-appoġġ pubbliku mħallas lura mill-benefiċjarju

 

73.

Ammont ta' appoġġ pubbliku irrekuperabbli wara deċiżjoni ta' rkupru

 

74.

In-nefqa totali eliġibbli li tikkorrispondi mal-appoġġ pubbliku irrekuperabbli

 

Dejta dwar l-applikazzjonijiet għal pagamenti lill-Kummissjoni (f'EUR)

75.

Data tat-tressiq ta' kull applikazzjoni għal ħlas inkluża n-nefqa eliġibbli mill-operazzjoni

 

76.

L-ammont totali ta' nefqa pubblika eliġibbli mġarrba mill-benefiċjarju u mħallsa fl-implimentazzjoni tal-operazzjoni inkluża f'kull applikazzjoni għal ħlas

 

77.

L-ammont totali tan-nefqa pubblika kif definit fl-Artikolu 2(12) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014 tal-operazzjoni inkluż f'kull applikazzjoni għal ħlas

 

Dejta dwar kontijiet imressqa lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 48 tar-Regolament (UE) Nru 223/2014 (f'EUR)

78.

Id-data tat-tressiq ta' kull sett ta' kontijiet inkluża n-nefqa fl-operazzjoni

 

79.

Data tas-sottomissjoni tal-kontijiet li fihom in-nefqa finali tal-operazzjoni hija inkluża wara t-tlestija tal-operazzjoni (fejn it-total tan-nefqa eliġibbli huwa ta' EUR 1 000 000 jew aktar (l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 223/2014))

 

80.

Ammont totali tan-nefqa pubblika eliġibbli tal-operazzjoni mdaħħal fis-sistemi tal-kontabbiltà tal-awtorità taċ-ċertifikazzjoni li ġie inkluż fil-kontijiet

 

81.

L-ammont totali tan-nefqa pubblika kif definit fl-Artikolu 2(12) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014 li tkun saret fl-implimentazzjoni tal-operazzjoni li tikkorrispondi mal-ammont totali tan-nefqa pubblika eliġibbli rreġistrat fis-sistemi tal-kontabbiltà tal-awtorità taċ-ċertifikazzjoni li ġie inkluż fil-kontijiet

 

82.

L-ammont totali tal-ħlasijiet magħmula lill-benefiċjarju skont l-Artikolu 42(2) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014 li jikkorrispondi mal-ammont totali tan-nefqa pubblika eliġibbli rreġistrat fis-sistemi tal-kontabbiltà tal-awtorità taċ-ċertifikazzjoni li ġie inkluż fil-kontijiet

 

83.

In-nefqa pubblika totali eliġibbli tal-operazzjoni użata matul is-sena fiskali inkluża fil-kontijiet

 

84.

In-nefqa pubblika totali kif definita fl-Artikolu 2(12) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014 li tikkorrispondi man-nefqa pubblika eliġibbli totali użata matul is-sena fiskali inkluża fil-kontijiet

 

85.

In-nefqa totali pubblika eliġibbli tal-operazzjoni rkuprata matul is-sena fiskali inkluża fil-kontijiet

 

86.

In-nefqa pubblika totali li tikkorrispondi man-nefqa pubblika eliġibbli totali tal-operazzjoni rkuprata matul is-sena fiskali inkluża fil-kontijiet

 

87.

In-nefqa pubblika eliġibbli totali tal-operazzjoni li għandha tiġi rkuprata fi tmiem is-sena fiskali inkluża fil-kontijiet

 

88.

In-nefqa pubblika totali tal-operazzjoni li tikkorrispondi man-nefqa pubblika eliġibbli totali li għandha tiġi rkuprata fi tmiem is-sena fiskali inkluża fil-kontijiet

 

89.

L-ammont eliġibbli totali tan-nefqa pubblika tal-operazzjoni irrekuperabbli fi tmiem is-sena fiskali inkluż fil-kontijiet

 

90.

In-nefqa pubblika totali tal-operazzjoni li tikkorrispondi mal-ammont tan-nefqa pubblika irrekuperabbli fi tmiem is-sena fiskali inkluża fil-kontijiet

 


(1)  OP I jirreferi għall-programmi operazzjonali għall-ikel u/jew l-assistenza materjali u OP II jirreferi għall-inklużjoni soċjali tal-programmi operazzjonali għall-persuni l-aktar fil-bżonn.

(2)  Il-benefiċjarju jinkludi, fejn applikabbli, korpi oħra li jagħmlu nfiq fl-operazzjoni li jiġi ttrattat bħala nfiq imġarrab mill-benefiċjarju.

(3)  Id-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 fuq koordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114).

(4)  Id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 1).


ANNESS II

Rekwiżiti ewlenin tas-sistemi ta' ġestjoni u kontroll u l-klassifikazzjoni tagħhom rigward it-tħaddim effettiv tagħhom imsemmija fl-Artikolu 9

Tabella 1

Rekwiżiti ewlenin

Rekwiżiti ewlenin tas-sistema ta' ġestjoni u kontroll

Korpi/awtoritajiet ikkonċernati

Kamp ta' applikazzjoni

1

Separazzjoni adegwata tal-funzjonijiet u sistemi adegwati għar-rappurtar u għall-monitoraġġ f'każijiet fejn l-awtorità responsabbli tafda t-twettiq tal-kompiti lil korp ieħor.

L-awtorità maniġerjali

Ambjent tal-kontroll intern

2

Għażla xierqa tal-operazzjonijiet.

L-awtorità maniġerjali

Attivitajiet ta' ġestjoni u kontroll

3

Informazzjoni adegwata għall-benefiċjarji dwar il-kundizzjonijiet li japplikaw għall-operazzjonijiet magħżula.

L-awtorità maniġerjali

4

Verifiki adegwati tal-ġestjoni

L-awtorità maniġerjali

5

Sistema effettiva biex jiġi żgurat li d-dokumenti kollha dwar in-nefqa u l-awditjar jinżammu biex ikun żgurat rekord adegwat għall-awditjar.

L-awtorità maniġerjali

Attivitajiet ta' ġestjoni u kontroll/Monitoraġġ

6

Sistema affidabbli għall-ġbir, ir-reġistrazzjoni u l-ħżin tad-dejta għall-finijiet ta' monitoraġġ, evalwazzjoni, ġestjoni finanzjarja, verifika u awditjar.

L-awtorità maniġerjali

7

L-implimentazzjoni effettiva ta' miżuri proporzjonati kontra l-frodi

L-awtorità maniġerjali

Attivitajiet ta' ġestjoni u kontroll

8

Proċeduri xierqa għat-tfassil tad-dikjarazzjoni tal-maniġment u s-sommarju annwali tar-rapporti finali tal-awditjar u tal-kontrolli mwettqa.

L-awtorità maniġerjali

9

Separazzjoni adegwata tal-funzjonijiet u sistemi adegwati għar-rappurtar u għall-monitoraġġ f'każijiet fejn l-awtorità responsabbli tafda t-twettiq tal-kompiti lil korp ieħor.

L-awtorità taċ-ċertifikazzjoni

Ambjent tal-kontroll intern

10

Proċeduri xierqa biex jitfasslu u jiġu ppreżentati l-applikazzjonijiet għall-ħlas.

L-awtorità taċ-ċertifikazzjoni

Attivitajiet ta' ġestjoni u kontroll/Monitoraġġ

11

Jinżammu rekords kompjuterizzati xierqa tal-infiq iddikjarat u l-kontribuzzjoni pubblika korrispondenti.

L-awtorità taċ-ċertifikazzjoni

Attivitajiet ta' ġestjoni u kontroll

12

Rendikont xieraq u sħiħ ta' ammonti li jistgħu jiġu rkuprati, dawk irkuprati u dawk irtirati.

L-awtorità taċ-ċertifikazzjoni

13

Proċeduri xierqa għat-tfassil u ċ-ċertifikazzjoni tal-kompletezza, l-akkuratezza u l-veraċità tal-kontijiet annwali.

L-awtorità taċ-ċertifikazzjoni

14

Separazzjoni adegwata tal-funzjonijiet u sistemi adegwati biex jiżguraw li kwalunkwe entità oħra li twettaq awditjar skont l-istrateġija ta' awditjar tal-programm ikollha l-indipendenza funzjonali meħtieġa u tqis l-istandards tal-awditjar aċċettati internazzjonalment.

Awtorità tal-verifika

Ambjent tal-kontroll intern

15

Awditi adegwati tas-sistemi.

Awtorità tal-verifika

L-attivitajiet ta' kontroll

16

Awditi adegwati tal-operazzjonijiet

Awtorità tal-verifika

17

Awditi adegwati tal-kontijiet

Awtorità tal-verifika

18

Proċeduri adegwati biex tiġi pprovduta opinjoni tal-awditjar kredibbli u biex jitħejja r-rapport annwali tal-kontroll.

Awtorità tal-verifika


Tabella 2

Klassifikazzjoni ta' sistemi ta' ġestjoni u kontroll fir-rigward tat-tħaddim effettiv tagħhom

Kategorija 1

Jaħdem sew. Le, jew hemm bżonn biss ta' xi titjib minuri

Kategorija 2

Xogħlijiet. Huwa meħtieġ xi titjib

Kategorija 3

Jaħdem parzjalment. Hemm bżonn ta' titjib sostanzjali

Kategorija 4

Essenzjalment ma jaħdimx.


20.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 148/70


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 533/2014

tad-19 ta’ Mejju 2014

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Mejju 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 KG)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

41,3

MK

75,3

TR

67,1

ZZ

61,2

0707 00 05

AL

41,5

MK

38,2

TR

124,7

ZZ

68,1

0709 93 10

TR

110,3

ZZ

110,3

0805 10 20

EG

42,2

IL

74,1

MA

45,8

TR

52,6

ZA

53,8

ZZ

53,7

0805 50 10

TR

94,4

ZZ

94,4

0808 10 80

AR

97,8

BR

90,6

CL

96,2

CN

98,6

MK

32,3

NZ

138,8

US

200,7

UY

70,3

ZA

98,0

ZZ

102,6


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DIRETTIVI

20.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 148/72


DIRETTIVA TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI 2014/69/UE

tat-13 ta' Marzu 2014

li temenda, għal skopijiet ta' adattament għall-progress tekniku, l-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' eżenzjoni għal ċomb f'ċeramika dielettrika f'kapasiters għal vultaġġ nominali ta' inqas minn 125 V AC jew 250 V DC użati fi strumenti ta' monitoraġġ u kontroll industrijali

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta' ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku, (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 5(1)(a) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2011/65/UE tipprojbixxi l-użu taċ-ċomb fit-tagħmir elettriku u elettroniku mqiegħed fis-suq.

(2)

Kemm is-sostituzzjoni taċ-ċomb f'ċeramika dielettrika f'kapasiters għal vultaġġ nominali ta' inqas minn 125 V AC jew 250 V DC użati fi strumenti ta' monitoraġġ u kontroll industrijali (IMCIs), kif ukoll is-sostituzzjoni ta' dawn il-komponenti f'IMCIs għadhom mhumiex prattiċi mil-lat tekniku.

(3)

Għalkemm is-sostituzzjoni taċ-ċomb fil-kapasiters taċ-ċeramika b'vultaġġ baxx hija possibbli għal applikazzjonijiet oħra, l-użu ta' dawn il-komponenti mingħajr ċomb f'IMCIs jeħtieġ li l-manifatturi jiddisinjaw l-IMCIS tagħhom, jew partijiet minnhom, mill-ġdid, u li jikkwalifikaw id-disinji l-ġodda tagħhom mill-ġdid, sabiex dawn isiru prattiċi mil-lat tekniku u sabiex tintwera l-affidabbiltà tagħhom. Għaldaqstant, l-użu taċ-ċomb fil-kapasiters taċ-ċeramika b'vultaġġ baxx għal strumenti ta' monitoraġġ u kontroll industrijali għandu jiġi eżentat mill-projbizzjoni sal-31 ta' Diċembru 2020. Minħabba ċ-ċikli ta' innovazzjoni tal-IMCIs, dan huwa perjodu ta' tranżizzjoni relattivament qasir li probabbilment ma għandux ikollu impatti negattivi fuq l-innovazzjoni.

(4)

Skont il-prinċipju ta' “sewwi għal-livell tal-produzzjoni” (repair-as-produced) tad-Direttiva 2011/65/UE, li huwa maħsub biex il-ħajja ta' prodotti konformi tiġi estiża ladarba dawn jitqiegħdu fis-suq, il-partijiet ta' rikambju għandhom jibbenefikaw minn din l-eżenzjoni anki wara d-data tat-tmiem tagħha, mingħajr restrizzjonijiet ta' żmien.

(5)

Id-Direttiva 2011/65/UE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva mhux aktar tard mill-aħħar jum tas-sitt xahar wara d-dħul fis-seħħ. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza fil-waqt tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jaddottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Marzu 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 174, 1.7.2011, p. 88.


ANNESS

Fl-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE, jiżdied il-punt 40 li ġej:

“40.

Iċ-ċomb f'ċeramika dielettrika f'kapasiters għal vultaġġ nominali ta' inqas minn 125 V AC jew 250 V DC użati fi strumenti ta' monitoraġġ u kontroll industrijali.

Tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2020. Jista' jintuża wara dik id-data f'partijiet ta' rikambju għal strumenti ta' monitoraġġ u kontroll industrijali mqiegħda fis-suq qabel l-1 ta' Jannar 2021.”


20.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 148/74


DIRETTIVA TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI 2014/70/UE

tat-13 ta' Marzu 2014

li temenda, għall-finijiet ta' adattament għall-progress tekniku, l-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' eżenzjoni għaċ-ċomb fil-pjanċi għall-micro-channel (MCPs)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta' ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku, (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 5(1)(a) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2011/65/UE tipprojbixxi l-użu taċ-ċomb fit-tagħmir elettriku u elettroniku mqiegħed fis-suq.

(2)

Il-pjanċi għall-micro-channel (MCPs) jintużaw għad-detezzjoni u għall-amplifikazzjoni ta' jonji u elettroni f'apparat mediku u fi strumenti ta' monitoraġġ u kontroll. Is-sostituzzjoni taċ-ċomb fl-MCPs mhijiex prattika kemm mil-lat xjentifiku kif ukoll mil-lat tekniku.

(3)

Is-sostituzzjoni tal-MCPs bħala komponenti b'ditekters alternattivi mhijiex vijabbli f'kundizzjonijiet fejn hemm bżonn ta' minjaturizzazzjoni estrema, ħinijiet ta' rispons qosra ħafna jew fatturi tal-multiplikazzjoni ta' sinjal għoljin ħafna. Għaldaqstant, l-użu taċ-ċomb f'dawk il-każijiet fejn il-prestazzjoni u l-karatteristiċi speċifiċi tal-MCPs ikunu aktar minn dawk tad-ditekters alternattivi għandu jiġi eżentat mill-projbizzjoni. Peress li fil-preżent ma jeżisti l-ebda alternattiv mingħajr ċomb, skont l-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2011/65/UE, il-perjodu ta' validità tal-eżenzjoni għandu jkun seba' snin mid-dati ta' konformità rilevanti għall-apparat mediku, għall-istrumenti ta' monitoraġġ u kontroll, għall-apparat mediku in vitro u għall-istrumenti industrijali ta' monitoraġġ u kontroll, kif stipulat fl-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 2011/65/UE. Fid-dawl taċ-ċikli ta' innovazzjoni għall-apparat mediku u għall-istrumenti ta' monitoraġġ u kontroll kollha, seba' snin huwa perjodu ta' tranżizzjoni relattivament qasir li probabbli ma jkollu l-ebda impatt negattiv fuq l-innovazzjoni.

(4)

Għaldaqstant, id-Direttiva 2011/65/UE għandha tiġi emendata skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva mhux aktar tard mill-aħħar jum tas-sitt xahar wara d-dħul fis-seħħ. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza fil-waqt tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jaddottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Marzu 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 174, 1.7.2011, p. 88.


ANNESS

Fl-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE, jiżdied il-punt 39 li ġej:

“39.

Iċ-ċomb fil-pjanċi għall-micro-channel (MCPs) użati f'tagħmir fejn minn tal-inqas hija preżenti waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:

(a)

ditekter ta' daqs kompatt għall-elettroni jew għall-joni, meta l-ispazju għad-ditekter huwa limitat għal massimu ta' 3 mm/MCP (il-ħxuna tad-ditekter + l-ispazju għall-installazzjoni tal-MCP), massimu ta' 6 mm b'kollox, u disinn alternattiv li jippermetti aktar spazju għad-ditekter mhuwiex prattiku la mil-lat xjentifiku u lanqas mil-lat tekniku;

(b)

riżoluzzjoni spazjali b'żewġ dimensjonijiet għad-detezzjoni tal-elettroni jew tal-joni, meta japplika minn tal-inqas wieħed minn dawn li ġejjin:

(i)

ħin ta' rispons li huwa inqas minn 25 ns;

(ii)

kampjun ta' erja ta' detezzjoni akbar minn 149 mm2;

(iii)

fattur ta' multiplikazzjoni akbar minn 1,3 × 103.

(c)

ħin ta' rispons li huwa iqsar minn 5 ns għad-detezzjoni tal-elettroni jew tal-joni;

(d)

kampjun ta' erja ta' detezzjoni akbar minn 314 mm2 għad-detezzjoni tal-elettroni jew tal-joni;

(e)

fattur b'multiplikazzjoni akbar minn 4,0 × 107.

L-eżenzjoni tiskadi fid-dati li ġejjin:

(a)

fil-21 ta' Lulju 2021 għall-apparat mediku u għall-istrumenti ta' monitoraġġ u kontroll;

(b)

fil-21 ta' Lulju 2023 għall-apparat mediku dijanjostiku in vitro;

(c)

fil-21 ta' Lulju 2024 għall-istrumenti industrijali ta' monitoraġġ u kontroll”.


20.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 148/76


DIRETTIVA TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI 2014/71/UE

tat-13 ta' Marzu 2014

li temenda, għall-finijiet ta' adattament għall-progress tekniku, l-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' eżenzjoni għaċ-ċomb fl-issaldjar f'interfaċċa waħda ta' elementi stampati stivati li jintużaw fuq superfiċe kbira

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta' ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku, (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 5(1)(a) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2011/65/UE tipprojbixxi l-użu taċ-ċomb fit-tagħmir elettriku u elettroniku mqiegħed fis-suq.

(2)

It-teknoloġija tad-ditekter li tinvolvi elementi stampati stivati (SDE, stacked die elements) qiegħda tintuża fid-ditekters tar-raġġi-X tas-sistemi CT (computed tomography) u s-sistemi tar-raġġi-X. Din toffri vantaġġi għall-pazjenti minħabba li tnaqqas l-esponiment tal-pazjent għad-doża ta' raġġi-X meħtieġa. Għalissa għadhom ma jistgħux jiġu prodotti ditekters SDE li jintużaw fuq superfiċe kbira li jkunu ssaldjati mingħajr ċomb. Għaldaqstant, is-sostituzzjoni u l-eliminazzjoni taċ-ċomb mhumiex prattiċi mil-lat xjentifiku u mil-lat tekniku għall-applikazzjonijiet imsemmija hawn fuq.

(3)

Għaldaqstant, l-użu taċ-ċomb f'elementi stampati stivati li jintużaw fuq superfiċe kbira b'aktar minn 500 interkonnettur għal kull interfaċċa użati fid-ditekters tar-raġġi-X tas-sistemi CT u tas-sistemi tar-raġġi-X għandu jiġi eżentat mill-projbizzjoni sal-31 ta' Diċembru 2019. Meta wieħed jikkunsidra ċ-ċikli ta' innovazzjoni fis-setturi tal-apparat mediku u tal-istrumenti ta' monitoraġġ u kontroll, dan huwa perjodu ta' tranżizzjoni relattivament qasir li probabbli ma jkollu l-ebda impatt negattiv fuq l-innovazzjoni.

(4)

Skont il-prinċipju ta' “sewwi għal-livell tal-produzzjoni” (repair-as-produced) tad-Direttiva 2011/65/UE, li huwa maħsub biex jestendi l-ħajja ta' prodotti konformi ġaladarba dawn jitqiegħdu fis-suq, il-partijiet ta' rikambju għandhom jibbenefikaw minn din l-eżenzjoni anki wara d-data tat-tmiem tagħha, mingħajr restrizzjonijiet ta' żmien.

(5)

Għaldaqstant, id-Direttiva 2011/65/UE għandha tiġi emendata skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva mhux aktar tard mill-aħħar jum tas-sitt xahar wara d-dħul fis-seħħ. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza fil-waqt tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jaddottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Marzu 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 174, 1.7.2011, p. 88.


ANNESS

Fl-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE, jiżdied il-punt 38 li ġej:

“38.

Iċ-ċomb fl-issaldjar f'interfaċċa waħda ta' elementi stampati stivati li jintużaw fuq superfiċe kbira b'aktar minn 500 interkonnettur għal kull interfaċċa użati fid-ditekters tar-raġġi-X tas-sistemi CT (tomografija komputata) u tas-sistemi tar-raġġi-X

Jiskadi fil-31 ta' Diċembru 2019. Wara dik id-data jista' jintuża fil-partijiet tar-rikambju għas-sistemi CT u għas-sistemi tar-raġġi-X mqiegħda fis-suq qabel l-1 ta' Jannar 2020.”


20.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 148/78


DIRETTIVA TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI 2014/72/UE

tat-13 ta' Marzu 2014

li temenda, għall-finijiet ta' adattament għall-progress tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' eżenzjoni għaċ-ċomb fl-issaldjar u fix-xogħlijiet tal-aħħar ta' komponenti elettriċi u elettroniċi u fix-xogħlijiet tal-aħħar tal-unitajiet ta' ċirkwit stampati użati fil-moduli ta' ignixin u f'sistemi oħrajn ta' kontroll, kemm elettriċi kif ukoll elettroniċi, tal-magna

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta' ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku, (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 5(1)(a) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2011/65/UE tipprojbixxi l-użu taċ-ċomb fit-tagħmir elettriku u elettroniku mqiegħed fis-suq.

(2)

Il-moduli ta' ignixin u sistemi oħrajn ta' kontroll, kemm elettriċi kif ukoll elettroniċi, tal-magna tal-kombustjoni li għandhom jiġu mmuntati qrib il-partijiet li jiċċaqilqu ta' għodod li jinżammu fl-idejn u li huma indispensabbli għat-tħaddim tal-magna, huma esposti għal vibrazzjonijiet għoljin u stress termali intens. Dawn il-kundizzjonijiet ambjentali ħarxa jeħtieġu l-użu taċ-ċomb. La s-sostituzzjoni u lanqas l-eliminazzjoni taċ-ċomb f'dawn il-komponenti mhija prattika mil-lat tekniku.

(3)

Il-manifatturi jeħtieġu żmien addizzjonali biex jagħmlu alternattivi mingħajr ċomb li jkunu prattiċi mil-lat tekniku u li jkunu affidabbli. Għaldaqstant, l-użu taċ-ċomb fl-issaldjar u fix-xogħlijiet tal-aħħar ta' komponenti elettriċi u elettroniċi u fix-xogħlijiet tal-aħħar tal-unitajiet ta' ċirkwit stampati użati fil-moduli ta' ignixin u f'sistemi oħrajn ta' kontroll, kemm elettriċi kif ukoll elettroniċi, tal-magna għandu jiġi eżentat mill-projbizzjoni sal-31 ta' Diċembru 2018. Dan huwa perjodu ta' tranżizzjoni relattivament qasir li probabbli ma jkollu l-ebda impatt negattiv fuq l-innovazzjoni.

(4)

Għaldaqstant, id-Direttiva 2011/65/UE għandha tiġi emendata skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva mhux aktar tard mill-aħħar jum tas-sitt xahar wara d-dħul fis-seħħ. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza fil-waqt tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jaddottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Marzu 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 174, 1.7.2011, p. 88.


ANNESS

Fl-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE, jiżdied il-punt 41 li ġej:

“41

Iċ-ċomb fl-issaldjar u fix-xogħlijiet tal-aħħar ta' komponenti elettriċi u elettroniċi u fix-xogħlijiet tal-aħħar tal-unitajiet ta' ċirkwit stampati użati fil-moduli ta' ignixin u f'sistemi oħrajn ta' kontroll, kemm elettriċi kif ukoll elettroniċi, tal-magna, li għal raġunijiet tekniċi għandhom jiġu mmuntati direttament fuq il-kaxxa tal-krank jew fuq iċ-ċilindru ta' magni tal-kombustjoni li jinżammu fl-idejn (il-klassijiet SH:1, SH:2, SH:3 tad-Direttiva 97/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*)

Tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2018


(*)  Id-Direttiva 97/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1997 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-miżuri kontra l-emissjoni ta' inkwinanti ta' gass u partikolati minn magni tal-kombustjoni interna li għandhom jiġu installati f'makkinarju mobbli mhux tat-triq, (ĠU L 59, 27.2.1998, p. 1).”


20.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 148/80


DIRETTIVA TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI 2014/73/UE

tat-13 ta' Marzu 2014

li temenda, għall-finijiet ta' adattament għall-progress tekniku, l-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' eżenzjoni għaċ-ċomb f'elettrodi tal-platinu platinizzat użati għall-kejl tal-konduttività

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta' ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku, (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 5(1)(a) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2011/65/UE tipprojbixxi l-użu taċ-ċomb fit-tagħmir elettriku u elettroniku mqiegħed fis-suq.

(2)

Elettrodi tal-platinu platinizzat (PPEs) huma elettrodi tal-platinu miksija b'saff irqiq ta' platinu iswed. Dawn l-elettrodi jintużaw meta jkunu meħtieġa miżuri ta' konduttività fuq firxa wiesgħa jew għall-kejl tal-konduttività f'kundizzjonijiet aċidużi jew alkalini ħafna. Kemm is-sostituzzjoni kif ukoll it-tneħħija taċ-ċomb fil-PPEs u s-sostituzzjoni tal-PPEs b'tipi oħra ta' elettrodi mhumiex prattiċi, kemm mil-lat xjentifiku kif ukoll mil-lat tekniku, f'dawn il-kundizzjonijiet.

(3)

Għaldaqstant, l-użu taċ-ċomb fil-PPEs għall-kejl tal-konduttività fuq firxa wiesgħa jew għall-kejl tal-konduttività f'kundizzjonijiet aċidużi jew alkalini ħafna għandu jiġi eżentat mill-projbizzjoni sal-31 ta' Diċembru 2018. Dan il-perjodu ta' tranżizzjoni huwa meħtieġ għar-riċerka u probabbli li ma jkollu l-ebda impatt negattiv fuq l-innovazzjoni.

(4)

Għaldaqstant, id-Direttiva 2011/65/UE għandha tiġi emendata skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva mhux aktar tard mill-aħħar jum tas-sitt xahar wara d-dħul fis-seħħ. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza fil-waqt tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jaddottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Marzu 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 174, 1.7.2011, p. 88.


ANNESS

Fl-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE, jiżdied il-punt 37 li ġej:

“37.

Iċ-ċomb f'elettrodi tal-platinu platinizzat użati għall-kejl tal-konduttività fejn tapplika tal-inqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

kejl fuq firxa wiesgħa b'firxa ta' konduttività li tkopri aktar minn daqs wieħed (eż. firxa bejn 0,1 mS/m u 5 mS/m) fl-applikazzjonijiet tal-laboratorju għal konċentrazzjonijiet mhux magħrufa;

(b)

kejl ta' soluzzjonijiet meta jkunu meħtieġa preċiżjoni ta' +/- 1 % tal-kampjun tal-firxa u reżistenza qawwija għall-korrużjoni tal-elettrodu għal kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

(i)

soluzzjonijiet b'aċidità < pH 1;

(ii)

soluzzjonijiet b'alkalinità < pH 13;

(iii)

soluzzjonijiet korrużivi li jkun fihom il-gass aloġenu.

(c)

kejl ta' konduttivitajiet aktar minn 100 mS/m li jrid jitwettaq bi strumenti portabbli.

Tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2018.”


20.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 148/82


DIRETTIVA TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI 2014/74/UE

tat-13 ta' Marzu 2014

li temenda, għal skopijiet ta' adattament għall-progress tekniku, l-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' eżenzjoni għal ċomb użat f'sistemi ta' konnetturi tal-pinnijiet oħra li mhumiex dawk konformi mas-C-press għal sistemi ta' monitoraġġ u kontroll industrijali

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta' ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku, (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 5(1)(a) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2011/65/UE tipprojbixxi l-użu taċ-ċomb fit-tagħmir elettriku u elettroniku mqiegħed fis-suq.

(2)

Sistemi ta' konnetturi tal-pinnijiet konformi jintużaw f'diġitizzaturi tal-veloċità għolja, f'sorsi tal-frekwenza tar-radju u tas-sinjali tal-mewġ, u f'tagħmir tat-test mingħajr fili. S'issa s-sistemi ta' konnetturi tal-pinnijiet konformi mingħajr ċomb ma jintużawx fi strumenti ta' monitoraġġ u kontroll industrijali (IMCIs). L-IMCIs għandhom rekwiżiti għall-prestazzjoni u għall-affidabbiltà li huma ogħla minn dawk ta' tagħmir elettriku u elettroniku ieħor, u l-affidabbiltà ta' sostituti mingħajr ċomb mhijiex żgurata f'dawn il-kundizzjonijiet.

(3)

Għaldaqstant, sabiex il-manifatturi jkunu jistgħu jagħmlu komponenti mingħajr ċomb li jkunu prattiċi mil-lat tekniku u sabiex ikunu jistgħu juru biżżejjed l-affidabbiltà tagħhom meta jintużaw fl-IMCIs, l-użu taċ-ċomb f'sistemi ta' konnetturi tal-pinnijiet oħra li mhumiex dawk konformi mas-C-press għal strumenti ta' monitoraġġ u kontroll industrijali għandu jiġi eżentat mill-projbizzjoni sal-31 ta' Diċembru 2020. Fid-dawl taċ-ċikli ta' innovazzjoni għall-IMCIs, dan huwa perjodu ta' tranżizzjoni relattivament qasir li probabbli ma jkollu l-ebda impatt negattiv fuq l-innovazzjoni.

(4)

Skont il-prinċipju ta' “sewwi għal-livell tal-produzzjoni” (repair-as-produced) tal-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 2011/65/UE, li huwa maħsub biex jestendi l-ħajja ta' prodotti konformi ġaladarba dawn jitqiegħdu fis-suq, il-partijiet ta' rikambju għandhom jibbenefikaw minn din l-eżenzjoni anki wara d-data tat-tmiem tagħha, mingħajr restrizzjonijiet ta' żmien.

(5)

Għaldaqstant, id-Direttiva 2011/65/UE għandha tiġi emendata skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva mhux aktar tard mill-aħħar jum tas-sitt xahar wara d-dħul fis-seħħ. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza fil-waqt tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jaddottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Marzu 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 174, 1.7.2011, p. 88.


ANNESS

Fl-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE, jiżdied il-punt 36 li ġej:

“36.

Iċ-ċomb użat f'sistemi ta' konnetturi tal-pinnijiet oħra li ma jkunux dawk konformi mas-C-press għal strumenti ta' monitoraġġ u kontroll industrijali.

Tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2020. Jista' jintuża wara din id-data f'partijiet ta' rikambju għal strumenti ta' monitoraġġ u kontroll industrijali mqiegħda fis-suq qabel l-1 ta' Jannar 2021.”


20.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 148/84


DIRETTIVA TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI 2014/75/UE

tat-13 ta' Marzu 2014

li temenda, għal skopijiet ta' adattament għall-progress tekniku, l-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' eżenzjoni għall-merkurju f'bozoz florexxenti bil-katodu kiesaħ (CCFLs) għal skrins bil-kristalli likwidi li jixegħlu minn wara, mhux aktar minn 5 mg għal kull bozza, użati fi strumenti ta' monitoraġġ u kontroll industrijali mqiegħda fis-suq qabel it-22 ta' Lulju 2017

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta' ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku, (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 5(1)(a) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2011/65/UE tipprojbixxi l-użu tal-merkurju fit-tagħmir elettriku u elettroniku mqiegħed fis-suq.

(2)

Bosta strumenti ta' monitoraġġ u kontroll industrijali (IMCIs) huma mgħammra bi skrins bil-kristalli likwidi li jixegħlu minn wara li jeħtieġu l-użu ta' bozoz florexxenti bil-katodu kiesaħ (CCFLs) b'merkurju ta' 5 mg. L-impatti negattivi totali fuq l-ambjent, is-saħħa u s-sikurezza tal-konsumatur ikkawżati mis-sostituzzjoni ta' CCFLs li fihom il-merkurju fi strumenti ta' monitoraġġ u kontroll industrijali, x'aktarx li jkunu aktar mill-benefiċċji totali tagħhom għall-ambjent, is-saħħa u s-sikurezza tal-konsumatur.

(3)

Sabiex tkun tista' ssir it-tiswija u titwal il-ħajja tas-servizz tal-prodotti, għandha tingħata eżenzjoni mir-restrizzjoni tal-merkurju f'CCFLs għal skrins bil-kristalli likwidi li jixegħlu minn wara fl-IMCIs. Skont il-prinċipju ta' “sewwi għal-livell tal-produzzjoni” (repair-as-produced), l-eżenzjoni għandha tapplika għall-prodotti kollha mqiegħda fis-suq qabel it-22 ta' Lulju 2017, li hija d-data ta' konformità għall-IMCIs, u l-perjodu ta' validità tal-eżenzjoni għandu jkun seba' snin minn dik id-data. Huwa probabbli li l-eżenzjoni ma jkollha l-ebda impatt negattiv fuq l-innovazzjoni.

(4)

Għaldaqstant, id-Direttiva 2011/65/UE għandha tiġi emendata skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva mhux aktar tard mill-aħħar jum tas-sitt xahar wara d-dħul fis-seħħ. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza fil-waqt tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jaddottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Marzu 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 174, 1.7.2011, p. 88.


ANNESS

Fl-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE, jiżdied il-punt 35 li ġej:

“35.

Il-merkurju f'bozoz florexxenti bil-katodu kiesaħ għal skrins bil-kristalli likwidi li jixegħlu minn wara, mhux aktar minn 5 mg għal kull bozza, użati fi strumenti ta' monitoraġġ u kontroll industrijali mqiegħda fis-suq qabel it-22 ta' Lulju 2017

Tiskadi fil-21 ta' Lulju 2024.”


20.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 148/86


DIRETTIVA TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI 2014/76/UE

tat-13 ta' Marzu 2014

li temenda, għal skopijiet ta' adattament għall-progress tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' eżenzjoni għall-Merkurju f'tubi bi skariku luminuż magħmula bl-idejn (HLDTs) użati għas-sinjali, kemm dawk dekorattivi kif ukoll dawk arkitettoniċi, għad-dawl speċjalizzat u għall-opri tal-arti bid-dawl

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta' ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku, (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 5(1(a) tagħha

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2011/65/UE tipprojbixxi l-użu tal-merkurju fit-tagħmir elettriku u elettroniku mqiegħed fis-suq.

(2)

It-tubi bi skariku luminuż magħmula bl-idejn (HLDTs) huma bozoz magħmula bl-idejn li jintużaw għal skop speċjali u li jeżistu f'varjetà wiesgħa. Xi eżempji huma s-sinjali tan-neon, illuminazzjoni arkitettonika individwali u emittenti ta' dawl speċjali fir-riċerka analitika fil-kimika. Peress li l-HLDTs jintużaw għal applikazzjonijiet fuq ġewwa u fuq barra b'kompożizzjoni ta' spettru ta' kulur individwali, hemm bżonn li jaħdmu b'mod affidabbli f'kundizzjonijiet sensittivi u kesħin u hemm bżonn li jkollhom stennija ta' ħajja twila ħafna peress li ta' spiss l-aċċess għalihom huwa diffiċli. Sabiex ikunu jistgħu jaħdmu kif suppost f'dawn il-kundizzjonijiet, l-HLDTs jeħtieġu kwantità minima ta' merkurju.

(3)

L-eliminazzjoni jew is-sostituzzjoni tal-merkurju fl-HLDTs u s-sostituzzjoni kollha kemm hi tal-HLDTs b'teknoloġiji oħrajn bħal-LED mhijiex prattika la mil-lat xjentifiku u lanqas mil-lat tekniku. Għaldaqstant, l-użu tal-merkurju fl-HLDTs użati għas-sinjali, kemm dawk dekorattivi kif ukoll dawk arkitettoniċi, għad-dawl speċjalizzat u għall-opri tal-arti bid-dawl għandu jkun eżentat mill-projbizzjoni. Il-merkurju għandu jkun limitat u jintuża biss l-ammont minimu meħtieġ u l-perjodu ta' validità għandu jispiċċa fil-31 ta' Diċembru 2018, sabiex jiġu evitati impatti negattivi fuq l-innovazzjoni.

(4)

Għaldaqstant, id-Direttiva 2011/65/UE għandha tiġi emendata skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva mhux aktar tard mill-aħħar jum tas-sitt xahar wara d-dħul fis-seħħ. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza fil-waqt tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jaddottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Marzu 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 174, 1.7.2011, p. 88.


ANNESS

Fl-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE, jiddaħħal il-punt 4 (g) li ġej:

“4(g)

Il-merkurju f'tubi bi skariku luminuż magħmula bl-idejn użati għas-sinjali, kemm dawk dekorattivi kif ukoll dawk arkitettoniċi, għad-dawl speċjalizzat u għall-opri tal-arti bid-dawl, fejn il-kontenut tal-merkurju għandu jkun limitat kif ġej:

(a)

20 mg għal kull par elettrodu + 0,3 mg għat-tul ta' kull tubu f'cm, iżda mhux aktar minn 80 mg, għall-applikazzjonijiet fuq barra u għall-applikazzjonijiet fuq ġewwa esposti għal temperaturi taħt l-20 °C;

(b)

15 mg għal kull par elettrodu + 0,24 mg għat-tul ta' kull tubu f'cm, iżda mhux aktar minn 80 mg, għall-applikazzjonijiet fuq ġewwa l-oħra kollha.

Tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2018”


DEĊIŻJONIJIET

20.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 148/88


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-16 ta' Mejju 2014

li tagħti deroga mitluba mill-Pajjiżi l-Baxxi skont id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli

(notifikata bid-dokument C(2014) 3103)

(Il-verżjoni bl-Olandiż biss hija awtentika)

(2014/291/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta' Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (1), u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2 tal-Anness III tagħha,

Billi:

(1)

Jekk l-ammont ta' demel li Stat Membru bi ħsiebu jdemmel kull ettaru bih fis-sena jkun differenti minn dak speċifikat fl-ewwel sentenza tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 tal-Anness III tad-Direttiva 91/676/KEE u fil-punt (a) tiegħu, dak l-ammont għandu jiġi ffissat b'tali mod li ma jippreġudikax l-ilħiq tal-għanijiet speċifikati fl-Artikolu 1 ta' dik id-Direttiva u għandu jkun iġġustifikat fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi, bħalma huma, fil-każ attwali, staġuni twal tat-tkabbir u għelejjel b'rata għolja ta' assorbiment tan-nitroġenu.

(2)

Fit-8 ta' Diċembru 2005, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2005/880/KE (2) li tippermetti ż-żieda tad-demel tal-bhejjem li jirgħu sa limitu ta' 250 kg ta' nitroġenu għal kull ettaru fis-sena, f'ċerti kundizzjonijiet, fl-irziezet fejn mill-inqas 70 % tal-art tkun bwar.

(3)

Fil-5 ta' Frar 2010, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2010/65/UE (3), li temenda d-Deċiżjoni 2005/880/KE u li testendi d-deroga sal-31 ta' Diċembru 2013.

(4)

Din id-deroga mogħtija kienet tirrigwarda 21 752 razzett fl-2012, jiġifieri 46 % tar-raba' totali nett.

(5)

Fit-22 ta' Jannar 2014, il-Pajjiżi l-Baxxi talbu lill-Kummissjoni biex tiġġeddilhom id-deroga skont it-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2 tal-Anness III tad-Direttiva 91/676/KEE.

(6)

Il-Pajjiżi l-Baxxi, f'konformità mal-paragrafu 5 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 91/676/KEE, jimplimentaw programm ta' azzjoni fit-territorju kollu tagħhom.

(7)

Il-leġiżlazzjoni tal-Pajjiżi l-Baxxi li timplimenta d-Direttiva 91/676/KEE tinkludi standards għall-applikazzjoni tan-nitroġenu u tal-fosfati.

(8)

Id-dejta rrappurtata mill-Pajjiżi l-Baxxi għall-perjodu bejn l-2008 u l-2011 turi żieda ta' 7 % fl-għadd ta' ħnieżer u 8 % fl-għadd ta' tjur meta mqabbla ma' dik tal-perjodu bejn l-2004 u l-2007. L-għadd ta' bhejjem tal-ifrat, nagħaġ u mogħoż baqa' stabbli. L-awtoritajiet kompetenti fil-Pajjiżi l-Baxxi stabbilixxew limiti fuq l-għadd ta' ħnieżer u tjur u fl-istess ħin intrabtu li l-produzzjoni tad-demel f'termini tan-nitroġenu kif ukoll tal-fosfru ma tiżdiedx aktar mil-livell tas-sena 2002. Barra minn hekk, minn Jannar 2015, l-awtoritajiet kompetenti fil-Pajjiżi l-Baxxi għandhom jiżguraw li sehem xieraq mid-demel żejjed tas-settur tal-ħalib jiġi pproċessat. Dawn il-miżuri huma meħtieġa biex jiġi żgurat li l-applikazzjoni tad-deroga attwali ma twassalx għal aktar intensifikazzjoni.

(9)

L-użu tan-nitroġenu mid-demel tal-bhejjem fil-perjodu bejn l-2008 u l-2011 kien ta' 344 000 tunnellata, li jfisser li kien hemm tnaqqis żgħir meta mqabbel mal-perjodu bejn l-2004 u l-2007. L-użu tal-fertilizzanti kimiċi bin-nitroġenu naqas bi 18 % fil-perjodu bejn l-2008 u l-2011 meta mqabbel mal-perjodu bejn l-2004 u l-2007. Il-fosfru żejjed fil-perjodu bejn l-2008 u l-2011 kien ta' 16 000 tunnellata, bi tnaqqis ta' 51 % meta mqabbel mal-perjodu bejn l-2004 u l-2007.

(10)

Il-klima tal-Pajjiżi l-Baxxi, ikkaratterizzata minn xita li tinżel fi kwantitajiet indaqs matul is-sena kollha u firxa annwali relattivament żgħira tat-temperatura, tippromwovi staġun twil ta' 250 ġurnata fis-sena li fih jikber il-ħaxix.

(11)

L-informazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet tal-Pajjiżi l-Baxxi fil-kuntest tad-deroga mogħtija bid-Deċiżjoni 2010/65/UE, tindika li d-deroga ma waslitx biex il-kwalità tal-ilma tmur għall-agħar. Ir-Rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 91/676/KEE dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli, abbażi tar-rapporti tal-Istati Membri għall-perjodu bejn l-2008 u l-2011, juri li għall-ilma ta' taħt l-art fil-Pajjiżi l-Baxxi, madwar 88 % tal-istazzjonijiet ta' monitoraġġ għandhom konċentrazzjonijiet medji tan-nitrati taħt il-50 mg/l u 79 % tal-istazzjonijiet ta' monitoraġġ għandhom konċentrazzjonijiet medji tan-nitrati taħt il-25 mg/l. Mid-dejta tal-monitoraġġ joħroġ li t-tendenza hi li l-konċentrazzjoni tan-nitrati fl-ilma ta' taħt l-art qiegħda tonqos meta mqabbla ma' dik tal-perjodu preċedenti tar-rappurtar (2004-2007). Għall-ilma tal-wiċċ, 98 % tal-istazzjonijiet ta' monitoraġġ għandhom konċentrazzjonijiet medji tan-nitrati taħt il-50 mg/l u 92 % tal-istazzjonijiet ta' monitoraġġ għandhom konċentrazzjonijiet medji tan-nitrati taħt il-25 mg/l. Mill-biċċa l-kbira tal-punti ta' monitoraġġ fl-ilmijiet tal-wiċċ joħroġ li t-tendenza hi li l-konċentrazzjonijiet tan-nitrati huma stabbli jew qed jonqsu. L-ammont ta' nitroġenu u fosfru żejjed fil-ħamrija fis-sena tnaqqas, l-aktar permezz ta' tnaqqis fl-użu tad-demel u l-fertilizzanti minerali minħabba t-tnaqqis kontinwu tal-istandards għall-applikazzjoni tan-nitroġenu u l-fosfru fil-programmi ta' azzjoni tal-Pajjiżi l-Baxxi. Fil-perjodu tar-rappurtar ta' bejn l-2008 u l-2011, l-ilmijiet ħelwin u tranżizzjonali kollha ġew ikklassifikati bħala ewtrofiċi jew ipertrofiċi.

(12)

Il-Kummissjoni tqis li l-kundizzjonijiet għall-għoti tad-deroga għandhom jinbidlu fuq il-bażi tal-eżami tat-talba mill-Pajjiżi l-Baxxi mibgħuta fit-22 ta' Jannar 2014 u b'kunsiderazzjoni tal-programm ta' azzjoni, tal-informazzjoni dwar il-kwalità tal-ilma u tal-esperjenza miksuba mid-deroga mogħtija bid-Deċiżjoni 2010/65/UE u mid-derogi stabbiliti fi Stati Membri oħra. Konsegwentement, il-Kummissjoni tqis li ammont ta' demel mill-bhejjem li jirgħu li jikkorrispondi għal 230 kg ta' nitroġenu fis-sena għal kull ettaru jista' jiġi permess fl-irziezet fejn mill-inqas 80 % tal-art tkun bwar b'ħamrija ramlija tan-Nofsinhar jew ċentrali u ħamrija “loessf” kif definit fil-programm ta' azzjoni, filwaqt li 250 kg ta' nitroġenu fis-sena għal kull ettaru jistgħu jkunu permessi biss fl-irziezet fejn mill-inqas 80 % tal-art tkun bwar b'ħamrija oħra. Il-Kummissjoni tqis li dan mhux se jippreġudika l-ilħiq tal-għanijiet tad-Direttiva 91/676/KEE, jekk jiġu sodisfatti ċerti kundizzjonijiet stretti.

(13)

Dawn il-kundizzjonijiet jinkludu l-istabbiliment ta' pjan għall-fertilizzanti fil-livell tal-irziezet, ir-reġistrazzjoni tal-użu tal-fertilizzanti permezz ta' kontijiet tal-fertilizzanti, analiżijiet perjodiċi tal-ħamrija, kopertura ħadra fix-xitwa wara l-qamħirrum, dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-ħrit tal-ħaxix, l-ebda tidmil qabel il-ħrit tal-ħaxix, l-aġġustament taż-żieda tal-fertilizzanti biex titqies il-kontribuzzjoni tal-għelejjel leguminużi, l-ebda żieda ta' fosfati minn fertilizzanti kimiċi u kontrolli msaħħin. Dawn il-kundizzjonijiet huma maħsuba biex jiżguraw li l-fertilizzant jiżdied mal-ħamrija skont il-ħtiġijiet tal-għelejjel u ma jkunx hemm telf ta' nitroġenu u fosfru fl-ilma.

(14)

L-informazzjoni mogħtija mill-Pajjiżi l-Baxxi turi li l-ammont ta' demel mill-bhejjem li jirgħu li jikkorrispondi għal 230 kg ta' nitroġenu fis-sena għal kull ettaru f'irziezet fejn mill-inqas 80 % tal-art hija bwar b'ħamrija ramlija tan-Nofsinhar u ċentrali u ħamrija “loess” kif definit fil-programm ta' azzjoni, u għal 250 kg ta' nitroġenu fis-sena għal kull ettaru f'irziezet fejn mill-inqas 80 % tal-art hija bwar b'ħamrija oħra, huwa ġġustifikat abbażi tal-kriterji oġġettivi bħall-preċipitazzjoni għolja netta, l-istaġuni twal tat-tkabbir u l-produzzjonijiet kbar ta' ħaxix b'rata għolja ta' assorbiment tan-nitroġenu.

(15)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar in-Nitrati stabbilit skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 91/676/KEE.

(16)

Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (4) tipprovdi għal approċċ komprensiv u transfruntier għall-ħarsien tal-ilma organizzat skont id-distretti tal-baċiri tax-xmajjar (RBDs — River Basin Districts), bil-għan li l-korpi tal-ilma Ewropej jiksbu status tajjeb qabel l-2015. It-tnaqqis tan-nutrijenti huwa parti integrali minn dak l-għan. L-għoti ta' deroga skont din id-Deċiżjoni huwa mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet skont id-Direttiva 2000/60/KE u ma jeskludix li jista' jkun hemm bżonn ta' miżuri addizzjonali biex jissodisfaw l-obbligi li joħorġu minnha.

(17)

Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (INSPIRE) (5)tistabbilixxi regoli ġenerali maħsuba għall-istabbiliment tal-Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea għall-finijiet tal-politika ambjentali tal-Komunità u l-politika jew l-attivitajiet li jista' jkollhom impatt fuq l-ambjent. Fejn applikabbli, l-informazzjoni ġeografika miġbura fil-kuntest ta' din id-deroga għandha tkun konformi mad-dispożizzjonijiet stabbiliti f'din id-Direttiva. Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv u titjieb il-koerenza tad-dejta, il-Pajjiżi l-Baxxi, huma u jiġbru d-dejta meħtieġa skont din id-deroga, fejn xieraq, għandhom jużaw l-informazzjoni ġġenerata mis-Sistema Integrata ta' Amministrazzjoni u Kontroll stabbilita skont il-Kapitolu II tat-Titolu V tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (6).

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-deroga mitluba mill-Pajjiżi l-Baxxi permezz tal-ittra tat-22 ta' Jannar 2014, bl-iskop li jiġi permess ammont ta' demel mill-bhejjem li jirgħu għat-tidmil tal-art kull sena li huwa ikbar minn dak previst fis-subparagrafu (a) tal-paragrafu 2 tal-Anness III tad-Direttiva 91/676/KEE tingħata, soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni:

1.

“razzett tal-bwar” tfisser kull azjenda fejn mill-inqas 80 % tar-raba' li jista' jiddemmel huwa mergħa;

2.

“bhejjem li jirgħu” tfisser bhejjem tal-ifrat (għajr għall-għoġġiela tas-simna), nagħaġ, mogħoż u żwiemel, ħmir, ċriev u bufli Indjani;

3.

“raba'” tfisser l-erja li tkun proprjetà tal-bidwi jew mikrija jew ġestita minnu b'tip ta' kuntratt individwali ieħor bil-miktub, li fiha l-bidwi jkollu r-responsabilità diretta tal-ġestjoni.

4.

“Ħaxix” tfisser bur permanenti jew bur temporanju li ilu inqas minn ħames snin.

Artikolu 3

Kamp ta' applikazzjoni

Din id-Deċiżjoni tapplika fuq bażi individwali għall-irziezet tal-bwar, u hija soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 4, 5 u 6.

Artikolu 4

Applikazzjoni annwali u impenn

1.   Biex jingħataw deroga skont din id-Deċiżjoni, il-bdiewa għandhom iressqu applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti kull sena.

2.   Flimkien mal-applikazzjoni annwali msemmija fil-paragrafu 1, il-bdiewa għandhom jintrabtu bil-miktub li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 5 u 6.

Artikolu 5

It-tidmil bid-demel u fertilizzanti oħra

1.   L-ammont ta' demel fis-sena mill-bhejjem li jirgħu għat-tidmil tar-raba' f'irziezet tal-bwar, inkluż mill-bhejjem stess, ma għandux jaqbeż l-ammont ta' demel li jkun fih 230 kg ta' nitroġenu għal kull ettaru fis-sena f'irziezet fejn mill-inqas 80 % tal-art hija bwar b'ħamrija ramlija tan-Nofsinhar u ċentrali u ħamrija “loess” kif definit fil-programm ta' azzjoni u 250 kg ta' nitroġenu għal kull ettaru fis-sena f'irziezet fejn mill-inqas 80 % tal-art hija bwar b'ħamrija oħra, jekk ikunu sodisfatti l-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 2 sa 9.

2.   L-ammont totali ta' nitroġenu u fosfati użat għandu jkun konformi mal-bżonn tan-nutrijenti tal-għalla u mal-ammont li diġà jinsab fil-ħamrija. L-ammont totali ta' nitroġenu u fosfati użat ma għandux jaqbeż l-istandards massimi għall-applikazzjoni stabbiliti fil-programm ta' azzjoni.

3.   L-użu tal-fosfati mill-fertilizzani kimiċi mhuwiex permess fl-irziezet li jkunu ngħataw deroga skont din id-Deċiżjoni.

4.   Għal kull razzett għandu jinżamm pjan tal-fertilizzazzjoni b'deskrizzjoni tan-newba tal-għelejjel tar-raba' u t-tidmil ippjanat bid-demel u b'fertilizzanti oħra tan-nitroġenu u tal-fosfati. Dan il-pjan għandu jkun disponibbli fir-razzett għal kull sena kalendarja sa mhux aktar tard minn Ġunju għall-ewwel sena u Frar għas-snin ta' wara.

5.   Il-pjan tal-fertilizzazzjoni għandu jinkludi dan li ġej:

(a)

l-għadd ta' bhejjem, deskrizzjoni tal-bini fejn jinżammu u tas-sistema tal-ħżin, inkluż il-volum ta' ħżin għad-demel disponibbli;

(b)

kalkolu tan-nitroġenu (li minnu jitnaqqas it-telf fil-bini tal-bhejjem u fil-maħżen) u l-fosfru mid-demel li jiġi prodott fir-razzett;

(c)

il-pjan tat-tinwib tal-għelejjel, li jrid jispeċifika l-erja tal-għelieqi individwali bil-ħaxix u b'għelejjel oħra, inkluż tpinġija ta' mappa li tindika fejn jinsabu l-għelieqi individwali;

(d)

il-bżonnijiet prevedibbli ta' nitroġenu u fosfru tal-għelejjel;

(e)

l-ammont u t-tip ta' demel li jingħata lill-kuntratturi u li ma jintużax fir-raba' tar-razzett;

(f)

l-ammont ta' demel impurtat użat fir-raba';

(g)

kalkolu tal-kontribuzzjoni tal-mineralizzazzjoni ta' materjal organiku, tal-għelejjel leguminużi u tad-depożizzjoni atmosferika u tal-ammont ta' nitroġenu li jkun jinsab fil-ħamrija fil-waqt meta l-għalla tibda tużah f'ammonti sinifikanti;

(h)

l-applikazzjoni tan-nitroġenu u l-fosfru mid-demel f'kull għalqa (taqsimiet tar-razzett li huma omoġeni f'dak li jirrigwarda l-għelejjel u t-tip ta' ħamrija);

(i)

iż-żieda tan-nitroġenu minn fertilizzanti kimiċi u fertilizzanti oħrajn f'kull għalqa;

(j)

il-kalkoli għall-istima tal-konformità mal-istandards għall-applikazzjoni tan-nitroġenu u tal-fosfru.

Il-pjanijiet għandhom jiġu riveduti sa mhux aktar tard minn sebat ijiem wara kwalunkwe bidla fil-prattiki agrikoli sabiex tiġi żgurata l-konsistenza bejn il-pjanijiet u l-prattiki agrikoli attwali.

6.   Għandu jinżamm kont tal-fertilizzazzjoni għal kull biċċa raba'. Dan għandu jintbagħat lill-awtorità kompetenti għal kull sena kalendarja.

7.   Il-pjan tal-fertilizzazzjoni għandu jinkludi dan li ġej:

(a)

l-erja tal-għelejjel;

(b)

l-għadd u t-tip ta' bhejjem;

(c)

il-produzzjoni tad-demel għal kull annimal;

(d)

l-ammont ta' fertilizzanti impurtati mir-razzett;

(e)

l-ammont ta' demel li r-razzett jagħti u lil min.

8.   Għal kull razzett tal-bwar li jkun ingħata deroga individwali, il-bidwi għandu jaċċetta li ż-żieda tal-fertilizzanti u l-kont tal-fertilizzazzjoni jistgħu jiġu soġġetti għall-kontrolli.

9.   Perjodikament għandha ssir analiżi tan-nitroġenu u tal-fosfru fil-ħamrija għal kull razzett li jkun ingħata deroga individwali, għallinqas darba kull erba' snin għal kull żona omoġenja tar-razzett. Din l-analiżi għandha tqis in-newba tal-għelejjel u l-karatteristiċi tal-ħamrija.

Wara l-ħrit tal-bur, għal kull żona omoġenja tar-razzett għandha ssir analiżi tan-nitroġenu fir-rigward tan-nitroġenu minerali u l-parametri biex jiġi vvalutat kemm tikkontribwixxi nitroġenu l-mineralizzazzjoni tal-materjal organiku.

Fir-rigward tal-analiżijiet imsemmija fl-ewwel u fit-tieni subparagrafu, għandha ssir minimu ta' analiżi waħda għal kull ħames ettari ta' art.

10.   Ma għandux jingħata d-demel fil-ħarifa qabel il-koltivazzjoni tal-ħaxix.

Artikolu 6

Kopertura tal-art

1.   Il-bdiewa li jkunu ngħataw deroga skont din id-Deċiżjoni għandhom ikabbru l-ħaxix fuq 80 % jew aktar tal-art disponibbli għat-tidmil fl-irziezet tagħhom.

2.   Barra minn hekk, il-bdiewa li jkunu ngħataw deroga skont din id-Deċiżjoni għandhom iwettqu l-miżuri li ġejjin:

(a)

fuq il-ħamrija ramlija u “loess”, wara l-qamħirrum għandu jiġi kkultivat il-ħaxix jew għelejjel oħra li jiżguraw il-kopertura tal-ħamrija fix-xitwa sabiex jitnaqqas il-potenzjal tal-lissija;

(b)

l-għelejjel għall-konservazzjoni tan-nutrijenti m'għandhomx jinħartu qabel l-1 ta' Frar sabiex ikun żgurat li r-raba' jkun dejjem miksi bil-veġetazzjoni għall-irkupru tan-nitrati li jintilfu mis-saff sekondarju tal-ħamrija fil-ħarifa u sabiex dan it-telf jiġi limitat fix-xitwa;

(c)

il-ħaxix fuq ħamrija ramlija u “loess” għandu jinħarat biss fir-rebbiegħa;

(d)

wara l-ħrit tal-ħaxix fuq kull tip ta' ħamrija, għandu jkun hemm għelejjel b'rata għolja ta' assorbiment tan-nitroġenu u ż-żieda tal-fertilizzant għandha tkun ibbażata fuq analiżi tal-ħamrija fir-rigward tan-nitroġenu minerali u parametri oħra. Din l-analiżi għandha tagħti referenzi għall-istima tar-rilaxx tan-nitroġenu mill-mineralizzazzjoni tal-materja organika fil-ħamrija; u

(e)

jekk in-newba tal-għelejjel tinkludi pjanti leguminużi jew pjanti oħrajn li jassimilaw in-nitroġenu atmosferiku, iż-żieda tal-fertilizzant għandha titnaqqas b'rata proporzjonali.

3.   B'deroga mill-punt (c), il-ħrit tal-ħaxix huwa permess fil-ħarifa għat-tħawwil tal-basal tal-fjuri.

Artikolu 7

Miżuri għall-produzzjoni tad-demel

L-awtoritajiet nazzjonali fil-Pajjiżi l-Baxxi għandhom jiżguraw li l-produzzjoni tad-demel fil-livell nazzjonali ma tiżdiedx aktar mil-livell tas-sena 2002, kemm għan-nitroġenu u kif ukoll għall-fosfru. Dan ifisser li d-drittijiet tal-produzzjoni għall-ħnieżer u t-tjur għandhom jinżammu għal kemm iddum fis-seħħ id-deroga mogħtija b'din id-Deċiżjoni.

Barra minn hekk, l-awtoritajiet kompetenti fil-Pajjiżi l-Baxxi għandhom jiżguraw li, minn Jannar 2015, jiġi pproċessat sehem xieraq tad-demel żejjed tas-settur tal-ħalib.

Artikolu 8

Monitoraġġ

1.   L-awtorità kompetenti għandha tħejji, u taġġorna kull sena, il-mapep li juru l-perċentwal ta' rziezet tal-bwar, il-perċentwal ta' bhejjem u l-perċentwal ta' raba' kopert minn deroga individwali f'kull muniċipalità.

2.   Għandu jitwaqqaf netwerk ta' monitoraġġ għat-teħid ta' kampjuni ta' ilma tal-ħamrija, nixxigħat u l-ilma ta' taħt l-art qrib il-wiċċ u dan in-netwerk għandu jinżamm fis-siti ta' monitoraġġ tad-deroga.

3.   In-netwerk ta' monitoraġġ, li jikkorrispondi għal mill-inqas 300 razzett li ngħataw derogi individwali, għandu jkun jirrappreżenta kull tip ta' ħamrija (tafal, pit, ħamrija ramlija, u “loess” ramlija), kull prassi ta' fertilizzazzjoni u kull newba tal-għelejjel. Il-kompożizzjoni tan-netwerk ta' monitoraġġ ma għandhiex tiġi mmodifikata matul iż-żmien li fih tkun applikabbli din id-Deċiżjoni.

4.   Stħarriġiet u analiżijiet kontinwi tan-nutrijenti għandhom jipprovdu d-dejta dwar l-użu lokali tar-raba', it-tinwib tal-għelejjel u l-prattiċi agrikoli fuq irziezet li ngħataw derogi individwali. Dik id-dejta tista' tintuża biex tiġi kkalkulata, abbażi ta' mudelli, il-lissija ta' nitrati u t-telf tal-fosfru minn għelieqi li jiddemmlu b'massimu ta' 230 kg jew 250 kg ta' nitroġenu fis-sena għall kull ettaru b'demel minn bhejjem li jirgħu.

5.   In-netwerk ta' monitoraġġ, inkluż l-ilma ta' taħt l-art qrib il-wiċċ, l-ilma tal-ħamrija, l-ilma tad-drenaġġ u n-nixxigħat f'irziezet tan-netwerk ta' monitoraġġ, għandu jipprovdi dejta dwar il-konċentrazzjoni tan-nitrati u tal-fosfru fl-ilma li jħalli l-parti tal-ħamrija fejn hemm l-għeruq u jidħol fis-sistemi tal-ilma ta' taħt l-art u tal-wiċċ.

6.   Il-monitoraġġ imsaħħaħ tal-ilma għandu jindirizza l-baċiri agrikoli b'ħamrija ramlija.

Artikolu 9

Kontrolli

1.   L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom iwettqu kontrolli amministrattivi tal-irziezet kollha li ngħataw deroga individwali għall-valutazzjoni tal-konformità mal-ammont massimu ta' 230 kg jew 250 kg ta' nitroġenu fis-sena għal kull ettaru mid-demel tal-bhejjem li jirgħu f'irziezet fejn mill-inqas 80 % tal-art tkun bur, mal-istandards totali għall-applikazzjoni tan-nitroġenu u tal-fosfru, u mal-kundizzjonijiet tal-użu tal-art. Meta l-kontrolli mwettqa mill-awtoritajiet nazzjonali juru li l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 5 u 6 ma jkunux ġew sodisfati, l-applikant għandu jiġi mgħarraf b'dan. F'dan il-każ, l-applikazzjoni ma għandhiex tiġi aċċettata.

2.   Għandu jiġi stabbilit programm ta' spezzjonijiet fuq bażi tar-riskju u bi frekwenza xierqa, li jikkunsidra r-riżultati tal-kontrolli tas-snin ta' qabel u r-riżultati tal-kontrolli aleatorji ġenerali tal-leġiżlazzjoni li timplimenta d-Direttiva 91/676/KEE u kwalunkwe informazzjoni li tista' tindika nuqqas ta' konformità.

L-ispezzjonijiet amministrattivi għandhom jindirizzaw mill-anqas 5 % tal-irziezet li ngħataw deroga individwali fir-rigward tal-użu tal-art, l-għadd ta' bhejjem u l-produzzjoni tad-demel.

L-ispezzjonijiet fuq il-post għandhom isiru f'mill-anqas 7 % tal-irziezet li ngħataw deroga individwali skont din id-Deċiżjoni fir-rigward tal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 5 u 6 ta' din id-Deċiżjoni.

3.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jingħataw is-setgħat u l-mezzi meħtieġa biex jivverifikaw il-konformità ma' deroga mogħtija skont din id-Deċiżjoni.

Artikolu 10

Rappurtar

1.   Sa Marzu ta' kull sena l-awtoritajiet kompetenti għandhom jibagħtu rapport lill-Kummissjoni li jkun fih l-informazzjoni li ġejja:

(a)

id-dejta marbuta mal-fertilizzazzjoni fl-irziezet kollha li ngħataw deroga individwali, inkluż informazzjoni dwar il-produzzjonijiet u t-tipi ta' ħamrija;

(b)

ix-xejriet fl-għadd ta' bhejjem għal kull kategorija ta' bhejjem fil-Pajjiżi l-Baxxi u fl-irziezet li tad-deroga;

(c)

ix-xejriet nazzjonali tal-produzzjoni tad-demel f'dak li għandu x'jaqsam man-nitroġenu u l-fosfati fid-demel;

(d)

sommarju tar-riżultati tal-kontrolli marbuta mal-koeffiċjenti tal-eskrezzjoni għad-demel tal-ħnieżer u tat-tjur fil-livell nazzjonali;

(e)

mapep li juru l-perċentwal ta' rziezet, il-perċentwal ta' bhejjem u l-perċentwal ta' raba' koperti minn deroga individwali f'kull muniċipalità, kif imsemmi fl-Artikolu 8(1);

(f)

ir-riżultati tal-monitoraġġ tal-ilma, inkluż informazzjoni dwar ix-xejriet tal-kwalità tal-ilmijiet ta' taħt l-art u tal-wiċċ, kif ukoll l-impatt tad-deroga fuq il-kwalità tal-ilma;

(g)

informazzjoni dwar il-konċentrazzjoni tan-nitrati u tal-fosfru fl-ilma li jħalli l-parti tal-ħamrija fejn hemm l-għeruq u jidħol fis-sistema tal-ilma ta' taħt l-art jew tal-wiċċ kif imsemmi fl-Artikolu 8(5) u r-riżultati mill-monitoraġġ imsaħħaħ tal-ilma f'baċiri agrikoli b'ħamrija ramlija kif imsemmi fl-Artikolu 8(6);

(h)

ir-riżultati tal-istħarriġiet dwar l-użu lokali tal-art, in-newba tal-għelejjel u l-prattiki agrikoli, u r-riżultati tal-kalkoli abbażi ta' mudelli tal-kwantitajiet ta' nitroġenu u fosfru mitlufa minn irziezet li ngħataw deroga individwali, kif imsemmi fl-Artikolu 8(4);

(i)

valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-kundizzjonijiet tad-deroga, abbażi tal-kontrolli fil-livell tal-irziezet u ta' informazzjoni dwar l-irziezet li mhumiex konformi, abbażi tar-riżultati tal-kontrolli amministrattivi u l-ispezzjonijiet fuq il-post, kif imsemmi fl-Artikolu 9.

2.   Id-dejta ġeografika fir-rapport għandha, fejn applikabbli, tissodisfa d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2007/2/KE. Fejn xieraq, fil-ġbir tad-dejta meħtieġa l-Pajjiżi l-Baxxi għandhom jagħmlu użu mill-informazzjoni ġġenerata mis-Sistema Integrata ta' Amministrazzjoni u Kontroll stabbilita skont il-Kapitolu II tat-Titolu V tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE) Nru 1306/2013.

Artikolu 11

Applikazzjoni

Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2017.

Artikolu 12

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Mejju 2014.

Għall-Kummissjoni

Janez POTOČNIK

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 375, 31.12.1991, p. 1.

(2)  ĠU L 324, 10.12.2005, p. 89.

(3)  ĠU L 35, 6.2.2010, p. 18.

(4)  ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1.

(5)  ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1.

(6)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.


ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

20.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 148/95


DEĊIŻJONI Nru 2/2014 TAL-KUMITAT KONĠUNT BEJN L-UE U L-ISVIZZERA

tat-13 ta' Mejju 2014

li jemenda l-Protokoll Nru 3 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti ta' oriġini” u metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva

(2014/292/UE)

IL-KUMITAT KONĠUNT,

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera ffirmat fi Brussell fit-22 ta' Lulju 1972, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 11 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 3 tal-Ftehim dwar it-tifsira tal-kunċett ta' “prodotti ta' oriġini” u l-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “Protokoll Nru 3”, u b'mod partikolari l-Artikolu 39 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Repubblika tal-Kroazja, minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Kroazja”, daħlet fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Lulju 2013.

(2)

Mal-adeżjoni tal-Kroazja, il-kummerċ bejn il-Kroazja u l-Konfederazzjoni Svizzera (“l-Isvizzera”), huwa kopert mill-Ftehim u l-applikazzjoni tal-ftehimiet kummerċjali konklużi bejn l-Isvizzera u l-Kroazja huma mitmuma minn dik id-data.

(3)

B'effett mill-adeżjoni tal-Kroazja, l-oġġetti li joriġinaw fil-Kroazja importati fl-Isvizzera fil-qafas tal-Ftehim iridu jiġu ttrattati bħala li huma ta' oriġini mill-Unjoni.

(4)

Mill-1 ta' Lulju 2013, il-kummerċ bejn il-Kroazja u l-Isvizzera għandu għalhekk ikun suġġett għall-Ftehim kif emendat b'dan l-Att.

(5)

Sabiex jiġi żgurat proċess ta' tranżizzjoni bla xkiel u tiġi ggarantita ċ-ċertezza legali, huma meħtieġa xi emendi tekniċi għall-Protokoll Nru 3, kif ukoll miżuri tranżitorji.

(6)

Miżuri u proċeduri tranżitorji simili huma previsti fil-punt 5 tal-Anness IV tal-Att ta' Adeżjoni tal-2012.

(7)

Il-Protokoll Nru 3, suġġett għad-dispożizzjonijiet tranżitorji li ġejjin, għandu għalhekk japplika mill-1 ta' Lulju 2013 'il quddiem,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

TAQSIMA I

EMENDI TEKNIĊI FIT-TEST TAL-PROTOKOLL

Artikolu 1

Regoli ta' oriġini

Il-Protokoll Nru 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

L-Anness IVa jinbidel bit-test li jinsab fl-Anness I ta' din id-Deċiżjoni;

(b)

L-Anness IVb jinbidel bit-test li jinsab fl-Anness II ta' din id-Deċiżjoni.

TAQSIMA II

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI

Artikolu 2

Prova tal-oriġini u kooperazzjoni amministrattiva

1.   Il-provi tal-oriġini maħruġa kif suppost mill-Kroazja jew mill-Isvizzera jew li jsiru fil-qafas ta' ftehim preferenzjali applikat bejniethom għandhom ikunu aċċettati fil-pajjiżi rispettivi, sakemm:

(a)

l-akkwist ta' dan it-tip ta' oriġini jikkonferixxi trattament ta' tariffi preferenzjali abbażi tal-miżuri ta' tariffi preferenzjali li hemm fil-Ftehim;

(b)

il-prova tal-oriġini u d-dokumenti tat-trasport inħarġu jew ġew kompilati mhux aktar tard mill-jum ta' qabel id-data tal-adeżjoni; u

(c)

il-prova tal-oriġini tiġi ppreżentata lill-awtoritajiet doganali matul il-perjodu ta' erba' xhur mid-data tal-adeżjoni.

Meta l-oġġetti jkunu ġew iddikjarati għall-importazzjoni jew fl-Isvizzera jew fil-Kroazja, qabel id-data tal-adeżjoni, skont ftehim preferenzjali applikat bejn il-Kroazja u l-Isvizzera dak iż-żmien, il-prova ta' oriġini maħruġa retrospettivament skont dak il-Ftehim tista' wkoll tiġi aċċettata ladarba tkun intbagħtet lill-awtoritajiet tad-dwana fil-perjodu ta' erba' xhur mid-data ta' adeżjoni.

2.   Il-Kroazja hija awtorizzata żżomm l-awtorizzazzjonijiet li bihom tkun ingħatat l-istatus ta' “esportaturi approvati” fil-qafas ta' ftehim preferenzjali applikat bejn il-Kroazja u l-Isvizzera qabel id-data tal-adeżjoni, sakemm:

(a)

dispożizzjoni ta' dan it-tip tkun stipulata wkoll fil-ftehim konkluż qabel id-data tal-adeżjoni bejn l-Isvizzera u l-Komunità; u

(b)

l-esportaturi approvati japplikaw ir-regoli ta' oriġini fis-seħħ f'dak il-ftehim.

Dawk l-awtorizzazzjonijiet għandhom jiġu sostitwiti mhux iżjed tard minn sena wara d-data tal-adeżjoni, b'awtorizzazzjonijiet ġodda maħruġin skont il-kundizzjonijiet tal-Ftehim.

3.   Talbiet għal verifika sussegwenti tal-prova ta' oriġini maħruġa skont il-ftehim preferenzjali msemmi fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu aċċettati mill-awtoritajiet doganali kompetenti jew tal-Isvizzera jew tal-Kroazja għal perjodu ta' tliet snin wara l-ħruġ tal-prova ta' oriġini kkonċernat u jista' jsir minn dawk l-awtoritajiet għal perjodu ta' tliet snin wara l-ħruġ tal-prova ta' oriġini kkonċernata mibgħuta minn dawk l-awtoritajiet b'appoġġ għal dikjarazzjoni ta' importazzjoni.

Artikolu 3

Oġġetti fi tranżitu

1.   Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim jistgħu jiġu applikati għal oġġetti esportati jew mill-Kroazja lejn l-Isvizzera jew mill-Isvizzera lejn il-Kroazja, li jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll Nru 3 u li dakinhar tal-adeżjoni jew ikunu fi tranżitu jew f'ħażna temporanja f'maħżen tad-dwana jew f'żona libera fil-Kroazja jew l-Isvizzera.

2.   F'dan it-tip ta' każijiet jista' jingħata trattament preferenzjali, soġġett għall-preżentazzjoni, lill-awtoritajiet doganali tal-pajjiż importatur, fi żmien erba' xhur mid-data tal-adeżjoni, ta' prova ta' oriġini maħruġa b'mod retrospettiv mill-awtoritajiet doganali tal-pajjiż esportatur.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika mill-1 ta' Lulju 2013.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Mejju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt

Il-President

Christian ETTER


ANNESS I

“ANNESS IVa

TEST TAD-DIKJARAZZJONI TAL-FATTURA

Id-dikjarazzjoni tal-fattura, li t-test tagħha jinsab hawn taħt, trid issir f'konformità man-noti ta' qiegħ il-paġna. Madankollu, in-noti ta' qiegħ il-paġna m'għandhomx għalfejn ikunu riprodotti.

Verżjoni Bulgara

Износителят на продуктите, обхванати от този документ — митническо разрешение № … (1), декларира, че освен където ясно е отбелязано друго, тези продукти са с … преференциален произход (2).

Verżjoni Spanjola

El exportador de los productos incluidos en el presente documento [autorización aduanera no (1)] declara que, salvo indicación en sentido contrario, estos productos gozan de un origen preferencial … (2).

Verżjoni Ċeka

Vývozce výrobků uvedených v tomto dokumentu (číslo povolení… (1)) prohlašuje, že kromě zřetelně označených, mají tyto výrobky preferenční původ v … (2).

Verżjoni Daniża

Eksportøren af varer, der er omfattet af nærværende dokument, (toldmyndighedernes tilladelse nr. … (1)), erklærer, at varerne, medmindre andet tydeligt er angivet, har præferenceoprindelse i … (2).

Verżjoni Ġermaniża

Der Ausführer (Ermächtigter Ausführer; Bewilligungs-Nr. … (1)) der Waren, auf die sich dieses Handelspapier bezieht, erklärt, dass diese Waren, soweit nicht anders angegeben, präferenzbegünstigte … (2) Ursprungswaren sind.

Verżjoni Estonjana

Käesoleva dokumendiga hõlmatud toodete eksportija (tolliameti kinnitus nr. … (1)) deklareerib, et need tooted on … (2) sooduspäritoluga, välja arvatud juhul kui on selgelt näidatud teisiti.

Verżjoni Griega

Ο εξαγωγέας των προϊόντων που καλύπτονται από το παρόν έγγραφο [άδεια τελωνείου υπ' αριθ. … (1)] δηλώνει ότι, εκτός εάν δηλώνεται σαφώς άλλως, τα προϊόντα αυτά είναι προτιμησιακής καταγωγής … (2).

Verżjoni Ingliża

The exporter of the products covered by this document (customs authorization No … (1)) declares that, except where otherwise clearly indicated, these products are of … (2) preferential origin.

Verżjoni Franċiża

L'exportateur des produits couverts par le présent document [autorisation douanière no (1)] déclare que, sauf indication claire du contraire, ces produits ont l'origine préférentielle … (2).

Verżjoni Kroata

Izvoznik proizvoda obuhvaćenih ovom ispravom (carinsko ovlaštenje br. … (1)) izjavljuje da su, osim ako je drukčije izričito navedeno, ovi proizvodi… (2) preferencijalnog podrijetla.

Verżjoni Taljana

L'esportatore delle merci contemplate nel presente documento [autorizzazione doganale n. … (1)] dichiara che, salvo indicazione contraria, le merci sono di origine preferenziale … (2).

Verżjoni Latvjana

To produktu eksportētājs, kuri ietverti šajā dokumentā (muitas atļauja Nr. … (1)), deklarē, ka, izņemot tur, kur ir citādi skaidri noteikts, šiem produktiem ir preferenciāla izcelsme … (2).

Verżjoni Litwana

Šiame dokumente išvardytų prekių eksportuotojas (muitinės liudijimo Nr. … (1)) deklaruoja, kad, jeigu kitaip nenurodyta, tai yra … (2) preferencinės kilmės prekės.

Verżjoni Ungeriża

A jelen okmányban szereplő áruk exportőre (vámfelhatalmazási szám: … (1)) kijelentem, hogy eltérő jelzés hianyában az áruk kedvezményes … (2) származásúak.

Verżjoni Maltija

L-esportatur tal-prodotti koperti b'dan id-dokument (awtorizzazzjoni tad-dwana nru. … (1)) jiddikjara li, ħlief fejn indikat b'mod ċar li mhux hekk, dawn il-prodotti huma ta' oriġini preferenzjali … (2).

Verżjoni Olandiża

De exporteur van de goederen waarop dit document van toepassing is (douanevergunning nr. … (1)), verklaart dat, behoudens uitdrukkelijke andersluidende vermelding, deze goederen van preferentiële … oorsprong zijn (2).

Verżjoni Pollakka

Eksporter produktów objętych tym dokumentem (upoważnienie władz celnych nr … (1)) oświadcza, że — jeśli wyraźnie nie określono inaczej — produkty te mają … (2) pochodzenie preferencyjne.

Verżjoni Portugiża

O exportador dos produtos cobertos pelo presente documento [autorização aduaneira n.o (1)], declara que, salvo expressamente indicado em contrário, estes produtos são de origem preferencial … (2).

Verżjoni Rumena

Exportatorul produselor ce fac obiectul acestui document [autorizația vamală nr. … (1)] declară că, exceptând cazul în care în mod expres este indicat altfel, aceste produse sunt de origine preferențială … (2).

Verżjoni Slovakka

Vývozca výrobkov uvedených v tomto dokumente (číslo povolenia… (1)) vyhlasuje, že okrem zreteľne označených majú tieto výrobky preferenčný pôvod v … (2)

Verżjoni Slovena

Izvoznik blaga, zajetega s tem dokumentom (pooblastilo carinskih organov št. … (1)) izjavlja, da, razen če ni drugače jasno navedeno, ima to blago preferencialno … (2) poreklo.

Verżjoni Finlandiża

Tässä asiakirjassa mainittujen tuotteiden viejä (tullin lupa n:o … (1)) ilmoittaa, että nämä tuotteet ovat, ellei toisin ole selvästi merkitty, etuuskohteluun oikeutettuja … alkuperätuotteita (2)

Verżjoni Svediża

Exportören av de varor som omfattas av detta dokument (tullmyn- dighetens tillstånd nr … (1)) försäkrar att dessa varor, om inte annat tydligt markerats, har förmånsberättigande … ursprung (2)

 (3)

(Post u data)

 (4)

(Firma tal-esportatur; addizzjonalment għandu jkun indikat b'kitba ċara l-isem tal-persuna li tiffirma d-dikjarazzjoni)


(1)  Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura ssir minn esportatur approvat, in-numru tal-awtorizzazzjoni tal-esportatur approvat irid jitniżżel f'dan l-ispażju. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura ma ssirx mill-esportatur approvat, il-kliem fil-parenteżi għandhom jitħallew barra jew l-ispazju għandu jitħalla vojt.

(2)  L-oriġini tal-prodotti trid tiġi indikata. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura tirrigwarda, kompletament jew parzjalment, prodotti li joriġinaw f'Ceuta u Melilla, l-esportatur irid jindikahom b'mod ċar fid-dokument li fih issir id-dikjarazzjoni permezz tas-simbolu ‘CM’.

(3)  Dawn l-indikazzjonijiet jistgħu jitħallew barra jekk l-informazzjoni tkun diġà fid-dokument innifsu.

(4)  F'każijiet fejn l-esportatur m'għandux għalfejn jiffirma, l-eżenzjoni mill-firma timplika wkoll eżenzjoni mill-isem tal-firmatarju.”


ANNESS II

“ANNESS IVb

TEST TAD-DIKJARAZZJONI TAL-FATTURA TAL-EUR-MED

Id-dikjarazzjoni tal-fattura EUR-MED, illi t-test tagħha jidher hawn taħt, għandha ssir skont in-noti ta'qiegħ il-paġna. Madankollu, in-noti ta' qiegħ il-paġna m'għandhomx għalfejn ikunu riprodotti.

Verżjoni Bulgara

Износителят на продуктите, обхванати от този документ — митническо разрешение № … (1) декларира, че освен където ясно е отбелязано друго, тези продукти са с … преференциален произход (2).

cumulation applied with (name of the country/countries)

no cumulation applied (3)

Verżjoni Spanjola

El exportador de los productos incluidos en el presente documento [autorización aduanera no (1)] declara que, salvo indicación en sentido contrario, estos productos gozan de un origen preferencial … (2).

cumulation applied with (name of the country/countries)

no cumulation applied (3)

Verżjoni Ċeka

Vývozce výrobků uvedených v tomto dokumentu (číslo povolení … (1)) prohlašuje, že kromě zřetelně označených mají tyto výrobky preferenční původ v … (2).

cumulation applied with (name of the country/countries)

no cumulation applied (3)

Verżjoni Daniża

Eksportøren af varer, der er omfattet af nærværende dokument, (toldmyndighedernes tilladelse nr. … (1)), erklærer, at varerne, medmindre andet tydeligt er angivet, har præferenceoprindelse i … (2).

cumulation applied with (name of the country/countries)

no cumulation applied (3)

Verżjoni Ġermaniża

Der Ausführer (Ermächtigter Ausführer; Bewilligungs-Nr. … (1)) der Waren, auf die sich dieses Handelspapier bezieht, erklärt, dass diese Waren, soweit nicht anders angegeben, präferenzbegünstigte … (2) Ursprungswaren sind.

cumulation applied with (name of the country/countries)

no cumulation applied (3)

Verżjoni Estonjana

Käesoleva dokumendiga hõlmatud toodete eksportija (tolliamenti kinnitus nr … (1)) deklareerib, et need tooted on … (2) sooduspäritoluga, välja arvatud juhul, kui on selgelt näidatud teisiti

cumulation applied with (name of the country/countries)

no cumulation applied (3)

Verżjoni Griega

Ο εξαγωγέας των προϊόντων που καλύπτονται από το παρόν έγγραφο [άδεια τελωνείου υπ'αριθ. … (1)] δηλώνει ότι, εκτός εάν δηλώνεται σαφώς άλλως, τα προϊόντα αυτά είναι προτιμησιακής καταγωγής … (2).

cumulation applied with (name of the country/countries)

no cumulation applied (3)

Verżjoni Ingliża

The exporter of the products covered by this document (customs authorisation No … (1)) declares that, except where otherwise clearly indicated, these products are of … (2) preferential origin.

cumulation applied with (name of the country/countries)

no cumulation applied (3)

Verżjoni Franċiża

L'exportateur des produits couverts par le présent document [autorisation douanière no (1)] déclare que, sauf indication claire du contraire, ces produits ont l'origine préférentielle … (2).

cumulation applied with (name of the country/countries)

no cumulation applied (3)

Verżjoni Kroata

Izvoznik proizvoda obuhvaćenih ovom ispravom (carinsko ovlaštenje br. … (1) izjavljuje da su, osim ako je drukčije izričito navedeno, ovi proizvodi… (2) preferencijalnog podrijetla;

cumulation applied with (name of the country/countries)

no cumulation applied (3)

Verżjoni Taljana

L'esportatore delle merci contemplate nel presente documento [autorizzazione doganale n. … (1)] dichiara che, salvo indicazione contraria, le merci sono di origine preferenziale … (2).

cumulation applied with (name of the country/countries)

no cumulation applied (3)

Verżjoni Latvjana

To produktu eksportētājs, kuri ietverti šajā dokumentā (muitas atļauja Nr. … (1)), deklarē, ka, izņemot tur, kur ir citādi skaidri noteikts, šiem produktiem ir preferenciāla izcelsme … (2):

cumulation applied with (name of the country/countries)

no cumulation applied (3)

Verżjoni Litwana

Šiame dokumente išvardytų prekių eksportuotojas (muitinės liudijimo Nr. … (1)) deklaruoja, kad, jeigu kitaip nenurodyta, tai yra … (2) preferencinės kilmės prekės.

cumulation applied with (name of the country/countries)

no cumulation applied (3)

Verżjoni Ungeriża

A jelen okmányban szereplő áruk exportőre (vámfelhatalmazási szám: … (1)) kijelentem, hogy eltérő jelzés hiányában az áruk kedvezményes … (2) származásúak.

cumulation applied with (name of the country/countries)

no cumulation applied (3)

Verżjoni Maltija

L-esportatur tal-prodotti koperti b'dan id-dokument (awtorizzazzjoni tad-dwana Nru … (1)) jiddikjara li, ħlief fejn indikat b'mod ċar li mhux hekk, dawn il-prodotti huma ta' oriġini preferenzjali … (2).

cumulation applied with (name of the country/countries)

no cumulation applied (3)

Verżjoni Olandiża

De exporteur van de goederen waarop dit document van toepassing is (douanevergunning nr. … (1)), verklaart dat, behoudens uitdrukkelijke andersluidende vermelding, deze goederen van preferentiële … oorsprong zijn (2).

cumulation applied with (name of the country/countries)

no cumulation applied (3)

Verżjoni Pollakka

Eksporter produktów objętych tym dokumentem (upoważnienie władz celnych nr … (1)) deklaruje, że z wyjątkiem gdzie jest to wyraźnie określone, produkty te mają … (2) preferencyjne pochodzenie.

cumulation applied with (name of the country/countries)

no cumulation applied (3)

Verżjoni Portugiża

O abaixo-assinado, exportador dos produtos abrangidos pelo presente documento [autorização aduaneira n.o (1)], declara que, salvo indicação expressa em contrário, estes produtos são de origem preferencial … (2).

cumulation applied with (name of the country/countries)

no cumulation applied (3)

Verżjoni Rumena

Exportatorul produselor ce fac obiectul acestui document [autorizația vamală nr. … (1)] declară că, exceptând cazul în care în mod expres este indicat altfel, aceste produse sunt de origine preferențială … (2).

cumulation applied with (name of the country/countries)

no cumulation applied (3)

Verżjoni Slovakka

Vývozca výrobkov uvedených v tomto dokumente [číslo povolenia … (1)] vyhlasuje, že okrem zreteľne označených, tieto výrobky majú preferenčný pôvod v … (2).

cumulation applied with (name of the country/countries)

no cumulation applied (3)

Verżjoni Slovena

Izvoznik blaga, zajetega s tem dokumentom (pooblastilo carinskih organov št. … (1)) izjavlja, da, razen če ni drugače jasno navedeno, ima to blago preferencialno … (2) poreklo.

cumulation applied with (name of the country/countries)

no cumulation applied (3)

Verżjoni Finlandiża

Tässä asiakirjassa mainittujen tuotteiden viejä (tullin lupa n:o … (1)) ilmoittaa, että nämä tuotteet ovat, ellei toisin ole selvästi merkitty, etuuskohteluun oikeutettuja … alkuperätuotteita (2).

cumulation applied with (name of the country/countries)

no cumulation applied (3)

Verżjoni Svediża

Exportören av de varor som omfattas av detta dokument (tullmyndighetens tillstånd nr … (1)) försäkrar att dessa varor, om inte annat tydligt markerats, har förmånsberättigande … ursprung (2).

cumulation applied with (name of the country/countries)

no cumulation applied (3)

 (4)

(Post u data)

 (5)

(Firma tal-esportatur; addizzjonalment għandu jkun indikat b'kitba ċara l-isem tal-persuna li tiffirma d-dikjarazzjoni)


(1)  Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura ssir minn esportatur approvat, in-numru ta' awtorizzazzjoni tal-esportatur approvat għandu jitniżżel f'dan l-ispazju. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura ma ssirx mill-esportatur approvat, il-kliem fil-parenteżi għandhom jitħallew barra jew l-ispazju għandu jitħalla vojt.

(2)  L-oriġini tal-prodotti trid tiġi indikata. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura tirrigwarda, kompletament jew parzjalment, prodotti li joriġinaw f'Ceuta u Melilla, l-esportatur irid jindikahom b'mod ċar fid-dokument li fih issir id-dikjarazzjoni permezz tas-simbolu ‘CM’.

(3)  Imla u ħassar fejn meħtieġ.

(4)  Dawn l-indikazzjonijiet jistgħu jitħallew barra jekk l-informazzjoni tkun diġà fid-dokument innifsu.

(5)  F'każijiet fejn l-esportatur m'għandux għalfejn jiffirma, l-eżenzjoni mill-firma timplika wkoll eżenzjoni mill-isem tal-firmatarju.”