|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 145 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 57 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
|
16.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 145/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-12 ta' Mejju 2014
dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra, bl-eċċezzjoni ta' materji relatati mar-riammissjoni
(2014/278/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 91, 100, 191(4), 207 u 212, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
|
(1) |
B'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/40/UE (2), il-Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”), ġie ffirmat fl-10 ta' Mejju 2010, suġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data iktar tard. |
|
(2) |
Ċerti dispożizzjonijiet tal-Ftehim jikkonċernaw ir-riammissjoni, u għalhekk jaqgħu fl-ambitu tat-Titolu V tat-Tielet Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Deċiżjoni separata (3) relatata ma' dawk id-dispożizzjonijiet, li jinsabu fl-Artikolu 33(2) tal-Ftehim, ser tiġi adottata parallelament ma' din id-Deċiżjoni. |
|
(3) |
Il-Ftehim għandu jiġi approvat f'isem l-Unjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 33(2) tiegħu, huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni (4).
Artikolu 2
Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà għandu jippresjedi l-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 44 tal-Ftehim. L-Unjoni jew, skont kif ikun il-każ, l-Unjoni u l-Istati Membri, għandhom ikunu rrappreżentati fil-Kumitat Konġunt skont is-suġġett.
Artikolu 3
Il-President tal-Kunsill għandu jaħtar lill-persuna jew persuni mogħtija s-setgħa li jipproċedu, f'isem l-Unjoni Ewropea, għan-notifika prevista fl-Artikolu 49(1) tal-Ftehim (5).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Mejju 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
(1) Kunsens mogħti fis-16 ta' April 2014 (għadu mhuwiex ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/40/UE tal-10 ta' Mejju 2010 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra (ĠU L 20, 23.1.2013, p. 1).
(3) Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/279/UE tat-12 ta' Mejju 2014 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea min-naħa l-oħra, fir-rigward ta' materji relatati mar-riammissjoni (Ara paġna 3 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(4) Il-Ftehim ġie ppubblikat fil-ĠU L 20, 23.1.2013, p. 2, flimkien mad-deċiżjoni dwar l-iffirmar.
(5) Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim se tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.
|
16.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 145/3 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-12 ta' Mejju 2014
dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea min-naħa l-oħra, fir-rigward ta' materji relatati mar-riammissjoni
(2014/279/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 79(3), flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
|
(1) |
B'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/40/UE (2), il-Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”), ġie ffirmat fl-10 ta' Mejju 2010, suġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data iktar tard. |
|
(2) |
F'konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 ta' dak il-Protokoll, dawk l-Istati Membri mhumiex qed jieħdu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhumiex marbuta biha jew suġġetti għall-applikazzjoni tagħha. |
|
(3) |
F'konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha. |
|
(4) |
Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim, ħlief l-Artikolu 33(2), relatati mar-riammissjoni, ser ikunu s-suġġetti ta' Deċiżjoni separata (3) li ser tiġi adottata parallelament ma' din id-Deċiżjoni. |
|
(5) |
Il-Ftehim għandu jiġi approvat f'isem l-Unjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, minn naħa oħra, fir-rigward tal-Artikolu 33(2) tiegħu, huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni (4).
Artikolu 2
Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà għandha tippresjedi l-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 44 tal-Ftehim. L-Unjoni jew, kif ikun il-każ, l-Unjoni u l-Istati Membri, għandha tiġi rrappreżentata fil-Kumitat Konġunt skont is-suġġett.
Artikolu 3
Il-President tal-Kunsill għandu jaħtar lill-persuna jew persuni mogħtija s-setgħa li jipproċedu, f'isem l-Unjoni Ewropea, għan-notifika prevista fl-Artikolu 49(1) tal-Ftehim. (5)
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Mejju 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
(1) Kunsens mogħti fis-16 ta' April 2014 (għadu mhuwiex ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/40/UE tal-10 ta' Mejju 2010 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra (ĠU L 20, 23.1.2013, p. 1).
(3) Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/278/UE tat-12 ta' Mejju 2014 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra, bl-eċċezzjoni ta' materji relatati mar-riammissjoni (Ara paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(4) Il-Ftehim ġie ppubblikat fil-ĠU L 20, 23.1.2013, p. 2, flimkien mad-deċiżjoni dwar l-iffirmar.
(5) Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim se tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.
REGOLAMENTI
|
16.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 145/5 |
REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 499/2014
tal-11 ta' Marzu 2014
li jissupplimenta r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013 u (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 dwar is-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 37(c)(iv) u (d)(xiii), l-Artikolu 173(1)(b) u (c) u (f), l-Artikolu 181(2) u l-Artikolu 231(1) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/00, (KE) Nru 1290/05 u (KE) Nru 485/2008 (2), u b'mod partikolari, l-Artikolu, 64(6) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 (3) kien adottat fuq il-bażi tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (4) li tħassar u ġie sostitwit mir-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
|
(2) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jinkludi xi dispożizzjonijiet ġodda li jirrigwardaw lis-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati. Dawn id-dispożizzjonijiet jeħtieġu li jiġu ssupplimentati fir-rigward tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-membri tal-organizzazzjoni tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħxejjex (organizzazzjoni tal-produtturi), il-kummerċjalizzazzjoni tal-produzzjoni sħiħa permezz tal-organizzazzjoni tal-produtturi, l-esternalizzazzjoni tal-attivitajiet, ir-responsabbiltà demokratika, l-iffissar ta' limiti għan-nefqa għall-ġestjoni u l-prevenzjoni tal-kriżijiet, il-kundizzjonijiet għat-tħawwil mill-ġdid tal-ġonna bħala miżura ta' prevenzjoni u ġestjoni tal-kriżijiet, ċerti elementi tal-proċedura f'każ ta' nuqqas ta' rispett tal-kriterji ta' rikonoxximent u l-applikazzjoni tas-sistema ta' prezz ta' dħul kif ukoll kundizzjonijiet biex wieħed jiddepożita l-garanzija. |
|
(3) |
L-Artikolu 160 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jipprovdi li l-istatuti ta' organizzazzjoni tal-produtturi għandhom jitolbu li l-membri produtturi tagħhom jikkummerċjalizzaw il-produzzjoni sħiħa tagħhom ikkonċernata permezz tal-organizzazzjoni tal-produtturi. Biex ikun hemm flessibbiltà fis-settur tal-frott u l-ħxejjex, huwa xieraq li l-produtturi jitħallew, taħt ċerti kundizzjonijiet, jikkummerċjalizzaw il-produzzjoni tagħhom barra l-organizzazzjoni tal-produtturi. |
|
(4) |
Skont l-Artikolu 26 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, l-attività ewlenija ta' organizzazzjoni tal-produtturi għandha tirrigwarda l-konċentrazzjoni tal-provvista u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tal-membri tagħha li għalihom tkun irrikonoxxuta. Jeħtieġ li jiġi ċċarat kif din l-attività titwettaq, b'mod partikolari fil-każ tal-esternalizzazzjoni. Barra minn hekk, biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jwettqu l-kontrolli meħtieġa, l-organizzazzjoni tal-produtturi għandha żżomm rekords li jippermettu lill-Istat Membri jivverifika li l-organizzazzjoni tal-produtturi rrispettat il-kompiti tagħha. |
|
(5) |
L-Artikolu 27 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jipprevedi li l-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom jibqgħu responsabbli għall-attivitajiet esternalizzati. Huwa xieraq li wieħed jispeċifika f'aktar dettall il-mezzi li bihom l-attivitajiet esternalizzati jibqgħu taħt il-kontroll tal-organizzazzjoni tal-produtturi li tkun esternalizzat dawk l-attivitajiet. |
|
(6) |
L-Artikolu 31 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jipprevedi li l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha li jqisu li huma meħtieġa sabiex jevitaw kwalunkwe abbuż tas-setgħa jew tal-influwenza minn wieħed mill-membri jew iktar ta' organizzazzjoni tal-produtturi. L-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom jipprovdu evidenza lill-Istati Membri tar-responsabbiltà demokratika tagħhom fir-rigward tal-membri produtturi tagħhom. Għal dan il-għan, il-perċentwal massimu ta' drittijiet ta' vot u ishma li kwalunkwe persuna individwali jew ġuridika jista' jkollha f'organizzazzjoni tal-produtturi għandu jkun limitat. |
|
(7) |
L-Artikolu 153(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jipprevedi għall-istatuti ta' organizzazzjoni tal-produtturi li jimponu fuq il-membri tagħha kontribuzzjoni finanzjarja meħtieġa sabiex tiġi ffinanzjata l-organizzazzjoni. Sabiex ikun żgurat li l-membri tal-organizzazzjoni tal-produtturi jħallsu l-kontribuzzjonijiet finanzjarji meħtieġa għall-istabbiliment u r-riforniment tal-fond operattiv ipprovdut fl-Artikolu 32 ta' dak ir-Regolament, jeħtieġ li tiġi pprovduta l-inklużjoni ta' dan l-obbligu fl-istatuti tal-organizzazzjoni tal-produtturi. |
|
(8) |
Biex jiġu evitati sitwazzjonijiet fejn il-miżuri ta' prevenzjoni u ta' ġestjoni tal-kriżijiet joħolqu finanzjament mhux ugwali f'assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi, il-limiti massimi għan-nefqa għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kriżijiet taħt il-programmi operattivi ta' assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom jiġu kkalkulati fil-livell ta' kull organizzazzjoni tal-produtturi msieħba. Barra minn hekk, għandhom jiġu stabbiliti wkoll il-kundizzjonijiet għat-tħawwil mill-ġdid tal-ġonna bħala miżura ta' prevenzjoni u ġestjoni tal-kriżijiet. Biex jiġi evitat finanzjament mhux ugwali tal-programmi operattivi, għandu jiġi ffissat perċentwal massimu ta' nefqa li jista' jkun iddedikat għat-tħawwil mill-ġdid tal-ġonna. |
|
(9) |
L-Artikolu 114 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistabbilixxi s-sanzjonijiet li għandhom ikunu applikati f'każ ta' nuqqas ta' ħarsien tal-kriterji ta' rikonoxximent. Skont l-Artikolu 154(4) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli f'intervalli regolari sabiex ikunu ċerti li l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jħarsu l-kriterji ta' rikonoxximent, jimponu penali fuq tali organizzazzjonijiet f'każ ta' nuqqas ta' konformità jew irregolaritajiet u jiddeċiedu, fejn meħtieġ, li jirtiraw ir-rikonoxximent. Sistema li tiddistingwi bejn nuqqasijiet sostanzjali u żgħar ta' konformità mal-kriterji ta' rikonoxximent tkun aktar effiċjenti u tevita interpretazzjonijiet differenti mill-Istati Membri. Għaldaqstant huwa xieraq li jiġu stabbiliti proċedura semplifikata u sanzjonar progressiv kif stipulat fl-Artikolu 64 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 li jipprevjeni lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi li ma jibqgħux iħarsu l-kriterji ta' rikonoxximent li jibbenefikaw indebitament mill-appoġġ tal-Unjoni. |
|
(10) |
L-Artikolu 181 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jipprevedi għall-applikazzjoni tal-Kodiċi Doganali għall-ikklerjar tal-oġġetti soġġetti għas-sistema ta' prezz ta' dħul. Minħabba li l-oġġetti inkwistjoni jistgħu jitħassru malajr u l-valur tagħhom meta jiġu kklerjati mid-dwana mhux dejjem ikun stabbilit, jeħtieġ li l-Kummissjoni titħalla tadotta regoli bl-iskop li tiġi vverifikata l-veraċità tal-prezz ta' dħul iddikjarat ta' kunsinna mqabbla ma' valur ta' importazzjoni b'rata fissa sabiex il-proċeduri ta' kklerjar doganali jitħaffu. Barra minn hekk, l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tas-sistema tal-prezz ta' dħul uriet li huwa xieraq li jintalab depożitu ta' garanzija meta l-valur doganali ddeterminat skont il-valur tat-tranżazzjoni msemmi fl-Artikolu 29 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (5) jaqbeż b'aktar minn 8 % il-valur ta' importazzjoni standard ikkalkulat mill-Kummissjoni. |
|
(11) |
Għaldaqstant ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(12) |
Biex tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel għall-programmi operattivi approvati taħt ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 fir-regoli l-ġodda taħt ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013, għandhom jiġu pprovduti dispożizzjonijiet ta' tranżizzjoni. |
|
(13) |
Id-dispożizzjonijiet fuq il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kriżijiet għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2014, jiġifieri d-data li minnha japplikaw id-dispożizzjonijiet ġodda relatati tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. Biex l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jkunu jistgħu jadattaw għar-regoli l-ġodda dwar ir-rekwiżiti għall-esternalizzazzjoni tal-attivitajiet u r-responsabbiltà demokratika, id-dispożizzjonijiet rilevanti għandhom japplikaw biss mill-1 ta' Jannar 2015. L-Artikolu 181 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 japplika mill-1 ta' Ottubru 2014 'il quddiem u għalhekk id-dispożizzjonijiet il-ġodda korrispondenti ta' dan ir-Regolament dwar il-kontroll tal-veraċità tal-prezz ta' dħul iddikjarat ta' kunsinna u dwar il-kundizzjonijiet għad-depożitu ta' garanzija għandhom japplikaw mill-istess data, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Fl-Artikolu 26(1), jiżdiedu t-tieni u t-tielet subparagrafi li ġejjin: “It-tqegħid fis-suq għandu jsir mill-organizzazzjoni tal-produtturi, jew taħt il-kontroll tal-organizzazzjoni tal-produtturi fil-każ ta' esternalizzazzjoni kif stabbilita fl-Artikolu 27. Dan għandu jinkludi d-deċiżjoni dwar il-prodott li ser jinbiegħ, l-għażla tal-mezz ta' distribuzzjoni u sakemm il-bejgħ ma jsirx permezz ta' rkant, in-negozjar fuq il-kwantità u l-prezz tiegħu. L-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom iżommu rekords, li jinkludu dokumenti ta' kontabilità, għal mill-inqas ħames snin, li juru li l-organizzazzjoni tal-produtturi kkonċentrat il-provvista u qiegħdet fuq is-suq il-prodotti tal-membri li għalihom hija rikonoxxuta.” |
|
(2) |
Jiddaħħal l-Artikolu 26a li ġej: “Artikolu 26a Il-kummerċjalizzazzjoni tal-produzzjoni barra l-organizzazzjoni tal-produtturi Meta l-organizzazzjoni tal-produtturi tawtorizza dan u meta dan ikun konformi mat-termini u l-kundizzjonijiet stipulati mill-organizzazzjoni tal-produtturi, il-membri produtturi jistgħu:
|
|
(3) |
L-Artikolu 27 jiġi sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 27 Esternalizzazzjoni 1. L-attivitajiet li Stat Membru jista' jippermetti l-esternalizzazzjoni tagħhom skont l-Artikolu 155 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1) għandhom ikunu relatati mal-għanijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi kif stipulat fl-Artikolu 152(1)(c) ta' dak ir-Regolament u jistgħu jinkludu, fost l-oħrajn, il-ġbir, il-ħżin, l-imballaġġ u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tal-membri tal-organizzazzjoni tal-produtturi. 2. Organizzazzjoni ta' produtturi li testernalizza attività għandha tidħol f'arranġament kummerċjali permezz ta' kuntratt bil-miktub ma' entità oħra, inkluż ma' wieħed mill-membri tagħha jew aktar jew ma' kumpanija sussidjarja, bl-għan li twettaq l-attività kkonċernata. L-organizzazzjoni tal-produtturi għandha tibqa' responsabbli għat-twettiq tal-attività esternalizzata u għall-kontroll tal-ġestjoni ġenerali u s-superviżjoni tal-arranġament kummerċjali għat-twettiq tal-attività. 3. Il-kontroll tal-ġestjoni ġenerali u s-superviżjoni msemmija fit-tieni paragrafu għandhom ikunu effettivi u jeżiġu li l-kuntratt ta' esternalizzazzjoni:
Il-kuntratti ta' esternalizzazzjoni, kif ukoll ir-rapporti msemmija fil-punt (b) għandhom jinżammu għand l-organizzazzjoni tal-produtturi għal minn tal-inqas ħames snin għall-iskop ta' kontrolli ex post u jkunu aċċessibbli għall-membri kollha meta ssir talba għalihom. (*1) Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).” " |
|
(4) |
L-Artikolu 31 jiġi sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 31 Responsabbiltà demokratika tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi 1. L-Istati Membri għandhom jiffissaw perċentwali massimu ta' drittijiet ta' vot u ishma li kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika jista' jkollha f'organizzazzjoni tal-produtturi. L-ogħla perċentwali ta' drittijiet ta' vot u ishma għandu jkun inqas minn 50 % tad-drittijiet tal-vot kollha u inqas minn 50 % tal-ishma. F'każijiet debitament iġġustifikati, l-Istati Membri jistgħu jiffissaw perċentwal massimu ogħla ta' ishma li persuna ġuridika jista' jkollha f'organizzazzjoni tal-produtturi diment li jiġi evitat fi kwalunkwe każ l-abbuż tal-poter ta' din il-persuna ġuridika. B'deroga mill-ewwel subparagrafu, fil-każ ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi li jimplimentaw programm operattiv fis-17 ta' Mejju 2014, l-ogħla perċentwal ta' ishma ffissat mill-Istat Membri b'applikazzjoni tal-ewwel subparagrafu għandu japplika biss wara li jintemm il-programm operattiv. 2. L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli fuq id-drittijiet tal-vot u tal-parteċipazzjoni azzjonarja li jinkludu kontrolli fuq l-identitajiet tal-individwi jew il-persuni ġuridiċi li jkollhom l-ishma tal-membri tal-organizzazzjoni tal-produtturi li huma persuni ġuridiċi huma stess. 3. Meta organizzazzjoni tal-produtturi tkun parti definita b'mod ċar ta' entità legali, l-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri sabiex jirrestrinġu jew jipprojbixxu s-setgħat ta' dik l-entità legali li tibdel, tapprova jew tirrifjuta d-deċiżjonijiet tal-organizzazzjoni tal-produtturi.” |
|
(5) |
Fl-Artikolu 53, għandu jiżdied dan it-tielet paragrafu li ġej: “3. L-istatuti ta' organizzazzjoni tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħxejjex għandhom jeħtieġu li l-membri produtturi tagħha jħallsu l-kontribuzzjonijiet finanzjarji pprovduti fir-regoli ta' assoċjazzjoni tagħha għall-istabbiliment u r-riforniment tal-fond operattiv ipprovdut fl-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.” |
|
(6) |
Fl-Artikolu 62, għandu jiżdied il-ħames paragrafu li ġej: “5. Il-limitu għan-nefqa għall-ġestjoni u l-prevenzjoni tal-kriżijiet, imsemmija fir-raba' paragrafu tal-Artikolu 33(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, taħt il-programmi operattivi ta' assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi għandu jkun ikkalkolat fil-livell ta' kull membru tal-organizzazzjoni tal-produtturi.” |
|
(7) |
Jiddaħħal l-Artikolu 89a li ġej: “Artikolu 89a It-tħawwil mill-ġdid ta' ġonna wara l-qlugħ mill-għeruq obbligatorju Meta l-Istati Membri jinkludu fl-istrateġija nazzjonali tagħhom it-tħawwil mill-ġdid tal-ġonna wara l-qlugħ mill-għeruq obbligatorju għal raġunijiet ta' saħħa jew fitosanitarji bħala miżuri kontra l-kriżijiet, huma għandhom jiddeterminaw l-ispeċi u, fejn ikun meħtieġ, il-varjetajiet eliġibbli għall-applikazzjoni ta' dik il-miżura u l-kundizzjonijiet marbuta magħha. F'każ ta' qlugħ mill-għeruq għal raġunijiet fitosanitarji, il-miżuri meħuda mill-Istati Membri għat-tħawwil mill-ġdid tal-ġonna għandhom ikunu konformi mad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE (*2). It-tħawwil mill-ġdid tal-ġonna ma għandux ikopri aktar minn 20 % tan-nefqa totali taħt il-programmi operattivi. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jistabbilixxu perċentwal aktar baxx. (*2) Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1).” " |
|
(8) |
L-Artikolu 114 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 114 Nuqqas ta' ħarsien tal-kriterji ta' rikonoxximent 1. Jekk Stat Membru jkun stabbilixxa li organizzazzjoni tal-produtturi tonqos li tħares wieħed mill-kriterji ta' rikonoxximent marbut mar-rekwiżiti tal-Artikoli 21, 23, 26(1) u (2) u l-Artikolu 31, dan għandu jibgħat lill-organizzazzjoni tal-produtturi inkwistjoni mhux aktar tard minn xahrejn wara li jkun ġie identifikat in-nuqqas, ittra rreġistrata ta' twissija li tindika n-nuqqas identifikat, il-miżuri korrettivi u l-perjodi ta' żmien li fihom dawn il-miżuri jkollhom jittieħdu, li ma għandhomx jaqbżu l-erba' xhur. Mill-mument li jiġi stabbilit nuqqas, l-Istati Membri għandhom jissospendu l-ħlasijiet ta' għajnuna sakemm il-miżuri korrettivi jkunu ttieħdu b'mod sodisfaċenti. 2. Nuqqas ta' ħarsien tal-kriterji ta' rikonoxximent imsemmi fl-ewwel paragrafu fi żmien il-perjodu ffissat mill-Istat Membru għandu jwassal għas-sospensjoni tar-rikonoxximent tal-organizzazzjoni tal-produtturi. L-Istat Membru għandu jinnotifika lill-organizzazzjoni tal-produtturi dwar il-perjodu ta' sospensjoni, li ma għandux jaqbeż it-12-il xahar mid-data li fiha l-organizzazzjoni tal-produtturi tkun irċeviet l-ittra ta' twissija. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali orizzontali li tista' tipprevedi s-sospensjoni ta' azzjoni bħal din wara li jibdew il-proċedimenti legali marbuta. Waqt is-sospensjoni tar-rikonoxximent, l-organizzazzjoni tal-produtturi tista' tkompli l-attività tagħha, iżda l-ħlasijiet għall-għajnuna għandhom jinżammu sakemm titneħħa s-sospensjoni tar-rikonoxximent. L-ammont annwali ta' għajnuna għandu jitnaqqas bi 2 % għal kull xahar tal-kalendarju mibdi li matulu r-rikonoxximent ikun sospiż. Is-sospensjoni għandha tintemm fil-jum tal-verifika li turi li l-kriterji ta' rikonoxximent inkwistjoni ġew imħarsa. 3. Jekk il-kriterji ma jiġux imħarsa sal-aħħar tal-perjodu ta' sospensjoni stabbilit mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru, l-Istat Membru għandu jirtira r-rikonoxximent b'effett mid-data li minnha l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent ma ġewx imħarsa, jew, jekk ma jkunx possibbli li wieħed jidentifika d-data, mid-data meta n-nuqqas ġie stabbilit. Dan huwa mingħajr preġudizzjoni għall-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali orizzontali li tista' tipprevedi s-sospensjoni ta' azzjoni bħal din wara li jibdew il-proċedimenti legali marbuta. Għajnuna pendenti ma għandhiex titħallas u għajnuna mħallsa indebitament għandha tiġi rkuprata. 4. Jekk Stat Membru jkun stabbilixxa li organizzazzjoni tal-produtturi tonqos li tħares kwalunkwe kriterju ta' rikonoxximent ieħor stabbilit fl-Artikolu 154 tar- Regolament (UE) Nru 1308/2013 minbarra dawk imsemmija fl-ewwel paragrafu, dan għandu jibgħat lill-organizzazzjoni tal-produtturi inkwistjoni mhux aktar tard minn xahrejn wara li jkun ġie identifikat in-nuqqas, ittra rreġistrata ta' twissija li tindika n-nuqqas identifikat, il-miżuri korrettivi u l-perjodi ta' żmien li fihom dawn il-miżuri jkollhom jittieħdu, li ma għandhomx jaqbżu l-erba' xhur. 5. Jekk l-organizzazzjoni tonqos li tieħu l-miżuri korrettivi msemmija fir-raba' paragrafu fil-perjodu ta' żmien stabbilit mill-Istat Membru, il-ħlasijiet għandhom jiġu sospiżi u l-ammont annwali ta' għajnuna għandu jonqos b'1 % għal kull xahar tal-kalendarju mibdi li jaqbeż dak il-perjodu ta' żmien. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali orizzontali li tista' tipprevedi s-sospensjoni ta' azzjoni bħal din wara li jibdew il-proċedimenti legali marbuta. 6. Madankollu, meta organizzazzjoni tal-produtturi tagħti lill-Istat Membru prova li minħabba diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi avversi, mard jew infestazzjonijiet minn insetti, minkejja li tkun ħadet il-miżuri ta' prevenzjoni tar-riskju meħtieġa hija ma tkunx tista' tħares il-kriterji ta' rikonoxximent stipulati fl-Artikolu 154(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fir-rigward tal-volum jew il-valur minimu tal-produzzjoni kummerċjabbli stabbilit mill-Istati Membri, l-Istat Membru jista', għas-sena inkwistjoni, jidderoga mill-volum jew il-valur minimu tal-produzzjoni kummerċjabbli għal din l-organizzazzjoni tal-produtturi. 7. F'każijiet fejn il-paragrafi 1, 2, 4 u 5 japplikaw, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu ħlasijiet wara l-iskadenza stipulata fl-Artikolu 70 fejn dan ikun meħtieġ għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu. Madankollu, dawn il-ħlasijiet ma jistgħux isiru wara l-15 ta' Ottubru tat-tieni sena li tiġi wara s-sena ta' implimentazzjoni tal-programm.” |
|
(9) |
L-Artikolu 137 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 137 Bażi tal-prezz ta' dħul 1. L-Artikolu 181(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandu japplika għall-prodotti elenkati fl-Anness XVI. 2. Meta l-valur doganali tal-prodotti elenkati fil-Parti A tal-Anness XVI ikun iddeterminat skont il-valur ta' tranżazzjoni msemmi fl-Artikolu 29 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 u dak il-valur doganali jkun ogħla b'aktar minn 8 % mir-rata fissa kkalkulata mill-Kummissjoni bħala valur ta' importazzjoni standard meta ssir id-dikjarazzjoni tar-rilaxx tal-prodotti għaċ-ċirkolazzjoni libera, l-importatur għandu jiddepożita l-garanzija msemmija fl-Artikolu 248(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93. Għal dan il-għan, l-ammont ta' dazju ta' importazzjoni li għalih il-prodotti elenkati fil-Parti A tal-Anness XVI jistgħu finalment ikunu soġġetti, għandu jkun l-ammont ta' dazju dovut kieku l-prodott inkwistjoni kien ikun ikklassifikat fuq il-bażi tal-valur ta' importazzjoni standard ikkonċernat. L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika meta l-valur ta' importazzjoni standard ikun ogħla mill-prezzijiet ta' dħul elenkati fl-Anness 2 tat-Taqsima I tal-Parti III tal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (*3), u meta d-dikjarant jitlob id-dħul immedjat fil-kontijiet tal-ammonti ta' dazji li għalihom l-oġġetti jistgħu jkunu soġġetti minflok ma jiddepożita l-garanzija. 3. Meta l-valur doganali tal-prodotti elenkati fil-Parti A tal-Anness XVI huwa kkalkulat skont l-Artikolu 30(2)(c) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92, id-dazju għandu jitnaqqas kif stipulat fl-Artikolu 136(1) ta' dan ir-Regolament. F'dak il-każ, l-importatur għandu jiddepożita garanzija kif imsemmi fl-Artikolu 248(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 li tkun daqs l-ammont tad-dazju li kieku kien ikollu jħallas kieku l-klassifikazzjoni tal-prodotti kellha ssir fuq il-bażi tal-valur ta' importazzjoni standard applikabbli. 4. Il-valur doganali tal-oġġetti importati fuq kunsinna huwa direttament iddeterminat skont l-Artikolu 30(2)(c) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92, u għal dan il-għan, japplika l-valur ta' importazzjoni standard ikkalkulat skont l-Artikolu 136 matul il-perjodi fis-seħħ. 5. L-importatur għandu jkollu xahar mill-bejgħ tal-prodotti inkwistjoni, soġġett għal limitu ta' erba' xhur mid-data tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni ta' rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera, sabiex juri li l-lott tneħħa skont il-kundizzjonijiet li jikkonfermaw il-korrettezza tal-prezzijiet imsemmija fl-Artikolu 29 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92, jew sabiex jiddetermina l-valur doganali msemmi fl-Artikolu 30(2)(c) ta' dak ir-Regolament. In-nuqqas ta' ħarsien ta' xi waħda minn dawn l-iskadenzi jinvolvi t-telf tal-garanzija ddepożitata, mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-paragrafu 6. Il-garanzija ddepożitata għandha tiġi rilaxxata sakemm tingħata prova tal-kundizzjonijiet ta' tneħħija li tissodisfa lill-awtoritajiet tad-dwana. Inkella l-garanzija tintilef permezz tal-ħlas tad-dazji ta' importazzjoni. Biex juri li l-lott tneħħa skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-ewwel subparagrafu, l-importatur għandu jagħmel disponibbli, minbarra l-fattura, id-dokumenti kollha meħtieġa għat-twettiq tal-kontrolli doganali rilevanti relatati mal-bejgħ u t-tneħħija ta' kull prodott tal-lott inkwistjoni, inklużi dokumenti relatati mat-trasport, l-assigurazzjoni, l-immaniġġjar u l-ħażna tal-lott. Meta l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 3 jkunu jitolbu li l-varjetà tal-prodott jew it-tip kummerċjali tal-frott u tal-ħxejjex jiġu indikati fuq il-pakkett, il-varjetà tal-prodott jew it-tip kummerċjali tal-frott u tal-ħxejjex li jiffurmaw parti mil-lott għandhom ikunu indikati fuq id-dokumenti relatati mat-trasport, il-fatturi u l-ordni tal-kunsinna. 6. Il-limitu ta' żmien ta' erba' xhur imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-ħames paragrafu jista' jittawwal mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru b'massimu ta' tliet xhur fuq talba tal-importatur, li għandha tkun debitament iġġustifikata. Jekk meta jivverifikaw, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistabbilixxu li r-rekwiżiti ta' dan l-Artikolu ma tħarsux, huma għandhom jirkupraw id-dazju dovut skont l-Artikolu 220 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92. L-ammont tad-dazju li għandu jiġi rkuprat għandu jinkludi l-imgħax mid-data li fiha l-oġġetti ġew rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera sad-data tal-irkupru. Ir-rata tal-imgħax applikata għandha tkun dik fis-seħħ għall-operazzjonijiet ta' rkupru taħt il-liġi nazzjonali. (*3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).” " |
Artikolu 2
Regoli ta' tranżizzjoni
Meta Stat Membru jkun approva programm operattiv skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 64(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 qabel l-20 ta' Jannar 2014, dak il-programm operattiv għandu jitqies approvat taħt ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 65 u 66 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, fuq talba ta' organizzazzjoni ta' produtturi, programm operattiv approvat taħt ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jista':
|
(a) |
jkompli għaddej sakemm jintemm; |
|
(b) |
jinbidel sabiex jissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013; jew |
|
(c) |
jiġi sostitwit bi programm operattiv ġdid approvat taħt ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 1(6) u (7) u l-Artikolu 2 għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2014.
L-Artikolu 1(9) għandu japplika mill-1 ta' Ottubru 2014.
L-Artikolu 1(3) u (4) għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2015.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Marzu 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 għas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1).
(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1).
(5) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/1992 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).
|
16.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 145/12 |
REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 500/2014
tal-11 ta' Marzu 2014
li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 288/2009 fir-rigward tal-għoti ta' għajnuna għall-miżuri ta' akkumpanjament fil-qafas ta' Skema tal-Frott u Ħaxix għall-Iskejjel
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 24(1)(c) u 24(2)(b) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 ħassar u ssostitwixxa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (2) mill-1 ta' Jannar 2014. |
|
(2) |
L-Artikolu 23(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jipprevedi li l-għajnuna mill-Unjoni mogħtija fil-qafas tal-Iskema tal-Frott u Ħaxix għall-Iskejjel tista' tkopri wkoll il-miżuri ta' akkumpanjament meħtieġa biex irendu l-iskema iktar effettiva. Għaldaqstant, jeħtieġ li dawk il-miżuri jiġu ddefiniti f'dak li jirrigwarda l-għanijiet tagħhom u l-ispejjeż marbutin magħhom, u jeħtieġ li jiġi stabbilit liema minn dawn l-ispejjeż jistgħu jkunu eliġibbli għall-għajnuna mill-Unjoni. |
|
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 288/2009 (3) jipprevedi regoli għall-applikazzjoni tal-Iskema tal-Frott u Ħaxix għall-Iskejjel, u b'mod partikolari, jipprevedi l-obbligu li l-Istati Membri jiddeskrivu, fl-istrateġiji tagħhom, il-miżuri ta' akkumpanjament li jkun beħsiebhom jadottaw sabiex jiżguraw l-implimentazzjoni b'suċċess tal-iskema. L-istess Regolament jipprevedi wkoll regoli dwar l-ispejjeż eliġibbli għall-għajnuna mill-Unjoni. Għaldaqstant, jixraq li r-Regolament (KE) Nru 288/2009 jiġi emendat sabiex jinkludi r-regoli dwar il-miżuri ta' akkumpanjament imsemmija fl-Artikolu 23(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
|
(4) |
L-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 288/2009 jipprevedi li l-Istati Membri li jistabbilixxu Skema ta' Frott u Ħaxix għall-Iskejjel jistgħu japplikaw għall-għajnuna mill-Unjoni għal perjodu wieħed jew iktar li jkunu jibdew fl-1 ta' Awwissu u jintemmu fil-31 ta' Lulju. Sabiex titqies l-istruttura perjodika tas-sena skolastika, ir-regoli l-ġodda dwar il-miżuri ta' akkumpanjament għandhom japplikaw sa mill-1 ta' Awwissu 2014, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emenda għar-Regolament (KE) Nru 288/2009
Ir-Regolament (KE) Nru 288/2009 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
(1) |
Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 4 għandu jinbidel b'dan li ġej: “4. L-Istati Membri għandhom jipprevedu, fl-istrateġiji tagħhom, il-miżuri ta' akkumpanjament imsemmija fl-Artikolu 23(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1). Il-miżuri ta' akkumpanjament għandhom jappoġġaw id-distribuzzjoni ta' prodotti tal-frott u l-ħaxix u għandhom ikunu marbutin direttament mal-għanijiet tal-Iskema tal-Frott u Ħaxix għall-Iskejjel fir-rigward taż-żieda fil-konsum tal-frott u l-ħaxix fit-terminu qasir taż-żmien u fit-tul, kif ukoll fir-rigward tal-ħolqien ta' drawwiet tajbin tal-ikel. F'dawn il-miżuri jistgħu jkunu involuti wkoll il-ġenituri u l-għalliema. (*1) Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.).” " |
|
(2) |
L-Artikolu 5 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta' Awwissu 2014.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Marzu 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament dwar l-OKS Unika) (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 288/2009 tas-7 ta' April 2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-għajnuna Komunitarja għall-forniment ta' frott u ħaxix, frott u ħaxix ipproċessat u prodotti tal-banana lit-tfal fl-istabbilimenti edukattivi, fil-qafas tal-Iskema tal-Frott [u Ħaxix] għall-Iskejjel (ĠU L 94, 8.4.2009, p. 38).
|
16.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 145/14 |
REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 501/2014
tal-11 ta' Marzu 2014
li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 826/2008 fir-rigward ta' ċertu rekwiżiti relatati mal-prodotti agrikoli li jgawdu għajnuna għall-ħżin privat
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/01 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 19(1) u (4)(a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 826/2008 (2) jipprovdi regoli komuni biex tingħata għajnuna għall-ħżin privat għal ċertu prodotti agrikoli. Il-prodotti eliġibbli għal għajnuna għall-ħżin privat tniżżlu fl-Artikoli 28 u 31 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (3). |
|
(2) |
Mill-1 ta' Jannar 2014, ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 tħassar u nbidel bir-Regolament (UE) Nru 1308/2013. It-Taqsima 3 tal-Kapitolu I tat-Titolu I tal-Parti II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fiha dispożizzjonijiet dwar l-għajnuna għall-ħżin privat. |
|
(3) |
L-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 iniżżel il-prodotti eliġibbli għal għajnuna għall-ħżin privat. Meta mqabbel mal-prodotti msemmija fl-Artikoli 28 u 31 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fih tliet prodotti iżjed, jiġifieri l-fibra tal-kittien, il-ġobon b'denominazzjoni protetta tal-oriġini (DPO) jew indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP), u t-trab tal-ħalib xkumat mill-ħalib tal-baqra. |
|
(4) |
Skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, għajnuna għall-ħżin privat tista' tingħata jekk il-prodotti kkonċernati jkunu jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fit-Taqsima 3 tal-Kapitolu I tat-Titolu I tal-Parti II ta' dak ir-Regolament u r-rekwiżiti addizzjonali dwar il-kwalità u l-karatteristiċi tal-prodott li trid tadotta l-Kummissjoni. |
|
(5) |
Il-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà għall-butir stabbiliti fl-Artikolu 17(e) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 inbidlu meta mqabblin ma' dawk previsti fir-Regolament (KE) Nru 1234/2007. |
|
(6) |
Dispożizzjonijiet dwar il-kwalità u l-karatteristiċi tal-prodott u kriterji tal-eliġibbiltà diġà jeżistu fir-Regolament (KE) Nru 826/2008 għal prodotti eliġibbli għal għajnuna għall-ħżin privat skont l-Artikoli 28 u 31 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. |
|
(7) |
Jixraq li jiġu adottati r-rekwiżiti tal-kwalità u l-kriterji tal-eliġibbiltà dwar il-kwantitajiet għall-fibra tal-kittien, għat-trab tal-ħalib xkumat u għall-ġobon b'DPO b'IĠP, sabiex dawk għall-butir jiġu adattati u jiddaħħlu fir-Regolament (KE) Nru 826/2008. |
|
(8) |
L-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 stabbilixxa l-kriterji li għandhom jitqiesu fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tagħti għajnuna għall-ħżin privat. Dawn il-kriterji jinkludu l-prezzijiet tas-suq tal-Unjoni medji rreġistrati u l-limiti ta' referenza u l-ispejjeż tal-produzzjoni għall-prodotti kkonċernati kif ukoll il-ħtieġa li tirrispondi fil-ħin għal sitwazzjoni tas-suq partikolarment diffiċli jew għal żviluppi ekonomiċi b'impatt negattiv sinifikanti fuq il-marġnijiet fis-settur. |
|
(9) |
L-Artikoli 3 u 5 tar-Regolament (KE) Nru 826/2008 jipprovdu li d-deċiżjoni li tingħata għajnuna għall-ħżin privat għaz-zokkor abjad u, rispettivament, għaċ-ċanga tista' tittieħed skont il-prezzijiet tal-Unjoni medji rreġistrati. Dawk l-Artikoli huma bbażati fuq ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 li issa tħassar u nbidel bir-Regolament (UE) Nru 1308/2013. Għalhekk jixraq li jitneħħew l-Artikoli 3 u 5 tar-Regolament (KE) Nru 826/2008. |
|
(10) |
Il-kwantità maħżuna waqt il-perjodu tal-ħżin miftiehem għandha tkun daqs il-kwantità fil-kuntratt. Madankollu, għall-finijiet tal-Artikoli 15, 18 u 34 tar-Regolament (KE) Nru 826/2008, jista' jitħalla marġni ta' tolleranza dwar il-kwantità għal ċertu prodotti eliġibbli għal għajnuna għall-ħżin privat. Minħabba l-karatteristiċi tal-prodotti, tolleranza bħal din għandha tiġi ffissata wkoll għat-trab tal-ħalib xkumat f'boroż kbar u għall-fibra twila tal-kittien. |
|
(11) |
Fejn jidħlu l-karatteristiċi tal-kwalità li jridu jiġu stabbiliti għall-fibra tal-kittien, il-fibra twila tal-kittien titqies prodott ta' kwalità għolja li għandha tkun eliġibbli għal għajnuna għall-ħżin privat. |
|
(12) |
Billi l-produzzjoni tal-butir ma għadx hemm bżonn li ssir f'impriża approvata, id-dispożizzjonijiet li jiċċertifikaw il-konformità mar-rekwiżiti speċifiċi tal-oriġini f'każ ta' ħażna fi Stat Membru ieħor li mhux dak tal-produzzjoni tal-butir, kif stipulati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 826/2008, ma għadhomx aktar applikabbli. Għandhom jiġu stabbiliti regoli ġodda simplifikati għal prova li butir maħżun jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikoli 9 u 17(e) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. L-istess regoli għandhom japplikaw ukoll għat-trab tal-ħalib xkumat. |
|
(13) |
Ir-Regolament (KE) Nru 826/2008 għandu jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 826/2008 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Fl-Artikolu 2, il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej: “2. Il-butir u t-trab tal-ħalib xkumat għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti addizzjonali stabbiliti fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.” |
|
(2) |
L-Artikoli 3 u 5 jitħassru. |
|
(3) |
Fl-Artikolu 7, il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej: “3. L-offerti jew l-applikazzjonijiet għal għajnuna għall-ħżin privat għall-butir, it-trab tal-ħalib xkumat u l-ġobon għandhom jirrigwardaw il-prodotti li diġà tqiegħdu għalkollox fil-ħażna, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fir-Regolament tal-ftuħ tas-sejħa għall-offerti jew fir-Regolament li jistabbilixxi l-ammont ta' għajnuna minn qabel.” |
|
(4) |
Fl-Artikolu 15(1), il-punt (b) jinbidel b'dan li ġej:
|
|
(5) |
Fl-Artikolu 18(1), il-punt (b) jinbidel b'dan li ġej:
|
|
(6) |
Fl-Artikolu 34(1), jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin: “Għat-trab tal-ħalib xkumat f'boroż kbar, l-għajnuna għandha titħallas għall-kwantità realment maħżuna diment li din ma tkunx tirrapreżenta inqas minn 97 % tal-kwantità miftiehma. Għall-fibra twila tal-kittien, l-għajnuna għandha titħallas għall-kwantità realment maħżuna diment li din ma tkunx tirrapreżenta inqas minn 97 % tal-kwantità miftiehma.” |
|
(7) |
L-Anness I jinbidel skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament. |
|
(8) |
L-Anness II jinbidel bit-test fl-Anness II ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum mill-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Marzu 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 826/2008 tal-20 ta' Awwissu 2008 li jipprovdi regoli komuni għall-għotja ta' għajnuna għall-ħażna privata ta' ċerti prodotti agrikoli (ĠU L 223, 21.8.2008, p. 3).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1).
ANNESS I
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 826/2008 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
(1) |
Il-Parti II u l-Parti III jinbidlu b'dan li ġej: “II. Il-ġobon b'DPO/IĠP L-għajnuna għall-ħżin privat għandha tingħata biss għall-ġobon li jgawdi denominazzjoni protetta tal-oriġini (DPO) jew indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP) li meta jibda l-kuntratt tal-ħażna dan għandu jkollu età minima li tikkorrispondi għall-perjodu ta' maturazzjoni stabbilit fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott imsemmija fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1) għal dak il-ġobon kif se jiġi kummerċjalizzat wara l-ħażna skont il-kuntratt, u miżjud bil-perjodu ta' maturazzjoni lil hinn minn dan il-perjodu li jikkontribwixxi biex jiżdied il-valur tal-ġobon. Meta perjodu ta' maturazzjoni ma jkunx stabbilit fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott imsemmija fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, meta jibda l-kuntratt tal-ħażna l-ġobon għandu jkollu età minima li tikkorrispondi għall-perjodu ta' maturazzjoni li jikkontribwixxi biex jiżdied il-valur tal-ġobon. Barra minn hekk, il-ġobon għandu jkun konformi ma' dawn ir-rekwiżiti:
L-Istati Membri jistgħu jwarrbu l-obbligu li l-ġobon ikun iġorr id-data tad-dħul fil-ħażna diment li sid il-maħżen ikollu reġistru li fih, fid-data tad-dħul fil-ħażna, iniżżel id-dettalji msemmija fit-tieni paragrafu. III. Il-butir L-għajnuna għall-ħżin privat għandha tingħata biss għall-butir li:
Mill-anqas, il-pakkett tal-butir għandu juri dawn id-dettalji li ġejjin, li jistgħu jkunu b'kodiċi, meta xieraq:
L-Istati Membri jistgħu jwarrbu l-obbligu li l-pakkett ikun iġorr id-data tad-dħul fil-ħażna diment li sid il-maħżen ikollu reġistru li fih, fid-data tad-dħul fil-ħażna, iniżżel id-dettalji msemmija fit-tieni paragrafu. (*1) Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1).” " |
|
(2) |
Jiżdiedu l-Parti V u l-Parti VI: “V. It-trab tal-ħalib xkumat L-għajnuna għall-ħżin privat għandha tingħata biss għat-trab tal-ħalib xkumat magħmul mill-ħalib tal-baqra li:
L-Istati Membri jistgħu jwarrbu l-obbligu li l-pakkett ikun iġorr id-data tad-dħul fil-ħażna diment li sid il-maħżen ikollu reġistru li fih, fid-data tad-dħul fil-ħażna, iniżżel id-dettalji msemmija fl-ewwel paragrafu. VI. Il-fibra twila tal-kittien L-għajnuna għall-ħżin privat għandha tingħata biss għal fibra twila tal-kittien li tinkiseb b'separazzjoni sħiħa tal-fibri u tal-partijiet tal-għuda taz-zokk li jkollhom mill-anqas medja ta' 50 ċm tul, wara li jiġu mimxuta u rranġati f'fili paralleli f'munzelli, folji jew filaturi u li għaliha l-kwantità minima għall-applikazzjonijiet jew għall-offerti għal għajnuna tkun 2 000 kg. Il-fibra twila tal-kittien għandha tinħażen f'balal li fuqhom jista' jkollhom kodiċi, meta xieraq:
|
(*1) Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1).” ”
ANNESS II
“ANNESS II
Il-butir għandu jsir minn krema miksuba direttament u esklussivament mill-ħalib tal-baqra magħmul fl-Unjoni. It-trab tal-ħalib xkumat għandu jsir minn ħalib tal-baqra magħmul fl-Unjoni.
Il-konformità mal-ewwel paragrafu tista' tintwera bi prova li l-butir jew it-trab tal-ħalib xkumat sar f'impriża approvata skont il-punt 1(a), (b) u (c) tal-Parti III tal-Anness IV tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1272/2009 (1) jew b'xi prova xierqa oħra li turi konformità mal-ewwel paragrafu.”
(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1272/2009 tal-11 ta' Diċembru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f'dak li għandu x'jaqsam max-xiri u l-bejgħ ta' prodotti agrikoli taħt intervent pubbliku (ĠU L 349, 29.12.2009, p. 1).
|
16.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 145/20 |
REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 502/2014
tal-11 ta' Marzu 2014
li jissupplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 u r-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-bażi ta' kalkolu ta' tnaqqis li għandu jiġi applikat lill-bdiewa mill-Istati Membri minħabba t-tnaqqis lineari ta' pagamenti fl-2014 u d-dixxiplina finanzjarja għas-sena kalendarja 2014
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta' Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 140a tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 40(3) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, kif emendat bl-Artikolu 6(2) tar-Regolament (UE) Nru 1310/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), jipprovdi għal tnaqqis lineari ta' pagamenti diretti fir-rigward tal-2014. L-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 jipprovdi għal aġġustament ta' pagamenti diretti għal raġunijiet ta' dixxiplina finanzjarja. Għandha ssir dispożizzjoni sabiex tiżgura l-aħjar applikazzjoni ta' dak it-tnaqqis fl-2014. |
|
(2) |
Fl-interess tat-trasparenza u tal-prevedibbiltà, huwa xieraq li l-metodu ta' kalkolu taż-żewġ tnaqqisiet fil-proċess tal-kalkolu tal-ammont ta' pagamenti li għandu jsir lill-bdiewa fir-rigward tal-2014 għandu jikkorrispondi mal-metodu ta' kalkolu tat-tnaqqis lineari ta' pagamenti diretti minħabba l-applikazzjoni tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u t-tnaqqis minħabba d-dixxiplina finanzjarja skont l-Artikolu 11 ta' dak ir-Regolament kif inhu stipulat fl-Artikolu 79(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1122/2009 (4) u skont ir-Regolament Delagat tal-Kummissjoni (UE) Nru 635/2013 (5). |
|
(3) |
L-Artikolu 29(5) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, kif emendat bl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) Nru 1310/2013, jipprovdi għall-possibbiltà li mis-16 ta' Ottubru 2014 l-Istati Membri jħallsu l-avvanzi lill-bdiewa fir-rigward tal-applikazzjonijiet li saru fl-2014. Biex tiġi żgurata konsistenza mar-regoli applikabbli fl-2013 skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 946/2013 (6) li jipprovdi li jistgħu jitħallsu ħlasijiet mingħajr ma jitqies l-aġġustament minħabba dixxiplina finanzjarja skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, huwa xieraq li anke fl-2014 ikun previst li l-avvanzi jistgħu jitħallsu mingħajr ma jitqies it-tnaqqis tad-dixxiplina finanzjarja stipulat fl-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) u fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013. Mill-1 ta' Diċembru 2014, il-ħlas tal-bilanċ għandu jqis ir-rata ta' aġġustament tad-dixxiplina finanzjarja applikabbli dak iż-żmien. |
|
(4) |
Billi dan ir-Regolament japplika għal applikazzjonijiet għall-għajnuna fir-rigward tal-2014, għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Tnaqqis minħabba tnaqqis lineari ta' pagamenti diretti fl-2014 stipulati fl-Artikolu 40(3) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 kif ukoll tnaqqis minħabba dixxiplina finanzjarja stipulata fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 għas-sena kalendarja 2014 għandhom jiġu applikati fuq it-total ta' pagamenti mill-iskemi differenti ta' appoġġ elenkati fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 li kull bidwi huwa intitolat għalihom wara l-applikazzjoni tal-Artikolu 78 tar-Regolament (KE) Nru 1122/2009.
Dak it-tnaqqis għandu jiġi applikat qabel ma jkun applikat it-tnaqqis stipulat fl-Artikolu 79(2) tar-Regolament (KE) Nru 1122/2009.
Artikolu 2
Għandhom jitħallsu l-avvanzi msemmija fl-Artikolu 29(5) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 mingħajr ma jitqies it-tnaqqis tad-dixxiplina finanzjarja stipulata fl-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 u fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013. Il-ħlas tal-bilanċ li għandu jingħata lill-benefiċjarji mill-1 ta' Diċembru 2014 għandu jqis ir-rata ta' aġġustament tad-dixxiplina finanzjarja applikabbli dak iż-żmien għall-ammont totali tal-pagamenti diretti fir-rigward tas-sena kalendarja 2014.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan għandu japplika għal applikazzjonijiet għall-għajnuna ppreżentati fir-rigward tal-2014.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Marzu 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16.
(2) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608.
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 1310/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru li jistabbilixxi ċerti dispożizzjonijiet transitorji dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-riżorsi u d-distribuzzjoni tagħhom fir-rigward tas-sena 2014 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 u r-Regolamenti (UE) Nru 1307/2013, (UE) Nru 1306/2013 u (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-applikazzjoni tagħhom fis-sena 2014 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 865).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1122/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 li jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tal-kundizzjonalità, il-modulazzjoni u s-sistema integrata ta' amministrazzjoni u kontroll, skont l-iskemi ta' appoġġ għall-bdiewa previsti għal dak ir-Regolament, kif ukoll għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-kundizzjonalità skont l-iskema ta' appoġġ prevista għas-settur tal-inbid (ĠU L 316, 2.12.2009, p. 65).
(5) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 635/2013 tal-25 ta' April 2013 li jissuplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tal-bażi ta' kalkolu ta' tnaqqis li għandu jiġi applikat lill-bdiewa mill-Istati Membri minħabba l-aġġustament ta' pagamenti fl-2013 u d-dixxiplina finanzjarja għas-sena kalendarja 2013 (ĠU L 183, 2.7.2013, p. 1).
(6) Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 946/2013 tat- 2 ta' Ottubru 2013 dwar il-ħlasijiet bil-quddiem li għandhom isiru mis- 16 ta' Ottubru 2013 tal-pagamenti diretti elenkati fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għal bdiewa (ĠU L 261, 3.10.2013, p. 25).
(7) Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549).
|
16.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 145/22 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 503/2014
tat-8 ta' Mejju 2014
li japprova emenda minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mdaħħla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Muscat du Ventoux (DPO))
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikell (1), u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni ta' Franza għall-approvazzjoni ta' emenda fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Muscat du Ventoux”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/1999 (2). |
|
(2) |
L-għan ta' din l-applikazzjoni huwa li tiġi emendata l-ispeċifikazzjoni biex tingħata aktar informazzjoni dettlajata dwar id-deskirzzjoni tal-prodott, il-prova tal-oriġini, l-ittikettjar, ir-rekwiżiti nazzjonali u d-dettalji ta' kuntatt tal-istrutturi responsabbli għall-monitoraġġ tal-denominazzjoni u t-tneħħija tar-rekwiżit tal-ippakkjar fiż-żona. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni eżaminat l-emenda kkonċernata u kkonkludiet li hija ġustifikata. Billi din hija emenda żgħira skont it-tielet sottoparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni tista' tapprovaha mingħajr ma tirrikorri għall-proċedura mogħtija fl-Artikoli 50 sa 52 ta' dan ir-Regolament, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Muscat du Ventoux” hija b'dan emendata skont l-Anness I għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
L-Anness II ta' dan ir-Regolament jinkludi d-Dokument Uniku kkonsolidat li jistabbilixxi l-elementi ewlenin tal-ispeċifikazzjoni.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Mejju 2014.
Għall-Kummissjoni
F'isem il-President,
Dacian CIOLOȘ
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS I
Fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Muscat du Ventoux”, hija approvata l-emenda li ġejja:
1. Deskrizzjoni tal-prodott
Id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jiddefinixxu d-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Muscat du Ventoux”, b'mod partikolari l-karatteristiċi analitiċi marbuta ma' din id-denominazzjoni (l-indiċi rifrattometriku, ir-rapport żokkor/aċidu) u l-karatteristiċi marbuta mal-għanqud (forma, piż minimu) ġew integrati fid-deskrizzjoni tal-prodott. Dawn l-elementi diġà jidhru fl-ispeċifikazzjonijiet reġistrati fuq il-livell tal-Unjoni fit-titlu “Metodu ta' produzzjoni”.
2. Definizzjoni taż-żona ġeografika
Kienu elenkati l-fażijiet ta' produzzjoni li jridu jseħħu b'mod obbligatorju fiż-żona ġeografika u din il-lista tinkiseb mill-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet previsti fil-metodu tal-produzzjoni.
Il-lista tal-Komuni li jiffurmaw iż-żona ġeografika hija parti mill-ispeċifikazzjonijiet abbażi tal-lista li tidher fid-digriet tat-22 ta' Awwissu 1997 li fih id-definizzjoni ta' dan id-DPO. Peress li kien hemm żball fin-numru tal-Komuni taż-żona ġeografika, tali numru ġie kkoreġut.
Il-modalitajiet ta' identifikazzjoni tal-ħabel art idonea għall-produzzjoni tal-prodott oġġett tad-denominazzjoni ġew preċiżati fl-ispeċifikazzjonijiet
3. Evidenza li turi li l-prodott ġej miż-żona ġeografika
Rigward il-bidliet leġiżlattivi u regolatorji nazzjonali, it-taqsima “Evidenza li turi li l-prodott ġej miż-żona ġeografika” ġiet ikkonsolidata biex tiġbor, b'mod partikolari, l-obbligi tar-rappurtar u ż-żamma tar-reġistri dwar it-traċċabbiltà tal-prodott u l-monitoraġġ tal-kundizzjonijiet tal-produzzjoni.
Dawn l-emendi huma marbuta mar-riforma tas-sistema ta' kontroll tad-denominazzjonijiet tal-oriġini introdotta bil-Liġi-Digriet Nru 2006-1547 tas-7 ta' Diċembru 2006 dwar il-promozzjoni tal-prodotti agrikoli, tal-prodotti tal-foresti jew tal-prodotti tal-ikel u tal-prodotti tal-baħar.
Barra minn hekk, l-elementi marbuta mal-istorja tal-prodott ġew trasferiti għat-taqsima “Rabta maż-żona ġeografika”
4. Metodu tal-produzzjoni
Barra minn hekk, it-taqsima “Metodu tal-produzzjoni” ġiet kompletata bid-dispożizzjonijiet dwar id-deskrizzjoni li hemm fid-digriet inizjali tar-rikonoxximent tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Muscat du Ventoux” marbuta mat-talba inizjali tar-rikonoxximent tad-denominazzjoni bħala DPO li jirrigwarda b'mod partikolari:
|
— |
l-età minima meta tidħol fil-produzzjoni d-dielja, |
|
— |
id-densitajiet tat-tħawwil, |
|
— |
il-modi ta' tħarriġ, |
|
— |
l-għoli awtorizzat tax-xitla u n-numru ta' għenieqed kull dielja, |
|
— |
il-fatturi li jiddeterminaw il-bidu tal-qtugħ tal-għeneb u l-obbligi marbuta mar-rendiment, |
|
— |
id-dispożizzjonijiet speċifiċi applikabbli għall-għeneb kkonservat fit-tul fi kmamar tal-kesħa. |
Fl-aħħar nett, id-dispożizzjonijiet li jippermettu deroga mir-regoli marbuta mal-indiċi rifrattometriku, id-data tal-bidu tal-qtugħ u r-rendiment fil-każ ta' ċirkostanżi klimatiċi eċċezzjonali, tneħħew mill-ispeċifikazzjonijiet peress li qed jitqiesu mhux aktar adegwati.
5. Elementi speiċifiċi tat-tikkettar
Id-dispożizzjonijiet rigward it-tikkettar ġew emendati biex:
|
— |
l-inklużjoni tas-simbolu tad-DPO tal-Unjoni Ewropa ssir obbligatorja, |
|
— |
biex dawn ir-regoli jsiru koerenti mat-tneħħija tal-obbligu tal-ippakkjar fiż-żona tal-produzzjoni u l-emenda fir-rekwiżiti tal-identifikazzjoni tal-prodotti. Bħalissa, l-identifikazzjoni tal-prodotti hija garantita permezz ta' strixxa tikketta apposta mwaħħla fuq l-ippakkjar li turi t-traċċabilità. Meta wieħed iqis t-talba biex jitneħħa l-obbligu tal-ippakkjar fiż-żona ġeografika, l-istrixxa tikketta titwaħħal fuq il-kannestri tal-għeneb miġbur jew meta jinħareġ mill-kmamar tal-kesħa fejn jinżamm l-għeneb għall-konservazzjoni fit-tul. F'każ li l-prodott jiġi ttrattat aktar, qabel l-ippakkjar finali tiegħu, in-numru biss fuq l-istrixxa tikketta tal-prodott għandu jinżamm bl-iskop li tkun garantita t-traċċabilità tal-prodott. |
6. Rekwiżiti nazzjonali
F'konformità mar-riforma nazzjonali fis-sistema tal-ispezzjoni, l-ispeċifikazzjoni ġiet supplimentata b'tabella bil-punti ewlenin li għandhom jiġu ċċekkjati u l-metodi ta' valutazzjoni li jridu jintużaw.
7. Oħrajn
|
— |
L-obbligu tal-ippakkjar fiż-żona tal-produzzjoni tneħħa peress din id-dispożizzjoni m'għadx hemm bżonnha, |
|
— |
L-intestaturi “Referenzi li jikkonċernaw il-korpi ta' kontroll” u “Il-grupp applikant” ġew aħħornati bl-isem u d-dettalji tal-istrutturi uffiċjali ta' kontroll u tal-applikant, partikolarment wara li ttieħedet nota tal-bidla li saret fil-modalitajiet tal-kontroll. |
ANNESS II
DOKUMENT UNIKU KONSOLIDAT
Ir-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (*1)
“MUSCAT DU VENTOUX”
Nru tal-KE: FR-DPO-0105-0996-24.04.2012
IĠP () DPO (X)
1. Isem
“Muscat du Ventoux”
2. Stat membru jew pajjiż terz
Franza
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta' prodott
Klassi 1.6. Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem mogħti fil-punt 1
Il-“Muscat du Ventoux” hu għeneb iswed tal-mejda li ġej mill-varjetà “Muscat de Hambourg”. Hu kkaratterizzat minn għenbiet pjuttost kbar, mingħajr żerriegħa ħamra, ġeneralment ikkuluriti ħafna u krokkanti, b'aroma muskata intensa u eleganti. L-għenieqed tal-għeneb huma omoġenji, ta' piż minimu ta' 250 gramma, bl-għenbiet imqassmin b'mod regolari fl-għanqud. Il-kulur blu intens tal-varjetà hu tipiku tad-denominazzjoni. Ftuħ in-nwar tal-għenba għandu jkun xkett. Iz-zokk għandu jkun minfuħ.
L-għeneb għandu indiċi rifrattometriku (IR) ta' aktar minn 18 (ekwivalenti għal 169,3 g/l taz-zokkor) u l-proporzjon totali zokkor/aċidu (S/A) ta' aktar minn 25 (iz-zokkor espress f'g/l taz-zokkor u l-aċidità totali f'g/l tal-aċidu tartariku).
3.3. Il-materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
—
3.4. L-għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss)
—
3.5. L-istadji speċifiċi tal-produzzjoni li għandhom jitwettqu fiż-żona ġeografika indikata
Il-proċess kollu tal-produzzjoni għandu jsir fiż-żona ġeografika ddefinita:
3.6. Ir-regoli speċifiċi għat-tqattigħ, għall-ħakk, għall-ippakkjar, eċċ.
Il-ħżin tal-għeneb fil-kesħa fit-tul iseħħ fiż-żona ġeografika biex ikun possibbli li jkun imkessaħ fil-friġġ malajr ħafna sabiex il-prodott jiġi ppriservat u ma jitħassarx. Il-ħeffa li biha t-temperatura tal-għeneb titbaxxa hija kundizzjoni indispensabbli biex l-għeneb jinżamm għal diversi xhur. Hekk kif joħroġ mill-kmamar tal-kesħa, l-għeneb jgħaddi minn eżamijiet sistematiċi analitiċi u organolettiċi biex ikun żgurat li jinżammu l-karatteristiċi tiegħu.
3.7. Ir-regoli speċifiċi għat-tikkettar
It-tikkettar tal-għeneb tad-denominazzjoni tal-oriġini “Muscat du Ventoux” iġib l-isem tad-denominazzjoni tal-oriġini, is-simbolu tad-DPO tal-Unjoni Ewropea u n-numru tal-istrixxa tikketta.
4. Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika
Iż-żona ġeografika “Muscat du Ventoux” qiegħda bejn tliet reġjuni muntanjużi fit-tramuntana, il-muntanja Ventoux; fil-lvant, il-muntanji tal-Vaucluse u fin-nofsinhar, il-muntanja tal-Luberon. Din tkopri dawn il-Komuni li ġejjin fid-dipartiment tal-Vaucluse:
Apt, Aubignan, Le Barroux, Le Beaucet, Beaumettes, Beaumont-du-Ventoux, Bédoin, Blauvac, Bonnieux, Cabrières-d'Avignon, Caromb, Carpentras, Caseneuve, Castellet, Crestet, Crillon-le-Brave, Entrechaux, Flassan, Fontaine-de-Vaucluse, Gargas, Gignac, Gordes, Goult, Joucas, Lacoste, Lagnes, Lioux, Loriol-du-Comtat, Malaucène, Malemort-du-Comtat, Maubec, Mazan, Ménerbes, Méthamis, Modène, Mormoiron, Murs, Oppède, Pernes-les-Fontaines, Robion, La Roque-sur-Pernes, Roussillon, Rustrel, Saignon, Saint-Didier, Saint-Hippolyte-le-Graveyron, Saint-Martin-de-Castillon, Saint-Pantaléon, Saint-Pierre-de-Vassols, Saint-Saturnin-lès-Apt, Saumane-de-Vaucluse, Vaison-la-Romaine, Venasque, Viens, Villars et Villes-sur-Auzon.
5. Rabta maż-żona ġeografika
5.1. Speċifiċità taż-żona ġeografika
5.1.1. L-element naturali
Ir-reġjun tal-Ventoux hu magħruf għall-karatteristiċi speċifiċi ġeografiċi u klimatiċi tiegħu.
Il-ħamrija hija ta' natura ramlija-taflija raba' grass. Dawn il-karatteristiċi jagħmlu r-reġjun ideali għall-produzzjoni tal-għeneb u nbid tal-mejda ta' kwalità
Il-klima taż-żona hija tat-tip Mediterranju. Din iż-żona hi partikolarment karatterizzata minn ħafna xemx fis-sajf u ftit xita. Madankollu, l-influwenza tal-Muntanja Ventoux, li għandha għoli ta' 1 900 m, tippermetti temperaturi aktar kesħin matul il-lejl. Din il-muntanja tipproteġi wkoll iż-żona mill-Mistral, ir-riħ vjolenti li xi kultant jippredomina fil-wied ta' Rhône.
Il-livelli baxxi ta' umdità li jirriżultaw mill-ftit xita li tinżel matul is-sena għandhom effett profilattiku li hu partikolarment adatt għat-tkabbir tad-dwieli.
5.1.2. L-element uman
L-għeneb “Muscat du Ventoux” ilu jitkabbar fir-reġjun Vaucluse sa mill-bidu tas-seklu 20. Hemm evidenza tas-sena 1914 li turi li l-“Muscat de Hambourg”, l-għeneb użat għall-produzzjoni tal-“Muscat de Ventoux”, kien qed jitkabbar fid-dipartiment ta' Vaucluse.
Il-produtturi f'din iż-żona żviluppaw għarfien espert reali ta' kif jikkultivaw id-dielja biex jiksbu għeneb qawwi u b'kulur intens. Il-produtturi ottimizzaw il-vitalità tal-pjanta u l-maturazzjoni tal-għeneb matul is-sena biż-żbir tar-rimji fix-xitwa u billi jieħdu ħsieb il-faxxina fl-istaġjun tat-tkabbir. Il-qtugħ bl-idejn tal-għeneb u l-għażla tiegħu fuq is-sit huma evidenza oħra tal-għarfien espert li ġej minn esperjenza twila li għaddiet minn ġenerazzjoni għall-oħra.
5.2. L-ispeċifiċità tal-prodott
Il-“Muscat du Ventoux” hu għeneb iswed tal-mejda li ġej mill-varjetà “Muscat de Hambourg”. Hu kkaratterizzat minn għenbiet ta' daqs kbir, mingħajr żerriegħa ħamra, ġeneralment ikkuluriti ħafna, krokkanti u jarmu aroma muskata intensa u b'togħma karatteristika tal-varjetà tal-“Muscat de Hambourg”. Il-kulur blu intens ta' din l-għenba matul il-maturazzjoni hu tipiku tad-denominazzjoni. Ftuħ in-nwar tal-għenba għandu jkun xkett. L-għenieqed tal-għeneb huma omogenji b'rikkezza tajba ta' zokkor.
5.3. Ir-rabta każwali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew il-karatteristiċi l-oħra tal-prodott (għall-IĠP)
Il-klima Mediterranja taż-żona, partikolarment il-ħakma tax-xema fuqha, tippermetti l-aħjar maturazzjoni tal-għeneb. Barra minn hekk, l-influwenza tal-Muntanja Ventoux fuq il-varjazzjoni wiesgħa fit-temperaturi ta' matul il-jum u bil-lejl matul l-istaġun ta' maturazzjoni tfisser li r-reġjun għandu l-kundizzjonijiet ideali għall-muskat biex jikseb l-kulur blu u l-aroma konċentrati. Il-freskezza notturna tikkontribwixxi għall-preservazzjoni tal-aroma.
L-iżbir tad-dielja tillimita r-rendiment imma tippermetti maturazzjoni ottimali tal-għeneb. Barra minn hekk, tingħata attenzjoni partikolari lill-kura tal-faxxina. Dan ix-xogħol jippermetti li jinkiseb livell ottimali tal-faxxina li hi waħda mill-elementi neċessarji għal fotosinteżi tajba taz-zokkor, tal-komponenti organolettiċi tal-għeneb u l-antoċjani responsabbli għall-kulur tal-għenbiet.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:
(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)
https://www.inao.gouv.fr/fichier/CDCMuscatDuVentoux.pdf
(*1) Sostitwit bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012, dwar l-iskemi ta' kwalità tal-prodotti agrikoli u tal-oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1).
|
16.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 145/28 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 504/2014
tal-15 ta' Mejju 2014
li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta' approvazzjoni tas-sustanza attiva żjut tal-pjanti/żejt taċ-ċitronella
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(2) u l-Artikolu 78(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Is-sustanza attiva żjut tal-pjanti/żejt taċ-ċitronella kienet inkluża fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (2) bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/127/KE (3) f'konformità mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 24b tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2229/2004 (4). Mindu d-Direttiva Nru 91/414/KEE nbidlet bir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, din is-sustanza titqies li ġiet approvata skont dak ir-Regolament u hija elenkata fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (5). |
|
(2) |
F'konformità mal-Artikolu 25a tar-Regolament (KE) Nru 2229/2004, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Awtorità”, ippreżentat lill-Kummissjoni l-opinjoni tagħha dwar l-abbozz tar-rapport ta' reviżjoni għaż-żjut tal-pjanti/iż-żejt taċ-ċitronella (6) fis-16 ta' Diċembru 2011. L-Awtorità wasslet l-opinjoni tagħha lin-notifikatur dwar iż-żjut tal-pjanti/iż-żejt taċ-ċitronella. Il-Kummissjoni stiednet lin-notifikatur iressaq il-kummenti tiegħu dwar l-abbozz tar-rapport ta' reviżjoni dwar iż-żjut tal-pjanti/iż-żejt taċ-ċitronella. L-abbozz tar-rapport ta' reviżjoni flimkien mal-opinjoni tal-Awtorità ġew riveduti mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u l-abbozz tar-rapport ta' reviżjoni ġie ffinalizzat fit-3 ta' Ottubru 2013 fil-format tar-rapport ta' reviżjoni tal-Kummissjoni għaż-żjut tal-pjanti/iż-żejt taċ-ċitronella. |
|
(3) |
Huwa kkonfermat li s-sustanza attiva żjut tal-pjanti/żejt taċ-ċitronella għandha titqies bħala approvata skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009. |
|
(4) |
Skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu, kif ukoll fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, huwa meħtieġ li l-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni jiġu emendati. B'mod partikolari, jixraq li tintalab aktar informazzjoni ta' konferma. |
|
(5) |
L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
|
(6) |
L-Istati Membri għandhom jingħataw iż-żmien biex jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom iż-żjut tal-pjanti/iż-żejt taċ-ċitronella. |
|
(7) |
Għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom iż-żjut tal-pjanti/iż-żejt taċ-ċitronella, fejn l-Istati Membri jagħtu xi perjodu ta' grazzja skont l-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, dan il-perjodu għandu jiskadi sa mhux aktar tard minn tmintax-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. |
|
(8) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emenda għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011
Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 hija emendata skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Miżuri tranżitorji
F'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u meta meħtieġ, l-Istati Membri għandhom jemendaw jew jirtiraw awtorizzazzjonijiet eżistenti għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom iż-żjut tal-pjanti/iż-żejt taċ-ċitronella bħala sustanza attiva sal-5 ta' Diċembru 2014.
Artikolu 3
Il-perjodu ta' grazzja
Kwalunkwe perjodu ta' grazzja mogħti mill-Istati Membri b'konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 għandu jkun qasir kemm jista' jkun u għandu jiskadi mhux aktar tard mill-5 ta' Diċembru 2015.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Mejju 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).
(3) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/127/KE tat-18 ta' Diċembru 2008 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni ta' bosta sustanzi attivi (ĠU L 344, 20.12.2008, p. 89).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2229/2004 tat-3 ta' Diċembru 2004 li jistabbilixxi aktar regoli fid-dettall għall-implimentazzjoni tar-raba' stadju tal-programm ta' ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 379, 24.12.2004, p. 13).
(5) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).
(6) Il-konklużjoni dwar l-evalwazzjoni bejn il-pari tal-valutazzjoni tar-riskju bħala pestiċida tas-sustanza attiva żjut tal-pjanti/żejt taċ-ċitronella. EFSA Journal 2012; 10(2):2518. [42 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2012.2518 Disponibbli onlajn: www.efsa.europa.eu/efsajournal.
ANNESS
Fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, ir-ringiela 240 dwar is-sustanza attiva żjut tal-pjanti/żejt taċ-ċitronella tinbidel b'dan li ġej:
|
Numru |
Isem Komuni, Numri ta' Identifikazzjoni |
Isem tal-IUPAC |
Purità |
Data tal-approvazzjoni: |
Skadenza tal-approvazzjoni |
Dispożizzjonijiet speċifiċi |
||||||||||||||||||||
|
“240 |
Żjut tal-pjanti/żejt taċ-ċitronella Nru tas-CAS: 8000-29-1 Nru CIPAC 905 |
Iż-Żejt taċ-Ċitronella hija taħlita kumplessa ta' sustanzi kimiċi. Il-komponenti ewlenin huma:
|
Il-kwantità totali tal-impuritajiet li ġejjin ma għandhiex taqbeż 0,1 % tal-materja teknika: metil ewġenol u metil-isoewġenol |
fl-1 ta' Settembru 2009. |
fil-31 ta' Awwissu 2019. |
PARTI A L-użu bħala erbiċida biss jista' jkun awtorizzat. PARTI B Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar iż-żejt taċ-ċitronella (SANCO/2621/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, għandhom jiġu meqjusa. Il-kundizzjonijiet għall-użu għandhom jinkludu, fejn xieraq, miżuri għall-mitigazzjoni tar-riskju. F'din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari:
In-notifikatur għandu jressaq informazzjoni ta' konferma dwar:
In-notifikatur għandu jissottometti din l-informazzjoni lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità sat-30 ta' April 2016.” |
|
16.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 145/32 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 505/2014
tal-15 ta' Mejju 2014
li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kuluri tal-karamella (E 150a-d) fil-birra u fix-xarbiet tax-xgħir
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta' addittivi tal-ikel approvati għall-użu fl-ikel, u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom. |
|
(2) |
Din il-lista tista' tiġi emendata skont il-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), jew fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew wara li ssir talba għal dan. |
|
(3) |
Il-kuluri tal-karamella huma kuluri tal-ikel li fil-preżent huma approvati għall-użu u elenkati fl-Anness II tar- Regolament (KE) Nru 1333/2008. Din l-approvazzjoni tikkunsidra d-Dożi Aċċettabbli ta' Kuljum (ADI) stabbiliti mill-Kumitat Xjentifiku tal-Ikel fl-1987, 1990 u 1996. |
|
(4) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) tat opinjoni fit-3 ta' Frar 2011 fir-rigward tar-rievalwazzjoni tas-sikurezza tal-kuluri tal-karamella bħala addittivi tal-ikel (3). F'din l-opinjoni l-Awtorità stabbiliet grupp ADI ta' 300 mg/kg piż tal-ġisem/kuljum. F'dan il-grupp ADI, ġiet stabbilita ADI individwali ta' 100 mg/kg piż tal-ġisem/kuljum għal E 150c karamella tal-ammonja. L-Awtorità kkonkludiet li l-esponiment antiċipat fid-dieta tat-tfal u tal-adulti jista' jaqbeż l-ADIs għall-karamella ordinarja (E 150a), karamella tal-ammonja (E 150c) u karamella tal-ammonja tas-sulfit (E 150d). |
|
(5) |
Fit-3 ta' Diċembru 2012, l-Awtorità ħarġet dikjarazzjoni fejn fiha pprovdiet valutazzjoni aktar fil-fond dwar l-esponiment għall-kuluri tal-karamella E 150a, E 150c u E 150d u kkonkludiet li l-esponiment antiċipat fid-dieta kien konsiderevolment inqas minn dak stmat fl-opinjoni preċedenti (4). Madankollu, l-Awtorità kkonkludiet li t-trabi li telqu jimxu u l-adulti xorta waħda setgħu jaqbżu l-ADI għall-karamella tal-ammonja (E 150c). Filwaqt li l-ADI nqabeż biss fi ftit (6 %) fil-livelli għolja fi trabi li telqu jimxu fi Stat Membru wieħed, fl-adulti, l-ADI nqabeż b'5-51 % f'ħames Stati Membri. Wara li kkunsidraw l-informazzjoni nazzjonali aktar fid-dettall dwar l-użi reali tal-karamella tal-ammonja (E 150c), l-Istati Membri kkonċernati wrew li l-konsum attwali huwa inqas b'mod sinifikanti. Madankollu, peress li l-birra hija l-kontributur ewlieni tal-esponiment fl-adulti, huwa xieraq li l-kundizzjonijiet tal-użu jiġu emendati u jiġu stabbiliti l-livelli massimi tal-użu għall-karamella tal-ammonja (E 150c) fis-subkategorija tal-ikel 14.2.1 “Birra u xarbiet tax-xgħir” sabiex jiġi ggarantit livell għoli ta' ħarsien tas-saħħa tal-bniedem. |
|
(6) |
Skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, il-livelli massimi għall-kuluri għandhom japplikaw għall-kwantitajiet tal-prinċipju koloranti li jinsabu fil-preparazzjoni koloranti sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor. Madankollu, huwa diffiċli li jiġu identifikati l-kuluri tal-karamella fil-prodotti tal-ikel minħabba n-natura kumplessa u l-għarfien limitat tal-kompożizzjoni kimika tagħhom. Għaldaqstant, huma u jwettqu l-kontrolli uffiċjali, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jaħsbu biex jivverifikaw ukoll il-livell ta' 2-acetil- 4-tetraidrossi-butilimidażol, jiġifieri l-impurità li tista' tiġi ddeterminata b'mod analtiku u li ġiet ikkunsidrata meta ġiet stabbilita ADI individwali għall-karamella tal-ammonja (E 150c). |
|
(7) |
Fl-4 ta' Ġunju 2013 saret applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-użu tal-kuluri tal-karamella (E 150a-d) fix-xarbiet tax-xgħir u din saret disponibbli għall-Istati Membri, skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008. |
|
(8) |
Il-birra mhijiex definita fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u d-definizzjonijiet nazzjonali jvarjaw fost l-Istati Membri. Konsegwentement, prodott partikolari kklassifikat bħala birra fi Stat Membru wieħed jista' jkun ikklassifikat bħala xarba tax-xgħir fi Stat Membru ieħor. Billi hemm bżonn teknoloġiku għall-kuluri tal-karamella (E 150a-d) fix-xarbiet tax-xgħir u l-użu tal-kuluri tal-karamella huwa awtorizzat biss fil-birra, is-sitwazzjoni attwali għandha impatt negattiv fuq is-suq intern u qed tfixkel il-moviment ħieles ta' dawn il-prodotti. Għaldaqstant, huwa xieraq li din is-sitwazzjoni titranġa. |
|
(9) |
Il-karatteristika komuni tax-xarbiet tax-xgħir hija n-nuqqas tax-xgħir bħala tali fil-prodott finali u s-similaritajiet li hemm mal-birer f'dak li jikkonċerna t-teknoloġija u l-bżonn tal-addittivi tal-ikel. Hemm bżonn li l-kuluri tal-karamella jerġgħu jġibu lura kulur konsistenti liema ġie affettwat mill-proċessi tal-produzzjoni, u/jew jgħinu biex ix-xarbiet tax-xgħir magħmula minn xgħir jiġbdu aktar l'għajn. Ix-xgħir inkaljat ma jistax jintuża biex jipprovdi l-kulur skur minħabba li dan jagħti togħma qawwija li mhijiex adegwata għal dawn il-prodotti. |
|
(10) |
Ix-xarbiet tax-xgħir huma prodotti niċċa li jipprovdu alternattiva għall-prodotti li fihom l-użu tal-kuluri huwa fil-preżent awtorizzat (jiġifieri birer u xarbiet aromatizzanti). Għaldaqstant, mhuwiex mistenni li l-awtorizzazzjoni tal-użu tal-kuluri tal-karamella fix-xarbiet tax-xgħir ikollha impatt sinifikanti fuq l-esponiment totali għall-kuluri tal-karamella. |
|
(11) |
Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, il-Kummissjoni għandha titlob l-opinjoni tal-Awtorità biex taġġorna l-lista tal-Unjoni tal-addittivi tal-ikel stipulata fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, ħlief meta tali aġġornament ma jkunx mistenni jħalli effett fuq is-saħħa tal-bniedem. Billi l-estensjoni tal-użu tal-kuluri tal-karamella (E 150a-d) fix-xarbiet tax-xgħir tikkostitwixxi aġġornament ta' dik il-lista li x'aktarx ma tħallix effett fuq is-saħħa tal-bniedem, mhux meħtieġ li titfittex l-opinjoni tal-Awtorità. |
|
(12) |
Għaldaqstant, l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 għandu jiġi emendat kif xieraq. |
|
(13) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Mejju 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1).
(3) EFSA Journal 2011; 9(3):2004.
(4) EFSA Journal 2012; 10(12):3030.
ANNESS
Fil-Parti E tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, fis-subkategorija tal-ikel 14.2.1 “Birra u xarbiet tax-xgħir”, l-annotazzjoni għal E 150a-d hija sostitwita b'dan li ġej:
|
|
“E 150a,b,d |
Karamella ordinarja, karamella tas-sulfit kawstiku u karamella tal-ammonja tas-sulfit |
quantum satis |
|
|
|
|
E 150c |
Karamella tal-ammonja |
6 000 |
|
|
|
|
E 150c |
Karamella tal-ammonja |
9 500 |
|
‘Bière de table/Tafelbier/Table beer’ (b'kontenut oriġinali ta' estratt tax-xgħir inqas minn 6 %) biss; Brown ale, porter, stout u old ale” |
|
16.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 145/35 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 506/2014
tal-15 ta' Mejju 2014
li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 fir-rigward tal-Etil lawrojl arġinat bħala preservattiv f'ċerti prodotti tal-laħam ittrattati bis-sħana
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(3), l-Artikolu 14 u l-Artikolu 30(5) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni tal-addittivi tal-ikel approvati għall-użu fl-ikel u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom. |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 (3) jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008. |
|
(3) |
Il-lista tal-Unjoni u l-ispeċifikazzjonijiet jistgħu jiġu aġġornati skont il-proċedura komuni li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, jew b'inizjattiva tal-Kummissjoni jew wara li tkun saret applikazzjoni. |
|
(4) |
Fil-5 ta' Mejju 2006, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-użu tal-Etil lawrojl arġinat bħala preservattiv f'diversi kategoriji ta' ikel. L-applikazzjoni saret disponibbli għall-Istati Membri skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008. |
|
(5) |
B'riżultat ta' dan, f'April 2007, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (l-Awtorità) evalwat is-sikurezza tal-użu tal-Etil lawrojl arġinat bħala preservattiv u allokat Doża Aċċettabbli ta' Kuljum (ADI) ta' 0,5 mg/kg ta' piż tal-ġisem (4). Stimi konservattivi tal-esponiment għas-sustanza, kemm fl-adulti kif ukoll fit-tfal, issuġġerew li x'aktarx l-ADI tinqabeż fil-livelli ta' użu massimu propost għal diversi kategoriji ta' ikel. |
|
(6) |
Wara dawn il-konklużjonijiet, l-applikant irreveda l-użi tiegħu u l-livelli tal-użu u talab awtorizzazzjoni tal-użu fil-prodotti tal-laħam ittrattati bis-sħana. F'Lulju 2013 l-Awtorità ppubblikat dikjarazzjoni dwar il-valutazzjoni tal-esponiment raffinat tal-Etil lawrojl arġinat abbażi tal-użi proposti riveduti tiegħu bħala addittiv tal-ikel (5), u kkonkludiet li l-esponiment għal gruppi kollha tal-popolazzjoni huwa taħt id-Doża Aċċettabbli ta' Kuljum (ADI) ta' 0,5 mg/kg bw/jum. |
|
(7) |
Hemm il-ħtieġa teknoloġika li jintuża l-Etil lawrojl arġinat bħala preservattiv fi prodotti tal-laħam ittrattati bis-sħana sabiex titjieb il-kwalità mikrobijoloġika ta' dawk il-prodotti, inkluża l-inibizzjoni tat-tkabbir ta' mikroorganiżmi li jagħmlu l-ħsara bħal-Listeria monocytogenes. Billi l-użu tal-Etil lawrojl arġinat fi prodotti tal-laħam ittrattati bis-sħana jgħin biex tinżamm il-kwalità u s-sikurezza tagħhom, huwa xieraq li l-użu tiegħu fi prodotti tal-laħam ittrattati bis-sħana jkun awtorizzat u li jkun assenjat in-numru E 243 għal dak l-addittiv tal-ikel. |
|
(8) |
L-ispeċifikazzjonijiet għall-Etil lawrojl arġinat (E 243) għandhom jiġu inklużi fir-Regolament (UE) Nru 231/2012 meta jkunu inklużi fil-lista tal-Unjoni tal-addittivi tal-ikel stabbilita fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 għall-ewwel darba. |
|
(9) |
Għaldaqstant ir-Regolamenti (KE) Nru 1333/2008 u (UE) Nru 231/2012 għandhom jiġu emendati kif xieraq. |
|
(10) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012 huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Mejju 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.
(2) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1.
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 tad-9 ta' Marzu 2012 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 83, 22.3.2012, p. 1).
(4) The EFSA Journal (2007) 511, p. 1.
(5) The EFSA Journal 2013; 11(6):3294.
ANNESS I
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Fil-Parti B, il-punt 3 “L-addittivi għajr kuluri u sustanzi li jagħtu l-ħlewwa” l-entrata li ġejja tiddaħħal wara l-entrata għal E 242 dikarbonat tad-dimetil:
|
|
(2) |
Fil-Parti E, fil-kategorija tal-ikel 08.2.2 “Laħam ipproċessat ittrattat bis-sħana”, tiddaħħal l-entrata li ġejja
|
ANNESS II
Fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012, tiddaħħal l-entrata li ġejja wara l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittiv tal-ikel E 242:
“E 243 ETIL LAWROJL ARĠINAT
|
Sinonimi |
Ester etiliku tal-arġinat lawriku; ester etiliku tal-arġinina lawrammida; etil-Να-lawrojl-L-arġinat HCl; LAE; |
|
Definizzjoni |
L-Etil lawrojl arġinat jiġi sinteżizzat bl-estrifikazzjoni tal-arġinina bl-etanol, segwita bir-reazzjoni tal-ester mal-klorur tal-lawrojl. L-Etil lawrojl arġinat li jirriżulta jiġi rkuprat bħala l-melħ tal-idroklorur, li jiġi ffiltrat u mnixxef. |
|
ELINCS |
434-630-6 |
|
Isem kimiku |
etil-Να-dodekanojl-L-arġinat HCl |
|
Formula kimika |
C20H41N4O3Cl |
|
Piż Molekolari: |
421.02 |
|
Test |
Mhux inqas minn 85 % u mhux aktar minn 95 % |
|
Deskrizzjoni |
Trab abjad |
|
Identifikazzjoni |
|
|
Solubbiltà |
Solubbli liberament fl-ilma, fl-etanol, fil-glikol tal-propilen u fil-gliċerol |
|
Purità |
|
|
Να-Lawrojl-L-arġinina |
Mhux iktar minn 3 % |
|
Aċidu lawriku |
Mhux iktar minn 5 % |
|
Lawrat tal-etil |
Mhux iktar minn 3 % |
|
L-Arġinina·HCl |
Mhux iktar minn 1 % |
|
Arġinat tal-etil 2HCl |
Mhux iktar minn 1 % |
|
Ċomb |
Mhux aktar minn 1 mg/kg |
|
Arseniku |
Mhux aktar minn 3 mg/kg |
|
Kadmju |
Mhux aktar minn 1 mg/kg |
|
Merkurju |
Mhux aktar minn 1 mg/kg” |
|
16.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 145/38 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 507/2014
tal-15 ta’ Mejju 2014
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
|
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Mejju 2014.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
|
(EUR/100 KG) |
||
|
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
MA |
43,7 |
|
MK |
84,5 |
|
|
TR |
69,9 |
|
|
ZZ |
66,0 |
|
|
0707 00 05 |
AL |
41,5 |
|
MK |
40,5 |
|
|
TR |
124,2 |
|
|
ZZ |
68,7 |
|
|
0709 93 10 |
TR |
112,6 |
|
ZZ |
112,6 |
|
|
0805 10 20 |
EG |
42,7 |
|
IL |
74,1 |
|
|
MA |
55,6 |
|
|
TN |
68,6 |
|
|
TR |
41,5 |
|
|
ZZ |
56,5 |
|
|
0805 50 10 |
TR |
105,6 |
|
ZZ |
105,6 |
|
|
0808 10 80 |
AR |
98,0 |
|
BR |
68,0 |
|
|
CL |
100,0 |
|
|
CN |
98,7 |
|
|
MK |
32,3 |
|
|
NZ |
135,1 |
|
|
US |
183,2 |
|
|
UY |
78,1 |
|
|
ZA |
96,5 |
|
|
ZZ |
98,9 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.
DEĊIŻJONIJIET
|
16.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 145/40 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-8 ta' Mejju 2014
dwar il-pożizzjoni li trid tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fl-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali matul it-93 sessjoni tal-Kumitat tas-Sikurezza Marittima dwar l-adozzjoni tal-emendi tar-Regolamenti SOLAS II-1/29, II-2/3, 2/9.7, 2/13.4, 2/18, III/20, tal-Kodiċi tat-Tagħmir ta' Salvataġġ u tal-Kodiċi tal-Programm Imtejjeb ta' Kontroll tal-2011
(2014/280/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 100(2) u l-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
L-azzjoni mill-Unjoni Ewropea fis-settur tat-trasport marittimu għandu jkollha l-għan li ttejjeb is-sikurezza marittima. Il-qafas prinċipali ta' referenza għall-istandards ta' sikurezza għandu jkun il-Konvenzjoni Internazzjonali tal-1974 għas-Salvagwardja tal-Ħajja Umana fuq il-Baħar (il-Konvenzjoni tal-1974 ta' SOLAS), kif emendata, li tħaddan standards miftiehma internazzjonalment għall-vapuri tal-passiġġieri u inġenji tal-baħar ta' veloċità kbira għall-passiġġieri li jitħaddmu fuq vjaġġi internazzjonali. |
|
(2) |
It-92 sessjoni tal-laqgħa tal-Kumitat tas-Sikurezza Marittima (MSC) tal-OMI approvat, fost l-oħrajn, l-emendi għar-Regolamenti SOLAS II-1/29, II-2/3, 2/9.7, 2/13.4, 2/18, III/20, il-Kodiċi tat-Tagħmir ta' Salvataġġ u tal-Kodiċi tal-Programm Imtejjeb ta' Kontroll tal-2011. Dawk l-emendi huma mistennija li jiġu adottati fit-93 sessjoni tal-MSC, li ser issir f'Mejju 2014. |
|
(3) |
L-emendi għar-regolamenti SOLAS II-2/3 u II-2/9.7 li jikkonċernaw ir-reżistenza għan-nar tal-kanali ta' ventilazzjoni għal vapuri ġodda ser jintroduċu rekwiżiti ġodda għas-sistemi ta' ventilazzjoni fil-vapuri, inklużi dawk il-vapuri tal-passiġġieri li jġorru aktar minn 36 passiġġier. Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament 12, il-Parti A u tar-Regolament 9, il-Parti B tal-Kapitolu II-2 tal-Anness 1 tad-Direttiva 2009/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) dwar dispożizzjonijiet għall-passaġġi tal-kanali ta' ventilazzjoni u dwar is-sistemi ta' ventilazzjoni għal vapuri li jġorru aktar minn 36 passiġġier ikopru dawn il-kwistjonijiet u huma derivati minn dawn id-dispożizzjonijiet SOLAS li issa huma mistennija li jiġu emendati. |
|
(4) |
L-emendi tar-Regolament SOLAS II-2/13.4 ser jintroduċu mezzi addizzjonali ta' evakwazzjoni minn spazji tal-makkinarju għal vapuri ġodda tal-passiġġieri u tal-merkanzija. Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament 6, il-Parti B, il-Kapitolu II-2 tal-Anness 1 tad-Direttiva 2009/45/KE (Mezzi ta' evakwazzjoni) ikopru dawn il-kwistjonijiet u huma derivati mid-dispożizzjonijiet SOLAS li issa huma mistennija li jiġu emendati. |
|
(5) |
L-emendi tar-Regolament SOLAS II-2/18 li jikkonċernaw żoni għall-inżul ta' ħelikopter fuq vapuri tal-passiġġieri ro-ro għal vapuri ġodda ser jinkludu rekwiżit għal sistemi ta' applikazzjoni tat-tifi tan-nar bir-ragħwa li jkunu konformi maċ-Ċirkolari tal-OMI MSC.1/Circ.1431 tal-31 ta' Mejju 2012 dwar Linji Gwida għall-approvazzjoni ta' tagħmir għat-tifi tan-nar bir-ragħwa għall-ħelikopters. Ir-Regolament 18, il-Parti B, il-Kapitolu II-2 tal-Anness 1 tad-Direttiva 2009/45/KE jistipula li vapuri mgħammra bil-pjattaforma għall-ħelikopters għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-regolament SOLAS kif rivedut mill-1 ta' Jannar 2003 li issa huma mistennija li jiġu emendati. |
|
(6) |
L-emendi tal-kapitolu III ta' SOLAS, ir-Regolament 20 u r-rekwiżiti assoċjati għall-kontroll u l-manutenzjoni perjodiċi tad-dgħajjes tas-salvataġġ u d-dgħajjes ta' emerġenza għall-vapuri kollha għandhom l-għan li jagħmlu dawn ir-rekwiżiti ddettaljati obbligatorji. Il-Kapitolu III tal-Anness 1 tad-Direttiva 2009/45/KE jistipula li l-manutenzjoni u l-ispezzjonijiet tat-tagħmir ta' salvataġġ għandhom isiru b'mod konformi mal-istess rekwiżiti tar-Regolament III/20 SOLAS, li issa huma mistennija li jiġu emendati. |
|
(7) |
L-emendi għall-Kodiċi tat-Tagħmir ta' Salvataġġ (LSA) li jikkonċernaw l-Apparat tal-Ittestjar ta' Referenza (RTDs) tal-ġkieket ta' salvataġġ ser jintroduċu rekwiżiti ġodda għall-RTDs. Ir-Regolament 2.2, tal-Kapitolu III tad-Direttiva 2009/45/KE jindika li tagħmir personali ta' salvataġġ bħal dan jikkonforma mal-Kodiċi LSA. Barra minn hekk, l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE (2) jistipula li t-tagħmir imniżżel fl-Anness A.1 tiegħu li jitqiegħed abbord bastiment tal-Komunità għandu jħares ir-rekwiżiti applikabbli tal-istrumenti internazzjonali msemmija f'dak l-Anness. Fit-tabella tal-Anness A.1, l-annotazzjoni A.1.1.4, l-istandard applikabbli għall-ġgieget tas-salvataġġ huwa r-Riżoluzzjoni tal-OMI MSC 48(66) — il-Kodiċi LSA, li issa huwa mistenni li jiġi emendat. |
|
(8) |
L-emendi għar-regolament SOLAS II-1/29 jikkonċernaw ir-rekwiżiti għall-provi tal-apparat ta' tmexxija ser jintroduċu aktar rekwiżiti biex juru konformità matul il-provi fil-baħar. Ir-Regolamenti 6 u 7, il-Parti C, il-Kapitolu II-1 tal-Anness 1 tad-Direttiva 2009/45/KE huma derivati minn u huma replika tal-istess dispożizzjonijiet ta' SOLAS fil-Kapitolu II-1, il-Parti C tar-Regolament 29 dwar ir-rekwiżiti għall-apparat ta' tmexxija prinċipali u awżiljarju li issa huma mistennija li jiġu emendati. |
|
(9) |
L-emendi msemmija hawn fuq għar-Regolamenti SOLAS II-1/29, II-2/3, 2/9.7, 2/13.4, 2/18, III/20 u l-Kodiċi tat-Tagħmir ta' Salvataġġ, ser japplikaw għall-vapuri tal-passiġġieri u l-inġenji tal-baħar ta' veloċità kbira li jaħdmu fuq vjaġġi domestiċi, skont l-Artikoli 1 u 3 tad-Direttiva 2009/45/KE. Għalhekk, sa fejn jolqtu l-vapuri tal-passiġġieri u l-inġenji tal-baħar ta' veloċità kbira li jaħdmu fuq vjaġġi domestiċi, dawn l-emendi jaqgħu taħt il-kompetenza esklussiva tal-Unjoni. |
|
(10) |
L-emendi tal-Kodiċi tal-Programm Imtejjeb ta' Kontroll tal-2011 (ESP) jikkonformaw mal-prattiki tas-soċjetajiet ta' klassifikazzjoni. L-Artikoli 5 u 6 tar-Regolament (UE) Nru 530/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jagħmlu obbligatorja l-applikazzjoni tal-Iskema ta' Valutazzjoni tal-Kondizzjoni tal-OMI (CAS) għat-tankers taż-żejt b'buq wieħed li jkollhom aktar minn ħmistax-il sena. Il-Programm Imtejjeb ta' Spezzjonijiet matul kontrolli ta' Bastimenti ta' Tagħbija bl-Ingrossa u ta' Tankers taż-Żejt jew il-Programm Imtejjeb ta' Kontroll (ESP) jispeċifika kif issir din il-valutazzjoni intensifikata. Peress li l-CAS tuża l-ESP bħala għodda biex tikseb l-għan tagħha, kwalunkwe bidla fl-ispezzjonijiet ESP se tkun applikabbli awtomatikament permezz tar-Regolament (UE) Nru 530/2012. |
|
(11) |
L-Unjoni la hija Membru tal-OMI u lanqas hija parti kontraenti għall-konvenzjonijiet u l-kodiċijiet ikkonċernati. Huwa għalhekk meħtieġ li l-Kunsill jawtorizza lill-Istati Membri biex jesprimu l-pożizzjoni tal-Unjoni u jesprimu l-kunsens tagħhom li jintrabtu b'dawn l-emendi, sa fejn dawn jaqgħu taħt il-kompetenza esklussiva tal-Unjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Il-pożizzjoni tal-Unjoni fit-93 sessjoni tal-Kumitat tas-Sikurezza Marittima tal-OMI għandha tkun li taqbel mal-adozzjoni tal-emendi tar-Regolamenti SOLAS II-2/3, 2/9.7, 2/13.4 u 2/18 kif stabbiliti fl-Anness 13 tad-dokument tal-OMI MSC 92/26.Add.1 u mal-adozzjoni tal-emendi tar-Regolamenti SOLAS II-1/29uIII/20, il-Kodiċi tat-Tagħmir ta' Salvataġġ u l-Kodiċi tal-Programm Imtejjeb ta' Kontroll tal-2011 kif stabbiliti fl-Annessi 31, 32, 33, 34, 35 u 36 rispettivament tad-dokument tal-OMI MSC 92/26/Add.2.
2. Il-pożizzjoni tal-Unjoni kif tinsab fil-paragrafu 1 għandha tiġi espressa mill-Istati Membri, li huma membri tal-OMI, billi jaġixxu b'mod konġunt fl-interess tal-Unjoni.
3. Jista' jsir qbil dwar bidliet formali u żgħar għal din il-pożizzjoni mingħajr ma jkun hemm bżonn li tiġi emendata dik il-pożizzjoni.
Artikolu 2
L-Istati Membri huma b'dan awtorizzati li jagħtu l-kunsens tagħhom li jintrabtu, fl-interess tal-Unjoni, bl-emendi msemmija fl-Artikolu 1(1) sa fejn huma jaqgħu taħt il-kompetenza esklussiva tal-Unjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Mejju 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
P. MITARACHI
(1) Id-Direttiva 2009/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 dwar regoli u standards ta' sigurtà għal vapuri tal-passiġġieri (ĠU L 163, 25.6.2009, p. 1).
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE tal-20 ta' Diċembru 1996 dwar it-tagħmir marittimu (ĠU L 46, 17.2.1997, p. 25).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 530/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2012 dwar l-introduzzjoni aċċellerata ta' rekwiżiti ta' buq doppju jew ta' disinn ekwivalenti għal tankers taż-żejt b'buq wieħed (ĠU L 172, 30.6.2012, p. 3).
|
16.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 145/43 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-14 ta' Mejju 2014
li tagħti rikonoxximent mill-UE tar-Reġistru tat-Tbaħħir Kroat skont ir-Regolament (KE) Nru 391/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri
(notifikata bid-dokument C(2014) 3014)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2014/281/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 391/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,
Wara li kkunsidrat l-ittri tat-23 ta' Lulju 2010 u tal-25 ta' Frar 2014 mill-awtoritajiet Kroati li talbu lill-Kummissjoni r-rikonoxximent mill-UE tar-Reġistru tat-Tbaħħir Kroat (minn hawn 'il quddiem CRS),
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 391/2009, l-Istati Membri li jixtiequ jagħtu awtorizzazzjoni lil xi organizzazzjoni li għadha mhijiex rikonoxxuta għandhom iressqu talba għar-rikonoxximent lill-Kummissjoni. |
|
(2) |
Fit-23 ta' Lulju 2010, ir-Repubblika Kroata provdiet informazzjoni u evidenza li s-CRS jikkonforma mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 391/2009. Filwaqt li jitqies li l-proċess ta' rikonoxximent jista' jiġi estiż fuq perjodu itwal ta' żmien wara t-talba, u li mill-adeżjoni sakemm il-proċess jitlesta, il-gvern Kroat mhux se jkun intitolat li jiddelega kompiti statutorji lis-CRS, il-Kummissjoni nediet stadji preparatorji tal-valutazzjoni tas-CRS qabel ma l-Kroazja saret Stat Membru tal-Unjoni. |
|
(3) |
Fil-25 ta' Frar 2014, il-Kroazja tenniet mill-ġdid it-talba tagħha lill-Kummissjoni biex jingħata rikonoxximent mill-UE tas-CRS wara l-adeżjoni tal-Kroazja fl-Unjoni. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni, bl-għajnuna tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima, ivverifikat li s-CRS jissodisfa l-kriterji minimi kollha stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 391/2009. |
|
(5) |
Il-valutazzjoni kienet ibbażata fuq l-analiżi tad-dokumentazzjoni mressqa mill-awtoritajiet Kroati, kif ukoll fuq ir-riżultati ta' żewġ spezzjonijiet tal-uffiċċji tas-CRS li twettqu minn esperti mill-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima f'Ottubru 2011 u fuq spezzjoni oħra li saret f'Ottubru 2013 biex tivverifika l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet ta' rimedju meħuda mis-CRS b'rispons għan-nuqqasijiet identifikati mill-Kummissjoni matul il-valutazzjoni. |
|
(6) |
Fil-każijiet kollha, meta ġew identifikati xi nuqqasijiet, is-CRS implimenta azzjonijiet ta' rimedju xierqa u suffiċjenti. Is-CRS ikkoopera b'mod effettiv matul il-proċess ta' valutazzjoni u wera l-kapaċità tiegħu li jtejjeb l-organizzazzjoni u l-proċeduri tiegħu b'mod proattiv. |
|
(7) |
Għada għaddejja l-implimentazzjoni ta' għadd ta' azzjonijiet ta' rimedju u se tiġi mmonitorjata b'mod partikolari t-tnedija ta' fergħa f'Shanghai, iċ-Ċina. Madankollu, dan ma joħloq l-ebda dubju dwar il-kwalità ġenerali tas-sistemi u l-mekkaniżmi ta' kontroll tal-organizzazzjoni. |
|
(8) |
Il-Kummissjoni vverifikat ukoll li s-CRS impenja ruħu li jikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 8(4), 9, 10 u 11 tar-Regolament (KE) Nru 391/2009. |
|
(9) |
Il-prestazzjoni ta' sikurezza u ta' tniġġis tas-CRS, għalkemm kemxejn taħt il-prestazzjoni medja ta' organizzazzjonijiet oħra rikonoxxuti mill-UE, hija sodisfaċenti. B'mod partikolari, dan juri tendenza pożittiva skont il-Memorandum ta' Ftehim dwar il-Kontroll tal-Port mill-Istat ta' Pariġi, b'rata medja ta' detenzjoni ta' 0,51 % fil-perjodu 2010-2012, meta mqabbla ma' 0,89 % fil-perjodu 2009-2011 u ta' 1,44 % fil-perjodu 2008-2010. Barra minn hekk, fl-2010, l-2011 u l-2012, is-CRS ma rreġistra l-ebda detenzjoni “relatata mal-organizzazzjoni rikonoxxuta” skont ir-reġim ta' Kontroll tal-Port mill-Istat tal-Gwardja Kostali tal-Istati Uniti. |
|
(10) |
Sabiex jiġi żgurat li l-organizzazzjoni żżomm il-ħin kollu l-kapaċità tagħha li taħdem skont ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 391/2009, u minħabba d-daqs relattivament żgħir tal-flotta li attwalment hija ċċertifikata mis-CRS, il-Kummissjoni tqis li kull tkabbir sostanzjali tal-attivitajiet tal-organizzazzjoni għandu jkun akkumpanjat b'żieda xierqa fil-kapaċitajiet tekniċi u maniġerjali tagħha, inkluż jekk tkun neċessarja, fir-rigward tal-espansjoni tan-netwerk tal-uffiċċju. |
|
(11) |
L-entità legali tas-CRS hija stabbilita bħala istituzzjoni pubblika fi Split, il-Kroazja, skont il-“Liġi dwar ir-Reġistru tat-Tbaħħir Kroat” tal-20 ta' Settembru 1996 (Gazzetta Uffiċjali Nru 81/96) u l-“Karta dwar ir-Reġistru tat-Tbaħħir Kroat” tal-1 ta' Ġunju 1997. Din għandha l-isem ta' “Ir-Reġistru tat-Tbaħħir Kroat” (“Hrvatski registar brodova”). |
|
(12) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat dwar Ibħra Sikuri u l-Prevenzjoni tat-Tniġġis minn Vapuri stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Ir-“Reġistru tat-Tbaħħir Kroat” huwa rikonoxxut skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 391/2009.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Mejju 2014.
Għall-Kummissjoni
Siim KALLAS
Viċi President
(1) ĠU L 131, 28.5.2009, p. 11.
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Bastimenti (COSS) u li jemenda r-Regolamenti dwar is-sigurtà marittima u l-prevenzjoni ta' tniġġis minn bastimenti (ĠU L 324, 29.11.2002, p. 1).
|
16.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 145/45 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-14 ta' Mejju 2014
li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/44/UE dwar ir-regoli applikabbli għall-kontrolli veterinarji li jridu jitwettqu fuq annimali ħajjin u prodotti li joriġinaw mill-annimali li jidħlu f'ċerti Dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej minn pajjiżi terzi
(notifikata bid-dokument C(2014) 3053)
(It-test bil-Franċiż biss huwa awtentiku)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2014/282/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta' kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13 tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta' Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 18 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/44/UE (3) tistabbilixxi r-regoli dwar il-kontrolli veterinarji li jridu jitwettqu fuq annimali ħajjin u prodotti li joriġinaw mill-annimali li jidħlu f'ċerti Dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej minn pajjiżi terzi, inkluża lista tal-punti tad-dħul awtorizzati (“il-lista tal-punti tad-dħul awtorizzati”). |
|
(2) |
Franza ssottomettiet pjan lill-Kummissjoni għal punt tad-dħul awtorizzat li jinsab fid-dipartiment Franċiż extra-Ewropew tal-Majott. Dak il-pjan jiddeskrivi fid-dettall il-faċilitajiet, it-tagħmir meħtieġ u l-persunal imħarreġ biex jitwettqu l-kontrolli veterinarji biex jiġi vverifikat li r-rekwiżiti tal-Unjoni għas-saħħa pubblika u tal-annimali għal prodotti ta' oriġini mill-annimali jiġu sodisfatti. |
|
(3) |
Barra minn hekk, il-pjan juri li l-kunsinni kollha ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali jridu jiġu ppreżentati għall-importazzjoni fil-punt tad-dħul awtorizzat u li d-dispaċċ tagħhom lejn partijiet oħra tat-territorju tal-Unjoni jiġi effettivament ipprojbit. Dan juri wkoll li r-rekwiżiti speċifiċi stabbiliti fl-Artikoli 3, 4 u 5 tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/44/UE huma sodisfatti. |
|
(4) |
Għaldaqstant, il-punt tad-dħul tad-dipartiment Franċiż extra-Ewropew tal-Majott għandu jiżdied mal-lista tal-punti tad-dħul awtorizzati, fir-rigward ta' ċerti prodotti ta' oriġini mill-annimali. |
|
(5) |
L-Artikolu 1 u l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/44/UE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/44/UE hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 1 qed jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 1 Għall-finijiet tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 91/496/KEE u l-Artikolu 18 tad-Direttiva 97/78/KE, il-punti tad-dħul awtorizzati fid-Dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej tal-Gwadelup, Martinique, il-Gujana Franċiża u l-Majott għandhom jiġu elenkati fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.” |
|
(2) |
Fl-Anness, l-annotazzjoni li ġejja għall-Majott qed tiżdied wara l-annotazzjoni għall-Gujana Franċiża — St Georges de l'Oyapock fil-lista tal-punti tad-dħul awtorizzati:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Franċiża.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Mejju 2014.
Għall-Kummissjoni
Tonio BORG
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56.
(3) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/44/UE tal-25 ta' Jannar 2012 dwar ir-regoli applikabbli għall-kontrolli veterinarji li jridu jitwettqu fuq annimali ħajjin u prodotti li joriġinaw mill-annimali li jidħlu f'ċerti Dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej minn pajjiżi terzi (ĠU L 24, 27.1.2012, p. 14).