ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 144

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 57
15 ta' Mejju 2014


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2014/273/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Settembru 2012 Dwar il-miżuri favur ELAN d.o.o. SA.26379 (C 13/10) (ex NN 17/10) implimentati mis-Slovenja (notifikata bid-dokument C(2012) 6345)  ( 1 )

1

 

 

2014/274/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Marzu 2013 dwar l-għajnuna mill-istat Nru SA.23420 (11/C, ex NN40/10) implimentata mill-Belġju favur SA Ducroire (notifikata bid-dokument C(2013) 1497)  ( 1 )

29

 

 

III   Atti oħrajn

 

 

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

*

Verżjoni pubblika ta' Deċiżjoni tal-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA Nru 244/12/COL tas-27 ta' Ġunju 2012 dwar l-għajnuna għar-ristrutturar mogħtija lil Íslandsbanki (Islanda)

70

 

*

Il-verżjoni pubblika ta' Deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA Nru 290/12/COL tal-11 ta' Lulju 2012 dwar l-għajnuna għar-ristrutturar mogħtija lil Landsbankinn (L-Islanda)

121

 

*

Il-verżjoni pubblika ta' Id-Deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA Nru 291/12/COL tal-11 ta' Lulju 2012 dwar l-għajnuna għar-ristrutturar lil Arion Bank (l-Islanda)

169

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

DEĊIŻJONIJIET

15.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 144/1


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-19 ta' Settembru 2012

Dwar il-miżuri favur ELAN d.o.o. SA.26379 (C 13/10) (ex NN 17/10) implimentati mis-Slovenja

(notifikata bid-dokument C(2012) 6345)

(It-test bis-Sloven biss huwa awtentiku)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/273/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal- Artikolu 108(2) tiegħu,

Wara li stiednet lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom skont id-dispożizzjoni msemmija hawn fuq (1),

Billi:

1.   PROĊEDURA

(1)

Fl-10 ta' Lulju 2008, Marker Völkl International GmbH (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-kwerelant”), produttur Ġermaniż tal-iskis, irreġistra ilment li jallega li s-Slovenja kienet tat għajnuna statali lill-kumpanija Elan d.o.o. (minn hawn 'il quddiem imsejħa “Elan”; fid-data tal-ilment kienet magħrufa bħala Skimar d.o.o.). Il-Kummissjoni bagħtet numru ta' talbiet għal informazzjoni lis-Slovenja, li għalihom is-Slovenja wieġbet b'ittri datati l-14 ta' Ottubru 2008, it-30 ta' Jannar 2010 u t-22 ta' Frar 2010. F'Novembru 2009, il-Kummissjoni bagħtet ukoll talba għal informazzjoni lill-kwerelant, li wieġeb fil-5 ta' Marzu 2010.

(2)

Permezz ta' ittra datata t-12 ta' Mejju 2010, il-Kummissjoni infurmat lis-Slovenja li kienet iddeċidiet li tibda l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-għajnuna.

(3)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tibda l-proċedura ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. (2) Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom fuq il-miżuri. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment mingħand partijiet terzi interessati.

(4)

Wara d-Deċiżjoni tal-ftuħ, is-Slovenja ssottomettiet aktar informazzjoni permezz ta' ittri datati d-9, l-10 u s-16 ta' Ġunju 2010 (din tal-aħħar b'annessi datati s-26 ta' Mejju, it-28 ta' Mejju, il-31 ta' Mejju, it-2 ta' Ġunju u l-14 ta' Ġunju 2010). Fis-16 ta' Awwissu 2011, il-Kummissjoni bagħtet talba għal informazzjoni lill-awtoritajiet Sloveni, li għaliha wieġbu permezz ta' ittra tal-10 ta' Ottubru 2011. Bosta annessi ma' dik l-ittra kienu sottomessi fil-11 ta' Ottubru 2011. Wara laqgħa bejn is-servizzi tal-Kummissjoni u rappreżentanti tal-kumpanija, is-Slovenja ppreżentat informazzjoni addizzjonali permezz ta' ittri datati s-6 ta' Marzu, it-30 ta' Marzu, it-13 ta' April, is-16 ta' April, it-23 ta' April, l-10 ta' Mejju, il-15 ta' Mejju u t-30 ta' Mejju 2012.

2.   DESKRIZZJONI TAL-GĦAJNUNA

2.1.   IL-BENEFIĊJARJU

(5)

Elan, kumpanija b'responsabbiltà limitata hija attiva fil-produzzjoni ta' tagħmir għall-iskijjar u opri tal-baħar bħal jottijiet. Il-kumpanija tinsab f'Begunje na Gorenjskem, is-Slovenja, li fit-totalità tagħha hija eliġibbli għall-għajnuna reġjonali skont l-Artikolu 107(3)(a) TFUE. (3) Fil-preżent, Elan timpjega madwar 460 membru tal-persunal u għandha żewġ diviżjonijiet prinċipali: diviżjoni tal-isport tax-xitwa u diviżjoni tal-baħar. Il-kumpanija għandha sussidjarja waħda biss fis-Slovenja, Elan Inventa d.o.o. (tagħmir tal-isports), kif ukoll bosta kumpaniji kummerċjali f'pajjiżi oħra.

(6)

Sa Ġunju 2010, u meta seħħew il-miżuri li qed jiġu eżaminati, Elan kienet organizzata b'mod differenti. Din kienet tikkonsisti mill-kumpanija ewlenija Elan li kellha ishma f'erba' sussidjarji:

Elan d.o.o. (minn hawn 'il quddiem imsejħa Elan Winter sport), li fiha kienu jiġu organizzati l-attivitajiet tal-isport tax-xitwa tal-Elan. Elan Winter sport kienet iżżomm min-naħa tagħha l-ishma f'diversi kumpaniji ta' kummerċ.

Elan Marine d.o.o. (minn hawn 'il quddiem “Elan Marine”), li fiha kienu jiġu organizzati l-attivitajiet tal-baħar tal-Elan. Elan Marine min-naħa tagħha kellha ishma f'bosta sussidjarji bħal 100 % f'Elan PBO, 100 % f'Elan Marine Charter u 100 % f'Elan Yachting d.o.o.

Elan Inventa d.o.o. (diviżjoni tat-tagħmir tal-isport).

Marine Nova d.o.o. (kumpanija mhux ekonomika).

(7)

Elan hija proprjetà tal-Istat. Bħalissa, 66,4 % tal-ishma tagħha huma miżmuma minn Posebna družba za podjetniško svetovanje, d.d. (minn hawn 'il quddiem imsejħa “PDP”), kumpanija azzjonarja finanzjarja proprjetà ta' tliet fondi tal-Istat. Ħamsa u għoxrin fil-mja oħra tal-ishma f'Elan huma miżmuma minn Triglav Naložbe, finančna družba, d.d. (minn hawn 'il quddiem imsejħa “Triglav Naložbe”), kumpanija finanzjarja għal kumpanija tal-assigurazzjoni prinċipalment proprjetà tal-Istat. It-8,6 % li jifdal huma miżmuma minn Prvi pokojninski sklad, li huwa fond tal-pensjoni tal-Istat (ara l-Punt 2.2 għal deskrizzjoni dettaljata tal-azzjonisti ta' Elan). Meta kienu ttieħdu l-miżuri taħt investigazzjoni, Elan kien ukoll prinċipalment proprjetà tal-Istat. L-istruttura ta' azzjonisti tagħha, madankollu, kien kemxejn differenti (ara wkoll il-Punt 2.2).

(8)

Fir-rigward tas-sitwazzjoni finanzjarja ta' Elan, wara sena iebsa fl-2004, il-kumpanija għamlet profitt fl-2005 u fl-2006 u d-dħul kien qed jikber. Kien fl-2007 meta s-sitwazzjoni tal-kumpanija bdiet sejra lura, li wassal għal tnaqqis fid-dħul u telf nett fis-snin 2007-2008. Evalwazzjoni aktar dettaljata tal-qagħda finanzjarja ta' Elan hija pprovduta fil-premessi minn (68) sa (74).

(9)

Bħalissa, Elan tinsab fil-proċess ta' privatizzazzjoni. L-azzjonist ewlieni PDP qed tippjana li tbiegħ is-sehem tagħha fil-kumpanija u bħalissa qed tinnegozja mal-offerenti potenzjali.

2.2.   L-AZZJONISTI TAL-BENEFIĊJARJU BĦALISSA U META KIENU MOGĦTIJA L-MIŻURI

(10)

Peress li l-istruttura tas-sjieda kif ukoll l-identità tas-sidien tal-Elan u l-governanza korporattiva tagħhom hija rilevanti għall-kwistjoni dwar jekk il-miżuri favur Elan jikkonsistux f'riżorsi tal-Istat u humiex imputabbli għall-Istat, f'dan li ġej, se tiġi pprovduta deskrizzjoni qasira ta' kull proprjetarju, segwita minn ħarsa ġenerali tal-ishma f'Elan miżmuma minn kull wieħed minnhom matul iż-żmien. Għandu jiġi nnutat li l-istruttura tas-sjieda ta' Elan inbidlet bejn iż-żmien tal-ewwel injezzjoni ta' kapital fl-2007 (Miżura 1) u t-tieni injezzjoni ta' kapital fl-2008 (Miżura 2) u li komplew iseħħu iktar kambjamenti minn dak iż-żmien. Id-dettalji huma pprovduti hawn taħt (ara l-premessi minn (19) sa (22)).

2.2.1.   Deskrizzjoni tal-azzjonisti ta' Elan

KAD

(11)

Kapitalska družba pokojninskega in invalidskega zavarovanja, d.d. (minn hawn 'il quddiem imsejħa “KAD”) hija kumpanija azzjonarja li l-uniku azzjonist tagħha hija s-Slovenja. KAD tamministra fondi ta' pensjonijiet u assi tal-Istat għas-Slovenja. Hija responsabbli wkoll għall-privatizzazzjoni ta' assi proprjetà tal-Istat. KAD hija soġġetta għall-Att tal-Kumpaniji Sloven (“ZGD-1, Zakon o gospodarskih družbah”). Għaldaqstant, KAD għandha assemblea, bord superviżorju u bord ta' ġestjoni. Il-Gvern Sloven jaħtar il-15-il membru tal-assemblea (li ħamsa minnhom jirrappreżentaw pensjonanti u ħaddiema b'diżabilità, ħamsa jirrappreżentaw lil min jimpjega u persuni assigurati u ħamsa jirrappreżentaw il-Gvern Sloven) u d-disa' membri kollha tal-bord ta' sorveljanza. Ir-rappreżentanti tal-gvern huma mistiedna għal-laqgħat tal-assemblea.

KAD-PPS

(12)

Prvi pokojninski sklad huwa l-Fond tal-Ewwel Pensjoni tar-Repubblika tas-Slovenja, li jfisser li huwa 100 % proprjetà tal-Istat. KAD qed tmexxi dan il-fond ta' pensjoni, u tikkontrolla wkoll is-sehem li PPS għandha f'Elan (minn hawn 'il quddiem imsejħa “KAD-PPS”).

DSU

(13)

Družba za svetovanje f'upravljanje, d.o.o. (minn hawn 'il quddiem imsejħa “DSU”) hija kumpanija ta' ġestjoni u ta' konsulenza ta' responsabbiltà limitata li hija 100 % proprjetà tal-Istat. Hija responsabbli wkoll, inter alia, għall-privatizzazzjoni ta' assi proprjetà tal-Istat. DSU għandha kunsill ta' sorveljanza, li jikkonsisti minn tliet membri. Tnejn huma maħtura mill-gvern Sloven u wieħed jinħatar mill-impjegati tal-kumpanija. Sakemm jinħatar rappreżentant tal-impjegati, is-Slovenja wkoll taħtar ukoll it-tielet membru. Il-kunsill ta' sorveljanza jaħtar direttur tal-kumpanija, li jamministra t-tranżazzjonijiet kummerċjali ta' DSU.

Zavarovalnica Triglav

(14)

Zavarovalnica Triglav, d.d., (minn hawn 'il quddiem imsejħa “Zavarovalnica Triglav”) hija kumpanija li toffri kull tip ta' assigurazzjoni tal-ħajja u mhux tal-ħajja, tas-saħħa u tal-inċidenti. Is-67,7 % tal-ishma tagħha huma miżmuma minn kumpaniji li huma direttament jew indirettament fil-maġġoranza proprjetà tal-Istat. Fiż-żmien tal-għoti, l-azzjonisti prinċipali ta'Zavarovalnica Triglav kienu: Zavod za pokojninsko in invalidsko zavarovanje (minn hawn 'il quddiem imsejħa bħala “ZIPZ”, l-Istitut tal-Assigurazzjoni għall-Pensjoni u d-Diżabbiltà), 100 % proprjetà tal-Istat, li għandha sehem ta' 34,5 % f'Zavarovalnica Triglav; Slovenska odškodninska družba, d.d. (minn hawn 'il quddiem imsejħa “SOD”, l-inkorporazzjoni Slovena tal-indennizz), 100 % proprjetà tal-Istat, li għandha sehem ta' 28,1 % f'Zavarovalnica Triglav; NLB, d.d., 50 % proprjetà tal-Istat, li għandha sehem ta' 3,1 % f'Zavarovalnica Triglav u HIT d.d., 100 % proprjetà tal-Istat, li għandhom sehem ta' 1,1 % f'Zavarovalnica Triglav. L-ebda wieħed mill-azzjonisti l-oħra ta' Zavarovalnica Triglav ma kellu sehem li kien ogħla minn 1,8 % fil-kumpanija.

(15)

Zavarovalnica Triglav għandha bord superviżorju li jikkonsisti fi tmien membri u bord ta' ġestjoni. Ħames membri tal-bord superviżorju jirrappreżentaw l-interessi tal-azzjonisti u huma eletti mil-laqgħa ġenerali ta' Zavarovalnica Triglav. It-tliet membri l-oħra jirrappreżentaw l-interessi tal-impjegati.

Triglav Naložbe

(16)

Triglav Naložbe hija kumpanija finanzjarja. Fiż-żmien tat-tieni injezzjoni ta' kapital, 80 % tal-ishma ta' Triglav Naložbe kienu proprjetà ta' Zavarovalnica Triglav. Dan tal-aħħar huwa min-naħa tiegħu proprjetà fil-maġġoranza tal-Istat (ara l-premessa (14)). Il-kapital li jifdal ta' Triglav Naložbe hu mifrux ħafna fost investituri individwali, l-ebda wieħed ma jkollu sehem ogħla minn 0,67 %. Triglav Naložbe, għandha bord superviżorju u bord ta' ġestjoni. Il-bord superviżorju huwa magħmul minn tliet membri u huwa maħtur mil-laqgħa ġenerali ta' Triglav Naložbe.

PDP

(17)

PDP hija kumpanija azzjonarja finanzjarja, li ġiet stabbilita f'Ġunju 2009. Hija proprjetà ta' tliet fondi proprjetà tal-Istat, jiġifieri KAD, DSU u SOD u taġixxi bħala kumpanija ta' ristrutturazzjoni f'isem l-Istat Sloven. PDP tista', taħt kuntratt, tieħu f'idejha t-tmexxija tal-intrapriżi proprjetà tal-Istat f'diffikultà, teżerċita d-drittijiet tal-vot kollha, tinstalla bord superviżorju u bord ta' ġestjoni u twettaq miżuri ta' riabilitazzjoni għall-Istat. (4) PDP għandha ishma f'diversi kumpaniji Sloveni li qabel kienu proprjeta ta' fondi parastatali (5) u qed tfittex investituri strateġiċi għal xi wħud minnhom.

KD Kapital

(18)

KD Kapital, finančna družba, d.o.o. (minn hawn 'il quddiem “KD Kapital”), kumpanija attiva fl-investiment kapitali. Kd Kapital tappartjeni lill-grupp Skupina KD  (6) u hija ta' sidien privati.

2.2.2.   Ishma miżmuma f'Elan fi żmienijiet differenti

(19)

Fl-2007, meta ngħatat l-ewwel miżura, il-kumpaniji li ġejjin kellhom sehem f'Elan: KAD (30,48 %), KAD-PPS (10,3 %), DSU (17,34 %), Triglav Naložbe (13,16 %), Zavarovalnica Triglav (11,89 %) u KD Kapital (16,83 %).

(20)

F'April 2008, KD Kapital biegħet is-sehem tagħha lil KAD. Wara din it-tranżazzjoni, u fiż-żmien tat-tieni injezzjoni ta' kapital, il-kumpaniji li ġejjin kellhom sehem f'Elan: KAD (47,31 %), KAD-PPS (10,3 %), DSU (17,34 %), Triglav Naložbe (13,16 %) u Zavarovalnica Triglav (11,89 %).

(21)

Fl-2010, KAD u DSU vestew l-ishma tagħhom ta' Elan fil-kumpanija azzjonarja finanzjarja PDP. Illum, PDP għandha 66,4 % tal-ishma f'Elan. KAD-PPS għandha 8,6 % u Triglav Naložbe 25 %.

(22)

It-Tabella 1 tipprovdi ħarsa ġenerali tal-ishma miżmuma minn kull azzjonist rispettiv fiż-żmien tal-Miżura 1, il-Miżura 2 u f'Mejju 2012:

Tabella 1

(%)

Entità

Miżura 1

(Jannar 2007)

Miżura 2

(Awwissu 2008)

Mejju 2012

PDP (proprjetà ta' KAD,DSU u SOD, li min-naħa tagħhom huma proprjetà tal-Istat)

0

0

66,4

KAD (100 % proprjetà tal-Istat)

30,48

47,31

0

KAD-PPS (100 % proprjetà tal-Istat)

10,30

10,30

8,6

DSU (100 % proprjetà tal-Istat)

17,34

17,34

0

Triglav Naložbe (80 % proprjetà ta'Zavarovalnica Triglav)

13,16

13,16

25

Zavarovalnica Triglav (proprjetà ta' ZIPZ u SOD, li min-naħa tagħhom huma proprjetà tal-Istat)

11,89

11,89

0

Kd Kapital (kumpanija privata)

16,83

0

0

Sjieda totali mill-Istat

83,17

100

100

2.3.   DESKRIZZJONI TAL-MIŻURI

2.3.1.   L-injezzjoni ta' kapital fl-2007 (“Miżura 1”)

(23)

Fl-2006, Elan ipprevediet programm ta' investiment ambizzjuż għall-grupp dwar investimenti f'bini, tagħmir u kummerċjalizzazzjoni tal-marka, abbażi ta' pjan ta' żvilupp strateġiku għall-perjodu 2006-2010 (imfassal mill-bord superviżorju ta' Elan f'Diċembru 2005). Għas-snin 2006-2007 kienu ppjanati investimenti ta' EUR 20,2 miljun. Sabiex jiġu ffinanzjati dawk l-investimenti, Elan ipproponiet żieda fil-kapital ta' EUR 20,2 miljun lill-azzjonisti tagħha. Sadanittant, matul l-2006, Elan bdiet tixtri tagħmir tal-produzzjoni ġdid, li kien previst ukoll bil-pjan ta' żvilupp strateġiku.

(24)

Fid-29 ta' Jannar 2007, Elan u l-azzjonisti ta' Elan iffirmaw ittra ta' intenzjoni, li fiha qablu li l-azzjonisti jinjettaw EUR 10,225 miljun f'Elan (madwar nofs l-EUR 20,2 miljun previst fil-pjan ta' żvilupp strateġiku 2006-2010). Kull azzjonist qabel li jipparteċipa fiż-żieda fil-kapital skont il-proporzjon tas-sehem tiegħu f'Elan. Id-deċiżjoni ttieħdet abbażi ta' valutazzjoni tal-kumpanija mill-konsulenza indipendenti […] (*) u diversi dokumenti oħra abbozzati minn Elan innifisha kif ukoll minn KAD, l-azzjonist maġġoritarju ta' Elan. […] sar kalkolu tal-valur ġust tal-kumpanija fuq il-bażi tal-medja tal-kalkolu (għal kull diviżjoni) ta' (i) il-proporzjon tal-prezz/ftehimiet b'parametru referenzjarju tal-medju ponderat tan-negozjar magħmul riċentement, (ii) il-proporzjonijiet tal-prezz/qligħ ta' kumpaniji applikabbli fl-2005 u (iii) seba' darbiet il-valur tal-EBITDA inkluż 25 % tal-potenzjal ta' ffrankar stmat. Minn din il-medja, id-djun bl-imgħax ta' terminu qasir u nofs l-investimenti identifikati li ma setgħux jiġu ffinanzjati mill-flus tal-flus preżunt kienu mnaqqsa. Il-kalkolu b'leħħa ta' KAD tal-valur ta' Elan ġie elaborat fuq il-bażi tal-metodu tal-fluss tal-flus skontat, bl-użu ta' projezzjonijiet tan-negozju pprovduti minn Elan lill-bord ta' sorveljanza tagħha.

(25)

Qabel dan, f'Mejju 2006, Elan kienet informat l-azzjonisti tagħha li, għalkemm kienet qed tpoġġi l-flussi tal-flus ħielsa kollha f'investimenti previsti fil-pjan ta' żvilupp Strateġiku 2006-2010, kapital addizzjonali jkun meħtieġ biex jiġu realizzati l-investimenti neċessarji. (7) F'dan li ġej, f'Novembru 2006, Elan ippreparat analiżi aktar dettaljata tal-effetti ta' żieda fil-kapital, (8) skont liema l-investimenti jwasslu għal profitt nett kumulattiv għad-diviżjoni tal-isport tax-xitwa ta' EUR 15,4 miljun matul il-perjodu 2006-2010, meta mqabbel ma' telf nett kumulattiv mingħajr iż-żieda fil-kapital ta' EUR 4,8 miljun. Barra minn hekk il-profitt nett kumulattiv tad-diviżjoni tal-baħar għall-perjodu 2006-2010 tkun ogħla kieku ż-żieda fil-kapital saret (EUR 14,9 miljun meta mqabbel ma' EUR 8 miljun). Fl-istess ħin, l-azzjonist maġġoritarju ta' Elan KAD stima l-valur tal-grupp li jkun EUR 22,8 miljun. Il-bordijiet superviżorji tal-azzjonisti KAD, DSU, Zavarovalnica Triglav u Triglav Naložbe approvaw l-injezzjoni ta' kapital sa minn Diċembru 2006 u Jannar 2007 rispettivament.

(26)

Formalment, iż-żieda fil-kapital ġiet ikkonfermata waqt l-assemblea tal-azzjonisti tal-25 ta' Ottubru 2007. Il-ħlasijiet tal-azzjonisti ġew imwettqa fil-15 ta' Novembru 2007 proporzjonalment mas-sehem ta' sjieda tal-azzjonist rispettiv. L-EUR 10,225 miljun ġew injettati f'Elan, li min-naħa tagħha tat self tal-azzjonisti ta' EUR 5,8 miljun lil Elan Winter sport u self tal-azzjonisti ta' EUR 4,425 miljun lil Elan Marine. Dak is-self tal-azzjonisti aktar tard ġie konvertit f'ekwità f'Elan Winter sport u Elan Marine. Kif deskritt hawn fuq, Elan Winter sport u Elan Marine ġew amalgamati fil-kumpanija ewlenija Elan f'Ġunju 2010 (ara l-premessa (6)).

(27)

Waħda mir-raġunijiet għad-differenza fiż-żmien bejn l-ittra ta' intenzjoni u l-ftehim formali tal-azzjonisti kienet li KD Kapital, l-uniku azzjonist privat f'Elan f'dak iż-żmien, li kellu minoranza li timblokka, imblokka d-deċiżjoni formali għaż-żieda fil-kapital. Ir-raġuni għall-imblukkar ta' KD Kapital kienet tilwima bejn KAD u Kd Kapital fuq tibdiliet fil-bord superviżorju ta' Elan. Kif spjegat mis-Slovenja, KD Kapital kienet ukoll azzjonist b'50 % ta' wieħed mill-kompetituri ta' Elan, Seaway Group d.o.o. u kienet intenzjonata tinstalla rappreżentant ta' KD Kapital fil-bord superviżorju ta' Elan. KAD ikkunsidrat li dan mhux aċċettabbli fid-dawl tal-ishma ta' KD Kapital f'Seaway. Sabiex tiġi solvuta din il-kwistjoni, fil-bidu ta' Ottubru 2007, KAD offriet lil KD Kapital opzjoni put, bil-kundizzjoni li KD Kapital tivvota favur il-proposta ta' KAD rigward it-tilwima dwar il-membri tal-bord superviżorju.

(28)

Wara din l-offerta, KD Kapital fl-aħħar qablet li ż-żieda fil-kapital, u kif deskritt hawn fuq, l-azzjonisti ħadu d-deċiżjoni formali f'Ottubru 2007.

2.3.2.   L-injezzjoni ta' kapital fl-2008 (“Miżura 2”)

(29)

Minkejja ż-żieda fil-kapital ta' Novembru 2007, l-istaġun ħażin tax-xitwa tal-2007/2008 (affettwat mix-xitwa “ħadra” ta' qabel tal-2006/2007) wassal għal aktar diffikultajiet tal-grupp. Elan kien qed jaffaċċa insolvenza fil-bidu tal-2008.

(30)

Meta SKB banka d.d. irrifjuta li jiffinanzja aktar lil Elan fil-bidu tal-2008, KD Kapital eżerċizzat l-opzjoni put tagħha f'Marzu 2008, u b'effett minn April 2008. KAD xrat l-ishma ta' KD Kapital u b'hekk żiedet is-sehem tagħha f'Elan. Minn dak iż-żmien, Elan saret kompletament kumpanija proprjetà tal-Istat (ara l-premessa (20)).

(31)

Biex ilaħħqu mas-sitwazzjoni finanzjarja diffiċli, l-azzjonisti ta' Elan ħatru bord ġdid ta' ġestjoni f'April 2008. Il-maniġment beda taħdidiet mal-banek biex jintlaħaq ftehim fuq l-iskedar mill-ġdid tal-pretensjonijiet tal-banek kontra Elan u b'hekk jiġi evitat falliment tal-kumpanija. Il-banek kienu lesti biss li jagħmlu dan bil-kundizzjoni li l-azzjonisti ta' Elan jipprovdu kapital addizzjonali lill-kumpanija.

(32)

F'dan l-isfond, f'Marzu 2008, Elan talbet l-azzjonisti tagħha għal kapital ġdid addizzjonali. Abbażi ta' pjan fit-tul għal Elan għall-perjodu 2008-2012, imfassal minn Elan f'Ġunju 2008 (minn hawn 'il quddiem "pjan fit-tul 2008-2012"), Elan talbet l-azzjonisti tagħha b'mod aktar konkret għal EUR 25 miljun f'Ġunju/Lulju 2008. L-azzjonisti ta' Elan ikkunsidraw il-pjan fit-tul 2008-2012 bħala mhux adegwat biex jiġu injettati EUR 25 miljun. L-azzjonisti kienu lesti biss li jinjettaw EUR 10 miljun, u għamlu din iż-żieda fil-kapital kondizzjonali fuq ftehim minn qabel bejn Elan u l-banek tagħha biex jiskedaw mill-ġdid id-djun ta' Elan. L-azzjonisti ġew mitluba wkoll pjan supplimentari fit-tul għal Elan. (9) Wara din it-talba, Elan ħejjiet pjan ta' Riabilitazzjoni addizzjonali, datat it-8 ta' Awwissu 2008 (minn hawn 'il quddiem "pjan ta' Riabilitazzjoni"). Elan, madankollu, ma kinitx kapaċi tilħaq ftehim mal-banek tagħha dwar l-iskedar mill-ġdid tad-dejn. Għall-kuntrarju, wieħed mill-kredituri ta' Elan, jiġifieri SKB banka d.d., beda proċedimenti tal-qorti sabiex isaħħaħ il-pretensjonijiet tiegħu u f'Awwissu 2008, il-Qorti ta' Ljubljana nnotifikat lil Elan inġunzjoni biex tħallas id-dejn li għandha pendenti. L-infurzar ta' din l-ordni kien iwassal għall-falliment tal-kumpanija.

(33)

Fid-dawl ta' dan, Elan sejħet għal laqgħa urġenti tal-azzjonisti li saret fit-28 ta' Awwissu 2008. Waqt din il-laqgħa, wara proposta minn KAD, l-azzjonisti ta' Elan iddeċidew li jinjettaw EUR 10 miljun f'Elan, għalkemm il-kundizzjoni li Elan tilħaq ftehim mal-banek tagħha dwar l-iskedar mill-ġdid tad-djun ma ntlaħaqx.

(34)

Il-bord superviżorju ta' KAD approva l-injezzjoni tal-kapital diġà qabel il-laqgħa tal-azzjonisti f'Awwissu 2008; il-bord superviżorju tal-azzjonisti l-oħra approva d-deċiżjoni li jiġu injettati EUR 10 miljun f'Elan mhux aktar tard mill-bidu ta' Settembru 2008.

(35)

Il-ħlasijiet tal-azzjonisti saru fit-8 ta' Settembru 2008 proporzjonalment mas-sehem ta' sjieda tal-azzjonist rispettiv. Kif deskritt fil-premessa (6), l-attivitajiet tal-isport tax-xitwa u tal-baħar ta'Elanġew organizzati f'żewġ sussidjarji fiż-żmien tal-għoti, jiġifieri Elan Winter sportuElan Marine L-EUR 10 miljun ġew injettati f'Elan, li mbagħad qiegħdet EUR 5,924 miljun f'Elan Winter sport u EUR 4,076 miljun f'Elan Marine

Il-pjan fit-tul 2008-2012

(36)

Il-pjan fit-tul 2008-2012, imfassal f'Ġunju 2008 minn Elan, kien jiddeskrivi l-ewwel is-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja ta' Elan group. Huwa ppropona diversi miżuri ta' ristrutturar fuq il-livell ta' Elan Winter sport (aġġustament ta' investimenti f'kumpaniji affiljati, aġġustamenti tal-inventarji u benefiċċji għat-terminazzjoni tal-impjieg) u fuq il-livell ta' Elan Marine (aġġustamenti tal-inventarji, benefiċċji tat-terminazzjoni tal-impjieg, tniżżil fil-valur ta' forom tal-baħar). Minbarra dawn il-miżuri ta' ristrutturar, l-azzjonijiet li ġejjin kienu previsti għal Elan Winter sport:

Żieda fil-produttività tal-impjegati; tnaqqis tal-forza tax-xogħol minn 340 għal 230 impjegat;

Tnaqqis fin-numru ta' trejdmarks;

Titjib fit-taħlita tal-prodott;

Riorganizzazzjoni tal-amministrazzjoni.

(37)

Għal Elan Marine, il-pjan fit-tul 2008-2012 ippreveda l-azzjonijiet li ġejjin:

Investimenti f'impriża konġunta ġdida, imsejħa Elan Yachts, li għandha tkun attiva fil-bejgħ u l-iżvilupp ta' dgħajjes bil-qlugħ;

Bejgħ tal-programmi tal-jottijiet u tas-setgħa (Elan PBO) għal EUR [9,5-11,2] miljun sabiex jitnaqqsu d-djun ta' Elan Marine.

(38)

Il-pjan fit-tul 2008-2012 imbagħad ipprovda t-tbassir għall-grupp u s-sussidjarji tiegħu, ibbażat fuq is-suppożizzjoni li l-miżuri ta' ristrutturar u l-azzjonijiet deskritti hawn fuq ġew implimentati. Skont dawn il-previżjonijiet, Elan Winter sport tkun qed tagħmel qligħ mill-2010 'il quddiem, u Elan Marine tkun qed tagħmel qligħ mill-2011 'il quddiem. Il-pjan ikkonkluda li Elan kellha bżonn kapital addizzjonali ta' EUR [23-26] miljun sabiex jintlaħqu l-bżonnijiet ta' likwidità tagħha. Kieku ġie provdut tali kapital biss, Elan setgħet twassal lura redditi adegwati lill-azzjonisti tagħha.

Il-pjan ta' Riabilitazzjoni

(39)

Il-pjan ta' Riabilitazzjoni, imfassal f'Awwissu 2008 minn Elan, l-ewwel ppreżenta l-istruttura tal-kumpanija ta' Elan group u s-sitwazzjoni finanzjarja u ekonomika ta' Elan Winter sport u Elan Marine, inkluża analiżi dettaljata tal-obbligazzjonijiet, l-ispejjeż iżda wkoll id-dħul. Imbagħad analizza l-operazzjonijiet ta' Elan Winter sport u Elan Marine minn Jannar 2008 sa Ġunju 2008. Fl-aħħar nett, il-pjan inkluda parti dwar ir-riabilitazzjoni tal-kumpanija. Skont il-pjan, l-azzjonijiet proposti f'din il-parti setgħu jitwettqu biss kieku kapital ġdid ġie injettat f'Elan u d-djun tal-banek ġew skedati mill-ġdid. Il-pjan ta' Riabilitazzjoni, madankollu, ma speċifikax l-ammonti meħtieġa.

(40)

Il-pjan ta' Riabilitazzjoni ppreveda l-miżuri li ġejjin għal Elan Winter sport:

[…]

(41)

Il-miżuri li ġejjin ġew previsti għal Elan Marine:

[…]

(42)

Il-pjan ta' Riabilitazzjoni mbagħad ipprovda l-projezzjonijiet għas-snin 2008-2012, skont liem Elan Winter sport tkun qed tagħmel qligħ mill-2010 u Elan Marine tkun qed tagħmel qligħ mill-2011 'il quddiem.

3.   RAĠUNIJIET GĦALL-BIDU TAL-PROĊEDURA

(43)

Kif deskritt hawn fuq fil-premessi (2)-(3), fit-12 ta' Mejju 2010 il-Kummissjoni ddeċidiet li tiftaħ proċedura ta' investigazzjoni formali (“id-deċiżjoni ta' ftuħ”). F'din id-deċiżjoni ta' ftuħ, il-Kummissjoni kkunsidrat fuq bażi preliminari li ż-żewġ injezzjonijiet ta' kapital kienu jinvolvu għajnuna mill-Istat favur Elan Ski u Elan Marine. Hija esprimiet dubji dwar jekk din l-għajnuna mill-Istat tistax tiġi kkunsidrata kompatibbli mas-Suq Intern. Bħala punt preliminari, il-Kummissjoni eżaminat jekk il-benefiċjarji kienux kumpaniji f'diffikultà.

3.1.   KUMPANIJA F'DIFFIKULTÀ

(44)

Il-Punt 10 tal-Linji Gwida ta' Salvataġġ u Ristrutturar jistabbilixxi ċerti ċirkostanzi li taħthom kumpanija tista' tiġi preżunta li hi f'diffikultajiet, bħal tnaqqis sinifikanti fil-kapital. Fid-deċiżjoni ta' ftuħ, kien ikkunsidrat li Elan Ski u Elan Marine ma jissodisfawx il-kriterji tal-Punt 10 tal-Linji Gwida ta' Salvataġġ u Ristrutturar. Madankollu, skont il-Punt 11 tal-Linji Gwida, kumpanija xorta tista' titqies bħala waħda f'diffikultà fejn is-sinjali tas-soltu ta' kumpanija li tkun f'diffikultà huma preżenti. Fid-dawl taż-żieda fit-telf, it-tnaqqis fid-dħul u s-sitwazzjoni finanzjarja diffiċli tal-grupp ta' Elan b'mod ġenerali, il-Kummissjoni kkunsidrat li Elan Ski u Elan Marine jistgħu jitqiesu bħala kumpaniji f'diffikultà mill-inqas fis-snin 2007 u 2008.

3.2.   L-EŻISTENZA TA' GĦAJNUNA MILL-ISTAT

(45)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni evalwat jekk il-miżuri joriġinawx minn riżorsi tal-Istat u jekk dawn humiex imputabbli lill-Istat. Fid-dawl tal-fatt li KAD hija 100 % proprjetà tas-Slovenja, li s-Slovenja taħtar il-membri kollha tal-assemblea u tal-bord superviżorju, u li r-rappreżentanti tal-gvern Sloven jipparteċipaw f'kull assemblea u fil-laqgħat tal-bord superviżorju, il-Kummissjoni kkonkludiet b'mod preliminari li l-miżuri li ħadet KAD jirriżultaw minn riżorsi tal-Istat u huma attribwibbli lill-Istat. Dwar il-miżuri mogħtija mis-sidien l-oħra ta' Elan, li huma, KAD-PPS, DSU, Triglav Naložbe u Triglav Insurance, il-Kummissjoni kkonkludiet li kellu jiġi vverifikat waqt il-proċedura ta' investigazzjoni formali jekk huma wkoll tnisslux minn riżorsi tal-Istat u kienux imputabbli lill-Istat.

(46)

It-tieni nett, il-Kummissjoni eżaminat jekk il-miżuri mogħtija jikkostitwixxux vantaġġ lill-benefiċjarji. Kien hemm dubji dwar jekk il-miżuri jissodisfawx it-test ta' investitur f'ekonomija tas-suq. Fl-ewwel miżura, l-uniku azzjonist privat f'Elan, KD Kapital, ma riedx jieħu sehem. Jidher li l-miżura ma kinitx ibbażata fuq pjan tan-negozju jew informazzjoni oħra fuq il-qligħ potenzjali fuq l-investiment fil-ġejjieni. Meta saret l-injezzjoni tal-kapital, il-benefiċjarji dehru li kienu f'diffikultajiet finanzjarji. Fit-tieni miżura, l-ebda kumpanija privata ma ħadet sehem. Filwaqt li huwa veru li pjan għal perjodu fit-tul u pjan ta' Riabilitazzjoni ġew stabbiliti qabel l-azzjonisti ddeċidew dwar l-injezzjoni ta' kapital, kien hemm indikazzjonijiet li l-azzjonisti ta' Elan kkunsidraw dawk il-pjanijiet bħala mhux adegwati. Meta ngħatat it-tieni miżura, Elan Ski u Elan Marine kienu għadhom qed jaffaċċjaw diffikultajiet finanzjarji.

(47)

It-tielet nett, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-miżuri meħuda mis-Slovenja aktarx ifixklu l-kompetizzjoni u jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri, kif hemm kummerċ bejn l-Istati Membri f'tagħmir għall-iskijjar u opri tal-baħar.

3.3.   KOMPATIBILITÀ TAL-GĦAJNUNA

(48)

Il-Kummissjoni b'mod preliminari vvalutat jekk il-miżuri kienux kumpatibbli taħt il-Linji Gwida għas-Salvataġġ u r-Ristrutturar. Fid-dawl tad-diffikultajiet tagħhom, u fin-nuqqas ta' kumpaniji b'saħħithom oħra fil-grupp, Elan Ski u Elan Marine fil-prinċipju huma eliġibbli għall-għajnuna ta' salvataġġ u ta' ristrutturar. Peress li l-miżuri mogħtija ħadu l-forma ta' żieda fil-kapital, ma setgħux jitqiesu bħala għajnuna ta' salvataġġ. Rigward il-kompatibilità tagħhom bħala għajnuna għar-ristrutturar, ma kienx ċar jekk il-kundizzjonijiet rispettivi ġewx sodisfatti kollha. B'mod partikolari, ma kienx ċar jekk l-għajnuna kinitx limitata għall-minimu neċessarju u ma kien hemm l-ebda indikazzjoni ta' kontribuzzjoni tagħhom stess u ta' miżuri kompensatorji.

(49)

Kien ukoll eżaminat b'mod preliminari jekk il-miżuri jistgħux ikunu għajnuna reġjonali kompatibbli. Filwaqt li ż-żewġ benefiċjarji jinsabu f'reġjun eliġibbli għall-għajnuna taħt l-Artikolu 107(3)(a) TFUE, ma kienx ċar, jekk humiex eliġibbli għal din l-għajnuna, peress li ż-żewġ benefiċjarji kienu f'diffikultà fil-mument tal-għotja.

4.   KUMMENTI MIS-SLOVENJA

(50)

Is-Slovenja ressqet il-kummenti tagħha b'ittri datati d-9, l-10 u s-16 ta' Ġunju 2010. Informazzjoni addizzjonali ntbagħtet fl-10 ta' Ottubru 2011 u permezz tal-ittri datati s-6 ta' Marzu, it-30 ta' Marzu, it-13 ta' April, is-16 ta' April, it-23 ta' April, l-10 ta' Mejju, il-15 ta' Mejju u t-30 ta' Mejju 2012 (ara l-premessa (4)).

(51)

Fil-qosor, skont is-Slovenja l-miżuri ma jinvolvux għajnuna mill-Istat, peress li ma jirriżultawx minn riżorsi tal-Istat u mhumiex imputabbli lill-Istat. Anke jekk jissodisfaw dawn ir-rekwiżiti, il-miżuri ma jagħtux vantaġġ lill-benefiċjarju, peress li s-Slovenja aġixxiet skont il-prinċipju tal-investitur f'ekonomija tas-suq. Barra minn hekk, is-Slovenja tippreżenta li l-miżuri ma kinux jaffettwaw il-kummerċ u lanqas jgħawwġu l-kompetizzjoni minħabba li, skont is-Slovenja, is-suq tat-tagħmir tal-isports tax-xitwa huwa ferm konsolidat ma' xejra ta' aktar konsolidazzjoni u li Elan kienet biss u kompetitur dgħajjef lil operaturi ferm akbar f'dak is-suq.

(52)

Is-Slovenja ma tressaq l-ebda argument 'il quddiem fir-rigward il-kompatibbiltà potenzjali tal-Miżura 1 mas-suq Intern, kieku l-miżura kienet tinvolvi għajnuna mill-Istat. Fir-rigward tas-Slovenja, il-Miżura 2 tista' titqies kompatibbli skont il-Linji Gwida ta' Salvataġġ u Ristrutturar.

4.1.   L-EŻISTENZA TA' GĦAJNUNA MILL-ISTAT

4.1.1.   Riżorsi tal-Istat u imputabbiltà

(53)

Is-Slovenja tippreżenta li ma kellha l-ebda influwenza fiż-żieda fil-kapital azzjonarju ta' Elan.

(54)

Hija tfakkar li sabiex jiġu kkunsidrati bħala għajnuna mill-Istat, il-miżuri għandhom ikunu mogħtija direttament jew indirettament permezz ta' riżorsi tal-Istat u li l-miżuri għandhom ikunu imputabbli lill-Istat. Taqbel li jekk Stat Membru jkollu influwenza dominanti fuq impriża, il-kundizzjoni ta' “riżorsi tal-Istat” tkun imwettqa. Madankollu, ma jistax jiġi awtomatikament preżunt jekk Stat Membru jkun f'pożizzjoni li jeżerċita influwenza dominanti fuq impriża, li hu effettivament eżerċita din l-influwenza f'kawża partikolari. F'dan il-kuntest, is-Slovenja tirreferi għas-sentenza (10) ta' Stardust Marine li stabbilixxiet sett ta' indikaturi biex jiġi ddeterminat jekk din l-influwenza ġietx effettivament eżerċitata mill-Istat f'kawża partikolari. Dawn l-indikaturi jinkludu l-integrazzjoni lejn l-istrutturi tal-amministrazzjoni pubblika, in-natura tal-attivitajiet ta' kumpanija u l-eżerċizzju ta' dawn tal-aħħar fis-suq f'kundizzjonijiet normali ta' kompetizzjoni ma' operaturi privati, l-istatus legali tal-impriża, l-intensità tas-superviżjoni eżerċitata mill-awtoritajiet pubbliċi fuq il-maniġment tal-impriża. Is-Slovenja tirrimarka li għandha tingħata importanza xierqa lill-fatt jekk impriża ġietx stabbilita taħt il-liġi privata.

(55)

F'dan il-kuntest, is-Slovenja tressaq argumenti għal kull entità involuta f'injezzjonijiet ta' kapital, kif ġej:

(56)

KAD hija entità tal-liġi privata li topera fis-suq f'kundizzjonijiet kompetittivi. Għalkemm KAD hija kkontrollata mill-Istat, ma jistax jiġi konkluż fuq din il-bażi biss li r-rikapitalizzazzjonijiet taħt valutazzjoni huma imputabbli lill-Istat. Ma ntweriex involviment tal-Istat fir-rikapitalizzazzjonijiet għar-raġunijiet li ġejjin: L-azzjonijiet ta' KAD huma soġġetti għall-Att tal-Kumpaniji Sloven (“ZGD-1, Zakon o gospodarskih družbah”); ir-rimi tal-assi tagħha mhuwiex ristrett bil-liġi; KAD hija ffinanzjata esklussivament minn dividendi, imgħax u dħul ieħor iġġenerat minn investimenti u operazzjonijiet kummerċjali; u r-rikapitalizzazzjoni ta' Elan kienet deċiża mill-bord superviżorju, li huwa indipendenti fit-teħid tad-deċiżjonijiet tiegħu. Filwaqt li huwa minnu li KAD hija fdata mill-Istat bil-ġestjoni ta' fondi tal-pensjonijiet u l-konklużjoni tal-privatizzazzjonijiet ta' kumpaniji, l-interess pubbliku li jinsab f'dawn il-ħidmiet ma jistax jinfluwenza miżuri meħuda minn KAD b'mod li dawk l-azzjonijiet għandhom jitqiesu bħala imputabbli.

(57)

DSU hija direttament proprjetà tal-Istat, iżda mhijiex iffinanzjata mill-Istat u għandha l-għan li timmassimizza l-valur tal-investimenti tagħha. Filwaqt li huwa minnu li DSU hija fdata mill-Istat bil-ġestjoni ta' fondi tal-pensjonijiet u l-konklużjoni tal-privatizzazzjonijiet ta' kumpaniji, l-interess pubbliku involut f'dawn il-ħidmiet ma jistax jinfluwenza miżuri meħuda minn DSU b'mod li dawk l-azzjonijiet għandhom jitqiesu bħala imputabbli lill-Istat.

(58)

Zavarovalnica Triglav hija biss indirettament proprjetà tal-Istat u l-attivitajiet tagħha huma esklussivament ibbażati fuq is-suq. l-Istat m'għandu l-ebda influwenza diretta fuq l-operat tagħha. Huwa minnu li l-membri tal-bord superviżorju ta' Zavarovalnica Triglav huma eletti mill-azzjonisti tagħha; dawn huma però, eletti bħala individwi privati u l-ebda wieħed minnhom ma kellu l-ebda pożizzjoni fil-gvern jew l-amministrazzjoni Sloveni.

(59)

Triglav Naložbe hija indirettament proprjetà tal-Istat permezz ta' Zavarovalnica Triglav. L-għan tagħha huwa li tiġġenera profitt. L-Istat m'għandu l-ebda influwenza diretta fuq l-operazzjonijiet ta' Triglav Naložbe u l-bord superviżorju tagħha jikkonsisti minn individwi privati indipendenti. Barra minn hekk, Triglav Naložbe ffinanzjat ir-rikapitalizzazzjoni permezz ta' self kummerċjali.

4.1.2.   Eżistenza ta' vantaġġ

Miżura 1

(60)

Skont is-Slovenja, il-Miżura 1 ma tatx vantaġġ lil Elan għar-raġunijiet li ġejjin: F'Diċembru 2005, Elan adottat il-pjan ta' żvilupp Strateġiku 2006-2010, inklużi pjanijiet ta' żvilupp dettaljati għas-sussidjarji ta' Elan f'dak iż-żmien. Il-pjan ta' żvilupp 2006-2010 ippreveda investimenti kemm fid-diviżjoni tal-isport tax-xitwa u kemm fid-diviżjoni tal-baħar. Biex timplimenta dawn l-investimenti, f'Mejju 2006, Elan ipproponiet lill-azzjonisti tagħha biex jiżdied il-kapital ta' Elan fis-snin 2006-2009 b'EUR 20,2 miljun. L-azzjonisti vvalutaw din il-proposta b'mod prudenti u Elan ipprovdiethom b'dokumenti li juru b'mod ċar li tali żieda fil-kapital tkun profittabbli għall-azzjonisti. KAD, l-azzjonist maġġoritarju ta' Elan għamlet l-evalwazzjoni tagħha stess taż-żieda fil-kapital proposta f'Novembru 2006, filwaqt li kkonkludiet li ż-żieda fil-kapital tkun investiment għaqli. Triglav Naložbe rrevediet ukoll it-tbassir ta' Elan u qablet mal-injezzjoni tal-kapital fuq din il-bażi. Barra minn hekk, l-azzjonisti ta' Elan kienu jinħtieġu valutazzjoni indipendenti tal-grupp, kompitu li għalih […] ġiet magħżula (ara l-premessa (24)). Din il-valutazzjoni wriet li l-investimenti kienu meħtieġa, u li l-investiment jista' fi kwalunkwe każ jiġi rkuprat permezz ta' bejgħ ta' ishma b'valur ġust lil sieħeb strateġiku.

(61)

Abbażi tal-kunsiderazzjonijiet imsemmija hawn fuq, Elan u l-azzjonisti tagħha kkonkludew ittra ta' intenzjoni f'Jannar 2007, fejn qablu li l-azzjonisti jinjettaw EUR 10,225 miljun fl-impriża. Kif ukoll KD Kapital, l-unika azzjonist privat ta' Elan daħlet fl-ittra ta' intenzjoni mingħajr l-ebda kundizzjonijiet. Is-Slovenja tqis li din id-deċiżjoni ttieħdet mill-azzjonisti bil-għan li jkun jemm qligħ raġonevoli fuq il-kapital li investew u li huma għalhekk aġixxew f'konformità mal-prinċipju tal-investitur f'ekonomija tas-suq.

(62)

Rigward il-fatt li l-assemblea tal-azzjonisti ma qablitx formalment li tinjetta l-kapital qabel Ottubru 2007, is-Slovenja tispjega li d-dewmien kien minħabba tilwima bejn KD Kapital l-azzjonist minoritarju privat f'Elan, u KAD l-azzjonist maġġoritarju f'Elan. KD Kapital kien azzjonist b'50 % f'wieħed mill-kompetituri ta' Elan bl-isem ta' Seaway group d.o.o. KD Kapital kienet qed taħseb biex tinstalla rappreżentant tal-interessi tagħha fil-bord superviżorju ta' Elan, li l-azzjonisti l-oħra ma ridux jaċċettaw fid-dawl tal-parteċipazzjoni azzjonarja ta' KD Kapital f'kompetitur. It-tilwima ġiet riżolta meta KAD offriet lil KD Kapital opzjoni put. Wara din is-soluzzjoni, l-azzjonisti kollha ta' Elan inkluża KD Kapital, qablu formalment li jinjettaw EUR 10,225 miljun f'Elan.

Miżura 2

(63)

Skont is-Slovenja, fil-bidu tal-2008, Elan kien qrib l-insolvenza. Il-bord superviżorju u l-azzjonisti rreaġixxew mill-ewwel billi ħatru membri ġodda lill-bord ta' ġestjoni ta' Elan, li bdew negozjati mal-banek ta' Elan dwar l-iskedar mill-ġdid tad-djun. Il-banek, madankollu, talab għal injezzjoni ta' kapital addizzjonali mill-azzjonisti. Fid-dawl ta' dan, Elan, flimkien mal-assistenza ta' konsulent estern, ippreparat strateġija ta' bidla f'Mejju 2008; F'Ġunju 2008, il-pjan fit-tul 2008-2012 kien imwaqqaf minn Elan u f'Awwissu 2008, il-maniġment ta' Elan adotta pjan ta' Riabilitazzjoni. Fil-11 ta' Lulju 2008, l-azzjonisti qablu li jiżdied il-kapital bil-kundizzjoni li l-banek l-ewwel jaqblu fuq skedar mill-ġdid tad-dejn fid-dawl ta' dawn id-dokumenti. Barra minn hekk, skont is-Slovenja, l-azzjonisti kkonsidraw il-valur tal-kumpanija, kif stabbilit minn valutazzjoni tal-ekwità ta' Elan minn kumpanija tal-awditjar indipendenti. (11) Skont din il-valutazzjoni, il-valur tas-suq ta' Elan sal-31 ta' Diċembru 2007 kien ta' EUR 38 059 000. Barra minn hekk, l-azzjonisti kkunsidraw kalkolu b'leħħa tal-valur ta' Elan datat l-1 ta' Lulju 2008. Fit-28 ta' Awwissu 2008, l-azzjonisti fl-aħħar iddeċidew li jinjettaw il-kapital mingħajr ftehim minn qabel mill-banek għal skedar mill-ġdid ta' dejn. Is-Slovenja targumenta li kieku sar mod ieħor, l-azzjonisti setgħu tilfu l-investiment kollu f'Elan. Fid-dawl ta' dak li ssemma hawn fuq, is-Slovenja tikkunsidra li l-azzjonisti ta' Elan aġixxew skont il-prinċipju tal-investitur f'ekonomija tas-suq.

4.1.3.   Distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ

(64)

Skont is-Slovenja, il-miżuri ma setgħux joħolqu distorsjoni fil-kompetizzjoni u ma kellhom l-ebda effett fuq il-kummerċ lanqas. L-ewwel nett, Elan kienet kompetitriċi għal operaturi ferm akbar fis-suq tas-ski fl-istess żmien meta ngħataw l-injezzjonijiet tal-kapital. It-tieni nett, il-kompetituri ta' Elan kienu jinħtieġu azzjoni mill-azzjonisti privati tagħhom biex jirkupraw minn telf fis-snin 2007-2008.

4.2.   KOMPATIBBILTÀ

(65)

Is-Slovenja biss tippreżenta argumenti ta' kompatibbiltà fir-rigward tal-Miżura 2. Hija targumenta li din il-Miżura kienet kompatibbli skont il-Linji Gwida ta' Salvataġġ u Ristrutturar, peress li Elan ippreparat pjan ta' ristrutturar vijabbli, li jinkludi titjib fil-grupp prinċipalment minn miżuri interni.

(66)

Tabilħaqq, is-Slovenja targumenta li wara ż-żieda fil-kapital fl-2008, Elan eżerċitat il-pjanijiet tagħha kif mistħoqq u rnexxiela tiskeda mill-ġdid is-selfiet ta' terminu qasir tagħha. F'Jannar 2009, ġew adottati pjanijiet ta' senja u f'Ottubru 2009, Elan biegħet is-sussidjarji tagħha Elan Yachting d.o.o. u Elan Marine Charter d.o.o. F'April 2010, Elan Brod d.o.o., misjuba f'Obrovac, il-Kroazja, inbiegħet. B'mod ġenerali, id-dħul minn dawn it-tneħħijiet ammontaw għal EUR [3,1-3,6] miljun. F'Mejju 2010, Elan kienet kapaċi tikseb finanzjament ġdid billi tidħol fi ftehim ta' self fit-tul mal-banek tagħha li jammonta għal EUR [21,5-25,5] miljun]. Is-self il-ġdid intuża biex jitħallas lura self preċedenti. Finalment, fl-1 ta' Ġunju 2010, Elan Winter sport u Elan Marine ġew magħqudin f'kumpanija ewlenija Elan. Is-Slovenja għandha wkoll allegat effett kumpensatorju tat-terminazzjoni tal-impriża konġunta tal-iski tal-Amerka ta' Fuq tagħha ma' Dal Bello Sports. […] il-partijiet fl-14 ta' Diċembru 2009 qablu li jtemmu l-ftehim tal-impriża konġunta tagħhom. Il-Ftehim ta' Distribuzzjoni Kanadiż ġie terminat mill-1 ta' Jannar 2010, il-Ftehim ta' Distribuzzjoni tal-Istati Uniti sussegwentement ġie terminat mill-1 ta' Jannar 2011.

5.   VALUTAZZJONI

(67)

Il-Kummissjoni teżamina jekk il-benefiċjarju rċeviex għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE (ara l-punt 5.2 hawn taħt), u jekk iva, jekk din l-għajnuna tkunx kompatibbli mas-suq intern (ara l-punt 5.3 hawn taħt). Biex dan isir, huwa meħtieġ li jiġi definit meta l-benefiċjarju potenzjali jitqies bħala kumpanija f'diffikultà (ara l-punt 5.1 hawn taħt).

5.1.   KUMPANIJA F'DIFFIKULTÀ

(68)

Skont il-Punt 10 tal-Linji Gwida tal-R&R, kumpanija tkun f'diffikultà jekk aktar minn nofs il-kapital tagħha jkun intilef tul it-12-il xahar preċedenti, jew jekk tilħaq il-kriterji biex tkun soġġetta għal proċeduri kollettivi ta' insolvenza taħt il-liġi nazzjonali. Kif konkluż ukoll mid-deċiżjoni tal-ftuħ, la sussidjarji u lanqas il-grupp kollu kemm hu ma ssodisfaw il-Punt 10 tal-Linji Gwida tal-R&R fl-2007.

(69)

Skont il-Punt 11 tal-Linji Gwida tal-R&R, ditta xorta tista' titqies bħala waħda f'diffikultajiet, b'mod partikolari fejn il-karatteristiċi tas-soltu ta' impriża f'diffikultà huma preżenti, bħal-livell ta' telf dejjem jikber, it-tnaqqis fid-dħul, iż-żieda fl-inventarji tal-istokk, l-eċċess fil-kapaċità, it-tnaqqis fil-fluss tal-flus, iż-żieda fid-dejn, fil-piż tal-imgħax, kif ukoll it-tnaqqis jew it-telf totali tal-valur nett tal-assi.

(70)

F'dan il-kuntest, għandu jiġi nnutat li fil-perjodu 2003-2006 id-dħul tal-grupp żdied minn EUR 109,2 miljun għal EUR 122,4 miljun. Barra minn hekk, bl-eċċezzjoni tas-sena 2004, il-grupp ta' Elan rreġistra qligħ nett matul dan il-perjodu. Is-sitwazzjoni finanzjarja ta' Elan bdiet tiddeterjora matul is-sena 2007. Id-dħul tal-grupp fl-2007 naqas b'EUR 5 miljun għal EUR 117,5 miljun u niżel għal EUR 100 miljun fl- 2008. Fl-istess ħin ir-riżultat tal-grupp ta' Elan irriżulta negattiv fl-2007, billi waqa' minn EUR 0,6 miljun fl- 2006 għal EUR – 8,4 miljun fl-2007 u EUR – 12,7 miljun fl-2008.

Tabella 2

Indikaturi finanzjarji ewlenin għal Elan group

Ċifri f'eluf ta' EUR

2003

2004

2005

2006

2007

2008

Id-dħul nett mill-bejgħ

109 165

103.262

109.216

122.404

117.455

99.995

Spejjeż operattivi

114.280

108.310

113.244

127.689

132.919

117.197

Profitt/telf nett

3.480

– 9.430

3.996

596

– 8.432

– 12.695

(71)

Dan jista' jiġi spjegat parzjalment bl-istaġun tax-xitwa moderat tal-2006-2007 (ix-xitwa “ħadra”) li laqtet il-bejgħ tad-diviżjoni tal-isport tax-xitwa. Il-bejgħ ta' Elan Ski niżel minn EUR 48,1 miljun fl-2006 għal EUR 40,8 miljun fl-2007 u kompla naqas għal EUR 37,7 miljun fl-2008. Fl-istess ħin ir-riżultat ta' Elan Ski naqas minn EUR – 0,5 miljun fl-2006 għal EUR – 6,7 miljun fl-2007 u EUR – 13,0 miljun fl-2008.

Tabella 3

Elan Ski

Ċifri f'eluf ta' EUR

2006

2007

2008

Id-dħul nett mill-bejgħ

48 113

40 852

37 662

Profitt/telf nett

– 472

– 6 674

– 12 971

(72)

Id-diviżjoni tal-baħar ta' Elan żiedet id-dħul mill-bejgħ tagħha b'mod konsiderevoli fl-2007 minn EUR 31,8 miljun għal EUR 38,6 miljun, imma rreġistrat telf żgħir ta' EUR – 0,3 miljun. Madankollu, is-sitwazzjoni marret għall-agħar fl-2008, meta l-bejgħ waqa' b'terz minn EUR 38,6 miljun għal EUR 25,9 miljun u Elan Marine soffriet telf nett ta' EUR – 10,2 miljun.

Tabella 4

Elan Marine

Ċifri f'eluf ta' EUR

2006

2007

2008

Id-dħul nett mill-bejgħ

31 836

38 627

25 876

Profitt/telf nett

1 176

– 305

– 10 214

(73)

Fid-dawl taċ-ċifri finanzjarji ppreżentati fit-tabelli minn 2 sa 4, huwa ċar li Elan ma kinitx tinsab f'diffikultà fil-bidu tas-sena 2007, meta ngħatat il-Miżura 1 (ara l-premessi (78) sa (85)).

(74)

Madankollu, kif jidher mill-informazzjoni finanzjarja ta' hawn fuq, matul l-2007 is-sitwazzjoni finanzjarja ta' Elan bdiet tiddeterjora u saret serja ħafna fl-2008. Il-kumpanija kienet qed issofri dħul li kien qed jonqos u telf li kien qed jiżdied u kienet qed taffaċċja l-insolvenza kien fil-bidu tal-2008 (ara l-premessi (29)-(34) u l-premessa (63)). Jista' jiġi konkluż li Elan għandha titqies bħala impriża li kienet f'diffikultà skont il-linji gwida ta' salvataġġ u ristrutturar fiż-żmien tal-għoti tal-Miżura 2. Il-ftehim tal-azzjonisti ta' Elan biex titkompla l-injezzjoni ta' kapital kienet motivata mill-fatt li Elan kieku kienet tfalli (ara l-premessa minn (31) sa (33)).

5.2.   L-EŻISTENZA TA' GĦAJNUNA MILL-ISTAT

(75)

L-Artikolu 107(1) TFUE jistabbilixxi li kwalunkwe għajnuna mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta' riżorsi tal-Istat fi kwalunkwe forma, li tgħawweġ jew thedded li tgħawweġ il-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta' ċerti oġġetti u taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri hija inkompatibbli mas-Suq Intern.

(76)

Il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 107(1) TFUE huma kumulattivi u b'hekk biex miżura tikkwalifika bħala għajnuna mill-Istat għandhom jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet kollha fl-istess ħin.

5.2.1.   L-injezzjoni ta' kapital fl-2007 (il-Miżura 1)

(77)

Is-Slovenja prinċipalment targumenta li l-Miżura 1 ngħatat skont il-prinċipju tal-investitur f'ekonomija tas-suq u li għalhekk ma hemm l-ebda vantaġġ għall-benefiċjarju. Barra minn hekk, tippreżenta li f'kwalunkwe każ, l-injezzjoni ta' kapital ma kinitx imputabbli għall-Istat (ara l-premessi (53)-(63)).

Data tal-għotja

(78)

L-ewwel nett, għandu jiġi ddeterminat meta eżattament l-Miżura 1 ingħatat lil Elan. Fil-prinċipju, miżura tal-Istat f'kull każ għandha tiġi kkunsidrata mogħtija malli l-Istat Membru jimpenja ruħu lilha, jiġifieri ladarba l-Istat Membru huwa legalment obbligat li jipprovdi l-miżura. Kif deskritt hawn fuq (ara l-premessa (24)), l-azzjonisti ta' Elan u Elan iffirmaw ittra ta' intenzjoni fid-29 ta' Jannar 2007, iżda ż-żieda fil-kapital ma ġietx formalment ikkonfermata qabel l-assemblea tal-azzjonisti ta' Elan f'Ottubru 2007. Għalhekk għandu jiġi determinat jekk l-ittra ta' intenzjoni diġà tista' titqies li torbot fuq l-azzjonisti b'mod li jippermetti li jiġi konkluż li l-Miżura 1 tista' tiġi kkunsidrata bħala mogħtija fid-data meta ġiet iffirmata ittra ta' intenzjoni.

(79)

F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni tinnota li, skont l-għarfien espert legali pprovdut mis-Slovenja, (12) il-liġi Slovena ma tirregolax speċifikament in-natura tal-ittra ta' intenzjoni. Din l-ittra ta' intenzjoni tista' tkun jew sempliċi reġistrazzjoni mhux vinkolanti ta' negozjati kurrenti, jew ftehim prekuntrattwali jew ftehim. In-natura legali ta' ittra ta' intenzjoni għandha tiġi stabbilita fuq bażi ta' kawża b'kawża, b'kunsiderazzjoni tal-formulazzjoni tal-ittra ta' intenzjoni, iċ-ċirkostanzi taħt liem kienet iffirmata u r-regoli ġenerali ta' interpretazzjoni skont il-liġi Slovena.

(80)

Skont l-Artikolu 15 tal-Kodiċi Sloven tal-Obbligazzjonijiet (13), ftehim huwa vinkolanti meta l-partijiet jaqblu dwar l-elementi ewlenin tal-ftehim. B'mod partikolari, il-partijiet għall-ftehim għandhom jiġu speċifikati u kull ftehim għandu jkollu “causa”.

(81)

F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni tinnota li skont il-formulazzjoni tal-ittra ta' intenzjoni, il-partijiet għall-ftehim ma kienux speċifikati b'mod ċar; l-ammont totali taż-żieda tal-kapital kienet diġà stabbilita fl-ittra ta' intenzjoni (EUR 10,225 miljun); Ammont nominali massima ta' kapital ġdid maħruġa u l-prezz minimu għal kull kapital ġdid is-sehem kien stabbilit; Kull firmatarju azzjonist qablu li jipparteċipaw b'mod proporzjonali mal-ishma tagħha f'dak iż-żmien; l-għan tal-injezzjoni ta' kapital kien speċifikat (prinċipalment investimenti f'Elan Winter sport u Elan Marine) u ġie stabbilit mekkaniżmu ta' kontroll biex jiġi monitorat l-użu tal-kapital. Barra minn hekk, għandu jiġi kkunsidrat li l-ittra ta' intenzjoni ma kinitx biss magħmula bejn l-azzjonisti ta' Elan, iżda bejn l-azzjonisti u Elan. L-ewwel wieħed għandu jinjetta kapital f'Elan, filwaqt li tal-aħħar għandhom jirreġistraw l-ishma ġodda u jużaw l-injezzjoni tal-kapital bil-mod speċifikat fl-ittra ta' intenzjoni. Fid-dawl ta' dan, il-Kummissjoni tqis li l-partijiet qablu mal-elementi kollha ewlenin neċessarji sabiex jidħlu fi ftehim li jorbot.

(82)

Barra minn hekk, il-kliem tal-ittra ta' intenzjoni jindikaw li l-partijiet daħlu fi ftehim li jorbot: l-azzjonisti u Elan“ikkonfermaw l-intenzjoni tagħhom li jżidu l-kapital”; l-azzjonisti “se jappoġġaw injezzjoni ta' kapital”; l-ishma l-ġodda “se jitħallsu f'kontanti”.

(83)

Barra minn hekk, immedjatament wara li ġiet iffirmata ittra ta' intenzjoni, Elan ikkonkludiet kuntratt għall-kunsinna ta' linja ta' produzzjoni ġdida, li tista' tiġi interpretata bħala indikazzjoni li Elan kienet qed tistenna l-azzjonisti jinjettaw il-kapital fil-kumpanija.

(84)

Fl-aħħar nett, il-kompetenza legali mressqa mis-Slovenja tasal għall-konklużjoni li l-ittra ta' intenzjoni kellha effetti vinkolanti ladarba ġiet ffirmata, jiġifieri li l-azzjonisti kienu obbligati li jadottaw id-deċiżjoni biex jinjettaw il-kapital u li jħallsu l-kapital wara li kienet iitieħdet tali deċiżjoni. Skont din il-kompetenza, il-mistoqsija dwar jekk l-obbligu għall-vot għaż-żieda tal-kapital hux eżegwibbli għadha ma ġietx deċiża mill-qrati Sloveni; parti li tikser tali ftehim madankollu tkun normalment responsabbli għad-danni.

(85)

Fid-dawl tal-argumenti ppreżentati hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li d-data tal-iffirmar tal-ittra ta' intenzjoni, li kienet id-29 ta' Jannar 2007, tista' titqies bħala d-data tal-għoti tal-Miżura 1.

Vantaġġ selettiv lill-benefiċjarju

(86)

Sabiex titqies bħala għajnuna mill-Istat, miżura trid tkun speċifika jew selettiva peress li tiffavorixxi biss ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta' ċerti oġġetti.

Benefiċjarju tal-għajnuna

(87)

L-Artikolu 107(1) TFUE jirreferi għall-kunċett ta' impriża fid-definizzjoni tal-benefiċjarju tal-għajnuna. Kif ikkonfermat mill-Unjoni tal-Qrati, impriża għall-finijiet ta' dik id-dispożizzjoni ma għandhiex għalfejn tkun entità legali waħda, iżda tista' tinkludi grupp ta' kumpaniji. (14) Il-kriterju ewlieni fid-determinazzjoni ta' jekk hemmx impriża skont it-tifsira ta' dik id-dispożizzjoni hija jekk hijiex involuta “unità ekonomika”. Unità ekonomika tista' tkun magħmula minn għadd ta' persuni legali. Fil-kawża preżenti, Elan kienet l-entità legali li fiha ġie injettat il-kapital. Fiż-żmien tal-għoti, Elan kellha erba' sussidjarji, jiġifieri Elan Winter sport, Elan Marine, Elan Inventa d.o.o. u Marine Nova d.o.o. (ara l-premessa (6)). Wara l-injezzjoni ta' kapital, Elan ipprovdiet self mill-azzjonisti lil Elan Winter sport u Elan Marine. Dan is-self mill-azzjonisti kien aktar tard ikkonvertit f'ekwità fis-sussidjarji. Għandu għalhekk jiġi kkunsidrat jekk il-grupp bħala tali jew Elan Winter sport u Elan Marine biss rispettivament ibbenefikawx mill-injezzjoni ta' kapital.

(88)

L-ewwel nett, f'termini ta' relazzjonijiet tas-sjieda, huwa nnutat li Elan kellha 100 % tal-ishma fiż-żewġ sussidjarji, jiġifieri Elan Winter sport u Elan Marine. Elan għalhekk tikkontrolla l-attivitajiet tan-negozju kollha ta' dawk is-sussidjarji.

(89)

It-tieni nett, Elan Winter sport u Elan Marine wettqu l-attivitajiet ewlenin ta' Elan fiż-żmien tal-għoti, li kienu l-produzzjoni ta' skis u snowboards kif ukoll il-produzzjoni ta' jottijiet. Is-sussidjarji l-oħra jew ma kinux attivi fis-suq (Marine Nova d.o.o.) jew kienu attivi biex jappoġġaw l-attivitajiet ewlenin ta' Elan (Elan Inventa d.o.o.). Meta Elan ġie ristrutturat, Elan Winter sport u Elan Marine ġew amalgamati fil-kumpanija prinċipali Elan, element ieħor li jindika li l-grupp jista' jitqies bħala benefiċjarju.

(90)

Fid-dawl ta' dawn l-argumenti stipulati hawn fuq huwa konkluż li l-grupp kollu ta' Elan għandu jitqies bħala benefiċjarju taż-żjieda fil-kapital. Bħala l-pass li jmiss, għandu jiġi vvalutat jekk il-miżura tagħtix vantaġġ lill-benefiċjarju.

Vantaġġ

(91)

Jekk miżura tissodisfa r-rekwiżiti tal-prinċipju tal-investitur privat f'ekonomija tas-suq, l-eżistenza ta' vantaġġ tista' tiġi eskluża. Skont il-każistika, investitur fis-suq jipprova jimmassimizza r-redditu fuq l-assi tiegħu skont iċ-ċirkustanzi u l-interessi tiegħu, anki fil-każ ta' investiment f'impriża li fiha diġà għandu parteċipazzjoni azzjonarja. (15) F'dan il-kawża, irid ikun evalwat jekk l-azzjonisti tal-benefiċjarju aġixxewx skont dan il-prinċipju, billi d-deċiżjoni ta' investiment tagħhom tiġi bbażata fuq informazzjoni ex-ante li ppermettiet li t-tranżazzjoni tagħmel sens ekonomiku.

(92)

F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni tieħu nota taċ-ċirkostanzi li wasslu għall-injezzjoni ta' kapital u l-informazzjoni li fuqha kienet ibbażata d-deċiżjoni tal-azzjonisti. Kif deskritt hawn fuq, fiż-żmien tal-għotja, Elan ma kinitx kumpanija f'diffikultà fit-tifsira tal-Linji Gwida ta' Salvataġġ u Ristrutturar (ara l-premessi (68) sa (73). Id-deċiżjoni li jiġi injettat kapital ġdid f'Elan ttieħdet abbażi ta' valutazzjoni tal-kumpanija mill-konsulenza indipendenti […] u diversi dokumenti oħra abbozzati minn Elan innifisha kif ukoll minn KAD, l-azzjonist maġġoritarju ta' Elan. L-analiżi dettaljata ta' Elan tal-effetti ta' żieda fil-kapital indikat li l-investimenti jwasslu għal profitt nett kumulattiv għad-diviżjoni tal-isport tax-xitwa ta' EUR 15,4 miljun matul il-perjodu 2006-2010, meta mqabbel ma' telf nett kumulattiv mingħajr iż-żieda fil-kapital ta' EUR 4,8 miljun. Barra minn hekk il-profitt nett kumulattiv tad-diviżjoni tal-baħar għall-perjodu 2006-2010 ikun ogħla kieku sseħħ iż-żieda fil-kapital (ara l-premessi minn (23) sa (24)).

(93)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, huwa kkunsidrat li l-azzjonisti ta' Elan aġixxew f'konformità mal-prinċipju ta' investitur f'ekonomija tas-suq meta injettaw il-flus fil-kumpanija u li l-Miżura 1 għalhekk ma tagħtix vantaġġ lill-benefiċjarju. Billi l-preżenza ta' għajnuna mill-Istat diġà tista' tiġi eskluża fuq dik il-bażi, mhux evalwat jekk il-Miżura 1 hijiex imputabbli lill-Istat. Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Miżura 1 ma kinitx tinvolvi għajnuna mill-Istat.

5.2.2.   L-injezzjoni ta' kapital fl-2008 (il-Miżura 2)

(94)

Fir-rigward tal-Miżura 2, is-Slovenja prinċipalment targumenta li l-Miżura 2 ngħatat skont il-prinċipju tal-investitur f'ekonomija tas-suq u li għalhekk ma hemm l-ebda vantaġġ għall-benefiċjarju. Barra minn hekk, tippreżenta li f'kwalunkwe każ, l-injezzjoni ta' kapital ma kinitx imputabbli għall-Istat (ara l-premessi (53)-(63)). Fl-aħħar nett, tikkunsidra li l-miżura ma kellha l-ebda effett fuq il-kummerċ u li ma kien hemm l-ebda distorsjoni tal-kompetizzjoni (ara l-premessa (64)).

Riżorsi tal-Istat u imputabbiltà

(95)

Sabiex titqies bħala għajnuna fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, miżura għandha tingħata direttament jew indirettament minn riżorsi tal-Istat u għandha tkun imputabbli lill-Istat.

(96)

Skont il-ġurisprudenza, ir-riżorsi ta' impriża għandhom jitqiesu riżorsi tal-Istat jekk l-Istat ikun jista', billi teżerċita influwenza dominanti tagħha fuq dawk l-impriżi, jidderieġi l-użu tar-riżorsi tagħhom. (16)

(97)

Madankollu, il-kapaċità tal-Istat li jikkontrolla l-entitajiet involuti fl-għoti tal-miżuri ma tiġġustifikax awtomatikament il-preżunzjoni li l-azzjonijiet tal-entitajiet huma imputabbli lill-Istat. Il-Qorti kompliet tispjega l-kunċett ta' imputabbiltà fi Stardust Marine. (17) Hi pprovdiet l-indikaturi li ġejjin biex tiġi stabbilita l-imputabbità: l-integrazzjoni tal-impriża pubblika fl-istrutturi tal-amministrazzjoni pubblika; in-natura tal-attivitajiet tagħha u l-eżerċizzju ta' dawn tal-aħħar fis-suq f'kundizzjonijiet normali ta' kompetizzjoni ma' operaturi privati; l-istatus legali tal-impriża (fis-sens li tkun soġġetta għal-liġi pubblika jew il-liġi ordinarja tal-kumpaniji); l-intensità tas-superviżjoni eżerċitata mill-awtoritajiet pubbliċi fuq il-ġestjoni tal-impriża; kwalunkwe indikatur ieħor li juri, fil-kawża partikolari, involviment mill-awtoritajiet pubbliċi fl-adozzjoni ta' miżura jew l-improbabbiltà li ma jkunux involuti, filwaqt li jikkunsidra wkoll fid-dawl tal-portata tiegħu, il-kontenut tiegħu jew il-kundizzjonijiet li hemm fih.

(98)

Kif deskritt fil-premessa (54), is-Slovenja tirreferi għas-sentenza ta' Stardust Marine u targumenta li s-sjieda tagħha ta' KAD u DSU ma għandhiex timplika awtomatikament l-imputabbiltà tal-azzjonijiet tagħhom lill-Istat. Fir-rigward ta' Triglav Naložbe u Zavarovalnica Triglav, is-Slovenja tqis li dawn il-kumpaniji mhumiex ikkontrollati mill-Istat u li fi kwalunkwe każ, l-azzjonijiet tagħhom mhumiex imputabbli lill-Istat lanqas. Fil-kuntest ta' imputabbiltà, is-Slovenja partikolarment tirrimarka li l-azzjonisti kollha ta' Elan huma inkorporati taħt il-liġi privata, li permezz tagħha biss jiġi offrut livell sodisfaċenti ta' indipendenza ta' dawn il-kumpaniji mill-Istat.

(99)

Bħala rimarka preliminari, il-Kummissjoni tenfasizza li l-fatt li kumpanija li hija proprjetà tal-Istat hija inkorporata taħt il-liġi privata waħedha mhix biżżejjed biex teskludi l-imputabbiltà tal-azzjonijiet tagħha lill-Istat. Ma għandha ssir l-ebda distinzjoni bejn kawżi fejn l-għajnuna tingħata direttament mill-Istat u kawżi fejn tingħata minn korpi pubbliċi jew privati stabbiliti jew maħtura mill-Istat sabiex jamministraw l-għajnuna. Barra minn hekk, kif deskritt hawn fuq, il-Qorti ddikjarat li hemm bosta indikaturi għall-imputabbiltà, li minnhom il-kwistjoni ta' jekk kumpanija hijiex suġġetta għal-liġi privata jew pubblika hija biss waħda (ara l-premessa (97)). Għalhekk, għandu jiġi eżaminat jekk hemmx fatti oħra li jindikaw li l-Miżura 2 hija imputabbli lill-Istat.

(100)

F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota li hemm bosta indikazzjonijiet li l-Istat kien b'mod attiv involut fid-deċiżjoni tal-azzjonisti li jinjettaw kapital addizzjonali fil-benefiċjarju. Għalkemm is-Slovenja laqgħet rapporti tal-midja li jindikaw ir-rwol tal-Istat li jsalva lil Elan bħala “għajdut” jew “riżultat ta' simplifikazzjoni eċċessiva”, dawn ir-rapporti juru l-perċezzjoni pubblika dwar l-approċċ ta' politika industrijali tal-gvern f'dak iż-żmien. Kif spjegat aktar hawn taħt, il-perċezzjoni li l-Gvern Sloven segwa approċċ ta' politika industrijali attiva fiż-żmien in kwistjoni hija tabilħaqq sostnuta mir-rieżami tal-OECD tal-governanza korporattiva fis-Slovenja, li jenfasizza wkoll li kien adottat pjan ta' azzjoni għal riforma tal-governanza korporattiva fis-Slovenja mill-gvern biss. kważi sena wara l-Miżura 2, jiġifieri f'nofs l-2009. (18) Għalhekk, f'Ġunju 2008 meta s-sitwazzjoni prekarja ta' Elan kienet evidenti għad-dinja ta' barra l-midja rrappurtat dwar l-appoġġ mill-Istat potenzjali lil Elan. Rivista sportiva Ġermaniża fis-6 ta' Ġunju 2008 kitbet li skont xniegħat il-Gvern kien qed jaħseb li jinjetta EUR 5,7 miljun f'Elan sabiex jikkumpensa għall-istaġun ħażin tax-xitwa li kien għadu kif għadda. (19) Il-midja Slovena ddiskutew ukoll is-sitwazzjoni ta' Elan, u billi enfasizzaw l-importanza ta' appoġġ mill-Istat biex jiġu salvati l-impjiegi. Pereżempju l-akbar televiżjoni kummerċjali (indipendenti) PopTv irrappurtaw fuq il-websajt tagħhom fis-26 ta' Ġunju 2008 li l-ġestjoni u l-bord superviżorju ta' Elan kienu qed ifittxu li s-soluzzjoni għad-diffikultajiet finanzjarji tal-kumpanija tiġi mill-Istat, filwaqt li indikaw li jekk l-Istat ma jgħinx b'injezzjoni finanzjarja, aktar minn 700 impjieg kien f'periklu. (20)

(101)

Kif diskuss f'aktar dettall hawn taħt, l-involviment tal-awtoritajiet pubbliċi jew l-improbabbiltà tagħhom li ma jkunux involuti huwa l-aktar ovvju fil-każ tal-akbar azzjonist ta' Elan, KAD (li kien jikkontrolla 57,61 % tal-ishma ta' Elan fiż-żmien tal-injezzjoni ta' kapital) u ta' DSU (li l-ishma tagħha kienu jammontaw għal 17,34 % tal-ishma ta' Elan). Anki l-konsulenza indipendenti […] ġibdet l-attenzjoni dwar l-importanza ta' kunsiderazzjonijiet politiċi għat-teħid tad-deċiżjonijiet ta' KAD u DSU fir-rapport ta' valutazzjoni tagħha tat-22 ta' Diċembru 2006. (21) Fil-kuntest ta' analiżi ta' privatizzazzjoni possibbli ta' Elan (f'dak iż-żmien magħrufa bħala Skimar d.o.o.), […] kkonkludiet li tnejn mis-sidien tagħha, KAD u DSU, kienu 100 % ikkontrollati mill-gvern u li konsegwentement kien hemm probabbiltà li d-deċiżjoni tagħhom li jbigħu tkun politikament kif ukoll ekonomikament motivata.

(102)

Il-Kummissjoni tivverifika fuq il-livell ta' kull azzjonista jekk dan kienx ikkontrollat mill-Istat u jekk il-fondi użati għall-injezzjoni ta' kapital jistgħux jitqiesu bħala riżorsi mill-Istat. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tiddetermina jekk id-deċiżjoni li jiġi injettat il-kapital f'Elan hijiex imputabbli lill-Istat. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni tagħti attenzjoni partikolari lill-kompożizzjoni tal-bord superviżorju ta' kull azzjonista u jekk il-bord superviżorju kellux jaqbel mal-injezzjoni ta' kapital f'Elan fl-2008. Il-Kummissjoni mbagħad teżamina elementi addizzjonali li jindikaw involviment mill-awtoritajiet pubbliċi jew l-improbabbiltà li ma jkunux involuti fl-adozzjoni tal-miżura

KAD

(103)

Il-Kummissjoni tinnota li s-Slovenja kellha 100 % tal-ishma ta' KAD, l-azzjonist maġġoritarju ta' Elan fiż-żmien tal-għotja. Il-gvern Sloven ħatar il-membri kollha tal-assemblea ta' KAD kif ukoll il-bord superviżorju (ara premessa (11))). Skont l-artikli ta' assoċjazzjoni ta' KAD, dan tal-aħħar għandu japprova l-konklużjoni ta' tranżazzjoni li l-valur tagħha jeċċedi 1 % tal-kapital azzjonarju ta' KAD. L-injezzjoni ta' kapital taħt valutazzjoni kienet kwalifikata bħala tali tranżazzjoni, u l-bord superviżorju ta' KAD iddiskuta u qabel mal-injezzjoni ta' kapital f'Elan fil-134 laqgħa tiegħu fl-10 ta' Lulju 2008 u fil-135 laqgħa tiegħu f'Awwissu 2008. (22)

(104)

Billi s-Slovenja hija proprjetarja ta' KAD, wieħed jista' jassumi li hija f'pożizzjoni li tikkontrolla l-kumpanija u li fil-prinċipju, ir-riżorsi ta' KAD jistgħu jitqiesu bħala riżorsi tal-Istat. Għall-kuntrarju tal-fehma tas-Slovenja, il-fatt li l-fondi użati għal injezzjoni ta' kapital joriġinaw minn dividendi, interessi u dħul ieħor ta' KAD, ma jbiddilx din il-konklużjoni. L-użu ta' dividendi, interessi jew dħul ieħor, li jista' minflok ikun ġie mħallas lill-Istat bħala azzjonist kontrollanti tal-kumpanija, huwa tnaqqis ta' riżorsi tal-Istat u għalhekk jista' jitqies l-użu ta' riżorsi tal-Istat. (23)

(105)

Dwar l-imputabbiltà tal-Miżura 2, il-Kummissjoni tqis li KAD ma kinitx tinjetta l-kapital fin-nuqqas tal-influwenza tal-awtoritajiet pubbliċi fuq fit-teħid ta' deċiżjonijiet tagħha. L-influwenza Statali qawwija ma tistax tiġi derivata biss mill-fatt li s-Slovenja kienet l-uniku azzjonist ta' KAD f'dak iż-żmien, li l-membri kollha tal-bord superviżorju tal-KAD ġew maħtura mis-Slovenja, u li l-bord superviżorju kellu jaqbel mat-tranżazzjoni. Indikatur addizzjonali tal-involviment mill-qrib tal-Istat fit-teħid tad-deċiżjonijiet tal-KAD huwa l-fatt li r-rappreżentanti tal-Gvern Sloven jipparteċipaw f'kull assemblea u laqgħa tal-bord superviżorju (ara l-premessa (45)).

(106)

L-influwenza tal-gvern fuq it-teħid tad-deċiżjonijiet ta' KAD (u ta' fond ieħor ikkontrollat mill-Istat, il-fond ta' restituzzjoni SOD) sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-politika industrijali hija enfasizzata wkoll fir-rieżami tal-OECD tal-Governanza Korporattiva tal-OECD fis-Slovenja: “Iż-żewġ fondi pprovdew il-Gvern b'mekkaniżmu b'saħħtu sabiex jinfluwenza l-bordijiet u l-ġestjoni ta' kumpaniji privatizzati u, fl-aħħar mill-aħħar, biex ikollhom rwol attiv fid-determinazzjoni tat-tibdil ta' proprjetarji. Minn naħa dan jidher (għall-inqas inizjalment) li kien motivat minn xewqa biex jiġi mmaniġġat il-limitu sa fejn kumpaniji barranin kisbu kontroll fuq ditti domestiċi industriji importanti. Il-limitu ta' sjieda diretta u indiretta ppermettiet lill-gvernijiet tal-passat biex jeżerċitaw rwol sinifikanti ħafna, u kultant mhux trasparenti, fl-influwenzar tat-tħaddim tas-setturi kbar tal-intrapriżi kummerċjali tas-Slovenja u fis-suq għall-kontroll korporattiv.” (24)

(107)

Id-dokument tal-gvern Sloven “Aġġustamenti Strutturali 2010 u 2011” (25) jenfasizza iktar ir-rwol li KAD u l-fond ta' restituzzjoni kkontrollata mill-Istat SOD kienu lagħbu billi sservew l-għanijiet ta' politika industrijali tas-Slovenja, pereżempju fl-għoti ta' assistenza lil Elan. Taħt l-Intestatura 2.1.1. “Stabbiliment ta' aġenzija pubblika għall-governanza ta' intrapriżi tal-Istat u t-trasformazzjoni ta' KAD u SOD” id-dokument jiddikjara: “Ristrutturar ifisser li KAD u SOD għandhom ikunu meħlusa mill-investimenti strateġiċi kollha: ... — investimenti ħżiena li saru strateġiċi minħabba li l-Istat jixtieq jipprovdilhom għajnuna biex jgħelbu d-diffikultajiet tagħhom (Mura, Elan).” Il-karatterizzazzjoni li l-investiment ta' KAD f'Elan kien sar strateġiku “minħabba li l-Istat jixtieq jipprovdi għajnuna” lil Elan hija f'kuntrast qawwi mal-asserzjoni tas-Slovenja li KAD kienet indipendenti fit-teħid tad-deċiżjonijiet tagħha (ara l-premessa (56)). Il-dokument tal-gvern ikompli jispjega li t-trasferiment ta' investimenti strateġiċi ħżiena mill-parastatali direttament lejn l-Istat kienet fuq kollox biċċa xogħol relatata mal-persunal u li l-kumpanija ta' ristrutturar PDP, stabbilita minn KAD u SOD, ġiet trasferita direttament lil sjieda tal-Istat minħabba li t-tim ma setax jibqa' parti minn KAD u SOD. (26)

(108)

Il-Kummissjoni stiednet lis-Slovenja biex tipprovdi kummenti dwar id-dokumenti msemmija hawn fuq. Is-Slovenja affermat li ma kien hemm l-ebda deċiżjoni tal-gvern rigward ir-rikapitalizzazzjoni ta' Elan. Is-Slovenja indikat li r-rieżami tal-OECD, li jiddeskrivi kif KAD u SOD ipprovdew lill-gvern b'mekkaniżmu b'saħħtu biex jinfluwenza l-bordijiet u l-ġestjoni ta' kumpaniji privatizzati, ma semmiex lil DSU, Zavarovalnica Triglav u Triglav Naložbe u li d-dokument tal-Gvern Sloven ma jsemmi l-ebda influwenza statali diretta jew indiretta fir-rigward tal-assi miżmuma minn Zavarovalnica Triglav jew Triglav Naložbe. Barra minn hekk, is-Slovenja tiġbed l-attenzjoni fuq passaġġ fir-rieżami tal-OECD li jsemmi li “n-nuqqas ta' koordinazzjoni ċentrali ħoloq diffikultajiet għall-ġestjoni effettiva tal-interessi tas-sjieda tal-Gvern”. Din tkompli billi tispjega li KAD dejjem kienet taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tal-Finanzi, mentri l-Ministeru tal-Ekonomija kien responsabbli għas-settur tal-manifattura, fejn tappartjeni Elan. Fir-rigward tad-dokument tal-gvern Sloven li jirreferi għal investimenti ħżiena li kienu jsiru strateġiċi, is-Slovenja tirrimarka li Mura, it-tieni eżempju ta' investimenti bħal dawn imsemmija fid-dokument apparti Elan, kien f'idejn il-proċeduri ta' falliment f'Ottubru 2009.

(109)

Il-kummenti pprovduti mis-Slovenja ma jikkonfutawx l-argumenti stipulati hawn fuq li jindikaw l-involviment mill-awtoritajiet pubbliċi fl-adozzjoni tal-miżura jew l-improbabbiltà li ma jkunux involuti. Id-dikjarazzjoni li l-gvern ma kienx involut fid-deċiżjoni ta' rikapitalizzazzjoni hija biss affermazzjoni. Il-fatt li r-rieżami tal-OECD ma jsemmix b'mod speċifiku lil DSU, Zavarovalnica Triglav u Triglav Naložbe u li jitkellem dwar nuqqas ta' koordinazzjoni ċentrali ma jbiddilx l-istampa ġenerali mpinġija fir-rieżami tal-OECD, jiġifieri li l-gvern Sloven kien qed jintervjeni b'mod attiv fl-ekonomija u jsegwi skopijiet ta' politika industrijali. Fir-rigward ta' kumpaniji li mhumiex imsemmija b'mod speċifiku fir-rieżami tal-OECD u fid-dokument tal-gvern Sloven, Zavarovalnica Triglav u Triglav Naložbe, dettalji tal-kontroll eżerċitat mill-Istat huma mogħtija hawn taħt. Fl-istess ħin wieħed għandu jżomm f'moħħu li dawn il-kumpaniji kienu azzjonisti minoritarji li kellhom biss 25 % tal-isma ta' Elan. Fl-aħħar nett, fir-rigward tad-dokument tal-gvern, il-fatt li kumpanija oħra f'diffikultajiet ikkunsidrat “investiment strateġiku” falliet hija rrilevanti għall-valutazzjoni tal-kawża preżenti.

(110)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, huwa konkluż li l-injezzjoni ta' kapital ta' KAD fl-2008 f'Elan tikkonsisti minn riżorsi tal-Istat u hija imputabbli lis-Slovenja.

KAD-PPS

(111)

Kif deskritt fil-premessa (12), KAD qed tmexxi lil PPS u tikkontrolla l-ishma tagħha. Għalhekk, il-parteċipazzjoni ta' KAD-PPS fl-injezzjoni ta' kapital għandha titqies bl-istess mod tal-parteċipazzjoni ta' KAD. Il-kunsens tal-bord superviżorju ta' KAD għall-injezzjoni ta' kapital fil-134 laqgħa tiegħu fl-10 ta' Lulju 2008 inkluda wkoll il-kunsens li jiġi injettat il-kapital f'isem PPS. (27) L-istess jgħodd għad-deċiżjoni meħuda matul il-135 laqgħa tal-bord superviżorju ta' KAD f'Awwissu 2008.

(112)

Għalhekk, huwa konkluż li l-injezzjoni ta' kapital ta' KAD-PPS f'Elan fl-2008 tikkonsisti f'riżorsi tal-Istat u hija imputabbli lis-Slovenja.

DSU

(113)

Il-Kummissjoni tinnota li DSU kienet 100 % direttament proprjetà tal-Istat fil-mument tal-għotja. Il-kunsill superviżorju tagħha jikkonsisti minn tliet membri tal-Kunsill, li tnejn minnhom huma magħżula minn azzjonist, jiġifieri s-Slovenja (ara l-premessa (13)). Fiż-żmien tal-injezzjonijiet ta' kapital, it-tielet membru wkoll kien inħatar mill-Istat. Skont l-Artikoli ta' Assoċjazzjoni, il-kunsill superviżorju jadotta deċiżjonijiet b'maġġoranza ta' voti u qed jissorvelja l-ġestjoni tan-negozju ta' DSU. Il-kunsill superviżorju ta' DSU studja u approva l-injezzjoni ta' kapital f'Elan f'sessjoni straordinarja fil-11 ta' Lulju 2008 u emendata b'mod parzjali d-deċiżjoni tiegħu f'żewġ sessjonijiet straordinarji fis-26 ta' Awwissu 2008 u t-8 ta' Settembru 2008. (28)

(114)

Billi s-Slovenja hija proprjetarja ta' DSU, wieħed jista' jassumi li hija f'pożizzjoni li tikkontrolla l-kumpanija u li fil-prinċipju, ir-riżorsi ta' DSU jistgħu jitqiesu bħala riżorsi tal-Istat. Għall-kuntrarju tas-Slovenja, il-fatt li l-fondi użati għall-injezzjoni ta' kapital joriġinaw minn dividendi, interessi u dħul ieħor ta' DSU, ma jbiddilx din il-konklużjoni, kif spjegat fil-premessa (104).

(115)

Dwar l-imputabbiltà tal-Miżura 2, għandu jkun ikkunsidrat li t-tliet membri kollha tal-kunsill superviżorju fiż-żmien tal-għotja kienu maħtura mis-Slovenja, l-uniku azzjonist ta' DSU, u li l-kunsill superviżorju kellu jaqbel mat-tranżazzjoni. Kif stabbilit hawn fuq, l-influwenza ta' konsiderazzjonijiet politiċi fuq it-teħid ta' deċiżjonijiet ta' DSU hija rikonoxxuta fir-rapport ta' valutazzjoni […] tat-22 ta' Diċembru 2006. (29) Il-fatt li flimkien ma' KAD fl-2010 DSU ittrasferixxiet l-ishma ta' Elan tagħha lill-kumpanija azzjonarja PDP ukoll għandu jitqies fid-dawl tal-ispjegazzjonijiet mogħtija hawn fuq dwar il-kwistjoni ta' kif il-gvern Sloven iddeċieda li jindirizza investimenti parastatali li kienu saru strateġiċi minħabba li l-Istat xtaq jipprovdilhom għajnuna biex jegħlbu d-diffikultajiet tagħhom. B'konnessjoni maċ-ċirkostanzi ġenerali l-oħra li jitkellmu favur l-involviment tal-awtoritajiet pubbliċi fl-adozzjoni tal-miżura jew l-improbabbiltà tagħhom li ma jkunux involuti, il-Kummissjoni tqis li DSU ma kinitx tinjetta l-kapital fin-nuqqas tal-influwenza tal-awtoritajiet pubbliċi fuq it-teħid ta' deċiżjonijiet tagħha.

(116)

Għalhekk, huwa konkluż li l-injezzjoni ta' kapital ta' DSU fl-2008 f'Elan tikkonsisti minn riżorsi tal-Istat u hija imputabbli lis-Slovenja.

Zavarovalnica Triglav

(117)

Zavarovalnica Triglav mhijiex direttament proprjetà tas-Slovenja. Il-Kummissjoni tosserva, madankollu, li s-Slovenja indirettament għandha s-sjieda ta' żewġ terzi ta' Zavarovalnica Triglav (ara l-premessa (14)). L-azzjonisti maġġoritarji tagħha huma ZIPZ, l-Istitut tal-Assigurazzjoni tal-Pensjoni u d-Diżabbiltà tas-Slovenja u SOD, korporazzjoni tal-indennizz. It-tnejn huma 100 % proprjetà tal-Istat. L-ebda wieħed mill-azzjonisti l-oħra ma għandu sehem ogħla minn 1,8 % f'Zavarovalnica Triglav.

(118)

Ħamsa mit-tmien tal-membri tal-bord superviżorju ta' Zavarovalnica Triglav, inklużi l-president tagħha u viċi-president, jirrappreżentaw l-azzjonisti u huma maħtura minnhom. Kif deskritt fil-premessa (14), l-azzjonisti maġġoritarji ta' Zavarovalnica Triglav huma 100 % kumpaniji proprjetà tal-Istat. Għalhekk, huwa fil-prinċipju l-Istat li jaħtar dawn il-ħames membri tal-bord superviżorju u l-membri tal-bord superviżorju jirrappreżentaw l-interess tal-Istat. Il-Kummissjoni tosserva li kien il-bord ta' ġestjoni ta' Zavarovalnica Triglav li vvota favur iż-żieda fil-kapital fl-assemblea ġenerali ta' Elan fit-28 ta' Awwissu 2008, iżda għamel dan bil-kundizzjoni li l-bord superviżorju jagħti l-kunsens tiegħu għat-tranżazzjoni. Il-bord superviżorju aċċetta l-injezzjoni ta' kapital fl-4 ta' Settembru 2008. (30)

(119)

Billi s-Slovenja kienet indirettament proprjetarja ta' żewġ terzi tal-ishma f'Zavarovalnica Triglav, wieħed jista' jassumi li hija f'pożizzjoni li tikkontrolla l-kumpanija u li fil-prinċipju, ir-riżorsi ta' Zavarovalnica Triglav jistgħu jitqiesu bħala riżorsi tal-Istat.

(120)

Għandha tingħata attenzjoni għall-fatt li l-Istat jaħtar il-maġġoranza tal-Membri tal-bord superviżorju ta' Zavarovalnica Triglav, inkluż il-president u l-viċi president, u li l-bord superviżorju kellu jagħti l-kunsens tiegħu għall-injezzjoni ta' kapital.

(121)

B'konnessjoni maċ-ċirkostanzi ġenerali l-oħra diskussi hawn fuq li jitkellmu b'mod ċar favur li l-involviment tal-awtoritajiet pubbliċi fl-adozzjoni tal-miżura jew l-improbabbiltà tagħhom li ma jkunux involuti, il-miżura hija kkunsidrata imputabbli lis-Slovenja,

Triglav Naložbe

(122)

Triglav Naložbe mhijiex direttament proprjetà tas-Slovenja. Il-Kummissjoni tosserva, madankollu, li s-Slovenja indirettament għandha s-sjieda tal-maġġoranza tal-ishma ta' Triglav Naložbe. Fiż-żmien tal-għotja tal-miżura, Zavarovalnica Triglav b'mod effettiv kellha l-proprjetà ta' 80 % tal-ishma ta' Triglav Naložbe. Zavarovalnica Triglav mbagħad hija indirettament fil-maġġoranza proprjetà tas-Slovenja (ara l-premessa (14)). Għalhekk, indirettament, is-Slovenja għandha aktar minn 51 % tal-ishma ta' Triglav Naložbe. L-ebda wieħed mill-azzjonisti l-oħra ma għandu sehem ogħla minn 0,67 % fil-kumpanija.

(123)

It-tliet membri tal-bord superviżorju jirrappreżentaw l-azzjonisti interess u jiġu eletti minnhom. Billi l-Istat indirettament huwa l-azzjonist maġġoritarju fi Triglav Naložbe, wieħed irid iqis li l-Istat jista' jiddeċiedi min jiġi nnominat fil-bord superviżorju biex jirrappreżenta l-interess tas-Slovenja. Il-bord superviżorju ta' Triglav Naložbe kellu jaqbel mal-injezzjoni ta' kapital f'Elan, u għamel dan fis-seba' laqgħa straordinarja fit-3 ta' Settembru 2008. (31)

(124)

Billi s-Slovenja kienet indirettament proprjetarja tal-maġġoranza ta' Triglav Naložbe, wieħed jista' jassumi li hija f'pożizzjoni li tikkontrolla l-kumpanija u li fil-prinċipju, ir-riżorsi ta' Triglav Naložbe jistgħu jitqiesu bħala riżorsi tal-Istat. Għall-kuntrarju tas-Slovenja, il-fatt li l-fondi użati għall-injezzjoni ta' kapital joriġinaw minn self ma jbiddilx din il-konklużjoni, kif spjegat fil-premessa (104).

(125)

Billi wieħed iżomm f'moħħu li l-Istat jaħtar il-membri kollha tal-bord superviżorju ta' Triglav Naložbe u li l-bord superviżorju kellu jagħti l-kunsens tiegħu għall-injezzjoni ta' kapital, f'konnessjoni maċ-ċirkostanzi ġenerali l-oħra diskussi hawn fuq li jitkellmu b'mod ċar favur l-involviment tal-awtoritajiet pubbliċi fl-adozzjoni tal-miżura jew l-improbabbiltà tagħhom li ma jkunux involuti, il-miżura hija kkunsidrata imputabbli lis-Slovenja

Konklużjoni

(126)

Il-kompożizzjoni tal-bordijiet superviżorji tal-azzjonisti ta' Elan u l-fatt li l-bordijiet superviżorji kellhom jaqblu mal-injezzjoni ta' kapital fl-2008 diġà jissuġġerixxi li l-miżura in kwistjoni hija imputabbli lill-Istat. (32)

(127)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha indikazzjonijiet qawwija — kif stabbilit hawn fuq — għall-involviment mill-qrib tal-Istat fit-teħid ta' deċiżjonijiet ta' KAD — bil-bosta l-aktar azzjonist importanti ta' Elan li kien jikkontrolla 57,61 % tal-kapital fiż-żmien tal-injezzjoni ta' kapital — u DSU. Dawn l-indikazzjonijiet ġejjin mir-rapport tal-OECD, ir-rapport ta' […], dokumenti ppubblikati mill-gvern Sloven, u rapporti tal-istampa.

(128)

Barra minn hekk, il-komportament parallel tal-ħames azzjonisti ta' Elan li kienu kollha kkontrollati mill-Istat jagħti indikazzjoni tal-involviment tal-Istat fid-deċiżjoni tal-azzjonisti, peress li jidher improbabbli li ħames operaturi privati u indipendenti setgħu qablu li jinjettaw kapital f'kumpanija f'diffikultà fl-istess ħin u fl-istess kundizzjonijiet.

(129)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq huwa konkluż li l-Miżura 2 tikkonsisti minn riżorsi tal-Istat u hija imputabbli lis-Slovenja.

Vantaġġ selettiv lill-benefiċjarju

(130)

Sabiex titqies bħala għajnuna mill-Istat, miżura trid tkun speċifika jew selettiva minħabba li tiffavorixxi biss ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta' ċerti oġġetti.

(131)

Huwa meqjus li l-grupp kollu ta' Elan għandu jitqies bħala benefiċjarju taż-żieda fil-kapital fl-2008 għall-istess raġunijiet tal-Miżura 1 (ara premessi (87)-(90)). Bħala l-pass li jmiss, għandu jiġi vvalutat jekk il-miżura tagħtix vantaġġ lill-benefiċjarju.

(132)

Jekk miżura tissodisfa r-rekwiżiti tal-prinċipju tal-investitur privat f'ekonomija tas-suq, l-eżistenza ta' vantaġġ tista' tiġi eskluża. Kif deskritt hawn fuq, investitur fis-suq jipprova jimmassimizza r-redditu fuq l-assi tiegħu (ara l-premessa (91)).

(133)

F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni l-ewwel tinnota li Elan kienet qed tiffaċċja diffikultajiet fit-tifsira tal-Linji Gwida ta' Salvataġġ u Ristrutturar meta ngħatat il-Miżura 2 (ara l-premessa (74)). Barra minn hekk, skont is-Slovenja, Elan kienet qed taffaċċja l-insolvenza fil-bidu tal-2008, u kellha diskrepanza fil-likwidità ta' EUR [12,6-15 miljun].

(134)

Is-Slovenja targumenta li l-azzjonisti ta' Elan ibbażaw id-deċiżjoni tagħhom li jinjettaw kapital addizzjonali fuq diversi dokumenti mħejjija minn Elan u konsulenti esterni, li juri li d-deċiżjoni kienet ġustifikata.

(135)

Filwaqt li huwa minnu li Elan fassal pjan fit-tul 2008-2012 għall-grupp, għandu jiġi kkunsidrat li dan il-pjan ippreveda żieda fil-kapital ta' EUR 25 miljun bħala bażi biex jintlaħqu redditi adegwati fil-futur u l-azzjonisti ta' Elan kkunsidraw dan il-pjan fit-tul bħala mhux adegwat għat-twettiq ta' injezzjoni ta' kapital ta' dak l-ammont. Il-pjan ta' Riabilitazzjoni ta' Awwissu 2008 kien jikkonsisti prinċipalment minn previżjonijiet u ma pprovdiex informazzjoni dwar iż-żieda tal-kapital ippjanata. Kemm il-pjan fit-tul 2008-2012 u kemm il-pjan ta' Riabilitazzjoni kienu mwaqqfa minn Elan, mingħajr l-involviment ta' konsulent estern. Dokument ieħor ipprovdut mis-Slovenja f'dak li għandu x'jaqsam mat-tieni żieda fil-kapital kellu kalkolu b'leħħa tal-valur ta' Elan, imħejji minn KAD, datat Lulju 2008. Dan id-dokument, madankollu, ma jappoġġax l-argument tas-Slovenja li l-azzjonisti ta' Elan aġixxew bħal investituri prudenti, minħabba li skont dik l-istima, jekk l-obbligazzjonijiet potenzjali huma kkunsidrati Elan kellha ekwità negattiva b'valur li jammonta għal EUR [29,5-34] miljun f'Lulju 2008. Barra minn hekk, il-kalkoli b'leħħa jirrimarkaw li l-projezzjonijiet fil-pjan fit-tul 2008-2012 ta' Elan jistgħu jkunu ottimisti żżejjed fid-dawl ta' esperjenzi preċedenti, f'liema każ il-valur tal-kumpanija jkun aktar baxx.

(136)

Is-Slovenja ressqet ukoll valutazzjoni ta' ekwità ta' Elan wara l-metodu tal-fluss tal-flus skontat. Din il-valutazzjoni tal-ekwità, imħejjija minn […] f'Ġunju 2008, ikkunsidrat li l-valur tas-suq ta' Elan fil-31 ta' Diċembru 2007 kien għadu pożittiv, li jammonta għal EUR [35-40] miljun. Madankollu, kif deskritt hawn fuq (ara l-premessi (70) sa (74)), is-sitwazzjoni ta' Elan marret għall-agħar drastikament matul is-sena 2008. Fid-dawl ta' dawn l-iżviluppi l-valutazzjoni tal-ekwità ta' hawn fuq għandha tkun ikkunsidrata skaduta fit-28 ta' Awwissu 2008 meta l-azzjonisti ta' Elan iddeċidew fuq l-injezzjoni ta' kapital u ma tistax toqgħod fuqha biex jintwera li l-azzjonisti ta' Elan aġixxew bħal investituri tas-suq prudenti, b'mod partikolari meta jiġu kkunsidrati ċ-ċirkostanzi tat-tieni injezzjoni ta' kapital.

(137)

Kif deskritt fil-premessa (32), l-azzjonisti għamlu kull żieda fil-kapital kondizzjonali fuq ftehim minn qabel tal-banek biex jiskedaw mill-ġdid is-self eżistenti ta' Elan. Għalkemm tali ftehim ma setax jintlaħaq qabel iż-żieda fil-kapital, l-azzjonisti ta' Elan ipproċedew bl-injezzjoni ta' kapital minħabba li Elan kieku kienet tfalli.

(138)

Kieku l-banek kienu qablu li jiskedaw mill-ġdid is-self qabel iż-żieda fil-kapital, dan seta' jkun sinjal li dawn jemmnu f'ritorn għall-vijabbiltà ta' Elan. Madankollu, dan ma kienx il-każ, u għall-kuntrarju, wieħed mill-banek anki talab għal ordni tal-qorti biex jiġi nfurzat id-dejn pendenti kontra Elan. Il-pożizzjoni tal-bank tista' tiġi kkunsidrata bħala sinjal li s-suq ma kienx jemmen fir-ritorn għall-vijabbiltà ta' Elan.

(139)

Barra minn hekk, għandu wkoll ikun ikkunsidrat li sa mill-2007 l-azzjonisti kienu injettaw EUR 10,225 miljun f'Elan, mingħajr suċċess. Għandu jiġi ċċarat li, għalkemm l-injezzjoni ta' kapital tal-2007 kienet ibbażata fuq l-hekk imsejjaħ pjan ta' żvilupp strateġiku li taħtu Elan oriġinarjament kienet talbet għal investimenti ta' EUR 20,2 miljun, l-injezzjoni ta' kapital tal-2008 ta' EUR 10 miljun ma tistax titqies bħala tieni tranche tal-investiment skont il-pjan ta' żvilupp strateġiku oriġinali. L-injezzjoni ta' kapital tal-2008 kienet meħtieġa sabiex tkun evitata l-insolvenza billi jiġu koperti n-nuqqas ta' likwidità u t-telf mġarrba ta' Elan, il-kapital ma kienx iddedikati għall-għanijiet stipulati fil-pjan ta' żvilupp strateġiku (ara l-premessa (23)).

(140)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tinnota li l-azzjonisti kollha fil-mument tal-għotja tal-miżura kienu proprjetà tal-Istat, jiġifieri li l-ebda azzjonist privat ma ħa sehem fiż-żieda fil-kapital.

(141)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Miżura 2 ma ngħatax skont il-prinċipju tal-investitur privat f'ekonomija tas-suq u tat vantaġġ lil Elan.

Distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ

(142)

Il-Kummissjoni tinnota li l-benefiċjarju jkun attiv fi swieq li huma miftuħa għall-kompetizzjoni. Kwalunkwe għotja Statali provduti lil tali impriża tista' tipprovdiha b'vantaġġ fuq kompetituri oħrajn li ma jibbenefikawx minn għotjiet bħal dawn. Għall-kuntrarju tas-Slovenja mhuwiex rilevanti f'dan il-kuntest jekk il-kompetituri ta' Elan kellhomx sehem akbar fis-suq minn Elan jew jekk dawk il-kompetituri rċevew ukoll fondi mill-azzjonisti tagħhom.

(143)

Meta l-għajnuna mogħtija minn Stat Membru ssaħħaħ il-pożizzjoni ta' impriża meta mqabbla ma' impriżi oħra li jikkompetu f'kummerċ intra-UE, dawn tal-aħħar għandhom jitqiesu bħala affettwati minn dik l-għajnuna. (33) Hemm kummerċ bejn l-Istati Membri fit-tagħmir għall-iskijjar u l-opri tal-baħar, li huma l-oġġetti li l-benefiċjarju jimmanifattura u jikkummerċjalizza.

(144)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Miżura 2 tista' tgħawweġ il-kompetizzjoni u li jista' jkollha effett fuq il-kummerċ.

5.2.3.   Konklużjoni dwar l-eżistenza ta' għajnuna mill-Istat

(145)

Minħabba l-argumenti t'hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Miżura 2 tinvolvi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE lil Elan. Is-Slovenja ma rrispettatx l-obbligu stand-still skont l-Artikolu 108 (3) TFUE.

5.3.   KOMPATIBILITÀ TAL-GĦAJNUNA

(146)

L-Artikoli 107(2) u 107(3) TFUE jipprovdu għal eżenzjonijiet għar-regola ġenerali li l-għajnuna mill-Istat hija inkompatibbli mas-suq intern kif iddikjarat fl- Artikolu 107(1) TFUE.

(147)

F'dan il-kuntest, għandu jiġi osservat li l-piż ta' prova tal-kompatibilità tal-għajnuna mas-Suq Intern, b'deroga mill-Artikolu 107(1) TFUE huwa merfugħ prinċipalment mill-Istat Membru kkonċernat, li għandu juri li l-kundizzjonijiet għal dik id-deroga huma sodisfatti. (34)

(148)

Il-Kummissjoni tevalwa l-kompatibilità tal-Miżura 2 taħt dawn l-eċċezzjonijiet. Peress li l-miżura inkwistjoni kienet mogħtija lil kumpanija f'diffikultà (ara l-punt 5.1 ta' hawn fuq), il-Kummissjoni l-ewwel tevalwa l-kompatibilità tal-miżura skont il-Linji Gwida ta' Salvataġġ u Ristrutturar. It-tieni, huwa kkunsidrat jekk il-miżura tistax titqies bħala kompatibbli fuq kwalunkwe bażi oħra.

5.3.1.   Linji Gwida ta' Salvataġġ u Ristrutturar

(149)

Skont il-Punt 33 tal-Linji Gwida ta' Salvataġġ u Ristrutturar, kumpaniji f'diffikultà biss huma eliġibbli għall-għajnuna ta' salvataġġ u ta' ristrutturar. Elan hija eliġibbli, peress li tista' tiġi kkunsidrata li kienet kumpanija f'diffikultà fiż-żmien tat-tieni injezzjoni ta' kapital (ara l-premessa (74)).

(150)

Skont il-Linji Gwida ta' Salvataġġ u Ristrutturar, għajnuna ta' salvataġġ trid tissodisfa ċerti rekwiżiti, li mhux kollha huma sodisfatti mill-miżura in kwistjoni:

(a)

L-ewwel nett, il-miżura ma ngħatax fil-forma ta' self jew garanzija, iżda bħala injezzjoni ta' kapital (il-Punt 25(a) tal-Linji Gwida ta' Salvataġġ u Ristrutturar).

(b)

It-tieni nett, il-miżura ma ntemmitx fi żmien ta' mhux aktar minn sitt xhur wara t-trasferiment tal-ewwel pagament (il-Punt 25(a) Linji Gwida ta' Salvataġġ u Ristrutturar).

(c)

It-tielet nett, is-Slovenja ma kkomunikatx fi żmien sitt xhur wara l-ewwel implimentazzjoni tal-miżura pjan ta' ristrutturazzjoni jew pjan ta' likwidazzjoni jew prova li l-garanzija kienet ġiet terminata (il-Punt 25(c) Linji Gwida ta' Salvataġġ u Ristrutturar).

(151)

Għalhekk, l-injezzjonijiet ta' kapital inkwistjoni ma jistgħux jitqiesu bħala għajnuna ta' salvataġġ.

(152)

Il-miżura ma tissodisfax ir-rekwiżiti kollha għal għajnuna ta' ristrutturar stabbiliti fil-Linji Gwida ta' Salvataġġ u Ristrutturar lanqas, peress li l-ebda miżuri ta' kumpens li setaw ipattu għall-effett avvers tal-għajnuna fuq il-kundizzjonijiet tal-kummerċ ma ġew ipprovduti.

(153)

Skont il-Punti minn 38 sa 42 tal-Linji Gwida ta' Salvataġġ u Ristrutturar, ir-ristrutturazzjoni trid tkun akkumpanjata minn miżuri ta' kumpens fi proporzjon mal-effetti ta' tfixkil tal-għajnuna u, partikolarment, id-daqs u l-importanza relattiva tad-ditta benefiċjarja fis-suq tagħha. Il-Punt 40 tal-Linji Gwida jistipula li l-miżuri ta' kumpens għandhom b'mod partikolari jseħħu fis-suq/swieq fejn l-impriża ser ikollha pożizzjoni sinifikanti fis-suq wara r-ristrutturar. Is-Slovenja tistqarr li ċerti ċessjonijiet mwettqa minn Elan fl-2009 u l-2010 kellhom effett kumpensatorju.

(154)

Fir-rigward tad-diviżjoni tal-isport tax-xitwa ta' Elan, is-Slovenja tiddeskrivi lil Elan bħala “waħda mill-aħħar ditti tat-tagħmir tal-isport tax-xitwa awtonomi” u tirreferi għaliha bħala “biss kompetitur dgħajjef [sic] għal parteċipanti ħafna akbar fis-suq.” (35) Il-karatterizzazzjoni tal-aħħar mhijiex, madankollu, f'konformità mad-deskrizzjoni li l-azzjonist maġġoritarju attwali ta' Elan jagħti dwar id-ditta. PDP tirrimarka li fl-2010 Elan biegħet 448 000 pari skis u 217 000 snowboards, li Elan irrappreżentat 13 % tal-produzzjoni globali tal-iskis u li kienet is-seba' ditta globali tal-iskijar bis-sehem tas-suq tad-ditta tagħha li jammonta għal madwar 8 % tas-suq globali.

(155)

Is-Slovenja ma tipproponi l-ebda definizzjoni speċifika tal-prodott jew suq/swieq ġeografiku/ċi, fejn hija attiva d-diviżjoni tal-isport tax-xitwa ta' Elan. Kif spjegat hawn taħt, billi titqies l-informazzjoni pprovduta mis-Slovenja u filwaqt li jitqiesu l-kunsiderazzjonijiet fir-rigward tad-definizzjoni tas-suq minn prattika merger tal-passat, (36) għandu jiġi konkluż li Elan kellha ishma tas-suq konsiderevoli mill-inqas f'xi swieq rilevanti konċernati.

(156)

Sabiex tiġi vvalutata l-importanza relattiva tal-kumpanija fis-swieq li fihom hija attiva, il-Kummissjoni eżaminat l-evidenza disponibbli, inklużi dokumenti strateġiċi mfassla minn Elan innifisha. Minbarra aċċessorji, Elan timmanifattura b'mod partikolari skis tal-alpi u snowboards. Minn naħa waħda dawn jinbiegħu bħala prodotti tad-ditta ta' Elan lil imnutanti (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ bħala “s-suq tal-konsumaturi”); Min-naħa l-oħra Elan taġixxi bħala l-hekk imsejjaħ manifattur ta' tagħmir oriġinali u tipprovdi skis u snowboards lil manifatturi (rivali) oħrajn (minn hawn 'il quddiem imsejħa bħala “is-suq tal-OEM”). Għandu jiġi nnotat li fil-Każ Nru COMP/M.3765 — AMER SALOMON il-Kummissjoni kkunsidrat f'Diċembru 2005 minħabba l-iskopijiet ta' dik id-deċiżjoni inter alia swieq ta' prodotti separati għal tipi differenti ta' tagħmir tal-isport tax-xitwa, inklużi swieq ta' prodotti rilevanti separati għall-iskis tal-alpi, għal snowboards u għas-suq tal-OEM għal skis tal-alpi. Is-swieq tal-bejgħ bl-imnut għat-tagħmir tal-isport tax-xitwa kienu kkunsidrati nazzjonali, mentri s-swieq tal-OEM kienu kkunsidrati mill-inqas wiesa' daqs iż-ŻEE fl-ambitu ta' applikazzjoni. (37) Fid-Development Plan Elan Ski OEM 2006-2010 tagħha l-kumpanija tindika s-sehem tas-suq globali tagħha tal-produzzjoni OEM tal-iskis tal-2005 bħala 21 % u tispjega “[…]” Id-Development Plan Elan Sportartikel 2006-2010 jindika li Elan ikkonsidrat lilha nnifisha bħala l-produttur ewlieni dinji ta' snowboards b'riżultat tal-produzzjoni ta' 268 000 fl-2005, li jilħaq sehem ta' 16 %. Il-maġġoranza l-kbira ta' dan ir-riżultat jikkonċerna n-negozju tal-OEM, filwaqt li 30 000 snowboard nbiegħet fl-2005 taħt id-ditta Elan. Fir-rigward ta' skis tad-ditta Elan id-Development Plan Market and brand focused penetration strategy Elan Brand 2006-2010 jindika sehem mis-suq globali ta' 7,5 %, li jelenka lil Elan fin-nru 7 fir-rigward ta' sehem mis-suq. Madankollu, id-dokument jenfasizza li d-ditta kienet temmen li tista' tilħaq pożizzjoni taħt l-aqwa ħames ditti f'nofs it-terminu, billi jispjega li […].

(157)

Peress li d-diviżjoni tal-isport tax-xitwa hija responsabbli għall-akbar parti bil-bosta tad-dħul ta' Elan u peress li l-pożizzjoni b'saħħitha ta' Elan dettaljata hawn fuq, tal-anqas f'ċerti setturi tan-negozju tal-isport tax-xitwa, kellhom jittieħdu miżuri kompensatorji b'mod partikolari f'dan il-qasam. Billi jiġu eżaminati l-elementi indikati mis-Slovenja bħala miżuri ta' kumpens meħuda fid-diviżjoni tal-isport tax-xitwa, l-unika ċessjoni kien il-bejgħ ta' sehem [17,5 % — 20 %] tal-kapital li Elan kellha fl-imsieħeb ta' Impriża Konġunta ta' distribuzzjoni tagħha Dal Bello Sports (minn hawn 'il quddiem msejjaħ bħala “Dal Bello”) fl-Istati Uniti. Iċ-ċessjoni ta' Elan kienet il-konsegwenza tat-terminazzjoni tal-Impriża Konġunta ta' kummerċjalizzazzjoni u distribuzzjoni ma' Dal Bello fl-Amerika ta' Fuq. Elan targumenta li t-tmiem tal-kooperazzjoni wassal għal tnaqqis fil-bejgħ ta' Elan fil-Kanada u fl-Istati Uniti u f'dan tara “effett ta' kumpens”.

(158)

L-ewwel ħaġa li għandha tiġi nnotata hi li la pjan fit-tul 2008-2012 u lanqas il-Pjan ta' Riabilitazzjoni ma jsemmu l-bejgħ tal-ishma ta' Dal Bello, u għalhekk il-bejgħ ma jistax jiġi kkunsidrat bħala “parti integrali tar-ristrutturar”, kif previst fil-Punt 40 tal-Linji Gwida għas-Salvataġġ u r-Ristrutturazzjoni. Tabilħaqq, eżami aktar mill-qrib tat-tranżazzjoni juri li l-kooperazzjoni ta' kummerċjalizzazzjoni u distribuzzjoni kienet terminata fuq inizjattiva ta'Dal Bello. Is-Slovenja kkonċediet li “l-problemi ta' Elan fl-2008 u t-tiftix ta' Dal Bello għal imsieħeb aktar affidabbli fuq żmien twil wassal għal diskussjoni dwar it-terminazzjoni tal-kooperazzjoni li mill-bqija kienet ta' suċċess. Dawn id-diskussjonijiet irriżultaw fil-Ftehim ta' Terminazzjoni tal-Impriża Konġunta tal-14 ta' Diċembru 2009 …” Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq iċ-ċessjoni ta' Elan minħabba dawn ir-raġunijiet diġà ma tistax tiġi kkwalifikata bħala miżura ta' kumpens.

(159)

Barra minn hekk, filwaqt li t-tnaqqis tal-bejgħ, wassal għal tnaqqis fis-sehem fis-suq tal-benefiċjarju, jista' f'ċirkostanzi oħra jikkostitwixxi miżura ta' kumpens, il-Kummissjoni tinnota li f'dan il-każ, it-tranżazzjoni tikkonċerna s-suq tal-bejgħ bl-imnut, li qabel kien jitqies nazzjonali mill-Kummissjoni, (38) u li l-bejgħ tal-iskis ta' Elan kien fi kwalunkwe każ imnaqqas biss fis-suq tal-Amerika ta' Fuq, iżda mhux fis-suq/swieq Ewropew/Ewropej u għalhekk ma jistax jikkumpensa għat-tfixkil maħluq fiż-ŻEE. Barra minn hekk, l-Impriża Konġunta kienet attiva fil-kummerċjalizzazzjoni u d-distribuzzjoni tal-iskis, u mhux fil-manifattura tagħhom. L-attività ċentrali ta' Elan hija, madankollu, il-manifattura tal-iskis u snowboards. Ċessjonijiet f'suq prinċipali tal-benefiċjarju biss jistgħu jitqiesu bħala miżuri ta' kumpens xierqa.

(160)

Is-Slovenja argumentat ukoll li t-tnaqqis tal-impjegati attivi fil-produzzjoni tal-iskis u t-tnaqqis tal-investimenti kummerċjali tagħha jistgħu jitqiesu bħala miżuri ta' kumpens.

(161)

Iżda, kif muri mill-Pjan Għal Perjodu ta' Żmien Twil ta' Elan u mill-Pjan ta' Riabilitazzjoni tagħha, dawn il-miżuri għandhom jitqiesu bħala miżuri ta' razzjonalizzazzjoni sempliċi bil-għan li jnaqqsu l-ispejjeż u jżidu l-effiċjenza sabiex terġa' tinkiseb il-vijabbiltà finanzjarja. Il-miżuri ma kinux meħuda sabiex titnaqqas il-preżenza ta' Elan fis-suq jew biex ipattu għal kwalunkwe tfixkil fil-kompetizzjoni li jirriżulta mill-għajnuna rċevuta minn Elan.

(162)

Fis-settur marittimu, is-Slovenja targumenta li dawn iċ-ċessjonijiet li ġejjin kellhom effett kumpensatorju: Fl-2009 Elan biegħet żewġ kumpaniji involuti fil-kiri ta' jottijiet, Elan Yachting d.o.o. and Elan Marine Charter d.o.o. Fl-2010 Elan Brod d.o.o., kumpanija li tinsab fil-Kroazja li kienet primarjament involuta fil-produzzjoni ta' dgħajjes bil-mutur, kienet mibjugħa. Is-Slovenja tafferma li l-kumpaniji ma kinux qed jagħmlu telf strutturalment, li attivitajiet ta' kiri mwettqa minn Elan Yachting d.o.o. u Elan Marine Charter d.o.o.kienu qed jappoġġaw il-penetrazzjoni tal-jottijiet ta' Elan fis-swieq ewlenin ta' Elan u li l-irtirar mis-segment tas-suq tad-dgħajjes bil-mutur naqqas sostjanzalment il-preżenza ta' Elan fis-suq tad-dgħajjes ta' divertiment u tal-isport.

(163)

Il-Kummissjoni tfakkar li, skont il-Punt 40 tal-Linji Gwida ta' Salvataġġ u Ristrutturar, il-miżuri ta' kumpens għandhom jittieħdu partikolarment fis-suq/swieq fejn l-impriża se jkollha pożizzjoni sinifikanti fis-suq wara r-ristrutturar. Talbiet għal tħassir u għeluq tal-attivitajiet li jagħmlu t-telf li fi kwalunkwe każ ikunu meħtieġa biex terġa' tiġi stabbilita l-vijabbiltà mhumiex ikkunsidrati bħala tnaqqis tal-kapaċità għall-iskop tal-valutazzjoni dwar il-miżuri ta' kumpens.

(164)

Wieħed irid iżomm f'moħħu li n-negozju tal-baħar ma jikkostitwixxix l-attività prinċipali ta' Elan. Il-kumpanija tiġġenera sehem akbar b'mod konsiderevoli tad-dħul tagħha fid-diviżjoni tal-isport tax-xitwa. Skont il-previżjoni finanzjarja għall-2011, id-dħul totali tad-diviżjoni tal-baħar kien mistenni li jilħaq biss EUR [20-24] miljun, meta mqabbel ma' EUR [58-68] miljun fid-diviżjoni tal-isport tax-xitwa. Barra minn hekk, id-diviżjoni tal-isport tax-xitwa rċeviet ukoll il-parti l-kbira (EUR 5,924 miljun) tal-injezzjoni ta' kapital ta' EUR 10 miljun f'Elan. Fid-dawl tal-Punt 40 tal-Linji Gwida ta' Salvataġġ u Ristrutturar jidher dubjuż kemm, jekk iċ-ċessjonijiet fid-diviżjoni tal-baħar jistgħu jitqiesu kollha bħala miżuri ta' kumpens xierqa peress li, kif ukoll aktar dettalljat hawn taħt, in-negozju tal-baħar mhuwiex l-istess suq fejn id-ditta għandha l-aktar pożizzjoni sinifikanti fis-suq wara r-ristrutturar.

(165)

Sabiex tapprezza għal kollox l-argumenti ppreżentati mis-Slovenja, il-Kummissjoni madankollu, eżaminat sa liema punt is-Slovenja setgħet targumenta li ttieħdu miżuri ta' kumpens xierqa fin-negozju tal-baħar. Qabel ir-ristrutturar il-kapaċità massima tal-produzzjoni ta' Elan kienet ta' [280-330] dgħajjes bil-qlugħ u [45-55]dgħajjes bil-mutur. Is-Slovenja ma tipproponi l-ebda definizzjoni speċifika tal-prodott tal-baħar jew suq/swieq ġeografiku/ċi, f'liema tkun tista' titqies l-importanza relattiva tagħha. Fis-sottomissjonijiet tagħha titkellem dwar tnaqqis tal-preżenza ta' Elan fis-“suq tad-dgħajjes ta' divertiment u tal-isports”, u fl-istess ħin tirreferi għall-irtirar tagħha mis-“segment tas-suq tad-dgħajjes bil-mutur”.

(166)

Madankollu, l-analiżi tad-dokumenti disponibbli, inklużi dokumenti strateġiċi mfassla minn Elan innifisha, li jittrattaw il-pożizzjoni kompetittiva tad-diviżjoni tal-baħar ta' Elan tipprovdi aktar fehmiet fl-importanza relattiva tal-kumpanija dwar is-suq tal-baħar. Id-Development Plan Elan Marine Division 2006-2010 iddikjara li s-suq dinji tad-dgħajjes ġodda kollha kien ta' madwar EUR 25 biljun, li minnhom 80 % kienu power boats u 20 % dgħajjes bil-qlugħ bl-istess proporzjon li japplika għall-Ewropa. Elan iddeskriviet is-suq bħala “frammentat ħafna” u poġġiet is-sehem tas-suq tal-UE tal-programm ta' tbaħħir tagħha fuq bejn wieħed u ieħor [0-5] %, tal-programm tagħha tad-dgħajjes bil-mutur ta' << 1 %. Il-Pjan ta' Żvilupp però, irrimarka lejn l-eżistenza ta' segments tas-suq differenti kkaratterizzati minn kundizzjonijiet kompetittivi, inklużi barrieri tad-dħul. Il-Pjan fit-Tul ta' Elan tal-Grupp Skimar 2008-2012 ta' Ġunju 2008 ipprovda għal segmentazzjoni tas-suq tad-dgħajjes skont it-tul tad-dgħajsa u stqarr li l-kompetizzjoni kienet l-iktar ħarxa fis-segment tad-dgħajjes iż-żgħar (30 pied), mentri Elan timmanifattura u tbiegħ prodotti ta' kategorija medja ta' minn 30 sa 50 pied fit-tul u kienet qed tippjana li tiżviluppa mudelli ġodda […]. L-iktar stqarrija ċara dwar is-sehem tas-suq ta' Elan fis-segment fejn tara lilha nnisfisha tikkompeti tiġi minn preżentazzjoni tal-azzjonist maġġoritarju kurrenti ta' Elan PDP li tistqarr: “Fl-2010 Elan, f'segment tad-dgħajjes bil-qlugħ bejn 32 u 60 pied (li jirrappreżentaw 20 % tas-suq nawtiku) biegħet 122 dgħajsa, biex b'hekk ġabet sehem tas-suq ta' 5,2”. Jidher plawżibbli li s-segmentazzjoni tas-suq tuża kriterji bħat-tip ta' saħħa (qlugħ, mutur) u d-daqs bħala punt tat-tluq. Fin-nuqqas ta' fehma opposta, għall-iskop ta' din id-deċiżjoni l-Kummissjoni tista' taċċetta l-valutazzjoni tal-PDP li Elan kellha sehem tas-suq ta' > 5 % fis-suq frammentat tad-dgħajjes tal-qlugħ.

(167)

Skont dak li ntqal hawn fuq, anke kieku ċ-ċessjonijiet ta' Elan fid-diviżjoni tal-baħar setgħu jittieħdu in konsiderazzjoni għall-iskop tal-valutazzjoni ta' kompatibbiltà tal-Kummissjoni, ġewwa s-settur tal-baħar kwalunkwe miżuri ta' kumpens setgħu seħħew fil-manifattura tad-dgħajjes tal-qlugħ, li kienet b'mod ċar l-attività prinċipali tad-diviżjoni ta' Elan marine u fejn, kif diskuss, il-kumpanija kellha sehem mhux negliġibbli, skont Elan, “tas-suq frammentat sew”. Iċ-ċessjoni tal-attivitajiet ta' kiri l-iktar li kienu qed jappoġġaw indirettament il-bejgħ tal-jottijiet ta' Elan, u ċ-ċessjoni tal-produzzjoni tad-dgħajjes tal-mutur, settur li Elan ħareġ minnu permezz tal-bejgħ ta' Elan Brod d.o.o. f'daqqa, u għalhekk mhux f'konformità mal-Punt 40 tal-Linji Gwida ta' Salvataġġ u Ristrutturar. Sa fejn jikkonċerna d-dgħajjes tal-mutur, Elan bdiet tipproduċi dgħajjes bħal dawn fis-sena 2002, bl-intenzjoni li tuża r-reputazzjoni miksuba fis-settur tad-dgħajjes tal-qlugħ għall-produzzjoni tad-dgħajjes tal-mutur ukoll. Madankollu, il-bejgħ kien l-iktar għoli b'50 dgħajsa tal-mutur fl-2006 u l-2007 u imbagħad naqas għal [25-29] fl-2008 u [7-9] dgħajjes biss fl-2009.

(168)

Sottomissjonijiet mis-Slovenja jenfasizzaw ukoll il-fatt li l-azzjonisti ta' Elan u l-banek ikkonsidraw l-attivitajiet ċessati li huma attivitajiet mhux ewlenija. (39) Għandu jkun innotat ukoll li l-bejgħ tas-sussidjarji ta' Elan ma kienx ippjanat li jpatti għal tfixkil fil-kompetizzjoni. It-tliet sussidjarji kienu qed iġarrbu telf fiż-żmien tal-bejgħ kif ukoll fis-snin qabel il-bejgħ. Is-Slovenja informat lill-Kummissjoni li r-riżultat nett totali (magħqud) ta' Elan Yachting d.o.o. u Elan Marine Charter d.o.o kien EUR – 157 000 fl-2007, EUR – 100 000 fl-2008 u EUR – 57 000 fl-2009. Kif ukoll Elan Brod d.o.o irreġistrat telf waqt il-perjodu kollu, jiġifieri EUR -58 000 fis-sena 2006, EUR -436 000 fl-2007, EUR – 1 miljun fl-2008 u EUR – 1,5 miljun fl-2009. Fid-dawl ta' dawn in-numri l-istqarrija tas-Slovenja li l-kumpaniji ma kinux qed jagħmlu telf strutturalment tidher li hija biss dikjarazzjoni li tfittex l-interessi tagħha stess. Kif stipulat hawn fuq, skont il-Linji Gwida ta' Salvataġġ u Ristrutturar talbiet għal tħassir u għeluq tal-attivitajiet li jagħmlu t-telf li fi kwalunkwe każ ikunu meħtieġa biex terġa' tiġi stabbilita l-vijabbiltà mhumiex ikkunsidrati bħala tnaqqis tal-kapaċità għall-iskop tal-valutazzjoni dwar il-miżuri ta' kumpens. It-telf għoli rreġistrat minn tliet sussidjarji nawtiċi mibjugħa u t-tendenza 'l isfel kontinwa ta' Elan Brod d.o.o. iżda jenfasizzaw li ċ-ċessjonijiet kienu fi kwalunkwe każ neċessarji biex terġa' tiġi stabbilita l-vijabbiltà u jistgħu wkoll għal din ir-raġuni ma jkunux ikkonsidrati li jikkwalifikaw bħala miżuri ta' kumpens.

(169)

Il-Kummissjoni b'hekk tikkonkludi li ċ-ċessjonijiet ta' Elan u t-tnaqqis ta' ħaddiema tagħha u tal-ispejjeż ta' kummerċjalizzazzjoni ma jistgħux ikunu kkwalifikati bħala miżuri ta' kumpens. Peress li ma ġewx implimentati l-ebda miżuri ta' kumpens, anke jekk jittieħed in konsiderazzjoni l-Punt 56 tal-Linji Gwida ta' Salvataġġ u Ristrutturar, li jistipula li l-kundizzjonijiet sabiex tiġi awtorizzata l-għajnuna jistgħu jkunu inqas stretti f'oqsma assistiti fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' miżuri ta' kumpens, il-Kummissjoni għandha tikkonkludi li r-rekwiżiti tal-Linji Gwida ta' Salvataġġ u Ristrutturar mhumiex milħuqa fir-rigward tan-neċessità biex jiġu implimentati l-miżuri ta' kumpens xierqa. Peress li r-rekwiżiti għal għajnuna ta' ristrutturar kompatibbli stipulati fil-Linji Gwida huma kumulattivi, huwa biżżejjed li tiġi eskluża l-appikabbiltà tal-Linji Gwida jekk rekwiżit wieħed biss ma jkunx milħuq. Il-Kummissjoni għalhekk ma tivvalutax iktar jekk ir-rekwiżiti l-oħra jkunux intlaħqu. Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, huwa konkluż li l-Miżura 2 ma tistax tkun ikkonsidrata kompatibbli skont il-Linji Gwida ta' Salvataġġ u Ristrutturar.

5.3.2.   Kompatibilità fuq bażi oħra

(170)

L-eżenzjonijiet fl-Artikolu 107(2) TFUE ma japplikawx fil-kawża preżenti għax din il-miżura ma għandhiex karattru soċjali, ma kinitx mogħtija lil konsumaturi individwali, mhix iddiżinjata biex tagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata minn diżastri naturali jew okkorrenzi eċċezzjonali u ma kinitx mogħtija lill-ekonomija ta' ċerti żoni tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja affettwata mid-diviżjoni tal-pajjiż.

(171)

Aktar eżenzjonijiet huma stipulati fl-Artikolu 107(3) TFUE.

(172)

L-Artikolu 107(3)(a) TFUE jiddikjara li “għajnuna maħsuba sabiex tippromwovi l-iżvilupp ekonomiku ta' reġjun fejn il-livell tal-għajxien huwa baxx b'mod anormali jew fejn ikun hemm stat serju ta' nuqqas ta' impjieg” tista' tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern. Elan tinsab f'reġjun eliġibbli għall-għajnuna taħt l-Artikolu 107(3)(a) TFUE. (40) Il-kompatibilità tal-għajnuna tal-Istat lil żoni assistiti hija rregolata mil-Linji Gwida għall-Għajnuna Reġjonali. (41) Taħt il-Linji Gwida għall-Għajnuna Reġjonali, għajnuna mill-Istat tista' fil-prinċipju tiġi mogħtija biss lil kumpaniji li mhumiex f'diffikultà. Elan però kienet f'diffikultajiet fiż-żmien tal-għotja tal-miżura (ara l-premessa (74)). Għalhekk, il-Miżura 2 ma tistax tkun ikkonsidrata bħala għajnuna regjonali kompatibbli.

(173)

Fid-dawl ta' dan t'hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għajuna mhix eliġibbli għad-deroga stipulata fl-Artikolu 107(3)(a) TFUE.

(174)

L-Artikolu 107(3)(b) TFUE jiddikjara li "għajnuna maħsuba sabiex tippromwovi l-eżekuzzjoni ta' proġetti fuq skala kbira ta' interess komuni Ewropew, jew sabiex tirrimedja taħwid serju fl-ekonomija ta' Stat Membru" tista' tkun iddikjarata kompatibbli mas-suq intern.

(175)

Il-Kummissjoni tinnota li l-għajnuna in kwistjoni ma kinitx iddiżinjata sabiex tiġi promossal-eżekuzzjoni ta' proġett importanti ta' interess komuni Ewropew u l-Kummissjoni lanqas ma sabet evidenza li kienet iddiżinjata sabiex jiġi rimedjat tfixkil serju fl-ekonomija Slovena.

(176)

Fid-dawl ta' dan t'hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għajuna ma tikkwalifikax għad-deroga stipulata fl-Artikolu 107(3)(b) TFUE.

(177)

L-Artikolu 107(3)(d) TFUE jiddikjara li għajnuna sabiex tiġi promossal-kultura u l-preservazzjoni tal-patrimonju meta din l-għajnuna ma tolqotx il-kundizzjonijiet tal-kummerċ u tal-kompetizzjoni fl-Unjoni sa grad li jkun kuntrarju għall-interess komuni, Dan l-Artikolu ovvjament ma japplikax għall-kawża kurrenti.

(178)

L-Artikolu 107(3)(c) TFUE jipprovdi għall-awtorizzazzjoni tal-għajnuna tal-Istat maħsuba sabiex tiffaċilita l-iżvilupp ta' ċerti attivitajiet jew ta' ċerti reġjuni ekonomiċi, basta dik l-għajnuna ma tfixkilx il-kondizzjonijiet tal-kummerċ sa grad li jkun kuntrarju għallinteress komuni. Il-Kummissjoni żviluppat numru ta' linji gwida u komunikazzjonijiet li jispjegaw kif se tapplika d-deroga li tinsab f'dan l-Artikolu. Peress li l-miżuri in kwistjoni kienu mogħtija lil kumpanija f'diffikultà, il-Kummissjoni evalwat biss il-kompatibilità tal-miżura taħt il-Linji Gwida ta' Salvataġġ u Ristrutturar. L-ebda waħda mil-linji gwida u komunikazzjonijiet l-oħra hija applikabbli għall-miżura taħt valutazzjoni.

(179)

Għalhekk, l-għajnuna taħt valutazzjoni tikkostitwixxi għajnuna tal-Istat inkompatibbli.

6.   IRKUPRU

(180)

Skont it-TFUE u l-każistika stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-Kummissjoni hija kompetenti biex tiddeċiedi li l-Istat ikkonċernat irid ineħħi jew ibiddel l-għajnuna (42) meta tkun sabet li huwa inkompatibbli mas-suq intern. Il-Qorti żammet b'mod konsistenti li l-obbligu fuq Stat li jneħħi għajnuna meqjusa mill-Kummissjoni bħala inkompatibbli mas-suq intern huwa ddiżinjat biex jistabblixxi mill-ġdid is-sitwazzjoni eżistenti minn qabel. (43) F'dan il-kuntest, il-Qorti stabbilixxiet li dan l-objettiv huwa milħuq ladarba r-riċevitur ikun ħallas lura l-ammonti mogħtija b'għajnuna llegali, biex b'hekk jittieħed il-vantaġġ li kien gawda minnu fuq il-kompetituri tiegħu fis-suq, u s-sitwazzjoni qabel il-pagament tal-għajnuna tkun irkuprata. (44)

(181)

Wara l-każistika, l-Artikolu 14 tar-Regolament Proċedurali stipula li “fejn jittieħdu deċiżjonijiet negattivi f'każijiet ta' għajnuna illegali, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jirkupra l-għajnuna mill-benefiċjarju.

(182)

B'hekk, peress li l-miżura disponibbli għandha tiġi kkunsidrata bħala għajnuna llegali u inkompatibbli, l-għajnuna għandha tiġi rikoverata sabiex terga' tiġi stabbilita s-sitwazzjoni li kienet teżisti fuq is-suq qabel l-għotja tal-għajnuna. L-irkupru għalhekk ikopri ż-żmien minn meta seħħ il-vantaġġ lill-benefiċjarju, jiġifieri meta l-għajnuna tpoġġiet a dispożizzjoni tal-benefiċjarju sakemm isir irkupru effettiv u jġorr l-interessi ta' rkupru sakemm iseħħ irkupru effettiv.

(183)

L-injezzjoni ta' kapital fl-2008 għandha bżonn tiġi rkuprata fit-totalità tagħha peress li d-deċiżjonijiet tal-ħames entitajiet kollha li qed jieħdu sehem fl-operazzjoni huma imputabbli lill-Istat. L-ammont totali tal-injezzjoni ta' kapital kien EUR 10 miljun, li EUR 5,924 miljun minnhom kienu injettati f'Elan Winter sport u EUR 4,076 miljun f'Elan Marine. Dawn iż-żewġ kumpaniji, f'Ġunju 2010 kienu madankollu, magħqudin fil-kumpanija ewlenija tagħhom Elan. Id-data minn meta għandhom jiġu kkalkulati l-interessi ta' rkupru hija d-data meta l-kapital kien effettivament impoġġi a dispożizzjoni tal-benefiċjarju, li kienet it-8 ta' Settembru 2008.

7.   KONKLUŻJONI

(184)

L-injezzjoni ta' kapital a favur ta' Elan deċiża f'Jannar 2007 (il-Miżura 1) ma tinvolvix għajnuna mill-Istat, peress li d-deċiżjoni tal-azzjonisti kienet konformi mal-prinċipju tal-investitur f'ekonomija tas-suq.

(185)

L-injezzjoni ta' kapital a favur ta' Elan deċiża f'Awwissu 2008 (il-Miżura 2) tinvolvi għajnuna mill-Istat. L-għajnuna mill-Istat mhix kompatibbli mas-suq intern. Ma tilħaqx il-kriterji tal-Linji Gwida ta' Salvataġġ u Ristrutturar. L-ebda wieħed mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 107(2) u (3) TFUE ma jintlaħaq lanqas. Għalhekk, l-injezzjoni ta' kapital ta' EUR 10 miljun għandha tiġi rikoverata minn Elan flimkien mal-interssi ta' rkupru.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-injezzjoni ta' kapital ta' Jannar 2007 ma tikkostitwixxix għajnuna ġewwa t-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 2

Il-miżura ta' għajnuna mill-Istat favur ta' Elan fil-forma ta' żieda fil-kapital ta' EUR 10 miljun fl-2008 kienet illegalment imwettqa mis-Slovenja bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u hija inkompatibbli mas-suq intern.

Artikolu 3

1.   Is-Slovenja tirkupra l-għajnuna msemmija fl-Artikolu 2 mill-benefiċjarju Elan.

2.   Is-somma li se tiġi rkuprata ġġorr l-interessi mid-data meta tpoġġiet għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju (it-8 ta' Settembru 2008) sal-irkupru attwali tagħha.

3.   L-interessi jkunu kkalkulati fuq bażi komposta skont il-Kapitolu V tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 (45).

4.   Is-Slovenja tikkanċella l-pagamenti pendenti kollha tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 2 b'effett mid-data ta' adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

1.   L-irkupru tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 2 ikun immedjat u effettiv.

2.   Is-Slovenja tiżgura li din id-deċiżjoni tiġi implimentata sa erba' xhur wara d-data ta' notifika ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 5

1.   Sa xahrejn wara n-notifika ta' din id-Deċiżjoni, is-Slovenja tissottometti l-informazzjoni li ġejja lill-Kummissjoni:

(a)

l-ammont totali (interessi prinċipali u rikoverati) li għandu jiġi rikoverat mill-benefiċjarju;

(b)

deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri diġà meħuda u ppjanati li jkunu konformi ma' din id-Deċiżjoni;

(c)

dokumenti li juru li l-benefiċjarju ġie ordnat iħallas lura l-għajnuna.

2.   Is-Slovenja żżomm il-Kummissjoni informata dwar il-progress tal-miżuri nazzjonali meħuda biex jimplimentaw din id-Deċiżjoni sakemm l-irkupru tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 2 ikun komplut. Tissottometti mill-ewwel, wara sempliċi talba mill-Kummissjoni, informazzjoni dwar il-miżuri diġà meħuda u ppjanati li jkunu konformi ma' din id-Deċiżjoni. Tipprovdi wkoll informazzjoni dettaljata dwar l-ammonti ta' għajnuna u interessi ta' rkupru diġà rikoverati mill-benefiċjarju

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Slovena.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Settembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Joaquín ALMUNIA

Viċi President


(1)  ĠU C 223, 18.8.2010, p. 8.

(2)  Ara n-nota f'qiegħ il-paġna 1.

(3)  Linji gwida dwar l-għajnuna reġjonali nazzjonali għall-2007-2013, ĠU C 54, 4.3.2006, p. 13.

(4)  “Structural Adjustments 2010 and 2011”, il-Gvern tar-Repubblika tas-Slovenja, Ottubru 2009, p. 12, fuq: http://www.svrez.gov.si/fileadmin/svez.gov.si/pageuploads/docs/strukturne_prilagoditve/Structural_adjustmements_SLO_EN.pdf

(5)  F'Diċembru 2009 PDP kellha ishma ta' 10 kumpaniji Sloveni li qabel kienu proprjetà ta' KAD, SOD u DSU; cf. “Who we are” — preżentazzjoni fuq powerpoint tal-PDP ippreżentata mill-awtoritajiet Sloveni..

(6)  http://www.kd-group.com/en/index.php.

(*)  Informazzjoni kunfidenzjali

(7)  Dokument magħmul mill-Bord ta' Ġestjoni ta' Elan, datat it-30 ta' Mejju 2006, dwar iż-żieda fil-kapital tal-kumpaniji f'Elan.

(8)  Ittra mill-bord ta' ġestjoni ta' Elan lil KAD, datata t-30 ta' Novembru 2006.

(9)  Ara l-Minuti tal-laqgħa numru 134 tal-bord superviżorju tal-KAD, l-4 ta' Lulju 2008, punt 2 tal-aġenda, taqsima 2.

(10)  Il-Kawża C-482/99 ir-Repubblika Franċiża/il-Kummissjoni (Stardust Marine) [2002] Ġabra I-4397.

(11)  […]

(12)  Magħmul mill-impriża legali Jadek&Pensa, www.jadek-pensa.si/en, datat is-16 ta' April 2012.

(13)  “Obligacijski zakonik”, il-Gazzetta Uffiċjali tas-Slovenja 83/2001 bl-emendi.

(14)  Ara QEĠ 323/82 Intermills/Commission [1984] Ġabra 3809, il-paragrafi. 11 et seq.

(15)  Il-Kawża T-228/99, WestLB/Commission, Ġabra 2003, II-435.

(16)  Il-Kawża C-482/99 ir-Repubblika Franċiża/il-Kummissjoni (Stardust Marine) [2002] Ġabra I-4397.

(17)  Il-Kawża C-482/99 ir-Repubblika Franċiża/il-Kummissjoni (Stardust Marine) [2002] Ġabra I-4397, il-paragrafi 50-59.

(18)  Ir-rieżami tal-OECD: Il-Governanza Korporattiva fis-Slovenja, p. 9, 28/3/2011, fuq: http://www.oecd.org/document/58/0,3746,en_2649_34813_47492282_1_1_1_1,00.html

(19)  “Gerüchten zufolge will die Regierung für Verluste nach dem schlechten Winter Elan eine Finanzspritze von EUR 5,7 Mio Euro zukommen lassen.” Sport Artikel Zeitung “SAZsport”, datat id-9 ta' Ġunju 2008: “Zweiter Abgang an der Spitze”.

(20)  https://24ur.com/novice/gospodarstvo/kriticne-razmere-v-elanu_comment_p1_a19.html?&page=1&p_all_items=19

(21)  […], A Valuation of the Skimar Group, 22 ta' Diċembru 2006, p. 28.

(22)  Ara l-minuti tal-laqgħa: “[…] jagħti l-kunsens tal-bord ta' ġestjoni billi jieħu l-passi kollha meħtieġa sabiex jiġi protett u massimizzat il-valur tal-investiment ta' KAD fil-kumpanija Skimar, d.o.o., inkluża r-rikapitalizzazzjoni tal-kumpanija, proporzjonata mal-interess parteċipanti ta' Kapitalska družba, d.d. u Prvi pokojninski sklad RS (Fond tal-Ewwel Pensjoni), li b'kollox jammonta għal 57,606 % f'ammont massimu ta' EUR 5 761 000,00.”

(23)  Fil-Kawża C-6/97 l-Italja/il-Kummissjoni [1999] Ġabra I-2981, il-premessa (22), l-Avukat Ġenerali argumenta li “il-kriterju deċisiv mhuwiex il-forma li jieħu l-intervent, lanqas ovvjament, in-natura ġuridika tiegħu jew l-għan li jfittex iżda r-riżultat għal liem iwassal. Kull intervent li jżid vantaġġ ekonomiku, akkumpanjat minn tnaqqis korrelattiv fir-riżorsi tal-Istat ... huwa fil-prinċipju għajnuna mill-Istat għall-iskopijiet tal-Artikolu [107] tat-Trattat”.

(24)  Ir-rieżami tal-OECD: Il-Governanza Korporattiva fis-Slovenja, p. 9, 28/3/2011, fuq: http://www.oecd.org/document/58/0,3746,en_2649_34813_47492282_1_1_1_1,00.html

(25)  “Structural Adjustments 2010 and 2011”, il-Gvern tar-Repubblika tas-Slovenja, Ottubru 2009, p. 12, fuq: http://www.svrez.gov.si/fileadmin/svez.gov.si/pageuploads/docs/strukturne_prilagoditve/Structural_adjustmements_SLO_EN.pdf

(26)  “Structural Adjustments 2010 and 2011”, il-Gvern tar-Repubblika tas-Slovenja, Ottubru 2009, p. 12, fuq: http://www.svrez.gov.si/fileadmin/svez.gov.si/pageuploads/docs/strukturne_prilagoditve/Structural_adjustmements_SLO_EN.pdf,

(27)  Ara n-nota f'qiegħ il-paġna 22.

(28)  Ara l-minuti tal-laqgħa tat-8 ta' Settembru 2008: […].

(29)  […], A Valuation of the Skimar Group, 22 ta' Diċembru 2006, p. 28.

(30)  Ara l-minuti tal-laqgħa datata l-4 ta' Settembru 2008“Il-bord superviżorju jagħti l-kunsens tiegħu għall-parteċipazzjoni ta' Zavarovalnica Triglav, d.d., fiż-żieda fil-kapital ta' Skimar, d.o.o., fl-ammont ta' EUR 1 200 000,0 […]”.

(31)  Ara l-minuti ta' din il-laqgħa: il-bord superviżorju studja r-rapport dwar l-investiment fi Skimar d.o.o. u r-riżoluzzjonijiet tal-aħħar laqgħa ġenerali fit-28 ta' Awwissu 2008 u jappoġġa l-bord ta' ġestjoni fil-parteċipazzjoni attiva tiegħu fil-proċess ta' rkupru tal-kumpanija u għalhekk anke r-rikapitalizzazzjoni meħtieġa b'valur totali ta' EUR 10 miljun, f'ishma proporzjonali […].

(32)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/948/KE tat-23 ta' Lulju 2008 dwar miżuri mill-Ġermanja biex jiġu assistiti DHL u Leipzig Halle Airport C 48/06 (qabel N 227/06) (ĠU L 326, 23.12.2008, p. 1), premessi (184)-(186), (226), (227); Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar l-ajruport ta' Frankfurt Hahn — Għajnuna mill-Istat allegata lill-ajruport u l-ftehim ma' Ryanair, C 29/2008, (ĠU C 17.1.2009, p. 6), premessi (212)-(218).

(33)  Ara, b'mod partikolari, il-Kawża 730/79 Philip Morris v Commission [1980] Ġabra 2671, para. 11; Il-Kawża C53/00 Ferring [2001] Ġabra I-9067, para. 21; Il-Kawża C-372/97 Italy v Commission [2004] Ġabra I-3679, il-paragrafu 44.

(34)  Pereżempju l-Kawża T-68/03, Olympiaki Aeroporia Ypiresies AE v Commission [2007] Ġabra II-02911, il-paragrafi 34-37.

(35)  Ittra ta' Jadek & Pensa f'isem Elan, datata t-2/12/2012.

(36)  Ara l-Każ Nru COMP/M.3765 — AMER SALOMON, fuq: http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/decisions/m3765_20051012_20212_en.pdf

(37)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 36.

(38)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 36.

(39)  Ara s-sottomissjoni mis-Slovenja, datata 10 ta' Ottubru 2011, li tinkludi ittra minn KAD, li tirreferi għall-bejgħ ta' kumpaniji fid-diviżjoni tal-baħar “mhux ikkunsidrati bħal negozju prinċipali”, jew ittra mill-impriża legali Jadek & Pensa, li taġixxi f'isem Elan, datata 26 ta' April 2012, li tispjega li l-banek jirrikjedu l-bejgħ ta' assi mhux ewlenija fil-Kroazja sabiex jidħlu fi ftehim ta' ffinanzjar mill-ġdid.

(40)  Mappa tal-għajnuna reġjonali tas-Slovenja approvata mill-Kummissjoni fit-13 ta' Settembru 2006 u ppubblikata f'ĠU C 256, 24.10.2006, p. 6.

(41)  ĠU C 54, 4.3.2006, p. 13.

(42)  Ara l-Kawża C-70/72 Commission v Germany [1973] Ġabra 00813, il-paragrafu 13.

(43)  Ara l-Kawżi Konġunti C-278/92, C-279/92 u C-280/92 Spain v Commission [1994] Ġabra I-4103, il-paragrafu 75.

(44)  Ara l-Kawża C-75/97 Belgium v Commission [1999] Ġabra I-030671, il-paragrafi 64-65.

(45)  ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1.


15.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 144/29


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-20 ta' Marzu 2013

dwar l-għajnuna mill-istat Nru SA.23420 (11/C, ex NN40/10) implimentata mill-Belġju favur SA Ducroire

(notifikata bid-dokument C(2013) 1497)

(It-testi Franċiż u Olandiż biss huma awtentiċi)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/274/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 108(2), l-ewwel subparagrafu (1),

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

Wara li stiednet lill-partijiet interessati jressqu l-kummenti tagħhom skont l-Artikoli msemmija hawn fuq (2),

Billi:

I.   PROĊEDURA

(1)

Fil-5 ta' Ġunju 2007, [l-ilmentatur] (*) ressaq ilment lill-Kummissjoni Ewropea dwar injezzjoni ta' kapital inizjali ta' EUR 150 miljun li minnha gawdiet il-kumpanija Ducroire (minn hawn 'il quddiem “SA Ducroire”) meta nħolqot f'Settembru 2004 mill-Office National du Ducroire (minn hawn 'il quddiem “l-ONDD”).

(2)

Permezz tal-ittra tas-7 ta' Diċembru 2007, il-Kummissjoni għamlet xi mistoqsijiet dettaljati lill-Belġju. It-tweġibiet għal dawn il-mistoqsijiet, li magħhom kienu mehmuża diversi dokumenti kif ukoll pjan ta' direzzjoni tan-negozju, wasslulha fit-12 ta' Frar 2008.

(3)

Fid-9 ta' Settembru 2008 saret laqgħa bejn l-ilmentatur u s-servizzi tal-Kummissjoni.

(4)

Il-Kummissjoni bagħtet verżjoni mhux kunfidenzjali tal-ilment lill-Belġju fl-4 ta' Diċembru 2008.

(5)

Verżjoni mhux kunfidenzjali tal-kummenti tal-Belġju kif ukoll mistoqsijiet speċifiċi ġew indirizzati lill-ilmentatur fit-12 u fis-17 ta' Diċembru 2008. L-ilmentatur wieġeb għalihom permezz ta' ittra tas-6 ta' Novembru 2009.

(6)

Saru mistoqsijiet ulterjuri lill-Belġju fil-21 ta' April 2010 li għalihom il-Belġju wieġbet fit-23 ta' Lulju 2010.

(7)

Fit-23 ta' Frar 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li tiftaħ il-proċedura ta' investigazzjoni formali prevista fl-Artikolu 108(2), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem “TFUE”) (3) fir-rigward tal-miżuri ta' għajnuna possibbli li ġejjin: (i) il-garanzija mill-Istat Belġjan li rċieva l-ONDD għar-riskji kummerċjabbli tiegħu; (ii) trasferiment intern wieħed jew diversi trasferimenti interni ta' riżorsi favur l-assigurazzjoni tar-riskji kummerċjabbli u (iii) il-kapital sottoskritt mill-ONDD favur attivitajiet ta' assigurazzjoni tar-riskji kummerċjabbli ta' SA Ducroire. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jissottomettu l-kummenti tagħhom dwar il-miżuri inkwistjoni.

(8)

Saru żewġ laqgħat bejn l-awtoritajiet Belġjani, l-ONDD, SA Ducroire u s-servizzi tal-Kummissjoni fis-17 ta' Marzu 2011 u fit-28 ta' April 2011 rispettivament.

(9)

Fl-4 ta' Mejju 2011, l-awtoritajiet Belġjani talbu għal estensjoni ta' erba' ġimgħat tal-limitu ta' żmien għat-tweġiba għall-ftuħ tal-proċedura formali ta' investigazzjoni (minn hawn 'il quddiem “id-Deċiżjoni ta' ftuħ”). Fil-5 ta' Mejju 2011, il-Kummissjoni infurmat lill-awtoritajiet Belġjani li ma kellha l-ebda oġġezzjoni għat-talba ta' estensjoni taż-żmien u talbet aktar informazzjoni relatata mal-laqgħa tat-28 ta' April 2011.

(10)

Fl-1 ta' Ġunju 2011, l-awtoritajiet Belġjani taw it-tweġiba tagħhom għall-kummenti u l-mistoqsijiet magħmula mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni ta' ftuħ. L-annessi għat-tweġiba tagħhom intbagħtu fid-9 u fl-10 ta' Ġunju 2011.

(11)

Wara din it-tweġiba, il-Kummissjoni talbet aktar informazzjoni fis-27 ta' Lulju 2011.

(12)

Sabiex iħejju t-tweġiba tagħhom għall-mistoqsijiet tal-Kummissjoni, l-awtoritajiet Belġjani organizzaw żewġ laqgħat tekniċi mas-servizzi tal-Kummissjoni u l-benefiċjarju tal-miżuri ta' għajnuna, rispettivament fis-26 ta' Settembru u fit-18 ta' Ottubru 2011. Informazzjoni addizzjonali dwar it-temi diskussi f'dawn il-laqgħat intbagħtet mill-Belġju fl-14 ta' Novembru 2011.

(13)

Fil-5 ta' Diċembru 2011, l-awtoritajiet Belġjani bagħtu t-tweġiba tagħhom għall-mistoqsijiet tal-Kummissjoni tas-27 ta' Lulju 2011.

(14)

Fit-23 ta' April 2012 il-Kummissjoni talbet xi dettalji dwar l-informazzjoni differenti sottomessa, li l-awtoritajiet Belġjani pprovdew fis-16 ta' Mejju 2012.

(15)

Saret laqgħa bejn l-awtoritajiet Belġjani, l-ONDD, SA Ducroire u s-servizzi tal-Kummissjoni fil-21 ta' Mejju 2012, li warajha l-awtoritajiet Belġjani bagħtu aktar spjegazzjonijiet permezz tal-ittra tal-31 ta' Mejju 2012. Bl-ittra tal-14 ta' Ġunju 2012, l-awtoritajiet Belġjani tennew il-pożizzjoni tagħhom dwar il-miżura ta' allokazzjoni tal-kapital ikkontestata mill-Kummissjoni.

II.   DESKRIZZJONI DETTALJATA TAL-GĦAJNUNA

II.1.   IL-BENEFIĊJARJU U L-ATTIVITAJIET TIEGĦU

(16)

L-ONDD hija “istituzzjoni pubblika awtonoma” li topera fis-suq tal-assigurazzjoni tal-kreditu u li tibbenefika minn appoġġ u mill-garanzija tal-Istat Belġjan.

(17)

Sal-31 ta' Awwissu 2003, l-attivitajiet kollha mwettqa mill-ONDD kienu f'ismu stess, taħt il-garanzija tal-Istat. Ma kien hemm l-ebda kontijiet separati bejn l-attività ta' assigurazzjoni tal-kreditu ta' żmien qasir u u dik ta' żmien twil, lanqas f'dak li jirrigwarda r-riskji kummerċjabbli u dawk mhux kummerċjabbli. Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Istati Membri skont l-Artikolu 93(1) tat-Trattat KE li tapplika l-Artikoli 92 u 93 tat-Trattat lil assigurazzjoni ta' esportazzjonijiet bi kreditu ta' żmien qasir (minn hawn 'il quddiem “il-Komunikazzjoni dwar l-assigurazzjoni ta' esportazzjoni bi kreditu”) (4) tikkwalifika bħala kummerċjabbli r-riskji kummerċjali u politiċi ta' inqas minn sentejn, fuq debituri (5) stabbiliti f'wieħed mill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea jew f'ċerti pajjiżi membri tal-OECD, jiġifieri l-Awstralja, il-Kanada, l-Islanda, il-Ġappun, New Zealand, in-Norveġja, l-Isvizzera u l-Istati Uniti tal-Amerika (6).

(18)

Fl-1 ta' Settembru 2003, l-ONDD fetaħ kont “kummerċjali” li, skont l-awtoritajiet Belġjani, ma kienx igawdi mill-garanzija tal-Istat, li ġie allokat, minn dik id-data, għall-attività kollha relatata mar-riskji għal perjodu qasir. Kapital ta' EUR [45-70] miljun kien ġie allokat lil dan il-kont kummerċjali, biex b'hekk kiseb l-approvazzjoni tar-regolatur nazzjonali tal-assiguraturi, l-Office de Contrôle des Assurances (l-Awtorità Superviżorja tal-Assigurazzjonijiet — minn hawn 'il quddiem “l-OCA”). F'dan il-kont kummerċjali ma kinitx teżisti kontabilità separata bejn ir-riskji kummerċjabbli u dawk mhux kummerċjabbli.

(19)

F'Mejju 2004, l-ONDD iddeċieda li joħloq sussidjarja għall-attivitajiet eżistenti tiegħu ta' assigurazzjoni tal-kreditu ta' żmien qasir bil-ħolqien ta' SA Ducroire. Skont l-awtoritajiet Belġjani, id-deċiżjoni li tinħoloq SA Ducroire ittieħdet biex tiġi rrispettata l-Komunikazzjoni dwar l-assigurazzjoni ta' esportazzjoni bi kreditu li tistieden lill-Istati Membri sabiex jemendaw il-pjanijiet tagħhom għall-assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni sabiex l-aġenziji ta' assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni ma jibqgħux igawdu mill-appoġġ tal-Istat f'dak li jirrigwarda r-riskji meqjusa bħala “kummerċjabbli”.

(20)

Id-deċiżjoni li tinħoloq SA Ducroire u li tingħata kapital ta' EUR 150 miljun ittieħdet mill-Bord tad-Diretturi tal-11 ta' Mejju 2004 abbażi ta' pjan ta' direzzjoni tan-negozju mfassal mill-ONDD għall-2005-2007 li fih ġew meqjusa żewġ xenarji: xenarju A) definit bħala “realistiku”, ibbażat fuq il-klima ekonomika u msejjes fuq tkabbir tal-ammonti assigurati bi 3 %; u xenarju B) definit bħala “dinamiku”, ibbażat fuq approċċ proattiv f'termini ta' konkwista tas-suq imsejjes fuq ipotesi ta' tkabbir id-doppju ta' dak tax-xenarju realistiku, jiġifieri ta' 6 % (7).

(21)

SA Ducroire ġiet stabbilita fit-23 ta' Settembru 2004, data li fiha l-ONDD issottoskriva EUR 150 miljun għall-kapital ta' din il-kumpanija, li minnhom EUR 100 miljun ġew rilaxxati minnufih filwaqt li l-EUR 50 miljun li kien fadal ġew rilaxxati fl-2009.

(22)

Fl-1 ta' Jannar 2005, l-ONDD ittrasferixxa l-portafoll tiegħu ta' riskji għal żmien qasir lil SA Ducroire li tat bidu għall-attivitajiet tagħha minn dik id-data. Min-naħa tiegħu l-ONDD kompla jaħdem fuq ir-riskji għal żmien twil.

(23)

Għalhekk, SA Ducroire tamministra r-riskji kummerċjabbli kollha skont it-tifsira tal-Komunikazzjoni dwar l-assigurazzjoni għall-esportazzjoni bi kreditu (li, b'definizzjoni, huma għal żmien qasir) kif ukoll ir-riskji mhux kummerċjabbli għal żmien qasir, bħar-riskji ta' inqas minn sentejn relatati ma' debituri stabbiliti barra l-OECD.

(24)

Fl-2007, SA Ducroire akkwistat 33 % tal-kapital ta' Komerčni ύvěrová pojišt'ovna EGAP (KUP) (il-fergħa kummerċjali tal-aġenzija nazzjonali Ċeka tal-assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni) għas-somma ta' EUR [12-14]-il miljun. Dan l-akkwist kien sar flimkien ma' SACE BT, li kienet akkwistat ukoll 33 % tal-kapital ta' KUP. Fl-2009, SA Ducroire akkwistat l-ishma kollha ta' SACE BT fil-kapital ta' KUP għas-somma ta' EUR [0-20] miljun. SA Ducroire b'hekk akkwistat 66 % tal-kapital ta' KUP għal ammont totali ta' EUR [10-35] miljun. Minn dan l-aħħar ammont EUR 12-il miljun wara ġew irreġistrati bħala deprezzament fuq il-holding (aġġustament negattiv tal-valur tal-investiment).

II.2.   L-ILMENT

(25)

Fil-5 ta' Ġunju 2007, tressaq ilment lill-Kummissjoni. Skont l-ilmentatur, l-ONDD għamel l-allokazzjoni tal-kapital f'kundizzjonijiet li investitur privat ma kienx jipprovdi. Minn naħa, ir-redditu ta' SA Ducroire, kif mistennija bl-injezzjoni tal-kapital huwa inqas minn dak mistenni minn investitur privat. Min-naħa l-oħra, il-kapital allokat lil SA Ducroire kien jaqbeż il-kapital meħtieġ, kemm f'termini ta' regoli prudenzjali dwar l-ekwità minima adegwata kif ukoll fir-rigward tal-medja tal-proporzjon ta' solvenza (primjums netti/ekwità) tal-parteċipanti l-oħrajn fis-settur. Skont l-ilmentatur, kien biss permezz tal-“kapitalizzazzjoni żejda” fl-2004 li SA Ducroire u SACE BT setgħu jitfgħu, matul it-tieni nofs tal-2006, offerta konġunta “imbattibbli” għax-xiri ta' 66 % tal-ishma ta' KUP.

II.3.   IR-RAĠUNIJIET LI WASSLU GĦALL-FTUĦ TAL-PROĊEDURA

(26)

L-investigazzjoni li nbdiet fit-23 ta' Frar 2011 tirrigwarda l-miżuri li ġejjin:

(a)

Il-garanzija tal-Istat Belġjan li minnha allegatament gawda l-ONDD għar-riskji kummerċjabbli tiegħu (minn hawn 'il quddiem “Miżura 1”);

(b)

It-trasferimenti interni possibbli (fi ħdan l-ONDD) ta' riżorsi tal-attivitajiet tiegħu ta' assigurazzjoni tar-riskji mhux kummerċjabbli lejn l-attivitajiet tiegħu ta' assigurazzjoni tar-riskji kummerċjabbli (qabel it-trasferiment tal-attivitajiet ta' assigurazzjoni tar-riskji għal żmien qasir lil SA Ducroire) (minn hawn 'il quddiem “Miżura 2”);

Fil-fatt, meta l-ONDD kien iwettaq l-attivitajiet ta' assigurazzjoni tar-riskji kummerċjabbli, fi ħdanu ma kienet teżisti l-ebda amministrazzjoni jew kontabilità separata għall-attivitajiet ta' assigurazzjoni tar-riskji kummerċjabbli u għal dawk tar-riskji mhux kummerċjabbli (għal żmien qasir), għall-kuntrarju tar-rekwiżit tal-punt 4.3 tal-Komunikazzjoni dwar l-assigurazzjoni ta' esportazzjoni bi kreditu. Skont il-punt 4.3 tal-Komunikazzjoni dwar l-assigurazzjoni ta' esportazzjoni bi kreditu, il-korpi ta' assigurazzjoni pubbliċi jew li joperaw bl-appoġġ tal-Istat għandhom “iżommu kont separat għall-amministrazzjoni u kontijiet separati għal assigurazzjoni tagħhom tar-riskji kummerċjabbli u r-riskji mhux kummerċjabbli f'isem l-Istat jew garantiti minnu, biex juru li huma ma jirċivux għajnuna mill-Istat għall-assigurazzjoni tagħhom tar-riskji kummerċjabbli”.

(c)

L-allokazzjoni ta' kapital (EUR 150 miljun ta' kapital sottoskritt) mill-ONDD fl-2004 favur is-sussidjarja tiegħu, SA Ducroire (minn hawn 'il quddiem “Miżura 3”).

(27)

Fir-rigward tal-Miżura 3, id-deċiżjoni tal-ftuħ waslet għall-konklużjoni li l-partijiet li ġejjin tal-allokazzjoni tal-kapital lil SA Ducroire ma jikkostitwixxux għajnuna (8):

(a)

il-parti tal-kapital inizjali ta' SA Ducroire li tista' titqies li ssostni l-attività tar-riskji mhux kummerċjabbli (9) mhijiex għajnuna. Fil-fatt, skont it-termini tal-Komunikazzjoni dwar l-assigurazzjoni ta' esportazzjoni bi kreditu, l-Istati Membri jistgħu jsostnu l-attività ta' assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni fil-qasam tar-riskji mhux kummerċjabbli. Peress li din l-attività normalment ma ssirx mill-operaturi tas-suq, huwa improbabbli li l-appoġġ tal-Istati jfixkel il-kompetizzjoni u għalhekk ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE. Il-Kummissjoni għalhekk stiednet lill-Belġju sabiex tiċċara l-parti tal-kapital ta' SA Ducroire li kienet tappoġġja l-attività tagħha marbuta mar-riskji mhux kummerċjabbli.

(b)

il-parti tal-kapital ta' SA Ducroire li fi ħdan l-ONDD kienet diġà ta' benefiċċju għall-attività tal-assigurazzjoni tar-riskji kummerċjabbli u li ġiet sempliċiment trasferita lil SA Ducroire mal-attivitajiet korrispondenti ma tikkostitwixxix għajnuna. Din hija biss bidla fil-forma ġuridika ta' attività ekonomika eżistenti minn qabel bil-kapital relatat magħha (10).

(28)

L-għajnuna ġdida possibbli inkwistjoni (Miżura 3) tirrigwarda biss il-parti tal-kapital allokat lil SA Ducroire li ma tappoġġjax l-attività ta' assigurazzjoni tal-kreditu tar-riskji mhux kummerċjabbli u li taqbeż il-parti tal-kapital li kienet diġà ta' benefiċċju għall-attività relatata mar-riskji kummerċjabbli fi ħdan l-ONDD fil-31 ta' Diċembru 2004 (eżatt qabel it-trasferiment tal-attivitajiet ta' assigurazzjoni tar-riskji fuq żmien qasir lil SA Ducroire).

(29)

Għall-finijiet ta' din id-deċiżjoni, japplikaw dawn id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

kapital addizzjonali” il-parti tal-kapital allokat lil SA Ducroire li taqbeż il-parti tal-kapital li kienet diġà ta' benefiċċju għall-attività relatata mar-riskji kummerċjabbli fuq żmien qasir (inklużi r-riskji kummerċjabbli u mhux kummerċjabbli) fi ħdan l-ONDD fil-31 ta' Diċembru 2004 (eżatt qabel it-trasferiment tal-attivitajiet ta' assigurazzjoni tar-riskji fuq żmien qasir lil SA Ducroire);

(b)

kapital supplimentari” il-parti tal-kapital addizzjonali, li għadu kemm ġie definit, li hija ta' benefiċċju għall-attività ta' assigurazzjoni tal-kreditu tar-riskji kummerċjabbli (jiġifieri l-kapital allokat lil SA Ducroire li huwa ta' benefiċċju għall-attività ta' assigurazzjoni tal-kreditu tar-riskji kummerċjabbli u li taqbeż il-parti tal-kapital li kienet diġà ta' benefiċċju għall-attività relatata mar-riskji kummerċjabbli fi ħdan l-ONDD fil-31 ta' Diċembru 2004).

(30)

Il-kapital addizzjonali jinkludi għalhekk b'mod partikolari l-kapital supplimentari (ara l-grafika fil-premessa (141)).

(31)

Fid-deċiżjoni ta' ftuħ, il-Kummissjoni assumiet l-eżistenza ta' kapital addizzjonali u supplimentari sostanzjali minħabba d-disparità bejn il-kapital ta' EUR 150 miljun mogħti lil SA Ducroire meta nħolqot u l-kapital ta' EUR [45-70] miljun allokati fi ħdan l-ONDD fil-kont kummerċjali ddedikat, mill-1 ta' Settembru 2003 sal-31 ta' Diċembru 2004, għall-attività relatata mar-riskji fuq żmien qasir, li kienet tinkludi r-riskji kummerċjabbli. Il-Kummissjoni għalhekk indikat li kien jidher li jeżisti kapital addizzjonali u supplimentari u li r-redditu mistenni tiegħu ma kienx jidher suffiċjenti.

(32)

In-nuqqas tal-ONDD u ta' SA Ducroire li jikkonformaw mal-punt 4.3 tal-Komunikazzjoni dwar l-assigurazzjoni ta' esportazzjoni bi kreditu (ara l-premessi (17) u (19)), jiġifieri li jkollhom amministrazzjoni u kontabilità separata li tiddistingwi bejn ir-riskji kummerċjabli u r-riskji mhux kummerċjabbli, għamilha impossibbli għall-Kummissjoni li tidentifika bi preċiżjoni l-kobor tal-“kapital supplimentari” fl-istadju tal-ftuħ tal-proċedura ta' investigazzjoni formali. Għalhekk fid-deċiżjoni tal-ftuħ tagħha, il- Kummissjoni stiednet lill-awtoritajiet Belġjani sabiex jikkonformaw mal-punt 4.3 tal-Komunikazzjoni dwar l-assigurazzjoni ta' esportazzjoni bi kreditu u jindikaw il-partijiet tal-kapital li kienu jsostnu rispettivament l-attività tar-riskji mhux kummerċjabbli fuq żmien qasir u l-attività tar-riskji kummerċjabbli, qabel u wara t-trasferiment tagħhom lil SA Ducroire.

III.   KUMMENTI TAL-PARTIJIET INTERESSATI

(33)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment mill-partijiet interessati, fl-iskadenzi stabbiliti, dwar il-ftuħ tal-proċedura.

IV.   IL-KUMMENTI TAL-BELĠJU

Rigward il-Miżuri 1 u 2: Garanzija tal-Istat favur ir-riskji kummerċjabbli fi ħdan l-ONDD u t-trasferimenti interni tar-riżorsi favur ir-riskji kummerċjabbli tal-ONDD

(34)

Il-Belġju ddikjara li l-ONDD dejjem iffoka fuq ir-riskji mhux kummerċjabbli u l-prevalenza ta' dawn ir-riskji fil-portafoll tiegħu kienet kostanti. Wara l-1993 (11) u qabel l-adeżjoni tal-għaxar Stati Membri ġodda tal-Unjoni Ewropea (UE) f'Mejju 2004, l-attività relatata mar-riskji kummerċjabbli fi ħdan l-ONDD kienet żgħira ħafna. Fl-aħħar tal-2003, il-primjums relatati ma' din l-attività kienu jammontaw biss għal madwar [0-1 %] tal-portafoll tar-riskju fuq żmien qasir u l-ammonti assigurati kienu jammontaw biss għal madwar EUR […] miljun (ara t-Tabella 1 hawn taħt). Għandu jkun innutat li l-perċentwal baxx ħafna ta' riskji kummerċjabbli li dak iż-żmien kien kopert, kien kopert biss minħabba r-rabta ta' dawn ir-riskji ma' riskju mhux kummerċjabbli (12).

(35)

Kien biss mill-1 ta' Mejju 2004, fi żmien l-adeżjoni tal-għaxar Stati Membri ġodda fl-Unjoni Ewropea, li l-bilanċ bejn ir-riskji kummerċjabbli u r-riskji mhux kummerċjabbli fuq żmien qasir inbidel fi ħdan il-portafoll tal-ONDD peress li s-sehem tar-riskji kummerċjabbli fil-portafoll tal-ONDD għadda minn [0-1 %] (f'termini ta' primjums) fl-2003 għal [15-20 %] fl-2004 (ara t-Tabella 1 hawn taħt). Din il-bidla kienet ir-riżultat ta' ċaqliq awtomatiku tal-kategorija mhux kummerċjabbli lejn il-kategorija kummerċjbbli tar-riskji fuq żmien qasir marbuta mad-debituri stabbiliti fl-għaxar Stati Membri ġodda tal-Unjoni Ewropea.

(36)

F'dak li jirrigwarda l-Miżura 1, l-awtoritajiet Belġjani żiedu wkoll li l-garanzija tal-Istat Belġjan ġiet diżattivata mill-1 ta' Settembru 2003 fir-rigward tar-riskji kummerċjabbli minħabba t-trasferimenti tagħhom fil-kont kummerċjali li għalih l-ONDD kiseb l-approvazzjoni tal-OCA (13), preċiżament minħabba li dan il-kont ma kienx igawdi mill-garanzija tal-Istat (l-attivitajiet li jgawdu mill-garanzija tal-Istat mhumiex irregolati mill-OCA).

(37)

F'dak li jirrigwarda t-trasferimenti interni possibbli tar-riżorsi favur ir-riskji kummerċjabbli fi ħdan l-ONDD, l-awtoritajiet Belġjani jargumentaw li minħabba ċ-ċokon tal-attività tar-riskji kummerċjabbli, kwalunkwe trasferiment ta' riżorsi kien inkonċepibbli u fi kwalunkwe każ ikun de minimis  (14).

(38)

L-awtoritajiet Belġjani jikkonkludu li għall-Miżura 1 u għall-Miżura 2, l-ammonti involuti huma fi kwalunkwe każ de minimis  (15).

Tabella 1:

L-evoluzzjoni tal-primjums u tal-ammonti assigurati għar-riskji kummerċjabbli u mhux kummerċjabbli għal perjodu qasir (poloz globali esportaturi — għal mien qasir)

(F'eluf ta' EUR)

 

2000

2001

2002

2003

2004

2005

2006

riskji kummerċjabbli

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

li minnhom kummerċjabbli mill-2004 (10 membri ġodda)

 

 

 

 

[…]

[…]

[…]

li minnhom kummerċjabbli mill-2007 (2 membri ġodda)

 

 

 

 

 

 

 

riskji mhux kummerċjabbli

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

li minnhom kummerċjabbli mill-2004 (10 membri ġodda)

[…]

[…]

[…]

[…]

 

 

 

li minnhom kummerċjabbli mill-2007 (2 membri ġodda)

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Ammont assigurat

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

 

riskji kummerċjabbli

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

li minnhom kummerċjabbli mill-2004 (10 membri ġodda)

 

 

 

 

[…]

[…]

[…]

li minnhom kummerċjabbli mill-2007 (2 membri ġodda)

 

 

 

 

 

 

 

riskji mhux kummerċjabbli

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

li minnhom kummerċjabbli mill-2004 (10 membri ġodda)

[…]

[…]

[…]

[…]

 

 

 

li minnhom kummerċjabbli mill-2007 (2 membri ġodda)

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Primjum

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

(F'%)

 

 

 

 

 

 

 

2000

2001

2002

2003

2004

2005

2006

riskji kummerċjabbli

[0-1 %]

[0-1 %]

[0-1 %]

[0-1 %]

[20-25 %]

[20-25 %]

[25-30 %]

li minnhom kummerċjabbli mill-2004 (10 membri ġodda)

 

 

 

 

[20-25 %]

[15-20 %]

[15-20 %]

li minnhom kummerċjabbli mill-2007 (2 membri ġodda)

 

 

 

 

 

 

 

riskji mhux kummerċjabbli

[99-100 %]

[99-100 %]

[99-100 %]

[99-100 %]

[75-80 %]

[75-80 %]

[70-75 %]

li minnhom kummerċajbbli mill-2004 (10 membri ġodda)

[20-25 %]

[15-20 %]

[20-25 %]

[20-25 %]

 

 

 

li minnhom kummerċjabbli mill-2007 (2 membri ġodda)

[0-5 %]

[0-5 %]

[0-5 %]

[0-5 %]

[0-5 %]

[0-5 %]

[0-5 %]

Ammont assigurat

100,00 %

100,00 %

100,00 %

100,00 %

100,00 %

100,00 %

100,00 %

 

 

 

 

 

 

 

riskji kummerċjabbli

[0-1 %]

[0-1 %]

[0-1 %]

[0-1 %]

[15-20 %]

[15-20 %]

[15-20 %]

li minnhom kummerċjabbli mill-2004 (10 membri ġodda)

 

 

 

 

[15-20 %]

[10-15 %]

[10-15 %]

li minnhom kummerċjabbli mill-2007 (2 membri ġodda)

 

 

 

 

 

 

 

riskji mhux kummerċjabbli

[99-100 %]

[99-100 %]

[99-100 %]

[99-100 %]

[80-85 %]

[80-85 %]

[80-85 %]

li minnhom kummerċjabbli mill-2004 (10 membri ġodda)

[15-20 %]

[15-20 %]

[20-25 %]

[15-20 %]

 

 

 

li minnhom kummerċjabbli mill-2007 (2 membri ġodda)

[0-5 %]

[0-5 %]

[0-5 %]

[0-5 %]

[0-5 %]

[0-5 %]

[5-10 %]

Primjum

100,00 %

100,00 %

100,00 %

100,00 %

100,00 %

100,00 %

100,00 %

Rigward il-Miżura 3: Kapital allokat mill-ONDD lil SA Ducroire

(39)

Sabiex jiġġustifikaw li l-kapital allokat mill-ONDD lil SA Ducroire kien meħtieġ u kien jissodisfa l-kriterju tal-investitur privat, l-awtoritajiet Belġjani ressqu l-argumenti li ġejjin: (1) it-tranżazzjoni għandha tkun analizzata fil-kuntest tagħha, dak ta' trasferiment ta' attività eżistenti fil-forma ta' ħolqien ta' sussidjarja, (2) il-kontribuzzjoni f'kapital hija ġġustifikata abbażi tar-regoli ta' solvenza, (3) ir-redditu mistenni tal-attivitajiet kummerċjabbli ta' SA Ducroire kien biżżejjed biex jikkonvinċi lil investitur privat fl-ekonomija tas-suq jagħmel dan l-investiment.

1.   It-tranżazzjoni tikkonsisti fi trasferiment ta' attività eżistenti (17)

(40)

L-awtoritajiet Belġjani jqisu li l-kontribuzzjoni f'kapital għandha tiġi evalwata fil-kuntest tagħha li huwa dak ta' trasferiment ta' attività eżistenti. L-attività kollha mqiegħda f'SA Ducroire meta nħolqot kienet tikkorrispondi purament għal trasferiment tal-portafoll tal-attivitajiet fuq perjodu qasir tal-ONDD.

(41)

Għal dan il-għan, l-awtoritajiet Belġjani jiddikjaraw li l-entrati kollha tal-karta tal-bilanċ tal-kont kummerċjali relatati mal-attività kummerċjali ġew trasferiti fil-karta tal-bilanċ tal-ftuħ ta' SA Ducroire. Fuq in-naħa tal-assi, ir-riċevibbli direttament marbuta mal-poloz tal-assigurazzjoni diġà fil-portafoll biss ġew trasferiti (l-investimenti ma ġewx trasferiti). Fuq in-naħa tal-obbligazzjonijiet, l-entrati trasferiti jirrigwardaw biss dawk marbuta mal-portafoll tal-assigurazzjoni eżistenti u jeskludu għalhekk il-kapital, ir-riżervi u l-provvedimenti ta' ugwalizzazzjoni u d-diżastri (18). L-awtoritajiet Belġjani jenfasizzaw li l-EUR [45-70] miljun allokati fil-kont kummerċjali mhumiex trasferiti lil SA Ducroire peress li l-identifikazzjoni tal-ammont tal-kapital kienet soġġetta għal evalwazzjoni speċifika.

(42)

L-awtoritajiet Belġjani jsostnu li l-kapital allokat għall-kont kummerċjali mhuwiex paragun rilevanti biex wieħed jivvaluta l-ħtiġijiet ta' kapital ta' SA Ducroire. Il-ħtieġa ta' kapital tal-kont kummerċjali kienet stmata permezz tal-applikazzjoni mekkanika tar-regoli tad-Direttiva 2002/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Marzu 2002 li temenda d-Direttiva 73/239/KEE tal-Kunsill fir-rigward tal-ħtiġiet tal-marġini ta' solvenza għal intrapriżi ta' assigurazzjoni mhux tal-ħajja (19) (minn hawn 'il quddiem “Direttiva Solvenza I”) li jikkorrispondu għar-regoli prudenzjali biex tinkiseb l-approvazzjoni tal-OCA għall-attività fuq żmien qasir peress li din ma baqgħetx tgawdi mill-garanzija tal-Istat, iżda dan il-kapital mhuwiex il-kapital ekonomiku meħtieġ biex ikopri l-profil tar-riskju ta' din l-attività.

(43)

Skont l-awtoritajiet Belġjani, hemm differenza bejn l-imġiba ta' investitur privat li jfittex ir-redditu ta' investiment ġdid u impriża ewlenija li toħloq sussidjarja għall-attivitajiet eżistenti tagħha. Li jiġi ġġudikat mod ieħor jista' skont l-awtoritajiet Belġjani jġiegħel lil kumpanija pubblika tbigħ jew twaqqaf attività ekonomika jekk din ma jkollhiex redditu biżżejjed għal investitur privat f'ekonomija tas-suq, li jkun ksur tal-prinċipju tan-newtralità tal-kapital pubbliku stabbilit fl-Artikolu 345 tat-TFUE.

2.   Il-metodi wżati sabiex jiġġustifikaw l-ammont tal-kapital ta' SA Ducroire

(44)

L-awtoritajiet Belġjani jsostnu li fl-2004, żewġ metodi setgħu jiġu kkunsidrati sabiex jiġu ddeterminati l-ħtiġijiet ta' kapital tal-assiguraturi tal-kreditu: (a) il-metodu klassiku tas-settur tal-assigurazzjoni inġenerali, stabbilit mid-Direttiva Solvenza I u li huwa bbażat fuq ir-remunerazzjoni tar-riskji (jiġifieri l-primjums — “premium based approach”) u (b) il-metodu bbażat fuq ir-riskji involuti (“exposure based approach”), bħal pereżempju l-metodu tar-regoli ta' Basel applikati fis-settur bankarju u l-metodu Standard & Poor's għad-determinazzjoni tal-kapital meħtieġ għal assiguratur tal-kreditu.

Regoli prudenzjali fis-seħħ: Solvenza I

(45)

Fil-każ ta' SA Ducroire, l-awtoritajiet Belġjani jqisu li l-metodu previst mid-Direttiva Solvenza I ma jirriflettix biżżejjed il-profil finanzjarju globali ta' assiguratur.

(46)

Skont id-Direttiva Solvenza I, il-ħtieġa tal-marġini ta' likwidità hija ugwali għall-ogħla ammont bejn żewġ riżultati, wieħed ibbażat fuq l-ammont annwali tal-primjums jew kontribuzzjonijiet, u l-ieħor fuq il-piż medju tal-pretensjonijiet għall-aħħar tliet snin finanzjarji. Madankollu, il-limitu minimu assolut huwa ta' EUR 3 miljun għas-snin 2004 sal-2006 u ta' EUR 3,2 miljun għas-snin 2007 sal-2009.

(47)

L-applikazzjoni ta' dawn ir-regoli mill-ONDD twassal għal livell ta' kapital minimu għal SA Ducroire ta' madwar EUR 3 sa 3,3 miljun  (20), bejn l-2005 u l-2007, fuq il-bażi tal-informazzjoni tal-pjan ta' direzzjoni tan-negozju (ara t-Tabella 2: hawn taħt).

(48)

Il-Belġju ssostni li l-ħtiġijiet ta' kapital tal-assiguraturi tal-kreditu jiddependu aktar fuq ir-riskji involuti milli fuq ir-remunerazzjoni tar-riskji (il-primjums) u li l-metodoloġiji bbażati fuq ir-riskji involuti (“exposure based approach”) (bħal pereżempju l-Artikolu 8 tal-Liġi tal-1939 dwar l-ONDD, il-metodu Standard & Poor's, jew il-metodu tar-regoli ta' Basel użati fis-settur bankarju) huma aktar adattati mid-Direttiva Solvenza I, ibbażata fuq ir-remunerazzjoni tar-riskji (“premium based approach”).

(49)

Skont l-awtoritajiet Belġjani, il-portafoll tar-riskji assigurati minn SA Ducroire mhux tas-soltu peress li, għall-kuntrarju tal-parti l-kbira tal-kompetituri tagħha, hija tkopri l-aktar riskji mhux kummerċjabbli fis-sens tal-Komunikazzjoni dwar l-assigurazzjoni ta' esportazzjoni bi kreditu. Il-livell ta' riskju assoċjat ma' portafoll bħal dan huwa sostanzjalment ogħla minn dak ta' portafoll esklussivament jew parzjalment magħmul minn riskji kummerċjabbli u jiġġustifika skont il-Belġju l-użu ta' regoli aktar prudenti.

“Exposure based approach”: (i) Applikazzjoni tal-Artikolu 8 tal-Liġi tal-1939 dwar l-ONDD għal SA Ducroire

(50)

L-awtoritajiet Belġjani jqisu l-applikazzjoni tal-Artikolu 8 tal-Liġi tal-31 ta' Awwissu 1939 dwar l-ONDD (21) (minn hawn 'il quddiem il-“Liġi tal-1939”) xierqa f'dan il-każ minħabba li hija ispirata mill-“exposure based approach”. Huwa importanti li wieħed jinnota li l-Artikolu 8 tal-Liġi tal-1939 ma għandu l-ebda ambitu regolatorju għal SA Ducroire minħabba li japplika biss għall-ONDD.

(51)

Barra minn hekk, għalkemm l-Artikolu 8 jindika l-ammont massimu tal-impenji tal-ONDD li jirriżultaw mill-attivitajiet tiegħu f'ismu stess bil-garanzija tal-Istat kif ukoll minn dawk f'isem l-Istat, l-awtoritajiet Belġjani jikkunsidraw li l-Artikolu 8 tal-Liġi tal-1939 jikkostitwixxi punt ta' referenza minimu għal SA Ducroire, li ma tgawdix minn garanzija tal-Istat.

(52)

Bl-applikazzjoni tal-Artikolu 8(1) tal-Liġi tal-1939  (22), li jindika li l-impenji ma jistgħux jaqbżu 20 darba l-ammont totali tal-allokazzjoni u tar-riżerva ġenerali, l-awtoritajiet Belġjani jistmaw (23) il-ħtieġa ta' kapital ta' SA Ducroire għal madwar EUR 92 sa 106 miljun bejn l-2005 u l-2007 abbażi tal-pjan ta' direzzjoni tan-negozju, (ara t-Tabella 2: hawn taħt).

“Exposure based approach”: (ii) mudell żviluppat minn Standard & Poor's

(53)

Fil-kummenti tagħhom, l-awtoritajiet Belġjani jirreferu għall-metodu żviluppat minn Standard & Poor's sabiex jiddeterminaw il-kapital meħtieġ minn assiguratur tal-kreditu.

(54)

Biex jiġi stabbilit il-livell ta' dan il-kapital (24), Standard & Poor's jużaw mudell ibbażat fuq ir-riskji involuti (“exposure based approach”) flimkien ma' valutazzjoni tar-riassigurazzjoni tal-assiguratur. Il-kapital meħtieġ huwa ddeterminat skont metodoloġija li tqabbel il-pretensjonijiet grossi mal-ammonti assigurati grossi (“the gross loss over gross exposure method”) fuq perjodu ta' (normalment) 10 snin. L-ogħla proporzjon matul dan il-perjodu huwa mmultiplikat b'fattur ta' 1,25 u applikat għall-ammonti assigurati proġettati u aġġustati sabiex jirriflettu r-riassigurazzjoni. Il-mudell huwa bbażat fuq l-ipoteżi li l-portafoll tal-assiguratur huwa raġonevolment diversifikat tajjeb ġeografikament u skont il-linja tan-negozju (“line of business”).

(55)

Għalkemm jirreferu għalih, l-awtoritajiet Belġjani ma użawx il-metodu ta' Standard & Poor's sabiex jiddeterminaw il-livell tal-kapital meħtieġ għal SA Ducroire.

“Exposure based approach”: (iii) Applikazzjoni tar-regoli ta' Basel I għall-assiguratur tal-kreditu (il-proporzjon ta' Cooke)

(56)

Skont l-awtoritajiet Belġjani, ir-regoli ta' Basel huma aktar adattati sabiex wieħed jivvaluta s-solvenza tal-assiguraturi tal-kreditu milli r-regoli prudenzjali fis-seħħ, jiġifieri d-Direttiva LikwidtàI. In-natura tal-attivitajiet tal-assiguraturi tal-kreditu u l-prinċipju ta' prekawzjoni jiġġustifikaw l-użu tar-regoli ta' Basel. Skont l-awtoritajiet, l-assigurazzjoni tal-kreditu tixbaħ lill-attività ta' kreditu tal-banek fil-livell tar-riskju tal-kontroparti (l-aktar ir-riskju ta' nuqqas ta' ħlas mid-debitur). Barra minn hekk, l-attività ta' SA Ducroire, għall-kuntrarju ta' dik ta' assiguraturi ta' kreditu oħrajn privati, tinkludi essenzjalment riskji ta' kreditu fuq debituri li jinsabu f'pajjiżi inqas żviluppati jew pajjiżi emerġenti (riskji li jinsabu fiż-Żona 2 (25)).

(57)

Għalhekk, skont l-awtoritajiet Belġjani, il-proporzjon ta' Cooke tar-regoli prudenzjali ta' Basel I li jeħtieġ kapitalizzazzjoni minima ugwali għal 8 % tal-impenji netti, huwa aktar xieraq biew wieħed jevalwa s-solvenza tal-assiguraturi tal-kreditu.

(58)

Jidher mill-minuti tal-Bord tad-Diretturi tal-ONDD tal-20 ta' April 2004 li dan tal-aħħar ibbaża fuq il-proporzjon ta' Cooke sabiex jiddetermina l-kapital meħtieġ għal SA Ducroire waqt li fl-istess ħin ikkunsidra l-ħtieġa li jipprovdi lill-kumpanija b'responsabbiltà limitata kredibbiltà suffiċjenti fil-konfront tal-kompetituri tagħha.

(59)

Fil-fatt, il-proporzjon magħżul mill-awtoritajiet Belġjani fil-kalkoli mhuwiex ta' 8 % kif preskritt mir-regoli ta' Basel I iżda ta' 10 % sabiex jipprovdu bafer ta' sigurtà.

(60)

Il-kapital iddeterminat b'dan il-mod mill-ONDD għal SA Ducroire u kif indikat (26) fil-pjanijiet finanzjarji sottomessi lir-regolatur u fin-nota ta' informazzjoni tal-20 ta' April 2004 li fuq il-bażi tagħha l-Bord tad-Diretturi ta l-kunsens tiegħu fil-prinċipju għall-ħolqien ta' SA Ducroire b'kapital sottoskritt ta' EUR 150 miljun, kien ta' madwar EUR 68 sa 74 miljun għal tmiem l-2006, (ara t-Tabella 2: hawn taħt). Is-suppożizzjonijiet magħmula kienu jinkludu biss il-kopertura tar-riskji li jinsabu fiż-Żona 2 u fl-għaxar pajjiżi li ssieħbu fl-Unjoni Ewropea f'Mejju 2004.

(61)

Għall-kuntrarju, fin-nota tal-istrateġija tat-28 ta' Settembru 2004 (27), il-kapital stmat mill-ONDD skont il-proporzjon ta' Cooke (10 % tal-impenji netti), bejn l-2005 u l-2007, kien ta' madwar EUR 74 sa 101 miljun. Għall-kuntrarju tal-projezzjonijiet finanzjarji tan-nota ta' April 2004, il-projezzjonijiet finanzjarji ta' Settembru 2004 kienu jinkludu l-kopertura tar-riskji kollha fuq żmien qasir, biex b'hekk kienu jinkorporaw iż-Żoni 1 u 2 kollha. F'din in-nota ġie konkluż li “kapital imħallas ta' EUR 100 miljun huwa biżżejjed biex titwettaq l-attività fuq żmien qasir ta' poloz globali għall-esportaturi sal-2007 iżda wara dan il-perjodu jkollu jiġi rivedut”.

(62)

L-awtoritajiet Belġjani jikkunsidraw li l-applikazzjoni tal-proporzjon ta' Cooke mhijiex metodu xieraq biex wieħed jaqsam il-ħtiġijiet ta' kapital bejn l-attività kummerċjabbli u l-attività mhux kummerċjabbli, peress li l-metodu tal-proporzjon ta' Cooke, li jiġi applikat għall-ammonti tal-impenji, joħloq ċerta linearità peress li ma jikkunsidrax biżżejjed il-varjetà tad-diversi riskji sottostanti.

Applikazzjoni tal-metodoloġija tad-Direttiva Solvenza II b'mudell intern għar-riskji politiċi

(63)

Ir-regoli tas-Solvenza II ġejjin mid-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (28) (minn hawn 'il quddiem “Direttiva Solvenza II”).

(64)

Biex titħaddem id-diviżjoni tal-ħtiġijiet ta' kapital bejn l-attivitajiet kummerċjabbli minn naħa u dawk mhux kummerċjabbli min-naħa l-oħra, l-ONDD żviluppa fl-2011 metodoloġija li huwa jqis aktar xierqa. Din hija l-formula standard ta' Solvenza II (29), żviluppata bħala parti mill-Quantitative Impact Study 5 (QIS 5), akkumpanjata minn mudell intern tal-ħtieġa ta' kapital li jkopri r-riskju politiku u kkalibrat sabiex jissodisfa solvenza ugwali għal rating A u applikata bil-parametri korrispondenti għall-2004.

(65)

Skont l-awtoritajiet Belġjani, wieħed jista' raġonevolment iqis li investitur privat prudenti kien jibbaża ruħu fuq din il-metodoloġija fl-2004.

(66)

Il-formula standard ta' Solvenza II QIS 5 ġiet applikata mill-ONDD għar-riskji kollha minbarra r-riskji politiċi. Skont l-awtoritajiet Belġjani, ir-riskju politiku fl-assigurazzjoni tal-kreditu jixbaħ lil forma ta' riskju ta' katastrofi. Madankollu, skont l-awtoritajiet Belġjani, ir-riskju ta' katastrofi għall-assigurazzjoni tal-kreditu mhijiex koperta tajjeb bil-formula standard ta' Solvenza II QIS 5. Għaldaqstant, fil-fehma tagħhom, huwa ġġustifikat li wieħed juża mudell intern għall-istima tal-ħtieġa ta' kapital tar-riskji politiċi.

(67)

Skont dan il-metodu, il-ħtieġa ta' kapital ta' SA Ducroire hija stmata (30) għal madwar EUR 80 sa 99 miljun, bejn l-2005 u l-2007, u għal madwar EUR [125-150] miljun fl-2009 abbażi tal-pjan ta' direzzjoni tan-negozju (ara t-Tabella 2: hawn taħt). Il-parti l-kbira ta' din il-ħtieġa ta' kapital ġejja mill-kopertura tar-riskju politiku.

(68)

Wara talba mill-Kummissjoni, l-awtoritajiet Belġjani stmaw il-ħtieġa ta' kapital ta' SA Ducroire bl-applikazzjoni tal-formula standard ta' Solvenza II QIS 5 għal kull tip ta' riskju (inkluż ir-riskju politiku). F'dan il-każ, il-ħtieġa ta' kapital ta' SA Ducroire hija (31) inqas minn EUR 23 sa 25 miljun bejn l-2005 u l-2007 u inqas minn EUR [25-50] miljun għall-2009 (ara t-Tabella 2: hawn taħt).

Tabella 2:

Determinazzjoni tal-kapital ta' SA Ducroire mill-ONDD/l-awtoritajiet Belġjani għas-snin 2005, 2007 u 2009 skont żewġ xenarji ta' tkabbir u skont metodi differenti

(f'miljuni ta' EUR)

 

Metodoloġija

Xenarju (32)

Perjodu kkunsidrat

Ħtieġa ta' kapital għar-riskji kummerċjabbli

Ħtieġa ta' kapital għar-riskji mhux kummerċjabbli

Total

Ibbażat fuq il-pjan ta' direzzjoni tan-negozju

Solvenza I

skont il-kummenti ta' Diċembru 2011

A (3 %)

L-aħħar tal-2005

3,0

3,0

3 (33)

L-aħħar tal- 2007

3,2

3,2

3,2 (33)

B (6 %)

L-aħħar tal-2005

3,0

3,0

3,0 (33)

L-aħħar tal-2007

3,2

3,2

3,3 (33)

Artikolu 8 tal-Liġi tal-1939

skont il-kummenti ta' Diċembru 2011

A (3 %)

L-aħħar tal-2005

 

 

92

L-aħħar tal-2007

 

 

97

L-aħħar tal-2009

 

 

[100-125]

B (6 %)

L-aħħar tal-2005

 

 

95

L-aħħar tal-2007

 

 

106

L-aħħar tal-2009

 

 

[100-125]

Proporzjon ta' Cooke/Basel I

(10 % tal-impenji netti)

skont il-minuti tal-BD tal-20.04.2004 u kif ippreżentati lir-regolatur

A (3 %)

L-aħħar tal-2006

 

 

68,2

B (6 %)

L-aħħar tal-2006

 

 

74,3

Proporzjon ta' Cooke/Basel II

(b'10 % tal-impenji netti)

skont in-nota ta'strateġija tat-28.09.2004

A (3 %)

L-aħħar tal- 2005

 

 

73,5

L-aħħar tal- 2007

 

 

92,2

B (6 %)

L-aħħar tal-2005

 

 

77,4

L-aħħar tal-2007

 

 

100,7

Proporzjon ta' Cooke/Basel I

(b'10 % tal-impenji netti)

skont il-kummenti ta' Diċembru 2011

A (3 %)

L-aħħar tal-2009

 

 

[100-125]

B (6 %)

L-aħħar tal-2009

 

 

[125-150]

Solvenza II, metodu “standard” (tal-2011)

skont il-kummenti ta' Diċembru 2011, Anness B10

A (3 %)

L-aħħar tal-2005

7,0

48,0

55,0

L-aħħar tal-2007

9,0

56,0

65,0

L-aħħar tal-2009

[10-20]

[65-80]

[75-100]

B (6 %)

L-aħħar tal-2005

8,0

51,0

59,0

L-aħħar tal-2007

10,0

64,0

74,0

L-aħħar tal-2009

[5-15]

[70-85]

[75-100]

Solvenza II bil-mudell intern għar-riskji politiċi

skont il-kummenti ta' Diċembru 2011

A (3 %)

L-aħħar tal- 2005

7,0

73,0

80,0

L-aħħar tal-2007

9,0

81,0

90,0

L-aħħar tal-2009

[5-15]

[110-135]

[125-150]

B (6 %)

L-aħħar tal-2005

8,0

74,0

82,0

L-aħħar tal-2007

10,0

89,0

99,0

L-aħħar tal-2009

[5-15]

[120-135]

[125-150]

Kapital (QIS 5 + mudell intern) aġġustat (ara l-premessa (76)) inkluż il-qligħ akkumulat (34)

A (3 %)

L-aħħar tal-2005

9,8

90,2

100,0

L-aħħar tal-2007

10,8

91,7

102,5

L-aħħar tal-2009

[5-15]

[130-145]

[135-160]

B (6 %)

L-aħħar tal-2005

9,8

90,2

100

L-aħħar tal-2007

11

92,3

103,3

L-aħħar tal-2009

[10-20]

[140-155]

[150-175]

Ibbażat fuq il-figuri miksuba

Kapital imħallas allokat

skont il-kummenti tal-31 ta' Mejju 2012

 

L-aħħar tal-2011

[40-80]

[70-110]

150,0

(69)

Fil-kummenti tiegħu tas-16 u tal-31 ta' Mejju 2012, l-ONDD qal li, wara d-deċiżjonijiet strateġiċi meħuda bejn l-2007 u l-2009 (pereżempju, tibdil fl-istrateġija tar-riassigurazzjoni, tibdil fil-parametri tar-riskji tal-portafoll tar-riskji mhux kummerċjabbli) li ma kinux previsti fil-pjan strateġiku tiegħu tal-2004, saru xi trasferimenti interni tal-kapital min-negozju mhux kummerċjabbli għan-negozju kummerċjabbli.

3.   Il-prinċipju tal-investitur privat f'ekonomija tas-suq

(70)

Skont l-awtoritajiet Belġjani, l-injezzjoni ta' kapital inizjali tal-ONDD meta nħolqot SA Ducroire tissodisfa l-kriterju tal-investitur privat f'ekonomija tas-suq.

Ir-redditu skont il-projezzjonijiet tal-2004

(71)

Fin-nota ta' April 2004, l-ONDD assuma, skont ix-xenarju 1B ibbażat fuq tkabbir tal-attivitajiet ta' 6 %, rata ta' redditu azzjonarju (“return on equity” jew “ROE”) ta' 1,3 % sa 1,5 % għall-ewwel tliet snin ta' attività ta' SA Ducroire (2005, 2006, u 2007) inklużi l-provvedimenti ta' ugwalizzazzjoni, u ta' 2,2 % sa 2,9 % għal dawn l-istess snin mingħajr il-provvedimenti ta' ugwalizzazzjoni.

Tabella 3:

Projezzjonijiet finanzjarji ta' April 2004 (ambitu: Żona 1 “10 pajjiżi msieħba” + Żona 2)

(f'eluf ta' EUR)

 

Xenarju 1A:

tkabbir ta' 3 %

Xenarju 1 B:

tkabbir ta' 6 %

 

Baġit 2005

Baġit 2006

Baġit 2007

Baġit 2005

Baġit 2006

Baġit 2007

Riżultat tal-attività ta' assigurazzjoni

– 527

– 536

– 543

47

389

763

Riżultat tal-attività ta' ġestjoni

1 643

1 692

1 742

1 749

1 885

2 029

Riżultat tekniku

1 116

1 156

1 199

1 797

2 274

2 792

Allokazzjoni għall-provvediment ta' ugwalizzazzjoni

– 837

– 867

– 899

– 1 347

– 1 706

– 2 094

Riżultat tekniku wara provvedimenti ta' ugwalizzazzjoni.

279

289

300

449

569

698

Riżultat finanzjarju

2 360

2 468

2 577

2 369

2 499

2 641

Taxxi

– 871

– 910

– 949

– 930

– 1 012

– 1 102

Riżultat

1 768

1 847

1 927

1 888

2 055

2 237

Kapital

150 000

150 000

150 000

150 000

150 000

150 000

Redditu azzjonarju (riżultat/kapital)

1,2 %

1,2 %

1,3 %

1,3 %

1,4 %

1,5 %

Riżultat + riż. ta' ekwal.

2 605

2 715

2 826

3 235

3 761

4 331

Return on equity qabel provvediment ta' ugwalizzazzjoni

(Riżultat + provvediment ta' ugwalizzazzjoni)/kapital

1,7 %

1,8 %

1,9 %

2,2 %

2,5 %

2,9 %

Fluss tal-flus

5 744

5 190

5 803

6 634

6 557

7 742

Livell ta' kapital meħtieġ mill-attività

68 186

74 319

Sors: l-ONDD:

Dawn huma l-projezzjonijiet finanzjarji li jidhru fl-Anness 8, paġna 70 (nota intitolata “Il-Ħolqien ta' kumpanija b'responsabbiltà limitata” ippreżentata lill-Bord tad-Diretturi tal-ONDD tal-20 ta' April 2004) tal-kummenti tal-awtoritajiet Belġjani tal-1 ta' Ġunju 2011.

(72)

Fin-nota ppreżentata lill-Bord tad-Diretturi tiegħu tat-28 ta' Settembru 2004 — jiġifieri wara l-ħolqien ta' SA Ducroire fit-23 ta' Settembru 2004 — l-ONDD assuma, skont ix-xenarju “dinamiku — tkabbir ta' 6 %”, ROE ta' 1,3 % sa 1,9 % għat-tliet snin 2005, 2006, u 2007 inklużi l-provvedimenti ta' ugwalizzazzjoni, u ta' 2,8 % sa 4,3 % għal dawn l-istess snin mingħajr provvedimenti ta' ugwalizzazzjoni. Il-projezzjonijiet finanzjarji ta' Settembru 2004 jippreżentaw riżultati kemxejn differenti minn dawk ta' April 2004 peress li dawk ta' Settembru 2004 huma bbażati fuq firxa ta' attivitajiet usa' (iż-Żona 1 kollha). Barra minn hekk ċerti suppożizzjonijiet kienu riveduti f'Settembru 2004.

Tabella 4:

Projezzjonijiet finanzjarji — Settembru 2004 (ambitu: Żona 1 u Żona 2 kollha)

(f'eluf ta' EUR)

 

Xenarju 1A:

tkabbir ta' 3 %

Xenarju 1 B:

tkabbir ta' 6 %

 

Baġit 2005

Baġit 2006

Baġit 2007

Baġit 2005

Baġit 2006

Baġit 2007

Riżultat tal-attività ta' assigurazzjoni (35)

– 229

49

292

330

924

1 504

li minnhom riskji mhux kummerċjabbli (Żona 2)

378

688

970

918

1 537

2 148

li minnhom riskji kummerċjabbli (Żona 1 “10 pajjiżi msieħba”)

– 619

– 579

– 545

– 600

– 553

– 511

li minnhom riskji kummerċjabbli oħrajn (Żona 1 “Pajjiżi oħrajn)”

13

– 12

3

31

43

109

Riżultat tal-attività ta' ġestjoni

1 662

1 734

1 805

1 768

1 924

2 086

Riżultat tekniku

1 433

1 783

2 096

2 097

2 848

3 590

Allokazzjoni għall-provvediment ta' ugwalizzazzjoni

– 1 066

– 1 383

– 1 672

– 1 564

– 2 182

– 2 392

Riżultat tekniku wara provvediment ta' ugwalizzazzjoni.

367

400

425

533

667

1 197

Riżultat finanzjarju

1 366

1 470

1 581

1 375

1 500

1 642

Taxxi

– 568

– 637

– 706

– 626

– 735

– 981

Riżultat

1 165

1 233

1 300

1 282

1 432

1 858

Kapital

100 000

100 000

100 000

100 000

100 000

100 000

Redditu azzjonarju (riżultat/kapital)

1,2 %

1,2 %

1,3 %

1,3 %

1,4 %

1,9 %

Riżultat +provvediment ta' ugwalizzazzjoni

2 231

2 616

2 972

2 846

3 614

4 251

Redditu azzjonarju qabel provvediment ta' ugwalizzazzjoni

(riżultat + provvediment ta' ugwalizzazzjoni)/kapital

2,2 %

2,6 %

3,0 %

2,8 %

3,6 %

4,3 %

Fluss tal-flus

5 358

5 152

6 080

6 233

6 471

7 796

Livell ta' kapital meħtieġ mill-attività

73 506

82 798

92 150

77 419

88 931

100 696

Sors: L-ONDD:

Dawn huma l-projezzjonijiet finanzjarji li jidhru fil-paġna 28 u fl-Anness 9 tan-nota intitolata “Linji gwida strateġiċi għall-ONDD u l-kumpanija b'responsabbiltà limitata tiegħu” ippreżentata lill-Bord tad-Diretturi tal-ONDD tat-28 ta' Settembru 2004, sottomessa mill-awtoritajiet Belġjani fl-1 ta' Ġunju 2011 fl-Anness 10 tal-kummenti tagħhom.

(73)

Għall-kuntrarju tan-nota ta' April 2004, l-ROE huwa kkalkulat abbażi ta' EUR 100 miljun ta' kapital imħallas, mingħajr ma ġew ikkunsidrati l-EUR 50 miljun supplimentari investiti iżda mhux imħallsa.

(74)

F'dak li jirrigwarda l-ROE mistenni għall-attività tar-riskji kummerċjabbli, l-awtoritajiet Belġjani spjegaw li t-tqassim kif stipulat fin-nota tal-istrateġija ppreżentata lill-Bord tad-Diretturi tat-28 ta' Settembru 2004 (36) ma għandux ikun ikkunsidrat għall-analiżi tar-redditu mill-attivitajiet kummerċjabbli u mhux kummerċjabbli. L-awtoritajiet Belġjani spjegaw (37) li dawn il-projezzjonijiet huma assurdi, peress li l-livell ta' pretensjonijiet kien stmat għoli żżejjed għar-riskji li saru kummerċjabbli fl-2004, filwaqt li ma ġietx ikkunsidrata l-possibbiltà għal assiguratur li jaġġusta l-primjums f'każ ta' ammont kbir ta' pretensjonijiet li fil-fatt kien osservat. L-awtoritajiet Belġjani jfakkru li l-Bord tad-Diretturi tal-ONDD ma bbażax ruħu fuq it-tqassim magħmul fl-Anness 9 tan-nota strateġika sabiex jiddeċiedi l-livell ta' kapitalizzazzjoni ta' SA Ducroire.

Redditu skont il-projezzjonijiet stabbiliti ex post fl-2011

(75)

Għalhekk dawn il-projezzjonijiet tal-2004 ma servewx ta' bażi għat-tqassim tal-projezzjonijiet tar-riskji kummerċjabbli u mhux kummerċjabbli ppreżentati lill-Kummissjoni f'Ġunju 2011. Il-kummenti ta' Ġunju 2011, min-naħa tagħhom, kienu bbażati fuq l-istorja ta' qabel l-2004 u fuq il-prestazzjoni tal-kompetituri ta' SA Ducroire f'dak iż-żmien. Il-Belġju jemmen li l-approċċ użat fil-kummenti ta' Ġunju 2011 jirrifletti aħjar ir-raġunamenti li seta' segwa investitur privat fl-2004, u fl-istess waqt jibqa' konsistenti mar-riżultat ikkonsolidat.

(76)

Fil-kummenti tagħhom ta' Ġunju 2011, l-awtoritajiet Belġjani stmaw ir-redditu għall-attivitajiet kummerċjabbli meta mqabbel mal-kapital allokat għal din l-attività skont il-mudell ta' Solvenza II (formula standard QIS 5 u mudell intern), metodu li ġie żviluppat ex post wara t-talba tal-Kummissjoni. Għandu jiġi nnutat li d-differenza bejn l-ammont tal-kapital minimu skont dan il-mudell, jiġifieri EUR 82 miljun, u l-kapital effettivament imħallas ta' EUR 100 miljun ġie allokat lill-attività kummerċjabbli u mhux kummerċjabbli b'mod proporzjonat mas-sehem rispettiv tagħhom fil-kapital minimu ta' EUR 82 miljun. Minn dan jirriżulta li l-kapital “aġġustat” stmat mill-ONDD għar-riskji kummerċjabbli jammonta għal EUR 9,8 miljun għall-2005 (38) (ara t-Tabella 5 hawn taħt).

(77)

Abbażi tal-projezzjonijiet finanzjarji riveduti u ppreżentati mill-awtoritajiet Belġjani fl-2011 u l-istimi tagħhom tal-kapital allokat għall-attività relatata mar-riskji kummerċjabbli kif spjegat fil-premessa (76), ir-redditu mill-attività tar-riskji kummerċjabbli għall-2005-2007, kif stabbilit mill-awtoritajiet Belġjani huwa ppreżentat hawn taħt:

Tabella 5:

Projezzjonijiet finanzjarji kkalkulati mill-ġdid fl-2011 (39)

(f'eluf ta' EUR)

 

Xenarju 1B

(tkabbir 6 %)

riskji kummerċjabbli

Xenarju 1 B

(tkabbir 6 %)

riskji mhux kummerċjabbli

Projezzjonijiet finanzjarji

Baġit 2005

Baġit 2006

Baġit 2007

Baġit 2005

Baġit 2006

Baġit 2007

Riżultat tal-attività ta' assigurazzjoni

656

516

596

– 326

408

908

Riżultat tal-attività ta' ġestjoni

292

329

363

1 476

1 596

1 723

Riżultat tekniku qabel il-provvediment

948

845

959

1 150

2 004

2 631

Allokazzjoni għall-provvediment ta' ugwalizzazzjoni

– 328

– 347

– 368

– 1 236

– 1 835

– 2 024

Riżultat tekniku provvediment ta' ugwalizzazzjoni.

620

497

591

-86

170

607

Riżultat finanzjarju

280

347

374

1 095

1 153

1 268

Taxxi

– 297

– 279

– 318

– 330

– 456

– 664

Riżultat wara t-taxxa

603

566

646

679

866

1 212

Kapital (QIS 5 + mudell intern) aġġustat (40)

9 756

10 322

10 969

90 244

91 110

92 321

Kapital aġġustat + provvediment ta' ugwalizzazzjoni

9 756

10 437

11 205

90 244

91 743

93 671

ROE (riżultat/kapital)

6,2 %

5,5 %

5,9 %

0,8 %

1,0 %

1,3 %

Riżultat +provvediment ta' ugwalizzazjoni

823

799

893

1 511

2 068

2 519

ROE qabel provvediment ta' ugwalizzazzjoni.

8,4 %

7,7 %

8,0 %

1,7 %

2,3 %

2,7 %

(78)

L-ROE huwa kkalkulat mill-awtoritajiet Belġjani fuq il-bażi ta' EUR 100 miljun ta' kapital imħallas, mingħajr ma jiġu kkunsidrati l-EUR 50 miljun supplimentari investiti iżda mħallsa biss fl-2009.

(79)

Għad-dubju mqajjem fid-deċiżjoni tal-ftuħ li investitur privat jitlob remunerazzjoni fuq il-kapital mhux imħallas minħabba li jitilfu f'każ ta' falliment, l-awtoritajiet Belġjani wieġbu li huma jkomplu jsostnu l-pożizzjoni tagħhom, jiġifieri li l-kapital ta' EUR 50 miljun ma għandux jiġi kkunsidrat fil-kalkolu tal-profittabbiltà sakemm ikun effettivament imħallas. Fil-fehma tagħhom, il-falliment (jekk wieħed jissupponi li dan jirriżulta f'talba għall-bilanċ tal-kapital sottoskritt) ikollu biss l-effett li jnaqqas it-tul ta' tali investiment. Huma żiedu wkoll li, sal-ħlas tiegħu fl-2009, l-ONDD seta' jqiegħed liberament dan il-kapital ta' EUR 50 miljun fuq is-suq sabiex igawdi minn redditu korrispondenti.

(80)

Barra minn hekk, skont l-awtoritajiet Belġjani, rata ta' investiment ta' 2 %, użata fil-projezzjonijiet tal-2004 u kkunsidrata fil-kalkoli ppreżentati fit-Tabella 5, hija inqas minn dik li investitur privat kien aktarx juża. Bl-użu ta' rata ta' investiment ta' 3,5 %, l-awtoritajiet Belġjani ddeterminaw li l-projezzjoni tal-profittabbiltà tan-negozju kummerċjabbli (ROE aġġustat għall-provvediment ta' ugwalizzazzjoni) tilħaq bejn l-2005-2007 livell ta' madwar 9,7 sa 10,4 % (meta mqabbla ma' madwar 7,7 sa 8,4 % b'rata ta' investiment ta' 2 %) (41).

L-użu tal-proporzjon ROR

(81)

L-awtoritajiet Belġjani jqisu li r-rata l-aktar xierqa għall-valutazzjoni tar-redditu mistenni tal-investiment hija dik tal-“Economic Return on Revenue” (minn hawn 'il quddiem “ROR”), għalkemm din ir-rata hija nieqsa mill-projezzjonijiet finanzjarji ex ante (pjan ta' direzzjoni tan-negozju tal-ONDD). Din ir-rata hija kkalkulata bit-tqabbil tad-dħul tekniku (qabel l-allokazzjoni għall-provvediment ta' ugwalizzazzjoni) mal-fatturat (primjums tal-assigurazzjoni). Skont l-awtoritajiet Belġjani, l-ROR huwa l-aktar adattat peress li:

(a)

jiġi kkalkulat qabel il-provvediment ta' ugwalizzazzjoni, imposta mill-awtoritajiet prudenzjali Belġjani, u li għandha l-għan li tibbilanċja r-riżultati maż-żmien u tkopri telf possibbli futur li jirriżulta mill-attività futura;

(b)

l-ROR jirrifletti eżattament ir-redditu mill-attività ta' assigurazzjoni tal-kreditu billi jiżolah mir-redditu purament finanzjarju. Għalhekk jindika r-redditu marbut mal-“qalba” tal-attività tal-assigurazzjoni tal-kreditu.

(82)

B'ROR ta' 16,5 % u 18,5 % rispettivament fl-2005 u fl-2006, SA Ducroire tkun aktar profittabbli (42) mit-tliet atturi l-kbar tal-assigurazzjoni tal-kreditu Coface, Euler Hermes u Atradius li l-ROR tagħhom fl-2005 u fl-2006 kienu rispettivament 9,7 % u 10,9 %, 16,0 % u 16,9 %, 9,3 % u 11,9 %.

Id-determinazzjoni tar-redditu mistenni

(83)

Bi tweġiba għal kumment tal-Kummissjoni li seħqet li aktarx li investitur privat ma kienx jibbaża biss fuq il-proporzjon ROR sabiex jivvaluta r-redditu mill-investiment li jippjana li jagħmel, l-awtoritajiet Belġjani pproponew żewġ metodoloġiji ġodda, sabiex jiġġustifikaw li r-redditu ta' SA Ducroire kien biżżejjed fil-mument tal-kapitalizzazzjoni tagħha. Dawn huma (a) il-mudell “Capital Asset Pricing Model” (minn hawn 'il quddiem “CAPM”) (43), li permezz tiegħu tkun tista' tiġi vvalutata r-rata tar-redditu mistenni mis-suq għal assi finanzjarju bbażat fuq ir-riskju tiegħu u (b) valutazzjoni komparattiva (“benchmarking”) tar-redditu tal-assiguraturi tal-kreditu.

(84)

Skont il-mudell CAPM, l-ispiża tal-kapital hija ddeterminata bil-formula li ġejja:

Kost tal-kapital = rata mingħajr riskju + primjum tar-riskju tal-kapital

Kost tal-kapital = rata mingħajr riskju + koeffiċjent beta tal-assi (*) [primjum tar-riskju fis-suq]

Fejn il-Beta tal-assi jirrappreżenta l-volatilità tar-redditu tal-assi kkunsidrat imqabbla ma' dak tas-suq

(85)

L-awtoritajiet Belġjani stmaw il-kost tal-kapital ta' SA Ducroire kif indikat fil-grafika li ġejja.

Image

(86)

Skont l-istimi tal-ONDD ibbażati fuq is-CAPM, investitur privat fis-settur Belġjan tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja kien jitlob fl-2004 redditu ta' mill-inqas ta' 7-8 %.

(87)

Biex jinkiseb il-valutazzjoni komparattiva tar-redditu storiku tas-settur, l-awtoritajiet Belġjani ħolqu kampjun ta' assiguraturi billi għażlu lil dawk li jissodisfaw dawn il-kriterji: (a) atturi Ewropej, (b) li l-attività ewlenija tagħhom hija l-assigurazzjoni tal-kreditu, (c) li huma attivi l-aktar fis-settur tar-riskji kummerċjabbli u għandhom attività fis-settur tar-riskji mhux kummerċjabbli, minbarra l-kumpaniji soġġetti għal proċedura ta' għajnuna mill-Istat jew li nħolqu wara l-2004 u minbarra s-sussidjarji ta' kumpanija li ntgħażlet fil-kampjun. Il-kampjun jinkludi 11-il assiguratur. Skont l-awtoritajiet Belġjani, għall-assiguraturi tal-kreditu attivi l-aktar fis-settur tar-riskji kummerċjabbli, wieħed josserva ROE medju ta' 6 sa 7,5 % skont il-perjodu kkunsidrat (jiġifieri inklużi jew esklużi s-snin tal-kriżi). L-ROE medju għal dawn il-11-il assiguratur fl-2004 huwa ta' 7,8 % meta mqabbel ma' 13.3 % ROE medju għat-tliet atturi ta' referenza tas-suq (ara t-Tabella 6).

Tabella 6:

Valutazzjoni komparattiva ta' redditu tal-assiguraturi tal-kreditu mressaq mill-Belġju

Metodoloġija ta' definizzjoni tal-kampjun għall-benchmarking ta' ROE kummerċjabbli

 

ROE (45), 2000-09, Perċentwal

Kumpaniji

Uffiċċju prinċipali

Sehem kummerċjabbli stmat (46) %

Primjums grossi M€, 2004

ROE

Medji

Kriterji tal-għażla

Daqs tal-kampjun

 

1999

2000

2001

2002

2003

2004

2005

2006

2007

2008

2009

2001-04

2003-04

2001 -09

ߦ

Assiguraturi tal-kreditu membri fl-ICISA u fl-Unjoni ta' Berna (47)

115

 

Cesce

Spanja

60

51 (48)

 

 

2,3

5,2

7,3

6,0

3,5

8,3

2,3

– 24,0

10,4

4,1

4,5

1,8

 

KUKE

Il-Polonja

60

7

 

 

– 9,0

0,5

1,9

5,5

7,9

4,9

5,3

8,1

– 14,6

– 0,3

3,7

1,2

ߦ

Assiguraturi tal-kreditu Ewropej (50)

47

 

COSEC

Il-Portugall

90

37

 

 

1,5

1,7

– 5,1

8,1

7,3

2,2

6,0

– 9,0

1,8

1,5

1,5

1,6

 

Prisma

Il-Ġermanja

100

36

0,0

4,8

6,8

4,7

5,6

9,3

12,9

17,1

9,5

15,9

7,6

6,6

7,5

9,9

ߦ

Kumpaniji li l-attività ewlenija tagħhom hija l-assigurazzjoni tal-kreditu u li huma attivi l-aktar fuq ir-riskji kummerċjabbli (44)

19

 

Credit y Caucion

Spanja

100

341

9,0

13,7

14,3

16,0

21,1

17,6

14,3

13,7

15,2

53,7

0,5

17,3

19,4

18,5

 

Baez

Il-Bulgarija

60

0,5

 

 

 

 

 

4,7

8,7

5,3

11,5

10,6

14,2

4,7

4,7

9,2

ߦ

Esklużjoni tal-kumpaniji soġġetti għal proċedura ta' għajnuna mill-Istat (i.e. SACE u SACE BT)

16

 

Garant

L-Awstrija

50

4

 

 

 

 

 

– 7,3

– 5,6

0,6

1,3

3,2

-10,7

-7,3

-7,3

-3,1

 

Mehib

L-Ungerija

90

6 (48)

 

 

 

0,2

0,8

2,2

0,8

-2,3

0,4

5,7

8,2

 

 

 

ߦ

Esklużjoni tal-kumpaniji li nħolqu wara l-2004 u/jew sussidjarji ta' kumpanija oħra diġà fil-lista

11

 

Atradius

Il-Pajjiżi l-Baxxi

90

1079

 

 

1,8

– 17,5

3,4

10,1

16,8

14,5

19,4

– 22,1

– 12,5

– 0,5

6,8

1,5

 

Euler Hermes

Franza

96

1567

 

13,7

13,2

16,7

14,5

18,4

17,7

17,3

21,8

4,5

1,3

15,7

16,4

13,9

 

COFACE

Franza

83

903

11,3

11,8

9,2

3,2

13,2

11,5

13,4

11,2

15,1

3,7

– 15,0

9,3

12,4

7,3

 

Medja (49)

 

11,0

5,0

3,4

7,0

7,8

8,9

8,4

9,8

4,6

-0,8

5,8

7,4

6,0

 

Medja (49) tat-tliet atturi ta' referenza

 

 

8,1

0,8

10,4

13,3

16,0

14,3

18,8

-4,6

-8,7

8,2

11,9

7,6

 

Medja (49) tal-atturi ta' daqs paragunabbli

 

 

3,1

4,7

5,3

5,8

6,2

6,2

6,4

8,0

2,2

4,7

5,5

5,3

(88)

Skont l-awtoritajiet Belġjani, ir-redditu mistenni qabel il-provvediment ta' ugwalizzazzjoni (ROE qabel il-provvedimebt ta' ugwalizzazzjoni) tal-attività tar-riskji kummerċjabbli, skont il-projezzjonijiet finanzjarji kkalkulati mill-ġdid mill-awtoritajiet Belġjani fl-2011 taħt ix-xenarju 1B (ara t-Tabella 5), huwa konformi mal-aspettattivi ta' redditu li kien ikollu investitur privat fl-2004 (kif stmati mill-awtoritajiet Belġjani abbażi tal-ispiża tal-kapital skont il-mudell CAPM u fuq il-bażi tal-valutazzjoni komparattiva tar-redditu tal-assiguraturi tal-kreditu, ara l-premessi (86) u (87) rispettivament).

Separazzjoni tal-kontijiet

(89)

Wara t-talba tal-Kummissjoni, magħmula fid-deċiżjoni tal-ftuħ, għall-konformità mal-punt 4.3 tal-Komunikazzjoni dwar l-assigurazzjoni ta' esportazzjoni bi kreditu li teħtieġ ġestjoni separata u kontijiet separati għall-attivitajiet tal-assigurazzjoni tar-riskji kummerċjabbli u tar-riskji mhux kummerċjabbli, l-awtoritajiet Belġjani wieġbu li separazzjoni bħal din tal-kontijiet mhijiex meħtieġa. Wara l-1 ta' Jannar 2005, l-attivitajiet għal żmien qasir (riskji kummerċjabbli u mhux kummerċjabbli) isiru fi ħdan SA Ducroire bħala parti mit-trasferiment ta' attività eżistenti. Skont l-awtoritajiet Belġjani, peress li SA Ducroire ma għadhiex tgawdi mill-appoġġ tal-Istat, anki għall-attività relatata mar-riskji mhux kummerċjabbli li hija twettaq, il-Belġju huwa tal-fehma li mhemmx bżonn li jsiru kontijiet separati.

V.   VALUTAZZJONI TAL-GĦAJNUNA

V.1.   L-EŻISTENZA TA' GĦAJNUNA MILL-ISTAT

(90)

L-Artikolu 107(1) tat-TFUE jipprovdi li, ħlief għad-derogi previsti fit-Trattati, kull għajnuna, ta' kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta' riżorsi tal-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta' distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi għandha, safejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern.

(91)

Il-Kummissjoni trid l-ewwel tanalizza jekk il-miżuri inkwistjoni humiex għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE. Għaldaqstant, fit-taqsimiet li ġejjin, hija tanalizza l-miżuri fid-dawl tad-diversi kriterji li jikkostitwixxu għajnuna.

V.1.1.   L-eżistenza ta' vantaġġ

V.1.1.1   L-eżistenza ta' vantaġġ minħabba l-garanzija mill-Istat (Miżura 1) u t-trasferimenti interni possibbli ta' riżorsi favur ir-riskji kummerċjabbli fi ħdan l-ONDD (Miżura 2)

(92)

Skont il-punti 3.1 u 3.2 tal-Komunikazzjoni dwar l-assigurazzjoni ta' esportazzjoni bi kreditu, il-garanzija tal-Istat li minnha tgawdi kumpanija tal-assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni tista' tagħtiha vantaġġ finanzjarju fil-konfront tal-kompetituri tagħha. Għalhekk, l-investigazzjoni li nbdiet fit-23 ta' Frar 2011 (ara l-premessa (26)) kienet tirrigwarda prinċipalment il-garanzija tal-Istat Belġjan li minnha gawda l-ONDD għall-attività tiegħu marbuta mar-riskji kummerċjabbli.

(93)

Mill-1 ta' Settembru 2003, kont “kummerċjali” li ma kienx igawdi, skont l-awtoritajiet Belġjani, mill-garanzija tal-Istat ġie assenjat għall-attività tal-ONDD marbuta mar-riskji fuq żmien qasir, inklużi r-riskji kummerċjabbli.

(94)

Peress li fi ħdan l-ONDD ma kinux jeżistu kontijiet separati li jippermettu li wieħed jiddistingwi bejn l-attività ta' assigurazzjoni tar-riskji kummerċjabbli u dik marbuta mar-riskji mhux kummerċjabbli, l-awtoritajiet Belġjani ġew mistiedna jispjegaw il-parti tal-garanzija tal-Istat li setgħet titqies bħala allokata, sal-31 ta' Awwissu 2003, għall-attività marbuta mar-riskji kummerċjabbli. Huma ġew mistiedna wkoll jipprovdu l-evidenza li din il-garanzija waqfet fil-31 ta' Awwissu 2003 u mhux meta nħolqot SA Ducroire fl-1 ta' Jannar 2005.

(95)

L-awtoritajiet Belġjani ddikjaraw li l-ONDD waqaf joffri kopertura tar-riskji fuq debituri fiż-“Żona 1” (51) fl-1993. Wara l-1993, l-attività tal-ONDD kienet immirata biss lejn ir-riskji mhux kummerċjabbli. L-ONDD kien jaċċetta b'mod pjuttost eċċezzjonali l-kopertura tar-riskji kummerċjabbli.

(96)

Kif intqal fil-premessa (34), il-Belġju ddikjara li l-attività marbuta mar-riskji kummerċjabbli fi ħdan l-ONDD qabel Mejju 2004 kienet żgħira ħafna. Barra minn hekk, il-perċentwal baxx ħafna ta' riskji kummerċjabbli li dak iż-żmien kien kopert, kien kopert biss minħabba r-rabta ta' dawn ir-riskji ma' riskju mhux kummerċjabbli. Każ ipotetiku maħsub (52) huwa deskritt kif ġej: “Persuna assigurata X kienet tbigħ oġġetti lil intermedjarju A li jinsab fiż-żona 1, li kien jerġa' jbigħ l-oġġetti lill-klijent finali B, li jinsab fiż-żona 2. Ħafna drabi l-oġġetti kienu jitwasslu direttament lill-klijent finali B. Il-ħlas tal-fattura tal-assigurat X mill-intermedjarju A kien de facto marbut mal-ħlas tal-fattura tal-intermedjarju A mill-klijent finali B. Il-partijiet assigurati ġeneralment ma kinux isibu kopertura mingħand assiguratur ieħor tal-kreditu minħabba li dawn kienu operazzjonijiet li jiddependu fuq ir-riskju politiku tal-pajjiż fejn kien jinsab il-klijent finali B”.

(97)

L-awtoritajiet Belġjani affermaw mill-ġdid li dawn ir-riskji ma kinux isibu kopertura mingħand assiguraturi tal-kreditu oħrajn privati.

(98)

Fid-dawl tal-fatturi msemmija fil-premessi (93) sa (95), huwa stmat li dawn ir-riskji, għalkemm teoretikament jikkwalifikaw bħala kummerċjabbli (minħabba r-relazzjoni ewlenija bejn l-esportatur assigurat X, u l-intermedjarju A), fil-prattika għandhom jitqiesu bħala riskji mhux kumerċjabbli, minħabba l-kundizzjonijiet tas-suq ta' dan il-perjodu. Barra minn hekk, qabel Mejju 2004, dawn ir-riskji kienu koperti mill-ONDD b'mod għal kollox eċċezzjonali peress li kienu jirrappreżentaw inqas minn [0-2 %] tal-primjums (fil-perjodu 2000-2004) tal-portafoll fuq perjodu qasir tal-ONDD (ara l-premessa (34)).

(99)

L-awtoritajiet Belġjani ġabu wkoll l-evidenza li l-garanzija tal-Istat li minnha kien igawdi l-ONDD għall-attività tiegħu marbuta mar-riskji kummerċjabbli waqfet taħdem mill-1 ta' Settembru 2003. Fil-fatt, din il-garanzija ntemmet mat-trasferiment tar-riskji kummerċjabbli fil-kont kummerċjali, kont li għalih l-ONDD kiseb l-approvazzjoni tal-OCA (53), preċiżament minħabba li dan il-kont ma kellux garanzija mill-Istat. Id-Digriet Irjali li jiddefinixxi l-attivitajiet imwettqa mill-ONDD f'ismu stess mingħajr il-garanzija tal-Istat, ippubblikat fl-1 ta' Settembru 2003, data li fiha daħal fis-seħħ, jiddefinixxi l-operazzjonijiet li għandhom jitħallsu minn dan il-kont. Wara d-dħul fis-seħħ tad-Digriet Irjali (54), kull kopertura ta' riskji permezz ta' polza ta' esportazzjoni u ta' inqas minn sentejn hija rregolata mill-Artikolu 3(2) tal-Liġi tal-1939 (attività f'isem l-ONDD mingħajr il-garanzija tal-Istat).

(100)

Bħala konklużjoni, id-dubji mqajma mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni tal-ftuħ u li kienu jirrigwardaw l-eżistenza ta' vantaġġ għall-attività ta' assigurazzjoni tar-riskji kummerċjabbli minħabba l-garanzija tal-Istat għandhom jitneħħew. Fil-fatt, huwa kkunsidrat li l-garanzija tal-Istat li minnha gawda l-ONDD għall-attività tiegħu marbuta mar-riskji kummerċjabbli sa Awwissu 2003 ma tatx vantaġġ kompetittiv lil din l-attività meta mqabbla mal-kompetituri tiegħu, peress li ma kienet teżisti l-ebda attività verament kummerċjabbli. Barra minn hekk, ma kien hemm l-ebda tentattiv ta' żvilupp ta' attività verament kummerċjabbli fuq il-bażi tal-garanzija tal-Istat. Wieħed jista' jikkonkludi wkoll li l-attività kollha marbuta mar-riskji fuq żmien qasir ma baqgħetx tgawdi mill-garanzija tal-Istat mill-1 ta' Settembru 2003.

(101)

Ma kienx hemm trasferimenti interni favur ir-riskji kummerċjabbli fi ħdan l-ONDD minħabba li ma kien hemm ebda attività ta' riskji verament kummerċjabbli. Ma kien hemm l-ebda tentattiv ta' żvilupp ta' attività verament kummerċjabbli fuq il-bażi ta' trasferiment ta' riżorsi tal-attività mhux kummerċjabbli (ara l-premessa (98)). Bħala konklużjoni, ma hemm l-ebda evidenza li ssostni l-eżistenza ta' trasferimenti ta' riżorsi favur ir-riskji kummerċjabbli fi ħdan l-ONDD jew ta' kwalunkwe vantaġġ li minnu seta' gawda l-ONDD wara trasferimenti bħal dawn.

(102)

Għaldaqstant, il-Miżuri 1 u 2 ma jagħtux vantaġġ skont l-Artikolu 107 tat-TFUE. Għalhekk, mhumiex għajnuna mill-Istat.

(103)

Minn dan jirriżulta li l-analiżi tal-kriterji l-oħrajn li jikkostitwixxu għajnuna (riżorsi tal-Istat, selettività, distorsjoni tal-kompetizzjoni) mhijiex sejra tkun żviluppata għall-Miżuri 1 u 2 fil-partijiet li ġejjin.

V.1.1.2   L-eżistenza ta' vantaġġ minħabba l-allokazzjoni ta' kapital lil SA Ducroire (Miżura 3)

Ambitu kopert sabiex jiġi stabbilit jekk l-allokazzjoni ta' kapital lil SA Ducroire tikkostitwixxix għajnuna

(104)

Skont id-deċiżjoni tal-ftuħ (ara l-premessi (27) u (28) ta' din id-deċiżjoni), iż-żewġ ammonti li ġejjin għandhom jitnaqqsu mill-ammont tal-allokazzjoni inizjali ta' kapital ta' SA Ducroire għaliex ma jikkostitwixxux għajnuna:

(a)

il-parti tal-kapital li tappoġġja l-attività tar-riskji mhux kummerċjabbli (l-ewwel kriterju ta' esklużjoni);

(b)

il-parti tal-kapital li hija diġà ta' benefiċċju, fi ħdan l-ONDD, għall-attività marbuta mar-riskji kummerċjabbli, u sempliċement trasferita lil SA Ducroire mal-attivitajiet korrispondenti. Fil-fatt, din hija biss allura tibdil tal-forma ġuridika ta' attività ekonomika diġà eżistenti, bil-kapital marbut magħha. Fuq il-bażi tal-approċċ segwit fid-deċiżjoni dwar il-ħolqien tal-Banque Postale (55), trasferiment ta' kapital bħal dan ma jagħtix vantaġġ ġdid lill-attività ekonomika inkwistjoni u allura ma jikkostitwixxix għajnuna bħala tali (it-tieni kriterju ta' esklużjoni).

(105)

Biex issegwi l-approċċ żviluppat fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni jkollha tibda billi tapplika dawn iż-żewġ kriterji ta' esklużjoni.

(106)

Madankollu, il-Belġju invoka argument ibbażat fuq it-tieni kriterju ta' esklużjoni u li, jekk jirriżulta tajjeb, jeskludi minnufih il-kwalifika ta' għajnuna tal-Miżura 3 kollha. Għaldaqstant il-Kummissjoni sejra l-ewwel turi li dan l-argument mhuwiex validu, qabel ma tapplika ż-żewġ kriterji ta' esklużjoni ppreżentati fid-deċiżjoni tal-ftuħ.

Ir-rifjut tad-dikjarazzjoni tal-Belġju li t-total ta' EUR 150 miljun kien marbut mal-attività trasferita fl-2004

(107)

Bi tweġiba għad-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Belġju invoka favur tiegħu u wessa' t-tieni kriterju ta' esklużjoni li l-kapital li, fi ħdan l-ONDD, kien diġà ta' benefiċċju għall-attivitajiet kummerċjabbli eżistenti eżatt qabel it-trasferiment tagħhom lil SA Ducroire fl-1 ta' Jannar 2005 ma jikkostitwixxix għajnuna. B'mod aktar speċifiku, il-Belġju jqis li l-kapital kollu inizjali ta' EUR 150 miljun allokat lil SA Ducroire kien jikkostitwixxi l-kapital ekonomiku assoċjat mal-attivitajiet ta' assigurazzjoni għal żmien qasir (kummerċjabbli u mhux kummerċjabbli) trasferiti. Huwa jqis li l-ħolqien ta' SA Ducroire bil-kapital inizjali tiegħu ta' EUR 150 miljun huwa biss bidla fil-forma ġuridika ta' attività eżistenti u tal-kapital marbut magħha. It-total tal-allokazzjoni inizjali tal-kapital għaldaqstant mhijiex għajnuna. Għalhekk, skont il-Belġju, mhemmx għalfejn ikun ivverifikat kif dan il-kapital intuża wara minn SA Ducroire (jiġifieri, jekk intużax għar-riskji kummerċjabbli jew mhux kummerċjabbli — l-ewwel kriterju ta' esklużjoni) minħabba li dan il-kapital ma kienx għajnuna.

(108)

Biex isostnu din id-dikjarazzjoni, l-awtoritajiet Belġjani jargumentaw li s-sottoskrizzjoni ta' EUR 150 miljun f'kapital lil SA Ducroire kienet meħtieġa, u dan, mill-bidu tal-2005. L-awtoritajiet Belġjani jiġġustifikaw dan il-livell ta' kapitalizzazzjoni abbażi tal-“istandards attwali” żviluppati fil-kuntest tal-adozzjoni tad-Direttiva Solvenza II (56) (metodu msejjaħ “standard” skont il-parametri tekniċi kif stabbiliti fi studju tal-impatt (“QIS 5” għall-Belġju, li jmur lura għal Marzu 2011) għar-riskji kollha ta' SA Ducroire bl-eċċezzjoni tar-riskji politiċi li għalihom intuża mudell intern sabiex tiġi determinata l-ħtieġa ta' kapital li jkopri dawn ir-riskji. Kif indikat fl-intestatura “Solvenza II bil-mudell intern għar-riskji politiċi” tat-Tabella 2, kien meħtieġ kapital ta' EUR [125-150] miljun sabiex ikopri l-livell ta' attività previst fl-2009.

(109)

Il-Kummissjoni tinnota li l-kunċett ta' “kapital marbut mal-attivitajiet trasferiti” huwa definit fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Diċembru 2005“Miżuri relatati mal-ħolqien u l-operat tal-Banque Postale” (57). F'dan il-każ, kien ġie konkuż li t-trasferiment ma kienx jinkludi kapital ġdid peress li l-ekwità marbuta mal-attivitajiet tas-servizzi finanzjarji biss ta' La Poste kienu ġew trasferiti lill-entità ġuridika li kienet għadha kemm inħolqot imsejħa “La Banque Postale”. Fi kliem ieħor, kienet esklussivament ekwità eżistenti u assenjata qabel b'mod ċar għall-proprjetà, id-drittijiet u l-obbligi traferiti. L-analiżi kienet iffukata għalhekk fuq il-kapital li kien diġà formalment marbut mal-attivitajiet trasferiti u mhux fuq stima prospettiva tal-kapital li kien ikun xieraq li jingħata lill-entità l-ġdida bħala appoġġ għall-iżvilupp futur tagħha.

(110)

Kif spjegat qabel, l-attività marbuta mar-riskji għal żmien qasir (kummerċjabbli u mhux kummerċjabbli) trasferita lil SA Ducroire kienet ġestita fi ħdan l-ONDD permezz tal-kont kummerċjali mill-1 ta' Settembru 2003. Kapital ta' EUR [45-70] miljun kien ġie assenjat għal dan il-kont. Barra minn hekk, kif intqal fil-premessa (99), l-ONDD kiseb b'mod speċifiku u biss għall-kont kummerċjali (u l-kapital relatat ta' EUR [45-70] miljun) l-approvazzjoni tar-regolatur nazzjonali tal-asiguraturi (l-OCA). Ir-regoli u s-sorveljanza tal-OCA kienu jirrigwardaw fost l-oħrajn il-konformità mar-regoli ta' solvenza (fond minimu ta' garanzija, marġini ta' solvenza li trid issir) (58). Minn dan isegwi li, abbażi tar-regoli prudenzjali fis-seħħ f'dak iż-żmien, dawn l-attivitajiet għal żmien qasir fil-kont kummerċjali kienu kapitalizzati b'mod adegwat.

(111)

F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota li, skont in-nota interna tal-20 ta' April 2004 (59) li fuq il-bażi tagħha ittieħdet id-deċiżjoni li tinħoloq SA Ducroire u li jingħatalha kapital ta' EUR 150 miljun, il-kapital strettament allokat għall-attività marbuta mar-riskji għal żmien qasir kien il-kapital irreġistrat fil-kont kummerċjali flimkien mal-benefiċċju ta' perjodu ta' 16-il xahar (mill-1 ta' Settembru 2003 sal-31 ta' Diċembru 2004) stmat għal EUR [0-5] miljun. In-nota tgħid li “fuq il-kapital ta' EUR 150 miljun tal-kumpanija b'responsabbiltà limitata, EUR [45-70] miljun ġejjin mit-trasferiment tal-ekwità tal-kont kummerċjali”. Il-Kummissjoni tikkonkludi għalhekk li fil-mument li ġie deċiż li tinħoloq SA Ducroire, il-kapital li seta' jiġi kkunsidrat bħala formalment allokat għall-attivitajiet għal żmien qasir fil-31 ta' Diċembru 2004 kien jammonta biss għal EUR [45-75] miljun (għal EUR [45-70] miljun flimkien mal-benefiċċju stmat ta' EUR [0-5] miljun). Għalhekk, it-trasferiment ta' dan il-kapital biss li jammonta għal EUR [45-75] miljun jikkostitwixxi l-parti tal-kapital li kienet diġà ta' benefiċċju fi ħdan l-ONDD għall-attività marbuta mar-riskji għal żmien qasir u sempliċement trasferita lil SA Ducroire. Għaldaqstant dan it-trasferiment ma jistax ikun vantaġġ ġdid għal din l-attività u allura ma jikkostitwixxix għajnuna.

(112)

Il-Kummissjoni għaldaqstant tiċħad l-allegazzjoni tal-Belġju li l-kapital inizjali kollu ta' EUR 150 miljun huwa l-kapital sempliċement trasferit, li kien diġà allokat fi ħdan l-ONDD għall-attività trasferita u, ma jistax għalhekk jitqies bħala vantaġġ. Il-Kummissjoni tqis li d-differenza bejn l-EUR [45-75] miljun u l-kapital effettivament sottoskritt ta' EUR 150 miljun hija għalhekk kapital addizzjonali li jirrappreżenta vantaġġ ġdid għal din l-attività.

(113)

B'mod sussidjarju, il-Kummissjoni tinnota li n-noti interni tal-2004, li appoġġjaw id-deċiżjoni tal-ONDD li tagħti lil SA Ducroire kapital ta' EUR 150 miljun (ferm ogħla mill-EUR [45-75] miljun allokati fil-kont kummerċjali), jindikaw li l-ONDD ikkunsidra diversi xenarji ta' tkabbir ta' attivitajiet għal SA Ducroire futura. Il-ħtieġa ta' kapital ta' EUR 150 miljun kienet għalhekk iddeterminata abbażi ta' suppożizzjonijiet ta' tkabbir futur tal-attivitajiet ta' SA Ducroire. Minn dan wieħed jista' jikkonkludi li l-approċċ tal-awtoritajiet Belġjani huwa ekwivalenti għall-esklużjoni mill-analiżi tal-eżistenza ta' vantaġġ tal-kapital kollu li wieħed kien iqis li teħtieġ l-entità l-ġdida biex issostni l-iżvilupp futur tagħha. Dan l-approċċ ma jistax jiġi aċċettat. Il-kapital biss, li minnu kienu diġà jibbenefikaw formalment l-attivitajiet trasferiti fi ħdan l-entità ġuridika eżistenti (attivitajiet ta' assigurazzjoni għal żmien qasir fi ħdan l-ONDD), ma jikkostitwixxix vantaġġ ġdid peress li preċiżament l-attivitajiet inkwistjoni kienu diġà qegħdin jibbenefikaw minnu. Bil-maqlub, kull kapital addizzjonali jikkostitwixxi vantaġġ ġdid peress li l-attività inkwistjoni ma kinitx tgawdi minn dan il-kapital qabel it-trasferiment. Id-deċiżjoni li tinħoloq SA Ducroire u li tiġi allokata kapital ta' EUR 150 miljun ma tistax għalhekk titqies bħala sempliċi tibdil tal-forma ġuridika ta' attività eżistenti b'sempliċi trasferiment tal-kapital allokat għall-attività trasferita. Għalhekk, l-affermazzjoni tal-awtoritajiet Belġjani li mill-2004 wieħed seta' jbassar diġà li SA Ducroire kienet ser teħtieġ kapital ta' EUR 150 miljun fl-2009 fuq il-bażi tat-tkabbir mistenni mill-attivitajiet tagħha hija irrilevanti. L-awtoritajiet Belġjani bl-ebda mod ma juru li dan il-kapital ta' EUR 150 miljun kien diġà allokat għall-attivitajiet fuq żmien qasir fi ħdan l-ONDD qabel it-trasferiment tagħhom lil SA Ducroire u li dan il-kapital ta' EUR 150 miljun ma jinkludix għalhekk vantaġġ ġdid għal dawn l-attivitajiet.

(114)

It-tieni nett, anki jekk il-kapital meħtieġ għall-appoġġ tat-tkabbir mistenni mill-attivitajiet kien kriterju rilevanti għal din l-analiżi (li l-Kummissjoni tiddubita), il-Kummissjoni tinnota dan li ġej:

(a)

l-ewwel nett, il-projezzjonijiet finanzjarji eżistenti fl-2004 kienu jkopru biss il-perjodu 2005-2007. Għalhekk, anki jekk il-kapital meħtieġ għall-appoġġ tat-tkabbir tal-attivitajiet kien kriterju rilevanti għal din l-analiżi (li l-Kummissjoni tiddubita), ma jistax jiġi aċċettat li jkun ibbażat fuq il-livell mistenni ta' attività fl-2009 peress li dan il-livell ta' attività lanqas biss kien ġie stmat fl-2004.

(b)

it-tieni, il-metodoloġija tad-Direttiva Solvenza II flimkien ma' mudell intern għar-riskji politiċi, proposta mill-Belġju sabiex jistma l-kapital meħtieġ ma tistax tiġi aċċettata. Fil-fatt dan il-metodu ma kienx jidher fin-noti interni tal-2004 li fuqhom il-Bord tad-Diretturi tal-ONDD tal-20 ta' April 2004 ibbaża sabiex jiddeċiedi dwar il-ħolqien ta' SA Ducroire u dwar il-kapital li għandu jallokalha peress li dan il-metodu ma kienx għadu jeżisti dak iż-żmien (id-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu hija biss prevista għall-1 ta' Jannar 2014). Dan ġie applikat mill-ONDD għall-ewwel darba fl-2011 u għadu qed jiġi żviluppat. Għaldaqstant, il-mudell intern għar-riskji politiċi għadu ma ġiex ivvalidat mir-regolatur tal-assigurazzjoni Belġjan, għall-kuntrarju tar-rekwiżiti tad-Direttiva Solvenza II (60). L-użu ta' metodoloġija li ma kinitx teżisti fl-2004, bħas-Solvenza II, li għaliha sal-lum għadhom ma ġewx iffinalizzati diversi parametri ta' kalkolu kif ukoll skeda ta' implimentazzjoni (għadhom fl-istadju tal-QIS) mhuwiex xieraq. Li jiġi kkunsidrat li l-kapital ekonomiku meħtieġ għal SA Ducroire fil-ħolqien tagħha fl-2005 sabiex tkompli l-attività eżistenti minn qabel fi ħdan l-ONDD għandu jkun iddeterminat fuq il-bażi tar-rekwiżiti tad-Direttiva Solvenza II li lanqas biss kienu jeżistu dak iż-żmien u li għalihom ir-regolaturi kienu fi kwalunkwe każ jipprovdu skema ta' tranżizzjoni jidher eċċessiv. Barra minn hekk, li wieħed jikkonkludi mod ieħor jikkontradixxi l-validazzjoni tal-livell ta' kapital (marġini ta' solvenza) (61) tal-kont kummerċjali (EUR [45-70] miljun) mir-regolatur li dak iż-żmien kien ikkunsidra dan il-kapital bħala suffiċjenti fir-rigward tar-regoli prudenzjali fis-seħħ.

(115)

Il-Bord tad-Diretturi tal-ONDD tal-20 ta' April 2004 ibbaża ruħu fuq metodu ieħor sabiex jistabbilixxi l-kapital meħtieġ għal SA Ducroire, jiġifieri l-proporzjon ta' Cooke, filwaqt li kkunsidra l-ħtieġa li jagħti lil SA Ducroire kredibbiltà suffiċjenti fil-konfront tal-kompetituri tagħha. Fil-fatt, il-proporzjon magħżul fil-kalkoli mhuwiex ta' 8 % kif preskritt mir-regoli ta' Basel I iżda ta' 10 %. Għalhekk, il-kalkoli tal-ħtieġa ta' kapital magħmula fl-2004 kienu jinkludu bafer ta' sigurtà ta' 2 %. Għandu jiġi nnutat li l-kapital stabbilit b'dan il-mod għal tmiem is-sena 2004 kien jammonta għal EUR 66 miljun (62) u għaldaqstant huwa ferm inqas mill-EUR 150 miljun ta' kapital sottoskritt.

(116)

Rigward l-użu tal-proporzjon ta' Cooke biex ikun stabbilit il-kapital meħtieġ, il-Kummissjoni kkritikat, fid-deċiżjoni tal-ftuħ, ir-rilevanza tal-applikazzjoni tar-regoli bankarji (bħall-proporzjon ta' Cooke) għall-assiguraturi tal-kreditu, fid-dawl tal-bosta differenzi bejn ir-riskji li jieħdu l-assiguraturi tal-kreditu u dawk li jieħdu l-banek (ara l-premessa (90) tad-deċiżjoni tal-ftuħ). F'dan ir-rigward, il-Belġju ma ġabx evidenza li r-regoli ta' Basel (il-proporzjon ta' Cooke) — li, fil-liġi, japplikaw esklussivament għas-settur bankarju — huma fil-prattika applikati mill-korpi tal-assigurazzjoni tal-kreditu jew rakkomandati mill-aġenziji ta' klassifikazzjoni jew mill-istanzi tas-sorveljanza tal-assigurazzjonijiet.

(117)

F'dak li jirrigwarda l-applikazzjoni tal-Artikolu 8 tal-Liġi tal-1939 dwar l-ONDD, l-awtoritajiet Belġjani ikkonfermaw li din il-liġi ma tapplikax għal SA Ducroire. Barra minn hekk, dan l-Artikolu jirrigwarda biss lill-attivitajiet proprji tal-ONDD bil-garanzija tal-Istat kif ukoll dawk f'isem l-Istat.

(118)

Għalkemm il-Belġju jirreferi għall-metodu ta' Standard & Poor's, li kien jeżisti f'dak iż-żmien biex jistabbilixxi l-ħtiġijiet ta' kapital tal-assiguraturi tal-kreditu, għandu jiġi nnutat li l-awtoritajiet Belġjani ma ssottomettew l-ebda stima ta' kapital skont dan il-metodu. Barra minn hekk dan ma ntużax mill-ONDD fl-2004.

(119)

B'konklużjoni, anki jekk wieħed jassumi li l-kapital meħtieġ għall-appoġġ tat-tkabbir mistenni tal-attivitajiet ta' SA Ducroire huwa kriterju rilevanti għal din l-analiżi (li l-Kummissjoni tiddubita), l-awtoritajiet Belġjani ma ġabu l-ebda prova li turi b'mod konvinċenti li l-ħtieġa f'kapital relatat mar-riskji għal żmien qasir u trasferit f'SA Ducroire kellha tkun akbar mill-kapital eżistenti fuq il-kont kummerċjali tal-ONDD fl-aħħar tal-2004.

(120)

F'din it-taqsima, il-Kummissjoni wriet li kien jeħtieġ li tiċħad id-dikjarazzjoni tal-awtoritajiet Belġjani li l-allokazzjoni ta' kapital inizjali ta' EUR 150 miljun lil SA Ducroire fl-2004 hija biss it-trasferiment tal-kapital li kien diġà ta' benefiċċju għall-attività relatata mar-riskji għal żmien qasir fi ħdan l-ONDD. Il-Kummissjoni kkonkludiet fil-fatt li l-kapital li kien diġà ta' benefiċċju għall-attività relatata mar-riskji għal żmien qasir fi ħdan l-ONDD qabel it-trasferiment ta' din l-attività lil SA Ducroire kien jammonta għal EUR [45-75] miljun u li għalhekk kien jeżisti kapital addizzjonali ta' EUR [75-100] miljun għal din l-attività.

(121)

Issa jeħtieġ li tiġi eżaminata l-applikazzjoni taż-żewġ kriterji ta' esklużjoni deskritti fid-deċiżjoni tal-ftuħ. L-ewwel ser ikun żviluppat it-tieni kriterju ta' esklużjoni, imbagħad l-ewwel wieħed.

Il-parti tal-kapital li kienet diġà ta' benefiċċju, fi ħdan l-ONDD, għar-riskji kummerċjabbli, u sempliċement trasferita lil SA Ducroire mal-attivitajiet korrispondenti (it-tieni kriterju ta' esklużjoni deskritt fid-deċiżjoni tal-ftuħ)

(122)

Fil-premessa (111), il-Kummissjoni kkonkludiet li, fi ħdan l-ONDD, kapital ta' EUR [45-75] miljun kien allokat għall-attività relatata mar-riskji għal żmien qasir fil-31 ta' Diċembru 2004. Biex jiġi applikat it-tieni kriterju ta' esklużjoni, jeħtieġ għalhekk li tiġi stmata fuq il-EUR [45-75] miljun allokati għall-attività tar-riskju għal żmien qasir fl-aħħar tal-2004, il-parti tal-kapital relatata mar-riskji kummerċjabbli (63). Kif deskritt qabel, dawn ir-riskji kummerċjabbli kienu esklussivament magħmula minn riskji assoċjati ma' debituri li jinsabu fl-għaxar Stati li ssieħbu fl-Unjoni Ewropea f'Mejju 2004.

(123)

Kif intqal ukoll qabel, il-kont kummerċjali li kien igawdi minn kapital ta' EUR [45-75] miljun fl-aħħar tal-2004 ma kienx fih kontijiet separati li jgħinu biex jiġi identifikat eżattament il-kapital li kien ta' benefiċċju biss għall-attività relatata mar-riskji kummerċjabbli. Għalhekk jeħtieġ li jiġi stmat is-sehem mill-EUR [45-75] miljun li wieħed jista' raġonevolment jikkunsidra li kien ta' benefiċċju għall-attività relatata mar-riskji kummerċjabbli.

(124)

Skont l-informazzjoni sottomessa lir-regolatur fl-2004, l-ammonti tal-impenji netti kienu ta' EUR 141,6 miljun għar-riskji relatati mal-għaxar Stati Membri ġodda u ta' EUR 661,4 miljun għall-poloz esportaturi kollha għal żmien qasir fl-aħħar tal-2004 (64). Abbażi ta' tqassim tal-EUR [45-75] miljun pro rata fuq il-bażi tal-impenji netti, EUR [10-25] miljun jistgħu għalhekk ikunu kkunsidrati li jikkostitiwixxu l-kapital marbut mar-riskji relatati mal-għaxar Stati msieħba ġodda qabel it-trasferiment tagħhom mill-kont kummerċjali tal-ONDD għal SA Ducroire.

(125)

Il-Kummissjoni tinnota li tali tqassim tal-kapital skont l-impenji netti hija konsistenti mal-approċċ segwit mill-ONDD stess fl-2004 (65).

(126)

Il-Kummissjoni tosserva wkoll li l-awtoritajiet Belġjani u l-ONDD/SA Ducroire konsistentement iddikjaraw matul il-proċedura li r-riskji mhux kummerċjabbli kienu jeħtieġu, għal ammont assigurat speċifiku, aktar kapital mir-riskji kummerċjabbli. Għaldaqstant, l-ammont ta' EUR [10-25] miljun jikkostitwixxi pjuttost limitu massimu milli minimu. Il-Kummissjoni tikkunsidra madankollu raġonevoli li żżomm din iċ-ċifra għaliex hija konsistenti mal-approċċ segwit mill-ONDD stess fl-2004.

(127)

Il-Kummissjoni tikkonkludi minn dan li, fuq l-ammont ta' kapital inizjali ta' EUR 150 miljun, wieħed jista' jqis li l-ammont ta' EUR [10-25] miljun ma jikkostitwixxix vantaġġ għall-attività tar-riskji kummerċjabbli, peress li kien diġà ta' benefiċċju għal din l-attività fi ħdan l-ONDD (66). F'dan il-każ hija biss kwistjoni ta' tibdil fil-forma ġuridika tal-istess attività ekonomika u tal-kapital li minnu kienet tibbenefika. It-trasferiment lil SA Ducroire ta' dan il-kapital mal-attività inkwistjoni għaldaqstant mhuwiex għajnuna.

(128)

B'analoġija, jeħtieġ li wieħed japplika l-istess raġunament għall-ammont tal-kapital relatat mar-riskji marbuta ma' debituri li jinsabu fir-Rumanija u fil-Bulgarija. Fil-fatt, fl-2007, kien hemm klassifikazzjoni mill-ġdid tar-riskji mhux kummerċjabbli marbuta ma' debituri li jinsabu fir-Rumanija u fil-Bulgarija lejn il-kategorija tar-riskji kummerċjabbli, minħabba s-sħubija ta' dawn l-Istati fl-Unjoni Ewropea. Il-kapital li kien diġà ta' benefiċċju għal dawn ir-riskji meta ma kinux kummerċjabbli ma jistax jikkostitwixxi vantaġġ ġdid mis-sempliċi fatt li dawn ir-riskji saru kummerċjabbli wara. Jeħtieġ għalhekk li anki dan il-kapital jiġi eskluż mill-kwalifika ta' għajnuna.

(129)

Għalhekk, il-kapital relatat mar-riskji mhux kummerċjabbli li saru kummerċjabbli huwa eskluż mill-analiżi tal-eżistenza ta' vantaġġ. Fil-kummenti tagħhom tas-16 ta' Mejju 2012, l-awtoritajiet Belġjani stmaw il-kapital relatat mar-riskji marbuta ma' debituri li jinsabu fir-Rumanija u fil-Bulgarija għal EUR [0-2] miljun billi ssopponew li dawn ir-riskji kienu kummerċjabbli fl-2005. Għall-kuntrarju, huma ma pprovdewx stima tal-kapital assoċjat ma' dawn ir-riskji fil-31 ta' Diċembru 2006. Peress li r-riskji inkwistjoni ma kinux partikolarment kummerċjabbli fl-2005, l-istima tal-awtoritajiet Belġjani tal-kapital allokat għal dawn ir-riskji tista tkun sottovalutata. Il-kontijiet separati maħluqa mill-ġdid retrospettivament mill-ONDD bħala parti minn din il-proċedura (il-kummenti tas-16 ta' Mejju 2012), juru li l-kapital allokat għar-riskji mhux kummerċjabbli jonqos b'EUR [0-5] miljun fl-2007 meta mqabbel mal-2006. Dan it-tnaqqis huwa spjegat mit-tibdil tal-kwalifika tar-riskji marbuta mar-Rumanija u mal-Bulgarija (ikkunsidrati bħala riskji kummerċjabbli mill-2007), iżda wkoll minn fatturi oħrajn, bħat-tibdil ta' politika ta' riassigurazzjoni. Abbażi tal-evidenza kollha disponibbli, wieħed jista' raġonevolment jikkunsidra li l-kapital li minnu r-riskji marbuta mal-Bulgarija u mar-Rumanija kienu jibbenefikaw qabel ma saru kumerċjabbli kien jammonta għal EUR [0-5] miljun.

(130)

Fid-dawl ta' dak li ntqal, il-Kummissjoni tikkonkludi li ammont ta' EUR [10-25] miljun kien diġà ta' benefiċċju għar-riskji kummerċjabbli qabel l-1 ta' Jannar 2005 u li t-trasferiment ta' dan il-kapital mal-attivitajiet inkwistjoni ma jistax għalhekk jikkostitwixxi vantaġġ. Bl-istess mod, ammont ta' EUR [0-5] miljun kien diġà ta' benefiċċju għar-riskji li saru kummerċjabbli fl-1 ta' Jannar 2007 (Rumanija u Bulgarija) qabel ma saru kummerċjabbli.

Il-parti tal-kapital li tappoġġja l-attività tar-riskji mhux kummerċjabbli (l-ewwel kriterju ta' esklużjoni deskritt fid-deċiżjoni tal-ftuħ)

(131)

Kif kien deskritt qabel, kapital ta' EUR [45-75] miljun kien diġà ta' benefiċċju għar-riskji għal żmien qasir qabel it-trasferiment tagħhom lill-ONDD (ara l-premessa (120)). Minn fost dawn il-EUR [45-75] miljun, kien konkluż qabel li wieħed jista' raġonevolment jistma s-sehem tar-riskji kummerċjabbli għal EUR [10-25] miljun. Għalhekk, wieħed jista' raġonevolment jistma s-sehem tar-riskji mhux kummerċjabbli għal EUR [35-50] miljun (li minnhom EUR [0-5] miljun, relatati mar-riskji marbuta mal-Bulgarija u mar-Rumanija, saru kummerċjabbli fl-2007).

(132)

Għall-istess raġunijiet bħal dawk spjegati fil-premessa (127), peress li t-trasferiment tal-EUR [45-75] miljun kollu (inkluż is-sehem tar-riskji mhux kummerċjabbli stmat għal EUR [35-50] miljun) mhuwiex vantaġġ, dan tal-aħħar huwa eskluż mill-analiżi tal-eżistenza ta' għajnuna.

(133)

Bħala konklużjoni, fuq il-kapital inizjali ta' EUR 150 miljun allokat lil SA Ducroire, EUR [75-100] miljun biss jikkostitwixxu kapital addizzjonali, jiġifieri kapital ġdid. L-għoti ta' dawn il-EUR [75-100] miljun biss jista' għalhekk ikun ta' vantaġġ (ara l-premessa (120)).

(134)

Bħalma huwa mfakkar fil-premessa (65) tad-deċiżjoni tal-ftuħ, l-Istati Membri huma liberi li jappoġġjaw l-attività ta' assigurazzjoni ta' riskji mhux kummerċjabbli, minħabba li l-Kummissjoni tikkunsidra li ma jeżisti l-ebda suq għal dawn ir-riskji. Għalhekk ma jistax ikun hemm distorsjoni tal-kompetizzjoni fir-rigward ta' assiguraturi oħrajn. Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li ma kien hemm l-ebda separazzjoni tal-kontijiet bejn l-attività tar-riskji kummerċjabbli u dik tar-riskji mhux kummerċjabbli fi ħdan SA Ducroire. Formalment, l-ebda kapital ma kien allokat għall-attività tar-riskji mhux kummerċjabbli. L-ebda parti tal-kapital ta' EUR 150 miljun ma ġiet imwarrba biex tiffinanzja l-attività tar-riskji mhux kummerċjabbli. Għalhekk, approċċ purament formali jista' jwassal biex ma tiġi eskluża l-ebda parti tal-kapital addizzjonali ta' EUR [75-100] miljun. Tali approċċ ikun ferm aktar iġġustifikat minħabba li l-obbligu li jiġu introdotti kontijiet separati huwa espressament previst fil-punt 4.3 tal-Komunikazzjoni dwar l-assigurazzjoni ta' esportazzjoni bi kreditu li kienet fis-seħħ mill-1998. Madankollu, huwa ċar li parti kbira mill-attivitajiet ta' SA Ducroire tirrigwarda l-assigurazzjoni tar-riskji mhux kummerċjabbli. SA Ducroire ma kinitx tkun tista' tassigura dawn ir-riskji mingħajr kapital adegwat. Għaldaqstant, minbarra l-EUR [45-75] miljun (li minnhom EUR [35-50] miljun għar-riskji mhux kummerċjabbli), il-Kummissjoni tista' taċċetta li teskludi wkoll mill-kwalifika ta' għajnuna l-porzjon tal-kapital li jista' jintwera b'mod raġonevoli li ntuża għall-appoġġ tal-attività ta' assigurazzjoni tar-riskji mhux kummerċjabbli.

(135)

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Belġju kien mistieden jiżviluppa metodu li jiddetermina l-porzjon tal-kapital ta' SA Ducroire li jista' jitqies li jappoġġja l-attività tar-riskji kummerċjabbli u dak li jappoġġja l-attività tar-riskji mhux kummerċjabbli. Wara din it-talba tal-Kummissjoni, l-awtoritajiet Belġjani ssottomettew għall-perjodu 2005-2011 karta tal-bilanċ u dikjarazzjoni tad-dħul separati għall-attività tar-riskji kummerċjabbli u dik tar-riskji mhux kummerċjabbli. Il-karta tal-bilanċ tar-riskji mhux kummerċjabbli fil-31 ta' Diċembru 2011 tinkludi kapital ta' EUR [70-110] miljun u dak tar-riskji kummerċjabbli kapital ta' EUR [40-80] miljun. Għalkemm is-separazzjoni tal-kontijiet hija bbażata fuq ċerti suppożizzjonijiet jew informazzjoni parzjalment verifikabbli f'kuntest ta' rikostruzzjoni retrospettiva, il-Kummissjoni tqis il-livelli tal-kapital għall-attività tar-riskji kummerċjabbli u mhux kummerċjabbli fil-31 ta' Diċembru 2011 bħala raġonevoli.

(136)

Il-Kummissjoni għalhekk taċċetta li teskludi mill-kwalifika ta' għajnuna EUR [70-110] miljun peress li de facto dawn jappoġjaw attività li mhijiex soġġetta għall-kompetizzjoni skont il-Komunikazzjoni dwar l-assigurazzjoni ta' esportazzjoni bi kreditu.

(137)

Il-kapital li kien ta' benefiċċju għar-riskji għal żmien qasir mhux kummrċjabbli għaldaqstant tela' minn EUR [35-50] miljun fl-aħħar tal-2004 għal EUR [70-110] miljun fl-aħħar ta' Diċembru 2011, jiġifieri żieda ta' EUR [35-60] miljun. Billi l-ammont ta' EUR [35-50] miljun ta' kapital marbut mal-attività tar-riskji mhux kummerċjabbli jinkludi EUR [0-5] miljun relatati mar-riskji marbuta mar-Rumanija u mal-Bulgarija, ikkwalifikati mill-ġdid bħala kummerċjabbli fl-2007, iż-żieda grossa tal-kapital li kien ta' benefiċċju għar-riskji mhux kummerċjbbli hija ta' EUR [35-65] miljun. Fi kliem ieħor, fuq il-kapital addizzjonali ta' EUR [75-100] miljun, EUR [35-65] miljun appoġġjaw de facto l-attività tar-riskji mhux kummerċjabbli.

Konklużjoni dwar l-applikazzjoni taż-żewġ kriterji ta' esklużjoni u dwar l-ammont tal-kapital supplimentari

(138)

Ammont ta' EUR [70-110] miljun ġie eskluż mill-kwalifika ta' għajnuna peress li dan l-ammont seta' jitqies bħala appoġġ għall-attività tar-riskji mhux kummerċjabbli fid-data tal-31 ta' Diċembru 2011 (l-ewwel kriterju ta' esklużjoni). Ammont ta' EUR [10-25] miljun kien ukoll eskluż mill-kwalifika ta' għajnuna peress li seta' jitqies li ma jikkostitwixxix vantaġġ billi kien diġà ta' benefiċċju għar-riskji kummerċjabbli qabel it-trasferiment ta' dawn ir-riskji lil SA Ducroire fil-31 ta' Diċembru 2004 (it-tieni kriterju ta' esklużjoni). Barra minn hekk, ammont ta' EUR [0-5] miljun għandu wkoll jiġi eskluż peress li kien diġà ta' benefiċċju għar-riskji marbuta mal-Bulgarija u mar-Rumanija qabel ma saru kummerċjabbli fl-1 ta' Jannar 2007.

(139)

Bħala konklużjoni, EUR 36,6 miljun biss mill-allokazzjoni inizjali ta' kapital ta' EUR 150 miljun jistgħu jikkostitwixxu vantaġġ u għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

(140)

Mod ieħor ta' kif jiġi ppreżentat ir-riżultat ta' EUR 36,6 miljun jikkonsisti fit-tnaqqis, mill-kapital inizjali ta' EUR 150 miljun mogħti lil SA Ducroire, (1) il-EUR [45-75] miljun li minnhom ir-riskji għal żmien qasir kienu jibbenefikaw diġà qabel it-trasferiment tagħhom lil SA Ducroire (inkluż iż-EUR [0-5] miljun marbuta mar-riskji relatati mad-debituri stabbiliti fir-Rumanija u fil-Bulgarija li saru kummerċjabbli fl-1 ta' Jannar 2007); u (2) il-EUR [35-65] miljun addizzjonali li kienu jappoġġjaw de facto lir-riskji mhux kummerċjabbli. B'hekk wieħed jikseb EUR 36,6 miljun.

(141)

Din l-analiżi tat-tqassim tal-kapital hija ppreżentata fil-grafika li ġejja:

Image

(142)

B'mod sussidjarju, il-Kummissjoni tinnota dan li ġej. L-awtoritajiet Belġjani jiddikjaraw li bl-eċċezzjoni ta' madwar EUR 7 sa 13-il miljun (ara t-Tabella 2), il-kapital kollu ta' EUR 150 miljun kien allokat b'mod impliċitu fl-2004 għar-riskji mhux kummerċjabbli. Fuq il-bażi ta' din l-ewwel dikjarazzjoni, il-Belġju jgħid li kien biss aktar tard (fl-2007 u fl-2008), li parti mill-kapital inizjalment allokat għar-riskji mhux kummerċjabbli ġiet trasferita lejn ir-riskji kummerċjabbli. Il-Belġju jgħid imbagħad li dawn it-trasferimenti ta' kapital biss setgħu jikkostitwixxu għajnuna u li l-kriterju tal-investitur privat għandu jkun applikat għal dawn l-ammonti meta saru t-trasferimenti interni tagħhom u mhux meta saret l-allokazzjoni inizjali ta' kapital fl-2004. Dan ir-raġunament ma jistax jiġi aċċettat.

(143)

Fil-fatt, meta nħolqot SA Ducroire u fis-snin ta' wara, il-kapital ta' EUR 150 miljun qatt ma ġie formalment allokat għall-attività relatata mar-riskji kummerċjabbli u għal dik relatata mar-riskji mhux kummerċjabbli rispettivament. Dan il-kapital seta' jintuża liberament sabiex jappoġġja l-attività relatata mar-riskji kummerċjabbli jew dik relatata mar-riskji mhux kummerċjabbli (fi proporzjonijiet mhux definiti) skont l-okkażjonijiet tas-suq u l-għażliet strateġiċi ta' SA Ducroire. L-allokazzjoni ta' kapital bejn l-attività tar-riskji kummerċjabbli u dik tar-riskji mhux kummerċjabbli nħolqot biss mill-ġdid retroattivament taħt din il-proċedura. Id-dokumenti tal-2004, kif sottomessi mill-awtoritajiet Belġjani, ma kinux jippreżentaw allokazzjoni tal-kapital bejn id-diversi attivitajiet. Għalhekk il-Kummissjoni ma tistax taċċetta li teskludi mill-analiżi tal-eżistenza ta' għajnuna parti mill-EUR [75-100] miljun ta' kapital addizzjonali ta' SA Ducroire abbażi biss tal-fatt li f'dan iż-żmien dan l-ammont seta' jservi bħala appoġġ għall-attività ta' riskji mhux kummerċjabbli. Kif indikat qabel, il-parti tal-kapital addizzjonali ta' EUR [75-100] miljun biss li jista' jintwera li effettivament appoġġjat l-attività tar-riskji mhux kummerċjabbli tista' tkun eskluża mill-analiżi tal-eżistenza ta' għajnuna.

(144)

B'mod għal kollox sussidjarju, il-Kummissjoni tinnota li, anki jekk wieħed kellu jaċċetta l-argument tal-Belġju li parti mill-kapital inizjali ta' SA Ducroire kienet assenjata għar-riskji mhux kummerċjabbli u allura ma setgħetx taqa' taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, dan l-argument japplika biss għall-ammont ta' EUR 36,6 miljun kieku l-Belġju rnexxielu juri li l-kapital allokat għar-riskji mhux kummerċjabbli kien akbar minn EUR [70-110] miljun. (Fil-fatt, biex jiġu kkalkulati s-EUR 36,6 miljun, ammont ta' EUR [70-110] miljun li jappoġġja l-attività relatata mar-riskji mhux kummerċjabbli diġà tnaqqas mill-EUR 150 miljun). Madankollu, huwa ovvju li dan l-ammont qatt ma ġie allokat għar-riskji mhux kummerċjabbli fl-2004 peress li d-dokumenti interni jindikaw li kapital ta' EUR 100 miljun kien biżżejjed sabiex ikopri r-riskji kollha għal żmien qasir (mhux kummerċjabbli u kummerċjabbli) sal-2007.

L-applikazzjoni tal-prinċipju tal-investitur privat f'ekonomija tas-suq

(145)

Skont ġurisprudenza kostanti, biex ikun stabbilit li miżura tipprovdi vantaġġ ekonomiku, jeħtieġ li jkun iddeterminat jekk, f'ċirkostanzi simili, investitur privat f'ekonomija tas-suq ta' daqs komparabbli għal dik tal-kumpanija kkonċernata kienx jagħmel injezzjoni ta' kapital tal-istess kobor (67), partikolarment fid-dawl tal-informazzjoni disponibbli u l-iżviluppi prevedibbli fi żmien dan l-investiment.

(146)

F'dan il-każ, hija kwistjoni li jiġi analizzat jekk il-kapital supplimentari ta' EUR 36,6 miljun mogħti fl-2004 kienx jippreżenta redditu suffiċjenti sabiex jikkonvinċi investitur privat f'ekonomija tas-suq. Madankollu, ir-redditu ta' dan il-kapital supplimentari ma jistax jiġi analizzat b'mod separat mill-kapital kollu peress li dan il-kapital supplimentari huwa r-riżultat ta' diviżjoni artifiċjali tal-kapital ta' EUR 150 miljun sottoskritt fl-2004. L-ebda fluss ta' dħul definit ma jista' jkun identifikat bħala li ġej minn dawn is-EUR 36,6 miljun. Fi kliem ieħor, ir-redditu ta' attività speċifika ma kienx assenjat għal dawn is-EUR 36,6 miljun, peress li ma kinux jeżistu kontijiet separati. Il-Kummissjoni tqis għalhekk li sabiex tapplika b'mod korrett il-kriterju tal-investitur privat, jeħtieġ li tivverifika li l-kapital ta' EUR 150 miljun kollu kien jippreżenta redditu mistenni suffiċjenti. Jekk dan mhux il-każ, wieħed ikollu jikkonkludi li s-EUR 36,6 miljun huma vantaġġ.

(147)

B'mod għal kollox sussidjarju, possibbiltà oħra tkun li jiġi applikat metodu pro rata fuq id-dħul iġġenerat, li jagħti l-istess riżultat.

(148)

Il-Kummissjoni lanqas ma tikkunsidra li jeħtieġ li tanalizza biss ir-redditu mill-kapital addizzjonali ta' EUR [75-100] miljun u teskludi l-EUR [45-75] miljun allokati għall-attività tar-riskji għal żmien qasir qabel it-trasferiment taħghom lil SA Ducroire. Fil-fatt, l-ONDD seta' jiddeċiedi li jwaqqaf l-attività tiegħu marbuta mar-riskji għal żmien qasir u jirkupra l-ammont ta' kapital allokat lil din l-attività f'dak iż-żmien, jiġifieri EUR [45-75] miljun (68). Dawn il-EUR [45-75] miljun ma jistgħux għalhekk jitqiesu bħala spiża mġarrba fil-passat u li ma tistax tiġi rkuprata (“spejjeż mitlufa”).

(149)

Fil-premessi li ġejjin, il-Kummissjoni sejra turi li r-redditu mistenni ta' EUR 150 miljun ma kienx suffiċjenti sabiex jikkonvinċi lil investitur privat jagħmel investiment bħal dan. B'mod sussidjarju, hija sejra turi li, anki jekk wieħed jikkunsidra li l-attività tar-riskji kummerċjabbli kienet tgawdi virtwalment minn kapital ta' EUR [45-65] miljun (EUR 36,6 miljun u EUR [10-25] miljun) u mill-benefiċċji mistennija marbuta ma' din l-attività speċifika, ir-redditu mistenni minn din l-attività kien ukoll insuffiċjenti.

(150)

Il-kriterju tal-investitur privat f'ekonomija tas-suq għandu jkun applikat ex ante . Huwa fil-mument li ngħatat l-injezzjoni ta' kapital li jeħtieġ li wieħed iqiegħed lilu nnifsu sabiex jivvaluta jekk investitur privat kienx huwa wkoll jagħmel tali injezzjoni. Fl-evalwazzjoni tal-kriterju tal-investitur privat, jeħtieġ li wieħed iżomm lura milli jikkunsidra żviluppi wara l-injezzjoni tal-kapital. Barra minn hekk, il-konformità mal-kriterju tal-investitur privat f'ekonomija tas-suq tista' tintwera permezz ta' pjan ta' direzzjoni tan-negozju ex ante li abbażi tiegħu ttieħdet id-deċiżjoni li jsir l-investiment (69). Skont ġurisprudenza reċenti (70), Stat Membru jista' biss jinvoka elementi oġġettivi u verifikabbli li jkun ikkunsidra, qabel jew fl-istess waqt tad-deċiżjoni li jinvesti. Tista' tkun meħtieġa, f'dan ir-rigward, evidenza li turi li din id-deċiżjoni hija bbażatat fuq valutazzjonijiet ekonomiċi komparabbli ma' dawk li investitur privat raġonevoli, li jsib ruħu f'sitwazzjoni komparabbli, kien jistabbilixxi qabel li jagħmel l-imsemmi investiment sabiex jiddetermina r-redditu futur tiegħu. Iżda, il-valutazzjonijiet ekonomiċi stabbiliti wara l-għoti tal-imsemmi vantaġġ, l-osservazzjoni retrospettiva tar-redditu effettiv tal-investiment magħmul jew tal-ġustifikazzjonijiet sussegwenti tal-għażla tal-metodu fil-fatt magħżul mhumiex biżżejjed sabiex jiġi stabbilit li Stat Membru ħa d-deċiżjoni tal-investiment bħal azzjonist privat f'ekonomija tas-suq.

(151)

Minħabba li ebda investitur privat ma kien involut fil-miżura inkwistjoni u li SA Ducroire mhijiex elenkata fil-Borża, il-parametru li għandu jiġi vvalidat huwa r-redditu mistenni mill-investiment, kif jista' jkun mistenni fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli u tal-iżviluppi prevedibbli f'dak iż-żmien (kif jidher, fil-prinċipju, fil-pjan ta' direzzjoni tan-negozju definit mill-ONDD fl-2004). Fil-fatt, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti (71) u l-prattika deċiżjonali tal-Kummissjoni (72), il-fatt li l-injezzjoni ta' kapital tkun allegatament meħtieġa għall-insegwiment tal-attività tal-kumpanija jew għall-kapitalizzazzjoni adegwata tal-attività, skont ir-regoli prudenzjali jew l-istima tar-riskji mġarrba, ma jippermettix li wieħed jikkunsidra li l-kriterju tal-investitur privat f'ekonomija tas-suq huwa ssodisfat. Investitur privat f'kundizzjonijiet normali tas-suq ma jagħmilx din l-injezzjoni ta' kapital ħlief jekk ir-redditu mistenni jkun suffiċjenti, meta ssir din l-injezzjoni, minħabba l-informazzjoni disponibbli u l-iżviluppi prevedibbli f'dan il-mument speċifiku (73). Il-Kummissjoni tosserva għalhekk li l-argumenti mressqa mill-Belġju sabiex jiġġustifika li livell ta' kapital ta' EUR 150 miljun kien “meħtieġ” ekonomikament u/jew abbażi tar-regoli prudenzjali huma irrilevanti sabiex juru li dan l-investiment kien jippreżenta redditu suffiċjenti għal investitur tas-suq.

(152)

L-awtoritajiet Belġjani jibbażaw l-analiżi tagħhom tar-redditu fuq il-pjan ta' direzzjoni tan-negozju tat-28 ta' Settembru 2004. Iżda l-ħolqien ta' SA Ducroire jġib id-data tat-23 ta' Settembru 2004. Madankollu fir-realtà bdiet biss l-attivitajiet ekonomiċi tagħha fl-1 ta' Jannar 2005, minħabba li l-portafoll tar-riskji għal żmien qasir baqa' jappartjeni għall-ONDD sal-31 ta' Diċembru 2004, id-data li fiha ġie trasferit. Għaldaqstant wieħed jista' jikkunsidra li sa ftit qabel din id-data, l-ONDD seta' jbiddel id-deċiżjoni tiegħu li jinvesti f'din l-attività billi ma jittrasferixxix ir-riskji inkwistjoni u jillikwida l-entità ġuridika li kienet għadha kemm inħolqot. Għalhekk huwa aċċettabbli li wieħed jikkunsidra l-pjan ta' direzzjoni tan-negozju tal-ONDD tat-28 ta' Settembru 2004, kif jitolbu l-awtoritajiet Belġjani.

(153)

Jirriżulta min-noti u l-minuti tal-2004 li d-deċiżjoni tal-ONDD li tipprovdi lil SA Ducroire b'kapital ta' EUR 150 miljun kienet tissodisfa essenzjalment ir-rieda tal-ONDD li jipprovdi lis-sussidjarja tiegħu kapital inizjali meqjus “adegwat” għall-iżvilupp tal-attivitajiet tagħha u għal […] — “kapital imħallas ta' EUR 100 miljun huwa biżżejjed biex titwettaq l-attività għal perjodu qasir ta' poloz globali esportaturi sal-2007 iżda dan għandu jiġi rivedut wara dan il-perjodu” (74), mingħajr ma attwalment u speċifikament jintwera li r-redditu futur mistenni kien suffiċjenti mill-perspettiva ta' investitur privat. F'termini ta' analiżi tar-redditu mistenni, jidher li riżultat pożittiv antiċipat għall-attivitajiet kollha fl-ewwel tliet snin biss kien biżżejjed biex jikkonvinċi lill-ONDD jagħmel l-investiment.

(154)

Fil-fatt, skont il-projezzjonijiet tax-xenarju B tal-pjan ta' direzzjoni tan-negozju tat-28 ta' Settembru 2004, l-ONDD kien qed jistenna ROE fuq l-attivitajiet kollha ta' 1,3 % sa 1,9 % għas-snin 2005, 2006 u 2007 skont ix-xenarju “dinamiku — tkabbir ta' 6 %” tal-pjan ta' direzzjoni tan-negozju tat-28 ta' Settembru 2004 (l-ROE qabel iil-provvediment ta' ugwalizzazzjoni kien jammonta għal 2,8-4,3 %) (ara t-Tabella 4). Għandu jiġi nnutat li dan ir-redditu huwa kkalkulat abbażi ta' kapital ta' EUR 100 miljun mingħajr ma jitqiesu l-EUR 50 miljun mhux imħallsa, li jagħti riżultat ta' redditu akbar milli huwa fir-realtà. Ir-rata ta' redditu mistenni fil-projezzjonijiet finanzjarji tal-20 ta' April 2004 ma kinitx ogħla (ara t-Tabella 3).

(155)

Fid-dawl ta' dak li ntqal, jidher li r-redditu mistenni tal-futura SA Ducroire ma kienx biżżejjed biex jikkonvinċi lil investitur privat f'ekonomija tas-suq jagħmel investiment bħal dan. Fil-fatt, ir-redditu mistenni kien inqas mir-rata mingħajr riskju (redditu tal-bonds tal-Istat Belġjan fit-tul) għall-ewwel tliet snin (ir-rata medja tal-bonds tal-Istat Belġjan fit-tul fl-2004 kienet ta' 4,15 % (75)). Anki jekk wieħed jikkunsidra l-provvediment ta' ugwalizzazzjoni, ir-rata tar-redditu mistenni kienet biss tilħaq ir-rata mingħajr riskju.

(156)

Investitur privat f'ekonomija tas-suq ma jaċċettax redditu daqstant baxx matul l-ewwel snin sakemm ma jkunx jista' raġonevolment jistenna kumpens ieħor permezz ta' qligħ ferm ogħla mill-medja tas-settur, b'mod li r-ritorn totali fuq l-investiment (wara l-applikazzjoni ta' rata ta' skont xierqa) ikun suffiċjenti (76).

(157)

Madankollu, ma kien hemm l-ebda studju serju fl-2004 li fuqu wieħed seta' jistenna li dan ir-redditu inizjali baxx kien ser ikun ikkumpensat minn redditu ferm aktar ogħla fis-snin segwenti. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-projezzjonijiet finanzjarji disponibbli dak iż-żmien kienu juru ċerta linearità fil-prestazzjonijiet bejn l-2005 u l-2007, jew għall-inqas tkabbir bil-mod (ara t-Tabella 4), u għalhekk ma kien hemm xejn fuq xiex wieħed jassumi titjib rapidu tar-riżultati għas-snin ta' wara l-2007. F'dan ir-rigward, ta' min jinnota li l-ħolqien tas-sussidjarja SA Ducroire ma jistax jitqies bħala l-bidu ta' negozju ġdid peress li kien previst dak iż-żmien li hija għandha tkompli l-attivitajiet li qabel kienu jsiru mill-kumpanija prinċipali u l-assi u l-obbligazzjonijiet korrispondenti ġew sempliċement trasferiti mill-ONDD għal SA Ducroire għal dan l-iskop. Din il-konklużjoni hija bbażata wkoll fuq il-mod li bih tħejjew il-projezzjonijiet finanzjarji dak iż-żmien. Jirriżulta li fl-2004, l-ONDD, meta kien qed jagħmel il-projezzjonijiet finanzjarji tal-futura SA Ducroire, ibbaża ruħu fuq il-prestazzjonijiet tal-passat tal-attività inkwistjoni (riskji għal żmien qasir, inklużi r-riskji kummerċjabbli) fi ħdan l-ONDD. Is-suppożizzjonijiet f'termini ta' primjums u ta' spejjeż kienu bbażati l-aktar fuq il-medja tad-dejta finanzjarja storika tal-ħames snin preċedenti, ħlief għal ċerti aġġustamenti marbuta mal-bidliet fiċ-ċirkostanzi tas-suq, bħal pereżempju t-tnaqqis fuq primjums għar-riskji li saru kummerċjabbli fl-2004 wara s-sħubija fl-Unjoni Ewropea tal-għaxar Stati Membri ġodda.

(158)

Barra minn hekk, jirriżulta min-noti interni li kien previst li t-total tal-kapital imħallas ta' EUR 100 miljun ikun assorbit l-aktar mit-tkabbir progressiv tal-attivitajiet imwettqa mill-ONDD fil-passat u dan sal-aħħar tas-sena 2007 (ara l-premessa (61)). Dan kien għalhekk it-tkabbir organiku tal-attivitajiet eżistenti (ma kienet prevista l-ebda espansjoni lejn attivitajiet oħrajn aktar profittabbli fl-2004).

(159)

F'dak li jirrigwarda l-kapital sottoskritt iżda mhux imħallas (ta' EUR 50 miljun), ma tħejja l-ebda proġett preċiż għall-użu ta' dan il-kapital f'dak iż-żmien u, għalhekk, ma saret l-ebda projezzjoni dwar ir-redditu mistenni minn dan il-kapital. Barra minn hekk la l-akkwist ta' KUP u lanqas b'mod aktar ġenerali strateġija ta' akkwisti ma ġiet ikkunsidrata meta ngħata l-kapital lil SA Ducroire.

(160)

Wieħed għandu jinnota wkoll li l-projezzjonijiet għall-perjodu 2005-2014 saru biss ex post, wara li l-Kummissjoni bdiet il-proċedura ta' investigazzjoni formali. Fil-fatt l-uniċi projezzjonijiet finanzjarji li saru ex ante mill-ONDD kienu limitati għal perjodu ta' tliet snin (l-ewwel tliet snin ta' attività tal-futura SA Ducroire, jiġifieri s-snin 2005, 2006 u 2007), perjodu relattivament qasir biex jissodisfa l-ħtiġijiet ta' investitur privat.

(161)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li r-redditu mistenni mill-kapital ma kienx suffiċjenti, u għalhekk is-EUR 36,6 miljun jikkostitwixxu vantaġġ favur l-attività tar-riskji kummerċjabbli ta' SA Ducroire.

(162)

B'mod sussidjarju, il-Kummissjoni tanalizza fil-premessi li ġejjin ir-redditu mistenni mill-attività tar-riskji kummerċjabbli.

(163)

Il-Kummissjoni tinnota li, skont l-Anness 9 għan-nota strateġika tat-28 ta' Settembru 2004, il-projezzjonijiet finanzjarji kif stabbiliti mill-ONDD kienu jipprovdu riżultat negattiv għall-attività ta' assigurazzjoni relatata mar-riskji kummerċjabbli (jiġifieri għall-pajjiżi b'riskji kummerċjabbli skont il-Komunikazzjoni dwar l-assigurazzjoni ta' esportazzjoni bi kreditu għal żmien qasir)  (77) għall-perjodu kollu pproġettat mill-2005 sal-2007 b'mod li l-attività tar-riskji mhux kummerċjabbli kienet tissussidja l-attività tar-riskji kummerċjabbli. Minn dan wieħed jiddeduċi, li l-istima tar-redditu tar-riskji kummerċjabbli kienet inqas minn dik stmata għall-attivatijiet kollha, li kienu huma stess insuffiċjenti għal investitur privat. Il-Kummissjoni tikkonkludi għalhekk li anki jekk tanalizza b'mod separat ir-redditu mistenni mill-attività tar-riskji kummerċjabbli fuq il-bażi tal-projezzjonijiet finanzjarji eżistenti fl-2004 (78), ikollha tikkonkludi li r-redditu mistenni kien negattiv, u għalhekk bla dubju insuffiċjenti sabiex jikkonvinċi investitur privat jagħmel investiment bħal dan.

(164)

L-awtoritajiet Belġjani jsostnu, għar-raġunijiet imsemmija fil-premessa (74), li l-projezzjonijiet ta' Settembru 2004 ma għandhomx jiġu kkunsidrati għall-analiżi tar-redditu tal-attivitajiet kummerċjabbli u mhux kummerċjabbli peress li “jagħtu riżultati assurdi”. L-awtoritajiet Belġjani jgħidu li l-metodu, kif żviluppat fl-2011, biex jaqsam ir-riskji kummerċjabbli u mhux kummerċjabbli jirrifletti aħjar ir-raġunament li investitur privat seta' jsegwi meta ttieħdet id-deċiżjoni fl-2004. L-awtoritajiet Belġjani qishom għalhekk qegħdin jissuġġerixxu a posteriori li l-projezzjonijiet tal-2004 għar-riskji kummerċjabbli (79) kienu bbażati fuq suppożizzjonijiet żbaljati. Fil-fatt, ir-rata ta' pretensjonijiet prevista kienet għolja iżda kostanti filwaqt li l-livell tal-primjums previst (li suppost kellhom iħallsu r-riskji), kien ferm imnaqqas. Minn dan kien jirriżulta proporzjon ta' telf (“Loss ratio”) ta' 94 %. Il-Kummissjoni ma tistax taċċetta tibdil retrospettiv tar-redditu ipproġettat ta' attività (ara l-premessa (150)). B'mod sussidjarju, il-Kummissjoni tinnota li dan l-argument tal-awtoritajiet Belġjani jerġa' jikkonferma li ma saritx analiżi serja saparata tar-redditu mistenni għar-riskji kummerċjabbli u li għalhekk, għal applikazzjoni korretta tal-prova tal-investitur privat, jeħtieġ li jiġi analizzat ir-redditu tal-kapital kollu mogħti lil SA Ducroire.

(165)

Il-Kummissjoni tinnota b'mod għal kollox sussidjarju li, anki kieku kellha tikkunsidra l-projezzjonijiet tar-riżultat tal-attività tar-riskji kummerċjabbli kif riveduti u ppreżentati mill-awtoritajiet Belġjani fl-2011 (80) — li l-Kummissjoni ma taċċettax peress li dawn ma kinux jeżistu fiż-żmien tal-investiment — u, tiddividi dan ir-riżultat bil-kapital relatat mar-riskji kummerċjabbli kif stmat mill-Kummissjoni (jiġifieri EUR [45-65] miljun), l-ROE stmat għall-2005-2007 jibqa' taħt ir-rata mingħajr riskju.

(166)

L-istima tar-redditu mistenni, kif indikata fil-premessa preċedenti, hija bbażata fuq il-kapital kollu stmat relatat mar-riskji kummerċjabbli, inkluż il-porzjon mhux imħallas tal-kapital, għall-kuntrarju tal-kalkoli ta' redditu li saru mill-ONDD. L-argument tal-awtoritajiet Belġjani (ara l-premessa (79), li l-porzjon tal-kapital sottoskritt fl-2004 iżda mħallas fl-2009 ma għandux jiġi kkunsidrat fil-kalkoli tal-profittabbiltà stmata qabel l-2009 ma jistax jiġi aċċettat. Fil-fatt, għalkemm dan il-kapital ma tħallasx fl-2004, dan seta' jitħallas fi kwalunkwe ħin peress li kien ġie sottoskritt malli nħolqot SA Ducroire. Investitur privat f'ekonomija tas-suq jitlob għalhekk kumpens għar-riskji assoċjati ma' dan l-investiment, peress li jista' jitlef l-investiment kollu tiegħu jew parti minnu f'każ ta' falliment. Għaldaqstant il-kalkoli tal-awtoritajiet Belġjani ma jistgħux ikunu aċċettati.

(167)

Madankollu, wieħed għandu jirrikonoxxi li dan l-investitur jista' jqiegħed l-ammont tal-kapital mhux imħallas li jikkorrispondi għall-investiment tiegħu, u dan sakemm ma jitħallasx il-kapital, f'investimenti mingħajr riskju, likwidi għal żmien qasir jew medju, u b'hekk igawdi mir-rata ta' redditu applikabbli għal dan it-tip ta' investiment. Minn dan jirriżulta li tali investitur jistenna kumpens għal investiment f'kapital mhux imħallas li jikkorrispondi biss għall-primjum tar-riskju tal-kumpanija li qed jinvesti fiha (jiġifieri d-differenza bejn ir-rata ta' redditu mistenni ta' investiment f'kapital f'kumpanija simili u r-rata ta' redditu ta' investimenti mingħajr riskju likwidi għal żmien qasir sa medju) (81).

(168)

Għaldaqstant, ir-redditu mistenni minn investiment f'kapital, li jkun parzjalment imħallas, għandu jiġi stmat billi wieħed jikkunsidra l-kapital kollu sottoskritt, iżda bl-aġġustament tar-riżultat ta' rata ta' redditu mistenni għall-kapital mhux imħallas. Il-Kummissjoni simulat diversi xenarji fosthom il-każ l-aktar favorevoli għar-redditu mistenni, jiġifieri dak li jikkonsisti li taċċetta li, fuq il-EUR [45-65] miljun li kienu ta' benefiċċju għall-attività relatata mar-riskji kummerċjabbli, EUR [10-25] miljun biss tħallsu fl-2004 (jiġifieri l-kapital li kien diġà ta' benefiċċju għall-attività marbuta mar-riskji kummerċjabbli fi ħdan l-ONDD) u l-eċċess ta' EUR 36,6 miljun kien ikkunsidrat bħala kapital mhux imħallas u għalhekk kien jeħtieġ biss primjum ta' riskju. Din is-simulazzjoni saret biż-żieda, mar-redditu mistenni tal-attivitajiet kummerċjabbli, tad-dħul li jikkorrispondi għar-redditu ta' investiment mingħajr riskju għal żmien medju li jammonta għal EUR 36,6 miljun. B'mod aktar eżatt, mar-riżultat provviżorju tal-attivitajiet kummerċjabbli (82) jiżdied il-porzjon tal-kapital mhux imħallas immultiplikat bir-rata ta' redditu mistenni dak iż-żmien għal investimenti mingħajr riskju likwidi għal żmien medju (83). Wara dan l-ammont huwa diviż bil-kapital medju li huwa ta' benefiċċju għall-attività relatata mar-riskji kummerċjabbli. B'hekk, wieħed jikseb redditu azzjonarju medju (“return on average equity” jew “ROAE”) stmat għall-investiment ta' madwar 4 % għall-2005-2007. Ir-redditu mistenni, ikkalkulat b'dan il-mod, bil-kemm jilħaq ir-rata medja tal-bonds tal-Istat Belġjan fit-tul fl-2004 (ara l-premessa (155)).

(169)

Anki jekk wieħed juża rata ta' investiment ta' 3,5 %, kif jissuġġerixxi l-Belġju (ara l-premessa (80)), ir-redditu mistenni ma jinbidilx b'mod sinifikanti u ma jilħaqx l-ispiża tal-kapital stmata mill-Belġju nnifsu.

(170)

Ir-redditu stmat (imsemmi fil-premessa (168)) jikkunsidra l-għotjiet għall-provvediment ta' ugwalizzazzjoni għall-kuntrarju ta' dak li jirrakkomandaw l-awtoritajiet Belġjani. Peress li l-kostituzzjoni ta' din id-dispożizzjoni, imposta mill-awtoritajiet prudenzjali Belġjani, għandha l-għan li tibbilanċja r-riżultati fiż-żmien u tkopri telf futur li jista' jirriżulta mill-attività futura, huwa aktar xieraq li jiġu kkunsidrati fil-kalkolu tar-redditu. L-approċċ tal-Kummissjoni huwa konformi mal-approċċ tal-kontabilità, li jikkunsidra din id-dispożizzjoni bħala spiża li tnaqqas il-profitt. Anki kieku ma jiġix ikkunsidrat (bħala spiża fl-istima tal-profitt), ir-redditu mistenni ma jilħaqx l-ispiża tal-kapital stmat mill-awtoritajiet Belġjani nfushom (f'din id-deċiżjoni, il-Kummissjoni ma tiddeċidix dwar il-validità tal-istima magħmula mill-awtoritajiet Belġjani tal-ispiża tal-kapital peress li r-raġunament spjegat f'din id-deċiżjoni ma jibbażax fuq din il-figura).

(171)

Jidher għalhekk li anki jekk jintużaw l-elementi mressqa mill-awtoritajiet Belġjani — elementi li l-Kummissjoni tqis żbaljati — ir-redditu mistenni mill-attività marbuta mar-riskji kummerċjabbli kien insuffiċjenti sabiex jikkonvinċi investitur privat f'ekonomija tas-suq li jagħmel investiment bħal dan.

(172)

B'mod sussidjarju, rigward il-metodu rakkomandat mill-awtoritajiet Belġjani, bħala parti mit-tweġiba tagħhom għat-talba ta' informazzjoni tal-Kummissjoni ta' Diċembru 2007, biex jiġi stmat ir-redditu, jiġifieri l-proporzjon ROR, il-Kummissjoni tinnota li dan il-proporzjon ma ntużax fil-projezzjonijiet finanzjarji ex ante (il-pjan ta' direzzjoni tan-negozju) tal-ONDD. Barra minn hekk, proporzjon bħal dan jenfasizza d-dħul tekniku fuq il-fatturat, ma jikkunsidrax il-kapital investit u ma jindikax ir-redditu meta mqabbel ma' dan tal-aħħar. Lanqas ma jikkunsidra r-riżultat tal-attivitajiet purament finanzjarji, li madankollu jagħmel parti mir-redditu tal-kontabilità u li jitqassam lill-azzjonisti. Investitur tal-ekwità (bħal azzjonist) ma kienx juża din ir-rata waħdanija — li ma tindikax ir-redditu tal-ekwità jew dak tal-ammonti investiti — sabiex jivvaluta r-redditu tal-investiment li jkun ħaseb li jagħmel.

(173)

B'konklużjoni, is-EUR 36,6 miljun jikkostitwixxu vantaġġ mogħti mill-ONDD lil SA Ducroire fil-forma ta' kapital, li ma kinitx tikseb fuq is-suq bl-istess kundizzjonijiet.

V.1.2.   Kawżalità u riżorsi tal-Istat

(174)

L-allokazzjoni ta' kapital favur SA Ducroire hija deċiżjoni tal-ONDD imputabbli lill-Istat Belġjan peress li l-ONDD hija “istituzzjoni pubblika awtonoma” fis-sens tal-liġi pubblika Belġjana, imwaqqfa minn liġi organika tal-31 ta' Awwissu 1939. Il-membri tal-Bord tad-Diretturi tiegħu jinħatru (b'digriet deliberat fil-Kunsill tal-Ministri) u jistgħu jiċċaħdu mir-Re tal-Belġju (li jistabbilixxi wkoll il-ħlas u l-emolumenti tagħhom) fuq proposta, fil-parti l-kbira tagħhom, tal-Ministri federali responsabbli u tal-gvern reġjonali tat-tliet reġjuni tal-Belġju (84). Deskritti bħala “delegati ministerjali” il-membri tal-Bord tad-Diretturi maħtura fuq proposta tal-ministri responsabbli jistgħu, waqt id-deliberazzjonijiet tal-Bord tad-Diretturi, jissospendu d-deċiżjonijiet li huma jqisu kuntrarji għall-interessi tal-Istat. F'dan il-każ, id-delegat ministerjali li jkun issospenda d-deċiżjoni jirrapporta minnufih lill-ministru li tiegħu għandu l-mandat. Fl-aħħar nett, l-ONDD jibbenefika mill-garanzija tal-Istat Belġjan u jista' jintervjeni f'isem l-Istat Belġjan.

(175)

Għaldaqstant l-Istat Belġjan, irrappreżentat fil-Bord tad-Diretturi tal-ONDD u nnotifikat dwar id-deċiżjonijiet li jittieħdu fih, kien direttament involut fil-miżura ta' allokazzjoni tal-kapital lil SA Ducroire mill-ONDD. L-awtoritajiet Belġjani ma kkontestawx l-imputabbiltà lill-Istat Belġjan tal-miżura ta' allokazzjoni ta' kapital.

(176)

L-allokazzjoni ta' kapital lil SA Ducroire mill-ONDD, entità pubblika li l-imġiba tagħha hija imputabbli lill-Istat Belġjan, tikkostitwixxi għalhekk riżorsa tal-Istat fis-sens tal-Artikolu 107 tat-TFUE.

V.1.3.   Selettività

(177)

L-allokazzjoni ta' kapital li seħħet fl-2004 hija selettiva peress li hija tibbenefika direttament u biss lil SA Ducroire.

V.1.4.   Distorsjoni tal-kompetizzjoni

(178)

Peress li l-ONDD alloka l-kapital inkwistjoni mingħajr ma stenna redditu suffiċjenti, SA Ducroire ibbenefikat minn vantaġġ kompetittiv meta mqabbla ma' korpi privati tal-assigurazzjoni tal-kreditu li l-azzjonisti tagħhom jistennew ritorn fuq l-investiment tagħhom li jkun daqs ir-ritorn fuq l-investiment li jistgħu jiksbu minn investimenti komparabbli.

(179)

Fuq kollox, SA Ducroire ma kinitx tkun kapaċi tikseb kapital bħal dan fuq is-suq minħabba li r-redditu tal-investiment kien insuffiċjenti. Dan ifisser li, mingħajr il-kapital injettat mill-Istat permezz tal-ONDD, SA Ducroire ma kinitx tkun tista' testendi l-attivitajiet tagħha fuq is-suq kif fil-fatt għamlet.

(180)

F'dan ir-rigward, il-punt 3.2 tal-Komunikazzjoni dwar l-assigurazzjoni ta' esportazzjoni bi kreditu jispeċifika li l-injezzjonijiet ta' kapital mill-Istat mogħtija lil ċerti kumpaniji, u li jinvolvu element ta' għajnuna mill-Istat jekk dan tal-aħħar ma jaġixxix bħal investitur privat f'ekonomija tas-suq, joħolqu distorsjoni fil-kompetizzjoni.

(181)

B'mod konformi mal-ġurisprudenza tal-Qorti, titjib fil-pożizzjoni kompetittiva ta' kumpanija wara għajnuna mill-Istat jikkostitwixxi ġeneralment il-prova ta' distorsjoni tal-kompetizzjoni fir-rigward tal-kumpaniji l-oħrajn li ma jkunux gawdew minn għajnuna simili (85).

(182)

L-appoġġ mogħti mill-Istat lill-ONDD fil-forma ta' allokazzjoni ta' kapital favur ir-riskji kummerċjabbli għaldaqstant joħloq distorsjoni jew jhedded li joħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni.

V.1.5.   Effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri

(183)

SA Ducroire tinsab f'kompetizzjoni ma' kumpaniji oħrajn tal-Unjoni Ewropea fuq is-suq tal-assigurazzjoni tal-kreditu. Dan kien japplika wkoll għall-ONDD f'dak li jirrigwarda r-riskji kummerċjabbli qabel ma SA Ducroire laqgħet l-attivitajiet ta' assigurazzjoni tal-kreditu mingħand l-ONDD għar-riskji għal żmien qasir, inklużi r-riskji kummerċjabbli.

(184)

Barra minn hekk, l-ONDD u SA Ducroire huma attivi fl-Istati Membri l-oħrajn, l-aktar permezz tal-akkwist ta' KUP, il-fergħa kummerċjali tal-aġenzija nazzjonali Ċeka ta' assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni.

(185)

Il-punt 3.2 tal-Komunikazzjoni dwar l-assigurazzjoni ta' esportazzjoni bi kreditu jindika li meta l-Istat jagħti lil xi korp tal-assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni, f'dak li jirrigwarda r-riskji kummerċjabbli, garanzija jew kapital mingħajr ma jaġixxi bħalma jagħmel investitur privat f'ekonomija tas-suq, tali garanzija jew tali injezzjoni ta' kapital tikkostitwixxi għajnuna li tfixkel il-kummerċ intrakomunitarju.

(186)

Skont ġurisprudenza kostanti, hemm effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri meta l-kumpanija jew il-kumpaniji li jibbenefikaw mill-għajnuna jwettqu l-attivitajiet tagħhom f'qasam miftuħ għall-kompetizzjoni u li huwa suġġett għall-kummerċ bejn l-Istati Membri (86).

(187)

Il-fatt li, fil-bidu ta' din il-proċedura, kompetitur minn Stat Membru ieħor li mhuwiex il-Belġju lmenta mid-distorsjoni tal-kompetizzjoni maħluqa mill-intervent ta' SA Ducroire fi Stat Membru ieħor (ir-Repubblika Ċeka) ikompli jikkonferma li SA Ducroire hija attiva f'settur soġġett għall-kummerċ bejn l-Istati Membri.

(188)

Għaldaqstant il-kummerċ bejn l-Istati Membri huwa affettwat biżżejjed mill-Miżura 3.

V.2.   L-ILLEGALITÀ TA' GĦAJNUNA POTENZJALI

(189)

Fid-dawl ta' dan li ntqal, il-Miżura 3 tikkostitwixxi għajnuna.

(190)

Il-Kummissjoni tqis li din l-għajnuna hija għajnuna ġdida li ma kinitx ġiet innotifikata lilha minn qabel, u allura għajnuna illegali.

(191)

L-ONDD issottoskriva l-kapital inkwistjoni f'Settembru 2004 u SA Ducroire irċeviet l-attività relatata mar-riskji għal żmien qasir (inklużi r-riskji kummerċjabbli) fl-1 ta' Jannar 2005.

(192)

Għaldaqstant din il-miżura:

hija wara d-data tas-17 ta' Settembru 1998 li minnha l-Belġju kien meħtieġ, minħabba li aċċetta l-Komunikazzjoni dwar l-assigurazzjoni ta' esportazzjoni bi kreditu, li ma jagħtix għajnuna ġdida u;

ma tibbenefikax mill-preskrizzjoni prevista mill-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 tal-Kunsill tat-22 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE peress li dan kien adottata inqas minn 10 snin ilu.

(193)

Il-porzjon tal-kapital ta' EUR 36,6 miljun mogħti mill-ONDD lil SA Ducroire, li ma ġiex innotifikat minn qabel lill-Kummissjoni, jikkostitwixxi għalhekk, mill-bidu, għajnuna ġdida illegali.

V.3.   VALUTAZZJONI TAL-KOMPATIBBILTÀ TA' KWALUNKWE GĦAJNUNA MAS-SUQ INTERN

(194)

Il-Kummissjoni tivverifika l-kompatibbiltà tal-Miżura 3 skont id-dispożizzjonijiet tal-Komunikazzjoni dwar l-assigurazzjoni ta' esportazzjoni bi kreditu, applikabbli f'dan il-perjodu. Il-Komunikazzjoni l-ġdida lill-Istati Membri dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-assigurazzjoni ta' esportazzjoni bi kreditu għal żmien qasir (minn hawn 'il quddiem “il-Komunikazzjoni l-ġdida dwar l-assigurazzjoni ta' esportazzjoni bi kreditu”), ippubblikata fid-19 ta' Diċembru 2012, tapplika mill-1 ta' Jannar 2013.

(195)

Fil-prinċipju, skont il-punti 3.2. u 4.1. tal-Komunikazzjoni dwar l-assigurazzjoni ta' esportazzjoni bi kreditu, id-derogi previsti mid-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar l-għajnuniet mill-Istat ma japplikawx għall-għajnuna mogħtija għall-assigurazzjoni tar-riskji kummerċjabbli. Fil-fatt, din l-għajnuna żgur toħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni bejn l-assiguraturi iżda twassal l-aktar għal “varjazzjonijiet fil-kopertura tal-assigurazzjoni li qiegħda għad-disposizzjoni għal riskji kummerċjabbli fi Stati Membri differenti, b'hekk ifixklu l-kompetizzjoni bejn kumpaniji fi Stati Membri u jkollhom effetti sekondarji fuq il-kummerċ intraKomunitarju irrispettivament ta' jekk esportazzjonijiet intraKomunitarji barra mil-Komunità humiex inkwistjoni. L-eċċezzjonijiet previsti fl-Artikolu 92 tat-Trattat ma japplikawx lil għajnuna għall-assigurazzjoni ta' riskji kummerċjabbli. L-effetti ta' tfixkil ta' din l-għajnuna fil-Komunità huma ta' importanza akbar minn kwalunkwe interess possibbli nazzjonali jew Komunitarju fl-appoġġ ta' esportazzjonijiet. (87). Fi kliem ieħor, fil-prinċipju din l-għajnuna mhijiex eliġibbli għal ebda eżenzjoni prevista fl-Artikolu 107(3) tat-TFUE, b'mod partikolari dik prevista fl-Artikolu 107(3)(c) — għaliex tikkostitwixxi distorsjoni kbira ħafna tal-kompetizzjoni fi ħdan is-suq intern.

(196)

Barra minn hekk, l-għajnuna inkwistjoni ma tissodisfax il-kundizzjonijiet biex tkun eliġibbli għal xi eżenzjoni jew diversi eżenzjonijiet previsti fl-Artikolu 107(3) tat-TFUE. B'mod partikolari, kif kien indikat fid-deċiżjoni tal-ftuħ, l-għajnuna inkwistjoni ma tistax tikkostitwixxi għajnuna għas-salvataġġ jew għar-ristrutturar skont il-Linji Gwida tal-Komunità dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta' kumpaniji f'diffikultà (88), b'mod partikolari minħabba r-raġunijiet li ġejjin:

1)

l-awtoritajiet Belġjani ma wrewx li SA Ducroire kienet eliġibbli għal għajnuna bħal din, jiġifieri, li kienet f'diffikultà fis-sens tal-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta' kumpaniji f'diffikultà. Ta' min jinnota wkoll li skont il-punt 12 ta' dawn il-linji gwida, il-kumpaniji meqjusa bħala li għadhom kemm jinħolqu mhumiex eliġibbli għal għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar.

2)

l-għajnuna ma kinitx limitata għall-minimu meħtieġ. B'mod partikolari, l-allokazzjoni ta' kapital lil SA Ducroire kienet għolja biżżejjed biex saħansitra tagħmel xi akkwisti. Il-pjan ta' direzzjoni tan-negozju kif ippreżentat fl-2004, fil-forma ta' noti interni, ma kienx jipprovdi l-kontribut proprju tal-benefiċjarju;

3)

il-pjan ta' direzzjoni tan-negozju għal SA Ducroire ma kien jipprovdi l-ebda miżura li tnaqqas id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni.

(197)

Id-dispożizzjonijiet tal-Komunikazzjoni l-ġdida dwar l-assigurazzjoni ta' esportazzjoni bi kreditu probabbilment mhumiex sejrin jaffettwaw il-valutazzjoni tal-Kummissjoni.

(198)

Għaldaqstant, il-miżura inkwistjoni ma tistax tkun iddikjarata kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3) tat-TFUE.

V.4.   L-OBBLIGU TA' AMMINISTRAZZJONI U KONTIJIET SEPARATI

(199)

Skont il-punt 4.3 tal-Komunikazzjoni dwar l-assigurazzjoni ta' esportazzjoni bi kreditu, sakemm l-attività ta' riskji mhux kummerċjabbli tgawdi mill-appoġġ tal-Istat, biex ikun żgurat li l-kapital allokat għall-attività relatata mar-riskji mhux kummerċjabbli ma jkunx ta' benefiċċju għall-attività relatata mar-riskji kummerċjabbli u allura ma jfixkilx il-kompetizzjoni, il-kumpanija għandha, mill-inqas, ikollha amministrazzjoni separata u żżomm kontijiet separati għall-attivitajiet tal-assigurazzjoni tar-riskji kummerċjabbli u dawk tar-riskji mhux kummerċjabbli.

(200)

Skont l-awtoritajiet Belġjani, l-attivitajiet għal żmien qasir ilhom jitwettqu mill-1 ta' Jannar 2005 fi ħdan SA Ducroire bħala parti mit-trasferiment ta' attività eżistenti bil-kapital eżistenti tagħha (mingħajr l-allokazzjoni ta' kapital supplimentari). B'mod sussidjarju, il-Belġju jikkunsidra li l-kapital ingħata taħt termini aċċettabbli għal investitur privat. Peress li, skont l-awtoritajiet Belġjani, SA Ducroire ma tgawdix mill-appoġġ tal-Istat — anki għall-attività relatata mar-riskji mhux kummerċjabbli li twettaq -, mhux meħtieġ li jinżammu kontijiet separati.

(201)

Fis-sezzjoni V.1.1.2, kien konkluż li l-kapital allokat għall-attività trasferita kien jammonta għal EUR [45-75] miljun u għalhekk kien hemm kapital addizzjonali ta' EUR [75-100] miljun, li minnhom EUR [35-65] miljun kienu ta' benefiċċju de facto għall-attività relatata mar-riskji mhux kummerċjabbli. Dawn il-EUR [35-65] miljun kienu esklużi mill-kwalifika ta' għajnuna għal din ir-raġuni. L-argument tal-awtoritajiet Belġjani li l-attività tar-riskji mhux kummerċjabbli ma tgawdix minn appoġġ tal-Istat għaldaqstant għandu jkun miċħud peress li ntweriet l-eżistenza ta' kapital addizzjonali li minnu bbenefikat parzjalment l-attività tar-riskji mhux kummerċjabbli. Barra minn hekk, il-projezzjonijiet finanzjarji tal-2004 għall-attività kollha ta' SA Ducroire kienu jipprovdu redditu mistenni aktar baxx mir-rata mingħajr riskju ta' dak iż-żmien (89). Ir-redditu mistenni għalhekk ma kienx suffiċjenti biex jissodisfa r-rekwiżiti ta' investitur privat f'ekonomija tas-suq. Għaldaqstant jista' jkun konkluż li l-attività relatata mar-riskji mhux kummerċjabbli kompliet tgawdi minn appoġġ mill-Istat.

(202)

Peress li l-attività tar-riskji mhux kummerċjabbli gawdiet u għadha tgawdi minn appoġġ mill-Istat, SA Ducroire kellha mill-ħolqien tagħha tikkonforma mal-punt 4.3 tal-Komunikazzjoni dwar l-assigurazzjoni ta' esportazzjoni bi kreditu li timponi amministrazzjoni u kontijiet separati li jagħmlu distinzjoni bejn l-attivitajiet relatati mar-riskji kummerċjabbli u dawk relatati mar-riskji mhux kummerċjabbli u dan sakemm tibqa' twettaq l-attività tagħha marbuta mar-riskji kummerċjabbli. Id-dispożizzjonijiet tal-Komunikazzjoni l-ġdida dwar l-assigurazzjoni ta' esportazzjoni bi kreditu jżommu dan l-obbligu (ara l-punt 15 tal-Komunikazzjoni l-ġdida dwar l-assigurazzjoni ta' esportazzjoni bi kreditu).

(203)

Għalhekk SA Ducroire kienet u baqgħet dejjem marbuta b'dan l-obbligu. Amministrazzjoni separata u kontijiet separati għall-attività tar-riskji mhux kummerċjabbli u dik tar-riskji kummerċjabbli għandhom għalhekk jiddaħħlu minnufih. Jekk ma jsirx dan, l-appoġġ ta' EUR [35-65] miljun mogħti lill-attività marbuta mar-riskji mhux kummerċjabbli jkollu jiġi kkwalifikat bħala għajnuna. Fil-fatt, il-konklużjoni ta' din id-deċiżjoni li dan l-ammont ta' EUR [35-65] miljun huwa ta' benefiċċju għall-attività relatata mar-riskji mhux kummerċjabbli hija bbażata fuq ċerti suppożizzjonijiet parzjalment mhux verifikabbli f'kuntest ta' rikostruzzjoni retrospettiva ta' kontijiet separati (fil-fatt, formalment ma teżisti l-ebda separazzjoni tal-kontijiet fi ħdan SA Ducroire). Il-Kummissjoni mhijiex sejra taċċetta aktar rikostruzzjoni retrospettiva bħal din jekk ikollha terġa' tinvestiga l-użu tal-kapital ta' SA Ducroire fil-futur. L-obbligu li jkun hemm amministrazzjoni separata u kontijiet separati għandu eżattament l-għan li jevita l-ħtieġa ta' tali studju retrospettiv li jibbaża neċessarjament fuq ċertu numru ta' suppożizzjonijiet parzjalment mhux verifikabbli.

(204)

Din id-deċiżjoni u b'mod partikolari l-kalkolu tal-ammont ta' EUR 36,6 miljun huma bbażati fuq kontijiet (karta tal-bilanċ u rapporti tal-introjtu) separati għar-riskji kummerċjabbli u mhux kummerċjabbli fil-31 ta' Diċembru 2011 kif ippreżentati mill-awtoritajiet Belġjani f'Mejju 2012. Għalhekk mhuwiex aċċettabbli li l-introduzzjoni ta' amministrazzjoni separata u kontijiet separati ssir abbażi ta' suppożizzjonijiet u metodi oħrajn ħlief dawk użati għad-determinazzjoni tal-ammonti ppreżentati taħt din il-proċedura. B'mod partikolari, mhuwiex aċċettabbli li wieħed jalloka lill-attività relatata mar-riskji mhux kummerċjabbli inqas kapital — u allura aktar kapital għall-attività relatata mar-riskji kummerċjabbli — minn dak imsemmi fil-karta tal-bilanċ separata tal-31 ta' Diċembru 2011 ippreżentata mill-awtoritajiet Belġjani f'Mejju 2012.

(205)

B'mod sussidjarju, il-Kummissjoni tenfasizza li n-nuqqas ta' kontijiet separati mill-ħolqien ta' SA Ducroire ikkomplika b'mod sinifikanti l-analiżi tal-Miżura 3 u ġiegħel lill-Kummissjoni tagħmel l-analiżi tagħha abbażi ta' ċerti suppożizzjonijiet. Minħabba li SA Ducroire kellha l-obbligu li żżomm kontijiet separati, din ma tistax tikkritika lill-Kummissjoni talli għamlet ċerti suppożizzjonijiet jew żviluppat approċċ ikkumplikat fl-analiżi tagħha. Fil-fatt, mingħajr dan l-approċċ ikkumplikat, il-Kummissjoni setgħet sempliċement tikkunsidra l-EUR [75-100] miljun kollha bħala vantaġġ skont l-Artikolu 107(1), tat-TFUE.

V.5.   L-OBBLIGU LI L-ATTIVITÀ MHUX KUMMERĊJABBLI MA TIKKONTRIBWIXXIX GĦALL-IRKUPRU TAL-GĦAJNUNA

(206)

F'din id-deċiżjoni, il-Kummissjoni eskludiet mill-kwalifika ta' għajnuna l-porzjon tal-kapital li kien ta' benefiċċju de facto għall-attività marbuta mar-riskji mhux kummerċjabbli, anki jekk din il-parti tal-kapital kienet appoġġ li ma kienx jissodisfa r-rekwiżiti ta' investitur privat. L-ammont tal-għajnuna mhux kompatibbli għalhekk ma jinkludix l- appoġġ lill-attivitajiet mhux kummerċjabbli. Huwa għalhekk fil-loġika ta' din id-deċiżjoni li l-irkupru tal-għajnuna mhux kompatibbli jkun strettament iffinanzjat mill-attivitajiet kummerċjabbli u l-kapital tiegħu, l-uniku mezz li permezz tiegħu tista' tiġi stabbilita mill-ġdid is-sitwazzjoni kompetittiva fuq is-suq tar-riskji kummerċjabbli li kienet teżisti qabel l-għoti tal-għajnuna mhux kompatibbli. Kif indikat qabel, dan l-irkupru għandu jsir fuq il-bażi tal-kontijiet separati b'mod konsistenti mal-kummenti tal-awtoritajiet Belġjani ta' Mejju 2012.

VI.   KONKLUŻJONIJIET

(207)

Il-Kummissjoni ssib li, fost it-tliet miżuri li dwarhom saret il-proċedura ta' investigazzjoni formali, il-Miżuri 1 u 2 (il-garanzija tal-Istat u t-trasferimenti interni possibbli ta' riżorsi favur ir-riskji kummerċjabbli fi ħdan l-ONDD) mhumiex għjanuna fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. Iżda, l-analiżi tal-Miżura 3 twassal għall-konklużjoni li teżisti għajnuna fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, li tammonta għal EUR 36,6 miljun. Peress li l-ONDD (f'isem l-Istat Belġjan) illegalment implimenta l-Miżura 3 bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE, u li din l-għajnuna mhijiex kompatibbli mas-suq intern, din trid tiġi rkuprata. L-irkupru ta' din l-għajnuna tkun iffinanzjat mill-attività marbuta mar-riskji kummerċjabbli ta' SA Ducroire.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-garanzija mogħtija mill-Belġju lill-ONDD li ma kinitx ta' benefiċċju għall-attività marbuta mar-riskji kummerċjabblu tal-ONDD, mhijiex għajnuna.

Artikolu 2

It-trasferimenti interni possibbli ta' riżorsi favur l-attività marbuta mar-riskji kummerċjabbli fi ħdan l-ONDD, li l-eżistenza tagħhom ma ġietx ippruvata, mhumiex għajnuna.

Artikolu 3

L-allokazzjoni inizjali f'kapital mogħtija mill-ONDD lil SA Ducroire u li tammonta għal EUR 113,4 miljun, ma tikkostitwixxix għajnuna.

Artikolu 4

L-allokazzjoni inizjali f'kapital mogħtija mill-ONDD lil SA Ducroire u li tammonta għal EUR 36,6 miljun, implimentata fit-23 ta' Settembru 2004 bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, hija għajnuna illegali u mhux kompatibbli mas-suq intern fis-sens tal-imsemmi Trattat.

Artikolu 5

1.   Il-Belġju, permezz tal-ONDD, huwa meħtieġ li jirkupra l-għajnuna msemmija fl-Artikolu 4 mingħand SA Ducroire. Il-Belġju huwa meħtieġ li jippreżenta dejta dettaljata — li tinkludi ċertifikat maħruġ minn kumpanija tal-verifika indipendenti li tivverifika dawn il-kontijiet — li turi li l-irkupru kien iffinanzjat esklussivament mill-attività marbuta mar-riskji kummerċjabbli ta' SA Ducroire.

2.   L-ammonti li għandhom jiġu rkuprati jkollhom imgħaxijiet mid-data li fiha saru disponibbli għal SA Ducroire (l-1 ta' Jannar 2005), sal-irkupru effettiv tagħhom.

3.   L-imgħaxijiet ikunu kkalkulati fuq bażi komposta skont il-Kapitolu V tar-Regolament (KE) Nru 794/2004 tal-Kummissjoni (90).

4.   L-irkupru tal-għajnuna jkun immedjat u effettiv.

Artikolu 6

Amministrazzjoni separata u kontijiet separati għall-attività marbuta mar-riskji mhux kummerċjabbli u dik marbuta mar-riskji kummerċjabbli jiddaħħlu minnufih u jinżammu sakemm l-attività marbuta mar-riskji mhux kummerċjabbli tibqa' tgawdi mill-appoġġ tal-Istat. Is-separazzjoni tal-kontijiet tikkunsidra dejta finanzjarja pprovduta mill-awtoritajiet Belġjani f'Mejju 2012. B'mod partikolari, it-tqassim tal-kapital li jirriżulta minn dan għandu jsir bl-istess mod bħalma sar f'Mejju 2012.

Artikolu 7

1.   Fi żmien xahrejn min-notifika ta' din id-deċiżjoni, il-Belġju jibgħat lill-Kummissjoni l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-ammont totali f'kapital u imgħax tal-għajnuna li għandu jirkupra mingħand SA Ducroire;

(b)

deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri li diġà ttieħdu u dawk previsti sabiex jikkonforma ma' din id-deċiżjoni;

(c)

id-dokumenti li juru li SA Ducroire ġiet ordnata tħallas lura l-għajnuna.

2.   Il-Belġju jżomm lill-Kummissjoni informata dwar il-progress tal-miżuri nazzjonali meħuda sabiex tiġi implimentata din id-deċiżjoni sal-irkupru sħiħ tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 4. Huwa jibgħat minnufih, fuq sempliċi talba tal-Kummissjoni, kull informazzjoni dwar il-miżuri li jkunu diġà ttieħdu u dawk previsti sabiex jikkonforma ma' din id-deċiżjoni. Huwa jipprovdi wkoll informazzjoni dettaljata dwar l-ammonti tal-għajnuna u l-imgħaxijiet diġà rkuprati mingħand SA Ducroire.

Artikolu 8

Il-Belġju jieħu l-miżuri meħtieġa biex jimplimenta din id-deċiżjoni fi żmien erba' xhur mid-data tan-notifika tagħha.

Artikolu 9

Din id-deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Marzu 2013.

Għall-Kummissjoni

Joaquín ALMUNIA

Viċi President


(1)  Mill-1 ta' Diċembru 2009, l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE saru rispettivament l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Fiż-żewġ każijiet, id-dispożizzjonijiet, fis-sustanza, huma identiċi. Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, ir-referenzi għall-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE għandhom jinftiehmu, jekk ikun hemm bżonn, bħala referenzi għall-Artikoli 87 u 88 rispettivament tat-Trattat KE. It-TFUE introduċa wkoll ċerti emendi fit-terminoloġija, bħal pereżempju s-sostituzzjoni ta' “Komunità” b'“Unjoni”, ta' “suq komuni” b'“suq intern” u ta' “Qorti tal-Prim'Istanza” b'“Qorti Ġenerali”. F'din id-deciżjoni qiegħda tintuża t-terminaloġija tat-TFUE.

(2)  ĠU C 163, 1.6.2011, p. 1.

(*)  Informazzjoni kunfidenzjali

(3)  ĠU C 163, 1.6.2011, p.1.

(4)  ĠU C 281, 17.9.1997, p. 4. Mill-1 ta' Jannar 2013, il-Kummissjoni bdiet tapplika l-Komunikazzjoni l-ġdida lill-Istati Membri dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-assigurazzjoni għall-esportazzjoni bi kreditu għal żmien qasir ippubblikata fid-19 ta' Diċembru 2012 (ĠU C 392, 19.12.2012, p. 1.).

(5)  Kemm pubbliċi kif ukoll mhux pubbliċi.

(6)  Ara l-punt 2.5 tal-Komunikazzjoni dwar l-assigurazzjoni għall-esportazzjoni bi kreditu.

(7)  Ara l-paġni 60 u 69 tal-Anness 8 tal-“Kummenti tal-Belġju dwar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-24 ta' Frar 2011” ippreżentati mill-awtoritajiet Belġjani fl-1 ta' Ġunju 2011.

(8)  Ara t-Taqsima 4.1.2.2.1 tad-deċiżjoni tal-ftuħ.

(9)  Dan il-kapital eskluż, relatat mar-riskji mhux kummerċjabbli, jinkludi l-kapital ta' SA Ducroire li, meta sar it-trasferiment tal-attivitajiet tal-assigurazzjoni tar-riskji għal żmien qasir lil SA Ducroire, kien ta' benefiċċju għall-attività tar-riskji relatati mad-debituri stabbiliti fir-Rumanija u fil-Bulgarija peress li dawn ir-riskji dak iż-żmien ma kinux kummerċjabbli, minħabba li dawn il-pajjiżi ssieħbu fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Jannar 2007, jiġifieri wara t-trasferiment tal-attivitajiet lil SA Ducroire.

(10)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Diċembru 2005 fil-każ N 531/2005 “Miżuri marbuta mal-ħolqien u l-funzjonament ta' la Banque Postale” (traduzzjoni mhux uffiċjali), premessa 54 (ĠU C 21, 28 ta' Jannar 2006, p. 2) disponibbi fuq is-sit: http://ec.europa.eu/eu_law/state_aids/comp-2005/n531-05.pdf.

(11)  Skont l-awtoritajiet Belġjani, l-ONDD kopra r-riskji fuq debituri fiż-Żona 1 sal-1993 ([…], ara n-nota ta' qiegħ il-paġna Nru 24) u waqaf joffri din il-kopertura minn dakinhar. Anki qabel l-1993, l-ONDD qatt ma kellu portafoll kbir ta' riskji kummerċjabbli.

(12)  Ara l-eżempju mogħti fil-paġni 13-14 tal-“Kummenti tal-Belġju dwar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-24 ta' Frar 2011” ippreżentati mill-awtoritajiet Belġjani fl-1 ta' Ġunju 2011.

(13)  Il-Kummissjoni Bankarja, Finanzjarja u tal-Assigurazzjoni (CBFA) inħolqot mill-integrazzjoni tal-Uffiċċju tas-sorveljanza tal-assigurazzjonijiet (OCA) fi ħdan il-Kummissjoni Bankarja u Finanzjarja (CBF) fl-1 ta' Jannar 2004.

(14)  Kjarifika tal-Kummissjoni: l-awtoritajiet Belġjani jirreferu għar-regola de minimis. L-Artikolu 108(3) tat-TFUE isemmi l-obbligu tan-notifika tal-għajnuna mill-Istat lill-Kummissjoni sabiex tistabbilixxi l-kompatibbiltà tagħhom mas-suq intern skont il-kriterji tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. Ir-regola de minimis tindika li hija eżenti minn dan l-obbligu l-għajnuna mogħtija fuq perjodu ta' tliet snin u li ma taqbiżx ċertu limitu. Fil-mument tal-applikazzjoni tal-Miżura 1 u tal-Miżura 2, il-limitu fis-seħħ kien iffissat għal EUR 100 000 mir-Regolament (KE) Nru 69/2001 tal-Kummissjoni tat-12 ta' Jannar 2001 dwar it-tħaddim tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE dwar għajnuna de minimis (ĠU L 10, 13.1.2001, p. 30).

(15)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna Nru 14.

(16)  Ara l-paġna 7 tad-dokument “Tweġiba tal-Belġju għall-ittra tal-Kummissjoni Ewropea tas-7 ta' Diċembru 2007 ippreżentat mill-awtoritajiet Belġjani fit-12 ta' Frar 2008” (L-awtoritajiet Belġjani jirreferu għalih fil-paġna 14 tas-sottomissjoni tagħhom tal-1 ta' Ġunju 2011).

(17)  Ara l-“Kummenti tal-Belġju dwar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-24 ta' Frar 2011” ippreżentati mill-awtoritajiet Belġjani fl-1 ta' Ġunju 2011, p. 22-24.

(18)  Id-dettalji tal-entrati trasferiti ġew ippreżentati mill-awtoritajiet Belġjani fl-14 ta' Frar 2007 fil-paġna 3 tan-nota tal-awtoritajiet Belġjani bi tweġiba għall-ittra tal-Kummissjoni tas-17 ta' Jannar 2007 fil-Każ CP 8/2007 (SA.22302) u huma inklużi fil-punt 70 tad-deċiżjoni tal-ftuħ.

(19)  ĠU L 77, 20 ta' Marzu 2002, p. 17 sa 22.

(20)  Ara t-“Tweġiba għall-mistoqsijiet tal-Kummissjoni Ewropea tat-28 ta' Lulju 2011” ippreżentata mill-awtoritajiet Belġjani fil-5 ta' Diċembru 2011, paġni 9 sa 11 (il-kalkoli dettaljati ġew ippreżentati fl-14 ta' Novembru 2011).

(21)  M.B. (Moniteur Belge), 4 ta' Ottubru 1939.

(22)  Dwar l-attivitajiet tal-ONDD imwettqa f'ismu bil-garanzija tal-Istat.

(23)  Ara t-“Tweġiba għall-mistoqsijiet tal-Kummissjoni Ewropea tat-28 ta' Lulju 2011.”, ippreżentata mill-awtoritajiet Belġjani fil-5 ta' Diċembru 2011, paġna 16.

(24)  Ara l-Anness B14 tat-“Tweġiba għall-mistoqsijiet tal-Kummissjoni Ewropea tat-28 ta' Lulju 2011” ippreżentata mill-awtoritajiet Belġjani fil-5 ta' Diċembru 2011.

(25)  Ara d-dokument ippreżentat mill-awtoritajiet Belġjani fl-1 ta' Ġunju 2011“Kummenti tal-Belġju dwar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-24 ta' Frar 2011”, p. 10: “Skont il-kategoriji wżati mill-ONDD, […]”.

(26)  Ara l-Anness 8 (paġna 70) u l-Anness 13 tal-“Kummenti tal-Belġju dwar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-24 ta' Frar 2011” ippreżentati mill-awtoritajiet Belġjani fl-1 ta' Ġunju 2011.

(27)  Ara l-paġna 28 tan-nota tal-istrateġija tat-28 ta' Settembru 2004 intitolata “Linji gwida strateġiċi għall-ONDD u l-kumpanija b'responsabbiltà limitata tiegħu” ippreżentata lill-Bord tad-Direttturi tal-ONDD u inkluża fl-Anness 10 tal-“Kummenti tal-Belġju dwar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-24 ta' Frar 2011” ippreżentati mill-awtoritajiet Belġjani fl-1 ta' Ġunju 2011.

(28)  ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1. Id-Direttiva Solvenza II daħlet fis-seħħ fis-6 ta' Jannar 2010.

(29)  Solvenza II hija riforma regolatorja Ewropea tal-industrija tal-assigurazzjoni. F'konformità mal-Basel II, l-għan tagħha hija li tadatta aktar l-ekwità meħtieġa mill-kumpaniji tal-assigurazzjoni u ta' riassiggurazzjoni bir-riskji li dawn iġarrbu fl-attività tagħhom. Wara Solvenza I li kienet tipprovdi marġini ta' solvenza iddeterminata mill-perċentwali fuq il-primjums u l-pretensjonijiet, ir-regolazzjoni tal-assigurazzjonijiet għaddiet għal regoli aktar komplessi li jinkludu r-riskju, kemm bl-applikazzjoni ta' formula standard, kif ukoll permezz tal-konsiderazzjoni ta' mudell intern. L-approċċ tal-formula standard bħalissa qiegħed jiġi definit u kkalibrat permezz tal-Quantitative Impact Studies (minn hawn 'il quddiem “QIS”). Dawn huma l-konsultazzjonijiet li jippermettu lill-Kumitat tas-Sorveljanti tal-Assigurazzjonijiet u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol Ewropej — (“the Committee of European Insurance and Occupational Pensions Supervisors” jew “CEIOPS”) li jittestja l-formuli u l-kalibrazzjonijiet proposti. Għall-kumpaniji li jixtiequ jagħżlu mudell intern, tkun meħtieġa validazzjoni mill-awtorità superviżorja minn qabel ma jiġi attwalment iddeterminat ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza –(“Solvency Capital Requirement” jew “SCR”) minn dan il-mudell intern.

(30)  Ara t-“Tweġiba għall-mistoqsijiet tal-Kummissjoni Ewropea tat-28 ta' Lulju 2011”, ippreżentata mill-awtoritajiet Belġjani fil-5 ta' Diċembru 2011, paġna 22.

(31)  Ara t-“Tweġiba għall-mistoqsijiet tal-Kummissjoni Ewropea tat-28 ta' Lulju 2011” sottomessa mill-awtoritajiet Belġjani fil-5 ta' Diċembru 2011, paġna 32.

(32)  Fil-parenteżi: rata ta' tkabbir annwali tal-attività mistennija fix-xenarju inkwistjoni

(33)  Il-ħtiġijiet ta' kapital għar-riskji kummerċjabbli u mhux kummerċjabbli mhumiex miżjuda biex jinħadem it-total peress li jeżisti limitu minimu assolut ta' EUR 3 miljun għas-snin 2004 sa 2006 u ta' EUR 3,2 miljun għas-snin 2007 sa 2009.

(34)  Ara d-dokumenti ppreżentati mill-awtoritajiet Belġjani fl-14 ta’ Novembru 2011 (fajls Excel, paġna “Kapital”). Jidher li l-metodu QIS 5 flimkien mal-mudell intern ġie użat biss sabiex jiġi ddeterminat il-kapital allokat għar-riskji kummerċjabbli u mhux kummerċjabbli fl-2005. Għas-snin ta’ wara l-2005, il-kapital ġie ddeterminat fi […]. Ta’ min jinnota li […], raġuni li għaliha r-riżultati huma identiċi bejn ix-xenarju 1A u 1B għall-2005. L-awtoritajiet Belġjani ma kkunsidrawx il-kapital mhux imħallas ta’ EUR 50 miljun qabel l-2009. Huma dawn il-figuri li ntużaw għall-kalkoli tar-“return on equity” fit-taqsima li ġejja.

(35)  Il-Kummissjoni nnutat xi żbalji fil-kalkolu fil-projezzjonijiet finanzjarji. B'mod partikolari, it-total tar-riżultati tal-attività tal-assigurazzjoni għall-ambiti differenti jvarja mill-ammont totali tar-riżultat tal-attività tal-assigurazzjoni għal SA Ducroire. Irriżultaw żbalji fit-totali fil-kalkolu tar-riżultat tal-attività tal-assigurazzjoni għal SA Ducroire kollha. Dawn id-differenzi madankollu ma għandhomx impatt materjali fuq l-istima tal-ROE.

(36)  Ara l-“Kummenti tal-Belġju dwar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-24 ta' Frar 2011” sottomessi mill-awtoritajiet Belġjani fl-1 ta' Ġunju 2011, Anness 10.

(37)  Ara t-“Tweġiba għall-mistoqsijiet tal-Kummissjoni Ewropea tat-28 ta' Lulju 2011” sottomessi mill-awtoritajiet Belġjani fil-5 ta' Diċembru 2011, paġna 33.

(38)  Il-kalkolu li għamel il-Belġju huwa dan li ġej għar-riskji kummerċjabbli: EUR 8 miljun + [(EUR 100 miljun — EUR 82 miljun) × (EUR 8 miljun/EUR 82 miljun)]. L-istess japplika għar-riskji mhux kummerċjabbli.

(39)  Ara l-kummenti tal-awtoritajiet Belġjani tal-14 ta' Novembru 2011 (fajls Excel “201105 P&L u Karta tal-Bilanċ tal-Business Plan Xenarju 1B”, paġni P&L_cessibles u PL_non_cessibles).

(40)  Jidher li l-metodu QIS 2005 flimkien mal-mudell intern intuża biss sabiex jiġi ddeterminat il-kapital allokat għar-riskji kummerċjabbli u mhux kummerċjabbli fl-2005. Il-kapital għas-snin 2006 u 2007 ġie ddeterminat fuq il-bażi tal-kapital tal-2005 flimkien mal-qligħ stmat akkumulat matul dak il-perjodu.

(41)  Ara d-dokument sottomess mill-awtoritajiet Belġjani fil-5 ta' Diċembru 2011“Tweġiba għall-mistoqsijiet tal-Kummissjoni Ewropea tat-28 ta' Lulju 2011”, paġni 38 u 39.

(42)  Ara l-“Kummenti tal-Belġju dwar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-24 ta' Frar 2011” sottomessi mill-awtoritajiet Belġjani fl-1 ta' Ġunju 2011, p. 38.

(43)  Mudell ta' valutazzjoni tal-assi finanzjarji (Capital Asset Pricing Model — CAPM).

(44)  L-atturi li għandhom attività stmata prinċipalment kummerċjabbli biss (jiġifieri ogħla minn 50 % f'termini ta' primjums jew ta' espożizzjoni totali skont id-disponibbiltà tal-informazzjoni) intgħażlu

(45)  Aġġustat bil-provvediment ta' ugwalizzazzjoni

(46)  Abbażi tal-informazzjoni ġeografika mibgħuta pereżempju espożizzjonijiet, primjums (tvarja skont il-kumpaniji)

(47)  Assoċjazzjonijiet internazzjonali tal-assiguraturi tal-kreditu

(48)  Primjums netti

(49)  Medja mhux ippeżata

(50)  Fl-2004 jew fil-futur qrib

(51)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna Nru (22).

(52)  Ara l-“Kummenti tal-Belġju dwar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-24 ta' Frar 2011” sottomessi mill-awtoritajiet Belġjani fl-1 ta' Ġunju 2011, p. 13-14.

(53)  Abbażi tal-Artikolu 2.2d tad-Direttiva tal-Kunsill 73/239/KEE (fis-seħħ dak iż-żmien), l-ONDD ma kellux jingħata l-approvazzjoni tal-OCA diment li l-operazzjonijiet tiegħu kienu koperti mill-garanzija tal-Istat Belġjan. Bit-twettiq, minn dakinhar, permezz tal-kont “kummerċjali”, ta' attivitajiet mhux garantiti mill-Istat Belġjan, l-ONDD ma baqax igawdi mill-eżenzjoni inkluża fl-Artikolu 2.2d u kellu jikseb l-approvazzjoni mill-OCA.

(54)  Ara l-paġna 15 tas-sottomissjoni tal-awtoritajiet Belġjani tal-1 ta' Ġunju 2011.

(55)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Diċembru 2005 fil-Każ N 531/2005 “Miżuri marbuta mal-ħolqien u l-funzjonament ta' Banque Postale”, ĠU C 21/2006 tat-28 ta' Jannar 2006, p. 2, disponibbli fuq is-sit: http://ec.europa.eu/eu_law/state_aids/comp-2005/n531-05.pdf.

(56)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna Nru 29.

(57)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna Nru 10.

(58)  Ara l-Anness 4 għall-kummenti tal-awtoritajiet Belġjani tal-1 ta' Ġunju 2011.

(59)  Ara l-paġni 62 u 70 tal-imsemmija nota (sottomessa fl-Anness 8 għall-kummenti tal-awtoritajiet Belġjani tal-1 ta' Ġunju 2011).

(60)  Ir-rapport Solvency 2 QIS 5 tas-CBFA (Marzu 2011) jindika fil-paġna 17 li ftit parteċipanti kienu kapaċi jipprovdu informazzjoni dwar l-użu tagħhom u l-karatteristiċi tal-mudelli interni u dan, peress li dawn il-mudelli għadhom qegħdin jiġu żviluppati. Barra minn hekk is-CBFA iddeċidiet li ma tikkonkludi xejn f'dan l-istadju. Dikjarazzjonijiet bħal dawn jissuġġerixxu li anki kumpaniji privati tal-assigurazzjoni għad għandhom diffikultà, sal-lum, sabiex jipproduċu mudelli interni għall-kalkolu tal-kapital sabiex ikopru ċerti riskji.

(61)  Ara l-paġni 11 u 13-16 tal-Anness 4 għall-kummenti tal-awtoritajiet Belġjani tal-1 ta' Ġunju 2011.

(62)  Ikkalkulat skont il-metodu wżat fl-2004 fuq il-bażi tal-impenji netti pproġettati għal tmiem l-2004. Id-dejta wżata għall-kalkolu tidher fil-paġna 16 tal-Anness 13 għall-kummenti tal-awtoritajiet Belġjani tal-1 ta' Ġunju 2011).

(63)  Kif huwa spjegat fil-premessa (140), preżentazzjoni alternattiva tkun tikkonsisti fl-esklużjoni tal-ammont kollu ta' EUR [45-75] miljun. Madankollu, biex ikun jista' jiġi kkalkulat il-porzjon tal-kapital li kien ta' benefiċċju għall-attività relatata mar-riskji kummerċjabbli fil-kapital addizzjonali ta' EUR [75-100] miljun, jeħtieġ li l-kapital eżistenti minn qabel jinqasam bejn ir-riskji kummerċjabbli u mhux kummerċjabbli. Dan huwa dovut għall-fatt li s-separazzjoni tal-kapital li huwa ta' benefiċċju għall-attività relatata mar-riskji kummerċjabbli u mhux kummerċjabbli ssir fuq il-kapital kollu (ara t-Tabella 2 u l-premessa (135)).

(64)  Il-figuri nkisbu bl-immultiplikar tal-impenji ta' tmiem tal-2004 bir-rata ta' ritensjoni (jew 100 % mingħajr ir-rata ta' bejgħ ta' riassigurazzjoni). Id-dejta ġejja mill-Anness 13 “Pjan finanzjarju 2005, 2006 u 2007 ippreżentat lis-CBFA” għad-dokument ippreżentat mill-awtoritajiet Belġjani fl-1 ta' Ġunju 2011, “Kummenti tal-Belġju dwar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-24 ta' Frar 2011”.

(65)  Kif indikat qabel, il-metodu wżat mill-ONDD fl-2004 sabiex jistma l-ħtiġijiet ta' kapital ta' SA Ducroire kien ibbażat fuq l-ammont tal-impenji netti mmultiplikat b'ċertu persentaġġ (il-proporzjon ta' Cooke). Meta l-ONDD applika dan il-metodu, ma għamel l-ebda distinzjoni bejn l-impenji netti relatati mar-riskji marbuta ma' debituri li jinsabu fl-għaxar pajjiżi li ssieħbu fl-Unjoni fl-2004 u l-impenji netti relatati mar-riskji l-oħrajn mhux kummerċjabbli. Għalhekk, l-applikazzjoni tal-metodu ta' kalkolu għall-pro rata fuq il-bażi tal-impenji netti (wara t-trasferiment) hija konsistenti mal-approċċ segwit mill-ONDD.

(66)  Kif jirriżulta mit-Tabella 1 u l-premessi (96)-(98), dan il-kapital kien ta' benefiċċju biss għar-riskji marbuta ma' debituri stabbiliti fl-għaxar pajjiżi li ssieħbu fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Mejju 2004 u riskji oħrajn fil-prattika kkunsidrati bħala riskji mhux kummerċjabbli.

(67)  Is-Sentenza tat-3.10.1991, L-Italja v il-Kummissjoni, C 261/89, Ġabra 1991 p. I-4437, il-punt 8; is-Sentenza tal-14.9.1994, Spanja v il-Kummissjoni, fil-Każijiet konġunti C-278/92 sa C-280/92, Ġabra 1994 p. I-4013, il-punt 21; is-Sentenza tal-14.9.1994, Spanja v il-Kummissjoni, C-42/93, Ġabra 1994 p. I-4175, il-punt 13.

(68)  Bl-esklużjoni tal-ispejjeż limitati marbuta mal-waqfien ta' din l-attività, bħal […]. Id-daqs potenzjali ta' dawn l-ispejjeż aktarx li ma jaffettwax lill-konklużjonijiet tal-Kummissjoni.

(69)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/600/KE tal-10 ta' Novembru 1999 li tapprova b'mod kondizzjonali l-għajnuna mogħtija mill-Italja lill-banek pubbliċi Sqallin Banco di Sicilia u Sicilcassa (traduzzjoni mhux uffiċjali) (ĠU L 256, 10.10.2000, p.21), premessi 58 sa 61.

Ara d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tal-2005 dwar ir-rikapitalizzazzjoni tal-“Landesbanken” Ġermaniżi, bħal NN 71/2005, HSH Nordbank (ĠU C 241, 6.10.2006, p. 12), u NN 72/2005, Bayern LB (ĠU C 242, 7.10.2006, p. 18).

Ara wkoll id-Deċiżjoni fil-Każ Shetland Shellfish (Deċiżjoni Kummissjoni 2006/226/KE, ĠU L 81, 18.3. 2006, p. 36), fejn il-Kummissjoni ma aċċettatx żewġ rapporti prodotti mill-awtorità pubblika tal-gżejjer Shetland bl-għan li jagħmlu investiment, li kien jinkludi rapport tal-introjtu provviżorju, karta tal-bilanċ provviżorja u tabella tat-tbassir tal-likwidità għas-snin 2000, 2001 u 2002. Ir-Renju Unit argumenta favur in-natura ex ante tal-istudji u n-natura “konservattiva u prudenti” tas-suppożizzjonijiet li fuqhom huma bbażati, iżda l-Kummissjoni kkonkludiet li ma kinux jitqiesu suffiċjenti minn investitur privat f'ekonomija tas-suq, minkejja l-ammonti relattivament żgħar inkwistjoni.

(70)  Is-Sentenza tal-5.6.2012, Il-Kummissjoni v EDF, C-124/10 P, Ġabra 2012 p. I-0000, il-punti 82-86 u 105.

(71)  Ara, pereżempju, is-Sentenza “West LB” tas-6 ta' Marzu 2003 mogħtija fil-Każijiet konġunti T-228/99 u T-223/99, Westdeutsche Landesbank Girozentrale v il-Kummissjoni, Ġabra 2003, p. II-435, il-punt 255.

(72)  Ara, pereżempju, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar ir-ristrutturar tal-bank Dexia (Deċiżjoni tas-26 ta' Frar 2010 fil-Każ C 9/2009, ĠU L 274, 19 ta' Ottubru 2010, p.54, premessa 127) fejn il-Kummissjoni ma aċċettatx l-argument tal-Istati Membri kkonċernati li l-kriterju tal-investitur privat f'ekonomija tas-suq kellu jkun applikata b'mod inqas strett peress li l-entitajiet pubbliċi li rrikapitalizzaw lil Dexia kienu azzjonisti “storiċi” tal-bank.

(73)  Ara s-Sentenza tat-30 ta' April 1998 fil-Każ T-16/96, Cityflyer Express v il-Kummissjoni, ECR 1998, p. II-757, il-punt 76.

(74)  Ara l-paġna 28 tan-nota strateġika tat-28 ta' Settembru 2004 intitolata “Linji gwida strateġiċi għall-ONDD u l-kumpanija b'responsabbiltà limitata tiegħu” ippreżentata lill-Bord tad-Direttturi tal-ONDD fl-Anness 10 tad-dokument sottomess mill-awtoritajiet Belġjani fl-1 ta' Ġunju 2011“Kummenti tal-Belġju dwar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-24 ta' Frar 2011”.

(75)  Sors Eurostat.

(76)  Fis-Sentenza tagħha tal-21 ta' Jannar 1999 fil-Każijiet konġunti T-129/95, T-2/96 u T-97/96, Neue Maxhütte Stahlwerke GmbH u Lech-Stahlwerke GmbH v il-Kummissjoni, ECR 1999, p. II-17, il-punti 116 sa 121, il-Qorti ddikjarat li jekk, fis-settur privat, kumpanija ewlenija tista' tassumi t-telf tas-sussidjarja tagħha, jeħtieġ li teżisti possibbiltà suffiċjenti ta' ritorn tas-sussidjarja għar-redditu. Fil-fatt, investitur privat qatt ma jipprovdi kapital supplimentari wara snin ta' telf kontinwu jekk dan il-kontribut jiswielu aktar mil-likwidazzjoni tas-sussidjarja tiegħu.

Ara wkoll id-Deċiżjoni Banco di Sicilia u Sicilcassa imsemmija qabel, premessi 63 sa 66.

(77)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna Nru 24.

(78)  Jirriżulta mill-minuta tal-laqgħa tal-Bord tad-Diretturi tal-ONDD tal-20 ta' April 2004 li l-kontribuzzjoni rispettiva ta' kull settur ta' attività għar-riżultat globali ntalbet mill-Bord (ara p. 4 tal-Anness 9 għas-sottomissjoni tal-1 ta' Ġunju 2011).

(79)  B'mod partikolari għar-riskji marbuta mal-għaxar pajjiżi msieħba.

(80)  Għar-riskji kummerċjabbli, ir-rata ta' primjums żdiedet (minn 0,2 % fil-bidu għal 0,3 % tal-ammonti assigurati) biex b'hekk id-dħul mill-assigurazzjoni għall-kumpanija żdied b'terz. Il-projezzjonijiet tal-pretensjonijiet min-naħa tagħhom tnaqqsu.

(81)  Wieħed jista' jsib analoġija għal dan it-tqassim ta' kumpens fid-deċiżjonijiet l-oħrajn tal-Kummissjoni li jirrigwardaw l-għajnuna mill-Istat. Ara, pereżempju, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Frar 2009 fil-Każ NN 3/2009 “Amendments to the Public support measures to JSC Parex Banka”, premessi 36-40, ĠU C 147, 27 ta' Ġunju 2009, p. 2. Għandu jiġi nnutat li l-primjum tar-riskju jiddependi mir-riskju tal-investiment.

(82)  Wara li ġie aġġustat 'il fuq ir-riżultat finanzjarju peress li l-kapital imħallas stmat relatat mar-riskji kummerċjabbli huwa xi ftit aktar ogħla minn dak stmat mill-awtoritajiet Belġjani (EUR [10-25] miljun b'paragun ma' EUR 9,8 miljun rispettivament).

(83)  Fil-benefiċċju tad-dubju, wieħed iqis li r-rata ta' redditu mistenni dak iż-żmien għal investimenti mingħajr riskju likwidi għal perjodu medju kien jikkorrispondi għall-medja tar-rati ta' redditu fl-2004, fuq is-suq sekondarju, tal-bonds tal-Istat li kien fadlilhom minn 4 sa 6 snin, jiġifieri 3,5 %.

Ara http://www.nbb.be/belgostat/GlobalDispatcher?TARGET=/TreeviewLinker&rowID=2685&prop=treeview&action=open&Lang=F#2685.

(84)  Ir-Reġjuni ta' Brussell-Kapitali, Fjandra u l-Vallonja.

(85)  Is-Sentenza tal-Qorti tas-17 ta' Settembru 1980, Philip Morris (C-730/79, Ġabra 1980, p. 2671), il-punti 11 u 12.

(86)  Is-Sentenza tal-Qorti tat-13 ta' Lulju 1988, Franza v il-Kummissjoni (C-102/87, ECR 1988 p. 4067), il-punt 19.

(87)  Ara t-tieni u t-tielet sentenzi tat-tielet paragrafu tal-punt 3.2. tal-Komunikazzjoni dwar l-assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni. Ara wkoll il-punt 4.1. tal-Komunikazzjoni dwar l-assigurazzjoni ta' esportazzjoni bi kreditu li jgħid “Għajnuna Statali tat-tipi mniżżlin fil-paragrafu 3.1 […] ma tkunx eliġibbli għal eżenzjoni taħt ir-regoli tal-għajnuna Statali tat-Trattat”.

(88)  ĠU C 244, 01.10.2004, p. 2 -17.

(89)  Anki kieku wieħed kellu jikkunsidra l-attività tar-riskji mhux kummerċjabbli waħedha, ir-redditu jibqa' ferm taħt l-ispiża tal-kapital stmat mill-awtoritajiet Belġjani nfushom.

(90)  ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1


ANNESS

INFORMAZZJONI FUQ L-AMMONTI RIĊEVUTI, LI GĦANDHOM JIĠU RKUPRATI U LI ĠEW IRKUPRATI

L-identità tal-benefiċjarju

Ammont totali tal-għajnuna riċevuta taħt l-iskema (1)

Ammont totali tal-għajnuna li għandha tiġi rkuprata (1)

(Kapital)

Ammont totali diġà rkuprat (1)

Kapital

Imgħaxijiet

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


(1)  F'miljuni tal-munita nazzjonali.


III Atti oħrajn

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

15.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 144/70


Verżjoni pubblika ta' (1)

DEĊIŻJONI TAL-AWTORITÀ TAS-SORVELJANZA TAL-EFTA

Nru 244/12/COL

tas-27 ta' Ġunju 2012

dwar l-għajnuna għar-ristrutturar mogħtija lil Íslandsbanki (Islanda)

L-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA (“l-Awtorità”)

WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim taż-ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 61(3)(b) u l-Protokoll 26 tiegħu,

WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta' Awtorità tas-Sorveljanza u ta' Qorti tal-Ġustizzja (“il-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti”), u b'mod partikolari l-Artikolu 24 tiegħu,

WARA LI KKUNSIDRAT il-Protokoll 3 mal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti (“Protokoll 3”), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(3) fil-Parti I, l-Artikolu 7(3) tal-Parti II, u l-Artikolu 13 tal-Parti II,

Billi:

I.   FATTI

1.   PROĊEDURA

(1)

Wara korrispondenza informali f'Ottubru 2008, u wara li l-Parlament Islandiż (l-Althingi) għadda fis-6 ta' Ottubru l-Att Nru 125/2008 dwar l-Awtorità għall-Ħlasijiet tat-Teżor minħabba Ċirkostanzi Anomali tas-Suq Finanzjarju eċċ. (magħruf bħala l-“Att ta' Emerġenza”), li ta lill-istat Islandiż setgħat vasti sabiex jintervjeni fis-settur bankarju, il-President tal-Awtorità kiteb fl-10 ta' Ottubru 2008 lill-awtoritajiet Islandiżi u talab li l-miżuri ta' għajnuna statali mogħtija skont l-Att ta' Emerġenza jkunu nnotifikati lill-Awtorità. Wara dan kien hemm kuntatti u korrispondenza minn żmien għal żmien inkluża fost l-oħrajn ittra mibgħuta mill-Awtorità fit-18 ta' Ġunju 2009 biex tfakkar lill-awtoritajiet Islandiżi dwar il-ħtieġa li jinnotifikaw kwalunkwe miżura ta' għajnuna, u dwar il-klawżola ta' waqfien fl-Artikolu 3 tal-Protokoll 3. Wara aktar korrispondenza, eventwalment ġiet innotifikata għajnuna statali involuta fir-restawr ta' ċerti operazzjonijiet ta' Glitnir u l-istabbiliment u l-kapitalizzazzjoni ta' bank ġdid Glitnir (li sa dak iż-żmien kien ingħata l-isem ta' “Íslandsbanki”), liema notifika saret retrospettivament mill-awtoritajiet Islandiżi fil-15 ta' Settembru 2010. (2)

(2)

B'ittra datata l-15 ta' Diċembru 2010 (3) l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA (l-Awtorità) infurmat lill-awtoritajiet Islandiżi li kienet iddeċidiet li tiftaħ il-proċedura stipulata fl-Artikolu 1(2) fil-Parti I tal-Protokoll 3 fir-rigward tal-miżuri li ttieħdu mill-Istat Islandiż sabiex jerġgħu jiddaħħlu ċerti operazzjonijiet tal-Glitnir Bank hf (ta' qabel) u jiġi stabbilit u kkapitalizzat Glitnir Bank hf ġdid, li issa ngħata l-isem ta' Íslandsbanki (id-deċiżjoni tal-ftuħ). (4) L-Awtorità talbet ukoll li jiġi sottomess pjan ta' ristrutturar dettaljat għal Íslandsbanki fi żmien sitt xhur.

(3)

Permezz tal-e-Mail tal-24 ta' Marzu 2011 (5), l-Awtorità rċeviet kumment wieħed minn partijiet interessati, li ntbagħat lill-awtoritajiet Islandiżi fil-25 ta' Mejju 2011. L-awtoritajiet Islandiżi ma weġbux għal dan il-kumment.

(4)

Bl-ittra tal-31 ta' Marzu 2011, l-awtoritajiet Islandiżi ssottomettew pjan ta' ristrutturar għal Íslandsbanki. Wara l-akkwist ta' Byr f'Novembru 2011, l-awtoritajiet Islandiżi ssottomettew pjan ta' ristrutturar ġdid għal Íslandsbanki fit-22 ta' Frar 2012. (6)

(5)

L-Awtorità talbet informazzjoni fir-rigward tal-pjan ta' ristrutturar fil-11 ta' Lulju 2011 u fit-13 ta' Frar 2012. L-Awtoritajiet Islandiżi wieġbu għat-talba għall-informazzjoni fis-17 ta' Ottubru 2011 u fit-13 ta' Marzu 2012. Il-verżjonijiet finali tal-impenji kienu sottomessi fis-16 ta' Mejju 2012 u fis-6 ta' Ġunju 2012. (7)

(6)

Minbarra dan, l-Awtorità ltaqgħet mal-awtoritajiet tal-Islanda fis-7 ta' Ġunju 2011 u fis-27 u t-28 ta' Frar 2012.

2.   SFOND

(7)

L-awtorità sejra tiddeskrivi f'din it-taqsima dawk l-avvenimenti, il-fatti u l-iżviluppi ekonomiċi, politiċi u regolatorji marbuta mal-kollass u r-rikostruzzjoni tas-sistema finanzjarja tal-Islanda minn Ottubru 2008 sal-lum li jidhru meħtieġa sabiex ikun stabbilit il-kuntest li fih qiegħda ssir il-valutazzjoni tal-miżuri ta' għajnuna inkwistjoni. Qabel ma tagħmel dan, hija sejra tfakkar il-kronoloġija tal-falliment ta' Glitnir.

2.1.   Il-falliment ta' Glitnir Bank

(8)

F'Settembru 2008 għadd ta' istituzzjonijiet finanzjarji globali ltaqgħu ma' diffikultajiet kbar. F'nofs it-taqlib fis-swieq finanzjarji globali u wara l-falliment ta' Lehman Brothers f'Settembru 2008, it-tliet l-akbar banek kummerċjali tal-Islanda, li fis-snin preċedenti kellhom tkabbir straordinarju, sabu diffikultajiet biex jiffinanzjaw mill-ġdid id-dejn fuq żmien qasir tagħhom u d-domandi urġenti fuq id-depożiti tagħhom. Lehman Brothers applikaw għall-protezzjoni mill-falliment fil-15 ta' Settembru u fl-istess jum tħabbar li l-Bank tal-Amerika kien se jieħu f'idejh Merrill Lynch.

(9)

Band'oħra, wieħed mill-akbar banek tar-Renju Unit, HBOS, kellu jgħaddi f'idejn Lloyds TSB. Sadanittant Glitnir, kien qed jiltaqa' ma' diffikultajiet kbar sabiex jiffinanzja l-attivitajiet tiegħu. Il-ħruġ ta' bonds kellu jitħassar minħabba nuqqas ta' interess, il-bejgħ ta' assi ma rnexxiex, u bank Ġermaniż irrifjuta li jestendi żewġ selfiet ta' madwar EUR 150 miljun. Il-kundizzjonijiet tas-suq ukoll marru għall-agħar drastikament wara l-kollass ta' Lehman Brothers.

(10)

Fl-25 ta' Settembru 2008, il-President tal-Bord ta' Glitnir ikkuntattja lill-Bank Ċentrali tal-Islanda (CBI) sabiex jinfurmahom li b'riżultat ta' self li kellu jitħallas lura f'Ottubru, il-bank kellu defiċit immedjat ta' EUR 600 miljun. Fid-29 ta' Settembru tħabbar li l-Gvern tal-Islanda kien se jagħti lil Glitnir EUR 600 miljun bħala korrispettiv għal 75 % tal-ekwità tiegħu. Il-fatt li EUR 600 miljun kienu jammontaw għal kważi kwart tar-riżervi tal-Islanda f'muniti barranin, u li Glitnir kellu problemi ta' finanzjament mill-ġdid għal ċertu żmien u kellu dejn ta' madwar EUR 1,4 biljun xi jħallas lura tul is-sitt xhur segwenti, skont informazzjoni disponibbli pubblikament, kien jindika, madankollu, li l-proposta ma kinitx kredibbli (8). Kif irriżulta, il-valur tal-ishma ta' Glitnir li nħarġu waqa' minn aktar minn ISK 200 biljun għal ISK 26 biljun f'ġurnata waħda.

(11)

Il-banek Islandiżi esperjenzaw ġbid enormi ta' depożiti mhux biss barra l-pajjiż iżda wkoll fl-Islanda. Il-ġbid domestiku kiber tant li fi stadju partikolari l-banek Islandiżi u s-CBI kienu viċin li jesperjenzaw nuqqas ta' flus kontanti. Fit-30 ta' Settembru 2008, l-aġenzija ta' kreditu Moody's baxxiet il-klassifikazzjoni ta' kreditu ta' Glitnir, li wassal għal obbligi ta' ħlasijiet lura għal aktar self. Segwew ukoll sejħiet marġinali ta' aktar minn EUR 1 biljun. Fis-7 ta' Ottubru 2008 Glitnir intalab jistaqsi lill-Awtorità Finanzjarja Superviżorja Islandiża (FME) biex tieħdu taħt il-kontroll tagħha (9).

2.2.   Il-kriżi finanzjarja u l-kawżi maġġuri tal-falliment tal-banek Islandiżi

(12)

Fin-notifika tagħhom dwar l-għajnuna mogħtija lil New Glitnir Bank (aktar tard Íslandsbanki), l-awtoritajiet tal-Islanda spjegaw li r-raġunijiet għall-kollass tas-settur bankarju tal-Islanda u l-ħtieġa tagħhom li jintervjenu kienu spjegati f'dettall konsiderevoli f'rapport imħejji minn Kummissjoni Investigattiva Speċjali (SIC) stabbilita mill-Parlament tal-Islanda (10), li l-mandat tagħha kien li tinvestiga u tanalizza l-proċessi li wasslu għall-kollass tat-tliet banek ewlenin. L-Awtorità ġabret fil-qosor hawn bil-konklużjonijiet tal-Kummissjoni rigward il-kawżi tal-falliment l-aktar rilevanti għall-falliment ta' Glitnir Bank. L-informazzjoni hija meħuda mill-Kapitoli 2 (Sommarju Eżekuttiv) u 21 (Il-Kawżi tal-Falliment tal-Banek Islandiżi – Responsabbiltà, Żbalji u Negliġenza) tar-rapport tas-SIC.

(13)

It-tnaqqis globali fil-likwidità fis-swieq finanzjarji li beda fl-2007 eventwalment wassal għall-kollass tat-tliet banek Islandiżi ewlenin, li l-operazzjonijiet tan-negozju tagħhom kienu saru dejjem aktar dipendenti fuq it-tkattir ta' finanzjament permezz tas-swieq internazzjonali. Ir-raġunijiet għall-falliment tal-banek Islandiżi kienu madankollu kkumplikati u numerużi. Is-SIC investigat ir-raġunijiet li wasslu għall-kollass tal-banek ewlenin, u huwa notevoli li l-maġġoranza tal-konklużjonijiet kienu japplikaw għat-tliet banek u ħafna minnhom huma relatati ma' xulxin. Il-kawżi tal-falliment relatati mal-attivitajiet tal-banek huma miġburin fil-qosor hawn taħt.

Espansjoni eċċessiva u mhux sostenibbli

(14)

Is-SIC ikkonkludiet li fis-snin li wasslu għall-kollass il-banek kienu espandew il-karti tal-bilanċ tagħhom u l-portafolli ta' self lil hinn mill-kapaċità operattiva u maniġerjali tagħhom stess. L-assi kkombinati tat-tliet banek kienu żdiedu b'mod esponenzjali minn ISK 1,4 triljun (11) fl-2003 għal ISK 14,4 triljun fl-aħħar tat-tieni kwart tal-2008. B'mod sinifikanti, proporzjon kbir tat-tkabbir tat-tliet banek kien fis-self lil partijiet barranin, li żdied b'mod sostanzjali matul l-2007 (12), l-aktar wara l-bidu tal-kriżi internazzjonali tal-likwidità. Dan wassal sabiex is-SIC tikkonkludi li ħafna minn din iż-żieda fis-self irriżultat minn self mogħti lil impriżi li kienu ġew irrifjutati kreditu band'oħra. Ir-rapport ikkonkluda wkoll li investiment bankarju intrinsikament aktar riskjuż kien sar karatteristika dejjem aktar prominenti tal-attivitajiet tal-banek u t-tkabbir kien ikkontribwixxa għall-problemi.

It-tnaqqis tal-finanzi disponibbli fis-swieq internazzjonali

(15)

Ħafna mit-tkabbir tal-banek kien iffaċilitat mill-aċċess għas-swieq finanzjarji internazzjonali, bil-kapitalizzazzjoni fuq klassifikazzjonijiet ta' kreditu tajbin u l-aċċess għas-swieq Ewropej permezz tal-Ftehim taż-ŻEE. Il-banek Islandiżi sselfu EUR 14-il biljun fuq titoli tad-dejn ta' swieq barranin fl-2005 fuq termini relattivament favorevoli. Meta l-aċċess għas-swieq tat-titoli tad-dejn Ewropej sar aktar limitat, il-banek iffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom fis-swieq tal-Istati Uniti, bit-titoli tad-dejn Islandiżi ppakkjati f'obbligi ta' dejn kollateralizzat. Fil-perjodu qabel il-kollass, il-banek kienu dejjem aktar dipendenti fuq self għal żmien qasir, li wassal għal riskji ta' rifinanzjament kbar u, skont is-SIC, prevedibbli.

Il-forniment lis-sidien tal-banek

(16)

Fil-każ ta' kull bank kbir Islandiż, is-sidien ewlenin kienu fost l-akbar debituri (13). Is-self ta' Glitnir lil azzjonisti kbar tal-Grupp Baugur u partijiet relatati, b'mod partikolari l-Grupp FL, kien sostanzjali. Fir-rebbiegħa tal-2007 inħatar bord ġdid għal Glitnir wara li l-Gruppi Baugur u FL żiedu b'mod sinifikanti l-ishma tagħhom fil-bank. Matul l-aħħar parti tal-2007 u fil-bidu tal-2008 is-self lil Baugur u lil kumpaniji relatati ma' Baugur kważi rdoppja, u l-akbar self tiegħu lil dan il-grupp kien jammonta għal 80 % tal-ekwità tal-bank (14). Din iż-żieda fis-self lill-azzjonisti l-kbar seħħet minkejja li Glitnir kien qed jibda jiffaċċa problemi ta' likwidità u ta' rifinanzjament. Is-SIC kienet tal-fehma li ċerti azzjonisti kellhom aċċess faċli mhux normali għas-self mill-banek fil-kapaċità tagħhom ta' sidien. Hija kkonkludiet ukoll li kien hemm indikazzjonijiet kbar li Baugur u l-Grupp FL kienu ppruvaw jeżerċitaw influwenza mhux xierqa fuq il-maniġment tal-bank, u li l-limiti bejn l-interessi tal-akbar azzjonisti u l-interess tal-bank ma kinux ċari. L-enfasi fuq l-azzjonisti l-kbar għaldaqstant kienet għad-detriment ta' azzjonisti u kredituri oħrajn. Meta l-bank falla s-self pendenti lill-Grupp Baugur u lill-kumpaniji affiljati kien ta' madwar EUR 2 biljun, madwar 70 % tal-ekwità tiegħu. Is-SIC uriet ukoll tħassib dwar l-operazzjoni ta' fondi tas-suq tal-flus imħaddma minn sussidjarji tal-banek, li investew ħafna f'titoli marbuta mas-sidien tal-banek. Glitnir Funds, sussidjarja ta' Glitnir, selfet madwar EUR 300 miljun lil Baugur u lill-Grupp FL billi investiet 20 % tal-kapital totali tagħha fit-titoli tagħhom.

Konċentrazzjoni ta' riskju

(17)

Marbuta mal-kwistjoni tal-espożizzjoni mhux normali għall-azzjonisti l-kbar kienet il-konklużjoni tas-SIC li l-portafolli tal-assi tal-banek ma kinux diversifikati biżżejjed. Is-SIC kienet tal-fehma li r-regoli Ewropej dwar l-espożizzjoni kbira kienu interpretati b'mod limitat, b'mod partikolari fil-każ tal-azzjonisti, u li l-banek kienu ppruvaw iduru mar-regoli.

Ekwità dgħajfa

(18)

Għalkemm il-proporzjon tal-kapital ta' Glitnir u taż-żewġ banek kbar l-oħra tal-Islanda minn dejjem kien irrapportat li huwa xi ftit ogħla mill-minimu statutorju, is-SIC ikkonkludiet li l-proporzjonijiet tal-kapital ma kinux jirriflettu b'mod eżatt is-saħħa finanzjarja tal-banek. Dan kien minħabba espożizzjoni għar-riskju tal-ishma proprji tal-banek permezz ta' kollaterali primarji u kuntratti bil-quddiem fuq l-ishma. Kapital tal-ishma ffinanzjat mill-kumpaniji nfushom, li s-SIC irreferiet għalih bħala “ekwità dgħajfa” (15), kien jirrappreżenta aktar minn 25 % tal-bażi kapitali tal-banek (jew aktar minn 50 % meta evalwat kontra l-element ta' qofol tal-kapital, jiġifieri l-ekwità tal-azzjonisti mingħajr l-assi intanġibbli). Minbarra dan kien hemm problemi kkawżati mir-riskju li l-banek kienu esposti għalih biż-żamma tal-ishma ta' xulxin. Sa nofs l-2008 l-iffinanzjar dirett mill-banek tal-ishma proprji, kif ukoll l-iffinanzjar tal-ishma taż-żewġ banek l-oħra, kien jammonta għal madwar ISK 400 biljun, madwar 70 % tal-element ta' qofol tal-kapital. Is-SIC kienet tal-fehma li l-firxa tal-finanzjament tal-ekwità tal-azzjonisti permezz tas-self mis-sistema nnifisha kienet tali li l-istabbiltà tas-sistema kienet mhedda. Il-banek kellhom ammont sostanzjali tal-ishma proprji bħala kollateral għas-self tagħhom u għaldaqstant kif bdew jonqsu l-prezzijiet tal-ishma l-kwalità tal-portafolli ta' self tagħhom naqsu. Dan affettwa l-prestazzjoni tal-banek u kompla jbaxxi l-prezzijiet tal-ishma tagħhom; u b'reazzjoni għal dan (assumiet is-SIC mill-informazzjoni li kellha), il-banek ippruvaw joħolqu b'mod artifiċjali domanda anormali għall-ishma proprji.

Id-daqs tal-banek

(19)

Fl-2001 il-karti tal-bilanċ tat-tliet banek ewlenin (f'daqqa) kienu jammontaw għal ftit aktar minn sena tal-prodott domestiku gross (PDG) tal-Islanda. Sal-aħħar tal-2007 il-banek kienu saru internazzjonali u kellhom assi li jiswew disa' darbiet il-PDG Islandiż. Ir-rapport tas-SIC jinnota li sal-2006, l-osservaturi kienu qegħdin jikkummentaw li s-sistema bankarja kienet kibret wisq għall-kapaċità tas-CBI u kellhom dubji kemm setgħat twettaq ir-rwol ta' mutwanti tal-aħħar istanza. Sal-aħħar tal-2007 id-djun fuq żmien qasir tal-Islanda (imġarrba prinċipalment minħabba l-finanzjament tal-banek) kienu 15-il darba akbar mir-riżervi tal-kambju, u d-depożiti barranin fit-tliet banek kienu wkoll tmien darbiet akbar mir-riżervi tal-kambju. Il-Fond ta' Garanzija tad-Depożituri u l-Investituri kellu riżorsi minimi meta mqabbel mad-depożiti tal-banek li kien maħsub jiggarantixxi. Dawn il-fatturi, tikkonkludi s-SIC, għamlu lill-Islanda suxxettibbli għal assalt bankarju.

It-tkabbir f'daqqa tal-banek meta mqabbel mal-infrastruttura regolatorja u finanzjarja

(20)

Is-SIC ikkonkludiet li l-korpi superviżorji rilevanti fl-Islanda ma kellhomx il-kredibbiltà meħtieġa fin-nuqqas ta' mutwanti tal-aħħar istanza b'riżorsi suffiċjenti. Ir-rapport jikkonkludi li l-FME u s-CBI ma kellhomx l-għarfien u l-esperjenza sabiex jirregolaw il-banek fi żminijiet ekonomiċi diffiċli, iżda li setgħu ħadu azzjoni sabiex inaqqsu l-livell ta' riskju li l-banek kienu qegħdin iġarrbu. L-FME, pereżempju, ma kibritx bl-istess proporzjon tal-banek u l-prattiki tar-regolatur ma laħħqux mal-iżviluppi mgħaġġla fl-operazzjonijiet tal-banek. Ir-rapport jikkritika wkoll lill-gvern, u kkonkluda li l-awtoritajiet misshom ħadu azzjoni sabiex inaqqsu l-impatt potenzjali tal-banek fuq l-ekonomija billi jċekknuhom jew jitolbu li xi bank minnhom jew aktar iċaqilqu l-kwartieri ġenerali tagħhom barra l-pajjiż (16).

Żbilanċ u espansjoni żejda tal-ekonomija Islandiża inġenerali

(21)

Ir-rapport tas-SIC jagħmel referenza għal avvenimenti li jirrigwardaw l-ekonomija usa' li wkoll kellhom impatt fuq it-tkabbir rapidu tal-banek u kkontribwixxew għall-iżbilanċ fid-daqs u fl-influwenza bejn is-settur tas-servizzi finanzjarji u l-bqija tal-ekonomija. Ir-rapport ikkonkluda li l-politiki tal-gvern (b'mod partikolari l-politika fiskali) aktarx li kkontribwixxew għall-espansjoni żejda u l-iżbilanċ u li l-politika monetarja tas-CBI ma kinitx restrittiva biżżejjed. Ir-rapport jirreferi wkoll għall-illaxkar tar-regoli tas-self tal-Fond għall-Finanzjament tal-Akkomodazzjoni Islandiż bħala “wieħed mill-akbar żbalji fil-ġestjoni monetarja u fiskali li saru fil-perjodu li wassal għall-kollass tal-banek” (17). Ir-rapport jikkritika wkoll il-faċilità li biha l-banek setgħu jisselfu mingħand is-CBI, bl-istokk ta' self kollaterali fuq żmien qasir tas-CBI jiżdied minn ISK 30 biljun fil-ħarifa tal-2005 għal ISK 500 biljun sal-bidu ta' Ottubru 2008.

Il-korona Islandiża, żbilanċi esterni u firxiet ta' CDS

(22)

Ir-rapport jinnota li fl-2006, il-valur tal-korona Islandiża kien għoli b'mod li mhuwiex sostenibbli, id-defiċit tal-kont kurrenti Islandiż kien ta' aktar minn 16 % tal-PDG, u l-obbligazzjonijiet fil-muniti barranin mingħajr l-assi kienu joqorbu t-total annwali tal-PDG. Il-prerekwiżiti għal kriżi finanzjarja kienu qegħdin hemm. Sal-aħħar tal-2007 il-valur tal-korona kien qed jiddepprezza u l-firxiet ta' swap ta' inadempjenza ta' kreditu (CDS) fuq l-Islanda u l-banek żdiedu b'mod esponenzjali.

2.3.   Miżuri li ttieħdu biex jerġa' jinbena s-settur bankarju

(23)

Wara l-kollass tat-tliet banek kummerċjali l-kbar f'Ottubru 2008 (inkluż Glitnir) l-awtoritajiet tal-Islanda kellhom jiffaċċjaw għall-ewwel darba l-isfida li jissalvagwardjaw il-kontinwità tal-operazzjonijiet bankarji fl-Islanda (18). Il-politika li segwa l-Gvern Islandiż hija primarjament stabbilita fl-Att ta' Emerġenza (19) adottat mill-Parlament Islandiż fis-6 ta' Ottubru 2008. Il-liġi tagħti setgħat straordinarji lill-FME sabiex tieħu l-kontroll ta' impriżi finanzjarji u tiddisponi mill-assi u l-obbligazzjonijiet tagħhom kif meħtieġ. Il-Ministru tal-Finanzi kien awtorizzat joħroġ fondi, f'isem it-Teżor, sabiex jistabbilixxi impriżi finanzjarji ġodda. Barra minn hekk, fi proċeduri ta' falliment ta' impriżi finanzjarji, id-depożiti jingħataw prijorità fuq pretensjonijiet oħrajn. Il-gvern iddikjara li d-depożiti fil-banek nazzjonali kummerċjali u ta' tfaddil u l-fergħat tagħhom fl-Islanda jkunu protetti għal kollox.

(24)

Il-prijoritajiet politiċi għall-bidu ffukaw fuq l-iżgurar tal-funzjonament bażiku tas-sistemi domestiċi tal-banek, tal-ħlas u tal-ftehim. Fl-ewwel ġimgħat wara l-kollass, il-Gvern tal-Islanda ħejja wkoll programm ekonomiku f'kollaborazzjoni mal-Fond Monetarju Internazzjonali (l-FMI), li wassal għall-approvazzjoni fl-20 ta' Novembru 2008 tat-talba tal-Islanda għal arranġament ta' riżerva ta' sentejn mill-Fond, li kien jinkludi self ta' USD 2,1 biljun mill-FMI mmirat sabiex isaħħaħ ir-riżervi tal-munita Islandiża. Selfiet oħrajn li kienu jammontaw għal USD 3 biljun ġew assigurati minn pajjiżi Nordiċi oħrajn kif ukoll ċerti msieħba kummerċjali oħrajn. Mis-self tal-FMI, USD 827 miljun kienu magħmula disponibbli minnufih, filwaqt li l-ammont li kien fadal tħallas fi tmien pagamenti ndaqs, soġġetti għal reviżjonijiet trimestrali tal-programm.

(25)

Il-Programm tal-FMI kien programm ta' stabbilizzazzjoni fuq bażi wiesgħa li jiffoka fuq tliet għanijiet ewlenin. L-ewwel, li jistabbilizza u jagħti lura l-fiduċja fil-korona sabiex irażżan l-impatt negattiv tal-kriżi fuq l-ekonomija. Il-miżuri kienu jinkludu l-introduzzjoni ta' kontrolli kapitali mmirati sabiex iwaqqfu l-ħarba tal-kapital. It-tieni, il-programm kien jinkludi strateġija komprensiva ta' ristrutturar tal-banek, li finalment kellha l-għan li terġa' tibni sistema finanzjarja vijabbli fl-Islanda kif ukoll li tissalvagwardja r-relazzjonijiet finanzjarji internazzjonali tal-pajjiż. Fost il-miri sussidjarji kien hemm l-iżgurar ta' valutazzjoni ġusta tal-assi tal-banek, l-immassimizzar tal-irkupru tal-assi u t-tisħiħ tal-prattiki superviżorji. It-tielet, il-programm kellu l-għan li jiżgura finanzi pubbliċi sostenibbli, billi jnaqqas is-soċjalizzazzjoni tat-telf fil-banek falluti u jimplimenta programm ta' konsolidazzjoni fiskali fuq perjodu medju.

(26)

L-awtoritajiet tal-Islanda saħqu li minħabba ċ-ċirkostanzi eċċezzjonali marbuta mad-daqs kbir tas-sistema bankarja b'rabta mal-kapaċità finanzjarja tat-Teżor, l-għażliet politiċi disponibbli għall-awtoritajiet kienu limitati. Is-soluzzjonijiet li rabtu fuqhom għaldaqstant kienu f'ħafna modi differenti mill-miżuri meħuda minn gvernijiet ta' pajjiżi oħrajn li jiffaċċjaw theddid għall-istabbiltà finanzjarja.

(27)

Fuq il-bażi tal-Att ta' Emerġenza, it-tliet banek kummerċjali l-kbar, Glitnir Bank, Landsbanki Íslands u Kaupthing Bank, inqasmu f'banek “qodma” u “ġodda”. Il-Ministru tal-Finanzi waqqaf tliet kumpaniji b'responsabbiltà limitata sabiex jieħdu f'idejhom l-operazzjonijiet domestiċi tal-banek il-qodma u ħatrilhom bordijiet tad-diretturi. L-FME ħadet il-kontroll tal-banek il-qodma, allokat essenzjalment l-assi u l-obbligazzjonijiet (id-depożiti) domestiċi tagħhom lill-banek il-ġodda li komplew l-operazzjonijiet bankarji fl-Islanda, filwaqt li l-banek il-qodma tqiegħdu taħt is-sorveljanza tal-kumitati ta' riżoluzzjoni rispettivi tagħhom. (20) L-assi u l-obbligazzjonijiet barranin fil-parti l-kbira tagħhom tqiegħdu fil-banek il-qodma, li aktar tard kienu soġġetti għal proċeduri ta' stralċ u għall-għeluq eventwali tal-operazzjonijiet barranin kollha. (21)

(28)

Fil-karti tal-bilanċi tal-ftuħ provviżorji tat-tliet banek il-ġodda tal-14 ta' Novembru 2008 kien stmat li l-assi totali kkombinati tal-banek kienu sejrin jammontaw għal ISK 2 886 biljun, b'ekwità li kellha tkun ipprovduta mill-Istat ta' ISK 385 biljun. L-ammont totali ta' bonds li kellhom jinħarġu mill-banek il-ġodda favur il-banek il-qodma bħala pagament għall-valur tal-assi ttrasferiti eċċessivi tal-obbligazzjonijiet kien stmat għal ISK 1 153 biljun. L-FME ħatret lil Deloitte LLP sabiex twettaq il-valutazzjonijiet tal-valur tal-assi u l-obbligazzjonijiet ittrasferiti. F'dan il-proċess irriżulta li l-valutazzjoni indipendenti ma kinitx sejra tirriżulta f'valuri fissi ta' assi netti ttrasferiti iżda valutazzjoni f'ċerti skali. Ħareġ ukoll li l-kredituri tal-banek qajmu nuqqas ta' qbil rigward il-proċess ta' valutazzjoni, li huma qiesu li ma kienx imparzjali, u lmentaw li ma setgħux iħarsu l-interessi tagħhom. Dawn il-kumplikazzjonijiet wasslu għal bidla fil-politika għall-ħlas tal-kontijiet bejn il-banek il-qodma u l-banek il-ġodda, li kienet tinvolvi li minflok jistrieħu fuq il-valutazzjoni ta' espert indipendenti, il-partijiet kienu sejrin jippruvaw jilħqu ftehim permezz ta' negozjati dwar il-valur tal-assi netti trasferiti.

(29)

Kien ċar li kien se jkun diffiċli li l-partijiet jilħqu ftehim dwar il-valutazzjonijiet minħabba li kienu ovvjament soġġetti għal diversi suppożizzjonijiet li fuqhom il-partijiet aktarx li ma kinux sejrin jaqblu. L-istat ipprova jilħaq ftehimiet fuq valutazzjonijiet bażiċi li jipprovdu sisien sodi għall-kapitalizzazzjoni inizjali tal-banek il-ġodda. Il-prestazzjoni tal-prezzijiet tal-assi li jaqbżu l-valutazzjoni bażika setgħet tiġi attribwita lill-kredituri fil-forma ta' bonds kontinġenti jew żidiet fil-valur tal-kapital tal-ishma tal-banek, peress li fin-negozjati kien irriżulta li l-kumitati ta' riżoluzzjoni ta' Glitnir u Kaupthing u l-parti l-kbira tal-kredituri tagħhom setgħu kienu interessati li jakkwistaw investimenti fil-banek il-ġodda, u dan kien jippermettilhom jibbenefikaw minn żidiet potenzjali fil-valuri tal-assi ttrasferiti.

(30)

Il-kapitalizzazzjoni sħiħa tat-tliet banek il-ġodda u l-bażi tal-ftehimiet mal-kredituri tal-banek il-qodma tħabbru fl-20 ta' Lulju 2009. Il-Gvern, bħala l-uniku sid tat-tliet banek il-ġodda, laħaq kapijiet ta' ftehim mal-kumitati ta' riżoluzzjoni tal-banek il-qodma rigward il-mod li bih il-kumpens għat-trasferiment tal-assi netti fil-banek il-ġodda kellu jinkiseb u jitħallas. Fir-rigward ta' tnejn mill-banek il-ġodda, Íslandsbanki u New Kaupthing (li aktar tard ingħata l-isem ta' Arion Bank), dan kien jinkludi ftehimiet kundizzjonali għall-banek il-qodma li jissottoskrivu għal interessi ta' ekwità maġġoritarji fil-banek il-ġodda.

(31)

Fuq il-bażi ta' dawn it-tentattivi ta' ftehimiet imsemmija hawn fuq, il-kumitati ta' riżoluzzjoni tal-banek il-qodma ddeċidew f'Ottubru 2009 (Glitnir) u f'Diċembru 2009 (Kaupthing Bank u Landsbanki Izlands) li jeżerċitaw l-għażliet negozjati u jissottoskrivu għall-ishma fil-banek il-ġodda. Fit-18 ta' Diċembru 2009 il-Gvern ħabbar li r-rikostruzzjoni tal-banek kienet ġiet konkluża u li kienu ntlaħqu ftehimiet bejn l-awtoritajiet tal-Islanda u l-banek il-ġodda, minn naħa waħda, u l-kumitati ta' riżoluzzjoni ta' Glitnir Bank, Landsbanki Íslands u Kaupthing Bank f'isem il-kredituri tagħhom, min-naħa l-oħra, fuq soluzzjonijiet li jirrigwardaw l-assi li kienu ttrasferiti mill-banek il-qodma għal dawk ġodda, u li l-banek il-ġodda issa kienu ffinanzjati għal kollox.

(32)

Kif irriżulta, il-kontribuzzjoni tat-Teżor għall-ekwità tal-banek il-ġodda tnaqqset sostanzjalment, minn ISK 385 biljun kif kien maħsub fil-bidu għal ISK 135 biljun fil-forma ta' kapital azzjonarju u, fil-każ ta' tnejn mit-tliet banek, Íslandsbanki u Arion Bank, madwar ISK 55 biljun ta' kapital tat-II Grad fil-forma ta' self subordinat jew total ta' ISK 190 biljun. Barra minn hekk, it-Teżor ipprovda lil Íslandsbanki u Arion Bank b'ċerti faċilitajiet ta' likwidità. Il-kapital azzjonarju pprovdut mill-banek il-qodma lill-banek il-ġodda kien jammonta b'kollox għal madwar ISK 156 biljun. Il-kapitalizzazzjoni totali tal-banek il-ġodda għaldaqstant kienet tammonta għal madwar ISK 346 biljun. B'hekk, minflok ma jżomm pussess sħiħ tat-tliet banek, il-ftehimiet kienu jimplikaw li l-holdings tal-istat jitnaqqsu għal madwar 5 % fil-każ ta' Íslandsbanki, 13 % fil-każ ta' Arion Bank u 81 % fil-każ ta' Landsbankinn.

(33)

Għalkemm dan l-akkwist ta' tnejn mit-tliet banek mill-kredituri tal-banek il-qodma solva kwistjonijiet kbar fil-bini mill-ġdid tas-settur finanzjarju u stabbilixxa pedament aktar sod tal-kapital għall-banek il-ġodda, kien għad fadal bosta nuqqasijiet li kienu jeħtieġu li jkunu indirizzati. Mill-ħarifa tal-2009, il-banek ikkonċentraw l-isforzi tagħhom l-aktar fuq kwistonijiet interni, waqt li ddeterminaw l-istrateġija ġenerali għall-operazzjonijiet tagħhom u b'mod partikolari r-ristrutturar tal-portafolli tas-self tagħhom, li jirrappreżentaw l-akbar fattur ta' riskju għall-operazzjonijiet tagħhom u l-vijabbiltà fit-tul. Il-proċess ta' ristrutturar kien kompless minħabba diversi fatturi ta' kumplikazzjoni, inklużi deċiżjonijiet tal-Qorti Suprema dwar l-illegalità tas-self mogħtija f'ISK iżda indiċjati għal muniti barranin. Fir-rigward tal-Íslandsbanki, safejn huwa rilevanti għar-ristruttturar tiegħu, dawn il-kwistjonijiet huma diskussi aktar 'il quddiem.

L-ambjent makroekonomiku

(34)

Taqlib ekonomiku kbir segwa l-kollass tas-sistema bankarja f'Ottubru 2008. Id-diffikultajiet fis-sistema finanzjarja tal-Islanda kienu akkumpanjati minn nuqqas ta' fiduċja fil-munita tagħha. Il-korona ddeprezzat sew fl-ewwel kwart tal-2008 u mbagħad fil-ħarifa, qabel u wara l-falliment tat-tliet banek kummerċjali. Minkejja kontrolli tal-kapital imposti fil-ħarifa tal-2008, il-volatilità tal-munita pprevaliet matul l-2009. (22) Dan it-taqlib irriżulta f'riċessjoni severa fl-ekonomija tal-Islanda, bi tnaqqis fil-PDG ta' 6,8 % fl-2009 u ta' 4 % fl-2010.

(35)

Fost l-implikazzjonijiet tal-kriżi ekonomika kien hemm żieda f'daqqa fil-qgħad minn 1,6 % fl-2008 għal 8 % fl-2009, żieda f'daqqa fl-inflazzjoni u kollass fil-pagi reali. Barra minn hekk, kien hemm żieda qawwija fid-dejn korporattiv u domestiku u tas-sehem ta' self mhux produtttiv fil-portafolli tas-self tal-banek kif ukoll teħid ta' kontroll fuq skala kbira mill-banek il-ġodda ta' negozju f'diffikultà finanzjarja. Fl-istess ħin l-ispiża fiskali kbira tar-ristrutturar tas-sistema bankarja wasslet għal żieda qawwija fid-defiċit fiskali u żieda qawwija fid-dejn tas-settur pubbliku.

(36)

Wara r-riċessjoni profonda, dejta provviżorja mill-Istatistika tal-Islanda tindika bidla totali fit-tieni nofs tal-2011 u għas-sena kollha tkabbir tal-PDG ta' 3,1 % meta mqabbel mas-sena preċedenti.

(37)

It-tkabbir ekonomiku fl-2011 kien dovut l-aktar għal żieda fid-domanda domestika, b'mod partikolari żieda ta' 4 % fil-konsum domestiku privat. Dan kien appoġġjat minn żidiet fil-pagi u benefiċċji soċjali kif ukoll ċerti inizjattivi politiċi meħuda sabiex jittaffa l-piż tal-ħlasijiet tad-dejn domestiku, inkluż sussidju temporanju fuq ir-rata tal-imgħax, l-iffriżar tal-ħlasijiet fuq is-self u r-rimbors bikri ta' tfaddil tal-pensjonijiet privati. Dejta provviżorja għall-2011 tindika wkoll żieda bil-mod fl-investimenti, madankollu minn livell partikolarment baxx (23). Il-konsum pubbliku baqa' f'livell imrażżan matul dawn l-aħħar tliet snin.

(38)

Id-dejta makroekonomika ġenerali taħbi differenzi settorjali aktar sinifikanti. Minbarra l-kollass tas-settur finanzjarju seħħet kontrazzjoni kbira fil-kostruzzjoni u ħafna attivitajiet domestiċi oħra ta' produzzjoni u ta' servizz. Min-naħa l-oħra seħħ tkabbir f'ċerti setturi tal-esportazzjoni. Minħabba r-rata baxxa tal-kambju tal-korona u prezzijiet relattivament stabbli fil-muniti barranin kemm għall-prodotti tal-baħar kif ukoll tal-aluminju, id-dħul mill-esportazzjoni żdied wara l-bidu tal-kriżi ekonomika, anki fir-rigward tat-turiżmu u esportazzjonijiet oħrajn ta' servizzi. Fl-istess waqt, l-importazzjonijiet naqsu b'mod qawwi, u dawru l-bilanċ tal-kummerċ (24) temporanjament għal eċċess ta' madwar 10 % tal-PDG fl-2010. Madankollu, b'żieda fid-domanda domestika fl-2011, l-importazzjonijiet reġgħu kibru, u wasslu għal eċċess kummerċjali globali iżgħar ta' 8,2 % tal-PDG.

(39)

It-tbassir tal-istatistika tal-Islanda għall-2012-2017 tassumi li l-irkupru ekonomiku gradwali se jkompli bi tkabbir ta' 2,6 % fl-2012. Rata ta' tkabbir simili hija mistennija matul il-perjodu ta' tbassir. Madankollu dan it-tbassir huwa soġġett għal bosta inċertezzi. Investimenti industrijali ppjanati fuq skala kbira jistgħu jkunu ttardjati wkoll. It-termini tal-kummerċ tal-Islanda jkunu affettwati b'mod negattiv minn riċessjoni fit-tul fil-pajjiżi kummerċjali ewlenin, li jimplika rata ta' tkabbir aktar baxxa fl-Islanda. Progress kajman aktar minn kemm antiċipat fl-indirizzar tal-piż tad-dejn tad-djar u tal-korporazzjonijiet irażżan ukoll id-domanda domestika u l-prospetti ta' tkabbir tal-ekonomija. It-tkabbir jista' jkun mhedded ukoll minn nuqqas ta' stabbiltà kontinwu fil-prezzijiet marbut mal-volatilità tal-munita fil-kuntest tat-tneħħija tal-kontrolli tal-kapital.

2.4.   Sorveljanza finanzjarja u titjib fil-qafas regolatorju

(40)

Wara l-ħidma inizjali tal-FME marbuta mal-istabbiliment tal-banek il-ġodda u l-valutazzjoni tal-valur tal-assi netti trasferiti mill-banek il-qodma, l-FME għamlet verifika fir-rebbiegħa tal-2009 tal-banek il-ġodda u l-pjanijiet tan-negozju tagħhom, is-saħħa finanzjarja u r-rekwiżiti ta' kapital f'hekk imsejjaħ proġett ta' approvazzjoni. Dan sar bl-għajnuna tad-ditta internazzjonali ta' konsulenza dwar il-ġestjoni Oliver Wyman.

(41)

Wara li temmet il-proċess imsemmi hawn fuq, l-FME tat lill-banek liċenzji operattivi soġġetti għal diversi kundizzjonijiet. Fid-dawl tal-kwalità tal-portafolli tal-assi u l-inċertezza ekonomika antiċipata, inħasset il-ħtieġa li jiġu stabbiliti rekwiżiti tal-kapital ogħla mill-minimu statutorju fuq it-tliet banek. Għaldaqstant l-FME stabbiliet il-proporzjon tal-adegwatezza minima tal-kapital (CAD) għat-tliet banek għal 16 %, u minimu ta' 12 % minnu għall-proporzjon tal-kapital tal-I Grad. Ir-rekwiżiti kienu applikabbli għal mill-inqas tliet snin diment li ma jkunux riveduti mill-FME. Il-kundizzjonijiet tal-likwidità kienu wkoll speċifikati, fejn intalab li l-fondi likwidi disponibbli għandhom fi kwalunkwe ħin jammontaw għal minimu ta' 20 % tad-depożiti u li l-kontanti jew l-ekwivalenti tal-kontanti għandhom jammontaw għal mill-inqas 5 % tad-depożiti. Barra minn hekk, saru rekwiżiti rigward kwistjonijiet oħrajn bħar-ristrutturar tal-portafolli tas-self, il-valutazzjoni tar-riskju, il-governanza u s-sjieda korporattiva. Rekwiżiti tal-kapital komparabbli ġew introdotti mill-FME fir-rigward ta' impriżi finanzjarji oħrajn.

(42)

Il-programm ta' stabilizzazzjoni ekonomika stabbilit f'konsultazzjoni mal-FMI kien jipprovdi għal reviżjoni tal-qafas regolatorju sħiħ tas-servizzi finanzjarji u sorveljanza sabiex titjieb id-difiża kontra kriżi finanzjarja futura. Il-Gvern stieden lid-Direttur Ġenerali preċedenti tal-Awtorità Superviżorja Finanzjarja tal-Finlandja, is-Sur Kaarlo Jännäri, sabiex iwettaq valutazzjoni tal-qafas regolatorju u tal-prattiki ta' sorveljanza eżistenti. Fost it-titjib propost mis-Sur Jännäri kien hemm il-ħolqien ta' Reġistru Nazzjonali tal-Kreditu fl-FME sabiex jonqsu r-riskji ta' kreditu fis-sistema. Ir-rapport tiegħu ssuġġerixxa wkoll li jiġu stabbiliti regoli aktar iebsin u prattika aktar stretta fuq l-espożizzjonijiet kbar u self relatat kif ukoll li jsiru aktar spezzjonijiet fuq il-post sabiex jiġu vverifikati s-sorveljanza u r-rapporti barra mill-post, b'mod partikolari fuq ir-riskju tal-kreditu, ir-riskju tal-likwidità u r-riskju tal-kambju. Kien irrakkomandat ukoll li ssir reviżjoni u titjib fis-sistema tal-garanziji tad-depożiti, billi jiġu segwiti mill-qrib l-iżviluppi fl-UE.

(43)

Il-Gvern sussegwentement ippropona abbozz ta' liġi lill-Althingi, ibbażata inter alia fuq proposti magħmula minn Jännäri kif ukoll emendi magħmula fil-liġi taż-ŻEE dwar l-attivitajiet finanzjarji mill-2009 'il quddiem, li kien adottat u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2010, bħala l-Att Nru 75/2010. Bil-liġi l-ġdida, saru emendi estensivi fl-Att dwar l-Impriżi Finanzjarji. Bosta emendi oħra ġew introdotti aktar tard fil-liġi dwar l-impriżi finanzjarji kif ukoll fir-regolamenti u s-sorveljanza tas-servizzi finanzjarji. Dawn l-emendi regolatorji huma kkunsidrati f'aktar dettall fl-Anness tal-Att.

2.5.   L-isfidi ewlenin li ġejjin (25)

(44)

Minkejja kisbiet kbar fil-bini mill-ġdid tas-settur finanzjarju, l-Islanda qiegħda tkompli tissara mar-riperkussjonijiet tal-kriżi finanzjarja u monetarja tal-ħarifa tal-2008. Il-kriżi finanzjarja żvelat diversi difetti u nuqqasijiet fis-sistema finanzjarja, li għandhom ikunu indirizzati, jekk trid terġa' tinkiseb il-fiduċja pubblika. Jidher evidenti li l-Islanda – bħal ħafna pajjiżi oħrajn milquta ħażin ferm mill-kriżi finanzjarja – qiegħda tiffaċċja għadd ta' sfidi fl-adattament tal-ambjent legali u operattiv tas-servizzi finanzjarji sabiex issostni sistema finanzjarja vijabbli u effiċjenti fil-futur u tnaqqas kemm jista' jkun ir-riskju li jerġgħu jseħħu xokkijiet sistemiċi ulterjuri.

(45)

L-aktar sfidi immedjati li bħalissa qegħdin iħabbtu wiċċhom magħhom l-impriżi finanzjarji Islandiżi huma marbuta mal-fatt li l-banek qegħdin joperaw f'ambjent protett b'kontrolli fuq il-kapital u garanzija fuq id-depożiti ġenerali. Il-banek issa jeħtieġu li jħejju lilhom infushom sabiex joperaw f'ambjent aktar espost, meta l-kontrolli fuq il-kapital jitneħħew u l-garanziji fuq id-depożiti jaqilbu għall-arranġament stipulat fid-direttivi rilevanti tal-UE/ŻEE (26). L-awtoritajiet Islandiżi saħqu li għandha tintuża kawtela kbira meta jiġu introdotti regoli ġodda f'dan ir-rigward.

(46)

Sfida kbira oħra hija l-ħtieġa li jkompli jiġi adattat il-qafas legali u regolatorju sabiex isostni sistema finanzjarja solida u effiċjenti li tkun ukoll konsistenti mal-iżviluppi fil-liġi taż-ŻEE u dik internazzjonali (27).

2.6.   L-istat tal-kompetizzjoni fis-settur finanzjarju tal-Islanda

(47)

Skont informazzjoni reċenti mingħand l-awtoritajiet Islandiżi (28), il-kompetizzjoni fis-suq finanzjarju nbidlet b'mod radikali mill-kollass tal-banek. In-numru ta' impriżi finanzjarji naqas, minħabba li diversi banek tat-tfaddil, banek kummerċjali u selliefa speċjalizzati jew qegħdin jingħalqu jew ingħaqdu ma' impriżi oħrajn (29). L-għadd ta' impriżi finanzjarji għadu qed jonqos, dan l-aħħar bl-amalgamazzjonijiet ta' Landsbankinn u SpKef f'Marzu 2011, ta' Íslandsbanki u Byr f'Diċembru 2011 u l-amalgamazzjoni ta' Landsbankinn u Svarfdaelir Savings Bank, approvata mill-Awtorità fl-20 ta' Ġunju 2012 fid-Deċiżjoni Nru 226/12/COL. Bit-tnaqqis fl-għadd ta' impriżi finanzjarji u l-banek kbar jieħdu taħt idejhom id-depożiti mill-banek li qegħdin jagħlqu, il-konċentrazzjoni fis-suq domestiku żdiedet. Il-preżenza globali tal-banek il-ġodda fis-swieq finanzjarji taż-ŻEE min-naħa l-oħra hija ħafna iżgħar minn dik tal-predeċessuri tagħhom, minħabba li l-operazzjonijiet bankarji internazzjonali ngħalqu.

(48)

Barra minn hekk, is-suq domestiku ċkien b'mod konsiderevoli minħabba li ċerti swieq sekondarji għebu jew huma ġeneralment kajmani. L-għajbien kważi totali tas-suq tal-ishma u l-introduzzjoni ta' kontrolli fuq il-kapital naqqsu l-operazzjonijiet fis-swieq tal-ishma u tal-muniti u rriżultaw f'għażliet ta' investiment limitati. Bil-livell tal-investimenti fl-ekonomija f'livell storikament baxx u l-familji u l-kumpaniji ġeneralment ingranati ħafna, id-domanda għall-kreditu hija baxxa. Mill-kollass, il-banek ikkonċentraw l-isforzi tagħhom fuq kwistjonijiet interni u r-ristrutturar tal-portafolli tas-self tagħhom kif ukoll ir-ristrutturar ta' xi wħud mill-klijenti korporattivi ewlenin tagħhom.

(49)

Qabel il-kriżi finanzjarja, il-banek tat-tfaddil kienu jirrappreżentaw kollettivament sehem mis-suq ta' madwar 20 – 25 % f'depożiti. Dan issa niżel għal madwar 2 – 4 %. L-ishma mis-suq mitlufa mill-banek tat-tfaddil u mill-banek kummerċjali li ħerġin mis-suq inkisbu mit-tliet banek kummerċjali ewlenin, Arion Bank, Íslandsbanki u Landsbanki. Flimkien it-tliet banek kbar issa jirrappreżentaw madwar 90-95 % tas-suq minflok is-60-75 % ta' qabel, fejn is-sehem mis-suq ta' Landsbankinn huwa marġinalment l-ogħla. Minbarra l-għaxar banek tat-tfaddil reġjonali, li fil-preżent jirrappreżentaw madwar 2-4 % tas-suq, l-uniku attur ieħor fis-suq huwa r-ristrutturat MP Bank (30), b'sehem mis-suq ta' madwar 1-5 %.

(50)

Is-suq finanzjarju Islandiż għaldaqstant huwa b'mod ċar oligopolistiku u l-akbar tliet kumpaniji jistgħu flimkien jiksbu pożizzjoni dominanti fis-suq. Skont l-Awtorità Islandiża għall-Kompetizzjoni (ICA), li tagħha l-Awtorità talbet l-opinjonijiet dwar l-istat tal-kompetizzjoni fl-Islanda u r-rimedji potenzjali, hemm ostkoli sinifikanti għad-dħul fis-suq bankarju Islandiż. Dan għandu effett ħażin fuq il-kompetizzjoni. Hemm ukoll ċerti impedimenti għall-konsumaturi li jkunu jixtiequ jibdlu l-banek. L-awtoritajiet tal-Islanda barra minn hekk irrikonoxxew li r-riskji tar-rata tal-kambju assoċjati mal-valuta żgħira u mhux innegozjata tal-Islanda, il-korona Islandiża, komplew jillimitaw il-kompetizzjoni u xekklu lill-banek u lill-kumpaniji barranin milli jidħlu fis-suq Islandiż.

(51)

L-ICA dan l-aħħar iffokat fuq kwistjoni speċifika rigward l-infrastruttura tal-IT għall-operazzjonijiet tal-banek u l-kooperazzjoni tagħhom f'dak ir-rigward. Din hija marbuta mal-fornitur tas-servizz tal-IT li huwa proprjetà konġunta tal-istituzzjonijiet finanzjarji, Reiknistofa bankanna (iċ-Ċentru tad-Dejta tal-Banek Islandiżi; RB). Din il-kwistjoni hija rilevanti għall-valutazzjoni ta' dan il-każ u kienet fost il-kwistjonijiet diskussi mill-Awtorità mal-awtoritajiet tal-Islanda u mal-banek.

(52)

RB huwa proprjetà konġunta tat-tliet banek Islandiżi ewlenin, żewġ banek ta' tfaddil, l-Assoċjazzjoni Islandiża tal-Banek ta' Tfaddil u tat-tliet proċessuri ewlenin tal-kards tal-ħlas fl-Islanda. Landsbankinn għandu 36,84 % tal-ishma f'RB, Íslandsbanki għandu 29,48 % u Arion Bank 18,7 %. Għaldaqstant it-tliet banek kummerċjali flimkien għandhom 85,02 % tal-ishma f'RB. Il-klijenti ta' RB huma s-sidien, il-Bank Ċentrali tal-Islanda u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn kif ukoll l-entitajiet governattivi u pubbliċi. Il-kooperazzjoni tal-banek f'dan il-qasam hija wiesgħa, peress li RB żviluppa s-sistema tal-ikklerjar u s-saldu fl-Islanda. Huwa jipprovdi wkoll għadd ta' soluzzjonijiet bankarji ewlenin li huma soluzzjonijiet li jaqdu diversi klijenti, użati mill-parti l-kbira tal-banek Islandiżi. Barra minn hekk RB jopera wkoll sistema ta' fatturazzjoni elettronika u pagament elettroniku għall-korporattivi u l-konsumaturi.

(53)

Skont l-ICA, il-kollass fl-2008 għamel lill-banek iż-żgħar u l-banek ta' tfaddil partikolarment vulnerabbli. Għall-impriżi finanzjarji ż-żgħar, is-servizzi meħtieġa tal-IT kienu ta' importanza kruċjali, peress li dawn jistgħu jitqiesu bħala wieħed mill-ostakoli għad-dħul għall-parteċipanti l-ġodda fis-suq. Il-pjattaforma għas-servizzi tal-IT kienet ipprovduta sa ċertu punt minn RB fir-rigward tal-impriżi finanzjarji l-kbar u, fir-rigward tal-banek tat-tfaddil u l-atturi ż-żgħar fis-suq, minn Teris. Wara l-għeluq ta' ħafna mill-impriżi finanzjarji ż-żgħar f'dawn l-aħħar snin, Teris tilef sehem sinifikanti mid-dħul tiegħu, li f'Jannar tal-2012 wassal għall-bejgħ ta' xi wħud mis-soluzzjonijiet tal-IT tiegħu lil RB. Skont RB u Teris, din it-transazzjoni kienet inter alia immirata sabiex tassigura provvista kontinwa ta' servizzi tal-IT lill-impriżi finanzjarji ż-żgħar.

(54)

L-ICA kienet qiegħda tinvestiga żewġ każijiet li jirrigwardaw lil RB. L-ewwel, jekk is-sjieda konġunta u l-kooperazzjoni tal-banek u ta' impriżi finanzjarji oħrajn fil-forum ta' RB għandhomx jitqiesu bħala ksur tal-projbizzjoni fuq prattiki restrittivi skont l-Artikolu 10 tal-Att dwar il-Kompetizzjoni tal-Islanda. It-tieni, il-kompatibbiltà tax-xiri minn RB tal-assi ewlenin ta' Teris qiegħda tkun evalwata skont id-dispożizzjonijiet dwar il-fużjoni tal-istess att. Madankollu, f'Mejju 2012 dawn iż-żewġ każijiet ingħalqu bi ftehim bejn RB u s-sidien tiegħu, minn naħa, u l-ICA min-naħa l-oħra. (31)

(55)

Minbarra t-tħassib imsemmi hawn fuq marbut direttament mas-suq finanzjarju tal-Islanda, l-ICA indikat b'mod partikolari l-ħtieġa li l-bejgħ u r-ristrutturar ta' kumpaniji operattivi (32) jitlestew mingħajr dewmien żejjed. Bosta kumpaniji operattivi nxtraw mill-banek (kredituri ta' dawk il-kumpaniji) minħabba dejn żejjed wara l-kollass ekonomiku fl-2008. Skont l-ICA, jista' jinħoloq kunflitt ta' interess meta l-banek jipprovdu servizzi finanzjarji lil kumpaniji meta fl-istess waqt dawn il-kumpaniji jkunu tagħhom. L-ICA hija tal-fehma li s-sjieda diretta u indiretta tal-banek (33) hija l-aktar problema mifruxa u perikoluża għall-kompetizzjoni fil-konsegwenzi tal-kriżi finanzjarja, minħabba li din għandha effett fuq kważi kull kumpanija u industrija fl-Islanda. Fil-fehma tal-ICA, ristrutturar aktar mgħaġġel tal-kumpaniji jtejjeb il-kompetizzjoni fis-suq finanzjarju. Meta l-involviment tal-banek fir-ristrutturar tal-klijenti korporattivi tagħhom kien soġġett għar-rekwiżiti ta' notifika taħt il-kontroll tal-amalgamazzjoni nazzjonali, f'dan ir-rigward l-ICA spiss stabbiliet kundizzjonijiet rigward is-sjieda tal-banek. Madankollu, soluzzjoni komprensiva għall-problema tidher li hija diffiċli, minħabba li hija marbuta essenzjalment mal-ingranaġġ għoli tas-settur tan-negozju Islandiż.

(56)

Fis-sottomissjoni tagħhom lill-Awtorità, it-tliet banek kummerċjali, Arion Bank, Íslandsbanki u Landsbankinn, kollha esprimew l-opinjoni li ma seħħet l-ebda bidla kbira fil-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni fis-suq finanzjarju Islandiż mill-ħarifa tal-2008 li għandha tqajjem tħassib. Kompetizzjoni effettiva pprevaliet fis-suq, mingħajr ebda evidenza ta' mġieba kollużiva tal-akbar tliet atturi. Meta eżaminat il-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni fis-suq, l-ICA kienet injorat ċerti fatturi ewlenin, bħall-fatt li l-banek barranin kienu għal żmien twil u għadhom jikkompetu b'mod attiv mal-banek Islandiżi għall-provvista ta' servizzi finanzjarji lill-akbar klijenti, bħal impriżi f'attivitajiet ibbażati fuq l-esportazzjoni (is-sajd, l-industrija tal-enerġija intensiva, eċċ.) kif ukoll attività tal-istat u muniċipali.

(57)

Madankollu, din il-fehma hija kuntrarja għall-opinjoni espressa fis-sottomissjoni tal-awtoritajiet Islandiżi, kif stabbilit fir-rapport imsemmi hawn fuq mill-Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi lil Althingi u għall-opinjoni tal-ICA. Barra minn hekk, kif se jkun spjegat hawn taħt, Íslandsbanki, minkejja ċerti riżervi rigward l-analiżi tal-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni, iddeċieda li jipprovdi ċerti impenni mmirati lejn it-tnaqqis tad-distorsjoni tal-kompetizzjoni marbuta mal-miżuri tal-għajnuna kkonċernati. Dawk l-impenni huma rrapportati fl-Anness.

3.   DESKRIZZJONI TAL-MIŻURI

3.1.   Il-benefiċjarju

(58)

Kif deskritt aktar 'il fuq, Glitnir falla fl-2008, bħal żewġ banek kummerċjali kbar oħra Islandiżi. Għalhekk biex jassiguraw il-kontinwità fl-operat tas-settur bankarju domestiku, l-awtoritajiet Islandiżi ħadu ċerti miżuri, sabiex jirrestawraw ċerti operazzjonijiet ta' Glitnir Bank hf (il-qadim), inkluż l-istabbiliment u l-kapitalizzazzjoni ta' New Glitnir Bank hf (li issa ngħata l-isem ta' Íslandsbanki).

3.1.1.   Glitnir Bank

(59)

Qabel il-kriżi finanzjarja tal-2008 Glitnir Bank kien it-tielet l-akbar bank fl-Islanda. Eżatt qabel il-kollass tiegħu, fl-aħħar ta' Ġunju 2008 il-karta tal-bilanċ tiegħu kienet tammonta għal ISK 3 862 biljun. Is-swieq ewlenin tal-bank kienu fl-Islanda u fin-Norveġja fejn kien joffri firxa ta' servizzi finanzjarji, inklużi servizzi bankarji korporattivi, servizzi bankarji ta' investiment, swieq kapitali, servizzi ta' mmaniġġjar tal-investiment u operazzjonijiet bankarji għall-konsumatur. Glitnir kellu wkoll operazzjonijiet fil-Finlandja, fl-Isvezja, fid-Danimarka, fir-Renju Unit, fil-Lussemburgu, fl-Istati Uniti, fil-Kanada, fiċ-Ċina u fir-Russja. Kellu għadd ta' kumpaniji sussidjarji, bl-aktar sinifikanti jkunu: Glitnir AB (l-Isvezja); Glitnir Bank Oyi (il-Finlandja); Glitnir Bank ASA (in-Norveġja); Glitnir Bank Lussemburgu SA; u Gltinir Asset Management Lussemburgu. L-espansjoni internazzjonali tal-bank kienet ibbażata fuq żewġ setturi tal-industrija speċjalizzati; il-frott tal-baħar u l-enerġija sostenibbli (34). L-ishma fil-bank kienu elenkati fl-OMX (il-Borża Islandiża).

3.1.2.   Íslandsbanki

(60)

Is-suċċessur ta' Glitnir, Íslandsbanki, huwa bank universali li joffri sensiela ta' servizzi finanzjarji komprensivi lil individwi, familji, korporazzjonijiet u investituri professjonali fl-Islanda, u li jispeċjalizza f'żewġ setturi tal-industrija; il-frott tal-baħar u l-enerġija ġeotermali. Wara l-amalgamazzjoni ma' Byr, l-assi tal-bank issa kienu jammontaw għal madwar ISK 800 biljun. Għandu madwar 1 100 impjegat, u huwa t-tielet l-akbar bank fl-Islanda meta mkejjel f'termini ta' assi totali. Il-prodotti u s-servizzi bankarji jaqgħu f'erba' diviżjonijiet: Operazzjonijiet bankarji għall-konsumatur, Servizzi Bankarji Korporattivi, Ġestjoni tas-Swieq u tal-Ġid. Skont Íslandsbanki, għandu sehem mis-suq ta' bejn [20] u [40] % f'dawk is-segmenti kollha tan-negozju.

3.1.2.1.   Operazzjonijiet bankarji għall-konsumatur – l-Islanda

(61)

L-operazzjonijiet bankarji għall-konsumatur joffru servizzi bankarji lil individwi, familji u kumpaniji żgħar u ta' daqs medju (SMEs). Id-diviżjoni tinkludi n-netwerk tal-fergħat ta' Íslandsbanki, id-diviżjoni tal-Finanzjament Ibbażat fuq l-Assi tal-Bank u sussidjarja li titħaddem b'mod indipendenti, Kreditkort, emittent ewlieni tal-karti ta' kreditu fl-Islanda.

(62)

L-aħħar figuri disponibbli, juru li Íslandsbanki għandu sehem mis-suq ta' [> 30] % fis-settur tal-operazzjonijiet bankarji għall-konsumatur.

3.1.2.2.   Servizzi bankarji korporattivi – l-Islanda

(63)

Is-Servizzi Bankarji Korporattivi (CB) jipprovdu servizzi ta' self u ta' kreditu ieħor lil kumpaniji ta' daqs medju u kbar fl-Islanda, li normalment jissejħu “l-akbar 300”. Barra minn hekk, Corporate Solutions, diviżjoni f'CB, tiġġestixxi u tmexxi r-ristrutturar tal-portafoll ta' korporazzjonijiet kbar li jinsabu f'diffikultà.

(64)

L-aħħar figuri disponibbli, juru li Íslandsbanki għandu sehem mis-suq ta' [> 30] % fis-suq bankarju korporattiv.

3.1.2.3.   Swieq

(65)

Id-diviżjoni tas-swieq toffri firxa sħiħa ta' servizzi fil-finanzjament tal-korporazzjonijiet, titoli u kambju u prodotti tas-suq tal-flus fl-Islanda kif ukoll konsulenza dwar il-finanzi korporattivi fis-setturi tal-enerġija ġeotermali u tal-frott tal-baħar fl-Istati Uniti.

(66)

L-aħħar figuri disponibbli, juru li Íslandsbanki għandu sehem mis-suq ta' [> 5] % tas-suq tal-ekwità (35), [> 20] % tas-suq tal-bonds, [> 30] % tas-suq tal-kambju (FX) u madwar [35 - 45] % tas-suq tal-Finanzjament tal-Korporazzjonijiet. (36)

3.1.2.4.   Ġestjoni tal-Ġid - VÍB

(67)

Il-Ġestjoni tal-Ġid jipprovdi lil klijenti ta' kull daqs bejgħ istituzzjonali, servizzi bankarji privati (għonja) u servizzi ta' investiment privat (bejgħ bl-imnut) u fondi ta' partijiet terzi. VÍB joffri wkoll ġestjoni u amministrazzjoni ta' fondi permezz tas-sussidjarja tiegħu Íslandssjóðir hf, ġestita u operata b'mod indipendenti.

(68)

L-aħħar figuri disponibbli juru li Íslandsbanki għandu sehem mis-suq ta' [> 30] % tal-Bejgħ Korporattiv u Istituzzjonali, [> 30] % tas-Servizzi ta' Investiment bl-Imnut, [> 25] % tas-swieq tas-Servizzi Bankarji Privati, [> 35] % tas-swieq tal-Ġestjoni tal-Fondi Reċiproki u [> 15] % tas-suq tas-Servizzi tal-Penzjoni Privati. (37)

3.2.   Paragun bejn il-bank il-qadim u l-ġdid

3.2.1.   Paragun bejn Glitnir u Íslandsbanki (2008)

(69)

Hemm differenzi kbar bejn il-bank il-ġdid u l-qadim kemm f'termini tal-operat kif ukoll tal-iskala tagħhom. Íslandsbanki huwa fil-biċċa l-kbira bank domestiku mingħajr ebda operat bankarju b'liċenzja f'pajjiżi barranin waqt li Glitnir kien bank internazzjonali li kien jopera fi 11-il pajjiż. Íslandsbanki għandu erba' segmenti ta' negozju; Servizzi Bankarji Kummerċjali/bl-Imnut, Ġestjoni tal-Assi, Servizzi Bankarji Korporattivi u tal-Investiment, u Swieq tat-Teżor u Kapitali, li huma kollha ffukati fuq is-suq domestiku. B'mod l-aktar notevoli, l-iskala tal-operazzjonijiet ta' Íslandsbanki huma sostanzjalment iżgħar minn dik ta' Glitnir; il-karta tal-bilanċ tal-bank il-qadim ta' ISK 3 862 biljun meta mqabbla ma' dik tal-bank il-ġdid ta' ISK 631 biljun tammonta għal tnaqqis ta' 84 %. Paragun tal-karta tal-bilanċ tal-bank il-qadim f'Ġunju 2008 mal-karta tal-bilanċ tal-ftuħ tal-bank il-ġdid tinsab fit-Tabella 1 hawn fuq.

(70)

Glitnir għandu taħlita diversa ta' finanzjament u kien emittent kbir ta' bonds mibjugħa madwar id-dinja kollha. Íslandsbanki, min-naħa l-oħra, jiddependi prinċipalment fuq id-depożiti għall-finanzjament. Dan, flimkien mal-probabbiltà li l-bank mhux se jkollu aċċess għal sorsi ta' finanzjament simili għal dawk tal-bank predeċessur tiegħu (ta' mill-inqas fuq medda ta' żmien qasir), tillimita l-kapaċità tal-bank li jikber. Il-paragun fil-Graff 1 tal-indikaturi prinċipali taż-żewġ banek juri differenzi konsiderevoli (38):

Graff 1

Íslandsbanki meta ġie stabbilit, imqabbel ma' Glitnir fl-2008 (Q2), figuri magħżula

Image

(71)

Il-bank il-ġdid għandu wkoll numru sostanzjalment iżgħar ta' persunal. In-numru medju ta' persunal ekwivalenti għal impjegati full time minn Glitnir matul l-ewwel nofs tal-2008 kien ta' 2 174 meta mqabbel ma' 1 110 għal Íslandsbanki (inklużi sussidjarji) matul l-ewwel nofs tal-2009, li hija differenza ta' 49 %. Il-figuri matul l-istess perjodi għal operazzjonijiet domestiċi juru biss li l-bank il-ġdid impjega 242 impjegat inqas minn Glitnir.

3.3.   Bażi legali nazzjonali għal miżuri ta' għajnuna

Att Nru 125/2008 dwar l-Awtorità għall-Iżborżi tat-Teżor minħabba Ċirkostanzi mhux tas-Soltu fis-Suq Finanzjarju eċċ, spiss imsejjaħ l-Att ta' Emerġenza

(72)

L-Att ta' Emerġenza ta lill-FME l-awtorità li tintervjeni “f'ċirkostanzi estremi” u tassumi setgħat tal-laqgħat tal-azzjonisti tal-istituzzjonijiet finanzjarji u l-laqgħat tal-bord, u tiddeċiedi fuq iċ-ċessjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet tagħhom. L-FME ngħatat is-setgħa wkoll sabiex taħtar kumitati ta' riżoluzzjoni għall-impriżi finanzjarji li tkun akkwiżixxiet, li kellhom is-setgħat tal-laqgħat tal-azzjonisti. Fl-istralċ tal-istituzzjonijiet, l-Att jagħti status ta' prijorità lil talbiet minn detenturi ta' depożiti u skemi ta' garanzija tad-depożiti. L-Att awtorizza wkoll lill-Ministeru tal-Finanzi tal-Islanda sabiex iwaqqaf banek ġodda. L-Att ta' Emerġenza jinkludi emendi tal-Att dwar l-Impriżi Finanzjarji, Nru 161/2002, l-Att dwar is-Sorveljanza Uffiċjali tal-Attivitajiet Finanzjarji, Nru 87/1998, l-Att dwar il-Garanziji tad-Depożiti u l-Iskema ta' Kumpens għall-Investituri, Nru 98/1999, u l-Att dwar l-Affarijiet tad-Djar, Nru 44/1998.

L-Att dwar il-Baġit tal-Istat Supplementari għall-2008 (Artikolu 4)

L-Att dwar il-Baġit tal-Istat għall-2009 (Artikolu 6)

3.4.   Il-miżuri ta' għajnuna

(73)

L-intervent tal-awtoritajiet tal-Islanda wara li falla Glitnir Bank ġie spjegat iktar 'il fuq, u dan ġie spjegat f'iktar dettall fid-deċiżjoni ta' ftuħ. L-essenza tal-interventi tista' tinġabar fil-qosor kif ġej: L-FME ħadet kontroll fuq Glitnir fis-7 ta' Ottubru 2008, u obbligazzjonijiet domestiċi u (ħafna mill-) assi domestiċi ġew trasferiti lil New Glitnir. Il-bank il-qadim/il-kredituri tiegħu kellhom jiġu kkumpensati għal dan it-trasferiment billi jirċievi s-somma tad-differenza bejn l-assi u l-obbligazzjonijiet. Peress li d-determinazzjoni ta' din id-differenza kienet diffiċli u tieħu ħafna żmien, l-Istat ipprovda xi kapital inizjali u impenn li jikkontribwixxi iktar kapital jekk ikun hemm bżonn. Imbagħad ikkapitalizza l-bank, qabel ma finalment intlaħaq ftehim bejn l-Istat u l-kredituri tal-bank il-qadim f'Ottubru, li wassal sabiex is-sehem tal-Istat fil-bank naqas minn 100 % għal 5 %. L-Awtorità tqis li din id-data – 15 ta' Ottubru 2009 – timmarka l-bidu tal-perjodu ta' ristrutturar ta' 5 snin, li konsegwentement se jitlesta sal-15 ta' Ottubru 2014.

(74)

It-taqsima li ġejja hija limitata għad-deskrizzjoni ta' dawk l-aspetti tal-intervent tal-Istat li jikkostitwixxu miżuri ta' għajnuna rilevanti għall-valutazzjoni skont l-Artikolu 61 tal-Ftehim ŻEE.

3.4.1.   Il-kapital ta' Grad 1

(75)

L-Istat ipprovda kapital tal-Livell I darbtejn – darba, meta nħoloq New Glitnir, u mbagħad mill-ġdid meta kkapitalizza l-bank bis-sħiħ (u b'mod retroattiv); segwit minn ftehim mal-bank il-qadim f'isem il-kredituri tiegħu li skont dan l-Istat żamm sehem ta' 5 % mill-bank.

3.4.1.1.   Kapital inizjali

(76)

Wara t-twaqqif ta' bank ġdid, Íslandsbanki– l-Istat ipprovda ISK 775 miljun fi flus kontanti bħala kapital inizjali għall-bank il-ġdid u barra minn hekk ta impenn li jikkontribwixxi sa ISK 110 biljun b'kollox bħala kapital ta' riskju tal-Grad I għall-bank il-ġdid għall-ekwità sħiħa tiegħu. Il-figura ta' qabel tikkorrispondi għall-kapital minimu meħtieġ skont il-liġi tal-Islanda għat-twaqqif ta' bank. Il-figura tal-aħħar ġiet ikkalkolata bħala 10 % ta' valutazzjoni inizjali tad-daqs probabbli tal-bilanċ tal-assi peżati tar-riskju tal-bank u ġiet inkluża b'mod formali fil-baġit tal-istat għas-sena 2009 bħala allokazzjoni ta' fondi tal-gvern biex jiġu indirizzati ċ-ċirkostanzi straordinarji fis-swieq finanzjarji. Din l-allokazzjoni ta' kapital kienet maħsuba sabiex tipprovdi garanzija adegwata għall-operabilità tal-bank sakemm setgħu jiġu solvuti l-kwistjonijiet relatati mar-rikapitalizzazzjoni finali tiegħu, inkluż id-daqs tal-bilanċ tal-ftuħ tiegħu bbażat fuq il-valutazzjoni tal-kumpens pagabbli lill-bank il-qadim għall-assi ttrasferiti.

3.4.1.2.   L-injezzjoni kapitali u ż-żamma ta' sehem ta' 5 % bħala parti mis-saldu mal-kredituri tal-bank il-qadim

(77)

Fl-20 ta' Lulju 2009, il-Gvern tal-Islanda u l-Kumitat ta' Riżoluzzjoni ta' Glitnir ikkonkludew ftehim dwar il-kapitalizzazzjoni inizjali ta' Íslandsbanki u l-bażi għall-kumpens pagabbli lill-kredituri ta' Glitnir bi skambju għat-trasferiment ta' assi u depożiti fil-biċċa l-kbira domestiċi minn Glitnir (39). Fuq il-bażi ta' dan il-ftehim, l-Istat ikkommetta fl-14 ta' Awwissu 2009 li jipprovdi lil Íslandsbanki b'kapital ta' ekwità addizzjonali ta' ISK 64,2 biljun, biex b'hekk l-ekwità totali tal-bank ammonta għal ISK 65 biljun, li kien meħtieġ sabiex jissodisfa r-rekwiżit tal-FME ta' proporzjon tal-Livell I ta' 12 %. Il-ftehim kien jipprovdi għal żewġ għażliet possibbli fir-rigward tal-ħlas ta' assi netti ttrasferiti u parteċipazzjoni fl-ekwità; jew li Glitnir jieħu l-maġġoranza tal-ishma f'Íslandsbanki u jitħallas għall-assi ttrasferiti b'ishma fil-bank jew, jekk dak dak it-teħid ta' ishma ma jseħħx, il-kapitalizzazzjoni tal-gvern tibqa' fis-seħħ u Íslandsbanki jibqa' proprjetà tal-gvern. Glitnir ingħata żmien sat-30 ta' Settembru 2009 biex jiddeċiedi dwar liema għażla se jagħżel; din id-data sussegwentement ġiet estiża sal-15 ta' Ottubru 2009. Fil-15 ta' Ottubru 2009 ġie mħabbar li l-Kumitat ta' Riżoluzzjoni ta' Glitnir kien iddeċieda, f'isem il-kredituri tiegħu, li jieħu 95 % tal-kapital azzjonarju f'Íslandsbanki bħala kumpens għall-assi li kienu ġew ittrasferiti mill-bank il-qadim għall-ġdid. L-istat żamm il-5 % li kien jifdal.

(78)

Bħala parti mit-transazzjoni ġie miftiehem li l-Kumitat ta' Riżoluzzjoni (kredituri) kien se jħallas lill-istat is-somma ta' ISK 8,3 biljun għall-imgħax totali li akkumula fuq l-investiment tiegħu matul il-perjodu. Dan ammonta għal redditu ta' 12,8 %, li ġie annwalizzat għal 13,9 %, u kkonkluda s-saldu fir-rigward ta' dawk l-assi ttrasferiti minn Glitnir lil Íslandsbanki mal-kollass tal-banek f'Ottubru 2008.

3.4.2.   Kontribut kapitali tal-Livell II

(79)

Fil-15 ta' Ottubru 2009, il-Gvern ipprovda wkoll lill-bank b'self subordinat sabiex isaħħaħ l-ekwità u l-pożizzjoni ta' likwidità tiegħu sabiex jikkonforma mar-rekwiżiti kapitali tal-FME. Is-self subordinat huwa disponibbli f'Euro u jammonta għal ISK 25 biljun ta' kapital tal-Livell II f'forma ta' strument li jipprovdi għal Íslandsbanki biex joħroġ noti subordinati mhux iggarantiti. It-terminu tan-noti huwa ta' għaxar snin sa mit-30 ta' Diċembru 2009. L-istrument għandu inċentivi intrinsiċi għal ħruġ fil-forma ta' żieda fl-imgħax wara ħames snin. Skont il-ftehim, ir-rata tal-imgħax fis-sena għall-ewwel ħames snin hija 400 punt bażiku 'il fuq minn EURIBOR (40) u fil-perjodu minn ħames sa għaxar snin wara l-konklużjoni tal-ftehim ir-rata tal-imgħax fis-sena hija 500 punt bażiku 'l fuq minn EURIBOR.

(80)

B'rabta mal-miżuri kapitali tal-Livell I deskritti hawn fuq, permezz tal-kontribut kapitali tal-Livell II ġie żgurat li Íslandsbanki kkonforma mar-rekwiżit ta' CAD tal-FME ta' 16 % fil-15 ta' Ottubru 2009.

3.4.3.   Il-garanzija tad-depożiti

(81)

Biex tikkonforma mad-Direttiva 97/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Marzu 1997 dwar skemi ta' kumpens għall-investitur (41) u 94/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 1994 dwar skemi ta' garanzija għal depożiti (42), l-Islanda adottat l-Att Nru 98/1999 dwar skemi ta' garanziji tad-depożiti u kumpens għall-investitur u b'hekk waqqfet l-hekk imsejjaħ Fond ta' Garanzija tad-Depożituri u l-Investituri (“TIF”), li ġie ffinanzjat minn kontribuzzjonijiet annwali mill-banek, ikkalkolati fir-rigward tad-depożiti totali ta' dak il-bank.

(82)

Skont l-awtoritajiet Islandiżi, u biex tiġi pprovduta iktar garanzija u serħan il-moħħ lill-pubbliku ġenerali dwar is-sikurezza tad-depożiti tagħhom meta faqqgħet il-kriżi, il-miżuri ta' salvataġġ tal-bank tal-Gvern tal-Islanda tal-ħarifa tal-2008 involvew ukoll appoġġ addizzjonali mill-istat tad-depożiti fil-banek domestiċi kummerċjali u tat-tfaddil, barra l-kamp ta' applikazzjoni tal-Att Nru 98/1999 li jimplimenta d-Direttiva 94/19/KE dwar skemi ta' garanzija għal depożiti u d-Direttiva 97/9/KE dwar skemi ta' kumpens għall-investitur.

(83)

Fis-6 ta' Ottubru 2008 l-Uffiċċju tal-Prim Ministru ħabbar li l-“Gvern tal-Islanda jisħaq li d-depożiti fil-banek domestiċi kummerċjali u tat-tfaddil u l-fergħat tagħhom fl-Islanda se jkunu koperti bis-sħiħ (43). Din id-dikjarazzjoni ttenniet mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru attwali fi Frar u f'Diċembru 2009. (44) Barra minn hekk, saret referenza għaliha f'ittra ta' intenzjoni mibgħuta mill-Gvern tal-Islanda lill-Fond Monetarju Internazzjonali (u ppubblikata fuq il-websajt tal-Ministeru tal-Ekonomija u tal-FMI) fis-7 ta' April 2010 (u mtennija f'ittra ta' intenzjoni oħra datata t-13 ta' Settembru 2010). L-ittra (li ġiet iffirmata mill-Prim Ministru tal-Islanda, il-Ministeru tal-Finanzi, il-Ministeru tal-Ekonomija u l-Gvernatur tas-CBI) iddikjarat li “Bħalissa, għadna impenjati li nħarsu d-depożituri bis-sħiħ, iżda malli tiġi garantita l-istabilità finanzjarja se nippjanaw it-tneħħija gradwali ta' din il-garanzija kategorika.” (45)Barra minn hekk, fit-taqsima tal-liġi għall-Att tal-Baġit tal-2011 dwar il-garanziji tal-istat, f'nota f'qiegħ il-paġna ssir referenza għad-dikjarazzjoni tal-Gvern tal-Islanda li d-depożiti fil-banek tal-Islanda jgawdu minn garanzija tal-istat. (46)

(84)

Dikjarazzjoni riċenti tal-Ministru tal-Ekonomija u l-eks-Ministru tal-Finanzi (2009-2011), Steingrímur Sigfússon f'dibattitu fil-Parlament tal-Islanda dwar il-kost tal-gvern relatat mal-akkwiżizzjoni minn Landsbankinn ta' SpKef, tikkonferma dan li ntqal hawn fuq. Skont il-Ministru, dwar din il-kwistjoni wieħed irid jiftakar id-dikjarazzjoni tal-Istat fil-ħarifa tal-2008 li d-depożiti kollha fil-banek tat-tfaddil u l-banek kummerċjali huma sikuri u protetti. “Il-ħidma kollha li saret sa issa ġiet ibbażata fuqha (jiġifieri d-dikjarazzjoni) u sfortunatament huwa minnu li dawn (jiġifieri l-ħlasijiet dovuti lil SpKef) se jkunu fost l-ikbar nefqiet iffinanzjati direttament mill-istat bħala spejjeż għall-garanzija tad-depożiti tal-abitanti kollha ta' Suðurnes … u l-klijenti kollha ta' SpKef fil-Fjords tal-Punent u ż-żoni tal-Punent u l-Majjistral … Ma nimmaġinax li hemm xi ħadd li stenna li d-detenturi ta' depożiti f'dawk iż-żoni jiġu ttrattati b'xi mod differenti mill-abitanti l-oħrajn, u allura l-istat ma tantx seta' jagħmel mod ieħor f'dan ir-rigward”. (47)

(85)

Skont il-Gvern tal-Islanda, il-garanzija addizzjonali tad-depożiti se titneħħa qabel ma jitneħħew bis-sħiħ il-kontrolli fuq il-kapital, li skont l-awtoritajiet tal-Islanda bħalissa hija ppjanata li sseħħ fi tmiem l-2013.

3.4.4.   Faċilità ta' Likwidità Speċjali

(86)

Barra minn hekk, bħala kundizzjoni biex il-kredituri jieħdu ekwità fil-bank il-ġdid, il-Gvern Islandiż ikkonkluda ftehim ieħor ma' Íslandsbanki fil-11 ta' Settembru 2009 li kellu jidħol fis-seħħ jekk kieku l-Kumitat ta' Riżoluzzjoni ta' Glitnir iddeċieda li jeżerċita l-għażla tiegħu li jsir is-sid maġġoritarju tal-bank (48). Skont il-ftehim, il-Ministru tal-Finanzi jikkommetti ruħu li jsellef bonds tal-gvern li jistgħu jiġu akkwistati mill-ġdid bi skambju għal assi ddefiniti b'mod speċifiku fuq termini u kundizzjonijiet speċifikati fil-ftehim sa valur ta' ISK 25 biljun.

(87)

It-termini ewlenin tal-ftehim biex tiġi pprovduta likwidità huma skont kif ġej:

Ammont massimu tas-self:

ISK 25 biljun

Terminu:

Sa Settembru 2012

Remunerazzjoni:

3,0 % fuq l-ewwel ISK 8 biljun; 3,5 % fuq tit-tieni ISK 8 biljun; 4,0 % għal ammonti 'il fuq minn ISK 16-il biljun

Ħlas:

Íslandsbanki huwa meħtieġ iħallas 0,5 % tal-ammont tas-self kull meta jiġu pprovduti titoli ġodda

Kontrogaranzija:

Íslandsbanki huwa meħtieġ jipprovdi kontrogaranzija għas-self tat-titoli tat-Teżor, li jistgħu jkunu assi finanzjarji f'diversi forom.

(88)

Skont l-awtoritajiet Islandiżi, din il-faċilità ta' likwidità hija meħtieġa minħabba li d-deċiżjoni tal-kredituri li jieħdu l-ishma ta' Íslandsbanki naqqset b'mod sinifikanti l-assi tal-bank li jistgħu jiġu akkwistati mill-ġdid u heddet il-kapaċità tiegħu li jikkonforma mar-rekwiżiti superviżorji fir-rigward ta' riżervi ta' likwidità. (49) Skont l-awtoritajiet Islandiżi l-faċilità hija maħsuba bħala miżura addizzjonali li għandha tintuża biss meta sorsi oħrajn ta' likwidità ma jkunux suffiċjenti. L-ipprezzar u t-termini tal-faċilità jinkludu inċentivi sabiex ma jiġi skoraġġit l-użu tagħha jekk ikunu disponibbli għażliet oħrajn. Sa issa, il-faċilità qatt ma ntużat.

3.4.5.   Ftehim ta' self ta' titoli ta' Straumur

(89)

Fid-9 ta' Marzu 2009, l-FME, li kienet qed taġixxi taħt l-awtorità mogħtija lilha mill-Att ta' Emerġenza, assumiet il-poteri tal-azzjonisti ta' Straumur–Burdaras Investment Bank hf. (“Straumur”) u ħatret Kumitat ta' Riżoluzzjoni biex jissostitwixxi l-Bord tad-Diretturi tiegħu (50). Wara konsultazzjoni mal-Kumitat ta' Riżoluzzjoni, il-kredituri, is-CBI u l-Ministeru tal-Finanzi, fis-17 ta' Marzu 2009, l-FME ttrasferixxiet l-obbligazzjonijiet għad-depożiti ta' Straumur lil Íslandsbanki (51). Bħala ħlas lura talli assuma l-obbligazzjonijiet ta' depożitu, Straumur ħareġ bond ikkollaterizzat kontra l-assi tiegħu. Il-bond inħareġ fit-3 ta' April 2009 għall-ammont ta' ISK 43 679 014 232 għal terminu sal-31 ta' Marzu 2013. Il-bond jagħti imgħax fuq l-ammont ta' REIBOR (52) b'żieda ta' 190 punt bażiku fl-ewwel 12-il xahar qabad ma jonqos għal REIBOR b'żieda ta' 100 punt bażiku minn hemm 'il quddiem sal-maturità. Simultanjament, Íslandsbanki u l-Ministeru tal-Finanzi daħlu fi ftehim ta' self ta' titoli, li fih il-gvern effettivament iwiegħed noti tal-gvern li jistgħu jiġu akkwistati mill-ġdid bħala garanzija għall-pretensjoni ta' Straumur, u bħala kumpens għal dan Íslandsbanki jista' jikseb likwidità mis-CBI safejn dik il-likwidità tkun meħtieġa bħala riżultat talli Íslandsbanki assuma r-responsabbiltà għad-depożiti ta' Straumur.

(90)

Fil-ftehim Íslandsbanki huwa impenjat li jirritorna lill-istat l-ammont ta' bonds tal-gvern ekwivalenti għall-ħlasijiet li l-bank jirċievi taħt il-bond maħruġ minn Straumur. Il-partijiet qablu wkoll li f'każ li Íslandsbanki ma jirċevix ħlas sħiħ taħt il-bond, u f'każ li l-istat ma jkunx ħallas id-dejn li jifdal, Íslandsbanki jżomm il-bonds tal-gvern pendenti. Essenzjalment, għalhekk, Íslandsbanki assuma r-responsabbiltajiet ta' Straumur għad-depożiti u rċieva ammont korrispondenti ta' assi ggarantiti mill-gvern bħala kumpens.

(91)

Kif indikat hawn fuq, il-bond ta' Straumur kellu jimmatura fil-31 ta' Marzu 2013. Madankollu, fl-istess ħin il-bond tħallas bis-sħiħ, mingħajr ma kien meħtieġ intervent mill-Istat Islandiż.

3.4.6.   Il-kapitalizzazzjoni u l-akkwist ta' Byr, u l-faċilità ta' self subordinat mogħtija lil Byr

(92)

Kif deskritt fid-dettall fid-Deċiżjoni Nru 126/11/COL tat-13 ta' April 2011 (“id-Deċiżjoni Byr”) il-Gvern Islandiż ta għajnuna mill-Istat fil-forma ta' kapital u faċilità ta' self subordinat għall-istabbiliment ta' Byr, li kompla l-operazzjonijiet tal-predeċessur tiegħu, il-bank tat-tfaddil Byr (“Byr il-qadim”). F'dan il-proċess il-kredituri ta' Byr il-qadim saru l-azzjonisti ta' Byr (il-ġdid), flimkien mal-Istat Islandiż li pprovda kapital għall-istabbiliment tal-kumpanija l-ġdida.

(93)

Meta d-Deċiżjoni Byr ġiet adottata fit-13 ta' April 2011, il-kontijiet annwali għas-sena 2010 kienu għadhom mhux disponibbli. Madankollu, f'dak il-punt il-maniġment ta' Byr kien kunfidenti li l-miżuri ta' salvataġġ li kienu approvati temporanjament mill-Awtorità fid-Deċiżjoni Byr kienu se jkunu biżżejjed biex jiġu żgurati l-operazzjonijiet tal-bank ta' mill-inqas sakemm ikun jista' jiġi ppreżentat pjan ta' ristrutturar lill-Awtorità li jistabbilixxi vijabbiltà fit-tul. Matul il-proċess tal-awditjar tal-kontijiet tal-bank fl-ewwel nofs tal-2011, sar ċar li tniżżil fil-valur ulterjuri tal-assi ta' Byr kien meħtieġ, u dan min-naħa naqqas il-proporzjon CAD tal-bank.

(94)

Kif deskritt fid-dettall fid-Deċiżjoni Nru 325/11/COL tad-19 ta' Ottubru 2011 (“it-tieni Deċiżjoni Byr”), l-iskarsezza riżultanti ta' kapital ma setgħetx tiġi rrimedjata, u Byr tpoġġa għall-bejgħ. L-akkwist sussegwenti, b'mod partikolari l-użu potenzjali ta' għajnuna mill-istat għal dan l-iskop minn Íslandsbanki, ġie approvat mill-Awtorità fit-tieni Deċiżjoni Byr, mingħajr preġudizzju għall-proċedura ta' investigazzjoni formali tal-Awtorità dwar jekk l-għajnuna mogħtija lil Íslandsbanki kinitx kumpatibbli mal-Ftehim ŻEE, li hija evalwata fid-deċiżjoni inkwistjoni.

(95)

Barra minn hekk, l-Awtorità kkunsidrat li d-disponibbiltà kontinwa tal-faċilità ta' self subordinat għall-perjodu interim sakemm tkun tista' ssir il-fużjoni formali bejn Byr u Íslandsbanki, jiġifieri sakemm Byr kienet entità legali separata skont il-liġi nazzjonali, hija kumpatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE. Skont l-awtoritajiet Islandiżi, la Byr u lanqas Íslandsbanki qatt ma ġibdu mill-faċilità ta' self subordinat.

(96)

L-Awtorità indikat li l-eżitu tal-valutazzjoni finali ta' dawn il-miżuri kien jiddependi fuq l-informazzjoni fil-pjan ta' ristrutturar għall-entità li rriżultat mill-fużjoni bejn Íslandsbanki u Byr li l-Gvern Islandiż kien impenja ruħu li jippreżenta sa mhux aktar tard minn tliet xhur wara l-eżekuzzjoni tat-transazzjoni prevista. Tabilħaqq, kif deskritt hawn fuq, pjan ta' ristrutturar għall-entità li rriżultat mill-fużjoni ġie ppreżentat fil-ħin, li l-Awtorità se tevalwa hawn isfel.

Il-pjan ta' ristrutturar

(97)

L-awtoritajiet Islandiżi ssottomettew pjan ta' ristrutturar għal Íslandsbanki fil-31 ta' Marzu 2011. Wara l-akkwist ta' Byr, il-pjan ġie emendat, aġġornat u ppreżentat mill-ġdid mill-awtoritajiet Islandiżi fit-22 ta' Frar 2012 (iktar 'il quddiem il-“pjan ta' ristrutturar”). Il-pjan ta' ristrutturar ġie ssupplimentat bi pjan ta' negozju ta' ħames snin datat 14 ta' Jannar 2012 (53) u rapport tal-Proċess ta' Evalwazzjoni ta' Kapital tal-Adegwatezza Interna (Internal Capital Adequacy Assessment Process – ICAAP) (ippreżentat lill-FME fl-1 ta' April 2012).

(98)

Il-pjan ta' ristrutturar, flimkien mal-pjan ta' negozju ta' ħames snin, jindirizza l-kwistjonijiet sostantivi ta' vijabbiltà, qsim tal-piż u limitazzjoni tad-distorsjoni tal-kompetizzjoni. Skont il-pjan ta' ristrutturar, Íslandsbanki se jiffoka fuq in-negozju prinċipali tiegħu u r-ristrutturar tal-portafolji ta' self domestiċi u korporattivi.

(99)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet Islandiżi ssottomettew rapport tal-ICAAP għall-2012 biex juru l-kapaċità ta' Íslandsbanki li jiflaħ għall-istress.

(100)

Kif indikat hawn fuq, l-Awtorità tikkunsidra li l-perjodu ta' ristrutturar idum sal-15 ta' Ottubru 2014.

3.4.7.   Deskrizzjoni tal-pjan ta' ristrutturar

(101)

L-awtoritajiet Islandiżi u l-Bank jikkunsidraw li r-ristrutturar ta' Íslandsbanki se jiżgura li dan jerġa' jsir bank sod u ffinanzjat sew bi proporzjonijiet ta' kapital sodi sabiex ikun jista' jżomm l-irwol tiegħu bħala fornitur ta' kreditu lill-ekonomija reali. Huma jissottomettu li dan se jinkiseb permezz tal-passi li ġejjin:

(i)

Tnaqqis fl-ingranaġġ tal-karta tal-bilanċ billi jiġi stralċat il-bank il-qadim u jinħoloq bank ġdid;

(ii)

Tiġi stabbilita u miżmuma pożizzjoni b'saħħitha tal-proporzjon ta' kapital

(iii)

Tinkiseb profitabbiltà sodisfaċenti

(iv)

Tiġi stabbilita u miżmuma pożizzjoni ta' likwidità b'saħħitha

(v)

Jiġi ristrutturat il-portafoll tas-self, kemm għall-unitajiet domestiċi kif ukoll għan-negozji

(vi)

Titjieb l-istrateġija tal-finanzjament

(vii)

Tinkiseb kosteffiċjenza

(viii)

Titjieb il-governanza korporattiva

(102)

Qabel ma jiġu deskritti kull wieħed mill-punti ta' hawn fuq f'aktar dettall, se tiġi spjegata hawn isfel il-perspettiva tal-bank dwar kif qegħdin jiġu indirizzati d-dgħjufijiet li kkontribwew għall-kollass ta' Glitnir. Huwa enfasizzat li għalkemm Íslandsbanki huwa bbażat fuq l-operazzjonijiet domestiċi ta' Glitnir, dan huwa bank differenti. Huwa sottomess ukoll li saru bidliet materjali sabiex jiġu indirizzati dgħjufijiet li huma maħsuba li kkontribwew għall-kollass tal-predeċessur tiegħu. Fost l-aktar bidliet importanti nsibu emendi għar-regoli dwar self bejn partijiet relatati, it-tneħħija tas-self b'ishma bħala garanziji u self f'muniti barranin (54) lil klijenti li d-dħul tagħhom mhuwiex f'muniti barranin kif ukoll dixxiplina aktar stretta fuq l-approvazzjonijiet ta' self. Waqt li Íslandsbanki bl-istess mod bħal Glitnir beħsiebu jipprovdi firxa wiesgħa ta' servizzi finanzjarji fis-suq Islandiż, id-differenza bejn is-servizzi bankarji ta' qabel u wara l-krizi għal Íslandsbanki hija aktar viżibbli fil-mod “kif” il-bank jagħmel negozju (proċessi, proċeduri, dokumentazzjoni, regoli u regolazzjoni) aktar milli “liema” servizz u firxa ta' prodotti huwa joffri. Il-fehmiet ta' Íslandsbanki fuq din il-kwistjoni huma miġbura fil-qosor fil-graff 2 hawn isfel:

Graff 2

Dgħjufijiet fil-passat u l-bidliet li jindirizzaw dawn id-dgħjufijiet

Image

(103)

Il-pjan ta' ristrutturar, kif ukoll il-pjan ta' negozju ta' 5 snin, huwa bbażat fuq ġabra ta' preżunzjonijiet ġenerali u ekonomiċi. (55) Dawn il-preżunzjonijiet jikkostitwixxu s-sisien ekonomiċi tax-xenarju bażiku, kif imsemmi hawn isfel.

(104)

Il-preżunzjonijiet ġenerali jinkludu li:

ir-ristrutturar se jitlesta sa tmiem is-sena […] fis-Servizzi Bankarji Korporattivi u […] fis-Servizzi Bankarji bl-Imnut. L-aġġustament tal-imgħax fuq self b'ipoteki se jitlesta fi tmiem is-sena […]. L-amortizzament tal-iskont, li huwa deskritt f'aktar dettall iktar 'il quddiem, fuq il-portafoll akkwistat mingħand Glitnir se jiġi ddistribwit kif meħtieġ;

il-bank se jkollu ISK […] biljun ta' qligħ addizzjonali fuq […];

il-kontrolli kapitali se jitneħħew fi stadji

mhu se jkun kemm ebda limitu fuq finanzjament ibbażat fuq self f'ISK. Mhuwiex preżunt li l-finanzjament ibbażat fuq self f'muniti barranin se jaqbeż il-ħlasijiet lura ta' selfiet preżentament pendenti ddenominati f'muniti barranin fl-2012; huwa preżunt li l-aċċess għal finanzjament f'muniti barranin se jsir disponibbli aktar faċilment mill-2012 u iktar 'il quddiem.

(105)

Barra minn hekk, il-Bord tad-Diretturi ta' Íslandsbanki ppropona numru ta' miri finanzjarji:

Redditu duq l-Ekwità (Return on Equity – ROE): Rata ħielsa mir-riskju + […] %. Ir-rata ħielsa mir-riskju titqies li hija r-rata tal-kont kurrenti tal-Bank Ċentrali (3,75 % f'Diċembru 2011). Il-mira tassumi proporzjon tal-Grad 1 ta' […] %

Proporzjon Kapitali CAD: […] % […]

Proporzjon tal-Grad 1: […] % […]

(106)

Il-preżunzjonijiet makro-ekonomiċi jinkludu

It-tkabbir ekonomiku se jkompli fl-2012 u lil hinn iżda b'rata aktar bil-mod milli antiċipat qabel. L-unitajiet domestiċi se jkunu f'pożizzjoni ekonomika aħjar hekk kif il-kapaċità tal-akkwist tiżdied bit-tnaqqis fil-qgħad.

L-inflazzjoni se tibqa' kemxejn 'il fuq mil-mira tas-CBI, jiġifieri kemxejn taħt it-3 % mill-2013 'il quddiem. Dawn huwa bbażat fuq rata ta' kambju stabbli tal-ISK (b'tisħiħ modest fil-bidu tal-perjodu) u suq tax-xogħol bilanċjat b'żidiet moderati fil-pagi u żidiet gradwali fil-prezzijiet tad-djar.

Bidla bejn il-medja tas-snin (%)

2012

2013

2014

2015

2016

Tkabbir tal-PDG

2,2

2,1

3,4

2,3

3,0

Qgħad

6,6

6,0

5,4

5,0

4,4

Inflazzjoni

4,4

2,9

2,8

2,7

2,6

Pagi

6,7

4,7

4,8

5,0

4,8

Ir-rati tal-imgħax fuq medda ta' żmien qasir se jibqgħu l-istess b'rata ta' madwar 5 % (56) fl-2012 iżda se jogħlew bil-mod hekk kif l-ekonomija tirkupra.

Waqt li l-kundizzjonijiet fis-suq tax-xogħol se jitjiebu, il-qgħad se jibqa' pjuttost ogħla milli kien qabel il-kriżi finanzjarja. Iż-żieda fil-pagi se tirpilja hekk kif tonqos ir-rata tal-qgħad.

Finalment, wieħed jassumi li l-ISK se tkompli tkun il-munita tal-Islanda matul il-perjodu ta' ristrutturar. Il-kontrolli tal-muniti se jitneħħew fi stadji mill-2012 'il quddiem. Xi restrizzjonijiet fuq il-flussi ta' kapital se jibqgħu matul id-deċennju.

(i)   Tnaqqis tal-ingranaġġ tal-karta tal-bilanċ permezz tal-istralċ tal-bank il-qadim u l-istabbiliment ta' bank ġdid;

(107)

Kif imsemmi hawn fuq, il-biċċa l-kbira tal-assi domestiċi ta' Glitnir ġew ittrasferiti lil Íslandsbanki matul Ottubru 2008. B'riżultat ta' dan il-proċess, il-biċċa l-kbira tad-dejn bl-ingrossa baqa' fil-patrimonju ta' Glitnir, u b'hekk Íslandsbanki qatt ma kien ingranat bl-istess mod kif kien Glitnir. Skont il-pjan ta' ristrutturar, dan ifisser li l-kwistjoni ta' tnaqqis tal-ingranaġġ tal-karta tal-bilanċ tal-bank essenzjalment diġà kienet ġiet solvuta f'Ottubru 2008.

(ii)   L-istabbiliment u ż-żamma ta' pożizzjoni b'saħħitha tal-proporzjon ta' kapital

(108)

B'riżultat tal-miżuri ta' kapitalizzazzjoni deskritti hawn fuq, u l-iżviluppi sa minn meta ġie stabbilit il-bank, b'mod partikolari l-evalwazzjoni mill-ġdid tal-assi (li dwarha nelaboraw aktar 'il quddiem), Íslandsbanki kellha proporzjonijiet kapitali ferm ogħla mir-rekwiżiti kapitali tal-FME, kif indikat hawn isfel fit-Tabella 2:

Tabella 2

Proporzjonijiet ta' kapital matul l-2008-2011, ammonti f'miljuni ta' ISK

 

31.12.2008

31.12.2009

31.12.2010

31.12.2011 (*)

Kapital tal-Grad 1

68 030

91 996

120 993

120 530

Kapital tal-Livell 2

24 843

21 251

21 937

Kapital totali

68 030

116 839

142 244

142 234

Assi ppeżati skont ir-Riskju (Risk-Weighted Assets — RWA)

656 713

589 819

534 431

629 419

Proporzjon tal-Grad 1

10,4 %

15,6 %

22,6 %

19,1 %

Proporzjon CAD

10,4 %

19,8 %

26,6 %

22,6 %

(109)

Barra minn hekk, skont ir-rapport tal-ICAAP ippreżentat mal-pjan ta' ristrutturar, Íslandsbanki jbassar il-proporzjonijiet ta' kapital li ġejjin għall-perjodu bejn l-2012 sal-2016, kif indikat hawn taħt fit-Tabella 3:

Tabella 3

Proporzjonijiet ta' kapital imbassra għall-2012-2016 u RWA, ammonti f'biljuni ta' ISK

 

2012

2013

2014

2015

2016

Assi ppeżati skont ir-Riskju (Risk-Weighted Assets — RWA)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Proporzjon tal-Grad 1

[20-25] %

[15-20] %

[10-20] %

[10-15] %

[10-15] %

Proporzjon CAD

[20-30] %

[15-25] %

[15-20] %

[10-20] %

[10-15] %

(110)

Skont dawn il-figuri, Íslandsbanki jantiċipa li jibqa' sew 'il fuq mir-rekwiżiti kapitali tal-FME matul il-perjodu ta' ristrutturar u lil hinn. […]

(iii)   Kisba ta' profitabbiltà sodisfaċenti

(111)

Skont il-pjan ta' ristrutturar, u kif muri 'l isfel fit-tabella 4, ir-redditu fuq l-ekwità ta' Íslandsbanki kien b'saħħtu sa minn meta ġie stabbilit il-bank fl-2008 (bl-eċċezzjoni tal-2011) (57).

Tabella 4

Redditu fuq l-Ekwità (Return on Equity — ROE) fil-passat

(%)

 

2008

2009

2010

2011

ROE

17,2

30,0

28,5

1,5

Barra minn hekk, il-pjan ta' ristrutturar jipprevedi r-redditu li ġej fuq il-kapital matul ir-ristrutturar u lil hinn (Tabella 5).

Tabella 5

Tbassir tar-Redditu fuq l-Ekwità (Return on Equity — ROE)

(%)

 

2012

2013

2014

2015

2016

ROE

[5-15]

[10-20]

[5-15]

[5-15]

[5-15]

(112)

Dan it-tbassir huwa r-riżultat tal-ippjanar finanzjarju aktar dettaljat fil-pjan ta' ristrutturar, li l-aktar aspetti rilevanti tiegħu huma dawn li ġejjin:

Profitt mis-segmenti tan-negozju l-aktar importanti huwa mistenni li […]; dan huwa dovut l-aktar għal żieda fl-ispiża tal-finanzjament u n-nuqqas ta' “dħul minn skont” mill-2014 'il quddiem.

Il-profitti fis-segment tan-negozju tas-swieq huma mistennija li jiżdiedu minn […] għal […] ISK sal-2016, b'mod predominanti minħabba d-dħul akbar minn ħlasijiet u kummissjonijiet.

Il-marġni nett mill-imgħax huwa mistenni li […] fl-2014 u mbagħad huwa mistenni li jibqa' stabbli.

In-numru ta' impjegati huma mistenni li jonqos b' […]

Il-proporzjon tal-ispiża/dħul huwa mistenni li jonqos minn 75 % fl-2011 għal […] % fl-2014.

(113)

Skont l-awtoritajiet Islandiżi, il-prestazzjoni ferm soda ta' Íslandsbanki sa minn meta ġie stabbilit hija dovuta sa ċertu punt għall-fatt li l-portafoll tas-self kien akkwistat mill-bank mingħand Glitnir bi skont kbir (58). L-iskont kien u se jibqa' Parti Importanti tad-dħul tal-Bank waqt li l-portafoll tas-self qiegħed jiġi ristrutturat. Madankollu, skont it-tbassir, l-iskont se jkun ġie amortizzat kollu meta jitlesta r-ristrutturar.

(114)

Sabiex jissostanzjaw din il-fehma, l-awtoritajiet Islandiżi ppreżentaw kalkolu (Tabella 6) li tindika x'kienu se jkunu r-riżultati annwali mingħajr l-iskont u “oġġetti rregolari” oħrajn, bħar-rinunzja għall-avvjament li tirriżulta mit-transazzjoni ta' Byr.

Tabella 6

Profitti netti minn oġġetti rregolari

ISK m

 

Profitt għas-sena

“Oġġetti irregolari”

Profitt nett minn “oġġetti irregolari”

2008

2 366

– 1 543

14 909

2009

23 982

801

23 181

2010

29 369

14 507

14 862

2011

9 613

– 11 074

20 687

2012

(…)

(…)

(…)

2013

(…)

(…)

(…)

2014

(…)

(…)

2015

(…)

(…)

2016

(…)

(…)

(115)

Skont din id-dejta, il-bank xorta waħda kien se jagħmel, u matul il-perjodu ta' ristrutturar se jagħmel, profitti anki fin-nuqqas tal-iskont. (59) Mhuwiex ċar, madankollu, jekk iż-żewġ aspetti tal-“iskont profond” imsemmija hawn fuq humiex riflessi f'dawn il-figuri.

(iv)   Stabbiliment u żamma ta' pożizzjoni ta' likwidità b'saħħitha

(116)

Dwar il-likwidità, l-FME teħtieġ li l-flus kontanti jew assi simili għall-flus kontanti għandhom jammontaw għal 5 % tad-depożiti meta mitluba u l-banek għandhom ikunu jifilħu għal 20 % ta' ħruġ instantanju ta' depożiti. Barra minn hekk, il-Bank Ċentrali tal-Islanda jistabbilixxi r-regoli fuq il-likwidità tal-istituzzjonijiet ta' kreditu (60) li skont dawn jiġu klassifikati l-assi likwidi u l-obbligazzjonijiet tal-istituzzjonijiet ta' kreditu skont it-tip u l-maturità u l-piżijiet assenjati skont ir-riskju. L-istituzzjonijiet ta' kreditu jrid ikollhom assi likwidi li jaqbżu l-obbligazzjonijiet tat-tliet xhur li jmiss. Ir-regoli jinvolvu wkoll test tal-istress li fih skont jiġi applikat fuq bosta partiti tal-ekwità, iżda fejn, min-naħa, jiġi supponut li l-obbligi kollha jridu jitħallsu mal-maturità, u min-naħa l-oħra, li l-porzjonijiet ta' obbligi oħrajn, bħal depożiti, iridu jitħallsu b'avviż li jingħata bi ftit żmien minn qabel jew ebda żmien affattu.

(117)

Kif juru l-Figuri A u B, Íslandsbanki żamm riżervi ta' likwidità fir-rekwiżiti superviżorji fl-2009, l-2010 u l-2011.

Figuri A u B

Il-konformità ta' Íslandsbanki ma' rekwiżiti ta' likwidità superviżorji

Image

(118)

Kif turi l-figura C hawn isfel, Íslandsbanki kellu titjib fil-proporzjonijiet tal-likwidità għal obbligazzjonijiet li jimmaturaw fit-3 xhur sa 6 xhur li jmiss fl-2010 u l-2011, waqt li l-indikatur ta' 12-il xahar huwa aktar staġnat.

(…)

[Graff li turi l-proporzjonijiet ta' likwidità ta' Íslandsbanki

Valuri mhux żvelati għal raġunijiet ta' segretezza professjonali]

Figura C

Proporzjonijiet ta' likwidità storiċi:

Il-proporzjon ta' likwidità A juri l-kopertura ta' obbligazzjonijiet li jimmaturaw fit-tliet xhur li ġejjin

Il-proporzjon ta' likwidità B juri l-kopertura ta' obbligazzjonijiet li jimmaturaw fis-sitt xhur li ġejjin

Il-proporzjon ta' likwidità C juri l-kopertura ta' obbligazzjonijiet li jimmaturaw fit-12-il xahar li ġejjin

(119)

L-iżvilupp mistenni tal-pożizzjoni ta' likwidità ta' Íslandsbanki, b'mod partikolari f'każ ta' avveniment li joħloq stress, huwa diskuss aktar 'l isfel.

(v)   Tlestija tar-ristrutturar tal-portafoll ta' self, kemm għal unitajiet domestiċi privati kif ukoll għan-negozji.

(120)

Qabel il-kriżijiet finanzjarji fl-2008, kemm il-klijenti privati tal-bank kif ukoll dawk kummerċjali assumew livell għoli ta' dejn. Meta l-ekonomija u, b'mod partikolari, il-prezzijiet tal-proprjetà immobbli waqgħu minħabba l-kriżi, il-klijenti li f'daqqa waħda kellhom livell ta' ingranaġġ eċċessiv spiss ma setgħux ikomplu jħallsu l-pagamenti fuq id-djun tagħhom, u b'hekk kellhom ekwità negattiva. Minbarra t-theddida ġenerali għall-benesseri ekonomiku tal-Islanda, id-deterjorament f'daqqa fil-portafoll ta' self tal-bank sar riskju kbir għall-vijabbiltà futura tal-banek. Għal din ir-raġuni, ir-ristrutturar tal-portafolji tas-self privat u kummerċjali (tnaqqis tal-ingranaġġ), kif rifless fil-pjan ta' ristrutturar, sar prijorità għal Íslandsbanki.

(121)

Skont l-awtoritajiet Islandiżi, Íslandsbanki żviluppa programmi speċifiċi ta' riljiev mid-dejn u kkoopera mal-istat u ma' banek oħrajn fuq miżuri ġenerali ta' riljiev mid-dejn (pereż. l-aġġustament ta' 110 % tas-self b'ipoteka). (61)

(122)

Íslandsbanki ssottometta l-qafas tal-metodi ta' ristrutturar li juża lill-Awtorità, li huwa bbażat fuq informazzjoni kkumpilata f'Novembru 2010. Il-metodi jiddistingwu bejn ristrutturar ta' dejn għall-kumpaniji u għall-unitajiet domestiċi u individwi. Hemm soluzzjonijiet imfassla apposta għal kumpaniji aktar kbar, waqt li l-SMEs huma offruti aġġustament tal-kapital, u/jew aġġustament tad-dejn/imgħax pendenti jew skont il-valur tal-assi fil-kumpanija jew inkella l-fluss tal-flus liberu.

(123)

L-unitajiet domestiċi u l-individwi huma offruti varjetà ta' għażliet ta' ristrutturar, bħal vaganzi mill-pagamenti, estensjoni tat-termini u skemi ta' pagamenti flessibbli.

(124)

Sabiex jiġi mmonitorjat u żgurat il-progress fir-ristrutturar, Íslandsbanki żviluppa wkoll l-hekk imsejjaħ “Dashboard tar-Ristrutturar”, li ġie ppreżentat lill-Awtorità.

(125)

Skont l-awtoritajiet Islandiżi, u minkejja wħud mill-avvenimenti mhux mistennija bħas-sentenza riċenti tal-Qorti Suprema Islandiża dwar self f'muniti barranin, Íslandsbanki se jlesti r-ristrutturar tal-portafoll tiegħu ta' self korporattiv sa tmiem is-sena 2012 u fl-2013 fis-Servizzi Bankarji bl-Imnut. Ir-risettjar ta' rati tal-imgħax huwa previst li jitlesta sa tmiem is-sena 2014.

(vi)   Titjib tal-istrateġija ta' finanzjament;

(126)

Il-bażi ta' depożiti ta' Íslandsbanki baqgħet pjuttost stabbli f'livell ta' madwar ISK 400 biljun sa minn meta ġie stabbilit u żdiedet għal ISK 535 biljun fit-tmiem is-sena 2011 minħabba l-fużjoni ta' Íslandsbanki ma' Byr. Preżentament, id-depożiti jammontaw għal kważi 80 % tal-obbligazzjonijiet totali.

(127)

Il-proporzjon ta' depożiti/self tal-Bank kien madwar u 'l fuq minn 80 % matul l-2010 u l-2011. Íslandsbanki jassumi li r-rati ta' depożiti li preżentament huma baxxi se jinkoraġġixxu lill-investituri biex ipoġġu parti mill-fondi tagħhom f'investimenti li jrendu iżjed hekk kif l-ekonomija tirkupra u l-aptit għar-riskju jiżdied. Bħala riżultat, il-bank jipprevedi li l-proporzjon ta' depożiti/self jista' jaqa' għal madwar […] % sal-2016. Barra minn hekk, id-depożiti f'muniti barranin huma mistennija li […]. Íslandsbanki jimmira li jiddiversifika gradwalment it-taħlita tiegħu ta' finanzjament.

(128)

[…]. (62)

(129)

Rigward il-bżonnijiet ta' finanzjament f'ISK, […]. Min-naħa l-oħra, Íslandsbanki kien l-ewwel bank Islandiż li ħareġ bond kopert. L-ewwel ħruġ kien f'Diċembru 2011, ħruġ ta' ISK 4 biljun marbut mas-CPI (63). Il-ħruġ intlaqa' sew minn investituri istituzzjonali u kien soprasottoskritt. Íslandsbanki jistenna li jkun jista' joħroġ karta għal żmien qasir fl-2012 kif ukoll li jespandi l-ħruġ preżenti ta' bonds koperti b'rata ta' ISK 10 biljun fis-sena. […].

(130)

Skont il-pjan ta' ristrutturar, il-bidla fit-taħlita ta' finanzjament se iżżid l-ispiża tal-finanzjament matul il-perjodu ppjanat. L-ispiża tas-self hija preżunta li hija madwar […]bp 'il fuq mir-rata bażi għat-taħlita tal-Bank ta' bonds indiċjati mas-CPI u […]bp għal bonds mhux indiċjati, waqt li l-ispiża tad-depożiti hija ta' madwar […]bp 'il fuq mir-rata bażika.

(vii)   Kost-effiċjenza

(131)

Skont il-pjan ta' ristrutturar, Íslandsbanki jkompli jiffoka fuq operazzjonijiet effiċjenti u simplifikati sabiex jikkumbatti ż-żieda fl-ispiża tal-infrastruttura li seħħet bħala riżultat ta' kontrolli regolatorji aktar stretti u żieda fit-tassazzjoni. Il-bank jissottometti li fl-2011 tlestiet ħidma sostanzjali sabiex tiżdied il-kosteffiċjenza iżda jenfasizza li dan huwa proġett fit-tul li jeħtieġ bidliet għall-proċessi u analiżi kontinwa. Skont il-pjan ta' ristrutturar, l-enfasi fuq il-kuxjenza dwar l-ispejjeż se tkompli fl-2012 flimkien mat-tnaqqis tal-ispejjeż u l-analiżi tal-ispejjeż, u matul dan il-perjodu l-proċeduri interni tal-bank se jiġu rriveduti u mtejba fejn meħtieġ. Kif indikat hawn fuq, dawk il-miżuri, kif ukoll it-tnaqqis fil-persunal, huma mistennija li jwasslu għal tnaqqis fil-proporzjon tal-ispiża/dħul minn 75 % fl-2011 għal […] % fl-2014.

(viii)   Titjib għall-governanza korporattiva u l-ġestjoni tar-riskju

(132)

Íslandsbanki informa lill-Awtorità li waħda mill-prijoritajiet tiegħu hija li l-istrutturi u l-proċessi tiegħu ta' governanza korporattiva jinġiebu konformi mal-aqwa prattiki nazzjonali u internazzjonali. F'dan ir-rigward, Íslandsbanki stabbilixxa taqsima għall-Ġestjoni tar-Riskju u l-Kontroll tal-Kreditu. It-taqsima tieħu ħsieb kwistjonijiet ta' ġestjoni tar-riskju u ta' Kontroll tal-Kreditu; xogħol li huwa marbut ma' proċessi ta' kuljum f'kull taqsima fil-Bank. Fl-2011 Íslandsbanki ppubblika għall-ewwel darba Ktieb tar-Riskji (64) komprensiv flimkien mar-Rapport Annwali. Il-Ktieb tar-Riskji, li se jiġi ppubblikat kull sena, jipprovdi informazzjoni addizzjonali dwar il-qafas ta' ġestjoni tar-riskju, l-istruttura u l-adegwatezza kapitali, l-iskoperturi għar-riskju u l-proċessi ta' valutazzjoni tar-riskju tal-Bank.

3.4.8.   Il-kapaċità li tintlaħaq vijabbiltà taħt xenarju ta' bażi u stress

(133)

Fil-pjan ta' ristrutturar, b'referenza għar-rapport tal-ICAAP, l-awtoritajiet Islandiżi ppreżentaw xenarju ta' stress għal Íslandsbanki bil-għan li tintwera l-kapaċità ta' Íslandsbanki li jikseb vijabbiltà fit-tul.

3.4.8.1.   Ix-xenarju bażilari

(134)

Il-pjan ta' ristrutturar kif deskritt hawn fuq inklużi l-preżunzjonijiet li fuqu huwa bbażat jikkostitwixxi l-każ bażilari.

3.4.8.2.   Ix-xenarju ta' stress

(135)

Fil-Kapitolu 5.9.3 tal-pjan ta' ristrutturar, Íslandsbanki għamel referenza għal xenarju ta' stress ippreżentat fir-Rapport tal-ICAAP, ippreżentat lill-Awtorità Finanzjarja Islandiża fl-1 ta' April 2012.

(136)

Il-konstatazzjonijiet ewlenin tar-Rapport tal-ICAAP tal-2012 huma li l-kapitalizzazzjoni tal-Íslandsbanki hija ferm ogħla mir-rekwiżiti minimi kemm interni kif ukoll esterni u tmur lil hinn minn dak li jista' jitqies bħala mira fit-tul għal Bank li jopera f'kundizzjonijiet ta' negozju “normali”. Skont ir-rapport, ir-rekwiżiti kapitali minimi interni u r-riżultati mit-testijiet tal-istress li saru fl-ICAAP preżenti jindikaw li l-ħlasijiet ta' dividendi previsti fil-pjan ta' negozju ta' 5 snin jidhru li huma raġonevoli.

(137)

Skont ir-Rapport tal-ICAAP, id-deċiżjonijiet dwar il-ħlas ta' dividend ta' kull sena għandhom ikunu bbażati fuq analiżi aġġornata tal-adegwatezza kapitali u għandhom iqisu wkoll il-pożizzjoni ta' likwidità tal-Bank.

(138)

Skont ir-Rapport tal-ICAAP, il-proporzjon ta' kapital minimu għall-Bank jinsab fil-medda ta' […] % - […] % tal-RWA. Fit-tmiem tas-sena 2012, l-ammont minimu ta' kapital meħtieġ huwa stmat li se jkun ISK […] biljun, li minnhom ISK […] biljun huma meħtieġ taħt il-Pilastru 2a, minħabba l-fatturi ta' riskju li mhumiex koperti jew li huma sottovalutati taħt il-Pilastru 1. Fir-realtà madankollu, il-proporzjon ta' kapital tal-Bank kien ta' 22,6 % fit-tmiem tal-2011. Ir-riżultati mit-testijiet tal-istress jindikaw li parti mill-kapital żejjed hija meħtieġa bħala lqugħ kontra avvenimenti negattivi li jistgħu jolqtu l-operazzjonijiet tal-Bank iżda ħlas gradwali ta' kapital żejjed fil-forma ta' dividendi huwa raġonevoli. Il-kapital stmat bħala neċessarju biex jilqa' għal avvenimenti ta' stress jammonta għal ISK […] biljun fil-bidu tal-2012 u l-kapital żejjed fit-tmiem tal-2012 huwa […] biljun, kif muri hawn isfel fit-Tabella 7:

Tabella 7

Ħarsa Ġenerali lejn ir-Rapport tal-ICAAP

ISK biljun

 

Pilastru 1 (**)

Pilastru 2a (***)

Pilastru 2b

CAD meħtieġ

 

Rekwiżit minimu

Żieda

Ittestjar tal-istress

Il-livelli kollha kkombinati

Riskju ta' kreditu

(…)

(…)

 

(…)

Riskju tas-suq

(…)

(…)

 

(…)

Riskju operattiv

(…)

 

 

(…)

Riskju ta' konċentrazzjoni

 

(…)

 

(…)

Kapital minimu meħtieġ taħt il-Pilastru (1 u 2a)

(…)

(…)

 

(…)

Ittestjar tal-istress

 

 

(…)

(…)

CAD meħtieġ

(…)

(…)

(…)

(…)

CAD fi (tmiem is-sena 2012)

 

 

 

(…)

Kapital żejjed

 

 

 

(…)

(139)

Fir-Rapport tal-ICAAP, Íslandsbanki evalwat it-telf possibbli aggregat minħabba r-riskju ta' kreditu, riskju tas-suq (fil-ktieb tan-negozjar u dak bankarju), ir-riskju operattiv, ir-riskju tan-negozju (impatt ta' żieda fl-ispejjeż ta' finanzjament u inqas tnaqqis fl-ispiża operattiva u l-impatt ta' […] % inqas żieda fid-dħul mis-suq), kif ukoll ir-riskju legali u politiku (pereż. l-impatt tad-deċiżjoni reċenti tal-Qorti Suprema dwar self f'muniti barranin, ebda rkupru addizzjonali għall-portafoll korporattiv (ikel tal-baħar) u fatturi oħrajn ta' riskju legali u politiku.

(140)

Barra minn hekk, Íslandsbanki wettaq test tal-istress fuq il-proporzjon ta' likwidità tal-bank. Hawnhekk, Íslandsbanki għamel xenarju tal-istress bażilari wieħed (65) u xenarju stressjat aktar sever, fejn is-sorsi differenti ta' dħul u ħruġ ta' flus ikunu stressjati sa gradi differenti. Ir-riżultat jindika li l-Bank jinsab f'pożizzjoni tajba biex jissodisfa t-tfixkil mhux mistenni fil-likwidità.

3.4.9.   L-istrateġija ta' ħruġ/ħlas lura tal-Istat

(141)

Kif diġà ġie spjegat iktar 'il fuq, il-kontribuzzjoni tal-kapital tal-Grad II għandha durata ta' 10 snin minn Diċembru 2009. Dwar ir-remunerazzjoni, hemm klawżola ta' intensifikazzjoni inkorporata wara ħames snin (jiġifieri fl-2014), minn 400bp għal 500bp fuq EURIBOR. Skont l-awtoritajiet tal-Islanda, din l-intensifikazzjoni għandha taġixxi bħala inċentiv għall-bank sabiex iħallas lura dan il-kapital minn dan iż-żmien.

(142)

Dwar is-sehem tal-ekwità ta' 5 % li l-Istat għandu f'Íslandsbanki, il-parteċipazzjonijiet tal-gvern f'impriżi finanzjarji huma mmexxija minn Icelandic State Financial Investments (l-ISFI) (66). Skont il-Baġit tal-Istat għall-2012, il-gvern ġie awtorizzat ibigħ l-ishma li għandu bħalissa fil-bank tat-tfaddil, iżda għadha ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni dwar il-bejgħ ta' parteċipazzjonijiet tal-istat fit-tliet banek kummerċjali ewlenin. Madankollu, twaqqaf grupp ta' ħidma mill-Ministri responsabbli sabiex jistħarrġu modi possibbli ta' ċessjoni tal-parteċipazzjonijiet azzjonarji fil-banek kummerċjali. Il-gvern indika li filwaqt li ma għandu l-ebda intenzjoni li jnaqqas il-parteċipazzjonijiet tiegħu f'Landsbankinn għall-inqas minn żewġ terzi tal-kapital azzjonarju tal-bank, l-ishma f'Íslandsbanki u f'Arion Bank daqt jistgħu jiġu offruti għall-bejgħ jew jinbiegħu mal-banek kollha kemm huma jekk is-sidien ta' maġġoranza jiddeċiedu li jbigħu, soġġetti għas-soluzzjoni ta' ċerti prerekwiżiti (67).

(143)

Il-faċilità tal-likwidità speċjali hija disponibbli biss sa Settembru 2012 u qatt ma ntużat. L-awtoritajiet Islandiżi qed jippjanaw li jneħħu d-dikjarazzjoni tal-gvern fuq garanzija ġenerali fuq depożiti fil-futur qarib, qabel jitneħħew il-kontrolli fuq il-kapital.

(144)

Fir-rigward tal-ftehim Straumur, filwaqt li l-bond kellu jimmatura sa tmiem Marzu 2013, dan tħallas kollu kemm hu minn Straumur kmieni fl-2012. Minn dak iż-żmien, l-assunzjoni tar-riskji min-naħa tal-Istat għas-suffiċjenza tal-assi bażi ntemmet.

4.   IR-RAĠUNIJIET GĦAT-TNEDIJA TAL-PROĊEDURA TA' INVESTIGAZZJONI FORMALI U L-MIŻURI APPROVATI TEMPORANJAMENT FID-DEĊIŻJONIJIET TA' BYR

(145)

Fid-deċiżjoni ta' ftuħ, l-Awtorità kkonkludiet b'mod preliminari li l-miżuri mill-Istat tal-Islanda li jikkapitalizza Íslandsbanki, kif ukoll il-faċilità ta' likwidità, jinvolvu għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 61 taż-ŻEE. Barra minn hekk, ma tistax teskludi li l-għajnuna mill-Istat kienet preżenti fil-garanzija tad-depożiti u fil-ftehim ta' Straumur. Id-deċiżjoni ta' ftuħ ma koprietx il-miżuri ta' għajnuna relatati mal-akkwist ta' Byr, li ġew temporanjament approvati mil-Awtorità fid-deċiżjonijiet ta' Byr. L-Awtorità se tieħu deċiżjoni finali fuq dawn il-miżuri, li għad għandhom impatt fuq il-valutazzjoni għad-dispożizzjoni, fid-deċiżjoni attwali.

(146)

Dwar il-kompatibilità tal-miżuri valutati fid-Deċiżjoni ta' ftuħ, l-Awtorità qieset li deċiżjoni finali setgħet tittieħed biss fuq il-bażi ta' pjan ta' ristrutturar, li ma kienx għadu ġie ppreżentat meta l-Awtorità fetħet il-proċedura ta' investigazzjoni formali fil-15 ta' Diċembru 2010. Kien b'mod partikolari minħabba n-nuqqas ta' pjan ta' ristrutturar iktar minn sena wara t-twaqqif ta' Íslandsbanki li l-Awtorità esprimiet dubji dwar il-kompatibbiltà tal-għajnuna.

4.1.   Il-kummenti mill-partijiet interessati

(147)

L-Awtorità rċiviet dikjarazzjoni f'isem il-kredituri tal-bank il-qadim, li fiha enfasizzaw li kellhom jitqiesu bħala partijiet interessati, u indikat sabiex possibilment tippreżenta iktar kummenti iktar tard.

4.2.   Il-kummenti mill-awtoritajiet tal-Islanda

(148)

L-awtoritajiet tal-Islanda jaċċettaw li l-miżuri mwettqa fit-twaqqif ta' New Glitnir Bank, issa Íslandsbanki, jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat. Madankollu, fil-fehma tal-awtoritajiet tal-Islanda, il-miżuri huma kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE fuq il-bażi tal-Artikolu 61(3)(b) tal-Ftehim, peress li huma neċessarji, proporzjonati u xierqa biex jiġi rimedjat taqlib serju fl-ekonomija Islandiża. Fil-fehma tal-awtoritajiet tal-Islanda, il-miżuri meħuda huma konformi f'kull aspett mal-prinċipji stabbiliti fil-linji gwida tal-Awtorità dwar l-għajnuna mill-Istat u jiddikjaraw li l-għajnuna hija neċessarja u limitata għall-ammont minimu meħtieġ.

(149)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet tal-Islanda jisħqu li l-eks azzjonisti ta' Glitnir Bank tilfu l-ishma kollha tagħhom u ma rċivew l-ebda kumpens mill-istat, li l-għajnuna hija mfassla sew biex tnaqqas l-effett mifrux fuq il-kompetituri kemm jista' jkun u li t-termini tas-self (il-kapital tal-Grad II) huma paragunabbli mar-rati tas-suq.

(150)

L-awtoritajiet tal-Islanda ma jqisux li l-garanzija tad-depożiti tinvolvi għajnuna mill-Istat.

4.3.   L-impenji mill-awtoritajiet tal-Islanda

(151)

L-awtoritajiet tal-Islanda ppreżentaw għadd ta' impenji, ħafna minnhom relatati mat-tfixkil tal-kompetizzjoni kkaġunat mill-għajnuna li qed tiġi valutata, u li huma stabbiliti fl-Anness.

II.   IL-VALUTAZZJONI

1.   IL-PREŻENZA TA' GĦAJNUNA MILL-ISTAT

(152)

L-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE għandu jaqra kif ġej:

“Bla ħsara għal kif jista' jkun previst xort'oħra f'dan il-Ftehim, kull għajnuna mogħtija mill-Istati Membri tal-KE, l-Istati tal-EFTA jew permezz ta' riżorsi Statali f'kull għamla tkun xi tkun li tgħawweġ jew thedded li tgħawweġ il-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta' ċerti oġġetti tkun, sa fejn taffettwa l-kummerċ bejn Partijiet Kontraenti, inkompatibbli mat-twettiq ta' dan il-Ftehim.”

(153)

L-Awtorità se tivvaluta l-miżuri li ġejjin (68)hawn taħt:

Il-kapital operattiv inizjali pprovdut mill-Istat tal-Islanda lill-bank il-ġdid;

Il-kapitalizzazzjoni (temporanja) sħiħa tal-bank il-ġdid mill-istat;

Iż-żamma mill-Istat tal-kapital azzjonarju ta' 5 % li fadal wara li 95 % tal-kapital azzjonarju fil-bank il-ġdid ġew trasferiti lill-kredituri ta' Glitnir; u

Il-forniment mill-Istat ta' kapital tal-Grad II lill-bank il-ġdid permezz ta' dejn subordinat.

Hawn taħt, il-miżuri ta' hawn fuq jissejħu b'mod kollettiv bħala “l-miżuri ta' kapitalizzazzjoni”. Barra minn hekk, l-Awtorità se tivvaluta:

Il-ftehim speċjali dwar il-faċilità ta' likwidità;

Id-dikjarazzjoni tal-Gvern tal-Islanda li jiggarantixxi depożiti domestiċi fil-banek Islandiżi kollha bis-sħiħ; u

Il-ftehim Straumur.

(154)

L-Awtorità tfakkar ukoll li identifikat lil Íslandsbanki bħala benefiċjarju potenzjali ta' għajnuna mogħtija lil Byr fit-tieni deċiżjoni Byr, b'mod partikolari tal-faċilità ta' self subordinat li nżammet disponibbli sakemm setgħet issir il-fużjoni bejn Byr u Íslandsbanki. Barra minn hekk, l-Awtorità ttenni li l-miżuri ta' salvataġġ li ġew approvati temporanjament għal Byr, li issa ġiet amalgamata ma' Íslandsbanki, jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, u l-kumpatibbiltà finali tagħhom tiddependi fuq il-pjan ta' ristrutturar għall-entità amalgamata.

1.1.   Il-preżenza tar-riżorsi tal-istat

(155)

Kif l-Awtorità diġà kkonkludiet b'mod preliminari fid-deċiżjoni ta' ftuħ, jidher biċ-ċar li l-miżuri ta' kapitalizzazzjoni huma ffinanzjati permezz ta' riżorsi tal-istat ipprovduti mit-Teżor tal-Islanda. Ir-riżorsi tal-istat huma preżenti biċ-ċar fil-faċilità ta' likwidità wkoll li hija disponibbli għal Íslandsbanki. Dwar il-ftehim ta' Straumur, l-Istat ġarrab ir-riskju li l-assi ta' Straumur ma jkunux biżżejjed biex ikopru l-obbligazzjonijiet trasferiti (depożiti) tal-bank ta' Straumur. Fi ftit kliem, iggarantixxa li jkopri d-diskrepanza, u dan jinvolvi trasferiment (potenzjali) ta' riżorsi tal-istat.

(156)

Dwar il-garanzija tad-depożiti, l-Awtorità tisħaq mill-bidu nett li l-valutazzjoni tagħha hija limitata għall-garanzija tad-depożiti addizzjonali spjegata hawn fuq, li fl-essenza tagħha tikkonsisti fid-dikjarazzjonijiet li saru mill-Gvern tal-Islanda li d-depożiti fil-banek domestiċi kummerċjali u tat-tfaddil u l-fergħat tagħhom fl-Islanda se jiġu koperti bis-sħiħ.

(157)

Din il-valutazzjoni hija bla ħsara għall-fehma tal-Awtorità dwar il-kompatibilità tal-Att Nru 98/1999 u l-azzjonijiet tal-Gvern tal-Islanda u t-TIF matul il-kriżi finanzjarja mal-liġi taż-ŻEE, b'mod partikolari d-Direttiva 94/19/KE. Rigward l-impilmentazzjoni tad-Direttivi 97/9/KE u 94/19/KE, l-Awtorità hija tal-fehma li sa fejn it-tali miżuri jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, ġeneralment l-użu tar-riżorsi tal-istat biex tinżamm konformità mal-obbligi skont il-liġi taż-ŻEE ma jqajjimx problemi skont l-Artikolu 61 ŻEE. Għalhekk, din id-deċiżjoni ma tikkonċernax dawk il-miżuri.

(158)

Fid-deċiżjoni ta' ftuħ, l-Awtorità ddikjarat li kienet se tinvestiga iktar dwar jekk id-dikjarazzjonijiet li saru mill-Istat tal-Islanda deskritti iktar 'il fuq humiex preċiżi, sodi, inkondizzjonali u legalment vinkolanti biżżejjed tant li jinvolvu impenn ta' riżorsi tal-istat (69).Fil-valutazzjoni ta' jekk ġewx issodisfati dawn il-kriterji, l-Awtorità tosserva li d-dikjarazzjonijiet involvew impenn irrevokabbli ta' riżorsi pubbliċi kif muri mill-fatt li l-istat tal-Islanda għamel minn kollox biex jipproteġi lid-depożituri: Mhux biss bidel il-prijorità tad-detenturi ta' depożiti f'beni insolventi (li ma jkunx jinvolvi l-użu ta' riżorsi tal-istat), iżda għamilha ċara wkoll li ma kienx se jippermetti li d-depożituri jġarrbu xi telf ieħor. Il-garanzija kategorika tal-gvern fuq id-depożiti kollha fil-banek domestiċi kummerċjali u tat-tfaddil hija distinta iktar minn kwalunkwe skema ta' garanzija tad-depożiti bbażata fuq l-atti taż-ŻEE minħabba li l-protezzjoni hija bla limiti fl-ammont u l-banek li jibbenefikaw mill-miżura ma għamlu ebda kontribuzzjoni finanzjarja.

(159)

Il-fehim tal-Gvern tal-Islanda tad-dikjarazzjoni tiegħu hija murija mill-interventi mill-istat fis-settur finanzjarju li seħħew minn Ottubru tal-2008 li kienu motivati bl-intenzjoni li tiġi onorata din id-dikjarazzjoni. Dawk l-interventi inkludew miżuri sabiex ikopru depożiti ta' impriżi finanzjarji, bħat-twaqqif tat-tliet banek kummerċjali, it-trasferiment tad-depożiti ta' SPRON lil Arion Bank, it-trasferiment tad-depożiti ta' Straumur lil Íslandsbanki, l-akkwiżizzjoni mis-CBI tad-depożiti ta' ħames banek tat-tfaddil f'Sparisjódabanki Íslands, it-trasferiment tad-depożiti f'Byr Savings Bank lil Byr hf, it-trasferiment tad-depożiti minn Keflavík Savings Bank lil SpKef u r-responsabilità tal-Istat għad-depożiti f'SpKef wara l-fużjoni sfurzata ma' Landsbankinn.

(160)

L-awtoritajiet tal-Islanda argumentaw f'bosta każijiet ta' għajnuna mill-istat, uħud minnhom issemmew iktar 'il fuq, li bħalissal-Awtorità qiegħda tinvestiga jekk il-miżura magħżula rispettiva kinitx l-alternattiva bl-inqas piż finanzjarju għall-istat tal-Islanda sabiex jibqa' konformi mal-wiegħda tiegħu li jipproteġi lid-depożitur bis-sħiħ.

(161)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, l-Awtorità tqis li hemm miżura legalment vinkolanti, preċiża, inkondizzjonali u soda fis-seħħ. Fuq din il-bażi, l-Awtorità b'hekk tikkonkludi li d-dikjarazzjonijiet mill-istat tal-Islanda li skont dawn id-depożiti huma garantiti bis-sħiħ jinvolvu impenn ta' riżorsi tal-istat fit-tifsira tal-Artikolu 61 ŻEE.

1.2.   Il-preferenza lil ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta' ċerti prodotti

1.2.1.   Il-vantaġġ

(162)

L-ewwel nett, il-miżuri ta' għajnuna jridu jagħtu lill-bank il-ġdid vantaġġi li jħaffulu l-imposti li normalment jiġġarrbu mill-baġit tiegħu. B'konformità mal-konklużjoni preliminari li waslet għaliha fid-deċiżjoni ta' ftuħ, l-Awtorità għadha tal-fehma li kull waħda mill-miżuri ta' kapitalizzazzjoni tagħti vantaġġ lill-bank il-ġdid peress li l-kapital ipprovdut ma jkunx disponibbli għall-bank mingħajr l-intervent mill-istat.

(163)

Fid-determinazzjoni ta' jekk investiment f'impriża, pereżempju permezz ta' injezzjoni kapitali, jinvolvix vantaġġ, l-Awtorità tapplika l-prinċipju ta' investitur f'ekonomija tas-suq, u tivvaluta jekk investitur privat ta' daqs paragunabbli għal dak tal-korp pubbliku li jopera f'kundizzjonijiet normali tas-suq kienx jagħmel investiment bħal dan. (70) Rigward miżuri ta' kapitalizzazzjoni għall-benefiċċju ta' banek f'diffikultà, mill-bidu tal-kriżi finanzjarja, ġeneralment l-approċċ meħud kemm mill-Kummissjoni Ewropea (f'għadd ta' każijiet mindu bdiet il-kriżi finanzjarja (71) kif ukoll mill-Awtorità (72) kien li r-rikapitalizzazzjonijiet mill-istat tal-banek jammontaw għal għajnuna mill-istat minħabba t-taqlib u l-inċertezza li kkaratterizzaw is-swieq finanzjarji sa mill-ħarifa tal-2008. Din il-kunsiderazzjoni ġenerali tapplika b'mod partikolari għas-swieq finanzjarji tal-Islanda fl-2008 u l-2009, meta falliet is-sistema sħiħa. B'hekk l-Awtorità tqis li l-miżuri ta' kapitalizzazzjoni jagħtu vantaġġ lil Íslandsbanki minkejja t-trasferiment eventwali ta' 95 % tal-kapital tal-bank il-ġdid lill-kredituri (ħafna minnhom mis-settur privat). L-involviment tas-settur privat fil-kapitalizzazzjoni ta' Íslandsbanki huwa msawwar kollu kemm hu minn kredituri tal-bank il-qadim li qegħdin ifittxu biss li jimminimizzaw it-telf tagħhom (73).

(164)

Tapplika kunsiderazzjoni simili f'dak li għandu x'jaqsam mal-faċilità speċjali ta' likwidità, li hija negozjata bħala parti minn pakkett ta' miżuri ta' assistenza mill-istat bil-għan li terġa' tibda l-operazzjonijiet ta' bank fallut f'bank iffurmat ġdid u li tħeġġeġ il-parteċipazzjoni ekwitarja fil-bank il-ġdid mill-kredituri tal-bank fallut. Jidher ċar li l-Istat involva ruħu peress li ma kienx ċar jekk Íslandsbanki setax jikseb biżżejjed likwidità mis-suq. B'hekk, flok ma aġixxa bħal investitur privat, l-Istat ħa post ir-rwol tal-parteċipanti mis-suq privat li baqgħu lura milli jagħtu flus b'self lill-impriżi finanzjarji. Għaldaqstant l-Awtorità tikkonferma l-konklużjoni preliminari li laħqet fid-deċiżjoni ta' ftuħ u tqis li l-faċilità ta' likwidità speċjali tagħti vantaġġ lil Íslandsbanki.

(165)

Dwar it-trasferiment ta' assi u passivi ta' Straumur Bank – il-ftehim ta' Straumur, l-Awtorità tosserva bi pjaċir li t-tranżazzjoni ġenerali għandha l-għan li tipprovdi lil Íslandsbanki b'kumpens li jilħaq eżatt l-ammont tal-obbligazzjonijiet trasferiti. Madankollu, ir-riskju sħiħ li assi ta' Stramur ikunu ta' valur inqas mid-depożiti trasferiti, u l-obbligu li tiġi kkumpensata kwalunkwe diskrepanza potenzjali, huwa allokat lill-Istat. B'hekk jidher li Íslandsbanki, minbarra li jirċievi xi dħul (permezz ta' ħlasijiet tal-imgħax fuq il-bond), jista' jakkwista avvjament u ishma tas-suq addizzjonali, bla ma jieħu ebda riskju. L-Awtorità tikkonkludi li dan jikkostitwixxi vantaġġ.

(166)

Fl-aħħar, l-Awtorità trid tivvaluta wkoll jekk il-garanzija tad-depożiti addizzjonali tagħtix vantaġġ lil Íslandsbanki u l-banek tal-Islanda inġenerali. F'dan ir-rigward, l-Awtorità tosserva li meta saret għall-ewwel darba d-dikjarazzjoni li d-depożiti jkunu garantiti mill-awtoritajiet tal-Islanda, ma kienx kompletament ċar dwar kif din il-garanzija se taħdem fil-prattika, b'mod partikolari x'effett ikollu intervent bħal dan fuq il-bank li ma setax jibqa' jlaħħaq mal-obbligi finanzjarji tiegħu vis-à-vis id-depożituri tiegħu. Sadanittant, jidher li bank bħal dan jitħalla jfalli, iżda li l-istat tal-Islanda jiżgura – pereżempju billi jittrasferixxi depożiti f'bank ieħor u jikkumpensa għad-diskrepanza fl-assi – li d-depożiti jistgħu jitħallsu bis-sħiħ, u li d-depożituri qatt ma jitilfu aċċess għall-ammont sħiħ tad-depożiti tagħhom.

(167)

L-Awtorità tqis li huwa ta' importanza sekondarja dwar kif l-Istat jaġixxi eżattament biex jikkonforma mal-garanzija bla limitu fuq depożiti domestiċi. L-importanti hu li ħa l-obbligu li jinvolvi ruħu mingħajr limiti jekk bank jonqos milli jħallas depożiti.

(168)

Fil-fehma tal-Awtorità, din il-garanzija bla limitu ffavorixxiet lil Íslandsbanki: L-ewwel nett, peress li tipprovdi vantaġġ kompetittiv ta' valur – garanzija mill-istat bla limitu, u b'hekk xibka tas-sigurtà notevoli – fuq alternattivi u fornituri ta' investimenti alternattivi. Dan intwera, pereżempju minn rapport riċenti tal-Ministru tal-Ekonomija li ddikjara li: “Bħalissa, l-impriżi finanzjarji tal-Islanda qed joperaw f'ambjent protett b'kontrolli fuq il-kapital u garanzija tad-depożiti kategorika. F'kundizzjonijiet bħal dawn, tista' tgħid li d-depożiti fil-banek huma l-unika għażla sigura għall-faddala Islandiżi”. (74)

(169)

It-tieni, jidher ċar li fin-nuqqas tal-garanzija, Íslandsbanki seta' iktar faċilment jara assalt bankarju bħal ta' qablu (75). B'hekk, il-bank aktarx li kien ikollu jħallas rati tal-imgħax ogħla (biex jikkumpensa għar-riskju) biex jattira jew anki sempliċiment iżomm l-istess ammont ta' depożiti, li kieku ma kienx hemm il-garanzija fuq id-depożiti addizzjonali bla limiti applikata mill-istat tal-Islanda. B'hekk, l-Awtorità tikkonkludi li l-garanzija tad-depożiti tinvolvi vantaġġ għall-bank.

1.2.2.   Is-selettività

(170)

It-tieni, il-miżura ta' għajnuna trid tkun selettiva peress li tippreferi lil “ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta' ċerti prodotti”. Il-miżuri ta' kapitalizzazzjoni, il-faċilità ta' likwidità u l-ftehim ta' Straumur huma selettivi peress li huma ta' benefiċċju għal Íslandsbanki biss.

(171)

Barra minn hekk, peress li l-appoġġ mill-istat jista' jkun selettiv anki f'sitwazzjonijiet fejn settur wieħed jew iktar tal-ekonomija jibbenefikaw u oħrajn le, l-Awtorità tqis ukoll li l-garanzija mill-istat fuq id-depożiti li tibbenefika lis-settur bankarju sħiħ tal-Islanda bħala selettiv. Din il-konklużjoni ssegwi wkoll mill-kunsiderazzjonijiet stabbiliti hawn fuq li skont dawn il-banek huma preferuti fuq impriżi oħrajn li joffru possibilitajiet ta' tfaddil u investiment ta' flus.

1.3.   It-tfixil tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti

(172)

Il-miżuri jsaħħu l-pożizzjoni ta' Íslandsbanki f'paragun mal-kompetituri (jew kompetituri potenzjali) fl-Islanda u Stati oħrajn taż-ŻEE. Íslandsbanki hija impriża attiva, kif spjegat iktar 'il fuq, fis-swieq finanzjarji, li huma miftuħin għall-kompetizzjoni internazzjonali fiż-ŻEE. Filwaqt li bħalissa s-swieq finanzjarji tal-Islanda huma kemxejn maqtugħin għalihom, speċjalment minħabba l-kontrolli fuq il-kapital, għadu jeżisti (potenzjal għal) il-kummerċ transkonfinali li se jiżdied malli jitneħħew il-kontrolli fuq il-kapital. Għaldaqstant, il-miżuri kollha li qed jiġu valutati għandhom jitqiesu li qed ifixklu l-kompetizzjoni u jaffettwaw il-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim ŻEE. (76)

1.4.   Il-konklużjoni

(173)

Għalhekk, l-Awtorità tasal għall-konklużjoni li l-miżuri meħuda mill-Istat tal-Islanda sabiex jikkapitalizza l-bank il-ġdid, kif ukoll il-faċilità ta' likwidità, il-garanzija tad-depożiti u l-ftehim ta' Straumur jinvolvu għajnuna mill-istat skont it-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE. L-Awtorità tfakkar li hija waslet għall-istess konklużjoni fir-rigward tal-miżuri ta' kapitalizzazzjoni mogħtija minn Byr fid-deċiżjonijiet ta' Byr.

2.   IR-REKWIŻITI PROĊEDURALI

(174)

Skont l-Artikolu 1(3) tal-Parti I tal-Protokoll 3 SCA, “l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandha tiġi mgħarrfa, minn żmien qabel biżżejjed biex tkun tista' tippreżenta l-kummenti tagħha, dwar kwalunkwe pjan li tagħti jew tibdel għajnuna (…). L-Istat ikkonċernat ma għandux idaħħal fis-seħħ il-miżuri proposti minnu sakemm il-proċedura tkun irriżultat f'deċiżjoni finali”.

(175)

L-awtoritajiet tal-Islanda ma nnotifikawx il-miżuri ta' għajnuna koperti mid-deċiżjoni operattiva għall-Awtorità qabel ma implimentawhom. B'hekk, l-Awtorità tikkonkludi li l-awtoritajiet tal-Islanda ma rrispettawx l-obbligi tagħhom skont l-Artikolu 1(3) tal-Parti I tal-Protokoll 3. Għalhekk, l-għoti ta' dawk il-miżuri ta' għajnuna kien kontra l-liġi.

3.   IL-KOMPATIBILITÀ TAL-GĦAJNUNA

(176)

Bħala kumment preliminari, l-Awtorità tosserva li filwaqt li Íslandsbanki huwa entità legali ġdida li twaqqaf fl-2008 – fir-rigward tal-operazzjonijiet domestiċi – jidher biċ-ċar li dan huwa s-suċċessur ekonomiku ta' Glitnir, fis-sens li hemm kontinwità ekonomika bejn dawn iż-żewġ entitajiet. Peress li dawk l-operazzjonijiet ekonomiċi li twettqu minn Íslandsbanki mill-ħarifa tal-2008 'il quddiem ma setgħux jibqgħu għaddejjin mingħajr l-għajnuna, l-Awtorità tqis il-bank bħala impriża f'diffikultà.

(177)

Barra minn hekk, il-miżuri li qegħdin jiġu valutati huma fl-istess ħin miżuri ta' salvataġġ u ristrutturar. Kif ġie ddikjarat fid-deċiżjoni ta' ftuħ, l-Awtorità aktarx li kienet tapprova l-miżuri bħala għajnuna ta' salvataġġ kompatibbli li kieku ġew notifikati qabel ġew implimentati, qabel ma kienet tieħu l-pożizzjoni finali fuqhom fuq il-bażi ta' pjan ta' ristrutturar. Madankollu, fin-nuqqas ta' notifika puntwali, l-Awtorità fetħet il-proċedura ta' investigazzjoni formali u talbet il-preżentazzjoni ta' pjan ta' ristrutturar. Kif ġie indikat iktar 'il fuq, il-kompatibilità finali ta' dawn il-miżuri tiddependi fuq jekk il-pjan ta' ristrutturar jilħaqx il-kriterji tal-linji gwida applikabbli tal-Awtorità dwar l-għajnuna mill-Istat għall-impriżi f'diffikultà.

3.1.   Il-bażi legali għall-valutazzjoni tal-kompatibbiltà: Artikolu 61(3) tal-Ftehim ŻEE u l-Linji Gwida tal-Awtorità dwar ir-Ristrutturar

(178)

Filwaqt li l-għajnuna mill-Istat lill-impriżi f'diffikultà bħal Íslandsbanki normalment tiġi valutata skont l-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim ŻEE, l-Awtorità tista', skont l-Artikolu 61(3)(b) tal-Ftehim, tippermetti sabiex l-għajnuna mill-istat isservi “bħala rimedju għal inkwiet serju fl-ekonomija ta' Stat Membru tal-KE jew Stat tal-EFTA”. Kif inhu ddikjarat fil-paragrafu 8 tal-Linji Gwida tal-Banek (77), l-Awtorità terġa' ssostni li, b'konformità mal-każistika u l-prattika ta' teħid ta' deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea, l-Artikolu 61(3)(b) tal-Ftehim ŻEE jeħtieġ interpretazzjoni restrittiva ta' x'jista' jsir f'taqlib serju ta' ekonomija tal-Istat tal-EFTA.

(179)

Kif ġie deskritt fid-dettall iktar 'il fuq, l-awtoritajiet tal-Islanda spjegaw li s-sistema finanzjarja tal-Islanda daħlet fi stat ta' kriżi sistemika f'Ottubru 2008, u din wasslet għall-falliment tal-banek ewlenin tagħha kif ukoll banek kbar tat-tfaddil fi żmien ftit jiem. Is-sehem mis-suq tal-istituzzjonijiet finanzjarji f'daqqa li fallew kien jaqbeż id-90 % f'ħafna mis-segmenti tas-suq finanzjarju tal-Islanda. Mad-diffikultajiet żdied ukoll it-telf ta' kunfidenza fil-munita tal-pajjiż. L-ekonomija reali tal-Islanda ntlaqtet b'mod sever mill-kriżi finanzjarja. Għad li għaddew iktar minn tliet snin sa mill-bidu tal-kriżi, is-sistema finanzjarja tal-Islanda għadha fi stat ta' taqlib. Anki jekk is-sitwazzjoni marret ħafna għall-aħjar mill-2008 'l hawn, jidher biċ-ċar li fiż-żmien li fih ittieħdu l-miżuri, dawn kellhom l-għan li jirrimedjaw taqlib serju fl-ekonomija tal-Islanda.

(180)

B'hekk, jitqies li l-Artikolu 61(3)(b) tal-Ftehim ŻEE japplika f'dan il-każ.

L-applikazzjoni tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar

(181)

Il-Linji Gwida tal-Awtorità dwar l-Għajnuna mill-Istat dwar it-treġġigħ lura lejn il-vijabbiltà u l-valutazzjoni tal-miżuri ta' ristrutturar fis-settur finanzjarju fil-kriżi attwali skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat (78) (“il-Linji Gwida dwar ir-Ristrutturar”) jistabbilixxu r-regoli dwar l-għajnuna mill-istat applikabbli għar-ristrutturar ta' istituzzjonijiet finanzjarji fil-kriżi attwali. Skont il-Linji Gwida dwar ir-Ristrutturar, biex ikun kompatibbli mal-Artikolu 61(3)(b) ŻEE, ir-ristrutturar ta' istituzzjoni finanzjarja fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja jrid:

(i)

Iwassal għal treġġigħ lura lejn il-vijabbiltà tal-bank;

(ii)

Jinkludi kontribuzzjoni proprja suffiċjenti mill-benefiċjarju (qsim tal-piżijiet);

(iii)

Ikun fih biżżejjed miżuri li jillimitaw it-tfixkil tal-kompetizzjoni.

(182)

B'hekk, hawn taħt, fuq il-bażi tal-pjan ta' ristrutturar ippreżentat għal Íslandsbanki, li jirrifletti wkoll l-akkwist ta' Byr, l-Awtorità se tivvaluta jekk dawn il-kriterji humiex issodisfati, u jekk għalhekk il-miżuri ta' għajnuna deskritti hawn fuq, kif ukoll dawk identifikati mill-Awtorità fid-deċiżjoni ta' Byr jikkostitwixxux għajnuna għar-ristrutturar kompatibbli.

3.2.   It-treġġigħ lura lejn il-vijabbiltà

(183)

It-treġġigħ lura lejn il-vijabbiltà fit-tul ta' benefiċjarju fir-riċevuta ta' għajnuna għar-ristrutturar huwa l-għan ewlieni ta' din l-għajnuna, u l-valutazzjoni ta' jekk għajnuna għar-ristrutturar hix se tikseb dan hija aspett importanti fid-determinazzjoni tal-kompatibbiltà tagħha.

(184)

Kif indikat iktar 'il fuq, it-taqlib fl-ekonomija tal-Islanda fil-bidu tal-ħarifa tal-2008, il-preżenza ta' miżuri straordinarji bħall-kontrolli fuq il-kapital, ambjent regolatorju f'evoluzzjoni u ħarsa ġenerali makroekonomika li, minkejja xi stabbiltà riċenti, għadha kemxejn inċerta, speċjalment minħabba l-inkwiet ekonomiku li għaddej fiż-żona tal-euro, ma jagħmluha xejn faċli biex bank jopera bi profitt u tiġi żgurata l-vijabbiltà tiegħu fit-tul. L-Awtorità tisħaq mill-bidu li din il-kunsiderazzjoni trid tiġi kkunsidrata fil-valutazzjoni ta' hawn taħt.

(185)

It-Taqsima 2 tal-Linji Gwida dwar ir-Ristrutturar jistabbilixxu li l-Istat taż-ŻEE għandu jipprovdi pjan ta' ristrutturar komprensiv u dettaljat li jipprovdi tagħrif sħiħ fuq il-mudell kummerċjali u li jreġġa' lura l-vijabbiltà fit-tul tal-bank. Il-paragrafu 10 tal-Linji Gwida dwar ir-Ristrutturar jeħtieġ li l-pjan ta' ristrutturar jidentifika l-kawżi tad-diffikultajiet tal-bank u d-dgħjufijiet tal-bank stess, u jispjega kif il-miżuri ta' ristrutturar proposti jirrimedjaw il-problemi sottostanti tal-bank.

(186)

Kif spjegat hawn fuq, il-kawżi tad-diffikultajiet ta' Íslandsbanki huma spjegati t-tnejn li huma fil-pjan ta' ristrutturar, iżda anki fir-rapport tal-Kummissjoni ta' Investigazzjoni Speċjali. Fost il-kawżi ewlenin identifikati f'dan tal-aħħar fil-livell tal-bank ta' qabel kien hemm l-espansjoni eċċessiva u insostenibbli, l-ingranaġġ tas-sidien tal-bank, il-konċentrazzjoni tar-riskju, l-ekwità dgħajfa u d-daqs tal-banek meta mqabbla mal-ekonomija tal-Islanda. Barra minn hekk, Glitnir espanda f'LBOs ingranati ħafna (79) u fi swieq tal-immobbli kummerċjali barra mill-Islanda. Kien jiddependi ħafna wkoll fuq il-finanzjament tal-operaturi b'terminu qasir u ħa riskju maġġuri billi sellef lis-sidien tiegħu, u l-bank kellu skoperturi singoli kbar.

Il-miżuri regolatorji tal-vijabbiltà

(187)

Filwaqt li l-pjan ta' ristrutturar ta' Íslandsbanki jindirizza ħafna mid-dgħjufijiet tal-bank kif identifikat iktar 'il fuq, l-Awtorità tqis li l-falliment ta' Glitnir, u t-tiġrif tal-industrija finanzjarja tal-Islanda, kienu kkaġunati wkoll minn għadd ta' fatturi speċifiċi għall-Islanda, relatati mad-daqs żgħir tagħha u n-nuqqasijiet regolatorji u superviżorji enfasizzati mill-Kummissjoni Speċjali ta' Investigazzjoni. Għalhekk, il-vijabbiltà fit-tul ta' Íslandsbanki, bħal dik ta' kwalunkwe bank Islandiż ieħor, ma tiddependix biss fuq il-miżuri meħuda fil-livell tal-bank, iżda anki fuq jekk dawk in-nuqqasijiet superviżorji u regolatorji ġewx rimedjati.

(188)

F'dan ir-rigward, l-Awtorità tosserva b'mod pożittiv l-emendi għall-qafas regolatorju u superviżorju magħmula mill-awtoritajiet tal-Islanda, kif spjegat fl-Anness.

(189)

L-ewwel nett, is-setgħat u l-kompetenzi tal-FME żdiedu, inter alia b'responsabilitajiet ġodda dwar skoperturi individwali kbar u r-riskji relatati magħhom, li fil-fehma tal-Awtorità jindirizzaw wieħed mill-fatturi li wasslu għall-falliment finanzjarju.

(190)

It-tieni, ir-rekwiżiti temporanji ta' proporzjon għoli tal-CAD, u għadd ta' dispożizzjonijiet relatati mal-kollateralizzazzjoni, b'mod partikolari l-projbizzjoni tal-estensjoni ta' kreditu fl-isfond ta' wegħdiet ta' ishma proprji, għandhom l-għan li jiżguraw li l-banek tal-Islanda ma jkunux jistgħu jerġgħu jibnu pożizzjoni dgħajfa ta' kapital. L-Awtorità tqis li dawn il-miżuri se jikkontribwixxu għar-reżiljenza tal-banek tal-Islanda.

(191)

It-tielet, ġiet implimentata firxa ta' miżuri relatati mal-eliġibbiltà tad-diretturi u l-membri tal-bord, kif ukoll ir-remunerazzjoni tagħhom. Barra minn hekk, l-għoti b'self lill-partijiet relatati (bħal sidien) ġie soġġett għal regoli iktar stretti, u issal-FME tista' tipprojbixxi lill-bank milli jwettaq attivitajiet speċifiċi, jekk tara li għandu jsir hekk. Ir-regoli esterni u interni tal-kontabbiltà ġew emendati wkoll, pereżempju tnaqqas iż-żmien kemm kontabilist estern jista' jaħdem għall-istess bank. L-Awtorità tosserva bi pjaċir li dawn il-miżuri għandhom l-għan li jipprevjenu milli jerġgħu jseħħu l-avvenimenti f'dak li għandu x'jaqsam mas-sidien u l-eżekuttivi superjuri. Il-miżuri jżidu wkoll il-monitoraġġ tar-riskji esterni, li t-tnejn li huma jnaqqsu t-theddid għall-vijabbiltà tal-banek.

(192)

Ir-raba', skont l-awtoritajiet tal-Islanda, il-possibbiltà diġà msemmija għall-FME sabiex jiġu limitati l-attivitajiet ta' bank, tnediet ukoll mit-teħid ta' depożiti fuq skala kbira mill-banek kummerċjali tal-Islanda qabel il-kriżi, li jidher li tal-inqas ħaffef il-falliment tagħhom. Barra minn hekk, fil-fehma tal-Awtorità jidher ukoll li r-regoli l-ġodda dwar il-likwidità u l-bilanċ tal-kambju (80) jinvolvu ċerti restrizzjonijiet fir-rigward tal-possibilità li l-banek jattiraw ammonti kbar b'mod sproporzjonat ta' depożiti barranin jekk dan jista' jrendi n-negozji tal-bank iktar fraġli u vulnerabbli għal riskji tal-kambju u tal-likwidità. L-Awtorità tilqa' l-fatt li l-awtoritajiet tal-Islanda wieġbu għal dan l-aspett tal-falliment regolatorju.

Il-pjan ta' ristrutturar ta' Íslandsbanki

(193)

Dwar il-pjan ta' ristrutturar u l-miżuri fil-livell tal-bank, fl-essenza tiegħu Íslandsbanki mar lura għal mudell kummerċjali iktar tradizzjonali, li jiffoka fuq il-qawwa ewlenija tiegħu (l-ibbankjar domestiku, l-industrija tal-frott tal-baħar u l-industrija ġeotermali), li se jiġi ffinanzjat fil-parti l-kbira permezz ta' depożiti tal-klijenti.

(194)

Il-proporzjon tad-depożitu għas-self sejjer jaqa' aktar minn madwar 80 % għal […] % fit-tmiem tal-perjodu ta' ristrutturar […].

(195)

Barra minn hekk, kif indikat iktar 'il fuq, mill-mument li twaqqaf, Íslandsbanki – jekk jitqabbel ma' Glitnir – kien sostanzjalment b'inqas ingranaġġ, u hekk kif ħafna mid-dejn tal-operaturi baqa' fil-beni ta' Glitnir, skont il-pjan ta' ristrutturar, se jkollu joqgħod fuq ir-rifinanzjament fis-swieq internazzjonali għal dejn mhux garantit iżda sa ċertu punt ferm limitat.

(196)

Id-dipendenza fuq is-swieq tal-operaturi għar-rifinanzjament kienet waħda mir-raġunijiet ewlenin għall-falliment ta' Glitnir. Sa issal-finanzjament ta' Íslandsbanki kien ibbażat l-iktar fuq depożiti u ekwità, iżda l-pjan ta' ristrutturar jipprevedi tnaqqis żgħir fl-importanza tad-depożiti minn 80 % għal […] % tal-obbligazzjonijiet totali, […]. Íslandsbanki beħsiebu jikkumpensa għal dan billi joħroġ bonds koperti fis-suq domestiku. Diġà rnexxielu joħroġ bonds koperti b'valur ta' ISK 4 biljun f'Diċembru 2011, u […].

(197)

[…]. Íslandsbanki huwa tal-opinjoni li l-aptit limitat attwali tal-investituri għal karti Islandiżi mhux garantiti jista' jikber ladarba l-garanzija bla limitu fuq id-depożiti titneħħa. L-Awtorità tqis li, fuq il-bażi tal-fatti ppreżentati mill-awtoritajiet tal-Islanda, is-sitwazzjoni ta' finanzjament tal-bank tidher li se tkun soda sa tmiem il-perjodu ta' ristrutturar. Minħabba l-inċertezzi madwar il-garanzija tad-depożiti u l-kontrolli fuq il-kapital, kif ukoll l-iżviluppi ambigwi fil-ġejjieni ta' swieq tad-dejn (sovran), ma tistax tikkonkludi fuq jekk l-istrateġija ta' finanzjament ta' Íslandsbanki hijiex se timmaterjalizza kif previst fit-tul. Madankollu, minħabba d-dipendenza qawwija fuq id-depożiti u bonds koperti matul il-perjodu ta' ristrutturar, u s-sehem kbir ta' dawk it-tipi ta' dejn fuq il-karta bilanċjali, l-Awtorità tiddikjara li ċaqliq żgħir fl-istrateġija ta' finanzjament li jista' jkun hemm bżonn li jsir fil-ġejjieni ma jkunx ta' periklu għall-vijabbiltà tal-bank.

(198)

Fir-rigward tan-naħa tal-assi tal-karta bilanċjali, l-assi internazzjonali li huma l-aktar ta' riskju – bħat-titoli tal-beni immobbli kummerċjali barra mill-pajjiż – inżammu mal-beni ta' Glitnir. Minħabba dan, il-karta bilanċjali ċkienet b'85 %. B'hekk, dgħjufija ewlenija tal-mudell kummerċjali ta' Glitnir – id-dipendenza fuq assi internazzjonali riskjużi bla valutazzjoni tar-riskju xierqa u għarfien limitat tas-suq – ġiet rimedjata. L-Awtorità tilqa' l-fatt li skont il-pjan ta' ristrutturar, il-bank mhuwiex se jidħol għal negozju simili fil-ġejjieni, iżda minflok se jiffoka fuq in-negozju ċentrali tradizzjonali tiegħu.

(199)

Evidentament, il-bank kiber sa minn meta ġie stabbilit, b'mod partikolari permezz tal-akkwist ta' Byr. Madankollu, skont il-pjan ta' ristrutturar, dan ma għandux impatt maġġuri fuq il-mudell kummerċjali ta' Íslandsbanki, minħabba li Byr, b'mod ewlieni, kellu assi domestiċi ta' karatteristiċi simili għal dawk tal-portafoll ta' Íslandsbanki. Fi kwalunkwe każ, l-Awtorità tqis li d-divestimenti impenjati, li qegħdin jiġu diskussi aktar 'l isfel, sejrin jikkontribwixxu sabiex Íslandsbanki jitħalla jiffoka fuq in-negozju ewlieni tiegħu.

(200)

Sfida konsiderevoli għall-bank fir-rigward tal-portafoll tal-assi tiegħu tibqa' r-ristrutturar tas-self li ġie ttrasfertit minn Glitnir. F'dan ir-rigward, l-Awtorità tinnota b'mod pożittiv li dan il-proċess ta' ristrutturar huwa prijorità għall-bank, kif muri mill-bosta proposti ġeneriċi u mfasslin apposta li l-bank għamel lill-klijenti tiegħu b'ingranaġġ eċċessiv. Filwaqt li l-proċess ma mexiex malajr daqs kemm kien ippjanat inizjalment, diġà ntlaħaq ħafna. Pereżempju, fit-8 ta' Frar 2012, 2,680 kumpanija għaddew minn xi forma ta' ristrutturar u skont l-awtoritajiet Islandiżi, il-maġġoranza l-kbira ta' dawn, kienu kapaċi jiffinanzjaw id-dejn tagħhom wara r-ristrutturar.

(201)

L-Awtorità tqis li dan huwa indikatur tas-solidità tal-metodi ta' ristrutturar ta' Íslandsbanki. Barra minn hekk, fuq il-bażi tad-dejta fid-dashboard tar-ristrutturar tal-banek, jidher realistiku li l-bank jista' jilħaq il-mira tiegħu li jlesti r-ristrutturar tad-dejn korporattiv sa tmiem l-2012 u tad-dejn fuq l-imnut sal-2013. B'mod ġenerali, diment li ma jkunx hemm żviluppi mhux mistennija fl-ambjent makroekonomiku tal-Islanda jew barra l-pajjiż, dan ikun ifisser li fi tmiem il-perjodu ta' ristrutturar, hija l-fehma tal-Awtorità li Íslandsbanki se jkollu karta bilanċjali relattivament b'saħħitha u portafolli tas-self ferm produttivi.

(202)

Kif indikat hawn fuq, il-kapitalizzazzjoni dgħajfa ta' Glitnir kienet wieħed mill-fatturi li wassal għall-falliment tiegħu. Il-pjan ta' ristrutturar ta' Íslandsbanki jbassar li l-bank se jibqa' ferm ogħla mill-proporzjon minimu ta' 16 % tal-CAD meħtieġ mill-FME tul il-perjodu ta' ristrutturar. Dan il-proprozjon huwa ferm ogħla mill-minimu ta' 10,5 % tal-Basel III. Anki skont il-każ tal-istress li Íslandsbanki ġie sottomess għalih flimkien mar-rapport tal-ICAPP ta' din is-sena mehmuż mal-pjan ta' ristrutturar, il-proporzjon tal-CAD mhuwiex se jaqa' taħt dan il-punt ta' riferiment għoli. Skont il-pjan ta' ristrutturar, Íslandsbanki se jnaqqas gradwalment il-proporzjon kapitali tiegħu sabiex iżid il-profittabilità billi jibda jħallas dividendi. (81) L-Awtorità tqis li huwa prudenti u konfortanti li anki fil-każ ta' stress sottomess minn Íslandsbanki, li jidher li huwa bbażat fuq parametri li jagħmlu sens, jibqa' surplus kapitali ta' aktar minn ISK […] biljun, li f'ambjent operattiv kif deskritt hawn fuq, jipprovdi lil Íslandsbanki b'kapaċità sinifikanti sabiex jilqa' kontra sitwazzjonijiet mhux mistennija.

(203)

Dwar il-pożizzjoni ta' likwidità tal-bank, l-Awtorità tosserva li s-sitwazzjoni attwali, skont il-pjan ta' ristrutturar, tidher robusta biżżejjed, u li ma hemm l-ebda indikazzjoni li s-sitwazzjoni tista' teqleb għall-agħar b'mod sostanzjali tul il-perjodu ta' ristrutturar. Barra minn hekk, l-Awtorità tqis li l-ittestjar tal-istress tal-proporzjon ta' likwidità tal-bank fil-kuntest tar-rapport tal-ICAAP, skont liema, il-bank huwa mħejji sew għal sitwazzjonijiet avversi, jissuġġerixxi li s-sitwazzjoni ta' likwidità ta' Íslandsbanki mhijiex waħda b'saħħitha.

(204)

L-Awtorità tilqa' wkoll il-bidliet għall-governanza korporattiva u l-immaniġġar tar-riskji ta' Íslandsbanki, kif spjegat iktar 'il fuq, li jindirizzaw dgħjufija fin-negozju ta' Glitnir u se jikkontribwixxu għal valutazzjoni tar-riskji iktar oġġettiva u professjonali fit-tħaddim tal-bank.

(205)

Fir-rigward tal-profitabbiltà, il-Linji Gwida dwar ir-Ristrutturar jistabbilixxu wkoll li l-pjan ta' ristrutturar għandu juri kif il-bank se jreġġa' lura l-vijabbiltà tiegħu fit-tul mingħajr għajnuna mill-Istat malajr kemm jista' jkun. B'mod partikolari, il-bank għandu jkun jista' jiġġenera redditu azzjonarju xieraq, filwaqt li jkopri l-ispejjeż kollha tal-operazzjoni normali tiegħu u jikkonforma mar-rekwiżiti regolatorji rilevanti. B'mod partikolari, il-punt 13 tal-Linji Gwida dwar ir-Ristrutturar jindika li l-vijabbiltà fit-tul tinkiseb meta bank ikun kapaċi jkopri l-ispejjeż kollha tiegħu matul deprezzament u bidliet finanzjarji u jipprovdi redditu azzjonarju xieraq, filwaqt li jittieħed f'kunsiderazzjoni l-profil ta' riskju tal-bank.

(206)

F'dan il-punt, l-Awtorità tfakkar dak li diġà ssemma hawn fuq, jiġifieri li l-ambjent ekonomiku li fih jopera Íslandsbanki jkun ta' sfida għal kull bank. Fid-dawl ta' dan, l-Awtorità hija sodisfatta bil-profitabbiltà mbassra tal-pjan ta' ristrutturar, li, minkejja l-proporzjon ta' kapital għoli, se jkun adegwat u fil-biċċa l-kbira ogħla mill-miri ta' profitabbiltà ta' Íslandsbanki stess matul il-biċċa l-kbira tal-perjodu ta' ristrutturar u lil hinn minnu. Bejn l-2009 u l-2014, ir-ROE jvarja bejn […] % u […] %. Madankollu, kif deskritt hawn fuq, […] il-varjazzjoni hija dovuta l-aktar għal sitwazzjonijiet u avvenimenti irregolari, bħall-gwadannji fil-valutazzjoni mill-assi ttrasferiti minn Glitnir, minn naħa waħda, u t-tniżżil fil-valur ikkawżat mis-sentenza riċenti tal-Qorti Suprema dwar self f'muniti barranin, u l-akkwist ta' Byr min-naħa l-oħra. Skont il-pjan ta' ristrutturar, dawn l-avvenimenti irregolari mhumiex mistennija li jseħħu lil hinn mill-2013, u mill-2014 sal-2016 ir-ROE huwa mistenni li jiżdied minn […] % sa […] %. Il-kalkolu li ssottomettew l-awtoritajiet Islandiżi li fih id-Dikjarazzjoni tal-Qliegħ u t-Telf (Profit and Loss Statement - P&L) ġiet imnaddfa minn dawk l-oġġetti rregolari jindika li l-bank għamel u se ikompli jagħmel profitti relattivament stabbli bejn l-2008 u l-2016. Ir-rapport mill-Icelandic State Financial Investments (“ISFI”) imsemmi hawn fuq jidher li jappoġġa din il-konklużjoni. Għalkemm mhuwiex ċar jekk dawn il-kalkoli jirriflettux bis-sħiħ l-gwadannji li jirriżultaw mill-iskont profond, l-Awtorità tinnota li wara l-2013, meta l-iskont huwa mbassar li jkun assorbit totalment, il-bank se jagħmel profitti ta' bejn ISK […] u […] biljun kull sena skont il-pjan ta' ristrutturar.

(207)

Uħud mill-aspetti l-aktar rilevanti u dettaljati tal-ippjanar finanzjarju li fuqhom huwa bbażat il-pjan ta' ristrutturar issemmew hawn fuq, bħad-dħul li qiegħed jonqos mis-segmenti tan-negozju importanti tas-servizzi bankarji korporattivi u bl-imnut matul il-perjodu ta' ristrutturar. L-Awtorità jidhirlha li dan huwa prinċipalment ir-riżultat tal-assorbiment tal-iskont, u jirrifletti l-ispejjeż ta' finanzjament li qegħdin jiżdiedu (li jirriżulta minn diversifikazzjoni akbar fuq in-naħa tal-obbligazzjonijiet, b'sehem ta' dejn akbar b'maturitajiet itwal), kif ukoll tnaqqis fil-marġni nett tal-imgħax mil-livell attwali ta' 4,4 % għal […] %. L-Awtorità hija tal-fehma li huwa prudenti li wieħed ma jiddependix fuq żieda fid-dħul f'dawn is-segmenti. Tabilħaqq, jidher probabbli li l-ispejjeż ta' finanzjament se jiżdiedu kemxejn (skont il-pjan ta' ristrutturar, b'massimu ta' […]bp). Rigward l-marġni tar-rata tal-imgħax, l-Awtorità tinnota li anki wara t-tnaqqis antiċipat għal […] %, din tkun pjuttost għolja meta mqabbla fuq livell internazzjonali. (82) Skont l-awtoritajiet Islandiżi, il-marġni kienet bejn wieħed u ieħor f'dak il-livell jew ogħla matul l-aħħar deċennji, u hija dovuta, fost fatturi oħrajn, għall-ambjent ta' rati tal-imgħax għoljin fl-Islanda, is-sehem aktar baxx ta' self f'ipoteki fil-portafoll ta' self u d-daqs iżgħar tal-banek. L-Awtorità tikkunsidra dawn l-ispjegazzjonijiet raġonevoli, u għalhekk issib li dan l-aspett tal-ippjanar finanzjarju huwa plawżibbli biżżejjed.

(208)

Fattur importanti ieħor li jmexxi l-profitabbiltà futura skont il-pjan ta' ristrutturar huwa dħul akbar minn ħlasijiet u kummissjonijiet, li huwa mbassar li jiżdied […] tul il-perjodu tal-ippjanar […]. Din iż-żieda mbagħad għandha tagħti profitti ta' ISK […] fl-2016. L-awtoritajiet Islandiżi jissottomettu li dawn il-projezzjonijiet huma plawżibbli, peress li n-negozju li jitħallas b'kummissjoni, bħal transazzjonijiet relatati mas-suq tal-ishma u kummerċ tal-kambju prattikament ġie fix-xejn b'riżultat tal-kontrolli kapitali. Madankollu, peress li skont l-awtoritajiet Islandiżi huwa realistiku li wieħed jistenna żieda sostanzjali fl-attività fil-borża, u l-kontrolli kapitali għandhom jitneħħew fit-tmiem tal-2013, l-Awtorità ma għandhiex dubji dwar il-plawżibbiltà ta' dawn il-figuri.

(209)

Minbarra n-naħa tad-dħul tat-tbassir tal-P&L, il-bank ħa għadd ta' inizjattivi, kif deskritt hawn fuq, biex iżid l-effiċjenza u jnaqqas l-ispejjeż, fosthom tnaqqis tal-persunal b'madwar 10 %, li kollox ma' kollox għandu jnaqqas l-proporzjon tal-ispiża mad-dħul minn 75 % għal […] % fl-2014. L-Awtorità tilqa' dawn l-isforzi, peress li l-proporzjon preżenti jidher li huwa pjuttost għoli meta mqabbel fuq livell internazzjonali. L-Awtorità tikkunsidra wkoll li, fuq il-bażi tal-pjan ta' ristrutturar, huwa plawżibbli li din il-mira tista' tintlaħaq, peress li tabilħaqq it-tlestija tar-ristrutturar tal-portafoll li ntiret mingħand Glitnir u t-tnaqqis antiċipat tal-ħidma superviżorja għandu jagħmilha possibbli li jitnaqqas in-numru ta' impjegati tal-bank, u l-gwadannji fl-effiċjenza jidhru li xorta għadhom jistgħu jinkisbu fl-operat tal-bank.

(210)

Minbarra dan li ntqal hawn fuq, jidher ċar li l-pjan ta' ristrutturar huwa bbażat fuq numru kbir ta' suppożizzjonijiet oħrajn. L-Awtorità kellha l-għan li tiskrutinizza dawk li jidhru l-iktar pertinenti u bl-ikbar influwenza fuq il-vijabbiltà ta' Íslandsbanki fil-ġejjieni. Fir-rigward tas-suppożizzjonijiet makroekonomiċi, dawn jidhru ġeneralment konformi mat-tbassir tal-IMF u ta' Statistics Iceland, pereżempju fir-rigward tat-tkabbir tal-PDG u l-qgħad. B'mod ġenerali, is-suppożizzjonijiet li fuqhom il-pjan ta' ristrutturar huwa bbażat jidhru li huma prudenti biżżejjed biex, flimkien mal-kunsiderazzjonijiet stabbiliti mill-Awtorità ta' hawn fuq, tkun tista' tinħareġ il-konklużjoni li l-miżuri ta' ristrutturar meħuda mill-bank huma biżżejjed biex tiġi żgurata l-vijabbiltà fit-tul tiegħu, diment li ma jfeġġux xi avvenimenti mhux mistennija avversi ta' skala u konsegwenzi mhux previsti.

(211)

Wara li ħadet f'kunsiderazzjoni dawn l-elementi, l-Awtorità tqis li l-pjan ta' ristrutturar jinvolvi biżżejjed elementi li jikkontribwixxu għat-treġġigħ lura lejn il-vijabbiltà fit-tul tal-bank għall-Awtorità biex tikkonkludi li nżammet konformità mad-dispożizzjonijiet tat-taqsima 2 tal-Linji Gwida dwar ir-Ristrutturar.

3.3.   Il-kontribuzzjoni proprja/il-qsim tal-piżijiet

(212)

Il-paragrafu 22 tal-Linji Gwida dwar ir-Ristrutturar jgħid hekk: “Biex jiġu limitati d-distorsjonijiet fil-kompetizzjoni u biex jiġi affaċċjat periklu morali, l-għajnuna trid tkun limitata għall-minimu neċessarju u l-benefiċjarju tal-għajnuna jrid jipprovdi kontribuzzjoni proprja għall-ispejjeż ta' ristrutturar. Il-bank u d-detenturi tal-kapital tagħha jridu jikkontribwixxu kemm jista' jkun għar-ristrutturar bir-riżorsi proprji tagħhom. Dan hu neċessarju biex jiġi żgurat li banek salvati jġorru responsabbiltà adegwata għall-konsegwenzi tal-imgiba tagħhom fil-passat u biex jinħolqu inċentivi xierqa għall-imġiba futura tagħhom”.

(213)

F'dan ir-rigward, l-Awtorità tfakkar aspett deċiżiv tal-każ inkwistjoni. Meta Íslandsbanki twaqqaf fuq il-bażi tal-operazzjonijiet domestiċi ta' Glitnir, l-investimenti tal-azzjonisti f'Glitnir Bank kienu kompletament eliminati u b'hekk ikkontribwixxew għall-massimu possibbli għar-ristrutturar ta' Íslandsbanki. Barra minn hekk, il-kredituri ta' Glitnir kellhom iġarrbu telf konsiderevoli (83), jew tal-inqas jieħdu r-riskju tal-investiment tagħhom skont il-profitabbiltà ta' Íslandsbanki. B'hekk, f'dak li għandu x'jaqsam mas-sidien u l-kredituri ta' Glitnir, il-kriterju ta' qsim tal-piżijiet huwa ssodisfat b'mod ottimali u hija indirizzata l-kwistjoni ta' periklu morali.

(214)

Minbarra dan ta' hawn fuq, l-Awtorità teħtieġ tivvaluta jekk l-għajnuna mill-istat li rċieva Íslandsbanki kinitx limitata għall-minimu neċessarju.

(215)

Fir-rigward il-miżuri ta' kapitalizzazzjoni, il-kapitalizzazzjoni inizjali ta' Íslandsbanki, sakemm il-ftehim mal-kredituri ta' Glitnir naqqas is-sehem tal-Istat għal 5 %, kienet biżżejjed bl-eżatt biex tissodisfa r-rekwiżiti ta' kapital tal-FME. Fl-2009, wara li kien konkluż il-ftehim fuq l-akkwiżizzjoni ta' Glitnir minn Arion Bank, u kien ingħata l-kapital tal-Grad II lil Íslandsbanki, il-proporzjon tal-CAD tela' għal madwar 19 %, tliet punti perċentwali iktar mill-proporzjon minimu stabbilit mill-FME. F'dan il-kuntest, l-Awtorità tosserva li l-proporzjon tal-kapital kien jiddependi l-iktar fuq jekk il-valutazzjoni tal-assi li kienu ġew trasferiti minn Glitnir lejn Íslandsbanki kinitx saret bi preċiżjoni. Barra minn hekk, ta' min ifakkar li f'dak iż-żmien il-qagħda ekonomika għall-Islanda kienet miżgħuda inċertezzi. Fid-dawl ta' dan li ntqal hawn fuq, l-Awtorità tqis li l-ammont ta' kapital ipprovdut mill-istat tal-Islanda lil Íslandsbanki kien limitat għall-minimu meħtieġ, peress li ma kien jammonta għal xejn iktar mill-minimu regolatorju flimkien ma' bafer raġonevoli.

(216)

Din il-konklużjoni ma ġietx kontrarjata mill-fatt li, wara, il-proprozjon tal-CAD ta' Íslandsbanki kiber mhux ħażin u b'hekk seta' jassorbi bank li kien nieqes serjament mill-kapital – Byr – fl-2011. Iż-żieda fil-proporzjon tal-CAD kienet kważi esklussivament dovuta għat-tlugħ fil-valur tal-valur skont il-kotba tal-assi li kienu ġew trasferiti minn Glitnir lil Íslandsbanki. Dan ma seta' jitbassar bl-ebda ċertezza, u, fil-fehma tal-Awtorità, il-fatt li l-proporzjon tal-CAD żviluppa tant tajjeb iktar tard ma huwa l-ebda raġuni li twassal sabiex jitqies li Íslandsbanki ġie kapitalizzat b'mod eċċessiv mill-Istat fil-bidu. (84)

(217)

Il-paragrafu 26 tal-Linji Gwida dwar ir-Ristrutturar jistabbilixxi li l-banek, meta jirċievu l-għajnuna għar-ristrutturar, “iridu jkunu kapaċi jirrimuneraw il-kapital, inkluż fil-forma ta' dividendi u kupuni fuq dejn subordinat li jkun għadu dovut, mill-profitti ġenerati bl-attivitajiet tagħhom”.

(218)

F'dan il-kuntest, ta' min ifakkar li l-Istat għamel redditu annwalizzat ta' kważi 14 % fuq il-kapital li ntradd lura diġà fil-Ħarifa tal-2009. Il-prospett ta' redditu sodisfaċenti għas-sehem ta' 5 % li l-Istat żamm jidher li hu promettenti wkoll, minħabba l-prestazzjoni ġenerali tajba ta' Íslandsbanki sa mit-twaqqif tiegħu.

(219)

Madankollu, ta' min jisħaq ukoll li r-remunerazzjoni għall-kapital tal-Grad II ġej mil-Linji Gwida tal-Awtorità dwar ir-Rikapitalizzazzjoni (85). Kif korrettament ippreżentat mill-awtoritajiet tal-Islanda, ir-remunerazzjoni meħtieġa skont il-Linji Gwida dwar ir-Rikapitalizzazzjoni tammonta għal madwar 15,7 % (li tikkonsisti fl-ispiża ta' finanzjament tal-gvern ta' 8 %, il-firxa tas-CDS ta' Glitnir qabel il-kriżi ta' 5,7 % u tariffa supplimentari ta' 2 %). Ir-remunerazzjoni mħallsa minn Íslandsbanki, EURIBOR flimkien ma' 4 % supplimentazzjoni, tkun tidher li hija nieqsa ferm minn dan il-valur referenzjarju. Skont il-paragrafu 25 tal-Linji Gwida dwar ir-Ristrutturar, tali deroga minn qsim tal-piżijiet adegwat ex ante (jiġifieri remunerazzjoni xierqa) tista' tiġi ġġustifikata, inter alia, permezz ta' ristrutturar iktar mifrux, inklużi miżuri għal-limitazzjoni tat-tfixkil tal-kompetizzjoni. Kif muri hawn taħt, l-Awtorità tqis li r-ristrutturar ta' Íslandsbanki huwa mifrux biżżejjed sabiex tintlaħaq din il-kundizzjoni.

(220)

Filwaqt li l-ftehim ta' Straumur, kif deskritt hawn fuq, jinvolvi elementi ta' għajnuna mill-Istat, l-Awtorità tqis li dan inbena b'mod li jipprova jillimita, jekk ma jeskludix, vantaġġ finanzjarju dirett għal Íslandsbanki. Fl-essenza tiegħu, il-ftehim jikkostitwixxi kumpens innegozjat għal Íslandsbanki bħala tpartita għat-teħid tal-obbligazzjonijiet tad-depożiti ta' Straumur, u aktarx li Íslandsbanki jikseb assi pariġġ għall-obbligazzjonijiet trasferiti. L-Awtorità ma tqisx li din l-għajnuna hija ta' importanza kbira għall-valutazzjoni tagħha tal-qsim tal-piżijiet.

(221)

Fl-aħħar, dwar il-garanzija tad-depożiti, fid-deċiżjoni ta' ftuħ l-Awtorità diġà indikat li – fid-dawl taċ-ċirkostanzi straordinarji f'dak iż-żmien – din tista' tikkostitwixxi mezz proporzjonat ta' salvagwardja tal-istabbiltà finanzjarja fl-Islanda. Madankollu, jidher biċ-ċar li għajnuna bħal din ma tistax tiġi approvata b'mod indefinit.

(222)

B'hekk, sabiex din l-għajnuna mill-Istat titqies limitata għall-minimu neċessarju, l-Awtorità hija tal-fehma li din trid tieqaf malajr kemm jista' jkun. Għaldaqstant, l-Awtorità tilqa' l-intenzjoni tal-awtoritajiet tal-Islanda li jabolixxu l-garanzija tad-depożiti, qabel ma jitneħħew il-kontrolli fuq il-kapital, b'hekk, skont l-ippjanar attwali, mhux iktar tard minn tmiem l-2013.

(223)

Sabiex tagħmel tajjeb għal dewmien fit-tneħħija tal-kontrolli kapitali, u sabiex tirrifletti l-fehma tal-Awtorità li bank vijabbli għandu jkun kapaċi jikkompeti fis-suq mingħajr il-protezzjoni ta' garanzija kategorika bħal din fuq id-depożiti, hija sejra għaldaqstant tawtorizza l-garanzija tad-depożiti sa tmiem l-2014. (86) Wara dak iż-żmien, il-protezzjoni tad-depożiti għandha tiġi rregolata biss permezz tal-leġiżlazzjoni applikabbli taż-ŻEE dwar il-garanziji tad-depożiti.

(224)

Fuq il-bażi tal-elementi ta' hawn fuq, l-Awtorità tikkonkludi li l-pjan ta' ristrutturar ta' Íslandsbanki jiżgura li l-għajnuna hija limitata għall-minimu neċessarju u li l-benefiċjarju, l-azzjonisti u d-detenturi ta' djun tal-bank ta' qablu ħadu sehem b'mod notevoli fil-qsim tal-piżijiet. B'hekk, l-għajnuna għar-ristrutturar hija konformi mat-Taqsima 3 tal-Linji Gwida dwar ir-Ristrutturar.

3.4.   Il-limitazzjoni tat-tfixkil tal-kompetizzjoni

(225)

Fit-Taqsima 4, paragrafu 29-32, il-Linji Gwida dwar ir-Ristrutturar jistabbilixxu li:

“L-istabbiltà finanzjarja tibqa' l-għan primarju tal-għajnuna għas-settur finanzjarju fi kriżi sistemika, iżda s-salvagwardjar tal-istabbiltà sistemika għal perjodu qasir ma jridx jirriżulta fi ħsara għal perjodu itwal għall-kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni ugwali jew għas-swieq kompetittivi. F'dan il-kuntest, il-miżuri biex jillimitaw id-distorsjonijiet fil-kompetizzjoni minħabba l-għajnuna mill-Istat għandhom rwol importanti. […]Il-miżuri biex jillimitaw id-distorsjoni fil-kompetizzjoni jridu jitfasslu b'mod speċifiku biex jaffaċċjaw id-distorsjonijiet identifikati fis-swieq fejn il-bank benefiċjarju jopera wara r-ritorn tiegħu għal-vijabbiltà wara r-ristrutturar, filwaqt li fl-istess ħin jaderixxu ma' politika u prinċipji komuni. L-Awtorità tieħu bħala punt ta' tluq għal-valutazzjoni tagħha tal-bżonn ta' miżuri bħal dawn, id-daqs, l-iskala u l-ambitu tal-attivitajiet li l-bank inkwistjoni jkollu wara l-implimentazzjoni ta' pjan ta' ristrutturar kredibbli kif previst fit-Taqsima 2 ta' dan il-Kapitolu. […]In-natura u l-forma ta' miżuri bħal dawn se jiddependu fuq żewġ kriterji: l-ewwel, l-ammont tal-għajnuna u l-kundizzjonijiet u ċ-ċirkustanzi li bihom ingħatat u, it-tieni, il-karatteristiċi tas-suq jew tas-swieq li fuqhom se jopera l-bank benefiċjarju.

Dwar l-ewwel kriterju, il-miżuri li jillimitaw id-distorsjonijiet se jvarjaw b'mod sinifikanti skont l-ammont tal-għajnuna kif ukoll il-grad tal-qsim tal-piżijiet u l-livell tal-prezzijiet. Ġeneralment, fejn il-qsim tal-piżijiet ikun ikbar u l-kontribuzzjoni proprja tkun ogħla, ikun hemm inqas konsegwenzi negattivi li jirriżultaw mill-periklu morali.

Dwar it-tieni kriterju, l-Awtorità se tanalizza l-effetti probabbli tal-għajnuna fuq is-swieq fejn il-bank benefiċjarju jopera wara r-ristrutturar. L-ewwel nett, se jiġu eżaminati d-daqs u l-importanza relattiva tal-bank fis-suq jew fis-swieq tiegħu, wara li jkun irritorna għal-vijabbiltà. Il-miżuri se jitfasslu skont il-karatteristiċi tas-suq biex jiġi żgurat li tiġi preżervata kompetizzjoni effettiva. […]Il-miżuri li jillimitaw id-distorsjonijiet fil-kompetizzjoni ma jridux jippreġudikaw il-prospetti tar-ritorn tal-bank għall-vijabbiltà.”

(226)

Minn dan li ntqal hawn fuq jirriżulta li d-daqs tal-għajnuna, b'mod partikolari f'termini relattivi, u l-karatteristiċi tas-suq huma deċiżivi fil-valutazzjoni mwettqa mill-Awtorità fuq l-adegwatezza tal-miżuri ta' limitazzjoni tat-tfixkil tal-kompetizzjoni. Fl-istess ħin, jidher ċar li t-tali miżuri ma jridux ixekklu l-vijabbiltà tal-benefiċjarju tal-għajnuna għar-ristrutturar, u t-tħassib dwar il-kompetizzjoni jrid jiġi indirizzat fid-dawl tal-għan ewlieni ta' stabbiltà finanzjarja fil-kriżi attwali.

(227)

Fl-isfond tal-qafas legali ta' hawn fuq, iktar 'il quddiem l-Awtorità se tistabbilixxi l-kunsiderazzjonijiet li hija tqis essenzjali għall-valutazzjoni tagħha tal-miżuri li jillimitaw it-tfixkil tal-kompetizzjoni.

(228)

L-ewwel u qabel kollox, l-Awtorità tqis li minħabba s-sitwazzjoni partikolari fis-swieq finanzjarji tal-Islanda u l-kundizzjonijiet ekonomiċi, kif deskritti fil-kapitoli ta' qabel, hemm bżonn li ssir valutazzjoni bir-reqqa tal-kundizzjonijiet tas-suq u l-ambjent kompetittiv. Il-miżuri li jillimitaw it-tfixkil tal-kompetizzjoni għandhom jirriflettu ċ-ċirkostanzi li bħalissa huma diffiċli, filwaqt li jiżguraw li t-tfixkil tal-kompetizzjoni huwa limitat għall-minimu kemm fil-perjodu qasir kif ukoll fit-tul.

(229)

It-tieni, kif ġie stabbilit iktar 'il fuq fit-taqsima fuq il-qsim tal-piżijiet, ġiet indirizzata l-ikbar kontribuzzjoni possibbli mill-eks sidien ta' Glitnir, u sa ċertu punt, il-kredituri ta' Glitnir. Minħabba dan, il-bżonn ta' miżuri oħrajn tal-kompetizzjoni ġie limitat.

(230)

It-tielet, rigward il-karatteristiċi tas-suq rilevanti u kif spjegat iktar 'il fuq, il-falliment tas-sistema finanzjarja fl-Islanda, segwit mill-interventi tal-awtoritajiet tal-Islanda, inkluż it-twaqqif ta' Íslandsbanki fuq il-bażi tal-operazzjonijiet domestiċi ta' Glitnir, wasslu għal konċentrazzjoni ikbar fis-suq Islandiż għas-servizzi finanzjarji, u żiedu b'mod sostanzjali s-sehem mis-suq tat-tliet banek il-kbar – Íslandsbanki, Arion Bank u Landsbankinn. Minbarra dawn, hemm biss ftit atturi oħrajn u żgħar tas-suq, u l-prospettiva immedjata ta' attur li jidħol ġdid hija ferm limitata, mhux biss minħabba l-ostakli li diġà ssemmew għad-dħul u d-daqs żgħir tas-suq, iżda b'mod partikolari anki minħabba l-kontrolli prevalenti fuq il-kapital. Íslandsbanki jgawdi pożizzjoni ferm importanti f'dan is-suq konċentrat, b'sehem mis-suq ta' aktar minn […] % f'ħafna mill-iktar segmenti relevanti u ekonomikament importanti.

(231)

Ir-raba', il-kriżi wasslet għal numru ta' problemi ferm speċifiċi, bħal-livell estremament għoli ta' sjieda diretta u indiretta tal-banek il-kbar fl-ekonomija reali u l-eżistenza ta' monopolju de-facto għas-servizzi informatiċi bankarji (RB), bi sjieda ta' maġġoranza mit-tliet banek il-kbar.

(232)

Il-ħames, id-daqs relattiv tal-għajnuna li rċieva Íslandsbanki huwa notevoli. F'dan ir-rigward, l-Awtorità tosserva li fil-bidu, il-kapital sħiħ tal-bank ġie pprovdut mill-Istat. Barra minn hekk, il-bank ibbenefika minn firxa ta' miżuri ta' għajnuna – il-ftehim ta' Straumur, il-faċilità speċjali ta' likwidità u l-garanzija kategorika tad-depożiti. Fl-istess ħin, Íslandsbanki għadu bank żgħir, tal-inqas meta mqabbel ma' standards internazzjonali.

(233)

Fis-sitt lok, l-akkwist ta' Byr mill-bank jeħtieġ miżuri ta' kompetizzjoni addizzjonali. Fit-tieni deċiżjoni Byr, l-Awtorità talbet li l-pjan ta' ristrutturar li ġej għandu jinkludi miżuri li jiżguraw li s-suq finanzjarju Islandiż ikun jista' jibbenefika minn kompetizzjoni effettiva fil-futur, sabiex jiġi indirizzat it-tħassib li l-Awtorità qajmet dwar l-istat ta' kompetizzjoni fis-suq finanzjarju Islandiż.

(234)

F'dan l-isfond, l-Awtorità tosserva li ttieħdu jew se jittieħdu għadd ta' miżuri li jillimitaw it-tfixkil tal-kompetizzjoni li jirriżulta mill-għajnuna mill-istat mogħtija lil Íslandsbanki.

(i)   Il-miżuri u l-iżviluppi regolatorji meħuda jew meħuda bħala impenn mill-awtoritajiet tal-Islanda

(235)

Il-Gvern tal-Islanda ħa speċifikament żewġ impenji (ara l-Anness) li fil-fehma tal-Awtorità jistgħu jikkontribwixxu għall-ħolqien ta' ambjent regolatorju li jiffavorixxi l-kompetizzjoni fis-swieq finanzjarji:

(236)

L-ewwel, bil-ħatra ta' grupp ta' ħidma li se jirrevedi l-Att Nru 36/1978 dwar it-Taxxa tat-Timbru, u bl-eżaminazzjoni b'mod partikolari dwar jekk għandhomx jitneħħew it-taxxi tat-timbru għal bonds maħruġa minn individwi meta trasferiti bejn kredituri (pereż. meta individwi jittrasferixxu s-self tagħhom minn istituzzjoni ta' self waħda lill-oħra). L-Awtorità tqis li l-liġi attwali – li inter alia tobbliga lill-klijenti jħallsu t-taxxa tat-timbru fuq l-ammont tal-ktieb rispettiv (87) meta jinbidlu l-mutwanti – tista' tkun kapaċi tikkostitwixxi xkiel għall-kompetizzjoni, peress li tista' torbot lill-klijenti ma' kuntratti eżistenti b'self fit-tul. B'hekk, l-Awtorità tilqa l-impenn sabiex tiġi riveduta din il-liġi.

(237)

It-tieni, l-Awtorità tosserva li, skont riżoluzzjoni li fil-21 ta' Marzu 2012 ġiet approvata mill-Parlament tal-Islanda, il-gvern se jaħtar kumitat bil-mandat li janalizza l-protezzjoni tal-konsumatur fis-suq finanzjarju. Dan se jinkludi mandat speċifiku għall-analiżi tal-faċilità fil-bdil u t-tnaqqis tal-ispejjeż tal-bdil, u għall-kumitat sabiex jaħdem mal-Awtorità tal-Islanda għall-Kompetizzjoni (l-ICA) dwar dik il-kwistjoni. Il-Kumitat għandu jirrappreżenta r-rapport tiegħu mhux iktar tard mill-15 ta' Jannar 2013. L-Awtorità hija tal-fehma li valutazzjoni eqreb tista' tkun ta' benefiċċju għall-kompetizzjoni fit-tul. Sadanittant, l-impenn speċifiku għall-bank meħud minn Íslandsbanki li hu diskuss iktar 'l isfel għandu jikkontribwixxi sabiex il-bdil isir eħfef, u b'hekk tiżdied il-kompetizzjoni.

(238)

Rigward it-tħassib fuq il-kompetizzjoni identifikat mill-Awtorità dwar RB, l-Awtorità tilqa' s-soluzzjoni li l-ICA u s-sidien ta' RB, inklużi t-tliet banek il-kbar, sabu fuq din il-kwistjoni. Din is-soluzzjoni tara li tiżgura l-aċċess għall-infrastruttura informatika essenzjali fuq bażi mhux diskriminatorja u b'kost raġonevoli għall-kompetituri ż-żgħar u dawk b'potenzjal li jidħlu ġodda fis-suq. L-Awtorità hija tal-fehma li t-tħassib tagħha tleħħen inter alia, fit-tieni deċiżjoni ta' Byr, ġie indirizzat b'mod sodisfaċenti b'din is-soluzzjoni, u li m'hemmx bżonn li l-Awtorità tkompli tindirizza din il-kwistjoni f'din id-deċiżjoni.

(239)

Fl-aħħar, l-Awtorità tieħu nota tal-emendi regolatorji li saru mill-2008, kif inhu diskuss fl-Anness. Rigward it-tħassib dwar il-kompetizzjoni, l-introduzzjoni tal-Artikolu 22 fl-Att dwar l-impriżi finanzjarji Nru 161/2002 hija ta' rilevanza partikolari f'dan ir-rigward. Tinkludi dispożizzjonijiet li jillimitaw il-parteċipazzjoni tal-impriżi finanzjarji fl-attivitajiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-liċenzji operattivi tagħhom. Skont din ir-regola l-ġdida, attivitajiet bħal dawn jistgħu jitwettqu biss fuq bażi temporanji u għall-fini ta' konklużjoni tat-tranżazzjonijiet jew ir-riorganizzazzjoni tal-attivitajiet ta' klijenti. Għal dan il-għan trid tintbagħat notifika rraġunata lill-FME, u ddaħħlu limiti ta' żmien għal impriżi finanzjarji sabiex ilestu r-riorganizzazzjoni tal-klijenti tagħhom u jċedu l-assi approprjati.

(240)

L-Awtorità tqis din il-bidla bħala tweġiba regolatorja xierqa għall-kwistjoni ta' sjieda kbira b'mod sproporzjonat mill-istituzzjonijiet finanzjarji fl-ekonomija reali. Din id-dispożizzjoni tidher li tal-inqas tirrimedja din is-sitwazzjoni – li hija riżultat dirett ta' swaps ta' dejn ma' ekwità (u tranżazzjonijiet simili) li jinvolvu kumpaniji b'dejn eċċessiv hekk kif feġġet il-kriżi – milli ssir waħda permanenti. Peress li tindirizza waħda mill-iktar kwistjonijiet urġenti dwar il-kompetizzjoni li hija marbuta mal-għajnuna mill-Istat lit-tliet banek, l-Awtorità teħodha f'kunsiderazzjoni kif xieraq fil-valutazzjoni tagħha.

(ii)   Il-miżuri speċifiċi għal Íslandsbanki

(241)

L-Awtorità tisħaq li l-preżenza fis-suq u d-daqs ta' Íslandsbanki huma biss frazzjoni ta' dawk ta' Glitnir – peress li l-assi totali naqsu bi 84 %, kif spjegat iktar 'il fuq u b'differenza minn Glitnir, Íslandsbanki huwa attiv fis-suq Islandiż biss. Filwaqt li ħafna minn dan it-tnaqqis huwa ovvjament riżultat tal-istralċ tal-operazzjonijiet internazzjonali ta' Glitnir, l-Awtorità hija tal-fehma li dan il-proċess huwa ta' rilevanza partikolari fir-rigward tat-tfixkil tal-kompetizzjoni, peress li primarjament kienet l-istrateġija riskjuża ta' Glitnir barra l-pajjiż li wasslet għall-falliment tiegħu u kkaġunat tfixkil fis-swieq finanzjarji taż-ŻEE fl-imgħoddi. (88)

(242)

Barra minn hekk, l-Awtorità tilqa' l-impenji ta' Íslandsbanki (ara l-Anness) biex inaqqas aktar il-preżenza tiegħu fis-suq domestiku b'[…] divestmenti relatati ma' […]. Fuq il-bażi tal-pjan finali ta' ristrutturar, u waqt li tfakkar li Íslandsbanki huwa bank żgħir skont l-istandards taż-ŻEE, l-Awtorità taqbel ma' Íslandsbanki li miżuri strutturali ulterjuri jistgħu jipperikolaw il-prospetti tal-bank li jirrestawra l-vijabilità fit-tul. (89)

(243)

L-Awtorità tieħu nota tal-impenn li Íslandsbanki mhux se jixtri istituzzjonijiet finanzjarji sal-15 ta' Ottubru 2014, sakemm ma jiksibx l-approvazzjoni tal-Awtorità minn qabel. Dan ifisser li sakemm ma jkunx hemm bżonn ta' fużjonijiet ulterjuri minħabba kunsiderazzjonijiet tal-istabbiltà finanzjarja, tista' tiġi evitata konċentrazzjoni ikbar tas-suq finanzjarju tal-Islanda permezz ta' akkwiżizzjonijiet minn Íslandsbanki. Dan l-impenn jiżgura wkoll li l-għajnuna li ngħatat lil Íslandsbanki tintuża għat-treġġigħ lura lejn il-vijabbiltà tiegħu minflok ma tintuża biex tikkonsolida u tkompli tespandi l-preżenza tiegħu fis-suq tal-Islanda. L-impenn ta' Íslandsbanki li […] għandu jitqies pożittiv ukoll peress li […] u jappoġġja l-politika ta' kisba tat-tnaqqis neċessarju fl-ispejjeż. Dan huwa minnu għall-impenn ta' Íslandsbanki li skontu, sal-15 ta' Ottubru 2014, hu la se jinforza klawżoli ta' kuntratti fi ftehimiet ipotekarji tad-djar għall-individwi u lanqas ma hu se jdaħħal klawżoli kuntrattwali ġodda li jagħmlu t-termini speċjali fuq ir-rati tal-imgħax kontinġenti fuq iż-żamma ta' firxa minima ta' negozju mal-bank, kif ukoll l-impenn li ma jinvokax l-involviment tal-istat bħala sors ta' vantaġġ kompetittiv meta jirreklama s-servizzi tiegħu.

(244)

Kif inhu spjegat hawn fuq, is-suq finanzjarju tal-Islanda bħalissa jippreżenta ambjent operattiv diffiċli għal kwalunkwe bank, u dan huwa rifless ukoll mill-assenza kważi assoluta fl-interess minn barra l-pajjiż għad-dħul f'dan is-suq f'dan iż-żmien. B'hekk, l-Awtorità tilqa' l-impenji ta' Íslandsbanki relatati mat-tħaffif tal-bdil bejn il-banek u l-forniment ta' servizzi bażiċi ta' pproċessar tal-ħlasijiet kif ukoll ta' distribuzzjoni tal-flus. L-Awtorità hija tal-fehma li dawk il-miżuri, flimkien mal-ftehim bejn it-tliet banek ewlenin u l-ICA u RB imsemmija iktar 'il fuq jiżguraw li l-parteċipanti iżgħar fis-suq jistgħu jagħmlu aċċess għall-iktar infrastruttura u servizzi essenzjali bi prezzijiet raġonevoli bla ma l-atturi l-kbar ikunu jistgħu jimblokkaw l-aċċess tagħhom. L-Awtorità hija tal-fehma li dan se inaqqas l-ostakli għad-dħul fil-ġejjieni ta' parteċipanti (potenzjali) fis-suq, u jista' jippermetti sabiex l-atturi ż-żgħar eżistenti jespandu l-ishma tagħhom mis-suq jekk ikunu kapaċi joffru servizzi aħjar mill-kompetituri ikbar minnhom. Barra minn hekk, il-miżuri kollha li għandhom l-għan li jħaffu l-bdil se jikkontribwixxu għal kompetizzjoni aħrax bejn l-atturi l-kbar eżistenti, u jistgħu jipprevjenu jew jeliminaw sitwazzjoni ta' dominanza kollettiva potenzjali.

(245)

Fl-aħħar, Íslandsbanki jieħu l-impenn li jbigħ, malajr kemm jista' jkun, parteċipazzjonijiet azzjonarji f'kumpaniji operattivi, li ġew akkwiżiti minħabba r-ristrutturar skont l-Artikolu 22 tal-Att dwar l-impriżi finanzjarji Nru 161/2002, jieħu l-impenn li jsegwi l-proċedura u l-limiti ta' żmien, li huma stabbilti f'din id-dispożizzjoni u kif interpretati mill-FME, u se jżomm aġġornata l-informazzjoni fuq il-websajt tiegħu jew ta' sussidjarju jew sussidjarji u l-parteċipazzjonijiet azzjonarji li se jinbiegħu. L-Awtorità tilqa' l-impenn ta' Íslandsbanki biex jiddivesti malajr kemm jista' jkun il-kumpaniji u l-parteċipazzjonijiet azzjonarji possibbli kollha li mhumiex relatati man-negozju ċentrali tiegħu, mhux l-inqas minħabba tħassib dwar il-vijabbiltà. Filwaqt li l-Awtorità hija tal-fehma li jidher biċ-ċar li l-bank jeħtieġ li jirrispetta l-obbligi legali domestiċi bħall-Artikolu 22 tal-Att dwar l-impriżi finanzjarji, tieħu nota ta' dan l-impenn u tiġbed l-attenzjoni tal-awtoritajiet tal-Islanda u l-benefiċjarju għall-fatt li f'dan ir-rigward, ksur ta' liġi nazzjonali jista' jinvolvi użu ħażin tal-għajnuna. Barra minn hekk, l-Awtorità tqis li billi jkollha tinkludi informazzjoni dwar bejgħ u divestimenti previsti fuq il-websajt tagħha, iddaħħlet iktar trasparenza fuq is-sitwazzjoni attwali tas-sjieda fl-ekonomija tal-Islanda. Din tirrimedja, tal-inqas sa ċertu punt, għal dan it-tħassib partikolari fuq il-kompetizzjoni li bħalissa jikkaratterizza s-swieq tal-Islanda.

(246)

Fuq il-bażi ta' dan kollu li ntqal hawn fuq, minħabba b'mod partikolari s-sitwazzjoni speċifika fl-Islanda u l-fatt li l-Awtorità tqis li l-miżuri ta' hawn fuq jindirizzaw il-kwistjonijiet ewlenin dwar il-kompetizzjoni li l-Awtorità identifikat flimkien mal-ICA, u wara li ħadet f'kunsiderazzjoni l-għan ewlieni ta' stabbiltà finanzjarja, l-Awtorità tikkonkludi li l-impenji jillimitaw it-tfixkil tal-kompetizzjoni sa ċertu punt sodisfaċenti. Għalhekk, l-għajnuna għar-ristrutturar tikkonforma mat-taqsima 4 tal-Linji Gwida dwar ir-Ristrutturar.

4.   KONKLUŻJONI

(247)

Fuq il-bażi tal-valutazzjoni li saret hawn fuq u fid-dawl tal-pjan ta' ristrutturar ippreżentat mill-awtoritajiet tal-Islanda għal Íslandsbanki, l-Awtorità m'għadx għandha d-dubji li esprimiet fid-deċiżjoni ta' ftuħ rigward l-għamla u l-kompatibbità tal-miżuri ta' għajnuna għal Íslandsbanki. Għaldaqstant, l-Awtorità tapprova l-miżuri ta' għajnuna bħala għajnuna għar-ristrutturar kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE skont l-Artikolu 61(3)(b) ŻEE soġġett għall-konformità tal-Islanda u Íslandsbanki mal-impenji stabbiliti fl-Anness.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-kapital operattiv inizjali, il-kapitalizzazzjoni (temporanja) sħiħa mill-istat, iż-żamma mill-Istat ta' kapital azzjonarju ta' 5 % u l-kapital tal-Grad II mogħti lil Íslandsbanki kif ukoll il-faċilità speċjali ta' likwidità, il-garanzija tad-depożiti bla limitu u l-ftehim ta' Straumur jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE.

Artikolu 2

Il-miżuri mniżżla fl-Artikolu 1 jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat kontra l-liġi mid-dati ta' implimentazzjoni tagħhom sad-data ta' din id-deċiżjoni fir-rigward tan-nuqqas mill-awtoritajiet tal-Islanda li jikkonformaw mar-rekwiżit ta' notifika lill-Awtorità qabel ma implimentaw l-għajnuna skont l-Artikolu 1(3) tal-Parti I tal-Protokoll 3.

Artikolu 3

Il-miżuri enumerati fl-Artikolu 1 kif ukoll il-miżuri għal Byr deskritti fid-Deċiżjoni Nru 126/11/COL, huma kompatibbli mal-funzjonament tal-ftehim ŻEE skont l-Artikolu 61(3)(b) ŻEE soġġetti għall-konformità mal-impenji kif stabbiliti fl-Anness. L-awtorizzazzjoni għall-garanzija tad-depożiti bla limiti tiskadi fi tmiem l-2014.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata għar-Repubblika tal-Islanda.

Artikolu 5

Hija biss il-verżjoni ta' din id-deċiżjoni bil-lingwa Ingliża li hija awtentika.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Ġunju 2012.

Għall-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA

Oda Helen SLETNES

President

Sabine MONAUNI-TÖMÖRDY

Membru tal-Kulleġġ


(1)  Dan id-dokument qiegħed jiġi pprovdut biss għal finijiet ta' informazzjoni. F'din il-verżjoni pubblika, tħalliet barra xi informazzjoni sabiex ma tiġix żvelata informazzjoni kunfidenzjali. Dan huwa mmarkat b'[…] jew firxa f'parenteżi li tipprovdi għal approssimazzjoni mhux kunfidenzjali tal-figura rilevanti.

(2)  Għal deskrizzjoni aktar dettaljata tal-proċedura, ara l-proċedura ta' ftuħ, li għaliha ssir referenza fin-nota ta' qiegħ il-paġna 3.

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 494/10/COL, ta' ftuħ tal-proċedura ta' investigazzjoni formali fl-għajnuna mill-Istat mogħtija fir-rigward tar-restawr ta' ċerti operazzjonijiet ta' Glitnir Bank hf (l-antik) u t-twaqqif u l-kapitalizzazzjoni ta' New Glitnir Bank (li issa ngħata l-isem Íslandsbanki hf), ĠU C 41, 10.2.2011, p. 51 u s-Suppliment taż-ŻEE għal Il-Ġurnal Uffiċjali Nru 7, 10.2.2011, p. 50.

(4)  Iktar informazzjoni dwar il-proċedura li wasslet għad-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 494/10/COL, tista' tinkiseb fil-parti tal-proċedura tad-deċiżjoni.

(5)  Ikkoreġuta mill-partijiet interessati fil-25 ta' Mejju 2012.

(6)  Ara d-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 325/11/COL, dwar l-akkwist ta' Byr hf minn Íslandsbanki u l-estensjoni tal-approvazzjoni temporanja tal-faċilità tas-self subordinat mogħtija lil Byr hf, ĠU C 16, 19.1.2012, p. 10 u s-Suppliment taż-ŻEE għal Il-Ġurnal Uffiċjali Nru 3, 19.1.2012, p. 1.

(7)  Rigward is-sitwazzjoni kompetittiva fis-settur bankarju Islandiż u r-rimedji possibbli għall-kompetizzjoni, l-Awtorità kkooperat mal-Awtorità Islandiża tal-Kompetizzjoni (Icelandic Competition Authority - ICA).

(8)  Ara r-rapport tal-Kummissjoni ta' Investigazzjoni Speċjali għall-Parlament Islandiż, Kapitolu 2: Sommarju tal-Konklużjonijiet Ewlenin tar-Rapport, paġna 13, li jinsab fuq http://sic.althingi.is/pdf/RNAvef-Kafli2Enska.pdf.

(9)  Landsbanki tpoġġa wkoll fi stat ta' riċevitura fl-istess ġurnata u Kaupthing Bank segwa jumejn wara fid-9.10.2008.

(10)  Il-membri tal-SIC kienu l-Imħallef tal-Qorti Suprema, is-Sur Páll Hreinsson; l-Ombudsman Parlamentari tal-Islanda, is-Sur Tryggvi Gunnarsson; u s-Sinjura Sigríður Benediktsdóttir Ph.D., lettura u presidentessa assoċjata fl-Università ta' Yale, l-Istati Uniti. Ir-rapport huwa disponibbli kollu bl-Islandiż fuq: http://rna.althingi.is/ u partijiet minnu tradotti bl-Ingliż (inkluż is-Sommarju Eżekuttiv u l-kapitolu dwar il-kawżi tal-falliment tal-banek) jinsabu fuq: http://sic.althingi.is/

(11)  Króna tal-Islanda.

(12)  L-għoti b'self lil partijiet barranin żdied bi EUR 11,4 biljun minn EUR 9,3 biljun għal EUR 20,7 biljunf'sitt xhur.

(13)  Kapitolu 21.2.1.2 (paġna 6) tar-Rapport.

(14)  Il-pożizzjoni kienet aggravata aktar minn kredituri barranin tal-akbar kumpaniji ta' investiment Islandiżi li għamlu sejħiet marġinali bħala riżultat ta' valuri kollaterali mnaqqsa, li wassal biex it-tliet banek ewlenin jassumu l-finanzjament sabiex il-banek barranin ikunu jistgħu jitħallsu.

(15)  Kapitolu 21.2.1.4 tar-Rapport.

(16)  Kienet il-politika ddikjarata tal-gvern ta' koalizzjoni ta' dak iż-żmien li jitħeġġeġ iktar tkabbir u li l-banek jirċievu inċentivi sabiex iżommu l-kwartieri ġenerali fl-Islanda.

(17)  Kapitolu 2, paġna 5 tar-rapport.

(18)  Għal iktar dettalji fuq il-miżuri meħuda mill-awtoritajiet tal-Islanda, ara r-rapport tal-Ministru tal-Finanzi għall-Parlament fuq it-twaqqif mill-ġdid tal-banek kummerċjali ta' Mejju 2011 (Skýrsla fjármálaráðherra um endurreisn viðskiptabankanna), disponibbli fuq http://www.althingi.is/altext/139/s/pdf/1213.pdf

(19)  L-Att Nru 125/2008 dwar l-Awtorità għall-Iżborżi tat-Teżor minħabba Ċirkostanzi Mhux tas-Soltu fis-Suq Finanzjarju eċċ.

(20)  Ara wkoll ir-Rapport Annwali tal-FME 2009 (Lulju 2008 – Ġunju 2009), disponibbli fuq http://en.fme.is/media/utgefid-efni/FME-Annual-Report-2009.pdf

(21)  Wara saru akkwiżizzjonijiet oħrajn ta' impriżi finanzjarji. F'Marzu 2009, l-FME ħadet kontroll fuq l-operazzjonijiet ta' tliet impriżi finanzjarji; Straumur-Burdaras, the Reykjavik Savings Bank (SPRON) u Sparisjodabanki Íslands (Icebank), u ddeċidiet fuq iċ-ċessjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet ta' dawk l-impriżi. Filwaqt li iktar tard ġie approvat ftehim ta' kompożizzjoni mal-kredituri ta' Straumur, SPRON u Sparisjodabanki ġew sottomessi għal proċedura ta' stralċ. Impriżi finanzjarji oħrajn intlaqtu b'mod sever ukoll mill-falliment tat-tliet banek kummerċjali ewlenin u l-inċertezzi prevalenti fis-swieq finanzjarji, u iktar impriżi finanzjarji ġew soġġetti għal amministrazzjoni pubblika fl-2010. B'hekk, f'Marzu 2010 l-FME ħatret bord tad-diretturi proviżorju għal VBS Investment Bank. F'April 2010, l-FME ħadet kontroll fuq Keflavík Savings Bank u Byr Savings Bank, u ddeterminat li l-operazzjonijiet tagħhom għandhom jittieħdu minn impriżi finanzjarji ġodda, SpKef Savings Bank u Byr hf, rispettivament. Peress li nstab li l-kundizzjonijiet finanzjarji ta' dawn l-impriżi ġodda kienu agħar minn dak li kien maħsub fil-bidu, iktar tard SpKef ġiet fuża ma' Landsbankinn, b'deċiżjoni tal-FME, u Byr hf. ġiet fuża ma' Íslandsbanki, wara offerta għall-ishma f'Byr. Barra minn hekk, fl-2009 l-awtoritajiet tal-Islanda ntalbu jindirizzaw id-diffikultajiet finanzjarji ta' Saga Capital Investment Bank u, fl-2011, il-Fond ta' Finanzjament għad-Djar.

(22)  Bħala eżempju tal-iskala tad-deprezzament qawwi, ir-rata tal-kambju medja tax-xahar tal-euro mal-króna tal-Islanda żdiedet minn ISK 90,71 f'Diċembru 2007 għal ISK 184,64 f'Novembru 2009.

(23)  Tul is-snin 2009-2011, is-sehem ta' investimenti fil-PDG kien ta' 13-14 % biss.

(24)  Il-bilanċ kummerċjali jirreferi għad-differenza fil-qligħ minn esportazzjonijiet u importazzjonijiet ta' prodotti u servizzi. Ma jinkludix il-bilanċ fuq id-dħul primarju minn barra l-pajjiż, li kien negattiv fis-snin imgħoddija, b'mod partikolari mill-2008. Dan jimplika li minkejja l-eċċess fuq il-bilanċ kummerċjali, il-kont kurrenti ġenerali tal-Islanda ilu negattiv tul dawn l-aħħar snin għad li qiegħed jonqos b'qawwa mill-2009 'l hawn.

(25)  Dwar dan is-suġġett ara, pereżempju, ir-rapport tal-Ministru tal-Ekonomija għall-Althingi ta' Marzu 2012, Future Structure of the Icelandic Financial System (L-Istruttura tas-Sistema Finanzjarja tal-Islanda fil-Ġejjieni). Skont il-ministeru, dan ir-rapport jitqies bħala katalist għal deċiżjoni informata dwar dan is-suġġett importanti peress li ma jippreżentax proposti msawra sħaħ iżda jistabbilixxi l-kwistjonijiet ewlenin u jagħti ħarsa ġenerali b'referenza għall-iżviluppi internazzjonali. Ir-rapport huwa disponibbli fuq http://eng.efnahagsraduneyti.is/media/Acrobat/Future-Structure.pdf.

(26)  It-treġġigħ lura tal-garanziji tad-depożiti għal kundizzjonijiet normali ma jiddependix biss fuq it-tneħħija tal-appoġġ mill-istat tat-tali garanziji, iżda anki r-reviżjoni tad-dispożizzjonijiet fl-Att ta' Emerġenza li skont dawn, id-depożiti li jgawdu minn garanziji tad-depożiti skont il-liġi jingħataw prijorità fl-istralċ ta' impriża finanzjarja. Dan jinvolvi garanzija konsiderevoli għad-depożituri, speċjalment meta l-falliment tal-banek tal-2008 għadu f'moħħhom. Min-naħa l-oħra, aktarx li din id-dispożizzjoni tirrappreżenta nuqqas għall-banek meta jiddiversifikaw l-arranġament tal-finanzjament tagħhom.

(27)  Ara l-Kapitolu 9 tar-rapport tal-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi li għalih issir referenza fin-nota ta' qiegħ il-paġna 25. Meta ppreżenta dak ir-rapport, il-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi ħatar ukoll grupp ta' esperti bankarji, bil-parteċipazzjoni ta' esperti barranin, sabiex iħejji proposti fuq qafas legali u regolatorju komprensiv għas-suq finanzjarju fl-Islanda kollha. Skont l-istess rapport, l-awtoritajiet Islandiżi jipprevedu wkoll li jiġu studjati għażliet futuri oħrajn, inkluża l-possibbiltà li jiġu sseparati l-attivitajiet ta' investiment u ta' servizzi bankarji kummerċjali, l-adozzjoni ta' leġiżlazzjoni dwar l-istabilità finanzjarja u l-possibbiltà li tiġi emendata d-diviżjoni tar-responsabbiltà ta' korpi regolatorji tas-servizzi finanzjarji. Huwa ċar ukoll mid-dikjarazzjonijiet tal-awtoritajiet Islandiżi li reviżjoni tal-qafas tal-politika monetarja tibqa' fuq l-aġenda, bil-possibbiltà jew mingħajr il-possibbiltà li l-Islanda ssir membru tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll mezzi possibbli oħrajn biex tittejjeb il-ġestjoni ekonomika u jiġi żgurat li r-regolaturi “ma jintilfux fid-dettall” u japplikaw b'mod effettiv l-għodda makro-prudenzjali l-aktar adattati.

(28)  Ara l-Kapitolu 6 tar-rapport mill-Ministru tal-Ekonomija għall-Althingi, The Future Structure of the Icelandic Financial System (L-Istruttura tas-Sistema Finanzjarja tal-Islanda fil-Ġejjieni), disponibbli fuq http://eng.efnahagsraduneyti.is/publications/news/nr/3559

(29)  Mill-ħarifa 2008, bosta impriżi finanzjarji għebu mis-suq (minbarra l-banek kummerċjali l-kbar “il-qodma”, Glitnir, Kaupthing u Landsbanki): Sparisjóðabanki Íslands (qabel, Icebank), Reykjavik Savings Bank (SPRON), Sparisjóður Mýrasýslu (Myrasysla Savings Bank, SPM), VBS Investment Bank u Askar Capital Investment Bank. L-operazzjonijiet ta' Straumur-Burdaras Investment Bank u Saga Capital Investment Bank naqsu ferm ukoll.

(30)  Fil-11 ta' April 2011, kuntratt għall-bejgħ ta' operazzjonijiet ta' MP bank (il-qadim) fl-Islanda u l-Litwanja ġie approvat matul il-laqgħa tal-azzjonisti tal-bank, meta iktar minn 40 azzjonist ġdid investew ISK 5,5 biljun f'ishma ġodda fil-bank. Operazzjonijiet oħrajn tal-bank il-qadim baqgħu mas-sidien ta' qabel u ġew trasferiti f'entità legali ġdida, EA fjárfestingarfélag hf. Għal iktar dettalji, ara l-istqarrijiet għall-istampa ta' MP bank tal-11 ta' April 2011 disponibbli fuq https://www.mp.is/um-mp-banka/utgefid-efni/frettir/nr/1511 u https://www.mp.is/um-mp-banka/utgefid-efni/frettir/nr/1510

(31)  Skont is-saldu, RB u s-sidien tiegħu qablu fuq numru ta' impenji mmirati lejn il-prevenzjoni tat-tfixkil tal-kompetizzjoni li jirriżultaw mill-operazzjonijiet ta' RB u l-kooperazzjoni tas-sidien tiegħu. L-impenji jeħtieġu, inter alia, li RB jitħaddem b'termini kummerċjali ġenerali indipendenti mis-sidien tiegħu u l-maġġoranza tal-bord ta' RB għandu jkun imsawwar minn speċjalisti indipendenti mis-sidien, l-aċċess għas-sistemi u s-servizzi pprovduti minn RB għandu jiġi pprovdut fuq bażi mhux diskriminatorja u t-termini tas-servizzi pprovduti minn RB għandhom ikunu l-istess, irrelevanti jekk il-klijent ikunx azzjonist f'RB. Is-sidien eżistenti ta' RB ħadu l-impenn li b'mod regolari joffru għall-bejgħ parti mill-parteċipazzjonijiet tagħhom f'RB, bil-għan li tiġi faċilitata l-akkwiżizzjoni tas-sjieda f'RB tal-impriżi mhux finanzjarji. Stediniet bħal dawn għandhom isiru tal-inqas sena iva sena le, sakemm tal-inqas terz mill-parteċipazzjonijiet azzjonarji totali f'RB jinbiegħu lill-partijiet minbarra l-azzjonisti attwali jew offruti għall-bejgħ f'offerti tal-ishma.

(32)  L-ICA tuża t-termini “kumpaniji operattivi” għall-parteċipazzjonijiet tal-banek f'negozji normalment mhux finanzjarji li l-banek akkwistaw fir-rigward tar-ristrutturar tal-portafolli tas-self tagħhom permezz ta' skambji ta' dejn ma' ekwità jew mod ieħor. Bl-istess mod, l-Awtorità tuża t-terminu “kumpanija operattiva” għall-impriżi tal-ekonomija reali, li ma jappartjenux għall-kummerċ ċentrali tal-bank fis-swieq finanzjarji.

(33)  F'dan il-kuntest, l-Awtorità tifhem li s-sjieda indiretta tirreferi għall-influwenza possibbli tal-banek u l-kontroll fuq il-kumpanija minħabba d-djun eċċessivi tagħhom mal-bank.

(34)  Ir-Rapport Annwali ta' Glitnir għall-2007, p. 40. Ir-rapport jinsab hawnhekk: http://tools.euroland.com/arinhtml/is-isb/2007/ar_eng_2007/. Ir-Rapporti Finanzjarji Kkonsolidati ta' Glitnir għall-2007 huma disponibbli hawnhekk: http://en.sff.is/media/auglysingar/Glitnir_-Annual_Report_2007.pdf

(35)  Íslandsbanki għandu t-tieni l-ogħla sehem tas-suq fuq in-NASDAQ OMX ICE, suq tad-dħul fiss skont iċ-ċifri tal-fatturat għall-2011.

(36)  Madankollu, peress li l-biċċa l-kbira tat-transazzjonijiet li jiddeterminaw is-sehem mis-suq tal-bank f'dan is-segment tan-negozju mhumiex irrapportati pubblikament, dawn huma biss estimi sottomessi mill-awtoritajiet Islandiżi.

(37)  Madankollu, peress li l-biċċa l-kbira tat-transazzjonijiet li jiddeterminaw is-sehem mis-suq tal-bank f'dan is-segwent tan-negozju mhumiex irrapportati pubblikament, dawn huma biss estimi sottomessi mill-awtoritajiet Islandiżi.

(38)  Il-graffs huma bbażati fuq il-figuri għal Glitnir fl-ewwel nofs tal-2008 u Íslandsbanki fl-ewwel nofs tal-2009.

(39)  Saru emendi minuri għal dan il-ftehim fil-31 ta' Lulju 2009, l-14 ta' Awwissu 2009 u l-4 ta' Settembru 2009, u ġie ffirmat ftehim finali fit-13 ta' Settembru 2009.

(40)  Rata Offruta tal-Euro Interbank.

(41)  ĠU L 84, 26.3.1997, p. 22.

(42)  ĠU L 135, 31.5.1994, p. 5.

(43)  It-traduzzjoni bl-Ingliż tat-tħabbira hija disponibbli minn: http://eng.forsaetisraduneyti.is/news-and-articles/nr/3033.

(44)  http://www.efnahagsraduneyti.is/frettir/frettatilkynningar/nr/2842

http://www.efnahagsraduneyti.is/frettir/frettatilkynningar/nr/3001. Il-Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi rrefera wkoll għal dan, dan l-aħħar, f'intervista ma' Viðskiptablaðið fit-2.12.2010, paġna 8: “[Id-dikjarazzjoni] sejra tiġi rtirata fiż-żmien dovut. Ma għandniex l-intenzjoni li nżommu garanziji ta' depożiti bla limitu għal żmien indefinit. Il-mistoqsija ta' meta din sejra tiġi rtirata tiddependi, madankollu fuq meta tidħol fis-seħħ sistema ta' depożitar alternattiva u effettiva kif ukoll sistema finanzjarja li tkun solviet għal kollox il-kwistjonijiet tagħha” (traduzzjoni tal-Awtorità).

(45)  Il-paragrafu rilevanti jista' jinstab fit-Taqsima 16 (paġna 6) tal-ittra: http://www.efnahagsraduneyti.is/media/Acrobat/Letter_of_Intent_2nd_review_-_o.pdf

(46)  http://hamar.stjr.is/Fjarlagavefur-Hluti-II/GreinargerdirogRaedur/Fjarlagafrumvarp/2011/Seinni_hluti/Kafli_8.htm [Mbl 10.6.2012].

(47)  Traduzzjoni mhux uffiċjali mill-Awtorità ta' dikjarazzjoni rrapportata f'Morgunblaðið (www.mbl.is) fl-10 ta' Ġunju 2012.

(48)  Ġie ffirmat ukoll addendum fit-13.1.2010 u ġie konkluż ftehim ġdid fid-19.7.2010 b'risposta għal ċerti rimarki sottomessi mill-FME.

(49)  Kif imsemmi hawn fuq, waħda mill-kundizzjonijiet tal-FME kienet teħtieġ li assi li jikkonsistu fi flus kontanti jew simili għandhom jammontaw għal 5 % ta' depożiti fuq talba u l-banek għandhom ikunu kapaċi jifilħu għal ħruġ ta' depożiti instantanju ta' 20 %.

(50)  Id-deċiżjoni hija disponibbli bl-Ingliż fuq: http://fme.is/lisalib/getfile.aspx?itemid=6055

(51)  Id-deċiżjoni hija disponibbli bl-Ingliż fuq: http://fme.is/lisalib/getfile.aspx?itemid=6077

(52)  REIBOR tfisser ir-Rata Interbankarja Offruta ta' Reykjavik, li tirrappreżenta r-rata tas-suq interbankarju għal self fuq perjodu ta' żmien qasir fil-banek kummerċjali u ta' tfaddil Islandiżi. L-approċċ huwa simili għal kif bosta pajjiżi jużaw LIBOR bħala r-rata bażi għal self b'rata varjabbli, iżda l-banek Islandiżi jużaw REIBOR (u primjum) bħala l-bażi sabiex jipprovdu self b'rata ta' imgħax varjabbli fil-munita Islandiża, l-krona.

(53)  Il-pjan kummerċjali għal 5 snin ġie ssupplimentat ukoll bi preżentazzjoni tat-tibdiliet ewlenin fil-Pjan Kummerċjali għal 5 snin, imħejji għal-Laqgħa tal-Bord tas-27 ta' Marzu 2012, u rifless fir-rapport tal-ICAAP.

(54)  Self FX ifisser self f'muniti barranin. Self f'munita barranija ggarantit u normalment għandu x'jaqsam ma' self denominat f'munita differenti minn dik tal-pajjiż fejn ikun jgħix min jissellef.

(55)  Il-preżunzjonijiet ekonomiċi li fuqhom huma bbażati l-projezzjonijiet huma mħejjija mid-Dipartiment ta' Riċerka tal-Bank. Il-preżunzjonijiet ġenerali ġew ikkumpilati mil-kapijiet tad-dipartimenti rilevanti u impjegati ta' livell għoli u approvati mill-Bord Amministrattiv Eżekuttiv tal-Bank.

(56)  Sa mis-16.5.2012, ir-rata tas-self kollaterizzat ta' sebat ijiem tas-CBI kienet ta' 5,5 %.

(*)  Fil-ħin meta ġie ppreżentat il-pjan ta' ristrutturar, ir-rapportaġġ finanzjarju għall-2011 ma kienx tlesta, u d-dejta mit-30.9.2011 intużat fil-pjan finali ta' ristrutturar. Wara l-pubblikazjzoni tad-dikjarazzjoni finanzjarja ta' Íslandsbanki għall-2011, l-Awtorità aġġornat iċ-ċifri.

(57)  Ir-raġuni mogħtija għat-tnaqqis fl-ROE fl-2011 kienet is-sentenza tal-Qorti Suprema dwar is-self f'muniti barranin tal-15.2.2012 u r-rinunzja tal-avvjament wara l-fużjoni ma' Byr.

(58)  L-“iskont profond” kellu żewġ aspetti, skont l-awtoritajiet Islandiżi, u kien jikkonsisti f'indeboliment u fi skont. L-indeboliment jirrifletti d-differenza fil-valur tat-talba u l-irkupru stmat tal-assi tas-self. Barra minn hekk, il-portafoll ta' self stmat ma kienx ivvalutat bir-rati tas-suq u l-iskont jirrifletti d-differenza fir-rati tal-imgħax kuntrattwali u r-rati tas-suq.

(59)  Ir-rapport tal-ISFI għall-2011 (dwar l-operazjzonijiet tal-bank fl-2010) jasal għal konklużjoni simili; il-“profitabbiltà fundamentali” ta' Íslandsbanki hija saħansitra ogħla skont dan ir-rapport. Ara http://www.bankasysla.is/files/SkyrslaBR_2011_net_74617143.pdf

(60)  Ara r-Regoli tas-CBI dwar il-Proporzjonijiet tal-Likwidità Nru. 317 tal-25 ta' April 2006, disponibbli fuq http://www.sedlabanki.is/lisalib/getfile.aspx?itemid=4713

(61)  Il-banek Islandiżi ewlenin qablu li joffru lill-klijenti kollha b'ingranaġġ eċċessiv aġġustament ta' 110 % fuq is-self b'ipoteka, jiġifieri li l-kapital tas-self b'ipoteka jiġi ffissat għal 110 % tal-valur irreġistrat tal-proprjetà.

(62)  Íslandsbanki saħaq li l-prijorità ta' depożitu fl-Islanda tillimita l-kapaċità li jinħareġ dejn bla garanzija […]

(63)  Consumer Price Index (Indiċi tal-Prezzijiet tal-Konsumatur).

(64)  Il-Ktieb tar-Riskju huwa disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-Bank www.Íslandsbanki.is/riskbook.

(**)  L-ewwel pass fil-valutazzjoni tar-rekwiżiti kapitali huwa bbażat fuq il-kalkoli tal-Pilastru 1.

(***)  Skont ir-rapport tal-ICAAP, ir-rekwiżiti ta' kapital addizzjonali taħt il-Pilastru 2 (Pilastru 2a u 2b) huma stmati skont kif ġej:

a.

Tipi ta' riskju oħrajn u riskju mhux kopert għal kollox taħt il-Pilastru 1: Minbarra l-kapital minimu meħtieġ taħt il-Pilastru 1 jista' jkun meħtieġ kapital ulterjuri taħt il-Pilastru 2a minħabba fatturi ta' riskju oħrajn jew minħabba sottodikjarazzjoni tal-fatturi ta' riskju tal-Pilastru 1. Ir-rekwiżiti ta' kapital taħt il-Pilastru 1 u l-Pilastru 2a jifformaw ir-rekwiżit kapitali tal-linja bażi għall-Bank.

b.

It-tnaqqis f'kapital disponibbli minħabba l-ittestjar għall-istress u għal skopijiet strateġiċi: Ir-rekwiżit ta' kapital tal-linja bażi huwa stmat fuq il-bażi ta' “kundizzjonijiet ta' negozju normali”. Il-Bank madankollu jeħtieġ li jiżgura li l-kapital tiegħu huwa suffiċjenti biex jappoġġa n-negozju f'kundizzjonijiet tas-suq taħt stress u li jappoġġa l-istrateġija kummerċjali tal-Bank għas-snin li ġejjin. B'hekk, jista' jkun meħtieġ li l-Bank iżomm riżerva ta' kapital sabiex ikun jista' jiflaħ għal kundizzjonijiet tas-suq taħt stress u jappoġġa t-tkabbir maħsub. Sabiex jistma d-daqs tar-riżerva ta' kapital meħtieġa, il-pjan ta' negozju tal-Bank jitpoġġa taħt stress fuq il-bażi ta' diversi preżunzjonijiet rilevanti għall-profil ta' riskju u l-istrateġija ta' negozju tal-Bank.

(65)  Il-proporzjon tal-likwidità interna tal-Bank jirrappreżenta sitwazzjoni stressjata milli kundizzjonijiet kummerċjali normali.

(66)  L-ISFI huwa korp tal-istat b'Bord tad-Diretturi indipendenti, li jirrapporta għand il-Ministeru tal-Finanzi, li twaqqaf bl-Att Nru 88/2009 u li daħal fis-seħħ f'Awwissu 2009. L-ISFI għandu jkun lesta l-ħidma tiegħu mhux aktar tard minn ħames snin mit-twaqqif tiegħu. L-ISFI jamministra l-parteċipazzjonijiet tal-istat skont il-liġi, prattiki ta' governanza u tan-negozju tajbin u l-politika dwar is-sjieda tal-istat. Għandu l-għan li jerġa' jġib u jibni suq finanzjarju domestiku dinamiku, filwaqt li fl-istess ħin jippromwovi kompetizzjoni effettiva fis-suq kif ukoll jiggarantixxi trasparenza fid-deċiżjonijiet kollha tal-parteċipazzjoni tal-istat f'attivitajiet finanzjarji

(67)  Dawn il-prerekwiżiti jikkonċernaw b'mod partikolari inċertezzi li jirriżultaw minn sentenzi riċenti tal-Qorti Suprema dwar self denominat f'muniti barranin u li l-assi ta' beni insolventi tal-banek l-antiki ġew stralċati b'mod sodisfaċenti. Ara l-Kapitoli 9.7 tar-rapport Future Structure of the Icelandic Financial System (Struttura Futura tas-Sistema Finanzjarja Islandiża), disponibbli fuq http://eng.efnahagsraduneyti.is/media/Acrobat/Future-Structure.pdf

(68)  Deskritti fid-dettall fil-Kapitolu 3 ta' din id-deċiżjoni.

(69)  F'dan ir-rigward ara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawżi Konġunti T-425/04, T-444/04, T-450/04 u T-456/04, Franza et vs Il-Kummissjoni, is-sentenza tal-21 ta' Mejju 2010, Ġabra [2010] ECR II-02099, paragrafu 283 (b'appell).

(70)  Ara pereżempju T-228/99 WestLB [2003] Ġabra II-435.

(71)  Ara pereżempju d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Ottubru 2008 fil-kawża NN 51/2008 Guarantee scheme for banks in Denmark (Skema ta' garanzija għall-banek fid-Danimarka), fil-paragrafu 32, u d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Ottubru 2008 fil-Kawża C 10/2008 IKB, fil-paragrafu 74.

(72)  Ara pereżempju d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Ottubru 2008 fil-kawża NN 51/2008 Guarantee scheme for banks in Denmark (Skema ta' garanzija għall-banek fid-Danimarka), fil-paragrafu 32, u d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Ottubru 2008 fil-Kawża C 10/2008 IKB, fil-paragrafu 74.

(73)  F'dan il-kuntest, ara raġunar simili adottat mill-Kummissjoni Ewropea fir-rigward tal-investimenti li saru minn fornituri ta' ditta f'diffikultà fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C 4/10 (ex NN 64/09) – Aid in favour of Trèves (France) (Għajnuna favur Trèves (Franza)).

(74)  Rapport tal-Ministru tal-Ekonomija lill-Althingi (Marzu 2012), “The Future Structure of the Icelandic Financial System” (“L-Istruttura tas-Sistema Finanzjarja tal-Islanda fil-Ġejjieni”), Kap. 9.6, li jinsab fuq: http://eng.atvinnuvegaraduneyti.is/media/Acrobat/Future-Structure.pdf

(75)  L-Awtorità tosserva li fir-rigward tal-kummenti tal-Gvernatur tas-CBI, li fil-kelmtejn ta' qabel ir-rapport dwar l-Istabbiltà Finanzjarja tal-bank għat-tieni nofs tal-2010 jiddikjara li “bħalissa, il-kapitalizzazzjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji hija protetta mill-kontrolli fuq il-kapital u d-dikjarazzjoni tal-Gvern ta' garanzija tad-depożiti”. Ara http://www.sedlabanki.is/lisalib/getfile.aspx?itemid=8260, p. 5. Ara wkoll id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni NN48/2008 Guarantee Scheme for Banks in Ireland (Skema ta' Garanzija għall-Banek fl-Irlanda), paragrafi 46 u 47: http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/comp-2008/nn048-08.pdf; u NN51/2008 Guarantee Scheme for Banks in Denmark (Skema ta' Garanzija għall-Banek fid-Danimarka): http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/comp-2008/nn051-08.pdf

(76)  F'dan ir-rigward, ara l-Kawża 730/79 Phillip Morris vs Il-Kummissjoni [1980] ECR 2671.

(77)  Ara l-Parti VIII tal-Linji Gwida tal-Awtorità dwar l-Għajnuna mill-Istat. Ir-regoli temporanji dwar il-kriżi finanzjarja. L-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-istat għal miżuri meħuda fir-rigward ta' istituzzjonijiet finanzjarji fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja attwali madwar id-dinja, disponibbli fuq http://www.eftasurv.int/?1=1&showLinkID=16604&1=1.

(78)  It-treġġigħ lura għall-vijabbiltà u l-valutazzjoni tal-miżuri ta' ristrutturar fis-settur finanzjarju fil-kriżi attwali skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, adottati mill-Awtorità fil-25.11.2009 skont il-kapitolu VII: Regoli Temporanji dwar il-Kriżi Finanzjarja, kif estiżi mil-Linji Gwida tal-2012 dwar il-Kriżi Finanzjarja. Disponibbli fuq il-websajt tal-Awtorità fuq: http://www.eftasurv.int/media/state-aid-guidelines/Part-VIII---Return-to-viability-and-the-assessment-of-restructuring-measures-in-the-financial-sector.pdf.

(79)  Akkwiżizzjoni ingranta.

(80)  Ir-Regoli l-Ġodda dwar il-Bilanċ tal-Kambju adottati mis-CBI daħlu fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2011. L-iskop tar-regoli huwa li jillimitaw ir-riskju tal-kambju billi jevitaw milli l-bilanċi tal-kambju jaqbżu limiti definiti. Waħda mill-iktar bidliet importanti mill-verżjonijiet ta' qabel tar-Regoli huwa li l-pożizzjoni permissibbli miftuħa tal-kambju f'muniti individwali tnaqqset minn 20 % għal 15 % tal-ekwità, u l-bilanċ totali permissibbli tal-kambju tnaqqas minn 30 % għal 15 %. Ir-rapportar tal-bilanċ tal-kambju huwa wkoll iktar dettaljat minn qabel, hekk kif l-assi u l-obbligazzjonijiet denominati f'muniti barranin huma kklassifikati skont it-tip: self, bonds, titoli ta' ekwità, ishma f'fondi mutwi, depożiti, ftehimiet li jġarrbu l-imgħax, djun mal-Bank Ċentrali, u l-bqija. Jekk il-bilanċ tal-kambju jaqbeż il-limiti stabbiliti fir-regoli, l-impriża finanzjarja kkonċernata trid tieħu azzjoni biex telimina d-differenza fi żmien massimu ta' tlitt ijiem tax-xogħol. Jekk il-miżuri ta' impriża finanzjarja jonqsu milli jiksbu dan, is-CBI jista' jikkalkola penali perjodiċi. Is-CBI ħa anki passi oħrajn biex jillimita l-iżbilanċi tal-kambju, pereżempju billi kkonkluda ftehim ta' swap bejn il-muniti ma' wieħed mill-banek kummerċjali kif ukoll billi xtara flus barranin. Skont is-CBI, dawn il-miżuri jippromwovu stabbiltà finanzjarja msaħħa u jżidu r-riżervi tas-CBI ta' muniti barranin mhux mislufin.

(81)  Madankollu, fir-rapport tal-ICAAP, Íslandsbanki jenfasizza li deċiżjonijiet fuq kull pagament ta' dividend ta' kull sena, sejrin ikunu bbażati fuq analiżi tal-adegwatezza tal-kapital aġġornata u sejjer iqis ukoll il-pożizzjoni tal-likwidità tal-Bank.

(82)  Ara pereżempju r-rapport tal-Istabilità Finanzjarja tas-CBI 2011:2, li minnu jirriżulta li l-marġni tar-rata tal-imgħax hija madwar darbtejn jew tliet darbiet ogħla fl-Islanda milli f'pajjiżi Nordiċi oħrajn.

(83)  Skont l-istimi attwali, it-telf jista' jammonta għal 70-75 % tas-self li taw lil Glitnir; ara pereżempju http://glitnirbank.com/press-room/tilkynningar-a-islensku/448-athugasemdfraslidastjorn.html

(84)  L-istat tal-kapitalizzazzjoni ta' Íslandsbanki kien ibbażat direttament fuq id-differenza bejn il-valutazzjoni inizjali tal-assi u l-passivi trasferiti, u fuq ir-rekwiżit fuq il-kapital tal-FME.

(85)  Ir-rikapitalizzazzjoni ta' istituzzjonijiet finanzjarji fil-kriżi finanzjarja attwali: limitazzjoni ta' għajnuna għall-minimu meħtieġ u salvagwardji minħabba distorsjonijiet mhux mistħoqqa ta' kompetizzjoni (“il-Linji Gwida ta' Rikapitalizzazzjoni”), ĠU L 17, 21.1.2011 u s-Suppliment ZEE Nru 3. Il-linji gwida huma disponibbli wkoll fuq il-websajt tal-Awtorità fuq: http://www.eftasurv.int/state-aid/legal-framework/state-aid-guidelines/.

(86)  Fi tmiem l-2014, se jkunu ntemmu l-perjodi ta' ristrutturar tal-banek Islandiżi kollha li fuqhom tnediet investigazzjoni formali.

(87)  It-taxxa tal-bolla tvarja skont it-tip ta' dokument legali kkonċernat, iżda normalment hija ta' ISK 15 għal kull ISK 1 000 mibdi (jiġifieri bejn wieħed u ieħor 1,5 %) fuq l-ammont tal-bonds li jġarrbu l-imgħax iggarantiti minn ipoteka jew titolu ieħor.

(88)  Ara pereżempju d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Kawża SA.28264, Għajnuna għar-ristrutturar għal Hypo Real Estate, li fiha l-Kummissjoni aċċettat is-separazzjoni ta' parti kbira tal-kummerċ barra l-pajjiż ta' Hypo Real Estate bħala miżura biex tillimita t-tfixkil tal-kompetizzjoni għas-suċċessur tal-bank PBB.

(89)  Għall-istess raġunijiet l-Awtorità taċċetta li d-divestimenti huma soġġetti għall-kundizzjoni li […].


ANNESS

L-IMPENJI U L-BIDLIET RILEVANTI FIL-QAFAS LEGALI GĦALL-IBBANKJAR

1.   L-IMPENJI MILL-AWTORITAJIET TAL-ISLANDA

L-awtoritajiet tal-Islanda ħadu żewġ impenji li huma enumerati hawn taħt.

L-emenda tat-taxxa tal-bolla biex tiġi prekluża għajnuna mill-Istat u jonqsu l-ispejjeż tal-bdil

Il-Ministeru tal-Finanzi se jaħtar grupp ta' ħidma bil-mandat li jirrevedi l-Att Nru 36/1978 dwar it-Taxxa tal-Bolla. Il-grupp ta' ħidma għandu jissottometti rapport lill-Ministru tal-Finanzi sa Ottubru 2012, flimkien ma' abbozz ta' liġi. Ix-xogħol tal-grupp ta' ħidma se ikun jinvolvi b'mod partikolari l-analiżi tat-tneħħija tat-taxxi fuq it-timbru għal bonds maħruġin minn individwi, meta jiġu trasferiti bejn kredituri (jiġifieri meta individwi jittrasferixxu s-self tagħhom minn istituzzjoni ta' self għal oħra). Barra minn hekk, il-grupp għandu janalizza kif tista' tiġi emendata d-dispożizzjoni tat-taxxa tal-bolla biex jiġu ssimplifikati l-proċeduri u tiġi promossal-kompetizzjoni.

Miżuri biex jitħaffef il-bdil u jonqsu l-ispejjeż tal-bdil

B'konformità ma' riżoluzzjoni approvata mill-Parlament tal-Islanda fil-21 ta' Marzu 2012, il-gvern se jwaqqaf kumitat bil-mandat li janalizza l-protezzjoni tal-konsumaturi fis-suq finanzjarju u jippreżenta proposti dwar kif tista' tissaħħaħ il-pożizzjoni tal-individwi u l-familji fir-rigward tal-istituzzjonijiet. It-twaqqif tal-kumitat se jinkludi mandat speċifiku għall-analiżi ta' kemm hu faċli jsir bdil u t-tnaqqis tal-ispejjeż tal-bdil, u għall-kumitat sabiex jaħdem mill-qrib mal-ICA fir-rigward ta' dik il-kwistjoni. Il-Kumitat għandu jippreżenta r-rapport tiegħu mhux iktar tard mill-15 ta' Jannar 2013.

Barra minn hekk, l-awtoritajiet tal-Islanda approvaw u sejrin jinfurzaw l-impenji li ġejjin minn Íslandsbanki:

Limitazzjoni fuq l-akkwiżizzjonijiet

Íslandsbanki ħa l-impenn li ma jakkwistax istituzzjonijiet finanzjarji sal-15 ta' Ottubru 2014.

Minkejja dan l-impenn, wara li jikseb l-approvazzjoni tal-Awtorità, Íslandsbanki jista' jakkwista t-tali negozji, b'mod partikolari jekk dan ikun meħtieġ biex tiġi salvagwardjata l-istabbiltà finanzjarja.

Divestiment ta' […]

Íslandsbanki jimpenja ruħu li jagħmel divestiment tal-parteċipazzjoni azzjonarja tiegħu fi […] sa [data], u jimpenja ruħu li l-parteċipazzjonijiet azzjonarji tiegħu għall-bejgħ […].

[…]e […]

[…].

Divestiment ta' ishma f'kumpaniji li għaddejjin minn ristrutturar

Íslandsbanki ħa l-impenn li jbigħ, malajr kemm jista' jkun, parteċipazzjonijiet azzjonarji f'kumpaniji operattivi li ġew akkwiżiti minħabba ristrutturar, cf. Artikolu 22 tal-Att dwar l-impriżi finanzjarji Nru 161/2002. Barra minn hekk, il-bank ħa l-impenn li jsegwi l-proċedura u l-limiti ta' żmien, li huma stabbiliti fid-dispożizzjoni legali msemmija iktar 'il fuq. Fl-aħħar, il-bank se jżomm informazzjoni aġġornata fuq il-websajt tiegħu (jew websajt ta' sussidjarju rilevanti, eż. Midengi ehf.)) fuq it-tali parteċipazzjonijiet azzjonarji li jżomm għall-bejgħ.

Il-miżuri li jibbenefikaw lill-kompetituri ġodda u żgħar

Íslandsbanki ħa l-impenn li jimplimenta l-miżuri li ġejjin għall-benefiċċju ta' kompetituri ġodda u żgħar

a.

Íslandsbanki mhuwiex ser, sal-15 ta' Ottubru 2014, jinforza klawżoli ta' kuntratti, u lanqas ma hu se jdaħħal klawżoli ta' kuntratti ġodda li jagħmlu termini speċjali fuq ir-rati tal-imgħax kontinġenti fuq iż-żamma ta' firxa minima tan-negozju mal-bank.

b.

Íslandsbanki se jipprovdi għal informazzjoni faċilment aċċessibbli, fuq il-websajt tal-bank, fuq il-proċess ta' bdil tas-servizzi bankarji lil istituzzjoni finanzjarja oħra. Barra minn hekk, il-websajt se tagħmel id-dokumenti meħtieġa faċilment aċċessibbli biex isir bdil minn istituzzjoni finanzjarja għal oħra. Finalment, l-istess informazzjoni u formoli ta' trasferiment tan-negozju se jkunu disponibbli fil-fergħat tal-bank.

c.

Íslandsbanki se jaqdi t-talbiet kollha għal trasferiment ta' servizzi bankarji b'mod veloċi.

d.

Íslandsbanki mhuwiex se jinvoka involviment tal-istat bħala sors ta' vantaġġ kompetittiv meta jikkummerċjalizza.

e.

Diment li ma jkunx hemm offerti ta' servizz kompetittivi disponibbli, Íslandsbanki lest li joffri s-servizzi li ġejjin bi prezz li se jkun ibbażat fuq l-ispiża flimkien ma' marġni raġonevoli:

f.

Servizzi ta' pproċessar tal-ħlasijiet għal ISK.

(i)

Servizzi ta' pproċessar tal-ħlasijiet għal FX.

(ii)

Distribuzzjoni ta' noti bankarji u muniti.

I.

Bejgħ u kunsinna ta' noti bankarji u muniti lill-bini tar-riċevitur tas-servizz.

II.

Iż-żamma ta' stokk ta' kaxex speċjali li fihom noti bankarji li jitpoġġew ġewwa magni ATM. Madankollu, ditta tas-sigurtà mqabbda mill-parti ġdida/żgħira titmal-folders fl-ATM.

2.   L-ADATTAMENTI U L-BIDLIET RILEVANTI GĦALL-QAFAS REGOLATORJU U SUPERVIŻORJU GĦAS-SWIEQ FINANZJARJI FL-ISLANDA ADOTTATI WARA L-KRIŻI

L-awtoritajiet tal-Islanda ssottomettew il-ħarsa ġenerali li ġejja lejn l-emendi li saru fil-leġiżlazzjoni li kienet fis-seħħ fil-ħarifa tal-2008:

L-awtorizzazzjonijiet ta' FME (L-Awtorità ta' Sorveljanza Finanzjarja tal-Islanda) biex tintervjeni (tieħu f'idejha s-setgħat tal-laqgħat tal-azzjonisti u ċċedi l-assi, cf. il-leġiżlazzjoni ta' emerġenza) żdiedu; FME ngħatat awtorizzazzjonijiet ta' sorveljanza espanduti; ġew adottati dispożizzjonijiet addizzjonali li jippermettu lill-FME tevalwa l-operazzjonijiet jew l-imġiba ta' partijiet issorveljati individwali. Dawn jinkludu kemm awtoritajiet li jieħdu d-deċiżjonijiet, bħal fuq l-għeluq tal-istabbilimenti jew it-terminazzjoni ta' attivitajiet speċifiċi mingħajr revoka proprja tal-liċenzji operattivi, kif ukoll definizzjoni iktar dettaljata tal-kunċetti li l-interpretazzjoni tagħhom ġiet appellata mill-FME u l-entitajiet issorveljati jew il-korpi li appellaw.

Ir-regoli dwar skoperturi individwali kbar ġew iċċarati u saru iktar speċifiċi; kemm ir-rwol kif ukoll ir-responsabbiltà tal-immaniġġjar tar-riskju żdiedu u l-FME awtorizzat sabiex l-immaniġġjar tar-riskji jingħata status ogħla fl-organizzazzjoni tal-impriżi finanzjarji; id-dispożizzjonijiet fuq l-applikazzjoni ta' testijiet tal-istress saru iktar stretti.

Id-dispożizzjonijiet għal reġistru speċjali ta' mutwatarji ikbar ġew legalizzati, sabiex tiġi pprovduta ħarsa ġenerali aħjar lejn skoperturi individwali kbar għal żewġ impriżi finanzjarji jew iktar. Ir-reġistru huwa importanti sabiex l-iskoperturi jintrabtu flimkien u jiġi vvalutat l-impatt sistemiku tagħhom jekk ifeġġu diffikultajiet fl-operazzjonijiet tal-mutwatarji. L-entitajiet mhux soġġetti għal superviżjoni tal-FME, iżda li huma elenkati fir-reġistri tal-impriżi finanzjarji, iridu jipprovdu lill-FME bl-informazzjoni fuq l-obbligi kollha tagħhom. L-FME tista' tipprojbixxi l-forniment ta' servizzi lit-tali partijiet jekk jirrifjutaw milli jipprovdu l-informazzjoni mitluba.

Id-dispożizzjonijiet fuq prattiki kummerċjali solidi ssaħħew u l-eżistenza tal-Kumitat ta' Lmenti dwar Tranżazzjonijiet b'Impriżi Finanzjarji tnaqqxet fil-liġi; l-informazzjoni dettaljata trid tiġi divultata fuq is-sidien ewlenin kollha tal-impriżi finanzjarji.

Il-limiti ta' żmien li jippermettu lill-impriżi finanzjarji jċedu l-assi xierqa tqassru.

Id-dispożizzjonijiet fuq il-parteċipazzjonijiet tal-impriżi finanzjarji fl-ishma tagħhom stess issaħħew u ġew definiti f'iktar dettall. Il-parteċipazzjoijiet ta' sussidjarji issa jitqiesu ishma proprji, hekk ukoll il-kuntratti li huma barra l-karta bilanċjali li jikkonċernaw l-ishma proprji.

L-impriżi finanzajarji ma tħallewx jestendu kreditu permezz ta' wegħda tal-ishma tagħhom stess jew ċertifikati tal-kapital ta' garanzija.

Issa, l-FME għandha tistabbilixxi regoli dwar kif għandu jiġi kkalkolat is-self garantit b'ipoteka fuq l-ishma ta' impriżi finanzjarji oħrajn fil-bażi ta' riskju u l-bażi ta' kapital.

Żdiedu kemm ir-resposabbiltà kif ukoll ir-rwol tat-taqsima ta' awditjar intern. Hemm regoli dettaljati dwar il-bilanċ bejn id-daqs u d-diversità tal-attivitajiet tal-impriża finanzjarja kkonċernata u l-kamp ta' applikazzjoni tat-taqsima dwar l-awditjar intern.

Iddaħħlu limiti ta' ħames snin fuq il-perjodu li matulu ditta tal-awditjar tista' twettaq l-awditjar tal-istess impriża finanzjarja; il-kapaċità ta' impriża finanzjarja sabiex tkeċċi awditur “diffiċli” tnaqqset.

Id-dispożizzjonijiet kollha fuq il-kalkolu tal-ekwità u bosta aspetti tekniċi oħrajn ġew riveduti.

Ir-regoli dwar l-eżerċitar ta' parteċipazzjonijiet kwalifikattivi, jiġifieri 10 % jew iktar tad-drittijiet tal-vot ġew riveduti. L-FME hija awtorizzata treġġa' lura l-piż tal-provi fil-valutazzjoni tal-partijiet li beħsiebhom jakkwiżixxu jew iżidu ma' parteċipazzjonijiet kwalifikattivi, eż. meta ma jkunx żgur min hu(ma) is-sid(ien) benefiċjarju/i ta' kumpanija azzjonarja b'parteċipazzjoni kwalifikattiva.

Issa hemm iktar rekwiżiti tal-eliġibbiltà tad-diretturi, ir-responsabbiltà tagħhom għal superviżjoni jew operazzjonijiet żdiedu u presidenti eżekuttivi tal-Bord huma projbiti; l-FME ngħatat rwol ta' sorveljanza ikbar għall-Bords tad-Diretturi; l-informazzjoni identifikabbli b'mod personali trid tiġi ddivulgata dwar ir-remunerazzjoni lill-maniġment superjuri.

Ġew stabbiliti regoli dwar it-tranżazzjonijiet ta' kreditu tal-impriżi finanzjarji b'diretturi, diretturi maniġerjali, impjegati ewlenin u sidien ta' parteċipazzjonijiet kwalifikattivi fl-impriża finanzjarja kkonċernata. Japplikaw regoli simili għall-partijiet li huma marbutin mill-qrib ma' dawn imsemmija hawn fuq. L-FME adottat regoli dwar x'jitqies bħala kollateral sodisfaċenti għat-tali tranżazzjonijiet.

Ġew adottati regoli dwar l-arranġamenti għal skemi ta' inċentivi u bonuses għall-maniġment u l-impjegati u fuq il-kuntratti ta' terminazzjoni.

Issaħħew id-dispożizzjonijiet fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta' impriżi finanzjarji.

Twettqet reviżjoni ġenerali tar-regoli speċjali dwar il-banek tat-tfaddil. Ġew iċċarati l-istatus u d-drittijiet ta' sidien ta' kapital ta' garanzija ta' banek tat-tfaddil, ġew stabbiliti restrizzjonijiet fuq dividendi, ġew adottati regoli ċari fuq it-tranżazzjonijiet tal-garanziji kapitali, ġew stabbiliti regoli fuq l-istralċ ta' kapital ta' garanzija u ġew iċċarati r-regoli dwar l-awtorizzazzjonijiet tal-banek tat-tfaddil għal kooperazzjoni formali. Il-banek tat-tfaddil ġew projbiti milli jibdlu l-forma legali tagħhom.

Skont l-awtoritajiet tal-Islanda, f'ċerti aspetti r-regoli tal-Islanda jmorru lil hinn mill-qafas pan-Ewropew. Id-devjazzjonijiet ewlenin mir-regoli adottati mill-UE li ddaħħlu fil-Ftehim ŻEE huma dawn li ġejjin:

L-FME hija awtorizzata tillimita l-attivitajiet ta' stabbilimenti individwali ta' impriżi finanzjarji, jekk tara għaliex għandu jsir hekk. Barra minn hekk, hija awtorizzata tistabbilixxi rekwiżiti speċjali għal stabbilimenti individwali ta' impriżi finanzjarji sabiex ikomplu bl-attivitajiet tagħhom. L-FME tista' tillimita b'mod provviżorju l-attivitajiet li impriża finanzjarja tista' twettaq ukoll, bis-sħiħ jew b'mod parzjali, kemm jekk huma soġġetti għal liċenzja kif ukoll jekk le, jekk l-Awtorità tara għaliex għandu jsir hekk. Dan jitnieda b'mod naturali mill-attivitajiet tal-fergħat u l-kontijiet tad-depożitu stabbiliti minnhom fi stati Ewropej oħrajn sal-2008 (Icesave, Edge u Save-and-Save).

Hemm stabbiliti dispożizzjonijiet kemxejn iktar dettaljati dwar ir-rwol tal-awditjar intern fil-liġi tal-Islanda meta mqabbla mad-direttivi tal-UE.

Hemm stabbiliti dispożizzjonijiet kemxejn iktar dettaljati dwar kif għandhom jitwettqu t-testijiet tal-istress meta mqabbla mad-direttivi tal-UE.

L-impriżi finanzjarji jridu jżommu reġistru speċjali (reġistru tal-kreditu) tal-partijiet kollha li jestendulhom kreditu u jissottomettu lista aġġornata lill-FME fi tmiem kull xahar. Barra minn hekk, għandha tintbagħat lista simili lill-partijiet marbutin mill-qrib mal-impriżi finanzjarji, il-Bords tad-Diretturi tagħhom u l-maniġers u l-gruppi ta' klijenti konnessi, diment li dawn il-partijiet mhumiex fuq il-lista msemmija hawn fuq. Din il-lista se tipprovdi opportunità aħjar biex jiġu ssorveljati interkonnessjonijiet bejn impriżi finanzjarji, id-diretturi u l-maniġment tagħhom.

Jekk l-FME hija tal-fehma li t-teħid b'self ta' Parti Individwali fuq ir-reġistru ta' kreditu, li mhijiex soġġetta għal superviżjoni uffiċjali tal-attivitajiet finanzjarji, jista' jkollu impatt sistemiku, tista' titlob informazzjoni mill-parti kkonċernata fuq l-obbligi tagħha.

Jekk parti mhux soġġetta għal superviżjoni uffiċjali mdaħħla fir-reġistru ta' kreditu tirrifjuta milli tiddivulga l-informazzjoni lill-FME, l-Awtorità tista' tordna lill-entitajiet issorveljati biex iżommu lura milli jkomplu jfornu servizzi lit-tali parti. L-istess japplika jekk id-divulgazzjoni tal-informazzjoni tal-parti kkonċernata ma tkunx sodisfaċenti. Id-dispożizzjonijiet fuq reġitsru tal-kreditu u awtorizzazzjonijiet estensivi għas-superviżuri dwar il-partijiet mhux soġġetti għal superviżjoni uffiċjali mhumiex fir-regoli tal-UE/ŻEE.

Hemm stabbiliti dispożizzjonijiet kemxejn iktar dettaljati u restrittivi fuq it-teħid b'self u l-kollateral minn parti relatata meta mqabbla mar-regoli tal-UE/ŻEE.

L-FME trid iċċaħħad lis-sid ta' parteċipazzjoni kwalifikattiva mid-dritt li jeżerċita l-parteċipazzjoni jekk ikun hemm dubju dwar min hu jew min se jkun is-sid benefiċjarju tagħha.

It-tul massimu taż-żmien li matulu l-awdituri esterni jistgħu jaħdmu għall-istess impriża finanzjarja huwa iqsar mir-regoli tal-UE/ŻEE.

Hemm stabbiliti dispożizzjonijiet kemxejn iktar dettaljati fuq l-eliġibbiltà tad-diretturi f'impriżi finanzjarji meta mqabbla mad-direttivi tal-UE.

Ġew adottati dispożizzjonijiet fuq l-arranġamenti għal skemi ta' bonus u kuntratti ta' terminazzjoni.

Dan l-aħħar ġew stabbiliti regoli formali dwar il-politiki ta' remunerazzjoni fid-direttivi tal-UE, iżda r-regoli dwar il-kuntratti ta' terminazzjoni għadhom ma ġewx adottati f'dan il-forum.

Fit-23 ta' Marzu 2012, il-Ministru tal-Ekonomija ppreżenta rapport fuq l-Istruttura fil-Futur tas-Sistema Finanzjarja Islandiza u r-regolamentazzjoni u s-superviżjoni tagħha. Barra minn hekk, il-Ministru ħatar grupp ta' esperti biex iħejju rieżami tal-qafas leġiżlattiv u regolatorju għall-attivitajiet finanzjarji kollha fl-Islanda.


15.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 144/121


Il-verżjoni pubblika ta' (1)

DEĊIŻJONI TAL-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA

Nru 290/12/COL

tal-11 ta' Lulju 2012

dwar l-għajnuna għar-ristrutturar mogħtija lil Landsbankinn (L-Islanda)

L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA (“l-Awtorità”)

WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), b'mod partikolari l-Artikolu 61(3)(b) u l-Protokoll 26 tiegħu,

WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta' Awtorità ta' Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja (“il-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti” jew “SCA”), b'mod partikolari l-Artikolu 24,

WARA LI KKUNSIDRAT il-Protokoll 3 għall-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti (“Protokoll 3”), b'mod partikolari l-Artikolu 1(3) tal-Parti I, l-Artikolu 7(3) tal-Parti II u l-Artikolu 13 tal-Parti II,

Billi:

I.   IL-FATTI

1.   IL-PROĊEDURA

(1)

Wara korrispondenza informali f'Ottubru 2008 u l-approvazzjoni tal-Att Nru 125/2008 dwar l-Awtorità għall-Ħlasijiet mit-Teżor dovuti għal Ċirkostanzi Mhux tas-Soltu tas-Suq Finanzjarju, eċċ. (li ssir referenza għalih bħala l-“Att ta' Emerġenza”), li ta setgħat varjati ħafna lill-Istat Islandiż sabiex jintervjeni fis-settur bankarju, nhar is-6 ta' Ottubru mill-Parlament Islandiż (l-Althingi), fl-10 ta' Ottubru 2008, il-President tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA (“l-Awtorità”) kiteb lill-awtoritajiet Islandiżi u talab sabiex il-miżuri ta' għajnuna mill-Istat meħuda skont l-Att ta' Emerġenza jiġu nnotifikati lill-Awtorità.

(2)

Saru aktar kuntatti u korrispondenza perjodikament, inkluża, b'mod partikolari, ittra li ntbagħtet mill-Awtorità fit-18 ta' Ġunju 2009 li tfakkar lill-awtoritajiet Islandiżi dwar il-ħtieġa li tiġi nnotifikata kwalunkwe miżura ta' għajnuna mill-Istat u dwar il-klawżola ta' sospensjoni msemmija fl-Artikolu 3 tal-Protokoll 3. Eventwalment, l-għajnuna mill-Istat mogħtija għar-restorazzjoni ta' ċerti operazzjonijiet ta' Landsbanki u għat-twaqqif u l-kapitalizzazzjoni ta' Bank ġdid ta' Landsbanki (“NBI”, li aktar tard ingħata l-isem ta' Landsbankinn) ġiet innotifikata b'mod retrospettiv mill-awtoritajiet Islandiżi nhar il-15 ta' Settembru 2010. (2)

(3)

Permezz ta' ittra datata l-15 ta' Diċembru 2010 (3), l-Awtorità għarrfet lill-awtoritajiet Islandiżi li hija kienet iddeċidiet li tagħti bidu għall-proċedura stipulata fl-Artikolu 1(2) tal-Parti I tal-Protokoll 3 fir-rigward tal-miżuri meħuda mill-Istat Islandiż bil-għan li jirrestawra ċerti operazzjonijiet ta' dak li kien il-Landsbanki Islands hf u jistabbilixxi u jikkapitalizza in-New Landsbanki Islands (NBI hf) (id-deċiżjoni tal-ftuħ). L-Awtorità talbet ukoll li jiġi sottomess pjan ta' ristrutturar dettaljat għal Landsbankinn sal-31 ta' Marzu 2011.

(4)

Permezz ta' posta elettronika datata l-24 ta' Marzu 2011, l-Awtorità rċeviet kumment wieħed minn partijiet interessati, li mbagħad intbagħat lill-awtoritajiet Islandiżi fil-25 ta' Mejju 2011. L-awtoritajiet Islandiżi ma weġbux għal dan il-kumment.

(5)

Permezz ta' ittra datata l-31 ta' Marzu 2011, l-awtoritajiet Islandiżi ssottomettew pjan ta' ristrutturar għal Landsbankinn. Permezz ta' ittra datata t-23 ta' Mejju 2012, ġie sottomess pjan ta' ristrutturar rivedut, li jirrifletti, fost l-oħrajn, it-trasferiment mhux innotifikat tad-depożiti u l-assi minn Spkef Savings Bank (SpKef) effettwati fit-22 ta' April 2010 u b'kunsiderazzjoni tal-akkwist ta' Sparisjodur Svarfdaela (“SpSv”).

(6)

Fil-11 ta' Lulju 2011 u fit-13 ta' Frar 2012, l-Awtorità talbet aktar informazzjoni rigward il-pjan ta' ristrutturar. It-talba għall-informazzjoni ġiet imwieġba mill-awtoritajiet Islandiżi fis-17 ta' Ottubru 2011 u fit-13 ta' Marzu 2012. Il-verżjonijiet finali tal-impenji ġew sottomessi fis-6 ta' Ġunju 2012 u fit-13 ta' Ġunju 2012.

(7)

Fl-20 ta' Ġunju 2012, l-Awtorità approvat l-użu potenzjali tal-għajnuna mill-Istat mogħtija lil Landsbankinn għall-akkwist ta' SpSv fid-Deċiżjoni Nru. 212/12/COL (“id-Deċiżjoni SpSv”). Permezz tad-Deċiżjoni tagħha Nru. 253/10/COL tal-21 ta' Ġunju 2011, l-Awtorità approvat temporanjament skema ta' għajnuna għas-salvataġġ li tinvolvi l-ħlas ta' ċerti pretensjonijiet tal-Bank Ċentrali tal-Islanda (“CBI”) fuq ċerti banek tat-tfaddil, inkluż SpSv. Permezz tad-deċiżjoni 127/11/COL tat-13 ta' April 2011, l-Awtorità approvat l-emendi għall-iskema ta' għajnuna għas-salvataġġ (“id-Deċiżjonijiet dwar il-Banek tat-Tfaddil”).

(8)

Barra minn hekk, l-Awtorità ltaqgħet mal-awtoritajiet Islandiżi fis-7 ta' Ġunju 2011 u bejn is-27 u t-28 ta' Frar 2012.

2.   L-ISFOND

(9)

F'din it-taqsima, l-Awtorità sejra tiddeskrivi dawk l-avvenimenti, il-fatti u l-iżviluppi ekonomiċi, politiċi u regolatorji relatati mal-kollass u r-rikostruzzjoni tas-sistema finanzjarja Islandiża mill-2008 sal-lum li jidhru li huma meħtieġa sabiex jiġi stabbilit il-kuntest li fih issir il-valutazzjoni tal-miżuri ta' għajnuna inkwistjoni. Qabel tagħmel dan, hija se tfakkar il-kronoloġija tal-avvenimenti li wasslu għall-falliment ta' Landsbanki.

2.1.   Il-kollass ta' Landsbanki

(10)

Fil-ħarifa tal-2008, il-banek Islandiżi esperjenzaw irtirar massiv ta' depożiti mhux biss barra l-pajjiż, iżda wkoll fi ħdan l-Islanda stess. L-irtirar domestiku sar tant kbir li kien hemm stadju meta l-banek Islandiżi u s-CBI kienu waslu qrib li jesperjenzaw nuqqas ta' flus kontanti.

(11)

L-aċċess għas-swieq barranin tat-titoli tad-dejn kien is-sors ewlieni tat-tkabbir tal-banek Islandiżi, b'mod partikolari bejn l-2003 u l-2006. Madankollu, dan is-sors ta' finanzjament beda jonqos, filwaqt li l-aġenziji barranin ta' klassifikazzjoni tal-kreditu esprimew ukoll tħassib li l-proporzjon tas-self tal-banek għad-depożiti kien baxx meta mqabbel ma' dak ta' banek (barranin) oħrajn.

(12)

Il-banek kummerċjali Islandiżi (b'mod partikolari Landsbanki) wieġbu permezz tal-akkumulazzjoni tad-depożiti barra l-pajjiż. Mill-aħħar tat-tielet kwart tal-2006 sa nofs l-2007, id-depożiti tal-klijenti f'Landsbanki żdiedu bi tliet darbiet — żieda ta' kważi EUR 10 biljun. L-akbar proporzjon tagħhom kienu kontijiet li nfetħu fil-fergħa ta' Landsbanki fir-Renju Unit, fejn id-depożiti bl-imnut żdiedu minn xejn għal EUR 6.6 biljun, filwaqt li d-depożiti bl-ingrossa (f'fergħat fir-Renju Unit u fil-Pajjiżi l-Baxxi) żdiedu għal EUR 2.5 biljun.

(13)

Fit-3 ta' Ottubru 2008, il-Bank Ċentrali Ewropew ħareġ sejħa għall-manutenzjoni tal-marġini lil Landsbanki għall-ammont ta' 400 miljun ewro u, għalkemm din imbagħad ġiet irtirata, il-fergħa tal-bank fir-Renju Unit bdiet tesperjenza assalt bankarju, li kien ifisser li hija kellha talloka ammonti kbar ta' depożiti fil-munita sterlina. It-talba ta' Landsbanki għall-assistenza tas-CBI ġiet irrifjutata fis-6 ta' Ottubru. Meta l-bank naqas milli jalloka l-fondi mitluba mill-Awtorità tas-Servizzi Finanzjarji tar-Renju Unit, l-awtoritajiet tar-Renju Unit għalqu l-fergħa. L-għada, il-Bank Ċentrali Olandiż talab sabiex jinħatar prattikant tal-insolvenza għall-fergħa ta' Landsbanki f'Amsterdam. Dakinhar ukoll, l-FME ssospendiet il-bord tad-diretturi ta' Landsbanki, ħadet f'idejha s-setgħa tal-laqgħat tal-azzjonisti u ħatret Kumitat għar-Riżoluzzjoni bl-użu tas-setgħat mogħtija lilha skont l-Att ta' Emerġenza (4).

2.2.   Il-kriżi finanzjarja u l-kawżi ewlenin tal-falliment tal-banek Islandiżi

(14)

L-awtoritajiet Islandiżi spjegaw fis-sottomissjonijiet tagħhom lill-Awtorità li r-raġunijiet għall-kollass tas-settur bankarju Islandiż u l-ħtieġa tagħhom li jintervjenu kienu stipulati f'dettall konsiderevoli f'rapport imħejji minn Kummissjoni ta' Investigazzjoni Speċjali (“SIC”) stabbilita mill-Parlament Islandiż (5), li l-mandat tagħha kien li tinvestiga u tanalizza l-proċessi li wasslu għall-kollass tat-tliet banek ewlenin. Hawn taħt, l-Awtorità tiġbor fil-qosor il-konklużjonijiet tal-SIC dwar il-kawżi tal-falliment l-aktar rilevanti għat-tmiem ta' Landsbanki. L-informazzjoni hija meħuda mill-Kapitoli 2 (Sommarju Eżekuttiv) u 21 (Il-Kawżi tal-Kollass tal-Banek Islandiżi — Ir-Responsabbiltà, l-Iżbalji u n-Negliġenza) tar-rapport tal-SIC.

(15)

It-tnaqqis globali tal-likwidità fis-swieq finanzjarji li beda fl-2007 eventwalment wassal għall-kollass tat-tliet banek Islandiżi ewlenin, li l-operazzjonijiet kummerċjali tagħhom saru jiddependu dejjem aktar fuq iż-żieda tal-finanzjament permezz tas-swieq internazzjonali. Madankollu, ir-raġunijiet għall-falliment tal-banek Islandiżi kienu kumplessi u numerużi. L-SIC investiga r-raġunijiet li wasslu għall-kollass tal-banek ewlenin, fejn seta' jiġi nnotat li l-maġġoranza tal-konklużjonijiet kienu japplikaw għat-tliet banek kollha u ħafna minnhom huma relatati ma' xulxin. Il-kawżi tal-falliment relatati mal-attivitajiet tal-banek huma spjegati fil-qosor hawn taħt.

Espansjoni eċċessiva u mhux sostenibbli

(16)

L-SIC ikkonkludiet li fis-snin li wasslu għall-kollass tal-banek, l-istess banek espandew il-karti tal-bilanċ u l-portafolli tas-self tagħhom lil hinn mill-kapaċità operattiva u maniġerjali tagħhom. L-assi kkombinati tat-tliet banek żdiedu b'mod esponenzjali minn ISK 1.4 triljun (6) fl-2003 għal ISK 14.4 triljun fl-aħħar tat-tieni kwart tal-2008. B'mod sinjifikanti, proporzjon kbir tat-tkabbir tat-tliet banek kien fis-self lill-partijiet barranin, li żdied b'mod sostanzjali matul l-2007 (7), l-aktar wara l-bidu tal-kriżi tal-likwidità internazzjonali. Dan wassal lill-SIC sabiex tikkonkludi li l-biċċa l-kbira ta' din iż-żieda fis-self irriżultat mis-self li sar lill-intrapriżi li ġew imċaħda l-kreditu fi bnadi oħrajn. Ir-rapport ikkonkluda wkoll li s-settur bankarju tal-investiment inerentement aktar riskjuż sar karatteristika dejjem akbar tal-attivitajiet tal-banek u li t-tkabbir kompla jikkontribwixxi għall-problemi.

It-tnaqqis tal-finanzi disponibbli fis-swieq internazzjonali

(17)

Ħafna mit-tkabbir tal-banek kien iffaċilitat mill-aċċess għas-swieq finanzjarji internazzjonali, mill-kapitalizzazzjoni fuq klassifikazzjonijiet ta' kreditu tajbin u mill-aċċess għas-swieq Ewropej permezz tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. Fl-2005, il-banek Islandiżi ssellfu EUR 14-il biljun fis-swieq barranin tat-titoli tad-dejn fuq termini relattivament favorevoli. Meta l-aċċess għas-swieq Ewropej tat-titoli tad-dejn sar aktar limitat, il-banek iffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom fis-swieq tal-Istati Uniti, bit-titoli tad-dejn Islandiżi ppakkjati f'obbligi ta' dejn kollateralizzat. Fil-perjodu ta' qabel il-kollass, il-banek kienu dipendenti dejjem aktar fuq it-teħid ta' self fuq perjodu ta' żmien qasir, li wassal għal riskji ta' rifinanzjament kbar u, skont l-SIC, prevedibbli.

L-ingranaġġ tal-proprjetarji tal-banek

(18)

Fil-każ ta' kull bank Islandiż ewlieni, il-proprjetarji prinċipali kienu fost l-akbar debituri( (8)). Samson Holding Company (“Samson”) kienet l-akbar azzjonista fil-Landsbanki minn mindu dan ġie pprivatizzat. Meta Landsbanki kkollassa, il-koproprjetarju ta' Samson Björgólfur Thor Björgólfsson u l-kumpaniji affiljati miegħu kienu l-akbar debituri tal-bank, filwaqt li missieru u koproprjetarju ta' Samson, Björgólfur Guðmundsson, kien it-tielet l-akbar debitur tal-bank. B'kollox, l-obbligi tagħhom lill-bank qabżu l-ISK 200 biljun, ammont li kien akbar mill-ekwità tal-bank. L-SIC kienet tal-opinjoni li ċerti azzjonisti kellhom aċċess faċli b'mod anormali għas-self mill-banek fil-kapaċità tagħhom bħala proprjetarji. Dan kien notevoli fil-każ ta' Landsbanki mill-fatt li fit-30 ta' Settembru 2008, meta kien ċar li Landsbanki ma kellux biżżejjed munita barranija sabiex jonora l-obbligi tiegħu barra l-pajjiż, il-bank ipprovda self ta' EUR 153 miljun lill-kumpanija li kienet proprjetà ta' Björgólfur Thor Björgólfsson. Din il-Kummissjoni kkonkludiet ukoll li kien hemm indikazzjonijiet qawwija li, fil-każ ta' kull bank, il-konfini bejn l-interessi tal-akbar azzjonisti u l-interess tal-bank xejn ma kienu ċari. Għaldaqstant, l-enfasi fuq l-azzjonisti ewlenin kienet għad-detriment tal-azzjonisti u l-kredituri l-oħrajn.

Il-konċentrazzjoni tar-riskju

(19)

Relatata mal-kwistjoni tal-espożizzjoni anormali għall-azzjonisti ewlenin kienet il-konklużjoni tal-SIC li l-portafolli tal-assi tal-banek ma kinux diversifikati biżżejjed. L-SIC kienet tal-fehma li r-regoli Ewropej fuq espożizzjoni kbira kienu interpretati b'mod dejjaq, b'mod partikolari fil-każ tal-azzjonisti, kif ukoll li l-banek fittxew li jiskapulaw ir-regoli.

Ekwità dgħajfa

(20)

Għalkemm il-proporzjon tal-kapital ta' Landsbanki (u ż-żewġ banek ewlenin l-oħrajn) kien dejjem irrapportat li huwa xi ftit ogħla mill-minimu statutorju, l-SIC ikkonkludiet li l-proporzjonijiet tal-kapital ma kinux jirriflettu b'mod preċiż is-saħħa finanzjarja tal-banek. Dan kien dovut għall-espożizzjoni għar-riskju tal-ishma proprji tal-bank permezz ta' kollaterali primarji u kuntratti miftiehma bil-quddiem fuq l-ishma. Il-kapital azzjonarju ffinanzjat mill-kumpanija nnifisha, li ssir referenza għalih mill-SIC bħala “ekwità dgħajfa”, kien jirrappreżenta aktar minn 25 % tal-bażijiet kapitali tal-banek (jew aktar minn 50 % meta vvalutat fl-isfond tal-komponent ewlieni tal-kapital, l-ekwità tal-azzjonisti nieqsal-assi intanġibbli). Flimkien ma' dan kien hemm ukoll problemi kkawżati mir-riskju li kienu esposti għalih il-banek meta kienu qegħdin iżommu l-ishma ta' xulxin. Sa nofs l-2008, il-finanzjament dirett mill-banek għall-ishma proprji tagħhom, kif ukoll il-finanzjament trasversali tal-ishma taż-żewġ banek l-oħrajn, kienu jammontaw għal madwar ISK 400 biljun, jiġifieri madwar 70 % tal-komponent ewlieni tal-kapital. L-SIC kienet tal-opinjoni li l-firxa tal-finanzjament tal-ekwità tal-azzjonisti permezz tas-self mis-sistema nnifisha kienet tali li l-istabbiltà tas-sistema sfat mhedda. Il-banek kellhom ammont sostanzjali tal-ishma proprji tagħhom bħala kollateral għas-self tagħhom u, għalhekk, hekk kif il-prezzijiet tal-ishma tbaxxew, il-kwalità tal-portafoll tas-self tagħhom naqset. Dan affettwa l-prestazzjoni tal-banek u poġġa aktar pressjoni 'l isfel fuq il-prezzijiet tal-ishma tagħhom; b'reazzjoni għal dan (skont kif assumiet l-SIC mill-informazzjoni li kellha fil-pussess tagħha), il-banek ipprovaw joħolqu domanda anormali b'mod artifiċjali għall-ishma proprji tagħhom.

Id-daqs tal-banek

(21)

Fl-2001, il-karti tal-bilanċ tat-tliet banek ewlenin (b'mod kollettiv) kienu jammontaw għal ftit aktar minn sena tal-prodott domestiku gross (“PDG”) tal-Islanda. Sal-aħħar tal-2007, il-banek kienu saru internazzjonali u kellhom assi li jiswew disa' darbiet aktar mill-PDG tal-Islanda. Ir-rapport tal-SIC josserva li sal-2006, l-osservaturi kienu qegħdin jikkummentaw li s-sistema bankarja kibret aktar mill-kapaċità tal-Bank Ċentrali tal-Islanda (“CBI”) u esprimew id-dubji tagħhom jekk setgħux jissodisfaw ir-rwol tal-mutwanti tal-aħħar istanza. Sal-aħħar tal-2007, id-djun tal-Islanda fuq perjodu ta' żmien qasir (imġarrba l-aktar minħabba l-finanzjament tal-banek) kienu 15-il darba akbar mir-riservi tal-kambji barranin, filwaqt li d-depożiti barranin fit-tliet banek kienu wkoll tmien darbiet akbar mir-riservi tal-kambji barranin. Il-Fond ta' Garanzija tad-Depożituri u l-Investituri kellu riżorsi minimi meta mqabbla mad-depożiti bankarji li kellu jiggarantixxi. L-SIC tikkonkludi li dawn il-fatturi għamlu lill-Islanda suxxettibbli għal assalt fuq il-banek tagħha.

It-tkabbir f'daqqa tal-banek imqabbel mal-infrastruttura regolatorja u finanzjarja

(22)

L-SIC ikkonkludiet li l-korpi superviżorji rilevanti fl-Islanda ma kellhomx il-kredibbiltà li kienet meħtieġa fin-nuqqas ta' mutwanti tal-aħħar istanza b'riżorsi suffiċjenti. Ir-rapport jikkonkludi li l-Awtorità Islandiża għas-Sorveljanza Finanzjarja (l-“FME”) u s-CBI ma kellhomx l-għarfien espert u l-esperjenza sabiex jirregolaw il-banek fi żminijiet ekonomiċi diffiċli, iżda li setgħu jieħdu azzjoni biex inaqqsu l-livell ta' riskju li kienu qegħdin iġarrbu l-banek. L-FME, pereżempju, ma kibritx bl-istess proporzjon bħall-banek u l-prattiki tar-regolatur ma laħħqux mal-iżviluppi rapidi fl-operazzjonijiet tal-banek. Ir-rapport jikkritika wkoll lill-gvern, billi jikkonkludi li l-awtoritajiet suppost li kellhom jieħdu azzjoni biex inaqqsu l-impatt potenzjali tal-banek fuq l-ekonomija billi jnaqqsu d-daqs tagħhom jew billi jitolbu lil wieħed mill-banek jew aktar sabiex jittrasferixxu l-kwartieri ġenerali tagħhom barra l-pajjiż (9).

L-iżbilanċ u l-espansjoni eċċessiva tal-ekonomija Islandiża b'mod ġenerali

(23)

Ir-rapport tal-SIC jagħmel referenza għall-avvenimenti li jikkonċernaw l-ekonomija usa' u li ħallew ukoll impatt fuq it-tkabbir rapidu tal-banek u li kkontribwixxew għall-iżbilanċ fid-daqs u fl-influwenza bejn is-settur tas-servizzi finanzjarji u l-bqija tal-ekonomija. Ir-rapport ikkonkluda li l-politiki tal-gvern (b'mod partikolari l-politika fiskali) ikkontribwixxew l-aktar għall-espansjoni eċċessiva u għall-iżbilanċ u li l-politika monetarja tas-CBI ma kinitx restrittiva biżżejjed. Ir-rapport jirreferi wkoll għall-illaxkar tar-regoli dwar is-self tal-Icelandic Housing Financing Fund bħala “wieħed mill-akbar żbalji fil-ġestjoni monetarja u fiskali li saru matul il-perjodu li wassal għall-kollass tal-banek” (10). Ir-rapport jikkritika wkoll il-faċilità li biha l-banek setgħu jissellfu mingħand is-CBI, bl-istokk tas-self kollaterali tas-CBI fuq perjodu ta' żmien qasir jiżdied minn ISK 30 biljun fil-ħarifa tal-2005 għal ISK 500 biljun sal-bidu ta' Ottubru 2008.

Il-króna Islandiża, l-iżbilanċi esterni u l-marġnijiet tas-CDS

(24)

Ir-rapport isemmi li fl-2006, il-valur tal-króna Islandiża kien għoli b'mod mhux sostenibbli, id-defiċit tal-kont kurrenti Islandiż kien 'il fuq minn 16 % tal-PDG u l-obbligazzjonijiet fil-muniti barranin neqsin l-assi kienu jammontaw għal kważi l-PDG annwali totali. Il-prerekwiżiti għall-kriżi finanzjarja kienu fis-seħħ. Sal-aħħar tal-2007, il-valur tal-króna kien qiegħed jesperjenza deprezzament u l-marġnijiet tas-swap ta' inadempjenza tal-kreditu fuq l-Islanda u l-banek żdiedu b'mod esponenzjali.

2.3.   Il-miżuri meħuda għar-rikostruzzjoni tas-settur bankarju

(25)

Wara l-kollass tal-akbar tliet banek kummerċjali f'Ottubru 2008 (inkluż il-Landsbanki), l-awtoritajiet Islandiżi kellhom jiffaċċjaw l-isfida bla preċedent li jissalvagwardjaw l-operazzjonijiet bankarji kontinwi fl-Islanda (11). Il-politika segwita mill-Gvern Islandiż hija primarjament stipulata fl-Att ta' Emerġenza (12) adottat mill-Parlament Islandiż fis-6 ta' Ottubru 2008. Il-liġi tagħti setgħat straordinarji lill-FME sabiex tieħu kontroll tal-intrapriżi finanzjarji, kif ukoll tiddisponi mill-assi u l-obbligazzjonijiet tagħhom, skont kif meħtieġ. Il-Ministru tal-Finanzi kien awtorizzat, f'isem it-Teżor, sabiex joħroġ fondi bil-għan li jistabbilixxi intrapriżi finanzjarji ġodda. Barra minn hekk, fil-proċeduri ta' falliment tal-intrapriżi finanzjarji, id-depożiti jingħataw prijorità fuq pretensjonijiet oħrajn. Il-Gvern iddikjara li d-depożiti fil-banek tat-tfaddil u kummerċjali domestiċi u fil-fergħat tagħhom fl-Islanda se jkunu protetti b'mod sħiħ.

(26)

Għall-ewwel, il-prijoritajiet tal-politika ffokaw fuq l-iżgurar tal-funzjonament bażiku tas-sistema bankarja domestika, tas-sistema tal-ħlas u tas-sistema tas-saldu. Fl-ewwel ġimgħat wara l-kollass, il-Gvern Islandiż ħejja wkoll programm ekonomiku b'kollaborazzjoni mal-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI), li wassal għall-approvazzjoni nhar l-20 ta' Novembru 2008 tat-talba tal-Islanda għall-arranġament ta' riżerva mifrux fuq sentejn mill-Fond, li kien jinkludi self ta' 2,1 biljun Dollaru Amerikan mill-FMI maħsub biex isaħħaħ ir-riservi tal-munita tal-Islanda. Barra minn hekk, ġew assigurati tranżazzjonijiet ta' self addizzjonali sa 3 biljun Dollaru Amerikan minn pajjiżi Nordiċi oħrajn, kif ukoll minn ċerti msieħba kummerċjali oħrajn. 827 miljun Dollaru Amerikan mis-self tal-FMI tpoġġew disponibbli immedjatament, filwaqt li l-ammont li kien fadal tħallas fi tmien pagamenti akkont ugwali, soġġett għar-reviżjonijiet tal-programm ta' kull tliet xhur.

(27)

Il-Programm tal-FMI kien programm ta' stabbilizzazzjoni b'bażi wiesgħa li jiffoka fuq tliet għanijiet ewlenin. L-ewwel għan huwa li tiġi stabbilizzata u miksuba lura l-kunfidenza fil-króna sabiex jitrażżan l-impatt negattiv tal-kriżi fuq l-ekonomija. Il-miżuri kienu jinkludu l-introduzzjoni ta' kontrolli kapitali maħsuba biex iwaqqfu t-telf tal-kapital. It-tieni, il-programm kien jinkludi strateġija komprensiva ta' ristrutturar tal-banek, li fl-aħħar mill-aħħar kienet maħsuba biex terġa' tibni sistema finanzjarja vijabbli fl-Islanda, kif ukoll biex tissalvagwardja r-relazzjonijiet finanzjarji internazzjonali tal-pajjiż. Fost il-miri sussidjarji kien hemm il-ħtieġa li tiġi żgurata valutazzjoni ġusta tal-assi tal-banek, li jiġi massimizzat l-irkupru tal-assi u li jissaħħu l-prattiki ta' sorveljanza. It-tielet, il-programm immira li jiżgura finanzi pubbliċi sostenibbli, billi jillimita s-soċjalizzazzjoni tat-telf fil-banek falluti u jimplimenta programm ta' konsolidazzjoni fiskali fuq perjodu ta' żmien medju.

(28)

L-awtoritajiet Islandiżi enfasizzaw li minħabba ċ-ċirkostanzi eċċezzjonali marbuta mad-daqs kbir tas-sistema bankarja fir-rigward tal-kapaċità finanzjarja tat-Teżor, l-għażliet politiċi disponibbli għall-awtoritajiet kienu limitati. Għaldaqstant, is-soluzzjonijiet li ddependew fuqhom kienu differenti ħafna mill-miżuri meħuda mill-gvernijiet ta' pajjiżi oħrajn li qegħdin jiffaċċjaw theddidiet għall-istabbiltà finanzjarja tagħhom.

(29)

Fuq il-bażi tal-Att ta' Emerġenza, it-tliet banek kummerċjali kbar, Glitnir Bank, Landsbanki Íslands u Kaupthing Bank, inqasmu f'banek “antiki” u “ġodda”. Il-Ministru tal-Finanzi stabbilixxa tliet kumpaniji b'responsabbiltà limitata biex jieħdu f'idejhom l-operazzjonijiet domestiċi tal-banek l-antiki u ħatar bordijiet tad-diretturi għalihom. L-FME ħadet kontroll tal-banek l-antiki, billi essenzjalment allokat l-assi u r-responsabbiltajiet (depożiti) domestiċi tagħhom lill-banek il-ġodda li komplew l-operazzjonijiet bankarji fl-Islanda. Il-banek l-antiki tpoġġew taħt is-superviżjoni tal-kumitati ta' riżoluzzjoni rispettivi tagħhom (13). L-assi u r-responsabbiltajiet barranin ġew allokati fil-banek l-antiki, li aktar tard kienu sottomessi għal proċeduri ta' likwidazzjoni u għall-għeluq eventwali tal-operazzjonijiet barranin kollha (14).

(30)

Fil-karti tal-bilanċ tal-ftuħ provviżorji tat-tliet banek ġodda tal-14 ta' Novembru 2008, kien stmat li l-assi totali kkombinati tal-banek kienu jammontaw għal ISK 2 886 biljun, b'ekwità ta' ISK 385 biljun li għandha tiġi pprovduta mill-Istat. L-ammont totali ta' bonds li għandhom jinħarġu mill-banek il-ġodda favur il-banek l-antiki bħala ħlas għall-valur tal-assi ttrasferiti li jissuperaw lir-responsabbiltajiet kien stmat għal ISK 1 153 biljun. L-FME ħatret lil Deloitte LLP biex tagħmel valutazzjonijiet tal-valur tal-assi u tar-responsabbiltajiet ittrasferiti. F'dan il-proċess, ħareġ ċar li l-valutazzjoni indipendenti ma kinitx sejra tirriżulta f'valuri fissi tal-assi netti ttrasferiti, iżda fi stimi li jaqgħu fi ħdan ċerti firxiet. Irriżulta wkoll li l-kredituri tal-banek esprimew nuqqas ta' qbil f'dak li għandu x'jaqsam mal-proċess ta' valutazzjoni, li huma sostnew li ma kienx imparzjali, filwaqt li lmentaw li ma setgħux iħarsu l-interessi tagħhom. Dawn il-komplikazzjonijiet irriżultaw f'bidla ta' politika għall-approvazzjoni tal-kontijiet bejn il-banek l-antiki u l-banek il-ġodda. Minflok jiddependu fuq valutazzjonijiet li jsiru minn espert indipendenti, il-partijiet jippreferu jipprovaw jagħmlu negozjati bil-għan li jilħqu qbil fuq il-valur tal-assi netti ttrasferiti.

(31)

Kien jidher ċar li huwa diffiċli għall-partijiet li jilħqu ftehimiet dwar il-valutazzjonijiet, minħabba li kien evidenti li huma soġġetti għal għadd numeruż ta' suppożizzjonijiet li l-partijiet x'aktarx ma setgħux jaqblu dwarhom. L-Istat kellu l-għan li jilħaq ftehimiet dwar l-evalwazzjonijiet bażiċi li jipprovdu bażi b'saħħitha għall-kapitalizzazzjoni inizjali tal-banek il-ġodda. L-andament tal-prezzijiet tal-assi li jissuperaw l-evalwazzjoni bażika jista' jiġi attribwit lill-kredituri fil-forma ta' bonds kontinġenti jew żidiet fil-valur tal-kapital azzjonarju tal-banek, hekk kif min-negozjati rriżulta li l-kumitati tar-riżoluzzjoni ta' Glitnir u Kaupthing, kif ukoll parti kbira mill-kredituri tagħhom, jistgħu jkunu interessati li jakkwistaw 'holdings' fil-banek il-ġodda, u dan jagħtihom iċ-ċans li jibbenifikaw minn żidiet potenzjali fil-valuri tal-ishma ttrasferiti.

(32)

Fl-20 ta' Lulju 2009 tħabbar il-proċess tal-kapitalizzazzjoni sħiħa tat-tliet banek ġodda u tal-ftehimiet mal-kredituri tal-banek l-antiki dwar kif għandu jitħallas il-kumpens għat-trasferiment tal-assi netti fil-banek il-ġodda. Fir-rigward ta' tnejn mill-banek il-ġodda, New Glitnir (li aktar tard ingħata l-isem ta' Íslandsbanki) u New Kaupthing (li aktar tard ingħata l-isem ta' Arion Bank), dan kien jinkludi ftehimiet kundizzjonali għall-banek l-antiki sabiex jissottoskrivu l-interessi azzjonarji tal-maġġoranza fil-banek il-ġodda.

(33)

Fuq il-bażi tal-kapijiet tal-ftehim, f'Ottubru 2009 (għal Glitnir) u f'Diċembru 2009 (għal Kaupthing Bank u Landsbanki Islands), il-kumitati tar-riżoluzzjoni tal-banek l-antiki ddeċidew li jissottoskrivu għall-ishma fil-banek il-ġodda. Fit-18 ta' Diċembru 2009, il-Gvern ħabbar li kienet ġiet konkluża r-rikostruzzjoni tal-banek u li kienu ntlaħqu ftehimiet bejn l-awtoritajiet Islandiżi u l-banek il-ġodda, fuq naħa waħda, u bejn il-kumitati tar-riżoluzzjoni ta' Glitnir Bank, Landsbanki Íslands u Kaupthing Bank f'isem il-kredituri tagħhom, fuq in-naħa l-oħra. Il-ftehimiet kienu jinkludu soluzzjonijiet li jikkonċernaw l-assi li kienu ttrasferiti mill-banek l-antiki f'dawk ġodda, tant li mbagħad il-banek il-ġodda kienu ffinanzjati kompletament.

(34)

Il-kontribuzzjoni tat-Teżor għall-ekwità tal-banek il-ġodda tnaqqset b'mod sostanzjali, minn ISK 385 biljun kif previst oriġinarjament għal ISK 135 biljun fil-forma ta' kapital azzjonarju u, fil-każ ta' tnejn mit-tliet banek, Íslandsbanki u Arion Bank, madwar ISK 55 biljun tal-kapital fil-Livell II fil-forma ta' self subordinat, li flimkien jammontaw għal total ta' 190 biljun ISK. Barra minn hekk, it-Teżor ipprovda ċerti faċilitajiet ta' likwidità lil Íslandsbanki u Arion Bank. B'kollox, il-kapital azzjonarju pprovdut mill-banek l-antiki lill-banek il-ġodda kien jammonta għal madwar ISK 156 biljun. Għalhekk, il-kapitalizzazzjoni totali tal-banek il-ġodda kienet tammonta għal madwar ISK 346 biljun. B'hekk, minflok tinżamm il-proprjetà sħiħa tat-tliet banek, il-ftehimiet implikaw li l-'holdings' tal-Istat għandhom jitnaqqsu għal madwar 5 % fil-każ ta' Íslandsbanki, 13 % fil-każ ta' Arion Bank u 81 % fil-każ ta' Landsbankinn.

(35)

Filwaqt li dan it-trasferiment ta' tnejn mit-tliet banek mill-kredituri tal-banek l-antiki solva kwistjonijiet kbar fir-rikostruzzjoni tas-settur finanzjarju u stabbilixxa bażi kapitali aktar b'saħħitha għall-banek il-ġodda, kien għad fadal għadd numeruż ta' nuqqasijiet li kellhom bżonn jiġu indirizzati. Mill-ħarifa tal-2009, il-banek ikkonċentraw l-isforzi tagħhom l-aktar fuq kwistjonijiet interni, billi ddeterminaw l-istrateġija globali għall-operazzjonijiet tagħhom u, b'mod partikolari, permezz tar-ristrutturar tal-portafolli tas-self tagħhom, li jirrappreżentaw l-akbar fattur ta' riskju għall-operazzjonijiet u l-vijabbiltà fit-tul tagħhom. Il-proċess tar-ristrutturar kien kumpless minħabba diversi fatturi ta' komplikazzjoni, inklużi s-sentenzi tal-Qorti Suprema dwar l-illegalità tas-self mogħti fil-munita ISK iżda indiċizzat f'muniti barranin. Fir-rigward ta' Landsbankinn, sakemm ikun rilevanti għar-ristrutturar tiegħu, dawn il-kwistjonijiet huma diskussi aktar 'l isfel.

2.4.   L-ambjent makroekonomiku

(36)

Taqlib ekonomiku qawwi segwa l-kollass tas-sistema bankarja f'Ottubru 2008. Id-diffikultajiet fis-sistema finanzjarja tal-Islanda kienu akkumpanjati minn kollass tal-kunfidenza fil-munita tagħha. Il-króna waqgħet sostanzjalment fl-ewwel kwart tal-2008 u mbagħad kompliet titlef mill-valur tagħha fil-ħarifa, qabel u wara l-falliment tat-tliet banek kummerċjali. Minkejja l-kontrolli kapitali li ġew imposti fil-ħarifa tal-2008, il-volatilità tal-munita ppredominat matul l-2009. (15) Dan it-taqlib wassal għal riċessjoni qawwija fl-ekonomija tal-Islanda, b'kontrazzjoni tal-Prodott Domestiku Gross (PDG) b'6,8 % fl-2009 u b'4 % fl-2010.

(37)

Fost l-implikazzjonijiet tal-kriżi ekonomika kien hemm żieda f'daqqa fil-qgħad minn 1,6 % fl-2008 għal 8 % fl-2009, żieda fl-inflazzjoni u tnaqqis fil-pagi reali. Barra minn hekk, kien hemm żieda qawwija fid-dejn korporattiv u domestiku u fis-sehem tas-self improduttiv fil-portafolli tas-self tal-banek, kif ukoll trasferiment fuq skala kbira mill-banek il-ġodda ta' negozji f'inkwiet finanzjarju. Fl-istess ħin, l-ispiża fiskali għolja għar-ristrutturar tas-sistema bankarja wasslet għal żieda qawwija fid-defiċit fiskali u għal żieda kbira tad-dejn fis-settur pubbliku.

(38)

Wara r-riċessjoni qawwija, id-dejta provviżorja minn Statistics Iceland tindika bidla fid-direzzjoni fit-tieni nofs tal-2011 u tkabbir ta' 3,1 % fil-PDG għas-sena kollha meta mqabbel mas-sena ta' qabel.

(39)

It-tkabbir ekonomiku tas-sena li għaddiet kien dovut l-aktar għal żieda fid-domanda domestika, b'mod partikolari żieda ta' 4 % fil-konsum privat tad-djar. Dan it-tkabbir kien appoġġjat minn żidiet fil-pagi u fil-benefiċċji soċjali, kif ukoll minn ċerti inizjattivi ta' politika mwettqa sabiex jiffaċilitaw il-piż tal-ħlas tad-dejn domestiku, inkluż sussidju temporanju fuq ir-rata tal-imgħax, l-iffriżar tal-pagamenti fuq is-self u r-rimborż bikri ta' tfaddil għal pensjoni privata. Id-dejta provviżorja għall-2011 tindika wkoll żieda bil-mod fl-investimenti, madankollu f'livell partikolarment baxx (16), filwaqt li l-konsum pubbliku baqa' f'livell baxx matul l-aħħar tliet snin.

(40)

Id-dejta makroekonomika ġenerali taħbi aktar differenzi settorjali sinjifikanti. Minbarra l-kollass fis-settur finanzjarju, kien hemm kontrazzjoni kbira fil-kostruzzjoni u f'ħafna attivitajiet domestiċi oħrajn ta' produzzjoni u servizz. Min-naħa l-oħra, kien hemm ukoll tkabbir f'ċerti setturi tal-esportazzjoni. Minħabba r-rata tal-kambju baxxa tal-króna u l-prezzijiet relattivament stabbli fil-munita barranija kemm għall-prodotti marittimi kif ukoll għall-prodotti tal-aluminju, id-dħul mill-esportazzjoni żdied wara l-bidu tal-kriżi ekonomika, anki fir-rigward tat-turiżmu u l-esportazzjonijiet ta' servizzi oħrajn. Fl-istess waqt, l-importazzjonijiet naqsu f'daqqa, tant li dawru l-bilanċ kummerċjali (17) temporanjament f'bilanċ pożittiv ta' madwar 10 % tal-PDG fl-2010. Madankollu, b'domanda domestika miżjuda fl-2011, l-importazzjonijiet reġgħu żdiedu, tant li, b'mod ġenerali, wasslu għal bilanċ kummerċjali iżgħar ta' 8,2 % tal-PDG.

(41)

Il-previżjoni ta' Statistics Iceland għall-perjodu 2012-2017 tassumi li l-irkupru ekonomiku gradwali se jissokta bi tkabbir ta' 2,6 % fl-2012. Matul il-perjodu tal-previżjoni mistennija rata ta' tkabbir simili. Madankollu, din il-previżjoni hija soġġetta għal bosta inċertezzi. L-investimenti industrijali ppjanati fuq skala kbira jistgħu jiffaċċjaw aktar dewmien. It-termini tal-kummerċ tal-Islanda sejrin jiġu affettwati b'mod negattiv minn riċessjoni fit-tul fil-pajjiżi kummerċjali ewlenin, li timplika rata ta' tkabbir aktar baxxa fl-Islanda. Barra minn hekk, il-progress aktar bil-mod milli antiċipat fl-indirizzar tal-piż tad-dejn tal-familji u tal-korporazzjonijiet għandu jillimita d-domanda domestika u l-prospetti tat-tkabbir tal-ekonomija. It-tkabbir jista' jkun mhedded ukoll minn instabbiltà kontinwa fil-prezzijiet marbuta mal-volatilità tal-munita fil-kuntest tat-tneħħija tal-kontrolli kapitali.

2.5.   Is-superviżjoni finanzjarja u t-titjib fil-qafas regolatorju

(42)

Wara l-ħidma inizjali tal-FME marbuta mal-fondazzjoni tal-banek il-ġodda u l-valutazzjoni tal-valur tal-assi netti ttrasferiti mill-banek l-antiki, fir-rebbiegħa tal-2009, l-FME għamlet verifika tal-banek il-ġodda u tal-pjanijiet kummerċjali, tas-saħħa finanzjarja u tar-rekwiżiti kapitali tagħhom fl-hekk imsejjaħ proġett ta' 'sign-off'. Din saret bl-assistenza tal-kumpanija internazzjonali ta' konsulenza maniġerjali Oliver Wyman.

(43)

Wara li kkonkludiet il-proċess imsemmi hawn fuq, l-FME tat lill-banek liċenzji operattivi li kienu soġġetti għal diversi kundizzjonijiet. Minħabba l-kwalità tal-portafolli tal-assi u l-inċertezza ekonomika antiċipata, kien meqjus bħala li huwa neċessarju li jiġu imposti fuq it-tliet banek rekwiżiti kapitali ogħla mill-minimu statutorju. Għalhekk, l-FME ffissat il-proporzjon minimu tal-adegwatezza kapitali (“CAD”) għat-tliet banek f'perċentwal ta' 16 %, b'minimu ta' 12 % minnu għall-kapital fil-Livell I. Ir-rekwiżiti kienu applikabbli għal mill-inqas 3 snin sakemm ma jiġux riveduti mill-FME. Barra minn hekk, ġew speċifikati wkoll il-kundizzjonijiet tal-likwidità, li jirrikjedu li l-fondi likwidi disponibbli għandhom f'xi punt jammontaw għal minimu ta' 20 % tad-depożiti. Il-flus kontanti jew l-ekwivalenti għall-flus kontanti għandhom jammontaw għal mill-inqas 5 % tad-depożiti. Barra minn hekk, ġew speċifikati xi rekwiżiti fir-rigward ta' kwistjonijiet oħrajn, bħar-ristrutturar tal-portafolli tas-self, il-valutazzjoni tar-riskju, it-tmexxija korporattiva u s-sjieda. L-FME introduċiet xi rekwiżiti kapitali komparabbli fir-rigward ta' intrapriżi finanzjarji oħrajn.

(44)

Il-programm ta' stabbilizzazzjoni ekonomika stabbilit b'konsultazzjoni mal-FMI pprovda għal reviżjoni tal-qafas regolatorju sħiħ tas-servizzi finanzjarji u s-superviżjoni sabiex tittejjeb id-difiża kontra l-kriżi finanzjarja fil-ġejjieni. Il-Gvern stieden lill-eks-Direttur Ġenerali tal-Awtorità Islandiża għas-Sorveljanza Finanzjarja, is-Sur Kaarlo Jännäri, sabiex iwettaq valutazzjoni tal-qafas regolatorju u tal-prassi ta' sorveljanza eżistenti. Fost it-titjib propost mis-Sur Jännäri kien hemm il-ħolqien ta' Reġistru tal-Kreditu Nazzjonali fl-FME sabiex jitnaqqsu r-riskji tal-krediti fis-sistema. Ir-rapport tiegħu ssuġġerixxa wkoll li jiġu preskritti regoli u prattiki aktar stretti fuq espożizzjonijiet kbar u self konness, kif ukoll li jsiru aktar spezzjonijiet fuq il-post bil-għan li jiġu vverifikati r-rapporti u s-sorveljanza mhux fuq il-post, b'mod partikolari fir-rigward tar-riskju tal-kreditu, ir-riskju tal-likwidità u r-riskju tal-kambju barrani. Kien irrakkomandat ukoll li tiġi riveduta u mtejba s-sistema ta' garanzija tad-depożiti, billi jiġu segwiti mill-qrib l-iżviluppi fi ħdan l-UE.

(45)

Sussegwentement, il-Gvern ippropona abbozz ta' liġi għall-Althingi, li ġie adottat u mdaħħal fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2010, bħala l-Att Nru 75/2010. Bil-liġi l-ġdida, saru emendi estensivi fl-Att dwar l-Intrapriżi Finanzjarji. Aktar tard ġew introdotti diversi emendi oħrajn fil-liġi dwar l-intrapriżi finanzjarji, kif ukoll fir-regolazzjoni u s-sorveljanza tas-servizzi finanzjarji. Dawn l-emendi regolatorji huma kkunsidrati f'aktar dettall fl-Anness.

2.6.    L-isfidi ewlenin li għandna quddiemna  (18)

(46)

Minkejja l-kisbiet kbar fir-rikostruzzjoni ta' settur finanzjarju, l-Islanda qiegħda tkompli tissielet mar-riperkussjonijiet tal-kriżi finanzjarja u tal-munita li faqqgħet fil-ħarifa tal-2008. Il-kriżi finanzjarja żvelat diversi difetti u nuqqasijiet fis-sistema finanzjarja, li għandhom jiġu indirizzati jekk irridu li terġa' titrawwem il-kunfidenza fost il-pubbliku. Huwa evidenti li l-Islanda — bħal ħafna pajjiżi oħrajn li ntlaqtu b'mod qawwi mill-kriżi finanzjarja — qiegħda tiffaċċja bosta sfidi sabiex tadatta l-ambjent legali u operattiv tas-servizzi finanzjarji bil-għan li tiġi appoġġjata sistema finanzjarja vijabbli u effikaċi fil-ġejjieni u li jitnaqqas kemm jista' jkun possibbli r-riskju li jerġgħu jitfaċċaw aktar xokkijiet sistemiċi.

(47)

L-aktar sfidi immedjati li qegħdin jiffaċċjaw bħalissal-intrapriżi finanzjarji Islandiżi huma marbuta mal-fatt li l-banek qegħdin joperaw f'ambjent protett b'kontrolli kapitali u garanzija ta' depożiti globali. Jeħtieġ li l-banek issa jħejju ruħhom tajjeb sabiex jibdew joperaw f'ambjent aktar espost, meta jitneħħew il-kontrolli kapitali u meta l-garanziji tad-depożiti jerġgħu lura għall-arranġament stabbilit fid-direttivi rilevanti tal-UE/taż-ŻEE (19). L-awtoritajiet Islandiżi enfasizzaw li għandha tiġi eżerċitata kawtela kbira meta jiġu introdotti regoli ġodda f'dan ir-rigward.

(48)

Sfida kbira oħra hija l-ħtieġa li jkompli jiġi adattat il-qafas legali u regolatorju sabiex tiġi appoġġjata sistema finanzjarja b'saħħitha u effikaċi li tkun konsistenti wkoll mal-iżviluppi fil-liġi internazzjonali u taż-ŻEE (20).

2.7.   L-istat tal-kompetizzjoni fis-settur finanzjarju Islandiż

(49)

Skont l-informazzjoni riċenti mill-awtoritajiet Islandiżi (21), il-kompetizzjoni fuq is-suq finanzjarju nbidlet radikalment minn mindu kkollassa s-settur bankarju. In-numru ta' intrapriżi finanzjarji naqas, billi bosta banek tat-tfaddil, banek kummerċjali u mutwanti speċjalizzati kellhom jagħlqu jew inkella jingħaqdu ma' intrapriżi oħrajn (22). In-numru ta' intrapriżi finanzjarji għadu qiegħed jonqos, l-aktar riċenti bil-fużjoni ta' Landsbankinn u SpKef f'Marzu 2011, bil-fużjoni ta' Íslandsbanki u Byr f'Diċembru 2011 u bil-fużjoni li jmiss ta' Landsbankinn u Svarfdaelir Savings Bank, li ġiet approvata mill-Awtorità fid-Deċiżjoni ta' SpSv fl-20 ta' Ġunju 2012. Bit-tnaqqis fin-numru ta' intrapriżi finanzjarji u bil-banek il-kbar jieħdu d-depożiti mingħand il-banek li qegħdin jagħlqu, il-konċentrazzjoni fis-suq domestiku żdiedet. Min-naħa l-oħra, il-preżenza globali tal-banek il-ġodda fis-swieq finanzjarji taż-ŻEE hija ferm iżgħar minn dik tal-predeċessuri tagħhom, minħabba li l-operazzjonijiet bankarji internazzjonali spiċċaw għalqu.

(50)

Barra minn hekk, is-suq domestiku ċkien b'mod konsiderevoli hekk kif ċerti swieq sekondarji sfaxxaw fix-xejn jew sabu ruħhom ikkontrollati ħafna. Il-kważi sfaxxar tal-borża u l-introduzzjoni tal-kontrolli kapitali naqqsu l-operazzjonijiet fil-borża u fis-swieq tal-kambju u rriżultaw f'għażliet ta' investiment limitat. Bil-livell tal-investimenti fl-ekonomija f'livell storikament baxx u bid-djar u l-kumpaniji f'ingranaġġ ġeneralment għoli, id-domanda għall-kreditu hija baxxa. Sa mill-kollass, il-banek ikkonċentraw l-isforzi tagħhom fuq il-kwistjonijiet interni u fuq ir-ristrutturar tal-portafolli tas-self tagħhom, kif ukoll fuq ir-ristrutturar ta' wħud mill-klijenti korporattivi ewlenin tagħhom.

(51)

Qabel il-kriżi finanzjarja, b'mod kollettiv, il-banek tat-tfaddil kienu responsabbli għal sehem mis-suq ta' madwar 20 — 25 % f'depożiti. Dan is-sehem issa kkollassa għal madwar 2 — 4 %. L-ishma mis-suq mitlufa mill-banek tat-tfaddil u l-banek kummerċjali li ħarġu mis-suq inkisbu mit-tliet banek kummerċjali ewlenin, jiġifieri Arion Bank, Íslandsbanki u Landsbankinn. Flimkien, dawn it-tliet banek kbar issa huma responsabbli għal madwar 90-95 % tas-suq minflok għal madwar 60-75 % li kellhom qabel, fejn is-sehem mis-suq ta' Landsbankinn huwa marġinalment l-ogħla. Minbarra l-10 banek tat-tfaddil reġjonali, li bħalissa huma responsabbli għal madwar 2-4 % tas-suq, l-uniku parteċipant ieħor fis-suq huwa l-bank ristrutturat bl-isem ta' MP Bank (23), b'sehem mis-suq ta' madwar 1-5 %.

(52)

B'hekk, is-suq finanzjarju Islandiż huwa ċertament oligopolistiku u l-akbar tliet kumpaniji jistgħu b'mod kollettiv jiksbu pożizzjoni dominanti fis-suq. Skont l-Awtorità tal-Kompetizzjoni Islandiża (“ICA”), hemm ostakoli sinjifikanti għad-dħul fis-suq bankarju Islandiż. Dan għandu effetti detrimentali fuq il-kompetizzjoni. Hemm ukoll ċerti impedimenti għall-konsumaturi biex ibiddlu l-banek. Barra minn hekk, l-awtoritajiet Islandiżi rrikonoxxew li r-riskji tar-rati tal-kambju assoċjati mal-munita żgħira u mhux innegozjata tal-Islanda, jiġifieri l-króna Islandiża, komplew jillimitaw il-kompetizzjoni u jiskoraġġixxu lill-kumpaniji u l-banek barranin milli jidħlu fis-suq Islandiż.

(53)

Dan l-aħħar, l-ICA ffokat fuq kwistjoni speċifika li tirrigwardja l-infrastruttura tal-IT għall-operazzjonijiet tal-banek u l-kooperazzjoni tagħhom f'dak ir-rigward. Dan huwa relatat mal-fornitur konġunt tas-servizzi tal-IT tal-istituzzjonijiet finanzjarji, jiġifieri Reiknistofa bankanna (iċ-Ċentru tad-Dejta tal-Banek Islandiżi; RB). Din il-kwistjoni hija importanti għall-valutazzjoni tal-każ inkwistjoni u kienet fost il-kwistjonijiet li ġew diskussi mill-Awtorità mal-awtoritajiet Islandiżi u mal-banek.

(54)

RB huwa taħt proprjetà konġunta tat-tliet banek Islandiżi ewlenin, żewġ banek tat-tfaddil, l-Assoċjazzjoni Islandiża tal-Banek tat-Tfaddil u t-tliet proċessuri ewlenin tal-kards tal-ħlas fl-Islanda. Landsbankinn għandu 36,84 % tal-ishma f'RB, Íslandsbanki għandu 29,48 %, filwaqt li Arion Bank għandu 18,7 %. Għalhekk, flimkien, it-tliet banek kummerċjali għandhom 85,02 % tal-ishma f'RB. Il-klijenti ta' RB huma l-proprjetarji, il-Bank Ċentrali tal-Islanda u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn, kif ukoll il-gvern u entitajiet pubbliċi. Il-kooperazzjoni tal-banek f'dan il-qasam hija estensiva, billi RB żviluppa s-sistema tal-ikklerjar u tas-saldu fl-Islanda. Huwa jipprovdi wkoll għadd ta' soluzzjonijiet bankarji ewlenin li huma soluzzjonijiet għal bosta kerrejja, li jintużaw mill-maġġoranza tal-banek Islandiżi. Barra minn hekk, RB iħaddem sistema ta' fatturazzjoni elettronika u ta' pagament elettroniku għall-korporazzjonijiet u l-konsumaturi.

(55)

Skont l-ICA, il-kollass fl-2008 għamel lill-banek iż-żgħar u lill-banek tat-tfaddil partikolarment vulnerabbli. Għall-intrapriżi finanzjarji li huma iżgħar, is-servizzi tal-IT meħtieġa kellhom importanza kruċjali, hekk kif jistgħu jitqiesu bħala wieħed mill-ostakoli għad-dħul għall-parteċipanti ġodda tas-suq. Il-pjattaforma għas-servizzi tal-IT fir-rigward tal-intrapriżi finanzjarji akbar kienet ipprovduta, sa ċertu punt, minn RB, filwaqt li dik fir-rigward tal-banek tat-tfaddil u tal-parteċipanti iżgħar tas-suq kienet ipprovduta minn Teris. Wara l-għeluq ta' ħafna intrapriżi finanzjarji iżgħar fis-snin riċenti, Teris tilfet sehem sinjifikanti mid-dħul tagħha, li wassal, f'Jannar 2012, għall-bejgħ ta' wħud mis-soluzzjonijiet tal-IT tagħha lil RB. Skont RB u Teris, din it-tranżazzjoni kienet immirata, fost l-oħrajn, sabiex tassigura l-provvediment kontinwu ta' servizzi tal-IT lill-intrapriżi finanzjarji iżgħar.

(56)

L-ICA kienet qiegħda tinvestiga żewġ każijiet li jikkonċernaw lil RB. L-ewwel nett, jekk il-proprjetà konġunta u l-kooperazzjoni tal-banek u ta' intrapriżi finanzjarji oħrajn fil-forum ta' RB għandhomx jitqiesu bħala ksur tal-projbizzjoni fuq prattiki ristretti skont l-Artikolu 10 tal-Att dwar il-Kompetizzjoni tal-Islanda. It-tieni, il-kompatibbiltà tax-xiri tal-assi ewlenin ta' Teris minn RB qiegħda tiġi vvalutata skont id-dispożizzjonijiet ta' fużjoni tal-istess att. Madankollu, f'Mejju 2012, dawn iż-żewġ każijiet ġew konklużi b'soluzzjoni bejn RB u l-proprjetarji tiegħu, fuq naħa waħda, u l-ICA, fuq in-naħa l-oħra (24).

(57)

Minbarra t-tħassib imsemmi fuq li huwa relatat direttament mas-suq finanzjarju Islandiż, l-ICA enfasizzat b'mod partikolari fuq il-ħtieġa li l-bejgħ u r-ristrutturar tal-kumpaniji operattivi (25) jsiru mingħajr dewmien żejjed. Il-kontroll ta' ħafna kumpaniji operattivi ttieħed mill-banek (bħala kredituri ta' dawk il-kumpaniji) minħabba insolvenza wara l-kollass ekonomiku fl-2008. Skont l-ICA, dan jista' joħloq kunflitt ta' interess meta l-banek jipprovdu servizzi finanzjarji lill-kumpaniji u jkollhom il-proprjetà tal-kumpaniji fl-istess waqt. L-ICA hija tal-opinjoni li l-proprjetà diretta u indiretta tal-banek (26) hija l-aktar problema mifruxa u perikoluża għall-kompetizzjoni wara l-kriżi finanzjarja, minħabba li din għandha effett kważi fuq kull kumpanija u industrija fl-Islanda. Fil-fehma tal-ICA, ristrutturar aktar malajr tal-kumpaniji għandu jtejjeb il-kompetizzjoni fis-suq finanzjarju. Meta l-involviment tal-banek fir-ristrutturar tal-klijenti korporattivi tagħhom kien soġġett għar-rekwiżiti tan-notifika taħt il-kontroll ta' għaqda nazzjonali, f'dan ir-rigward, l-ICA ta' spiss iffissat kundizzjonijiet li jirrigwardjaw il-proprjetà tal-banek. Madankollu, jidher li huwa diffiċli li tintlaħaq soluzzjoni komprensiva għall-problema, minħabba li din hija essenzjalment relatata mal-ingranaġġ għoli tas-settur kummerċjali Islandiż.

(58)

Fis-sottomissjoni tagħhom lill-Awtorità, it-tliet banek kummerċjali, jiġifieri Arion Bank, Íslandsbanki u Landsbankinn, kollha esprimew il-fehma li ma kien hemm ebda bidliet kbar fil-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni fis-suq finanzjarju Islandiż sa mill-ħarifa tal-2008 li għandhom jikkawżaw tħassib. Is-suq kien iddominat minn kompetizzjoni effettiva, mingħajr ebda evidenza ta' mġiba kollużiva min-naħa tal-akbar tliet parteċipanti. Meta eżaminat il-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni fis-suq, l-ICA injorat ċerti fatturi ewlenin, bħall-fatt li l-banek barranin għamlu żmien twil u għadhom sal-lum jikkompetu b'mod attiv mal-banek Islandiżi għall-provvista ta' servizzi finanzjarji lill-akbar klijenti, bħal intrapriżi f'attivitajiet ibbażati fuq l-esportazzjoni (is-sajd, l-industrija intensiva fl-użu tal-enerġija, eċċ.) kif ukoll f'attivitajiet muniċipali u tal-Istat.

(59)

Madankollu, din il-fehma tmur kontra l-fehma espressa fis-sottomissjoni tal-awtoritajiet Islandiżi, kif stabbilita fir-rapport imsemmi hawn fuq mill-Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi għall-Althingi, kif ukoll kontra l-fehmiet tal-ICA. Barra minn hekk, kif se jiġi spjegat hawn taħt, minkejja ċerti riservi fir-rigward tal-analiżi tal-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni, Landsbankinn iddeċieda li jipprovdi ċerti impenji li huma mmirati biex jillimitaw id-distorsjoni tal-kompetizzjoni marbuta mal-miżuri ta' għajnuna kkonċernati. Dawk l-impenji huma rrapportati fl-Anness.

3.   ID-DESKRIZZJONI TAL-MIŻURI

3.1.   Il-benefiċjarju

(60)

Kif ġie deskritt aktar 'il fuq, Landsbanki kkollassa fl-2008, l-istess kif ġralhom iż-żewġ banek kummerċjali Islandiżi kbar l-oħrajn, Glitnir u Kaupthing. Bil-għan li jassiguraw l-operat kontinwu tas-settur bankarju domestiku, l-awtoritajiet Islandiżi ħadu ċerti miżuri, filwaqt li, bil-għan li jirrestawraw ċerti operazzjonijiet ta' Landsbanki (l-antik), huma stabbilixxew u kkapitalizzaw lil New Landsbanki (li issa ngħata l-isem ta' Landsbankinn), kif deskritt f'aktar dettall hawn taħt.

3.1.1.   Landsbanki

(61)

Qabel il-kriżi finanzjarja tal-2008, Landsbanki kien it-tieni l-akbar bank fl-Islanda. Fl-aħħar tat-tieni kwart tal-2008, il-karta tal-bilanċ tiegħu kienet tammonta għal 3 970 biljun ISK, filwaqt li, matul l-ewwel nofs ta' dik is-sena, huwa għamel profitt qabel it-taxxa ta' 31 biljun ISK. L-istrateġija tan-negozju ppubblikata (27) mill-bank kienet tgħid li l-bank għandu jiġi ttrasformat minn bank kummerċjali lokali, li jopera esklussivament fl-Islanda, “f'wieħed li jopera servizzi bankarji korporattivi u ta' investiment profittabbli ħafna lejn il-Lvant mill-Islanda madwar l-Ewropa u lejn il-Punent tul l-Atlantiku”. Fis-sena 2000, Landsbanki beda jopera l-attivitajiet tiegħu barra l-pajjiż billi kiseb 'holding' ta' 70 % fil-Heritable Bank f'Londra u, matul is-snin ta' wara, il-bank kiber b'mod sostanzjali kemm permezz ta' akkwiżizzjonijiet kif ukoll permezz tat-twaqqif ta' fergħat barranin. Qabel il-kollass tiegħu, il-bank kellu seba' sussidjarji ewlenin fir-Renju Unit, fl-Irlanda, fil-Lussemburgu, fi Franza/fil-Ġermanja u fl-Islanda stess. Huwa kellu wkoll fergħat oħrajn fir-Renju Unit (li min-naħa tagħhom kellhom uffiċini fil-Pajjiżi l-Baxxi, fil-Ġermanja u fl-Istati Uniti), fil-Kanada, fin-Norveġja u fil-Finlandja, kif ukoll uffiċċju tal-bejgħ f'Ħong Kong.

3.1.2.   Landsbankinn

(62)

Is-suċċessur ta' Landsbanki, jiġifieri Landsbankinn, huwa bank universali li joffri sett komprensiv ta' servizzi finanzjarji lil individwi, familji, korporazzjonijiet u investituri professjonali fl-Islanda. Landsbankinn huwa l-akbar bank fl-Islanda. Fl-aħħar tal-2011, l-assi totali kienu jammontaw għal ISK 1 135 biljun u l-bank għandu 1142 impjegat. Skont il-pjan tar-ristrutturar, Landsbankinn huwa primarjament attiv fl-oqsma li ġejjin:

3.1.2.1.   Servizzi bankarji bl-imnut

(63)

Id-diviżjoni tas-Servizzi Bankarji bl-Imnut tittratta s-servizzi ġenerali kollha pprovduti lill-individwi u lill-kumpaniji żgħar u ta' daqs medju. B'520 impjegat, li 410 minnhom jaħdmu barra mid-diversi fergħat, din hija l-akbar diviżjoni tal-Bank. Skont l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Islandiżi, Landsbankinn għandu sehem mis-suq ta' [> 25] % fis-settur tas-servizzi bl-imnut.

3.1.2.2.   Servizzi bankarji korporattivi

(64)

Id-diviżjoni tas-Servizzi Bankarji Korporattivi tittratta l-kumpaniji kbar u l-muniċipalitajiet, kif ukoll proġetti ta' finanzjament akbar. Dawn it-tliet dipartimenti fi ħdan id-diviżjoni tas-Servizzi Bankarji Korporattivi jittrattaw is-self: L-Industrija, il-Kummerċ u s-Servizzi, Is-Sajd u l-Frott tal-Baħar u Il-Kostruzzjoni u l-Ġestjoni tal-Kreditu Ġenerali. Id-diviżjoni għandha 40 impjegat. Skont l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Islandiżi, Landsbankinn għandu sehem mis-suq ta' [> 30] % f'dan is-segment tas-suq.

3.1.2.3.   Is-Swieq, it-Teżor u l-Ġestjoni tal-Assi

(65)

It-Teżor huwa responsabbli mil-likwidità u l-finanzjament tal-Bank, mill-ġestjoni tar-riskji tas-suq, mill-ġenerazzjoni tas-suq fis-suq tal-kambju barrani (“FX”), fis-suq tal-flus u t-titoli elenkati. Id-diviżjoni tas-Swieq tittratta l-bejgħ tal-FX u s-senserija tat-titoli f'bonds, ekwitajiet u derivattivi lill-klijenti professjonali.

(66)

Il-ġestjoni tal-assi tikkonsisti minn tliet dipartimenti sekondarji, jiġifieri l-ġestjoni tal-assi ta' partijiet terzi, is-settur bankarju privat u s-servizzi ta' konsulenza finanzjarja.

3.2.   Tqabbil bejn il-bank l-antik u l-bank il-ġdid

(67)

L-awtoritajiet Islandiżi ppreżentaw ħarsa ġenerali lejn il-bidliet fundamentali li seħħew diġà u li l-Awtorità tqis li huma rilevanti għall-finijiet tal-valutazzjoni attwali tagħha.

(68)

Kif imsemmi aktar 'il fuq, l-istrateġija tan-negozju ta' Landsbanki kienet tinvolvi l-espansjoni tan-negozju tiegħu fuq Livell Internazzjonali u, mill-2004, il-mira ewlenija tal-bank kienet li huwa jikber fis-swieq internazzjonali tas-servizzi bankarji korporattivi u ta' investiment li jiffokaw fuq is-servizzi pprovduti lill-intrapriżi korporattivi żgħar u ta' daqs medju. Fl-2005 nfetħet fergħa f'Londra, li għall-ewwel kienet tiffoka fuq il-finanzjament tal-ingranaġġ u s-self ibbażat fuq l-assi. Il-fergħat l-oħrajn li nfetħu aktar tard fil-Kanada, fil-Finlandja u fin-Norveġja, kif ukoll l-uffiċċju tal-bejgħ li nfetaħ f'Ħong Kong, għall-ewwel kienu jiffokaw fuq is-self ibbażat fuq l-assi u l-finanzjament tal-kummerċ. L-għan ta' din l-istrateġija (28) kien li tiddiversifika l-portafoll tas-self madwar il-pajjiżi u s-setturi. Minħabba din l-istrateġija, is-self lill-kumpaniji mhux Islandiżi kien jammonta għal sehem akbar minn qatt qabel mill-operazzjonijiet tal-bank. F'Settembru 2008, kważi nofs l-2644 ruħ impjegati minn Landsbanki u mis-sussidjarji tiegħu kienu bbażati barra mill-Islanda.

Grafika 1:

Id-distribuzzjoni tal-assi skont ir-reġjun — L-ewwel kwart u t-tieni kwart tal-2008

Image

(69)

Meta ġew eżaminati ġeografikament, 54 % tal-assi totali (minn ISK 3 970 biljun għall-ewwel kwart u t-tieni kwart tal-2008), kif muri fil-grafika ta' fuq, kienu jinsabu barra mill-Islanda. Barra minn hekk, 41 % tad-dħul fl-ewwel nofs tal-2008 oriġina fl-Islanda, 34 % fir-Renju Unit u fl-Irlanda, 6 % fil-Lussemburgu u 15 % f'żoni oħrajn.

(70)

Il-grafika ta' taħt turi li, għall-ewwel nofs tal-2008 (l-aħħar numri disponibbli għall-bank), l-akbar parti mill-profitt qabel it-taxxa ta' Landsbanki, jiġifieri ISK 31 biljun, kienet ġejja mis-servizzi bankarji korporattivi u mis-servizzi bankarji ta' investiment. Fis-snin ta' wara l-privatizzazzjoni tal-bank (fl-2002), is-sehem tas-servizzi bankarji bl-imnut fil-profitti qabel it-taxxa kien qiegħed jonqos b'rata stabbli.

Grafika 2:

Id-distribuzzjoni tal-profitti skont is-segment tan-negozju — L-ewwel kwart u t-tieni kwart tal-2008

Image

(71)

Il-bank il-ġdid, Landsbankinn, jiffoka biss fuq attivitajiet fl-Islanda. Dan mhuwiex bank orjentat fuq Livell Internazzjonali bħall-predeċessur tiegħu u, kuntrarju għal Landsbanki, li bbaża t-tkabbir tiegħu fuq taħlita varjata ta' finanzjament u ddependa ħafna fuq bonds mhux garantiti mibjugħa madwar id-dinja, huwa jiddependi primarjament fuq id-depożiti bħala bażi ta' finanzjament. Dan jillimita l-potenzjal ta' Landsbankinn li jkompli jikber.

(72)

Barra minn hekk, il-qasma bejn l-assi domestiċi u barranin kienet tfisser tnaqqis sinjifikanti fid-daqs tal-karta tal-bilanċ ta' Landsbankinn meta mqabbel ma' Landsbanki:

Tabella 1:

Il-karta tal-bilanċ ta' Landsbanki (LBI) u Landsbankinn

Il-karta tal-bilanċ ta' LBI u l-paragun ta' Landsbankinn (m. ISK)

30.6.2008

9.10.2008

Self u ħlasijiet bil-quddiem lill-klijenti

2 571 470

655 725

Self u ħlasijiet bil-quddiem lill-istituzzjonijiet finanzjarji

337 003

5 291

(73)

Kif muri hawn fuq permezz ta' referenza għall-aktar żewġ entrati sinjifikanti fuq in-naħa tal-assi, il-karta tal-bilanċ tal-ftuħ ta' Landsbankinn kienet biss madwar 25 % tal-karta tal-bilanċ ta' Landsbanki għat-30 ta' Ġunju 2008. Fl-aħħar tal-2011, l-assi totali ta' Landsbankinn kienu jammontaw għal ISK 1 135 biljun.

(74)

F'termini ta' impjegati, kien hemm tnaqqis ta' aktar minn 55 % (minn 2 644 għal 1 142).

3.3.   Il-bażi legali nazzjonali għall-miżura ta' għajnuna

Att Nru 125/2008 dwar l-Awtorità għall-Ħlasijiet mit-Teżor dovuti għal Ċirkostanzi Mhux tas-Soltu tas-Suq Finanzjarju eċċ., magħruf aħjar bħala l-Att ta' Emerġenza

(75)

L-Att ta' Emerġenza ta lill-FME l-awtorità li tintervjeni “f'ċirkostanzi estremi” u tassumi s-setgħat tal-laqgħat tal-bord u tal-laqgħat tal-azzjonisti tal-istituzzjonijiet finanzjarji, kif ukoll li tiddeċiedi dwar it-trasferiment tal-assi u tal-obbligazzjonijiet tagħhom. L-FME ngħatat ukoll is-setgħa li taħtar kumitati ta' riżoluzzjoni għall-intrapriżi finanzjarji li ħadet kontroll tagħhom, li kellhom is-setgħat tal-laqgħat tal-azzjonisti. Fil-proċess tal-likwidazzjoni tal-istituzzjonijiet, l-Att jagħti status ta' prijorità lit-talbiet li jsiru mid-detenturi tad-depożiti u lill-iskemi ta' garanzija tad-depożiti. L-Att awtorizza wkoll lill-Ministeru Islandiż tal-Finanzi sabiex jistabbilixxi banek ġodda. L-Att ta' Emerġenza jinkludi emendi tal-Att dwar l-Intrapriżi Finanzjarji, Nru 161/2002, l-Att dwar is-Sorveljanza Uffiċjali tal-Attivitajiet Finanzjarji, Nru 87/1998, l-Att dwar il-Garanziji tad-Depożiti u l-Iskema ta' Kumpens għall-Investituri, Nru 98/1999 u l-Att dwar l-Affarijiet tad-Djar, Nru 44/1998.

3.4.   Il-miżuri ta' għajnuna

(76)

L-intervent tal-awtoritajiet Islandiżi wara l-falliment ta' Landsbanki ġie deskritt hawn fuq u kien stipulat f'aktar dettall fid-deċiżjoni tal-ftuħ. Is-sustanza tal-interventi tista' tinġabar fil-qosor kif ġej:

(77)

L-FME ħadet kontroll ta' Landsbanki fis-7 ta' Ottubru 2008 u l-obbligazzjonijiet domestiċi u (ħafna mill-)assi domestiċi ġew ittrasferiti lil New Landsbanki fid-9 ta' Ottubru 2008. Il-beni tal-bank l-antik u l-kredituri tiegħu kellhom jiġu kkumpensati għal dan it-trasferiment billi jirċievu s-somma tad-differenza bejn l-assi u l-obbligazzjonijiet. Madankollu, id-determinazzjoni ta' din id-differenza wriet li kienet diffiċli u tieħu ż-żmien, filwaqt li l-Istat ipprovda xi kapital inizjali, kif ukoll impenn li jikkontribwixxi aktar kapital jekk ikun hemm bżonn. Fil-15 ta' Diċembru 2009 intlaħaq ftehim bejn l-Istat u l-kredituri tal-bank l-antik, li permezz tiegħu l-Istat akkwista sehem ta' 81,33 % fil-bank (permezz tal-injezzjoni ta' ISK 121,225 biljun), filwaqt li l-kredituri ta' Landsbanki ssottoskrivew għal 18,67 % tal-ishma l-ġodda. Il-kumpens tal-kredituri għall-assi ttrasferiti jiddependi primarjament, skont il-ftehim bejn l-Istat u l-kredituri, fuq bond kontiġenti, li huwa deskritt f'aktar dettall hawn isfel. L-Awtorità hija tal-fehma li d-data li fiha ntlaħaq il-ftehim — jiġifieri l-15 ta' Diċembru 2009 — timmarka l-bidu tal-perjodu ta' ristrutturar mifrux fuq ħames snin, li konsegwentement għandu jdum sal-15 ta' Diċembru 2014.

(78)

It-taqsima li ġejja hija limitata għad-deskrizzjoni ta' dawk l-aspetti tal-intervent tal-Istat li jikkostitwixxu l-miżuri ta' għajnuna rilevanti għall-valutazzjoni skont l-Artikolu 61 tal-Ftehim taż-ŻEE.

3.4.1.   Il-Kapital tal-Grad I

(79)

L-Istat ipprovda kapital tal-Grad I darbtejn — darba meta nħoloq il-bank ġdid ta' Landsbanki (New Landsbanki) fl-2008 u darba oħra meta l-bank ġie kkapitalizzat b'mod sħiħ fl-2009, wara li ntlaħaq qbil mal-kredituri tal-bank l-antik.

3.4.1.1.   Il-kapital inizjali

(80)

L-Istat ipprovda ISK 775 miljun (29) (EUR 5 miljun) fi flus kontanti bħala kapital inizjali lill-bank il-ġdid. Barra minn hekk, huwa ħareġ impenn sabiex jikkontribwixxi sa ISK 200 biljun lill-bank il-ġdid inkambju għall-ekwità kollha tiegħu. Din iċ-ċifra ġiet ikkalkolata bħala 10 % ta' valutazzjoni inizjali tad-daqs probabbli tal-bilanċ tal-assi tal-bank bil-piż differenzjat skont ir-riskju u kienet inkluża b'mod formali fil-baġit tal-Istat għas-sena 2009 bħala allokazzjoni tal-fondi tal-gvern sabiex jiġu indirizzati ċ-ċirkostanzi straordinarji fis-swieq finanzjarji. Din l-allokazzjoni tal-kapital kienet intiża sabiex tipprovdi garanzija adegwata tal-operabbiltà tal-bank sakemm ikunu jistgħu jiġu riżolti l-kwistjonijiet relatati mar-rikapitalizzazzjoni finali tiegħu, inkluż id-daqs tal-bilanċ tal-ftuħ tiegħu bbażat fuq l-istima tal-kumpens pagabbli lill-bank l-antik għall-assi ttrasferiti minnu.

3.4.1.2.   Il-kapitalizzazzjoni finali ta' Landsbankinn

(81)

Fl-20 ta' Lulju 2009, il-Gvern Islandiż ħabbar li huwa kien stabbilixxa l-bażi għall-kapitalizzazzjoni ta' Landsbankinn u li kien laħaq ftehim dwar proċess fuq kif għandhom jiġu kkumpensati l-banek l-antiki għat-trasferiment tal-assi netti. Huwa ħabbar ukoll li l-Istat se jikkapitalizza lill-bank il-ġdid. Il-ftehim finali dwar il-kapitalizzazzjoni ntlaħaq fil-15 ta' Diċembru 2009 (eventwalment għas-somma totali ta' ISK 150 biljun, li minnhom l-Istat ipprovda ISK 121.225 biljun) meta ntlaħaq ftehim fuq il-kumpens li għandu jingħata lill-kredituri għall-valur nett tal-assi u tal-obbligazzjonijiet ittrasferiti lil Landsbankinn. Kif ġie deskritt aktar 'il fuq, ir-rekwiżiti kapitali imposti mill-FME stipulaw li Landsbankinn għandu jżomm mill-inqas 12 % tal-Kapital Ewlieni tal-Grad I (30) u 4 % addizzjonali mill-Kapital tal-Grad 2 bħala proporzjon tal-assi bil-piż differenzjat skont ir-riskju. Meta Landsbankinn kien kapitalizzat b'mod formali fl-20 ta' Jannar 2010, il-proporzjon tal-Kapital Ewlieni tal-Grad 1 tal-bank kien ta' madwar 15 %. L-FME tat eżenzjoni temporanja mir-rekwiżit (globali) ta' 16 % kundizzjonali fuq is-sottomissjoni ta' pjan aċċettabbli li juri kif se jinkiseb l-ammont sħiħ. F'Ġunju 2010, il-bank irrapporta li l-Kapital Ewlieni tal-Grad 1 tagħha qabeż is-16 % u, fuq dik il-bażi, l-FME eżenta b'mod permanenti lil Landsbankinn mir-rekwiżit li jżomm il-kapital tal-Grad 2 sakemm il-proporzjon tal-Kapital Ewlieni tal-Grad 1 tiegħu jibqa' 'l fuq minn 16 %.

(82)

Dan il-ftehim intlaħaq wara proċess ta' negozjati fit-tul u kumpless li rriżulta fi ftehim qafas fost il-partijiet f'titoli tat-termini nhar l-10 ta' Ottubru 2009 u f'settijiet aktar dettaljati ta' dokumenti dwar il-kondizzjonijiet (term sheets) fir-rigward tal-istrumenti tad-dejn fl-20 ta' Novembru 2009. Saru wkoll għadd ta' laqgħat u diskussjonijiet sussegwenti bejn il-partijiet, li matulhom il-kondizzjonijiet deskritti ġew immodifikati u riflessi fid-dokumentazzjoni. Il-ftehim li rriżulta jikkomprendi l-ħruġ ta' tliet bonds denominati fl-ewro, fil-Lira Sterlina u fid-Dollaru Amerikan, rispettivament, li għandhom ammont prinċipali totali ekwivalenti għal ISK 260 biljun u jinvolvi wkoll lil Landsbanki (jew lill-kredituri tal-bank l-antik) bi proprjetà (potenzjalment temporanja) ta' 18.67 % mill-ishma f'Landsbankinn (31).

(83)

Barra minn hekk, minħabba l-inċertezza konsiderevoli dwar il-valur tal-assi ttrasferiti, Landsbankinn qabel li joħroġ bond kontinġenti lil Landsbanki (marbut mal-parteċipazzjoni azzjonarja tiegħu), li l-ammont prinċipali tiegħu mhuwiex se jiġi stabbilit sa jew wara l-31 ta' Marzu 2013. Wara li jiġi stabbilit l-ammont prinċipali tal-bond kontinġenti, l-ishma kollha jew Parti mill-ishma miżmuma minn Landsbanki jistgħu jiġu ttrasferiti lill-gvern Islandiż. (32)

3.4.2.   Il-garanzija tad-depożiti

(84)

Sabiex tikkonforma mad-Direttiva 97/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Marzu 1997 dwar skemi ta' kumpens għall-investitur (33) u 94/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 1994 dwar skemi ta' garanzija għal depożiti (34), l-Islanda adottat l-Att Nru 98/1999 dwar il-garanziji tad-depożiti u l-iskema ta' kumpens għall-investituri u b'hekk waqqfet l-hekk imsejjaħ Fond ta' Garanzija għall-Investituri u għad-Depożituri (“TIF”). Il-fond kien iffinanzjat permezz ta' kontribuzzjonijiet annwali mill-banek, ikkalkolati fir-rigward tad-depożiti totali ta' dak il-bank.

(85)

Minbarra l-miżuri għas-salvataġġ tal-banek adottati mill-Gvern Islandiż fil-ħarifa tal-2008, l-awtoritajiet tal-Islanda kellhom il-ħsieb li jagħtu aktar assigurazzjoni u kumdità lill-pubbliku ġenerali dwar is-sigurtà tad-depożiti tagħhom meta tfaċċat il-kriżi. B'hekk, huma pprovdew sostenn addizzjonali mill-Istat għad-depożiti fil-banek tat-tfaddil u kummerċjali domestiċi barra mill-ambitu tal-Att Nru 98/1999 li jimplimenta d-Direttiva 94/19/KE dwar il-garanziji tad-depożiti u d-Direttiva 97/9/KE dwar il-kumpens għall-investituri.

(86)

Avviż mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru tas-6 ta' Ottubru 2008 ddikjara li “Il-Gvern tal-Islanda jenfasizza li d-depożiti fil-banek tat-tfaddil u kummerċjali domestiċi u fil-fergħat tagħhom fl-Islanda se jiġu koperti kompletament” (35). Dan l-avviż reġa' ġie ripetut mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru attwali fi Frar u f'Diċembru 2009 (36). Barra minn hekk, saret ukoll referenza għalih f'ittra ta' intenzjoni mibgħuta mill-Gvern Islandiż lill-Fond Monetarju Internazzjonali (u ppubblikata fuq is-sit elettroniku tal-Ministeru tal-Affarijiet Ekonomiċi u tal-FMI) fis-7 ta' April 2010 (tali referenza ġiet ripetuta f'ittra ta' intenzjoni oħra datata t-13 ta' Settembru 2010). L-ittra (li ġiet iffirmata mill-Prim Ministru Islandiż, mill-Ministru tal-Finanzi, mill-Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi u mill-Gvernatur tas-CBI) tgħid li “Bħalissa, aħna għadna impenjati li nipproteġu lid-depożituri b'mod sħiħ, iżda qegħdin nippjanaw li, meta l-istabbiltà finanzjarja tiġi garantita, aħna nkunu f'pożizzjoni li nneħħu din il-garanzija ġenerali b'mod gradwali” (37). Barra minn hekk, fit-taqsima tal-abbozz ta' liġi għall-Att dwar il-Baġit tal-2011 dwar il-garanziji tal-Istat, issir referenza f'nota f'qiegħ il-paġna għad-dikjarazzjoni tal-gvern Islandiż li d-depożiti fil-banek Islandiżi jgawdu minn garanzija tal-Istat (38).

(87)

Dikjarazzjoni riċenti ta' Steingrímur Sigfússon, il-Ministru attwali tal-Affarijiet Ekonomiċi u eks-Ministru tal-Finanzi bejn l-2009 u l-2011, waqt dibattitu fil-Parlament Islandiż dwar l-ispiża tal-gvern relatata mat-teħid ta' SpKef fil-kontroll ta' Landsbankinn, tkompli tispjega dak li ntqal hawn fuq: Skont il-Ministru, fir-rigward ta' din il-kwistjoni, wieħed għandu jżomm f'moħħu d-dikjarazzjoni li saret mill-Istat fil-ħarifa tal-2012 li d-depożiti kollha fil-banek tat-tfaddil u fil-banek kummerċjali sejrin ikunu siguri u protetti. “Minn dakinhar, fil-każijiet kollha, il-ħidma kienet ibbażata fuq din (jiġifieri d-dikjarazzjoni) u sfortunatament huwa minnu li l-ħlasijiet dovuti lil SpKef huma fost l-akbar kontijiet imħallsin direttament mill-Istat bħala spejjeż sabiex jiggarantixxu d-depożiti tal-abitanti kollha ta' Suðurnes ... u tal-klijenti kollha ta' SpKef fil-Fjords tal-Punent u fiż-żona tal-Punent u tal-Majjistral ... Jien ma nistenniex li jkun hemm xi ħadd li jaħseb li d-detenturi tad-depożiti f'dawk iż-żoni għandhom jiġu ttrattati b'mod differenti minn abitanti oħrajn, għalhekk, l-Istat ma kellux wisq għażla f'din il-kwistjoni” (39).

(88)

Skont il-gvern Islandiż, il-garanzija tad-depożiti addizzjonali sejra titneħħa qabel jiġu aboliti għalkollox il-kontrolli kapitali, li skont l-awtoritajiet Islandiżi hija prevista għall-aħħar tal-2013.

3.4.3.   Is-salvataġġ u t-trasferiment tal-operazzjonijiet minn Spkef għal Landsbankinn

(89)

F'Marzu 2009, il-pożizzjoni tal-kapital ta' Keflavik Savings Bank sabet ruħha taħt il-minimu statutorju meħtieġ. Skont l-awtoritajiet Islandiżi, dan kien ikkawżat parzjalment mir-riperkussjonijiet tat-taqlib finanzjarju li ġie deskritt aktar 'il fuq, kif ukoll mill-impatt partikolarment b'saħħtu tal-kriżi ekonomika fuq ir-reġjuni li fihom kien attiv il-bank.

(90)

Dan il-bank offra kontijiet ta' tfaddil u self lill-klijenti konsumaturi u lill-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju. Huwa offra wkoll servizzi ta' ġestjoni tal-assi u senserija tat-titoli minbarra servizzi finanzjarji tradizzjonali bħal servizzi ta' ħlasijiet, servizzi ta' kollezzjoni, servizzi bankarji għall-assoċjazzjonijiet tad-djar, servizzi bankarji primjum, servizzi bankarji online u servizzi tal-ATM. Il-kwartieri ġenerali ta' dan il-bank kienu jinsabu f'Keflavik u kien jopera sittax-il fergħa fiż-Żona ta' Suðurnes, fil-Fjords tal-Punent, fi Hvammstangi u f'Ólafsvik. Il-bank kellu sehem mis-suq ta' madwar 3 % imkejjel f'depożiti totali fl-istituzzjonijiet finanzjarji fl-Islanda.

(91)

Wara li l-proporzjon tas-CAD niżel taħt il-minimu meħtieġ, l-FME tat perjodi ta' estensjoni ripetuti għall-bank sabiex ikun jista' jerġa' jorganizza l-finanzi tiegħu b'kollaborazzjoni mal-kredituri tiegħu u jġib il-bażi tal-kapital tiegħu għall-minimu ta' 16 %. L-iskadenza finali għaż-żieda tal-bażi tal-kapital ta' Keflavik Savings Bank għalqet fil-21 ta' April 2010. F'ittra datata t-22 ta' April 2010, Keflavik Savings Bank għarraf lill-FME li wħud mill-kredituri tal-bank tat-tfaddil ma laqgħux il-proposti dwar ir-riorganizzazzjoni finanzjarja u, minħabba s-sitwazzjoni tal-bank f'dak iż-żmien, l-FME ntalbet tieħu kontroll tal-operazzjonijiet tal-bank.

(92)

Il-ġurnata ta' wara, il-Ministru tal-Finanzi stabbilixxa intrapriża finanzjarja ġdida, bl-isem ta' Spkef, li ħadet kontroll tal-operazzjonijiet ta' Keflavik Savings Bank skont Deċiżjoni meħuda mill-FME. Id-depożiti, parti minn obbligazzjonijiet oħrajn u l-biċċa l-kbira tal-assi tal-bank tat-tfaddil ġew ittrasferiti lill-intrapriża l-ġdida, li min-naħa tagħha bdiet l-operazzjonijiet minnufih.

(93)

Għall-ewwel, skont l-awtoritajiet Islandiżi, kien maħsub li l-vijabbiltà ta' Spkef terġa' tinkiseb permezz ta' injezzjoni tal-kapital u fuq bażi awtonoma. Madankollu, fi Frar 2011, u wara d-deterjorazzjoni ulterjuri tal-kundizzjonijiet ekonomiċi fl-oqsma li fihom kien attiv Spkef, il-maniġment u l-bord ta' Spkef stmaw li d-differenza finanzjarja fil-valuri rispettivi tad-depożiti u l-assi hija ta' ISK 11,2 biljun, li kien ifisser li kien hemm bżonn ISK 19,4 biljun sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-proporzjon CAD tal-FME. Skont l-awtoritajiet Islandiżi, din l-istima kienet ferm agħar milli indikaw il-valutazzjonijiet preċedenti u, għalhekk, ġew ikkunsidrati mezzi inqas għaljin sabiex tiġi rrimedjata s-sitwazzjoni.

(94)

Fil-5 ta' Marzu 2011 intlaħaq ftehim bejn Landsbankinn u l-awtoritajiet Islandiżi, li permezz tiegħu l-operazzjonijiet, l-assi u l-obbligazzjonijiet ta' Spkef jiġu amalgamati ma' Landsbankinn. Skont l-awtoritajiet Islandiżi, din kienet meqjusa bħala l-aqwa azzjoni sabiex jiġu mħarsal-istabbiltà finanzjarja u l-interessi tal-klijenti, tal-kredituri u tal-Istat Islandiż minħabba li l-proporzjon tal-adegwatezza kapitali ta' Landsbankinn kien sar biżżejjed sabiex jittieħed kontroll ta' Spkef mingħajr il-ħtieġa ta' kontribuzzjoni addizzjonali mill-Istat. L-awtoritajiet Islandiżi jsostnu li t-tpaċija tal-pożizzjoni negattiva tal-assi (kontra l-impenji f'depożiti) ta' Spkef kienet, fi kwalunkwe każ, neċessarja, minħabba l-garanzija tad-depożiti. B'hekk, il-ftehim dwar it-trasferiment bejn Landsbankinn u l-Istat Islandiż involva impenn mill-Istat għat-tpaċija tal-pożizzjoni negattiva tal-assi ta' Spkef. Barra minn hekk, ġie inkluż mekkaniżmu speċjali li jiddetermina din id-differenza — u b'hekk l-ambitu tal-obbligu tal-Istat — li permezz tiegħu, fin-nuqqas ta' eżitu maqbul b'mod reċiproku tal-eżerċizzju ta' evalwazzjoni, it-tilwima titressaq quddiem kumitat tal-arbitraġġ.

(95)

Billi l-partijiet għall-ftehim ma setgħux jaqblu fuq id-differenza bejn l-obbligazzjonijiet u l-assi li ġew ittrasferiti, il-kumitat tal-arbitraġġ imsemmi qabel ġie inkarigat b'dan il-kompitu. Fit-8 ta' Ġunju 2012, dan il-kumitat ikkonkluda l-ħidma tiegħu u ddeċieda li l-kumpens dovut lil Landsbankinn wara t-trasferiment tad-depożiti u tal-assi ta' Spkef kellu jammonta għal ISK 19,2 biljun. (40) Skont l-awtoritajiet Islandiżi, is-saldu se jsir fil-forma ta' bonds tat-teżor.

3.4.4.   Is-salvataġġ u l-akkwist ta' Sparisjodur Svarfdaela

(96)

Fir-rigward ta' Sparisjodur Svarfdaela, l-avvenimenti li wasslu għal April 2011 u li jiddeskrivu d-diffikultajiet finanzjarji tiegħu u l-intervent mill-Istat Islandiż ġew stabbiliti fid-Deċiżjonijiet tal-Banek tat-Tfaddil imsemmija aktar 'il fuq. L-akkwist sussegwenti minn Landsbankinn ġie deskritt u approvat mill-Awtorità fid-Deċiżjoni dwar SpSv imsemmija qabel.

(97)

Il-gvern Islandiż ipprovda għajnuna mill-Istat lil SpSv billi ħareġ self subordinat f'April 2011, kif ukoll billi laqa' l-pretensjonijiet ta' CBI kontra SpSv. Dawn il-pretensjonijiet ġew ikkonvertiti sabiex jiggarantixxu l-kapital ittrasferit għall-Investimenti Finanzjarji tal-Istat Islandiż (“l-ISFI”). Dawn il-miżuri ta' salvataġġ tqiesu bħala li huma temporanjament kompatibbli mal-Ftehim taż-ŻEE bbażat fuq id-Deċiżjonijiet tal-Banek tat-Tfaddil, soġġetti għas-sottomissjoni ta' pjan ta' ristrutturar għal SpSv. Billi Landsbankinn ħa kontroll tal-assi u l-operazzjonijiet kollha tal-SpSv, li jammontaw għal madwar 0,311 % tal-assi ta' Landsbankinn fl-istess data, l-Awtorità tikkunsidra l-pjan ta' ristrutturar ta' Landsbankinn bħala l-pjan ta' ristrutturar għall-entità amalgamata.

3.5.   Il-pjan ta' ristrutturar

(98)

L-awtoritajiet Islandiżi ssottomettew pjan ta' ristrutturar għal Landsbankinn fil-31 ta' Marzu 2011. Il-pjan ġie emendat, aġġornat u sottomess mill-ġdid mill-awtoritajiet Islandiżi fit-23 ta' Mejju 2012 (minn hawn 'il quddiem il-“pjan ta' ristrutturar”).

(99)

Il-pjan ta' ristrutturar jindirizza l-kwistjonijiet sostantivi tal-vijabbiltà, il-kondiviżjoni tal-piżijiet u l-limitazzjonijiet tad-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni. Skont il-pjan ta' ristrutturar, Landsbankinn se jiffoka fuq in-negozju ewlieni tiegħu u fuq ir-ristrutturar tal-portafolli tas-self korporattiv u domestiku.

(100)

Kif ġie indikat aktar 'il fuq, l-Awtorità tqis li l-perjodu ta' ristrutturar se jdum sal-15 ta' Diċembru 2014.

3.5.1.   Id-deskrizzjoni tal-pjan ta' ristrutturar

(101)

L-awtoritajiet Islandiżi u l-Bank huma tal-fehma li r-ristrutturar ta' Landsbankinn għandu jiżgura li huwa jerġa' lura għall-pożizzjoni ta' bank b'saħħtu u b'bażi tajba bi proporzjonijiet kapitali tajbin sabiex ikun jista' jżomm ir-rwol tiegħu bħala fornitur tal-kreditu għall-ekonomija reali. Abbażi tal-informazzjoni fil-pjan ta' ristrutturar u t-tweġibiet bil-miktub għall-mistoqsijiet magħmula mill-Awtorità, dan se jinkiseb b'mod partikolari permezz ta':

(i)

Tnaqqis fl-ingranaġġ tal-karta tal-bilanċ permezz tal-likwidazzjoni tal-bank l-antik u t-twaqqif ta' bank ġdid;

(ii)

It-twaqqif u ż-żamma ta' pożizzjoni ta' proporzjon kapitali b'saħħtu u karta tal-bilanċ b'saħħitha;

(iii)

Il-kisba ta' profittabilità sodisfaċenti;

(iv)

It-twaqqif u ż-żamma ta' pożizzjoni ta' likwidità b'saħħitha;

(v)

L-iffinalizzar tar-ristrutturar tal-portafoll tas-self, kemm għad-djar privati kif ukoll għan-negozji;

(vi)

It-titjib tal-istrateġija ta' finanzjament;

(vii)

It-titjib tal-kosteffiċjenza;

(viii)

It-titjib tal-ġestjoni tar-riskji.

(102)

Qabel jiġu deskritti f'aktar dettall kull wieħed mill-punti msemmija hawn fuq, il-fehma tal-bank dwar kif in-nuqqasijiet li kkontribwew għall-falliment ta' Landsbanki qegħdin jiġu indirizzati fil-pjan ta' ristrutturar hija preskritta fil-qosor hawn taħt. Il-bank isostni li għalkemm Landsbankinn huwa bbażat fuq l-operazzjonijiet domestiċi ta' Landsbanki, huwa bank differenti.

(103)

L-awtoritajiet Islandiżi jsostnu li n-nuqqasijiet li kkaratterizzaw lil Landsbanki qabel il-kollass tas-sistema bankarja huma diskussi fid-dettall fir-rapport tal-Kummissjoni ta' Investigazzjoni Speċjali, deskritt aktar kmieni. Barra minn hekk, il-bank jenfasizza li, b'mod partikolari, il-ġestjoni ħażina tar-riskji, l-aptit eċċessiv għar-riskji, ir-relazzjoni mill-qrib mhux tas-soltu bejn il-proprjetarji u l-akbar mutwatarji, it-tkabbir eċċessiv fuq perjodu qasir wisq, in-nuqqas ta' esperjenza fis-swieq globali, ir-regoli inqas stretti tas-self, in-nuqqas ta' verifiki u kontrolli interni, kif ukoll kultura u strateġija korporattivi irregolari kienu fatturi li wasslu għall-kollass. Huwa jsostni wkoll li saru bidliet ewlenin fil-mudell kummerċjali tal-bank minn mindu Landsbankinn beda jopera fil-ħarifa tal-2008 u li l-fatturi msemmija hawn fuq servew bħala linja gwida għall-implimentazzjoni tat-tmexxija u l-istrateġija l-ġdida tal-Bank.

(104)

Minbarra lista twila ta' miżuri għar-riorganizzazzjoni tal-proċessi tal-ħidma interna u s-sostituzzjoni ta' membri ewlenin tal-persunal, l-aktar bidliet rilevanti jidhru li huma dawn li ġejjin: Enfasi akbar fuq l-operazzjonijiet domestiċi, b'mod partikolari fuq is-servizzi bankarji bl-imnut u n-netwerk tal-fergħat, tnaqqis qawwi fl-attivitajiet bankarji ta' investiment, enfasi fuq ir-ristrutturar tal-portafoll tas-self, ġestjoni riveduta tar-riskji u importanza akbar tar-responsabbiltà korporattiva u l-konformità ma' standards etiċi għoljin.

(105)

B'hekk, filwaqt li Landsbankinn, l-istess bħall-predeċessur tiegħu, jipprovdi firxa wiesgħa ta' servizzi finanzjarji fis-suq Islandiż, id-differenza bejn is-servizzi bankarji ta' qabel il-kriżi u ta' wara l-kriżi għal Landsbankinn hija aktar viżibbli fil-“mod kif” jopera l-bank (il-proċessi, il-proċeduri, id-dokumentazzjoni, ir-regoli u r-regolamentazzjoni) aktar milli fil-firxa ta' prodotti u servizzi li joffri fl-Islanda.

(i)   It-tnaqqis fl-ingranaġġ tal-karta tal-bilanċ permezz tal-likwidazzjoni tal-bank l-antik u t-twaqqif ta' bank ġdid;

(106)

Kif issemma aktar 'il fuq, il-biċċa l-kbira tal-assi u l-obbligazzjonijiet domestiċi ta' Landsbanki ġew ittrasferiti lil Landsbankinn matul Ottubru tal-2008. Bħala riżultat ta' dan il-proċess, il-maġġoranza tad-dejn bl-ingrossa baqa' fil-proprjetà ta' Landsbanki u, b'hekk, Landsbankinn qatt ma ġie ingranat bl-istess mod kif ġie ingranat Landsbanki. Skont il-pjan ta' ristrutturar, dan ifisser li l-kwistjoni tat-tnaqqis fl-ingranaġġ tal-karta tal-bilanċ tal-bank issolviet essenzjalment f'Ottubru 2008.

(ii)   It-twaqqif u ż-żamma ta' pożizzjoni ta' proporzjon kapitali b'saħħtu u ta' karta tal-bilanċ b'saħħitha

(107)

Bħala riżultat tal-miżuri ta' kapitalizzazzjoni deskritti hawn fuq u fid-dawl tal-iżviluppi li seħħew minn mindu twaqqaf il-bank, b'mod partikolari l-evalwazzjoni mill-ġdid tal-assi (elaborati aktar hawn isfel), Landsbankinn kiseb proporzjonijiet tas-CAD ogħla sewwa mir-rekwiżiti kapitali tal-FME. Il-proporzjon tas-CAD żdied minn 13,0 % fl-aħħar tal-2008 għal 15,0 % fl-aħħar tal-2009, 19,5 % fl-aħħar tal-2010 u 21,4 % fl-aħħar tal-2011.

(108)

Skont il-pjan ta' ristrutturar, qiegħed jiġi mbassar li dan il-proporzjon se jkompli jiżdied matul il-perjodu tar-ristrutturar, sabiex jilħaq [> 20] % sal-aħħar tal-2014. B'hekk, Landsbankinn qiegħed jantiċipa li jibqa' ogħla sewwa mir-rekwiżiti kapitali tal-FME matul il-perjodu tar-ristrutturar u wara […].

(109)

Matul dan il-perjodu, il-karta tal-bilanċ mistennija tiċkien bi ftit, minn madwar 1 ISK 135 biljun għal ISK […] biljun. Fir-rigward tal-assi tal-karta tal-bilanċ, l-importanza tal-ekwitajiet u tal-istrumenti ta' ekwità sejra tonqos ħafna, preżumibbilment minħabba l-bejgħ intiż tal-kumpaniji operattivi. Bl-istess mod, l-ammont ta' self lill-istituzzjonijiet finanzjarji mistenni jonqos b'madwar […] % sal-2014. Min-naħa l-oħra, skont il-pjan tar-ristrutturar, is-self lill-klijenti għandu jiżdied b'bejn wieħed u ieħor […] % għal madwar ISK […] biljun.

(110)

Fir-rigward tal-obbligazzjonijiet, l-importanza tad-depożiti sejra tiżdied (minn madwar ISK 444 biljun fil-preżent għal ISK […] biljun, filwaqt li s-sehem tal-obbligazzjonijiet u l-bonds garantiti dovuti lill-istituzzjonijiet finanzjarji u lis-CBI mistenni jonqos ħafna.

(iii)   Il-kisba ta' profittabbiltà sodisfaċenti

(111)

Skont il-pjan tar-ristrutturar, u kif muri hawn taħt fit-Tabella 2, ir-redditu azzjonarju ta' Landsbankinn ilu b'saħħtu mill-2009.

Tabella 2:

ROE preċedenti

(%)

 

2009

2010

2011

Redditu Azzjonarju (ROE) (*)

9,5

15,9

8,8

Barra minn hekk, il-pjan tar-ristrutturar jipprevedi l-ROE li ġej għall-bqija tal-perjodu tar-ristrutturar (Tabella 3).

Tabella 3:

Previżjoni ta' ROE

(%)

 

2012

2013

2014

Redditu Azzjonarju (ROE)

[5-15]

[5-15]

[5-15]

(112)

Din il-previżjoni hija r-riżultat ta' ppjanar finanzjarju aktar dettaljat involut fil-pjan ta' ristrutturar:

Id-dħul operattiv se jiżdied minn madwar ISK 30 biljun għal ISK […] biljun, filwaqt li l-profitti sejrin jibqgħu relattivament stabbli, billi jvarjaw madwar ISK […] biljun fis-sena;

Id-dħul mill-imgħax nett se jvarja bejn ISK […] u […] biljun;

Id-dħul mill-miżati u l-kummissjonijiet mistenni jiżdied b'madwar […] %, minn kważi ISK 4 biljun għal ISK […] biljun;

Il-marġini tal-imgħax nett mistenni jonqos minn […] % fl-2012 għal […] % fl-2014;

In-numru ta' impjegati mistenni jonqos b'madwar […], minn 1158 għal […] fl-2016;

Il-proporzjon ta' spiża/dħul mistenni jonqos minn 57,2 % fl-2011 għal […] % fl-2014.

(113)

Skont l-awtoritajiet Islandiżi, il-prestazzjoni tajba ta' Landsbankinn minn mindu ġie stabbilit hija sa ċertu punt dovuta għall-fatt li l-assi fil-portafoll tas-self miksub mill-bank mingħand Landsbanki ġew assenjati b'mod sinjifikanti minn dak iż-żmien 'l hawn. Filwaqt li dawn il-profitti ta' valutazzjoni huma sa ċertu punt impaċija mill-bond kontinġenti, l-“iskont” kien u se jibqa' parti importanti mid-dħul tal-bank waqt li qiegħed jiġi ristrutturat il-portafoll tas-self.

(114)

Għal dan il-għan, l-awtoritajiet Islandiżi ssottomettew kalkolazzjoni (Tabella 4) li tindika x'setgħu jkunu r-riżultati annwali mingħajr l-iskont u “elementi irregolari” oħrajn.

Tabella 4:

Il-profitti netti ta' elementi irregolari

 

7.10.2008 - 31.12.2008

2009

2010

2011

Baġit għall-

2012

Baġit għall-

2013

Baġit għall-

2014

Baġit għall-

2015

Profitt għas-sena

– 6 936

14 332

27 231

16 957

[…]

[…]

[…]

[…]

Aġġustamenti għall-profittabbiltà:

 

 

 

 

 

 

 

 

Evalwazzjoni mill-ġdid tal-assi ttrasferiti

 

– 23 772

– 49 702

– 58 489

[…]

[…]

[…]

[…]

Bidliet ġusti fil-valur tal-bond kontinġenti

 

10 241

16 269

34 316

 

 

 

 

Verdetti tal-FX

 

0

18 158

40 726

 

 

 

 

Ekwità u Bonds

 

– 7 983

– 7 318

– 18 017

 

 

 

 

Introjtu / telf mill-FX

 

3 000

– 14 623

759

 

 

 

 

Operazzjonijiet li ma tkomplewx

 

– 693

– 2 769

– 6 255

 

 

 

 

L-ispi ż a għall-finanzjament tal-po ż izzjonijiet tal-ekwità

 

2 804

1 019

1 223

 

 

 

 

Profittabbiltà aġġustata

 

– 2 072

– 11 735

11 221

[…]

[…]

[…]

[…]

ROE aġġustat

 

– 1,4 %

– 6,9 %

5,8 %

[5-10]%

[5-10]%

[5-10]%

[5-10]%

(115)

Skont din id-dejta, mill-2010 'l quddiem, il-bank xorta għamel il-profitti u matul il-bqija tal-perjodu ta' ristrutturar mistenni jibqa' jagħmel il-profitti anki fin-nuqqas tal-iskont. (41)

(iv)   It-twaqqif u ż-żamma ta' pożizzjoni b'saħħitha ta' likwidità

(116)

Fir-rigward tal-likwidità, l-FME tesiġi li l-assi fi flus jew bħal flus għandhom jammontaw għal 5 % tad-depożiti fuq talba, filwaqt li ssostni li l-banek għandhom ikunu kapaċi jirreżistu ħruġ istantanju ta' 20 % tad-depożiti. Minbarra dan, il-Bank Ċentrali tal-Islanda jistabbilixxi regoli dwar il-likwidità tal-istituzzjonijiet ta' kreditu (42), li permezz tagħhom l-assi u l-obbligazzjonijiet likwidi tal-istituzzjonijiet ta' kreditu huma kklassifikati skont it-tip u l-maturità u assenjati piżijiet skont ir-riskju. L-istituzzjonijiet ta' kreditu għandu jkollhom aktar assi likwidi mill-obbligazzjonijiet tat-tliet xhur li jkun imiss. Ir-regoli jinvolvu wkoll ċertu test ta' stress fejn jiġi applikat skont għad-diversi elementi ta' ekwità, iżda fejn huwa preżunt ukoll, fuq naħa waħda, li l-obbligazzjonijiet kollha għandhom jitħallsu mal-maturità u, fuq in-naħa l-oħra, li porzjonijiet tal-obbligazzjonijiet, bħad-depożiti, għandhom jitħallsu fi żmien qasir jew saħansitra mill-ewwel. Skont l-awtoritajiet Islandiżi, Landsbankinn huwa konformi mar-regoli msemmija hawn fuq. Fil-fatt, skont il-pjan tar-ristrutturar, bħalissa huwa jippossjedi 42,5 % tal-assi likwidi kontra d-depożiti totali.

(117)

Barra minn hekk, skont il-gvern Islandiż, riċentament Landsbankinn biddel il-politika tal-likwidità tiegħu sabiex jimmonitorja u jassigura l-konformità mar-rekwiżiti ta' Basel III. Fil-preżent, il-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità (LCR) tiegħu huwa […] %.

(118)

L-impatt tal-pożizzjoni tal-likwidità tal-bank f'każ ta' stress, bħat-tneħħija immedjata tal-kontrolli kapitali, huwa deskritt aktar hawn taħt.

(v)   L-iffinalizzar tar-ristrutturar tal-portafoll tas-self, kemm għad-djar privati kif ukoll għan-negozji.

(119)

Qabel il-kriżi finanzjarja fl-2008, kemm il-klijenti privati kif ukoll dawk kummerċjali tal-bank daħlu għal livell għoli ta' dejn. Meta, bħala riżultat tal-kriżi, l-ekonomija ħadet daqqa ta' ħarta u, b'mod partikolari, naqsu l-prezzijiet tal-proprjetà immobbli, il-klijenti li f'daqqa waħda sabu ruħhom b'ingranaġġ eċċessiv ħafna drabi ma setgħux ikomplu jħallsu d-dejn tagħhom u, b'hekk, kellhom ekwità negattiva. Minbarra t-theddida ġenerali għall-ġid ekonomiku tal-Islanda, id-deterjorazzjoni f'daqqa fil-portafoll tas-self tal-bank saret riskju prinċipali għall-vijabbiltà tal-bank fil-ġejjieni. Għal din ir-raġuni, ir-ristrutturar tal-portafolli tas-self privati u kummerċjali (tnaqqis fl-ingranaġġ), kif rifless fil-pjan tar-ristrutturar, sar prijorità għal Landsbankinn.

(120)

Skont l-awtoritajiet Islandiżi, Landsbankinn żviluppa programmi speċifiċi ta' ħelsien mid-dejn u kkoopera mal-Istat u ma' banek oħrajn fuq miżuri ġenerali ta' ħelsien mid-dejn (pereżempju; l-aġġustament ipotekarju ta' 110 %) (43).

(121)

Sat-30 ta' Marzu 2012, kien sar ir-ristrutturar finanzjarju ta' aktar minn 75 % tal-kumpaniji bi djun eċċessivi b'obbligazzjonijiet lejn il-bank ta' aktar minn ISK 100 miljun u aktar minn 75 % tad-dejn totali. Il-pjan ta' ristrutturar jassumi li sal-aħħar tal-2012 din iċ-ċifra għandha tkun żdiedet għal 92 %. Barra minn hekk, il-biċċa l-kbira tal-għotjiet ta' self li ġew ristrutturati diġà sejrin tajjeb. Pereżempju, 2,6 % biss tal-valur tas-self totali tal-kumpaniji li ġew ristrutturati diġà skada b'aktar minn 30 ġurnata.

(vi)   It-titjib tal-istrateġija ta' finanzjament

(122)

Skont l-awtoritajiet Islandiżi, il-profil tal-finanzjament ta' Landsbankinn huwa diversifikat biżżejjed u ma hija mistennija ebda ħtieġa ta' rifinanzjament ewlieni għall-perjodu ta' żmien qasir jew medju. Il-kompożizzjoni attwali tal-finanzjament hija bejn wieħed u ieħor kif ġej: 10 % depożiti minn istituzzjonijiet finanzjarji, 40 % depożiti minn klijenti (li 80 % minnhom isiru fuq talba u l-20 % l-oħrajn huma depożiti għal terminu fiss sa 5 snin), 30 % self garantit li jimmatura fil-perjodu 2014-2018 u 20 % ekwità.

(123)

Kif ġie indikat aktar 'il fuq, id-depożiti huma l-aktar sors ta' finanzjament importanti għal Landsbankinn. Skont il-pjan tar-ristrutturar, l-importanza tad-depożiti saħansitra għandha tkompli tiżdied matul il-perjodu tar-ristrutturar. Fl-istess waqt, Landsbankinn għandu l-ħsieb li jżid is-sehem tad-depożiti għal terminu fiss sabiex jagħmilhom “akbar”.

(124)

Is-self garantit ser jibqa' sors ta' finanzjament importanti. L-istess x'aktarx tkun l-għażla ta' finanzjament mill-ġdid meta jimmatura s-self garantit attwali, filwaqt li l-ħruġ ta' bond mhux garantit mhuwiex għażla ta' finanzjament probabbli għal Landsbankinn fuq perjodu ta' żmien qasir jew medju. Il-bank għandu l-ħsieb li fil-ġejjieni jiffinanzja l-assi fuq perjodu ta' żmien twil, bħal ipoteki b'bonds garantiti, u dan jista' jirrappreżenta sa 5 % tal-finanzjament totali tal-bank fil-ġejjieni. Madankollu, dan mhuwiex mistenni li jimmaterjalizza fil-perjodu ta' żmien kopert mill-pjan tar-ristrutturar sottomess lill-Awtorità.

(vii)   Kosteffiċjenza mtejba

(125)

Skont il-pjan tar-ristrutturar, Landsbankinn qiegħed ikompli jiffoka fuq operazzjonijiet effikaċi u ssimplifikati sabiex jindirizza l-ispiża ogħla tal-infrastruttura wara kontrolli regolatorji aktar stretti, tassazzjoni ogħla u l-ispejjeż marbuta mal-ħidma tar-ristrutturar.

(126)

Il-pjan tar-ristrutturar jassumi li l-ispiża operattiva ġenerali sejra tonqos b'[…] % (b'kunsiderazzjoni tal-inflazzjoni), primarjament bħala riżultat tal-amalgamazzjoni ta' Spkef u sussidjarji oħrajn mal-bank. Skont Landsbankinn, din tipprovdi l-opportunità sabiex titnaqqas l-ispiża, b'mod partikolari billi jitnaqqsu l-membri tal-persunal ([…] % tal-impjegati fuq bażi full-time matul it-3 snin li ġejjin). Barra minn hekk, il-bank isostni li ġie mniedi proġett kbir li għandu l-għan li jissimplifika l-katina tas-servizzi ta' Landsbankinn. Fl-aħħar nett, il-bank impenja ruħu li jagħlaq […] fergħat matul il-perjodu tar-ristrutturar. Dawk il-miżuri, kif ukoll il-miżura tat-tnaqqis fin-numru tal-persunal, mistennija jwasslu għall-proporzjon ta' spiża/dħul li jinżel minn 57,2 % fl-2011 għal […] % fl-2014.

(viii)   It-titjib tal-ġestjoni tar-riskji

(127)

Landsbankinn għarraf lill-Awtorità li waħda mill-prijoritajiet tiegħu hija li jtejjeb il-prassi tal-ġestjoni tar-riskju tiegħu. F'dan ir-rigward, Landsbankinn waqqaf diviżjoni ta' Ġestjoni tar-Riskji. Id-diviżjoni hija responsabbli mill-ġestjoni tar-riskji tradizzjonali kollha, kif ukoll mill-kejl u l-valutazzjoni tar-riskji tas-suq, tar-riskji tal-likwidità, tar-riskji operattivi u tar-riskji ta' kreditu. Skont Landsbankinn, il-ġestjoni tar-riskji ttejbet ħafna permezz tal-istruttura organizzattiva ġdida tal-Bank. Id-diviżjoni għandha 44 impjegat.

3.5.2.   Il-kapaċità li tintlaħaq vijabbiltà taħt xenarju ta' referenza u ta' stress

(128)

Fil-pjan tar-ristrutturar, l-awtoritajiet Islandiżi ssottomettew xenarju ta' referenza u 3 xenarji ta' stress għal Landsbankinn bil-għan li juru l-kapaċità ta' Landsbankinn li jikseb vijabbiltà fit-tul, kif ukoll ir-reżistenza tiegħu għall-iżviluppi makroekonomiċi negattivi.

3.5.2.1.   Ix-xenarju ta' referenza

(129)

Il-pjan tar-ristrutturar kif deskritt hawn fuq jikkostitwixxi l-każ ta' referenza. Skont l-awtoritajiet Islandiżi, l-indikaturi makroekonomiċi sottostanti huma simili għal dawk tal-previżjoni ta' referenza tas-CBI għas-snin li ġejjin u huma riflessi hawn taħt fit-Tabella 5:

Tabella 5:

Previżjoni makroekonomika, xenarju ta' referenza

Image

3.5.2.2.   Ix-xenarji ta' stress

(130)

Il-pjan tar-ristrutturar jinkludi 3 xenarji ta' stress — riċessjoni moderata, dipressjoni ekonomika internazzjonali u deprezzament tal-króna, inkluża l-metodoloġija użata sabiex jinbnew dawk ix-xenarji, kif ukoll l-impatt fuq il-pożizzjoni kapitali tal-bank. Ix-xenarji huma ddisinjati fl-isfond tal-bidliet severi mhux probabbli iżda plawżibbli fl-ambjent ekonomiku li fih jopera l-bank. Pereżempju, ix-xenarju tad-dipressjoni ekonomika internazzjonali huwa bbażat fuq l-isfaxxar potenzjali taż-żona ewro u l-effetti sussegwenti fuq l-ekonomija Ewropea. Il-varjabbli makroekonomiċi li jirriżultaw għal dan ix-xenarju huma dawn li ġejjin:

Tabella 6:

L-indikaturi makroekonomiċi fix-xenarju tad-dipressjoni ekonomika internazzjonali

Image

(131)

Fl-eżerċizzju tat-test ta' stress li ssottometta Landsbankinn, jintużaw metodi differenti sabiex dawn it-3 xenarji jiġu tradotti f'kejl tal-impatt fuq id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-bank, it-telf mis-self u l-kapital ekonomiku. Permezz ta' eżempju, il-grafika 3 hawn taħt turi kif it-telf fil-każ ta' inadempjenza (LGD) huwa relatat mal-prestazzjoni tal-PDG.

Grafika 3:

Korrelazzjoni bejn il-PDG u l-LDG

[Graff dwar il-korrelazzjoni bejn it-telf fil-każ ta' inadempjenza u l-PDG

Valuri mhux żvelati għal raġunijiet ta' segretezza professjonali]

(132)

Is-sejba prinċipali tat-testijiet ta' stress hija li l-kapitalizzazzjoni ta' Landsbankinn hija tali li tibqa' 'l fuq mir-rekwiżiti minimi interni u esterni tas-CAD fix-xenarji kollha u, skont il-pjan tar-ristrutturar, fil-fatt għandha kapital eċċessiv ta' […] %.

(133)

Barra minn hekk, il-pjan tar-ristrutturar ta' Landsbankinn jinkludi quasi-stress test tal-proporzjon tal-likwidità tal-bank. F'dan il-każ, il-bank jassumi li d-depożiti kollha miżmuma mill-istituzzjonijiet finanzjarji sejrin jiġu rtirati immedjatament, wara, pereżempju, it-tneħħija tal-kontrolli kapitali. Skont l-informazzjoni sottomessa mill-awtoritajiet Islandiżi, anki f'każ bħal dan, il-pożizzjoni tal-likwidità ta' Landsbankinn tibqa' b'saħħitha, b'mod partikolari minħabba li huwa jista' jillikwida l-assi addizzjonali relattivament malajr u mingħajr effett detrimentali eċċessiv fuq il-karta tal-bilanċ, bħal pereżempju l-kontijiet tiegħu tas-self b'ipoteka ddenominat fil-munita ISK (permezz ta' operazzjonijiet ta' self mas-CBI). Il-grafika 4 ta' hawn taħt turi dan ix-xenarju:

Grafika 4:

Il-pożizzjoni tal-likwidità prinċipali wara l-irtirar tad-depożiti istituzzjonali kollha u l-irtirar varjat mill-klijenti

[Grafika dwar il-pożizzjoni tal-likwidità ta' Landsbankinn

Valuri mhux żvelati għal raġunijiet ta' segretezza professjonali]

(134)

Skont dan il-kalkolu, il-bank jista' jirreżisti rtirar addizzjonali ta' […] % tad-depożiti tal-klijenti mingħajr ma jkollu bżonn jibda jillikwida l-assi. Dan ir-riżultat jindika li l-Bank huwa f'pożizzjoni tajba sabiex jiffaċċja l-problemi mhux mistennija ta' likwidità.

4.   IR-RAĠUNIJIET GĦALL-BIDU TA' PROĊEDURA TA' INVESTIGAZZJONI FORMALI, IT-TRANŻAZZJONI TA' SPKEF U L-MIŻURI APPROVATI TEMPORANJAMENT FID-DEĊIŻJONIJIET TAL-BANEK TAT-TFADDIL

(135)

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, l-Awtorità kkonkludiet b'mod preliminari li l-miżuri adottati mill-Istat Islandiż sabiex jikkapitalizza lil Landsbankinn jinvolvu għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 61 tal-Ftehim ŻEE. Barra minn hekk, hija ma setgħetx teskludi li l-għajnuna mill-Istat kienet preżenti fil-garanzija tad-depożiti bla limiti. Id-deċiżjoni tal-ftuħ ma koprietx il-miżuri ta' għajnuna relatati mal-akkwist ta' SpSv, li kienu approvati temporanjament mill-Awtorità fid-Deċiżjonijiet tal-Banek tat-Tfaddil. L-Awtorità sejra tieħu deċiżjoni finali dwar dawn il-miżuri, li jkomplu jkollhom konsegwenzi fuq il-valutazzjoni inkwistjoni, fid-deċiżjoni preżenti. Fl-aħħar nett, il-miżuri relatati mat-trasferiment tal-operazzjonijiet minn Spkef għal Landsbankinn ma kinux koperti mid-deċiżjoni tal-ftuħ u, għaldaqstant, l-Awtorità sejra tevalwahom hawn taħt.

(136)

Fir-rigward tal-kompatibbiltà tal-miżuri vvalutati fid-deċiżjoni tal-ftuħ, l-Awtorità kienet tal-fehma li deċiżjoni finali għandha tittieħed biss fuq il-bażi ta' pjan tar-ristrutturar, li kien għadu ma ġiex sottomess meta l-Awtorità fetħet il-proċedura ta' investigazzjoni formali fil-15 ta' Diċembru 2010. Dan kien dovut b'mod partikolari għan-nuqqas ta' pjan ta' ristrutturar aktar minn sentejn wara t-twaqqif ta' Landsbankinn u sena wara l-ftehim mal-kredituri ta' Landsbanki li l-Awtorità esprimiet dubji dwar il-kompatibbiltà tal-għajnuna.

4.1.   Il-kummenti minn partijiet interessati

(137)

L-Awtorità rċeviet stqarrija f'isem il-kredituri tal-bank l-antik, li fiha huma enfasizzaw li huma kellhom jitqiesu bħala partijiet interessati, filwaqt li indikaw li possibbilment jistgħu jissottomettu kummenti ulterjuri fi stadju aktar tard.

4.2.   Il-kummenti mill-awtoritajiet Islandiżi

(138)

L-awtoritajiet Islandiżi jaċċettaw li l-miżuri meħuda sabiex jitwaqqaf l-NBI, issa Landsbankinn, jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat. Fil-fehma tal-awtoritajiet Islandiżi, madankollu, il-miżuri huma kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE fuq il-bażi tal-Artikolu 61(3)(b) tal-Ftehim, billi huma meħtieġa, proporzjonati u xierqa sabiex jirrimedjaw taqlib serju fl-ekonomija Islandiża. Fil-fehma tal-awtoritajiet Islandiżi, il-miżuri meħuda huma fl-aspetti kollha konformi mal-prinċipji stipulati fil-linji gwida tal-Awtorità dwar l-għajnuna mill-Istat u jsostnu li l-għajnuna hija meħtieġa u limitata għall-ammont minimu meħtieġ.

(139)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet Islandiżi jenfasizzaw li l-azzjonisti preċedenti ta' Landsbanki kollha tilfu l-ishma tagħhom u ma rċevew ebda kumpens mill-Istat, kif ukoll li l-għajnuna hija ddisinjata sewwa sabiex tnaqqas ir-riperkussjonijiet negattivi fuq il-kompetituri.

(140)

Fir-rigward tat-trasferiment tal-operazzjonijiet minn Spkef għal Landsbankinn, l-awtoritajiet Islandiżi jirrikonoxxu li l-obbligu tal-Istat li jagħmel tajjeb għal nuqqas fl-assi ttrasferiti (imqabbel mal-ammont ta' obbligazzjonijiet ittrasferiti) jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 61 (1) tal-Ftehim ŻEE, anki jekk huma tal-opinjoni li n-natura tal-ftehim tipprekludi lil Landsbankinn milli jirċievi vantaġġ finanzjarju dirett. Madankollu, huma jikkonċedu li l-miżura tista' ssaħħaħ il-pożizzjoni ta' Landsbankinn hekk kif huwa jkabbar il-bażi ta' klijenti tiegħu u jista' jipprovdi opportunitajiet għas-simplifikazzjoni tal-operazzjonijiet.

(141)

Fi kwalunkwe każ, l-awtoritajiet Islandiżi jsostnu li l-għajnuna hija kompatibbli mal-Artikolu 61(3)(b) tal-Ftehim. Minħabba li l-kontribuzzjoni tal-Istat hija limitata biex tkopri preċiżament id-differenza bejn l-assi u l-obbligazzjonijiet u dik id-differenza hija stabbilita minn kumitat indipendenti, huma jsostnu wkoll li l-għajnuna hija limitata għall-minimu neċessarju. Huma jisħqu li l-għajnuna kienet ukoll proporzjonata, minħabba li Landsbankinn kien l-uniku bank li seta' jerfa' r-responsabbiltà tal-operazzjonijiet ta' Spkef f'dak iż-żmien, kif ukoll li l-alternattivi, bħall-amalgamazzjoni sforzata mill-FME, kienu jkunu aktar ta' tfixkil u potenzjalment jiswew aktar flus għall-Istat.

(142)

L-awtoritajiet Islandiżi ma jqisux il-garanzija tad-depożiti bħala li tinvolvi għajnuna mill-Istat.

4.3.   L-impenji mill-awtoritajiet Islandiżi

(143)

L-awtoritajiet Islandiżi ssottomettew numru ta' impenji, li ħafna minnhom huma relatati mad-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni kkawżati mill-għajnuna li qiegħda tiġi evalwata u li huma stipulati fl-Anness.

II.   IL-VALUTAZZJONI

1.   IL-PREŻENZA TAL-GĦAJNUNA MILL-ISTAT

(144)

L-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE jaqra kif ġej:

“Bla ħsara għal dispożizzjonijiet kuntrarji f'dan il-Ftehim, kull għajnuna, ta' kwalunkwe forma, mogħtija mill-Istati Membri tal-KE, l-Istati tal-EFTA jew permezz ta' riżorsi tal-Istat li twassal biex ixxekkel jew thedded li xxekkel il-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta' ċerti prodotti, safejn tolqot il-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti, tkun inkompatibbli ma' dan il-Ftehim.”

(145)

L-Awtorità sejra tevalwa l-miżuri li ġejjin (44):

Il-kapital operattiv inizjali pprovdut mill-Istat Islandiż lill-bank il-ġdid;

Il-kapitalizzazzjoni sħiħa (inizjali) mill-Istat tal-bank il-ġdid; u ż-żamma ta' sehem maġġoritarju mill-Istat.

Il-miżuri msemmija fuq issir referenza għalihom b'mod kollettiv bħala l-“miżuri ta' kapitalizzazzjoni”. Barra minn hekk, l-Awtorità sejra tivvaluta:

Il-garanzija tal-Gvern Islandiż għad-depożiti domestiċi fil-banek Islandiżi kollha u

It-trasferiment tal-operazzjonijiet minn Spkef għal Landsbankinn (“it-tranżazzjoni ta' Spkef”).

(146)

L-Awtorità tfakkar ukoll li l-miżuri ta' salvataġġ approvati b'mod temporanju għal SpSv, li issa se jiġi amalgamat ma' Landsbankinn, jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, li l-kompatibbiltà finali tagħha tiddependi fuq il-pjan ta' ristrutturar għall-entità amalgamata.

1.1.   Il-preżenza tar-riżorsi tal-Istat

(147)

Kif ikkonkludiet diġà b'mod preliminari l-Awtorità fid-deċiżjoni tal-ftuħ, huwa ċar li l-miżuri ta' kapitalizzazzjoni huma ffinanzjati permezz tar-riżorsi tal-Istat ipprovduti mit-Teżor Islandiż. Fir-rigward tat-tranżazzjoni ta' Spkef, l-Istat assuma r-riskju li l-assi ta' Spkef ikunu insuffiċjenti sabiex ikopru l-obbligazzjonijiet ittrasferiti (depożiti) tal-bank Spkef. Fis-sustanza, huwa ggarantixxa li ser jagħmel tajjeb għan-nuqqas, li kien jinvolvi trasferiment (potenzjali) ta' riżorsi tal-Istat. Kif ġie indikat aktar 'il fuq, dan l-aħħar il-kumitat tal-arbitraġġ iddeċieda li l-Istat kellu jħallas is-somma ta' ISK 19,2 biljun lil Landsbankinn. Għalhekk, huwa evidenti li din il-miżura tinvolvi trasferiment ta' riżorsi tal-Istat.

(148)

Fir-rigward tal-garanzija tad-depożiti, l-Awtorità enfasizzat sa mill-bidu nett li l-valutazzjoni hija limitata għall-garanzija tad-depożiti addizzjonali deskritta aktar 'il fuq, li essenzjalment tikkomprendi d-dikjarazzjonijiet magħmula mill-gvern Islandiż li d-depożiti fil-banek tat-tfaddil u kummerċjali domestiċi u fil-fergħat tagħhom fl-Islanda sejrin jiġu koperti b'mod sħiħ.

(149)

Din il-valutazzjoni hija bla ħsara għall-opinjoni tal-Awtorità dwar il-kompatibbiltà tal-Att Nru. 98/1999 u tal-azzjonijiet tal-Gvern Islandiż u tat-TIF matul il-kriżi finanzjarja mal-liġi taż-ŻEE, b'mod partikolari d-Direttiva 94/19/KE. Fir-rigward tal-implimentazzjoni tad-Direttivi 97/9/KE u 94/19/KE, l-Awtorità hija tal-fehma li sakemm tali miżuri jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, l-użu tar-riżorsi tal-Istat sabiex hija tkun tista' tikkonforma mal-obbligi skont il-liġi taż-ŻEE ġeneralment ma jqajmux tħassib skont l-Artikolu 61 tal-Ftehim ŻEE. Għalhekk, id-deċiżjoni preżenti ma tikkonċernax dawk il-miżuri.

(150)

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, l-Awtorità qalet li hija sejra tkompli tinvestiga jekk id-dikjarazzjonijiet mill-Gvern Islandiż deskritti aktar 'il fuq humiex preċiżi, b'saħħithom, mhux kundizzjonali u legalment vinkolanti biżżejjed b'tali mod li jinvolvu impenn tar-riżorsi tal-Istat (45). Fil-valutazzjoni ta' jekk dawn il-kriterji ġewx issodisfati, l-Awtorità tinnota li d-dikjarazzjonijiet kienu jinvolvu impenn irrevokabbli ta' riżorsi pubbliċi kif muri mill-fatt li l-Istat Islandiż għamel dak kollu li seta' sabiex iħares lid-depożituri: Mhux biss biddel il-prijorità tad-detenturi tad-depożiti fi proprjetajiet insolventi (li ma jinvolvux l-użu ta' riżorsi tal-Istat), iżda għamilha wkoll ċara li mhuwiex ser jippermetti lid-depożituri jsofru telf. Barra minn hekk, il-garanzija globali mill-Gvern tad-depożiti kollha fil-banek tat-tfaddil u kummerċjali domestiċi hija distinta minn kwalunkwe skema ta' garanzija tad-depożiti bbażata fuq atti taż-ŻEE minħabba l-fatt li l-protezzjoni ma għandha ebda limiti fl-ammont u ma ssir ebda kontribuzzjoni finanzjarja mill-banek li jibbenifikaw mill-miżura.

(151)

L-għarfien tal-Gvern Islandiż dwar id-dikjarazzjoni tiegħu huwa spjegat permezz tal-interventi tal-Istat fis-settur finanzjarju li tfaċċaw minn Ottubru tal-2008 u li kienu mmotivati mill-intenzjoni li jonora din id-dikjarazzjoni. Dawk l-interventi inkludew miżuri li kienu maħsuba biex ikopru d-depożiti tal-impriżi finanzjarji, bħat-twaqqif tat-tliet banek kummerċjali, it-trasferiment tad-depożiti ta' SPRON lil Arion Bank, it-trasferiment tad-depożiti ta' Straumur lil Íslandsbanki, il-kontroll tad-depożiti ta' 5 banek tat-tfaddil fi Sparisjódabanki Íslands mis-CBI, it-trasferiment tad-depożiti f'Byr Savings Bank lil Byr hf, it-trasferiment tad-depożiti minn Keflavík Savings Bank lil SpKef u r-responsabbiltà tal-Istat għad-depożiti f'SpKef wara l-amalgamazzjoni ma' Landsbankinn.

(152)

Fil-fatt, f'bosta każijiet ta' għajnuna mill-Istat li qiegħda tinvestiga bħalissal-Awtorità, li wħud minnhom issemmew hawn fuq, l-awtoritajiet Islandiżi sostnew li l-miżura magħżula rispettiva kienet l-għażla bl-inqas piż finanzjarju għall-Istat Islandiż sabiex ikun jista' jżomm il-wegħda tiegħu li jħares lid-depożituri b'mod sħiħ.

(153)

Fid-dawl tal-punti msemmija hawn fuq, l-Awtorità tqis li hemm miżura legalment vinkolanti, preċiża, mhux kundizzjonali u b'saħħitha fis-seħħ. Għalhekk, abbażi ta' dan, l-Awtorità tikkonkludi li d-dikjarazzjonijiet mill-Istat Islandiż, li permezz tagħhom id-depożiti huma garantiti b'mod sħiħ, jinvolvu impenn ta' riżorsi tal-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 61 tal-Ftehim ŻEE.

1.2.   Il-miżuri li jiffavorixxu ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta' ċerti prodotti

1.2.1.   Il-vantaġġ

(154)

L-ewwel nett, il-miżuri ta' għajnuna għandhom jagħtu lill-bank il-ġdid vantaġġi li jtaffuh mill-ħlasijiet u l-ispejjeż li normalment ikollhom jinġarru mill-baġit tiegħu. Skont il-konklużjoni preliminari tagħha fid-deċiżjoni tal-ftuħ, l-Awtorità tibqa' tal-fehma li kull waħda mill-miżuri ta' kapitalizzazzjoni tikkonferixxi vantaġġ fuq Landsbankinn minħabba li l-kapital ipprovdut ma kienx ikun disponibbli għall-bank mingħajr l-intervent tal-Istat.

(155)

Sabiex tistabbilixxi jekk investiment f'impriża, pereżempju permezz ta' injezzjoni kapitali, jinvolvix vantaġġ, l-Awtorità tapplika l-prinċipju tal-investitur tal-ekonomija tas-suq, u tivvaluta jekk investitur privat ta' daqs komparabbli għal dak tal-entità pubblika li topera f'kondizzjonijiet tas-suq normali jkunx għamel tali investiment (46). Sa mill-bidu tal-kriżi finanzjarja, l-approċċ imħaddan kemm mill-Kummissjoni Ewropea (f'għadd numeruż ta' każijiet minn mindu bdiet il-kriżi finanzjarja (47)) kif ukoll mill-Awtorità (48) kien li r-rikapitalizzazzjonijiet tal-banek mill-Istat jammontaw għall-għajnuna mill-Istat fid-dawl tat-taqlib u l-inċertezza li kkaratterizzaw is-swieq finanzjarji sa mill-ħarifa tal-2008. Din il-kunsiderazzjoni ġenerali tapplika b'mod partikolari għas-swieq finanzjarji Islandiżi fl-2008 u fl-2009, meta kkollassat is-sistema kollha. B'hekk, l-Awtorità hija tal-fehma li l-miżuri ta' kapitalizzazzjoni jagħtu vantaġġ lil Landsbankinn minkejja t-trasferiment eventwali ta' sehem minoritarju lill-kredituri (l-aktar fis-settur privat). L-involviment tas-settur privat fil-kapitalizzazzjoni ta' Landsbankinn huwa magħmul kollu kemm hu minn kredituri tal-banek l-antiki li qegħdin ifittxu biss li jnaqqsu t-telf tagħhom (49). Barra minn hekk, minħabba l-mekkaniżmu tal-bond kontinġenti deskritt aktar 'il fuq, huma ma jistgħux jitqiesu bħala li investew fl-istess termini bħall-Istat.

(156)

Fir-rigward tat-tranżazzjoni ta' Spkef, l-Awtorità tosserva li t-tranżazzjoni kienet maħsuba sabiex tipprovdi lil Landsbankinn b'kumpens ugwali biss għad-differenza bejn l-assi u l-obbligazzjonijiet ittrasferiti. Barra minn hekk, il-mekkaniżmu li jistabbilixxi din id-differenza, b'kumitat tal-arbitraġġ bħala l-arbitru finali, assigura livell għoli ta' oġġettività f'dan il-proċess. Madankollu, l-Istat ġie allokat bir-riskju sħiħ tal-assi ta' Spkef b'inqas valur mid-depożiti ttrasferiti, kif ukoll bl-obbligu li jagħmel tajjeb għal kwalunkwe nuqqas potenzjali. Irriżulta li Landsbankinn seta' jikseb avvjament u ishma addizzjonali mis-suq, mingħajr ma kellu bżonn jieħu xi riskju. L-Awtorità tikkonkludi li dan jikkostitwixxi vantaġġ.

(157)

Fl-aħħar nett, jeħtieġ li l-Awtorità tevalwa wkoll jekk il-garanzija tad-depożiti addizzjonali tagħtix vantaġġ lil Landsbankinn u lill-banek Islandiżi b'mod ġenerali. F'dan ir-rigward, l-Awtorità tosserva li l-ewwel darba li ġie ddikjarat mill-awtoritajiet Islandiżi li d-depożiti għandhom jiġu garantiti, ma kienx ċar għalkollox kif kienet sejra taħdem fil-prattika din il-garanzija, b'mod partikolari x'effett kien ser ikollu tali intervent fuq bank li qiegħed ifalli. Illum il-ġurnata, jidher li tali bank jista' jfalli, iżda li l-Istat Islandiż għandu jiżgura — pereżempju billi jittrasferixxi d-depożiti lil bank ieħor u jagħmel tajjeb għan-nuqqas fl-assi — li d-depożiti jkunu jistgħu jitħallsu b'mod sħiħ u li d-depożituri qatt ma jitilfu l-aċċess għall-ammont sħiħ tad-depożiti tagħhom.

(158)

L-Awtorità tqis li hija ta' importanza sekondarja kif se jaġixxi l-Istat sabiex jikkonforma mal-garanzija bla limiti fuq id-depożiti domestiċi. Dak li jgħodd huwa li l-Istat assuma l-obbligu li jagħti l-appoġġ u l-kontribut tiegħu jekk xi bank jonqos milli jħallas id-depożiti, mingħajr ebda limiti.

(159)

B'hekk, fil-fehma tal-Awtorità, din il-garanzija mingħajr limiti ffavorixxiet lil Landsbankinn: l-ewwel nett, minħabba li tipprovdi vantaġġ kompetittiv siewi — garanzija mingħajr limiti mill-Istat u, għaldaqstant, xibka tas-sigurtà sinjifikanti — fuq il-fornituri u l-għażliet ta' investiment alternattivi. Dan huwa spjegat, pereżempju, permezz ta' rapport riċenti tal-Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi, illi jgħid li: “L-impriżi finanzjarji Islandiżi bħalissa qegħdin joperaw f'ambjent protett b'kontrolli kapitali u garanzija ta' depożiti globali. Taħt dawn il-kondizzjonijiet, id-depożiti bankarji huma prattikament l-unika għażla sikura li għad fadlilhom l-Islandiżi li jridu jfaddlu flushom” (50).

(160)

It-tieni, jidher ċar li, fin-nuqqas ta' tali garanzija, Landsbankinn seta' jsofri faċilment minn assalt fuq id-depożiti tiegħu bħall-predeċessur tiegħu (51). B'hekk, il-bank x'aktarx li kellu jħallas rati ta' imgħax ogħla (sabiex jikkumpensa għar-riskju) bil-għan li jattira jew saħansitra sempliċiment iżomm l-istess ammont ta' depożiti. Għaldaqstant, l-Awtorità tikkonkludi li l-garanzija tad-depożiti tinvolvi vantaġġ għall-bank.

1.2.2.   Is-selettività

(161)

It-tieni, il-miżura ta' għajnuna għandha tkun selettiva, fis-sens li tiffavorixxi lil “ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta' ċerti prodotti”. Il-miżuri ta' kapitalizzazzjoni u t-tranżazzjoni ta' Spkef huma selettivi minħabba li minnhom jibbenifika biss Landsbankinn.

(162)

Barra minn hekk, billi l-appoġġ mill-Istat jista' jkun selettiv anki f'sitwazzjonijiet fejn ikun hemm settur wieħed jew aktar tal-ekonomija li jibbenifikaw u oħrajn li ma jibbenifikawx, l-Awtorità tqis ukoll il-garanzija tal-Istat fuq id-depożiti li minnhom jibbenifika s-settur bankarju Islandiż b'mod ġenerali bħala selettiva. Din il-konklużjoni ssegwi wkoll mill-kunsiderazzjonijiet imsemmija hawn fuq u li permezz tagħhom il-banek jiġu ffavoriti fuq impriżi oħrajn li joffru possibbiltajiet sabiex il-klijenti jfaddlu u jinvestu flushom.

1.3.   Il-miżuri li qegħdin ifixklu l-kompetizzjoni u jaffettwaw il-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti

(163)

Il-miżuri jsaħħu l-pożizzjoni ta' Landsbankinn meta mqabbla mal-pożizzjoni tal-kompetituri tiegħu (jew tal-kompetituri potenzjali) fl-Islanda u ta' Stati oħrajn taż-ŻEE. Landsbankinn huwa impriża attiva, kif ġie deskritt hawn fuq, fis-swieq finanzjarji, li huma miftuħa għall-kompetizzjoni internazzjonali fiż-ŻEE. Filwaqt li bħalissa s-swieq finanzjarji Islandiżi huma pjuttost iżolati, b'mod partikolari minħabba l-kontrolli kapitali, xorta għadu jeżisti (potenzjal għal) kummerċ transkonfinali, li għandu jiżdied hekk kif jitneħħew il-kontrolli kapitali. Għalhekk, il-miżuri kollha li qegħdin jiġu evalwati għandhom jitqiesu bħala li qegħdin ifixklu l-kompetizzjoni u jaffettwaw il-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim ŻEE. (52)

1.4.   Il-konklużjoni

(164)

Għalhekk, l-Awtorità tasal għall-konklużjoni li l-miżuri meħuda mill-Istat Islandiż sabiex jikkapitalizza l-bank il-ġdid, il-garanzija tad-depożiti u t-tranżazzjoni ta' Spkef jinvolvu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE. L-Awtorità tfakkar li hija waslet għall-istess konklużjoni fir-rigward tal-miżuri ta' kapitalizzazzjoni mogħtija lil SpSv fid-deċiżjonijiet dwar il-banek tat-Tfaddil.

2.   IR-REKWIŻITI PROĊEDURALI

(165)

Skont l-Artikolu 1(3) tal-Parti I tal-Protokoll 3 SCA, “l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandha tiġi informata, fi żmien suffiċjenti sabiex tkun tista' tissottometti l-kummenti tagħha, dwar kwalunkwe pjan li għandha li tagħti jew tbiddel l-għajnuna (…). L-Istat ikkonċernat ma għandux jimplimenta l-miżuri proposti minnu qabel ma l-proċedura tkun irriżultat f'deċiżjoni finali”.

(166)

L-awtoritajiet Islandiżi naqsu milli jinnotifikaw il-miżuri ta' għajnuna koperti mid-deċiżjoni tal-ftuħ lill-Awtorità qabel l-implimentazzjoni tagħhom. L-istess japplika għat-tranżazzjoni ta' Spkef. Għalhekk, l-Awtorità tikkonkludi li l-awtoritajiet Islandiżi ma rrispettawx l-obbligi tagħhom skont l-Artikolu 1(3) tal-Parti I tal-Protokoll 3. Għalhekk, l-għoti ta' dawk il-miżuri ta' għajnuna kien illeġittimu.

3.   IL-KOMPATIBBILTÀ TAL-GĦAJNUNA

(167)

Bħala rimarka preliminari, l-Awtorità tosserva li filwaqt li Landsbankinn huwa entità legali ġdida li twaqqfet fl-2008, fir-rigward tal-operazzjonijiet domestiċi, huwa evidentement is-suċċessur ta' Landsbanki, fis-sens li hemm kontinwità ekonomika bejn dawk iż-żewġ entitajiet. Fil-fatt, l-awtoritajiet Islandiżi spjegaw li s-similarità tal-ismijiet tal-bank l-antik u tal-bank il-ġdid hija maħsuba sabiex tippermetti lil Landsbankinn jikkapitalizza fuq l-avvjament li għadu assoċjat mal-isem “Landsbanki” fl-Islanda. Billi dawk l-operazzjonijiet ekonomiċi li twettqu minn Landsbankinn mill-ħarifa tal-2008 'il quddiem ma setgħux jissoktaw fin-nuqqas tal-għajnuna, l-Awtorità tqis il-bank bħala impriża f'diffikultajiet.

(168)

Barra minn hekk, il-miżuri li qegħdin jiġu evalwati bħalissa huma fl-istess waqt miżuri ta' salvataġġ u ristrutturar. Kif ġie ddikjarat fid-deċiżjoni tal-ftuħ, probabbilment li l-Awtorità kienet tapprova temporanjament il-miżuri bħala għajnuna ta' salvataġġ kompatibbli li kieku ġiet innotifikata dwarhom qabel l-implimentazzjoni tagħhom, qabel ma mbagħad tieħu deċiżjoni finali dwarhom fuq il-bażi tal-pjan tar-ristrutturar. Madankollu, fin-nuqqas ta' notifika f'waqtha, l-Awtorità bdiet il-proċedura ta' investigazzjoni formali u talbet is-sottomissjoni ta' pjan ta' ristrutturar. Kif ġie indikat aktar 'il fuq, il-kompatibbiltà finali ta' dawn il-miżuri tiddependi fuq jekk il-pjan ta' ristrutturar jissodisfax il-kriterji tal-linji gwida applikabbli tal-Awtorità dwar l-għajnuna mill-Istat għall-impriżi f'diffikultajiet.

3.1.   Il-bażi legali għall-valutazzjoni tal-kompatibbiltà: l-Artikolu 61(3)(b) tal-Ftehim ŻEE u l-Linji Gwida tal-Awtorità dwar ir-Ristrutturar

(169)

Filwaqt li l-għajnuna mill-Istat għall-impriżi f'diffikultajiet, bħal Landsbankinn, normalment tiġi vvalutata skont l-Artikolu 61(3)(ċ) tal-Ftehim ŻEE, l-Artikolu 61(3)(b) tal-Ftehim jippermetti li l-għajnuna mill-Istat “tirrimedja taqlib serju fl-ekonomija ta' Stat Membru tal-KE jew ta' Stat tal-EFTA”. Kif ġie ddikjarat fil-paragrafu 8 tal-Linji Gwida tal-Banek (53), l-Awtorità tirriafferma li, skont il-każistika u l-prattika tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea, l-Artikolu 61(3)(b) tal-Ftehim ŻEE jitlob interpretazzjoni restrittiva ta' x'jista' jitqies bħala taqlib serju tal-ekonomija ta' Stat tal-EFTA.

(170)

L-awtoritajiet Islandiżi spjegaw, kif deskritt fid-dettall hawn fuq, li s-sistema finanzjarja tal-Islanda daħlet fi stat ta' kriżi sistemika f'Ottubru 2008, tant li wasslet għall-kollass tal-banek ewlenin tagħha, kif ukoll ta' banek tat-tfaddil ewlenin f'perjodu ta' ftit jiem. Is-sehem ikkombinat mis-suq tal-istituzzjonijiet finanzjarji falluti qabeż id-90 % fil-biċċa l-kbira tas-segmenti tas-suq finanzjarju Islandiż. Id-diffikultajiet kienu akkumpanjati minn kollass tal-kunfidenza fil-munita tal-pajjiż. L-ekonomija reali tal-Islanda ħadet daqqa ta' ħarta qawwija mill-kriżi finanzjarja. Minkejja li għaddew aktar minn tliet snin minn mindu faqqgħet il-kriżi, is-sistema finanzjarja tal-Islanda għadha vulnerabbli. Anki jekk is-sitwazzjoni tjiebet ħafna mill-2008 'l hawn, huwa evidenti li f'dak iż-żmien meta ttieħdu l-miżuri, huma kienu intiżi biex jirrimedjaw taqlib serju fl-ekonomija Islandiża.

(171)

Konsegwentement, l-Artikolu 61(3)(b) tal-Ftehim ŻEE huwa meqjus bħala li japplika f'dan il-każ.

L-applikazzjoni tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar

(172)

Il-Linji Gwida tal-Awtorità dwar l-Għajnuna mill-Istat fuq ir-ritorn għall-vijabbiltà u l-valutazzjoni tal-miżuri ta' ristrutturar fis-settur finanzjarju fil-kriżi attwali skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat (54) (“il-Linji Gwida dwar ir-Ristrutturar”) stabbilixxew ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat applikabbli għar-ristrutturar tal-istituzzjonijiet finanzjarji fil-kriżi attwali. Skont il-Linji Gwida dwar ir-Ristrutturar, sabiex ikun kompatibbli mal-Artikolu 61(3)(b) tal-Ftehim ŻEE, ir-ristrutturar ta' istituzzjoni finanzjarja fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja attwali għandu:

(i)

Iwassal għar-restorazzjoni tal-vijabbiltà tal-bank;

(ii)

Jinkludi kontribuzzjoni proprja suffiċjenti mill-benefiċjarju (kondiviżjoni tal-piżijiet);

(iii)

Jinkludi miżuri suffiċjenti li jillimitaw id-distorsjoni tal-kompetizzjoni.

(173)

B'hekk, abbażi tal-pjan ta' ristrutturar sottomess għal Landsbankinn, l-Awtorità sejra tivvaluta hawn taħt jekk dawn il-kriterji humiex sejrin jintlaħqu u jekk il-miżuri ta' għajnuna deskritti hawn fuq humiex sejrin jikkostitwixxu għajnuna għar-ristrutturar kompatibbli.

3.2.   Ir-riġenerazzjoni tal-vijabbiltà

(174)

Ir-riġenerazzjoni tal-vijabbiltà fit-tul ta' benefiċjarju li jirċievi għajnuna għar-ristrutturar hija l-għan ewlieni ta' tali għajnuna, filwaqt li l-valutazzjoni ta' jekk l-għajnuna għar-ristrutturar hijiex ser tkun kapaċi tikseb tali riġenerazzjoni, hija aspett importanti sabiex tiġi stabbilita l-kompatibbiltà tagħha.

(175)

Kif ġie indikat hawn fuq, it-taqlib fl-ekonomija Islandiża wara l-ħarifa tal-2008, il-preżenza ta' miżuri straordinarji bħall-kontrolli kapitali, ambjent regolatorju li għadu qiegħed jevolvi u perspettiva makroekonomika li għadha kemmxejn inċerta, jagħmluha diffiċli li bank jopera b'mod profittabbli u jiżgura l-vijabbiltà fit-tul tiegħu. L-Awtorità tenfasizza mill-bidu nett li din il-kunsiderazzjoni għandha titqies fil-valutazzjoni ta' hawn taħt.

(176)

It-taqsima 2 tal-Linji Gwida dwar ir-Ristrutturar tgħid li l-Istat taż-ŻEE għandu jipprovdi pjan ta' ristrutturar komprensiv u dettaljat li jipprovdi informazzjoni kompleta dwar il-mudell tan-negozju u li jirriġenera l-vijabbiltà fit-tul tal-bank. Il-paragrafu 10 tal-Linji Gwida dwar ir-Ristrutturar jitlob li l-pjan tar-ristrutturar jidentifika l-kawżi tad-diffikultajiet tal-bank u n-nuqqasijiet tal-bank stess, filwaqt li jispjega kif il-miżuri ta' ristrutturar proposti jirrimedjaw il-problemi sottostanti tal-bank.

(177)

Kif ġie deskritt hawn fuq, il-kawżi tad-diffikultajiet ta' Landsbanki huma msemmija kemm fil-pjan tar-ristrutturar kif ukoll fir-rapport tal-Kummissjoni ta' Investigazzjoni Speċjali. Fost il-kawżi ewlenin li ġew identifikati fil-livell tal-bank fir-rapport imsemmi l-aħħar kien hemm il-ġestjoni ħażina tar-riskji, aptit eċċessiv għar-riskji, ir-relazzjoni mill-qrib b'mod diżordinat bejn il-proprjetarji u l-akbar mutwanti, tkabbir eċċessiv fuq perjodu qasir wisq, in-nuqqas ta' esperjenza fis-swieq globali, regoli mhux stretti fuq is-self, in-nuqqas ta' verifiki u kontrolli interni u kultura u strateġija korporattivi difettużi. Dawn kollha flimkien kienu fatturi li wasslu għall-kollass. Barra minn hekk, il-bank iddependa ħafna fuq il-finanzjament bl-ingrossa fuq perjodu ta' żmien qasir u kellu jikseb ammont kbir ta' depożiti barra l-pajjiż sabiex ikun jista' jiffinanzja l-operazzjonijiet tiegħu. Dan kompla jaggrava l-iżbilanċi diġà eżistenti fil-munita.

Il-miżuri regolatorji ta' vijabbiltà

(178)

L-Awtorità tqis li l-falliment ta' Landsbanki, kif ukoll il-kollass tal-industrija finanzjarja Islandiża, ġew ikkawżati wkoll minn numru ta' fatturi speċifiċi għall-Islanda, li huma relatati mad-daqs żgħir tagħha u man-nuqqasijiet regolatorji u superviżorji enfasizzati mill-Kummissjoni ta' Investigazzjoni Speċjali. B'hekk, il-vijabbiltà fit-tul ta' Landsbankinn, bħal dik ta' kwalunkwe bank Islandiż ieħor, tiddependi wkoll fuq jekk dawk in-nuqqasijiet regolatorji u superviżorji ġewx irrimedjati jew le.

(179)

F'dan ir-rigward, l-Awtorità tosserva b'mod pożittiv l-emendi għall-qafas regolatorju u superviżorju li għamlu l-awtoritajiet Islandiżi, kif spjegati fl-Anness.

(180)

L-ewwel nett, is-setgħat u l-kompetenzi tal-FME ttejbu, fost l-oħrajn, b'responsabbiltajiet ġodda li jirrigwardjaw espożizzjonijiet uniċi kbar u r-riskji relatati magħhom li, fil-fehma tal-Awtorità, jindirizzaw wieħed mill-fatturi li wasslu għall-kollass finanzjarju.

(181)

It-tieni, ir-rekwiżiti temporanji tal-proporzjon għoli tas-CAD, kif ukoll għadd ta' dispożizzjonijiet relatati mal-kollateralizzazzjoni, b'mod partikolari l-projbizzjoni tal-estensjoni tal-kreditu fuq il-wegħdiet tal-ishma proprji, għandhom l-għan li jiżguraw li l-banek Islandiżi ma joperawx fuq pożizzjoni kapitali dgħajfa. L-Awtorità hija tal-fehma li dawn il-miżuri sejrin jikkontribwixxu għar-reżistenza tal-banek Islandiżi.

(182)

It-tielet, ġew implimentati firxa ta' miżuri relatati mal-eliġibbiltà tad-diretturi tal-membri tal-bord, kif ukoll mar-rimunerazzjoni tagħhom. Barra minn hekk, is-self lill-partijiet relatati (bħall-proprjetarji) kien soġġett għal regoli aktar stretti u l-FME issa tista' tipprojbixxi bank milli jwettaq attivitajiet speċifiċi. Ġew emendati wkoll ir-regoli ta' kontabbiltà interna u esterna. Pereżempju, tqassar it-tul ta' żmien li 'accountant' estern jista' jaħdem għall-istess bank. L-Awtorità tosserva b'mod pożittiv li dawn il-miżuri huma mmirati biex jipprevjenu repetizzjoni ta' avvenimenti safejn ikunu kkonċernati l-proprjetarji u l-uffiċjali eżekuttivi għoljin. Il-miżuri jżidu wkoll il-monitoraġġ tar-riskji esterni, li t-tnejn inaqqsu t-theddidiet għall-vijabbiltà tal-banek.

(183)

Ir-raba', skont l-awtoritajiet Islandiżi, il-possibbiltà msemmija diġà għall-FME li tillimita l-attivitajiet ta' bank hija mħeġġa wkoll mit-teħid ta' depożiti fuq skala kbira mill-banek kummerċjali Islandiżi qabel il-kriżi. Barra minn hekk, jidher ukoll, fil-fehma tal-Awtorità, li r-regoli ġodda dwar il-likwidità u l-bilanċ tal-kambju barrani (55) jinvolvu ċerti restrizzjonijiet fir-rigward tal-possibbiltà tal-banek li jattiraw ammonti kbar b'mod sproporzjonat ta' depożiti barranin, li kieku dawk kellhom jagħmlu n-negozju tal-bank aktar fraġli u vulnerabbli għar-riskji tal-likwidità u tal-kambju barrani. L-Awtorità tilqa' l-fatt li l-awtoritajiet Islandiżi wieġbu għal dan l-aspett ta' falliment regolatorju.

Il-pjan ta' ristrutturar ta' Landsbankinn

(184)

Fir-rigward tal-pjan ta' ristrutturar u l-miżuri fil-livell tal-bank, Landsbankinn essenzjalment irrikorra għal mudell bankarju aktar tradizzjonali, li jiffoka fuq is-saħħa prinċipali tiegħu fis-servizzi bankarji korporattivi u bl-imnut domestiċi, li sejrin ikunu ffinanzjati b'mod predominanti permezz ta' depożiti tal-klijenti domestiċi.

(185)

Kif ġie indikat aktar 'il fuq, mill-mument tat-twaqqif tiegħu, Landsbankinn kien — meta mqabbel mal-predeċessur tiegħu — ingranat b'mod inqas sostanzjali. Billi l-biċċa l-kbira tad-dejn bl-ingrossa baqa' fil-proprjetà ta' Landsbanki, skont il-pjan tar-ristrutturar, huwa ma kellux bżonn jiddependi fuq il-finanzjament mill-ġdid billi joħroġ bonds mhux garantiti fis-swieq internazzjonali, li, fil-klima attwali, x'aktarx li tkun sfida akbar.

(186)

Fil-fatt, id-dipendenza fuq is-swieq bl-ingrossa u aktar tard fuq id-depożiti barranin għall-finanzjament mill-ġdid irriżultat f'waħda mir-raġunijiet ewlenin għall-falliment ta' Landsbanki. Min-naħa l-oħra, il-finanzjament ta' Landsbankinn sa issa kien ibbażat ħafna fuq id-depożiti u l-ekwità (aktar minn 70 %), filwaqt li l-pjan tar-ristrutturar jipprevedi żieda żgħira fis-sehem tad-depożiti tal-obbligazzjonijiet totali. Il-pjan tar-ristrutturar juri li matul il-perjodu tar-ristrutturar ma kien hemm bżonn ta' ebda finanzjament mill-ġdid kbir […], filwaqt li l-Awtorità tosserva b'mod pożittiv li la ritorn b'suċċess għas-swieq internazzjonali għal dejn mhux garantit u lanqas il-ħruġ inqas diffiċli ta' bonds garantiti ma jifformaw Parti mis-suppożizzjonijiet li fuqhom huwa bbażat it-tbassir għall-finanzjament.

(187)

Fir-rigward tal-possibbiltà msemmija qabel tal-ħruġ b'suċċess ta' bonds mhux garantiti, il-bank isostni li l-aptit attwalment limitat tal-investituri għal dan id-dejn jista' jerġa' jirkupra ladarba titneħħa l-garanzija tad-depożiti bla limiti, b'mod partikolari l-prijorità tad-depożiti, li bħalissa qiegħda tnaqqas l-attrazzjoni ta' forom oħrajn ta' dejn.

(188)

Abbażi tal-fatti sottomessi mill-awtoritajiet Islandiżi, l-Awtorità tqis li s-sitwazzjoni tal-finanzjament tal-bank tidher li sejra tkun b'saħħitha sal-aħħar tal-perjodu tar-ristrutturar. Fid-dawl tal-inċertezzi li għandhom x'jaqsmu mal-garanzija tad-depożiti u l-kontrolli kapitali, kif ukoll l-iżviluppi futuri ambigwi tas-swieq tad-djun (sovrani), hija ma tistax tikkonkludi dwar jekk l-istrateġija ta' finanzjament fit-tul ta' Landsbankinn hijiex sejra timmaterjalizza kif previst fit-tul. Madankollu, minħabba l-istabbiltà tal-prospetti tal-finanzjament, b'mod partikolari d-dipendenza qawwija fuq id-depożiti u l-ekwità matul il-perjodu tar-ristrutturar, u s-sehem kbir ta' dawk it-tipi ta' dejn fuq il-karta tal-bilanċ, l-Awtorità tikkonċedi li varjazzjonijiet żgħar fl-istrateġija ta' finanzjament mhumiex sejrin ikunu ta' theddida għall-vijabbiltà tal-bank.

(189)

Fir-rigward tal-assi tal-karta tal-bilanċ, il-biċċa l-kbira tal-assi internazzjonali riskjużi nżammu wkoll fil-proprjetà ta' Landsbanki. B'riżultat ta' dan, il-karta tal-bilanċ ċkienet b'madwar 75 %. B'hekk, ġie rrimedjat nuqqas ewlieni tal-mudell kummerċjali ta' Landsbanki — id-dipendenza fuq assi internazzjonali riskjużi u, b'mod partikolari, id-dipendenza qawwija fuq il-profitti mis-servizzi bankarji ta' investiment (43 % tal-profitti ta' qabel il-kriżi) mingħajr valutazzjoni tar-riskji xierqa u għarfien limitat dwar is-suq. L-Awtorità tilqa' l-fatt li, skont il-pjan tar-ristrutturar, il-bank mhuwiex se jinvolvi ruħu f'negozju simili fil-ġejjieni, iżda minflok se jiffoka fuq in-negozju prinċipali u tradizzjonali tiegħu.

(190)

Huwa evidenti li l-bank kiber minn mindu twaqqaf, b'mod partikolari permezz tal-akkwisti ta' Spkef u SpSv kif deskritti hawn fuq. Madankollu, skont il-pjan tar-ristrutturar, dan ma għandu ebda impatt kbir fuq il-mudell kummerċjali ta' Landsbankinn, billi SpKef u SpSv iddisponew primarjament mill-assi domestiċi ta' karatteristiċi simili għal dawk fil-portafoll ta' Landsbankinn. Fi kwalunkwe każ, l-Awtorità tqis li l-iżvestimenti impenjati, li huma diskussi aktar hawn isfel, sejrin jikkontribwixxu sabiex jippermettu lil Landsbankinn jiffoka fuq in-negozju prinċipali tiegħu. L-għeluq impenjat ta' […] fergħat matul il-perjodu tar-ristrutturar se jikkontribwixxi sabiex jippermetti lil Landsbankinn jikseb żidiet fl-effiċjenza.

(191)

Sfida konsiderevoli għall-bank hija r-ristrutturar tas-self li ġie ttrasferit minn Landsbanki. F'dan ir-rigward, l-Awtorità tinnota b'mod pożittiv li dan il-proċess ta' ristrutturar huwa prijorità għall-bank, kif muri mill-ħafna proposti ġeneriċi u mfassla apposta li għamel il-bank lill-klijenti tiegħu b'ingranaġġ eċċessiv. Huwa ħoloq ukoll diviżjoni ta' ristrutturar b'ammont tajjeb ta' ħaddiema. Filwaqt li l-proċess ma għamilx il-progress malajr kif kien ippjanat fil-bidu, diġà sar ħafna. Pereżempju, sat-30 ta' Marzu 2012, 75 % tad-dejn totali fi ħtieġa ta' ristrutturar għadda minn xi forma ta' aġġustament tad-dejn. Barra minn hekk, skont iċ-ċifri sottomessi mill-awtoritajiet Islandiżi, il-maġġoranza kbira tagħhom setgħu jħallsu d-dejn tagħhom wara r-ristrutturar.

(192)

L-Awtorità hija tal-fehma li dan huwa indikatur tas-saħħa tal-metodi tar-ristrutturar ta' Landsbankinn u jservi bħala evidenza li l-bank fil-fatt għamel ir-ristrutturar tal-portafoll tas-self tiegħu bħala prijorità. Barra minn hekk, abbażi tal-progress li sar sa issa, jidher li huwa realistiku li l-bank jista' jilħaq il-mira tiegħu li jlesti 92 % tar-ristrutturar (f'termini tal-volum tas-self totali) sal-aħħar tas-sena 2012.

(193)

L-Awtorità tinnota b'mod pożittiv ukoll li l-pjan tar-ristrutturar qiegħed ibassar biss żieda ta' […] % f'termini tas-self lill-klijenti matul il-perjodu tar-ristrutturar. Dan jidher li huwa plawżibbli fl-ambjent ekonomiku attwali. Hija tal-fehma wkoll li l-importanza mnaqqsa tal-ekwitajiet u tal-istrumenti tal-ekwità, b'mod partikolari l-bejgħ impenjat ta' […] (ara l-Anness), sejra tkompli tnaqqas l-istat ta' riskju tal-portafoll tal-assi ta' Landsbankinn.

(194)

B'mod ġenerali, sakemm ma jkunx hemm xi żviluppi mhux mistennija fl-ambjent makroekonomiku fl-Islanda jew barra mill-pajjiż, dan jidher li qiegħed jissuġġerixxi li sa mhux aktar tard mit-tmiem tal-perjodu tar-ristrutturar, Landsbankinn se jkollu karta tal-bilanċ relattivament b'saħħitha u portafolli tas-self li jkunu sejrin tajjeb.

(195)

Kif ġie indikat aktar 'il fuq, il-kapitalizzazzjoni dgħajfa ta' Landsbanki kienet waħda mill-fatturi li wasslu għall-falliment tiegħu. Il-pjan ta' ristrutturar ta' Landsbankinn ibassar li l-bank se jibqa' 'l fuq sewwa mill-proporzjon minimu ta' CAD ta' 16 % matul il-perjodu tar-ristrutturar. Dan il-proporzjon huwa 'l fuq sewwa mir-rekwiżit minimu ta' 10,5 % ta' Basel III għall-ġejjieni. Anki fit-testijiet ta' stress severi biżżejjed li għamel Landsbankinn u li huma konformi mar-rekwiżit tal-Linji Gwida dwar ir-Ristrutturar ta' “taħlita ta' avvenimenti ta' stress, inkluża reċessjoni globali protratta” (cf. il-paragrafu 13 tagħhom), il-proporzjon ta' CAD mhuwiex mistenni jinżel taħt dan il-punt ta' riferiment għoli. L-Awtorità tqis li huwa prudenti u komdu li, anki fil-każ ta' stress bl-akbar impatt fuq il-bażi kapitali ta' Landsbankinn — essenzjalment diżintegrazzjoni taż-żona ewro — il-bank iżomm […] % tal-kapital żejjed, li, f'ambjent operattiv kif deskritt hawn fuq, jipprovdi lil Landsbankinn b'bafer sinjifikanti sabiex ikun jista' jittratta l-avversitajiet mhux mistennija.

(196)

Barra minn hekk, il-proporzjon ta' CAD ta' Landsbankinn se jkompli jiżdied b'mod gradwali matul il-perjodu tar-ristrutturar. Abbażi ta' dan, l-Awtorità tqis li l-kapitalizzazzjoni ta' Landsbankinn tagħmel lill-bank reżistenti biżżejjed.

(197)

Fir-rigward tal-pożizzjoni tal-likwidità tal-banek, l-Awtorità tosserva li jidher li bħalissa hija robusta biżżejjed, kif ukoll li ma hemm ebda indikazzjoni li s-sitwazzjoni għandha tiddeterjora b'mod sostanzjali matul il-perjodu tar-ristrutturar. L-Awtorità tinnota b'mod pożittiv li l-bank diġà beda jadatta l-politika tal-likwidità tiegħu sabiex jikkonforma mar-rekwiżit ta' Basel III għall-ġejjieni. Hija tal-fehma li l-LCR attwali tal-bank ta' […] % huwa indikatur komdu, b'mod partikolari meta mqabbel mal-medja ta' 83 % li ġiet stabbilita fi studju li jinkludi aktar minn 200 bank u li sar mill-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali (56). Barra minn hekk, skont l-ittestjar tal-istress tal-proporzjon tal-likwidità tal-bank, l-Awtorità tqis li s-sitwazzjoni tal-likwidità ta' Landsbankinn hija b'saħħitha.

(198)

L-Awtorità tilqa' wkoll il-bidliet fit-tmexxija korporattiva ta' Landsbankinn u t-tibdil ta' membri ewlenin tal-persunal. Bl-istess mod, ir-rwol akbar tal-ġestjoni tar-riskji, kif deskritt hawn fuq, jindirizza, fil-fehma tal-Awtorità, nuqqas fil-mudell kummerċjali ta' Landsbankinn u se jikkontribwixxi għal valutazzjoni tar-riskju aktar oġġettiva u professjonali fl-operazzjonijiet tal-bank.

(199)

Il-Linji Gwida dwar ir-Ristrutturar jistabbilixxu wkoll li l-pjan tar-ristrutturar għandu juri kif il-bank se jikseb lura l-vijabbiltà fit-tul tiegħu mingħajr għajnuna mill-Istat u mill-aktar fis possibbli. B'mod partikolari, il-bank għandu jkun jista' jiġġenera redditu azzjonarju xieraq, filwaqt li jkopri l-ispejjeż kollha tal-operat normali tiegħu u fl-istess waqt jikkonforma mar-rekwiżiti regolatorji rilevanti. B'mod partikolari, il-punt 13 tal-Linji Gwida dwar ir-Ristrutturar jindika li l-vijabbiltà fit-tul tinkiseb meta bank ikun jista' jkopri l-ispejjeż kollha tiegħu, inklużi d-deprezzament u l-ħlasijiet finanzjarji, filwaqt li jipprovdi redditu azzjonarju xieraq, b'kunsiderazzjoni tal-profil ta' riskju tal-bank.

(200)

F'dan il-punt, l-Awtorità tfakkar li l-ambjent ekonomiku li fih jopera Landsbankinn huwa diffiċli għal kwalunkwe bank. Barra minn hekk, l-Awtorità hija tal-fehma li għandu jintlaħaq bilanċ diffiċli għal kwalunkwe bank fl-Islanda fil-mument bejn il-mira li tiżdied il-profittabbiltà u ż-żamma ta' bilanċ kapitali sikur (jiġifieri għoli). B'kunsiderazzjoni ta' dan, l-Awtorità hija sodisfatta bil-profittabbiltà mbassra tal-pjan tar-ristrutturar, li, minkejja l-proporzjon kapitali għoli, se jkun adegwat matul il-perjodu tar-ristrutturar. Bejn l-2009 u l-2014, l-ROE qiegħed ivarja bejn [> 5] % u [> 15] %.

(201)

Madankollu, kif ġie deskritt aktar 'il fuq, din il-varjazzjoni hija dovuta wkoll għal sitwazzjonijiet u avvenimenti irregolari, bħal pereżempju, il-profitti ta' valutazzjoni mill-assi ttrasferiti minn Landsbanki. Avvenimenti oħrajn li jistgħu jħallu impatt jinkludu avvenimenti ta' darba bħall-bejgħ b'suċċess mhux mistenni tas-sussidjarji fuq naħa waħda u t-tniżżil fil-valur ikkawżat mid-deċiżjoni riċenti tal-Qorti Suprema dwar is-self f'munita barranija fuq in-naħa l-oħra. Il-kalkolazzjoni sottomessa mill-awtoritajiet Islandiżi, fejn id-Dikjarazzjoni tal-Profitt u t-Telf (P&L) tnaddfet minn dawk l-elementi irregolari, tindika li l-bank għamel u se jkompli jagħmel profitti relattivament stabbli mill-2011 'il quddiem. Ir-rapport maħruġ mill-Investimenti Finanzjarji tal-Istat Islandiż (“ISFI”), imsemmi aktar 'il fuq, jidher li jappoġġja din il-konklużjoni. Mhuwiex ċar jekk dawn il-kalkoli humiex tali li jirriflettu biss il-“profittabbiltà prinċipali” tal-bank. Madankollu, l-Awtorità tosserva li l-importanza tal-iskont tonqos b'mod rapidu matul il-perjodu tar-ristrutturar, filwaqt li l-bank qiegħed jistenna li jirrapporta profitti “ewlenin” ta' bejn madwar […] u ISK […] biljun fis-sena skont il-pjan tar-ristrutturar fil-perjodu bejn l-2012 u l-2014.

(202)

Uħud mill-aktar aspetti rilevanti u aktar dettaljati tal-ippjanar finanzjarju ssemmew diġà aktar 'il fuq. L-Awtorità hija tal-fehma li, b'mod ġenerali, dawn is-suppożizzjonijiet jidhru li huma prudenti biżżejjed, meta wieħed iqis l-ambjent operattiv diffiċli. Fir-rigward tal-marġini tar-rata tal-imgħax, l-Awtorità tosserva li anki wara t-tnaqqis antiċipat għal […] %, dan jidher li se jkun pjuttost għoli f'paragun internazzjonali (57). Skont l-awtoritajiet Islandiżi, matul dawn l-aħħar deċennji, il-marġini kien bejn wieħed u ieħor f'dak il-livell jew saħansitra f'livell ogħla. Fost fatturi oħrajn, dan huwa dovut għall-ambjent b'rata ta' imgħax għolja fl-Islanda, għas-sehem aktar baxx ta' ipoteki fil-portafoll tas-self u għad-daqs iżgħar tal-banek. L-Awtorità tqis li dawn l-ispjegazzjonijiet huma raġonevoli u, għaldaqstant, issib li dan l-aspett tal-ippjanar finanzjarju huwa plawżibbli biżżejjed.

(203)

Fattur importanti ieħor għall-profittabbiltà fil-ġejjieni huwa dħul akbar mill-miżati u l-kummissjonijiet, li mistenni jiżdied b'madwar […] %. Din iż-żieda mbagħad mistennija tiġġenera profitti ta' aktar minn ISK […] biljun fl-2014. L-awtoritajiet Islandiżi jsostnu li dawn il-projezzjonijiet huma plawżibbli, minħabba li attivitajiet kummerċjali bħal tranżazzjonijiet relatati mal-borża u l-kummerċ f'munita barranija prattikament staġnaw wara l-kollass u l-introduzzjoni tal-kontrolli kapitali.

(204)

Il-bank ħa għadd ta' inizjattivi, kif deskritti fuq, bil-għan li jżid l-effiċjenza u jnaqqas l-ispiża, fost l-oħrajn, it-tnaqqis ippjanat tal-membri tal-persunal kif deskritt aktar 'il fuq, l-għeluq impenjat ta' […] fergħat u simplifikazzjoni ġenerali tal-operazzjonijiet. B'mod ġenerali, dawn il-miżuri għandhom inaqqsu l-proporzjon tad-dħul relatat mal-ispejjeż minn 57,2 % għal […] % fl-2014. L-Awtorità tilqa' dawn l-isforzi, billi l-proporzjon attwali jidher li huwa pjuttost għoli f'paragun internazzjonali. L-Awtorità hija wkoll tal-fehma li huwa plawżibbli li din il-mira tista' tabilħaqq tintlaħaq.

(205)

Minbarra l-punti msemmija hawn fuq, huwa evidenti li l-pjan ta' ristrutturar huwa bbażat fuq numru kbir ta' suppożizzjonijiet oħrajn. L-Awtorità mmirat li tifli bir-reqqa dawk is-suppożizzjonijiet li jidhru li huma l-aktar pertinenti u tal-akbar influwenza għall-vijabbiltà ta' Landsbankinn fil-ġejjieni. Is-suppożizzjonijiet makroekonomiċi jidhru li huma konformi mal-previżjonijiet tas-CBI. B'mod ġenerali, is-suppożizzjonijiet li fuqhom huwa bbażat il-pjan tar-ristrutturar jidhru li huma prudenti biżżejjed sabiex jippermettu l-konklużjoni li l-miżuri ta' ristrutturar meħuda mill-bank huma suffiċjenti sabiex jiżguraw il-vijabbiltà fit-tul tiegħu, sakemm ma jkunx hemm xi avvenimenti negattivi mhux mistennija ta' skala u konsegwenzi imprevedibbli.

(206)

Fid-dawl tal-elementi msemmija hawn fuq, l-Awtorità tqis li l-pjan tar-ristrutturar jispjega r-riġenerazzjoni tal-vijabbiltà fit-tul tal-bank. Għalhekk, l-Awtorità tikkonkludi li d-dispożizzjonijiet tat-taqsima 2 tal-Linji Gwida dwar ir-Ristrutturar ġew issodisfati.

3.3.   Il-kontribuzzjoni proprja/il-kondiviżjoni tal-piżijiet

(207)

Il-paragrafu 22 tal-Linji Gwida dwar ir-Ristrutturar jaqra kif ġej: “Sabiex jiġu llimitati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u jiġi indirizzat il-periklu morali, l-għajnuna għandha tkun limitata għall-minimu neċessarju, filwaqt li l-benefiċjarju tal-għajnuna għandu jipprovdi kontribuzzjoni proprja għall-ispejjeż tar-ristrutturar. Il-bank u d-detenturi tal-kapital tiegħu għandhom jikkontribwixxu kemm jista' jkun għar-ristrutturar bir-riżorsi proprji tagħhom. Dan huwa meħtieġ sabiex jiġi żgurat li l-banek salvati jġorru responsabbiltà adegwata għall-konsegwenzi tal-imgiba tagħhom fil-passat u sabiex jinħolqu inċentivi xierqa għall-imġiba tagħhom fil-ġejjieni”.

(208)

F'dan ir-rigward, l-Awtorità tfakkar aspett deċiżiv tal-każ inkwistjoni. Meta twaqqaf Landsbankinn fuq il-bażi tal-operazzjonijiet domestiċi ta' Landsbanki, l-investimenti tal-azzjonarji f'Landsbanki kienu spiċċaw kompletament fix-xejn u b'hekk ikkontribwew sal-massimu possibbli għar-ristrutturar ta' Landsbankinn. Barra minn hekk, il-kredituri ta' Landsbanki kellhom jagħmlu telf konsiderevoli (58), jew għall-inqas kellhom jassumu r-riskju tal-investiment tagħhom skont il-prestazzjoni tal-assi ttrasferiti lil Landsbankinn (permezz tal-bond kontinġenti). Għalhekk, safejn huma kkonċernati l-proprjetarji u l-kredituri ta' Landsbanki, il-kriterju tal-kondiviżjoni tal-piżijiet huwa ssodisfat u l-kwistjoni tal-periklu morali ġiet indirizzata.

(209)

Minbarra l-punti msemmija hawn fuq, l-Awtorità għandha tevalwa jekk l-għajnuna mill-Istat li rċieva Landsbankinn kinitx limitata għall-minimu meħtieġ.

(210)

Fir-rigward tal-miżuri ta' kapitalizzazzjoni, il-kapitalizzazzjoni inizjali ta' Landsbankinn fit-twaqqif tiegħu kienet taħt ir-rekwiżiti kapitali tal-FME (13 % minflok 16 %). Fl-2009, wara li ntlaħaq il-ftehim ma' Landsbanki, il-proporzjon ta' CAD laħaq perċentwal ta' 15 %, punt perċentwali inqas mill-proporzjon minimu stabbilit mill-FME, li tat eżenzjoni temporanja. F'dan il-kuntest, l-Awtorità tosserva li l-proporzjon kapitali (għall-ġejjieni) kien jiddependi primarjament fuq jekk il-valutazzjoni tal-assi li kienu ttrasferiti minn Landsbanki lil Landsbankinn saritx b'mod preċiż. Il-fatt li l-proporzjon ta' CAD ta' Landsbankinn sussegwentement kiber b'saħħtu biżżejjed sabiex ikun jista' jassorbi l-operazzjonijiet ta' Spkef, u aktar tard ta' SpSv, ġie spjegat permezz tal-kitba tal-valur skont il-kotba tal-assi li kienu ġew ittrasferiti. Fil-fehma tal-Awtorità, il-fatt li l-proporzjon ta' CAD aktar tard żviluppa tant b'saħħtu ma jagħti ebda raġuni sabiex wieħed iqis li Landsbankinn kien ingħata kapital eċċessiv mill-Istat fil-bidu nett.

(211)

Il-paragrafu 26 tal-Linji Gwida dwar ir-Ristrutturar jistabbilixxi li l-banek li jirċievu għajnuna għar-ristrutturar “għandhom ikunu kapaċi jirrimuneraw il-kapital, inkluż fil-forma ta' dividendi u kupuni fuq dejn subordinat li jkun għadu dovut, mill-profitti ġġenerati mill-attivitajiet tagħhom”.

(212)

L-Awtorità kkjarifikat il-linji gwida tagħha dwar l-għajnuna mill-Istat fir-rigward tal-injezzjonijiet ta' kapital li saru permezz ta' ishma fl-2012. Il-paragrafi 7-8 tal-Linji Gwida dwar il-Kriżi Finanzjarja tal-2012 jistabbilixxu: “Fid-dawl tal-bidliet regolatorji u l-ambjent tas-suq li qiegħed jinbidel, l-Awtorità qiegħda tantiċipa li, fil-ġejjieni, l-injezzjonijiet ta' kapital mill-Istat jistgħu jseħħu l-aktar fil-forma ta' ishma b'rimunerazzjoni varjabbli. Ikun tajjeb li ssir kjarifika tar-regoli dwar l-ipprezzar tal-injezzjonijiet ta' kapital, billi r-rimunerazzjoni tal-ishma ssir fil-forma ta' dividendi u qligħ kapitali (li ma jkunx hemm ċertezza dwarhom), li jagħmluha diffiċli li ssir valutazzjoni diretta ex ante tar-rimunerazzjoni fuq strumenti bħal dawn. Għaldaqstant, l-Awtorità sejra tivvaluta r-rimunerazzjoni ta' injezzjonijiet ta' kapital bħal dawn fuq il-bażi tal-prezz tal-ishma meta jinħarġu. L-injezzjonijiet tal-kapital għandhom ikunu sottoskritti bi skont suffiċjenti għall-prezz tal-ishma (wara aġġustament għall-‘effett ta' dilwizzjoni’) immedjatament qabel it-tħabbir tal-injezzjoni ta' kapital biex tingħata assigurazzjoni raġonevoli ta' rimunerazzjoni adegwata għall-Istat” (59).

(213)

Fil-fehma tal-Awtorità, din id-dispożizzjoni mhijiex direttament applikabbli għall-każ inkwistjoni, billi, teknikament, l-Istat ikkapitalizza bank ġdid. B'hekk, l-azzjonisti antiki ma setgħux jiġu dilwiti fil-veru sens tal-kelma. Madankollu, ir-raġuni wara d-dispożizzjoni hija li l-proprjetà dilwita b'mod suffiċjenti u l-profitti futuri għandhom jiġu allokati lill-Istat li kellu jieħu riskju billi injetta kapital f'kumpanija li kienet tinsab f'diffikultà.

(214)

Fil-każ inkwistjoni, huwa evidenti li l-Istat kiseb il-maġġoranza (81,33 %) tal-proprjetà ta' Landsbankinn u konsegwentement se jirċievi l-istess sehem ta' profitti fil-ġejjieni, filwaqt li l-azzjonisti preċedenti ma jirċievu xejn. Sa ċertu punt, l-azzjonisti attwali ta' minoranza, li huma kredituri preċedenti, sejrin jipparteċipaw fil-profitti futuri. Madankollu, il-probabbiltà kbira hija li dawn xorta jkollhom iġorru telf sinjifikanti, kif ġie stipulat aktar 'il fuq.

(215)

Barra minn hekk, il-prestazzjoni ta' Landsbankinn sa mit-twaqqif tiegħu kienet adegwata, filwaqt li l-pjan ta' ristrutturar jipprevedi profitti stabbli għas-snin li ġejjin. Għalhekk, l-Awtorità hija tal-fehma li kien hemm konformità mar-rekwiżit tal-Paragrafu 26 tal-Linji Gwida dwar ir-Ristrutturar, flimkien mal-Paragrafu 8 tal-Linji Gwida dwar il-Kriżi Finanzjarja tal-2012.

(216)

Filwaqt li t-tranżazzjoni ta' Spkef, kif ġiet deskritta hawn fuq, tinvolvi elementi ta' għajnuna mill-Istat, l-Awtorità tqis li din tfasslet b'tali mod li timmira li teskludi vantaġġ finanzjarju dirett għal Landsbankinn. F'dan ir-rigward, hija tfakkar li l-kumpens finali għat-trasferiment tad-depożiti ta' Spkef ġie stabbilit minn kumitat tal-arbitraġġ indipendenti. Għalhekk, din it-tranżazzjoni tikkostitwixxi essenzjalment kumpens innegozjat għal Landsbankinn fi skambju għat-trasferiment tal-obbligazzjonijiet tad-depożiti ta' Spkef. L-Awtorità ma tqisx li din l-għajnuna hija ta' importanza kbira għall-valutazzjoni tagħha dwar il-kondiviżjoni tal-piżijiet. Madankollu, l-avvjament addizzjonali u s-sehem mis-suq li kiseb Landsbankinn permezz tat-tranżazzjoni għandhom piż aktar sinjifikanti fuq il-valutazzjoni tad-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni msemmija hawn taħt.

(217)

Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-garanzija tad-depożiti, l-Awtorità diġà indikat fid-deċiżjoni tal-ftuħ li — fid-dawl taċ-ċirkostanzi straordinarji fil-mument — din tista' tikkostitwixxi mezz proporzjonat għall-ħarsien tal-istabbiltà finanzjarja fl-Islanda. Madankollu, huwa evidenti li tali għajnuna ma tistax tiġi approvata b'mod indefinit.

(218)

B'hekk, sabiex din l-għajnuna mill-Istat tkun tista' titqies bħala limitata għall-minimu meħtieġ, l-Awtorità hija tal-opinjoni li din għandha titwaqqaf mill-aktar fis possibbli. Għalhekk, l-Awtorità tilqa' l-intenzjoni tal-awtoritajiet Islandiżi li jabolixxu l-garanzija tad-depożiti qabel jitneħħew il-kontrolli kapitali, jiġifieri, skont il-pjanijiet attwali, sa mhux aktar tard mill-aħħar tal-2013.

(219)

Sabiex jiġi indirizzat id-dewmien fit-tneħħija tal-kontrolli kapitali u sabiex tkun riflessal-fehma tal-Awtorità li bank vijabbli għandu jkun jista' jikkompeti fis-suq mingħajr il-protezzjoni ta' tali garanzija globali fuq id-depożiti, hija għalhekk tawtorizza l-garanzija tad-depożiti sal-aħħar tal-2014. (60) Wara dak iż-żmien, il-protezzjoni tad-depożiti għandha tiġi rregolata biss mil-leġiżlazzjoni taż-ŻEE applikabbli fir-rigward tal-garanziji tad-depożiti.

(220)

L-Awtorità tikkonkludi li l-pjan tar-ristrutturar ta' Landsbankinn jiżgura li l-għajnuna tkun limitata għall-minimu meħtieġ u li l-benefiċjarju, l-azzjonisti u d-detenturi tad-dejn tal-bank predeċessur tiegħu jkunu pparteċipaw b'mod sinjifikanti fil-kondiviżjoni tal-piżijiet. B'hekk, l-għajnuna għar-ristrutturar tikkonforma mat-taqsima 3 tal-Linji Gwida dwar ir-Ristrutturar.

3.4.   Il-limitazzjoni tad-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni

(221)

Il-Linji Gwida dwar ir-Ristrutturar jistabbilixxu fil-paragrafi 29-32 tat-taqsima 4:

“L-istabbiltà finanzjarja tibqa' l-għan primarju tal-għajnuna għas-settur finanzjarju fi kriżi sistemika, iżda s-salvagwardjar tal-istabbiltà sistemika għal perjodu qasir ma għandux jirriżulta fi ħsara għal perjodu itwal għall-kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni ugwali u għas-swieq kompetittivi. F'dan il-kuntest, il-miżuri maħsuba biex jillimitaw id-distorsjonijiet fil-kompetizzjoni minħabba l-għajnuna mill-Istat għandhom rwol importanti. […] Il-miżuri maħsuba biex jillimitaw id-distorsjoni tal-kompetizzjoni għandhom jitfasslu b'mod speċifiku sabiex jindirizzaw id-distorsjonijiet identifikati fis-swieq fejn jopera l-bank benefiċjarju wara r-ritorn tiegħu għall-vijabbiltà wara r-ristrutturar, filwaqt li fl-istess ħin jaderixxu ma' politika u prinċipji komuni. Il-Kummissjoni tieħu bħala punt ta' tluq għall-valutazzjoni tagħha tal-ħtieġa ta' miżuri bħal dawn, id-daqs, l-iskala u l-ambitu tal-attivitajiet li jkollu l-bank inkwistjoni wara l-implimentazzjoni ta' pjan ta' ristrutturar kredibbli kif previst fit-Taqsima 2 ta' dan il-Kapitolu. […] In-natura u l-forma ta' miżuri bħal dawn sejrin jiddependu fuq żewġ kriterji: l-ewwel, l-ammont tal-għajnuna u l-kondizzjonijiet u ċ-ċirkostanzi li taħthom ingħatat u, it-tieni, il-karatteristiċi tas-suq jew tas-swieq li fihom se jopera l-bank benefiċjarju.

Fir-rigward tal-ewwel kriterju, il-miżuri maħsuba biex jillimitaw id-distorsjonijiet sejrin ivarjaw b'mod sinjifikanti skont l-ammont tal-għajnuna, kif ukoll skont il-grad tal-kondiviżjoni tal-piżijiet u l-livell tal-prezzijiet. Ġeneralment, fejn il-kondiviżjoni tal-piżijiet ikun akbar u l-kontribuzzjoni proprja tkun ogħla, ikun hemm inqas konsegwenzi negattivi li jirriżultaw mill-periklu morali.

Fir-rigward tat-tieni kriterju, l-Awtorità sejra tanalizza l-effetti probabbli tal-għajnuna fuq is-swieq fejn jopera l-bank benefiċjarju wara r-ristrutturar. L-ewwel nett, sejrin jiġu eżaminati d-daqs u l-importanza relattiva tal-bank fis-suq jew fis-swieq tiegħu, wara li jkun irritorna għall-vijabbiltà. Il-miżuri sejrin jitfasslu skont il-karatteristiċi tas-suq sabiex jiġi żgurat li tiġi ppreservata l-kompetizzjoni effettiva. […] Il-miżuri li jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni ma għandhomx jippreġudikaw il-prospetti tar-ritorn tal-bank għall-vijabbiltà.”

(222)

Minn dak li ntqal hawn fuq jirriżulta li d-daqs tal-għajnuna, b'mod partikolari f'termini relattivi, kif ukoll il-karatteristiċi tas-suq, huma essenzjali fil-valutazzjoni mill-Awtorità tal-adegwatezza tal-miżuri li jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni. Fl-istess waqt, huwa evidenti li tali miżuri ma għandhomx jipperikolaw il-vijabbiltà tal-benefiċjarju tal-għajnuna għar-ristrutturar, filwaqt li t-tħassib relatat mal-kompetizzjoni għandu jiġi indirizzat fid-dawl tal-għan prevalenti tal-istabbiltà finanzjarja fil-kriżi preżenti.

(223)

Fl-isfond tal-qafas legali msemmi qabel, fil-paġni li ġejjin, l-Awtorità sejra tippreskrivi l-kunsiderazzjonijiet li hija tqis li huma essenzjali għall-valutazzjoni tagħha tal-miżuri li huma maħsuba sabiex jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni.

(224)

L-ewwel u qabel kollox, l-Awtorità hija tal-fehma li minħabba s-sitwazzjoni partikolari fis-swieq finanzjarji Islandiżi, jeħtieġ li ssir valutazzjoni bir-reqqa tal-kundizzjonijiet tas-suq u tal-ambjent kompetittiv. Il-miżuri li jillimitaw id-distorsjoni tal-kompetizzjoni għandhom jirriflettu ċ-ċirkostanzi diffiċli attwali, filwaqt li jiżguraw li d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni jkunu limitati għal minimu, kemm għal perjodu ta' żmien qasir kif ukoll fit-tul.

(225)

It-tieni, kif ġie stabbilit aktar 'il fuq fit-taqsima dwar il-kondiviżjoni tal-piżijiet, ġie indirizzat l-akbar kontribut possibbli mill-proprjetarji preċedenti ta' Landsbanki u, sa ċertu punt, tal-kredituri ta' Landsbanki. Konsegwentement, ġiet illimitata l-ħtieġa għal miżuri ta' kompetizzjoni addizzjonali.

(226)

It-tielet, fir-rigward tal-karatteristiċi tas-suq rilevanti, il-kollass tas-sistema finanzjarja fl-Islanda, segwit mill-interventi tal-awtoritajiet Islandiżi, wasslu għal konċentrazzjoni akbar fis-suq Islandiż għas-servizzi finanzjarji, filwaqt li żiedu b'mod sostanzjali s-sehem mis-suq mit-tliet banek ewlenin — Íslandsbanki, Arion Bank u Landsbankinn. Apparti dawn, illum il-ġurnata għad fadal biss xi ftit parteċipanti oħrajn żgħar fis-suq, filwaqt li l-prospett immedjat tad-dħul ta' parteċipant ġdid huwa żgħir ħafna, minħabba l-ostakoli għad-dħul imsemmija diġà u d-daqs żgħir tas-suq, kif ukoll, b'mod partikolari, minħabba l-kontrolli kapitali. Landsbankinn igawdi minn pożizzjoni sinjifikanti ħafna f'dan is-suq ikkonċentrat, b'sehem mis-suq ta' aktar minn 30 % fil-biċċa l-kbira tas-segmenti. Huwa fil-fatt l-akbar bank Islandiż f'termini tal-karta tal-bilanċ.

(227)

Ir-raba', il-kriżi wasslet għal numru ta' problemi speċifiċi ħafna, bħal-livell estremament għoli tal-proprjetà diretta u indiretta tal-banek il-kbar fl-ekonomija reali, kif ukoll l-emerġenza ta' monopolju de facto għas-servizzi bankarji tal-IT (RB), li l-maġġoranza tagħhom huma pposseduti mit-tliet banek.

(228)

Il-ħames, id-daqs relattiv tal-għajnuna li rċieva Landsbankinn huwa sinjifikanti. F'dan ir-rigward, l-Awtorità tosserva li, fil-bidu nett, il-kapital kollu tal-bank kien ipprovdut mill-Istat. Barra minn hekk, il-bank ibbenifika minn miżuri oħrajn ta' għajnuna — it-tranżazzjoni ta' Spkef u l-garanzija tad-depożiti. Minbarra dan, SpSv irċieva l-għajnuna qabel ma għadda f'idejn Landsbankinn. Fl-istess waqt, Landsbankinn għadu bank żgħir, għall-inqas skont l-istandards internazzjonali.

(229)

Is-sitt, il-kontroll ta' Spkef u SpSv mill-bank jitlob li jittieħdu miżuri ta' kompetizzjoni addizzjonali. Fid-deċiżjoni dwar SpSv, l-Awtorità enfasizzat li l-pjan ta' ristrutturar ta' Landsbankinn għandu jinkludi miżuri bħal dawn.

(230)

F'dan l-isfond, l-Awtorità tosserva li ttieħdu jew sejrin jittieħdu għadd ta' miżuri li huma maħsuba biex jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni li jirriżultaw mill-għajnuna mill-Istat mogħtija lil Landsbankinn.

(i)   Il-miżuri meħuda u l-iżviluppi regolatorji mwiegħda mill-awtoritajiet Islandiżi

(231)

Il-gvern Islandiż għamel żewġ impenji speċifiċi (ara l-Anness), li fil-fehma tal-Awtorità jistgħu jikkontribwixxu għall-ħolqien ta' ambjent regolatorju li jiffavorixxi l-kompetizzjoni fis-swieq finanzjarji:

(232)

L-ewwel nett, billi ħatar grupp ta' ħidma li għandu jirrevedi l-Att Nru. 36/1978 dwar it-Taxxa tal-Bolla, kif ukoll billi jeżamina b'mod partikolari jekk għandhomx jiġu aboliti t-taxxi tal-bolla għall-bonds maħruġa minn individwi meta jiġu ttrasferiti bejn il-kredituri (pereżempju, meta l-individwi jittrasferixxu s-self tagħhom minn istituzzjoni ta' self waħda għal oħra). L-Awtorità hija tal-fehma li l-liġi attwali — li fost l-oħrajn tobbliga lill-klijenti biex iħallsu t-taxxa tal-bolla fuq l-ammont tal-bond rispettiv (61) meta jaqilbu l-mutwanti — tista' tkun kapaċi tikkostitwixxi impediment għall-kompetizzjoni, minħabba li hija tista' timblokka lill-klijenti għall-kuntratti eżistenti fuq self fit-tul. B'hekk, l-Awtorità tilqa' l-impenn sabiex tiġi riveduta din il-liġi.

(233)

It-tieni, l-Awtorità tinnota li skont riżoluzzjoni li ġiet approvata mill-Parlament Islandiż fil-21 ta' Marzu 2012, kumitat jinħatar mill-gvern bil-mandat li janalizza l-protezzjoni tal-konsumaturi fis-suq finanzjarju. Dan jinkludi mandat speċifiku għall-analiżi tal-iffaċilitar tal-bdil u t-tnaqqis tal-ispejjeż marbuta mal-bdil, kif ukoll sabiex il-kumitat ikun jista' jaħdem mill-qrib mal-ICA fir-rigward ta' dik il-kwistjoni. Il-Kumitat għandu jippreżenta r-rapport tiegħu sa mhux aktar tard mill-15 ta' Jannar 2013. Tali valutazzjoni aktar mill-qrib tista' tkun ta' benefiċċju għall-kompetizzjoni fit-tul. Sadanittant, l-impenn minn Landsbankinn speċifiku għall-bank, li huwa diskuss hawn taħt, għandu jikkontribwixxi sabiex jagħmel il-bdil aktar faċli u, b'hekk, tiżdied il-kompetizzjoni.

(234)

L-Awtorità tilqa' l-ftehim li laħqu l-ICA u l-proprjetarji ta' RB, inklużi t-tliet banek ewlenin, dwar din il-kwistjoni, minħabba li hija qiegħda tagħmel ħilitha sabiex tiżgura l-aċċess għall-infrastruttura tal-IT essenzjali fuq bażi mhux diskriminatorja u bi spiża raġonevoli għall-kompetituri żgħar u għall-parteċipanti ġodda u potenzjali fis-suq. L-Awtorità hija tal-fehma li t-tħassib tagħha, kif espress, fost l-oħrajn, fit-tieni deċiżjoni ta' Byr (62), ġie indirizzat b'mod sodisfaċenti minn dan il-ftehim. Għalhekk, l-Awtorità ma għandhiex bżonn tkompli tindirizza din il-kwistjoni fid-deċiżjoni attwali.

(235)

Fl-aħħar nett, l-Awtorità tieħu nota tal-emendi regolatorji li saru mill-2008 'l quddiem, kif diskussi fl-Anness. F'dak li għandu x'jaqsam mat-tħassib li jirrigwardja l-kompetizzjoni, l-introduzzjoni tal-Art. 22 fl-Att dwar l-impriżi finanzjarji Nru. 161/2002 hija ta' importanza partikolari. Din id-dispożizzjoni tillimita l-parteċipazzjoni tal-impriżi finanzjarji fl-attivitajiet li jaqgħu barra mill-ambitu tal-liċenzji operattivi tagħhom. Skont din ir-regola ġdida, attivitajiet bħal dawn jistgħu jsiru biss fuq bażi temporanja u bil-għan li jiġu konklużi t-tranżazzjonijiet jew organizzati mill-ġdid l-attivitajiet tal-klijenti. Għal dan il-għan, għandha tintbagħat notifika raġunata lill-FME, filwaqt li ġew introdotti limiti taż-żmien għall-impriżi finanzjarji sabiex ikunu jistgħu jorganizzaw lill-klijenti tagħhom mill-ġdid u jiddisponu mill-assi approprjati.

(236)

L-Awtorità tqis din il-bidla bħala reazzjoni regolatorja xierqa għall-kwistjoni tal-proprjetà kbira b'mod sproporzjonat mill-istituzzjonijiet finanzjarji fl-ekonomija reali. Din id-dispożizzjoni tidher li hija maħsuba sabiex tipprevjeni li din is-sitwazzjoni — li hija riżultat dirett ta' bdil ta' dejn f'ekwità — issir waħda permanenti.

(ii)   Il-miżuri speċifiċi għal Landsbankinn

(237)

L-Awtorità tenfasizza li d-daqs u l-preżenza ta' Landsbankinn fis-suq huma biss frazzjoni ta' dawk ta' Landsbanki — hekk kif l-assi totali tnaqqsu b'75 %, kif ġie deskritt aktar 'il fuq. Barra minn hekk, kuntrarju għal Landsbanki, Landsbankinn huwa attiv biss fis-suq Islandiż. Filwaqt li ħafna minn dan it-tnaqqis huwa riżultat tal-likwidazzjoni tal-operazzjonijiet internazzjonali ta' Landsbanki, l-Awtorità hija tal-opinjoni li dan il-proċess għandu importanza partikolari fir-rigward tad-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni, minħabba li, b'mod partikolari, kienet l-istrateġija estera riskjuża ta' Landsbanki li wasslet għall-kollass tiegħu u li kkawżat distorsjonijiet fis-swieq finanzjarji taż-ŻEE fl-imgħoddi (63).

(238)

Barra minn hekk, l-Awtorità tilqa' l-impenji ta' Landsbankinn (ara l-Anness) sabiex ikompli jnaqqas il-preżenza tiegħu fis-suq domestiku permezz ta' […] żvestiment relatat ma' […]. Minbarra dan, l-Awtorità tosserva b'mod pożittiv li Landsbankinn impenja ruħu li jagħlaq […] fergħat matul il-perjodu tar-ristrutturar. Abbażi tal-pjan tar-ristrutturar finali u fid-dawl tal-fatt li Landsbankinn huwa bank żgħir li jopera skont l-istandards taż-ŻEE, l-Awtorità taqbel ma' Landsbankinn li l-miżuri strutturali ulterjuri jistgħu jipperikolaw il-prospetti tal-bank li jirriġenera l-vijabbiltà fit-tul (64)

(239)

L-Awtorità tieħu nota tal-impenn li Landsbankinn mhuwiex se jikseb istituzzjonijiet finanzjarji sal-15 ta' Diċembru 2014, għajr jekk huwa jikseb l-approvazzjoni tal-Awtorità minn qabel. Dan ifisser li tista' tiġi evitata l-konċentrazzjoni ulterjuri tas-suq finanzjarju Islandiż permezz tal-akkwisti minn Landsbankinn. Dan l-impenn jiżgura wkoll li l-għajnuna li ngħatat lil Landsbankinn tintuża għar-riġenerazzjoni tal-vijabbiltà tiegħu minflok biex issaħħaħ u tkompli tespandi l-preżenza tiegħu fis-suq Islandiż. L-istess jgħodd għall-impenn ta' Landsbankinn, li permezz tiegħu, sal-15 ta' Ottubru 2014, huwa la għandu jinforza klawżoli kuntrattwali u lanqas jintroduċi klawżoli kuntrattwali ġodda li jagħmlu t-termini speċjali fuq ir-rati tal-imgħax kontinġenti fuq iż-żamma ta' negozju minimu mal-bank, kif ukoll għall-impenn sabiex l-involviment tal-Istat ma jiġix invokat bħala sors ta' vantaġġ kompetittiv waqt il-kummerċjalizzazzjoni tas-servizzi tiegħu.

(240)

Kif ġie deskritt aktar 'il fuq, is-suq finanzjarju Islandiż bħalissa qiegħed jippreżenta ambjent operattiv diffiċli għal kwalunkwe bank. B'hekk, l-Awtorità tilqa' l-impenji minn Landsbankinn relatati mal-iffaċilitar tal-bdil bejn il-banek u l-provvista ta' servizzi bażiċi ta' pproċessar tal-pagamenti, kif ukoll servizzi ta' distribuzzjoni tal-flus. L-Awtorità hija tal-fehma li dawk il-miżuri, flimkien mal-ftehim bejn it-tliet banek ewlenin u l-ICA dwar l-RB imsemmi fuq, jiżguraw li l-parteċipanti iżgħar fis-suq ikollhom aċċess għall-aktar infrastruttura u servizzi essenzjali bi prezzijiet raġonevoli mingħajr ma l-parteċipanti akbar ikollhom bżonn jimblokkaw l-aċċess tagħhom. L-Awtorità hija tal-fehma li dan għandu jnaqqas l-ostakoli għad-dħul ta' parteċipanti futuri (potenzjali) fis-suq. Il-miżuri jistgħu jippermettu wkoll lill-parteċipanti iżgħar eżistenti jespandu l-ishma tagħhom mis-suq jekk ikunu jistgħu joffru servizzi aħjar mill-kompetituri akbar minnhom. Barra minn hekk, il-miżuri maħsuba biex jiffaċilitaw il-bdil għandhom jikkontribwixxu għal kompetizzjoni aktar qawwija bejn il-parteċipanti kbar eżistenti, filwaqt li jistgħu jikkontribwixxu biex jipprevjenu jew itemmu sitwazzjoni ta' dominanza kollettiva potenzjali.

(241)

Fl-aħħar nett, Landsbankinn jimpenja ruħu li jbigħ, mill-aktar fis possibbli, l-ishma fil-kumpaniji operattivi, li kienu ġew ittrasferiti minħabba r-ristrutturar li sar skont l-Artikolu 22 tal-Att dwar l-impriżi finanzjarji Nru. 161/2002. Huwa qiegħed jimpenja ruħu li jsegwi l-proċedura u l-limiti ta' żmien li huma stabbiliti f'din id-dispożizzjoni, kif ukoll li jżomm informazzjoni aġġornata fuq is-sit elettroniku tiegħu (jew dak ta' sussidjarju) dwar is-sussidjarji u l-ishma li huma miżmuma għall-bejgħ. Barra minn hekk, Landsbankinn impenja ruħu li jbigħ […] sa ċerti dati tal-għeluq fi ħdan il-perjodu tar-ristrutturar.

(242)

L-Awtorità tilqa' l-impenn ġenerali ta' Landbankinn li jiżvesti, mill-aktar fis possibbli, il-kumpaniji u l-ishma kollha li mhumiex relatati man-negozju ewlieni tiegħu. Dan ma jindirizzax biss it-tħassib potenzjali fir-rigward tal-kompetizzjoni li jista' jirriżulta mill-fatt li huwa proprjetarju daqstant dominanti fl-ekonomija reali Islandiża, iżda għandu jevita wkoll il-possibbiltà li l-vijabbiltà tal-bank titpoġġa f'riskju.

(243)

Dan jiġbed l-attenzjoni tal-awtoritajiet Islandiżi u ta' Landsbankinn għall-fatt li minħabba l-impenji, il-ksur tal-liġi nazzjonali jista' jinvolvi wkoll użu ħażin tal-għajnuna. Barra minn hekk, l-Awtorità tqis li l-inklużjoni ta' informazzjoni dwar l-iżvestimenti u l-bejgħ previsti fuq is-sit elettroniku tagħha ġġib magħha aktar trasparenza dwar is-sitwazzjoni tal-proprjetà attwali fl-ekonomija Islandiża. Sa ċertu punt, dan jirrimedja dan it-tħassib partikolari fir-rigward tal-kompetizzjoni li bħalissa qiegħed jikkaratterizza s-swieq tal-Islanda.

(244)

Abbażi ta' dak li ntqal fuq, l-Awtorità hija tal-fehma li l-miżuri msemmija diġà jindirizzaw il-kwistjonijiet ewlenin li jirrigwardjaw il-kompetizzjoni u li ġew identifikati mill-Awtorità b'kollaborazzjoni mal-ICA. Fid-dawl tal-objettiv ewlieni tal-istabbiltà finanzjarja, l-Awtorità tikkonkludi li l-impenji jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni b'mod sodisfaċenti. Għalhekk, l-għajnuna għar-ristrutturar tikkonforma mat-taqsima 4 tal-Linji Gwida dwar ir-Ristrutturar.

III.   IL-KONKLUŻJONI

(245)

Fuq il-bażi tal-valutazzjoni preċedenti u fid-dawl tal-pjan ta' ristrutturar sottomess mill-awtoritajiet Islandiżi għal Landsbankinn, id-dubji tal-Awtorità espressi fid-deċiżjoni tal-ftuħ fir-rigward tan-natura u l-kompatibbiltà tal-miżuri ta' għajnuna għal Landsbankinn huma mtaffija. Barra minn hekk, l-Awtorità ma tqajjem ebda oġġezzjoni għat-tranżazzjoni ta' Spkef u tawtorizza l-għajnuna rċevuta minn SpSv. Għalhekk, l-Awtorità tapprova l-miżuri ta' għajnuna bħala għajnuna għar-ristrutturar kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim dwar iż-ŻEE skont l-Artikolu 61(3)(b) taż-ŻEE soġġett għal kemm l-Islanda u l-Landsbankinn jirrispettaw l-impenji stabbiliti fl-Anness.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-kapital operattiv inizjali u l-kapitalizzazzjoni finali mill-Istat mogħtija lil Landsbankinn, kif ukoll it-tranżazzjoni ta' Spkef u l-garanzija tad-depożiti jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE.

Artikolu 2

Il-miżuri enumerati fl-Artikolu 1 jikkostitwixxu għajnuna illegali mill-Istat mid-dati tal-implimentazzjoni tagħhom sad-data ta' din id-deċiżjoni fid-dawl tan-nuqqas tal-awtoritajiet Islandiżi milli jikkonformaw mar-rekwiżit li jinnotifikaw lill-Awtorità qabel jimplimentaw l-għajnuna skont l-Artikolu 1(3) tal-Parti I tal-Protokoll 3.

Artikolu 3

Il-miżuri enumerati fl-Artikolu 1, kif ukoll il-miżuri għal SpSv deskritti fid-deċiżjonijiet dwar il-Banek tat-Tfaddil, huma kompatibbli mal-funzjonament tal-ftehim dwar iż-ŻEE skont l-Artikolu 61(3)(b) soġġett għal kemm iż-ŻEE tirrispetta l-impenji stabbiliti fl-Anness. L-awtorizzazzjoni għall-garanzija tad-depożiti hija limitata sal-aħħar tal-2014.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Islanda.

Artikolu 5

Il-verżjoni bl-Ingliż biss ta' din id-deċiżjoni hija awtentika.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Lulju 2012.

Għall-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA

Oda Helen SLETNES

Il-President

Sverrir Haukur GUNNLAUGSSON

Il-Membru tal-Kulleġġ


(1)  Dan id-dokument huwa disponibbli biss għal skopijiet ta' informazzjoni. F'din il-verżjoni pubblika, tħalliet barra xi informazzjoni bil-għan li ma tiġix żvelata ċerta informazzjoni kunfidenzjali. Din hija rrappreżentata minn […] jew firxa f'parenteżi kwadri li tipprovdi għal approssimazzjoni mhux kunfidenzjali taċ-ċifra rilevanti.

(2)  Jekk jogħġbok, ara deskrizzjoni aktar dettaljata fid-deċiżjoni tal-ftuħ, imsemmija fin-nota 3 f'qiegħ il-paġna.

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru. 493/10/COL, li tiftaħ il-proċedura ta' investigazzjoni formali dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija għar-restorazzjoni ta' ċerti operazzjonijiet ta' dak li kien il-Landsbanki Islands hf u għat-twaqqif u l-kapitalizzazzjoni ta' New Landsbanki Islands (NBI hf) (li issa ngħata l-isem ta' Landsbankinn), ĠU C 41, 10.2.2011, p. 31 u s-Suppliment taż-ŻEE għal Il-Ġurnal Uffiċjali tal-UE Nru 7, 10.2.2011, p. 26.

(4)  Fl-istess jum, Glitnir Bank tpoġġa wkoll taħt amministrazzjoni ġudizzjarja, filwaqt li Kaupthing Bank segwa l-istess proċedura jumejn wara, jiġifieri fid-9 ta' Ottubru 2008. Ir-rapport tal-SIC (ara l-paragrafu 14 u n-nota 4 f'qiegħ il-paġna tad-Deċiżjoni preżenti) ikkonkluda (fil-paġna 86 tal-Kapitolu 21) li kwistjoni ewlenija kienet li, minkejja l-likwidità ta' Landsbanki fl-ISK, il-bank kellu munita barranija insuffiċjenti għad-dispożizzjoni tiegħu sabiex jonora l-obbligi barranin tiegħu. Ir-rapport ikkunsidra wkoll li kien ta' min isemmi li s-self ta' EUR 153 miljun lill-proprjetarju prinċipali tiegħu (imsemmi fuq) kien sar biss ftit jiem qabel, fejn iddikjara li għalhekk kien “evidenti li l-proprjetarji prinċipali ta' Landsbanki ma kinux interessati jew kapaċi jgħinu lill-bank sabiex joħroġ mill-pożizzjoni diffiċli li sab ruħu fiha”.

(5)  Il-membri tal-SIC kienu l-Imħallef tal-Qorti Suprema, is-Sur Páll Hreinsson; l-Ombudsman Parlamentari tal-Islanda, is-Sur Tryggvi Gunnarsson; u s-Sra. Sigríður Benediktsdóttir Ph.D., lekċerer u chairperson assoċjat fl-Università ta' Yale, l-Istati Uniti tal-Amerika. Ir-rapport sħiħ huwa disponibbli bl-Islandiż fuq: http://rna.althingi.is/ u l-partijiet tradotti bl-Ingliż (inklużi s-Sommarju Eżekuttiv u l-Kapitolu dwar il-kawżi tal-kollass tal-banek) huma disponibbli fuq: http://sic.althingi.is/

(6)  Il-króna Islandiża.

(7)  Is-self lill-partijiet barranin żdied bi EUR 11,4 biljun minn EUR 9,3 biljun għal EUR 20,7 biljun f'sitt xhur.

(8)  Il-Kapitolu 21.2.1.2 (paġna 6) tar-Rapport.

(9)  Kienet fil-fatt il-politika ddikjarata ta' dak li kien il-gvern ta' koalizzjoni li jinkoraġġixxi aktar tkabbir u li jinċentiva lill-banek sabiex iżommu l-kwartieri ġenerali tagħhom fl-Islanda.

(10)  Il-Kapitolu 2, paġna 5 tar-rapport.

(11)  Għal aktar dettalji ġenerali dwar il-miżuri meħuda mill-awtoritajiet Islandiżi, ara r-rapport tal-Ministru tal-Finanzi lill-Parlament dwar il-qawmien mill-ġdid tal-banek kummerċjali (Skýrsla fjármálaráðherra um endurreisn viðskiptabankanna), li ġie ppubblikat f'Mejju 2011 u li huwa disponibbli fuq http://www.althingi.is/altext/139/s/-pdf/1213.pdf

(12)  Att Nru. 125/2008 dwar l-Awtorità għall-Ħlasijiet mit-Teżor dovuti għal Ċirkostanzi Mhux tas-Soltu tas-Suq Finanzjarju eċċ.

(13)  Ara wkoll ir-Rapport Annwali tal-FME għall-2009 (Lulju 2008 — Ġunju 2009), li huwa disponibbli fuq http://en.fme.is/media/utgefid-efni/FME-Annual-Report-2009.pdf

(14)  Kellhom isegwu aktar akkwiżizzjonijiet ta' intrapriżi finanzjarji. F'Marzu 2009, l-FME ħadet kontroll tal-operazzjonijiet ta' tliet intrapriżi finanzjarji; Straumur-Burdaras, Reykjavik Savings Bank (SPRON) u Sparisjodabanki Íslands (Icebank), u ħadet deċiżjonijiet dwar id-disponiment tal-assi u tal-obbligazzjonijiet ta' dawk l-intrapriżi. Filwaqt li aktar tard ġie approvat ftehim ta' kompożizzjoni mal-kredituri ta' Straumur, SPRON u Sparisjodabanki kienu sottomessi għal proċedura ta' stralċ. Barra minn hekk, kien hemm intrapriżi finanzjarji oħrajn li kienu affettwati b'mod sever mill-kollass tat-tliet banek kummerċjali ewlenin u mill-inċertezzi prevalenti fis-swieq finanzjarji, filwaqt li intrapriżi finanzjarji oħrajn tpoġġew soġġetti għall-amministrazzjoni pubblika fl-2010. B'hekk, f'Marzu 2010, l-FME ħatret bord provviżorju ta' diretturi għal VBS Investment Bank. F'April 2010, l-FME ħadet kontroll ta' Keflavík Savings Bank u Byr Savings Bank, filwaqt li stabbilixxiet li l-operazzjonijiet tagħhom għandhom jittieħdu minn intrapriżi finanzjarji ġodda, SpKef Savings Bank u Byr hf, rispettivament. Billi rriżulta li l-kundizzjonijiet finanzjarji ta' dawn l-intrapriżi ġodda kienu agħar milli ġie antiċipat fil-bidu, SpKef ġie amalgamat aktar tard ma' Landsbankinn, filwaqt li Byr hf. ġie amalgamat ma' Íslandsbanki, wara sejħa għall-offerti għall-ishma ta' Byr. Barra minn hekk, fl-2009, l-awtoritajiet Islandiżi ntalbu sabiex jindirizzaw id-diffikultajiet finanzjarji ta' Saga Capital Investment Bank u, fl-2011, ta' Housing Financing Fund.

(15)  Bħala eżempju tal-iskala tad-deprezzament f'daqqa, ir-rata tal-kambju medja ta' kull xahar tal-Euro mal-króna Islandiża żdiedet minn ISK 90,71 f'Diċembru 2007 għal ISK 184,64 f'Novembru 2009.

(16)  Matul is-snin 2009-2011, is-sehem tal-investimenti fil-PDG kien biss bejn 13 u 14 %.

(17)  It-terminu 'bilanċ kummerċjali' jirreferi għad-differenza fil-qligħ mill-esportazzjonijiet u mill-importazzjonijiet ta' prodotti u servizzi. Huwa ma jinkludix il-bilanċ fuq id-dħul primarju minn barra l-pajjiż, li kien negattiv fis-snin li għaddew, b'mod partikolari mis-sena 2008. Dan jimplika li minkejja l-bilanċ pożittiv fuq il-bilanċ kummerċjali, il-kont kurrenti globali tal-Islanda kien negattiv matul is-snin riċenti, għalkemm naqas f'daqqa mis-sena 2009.

(18)  Dwar dan is-suġġett, ara, pereżempju, ir-rapport tal-Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi għall-Althingi ta' Marzu 2012, L-Istruttura Futura tas-Sistema Finanzjarja Islandiża (Future Structure of the Icelandic Financial System). Skont il-ministeru, dan ir-rapport jitqies bħala katalista għal diskussjoni informata dwar dan is-suġġett importanti minħabba li huwa ma jippreżentax proposti fformati b'mod sħiħ, iżda jistabbilixxi l-kwistjonijiet u l-prospetti ewlenin b'referenza għall-iżviluppi internazzjonali. Ir-rapport huwa disponibbli fuq http://eng.efnahagsraduneyti.is/media/Acrobat/Future-Structure.pdf.

(19)  Il-proċess sabiex il-garanziji tad-depożiti jinġiebu lura fil-kundizzjonijiet normali tagħhom mhuwiex relatat mat-tneħħija tal-appoġġ mill-Istat għal tali garanziji, iżda wkoll mar-reviżjoni tad-dispożizzjonijiet fl-Att ta' Emerġenza li, permezz tagħhom, id-depożiti li jgawdu minn garanziji tad-depożiti skont il-liġi, għandhom prijorità fil-likwidazzjoni ta' intrapriża finanzjarja. Dan jikkomprendi vantaġġ konsiderevoli għad-depożituri, mhux l-inqas minħabba li l-kollass bankarju tal-2008 għadu frisk fl-imħuħ tan-nies. Min-naħa l-oħra, din id-dispożizzjoni x'aktarx li tirrappreżenta żvantaġġ għall-banek sabiex jiddiversifikaw l-arranġament tal-finanzjament tagħhom.

(20)  Ara l-Kapitolu 9 tar-rapport tal-Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi msemmi fin-nota 25 f'qiegħ il-paġna. Meta ppreżenta dak ir-rapport, il-Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi ħatar ukoll grupp ta' esperti bankarji, bil-parteċipazzjoni ta' esperti barranin, sabiex iħejju proposti dwar qafas legali u regolatorju komprensiv għas-suq finanzjarju fl-Islanda b'mod ġenerali. Skont l-istess rapport, l-awtoritajiet Islandiżi qegħdin jipprevedu wkoll li jistudjaw għażliet oħrajn għall-ġejjieni, inklużi s-separazzjoni possibbli tal-attivitajiet bankarji kummerċjali u ta' investiment, l-adozzjoni ta' leġiżlazzjoni dwar l-istabbiltà finanzjarja u emenda possibbli tad-diviżjoni tar-responsabbiltà tal-korpi regolatorji tas-servizzi finanzjarji. Mid-dikjarazzjonijiet tal-awtoritajiet Islandiżi, jidher ċar ukoll li reviżjoni tal-qafas tal-politika monetarja għadha fuq l-aġenda, bi jew mingħajr il-possibbiltà li l-Islanda ssir membru tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll mezzi possibbli oħrajn sabiex tittejjeb il-ġestjoni ekonomika u jiġi żgurat li r-regolaturi “jaraw il-foresta għas-siġar” u effettivament japplikaw l-aktar għodod makroprudenzjali xierqa.

(21)  Ara l-Kapitolu 6 tar-rapport mill-Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi għall-Althingi, L-Istruttura Futura tas-Sistema Finanzjarja Islandiża (The Future Structure of the Icelandic Financial System), disponibbli fuq http://eng.efnahagsraduneyti.is/publications/news/nr/3559

(22)  Mill-ħarifa tal-2008, kien hemm diversi intrapriżi finanzjarji li għebu mis-suq (minbarra l-banek kummerċjali kbar “antiki”, jiġifieri Glitnir, Kaupthing u Landsbanki): Sparisjóðabanki Íslands (dak li qabel kien jismu Icebank), Reykjavik Savings Bank (SPRON), Sparisjóður Mýrarsýslu (Myrarsysla Savings Bank, SPM), VBS Investment Bank u Askar Capital Investment Bank. L-operazzjonijiet ta' Straumur-Burdaras Investment Bank u Saga Capital Investment Bank naqsu wkoll b'mod sinjifikanti.

(23)  Fil-11 ta' April 2011, ġie approvat kuntratt għall-bejgħ tal-operazzjonijiet tal-bank MP (l-antik) fl-Islanda u fil-Litwanja waqt il-laqgħa tal-azzjonisti tal-bank, meta aktar minn 40 azzjonist ġdid investew ISK 5.5 biljun f'ishma ġodda fil-bank. Barra minn hekk, kien hemm operazzjonijiet oħrajn tal-bank l-antik li baqgħu għand is-sidien preċedenti u li ġew ittrasferiti lill-entità legali ġdida bl-isem ta' EA fjárfestingarfélag hf. Għal aktar dettalji, ara l-istqarrijiet għall-istampa tal-bank MP tal-11 ta' April 2011, li huma disponibbli fuq https://www.mp.is/um-mp-banka/utgefid-efni/frettir/nr/1511 u https://www.mp.is/um-mp-banka/utgefid-efni/frettir/nr/1510

(24)  Skont is-soluzzjoni milħuqa, RB u l-proprjetarji tiegħu qablu fuq numru ta' impenji mmirati biex jipprevjenu d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni li jirriżultaw mill-operazzjonijiet ta' RB u l-kooperazzjonijiet tal-proprjetarji tiegħu. L-impenji jirrikjedu, fost l-oħrajn, li l-RB għandu jiġi operat fuq termini kummerċjali ġenerali indipendenti mill-proprjetarji tiegħu, li l-maġġoranza tal-membri tal-bord ta' RB għandhom ikunu speċjalisti indipendenti mill-proprjetarji, li l-aċċess għas-sistemi u s-servizzi pprovduti minn RB għandu jiġi pprovdut fuq bażi mhux diskriminatorja u li t-termini tas-servizzi pprovduti minn RB għandhom ikunu l-istess, irrispettivament minn jekk il-klijent huwiex azzjonist jew le f'RB. Il-proprjetarji eżistenti ta' RB impenjaw ruħhom li joffru regolarment għall-bejgħ Parti mill-ishma tagħhom f'RB, bil-għan li jagħmluha faċli għall-intrapriżi mhux finanzjarji biex jakkwistaw il-proprjetà f'RB. Tali stediniet għandhom isiru mill-inqas kull sentejn, sakemm mill-inqas terz tal-ishma totali f'RB ikunu nbiegħu lil partijiet oħrajn għajr l-azzjonisti attwali jew inkella jkunu ġew offruti għall-bejgħ f'offerta ta' ishma.

(25)  L-ICA tuża t-terminu “kumpaniji operattivi” għall-ishma tal-banek f'negozji normalment mhux finanzjarji li jkunu kisbu l-banek fir-rigward tar-ristrutturar tal-portafolli tas-self tagħhom permezz ta' bdil ta' dejn f'ekwità jew b'xi mod ieħor. Bl-istess mod, l-Awtorità tuża t-terminu “kumpanija operattiva” għal intrapriża f'ekonomija reali, li ma tkunx tappartjeni għan-negozju ewlieni tal-bank fis-swieq finanzjarji.

(26)  F'dan il-kuntest, l-Awtorità tifhem li proprjetà indiretta tirreferi għall-influwenza u l-kontroll possibbli tal-banek fuq il-kumpaniji minħabba d-dejn għoli tagħhom dovut lill-bank.

(27)  Rapport Annwali 2007, paġna 10. Disponibbli fuq: http://www.lbi.is/library/Opin-gogn/pdf/landsbanki_annual_report_2007.pdf?bcsi_scan_A7E1E556D7B2F94D=aB9LkrKRu+y0xx3fim/JyUDnRB0bAAAANp6SAg==&bcsi_scan_filename=landsbanki_annual_report_2007.pdf

(28)  Rapport annwali 2007, p. 61.

(29)  Iċ-ċifri monetarji jissemmew f'din it-taqsima l-ewwel fil-munita li fiha ġie pprovdut il-kapital, segwiti minn referenza fil-parentesi għall-ammont korrispondenti f'ISK jew EUR (skont kif ikun xieraq), fejn ikun ġie pprovdut mill-awtoritajiet Islandiżi.

(30)  Id-definizzjoni tal-kapital Ewlieni tal-Grad 1 tinkludi biss l-ekwità, jiġifieri l-kapital azzjonarju u l-qligħ miżmum, iżda ma tinkludix self subordinat jew tipi oħrajn ta' strumenti kapitali ibridi.

(31)  Fil-15 ta' Ġunju 2012, Landsbankinn ħabbar li huwa se jibda jħallas lura (partijiet minn) dawk il-bonds lil Landsbanki aktar kmieni milli mistenni. Ara http://www.landsbankinn.com/news-and-notifications/2012/06/15/Landsbankinn-starts-to-repay-bond-before-schedule/.

(32)  Il-bond kontinġenti huwa marbut mal-istima u l-prestazzjoni ta' ċerti assi ta' referenza. Sakemm il-valuri ta' dawn l-assi jkunu ogħla, fil-31 ta' Diċembru 2012, minn kemm kien stmat meta ġie konkluż il-ftehim, il-bond kontinġenti huwa intiż biex jikkumpensa lill-bank l-antik għal din id-differenza. Jekk id-differenza bejn l-istima f'dawn iż-żewġ dati tkun żero jew ammont negattiv, il-bilanċ prinċipali ġdid jitqies bħala żero u l-bond kontinġenti jiġi kkanċellat. Madankollu, jekk il-valur ikun pożittiv, il-bond kontinġenti jinħareġ f'dan il-valur u Landsbanki jċedi l-ishma tiegħu lil Landsbankinn, jew inkella parti mill-ishma tiegħu sakemm il-valur pożittiv ikun inqas mill-valur tal-ishma.

(33)  ĠU L 84, 26.3.1997, p. 22.

(34)  ĠU L 135, 31.5.1994, p. 5.

(35)  It-traduzzjoni tal-avviż bl-Ingliż hija disponibbli fuq: http://eng.forsaetisraduneyti.is/news-and-articles/nr/3033.

(36)  http://www.efnahagsraduneyti.is/frettir/frettatilkynningar/nr/2842

http://www.efnahagsraduneyti.is/frettir/frettatilkynningar/nr/3001. Il-Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi rrefera wkoll għaliha riċentament f'intervista ma' Viðskiptablaðið fit-2 ta' Diċembru 2010, paġna 8: “[The declaration] will be withdrawn in due course. We do not intend to maintain unlimited guarantee of deposits indefinitely. The question when it will be withdrawn depends, however, on when an alternative and effective deposit system will come into force and a financial system which will have fully resolved its issues” (it-traduzzjoni tal-Awtorità).

(37)  Il-paragrafu rilevanti jista' jinstab fit-taqsima 16 (paġna 6) tal-ittra: http://www.efnahagsraduneyti.is/media/Acrobat/Letter_of_Intent_2nd_review_-_o.pdf

(38)  http://hamar.stjr.is/Fjarlagavefur-Hluti-II/GreinargerdirogRaedur/Fjarlagafrumvarp/2011/Seinni_hluti/Kafli_8.htm [Mbl 10.6.2012].

(39)  Traduzzjoni mhux uffiċjali mill-Awtorità ta' stqarrija li ġiet irrapportata f'Morgunblaðið (www.mbl.is) fl-10 ta' Ġunju 2012.

(40)  Ara http://www.fjarmalaraduneyti.is/frettatilkynningar/nr/15527.

(*)  Meta ssir referenza għal “Redditu Azzjonarju/ROE” nifhmu b’ROE wara t-taxxi.

(41)  Ir-rapport tal-ISFI għall-2011 (dwar l-operazzjonijiet tal-banek fl-2010) jasal għal konklużjoni simili; il-“profittabbiltà ewlenija” ta' Landsbankinn skont dan ir-rapport hija saħansitra ogħla. Ara http://www.banka-sysla.is/files/SkyrslaBR_2011_net_74617143.pdf

(42)  Ara r-Regoli dwar il-Proporzjonijiet tal-Likwidità ta' CBI Nru 317 tal-25 ta' April 2006, disponibbli fuq http://www.sedla-banki.is/lisalib/getfile.aspx?itemid=4713

(43)  Il-banek Islandiżi ewlenin qablu li joffru lill-klijenti kollha b'ingranaġġ eċċessiv aġġustament ipotekarju ta' 110 %, jiġifieri li l-kapital tal-ipoteki jiġi ffissat għal 110 % tal-valur irreġistrat tal-proprjetà.

(44)  Deskritti fid-dettall fil-Kapitolu 3 tad-deċiżjoni preżenti.

(45)  Ara, f'dan ir-rigward, is-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawżi konġunti T-425/04, T-444/04, T-450/04 u T-456/04, Franza u oħrajn vs il-Kummissjoni, is-sentenza tal-21.5.2010, Ġabra [2010] II-02099, il-paragrafu 283 (dwar l-appelli), kif ukoll l-Opinjoni mogħtija minnAG Mengozzi fil-każ ta' appell, jiġifieri l-Kawża C-399/10 Bouygues, il-paragrafu 47, fejn dawn il-kondizzjonijiet huma meqjusa bħala wisq restrittivi għall-finanzjament tal-għajnuna mill-Istat.

(46)  Ara, pereżempju, T-228/99 WestLB [2003] Ġabra 435.

(47)  Ara, pereżempju, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-10.10.2008 fil-kawża NN 51/2008 Skema ta' garanziji għall-banek fid-Danimarka, fil-paragrafu 32, u d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21.10.2008 fil-kawża C10/2008 IKB, fil-paragrafu 74.

(48)  Ara d-deċiżjoni tal-Awtorità tat-8.5.2009 dwar skema għal rikapitalizzazzjoni temporanja ta' banek fundamentalment b'saħħithom maħsuba biex trawwem l-istabbiltà finanzjarja u s-self għall-ekonomija reali fin-Norveġja (205/09/COL) disponibbli fuq: http://www.eftasurv.int/?1=1&showLinkID=16694&1=1

(49)  Ara, f'dan il-kuntest, raġunament simili adottat mill-Kummissjoni Ewropea fir-rigward tal-investimenti li saru minn fornituri ta' kumpanija f'diffikultà fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C 4/10 (ex NN 64/09) — Għajnuna favur Trèves (Franza).

(50)  Rapport tal-Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi għall-Althingi (Marzu 2012), “L-Istruttura Futura tas-Sistema Finanzjarja Islandiża”, Kapitolu 9.6, disponibbli fuq: http://eng.atvinnuvegaraduneyti.is/media/Acrobat/Future-Structure.pdf

(51)  F'dan ir-rigward, l-Awtorità tinnota l-kummenti tal-Gvernatur tas-CBI, li fid-daħla għar-rapport dwar l-Istabbiltà Finanzjarja tal-bank għat-tieni nofs tal-2010 jgħid li l-“kapitalizzazzjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji bħalissa hija protetta mill-kontrolli kapitali u mid-dikjarazzjoni tal-garanzija tad-depożiti tal-Gvern”. Ara http://www.sedlabanki.is/lisalib/getfile.aspx?itemid=8260, p. 5. Ara wkoll id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni NN48/2008 dwar l-Iskema ta' Garanziji għall-Banek fl-Irlanda, il-paragrafi 46 u 47: http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/comp-2008/nn048-08.pdf; u NN51/2008 dwar l-Iskema ta' Garanzija għall-Banek fid-Danimarka: http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/comp-2008/nn051-08.pdf

(52)  Ara, f'dan ir-rigward, il-Kawża 730/79 Phillip Morris vs il-Kummissjoni [1980] Ġabra 2671.

(53)  Ara l-Parti VIII tal-Linji Gwida tal-Awtorità dwar l-Għajnuna mill-Istat. Regoli temporanji rigward il-kriżi finanzjarja. L-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għall-miżuri meħuda fir-rigward tal-istituzzjonijiet finanzjarji fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja globali attwali, disponibbli fuq http://www.eftasurv.int/?1=1&showLinkID=16604&1=1

(54)  Ritorn għall-vijabbiltà u l-valutazzjoni tal-miżuri ta' ristrutturar fis-settur finanzjarju fil-kriżi attwali skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, adottati mill-Awtorità fil-25 ta' Novembru 2009 taħt il-Kapitolu VII: Regoli Temporanji li jirrigwardjaw il-Kriżi Finanzjarja, kif estiżi mil-Linji Gwida dwar il-Kriżi Finanzjarja 2012. Disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-Awtorità fuq: http://www.eftasurv.int/media/state-aid-guidelines/Part-VIII---Return-to-viability-and-the-assessment-of-restructuring-measures-in-the-financial-sector.pdf.

(55)  Fl-1 ta' Jannar 2011 daħlu fis-seħħ ir-Regoli l-Ġodda dwar il-Bilanċ tal-Kambju li ġew adottati mis-CBI. L-għan tar-regoli huwa li jillimitaw ir-riskju tal-kambju billi jipprevjenu lill-bilanċi tal-kambju milli jaqbżu l-limiti definiti. Waħda mill-aktar bidliet importanti mill-verżjonijiet preċedenti tar-Regoli hija li l-pożizzjoni permessibbli tal-kambju miftuħ f'muniti individwali tnaqqset minn 20 % għal 15 % tal-ekwità, filwaqt li l-bilanċ permessibbli tal-kambju totali tbaxxa minn 30 % għal 15 %. Ir-rapportaġġ tal-bilanċ tal-kambju huwa wkoll aktar dettaljat minn qabel, hekk kif l-assi u l-obbligazzjonijiet denominati f'munita barranija huma kklassifikati skont it-tip: self, bonds, titoli ta' ekwità, ishma f'fondi reċiproċi, depożiti, ftehimiet li jipproduċu l-interessi, djun mal-Bank Ċentrali, eċċ. F'każ li l-bilanċ tal-kambju jiddevja mil-limiti stabbiliti fir-regoli, l-impriża finanzjarja kkonċernata għandha tieħu azzjoni sabiex telimina d-differenza fi żmien massimu ta' tlett ijiem tax-xogħol. Jekk il-miżuri ta' impriża finanzjarja jonqsu milli jiksbu dan, is-CBI jista' jikkalkula l-penali perjodiċi. Is-CBI ħa wkoll xi passi oħrajn sabiex jillimita l-iżbilanċi tal-kambju, pereżempju billi kkonkluda ftehim dwar tpartit tal-munita ma' wieħed mill-banek kummerċjali, kif ukoll l-akkwist ta' munita barranija. Skont is-CBI, dawn il-miżuri jippromwovu stabbiltà finanzjarja miżjuda u jappoġġjaw ir-riżervi tal-kambju mhux missellfa tas-CBI.

(56)  Cf. http://www.bis.org/press/p120412a.htm.

(57)  Cf., pereżempju, ir-rapport dwar l-Istabbiltà Finanzjarja ta' CBI 2011:2, li jgħid li l-marġini tar-rata tal-imgħax huwa madwar darbtejn jew tliet darbiet ogħla fl-Islanda milli huwa f'pajjiżi Nordiċi oħrajn.

(58)  Il-firxa eżatta tat-telf għadha inċerta u tvarja skont il-klassifikazzjoni. Indikazzjoni tat-telf, skont l-estimi attwali, tista' tiġi dedotta minn http://www.lbi.is/library/Opin-gogn/skyrslan/Opna%20netið%20-%20CreditorsMeeting_31Mai2012%20-%20íslenskaME.pdf, li turi li l-obbligazzjonijiet huma bejn wieħed u ieħor 3 darbiet akbar mill-assi fil-proprjetà.

(59)  Il-Linji Gwida dwar il-Kriżi Finanzjarja 2012, adottati mill-Awtorità fl-14 ta' Diċembru 2011 taħt il-Kapitolu VII: Regoli Temporanji rigward il-Kriżi Finanzjarja. Disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-Awtorità fuq: http://www.eftasurv.int/media/state-aid-guidelines/Part-VIII---Financial-Crisis-Guidelines-2012.pdf. Enfasi miżjuda.

(60)  Sal-aħħar tal-2014, il-perjodi tar-ristrutturar tal-banek Islandiżi kollha li għalihom inbdiet investigazzjoni formali ser ikollhom jiġu fi tmiemhom.

(61)  It-taxxa tal-bolla tvarja skont it-tip ta' dokument legali kkonċernat, iżda normalment tkun 15 ISK għal kull elf ISK mibdi (jiġifieri madwar 1,5 %) fuq l-ammont ta' bonds li jipproduċu l-interessi garantiti permezz ta' ipoteka jew titolu ieħor.

(62)  Deċiżjoni Nru. 325/11/COL tad-19.10.2011.

(63)  Cf., pereżempju, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Kawża SA.28264, Għajnuna għar-Ristrutturar għal Hypo Real Estate, fejn il-Kummissjoni aċċettat is-separazzjoni ta' Parti kbira min-negozju barrani ta' Hypo Real Estat bħala miżura sabiex jiġu llimitati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni għas-suċċessur tal-bank PBB.

(64)  Għall-istess raġunijiet, l-Awtorità taċċetta li l-iżvestimenti huma soġġetti għall-kondizzjoni li […].


ANNESS

L-IMPENJI U L-BIDLIET RILEVANTI FIL-QAFAS LEGALI GĦAS-SETTUR BANKARJU

1.   L-IMPENJI MILL-AWTORITAJIET ISLANDIŻI

L-awtoritajiet Islandiżi għamlu żewġ impenji li huma enumerati hawn taħt.

L-emenda tat-taxxa tal-bolla sabiex tipprekludi l-għajnuna mill-Istat u tnaqqas l-ispejjeż tal-bdil

Il-Ministeru tal-Finanzi se jaħtar grupp ta' ħidma bil-mandat li jirrevedi l-Att Nru. 36/1978 dwar it-Taxxa tal-Bolla. Il-grupp ta' ħidma għandu jippreżenta rapport lill-Ministru tal-Finanzi sa Ottubru 2012, flimkien ma' abbozz ta' liġi. L-inkarigu tal-grupp ta' ħidma se jkun, b'mod partikolari, li jeżamina t-tneħħija tat-taxxi tal-bolla għall-bonds maħruġa minn individwi, meta dawn jiġu ttrasferiti bejn il-kredituri (jiġifieri meta l-individwi jittrasferixxu s-self tagħhom minn istituzzjoni waħda għal oħra). Barra minn hekk, il-grupp għandu jeżamina kif jista' jiġi emendat il-provvediment tat-taxxa tal-bolla sabiex jiġu ssimplifikati l-proċeduri u tiġi promossal-kompetizzjoni.

Il-miżuri li jiffaċilitaw il-bdil u jnaqqsu l-ispejjeż tal-bdil

Skont riżoluzzjoni approvata mill-Parlament Islandiż fil-21 ta' Marzu 2012, se jinħatar kumitat mill-gvern bil-mandat li janalizza l-protezzjoni tal-konsumaturi fis-suq finanzjarju u jippreżenta proposti dwar kif tista' tissaħħaħ il-pożizzjoni tal-individwi u tal-familji vis-à-vis l-istituzzjonijiet tas-self. Il-ħatra tal-kumitat sejra tinkludi mandat speċifiku għall-analiżi tal-iffaċilitar tal-bdil u t-tnaqqis tal-ispejjeż tal-bdil, kif ukoll ir-responsabbiltà li jaħdem mill-qrib mal-ICA fir-rigward ta' dik il-kwistjoni. Il-Kumitat għandu jippreżenta r-rapport tiegħu sa mhux aktar tard mill-15 ta' Jannar 2013.

Barra minn hekk, l-awtoritajiet Islandiżi approvaw l-impenji li ġejjin minn Landsbankinn:

Il-limitazzjoni fuq l-akkwisti

Landsbankinn jimpenja ruħu li ma jakkwistax istituzzjonijiet finanzjarji sal-15 ta' Diċembru 2014. Minkejja dan l-impenn, Landsbankinn jista', wara li jikseb l-approvazzjoni tal-Awtorità, jakkwista istituzzjonijiet finanzjarji, b'mod partikolari jekk dan ikun meħtieġ sabiex tiġi ssalvagwardjata l-istabbiltà finanzjarja.

Iċ-ċessjoni ta' […] u l-għeluq tal-fergħat

Landsbankinn jimpenja ruħu li jċedi l-parteċipazzjoni azzjonarja tiegħu fi […] qabel [data]. […]

Barra minn hekk, Landsbankinn jimpenja ruħu li jagħlaq […] tal-fergħat tiegħu [data].

Iċ-ċessjoni tal-ishma fil-kumpaniji li għaddejjin minn ristrutturar

Landsbankinn jimpenja ruħu b'mod ġenerali li jbigħ, mill-aktar fis possibbli, l-ishma fil-kumpaniji operattivi, li kienu ġew ittrasferiti minħabba r-ristrutturar, cf. l-Artikolu 22 tal-Att dwar l-Intrapriżi Finanzjarji Nru. 161/2002. Barra minn hekk, il-bank jimpenja ruħu wkoll li jsegwi l-proċedura u l-limiti ta' żmien li huma stabbiliti fid-dispożizzjoni legali msemmija fuq. Fl-aħħar nett, il-bank għandu dejjem iżomm aġġornat it-tagħrif inkluż fuq is-sit elettroniku tiegħu (jew sit elettroniku ta' kumpanija sussidjarja rilevanti) dwar tali ishma li jkunu għall-bejgħ.

B'mod partikolari, Landsbankinn jimpenja ruħu li joffri għall-bejgħ l-ishma tiegħu fil-kumpaniji li ġejjin, diment li l-kumpaniji, inklużi l-pożizzjonijiet finanzjarji, l-operazzjonijiet u l-prospetti futuri tagħhom, ma jkunux soġġetti għal riskju legali/ta' litigazzjoni sinjifikanti jew għal inċertezzi komparabbli:

(…)

Il-miżuri li minnhom jibbenifikaw il-kompetituri ġodda u żgħar

Landsbankinn jimpenja ruħu li jwettaq il-miżuri li ġejjin għall-benefiċċju tal-kompetituri ġodda u żgħar:

a.

Sal-aħħar tal-2014, Landsbankinn la se jinforza klawżoli kuntrattwali u lanqas jagħmel klawżoli kuntrattwali ġodda, li jagħmlu termini speċjali fuq ir-rati tal-imgħax kontinġenti fuq firxa minima ta' negozju mal-bank.

b.

Landsbankinn se jipprovdi informazzjoni li tkun aċċessibbli faċilment, fuq is-sit elettroniku tal-Bank, dwar il-proċess tat-trasferiment ta' servizzi bankarji lil istituzzjoni finanzjarja oħra. Barra minn hekk, is-sit elettroniku se jagħmel aċċessibbli faċilment id-dokumenti meħtieġa għall-bidla bejn l-istituzzjonijiet finanzjarji. L-istess informazzjoni u l-formoli ta' trasferiment tan-negozju sejrin ikunu disponibbli fil-fergħat tal-bank.

ċ.

Landsbankinn se jesegwixxi t-talbiet kollha għal trasferiment tas-servizzi finanzjarji malajr u mingħajr ebda xkiel.

d.

Landsbankinn mhuwiex se jinvoka l-involviment mill-Istat bħala sors ta' vantaġġ kompetittiv waqt il-kummerċjalizzazzjoni.

e.

Diment li ma jkunux disponibbli offerti ta' servizzi kompetittivi, Landsbankinn lest li joffri s-servizzi li ġejjin bi prezz li jkun ibbażat fuq l-ispiża flimkien ma' marġini raġonevoli:

i.

Servizzi ta' pproċessar tal-pagamenti għal ISK.

ii.

Servizzi ta' pproċessar tal-pagamenti għal FX.

iii.

Tqassim tal-karti tal-flus u l-muniti.

2.   L-adattamenti u l-bidliet rilevanti fil-qafas superviżorju u regolatorju għas-swieq finanzjarji fl-Islanda li ġie adottat wara l-kriżi

L-awtoritajiet Islandiżi ssottomettew il-ħarsa ġenerali li ġejja lejn l-emendi li saru fil-leġiżlazzjoni li daħlet fis-seħħ fil-ħarifa tal-2008:

L-awtorizzazzjonijiet tal-FME (L-Awtorità Islandiża għas-Sorveljanza Finanzjarja) sabiex tintervjeni (jiġifieri tieħu kontroll tas-setgħat tal-laqgħat tal-azzjonisti u tiddisponi mill-assi, cf. il-leġiżlazzjoni ta' emerġenza) żdiedu; l-FME ngħatat awtorizzazzjonijiet superviżorji mwessgħa; barra minn hekk, ġew adottati dispożizzjonijiet addizzjonali li jippermettu lill-FME tevalwa l-operazzjonijiet jew l-imġiba ta' partijiet individwali taħt sorveljanza. Dawn jinkludu kemm awtorizzazzjonijiet għat-teħid ta' deċiżjonijiet, bħal deċiżjonijiet dwar l-għeluq ta' stabbilimenti jew it-terminazzjoni ta' attivitajiet speċifiċi mingħajr revoka proprja tal-liċenzji operattivi, kif ukoll definizzjoni aktar dettaljata tal-kunċetti li l-interpretazzjoni tagħhom ġiet ikkontestata mill-FME u mill-entitajiet taħt sorveljanza jew mill-korpi tal-appell.

Ir-regoli dwar l-espożizzjonijiet kbar individwali ġew ikkjarifikati u magħmula aktar speċifiċi; ir-rwol u r-responsabbiltà tal-ġestjoni tar-riskji żdiedu, filwaqt li l-FME ġiet awtorizzata sabiex tagħti status ogħla lill-ġestjoni tar-riskji fl-organizzazzjoni tal-impriżi finanzjarji; barra minn hekk, l-applikazzjoni tat-testijiet ta' stress saret aktar stretta.

Id-dispożizzjonijiet għal reġistru speċjali ta' mutwatarji akbar ġew legalizzati, sabiex jipprovdu ħarsa ġenerali aħjar lejn l-espożizzjonijiet individwali u kbar għal żewġ impriżi finanzjarji jew aktar. Ir-reġistru huwa importanti biex jgħaqqad l-espożizzjonijiet flimkien u biex jivvaluta l-impatt sistemiku tagħhom jekk jinqalgħu diffikultajiet fl-operazzjonijiet tal-mutwatarji. Dawk l-entitajiet li mhumiex soġġetti għas-sorveljanza tal-FME, iżda li huma elenkati fir-reġistri tal-impriżi finanzjarji, għandhom jipprovdu lill-FME b'informazzjoni dwar l-obbligi kollha tagħhom. L-FME tista' tipprojbixxi l-provvista tas-servizzi lil tali partijiet f'każ li huma jirrifjutaw li jipprovdu l-informazzjoni mitluba.

Id-dispożizzjonijiet dwar prassi kummerċjali tajbin ġew imsaħħa, filwaqt li l-eżistenza tal-Kumitat tal-Ilmenti dwar it-Tranżazzjonijiet ma' Impriżi Finanzjarji ġiet inkorporata fil-liġi; barra minn hekk, għandha tiġi żvelata informazzjoni dettaljata dwar il-proprjetarji ewlenin kollha tal-impriżi finanzjarji.

Tqassru l-limiti taż-żmien li jippermettu lill-impriżi finanzjarji jiddisponu mill-assi approprjati.

Id-dispożizzjonijiet dwar il-“holdings” tal-impriżi finanzjarji fl-ishma tagħhom stess saru aktar stretti u ġew definiti f'aktar dettall. Il-“holdings” tas-sussidjarji issa huma meqjusa bħala ishma proprji, billi huma kuntratti li ma jidhrux fuq il-karta tal-bilanċ li jikkonċernaw ishma proprji.

L-impriżi finanzjarji ġew ipprojbiti milli jestendu l-kreditu kontra l-wegħdiet tal-ishma proprji tagħhom jew milli jiggarantixxu ċertifikati ta' kapital.

L-FME għandha tippreskrivi regoli dwar kif għandu jiġi kkalkolat is-self garantit permezz ta' ipoteka fuq l-ishma ta' impriżi finanzjarji oħrajn fil-bażi tar-riskju u fil-bażi tal-kapital.

Kemm ir-responsabbiltà kif ukoll ir-rwol tat-taqsima għall-verifika interna żdiedu. Hemm regoli dettaljati li jikkonċernaw il-bilanċ bejn id-daqs u d-diversità tal-attivitajiet tal-impriża finanzjarja kkonċernata u l-ambitu tat-taqsima għall-verifika interna tagħha.

Tpoġġew limiti ta' ħames snin fuq il-perjodu li għalih impriża tal-awditjar tista' twettaq il-verifika tal-istess impriża finanzjarja; barra minn hekk, tnaqqset l-abbiltà tal-impriżi finanzjarji li jilliċenzjaw awditur “diffiċli”.

Ġew riveduti d-dispożizzjonijiet kollha dwar il-kalkolazzjoni tal-ekwità u diversi aspetti tekniċi oħrajn.

Ġew riveduti r-regoli dwar l-eżerċizzju tal-“holdings” kwalifikattivi, jiġifieri 10 % jew aktar tad-drittijiet għall-votazzjoni. L-FME hija awtorizzata sabiex treġġa' lura l-oneru tal-provi sabiex jiġu vvalutati dawk il-partijiet li għandhom il-ħsieb li jakkwistaw jew iżidu mal-“holdings” kwalifikattivi, pereżempju meta jkun hemm inċertezza dwar min huwa/huma l-proprjetarju/i benefiċjarju/i ta' kumpanija azzjonarja b'“holding” kwalifikattiv.

Ġew imposti domandi addizzjonali dwar l-eliġibbiltà fuq id-diretturi, żdiedet ir-responsabbiltà tagħhom għas-sorveljanza jew l-operazzjonijiet, filwaqt li ġew ipprojbiti ċ-chairpersons eżekuttivi tal-Bord; l-FME ġiet assenjata rwol superviżorju akbar għall-Bordijiet tad-Diretturi; kwalunkwe informazzjoni identifikabbli b'mod personali dwar ir-rimunerazzjoni għandha tiġi żvelata mal-maniġment superjuri.

Ġew stabbiliti regoli li jikkonċernaw it-tranżazzjonijiet ta' kreditu tal-impriżi finanzjarji mad-diretturi, mad-diretturi maniġerjali, ma' impjegati ewlenin u mal-proprjetarji ta' “holdings” kwalifikattivi fl-impriża finanzjarja kkonċernata. Barra minn hekk, japplikaw regoli simili għal dawk il-partijiet li huma konnessi mill-qrib mal-partijiet imsemmija fuq. L-FME adottat regoli fir-rigward ta' dak li huwa meqjus bħala kollateral sodisfaċenti għal tranżazzjonijiet bħal dawn.

Ġew adottati regoli li jikkonċernaw l-arranġamenti għall-iskemi ta' inċentivi u l-bonusijiet lill-maniġment u lill-impjegati, kif ukoll regoli dwar il-kuntratti ta' terminazzjoni.

Id-dispożizzjonijiet dwar ir-riorganizzazzjoni u l-likwidazzjoni tal-impriżi finanzjarji ġew magħmula aktar stretti.

Saret reviżjoni ġenerali tar-regoli speċjali dwar il-banek tat-tfaddil. Ġew iċċarati l-istatus u d-drittijiet tal-proprjetarji tal-garanzija kapitali tal-banek tat-tfaddil, ġew stabbiliti restrizzjonijiet fuq id-dividendi, ġew adottati regoli ċari fuq it-tranżazzjonijiet tal-garanzija kapitali, ġew stabbiliti regoli dwar it-tnaqqis fil-valur tal-garanzija kapitali u ġew iċċarati r-regoli dwar l-awtorizzazzjonijiet tal-banek tat-tfaddil għal kooperazzjoni formali. Il-banek tat-tfaddil ġew ipprojbiti milli jbiddlu l-forma legali tagħhom.

Skont l-awtoritajiet Islandiżi, f'ċerti aspetti, ir-regoli Islandiżi jmorru lil hinn mill-qafas pan-Ewropew. Id-devjazzjonijiet ewlenin mir-regoli adottati mill-UE u msemmija fil-Ftehim ŻEE huma dawn li ġejjin:

L-FME hija awtorizzata sabiex tirrestrinġi l-attivitajiet ta' stabbilimenti individwali tal-impriżi finanzjarji, jekk hija ssib raġuni biex tagħmel dan. Barra minn hekk, hija awtorizzata biex tistabbilixxi rekwiżiti speċjali għall-istabbilimenti individwali tal-impriżi finanzjarji sabiex jissoktaw bl-attivitajiet tagħhom. L-FME tista' wkoll tillimita b'mod provviżorju l-attivitajiet li tista' twettaq impriża finanzjarja, totalment jew parzjalment, kemm jekk tkun soġġetta għal liċenzja jew le, jekk l-Awtorità ssib raġuni biex tagħmel dan. Dan huwa naturalment imqanqal mhux l-inqas mill-attivitajiet tal-fergħat u l-kontijiet ta' depożiti stabbiliti minnhom fi Stati Ewropej oħrajn sal-2008 (Icesave, Edge u Save-and-Save).

Ġew stabbiliti dispożizzjonijiet konsiderevolment aktar dettaljati dwar ir-rwol tal-verifika interna fil-liġi Islandiża milli fid-direttivi tal-UE.

Ġew stabbiliti dispożizzjonijiet konsiderevolment aktar dettaljati dwar kif għandhom isiru t-testijiet tal-istress fil-liġi Islandiża milli fid-direttivi tal-UE.

L-impriżi finanzjarji għandhom iżommu reġistru speċjali (reġistru ta' kreditu) tal-partijiet kollha li għalihom huma jestendu l-kreditu, filwaqt li jissottomettu lista aġġornata lill-FME fl-aħħar ta' kull xahar. Barra minn hekk, għandha tintbagħat lista simili dwar il-partijiet li huma konnessi mill-qrib mal-impriżi finanzjarji, il-Bordijiet tad-Diretturi tagħhom u l-maniġers u l-gruppi ta' klijenti konnessi, sakemm dawn il-partijiet ma jkunux imsemmija diġà fil-lista. Din il-lista għandha tipprovdi opportunità aħjar għall-monitoraġġ tal-interkonnessjonijiet bejn l-impriżi finanzjarji, id-diretturi tagħhom u l-maniġment.

Jekk l-FME hija tal-opinjoni li s-self ta' Parti waħda fuq ir-reġistru ta' kreditu, li mhuwiex soġġett għal sorveljanza uffiċjali tal-attivitajiet finanzjarji, jista' jkollu impatt sistemiku, hija tista' titlob informazzjoni mill-Parti kkonċernata dwar l-obbligi tagħha.

F'każ li Parti mhux soġġetta għal sorveljanza uffiċjali elenkata fuq ir-reġistru ta' kreditu tirrifjuta li tiżvela l-informazzjoni lill-FME, l-Awtorità tista' tordna lill-entitajiet issorveljati sabiex iżommu lura milli jipprovdu servizzi ulterjuri lill-Parti msemmija. L-istess japplika jekk l-iżvelar tal-informazzjoni tal-Parti kkonċernata ma jkunx sodisfaċenti. Id-dispożizzjonijiet dwar reġistru ta' kreditu u l-awtorizzazzjonijiet estensivi lis-superviżuri dwar il-partijiet mhux soġġetti għal sorveljanza uffiċjali mhumiex inklużi fir-regoli tal-UE/taż-ŻEE.

Huma inklużi dispożizzjonijiet konsiderevolment aktar dettaljati u restrittivi dwar is-self u l-kollateral ta' Parti relatata milli fir-regoli tal-UE/taż-ŻEE.

L-FME għandha ċċaħħad lill-proprjetarju ta' “holding” kwalifikattiva d-dritt li jeżerċita l-“holding” jekk ikun hemm dubju dwar min huwa jew għandu jkun il-proprjetarju benefiċjarju.

It-tul ta' żmien massimu li jistgħu jaħdmu l-awdituri esterni għall-istess impriża finanzjarja huwa iqsar minn dak stipulat fir-regoli tal-UE/taż-ŻEE.

Huma inklużi dispożizzjonijiet konsiderevolment aktar dettaljati dwar l-eliġibbiltà tad-diretturi fl-impriża finanzjarja milli fid-direttivi tal-UE.

Ġew adottati dispożizzjonijiet dwar l-arranġamenti għall-iskemi tal-bonusijiet u l-kuntratti ta' terminazzjoni.

Riċentament ġew stabbiliti regoli formali dwar il-politiki ta' rimunerazzjoni fid-direttivi tal-UE, iżda sa issa għadhom ma ġewx adottati regoli dwar il-kuntratti ta' terminazzjoni f'dan il-forum.

Fit-23 ta' Marzu 2012, il-Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi introduċa rapport dwar l-istruttura futura tas-sistema finanzjarja Islandiża. Barra minn hekk, il-Ministru ħatar grupp ta' esperti sabiex iħejju qafas leġiżlattiv għall-attivitajiet finanzjarji kollha fl-Islanda.


15.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 144/169


Il-verżjoni pubblika ta' (1)

ID-DEĊIŻJONI TAL-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA

Nru 291/12/COL

tal-11 ta' Lulju 2012

dwar l-għajnuna għar-ristrutturar lil Arion Bank (l-Islanda)

L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA (“l-Awtorità”)

WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), b'mod partikolari l-Artikolu 61(3)(b) u l-Protokoll 26 tiegħu,

WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta' Awtorità ta' Sorveljanza u ta' Qorti tal-Ġustizzja (“il-Ftehim ta' Sorveljanza u Qorti”), b'mod partikolari l-Artikolu 24,

WARA LI KKUNSIDRAT il-Protokoll 3 għall-Ftehim ta' Sorveljanza u Qorti (“Protokoll 3”), b'mod partikolari l-Artikolu 1(3) tal-Parti I, Artikolu 7(3) tal-Parti II, u l-Artikolu 13 tal-Parti II,

Billi:

I.   IL-FATTI

1.   IL-PROĊEDURA

(1)

Wara korrispondenza informali f'Ottubru 2008, u wara li fis-6 ta' Ottubru l-Parlament Islandiż (l-Althingi) għadda l-Att Nru 125/2008 dwar l-Awtorità għall-Iżborżi tat-Teżor minħabba Ċirkostanzi Mhux tas-Soltu fis-Suq Finanzjarju eċċ. (li minn hawn 'il quddiem ser jissejjaħ l-“Att ta' Emerġenza”), li ta lill-istat Islandiż setgħat li jvarjaw b'mod wiesa' sabiex jintervjenu fis-settur bankarju, fl-10 ta' Ottubru 2008 il-President tal-Awtorità kiteb lill-awtoritajiet tal-Islanda u talab sabiex il-miżuri ta' għajnuna mill-Istat meħuda skont l-Att ta' Emerġenza jiġu notifikati lill-Awtorità. B'mod perjodiku nżammu kuntatt u korrispondenza inkluża b'mod partikolari ittra mibgħuta mill-Awtorità fit-18 ta' Ġunju 2009 li fakkret lill-awtoritajiet tal-Islanda dwar il-ħtieġa li jinnotifikaw kwalunkwe miżura ta' għajnuna mill-Istat, u dwar il-klawżola ta' sospensjoni fl-Artikolu 3 tal-Protokoll 3. Wara iktar korrispondenza u laqgħat, l-għajnuna mill-Istat involuta fir-restawrazzjoni ta' ċerti operazzjonijiet ta' Kaupthing Bank (l-antik) u t-twaqqif u l-kapitalizzazzjoni ta' New Kaupthing Bank (li ngħata l-isem ġdid Arion Bank mill-21 ta' Novembru 2009) ġiet eventwalment notifikata b'mod retrospettiv mill-awtoritajiet tal-Islanda fl-20 ta' Settembru 2010.

(2)

Permezz ta' ittra datata l-15 ta' Diċembru 2010 (2) l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA (“l-Awtorità”) għarrfet lill-awtoritajiet tal-Islanda li kienet iddeċidiet li tniedi l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 1(2) tal-Parti I tal-Protokoll 3 fir-rigward tal-miżuri meħuda mill-Istat tal-Islanda biex jirrestawra ċerti operazzjonijiet ta' Kaupthing Bank hf (l-antik) u jwaqqaf u jikkapitalizza New Kaupthing Bank hf, li issa ngħata l-isem ġdid Arion Bank (id-deċiżjoni ta' ftuħ). (3) L-Awtorità kienet teħtieġ ukoll li fi żmien sitt xhur jiġi ppreżentat pjan dettaljat ta' ristrutturar għal Arion Bank.

(3)

Permezz ta' ittra datata l-24 ta' Marzu 2011 (4), l-Awtorità rċiviet kumment wieħed mill-partijiet interessati, li ngħadda lill-awtoritajiet tal-Islanda fil-25 ta' Mejju 2011. L-awtoritajiet tal-Islanda ma wiġbux għal dan il-kumment.

(4)

Permezz ta' ittra tal-31 ta' Marzu 2011, l-awtoritajiet tal-Islanda ppreżentaw pjan ta' ristrutturar għal Arion Bank. Pjan ta' ristrutturar aġġornat ġie ppreżentat bil-posta elettronika fit-30 ta' April 2012.

(5)

L-Awtorità talbet informazzjoni fir-rigward tal-pjan ta' ristrutturar fil-11 ta' Lulju 2011 u t-13 ta' Frar 2012. It-tweġibiet għat-talbiet ta' informazzjoni ġew riċevuti mill-Awtoritajiet tal-Islanda fis-26 ta' Ottubru 2011, is-16 ta' April 2012, it-30 ta' April 2012, il-21 ta' Mejju 2012 u s-6 ta' Lulju 2012. Il-verżjonijiet finali tal-impenji meħuda mill-awtoritajiet tal-Islanda u Arion Bank ġew ippreżentati fit-3 ta' Lulju 2012. (5)

(6)

Barra minn hekk, ir-rappreżentanti tal-Awtorità ltaqgħu mal-awtoritajiet tal-Islanda u r-rappreżentanti ta' Arion Bank fis-7 ta' Ġunju 2011 u s-27-28 ta' Frar 2012.

2.   L-ISFOND

(7)

L-Awtorità ser tiddeskrivi f'din it-taqsima dawk l-avvenimenti, il-fatti u l-iżviluppi ekonomiċi, politiċi u regolatorji relatati mal-falliment u r-rikostruzzjoni tas-sistema finanzjarja tal-Islanda minn Ottubru 2008 sal-lum li jidhru neċessarji sabiex jiġi stabbilit il-kuntest li fih titwettaq il-valutazzjoni tal-miżuri ta' għajnuna għad-dispożizzjoni. Qabel tagħmel dan, ser tfakkar b'mod kronoloġiku l-kriżi ta' Kaupthing Bank.

2.1.   Il-falliment ta' Kaupthing Bank

(8)

F'Settembru 2008 għadd ta' istituzzjonijiet finanzjarji ewlenin minn madwar id-dinja bdew jesperjenzaw diffikultajiet serji. Fil-qilla tat-turbolenza fis-swieq finanzjarji ta' madwar id-dinja, l-ikbar tliet banek kummerċjali tal-Islanda, li kienu raw tkabbir straordinarju tul is-snin ta' qabel, iltaqgħu ma' diffikultajiet fir-rifinanzjament tad-dejn b'terminu qasir tagħhom u esperjenzaw assalt bankarju. Id-ditta Lehman Brothers iddikjarat stat ta' protezzjoni għall-falliment fil-15 ta' Settembru, u dakinhar stess ħabbret li Bank of America kellu jakkwista Merrill Lynch. Fl-istess ħin, wieħed mill-ikbar banek tar-Renju Unit, HBOS, kellu jiġi akkwiżit minn Lloyds TSB.

(9)

Il-problemi fis-settur finanzjarju tal-Islanda nkixfu b'mod iktar ċar fid-29 ta' Settembru 2008, meta l-Gvern tal-Islanda ħabbar li laħaq ftehim ma' Glitnir Bank li bih kien ser jinjetta 600 miljun Euro ekwità fil-bank għal 75 % tal-parteċipazzjonijiet azzjonarji tiegħu. Madankollu, l-akkwiżizzjoni ppjanata mill-Gvern ta' Glitnir Bank naqset milli sserraħ ras is-swieq u b'hekk twarrbet. Il-prezzijiet tal-ishma tat-tliet banek kummerċjali ġġarrfu u l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu ġew deklassati.

(10)

Il-prelevamenti ta' depożiti minn fergħat mhux domestiċi ta' Landsbanki u Kaupthing żdiedu b'mod drammatiku u anki l-fergħat domestiċi raw prelevamenti enormi ta' flus. Fl-ewwel tmiem il-ġimgħa ta' Ottubru deher biċ-ċar li bank ieħor fost it-tliet banek il-kbar, Landsbanki, kien f'diffikultà qawwija. Glitnir Bank u Landsbanki ġew akkwiżiti mill-FME fis-7 ta' Ottubru 2008. Għal ċertu żmien kien hemm it-tama li Kaupthing Bank seta' jevita l-istess destin u fis-6 ta' Ottubru 2008, is-CBI ta b'self 500 miljun Euro lil Kaupthing b'kollateral f'sussidjarja Daniża ta' Kaupthing, FIH Erhvervsbanken. Madankollu, normalment il-ftehimiet ta' self u t-titoli ta' dejn ta' Kaupthing Bank kien fihom klawżola li tiddikjara li f'każ ta' inadempjenza ta' waħda mis-sussidjarji l-kbar tal-bank, dan ikun jikkostitwixxi inadempjenza minn Kaupthing Bank li tista' twassal sabiex ikollu jitħallas is-self mogħti lill-bank. Fit-8 ta' Ottubru 2008, l-awtoritajiet tar-Renju Unit qiegħdu lis-sussidjarja ta' Kaupthing fl-Ingilterra, Kaupthing Singer & Friedlander (KSF), taħt ċessazzjoni tal-ħlasijiet. L-għada, FME ħadet kontroll tal-bank billi użat is-setgħat mogħtija lilha mill-Att ta' Emerġenza.

2.2.   Il-kriżi finanzjarja u l-kawżi ewlenin tal-falliment tal-banek tal-Islanda

(11)

Fin-notifika tagħhom tal-għajnuna mogħtija lil Arion Bank, l-awtoritajiet tal-Islanda spjegaw li r-raġunijiet għall-falliment tas-settur bankarju tal-Islanda u l-ħtieġa li jintervjenu kienu stabbiliti f'dettall notevoli f'rapport imħejji minn Kummissjoni Speċjali ta' Investigazzjoni (“SIC”) imwaqqfa mill-Parlament tal-Islanda (6), li l-mandat tagħha kienet li tinvestiga u tanalizza l-proċessi li wasslu għall-falliment tat-tliet banek ewlenin. Hawn taħt, l-Awtorità tiġbor fil-qosor il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni dwar il-kawżi tal-falliment li huma l-iktar relevanti għall-għajbien ta' Kaupthing Bank. L-informazzjoni hija meħuda mill-Kapitoli 2 (Sommarju Eżekuttiv) u 21 (Kawżi tal-Falliment tal-Banek tal-Islanda — Responsabilità, Żbalji u Negliġenza) tar-rapport tal-SIC.

(12)

Eventwalment, it-tnaqqis globali fil-likwidità fis-swieq finanzjarji li beda fl-2007 wassal għall-falliment tat-tliet banek ewlenin tal-Islanda, li l-operazzjonijiet kummerċjali tagħhom kienu saru dejjem iktar dipendenti fuq il-ġbir ta' fondi permezz tas-swieq internazzjonali. Madankollu, ir-raġunijiet għall-falliment tal-banek tal-Islanda kienu kumplessi u bil-bosta. L-SIC investigat ir-raġunijiet li wasslu għall-falliment tal-banek ewlenin, u ta' min jinnota li l-maġġornaza tal-konklużjonijiet kienu japplikaw għat-tliet banek kollha kemm huma u ħafna minnhom għandhom x'jaqsmu ma' xulxin. Ir-raġunijiet għall-falliment relatat mal-attivitajiet tal-banek huma miġbura fil-qasir hawn taħt.

Espansjoni eċċessiva u insostenibbli

(13)

L-SIC ikkonkludiet li fis-snin ta' qabel il-falliment, il-banek kienu espandew il-karti bilanċjali u l-portafolli tas-self tagħhom lil hinn mill-kapaċità operazzjonali u maniġerjali tagħhom. L-assi totali tat-tliet banek kienu żdiedu ferm minn 1,4 triljun ISK (7) fl-2003 għal 14,4 triljun ISK fi tmiem it-tieni trimestru tal-2008. B'mod partikolari, sehem kbir tat-tkabbir tat-tliet banek kien fis-self lill-partijiet terzi, li żdied b'mod sostanzjali tul l-2007 (8), l-iktar wara li bdiet il-kriżi internazzjonali tal-likwidità. Dan wassal sabiex l-SIC tikkonkludi li ħafna minn din iż-żieda fis-self kienet ġejja minn self lill-impriżi li ċċaħħdu minn kreditu minn banek oħrajn. Ir-rapport ikkonkluda wkoll li bbankjar tal-investimenti li b'mod inerenti huwa iktar riskjuż kien sar karatteristika dejjem iktar popolari fost l-attivitajiet tal-banek u t-tkabbir tas-sehem tiegħu għall-problemi.

It-tnaqqis fil-finanzjament disponibbli fis-swieq internazzjonali

(14)

Ħafna mit-tkabbir tal-banek tħaffef bl-aċċess għal swieq finanzjarji internazzjonali, li jikkapitalizzaw fuq klassifikazzjonijiet tal-kreditu tajbin u aċċess għas-swieq Ewropej permezz tal-Ftehim ŻEE. Fl-2005, il-banek tal-Islanda ħadu b'self 14-il biljun ewro fi swieq barranin tat-titoli ta' dejn b'termini relattivament favorevoli. Meta l-aċċess għas-swieq Ewropej tat-titoli ta' dejn sar iktar limitat, il-banek iffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom mis-swieq tal-Istati Uniti, bit-titoli ta' dejn Islandiżi aggregati f'obbligi ta' dejn kollateralizzat. Fil-perjodu ta' qabel il-falliment, il-banek saru dejjem iktar dipendenti fuq it-teħid b'self b'terminu qasir, li wassal għal riskji ta' rifinanzjament kbar u, skont l-SIC, prevedibbli.

L-ingranaġġ tas-sidien tal-banek

(15)

Fil-każ ta' kull bank Islandiż kbir, is-sidien ewlenin kienu fost l-ikbar debituri (9). L-SIC kienet tal-fehma li ċerti azzjonisti kellhom aċċess anormalment faċli biex jieħdu self mill-banek fil-kapaċità tagħhom bħala sidien. L-ikbar azzjonist f'Kaupthing Bank kien Exista hf., bi ftit iktar minn 20 % sehem fil-bank. Exista kien ukoll wieħed mill-ikbar debituri tal-bank. Matul il-perjodu bejn l-2005 u l-2008, l-għoti b'self totali ta' Kaupthing lil Exista u partijiet relatati (10) żdied b'mod konsistenti minn 400-500 miljun ewro għal 1 400-1 700 miljun ewro u matul l-2007 u l-2008 dan l-għoti b'self kien kważi jilħaq il-bażi kapitali tal-bank. Din iż-żieda fl-għoti b'self lill-azzjonisti ewlenin seħħet minkejja l-fatt li Kaupthing kien beda jaffaċċja problemi fil-likwidità u r-rifinanzjament. Is-self lill-partijiet relatati spiss ingħata wkoll lill-partijiet terzi mingħajr ebda kollateral speċifiku (11). Il-Fond tas-Suq Monetarju ta' Kaupthing kien l-ikbar fond tal-Kaupthing Bank Asset Management Company u fl-2007 il-fond investa bis-saħħa f'bonds maħruġin minn Exista. Fi tmiem is-sena, kien proprjetarju ta' titoli li jammontaw għal madwar 14-il biljun ISK. Dan kien jirrappreżenta madwar 20 % tal-assi totali tal-fond f'dak iż-żmien. Robert Tchenguiz kien proprjetarju ta' ishma f'Kaupthing Bank u Exista u kien parteċipi wkoll fil-bord ta' Exista. Irċieva wkoll faċilitajiet ta' self kbar minn Kaupthing Bank fl-Islanda, Kaupthing Bank Lussemburgu u Kaupthing Singer & Friedlander (KSF). B'kollox, il-faċilitajiet ta' self li Robert Tchenguiz u l-partijiet relatati kienu rċivew mill-kumpanija azzjonarja ta' Kaupthing Bank sal-falliment tal-bank ammontaw għal madwar 2 biljun ewro (12).

Il-konċentrazzjoni tar-riskju

(16)

Relatata mal-kwistjoni tal-iskopertura mhux tas-soltu għal azzjonisti kbar kienet il-konklużjoni tal-SIC li l-portafolli tal-assi tal-banek ma kinux mifruxin biżżejjed. L-SIC kienet tal-fehma li r-regoli Ewropej fuq skopertura kbira kienu interpretati b'mod limitat, b'mod partikolari fil-każ tal-azzjonisti, u li l-banek ippruvaw jaħarbu r-regoli.

Ekwità dgħajfa

(17)

Għad li l-proporzjon tal-kapital ta' Kaupthing u taż-żewġ banek il-kbar l-oħrajn tal-Islanda dejjem kien rapportat bħala ftit ogħla mill-minimu statutorju, l-SIC ikkonkludiet li l-proporzjonijiet tal-kapital ma kinux jirriflettu bi preċiżjoni s-saħħa finanzjarja tal-banek. Dan kien dovut għall-iskopertura tar-riskju tal-ishma tal-banek stess permezz ta' kollaterali primarji u kuntratti bil-quddiem fuq l-ishma. Il-kapital tal-ishma ffinanzjat mill-kumpanija nfushom, imsejjaħ mill-SIC bħala “ekwità dgħajfa” (13), kien jirrappreżenta iktar minn 25 % tal-bażijiet kapitali tal-banek (jew iktar minn 50 % meta vvalutat fl-isfond tal-komponent ċentrali tal-kapital, jiġifieri l-ekwità tal-azzjonisti nieqes l-assi intanġibbli). Minbarra dan, kien hemm problemi kkaġunati mir-riskju li l-banek kienu skoperti għalihom bil-parteċipazzjoni fl-ishma ta' xulxin. Sa nofs l-2008, il-finanzjament dirett mill-banek tal-ishma tagħhom stess, kif ukoll il-kontrofinanzjament tal-ishma taż-żewġ banek l-oħrajn, ammonta għal bejn wieħed u ieħor 400 biljun ISK, madwar 70 % tal-komponent ċentrali tal-kapital. L-SIC kienet tal-fehma li l-finanzjament tal-ekwità tal-azzjonisti bit-teħid b'self mis-sistema nfisha tant kien għoli li kienet mhedda l-istabbiltà tas-sistema. Il-banek kellhom ammont sostanzjali ta' ishma tagħhom stess bħala kollateral għall-għoti b'self tagħhom u għaldaqstant, hekk kif tqaċċtu l-prezzijiet tal-ishma naqset il-kwalità tal-portafolli tas-self tagħhom. Dan affettwa l-prestazzjoni tal-banek u kompla jixħet iktar pressjoni fuq il-prezzijiet tal-ishma tagħhom; bħala tweġiba għal dan (l-SIC assumiet mill-informazzjoni fil-pussess tagħha), il-banek ippruvaw joħolqu domanda anormali b'mod artifiċjali għall-ishma tagħhom stess.

Id-daqs tal-banek

(18)

Fl-2001, il-karti bilanċjali tat-tliet banek ewlenin (flimkien) ammontaw għal ftit iktar minn sena tal-prodott domestiku gross (PDG) tal-Islanda. Sa tmiem l-2007, il-banek kienu saru internazzjonali u kellhom assi li jiswew daqs disa' darbiet il-PDG tal-Islanda. Ir-rapport tal-SIC josserva li sal-2006, l-osservaturi kkumentaw li s-sistema bankarja kienet qatgħat sew il-kapaċità tas-CBI u kellhom dubji dwar jekk dan setax jissodisfa r-rwol ta' mutwanti tal-aħħar istanza. Sa tmiem l-2007, id-djun b'terminu qasir tal-Islanda (imġarrba l-iktar minħabba l-finanzjament tal-banek) kienu 15-il darba ikbar mir-riżervi tal-kambju, u d-depożiti barranin fit-tliet banek kienu wkoll 8 darbiet ikbar mir-riżervi tal-kambju. Il-Fond ta' Garanzija għad-Depożituri u l-Investituri kellu riżorsi minimi meta mqabbel mad-depożiti tal-bank li kellu jiggarantixxi. Dawn il-fatturi, ikkonkludiet l-SIC, rendew l-Islanda suxxettibbli għal assalt bankarju.

It-tkabbir f'daqqa tal-banek meta mqabbel mal-infrastruttura regolatorja u finanzjarja

(19)

L-SIC ikkonkludiet li l-korpi ta' sorveljanza fl-Islanda ma kellhomx il-kredibilità meħtieġa fin-nuqqas ta' mutwanti tal-aħħar istanza b'riżorsi biżżejjed. Ir-rapport jikkonkludi li l-FME u s-CBI kienu neqsin mill-kompetenza u l-esperjenza biex jirregolaw il-banek fi żminijiet ekonomiċi ibsin, iżda li setgħu ħadu azzjoni biex inaqqsu l-livell ta' riskju li l-banek kienu qed iġarrbu. Pereżempju, l-FME ma kibritx bl-istess proporzjon bħall-banek u l-prattiki tar-regolatur ma żammewx il-pass mal-iżviluppi mgħaġġla fl-operazzjonijiet tal-banek. Ir-rapport jikkritika wkoll lill-Gvern, b'konklużjoni li l-awtoritajiet misshom ħadu azzjoni biex inaqqsu l-impatt potenzjali tal-banek fuq l-ekonomija billi naqqsulhom id-daqs jew jeħtieġu li wieħed mill-banek jew iktar jieħdu l-kwartieri ġenerali tagħhom barra l-pajjiż (14).

L-iżbilanċ u l-espansjoni eċċessiva tal-ekonomija ġenerali tal-Islanda

(20)

Ir-rapport tal-SIC jirreferi għall-avvenimenti li jikkonċernaw l-ekonomija sħiħa li wkoll ħallew impatt fuq it-tkabbir mgħaġġel tal-banek u taw is-sehem tagħhom għall-iżbilanċ fid-daqs u l-influwenza bejn is-settur tas-servizzi finanzjarji u l-bqija tal-ekonomija. Ir-rapport ikkonkluda li l-politiki tal-gvern (b'mod partikolari l-politika fiskali) wisq probabbli taw is-sehem tagħhom għall-espansjoni eċċessiva u l-iżbilanċ u li l-politika monetarja tas-CBI ma kinitx restrittiva biżżejjed. Ir-rapport jirreferi wkoll għat-tnaqqis tar-regoli stretti għall-għoti b'self tal-Fond ta' Finanzjament tal-Islanda għad-Djar bħala “wieħed mill-ikbar żbalji fit-tmexxija monetarja u fiskali li saru fil-perjodu li wassal għall-falliment tal-banek” (15). Ir-rapport ikkritika wkoll il-faċilità li biha l-banek setgħu jieħdu b'self mis-CIB, bl-istokk tas-self kollaterali b'terminu qasir tas-CBI li żdied minn 30 biljun ISK fil-ħarifa tal-2005 għal 500 biljiun ISK sal-bidu ta' Ottubru tal-2008.

Il-króna tal-Islanda, l-iżbilanċi esterni u l-firxiet ta' CDS

(21)

Ir-rapport josserva li fl-2006, il-valur tal-króna tal-Islanda tant kien għoli li ma kienx sostenibbli, id-defiċit tal-kont kurrenti tal-Islanda kien jaqbeż is-16 % tal-PDG, u l-obbligazzjonijiet f'muniti barranin nieqes l-assi kienu jammontaw għal kważi l-PDG annwali totali. Il-prerekwiżiti għall-kriżi finanzjarji kienu fis-seħħ. Sa tmiem l-2007, il-valur tal-króna beda jiġi deprezzat u l-firxiet ta' swap ta' inadempjenza ta' kreditu (CDS) fl-Islanda u l-banek żdiedu b'mod esponenzjali.

2.3.   Il-miżuri meħuda biex jerġa' jinbena s-settur bankarju

(22)

Wara li f'Ottubru tal-2008 fallew l-ikbar tliet banek kummerċjali (inkluż Kaupthing) l-awtoritajiet tal-Islanda ħabbtu wiċċhom ma' sfida li qatt ma raw qabel, dik li jissalvagwardjaw l-operazzjonijiet bankarji ssoktati fl-Islanda (16). Il-politika segwita mill-Gvern Islandiż hija stabbilita primarjament fl-Att ta' Emerġenza (17) adottat mill-Parlament tal-Islanda fis-6 ta' Ottubru 2008. Il-liġi tagħti setgħat straordinarji lill-FME sabiex tieħu kontroll fuq impriżi finanzjarji u ċċedi l-assi u l-obbligazzjonijiet tagħhom kif ikun il-bżonn. Il-Ministru tal-Finanzi ġie awtorizzat sabiex joħroġ fondi f'isem it-Teżor bil-għan li jitwaqqfu impriżi finanzjarji ġodda. Barra minn hekk, fil-proċedimenti ta' falliment tal-impriżi finanzjarji, id-depożiti jingħataw prijorità fuq talbiet oħrajn. Il-Gvern iddikjara li d-depożiti fil-banek kummerċjali u tat-tfaddil lokali u l-fergħat tagħhom fl-Islanda kienu protetti bis-sħiħ.

(23)

Għall-ewwel, il-prijoritajiet tal-politiki ffokaw fuq li jiggarantixxu t-tħaddim bażiku tas-sistemi ta' pagament, saldu u bankarji lokali. Fl-ewwel ġimgħat wara t-tiġrif tal-banek, il-Gvern tal-Islanda ħejja wkoll programm ekonomiku f'kollaborazzjoni mal-Fond Monetarju Internazzjonali (“FMI”), u dan wassal sabiex fl-20 ta' Novembru 2008 tiġi approvata t-talba tal-Islanda għall-arranġament ta' riżerva ta' sentejn mill-Fond, li inkluda self ta' 2,1 biljun dollaru Amerikan mill-FMI bil-għan li jsaħħaħ ir-riżervi tal-muniti tal-Islanda. Self ieħor li jasal sa 3 biljun dollaru Amerikan ġie ggarantit minn pajjiżi Nordiċi oħrajn kif ukoll ċerti msieħba kummerċjali oħrajn. Mis-self tal-FMI, 827 miljun dollaru Amerikan tqiegħdu għad-dispożizzjoni minnufih, filwaqt li l-ammont li kien fadal inħareġ fi tmien ħlasijiet parzjali ndaqs, soġġetti għal analiżi trimestrali tal-programm.

(24)

Il-Programm tal-FMI kien programm ta' stabbilizzazzjoni fuq bażi wiesgħa li ffoka fuq tliet għanijiet ewlenin. L-ewwel nett, li jistabbilixxi u jġib lura l-kunfidenza fil-króna sabiex jiġi limitat l-impatt negattiv tal-kriżi fuq l-ekonomija. Il-miżuri inkludew l-introduzzjoni ta' kontrolli fuq il-kapital bil-għan li titwaqqaf il-ħarba tal-kapital. It-tieni, il-programm inkluda strateġija komprensiva ta' ristrutturar tal-banek, bil-għan aħħari li terġa' tinbena sistema finanzjarja vijabbli fl-Islanda kif ukoll li jiġu salvagwardjati r-relazzjonijiet finanzjarji internazzjonali tal-pajjiż. Fost l-għanijiet sussidjarji kien hemm l-iżgurar ta' valutazzjoni ġusta tal-assi tal-banek, il-massimizzazzjoni tal-irkupru tal-assi u t-tisħiħ tal-prattiki ta' sorveljanza. It-tielet, il-programm kellu l-għan li jiżgura finanzi pubbliċi sostenibbli, billi jillimita s-soċjalizzazzjoni tat-telf fil-banek falluti u l-implimentazzjoni ta' programm ta' konsolidazzjoni fiskali b'terminu medju.

(25)

L-awtoritajiet tal-Islanda saħqu li minħabba ċ-ċirkostanzi eċċezzjonali marbutin mad-daqs kbir tas-sistema bankarja fir-rigward tal-kapaċità finanzjaraj tat-Teżor, l-għażliet tal-politiki għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kienu limitati. Għalhekk, is-soluzzjonijiet li ntużaw kienu f'ħafna aspetti differenti mill-miżuri meħuda mill-gvernijiet ta' pajjiżi oħrajn li affaċċjaw theddidiet għall-istabbiltà finanzjarja.

(26)

Fuq il-bażi tal-Att ta' Emerġenza, it-tliet banek kummerċjali l-kbar, Glitnir Bank, Landsbanki Íslands u Kaupthing Bank, inqasmu f'banek “qodma” u “ġodda”. Il-Ministru tal-Finanzi waqqaf tliet kumpaniji b'responsabbiltà limitata biex jieħdu f'idejhom l-operazzjonijiet domestiċi tal-banek il-qodma u ħatarhom bħala bords tad-diretturi. L-FME ħadet f'idejha l-kontroll tal-banek il-qodma, allokat essenzjalment l-assi u l-obbligazzjonijiet (depożiti) domestiċi tagħhom lill-banek il-ġodda li komplew bl-operazzjonijiet bankarji fl-Islanda, filwaqt li l-banek il-qodma tqiegħdu taħt superviżjoni tal-kumitati ta' riżoluzzjoni rispettivi tagħhom. (18) L-assi u l-obbligazzjonijiet barranin kienu mqiegħda l-iktar fil-banek il-qodma, li iktar tard ġew sottomessi għal proċeduri ta' stralċ u l-għeluq eventwali tal-operazzjonijiet barranin kollha. (19)

(27)

Fil-karti bilanċjali proviżorji tal-ftuħ tat-tliet banek il-ġodda tal-14 ta' Novembru 2008, ġie stmat li l-assi totali kombinati tal-banek jammontaw għal 2886 biljun ISK, b'ekwità li trid tiġi pprovduta mill-Istat ta' 385 biljun ISK. L-ammont totali ta' bonds li għandhom jinħarġu mill-banek il-ġodda favur il-banek il-qodma bħala ħlas għall-valur tal-assi ttrasferiti li jaqbeż l-obbligazzjonijiet ġie stmat għal 1153 biljun ISK. L-FME ħatret lil Deloitte LLP biex twettaq valutazzjonijiet tal-valur tal-assi u l-obbligazzjonijiet ittrasferiti. F'dan il-proċess, deher li l-valutazzjoni indipendenti ma tirriżultax f'valuri fissi tal-assi netti trasferiti iżda valutazzjonijiet fi ħdan ċerti meded. Instab ukoll li l-kredituri tal-banek żiedu n-nuqqas ta' qbil dwar il-proċess ta' valutazzjoni, li huma qiesu bħala nieqes mill-imparzjalità, u lmentaw li ma setgħux iħarsu l-interessi tagħhom. Dawn il-kumplikazzjonijiet wasslu għal bidla ta' politika għas-saldu tal-kontijiet bejn il-banek il-qodma u dawk ġodda, xi ħaġa li timplika li minflok ma jiddependu fuq il-valutazzjonijiet li jsiru minn espert indipendenti, il-partijiet jippruvaw jilħqu ftehimiet permezz ta' negozjati dwar il-valur tal-assi netti trasferiti.

(28)

Deher biċ-ċar li jkun diffiċli għall-partijiet sabiex jaslu għal ftehimiet fuq il-valutazzjonijiet peress li kienu evidentement soġġetti għal bosta suppożizzjonijiet li fuqhom aktarx li l-partijiet ma kinux ser jaqblu. L-istat kellu l-għan li jilħaq ftehimiet fuq evalwazzjonijiet bażi billi jipprovdi pedament sod għall-kapitalizzazzjoni inizjali tal-banek il-ġodda. Il-prestazzjoni tal-prezzijiet tal-assi li jaqbżu l-evalwazzjoni bażi tista' tiġi attribwita għall-kredituri fil-forma ta' bonds kontinġenti jew żidiet fil-valur tal-kapital tal-ishma tal-banek, peress li fin-negozjati deher li l-kumitati ta' riżoluzzjoni ta' Glitnir u Kaupthing u parti l-kbira tal-kredituri tagħhom setgħu jkunu interessati fl-akkwiżizzjoni ta' parteċipazzjonijiet fil-banek il-ġodda, u dan jippermettilhom jibbenefikaw minn żidiet potenzjali fil-valuri tal-assi trasferiti.

(29)

Il-kapitalizzazzjoni sħiħa tat-tliet banek il-ġodda u l-bażi tal-ftehimiet mal-kredituri tal-banek il-qodma tħabbret fl-20 ta' Lulju 2009. Il-Gvern, bħala l-uniku proprjetarju tat-tliet banek il-ġodda, laħaq protokolli ta' ftehim mal-kumitati ta' riżoluzzjoni tal-banek il-qodma fir-rigward ta' kif jinkiseb u jitħallas il-kumpens għat-trasferiment tal-assi netti fil-banek il-ġodda. Fir-rigward ta' tnejn mill-banek il-ġodda, Íslandsbanki u Arion Bank, dan inkluda ftehimiet kundizzjonali sabiex il-banek il-qodma jissottoskrivu għal interessi tal-ekwità tal-maġġoranza fil-banek il-ġodda.

(30)

Fuq il-bażi tal-ftehimiet tentattivi msemmija hawn fuq, il-kumitati ta' riżoluzzjoni tal-banek il-qodma ddeċidew f'Ottubru tal-2009 (Glitnir) u Diċembru tal-2009 (Kaupthing Bank u Landsbanki Islands) sabiex jeżerċitaw l-għażliet innegozjati u jissottoskrivu għall-parteċipazzjoni azzjonarja fil-banek il-ġodda. Fit-18 ta' Diċembru 2009 il-Gvern ħabbar li ġiet konkluża r-rikostruzzjoni tal-banek u li kienu ntlaħqu l-ftehimiet bejn l-awtoritajiet tal-Islanda u l-banek il-ġodda, min-naħa, u l-kumitati ta' riżoluzzjoni ta' Glitnir Bank, Landsbanki Íslands u Kaupthing Bank f'isem il-kredituri, min-naħa l-oħra, fuq saldi dwar l-assi li ġew trasferiti mill-banek il-qodma għall-ġodda, u li l-banek il-ġodda kienu ffinanzjati bis-sħiħ.

(31)

Fil-verità, maż-żmien, il-kontribuzzjoni tat-Teżor għall-ekwità tal-banek il-ġodda tnaqqset b'mod sostanzjali, minn 385 biljun ISK kif oriġinarjament previst għal 135 biljun ISK fil-forma ta' kapital azzjonarju u, fil-każ ta' tnejn mit-tliet banek, Íslandsbanki u Arion Bank, madwar 55 biljun ISK ta' kapital tal-Grad II fil-forma ta' self subordinat jew total ta' 190 biljun ISK. Barra minn hekk, it-Teżor ipprovda lil Íslandsbanki u Arion Bank b'ċerti faċilitajiet tal-likwidità. Il-kapital azzjonarju pprovdut mill-banek il-qodma lill-ġodda ammonta għal total ta' madwar 156 biljun ISK. Għalhekk, il-kapitalizzazzjoni totali tal-banek il-ġodda ammontat għal madwar 346 biljun ISK. B'hekk, minflok ma nżammet sjieda sħiħa tat-tliet banek, il-ftehimiet implikaw li l-parteċipazzjonijiet tal-istat jitnaqqsu għal madwar 5 % fil-każ ta' Íslandsbanki, 13 % fil-każ ta' Arion Bank u 81 % fil-każ ta' Landsbankinn.

(32)

Filwaqt li din l-akkwiżizzjoni ta' tnejn mit-tliet banek mill-kredituri tal-banek il-qodma solviet problemi kbar fil-bini mill-ġdid tas-settur finanzjarju u stabbilixxiet fondazzjoni kapitali iktar soda għall-banek il-ġodda, kien għad hemm bosta dgħjufijiet li kienu jeħtieġu li jiġu indirizzati. Mill-ħarifa tal-2009, il-banek ikkonċentraw ħafna mill-isforzi tagħhom fuq kwistjonijiet interni, id-determinazzjoni tal-istrateġija ġenerali għall-operazzjonijiet tagħhom u b'mod partikolari r-ristrutturazzjoni tal-portafolli tas-self tagħhom, li jirrappreżentaw l-ikbar fattur ta' riskju għall-operazzjonijiet u l-vijabilità fit-tul tagħhom. Il-proċess ta' ristrutturar kien kumpless minħabba bosta fatturi li kkumplikaw, inklużi deċiżjonijiet tal-Qorti Suprema dwar l-illegalità tas-self mogħti fl-ISK iżda indiċizzat ma' muniti barranin. Dwar Arion Bank, f'dak li huwa relevanti għar-ristrutturazzjoni tiegħu, dawn il-kwistjonijiet huma diskussi iktar 'il quddiem.

2.4.   L-ambjent makroekonomiku

(33)

Wara l-falliment tas-sistema bankarja f'Ottubru tal-2008 kien hemm taqlib ekonomiku qawwi. Mad-diffikultajiet fis-sistema finanzjarja tal-Islanda żdied in-nuqqas ta' kunfidenza fil-munita tagħha. Il-króna ġarrbet deprezzament qawwi fl-ewwel trimestru tal-2008 u mill-ġdid fil-ħarifa, qabel u wara li fallew it-tliet banek kummerċjali. Minkejja l-kontrolli fuq il-kapital imposti fil-ħarifa tal-2008, il-volatilità tal-muniti kienet prevalenti matul l-2009. (20) Dan l-għawġ irriżulta f'riċessjoni ħarxa fl-ekonomija tal-Islanda, bi tnaqqis ta' 6,8 % fil-PDG fl-2009 u ta' 4 % fl-2010.

(34)

Fost l-implikazzjonijiet tal-kriżi ekonomika kien hemm żieda f'daqqa fil-qgħad minn 1,6 % fl-2008 għal 8 % fl-2009, tlugħ fl-inflazzjoni u tnaqqis fil-pagi reali. Barra minn hekk, kien hemm żieda qawwija fid-dejn korporattiv u tad-djar u fis-sehem ta' self improduttiv fil-portafolli tas-self tal-banek kif ukoll akkwiżizzjoni fuq skala kbira mill-banek il-ġodda ta' negozji f'diffikultà finanzjarja. Fl-istess ħin, il-kost fiskali għoli tar-ristrutturazzjoni tas-sistema bankarja wassal għal żieda qawwija fid-defiċit fiskali u żieda kbira fid-dejn tas-settur pubbliku.

(35)

Id-dejta proviżorja dwar ir-riċessjoni profonda minn Statistics Iceland tindika li fit-tieni nofs tal-2011 ser tinqaleb il-paġna u li għas-sena sħiħa ser ikun hemm tkabbir ta' 3,1 % tal-PDG meta mqabbel mas-sena ta' qabel.

(36)

It-tkabbir ekonomiku fl-2011 kien dovut l-iktar għal żieda fid-domanda domestika, b'mod partikolari żieda ta' 4 % fil-konsum minn djar privati. Dan ġie sostnut minn żidiet fil-pagi u l-benefiċċji soċjali kif ukoll ċerti inizjattivi politiċi meħuda biex jitħaffef il-piż tal-ħlas tad-dejn domestiku, inkluż sussidju temporanju fuq ir-rata tal-imgħax, l-iffriżar tal-ħlasijiet fuq self u r-rimborż bikri ta' tfaddil tal-pensjoni privata. Id-dejta proviżorja għall-2011 tindika wkoll żieda kajmana fl-investimenti, madankollu minn livell partikolarment baxx (21). Il-konsum pubbliku baqa' f'livell baxx tul l-aħħar tliet snin.

(37)

Id-dejta makroekonomika ġenerali taħbi differenzi settorjali iktar importanti. Minbarra l-falliment fis-settur finanzjarju, seħħ tiċkin qawwi fil-kostruzzjoni u ħafna attivitajiet domestiċi oħrajn ta' produzzjoni u servizz. Min-naħa l-oħra, seħħ tkabbir f'ċerti setturi tal-esportazzjoni. Minħabba r-rata tal-kambju baxxa tal-króna u l-prezzijiet relattivament stabbli fil-muniti barranin għall-prodotti marittimi kif ukoll tal-aluminju, id-dħul mill-esportazzjonijiet żdied mal-bidu tal-kriżi ekonomika, anki fir-rigward tat-turiżmu u esportazzjonijiet ta' servizzi oħrajn. Fl-istess ħin, l-importazzjonijiet naqsu sew, u b'hekk bidlu l-bilanċ kummerċjali (22) b'mod temporanju għal aċċess ta' kważi 10 % tal-PDG fl-2010. Madankollu, meta fl-2011 żdiedet id-domanda domestika, l-importazzjonijiet reġgħu żdiedu, u dan wassal għal eċċess kummerċjali ġenerali iżgħar ta' 8,2 % tal-PDG.

(38)

It-tbassir ta' Statistics Iceland għall-2012-2017 jassumi li l-irkupru ekonomiku gradwali ser ikompli bi tkabbir ta' 2,6 % fl-2012. Hija mistennija rata ta' tkabbir simili tul il-perjodu tat-tbassir. Madankollu, dan it-tbassir huwa soġġett għal bosta inċertezzi. L-investimenti industrijali ppjanati fuq skala kbira jistgħu jkomplu jiġu ttardjati. It-termini kummerċjali tal-Islanda jiġu affettwati b'mod negattiv minn riċessjoni mtawla fil-pajjiżi li l-iktar li tinnegozja magħhom, u dan jimplika rata ta' tkabbir iżgħar fl-Islanda. Progress iktar kajman minn dak antiċipat fl-indirizzar tal-piż tad-dejn fuq il-familji u l-korporazzjonijiet ikompli jillimita d-domanda domestika u l-prospettivi tat-tkabbir tal-ekonomija. It-tkabbir jista' jkun imxekkel ukoll minn instabilità ssoktata fil-prezzijiet marbuta ma' volatilità fil-munita fil-kuntest tat-tneħħija tal-kontrolli fuq il-kapital.

2.5.   Is-sorveljanza finanzjarja u t-titjib fil-qafas regolatorju

(39)

Wara l-ħidma inizjali tal-FME marbuta mat-twaqqif tal-banek il-ġodda u l-valutazzjoni tal-valur tal-assi netti trasferiti mill-banek il-qodma, fil-ħarifa tal-2009 l-FME wettqet awditjar tal-banek il-ġodda u l-pjan ta' direzzjoni tan-negozji, is-saħħa finanzjarja u r-rekwiżiti kapitali tagħhom f'hekk imsejjaħ “sign-off project”. Dan sar bl-assistenza tad-ditta internazzjonali ta' konsulenza fil-ġestjoni Oliver Wyman.

(40)

Wara li temmet il-proċess spjegat hawn fuq, l-FME tat lill-banek liċenzji operattivi soġġetti għal bosta kundizzjonijiet. Fid-dawl tal-kwalità tal-portafolli tal-assi u l-inċertezza ekonomika antiċipata, tqies li hemm bżonn li jiġu stabbiliti rekwiżiti kapitali ogħla fuq it-tliet banek mill-minimu statutorju. Għalhekk, l-FME stabbilixxiet il-proporzjon tal-adegwatezza kapitali minima (CAD) ta' 16 % għat-tliet banek, inkluż minimu ta' 12 % għall-proporzjon tal-kapital tal-Grad I. Ir-rekwiżiti kienu applikabbli għal tal-inqas 3 snin sakemm ma jinbidlux mill-FME. Ġew speċifikati wkoll kundizzjonijiet dwar il-likwidità li jeħtieġu li l-fondi likwidi disponibbli għandhom il-ħin kollu jammontaw għal tal-inqas 20 % tad-depożiti u li l-flus kontanti jew l-ekwivalenti ta' flus kontanti għandhom jammontaw għal tal-inqas 5 % tad-depożiti. Barra minn hekk, saru rekwiżiti fuq kwistjonijiet oħrajn bħar-ristrutturazzjoni tal-portafolli tas-self, il-valutazzjoni tar-riskju, il-governanza u s-sjieda korporattiva. Iddaħħlu rekwiżiti kapitali paragunabbli mill-FME rigward impriżi finanzjarji oħrajn.

(41)

Il-programm ta' stabbilizzazzjoni ekonomika mwaqqaf f'konsulenza mal-FMI pprovda għal reviżjoni tal-qafas regolatorju sħiħ tas-servizzi finanzjarji u s-sorveljanza biex titjieb id-difiża kontra kriżijiet finanzjarji fil-ġejjieni. Il-Gvern stieden lil dak li kien id-Direttur Ġenerali tal-Awtorità ta' Sorveljanza Finanzjarja tal-Finlandja, is-Sur Kaarlo Jännäri, biex iwettaq valutazzjoni tal-qafas regolatorju u l-prattiki ta' sorveljanza eżisteneti. Fost it-titjib propost mis-Sur Jännäri kien hemm il-ħolqien ta' Reġistru ta' Kreditu Nazzjonali fl-FME biex jonqsu r-riskji tal-kreditu fis-sistema. Ir-rapport tiegħu ssuġġerixxa wkoll li jiġu stabbiliti regoli aħrax u prattika iktar stretta fuq skoperturi kbar u għoti ta' self konness kif ukoll li jsiru iktar spezzjonijiet fuq il-post sabiex jiġu verifikati superviżjoni u rapporti mhux fuq il-post, b'mod partikolari r-riskju tal-kreditu, ir-riskju tal-likwidità u r-riskju tal-kambju. Ġie rakkomandat ukoll li jsiru reviżjoni u titjib fis-sistema ta' garanzija tad-depożiti, billi jiġu segwiti mill-qrib l-iżviluppi fi ħdan l-UE.

(42)

Wara l-Gvern ippropona liġi lill-Althingi, fuq il-bażi, inter alia, tal-proposti li saru minn Jännäri kif ukoll emendi li saru fil-liġi taż-ŻEE dwar l-attivitajiet finanzjarji mill-2009 'il quddiem, li ġiet adottata u daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2010, bħala l-Att Nru 75/2010. Bil-liġi l-ġdida, saru emendi estensivi fl-Att dwar l-Impriżi Finanzjarji. Iktar tard iddaħħlu bosta emendi oħrajn fil-liġi dwar l-impriżi finanzjarji kif ukoll tar-regolamentazzjoni u s-superviżjoni tas-servizzi finanzjarji. Dawn l-emendi regolatorji huma ttrattati f'iktar dettall fl-Anness.

2.6.   L-isfidi ewlenin fil-ġejjieni (23)

(43)

Minkejja kisbiet kbar fil-bini mill-ġdid tas-settur finanzjarju, l-Islanda għadha tissielet mar-riperkussjonijiet tal-kriżi finanzjarja u monetarja tal-ħarifa tal-2008. Il-kriżi finanzjarja kixfet bosta żbalji u nuqqasijiet fis-sistema finanzjarja, li jridu jiġu indirizzati, sabiex tinġieb lura l-kunfidenza tal-pubbliku. Jidher biċ-ċar li l-Islanda — bħal ħafna pajjiżi oħrajn milqutin sew mill-kriżi finanzjarja — qed taffaċċja għadd ta' sfidi fl-adattament tal-ambjent legali u operattiv tas-servizzi finanzjarji bil-għan li tiġi appoġġjata sistema finanzjarja vijabbli u effiċjenti fil-ġejjieni u jonqos kemm jista' jkun ir-riskju li jerġgħu jseħħu xokkijiet sistemiċi oħrajn.

(44)

L-iktar sfidi immedjati li bħalissa huma affaċċjati mill-impriżi finanzjarji tal-Islanda huma marbutin mal-fatt li l-banek qed joperaw f'ambjent protett b'kontrolli fuq il-kapital u garanzija kategorika tad-depożiti. Issal-banek iridu jħejju ruħhom biex jaħdmu f'ambjent iktar skopert, meta jitneħħew il-kontrolli fuq il-kapital u l-garanziji tad-depożiti jerġgħu lura għall-arranġament stabbilit fid-direttivi relevanti tal-UE/ŻEE (24). L-awtoritajiet tal-Islanda saħqu li jrid ikun hemm kawtela estrema meta jiddaħħlu regoli ġodda f'dan ir-rigward.

(45)

Sfida kbira oħra hija l-bżonn li jiġi adattat iktar il-qafas legali u regolatorju biex tiġi appoġġjata sistema finanzjarja solida u effiċjenti li hija konsistenti wkoll mal-iżviluppi fil-liġi internazzjonali u taż-ŻEE. (25)

2.7.   Il-qagħda tal-kompetizzjoni fis-settur finanzjarju tal-Islanda

(46)

Skont informazzjoni riċenti mill-awtoritajiet tal-Islanda (26), il-kompetizzjoni fis-suq finanzjarju nbidlet b'mod radikali wara l-falliment tal-banek. In-numru ta' impriżi finanzjarji naqas, hekk kif bosta banek tat-tfaddil, banek kummerċjali u mutwanti speċjalizzati jew qed jiġu stralċati jew ġew fużi ma' impriżi oħrajn (27). In-numru ta' impriżi finanzjarji għadu qed jonqos, dan l-aħħar bil-fużjonijiet ta' Landsbankinn u SpKef f'Marzu tal-2011, ta' Íslandsbanki u Byr f'Diċembru tal-2011 u l-fużjoni ta' Landsbankinn u Svarfdaelir Savings Bank, approvata mill-Awtorità fl-20 ta' Ġunju 2012. Bit-tnaqqis fin-numru ta' impriżi finanzjarji u l-banek il-kbar li qed jieħdu f'idejhom id-depożiti mill-banek li qed jagħlqu, il-konċentrazzjoni fis-suq domestiku żdiedet. Min-naħa l-oħra, il-preżenza ġenerali tal-banek il-ġodda fis-swieq finanzjarji taż-ŻEE hija ferm iżgħar minn dik ta' qabilhom, peress li l-operazzjonijiet bankarji internazzjonali ngħalqu.

(47)

Barra minn hekk, is-suq domestiku ċkien b'mod konsiderevoli peress li ċerti swieq sekondarji għebu jew naqsu ħafna. Il-kważi għajbien tas-suq tal-ekwità u l-introduzzjoni ta' kontrolli fuq il-kapital naqqsu l-operazzjonijiet fis-suq tal-ekwità u dak monetarju u rriżultaw f'għażliet tal-investimenti limitati. Bil-livell ta' investimenti fl-ekonomija fl-inqas livell fl-istorja u djar u kumpaniji b'ingranaġġ ġeneralment għoli, id-domanda għall-kreditu hija baxxa. Mill-falliment 'l hawn, il-banek ikkonċentraw l-isforzi tagħhom fuq kwistjonijiet interni u r-ristrutturazzjoni tal-portafolli tas-self tagħhom kif ukoll ir-ristrutturazzjoni ta' wħud mill-klijenti korporattivi ewlenin tagħhom.

(48)

Qabel il-kriżi finanzjarja, il-banek tat-tfaddil kellhom bejniethom sehem mis-suq ta' madwar 20 — 25 % f'depożiti. Dan issa waqa' għal madwar 2 — 4 %. Is-sehem tas-suq mitluf mill-banek tat-tfaddil u l-banek kummerċjali li ħarġu mis-suq inkisbu mit-tliet banek kummerċjali ewlenin, Arion Bank, Íslandsbanki u Landsbanki. Flimkien, it-tliet banek il-kbar issa għandhom madwar 90-95 % mis-suq flok 60-75 % li kellhom qabel, hekk kif is-sehem tas-suq ta' Landsbankinn huma marġinalment l-ogħla. Minbarra l-10 banek reġjonali tat-tfaddil, li bħalissa jammontaw għal madwar 2-4 % tas-suq, l-uniku attur tas-suq l-ieħor huwa l-MP Bank ristrutturat (28), b'sehem tas-suq ta' madwar 1-5 %.

(49)

B'hekk, is-suq finanzjarju tal-Islanda huwa oligopolistiku biċ-ċar u l-ikbar tliet kumpaniji jistgħu bejniethom jieħdu pożizzjoni dominanti fis-suq. Skont l-Awtorità tal-Kompetizzjoni tal-Islanda (ICA), li l-Awtorità talbitha l-fehmiet tagħha dwar il-qagħda tal-kompetizzjoni fl-Islanda u r-rimedji potenzjali, hemm ostakli notevoli għad-dħul fis-suq bankarju tal-Islanda. Dan għandu effetti negattivi fuq il-kompetizzjoni. Hemm ukoll ċertu xkiel għall-konsumaturi biex jibdlu l-banek. Barra minn hekk, l-awtoritajiet tal-Islanda rrikonoxxew li r-riskji tal-kambju assoċjati mal-munita żgħira u mhux negozjata tal-Islanda, il-króna tal-Islanda, komplew jillimitaw il-kompetizzjoni u żammew lill-banek u lill-kumpaniji barranin milli jidħlu fis-suq tal-Islanda.

(50)

Dan l-aħħar, l-ICA ffokat fuq kwistjoni partikolari dwar l-infrastruttura informatika għall-operazzjonijiet tal-banek u l-kooperazzjoni bejniethom f'dan ir-rigward. Din hija relatata mal-fornitur tas-servizzi informatiċi bi sjieda konġunta tal-istituzzjonijiet finanzjarji, Reiknistofa bankanna (iċ-Ċentru tad-Dejta tal-banek tal-Islanda; RB). Din il-kwistjoni hija relevanti għall-valutazzjoni ta' dan il-każ u kienet fost il-kwistjonijiet diskussi mill-Awtorità mal-awtoritajiet tal-Islanda u l-banek.

(51)

RB huwa fornitur bi sjieda konġunta mit-tliet banek ewlenin tal-Islanda, żewġ banek tat-tfaddil, l-Assoċjazzjoni tal-Banek tat-Tfaddil tal-Islanda u t-tliet proċessuri ewlenin tal-karti tal-ħlas fl-Islanda. Landsbankinn għandu 36,84 % tal-ishma f'RB, Íslandsbanki għandu 29,48 % u Arion Bank 18,7 %. Għalhekk, flimkien it-tliet banek kummerċjali huma sidien ta' 85,02 % tal-ishma f'RB. Il-klijenti ta' RB huma s-sidien, il-Bank Ċentrali tal-Islanda u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn kif ukoll entitajiet pubbliċi oħrajn. Il-kooperazzjoni tal-banek f'dan il-qasam huwa estensiv, peress li l-RD żviluppa s-sistema tal-ikklerjar u s-saldu fl-Islanda. Jipprovdi wkoll għadd ta' soluzzjonijiet bankarji ċentrali li huma soluzzjonijiet 'multi-tenant', użati minn ħafna mill-banek tal-Islanda. Barra minn hekk, RB jopera sistema ta' fatturi elettroniċi u ħlas elettroniku għal korporazzjonijiet u konsumaturi.

(52)

Skont l-ICA, il-falliment fl-2008 renda l-banek iżgħar u l-banek tat-tfaddil partikolarment vulnerabbli. Għall-impriżi finanzjarji iżgħar, is-servizzi informatiċi meħtieġa kienu ta' importanza kruċjali, peress li jistgħu jitqiesu bħala wieħed mill-ostakli għall-parteċipanti l-ġodda fis-suq. Il-pjattaforma għas-servizzi informatiċi ġiet ipprovduta f'ħafna minnha minn RB fir-rigward tal-impriżi finanzjarji l-kbar u, fir-rigward tal-banek tat-tfaddil u l-atturi iżgħar fis-suq, minn Teris. Wara li għalqu ħafna impriżi finanzjarji żgħar fl-aħħar snin, Teris tilef sehem notevoli mid-dħul tiegħu, u f'Jannar 2012 kellu jbigħ uħud mis-soluzzjonijiet informatiċi tiegħu lil RB. Skont RB u Teris, din it-tranżazzjoni kellha l-għan, inter alia, li tiggarantixxi l-forniment issoktat tas-servizzi informatiċi lill-impriżi finanzjarji ż-żgħar.

(53)

L-ICA kienet qed tinvestiga żewġ każijiet dwar RB. L-ewwel nett, jekk is-sjieda konġunta u l-kooperazzjoni tal-banek u impriżi finanzjarji oħrajn fil-forum ta' RB għandhomx jitqiesu li qed jiksru l-projbizzjoni fuq prattiki ristrettivi skont l-Artikolu 10 tal-Att dwar il-Kompetizzjoni tal-Islanda. It-tieni, il-kompatibilità tal-akkwist minn RB ta' assi kbar ta' Teris qiegħda tiġi valutata skont id-dispożizzjonijiet dwar il-fużjoni tal-istess att. Madankollu, f'Mejju tal-2012 ġew konklużi żewġ każijiet b'saldu bejn RB u s-sidien tiegħu, min-naħa, u l-ICA min-naħa l-oħra. (29)

(54)

Minbarra t-tħassib ta' hawn fuq li huwa direttament relatat mas-suq finanzjarju tal-Islanda, l-ICA indikat b'mod partikolari l-bżonn li l-bejgħ u r-ristrutturazzjoni tal-kumpaniji operattivi (30) jitlestew bla dewmien żejjed. Ħafna kumpaniji operattivi ġew akkwistati mill-banek (li huma kredituri ta' dawk il-kumpaniji) minħabba li ddejnu wisq wara t-tiġrif ekonomiku fl-2008. Skont l-ICA, jista' jinħoloq kunflitt ta' interess meta l-banek ifornu servizzi finanzjarji lill-kumpaniji u jkunu sidien tal-kumpaniji fl-istess ħin. L-ICA hija tal-fehma li s-sjieda diretta u indiretta tal-banek (31) hija l-iktar problema mifruxa u perikoluża għall-kompetizzjoni fis-sitwazzjoni ta' wara l-kriżi finanzjarji, peress li din għandha effett fuq kważi kull kumpanija u industrija fl-Islanda. Fil-fehma tal-ICA, ir-ristrutturar mgħaġġel tal-kumpaniji jtejjeb il-kompetizzjoni fis-suq finanzjarju. Meta l-involviment tal-banek fir-ristrutturar tal-klijenti korporattivi tagħhom ikun ġie soġġett għar-rekwiżiti ta' notifika skont il-kontroll nazzjonali tal-fużjonijiet, f'dan ir-rigward l-ICA spiss stabbilixxiet dwar is-sjieda tal-banek. Madankollu, soluzzjoni komprensiva għall-problema tidher waħda diffiċli, peress li hija essenzjalment relatata mal-ingranaġġ għoli tas-settur kummerċjali tal-Islanda.

(55)

Fis-sottomissjoni tagħhom għall-Awtorità, it-tliet banek kummerċjali, Arion Bank, Íslandsbanki u Landsbankinn, kollha esprimew il-fehma tagħhom li ma seħħet ebda bidla kbira fil-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni fis-suq finanzjarju tal-Islanda mill-ħarifa tal-2008, xi ħaġa li għandha tkun ta' tħassib. Il-kompetizzjoni effettiva kienet prevalenti fis-suq, bla ebda evidenza ta' mġiba kollużiva tal-ikbar tliet atturi. Meta eżaminat il-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni fis-suq, l-ICA kienet injorat ċerti fatturi ewlenin. Banek barranin, għad li bla preżenza fl-Islanda, kien ilhom u għadhom jikkompetu b'mod attiv mal-banek tal-Islanda għall-forniment ta' self korporattiv u servizzi finanzjarji oħrajn lill-ikbar klijenti, bħal impriżi f'attività bbażata fuq l-esportazzjonijiet (sajd, industrija b'użu intensiv ta' enerġija, eċċ.) kif ukoll attività statali u muniċipali.

(56)

Madankollu, din il-fehma tmur kontra l-fehma espressa fis-sottomissjoni tal-awtoritajiet tal-Islanda, kif stipulat fir-rapport imsemmi iktar 'il fuq mill-Ministru tal-Ekonomija lill-Althingi u kontra l-fehmiet tal-ICA. Barra minn hekk, kif ser jiġi spjegat iktar 'il quddiem, minkejja ċerti riżervazzjonijiet dwar l-analiżi tal-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni, Arion Bank iddeċieda li jipprovdi ċerti impenji bil-għan li jillimita t-tfixkil tal-kompetizzjoni marbut mal-miżuri tal-għajnuna kkonċernati. Dawk l-impenji huma rrapportati fl-Anness.

3.   ID-DESKRIZZJONI TAL-MIŻURI

3.1.   Il-benefiċjarju

(57)

Kif spjegat iktar 'il fuq, Kaupthing Bank falla fl-2008, hekk ukoll żewġ banek kummerċjali kbar oħrajn tal-Islanda. Biex jiġi żgurat it-tħaddim issoktat tas-settur bankarju domestiku, l-awtoritajiet tal-Islanda ħadu l-impenn li jwettqu ċerti miżuri biex jerġgħu jinbdew ċerti operazzjonijiet ta' Kaupthing Bank hf (il-qadim), inklużi t-twaqqif u l-kapitalizzazzjoni ta' New Kaupthing Bank hf (li issa ngħata l-isem ġdid Arion Bank).

3.1.1.   Kaupthing Bank

(58)

Qabel il-kriżi finanzjarja tal-2008, Kaupthing Bank kien l-ikbar bank fl-Islanda. Fi tmiem l-2007, il-karta bilanċjali tiegħu ammontat għal 5 347 biljun ISK (58,3 biljun ewro). Kaupthing kien primarjament bank fit-Tramuntana tal-Ewropa li jopera fi tlettax-il pajjiż. Kaupthing offra servizzi finanzjarji integrati lill-kumpaniji, investituri istituzzjonali u individwi, maqsumin f'ħames segmenti tan-negozju: Korporattivi u Operazzjonijiet Bankarji għall-Konsumatur, Swieq Kapitali, Teżor, Ibbankjar tal-Investimenti u Ġestjoni tal-Assi u Bbankjar Privat. Barra minn hekk, il-bank opera netwerk ta' fergħat għall-konsumaturi fl-Islanda, fejn kellu l-kwartieri ġenerali, u sa ċertu punt b'inqas prominenza fin-Norveġja u fl-Isvezja. Kaupthing kellu liċenzji bankarji permezz ta' sussidjarji fid-Danimarka, l-Isvezja, il-Lussemburgu u r-Renju Unit u fergħat fil-Finlandja, in-Norvejġa u Isle of Man. Is-sussidjarji prinċipali ta' Kaupthing kienu Kaupthing Singer & Friedlander (ir-Renju Unit) u FIH Erhvervsbank (id-Danimarka), iżda l-bank opera sittax-il sussidjarja u fergħa oħra f'bosta pajjiżi fl-Ewropa, l-Amerika ta' Fuq, l-Asja u l-Lvant Nofsani. Fi tmiem l-2007, il-bank ħaddem 3 334 persuna. L-ishma fil-bank kienu elenkati fuq OMX Nordic Exchange f'Reykjavík u fi Stokkolma.

3.1.2.   Arion Bank

(59)

Is-suċċessur ta' Kaupthing, Arion Bank, huwa bank Islandiż li joffri servizzi finanzjarji universali lill-kumpaniji, investituri istituzzjonali u individwi. Il-bank għandu l-għan li jkun bank ta' relazzjoni b'enfasi fuq korporazzjonijiet ikbar u individwi li jixtiequ firxa wiesgħa ta' soluzzjonijiet finanzjarji.

(60)

Arion Bank Group jikkonsisti fil-kumpanija azzjonarja u tmien sussidjarji ċentrali li huma parti integrali mill-operazzjonijiet tal-Bank (32).

(61)

Fir-rigward tar-ristrutturar riċenti u kontinwu tal-ktieb tas-self tiegħu, il-Bank akkwiżixxa assi li huma kategorizzati bħala miżmuma għall-bejgħ jew jekk ix-xogħol ta' rkupru ma jitlestiex, operazzjonijiet temporanji. Skont il-Bank, xorta waħda ħa l-impenn li jbigħ it-tali assi mingħajr dewmien żejjed. (33)

(62)

Parteċipazzjonijiet azzjonarji importanti oħrajn huma f'Auðkenni (kumpanija azzjonarja li tamministra l-kodiċijiet tas-sigurtà għall-ibbankjar online; 20 %) u Reiknistofa bankanna (iċ-Ċentru tad-Dejta tal-banek tal-Islanda, RB; 18,05 %). Arion Bank għalaq jew huwa fil-proċess li jagħlaq 15-il kumpanija b'kollox, fejn il-Bank kellu interessi tal-ekwità. Dawn il-kumpaniji huma jew f'likwidazzjoni jew ma għandhom l-ebda assi jew operazzjonijiet.

(63)

Il-prodotti bankarji ewlenin jaqgħu fi ħdan erba' kategoriji: Immaniġġjar tal-Assi, Ibbankjar tal-Investimenti, Ibbankjar Korporattiv u Operazzjonijiet Bankarji għall-Konsumatur, kif spjegat iktar hawn taħt.

Immaniġġjar tal-Assi

(64)

Din it-taqsima tikkonsisti fil-Bejgħ u s-Servizzi, l-Ibbankjar Privat, u l-Immaniġġjar tal-Assi Istituzzjonali. Is-sussidjarja tal-Bank, Stefnir Asset Management Company, topera n-negozju ta' mmaniġġjar ta' fondi u Arion Bank Asset Management huwa d-distributur ewlieni tal-fondi. Asset Management hija parteċipant importanti fis-suq tal-Islanda b'assi mmaniġġjati minn Arion Bank u sussidjarji li kienu jaqbżu s-659 biljun ISK fi tmiem l-2011.

(65)

It-taqsima Immaniġġjar tal-Assi hija responsabbli għall-immaniġġjar tal-assi f'isem il-klijenti tagħha, inklużi investituri istituzzjonali, korporattivi, klijenti b'valur nett għoli u investituri fil-livell tal-konsum. Taqdi klijenti b'għanijiet ta' investimenti differenti, toffri firxa wiesgħa ta' servizzi. Minbarra firxa ta' fondi mutwi, mezzi ta' investiment alternattivi u skemi tal-pjan ta' pensjoni, it-taqsima toffri strateġiji personalizzati ta' allokazzjoni tal-assi u kontijiet immaniġġjati. It-taqsima toffri wkoll fondi minn kumpaniji importanti oħrajn minn madwar id-dinja li joperaw fl-immaniġġjar ta' fondi.

Ibbankjar tal-Investimenti

(66)

L-Ibbankjar tal-Investimenti jipprovdi bosta servizzi lill-klijenti korporattivi permezz tal-erba' oqsma ewlenin tal-prodotti tiegħu:

Konsulenza dwar fużjonijiet u akkwiżizzjonijiet

Tranżazzjonijiet tas-suq kapitali

Finanzjament tal-akkwiżizzjonijiet u l-ingranaġġ

Investimenti prinċipali.

(67)

It-taqsima għandha l-għan li tgħaqqad il-konsulenza mal-kapaċitajiet ta' finanzjament tal-Bank, toħloq soluzzjoni integrata għall-klijenti, f'kooperazzjoni mill-qrib ma' taqsimiet oħrajn tal-Bank, b'mod partikolari s-Swieq Kapitali u l-Ibbankjar Korporattiv.

Ibbankjar Korporattiv

(68)

L-Ibbankjar Korporattiv huwa organizzat f'7 dipartimenti: Self Korporattiv; Self Speċjalizzat; Legali u Dokumentazzjoni; Immaniġġjar tal-Portafolli; Servizzi Korporattivi; Irkupru; u Fatturament. L-Ibbankjar Korporattiv joffri medda ta' servizzi u prodotti ta' finanzjament għall-klijenti korporattivi tiegħu, minn negozji ta' daqs medju sa korporazzjonijiet kbar. L-ewwel enfasi tat-taqsima huwa li żżomm relazzjonijiet fit-tul mal-klijenti tagħha kif ukoll li tipprovdi soluzzjonijiet imfassla għal dak li jkun u servizzi personalizzati.

(69)

Arion Bank iqis li għandu rwol minn ta' quddiem fis-soluzzjoni tal-problemi tad-dejn korporattiv u għamel progress notevoli fir-ristrutturar tal-kumpaniji. L-unità ta' Rkupru fi ħdan l-Ibbankjar Korporattiv hija responsabbli mill-irkupru tad-dejn tal-Bank, jiġifieri r-ristrutturar tal-kumpaniji li għaddejjin minn diffikultajiet ta' ħlas. Ix-xogħol mexa sew u daqt jitlesta.

Operazzjonijiet Bankarji għall-Konsumatur

(70)

It-taqsima Operazzjonijiet Bankarji għall-Konsumatur għandha sehem ta' 30 % mis-suq fl-Islanda. Hemm 24 fergħa madwar l-Islanda u iktar minn 100 000 klijent. Il-fergħat jipprovdu firxa komprensiva ta' servizzi, inklużi pariri fuq depożiti u self, karti tal-ħlas, tfaddil tal-pensjonijiet, assigurazzjoni, fondi u titoli.

(71)

In-netwerk ta' fergħat huwa maqsum f'seba' raggruppamenti, kull wieħed bil-maniġer tan-negozju tiegħu. Il-fergħat iż-żgħar jikkapitalizzaw fuq is-saħħa ta' unitajiet ikbar fi ħdan kull raggruppament. Awtorità u responsabilità iktar eżekuttivi huma ttrasferiti lill-fergħat u b'hekk huma eqreb il-klijenti. Skont il-Bank, dan l-arranġament jgħin sabiex jiġu koordinati l-proċeduri u tiġi sfruttata bis-sħiħ il-kompetenza fi ħdan il-fergħat. Erbgħa fost dawn il-maniġers tan-negozji jaħdmu fiż-żona l-kbira ta' Reykjavík u tlieta f'żoni urbani ikbar. Din l-istruttura hija mfassla sabiex issaħħaħ ir-rabtiet bejn il-fergħat fl-istess parti tal-pajjiż.

L-indikazzjonijiet tas-sehem mis-suq

(72)

Skont il-kalkoli ta' Arion Bank, is-sehem mis-suq tiegħu fid-depożiti, fuq il-bażi tar-rapporti annwali tal-banek tal-Islanda u l-banek tat-tfaddil, huwa ta' [> 30] % jew marġinalment inqas mis-sehem mis-suq ta' Landsbankinn ([> 30 %]) u Íslandsbanki ([> 30 %]). Atturi oħrajn fis-suq b'sinifikanza minuri biss huma MP Bank ([< 5 %]) u banek tat-tfaddil (kollettivament [< 5 %]).

(73)

Is-sehem ta' Arion Bank fis-self lill-klijenti huwa ta' madwar [15-25] % jew simili għal dak ta' Íslandsbanki u ftit inqas minn Landsbankinn. Il-Fond ta' Finanzjament għad-Djar għandu l-ikbar sehem f'dan is-suq, [> 25] %. Meta jingħaddu b'mod kollettiv, anki l-fondi tal-pensjonijiet għandhom sehem notevoli f'dan is-suq jew sinifikanti [5-10] %, filwaqt li l-ishma tal-atturi tas-suq l-oħrajn huma insinifikanti.

(74)

Is-sehem mis-suq ta' Arion Bank fil-kummerċ fil-Borża tal-Islanda mkejjel skont il-fatturat fl-ewwel 14-il ġimgħa tal-2012 kien ta' [10-20] %, iżda l-ishma ta' kull wieħed mill-banek kummerċjali l-oħrajn, Íslandsbanki, Landsbankinn u MP Bank, kienu ta' [20-25] %.

3.2.   Il-paragun bejn il-bank il-qadim u dak ġdid

(75)

Paragun indikattiv tal-finanzi ewlenin fil-karti bilanċjali tal-bank il-qadim u dak ġdid ippreżentati fit-Tabella 1 juri differenza vasta fid-daqs u l-ambitu taż-żewġ operazzjonijiet. (34) L-assi totali ta' Arion Bank fi tmiem l-2009 kienu biss 11,5 % ta' dawk ta' Kaupthing Bank f'nofs l-2008. Il-portafoll tas-self huwa l-ikbar kategorija tal-assi individwali. Il-valur skont il-kotba tal-portafoll tas-self ta' Kaupthing Bank fi tmiem Ġunju tal-2008 kien ta' 4 169 biljun ISK meta mqabbel mal-portafoll ta' self ta' Arion Bank ta' 358 biljun ISK fi tmiem l-2009, 8,6 % dak ta' Kaupthing. Hemm ukoll bidla notevoli fil-parteċipazzjonijiet tat-titoli ta' Arion Bank meta mqabbel ma' Kaupthing Bank. L-ishma u d-derivattivi naqsu b'96 — 100 %. It-tnaqqis huwa iżgħar fir-rigward tal-bonds, hekk kif il-bonds miżmuma minn Arion Bank ammontaw għal 25,7 % tal-parteċipazzjonijiet ta' Kaupthing Bank.

Tabella 1

Paragun bejn il-karti bilanċjali ta' Arion Bank u Kaupthing Bank, ammonti f'biljun ISK

 

Kaupthing

30.6.2008

Arion

31.12.2009

Arion bħala % ta' Kaupthing

Assi totali

6 603

757

11,5

Self u riċevibbli lill-klijenti

4 169

358

8,6

Bonds u strumenti tad-dejn

676

173

25,7

Ishma u strumenti tal-ekwità

172

7

4,1

Obbligazzjonijiet totali

6 166

667

10,8

Depożiti

1 848

495

26,8

Ekwità totali

438

90

20,6

(76)

Id-dikjarazzjonijiet tad-dħul taż-żewġ entitajiet juru differenza simili fid-daqs u l-ambitu. Meta jitqabblu Arion Bank fl-2009 u Kaupthing Bank fl-2007, l-introjtu mill-imgħax nett ta' Arion Bank jammonta għal 15,2 % ta' Kaupthing u l-introjtu mit-tariffi u l-kummissjoni netti ta' Arion kien ta' 10,7 % ta' dak ta' Kaupthing. Arion Bank ħaddem 1 057 persuna fi tmiem l-2009 (inklużi impjegati ta' sussidjarji) meta mqabbel ma' 3 334 ħaddiem ta' Kaupthing Bank fi tmiem l-2007. Għaldaqstant, in-numru totali ta' ħaddiema f'Arion kien ta' 32 % tat-total korrispondenti għal Kaupthing (35). Jekk jitqabblu l-operazzjonijiet Islandiżi taż-żewġ banek, Kaupthing ħaddem 1 133 persuna għall-operazzjonijiet Islandiżi (barra impjegati tas-sussidjarji) fi tmiem Ġunju tal-2008, filwaqt li f'Arion Bank kien hemm 952 ħaddiem (barra s-sussidjarji) fi tmiem l-2009.

Tabella 2

Paragun bejn id-dikjarazzjonijiet tad-dħul ta' Arion Bank u Kaupthing Bank, ammonti f'biljun ISK

 

Kaupthing

2007

Arion

2009

Arion bħala % ta' Kaupthing

Introjtu mill-imgħax nett

80

12

15,2

Introjtu mit-tariffi u l-kummissjoni netti

55

6

10,7

Introjtu operatorju

166

50

29,9

Qligħ qabel it-taxxa fuq l-introjtu

81

15

19,0

3.3.   Il-bażi legali nazzjonali

(77)

Il-bażi legali nazzjonali għall-miżuri ta' għajnuna hija kif ġej:

Att Nru 125/2008 dwar l-Awtorità għall-Iżborżi tat-Teżor minħabba Ċirkostanzi mhux tas-Soltu fis-Suq Finanzjarju eċċ, spiss imsejjaħ l-Att ta' Emerġenza

L-Att ta' Emerġenza ta lill-FME l-awtorità li tintervjeni “f'ċirkostanzi estremi” u tassumi setgħat tal-laqgħat tal-azzjonisti tal-istituzzjonijiet finanzjarji u l-laqgħat tal-bord, u tiddeċiedi fuq iċ-ċessjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet tagħhom. L-FME ngħatat is-setgħa wkoll sabiex taħtar kumitati ta' riżoluzzjoni għall-impriżi finanzjarji li tkun akkwiżixxiet, li kellhom is-setgħat tal-laqgħat tal-azzjonisti. Fl-istralċ tal-istituzzjonijiet, l-Att jagħti status ta' prijorità lil talbiet minn detenturi ta' depożiti u skemi ta' garanzija tad-depożiti. L-Att awtorizza wkoll lill-Ministeru tal-Finanzi tal-Islanda sabiex iwaqqaf banek ġodda. L-Att ta' Emerġenza jinkludi emendi tal-Att dwar l-Impriżi Finanzjarji, Nru 161/2002, l-Att dwar is-Sorveljanza Uffiċjali tal-Attivitajiet Finanzjarji, Nru 87/1998, l-Att dwar il-Garanziji tad-Depożiti u l-Iskema ta' Kumpens għall-Investituri, Nru 98/1999, u l-Att dwar l-Affarijiet tad-Djar, Nru 44/1998.

L-Att dwar il-Baġit tal-Istat Supplementari għall-2008 (Artikolu 4)

L-Att dwar il-Baġit tal-Istat għall-2009 (Artikolu 6)

3.4.   Il-miżuri ta' għajnuna

(78)

L-intervent tal-awtoritajiet tal-Islanda wara li falla Kaupthing Bank ġie spjegat iktar 'il fuq, u dan ġie spjegat f'iktar dettall fid-deċiżjoni ta' ftuħ. L-essenza tal-interventi tista' tinġabar fil-qosor kif ġej: L-FME ħadet kontroll fuq Kaupthing fid-9 ta' Ottubru 2008, u obbligazzjonijiet domestiċi u (ħafna mill-) assi domestiċi ġew trasferiti lil New Kaupthing. Il-beni tal-bank il-qadim kellhom jiġu kkumpensati għal dan it-trasferiment billi jirċievi s-somma tad-differenza bejn l-assi u l-obbligazzjonijiet. Peress li d-determinazzjoni ta' din id-differenza kienet diffiċli u tieħu ħafna żmien, l-Istat ipprovda xi kapital inizjali u impenn li jikkontribwixxi iktar kapital jekk ikun hemm bżonn. Imbagħad ikkapitalizza l-bank, qabel ma finalment intlaħaq ftehim bejn l-Istat u l-bank il-qadim fl-1 ta' Diċembru 2009, li wassal sabiex is-sehem tal-Istat fil-bank naqas minn 100 % għal 13 %.( (36)) L-Awtorità tqis li din id-data — l-1 ta' Diċembru 2009 — timmarka l-bidu tal-perjodu ta' ristrutturar ta' 5 snin, li konsegwentement ser jitlesta fl-1 ta' Diċembru 2014.

(79)

It-taqsima li ġejja hija limitata għad-deskrizzjoni ta' dawk l-aspetti tal-intervent tal-Istat li jikkostitwixxu miżuri relevanti għall-valutazzjoni skont l-Artikolu 61 tal-Ftehim ŻEE.

3.4.1.   Il-kapital tal-Grad 1

(80)

L-Istat ipprovda kapital tal-Grad I darbtejn — darba, meta nħoloq New Kaupthing, u mbagħad mill-ġdid meta kkapitalizza l-bank bis-sħiħ (u b'mod retroattiv); segwit minn ftehim mal-bank il-qadim f'isem il-kredituri tiegħu li skont dan l-Istat żamm sehem ta' 13 % mill-bank.

3.4.1.1.   Il-kapital inizjali

(81)

Wara t-twaqqif ta' New Kaupthing Bank f'Ottubru 2008, l-Istat ipprovda 775 miljun ISK (37) (5 miljun ewro) fi flus kontanti bħala kapital inizjali għall-bank il-ġdid u barra minn hekk ta impenn li jikkontribwixxi sa 75 biljun ISK b'kollox bħala kapital ta' riskju tal-Grad I għall-bank il-ġdid għall-ekwità sħiħa tiegħu. Il-figura ta' qabel tikkorrispondi għall-kapital minimu meħtieġ skont il-liġi tal-Islanda għat-twaqqif ta' bank. Il-figura tal-aħħar ġiet ikkalkolata bħala 10 % ta' valutazzjoni inizjali tad-daqs probabbli tal-assi peżati totali tar-riskju tal-bank. L-approprjazzjoni għal dan l-ammont ġiet inkluża b'mod formali fil-baġit tal-istat għas-sena 2009 bħala allokazzjoni ta' fondi tal-gvern biex jiġu indirizzati ċ-ċirkostanzi straordinarji fis-swieq finanzjarji. Din l-allokazzjoni ta' kapital kienet maħsuba sabiex tipprovdi garanzija adegwata għall-operabilità tal-bank sakemm setgħu jiġu solvuti l-kwistjonijiet relatati mar-rikapitalizzazzjoni definita tiegħu, inkluż id-daqs tal-bilanċi tal-ftuħ u valutazzjoni tal-kumpens pagabbli lill-bank il-qadim għall-assi ttrasferiti.

3.4.1.2.   L-injezzjoni kapitali u ż-żamma ta' sehem ta' 13 % bħala parti mis-saldu mal-kredituri tal-bank il-qadim

(82)

Fl-20 ta' Lulju 2009 il-Gvern tal-Islanda ħabbar li laħaq protokolli ta' ftehim mal-Kumitat ta' Riżoluzzjoni ta' Kaupthing fir-rigward tal-kapitalizzazzjoni inizjali ta' New Kaupthing Bank (li ngħata l-isem ġdid Arion Bank mill-21 ta' Novembru 2009) u l-bażi għall-kumpens pagabbli bejn iż-żewġ partijiet. Il-Gvern qabel b'mod kundizzjonali mal-Kumitat ta' Riżoluzzjoni ta' Kaupthing li l-kredituri, permezz tal-Kumitat, għandhom jingħataw l-għażla li jakkwiżixxu parteċipazzjoni azzjonarja ta' maġġoranza f'Arion Bank biex iħaffu l-iżvilupp indipendenti tal-bank. Fil-fatt, dan ikun jinvolvi l-forniment mill-bank il-qadim tal-maġġoranza tal-kapital f'Arion Bank, bħala parti mill-ftehim ta' kumpens. F'każ li Kaupthing Bank ma jlestix is-sottoskrizzjoni għall-ishma f'Arion Bank, il-Gvern iżomm is-sjieda sħiħa.

(83)

Fl-14 ta' Awwissu 2009 il-Gvern ħabbar li kien ħa l-impenn li jikkapitalizza lil Arion Bank b'72 biljun ISK f'kapital tal-Grad I fil-forma ta' bonds tal-gvern, biex b'hekk jagħti lill-bank proporzjon ta' Grad I Ċentrali ta' bejn wieħed u ieħor 12 %. Il-kapitalizzazzjoni mill-Gvern ta' Arion Bank saret fid-9 ta' Ottubru 2009, li involviet injezzjoni ta' 71 225 miljun ISK fil-bank, datata b'lura għat-22 ta' Ottubru 2008, flimkien mas-775 miljun ISK inizjali fi flus kontanti. Għaldaqstant, il-kapital azzjonarju totali tal-Gvern kien ta' 72 biljun ISK. Barra minn hekk, l-imgħax dovut fuq il-bond tal-gvern ammonta għal 9,2 biljun ISK.

(84)

Fl-4 ta' Settembru 2009 il-Gvern ħabbar li kienu ntlaħqu ftehimiet definittivi dwar il-kapitalizzazzjoni ta' Arion Bank u l-bażi għall-kumpens. B'konformità mal-protokolli tal-ftehim tal-20 ta' Lulju 2009, il-ftehim kien fih l-iktar dispożizzjonijiet għal żewġ ftehimiet alternattivi: kapitalizzazzjoni taħt is-sjieda tal-bank il-qadim (kreditur) (Ftehim ta' Kapitalizzazzjoni Konġunta) jew kapitalizzazzjoni taħt is-sjieda tal-Gvern (Ftehim ta' Kapitalizzazzjoni Alternattiva) (38). Bil-ftehim ta' qabel, il-kredituri ta' Kaupthing kellhom l-opportunità li jixtru (permezz tal-Kumitata ta' Riżoluzzjoni) il-kontroll ta' Arion Bank billi jissottoskrivu għal kapital azzjonarju ġdid. Peress li l-valur tal-obbligazzjonijiet trasferiti lil Arion Bank qabeż il-valur tal-assi trasferiti, Kaupthing kellu jħallas għall-kapital azzjonarju l-ġdid mill-assi tal-bank il-qadim stess. L-ammont ta' dak il-kumpens ġie kkalkolat għal 38 biljun ISK, iżda kellu jerġa' jiġi evalwat fuq bażi regolari, fuq il-bażi tal-prestazzjoni fil-ġejjieni ta' ċertu portafoll tas-self. Il-Gvern kellu jżomm kapital azzjonarju ordinarju ta' minoranza, li ammonta għal 13 % ta' Arion Bank. Biex jikkonforma mar-rekwiżit ta' sorveljanza “sign-off” tal-FME għal 4 % addizzjonali ta' kapital tal-Grad II, il-Gvern kellu jikkontribwixxi wkoll għall-kapital ta' Arion Bank fil-forma ta' self subordinat li ammonta għal 24 biljun ISK.

(85)

Fl-1 ta' Diċembru 2009, intlaħaq ftehim bejn il-Gvern u Arion Bank, min-naħa, u l-Kumitat ta' Riżoluzzjoni ta' Kaupthing, min-naħa l-oħra, fuq saldi dwar assi u obbligazzjonijiet trasferiti minn Kaupthing lill-bank il-ġdid. Dakinhar stess, il-Kumitat ta' Riżoluzzjoni ta' Kaupthing iddeċieda li jeżerċita l-opzjoni stipulata fil-Ftehim ta' Kapitalizzazzjoni Konġunta li jakkwista 87 % tal-kapital azzjonarju f'Arion Bank. Il-Gvern kellu jibqa' jżomm it-13 % li jifdal tal-kapital tal-Grad I.

(86)

Kaupthing ħallas għall-akkwiżizzjoni billi ttrasferixxa assi mill-beni tiegħu b'valur ta' 66 biljun ISK lil Arion Bank. Għal dan il-għan, Kaupthing uża taħlita ta' flus kontanti, self korporattiv relatat mal-Islanda u portafoll ta' ipoteki u self lill-entitajiet relatati mal-Gvern Islandiż. Wara, il-kapitalizzazzjoni tal-Gvern mid-9 ta' Ottubru 2009 treġġgħet lura u Arion Bank radd lura 32,6 biljun ISK f'bonds tal-gvern lill-Gvern u ħareġ bond subordinat favur il-Gvern għas-somma ta' 29,5 biljun ISK.

(87)

Feġġew kumplessitajiet fir-rigward tar-rekwiżit ta' adegwatezza tal-kapital ta' 12 % tal-Grad I u 4 % addizzjonali tal-Grad II peress li t-trasferiment ta' assi mhux ħielsa mir-riskju lil Arion Bank kien jimplika żieda fil-bażi tal-assi peżati għar-riskji tal-Bank. Peress li Arion Bank ġie rikapitalizzat bi tranżazzjoni li involviet żieda notevoli fl-assi peżati għar-riskji, kien hemm bżonn ta' iktar kapital bil-Ftehim ta' Kapitalizzazzjoni Konġunta milli bil-kapitalizzazzjoni tal-Gvern, li ġie ffinanzjat b'mod esklussiv minn bonds tal-gvern. Meta mqabbel mal-possibilità l-oħra, sehem ikbar tal-fondi mroddija lura lill-Gvern kellhom jieħdu l-forma ta' obbligu tal-Grad II. Għall-istess raġuni, Kaupthing ħallas 66 biljun ISK għal 87 % tal-ishma flok it-62,6 biljun ISK li kienu oriġinarjament previsti (jiġifieri 87 % tat-72 biljun ISK). Il-Gvern ħallas 12,2 biljun ISK għas-sehem tiegħu ta' 13 % f'Arion.

3.4.2.   Il-kontribuzzjoni ta' kapital tal-Grad II

(88)

L-istat ipprova wkoll lill-bank il-ġdid b'żewġ għotjiet b'self subordinat biex isaħħaħ il-pożizzjoni tal-ekwità u l-likwidità tiegħu. L-istrument A, denominat f'munita barranija, dak iż-żmien kien jikkorrispondi għall-ammont ta' 29,5 biljun ISK. Is-self ingħata fil-forma ta' strument kapitali li pprovda sabiex Arion Bank joħroġ noti subordinati skoperti. L-istrument B kien fl-ammont ta' 6,5 biljun ISK, u ntuża minn Arion Bank għall-ħlas tal-qligħ miżmum (dividendi) lill-Istat tul il-perjodu sakemm daħal fis-seħħ il-Ftehim ta' Kapitalizzazzjoni Konġunta. L-istrumenti tal-Grad II ipprovduti mill-Gvern kienu bbażati fuq bżonn li tiġi żgurata struttura kapitali b'saħħitha u kienu konformi mar-rekwiżiti tal-FME.

(89)

It-terminu tal-istrument A huwa għaxar snin mit-30 ta' Diċembru 2009. Fih inċentivi inkorporati għall-ħruġ fil-forma ta' intensifikazzjoni tal-imgħax f'ħames snin. Ir-rata tal-imgħax fis-sena għall-ewwel ħames snin hija ta' 400 punt bażi ogħla minn EURIBOR, iżda fil-perjodu minn ħames sa għaxar snin, ir-rata tal-imgħax hija ta' 500 punt bażi ogħla minn EURIBOR. It-termini tal-istrument B huma l-istess, ħlief li għall-ewwel tliet snin, ir-rata tal-imgħax hija ta' 300 punt bażi ogħla minn EURIBOR.

3.4.3.   Il-garanzija tad-depożiti

(90)

Biex tibqa' konformi mad-Direttiva 97/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Marzu 1997 dwar skemi ta' kumpens għall-investitur (39) u 94/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 1994 dwar skemi ta' garanzija għal depożiti (40), l-Islanda adottat l-Att Nru 98/1999 dwar skemi ta' garanziji tad-depożiti u kumpens għall-investitur u b'hekk waqqfet l-hekk imsejjaħ Fond ta' Garanzija tad-Depożituri u l-Investituri (“TIF”), li ġie ffinanzjat minn kontribuzzjonijiet annwali mill-banek, ikkalkolati fir-rigward tad-depożiti totali ta' dak il-bank.

(91)

Skont l-awtoritajiet tal-Islanda, u biex tiġi pprovduta iktar garanzija u serħan il-moħħ lill-pubbliku ġenerali dwar is-sikurezza tad-depożiti tagħhom meta faqqgħet il-kriżi, il-miżuri ta' salvataġġ tal-bank tal-Gvern tal-Islanda tal-ħarifa tal-2008 involvew ukoll appoġġ addizzjonali mill-istat tad-depożiti fil-banek domestiċi kummerċjali u tat-tfaddil, barra l-kamp ta' applikazzjoni tal-Att Nru 98/1999 li jimplimenta d-Direttiva 94/19/KE dwar skemi ta' garanzija għal depożiti u d-Direttiva 97/9/KE dwar skemi ta' kumpens għall-investitur.

(92)

Fis-6 ta' Ottubru 2008 l-Uffiċċju tal-Prim Ministru ħabbar li l-“Gvern tal-Islanda jisħaq li d-depożiti fil-banek domestiċi kummerċjali u tat-tfaddil u l-fergħat tagħhom fl-Islanda ser ikunu koperti bis-sħiħ”. Din id-dikjarazzjoni ttenniet mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru attwali fi Frar u f'Diċembru 2009. Barra minn hekk, saret referenza għaliha f'ittra ta' intenzjoni mibgħuta mill-Gvern tal-Islanda lill-Fond Monetarju Internazzjonali (u ppubblikata fuq il-websajt tal-Ministeru tal-Ekonomija u tal-FMI) fis-7 ta' April 2010 (u mtennija f'ittra ta' intenzjoni oħra datata t-13 ta' Settembru 2010). L-ittra (li ġiet iffirmata mill-Prim Ministru tal-Islanda, il-Ministeru tal-Finanzi, il-Ministeru tal-Ekonomija u l-Gvernatur tas-CBI) iddikjarat li “Bħalissa, għadna impenjati li nħarsu d-depożituri bis-sħiħ, iżda malli tiġi garantita l-istabilità finanzjarja ser nippjanaw it-tneħħija gradwali ta' din il-garanzija kategorika.” Barra minn hekk, fit-taqsima tal-liġi għall-Att tal-Baġit tal-2011 dwar il-garanziji tal-istat, f'nota f'qiegħ il-paġna ssir referenza għad-dikjarazzjoni tal-Gvern tal-Islanda li d-depożiti fil-banek tal-Islanda jgawdu minn garanzija tal-istat. (41)

(93)

Dikjarazzjoni riċenti tal-Ministru tal-Ekonomija u l-eks-Ministru tal-Finanzi (2009-2011), Steingrímur Sigfússon f'dibattitu fil-Parlament tal-Islanda dwar il-kost tal-Gvern relatat mal-akkwiżizzjoni minn Landsbankinn tal-bank tat-tfaddil SpKef, tikkonferma dan li ntqal hawn fuq. Skont il-Ministru, dwar din il-kwistjoni wieħed irid jiftakar id-dikjarazzjoni tal-Istat fil-ħarifa tal-2008 li d-depożiti kollha fil-banek tat-tfaddil u l-banek kummerċjali huma sikuri u protetti. “Il-ħidma kollha li saret s'issa ġiet ibbażata fuqha (jiġifieri d-dikjarazzjoni) u sfortunatament huwa minnu li dawn (jiġifieri l-ħlasijiet dovuti lil SpKef) ser ikunu fost l-ikbar nefqiet iffinanzjati direttament mill-istat bħala spejjeż għall-garanzija tad-depożiti tal-abitanti kollha ta' Suðurnes … u l-klijenti kollha ta' SpKef fil-Fjords tal-Punent u ż-żoni tal-Punent u l-Majjistral … Ma nimmaġinax li hemm xi ħadd li stenna li d-detenturi ta' depożiti f'dawk iż-żoni jiġu ttrattati b'xi mod differenti mill-abitanti l-oħrajn, u allura l-istat ma tantx seta' jagħmel mod ieħor f'dan ir-rigward”. (42)

(94)

Skont il-Gvern tal-Islanda, il-garanzija addizzjonali tad-depożiti ser titneħħa qabel ma jitneħħew bis-sħiħ il-kontrolli fuq il-kapital, li skont l-awtoritajiet tal-Islanda bħalissa hija ppjanata li sseħħ fi tmiem l-2013.

3.4.4.   Il-Faċilità Speċjali tal-Likwidità

(95)

Il-finanzjament mill-gvern ta' Arion Bank sar permezz ta' infużjoni ta' 72 biljun ISK f'bonds tal-gvern riakkwiżibbli għall-ekwità sħiħa tal-bank. Madankollu, id-deċiżjoni ta' Kaupthing Bank li jeżerċita l-opzjoni tiegħu li jakkwista 87 % tal-ishma fil-Bank kienet tfisser li l-maġġoranza ta' dawn il-bonds ser jitreġġgħu lura lill-Gvern. Kaupthing Bank ittrasferixxa assi mill-beni tiegħu lil Arion Bank għall-ekwità, b'hekk naqset b'mod notevoli l-parteċipazzjoni tal-bank f'assi riakkwiżibbli u ġiet mhedda l-kapaċità tiegħu li jikkonforma mar-rekwiżiti ta' sorveljanza dwar ir-riżervi ta' likwidità. Fid-dawl ta' dan u fil-kuntest tal-eżerċitazzjoni tal-opzjoni msemmija hawn fuq minn Kaupthin, il-Gvern qabel li jipprovdi faċilità ta' likwidità addizzjonali lil Arion Bank. Il-faċilità ta' likwidità ssawret bħala estensjoni għall-ftehim ta' swap ta' SPRON deskritt hawn taħt.

3.4.5.   Il-ftehim ta' swap ta' SPRON

(96)

Fil-21 ta' Marzu 2009, bl-użu tas-setgħat tagħha skont l-Att ta' Emerġenza, l-FME ħadet kontroll ta' Reykjavík Savings Bank (SPRON) u ttrasferixxiet ħafna mid-depożiti tagħha lil Arion Bank. Twaqqfet kumpanija b'responsabbiltà limitata li għandha tkun proprjetà ta' SPRON biex takkwiżixxi l-assi ta' SPRON u anki d-drittijiet kollaterali kollha, inklużi l-ipoteki, il-garanziji u d-drittijiet simili kollha l-oħrajn marbutin mal-pretensjonijiet ta' SPRON. Is-sussidjarja, imsemmija Drómi hf, akkwiżixxiet l-obbligi ta' SPRON għal Arion Bank għad-depożiti trasferiti u fit-22 ta' Ġunju 2009 ħarġet bond għal Arion Bank għall-ammont ta' 96,7 biljun ISK. L-assi kollha ta' SPRON ġew impenjati bħala kollateral għall-bond, inklużi l-ishma tiegħu fi Drómi. Madankollu, s'issal-partijiet ma rnexxilhomx jilħqu ftehim fuq l-imgħax li għandu jitħallas fuq il-bond. (43)

(97)

Fil-protokolli ta' ftehim iffirmati fis-17 ta' Lulju 2009, il-Gvern qabel li ma jżommx lil Arion Bank responsabbli fir-rigward tal-valur tal-bond ta' SPRON. Il-partijiet qablu wkoll sabiex jaħdmu ħalli l-bond ta' SPRON isir eliġibbli bħala kollateral għal finanzjament mis-CBI.

(98)

F'ittra lil Arion Bank fit-3 ta' Settembru 2009, il-Gvern estenda t-termini tal-arranġament ta' swap ta' SPRON sabiex ma jkoprix biss il-fluss potenzjali ta' ħruġ tad-depożiti ta' SPRON, biex b'hekk il-bank jiġi indennizzat għall-akkwiżizzjoni tad-depożiti, iżda anki l-likwidità meħtieġa biex tinżamm konformità mal-kundizzjonijiet tal-FME. Fl-ittra, il-Gvern ħa l-impenn li jipprovdi sa 75 biljun ISK f'bonds tal-gvern jekk Kaupthing jiddeċiedi li jeżerċita l-opzjoni tiegħu li jsir is-sid tal-maġġoranza ta' Arion Bank. Il-faċilità emendata tipprevedi li assi oħrajn minbarra l-bond ta' SPRON jistgħu jsevu ta' kollateral b'termini inqas favorevoli. Iktar tard, dan l-impenn mill-Gvern ġie formalizzat fi ftehim datat il-21 ta' Settembru 2010 bis-self ta' bonds tal-gvern lil Arion Bank sabiex jintużaw bħala kollateral. (44) Din il-faċilità tintemm fil-31 ta' Diċembru 2014, li taħbat mal-maturità tal-bond ta' SPRON. L-ammont ta' kull prelevament fuq il-faċilità għandu jkun minimu ta' biljun ISK. Il-bonds tal-gvern għandhom jintużaw biss biex jiġi ggarantit self kontra kollateral mis-CBI għall-fini ta' xiri ta' likwidità għal Arion Bank. (45)

3.5.   Il-pjan ta' ristrutturar

(99)

L-awtoritajiet tal-Islanda ppreżentaw pjan ta' ristrutturar għal Arion Bank fil-31 ta' Marzu 2011 u emenda ta' dak il-pjan fis-26 ta' Ottubru 2011. Pjan ta' ristrutturar aġġornat ġie ppreżentat fit-30 ta' April 2012 flimkien ma' pjan ta' direzzjoni tan-negozju ta' 5 snin u rapport tal-Proċess ta' Valutazzjoni tal-Adegwatezza Kapitali Interna (ICAAP) datat April tal-2012. Ir-rapport ICAAP ġie ppreżentat lill-FME f'April tal-2012.

(100)

Il-pjan ta' ristrutturar jindirizza l-kwistjonijiet sostantivi tal-vijabilità, il-qsim tal-piżijiet u l-limitazzjonijiet tat-tfixkil tal-kompetizzjoni. Skont il-pjan ta' ristrutturar, Arion Bank għandu operazzjonijiet fl-Islanda biss u għandu l-għan li jiffoka fuq servizzi bankarji universali tradizzjonali.

3.5.1.   Id-deskrizzjoni tal-pjan ta' ristrutturar

(101)

L-awtoritajiet tal-Islanda u l-Bank iqisu li r-ristrutturar ta' Arion Bank ser jiżgura t-treġġigħ lura lejn bank solidu u ffinanzjat sew bi proporzjonijiet tal-kapital sodi sabiex ikun jista' jżomm ir-rwol tiegħu bħala fornitur ta' kreditu lill-ekonomija reali. Fuq il-bażi tal-informazzjoni fil-pjan ta' ristrutturar u t-tweġibiet għall-mistoqsijiet mill-Awtorità, dan ser jinkiseb permezz tal-passi li ġejjin:

(i)

It-tfassil ta' direzzjoni strateġika fit-tul, it-tiċkin tal-operazzjonijiet u l-limitazzjoni tal-iskopertura għar-riskju

(ii)

Il-kisba u ż-żamma ta' pożizzjoni kapitali b'saħħitha u profitabilità sodisfaċenti

(iii)

Iż-żamma ta' pożizzjoni ta' likwidità solida u t-titjib tal-istruttura ta' finanzjament

(iv)

Ir-ristrutturar ta' portafolli tas-self lil djar u korporattivi

(v)

Il-limitazzjoni ta' żbilanċi tal-kambju

(vi)

Razzjonalizzazzjoni tan-netwerk tal-fergħat u l-kisba ta' kosteffiċjenza

(102)

Qabel jiġi spjegat il-pjan ta' ristrutturar f'iktar dettall, ta' min jistabbilixxi fil-qosor il-fehma tal-Bank fuq kif l-iżbalji li wasslu għall-falliment ta' Kaupthing qegħdin jiġu indirizzati fil-pjan ta' ristrutturar għal Arion Bank. F'dan ir-rigward, ġie enfasizzat li filwaqt li l-operazzjonijiet ta' Arion Bank huma bbażati fuq l-operazzjonijiet domestiċi u l-assi ta' Kaupthing Bank, xorta waħda huwa bank ġdid, b'għanijiet kummerċjali u proprjetarji differenti, bord tad-diretturi u maniġment differenti minn dawk ta' Kaupthing. Fil-fatt, il-maniġment attwali ta' Arion Bank iddikjara li jqis li mhuwiex f'pożizzjoni li jispekula fuq id-dgħjufijiet speċifiċi jew il-falliment ta' Kaupthing. Inkella, Arion Bank jirreferi l-ewwel għar-rapport tal-SIC diskuss qabel dwar il-kawżi għall-falliment ta' Kaupthing Bank. It-tieni, huwa indikat li wara l-falliment ta' Kaupthing, ittieħdu azzjonijiet biex tissaħħaħ l-infrastruttura wara valutazzjoni tal-immaniġġjar u l-governanza tar-riskji li saret mill-FME.

(103)

Skont Arion Bank, żewġ proġetti huma partikolarment relevanti dwar l-azzjonijiet meħuda mill-Bank fir-rigward tal-valutazzjoni ta' hawn fuq. L-ewwel nett, dwar skoperturi kbar u konnessi. Saret allegazzjoni li Kaupthing kellu fehma "legalistika" dwar it-trattament tal-iskoperturi konnessi, u dan ippermettielu jagħti b'self lill-partijiet konessi jew relatati li jaqbeż il-limitu legali ta' 25 % tal-kapital ta' riskju. Premezz ta' dan il-proġett, Arion Bank estenda d-definizzjonijiet tiegħu ta' partijiet konnessi, u japplika proċess iktar strett f'dan ir-rigward, li fih il-Maniġment tar-Riskju ta' Arion Bank għandu l-awtorità finali jekk tqum tilwima. L-iskoperturi kbar huma ssorveljati b'mod rigoruż u rrapportati u bħala parti mill-proċess ta' għoti tal-kreditu, jingħata rapport speċjali meta l-għoti tal-kreditu jirriżutla fi skopertura kbira. Bidliet fil-leġiżlazzjoni tal-Islanda dwar l-istituzzjonijiet finanzjarji li saru wara l-kriżi naqqsu sew l-abilità tal-banek sabiex jisilfu lill-partijiet relatati. L-għoti b'self lil sidien jew impjegati ewlenin ma jistax jaqbeż iktar il-1 % tal-kapital ta' riskju u jista' jsir biss kontra kollateral ta' kwalità.

(104)

It-tieni, huwa applikat iktar skrutinju għall-kontrosjieda u l-iskoperturi indiretti. Allegatament, Kaupthing Bank ta b'self kontra l-ishma tiegħu stess li ċertament huwa riskjuż u possibilment joħroġ mil-limiti stabbiliti mill-att tal-Islanda dwar il-kumpaniji. Il-bidliet fil-leġiżlazzjoni tal-Islanda issa jagħmluha possibbli sabiex jidħol fi kwalunkwe għoti b'self kontra l-ishma proprji jew li jidħol f'kuntratti fejn l-ishma proprji huma r-riskju sottostanti.

Is-suppożizzjonijiet tal-pjan ta' ristrutturar

(105)

Il-pjan ta' ristrutturar huwa mħejji għall-kumpanija azzjonarja bħala parti mill-proċess tal-ICAAP u jieħu f'kunsiderazzjoni wkoll l-effetti tas-sussidjarji. Huwa bbażat fuq sett ta' suppożizzjonijiet ġenerali u ekonomiċi, li jikkostitwixxu l-pedament ekonomiku tal-każ bażi u x-xenarji tal-każ ta' stress stabbiliti iktar 'l isfel.

(106)

Is-suppożizzjonijiet jinkludu dawn li ġejjin:

Inċertezzi ekonomiċi, legali, politiċi u regolatorji għadhom konsiderevoli fl-ambjent operattiv tal-Bank u jaffettwaw il-previżjoni fit-tul tiegħu. Għal dawn ir-raġunijiet, ma hija supponuta l-ebda bidla kbira fl-attivitajiet operattivi tal-Bank.

Is-suppożizzjonijiet makroekonomiċi huma bbażati fuq previżjoni mħejjija mit-taqsima ta' Riċerka ta' Arion Bank, li tinkludi l-varjabbli ewlenin li ġejjin:

Tabella 3

Mill-previżjoni ekonomika tat-Taqsima ta' Riċerka ta' Arion Bank

Bidla perċentwali mis-sena ta' qabel

2012

2013

2014

Tkabbir fil-PDG

3,0

3,9

3,5

Qgħad

6,2

5,3

4,9

Inflazzjoni

5,5

6,1

5,9

Reibor (*)

4,9

5,8

5,6

Libor

0,5

0,5

0,5

Euribor

1,0

1,0

1,0

Pagi

9,2

9,7

8,4

Indiċi tal-kambju ta' ISK (TWI) (**)

4,9

5,0

5,0

Il-Bank jagħmel ukoll suppożizzjonijiet fir-rigward ta', pereżempju, il-pożizzjoni fis-suq tiegħu, l-opportunitajiet u t-theddidiet, id-dejta interna u l-iżvilupp tas-suq, inklużi l-hekk imsejjaħ twemmin ewlieni (46).

Huwa mistenni tkabbir kurrenti, immexxi l-iktar mill-konsum. (47)

Il-konsum ser ikompli jitmexxa minn miżuri speċjali (prelevamenti tal-pensjoni u kalkoli mill-ġdid ta' self tal-kambju, eċċ.). Barra minn hekk, iż-żieda fil-prezzijiet tad-djar ser tikkontribwixxi għall-ġid tal-familji. Anki tnaqqis fil-qgħad ser jgħin billi jagħti spinta lill-konsum.

Tul il-kriżi finanzjarja mill-2008, l-investiment bħala perċentwal tal-PDG baqa' taħt il-minimu tal-aħħar 50 sena, iżda huwa mistenni jirpilja gradwalment għall-bqija tal-perjodu ta' ristrutturar.

B'konformità maż-żieda prevista fl-attività ta' investiment, il-Bank jistenna li t-talba għal self ġdid tiżdied u l-ktieb tas-self tiegħu jikber fil-perjodu ta' ristrutturar.

L-importazzjonijiet ser jiżdiedu iktar mill-esportazzjonijiet iżda ser jilħqu livell ibbilanċjat fi tmiem il-perjodu tal-previżjoni.

L-inflazzjoni u r-rati tal-imgħax għandhom rwol importanti fil-pjan ta' direzzjoni tan-negozju u l-pjan ta' ristrutturar tal-Bank. (48) Huwa supponut li l-inflazzjoni ser tibqa' għolja tul il-perjodu ta' previżjoni.

Hu mistenni li tul il-perjodu previst, króna tiddgħajjef b'medja ta' 5 %.

Arion Bank esprima dubji dwar l-istrateġija relatata mat-tneħħija tal-kontrolli fuq il-kapital u jassumi li ser jibqgħu fis-seħħ tul il-perjodu ta' previżjoni. (49)

(i)   It-twaqqif tad-direzzjoni strateġika fit-tul, it-tiċkin tal-operazzjonijiet u l-limitazzjoni tal-iskopertura għar-riskju

(107)

Bi trasformazzjoni mgħaġġla minn bank tal-Ewropa tat-Tramuntana b'operazzjonijiet fi tlettax-il pajjiż għal bank li għandu operazzjonijiet biss fl-Islanda, Arion Bank ħabbat wiċċu ma' bosta sfidi, kemm interni kif ukoll esterni, li kienu jeħtieġu jiġu indirizzati u jingħelbu. Ir-rivalutazzjoni tal-assi trasferiti minn Kaupthing lil Arion Bank kienet waħda minnhom. Barra minn hekk, l-infrastruttura tal-Bank kellha tiċċekken, u l-Bank kellu jaġġusta għar-realtà ekonomika l-ġdida fejn ħafna korporazzjonijiet, individwi u familji sabu lilhom infushom b'ħila ferm imnaqqsa biex ilaħħqu mad-dejn tagħhom.

(108)

B'hekk, ħafna mill-isfidi numerużi affaċċjati mill-bank il-ġdid kienu direttament relatati ma' ċirkostanzi dwar it-twaqqif tiegħu. It-trasferiment ta' assi u obbligazzjonijiet domestiċi mill-beni ta' Kaupthing għal Arion Bank ħoloq xi skoperturi għar-riskju mhux favorevoli għall-Bank. Madankollu, fl-isforzi mifruxin li saru fl-allinjament tal-operazzjonijiet tal-Bank għal realtà ekonomika ġdida, inkiseb suċċess konsiderevoli sabiex l-iskopertura għar-riskju tal-Bank tinġieb f'livell kontrollabbli. Inxteħet enfasi fuq:

Irkupru ta' dejn ta' self f'diffikultà. (50)

Tnaqqis tal-iżbilanċ attwali. (51)

Tnaqqis tal-konċentrazzjoni ta' kreditu lejn klijenti kbar u konnessi. (52)

Żieda tal-livell ta' kapital. (53)

Żieda tad-depożiti b'terminu u garanzija ta' sorsi alternattivi ta' finanzjament. (54)

Tnaqqis tar-riskju ta' inflazzjoni minħabba l-iżbilanċ fl-Indiċi tal-Prezzijiet tal-Konsumatur (CPI). (55)

(109)

Matul l-2010, ġiet stabbilita d-direzzjoni strateġika fit-tul għall-Bank. Skont Arion Bank, il-portafoll tal-klijenti tiegħu diġà jqarreb lejn l-għan tiegħu li jsir bank ta' relazzjoni u huwa mifhum li dan it-tip ta' mudell bankarju jista' jinkiseb bis-sħiħ.

(110)

L-istruttura organizzazzjonali tal-Bank ġiet simplifikata mit-twaqqif tiegħu (56) u ddaħħlu standards ta' governanza korporattiva sabiex jiġu żgurati divulgazzjoni u trasparenza u żieda fil-kontabilità. Żdiedu r-rwol u l-funzjonijiet tat-taqsimiet ta' appoġġ, b'mod partikolari tat-taqsima ta' Mmaniġġjar tar-Riskju. It-taqsima hija indipendenti u ċentralizzata u tirrapporta direttament lis-CEO. Is-CEO u l-Bord tad-Diretturi huma responsabbli għad-definizzjoni u t-tiswir tat-tendenza lejn ir-riskju għall-operazzjonijiet tal-Bank. It-tendenza lejn ir-riskju hija tradotta f'limiti u miri ta' skopertura li huma ssorveljati mit-taqsima ta' Mmaniġġjar tar-Riskju, li tirrapporta s-sejbiet tagħha b'mod regolari lis-CEO u l-Bord tad-Diretturi.

(111)

L-FME għażlet Arion Bank biex jakkwista l-obbligi tad-depożitu kollha ta' Reykjavík Savings Bank (SPRON). F'April tal-2009, il-Bank akkwiżixxa l-bank reġjonali Mýrasýsla Savings Bank (SPM), inklużi l-assi kollha tiegħu u ċerti obbligi bħal depożiti. (57) Dawn l-azzjonijiet ġabu 22 000 klijent ġdid għall-Bank mingħajr ma ġie estiż in-netwerk tal-fergħat eżistenti tiegħu.

(112)

Fit-22 ta' Diċembru 2011 Arion Bank akkwiżixxa l-eks Fond tal-Investituri Istituzzjonali tal-Ipoteki ta' Kaupthing, KMIIF (issa msemmi l-Fond tal-Investituri Istituzzjonali tal-Ipoteki ta' Arion Bank, AMIIF). (58)

(113)

Fl-2012, id-depożitarju tat-titoli Verdis, sussidjarja posseduta kompletament mill-Bank, ser jiġi fuż mal-Bank. […].

(ii)   Il-kisba u ż-żamma ta' pożizzjoni kapitali b'saħħitha u profitabbiltà sodisfaċenti

(114)

Kif jista' jinqara fit-Tabella 4, Arion Bank ilu jagħmel profitt mit-twaqqif tiegħu, b'redditu azzjonarju (ROE) li jvarja bejn 10,5 u 16,7 %.

Tabella 4

Ħarsa ġenerali finanzjarja 2009-2011 u previżjoni 2012-2014

Id-dejta hija għall-kumpanija azzjonarja. L-effetti tas-sussidjarji jittieħdu permezz ta' dħul ieħor Ammonti f'miljun ISK

 

2009

2010

2011

2012

2013

2014

Introjtu mill-imgħax nett

14 258

24 440

25 480

(…)

(…)

(…)

Bidla fil-valutazzjoni tas-self

9 642

29 722

20 037

(…)

(…)

(…)

Introjtu mill-kummissjoni

3 914

3 379

4 454

(…)

(…)

(…)

Introjtu finanzjarju nett

13 460

– 5 681

1 223

(…)

(…)

(…)

Introjtu ieħor

1 713

1 047

4 364

(…)

(…)

(…)

Introjtu totali

42 988

52 908

55 559

(…)

(…)

(…)

Spejjeż operattivi

– 13 133

– 14 226

– 15 791

(…)

(…)

(…)

Indeboliment

– 14 470

– 23 067

– 26 582

(…)

(…)

(…)

Dħul nett qabel it-taxxi

15 384

15 614

13 186

(…)

(…)

(…)

Taxxi u imposti bankarji

– 2 414

– 2 897

– 2 692

(…)

(…)

(…)

Dħul nett

12 971

12 717

10 494

(…)

(…)

(…)

Ritorn fuq ekwità (ROE)

16,7 %

13,4 %

10,5 %

[10-20]%

[5-15]%

[5-15]%

Marġini ta' interessi netti

3,6 %

[…]%

[…]%

[…]%

Proporzjoni tad-dħul relatat mal-ispejjeż

44,8 %

[…]%

[…]%

[…]%

(115)

Matul l-2009-2011, il-partiti irregolari kellhom impatt qawwi fuq il-kont ta' qligħ u telf, b'mod partikolari fir-rigward tal-bidliet fil-valutazzjoni fis-self. L-awtoritajiet tal-Islanda pprovdew informazzjoni fuq is-self totali u l-iskonti miksuba mill-bank il-qadim. (59) Il-valur nominali totali tas-self trasferit kien ta' 1 230 biljun ISK u valur skont il-ktieb ta' 459 biljun ISK. B'hekk, l-iskont totali kien ta' bejn wieħed u ieħor ISK 771 biljun. Meta l-kundizzjonijiet ippermettew, is-self reġa' ġie valutat, u dan wassal għal bidla fil-valutazzjoni fis-self, kif indikat fit-Tabella 4. (60) Madankollu, għall-bqija tal-perjodu ta' ristrutturar, il-bidla fil-valutazzjoni fis-self hija prevista bħala waħda mhux sostanzjali. Għalhekk, il-profitabbiltà tal-Bank mhijiex ser tibqa' tiddependi fuq din il-partita irregolari.

(116)

Ir-rekwiżiti kapitali stabbiliti mill-FME bħala kundizzjoni għall-għoti ta' liċenzja operattiva lil Arion Bank kienu ta' 12 % għall-kapital tal-Grad 1 u 16 % għall-kapital totali (proporzjon tas-CAD). Il-politika tal-kapital tal-Bank hija li jżomm bażi kapitali b'saħħitha biex isostni l-iżvilupp tan-negozji u sabiex jissodisfa r-rekwiżiti kapitali regolatorji, anki fi żminijiet ibsin. Bħalissa, l-ippjanar kapitali fit-tul tal-Bank huwa bbażat fuq minimu referenzjarju ta' […] % għal kapital tal-Grad 1 u proporzjon totali tas-CAD ta' […] %. Il-pożizzjoni kapitali tal-Bank ilha tissaħħaħ b'mod gradwali matul l-2009-2011 u qabżet kemm ir-rekwiżiti kapitali tal-FME kif ukoll il-miri interni tal-Bank. Fi tmiem l-2011, il-proporzjon tas-CAD tal-bank kien ta' 20,5 %, bi proporzjon tal-Grad 1 ta' 15,7 %.

Tabella 5:

Proporzjonijiet tal-kapital fi tmiem is-snin 2009-2011 u previżjoni 2012-2014.

Id-dejta hija għall-kumpanija azzjonarja. L-effetti tas-sussidjarji jittieħdu permezz ta' dħul ieħor. Ammonti f'miljun ISK.

 

2009

2010

2011

2012

2013

2014

Kapital tal-Grad 1

88 302

98 715

106 459

(…)

(…)

(…)

kapital tal-Grad 2

29 543

26 257

32 105

(…)

(…)

(…)

Kapital totali

117 845

124 972

138 564

(…)

(…)

(…)

Assi maħsuba għar-riskju

685 702

678 563

675 998

(…)

(…)

(…)

Proporzjoni tal-Grad 1

12,9 %

14,5 %

15,7 %

[15-20]%

[15-20]%

[15-20]%

Proporzjoni CAD

17,2 %

18,4 %

20,5 %

[20-25]%

[20-25]%

[20-25]%

(117)

Il-valutazzjoni tal-Bank, skont ir-rapport ICAAP ta' April 2012, hija li hemm bżonn ta' kapital ta' […] biljun ISK biex tiġi koperta l-iskopertura għar-riskju tiegħu. Il-Bank għandu bażi kapitali ta' […] biljun ISK u b'hekk għandu bafer kapitali ta' […] bijun ISK. Fuq il-bażi tal-Ammont attwali Peżat għar-Riskju dan ifisser proporzjon tal-kapital ta' […] %.

(118)

In-nuqqas ta' ħlas ta' dividendi sal-2013 ilha politika ta' Arion Bank. Din il-politika ser tinbidel biss f'kooperazzjoni mal-FME u biss jekk Arion Bank u l-FME jistabbilixxu flimkien li l-ekonomija Islandiża tkun qalbet verament għall-aħjar.

(iii)   Iż-żamma ta' pożizzjoni ta' likwidità solida u t-titjib tal-istruttura ta' finanzjament

(119)

Dwar il-likwidità, l-FME teħtieġ li l-bank irid ikollu riżervi ta' likwidità garantiti ta' tal-inqas 20 % tad-depożiti u riżervi ta' flus ta' 5 % tad-depożiti fuq talba. Barra minn hekk, il-Bank Ċentrali tal-Islanda jistabbilixxi r-regoli fuq il-likwidità tal-istituzzjonijiet ta' kreditu (61) li skont dawn jiġu klassifikati l-assi likwidi u l-obbligazzjonijiet tal-istituzzjonijiet ta' kreditu skont it-tip u l-maturità u l-piżijiet assenjati skont ir-riskju. L-istituzzjonijiet ta' kreditu jrid ikollhom assi likwidi li jaqbżu l-obbligazzjonijiet fi żmien xahar u wara xahar u sa tliet xhur. Ir-regoli jinvolvu wkoll test tal-istress li fih skont jiġi applikat fuq bosta partiti tal-ekwità, iżda fejn, min-naħa, jiġi supponut li l-obbligi kollha jridu jitħallsu mal-maturità, u min-naħa l-oħra, li l-porzjonijiet ta' obbligi oħrajn, bħal depożiti, iridu jitħallsu b'avviż li jingħata bi ftit żmien minn qabel jew ebda żmien affattu.

(120)

Il-proporzjonijiet ta' likwidità tal-Bank matul l-2011-2012 huma stabbiliti fil-graff ta' hawn taħt. Jidher li l-Bank żamm pożizzjoni ta' likwidità solida, u qabeż ir-rekwiżiti tal-FME kemm fir-rigward tar-rekwiżit ta' proporzjon ta' flus kif ukol ir-rekwiżit usa' ta' likwidità garantita. Skont il-pjanijiet tal-Bank għall-2012-2014, ser iżomm proprozjon tal-flus bejn […] — […] % u proporzjon tal-likwidità ta' […] — […] %. Il-Bank ikkonforma wkoll mar-regoli dwar il-likwidità tas-CBI u l-proporzjonijiet tal-likwidità tiegħu (iktar minn xahar u sa 3 xhur) fi tmiem is-snin 2009-2011 kienu fil-firxa ta' bejn 1.5 — 2.1.

Grafika 1:

Il-proporzjonijiet ta' likwidità ta' Arion Bank għall-2011-2012

[ Graff fuq il-proporzjonijet ta' likwidità ta' Arion Bank skont ir-regoli tal-FME

Il-valuri mhumiex divulgati għal raġunijiet ta' segretezza professjonali]

(121)

Filwaqt li r-rekwiżiti ta' likwidità ta' Basel III għadhom mhumiex obbligatorji, Arion Bank beda jissorvelja minn jeddu l-Proporzjon tal-Kopertura tal-Likwidità (LCR) (62) skont dawk ir-regoli, u fi tmiem is-sena 2011 l-LCR tiegħu kien ta' […] %.

(122)

Arion Bank huwa fil-parti l-kbira ffinanzjat minn depożiti, iżda ttieħdu passi biex jiġi diversifikat il-finanzjament bil-ħruġ ta' bonds koperti. F'Novembru tal-2011, Arion Bank ingħata liċenzja mill-FME biex joħroġ bonds statutorji koperti. Fi Frar tal-2012, tlesta programm ta' bonds koperti ta' EUR 1 biljun. Il-fondi ser jintużaw biex jiġi ffinanzjat is-self ipotekarju ta' Arion Bank. Huwa mfakkar li fi tmiem l-2011, Arion Bank xtara l-fond ipotekarju KMIIF, akkwiżixxa l-ammont pendenti ta' 127 bijun ISK f'bonds koperti u kompla bħala l-emittent ta' bonds koperti. Il-Bank iqis li l-ħruġ ta' bonds koperti fis-swieq dmoestiċi ser jissodisfa l-ħtiġijiet ta' rifinanzjament tal-Bank u l-finanzjament tas-self fil-perjodu 2012-2016.

(iv)   Ir-ristrutturar tal-portafolli tas-self tal-familji u tal-korporattivi

(123)

Wieħed mill-iktar kompiti importanti affaċċjati mis-settur finanzjarju tal-Islanda kien ir-ristrutturar tad-dejn tal-familji u tal-korporattiv. Din hija kwistjoni kumplessa u sensittiva b'għadd ta' kunsiderazzjonijiet finanzjarji, ekonomiċi u etiċi.

(124)

Skont is-sottomissjoni ta' Arion Bank, ir-ristrutturar tal-ktieb tas-self ingħata prijorità għolja u l-Bank iqis li kellu rwol prominenti fis-soluzzjoni ta' kwistjonijiet tad-dejn korporattivi u tal-familji u li kiseb progress tajjeb f'dak ir-rigward. Fl-2009 twaqqfet unità ta' rkupru korporattiv fil-Bank u twaqqfu kumpaniji ta' mmaniġġjar tal-assi għall-immaniġġjar tal-assi esklużi. Il-Bank daħħal firxa ta' soluzzjonijiet personalizzati mfassla biex jgħinu lill-familji u lill-mutwatarji individwali jindirizzaw id-djun tagħhom.

(125)

Il-klijenti korporattivi li ma rnexxilhomx jissodisfaw l-obbligi tagħhom daħlu fil-proċess ta' rkupru tad-dejn tal-Bank. L-għan huwa li l-kumpaniji mhux solventi jsiru kumpaniji solventi b'karta bilanċjali pożittiva, u b'hekk ikunu jistgħu jżommu n-negozju tagħhom fil-ġejjieni u jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-ekonomija. Fi tmiem l-2011, 986 kumpanija kienu daħlu fil-programmi ta' rkupru korporattivi tal-Bank, u nstabet konklużjoni fi 871 każ. Fil-fehma tal-Bank, ir-ristrutturar tad-dejn korporattiv huwa mistenni li jitlesta fil-parti l-kbira tiegħu sa tmiem l-2012.

(126)

Dwar ir-ristrutturar tad-dejn tal-familji, iktar minn 14 000 klijent personali sfruttaw il-pakketti ta' soluzzjoni tad-djun tal-Bank, inkluż il-programm speċjali ta' assistenza fid-dejn. Fi tmiem l-2012, il-Bank waqqaf ukoll servizz iddedikat ta' konsultazzjoni dwar id-dejn għall-klijenti personali. Fil-fehma tal-Bank, dan l-arranġament kien importanti, minħabba n-numru għoli ta' każijiet ta' rkupru tad-djun diffiċli li kellhom jiġu indirizzati. Il-Bank għandu l-għan li jlesti r-ristrutturar tiegħu tad-dejn tal-familji fl-2012.

(127)

L-għan tal-programm ta' rkupru tad-djun huwa li jtejjeb il-kwalità tal-assi. Is-sehem tas-self improduttiv niżel minn 32 % fit-tielet trimestru tal-2010 għal 13 % fi tmiem l-2011. Fi tmiem l-2011, 56 % tas-self fil-ktieb tas-self ġie kategorizzat bħala produttiv, 18 % kien 'taħt osservazzjoni', 13 % mhux produttiv biżżejjed u 13 % improduttiv.

(v)   Il-miżuri biex jiġu limitati l-iżbilanċi tal-kambju

(128)

Is-self tal-kambju (FX) fil-portafoll tas-self huwa maqsum f'self tal-FX/FX u self tal-FX/ISK. Is-self tal-FX/FX huwa self li bih il-klijenti jiġġeneraw dħul tal-FX iżda s-self tal-FX/ISK huwa self fl-FX li bih il-klijenti jiġġeneraw dħul tal-ISK. L-iżbilanċ tal-FX tal-Bank huwa dovut l-iktar għall-parti tal-FX/ISK. Matul l-2010 u l-2011, il-Bank għamel progress fit-tnaqqis tal-iżbilanċ tal-FX tiegħu. L-iżbilanċ ser ikompli jonqos matul l-2012 b'ridenominazzjoni tas-self tal-muniti barranin lill-individwi f'ISK kif ukoll azzjonijiet meħuda biex il-kumpaniji bi dħul ta' muniti barranin limitat jitħeġġu jerġgħu jiddenominaw is-self tagħhom fl-ISK. Għad hemm inċertezza legali dwar is-self tal-FX, iżda l-Bank għandu l-għan li jnaqqas l-iżbilanċ tal-FX/ISK sabiex sa tmiem l-2012, l-iżbilanċ ser ikun jaqa' fi ħdan ir-rekwiżiti tas-CBI.

(vi)   Ir-razzjonalizzazzjoni tan-netwerk tal-fergħa u l-kisba ta' kosteffiċjenza

(129)

Fil-fehma tal-Arion Bank, is-suq Islandiż fih “wisq banek” meta mqabbel ma' ekonomiji paragunabbli. Il-banek ser ikunu mġiegħla jnaqqsu l-ispejjeż biex jibqgħu kompetittivi. Arion Bank iffoka fuq il-kontroll tal-livelli tal-ispejjeż tiegħu u jqis li kien minn ta' quddiem fir-razjonalizzazzjoni ferm meħtieġa fi ħdan is-settur finanzjarju.

(130)

Arion Bank issimplifika n-negozju billi naqqas in-numru ta' impjegati u rrazzjonalizza n-netwerk tal-fergħa. F'Marzu 2011, ir-razzjonalizzazzjoni tan-netwerk tal-fergħat tlesta meta tliet fergħat fiż-żona ta' Reykjavík ġew fużi f'waħda. B'kollox ingħalqu 15-il fergħa u, skont il-Bank, in-netwerk li fadal ta' 24 fergħa huwa kosteffiċjenti filwaqt li jżomm livell għoli ta' attenzjoni għall-ħtiġijiet tal-klijenti. Fir-rigward tal-bidliet imsemmija hawn fuq, il-Bank naqqas il-forza tax-xogħol tiegħu b'madwar 10 % tul l-2011. Il-livelli tal-ispejjeż inżammu taħt kontroll strett u l-proporzjon ta' spejjeż mad-dħul diġà niżel għal 45 % fil-livell tal-kumpanija azzjonarja fl-2011 u ser jitjieb ftit iktar fl-2012-2014, meta jinżel għal […] %.

3.5.2.   Il-ħila li tintlaħaq vijabbiltà f'xenarju bażi u ta' stress

(131)

Fil-pjan ta' ristrutturar, b'referenza għar-rapport ICAAP, għal Arion Bank ġie ppreżentat xenarju ta' stress li jistħarreġ il-ħila tal-Bank fil-kisba ta' vijabbiltà fit-tul f'xenarji u skoperturi tar-riskju differenti.

3.5.2.1.   Ix-xenarju bażi

(132)

Il-pjan ta' ristrutturar kif spjegat hawn fuq inklużi s-suppożizzjonijiet li fuqhom huwa bbażat jikkostitwixxi l-każ bażi.

3.5.2.2.   Ix-xenarju ta' każ ta' stress

(133)

Il-pjan ta' ristrutturar jinkludi xenarju ta' każ ta' stress li fih il-każ bażi jkun għaddej mis-suppożizzjonijiet ta' 'Riċessjoni Profonda fit-Tul' (PDR), li huma bbażati fuq linji gwida mill-FME. L-għan tat-test ta' stress huwa li jeżamina kif il-qligħ, it-telf ta' kreditu, ir-rekwiżiti kapitali, il-kapital/bafers kapitali disponibbli u l-pożizzjonijiet tal-likwidità tal-Bank jevolvu f'kundizzjonijiet ekonomiċi diffiċli. Id-differenza hija li s-suppożizzjonijiet fix-xenarju tal-PDR għall-2009 issa huma s-suppożizzjonijiet għas-sena 2012, u l-bqija. Is-suppożizzjonijiet jingħataw fil-qosor fit-Tabella 6 hawn taħt.

Tabella 6

Suppożizzjonijiet ewlenin f'xenarju ta' Riċessjoni Profonda fit-Tul (***)

%

 

2012

2013

2014

Tkabbir tal-PDG

– 16,0

– 3,9

– 2,8

Rata tal-qgħad

10,6

16,6

16,9

Inflazzjoni

9,7

0,1

0,3

REIBOR

10,0

7,0

8,0

(134)

Ix-xenarju ta' stress huwa mfassal fl-isfond ta' bidliet improbabbli iżda potenzjalment plawżibbli fl-ambjent ekonomiku li fih jopera l-Bank. Il-profitabbiltà tal-Bank żgur li hija affettwata b'mod negattiv mill-kundizzjonijiet severi tax-xenarju ta' riċessjoni profonda fit-tul, peress li r-redditu azzjonarju ser jonqos b'mod notevoli. (63) Minkejja dan, xorta ser jagħmel profitti żgħar u hekk kif il-ktieb tas-self u l-assi peżati għar-riskju tal-Bank ser jiċkienu fl-istess ħin, il-pożizzjoni kapitali tiegħu mhijiex ser tiġi affettwata ħażin (64). Anki l-pożizzjoni tal-likwidità tal-Bank tibqa' sew ogħla mir-rekwiżiti minimi.

(135)

Ir-rapport ICAAP huwa bbażat fuq figuri finanzjarji mill-31 ta' Diċembru 2011. Ir-riżultat ewlieni tiegħu huwa li skont il-valutazzjoni tal-Bank hemm bżonn ta' kapital ta' […] biljun ISK biex tiġi koperta l-iskopertura ta' riskju tal-Bank, fuq il-bażi tal-Pilastru I u II. 16 % tal-assi peżati għar-riskju (RWA) jammonta għal […] biljun ISK. Il-Bank għandu bażi kapitali ta' […] biljun ISK u għalhekk għandu bafer kapitali ta' […] biljun ISK. Il-valutazzjoni kapitali tieħu f'kunsiderazzjoni fatturi relatati mal-istress, inkluż l-impatt fuq il-ktieb tas-self tal-Bank. Skont ir-rapport ICAAP, l-unità tal-Immaniġġjar tar-Riskji tal-Bank tiffoka fuq l-identifikazzjoni, il-valutazzjoni u l-kejl tar-riskji materjali kollha affaċċjati mill-Bank, fejn ir-riskji jinġabru f'erba' klassijiet: riskju ta' kreditu (inkluż ir-riskju tal-konċentrazzjoni), riskju tas-suq, riskju operazzjonali u riskji oħrajn (inkluż riskju tal-likwidità, riskju tan-negozju u riskju politiku u legali). It-Tabella 7 turi l-bosta fatturi ta' riskju meħuda f'kunsiderazzjoni fil-valutazzjoni tal-kapital.

Tabella 7

Riżultati tal-ICAAP dwar il-valutazzjoni kapitali, ammonti f'biljun ISK

 

ICAAP

31.12.2011

Rekwiżit Kapitali (Pilastru I)

(…)

Konċentrazzjoni b'isem wieħed

(…)

Konċentrazzjoni tas-settur

(…)

Riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax fil-portafoll bankarju

(…)

Klassi Ċ, D, E tar-riskju tal-kambju

(…)

Awtoritajiet tat-taxxa

(…)

Riskju ta' valutazzjoni — ekwitajiet mhux ikkwotati

(…)

Riskju ta' valutazzjoni — ktieb tas-self

(…)

Valutazzjoni Kapitali tal-Pilastru II

(…)

Valutazzjoni totali tal-adegwatezza kapitali (Pilastru I+II)

(…)

16 % tal-RWA

(…)

Bażi Kapitali Totali

(…)

Bafer Kapitali

(…)

(136)

Ir-rapport ICAAP jiddikjara li għad li sar ħafna progress fit-tnaqqis tal-iżbilanċ kbir bejn is-self denominat f'muniti barranin lil klijenti u depożiti denominati f'munita tal-Islanda, għad baqa' xogħol xi jsir biex jiġi eliminat l-iżbilanċ li fadal fl-2012. Fi tmiem l-2011, l-iżbilanċi kienu għadhom qed jaqbżu l-limitu legali u kien hemm bżonn ta' dispensa mis-CBI. L-istrateġija tal-Bank għat-tnaqqis tal-iżbilanċ tiegħu fil-muniti huwa, min-naħa, id-denominazzjoni mill-ġdid tal-ISK tal-self ta' muniti lill-klijenti li għandhom dħul fl-ISK, u min-naħa l-oħra, l-iħħeġġjar tal-iżbilanċi tal-muniti permezz ta' ftehimiet mas-CBI u permezz ta' swaps tal-muniti ma' klijenti Islandiżi.

(137)

Ir-riskju tal-likwidità huwa wieħed mill-iktar fatturi ta' riskju importanti tal-Bank. Dan ġej mill-fatt li l-maturità tas-self taqbeż il-maturità tad-depożiti. Hija l-istrateġija tal-Bank li jissorvelja mill-qrib il-pożizzjoni tal-likwidità tiegħu u li jtawwal il-maturità fuq in-naħa tal-obbligazzjoni, permezz ta' analiżi bir-reqqa tar-riġidità tad-depożiti (65) u d-diversifikazzjoni tal-finanzjament tiegħu. Skont ir-rekwiżiti interni tal-Bank, il-proprozjon ta' likwidità ggarantita ma għandux ikun inqas minn […] % tad-depożiti u l-proporzjon minimu ta' flus kontanti għandu jkun ta' […] % jew ftit ogħla mir-rekwiżiti tal-FME, li huma ta' 20 % għall-proporzjon ta' likwidità ggarantita u 5 % għall-proporzjon ta' flus kontanti. Kif intqal fil-Karta 1 hawn fuq, il-Bank baqa' f'livell ferm ogħla mill-FME u l-valuri referenzjarji interni. Permezz ta' analiżi tal-bażi ta' depożiti tiegħu, fejn id-depożiti huma kklassifikati f'seba' gruppi skont ir-riġidità, il-Bank ittestja għall-istress il-likwidità tiegħu. Jekk jiġi supponut li l-kontrolli fuq il-kapital jitneħħew minnufih, il-proporzjon ta' likwidità ggarantita tal-Bank ikun ta' […]. Il-proporzjon ta' flus ikun […]. Madankollu, il-Bank sawwar pjanijiet ta' kontinġenza biex jindirizza kriżi potenzjali fil-finanzjament, u fost l-oħrajn […].

3.5.3.   L-istrateġija ta' ħruġ/ħlas lura tal-Istat

(138)

Kif diġà ġie spjegat iktar 'il fuq, il-kontribuzzjoni tal-kapital tal-Grad II għandha durata ta' 10 snin mit-30 ta' Diċembru 2009. Dwar ir-remunerazzjoni, hemm klawżola ta' intensifikazzjoni inkorporata wara 5 snin (jiġifieri fl-2014), minn 400bp għal 500bp fuq EURIBOR. Skont l-awtoritajiet tal-Islanda, din l-intensifikazzjoni għandha taġixxi bħala inċentiv għall-bank sabiex iħallas lura dan il-kapital minn dan iż-żmien.

(139)

Dwar is-sehem tal-ekwità ta' 13 % li l-Istat għandu f'Arion Bank, il-parteċipazzjonijiet tal-Gvern f'impriżi finanzjarji huma mmexxija minn Icelandic State Financial Investments (l-ISFI) (66). Skont il-Baġit tal-Istat għall-2012, il-Gvern ġie awtorizzat ibigħ l-ishma li għandu bħalissa fil-bank tat-tfaddil, iżda għadha ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni dwar il-bejgħ ta' parteċipazzjonijiet tal-istat fit-tliet banek kummerċjali ewlenin. Madankollu, twaqqaf grupp ta' ħidma mill-Ministri responsabbli sabiex jistħarrġu modi possibbli ta' ċessjoni tal-parteċipazzjonijiet azzjonarji fil-banek kummerċjali. Il-Gvern indika li filwaqt li ma għandu l-ebda intenzjoni li jnaqqas il-parteċipazzjonijiet tiegħu f'Landsbankinn għall-inqas minn żewġ terzi tal-kapital azzjonarju tal-bank, l-ishma f'Arion Bank u Íslandsbanki daqt jistgħu jiġu offruti għall-bejgħ jew jinbiegħu mal-banek kollha kemm huma jekk is-sidien ta' maġġoranza jiddeċiedu li jbigħu, soġġetti għas-soluzzjoni ta' ċerti prerekwiżiti.

(140)

Il-faċilità speċjali ta' likwidità hija disponibbli biss sal-31 ta' Diċembru 2014, li taħbat mal-maturità tal-bond ta' SPRON.

4.   IR-RAĠUNIJIET GĦAT-TNEDIJA TAL-PROĊEDURA TA' INVESTIGAZZJONI FORMALI

(141)

Fid-deċiżjoni ta' ftuħ, l-Awtorità kkonkludiet b'mod preliminari li l-miżuri mill-Istat tal-Islanda li jikkapitalizza Arion Bank, kif ukoll il-faċilità ta' likwidità, jinvolvu għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 61 taż-ŻEE. Barra minn hekk, ma tistax teskludi li l-għajnuna mill-Istat kienet preżenti fil-garanzija tad-depożiti. L-Awtorità ser tieħu deċiżjoni finali fuq dawn il-miżuri, li għad għandhom impatt fuq il-valutazzjoni għad-dispożizzjoni, fid-deċiżjoni attwali.

(142)

Dwar il-kompatibilità tal-miżuri valutati fid-deċiżjoni ta' ftuħ, l-Awtorità qieset li deċiżjoni finali setgħet tittieħed biss fuq il-bażi ta' pjan ta' ristrutturar, li ma kienx għadu ġie ppreżentat meta l-Awtorità fetħet il-proċedura ta' investigazzjoni formali fil-15 ta' Diċembru 2010. Kien b'mod partikolari minħabba n-nuqqas ta' pjan ta' ristrutturar iktar minn sena wara t-twaqqif ta' Arion Bank li l-Awtorità esprimiet dubji dwar il-kompatibbiltà tal-għajnuna.

4.1.   Il-kummenti mill-partijiet interessati

(143)

L-Awtorità rċiviet dikjarazzjoni f'isem il-kredituri tal-bank il-qadim, li fiha enfasizzaw li kellhom jitqiesu bħala partijiet interessati, u indikat sabiex possibilment tippreżenta iktar kummenti iktar tard.

4.2.   Il-kummenti mill-awtoritajiet tal-Islanda

(144)

L-awtoritajiet tal-Islanda jaċċettaw li l-miżuri mwettqa fit-twaqqif ta' New Kaupthing Bank, issa Arion Bank, jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat. Madankollu, fil-fehma tal-awtoritajiet tal-Islanda, il-miżuri huma kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE fuq il-bażi tal-Artikolu 61(3)(b) tal-Ftehim, peress li huma neċessarji, proporzjonati u xierqa biex jiġi rimedjat taqlib serju fl-ekonomija Islandiża. Fil-fehma tal-awtoritajiet tal-Islanda, il-miżuri meħuda huma konformi f'kull aspett mal-prinċipji stabbiliti fil-linji gwida tal-Awtorità dwar l-għajnuna mill-Istat. Jiddikjaraw ukoll li l-għajnuna hija neċessarja u limitata għall-ammont minimu meħtieġ.

(145)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet tal-Islanda jisħqu li l-eksazzjonisti ta' Kaupthing Bank tilfu l-ishma kollha tagħhom u ma rċivew l-ebda kumpens mill-istat, li l-għajnuna hija mfassla sew biex tnaqqas l-effett mifrux fuq il-kompetituri kemm jista' jkun u li t-termini tas-self (il-kapital tal-Grad II) huma paragunabbli mar-rati tas-suq.

(146)

L-awtoritajiet tal-Islanda ma jqisux li l-garanzija tad-depożiti tinvolvi għajnuna mill-istat.

4.3.   L-impenji mill-awtoritajiet tal-Islanda

(147)

L-awtoritajiet tal-Islanda ppreżentaw għadd ta' impenji, ħafna minnhom relatati mat-tfixkil tal-kompetizzjoni kkaġunat mill-għajnuna li qed tiġi valutata. L-impenji huma stabbiliti fl-Anness.

II.   IL-VALUTAZZJONI

1.   IL-PREŻENZA TA' GĦAJNUNA MILL-ISTAT

(148)

L-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE jistabbilixxi kif ġej:

“Bla ħsara għal kif jista' jkun previst xort'oħra f'dan il-Ftehim, kull għajnuna mogħtija mill-Istati Membri tal-KE, l-Istati tal-EFTA jew permezz ta' riżorsi Statali f'kull għamla tkun xi tkun li tiddistorti jew thedded li tiddistorti l-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta' ċerti oġġetti tkun, sa fejn taffettwa l-kummerċ bejn Partijiet Kontraenti, inkompatibbli mat-twettiq ta' dan il-Ftehim.”

(149)

L-Awtorità ser tivvaluta l-miżuri li ġejjin (67) hawn taħt:

Il-kapital operattiv inizjali pprovdut mill-Istat tal-Islanda lill-bank il-ġdid;

Il-kapitalizzazzjoni (temporanja) sħiħa tal-bank il-ġdid mill-istat;

Iż-żamma mill-Istat tal-kapital azzjonarju ta' 13 % li fadal wara li 87 % tal-kapital azzjonarju fil-bank il-ġdid ġew trasferiti lill-kredituri ta' Kaupthing; u

Il-forniment mill-Istat ta' kapital tal-Grad II lill-bank il-ġdid permezz ta' dejn subordinat.

Hawn taħt, il-miżuri ta' hawn fuq jissejħu b'mod kollettiv bħala “l-miżuri ta' kapitalizzazzjoni”. Barra minn hekk, l-Awtorità ser tivvaluta:

Il-ftehim speċjali dwar il-faċilità ta' likwidità;

Il-ftehim ta' swap ta' SPRON;

Id-dikjarazzjoni tal-Gvern tal-Islanda li jiggarantixxi depożiti domestiċi fil-banek Islandiżi kollha bis-sħiħ.

1.1.   Il-preżenza tar-riżorsi tal-istat

(150)

Kif l-Awtorità diġà kkonkludiet b'mod preliminari fid-deċiżjoni ta' ftuħ, jidher biċ-ċar li l-miżuri ta' kapitalizzazzjoni huma ffinanzjati permezz ta' riżorsi tal-istat ipprovduti mit-Teżor tal-Islanda. Ir-riżorsi tal-istat huma preżenti biċ-ċar fil-faċilità ta' likwidità wkoll li hija disponibbli għal Arion Bank. Dwar il-ftehim ta' swap ta' SPRON, l-Istat ġarrab ir-riskju li l-assi ta' SPRON/Drómi ma jkunux biżżejjed biex ikopru l-obbligazzjonijiet trasferiti (depożiti) ta' SPRON. Fi ftit kliem, iggarantixxa li jkopri d-diskrepanza, u dan jinvolvi trasferiment (potenzjali) ta' riżorsi tal-istat.

(151)

Dwar il-garanzija tad-depożiti, l-Awtorità tisħaq mill-bidu nett li l-valutazzjoni tagħha hija limitata għall-garanzija tad-depożiti addizzjonali spjegata hawn fuq, li fl-essenza tagħha tikkonsisti fid-dikjarazzjonijiet li saru mill-Gvern tal-Islanda li d-depożiti fil-banek domestiċi kummerċjali u tat-tfaddil u l-fergħat tagħhom fl-Islanda ser jiġu koperti bis-sħiħ.

(152)

Din il-valutazzjoni hija bla ħsara għall-fehma tal-Awtorità dwar il-kompatibilità tal-Att Nru 98/1999 u l-azzjonijiet tal-Gver tal-Islanda u t-TIF matul il-kriżi finanzjarja mal-liġi taż-ŻEE, b'mod partikolari d-Direttiva 94/19/KE. Rigward l-impilmentazzjoni tad-Direttivi 97/9/KE u 94/19/KE, l-Awtorità hija tal-fehma li sa fejn it-tali miżuri jikkostitwixxu għajnuna mill-istat, ġeneralment l-użu tar-riżorsi tal-istat biex tinżamm konformità mal-obbligi skont il-liġi taż-ŻEE ma jqajjimx problemi skont l-Artikolu 61 ŻEE. Għalhekk, din id-deċiżjoni ma tikkonċernax dawk il-miżuri.

(153)

Fid-deċiżjoni ta' ftuħ, l-Awtorità ddikjarat li kienet ser tinvestiga iktar dwar jekk id-dikjarazzjonijiet li saru mill-Istat tal-Islanda deskritti iktar 'il fuq humiex preċiżi, sodi, inkondizzjonali u legalment vinkolanti biżżejjed tant li jinvolvu impenn ta' riżorsi tal-istat. (68) Fil-valutazzjoni ta' jekk ġewx issodisfati dawn il-kriterji, l-Awtorità tosserva li d-dikjarazzjonijiet involvew impenn irrevokabbli ta' riżorsi pubbliċi kif muri mill-fatt li l-istat tal-Islanda għamel minn kollox biex jipproteġi lid-depożituri: Mhux biss bidel il-prijorità tad-detenturi ta' depożiti f'beni insolventi (li ma jkunx jinvolvi l-użu ta' riżorsi tal-istat), iżda għamilha ċara wkoll li ma kienx ser jippermetti li d-depożituri jġarrbu xi telf ieħor. Il-garanzija kategorika tal-Gvern fuq id-depożiti kollha fil-banek domestiċi kummerċjali u tat-tfaddil hija distinta iktar minn kwalunkwe skema ta' garanzija tad-depożiti bbażata fuq l-atti taż-ŻEE minħabba l-fatt li l-protezzjoni hija bla limiti fl-ammont u l-banek li jibbenefikaw mill-miżura ma għamlu ebda kontribuzzjoni finanzjarja.

(154)

Il-fehim tal-Gvern tal-Islanda tad-dikjarazzjoni tiegħu hija murija mill-interventi mill-istat fis-settur finanzjarju li seħħew minn Ottubru tal-2008 li kienu motivati bl-intenzjoni li tiġi onorata din id-dikjarazzjoni. Dawk l-interventi inkludew miżuri sabiex ikopru depożiti ta' impriżi finanzjarji, bħat-twaqqif tat-tliet banek kummerċjali, it-trasferiment tad-depożiti ta' SPRON lil Arion Bank, it-trasferiment tad-depożiti ta' Straumur lil Íslandsbanki, l-akkwiżizzjoni mis-CBI tad-depożiti ta' 5 banek tat-tfaddil f'Sparisjódabanki Íslands, it-trasferiment tad-depożiti f'Byr Savings Bank lil Byr hf, it-trasferiment tad-depożiti minn Keflavík Savings Bank lil SpKef u r-responsabilità tal-Istat għad-depożiti f'SpKef wara l-fużjoni sfurzata ma' Landsbankinn.

(155)

Fil-fatt, l-awtoritajiet tal-Islanda argumentaw f'bosta każijiet ta' għajnuna mill-istat, uħud minnhom issemmew iktar 'il fuq, li bħalissal-Awtorità qiegħda tinvestiga jekk il-miżura magħżula rispettiva kinitx l-alternattiva bl-inqas piż finanzjarju għall-istat tal-Islanda sabiex jibqa' konformi mal-wiegħda tiegħu li jipproteġi lid-depożitur bis-sħiħ.

(156)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, l-Awtorità tqis li hemm miżura legalment vinkolanti, preċiża, inkondizzjonali u soda fis-seħħ. Fuq din il-bażi, l-Awtorità b'hekk tikkonkludi li d-dikjarazzjonijiet mill-istat tal-Islanda li skont dawn id-depożiti huma garantiti bis-sħiħ jinvolvu impenn ta' riżorsi tal-istat fit-tifsira tal-Artikolu 61 ŻEE.

1.2.   Il-preferenza lil ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta' ċerti prodotti

1.2.1.   Il-vantaġġ

(157)

L-ewwel nett, il-miżuri ta' għajnuna jridu jagħtu lill-bank il-ġdid vantaġġi li jħaffulu l-imposti li normalment jiġġarrbu mill-baġit tiegħu. B'konformità mal-konklużjoni preliminari li waslet għaliha fid-deċiżjoni ta' ftuħ, l-Awtorità għadha tal-fehma li kull waħda mill-miżuri ta' kapitalizzazzjoni tagħti vantaġġ lill-bank il-ġdid peress li l-kapital ipprovdut ma jkunx disponibbli għall-bank mingħajr l-intervent mill-istat.

(158)

Fid-determinazzjoni ta' jekk investiment f'impriża, pereżempju permezz ta' injezzjoni kapitali, jinvolvix vantaġġ, l-Awtorità tapplika l-prinċipju ta' investitur f'ekonomija tas-suq, u tivvaluta jekk investitur privat ta' daqs paragunabbli għal dak tal-korp pubbliku li jopera f'kundizzjonijiet normali tas-suq kienx jagħmel investiment bħal dan. (69) Rigward miżuri ta' kapitalizzazzjoni għall-benefiċċju ta' banek f'diffikultà, mill-bidu tal-kriżi finanzjarja, ġeneralment l-approċċ meħud kemm mill-Kummissjoni Ewropea (f'għadd ta' każijiet mindu bdiet il-kriżi finanzjarja (70) kif ukoll mill-Awtorità (71) kien li r-rikapitalizzazzjonijiet mill-istat tal-banek jammontaw għal għajnuna mill-istat minħabba t-taqlib u l-inċertezza li kkaratterizzaw is-swieq finanzjarji sa mill-ħarifa tal-2008. Din il-kunsiderazzjoni ġenerali tapplika b'mod partikolari għas-swieq finanzjarji tal-Islanda fl-2008 u l-2009, meta falliet is-sistema sħiħa. B'hekk l-Awtorità tqis li l-miżuri ta' kapitalizzazzjoni jagħtu vantaġġ lil Arion Bank minkejja t-trasferiment eventwali ta' 87 % tal-kapital tal-bank il-ġdid lill-kredituri (ħafna minnhom mis-settur privat). L-involviment tas-settur privat fil-kapitalizzazzjoni ta' Arion Bank kien imsawwar kollu kemm hu minn kredituri tal-bank il-qadim li kienu qegħdin ifittxu biss li jimminimizzaw it-telf tagħhom. (72)

(159)

Tapplika kunsiderazzjoni simili f'dak li għandu x'jaqsam mal-faċilità speċjali ta' likwidità, li hija negozjata bħala parti minn pakkett ta' miżuri ta' assistenza mill-istat bil-għan li terġa' tibda l-operazzjonijiet ta' bank fallut f'bank iffurmat ġdid u li tħeġġeġ il-parteċipazzjoni ekwitarja fil-bank il-ġdid mill-kredituri tal-bank fallut. Jidher ċar li l-Istat involva ruħu peress li ma kienx ċar jekk Arion Bank setax jikseb biżżejjed likwidità mis-suq. B'hekk, flok ma aġixxa bħal investitur privat, l-Istat ħa post ir-rwol tal-parteċipanti mis-suq privat li baqgħu lura milli jagħtu flus b'self lill-impriżi finanzjarji. Għaldaqstant l-Awtorità tikkonferma l-konklużjoni preliminari li laħqet fid-deċiżjoni ta' ftuħ u tqis li l-faċilità ta' likwidità speċjali tagħti vantaġġ lil Arion Bank.

(160)

Dwar it-trasferiment ta' depożiti minn SPRON u l-ħlas bil-bond maħruġ minn Drómi — il-ftehim ta' swap ta' SPRON, l-Awtorità tosserva bi pjaċir li t-tranżazzjoni ġenerali għandha l-għan li tipprovdi lil Arion Bank b'kumpens li jilħaq eżatt l-ammont tal-obbligazzjonijiet trasferiti. Madankollu, ir-riskju sħiħ li l-bond ta' Drómi jkun ta' valur inqas mid-depożiti trasferiti, u l-obbligu li tiġi kkumpensata kwalunkwe diskrepanza potenzjali, huwa allokat lill-Istat. B'hekk jidher li Arion Bank, minbarra li jirċievi dħul permezz ta' ħlasijiet tal-imgħax fuq il-bond, jista' jakkwista avvjament u ishma tas-suq addizzjonali, bla ma jieħu ebda riskju. L-Awtorità tikkonkludi li dan jikkostitwixxi vantaġġ. (73)

(161)

Fl-aħħar, l-Awtorità trid tivvaluta wkoll jekk il-garanzija tad-depożiti addizzjonali tagħtix vantaġġ lil Arion Bank u l-banek tal-Islanda inġenerali. F'dan ir-rigward, l-Awtorità tosserva li meta saret għall-ewwel darba d-dikjarazzjoni li d-depożiti jkunu garantiti mill-awtoritajiet tal-Islanda, ma kienx kompletament ċar dwar kif din il-garanzija ser taħdem fil-prattika, b'mod partikolari x'effett ikollu intervent bħal dan fuq il-bank li ma setax jibqa' jlaħħaq mal-obbligi finanzjarji tiegħu vis-à-vis id-depożituri tiegħu. Sadanittant, jidher li bank bħal dan jitħalla jfalli, iżda li l-Istat tal-Islanda jiżgura — pereżempju billi jittrasferixxi depożiti f'bank ieħor u jikkumpensa għad-diskrepanza fl-assi — li d-depożiti jistgħu jitħallsu bis-sħiħ, u li d-depożituri qatt ma jitilfu aċċess għall-ammont sħiħ tad-depożiti tagħhom.

(162)

L-Awtorità tqis li huwa ta' importanza sekondarja dwar kif l-Istat jaġixxi eżattament biex jikkonforma mal-garanzija bla limitu fuq depożiti domestiċi. L-importanti hu li ħa l-obbligu li jinvolvi ruħu mingħajr limiti jekk bank jonqos milli jħallas depożiti.

(163)

Fil-fehma tal-Awtorità, din il-garanzija bla limitu ffavorixxiet lil Arion Bank: L-ewwel nett, peress li tipprovdi vantaġġ kompetittiv ta' valur — garanzija mill-istat bla limitu, u b'hekk xibka tas-sigurtà notevoli — fuq alternattivi u fornituri ta' investimenti alternattivi. Dan intwera, pereżempju minn rapport riċenti tal-Ministru tal-Ekonomija li ddikjara li: “Bħalissa, l-impriżi finanzjarji tal-Islanda qed joperaw f'ambjent protett b'kontrolli fuq il-kapital u garanzija tad-depożiti kategorika. F'kundizzjonijiet bħal dawn, tista' tgħid li d-depożiti fil-banek huma l-unika għażla sigura għall-faddala Islandiżi”. (74)

(164)

It-tieni, jidher ċar li fin-nuqqas tal-garanzija, Arion Bank seta' iktar faċilment jara assalt bankarju bħal ta' qablu (75). B'hekk, il-bank aktarx li kien ikollu jħallas rati tal-imgħax ogħla (biex jikkumpensa għar-riskju) biex jattira jew anki sempliċiment iżomm l-istess ammont ta' depożiti, li kieku ma kienx hemm il-garanzija fuq id-depożiti addizzjonali bla limiti applikata mill-istat tal-Islanda. B'hekk, l-Awtorità tikkonkludi li l-garanzija tad-depożiti tinvolvi vantaġġ għall-bank.

1.2.2.   Is-selettività

(165)

It-tieni, il-miżura ta' għajnuna trid tkun selettiva peress li tippreferi lil “ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta' ċerti prodotti”. Il-miżuri ta' kapitalizzazzjoni, il-faċilità ta' likwidità u l-ftehim ta' swap ta' SPRON huma selettivi peress li huma ta' benefiċċju għal Arion Bank biss.

(166)

Barra minn hekk, peress li l-appoġġ mill-istat jista' jkun selettiv anki f'sitwazzjonijiet fejn settur wieħed jew iktar tal-ekonomija jibbenefikaw u oħrajn le, l-Awtorità tqis ukoll li l-garanzija mill-istat fuq id-depożiti li tibbenefika lis-settur bankarju sħiħ tal-Islanda bħala selettiv. Din il-konklużjoni ssegwi wkoll mill-kunsiderazzjonijiet stabbiliti hawn fuq li skont dawn il-banek huma preferuti fuq impriżi oħrajn li joffru possibilitajiet ta' tfaddil u investiment ta' flus.

1.3.   It-tfixil tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti

(167)

Il-miżuri jsaħħu l-pożizzjoni ta' Arion Bank f'paragun mal-kompetituri (jew kompetituri potenzjali) fl-Islanda u Stati oħrajn taż-ŻEE. Arion Bank hija impriża attiva, kif spjegat iktar 'il fuq, fis-swieq finanzjarji, li huma miftuħin għall-kompetizzjoni internazzjonali fiż-ŻEE. Filwaqt li bħalissa s-swieq finanzjarji tal-Islanda huma kemxejn maqtugħin għalihom, speċjalment minħabba l-kontrolli fuq il-kapital, il-kummerċ transfruntier u l-potenzjal għalih għadu jeżisti, u l-kummerċ aktarx li ser jiżdied malli jitneħħew il-kontrolli fuq il-kapital. Għaldaqstant, il-miżuri kollha li qed jiġu valutati għandhom jitqiesu li qed ifixklu l-kompetizzjoni u jaffettwaw il-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim ŻEE. (76)

1.4.   Il-konklużjoni

(168)

Għalhekk, l-Awtorità tasal għall-konklużjoni li l-miżuri meħuda mll-Istat tal-Islanda sabiex jikkapitalizza l-bank il-ġdid, kif ukoll il-faċilità ta' likwidità, il-garanzija tad-depożiti u l-ftehim ta' swap ta' SPRON jinvolvu għajnuna mill-istat skont it-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE.

2.   IL-ĦTIĠIET PROĊEDURALI

(169)

Skont l-Artikolu 1(3) tal-Parti I tal-Protokoll 3, “l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandha tiġi mgħarrfa, minn żmien qabel biżżejjed biex tkun tista' tippreżenta l-kummenti tagħha, dwar kwalunkwe pjan li tagħti jew tibdel għajnuna (…). L-Istat ikkonċernat ma għandux idaħħal fis-seħħ il-miżuri proposti minnu sakemm il-proċedura tkun irriżultat f'deċiżjoni finali”.

(170)

L-awtoritajiet tal-Islanda ma nnotifikawx il-miżuri ta' għajnuna koperti mid-deċiżjoni operattiva għall-Awtorità qabel ma implimentawhom. B'hekk, l-Awtorità tikkonkludi li l-awtoritajiet tal-Islanda ma rrispettawx l-obbligi tagħhom skont l-Artikolu 1(3) tal-Parti I tal-Protokoll 3. Għalhekk, l-għoti ta' dawk il-miżuri ta' għajnuna kien kontra l-liġi. Fir-rigward tal-akkwiżizzjoni tal-Bank ta' tfaddil SPM minn Arion Bank, li l-Awtorità ma sabitx li tinvolvi għajnuna mill-istat, xorta waħda hu osservat li skont il-paragrafi 41 tal-linji gwida tal-Awtorità dwar ir-ristrutturar, biex jiġi evitat użu antikompetittiv tal-għajnuna mill-istat, l-akkwiżizzjonijiet minn bank ta' negozji f'kompetizzjoni tista' ssir biss f'ċirkustanzi eċċezzjonali u wara notifika lill-Awtorità.

3.   IL-KOMPATIBILITÀ TAL-GĦAJNUNA

(171)

Bħala kumment preliminari, l-Awtorità tosserva li filwaqt li Arion Bank huwa entità legali ġdida li twaqqaf fl-2008 — fir-rigward tal-operazzjonijiet domestiċi — jidher biċ-ċar li dan huwa s-suċċessur ekonomiku ta' Kaupthing Bank, fis-sens li hemm kontinwità ekonomika bejn dawn iż-żewġ entitajiet. Peress li dawk l-operazzjonijiet ekonomiċi li twettqu minn Arion Bank mill-ħarifa tal-2008 'il quddiem ma setgħux jibqgħu għaddejjin mingħajr l-għajnuna, l-Awtorità tqis il-Bank bħala impriża f'diffikultà.

(172)

Barra minn hekk, il-miżuri li qegħdin jiġu valutati huma fl-istess ħin miżuri ta' salvataġġ u ristrutturar. Kif ġie ddikjarat fid-deċiżjoni ta' ftuħ, l-Awtorità aktarx li kienet tapprova l-miżuri bħala għajnuna ta' salvataġġ kompatibbli li kieku ġew notifikati qabel ġew implimentati, qabel ma kienet tieħu l-pożizzjoni finali fuqhom fuq il-bażi ta' pjan ta' ristrutturar. Madankollu, fin-nuqqas ta' notifika puntwali, l-Awtorità fetħet il-proċedura ta' investigazzjoni formali u talbet il-preżentazzjoni ta' pjan ta' ristrutturar. Kif ġie indikat iktar 'il fuq, il-kompatibilità finali ta' dawn il-miżuri tiddependi fuq jekk il-pjan ta' ristrutturar jilħaqx il-kriterji tal-linji gwida applikabbli tal-Awtorità dwar l-għajnuna mill-Istat għall-impriżi f'diffikultà.

3.1.   Il-bażi legali għall-valutazzjoni tal-kompatibbiltà: Artikolu 61(3) tal-Ftehim ŻEE u l-Linji Gwida tal-Awtorità dwar ir-Ristrutturar

(173)

Filwaqt li l-għajnuna mill-istat lill-impriżi f'diffikultà normalment tiġi valutata skont l-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim ŻEE, l-Awtorità tista', skont l-Artikolu 61(3)(b) tal-Ftehim, tippermetti sabiex l-għajnuna mill-istat isservi “bħala rimedju għal inkwiet serju fl-ekonomija ta' Stat Membru tal-KE jew Stat tal-EFTA”. Kif inhu ddikjarat fil-paragrafu 8 tal-Linji Gwida tal-Banek (77), l-Awtorità terġa' ssostni li, b'konformità mal-każistika u l-prattika ta' teħid ta' deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea, l-Artikolu 61(3)(b) tal-Ftehim ŻEE jeħtieġ interpretazzjoni resrittiva ta' x'jista' jsir f'taqlib serju ta' ekonomija tal-Istat tal-EFTA.

(174)

Kif ġie deskritt fid-dettall iktar 'il fuq, l-awtoritajiet tal-Islanda spjegaw li s-sistema finanzjarja tal-Islanda daħlet fi stat ta' kriżi sistemika f'Ottubru 2008, u din wasslet għall-falliment tal-banek ewlenin tagħha kif ukoll banek kbar tat-tfaddil fi żmien ftit jiem. Is-sehem mis-suq tal-istituzzjonijiet finanzjarji f'daqqa li fallew kien jaqbeż id-90 % f'ħafna mis-segmenti tas-suq finanzjarju tal-Islanda. Mad-diffikultajiet żdied ukoll it-telf ta' kunfidenza fil-munita tal-pajjiż. L-ekonomija reali tal-Islanda ntlaqtet b'mod sever mill-kriżi finanzjarja. Għad li għaddew iktar minn tliet snin sa mill-bidu tal-kriżi, għad hemm vulnerabilità fis-sistema finanzjarja tal-Islanda. Anki jekk is-sitwazzjoni marret ħafna għall-aħjar mill-2008 'l hawn, jidher biċ-ċar li fiż-żmien li fih ittieħdu l-miżuri, dawn kellhom l-għan li jirrimedjaw taqlib serju fl-ekonomija tal-Islanda.

(175)

B'hekk, jitqies li l-Artikolu 61(3)(b) tal-Ftehim ŻEE japplika f'dan il-każ.

L-applikazzjoni tal-Linji Gwida dwar ir-Ristrutturar

(176)

Il-Linji Gwida tal-Awtorità dwar l-Għajnuna mill-Istat dwar it-treġġigħ lura lejn il-vijabbiltà u l-valutazzjoni tal-miżuri ta' ristrutturar fis-settur finanzjarju fil-kriżi attwali skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat (78) (“il-Linji Gwida dwar ir-Ristrutturar”) jistabbilixxu r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat applikabbli għar-ristrutturar ta' istituzzjonijiet finanzjarji fil-kriżi attwali. Skont il-Linji Gwida dwar ir-Ristrutturar, biex ikun kompatibbli mal-Artikolu 61(3)(b) ŻEE, ir-ristrutturar ta' istituzzjoni finanzjarja fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja jrid:

(i)

Iwassal għal treġġigħ lura lejn il-vijabbiltà tal-bank;

(ii)

Jinkludi kontribuzzjoni proprja suffiċjenti mill-benefiċjarju (qsim tal-piżijiet);

(iii)

Ikun fih biżżejjed miżuri li jillimitaw it-tfixkil tal-kompetizzjoni.

(177)

B'hekk hawn taħt, fuq il-bażi tal-pjan ta' ristrutturar ippreżentat għal Arion Bank, l-Awtorità ser tivvaluta jekk dawn il-kriterji humiex issodisfati, u jekk għalhekk il-miżuri ta' għajnuna deskritti hawn fuq jikkostitwixxux għajnuna għar-ristrutturar kompatibbli.

3.2.   It-treġġigħ lura lejn il-vijabbiltà

(178)

It-treġġigħ lura lejn il-vijabbiltà fit-tul ta' benefiċjarju fir-riċevuta ta' għajnuna għar-ristrutturar huwa l-għan ewlieni ta' din l-għajnuna, u l-valutazzjoni ta' jekk għajnuna għar-ristrutturar hix ser tikseb dan hija aspett importanti fid-determinazzjoni tal-kompatibbiltà tagħha.

(179)

Kif indikat iktar 'il fuq, it-taqlib fl-ekonomija tal-Islanda fil-bidu tal-ħarifa tal-2008, il-preżenza ta' miżuri straordinarji bħall-kontrolli fuq il-kapital, ambjent regolatorju f'evoluzzjoni u ħarsa ġenerali makroekonomika li, minkejja xi stabbiltà riċenti, għadha kemxejn inċerta, speċjalment minħabba l-inkwiet ekonomiku li għaddej fiż-żona tal-ewro, ma jagħmluha xejn faċli biex bank jopera bi profitt u tiġi żgurata l-vijabbiltà tiegħu fit-tul. L-Awtorità tisħaq mill-bidu li din il-kunsiderazzjoni trid tiġi kkunsidrata fil-valutazzjoni ta' hawn taħt.

(180)

It-Taqsima 2 tal-Linji Gwida dwar ir-Ristrutturar jistabbilixxu li l-Istat taż-ŻEE għandu jipprovdi pjan ta' ristrutturar komprensiv u dettaljat li jipprovdi tagħrif sħiħ fuq il-mudell kummerċjali u li jreġġa' lura l-vijabbiltà fit-tul tal-bank. Il-paragrafu 10 tal-Linji Gwida dwar ir-Ristrutturar jeħtieġ li l-pjan ta' ristrutturar jidentifika l-kawżi tad-diffikultajiet tal-bank u d-dgħjufijiet tal-bank stess, u jispjega kif il-miżuri ta' ristrutturar proposti jirrimedjaw il-problemi sottostanti tal-bank.

(181)

Kif spjegat hawn fuq, il-kawżi tad-diffikultajiet ta' Arion Bank huma spjegati t-tnejn li huma fil-pjan ta' ristrutturar, iżda anki fir-rapport tal-SIC, relatat maċ-ċirkostanzi tat-twaqqif tal-Bank u l-problemi ta' qablu. Fost il-kawżi ewlenin identifikati f'dan tal-aħħar fil-livell tal-bank ta' qabel kien hemm l-espansjoni eċċessiva u insostenibbli, l-ingranaġġ tas-sidien tal-bank, il-konċentrazzjoni tar-riskju, l-ekwità dgħajfa u d-daqs tal-banek meta mqabbla mal-ekonomija tal-Islanda. Kaupthing Bank kellu skoperturi individwali kbar u ħa riskju qawwi meta silef lis-sidien tiegħu. Kien jiddependi ħafna wkoll fuq il-finanzjament tal-operaturi b'terminu qasir.

Il-miżuri regolatorji tal-vijabbiltà

(182)

Filwaqt li l-pjan ta' ristrutturar ta' Arion Bank jindirizza ħafna mid-dgħjufijiet tal-bank kif identifikat iktar 'il fuq, l-Awtorità tqis li l-falliment ta' Kaupthing, u t-tiġrif tal-industrija finanzjarja tal-Islanda, kienu kkaġunati wkoll minn għadd ta' fatturi speċifiċi għall-Islanda, relatati mad-daqs żgħir tagħha u n-nuqqasijiet regolatorji u superviżorji enfasizzati mill-Kummissjoni Speċjali ta' Investigazzjoni. Għalhekk, il-vijabbiltà fit-tul ta' Arion Bank, bħal dik ta' kwalunkwe bank Islandiż ieħor, ma tiddependix biss fuq il-miżuri meħuda fil-livell tal-bank, iżda anki fuq jekk dawk in-nuqqasijiet superviżorji u regolatorji ġewx rimedjati.

(183)

F'dan ir-rigward, l-Awtorità tosserva b'mod pożittiv l-emendi għall-qafas regolatorju u superviżorju magħmula mill-awtoritajiet tal-Islanda, kif spjegat fl-Anness.

(184)

L-ewwel nett, is-setgħat u l-kompetenzi tal-FME żdiedu, inter alia b'responsabilitajiet ġodda dwar skoperturi individwali kbar u r-riskji relatati magħhom, li fil-fehma tal-Awtorità jindirizzaw wieħed mill-fatturi li wasslu għall-falliment finanzjarju.

185)

It-tieni, ir-rekwiżiti temporanji ta' proporzjon għoli tas-CAD, u għadd ta' dispożizzjonijiet relatati mal-kollateralizzazzjoni, b'mod partikolari l-projbizzjoni tal-estensjoni ta' kreditu fl-isfond ta' wegħdiet ta' ishma proprji, għandhom l-għan li jiżguraw li l-banek tal-Islanda ma jkunux jistgħu jerġgħu jibnu pożizzjoni dgħajfa ta' kapital. L-Awtorità tqis li dawn il-miżuri ser jikkontribwixxu għar-reżiljenza tal-banek tal-Islanda.

(186)

It-tielet, ġiet implimentata firxa ta' miżuri relatati mal-eliġibbiltà tad-diretturi u l-membri tal-bord, kif ukoll ir-remunerazzjoni tagħhom. Barra minn hekk, l-għoti b'self lill-partijiet relatati (bħal sidien) ġie soġġett għal regoli iktar stretti, u issal-FME tista' tipprojbixxi lill-bank milli jwettaq attivitajiet speċifiċi, jekk tara li għandu jsir hekk. Ir-regoli esterni u interni tal-kontabbiltà ġew emendati wkoll, pereżempju tnaqqas iż-żmien kemm kontabilist estern jista' jaħdem għall-istess bank. L-Awtorità tosserva bi pjaċir li dawn il-miżuri għandhom l-għan li jipprevjenu milli jerġgħu jseħħu l-avvenimenti f'dak li għandu x'jaqsam mas-sidien u l-eżekuttivi superjuri, u l-miżuri jżidu wkoll il-monitoraġġ tar-riskji esterni, li t-tnejn li huma jnaqqsu t-theddid għall-vijabbiltà tal-banek.

(187)

Ir-raba', skont l-awtoritajiet tal-Islanda, il-possibbiltà diġà msemmija għall-FME sabiex jiġu limitati l-attivitajiet ta' bank, tnediet ukoll mit-teħid ta' depożiti fuq skala kbira mill-banek kummerċjali tal-Islanda qabel il-kriżi, li jidher li tal-inqas ħaffef il-falliment tagħhom. Barra minn hekk, fil-fehma tal-Awtorità jidher ukoll li r-regoli l-ġodda dwar il-likwidità u l-bilanċ tal-kambju (79) jinvolvu ċerti restrizzjonijiet fir-rigward tal-possibilità li l-banek jattiraw ammonti kbar b'mod sproporzjonat ta' depożiti barranin jekk dan jista' jrendi n-negozji tal-banek iktar fraġli u vulnerabbli għal riskji tal-kambju u tal-likwidità. L-Awtorità tilqa' l-fatt li l-awtoritajiet tal-Islanda wieġbu għal dan l-aspett tal-falliment regolatorju.

Il-pjan ta' ristrutturar ta' Arion Bank

(188)

Dwar il-pjan ta' ristrutturar u l-miżuri fil-livell tal-bank, fl-essenza tiegħu Arion Bank mar lura għal mudell kummerċjali iktar tradizzjonali, li bih jiffoka fuq l-ibbankjar tar-relazzjonijiet għas-suq tal-Islanda. Il-Bank ser jiġi ffinanzjat fil-parti l-kbira permezz ta' depożiti tal-klijenti u ekwità, b'żieda gradwali fit-teħid b'self koperti l-iktar permezz ta' bonds garantiti.

(189)

Barra minn hekk, kif indikat iktar 'il fuq, mill-mument li twaqqaf, Arion Bank — jekk jitqabbel ma' Kaupthing — kien sostanzjalment inqas ingranaġġat, u hekk kif ħafna mid-dejn tal-operaturi baqa' fil-beni ta' Kaupthing, skont il-pjan ta' ristrutturar, ser ikollu joqgħod fuq ir-rifinanzjament fis-swieq internazzjonali għal dejn mhux garantit iżda sa ċertu punt ferm limitat. Għall-istess raġuni, il-kwistjoni ta' żgranaġġar tal-karta bilanċjali tal-Bank kienet essenzjalment solvuta diġà f'Ottubru tal-2008. Minkejja dan, l-Awtorità taqbel mal-valutazzjoni ta' Arion Bank u l-awtoritajiet tal-Islanda dwar il-bżonn tal-bosta miżuri spjegati fil-pjan ta' ristrutturar fir-rigward tat-tiċkin tal-operazzjonijiet tal-Bank għal realtà ekonomika ġdida u limitazzjoni tal-iskopertura għar-riskju. In-nuqqasijiet indirizzati minn dawk il-miżuri (bħal konċentrazzjoni ta' skoperturi kbar u konnessi, żbilanċi severi fil-muniti, eċċ.) intirtu fil-parti l-kbira minnhom mill-bank il-qadim. Għall-vijabbiltà ta' Arion Bank fil-ġejjieni, huwa ta' importanza assoluta li dawn in-nuqqasijiet jiġu indirizzati b'mod adegwat fil-pjan ta' ristrutturar.

(190)

Id-dipendenza fuq is-swieq tal-operaturi għar-rifinanzjament kienet waħda mir-raġunijiet ewlenin għall-falliment ta' Kaupthing. S'issal-finanzjament ta' Arion Bank kien ibbażat l-iktar fuq depożiti u ekwità, iżda l-pjan ta' ristrutturar jipprevedi tnaqqis żgħir fl-importanza tad-depożiti minn 68 % għal 61 % tal-obbligazzjonijiet totali, fuq il-bażi inter alia tal-analiżi tal-Bank tal-bażi tad-depożiti tiegħu. Arion Bank beħsiebu jikkumpensa għal dan billi joħroġ bonds koperti fis-suq domestiku. Ta' min ifakkar li Arion Bank ingħata liċenzja li joħroġ bonds koperti u wara lesta programm ta' bonds koperti b'valur ta' EUR 1 biljun. Fi Frar 2012 Arion Bank lesta l-ewwel offerta ta' bonds koperti tiegħu, meta ħareġ 2,5 biljun ISK f'bonds, u f'Mejju tal-2012, il-Bank lesta l-ewwel offerta ta' bonds koperti b'rata fissa mhux indiċizzati, b'valur ta' 1,2 biljun ISK. (80) Għall-bqija tal-perjodu ta' ristrutturar, il-bank beħsiebu joħroġ bonds f'bosta formati, inklużi bonds koperti u bonds superjuri mhux garantiti.

(191)

L-Awtorità tqis li, fuq il-bażi tal-fatti ppreżentati mill-awtoritajiet tal-Islanda, is-sitwazzjoni ta' finanzjament tal-Bank tidher li se tkun soda sa tmiem il-perjodu ta' ristrutturar. Minħabba l-inċertezzi madwar il-garanzija tad-depożiti u l-kontrolli fuq il-kapital, kif ukoll l-iżviluppi ambigwi fil-ġejjieni ta' swieq tad-dejn (sovran), ma tistax tikkonkludi fuq jekk l-istrateġija ta' finanzjament ta' Arion Bank hijiex ser timmaterjalizza kif previst fit-tul. Madankollu, minħabba d-dipendenza qawwija fuq id-depożiti u bonds koperti matul il-perjodu ta' ristrutturar, u s-sehem kbir ta' dawk it-tipi ta' dejn fuq il-karta bilanċjali, l-Awtorità tiddikjara li ċaqliq żħir fl-istrateġija ta' finanzjament li jista' jkun hemm bżonnha fil-ġejjieni ma tkunx ta' periklu għall-vijabbiltà tal-Bank.

(192)

Fir-rigward tan-naħa tal-assi tal-karta bilanċjali, l-assi internazzjonali għadhom mal-beni ta' Kaupthing. Minħabba dan, il-karta bilanċjali ċkienet bi 88 %. B'hekk, dgħjufija ewlenija tal-mudell kummerċjali ta' Kaupthing — id-dipendenza fuq assi internazzjonali riskjużi bla valutazzjoni tar-riskju xierqa — ġiet rimedjata. L-Awtorità tilqa' l-fatt li skont il-pjan ta' ristrutturar, il-Bank mhuwiex ser jidħol għal negozju simili fil-ġejjieni, iżda minflok ser jiffoka fuq in-negozju ċentrali tradizzjonali tiegħu.

(193)

Ir-ristrutturar tas-self li ġie trasferit minn Kaupthing għadu sfida konsiderevoli għall-Bank fir-rigward tal-portafoll tal-assi tiegħu. F'dan ir-rigward l-Awtorità tosserva bi pjaċir li dan il-proċess ta' ristrutturar kien u għadu prijorità importanti għall-Bank, kif muri mill-ħafna proposti ġeneriċi u personalizzati li l-Bank għamel lill-klijenti tiegħu b'ingranaġġ eċċessiv. Filwaqt li għad baqa' xogħol xi jsir biex jiġi finalizzat il-progress ta' ristrutturar, it-tagħrif mill-Bank jidher li jikkonferma li sar progress tajjeb, b'mod partikolari mill-2011, kif muri mill-fatt li mid-986 kumpanija li daħlu fi programmi ta' rkupru mal-Bank, intlaħqet konklużjoni għal 871 każ fi tmiem l-2011, filwaqt li fl-ewwel trimestru tal-2011 kienu ntlaħqu konklużjonijiet għal 416-il kumpanija biss. Dan l-aħħar sar progress tajjeb ukoll fir-rigward tar-ristrutturar tad-dejn tal-familji, u l-Bank għandu l-għan li jlesti l-proġetti tiegħu ta' rkupru tad-dejn korporattiv u individwali sa tmiem l-2012.

(194)

L-Awtorità tqis dan ta' hawn fuq bħala indikatur tas-solidità tal-metodi ta' ristrutturar ta' Arion Bank. Barra minn hekk, fuq il-bażi tad-dejta ppreżentata minn Arion Bank, jidher realistiku li l-bank jista' jilħaq il-mira tiegħu li jlesti r-ristrutturar tal-portafolli tas-self korporattiv u tal-familji tiegħu sa tmiem l-2012. B'mod ġenerali, diment li ma jkunx hemm żviluppi mhux mistennija fl-ambjent makroekonomiku tal-Islanda jew barra l-pajjiż, dan ikun ifisser li fi tmiem il-perjodu ta' ristrutturar, hija l-fehma tal-Awtorità li Arion Bank ser ikollu karta bilanċjali relattivament b'saħħitha u portafolli tas-self ferm produttivi.

(195)

Kif indikat hawn fuq, il-kapitalizzazzjoni dgħajfa ta' Kaupthing kienet wieħed mill-fatturi li wassal għall-falliment tiegħu. Il-pjan ta' ristrutturar ta' Arion Bank ibassar li l-bank ser jibqa' ferm ogħla mill-proporzjon minimu ta' 16 % tas-CAD meħtieġ mill-FME tul il-perjodu ta' ristrutturar. Dan il-proprozjon huwa ferm ogħla mill-minimu ta' 10.5 % tal-Basel III. Anki skont il-każ ta' stress ippreżentat minn Arion Bank, il-proporzjon tas-CAD ser jibqa' ferm ogħla minn dan il-valur referenzjarju għoli, b'[> 20] %. Dwar il-valutazzjoni kapitali tar-rapport tal-ICAAP ta' din is-sena ppreżentat minn Arion Bank flimkien mal-pjan ta' ristrutturar, l-Awtorità tqis li huwa prudenti u ta' serħan il-moħħ li wara li ttieħdu f'kunsiderazzjoni l-bosta fatturi ta' riskju, il-Bank għandu bafer kapitali ta' […] biljun ISK, li, f'ambjent operattiv kif deskritt iktar 'il fuq, jipprovdi lil Arion Bank b'kapaċità notevoli sabiex jilqa' kontra sitwazzjonijiet mhux mistennija.

(196)

Dwar il-pożizzjoni ta' likwidità tal-bank, l-Awtorità tosseva li s-sitwazzjoni attwali, skont il-pjan ta' ristrutturar, tidher robusta biżżejjed, u li ma hemm l-ebda indikazzjoni li s-sitwazzjoni tista' teqleb għall-agħar b'mod sostanzjali tul il-perjodu ta' ristrutturar. Barra minn hekk, l-Awtorità tqis li l-ittestjar tal-istress tal-proporzjon ta' likwidità tal-bank fil-kuntest tar-rapport tal-ICAAP, jissuġġerixxi li filwaqt li l-Bank huwa skopert għar-riskji ta' likwidità li jistgħu jimmaterjalizzaw fil-każ ta' tneħħija f'daqqa tal-kontrolli fuq il-kapital, is-sitwazzjoni ta' likwidità tiegħu hija ssorveljata mill-qrib, u qegħdin jittieħdu miżuri biex jiġi limitat ir-riskju u saru pjanijiet ta' kontinġenza bħala tħejjija tal-Bank għal avvenimenti mhux mistennija u avversi. Dan huwa ta' importanza kbira wkoll, minħabba l-fatt li fl-2010 kien hemm bżonn li l-istat jipprovdi lill-Bank b'faċilità speċjali ta' likwidità biex jikkonforma mar-rekwiżiti ta' likwidità tal-FME u li din il-faċilità ta' likwidità tintemm fi tmiem l-2014.

(197)

L-Awtorità tilqa' wkoll il-bidliet fl-istruttura organizzazzjonali u l-immaniġġjar tar-riskji ta' Arion Bank, kif spjegat iktar 'il fuq, li jindirizzaw dgħjufija fin-negozju ta' Kaupthing u ser jikkontribwixxu għal valutazzjoni tar-riskji iktar oġġettiva u professjonali fit-tħaddim tal-Bank.

(198)

Fir-rigward tal-profitabbiltà, il-Linji Gwida dwar ir-Ristrutturar jistabbilixxu wkoll li l-pjan ta' ristrutturar għandu juri kif il-bank ser ireġġa' lura l-vijabbiltà tiegħu fit-tul mingħajr għajnuna mill-istat malajr kemm jista' jkun. B'mod partikolari, il-bank għandu jkun jista' jiġġenera redditu azzjonarju xieraq, filwaqt li jkopri l-ispejjeż kollha tal-operazzjoni normali tiegħu u jikkonforma mar-rekwiżiti regolatorji relevanti. B'mod partikolari, il-punt 13 tal-Linji Gwida dwar ir-Ristrutturar jindika li l-vijabbiltà fit-tul tinkiseb meta bank ikun kapaċi jkopri l-ispejjeż kollha tiegħu matul deprezzament u bidliet finanzjarji u jipprovdi redditu azzjonarju xieraq, filwaqt li jittieħed f'kunsiderazzjoni l-profil ta' riskju tal-bank.

(199)

Hawnhekk l-Awtorità tfakkar dak li diġà ntqal iktar 'il fuq, speċjalment li l-ambjent ekonomiku li fih jopera Arion Bank ikun ta' sfida għal kwalunkwe bank. Wara li qieset dan, l-Awtorità hija ssodisfata bil-profitabbiltà mbassra tal-pjan ta' ristrutturar, li, minkejja l-proporzjon tal-kapital għoli, ser tibqa' adegwata tul ħafna mill-perjodu ta' ristrutturar u wara. Ir-redditu azzjonarju, li kien partikolarment għoli fl-2009-2010, ser ivarja bejn [> 10] % u [< 15] %. Il-partiti irregolari fil-kont tal-qligħ u t-telf, b'mod partikolari gwadanni minn valutazzjoni sostanzjali mill-portafolli tas-self trasferiti minn Kaupthing u t-tniżżil fil-valur ikkaġunat mid-deċiżjoni riċenti tal-Qorti Suprema dwar is-self tal-FX, li ħallew impatt qawwi fuq ir-riżultati finanzjarji tal-Bank fl-aħħar tliet snin, huma mistennija jonqsu. Skont il-pjan ta' ristrutturar, huwa mbassar li avvenimenti irregolari bħal dawn ser iħallu biss impatt żgħir fl-2012-2013 u mhumiex previsti li jseħħu wara l-2013.

(200)

Xprunatur importanti tal-profitabbiltà fil-ġejjieni skont il-pjan ta' ristrutturar huwa dħul ikbar mit-tariffi u l-kummissjonijiet, li huwa previst li […] tul il-perjodu tal-ippjanar. In-negozju ta' qligħ minn tariffi tal-kummissjoni bħal tranżazzjonijiet relatati mal-borża u kummerċ f'muniti barranin prattikament staġna wara l-kollass u minħabba l-kontrolli fuq il-kapital. Madankollu, ladarba r-ristrutturar tas-settur korporattiv ikun kważi lest u l-kontrolli kapitali jitneħħew, jidher li huwa realistiku li tkun mistennija żieda sostanzjali fl-attività tal-kambju u l-kummerċ bejn il-muniti. B'hekk, l-Awtorità ma tiddubitax mill-plawżibbiltà ta' dawn il-figuri.

(201)

Il-Bank ħa għadd ta' inizjattivi, kif spjegat iktar 'il fuq, biex jikseb kosteffiċjenza, fost l-oħrajn billi jirrazzjonalizza n-netwerk tal-fergħat tiegħu u għalaq 15-il fergħa b'kollox. Skont l-impenji tal-Bank, […]. Fl-2011 sar tnaqqis tal-persunal ta' madwar 10 %. L-Awtorità tilqa' dawn l-isforzi peress li jimplikaw li l-Bank diġà rnexxielu jillimita l-ispejjeż tiegħu u jżomm il-proporzjon tal-ispejjeż mad-dħul tiegħu għal 45 % fl-2011. Skont il-pjan ta' ristrutturar, il-Bank beħsiebu jiżgura li dan il-proporzjon ser jonqos ftit iktar għal […] % għall-bqija tal-perjodu ta' ristrutturar.

(202)

Minbarra dan li ntqal hawn fuq, jidher ċar li l-pjan ta' ristrutturar huwa bbażat fuq numru kbir ta' suppożizzjonijiet oħrajn. L-Awtorità kellha l-għan li tiskrutinizza dawk li jidhru l-iktar pertinenti u bl-ikbar influwenza fuq il-vijabbiltà ta' Arion Bank fil-ġejjieni. Fir-rigward tas-suppożizzjonijiet makroekonomiċi, dawn jidhru ġeneralment konformi mat-tbassir ta' Statistics Iceland u s-CBI, għad li l-Bank jipprevedi tkabbir ftit ikbar u inflazzjoni ogħla. B'mod ġenerali, is-suppożizzjonijiet li fuqhom il-pjan ta' ristrutturar huwa bbażat jidhru li huma prudenti biżżejjed biex, flimkien mal-kunsiderazzjonijiet stabbiliti mill-Awtorità ta' hawn fuq, tkun tista' tinħareġ il-konklużjoni li l-miżuri ta' ristrutturar meħuda mill-Bank huma biżżejjed biex tiġi żgurata l-vijabbiltà fit-tul tiegħu, diment li ma jfeġġux xi avvenimenti mhux mistennija avversi ta' skala u konsegwenzi mhux previsti.

(203)

Wara li ħadet f'kunsiderazzjoni dawn l-elementi, l-Awtorità tqis li l-pjan ta' ristrutturar jinvolvi biżżejjed elementi li jikkontribwixxu għat-treġġigħ lura lejn il-vijabbiltà fit-tul tal-bank għall-Awtorità biex tikkonkludi li nżammet konformità mad-dispożizzjonijiet tat-taqsima 2 tal-Linji Gwida dwar ir-Ristrutturar.

3.3.   Il-kontribuzzjoni proprja/il-qsim tal-piżijiet

(204)

Il-paragrafu 22 tal-Linji Gwida dwar ir-Ristrutturar jgħid hekk: “Biex jiġu limitati d-distorsjonijiet fil-kompetizzjoni u biex jiġi affaċċjat periklu morali, l-għajnuna trid tkun limitata għall-minimu neċessarju u l-benefiċjarju tal-għajnuna jrid jipprovdi kontribuzzjoni proprja għall-ispejjeż ta' ristrutturar. Il-bank u d-detenturi tal-kapital tagħha jridu jikkontribwixxu kemm jista' jkun għar-ristrutturar bir-riżorsi proprji tagħhom. Dan hu neċessarju biex jiġi żgurat li banek salvati jġorru responsabbiltà adekwata għall-konsegwenzi tal-imgiba tagħhom fil-passat u biex jinħolqu inċentivi xierqa għall-imġiba futura tagħhom”.

(205)

F'dan ir-rigward, l-Awtorità tfakkar aspett deċiżiv tal-każ inkwistjoni. Meta Arion Bank twaqqaf fuq il-bażi tal-operazzjonijiet domestiċi ta' Kaupthing, l-investimenti tal-azzjonisti f'Kaupthing Bank kienu kompletament eliminati u b'hekk ikkontribwixxew għall-massimu possibbli għar-ristrutturar ta' Arion Bank. Barra minn hekk, il-kredituri ta' Kaupthing kellhom iġarrbu telf konsiderevoli (81), jew tal-inqas jieħdu r-riskju tal-investiment tagħhom skont il-profitabbiltà ta' Arion Bank. B'hekk, f'dak li għandu x'jaqsam mas-sidien u l-kredituri ta' Kaupthing, il-kriterju ta' qsim tal-piżijiet huwa ssodisfat b'mod ottimali u hija indirizzata l-kwistjoni ta' periklu morali.

(206)

Minbarra dan ta' hawn fuq, l-Awtorità teħtieġ tivvaluta jekk l-għajnuna mill-istat li rċieva Arion Bank kinitx limitata għall-minimu neċessarju.

(207)

Fir-rigward tal-miżuri ta' kapitalizzazzjoni, il-kapitalizzazzjoni inizjali ta' Arion Bank, sakemm il-ftehim mal-kredituri ta' Kaupthing naqqas is-sehem tal-Istat għal 13 %, kienet biżżejjed bl-eżatt biex tissodisfa r-rekwiżiti ta' kapital tal-FME. Fl-2009, wara li kien konkluż il-ftehim fuq l-akkwiżizzjoni ta' Kaupthing minn Arion Bank, u kien ingħata l-kapital tal-Grad II lil Arion Bank, il-proporzjon tas-CAD tela' għal madwar 18 %, 2 punti perċentwali iktar mill-proporzjon minimu stabbilit mill-FME. F'dan il-kuntest, l-Awtorità tosserva li l-proporzjon tal-kapital kien jiddependi l-iktar fuq jekk il-valutazzjoni tal-assi li kienu ġew trasferiti minn Kaupthing lejn Arion Bank kinitx saret bi preċiżjoni. Barra minn hekk, ta' min ifakkar li f'dak iż-żmien il-qagħda ekonomika għall-Islanda kienet miżgħuda inċertezzi. Fid-dawl ta' dan li ntqal hawn fuq, l-Awtorità tqis li l-ammont ta' kapital ipprovdut mill-istat tal-Islanda lil Arion Bank kien limitat għall-minimu meħtieġ, peress li ma kien jammonta għal xejn iktar mill-minimu regolatorju flimkien ma' bafer raġonevoli.

(208)

Din il-konklużjoni ma ġietx kontrarjata mill-fatt li, wara, il-proprozjon tas-CAD ta' Arion Bank kien kiber mhux ħażin, għal 19 % fl-2010 u 21 % fl-2011. Iż-żieda fil-proporzjon tas-CAD kien dovut sew għat-tlugħ fil-valur tal-valur skont il-kotba tal-assi li kienu ġew trasferiti minn Kaupthing lil Arion Bank. Dan ma seta' jitbassar bl-ebda ċertezza, u, fil-fehma tal-Awtorità, il-fatt li l-proporzjon tas-CAD żviluppa tant tajjeb iktar tard ma huwa l-ebda raġuni li twassal sabiex jitqies li Arion Bank ġie kapitalizzat b'mod eċċessiv mill-Istat fil-bidu. (82)

(209)

Il-paragrafu 26 tal-Linji Gwida dwar ir-Ristrutturar jistabbilixxi li l-banek, meta jirċievu l-għajnuna għar-ristrutturar, “iridu jkunu kapaċi jirrimuneraw il-kapital, inkluż fil-forma ta' dividendi u kupuni fuq dejn subordinat li jkun għadu dovut, mill-profitti ġenerati bl-attivitajiet tagħhom”.

(210)

F'dan il-kuntest, ta' min ifakkar li fiż-żmien li fih ġew konklużi dawn il-ftehimiet dwar l-akkwiżizzjoni minn Kaupskil ta' 87 % tal-parteċipazzjonijiet azzjonarji f'Arion Bank, ġie miftiehem li l-Gvern jitħallas sehem xieraq tal-qligħ imroddi lura tal-bank tul il-perjodu sakemm daħal fis-seħħ il-ftehim il-ġdid fuq is-sjieda. L-ammont li sar qbil fuqu kien ta' 6,5 biljun ISK (83), li jikkorrispondi għal redditu għall-Istat ta' kważi 9 % fuq il-kapital li diġà ġie rimborżat fil-ħarifa tal-2009. Jidher ċar li dan l-ammont huwa 2,3 biljun ISK nieqes mill-imgħax dovut fuq il-bond tal-gvern għal dan iż-żmien u huwa wkoll ftit inqas mill-imgħax normattiv ta' 15,3 % tal-BĊE għal dan il-perjodu. Madankollu, rigward is-sehem ta' 13 % li l-Istat żamm f'Arion Bank, il-prospett ta' redditu sodisfaċenti jidher promettenti, minħabba l-prestazzjoni ġenerali tajba ta' Arion Bank sa mit-twaqqif tiegħu.

(211)

Madankollu, ta' min jisħaq ukoll li r-remunerazzjoni għall-kapital tal-Grad II ġej mil-Linji Gwida tal-Awtorità dwar ir-Rikapitalizzazzjoni (84). Kif korrettament ippreżentat mill-awtoritajiet tal-Islanda, ir-remunerazzjoni meħtieġa skont il-Linji Gwida dwar ir-Rikapitalizzazzjoni tikkonsisti fl-ispiża ta' finanzjament tal-gvern ta' 8 %, il-firxa tas-CDS ta' Kaupthing qabel il-kriżi u tariffa supplimentari ta' 2 %. Minħabba l-firxiet tas-CDS għoljin ta' Kaupthing qabel il-kriżi, ir-remunerazzjoni mħallsa minn Arion Bank, EURIBOR flimkien ma' 4 % supplimentazzjoni, tkun tidher li hija nieqsa ferm minn dan il-valur referenzjarju.

(212)

Skont il-paragrafu 25 tal-Linji Gwida dwar ir-Ristrutturar, deroga minn qsim tal-piżijiet adegwat ex-ante (jiġifieri remunerazzjoni xierqa) tista' tiġi ġġustifikata, inter alia, permezz ta' ristrutturar iktar mifrux, inklużi miżuri għal-limitazzjoni tat-tfixkil tal-kompetizzjoni. Kif muri hawn taħt, l-Awtorità tqis li r-ristrutturar ta' Arion Bank huwa mifrux biżżejjed sabiex tintlaħaq din il-kundizzjoni.

(213)

Filwaqt li l-ftehim ta' swap ta' SPRON, kif deskritt hawn fuq, jinvolvi elementi ta' għajnuna mill-istat, l-Awtorità tqis li dan inbena b'mod li jipprova jillimita, jekk ma jeskludix, vantaġġ finanzjarju dirett għal Arion Bank. Fl-essenza tiegħu, il-ftehim jikkostitwixxi kumpens innegozjat għal Arion Bank bħala tpartita għat-teħid tal-obbligazzjonijiet tad-depożiti ta' SPRON, u aktarx li Arion Bank jikseb assi pariġġ għall-obbligazzjonijiet trasferiti. L-Awtorità ma tqisx li din l-għajnuna hija ta' importanza kbira għall-valutazzjoni tagħha tal-qsim tal-piżijiet.

(214)

Fl-aħħar, dwar il-garanzija tad-depożiti, fid-deċiżjoni ta' ftuħ l-Awtorità diġà indikat li — fid-dawl taċ-ċirkostanzi straordinarji f'dak iż-żmien — din tista' tikkostitwixxi mezz proporzjonat ta' salvagwardja tal-istabbiltà finanzjarja fl-Islanda. Madankollu, jidher biċ-ċar li għajnuna bħal din ma tistax tiġi approvata b'mod indefinit.

(215)

B'hekk, sabiex din l-għajnuna mill-istat titqies limitata għall-minimu neċessarju, l-Awtorità hija tal-fehma li din trid tieqaf malajr kemm jista' jkun. Għaldaqstant, l-Awtorità tilqa' l-intenzjoni tal-awtoritajiet tal-Islanda li jintroduċu sistema differenti ta' garanzija tad-depożiti, li bħalissa huwa mbassar li ser titwaqqaf qabel ma jitneħħew il-kontrolli fuq il-kapital, jiġifieri mhux iktar tard minn tmiem l-2013.

(216)

Barra minn hekk, l-Awtorità hija tal-fehma li bank vijabbli għandu jkun kapaċi jikkompeti fis-suq mingħajr il-protezzjoni ta' garanzija kategorika bħal din fuq id-depożiti, u għaldaqstant tawtorizza l-garanzija tad-depożiti biss sa tmiem l-2014. (85) Wara dak iż-żmien, il-protezzjoni tad-depożiti għandha tiġi rregolata biss permezz tal-leġiżlazzjoni applikabbli taż-ŻEE dwar il-garanziji tad-depożiti.

(217)

Fuq il-bażi tal-elementi ta' hawn fuq, l-Awtorità tikkonkludi li l-pjan ta' ristrutturar ta' Arion Bank jiżgura li l-għajnuna hija limitata għall-minimu neċessarju u li l-benefiċjarju, l-azzjonijisti u d-detenturi ta' djun tal-bank ta' qablu ħadu sehem b'mod notevoli fil-qsim tal-piżijiet. B'hekk, l-għajnuna għar-ristrutturar hija konformi mat-taqsima 3 tal-Linji Gwida dwar ir-Ristrutturar.

3.4.   Il-limitazzjoni tat-tfixkil tal-kompetizzjoni

(218)

Fit-taqsima 4, paragrafu 29-32, il-Linji Gwida dwar ir-Ristrutturar jistabbilixxu li:

“L-istabbiltà finanzjarja tibqa' l-għan primarju tal-għajnuna għas-settur finanzjarju fi kriżi sistemika, iżda s-salvagwardjar tal-istabbiltà sistemika għal perjodu qasir ma jridx jirriżulta fi ħsara għal perjodu itwal għall-kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni ugwali jew għas-swieq kompetittivi. F'dan il-kuntest, il-miżuri biex jillimitaw id-distorsjonijiet fil-kompetizzjoni minħabba l-għajnuna mill-Istat għandhom rwol importanti. […]Il-miżuri biex jillimitaw id-distorsjoni fil-kompetizzjoni jridu jitfasslu b'mod speċifiku biex jaffaċċjaw id-distorsjonijiet identifikati fis-swieq fejn il-bank benefiċjarju jopera wara r-ritorn tiegħu għal-vijabbiltà wara r-ristrutturar, filwaqt li fl-istess ħin jaderixxu ma' politika u prinċipji komuni. L-Awtorità tieħu bħala punt ta' tluq għal-valutazzjoni tagħha tal-bżonn ta' miżuri bħal dawn, id-daqs, l-iskala u l-ambitu tal-attivitajiet li l-bank inkwistjoni jkollu wara l-implimentazzjoni ta' pjan ta' ristrutturar kredibbli kif previst fit-taqsima 2 ta' dan il-Kapitolu. […]In-natura u l-forma ta' miżuri bħal dawn se jiddependu fuq żewġ kriterji: l-ewwel, l-ammont tal-għajnuna u l-kondizzjonijiet u ċ-ċirkustanzi li taħthom ingħatat u, it-tieni, il-karatteristiċi tas-suq jew tas-swieq li fuqhom se jopera l-bank benefiċjarju.

Dwar l-ewwel kriterju, il-miżuri li jillimitaw id-distorsjonijiet ser ivarjaw b'mod sinifikanti skont l-ammont tal-għajnuna kif ukoll il-grad tal-qsim tal-piżijiet u l-livell tal-prezzijiet. Ġeneralment, fejn il-qsim tal-piżijiet ikun ikbar u l-kontribuzzjoni proprja tkun ogħla, ikun hemm inqas konsegwenzi negattivi li jirriżultaw mill-periklu morali.

Dwar it-tieni kriterju, l-Awtorità se tanalizza l-effetti probabbli tal-għajnuna fuq is-swieq fejn il-bank benefiċjarju jopera wara r-ristrutturar. L-ewwel nett, se jiġu eżaminati d-daqs u l-importanza relattiva tal-bank fis-suq jew fis-swieq tiegħu, wara li jkun irritorna għal-vijabbiltà. Il-miżuri se jitfasslu skont il-karatteristiċi tas-suq biex jiġi żgurat li tiġi preżervata kompetizzjoni effettiva. […]Il-miżuri li jillimitaw id-distorsjonijiet fil-kompetizzjoni ma jridux jippreġudikaw il-prospetti tar-ritorn tal-bank għall-vijabbiltà.”

(219)

Minn dan li ntqal hawn fuq jirriżulta li d-daqs tal-għajnuna, b'mod partikolari f'termini relattivi, u l-karatteristiċi tas-suq huma deċiżivi fil-valutazzjoni mwettqa mill-Awtorità fuq l-adegwatezza tal-miżuri ta' limitazzjoni tat-tfixkil tal-kompetizzjoni. Fl-istess ħin, jidher ċar li t-tali miżuri ma jridux ixekklu l-vijabbiltà tal-benefiċjarju tal-għajnuna għar-ristrutturar, u t-tħassib dwar il-kompetizzjoni jrid jiġi indirizzat fid-dawl tal-għan ewlieni ta' stabbiltà finanzjarja fil-kriżi attwali.

(220)

Fl-isfond tal-qafas legali ta' hawn fuq, iktar 'il quddiem l-Awtorità ser tistabbilixxi l-kunsiderazzjonijiet li hija tqis essenzjali għall-valutazzjoni tagħha tal-miżuri li jillimitaw it-tfixkil tal-kompetizzjoni.

(221)

L-ewwel u qabel kollox, l-Awtorità tqis li minħabba s-sitwazzjoni partikolari fis-swieq finanzjarji tal-Islanda u l-kundizzjonijiet ekonomiċi, kif deskritti fil-kapitoli ta' qabel, hemm bżonn li ssir valutazzjoni bir-reqqa tal-kundizzjonijiet tas-suq u l-ambjent kompetittiv. Il-miżuri li jillimitaw it-tfixkil tal-kompetizzjoni għandhom jirriflettu ċ-ċirkostanzi li bħalissa huma diffiċli, filwaqt li jiżguraw li t-tfixkil tal-kompetizzjoni huwa limitat għall-minimu kemm fil-perjodu qasir kif ukoll fit-tul.

(222)

It-tieni, kif ġie stabbilit iktar 'il fuq fit-taqsima fuq il-qsim tal-piżijiet, ġiet indirizzata l-ikbar kontribuzzjoni possibbli mill-eks sidien ta' Kaupthing, u sa ċertu punt, il-kredituri ta' Kaupthing. Minħabba dan, il-bżonn ta' miżuri oħrajn tal-kompetizzjoni ġie limitat.

(223)

It-tielet, rigward il-karatteristiċi tas-suq relevanti u kif spjegat iktar 'il fuq, il-falliment tas-sistema finanzjarja fl-Islanda, segwit mill-interventi tal-awtoritajiet tal-Islanda, inkluż it-twaqqif ta' Arion Bank fuq il-bażi tal-operazzjonijiet domestiċi ta' Kaupthing, wasslu għal konċentrazzjoni ikbar fis-suq Islandiż għas-servizzi finanzjarji, u żiedu b'mod sostanzjali is-sehem mis-suq tat-tliet banek il-kbar — Landsbankinn, Íslandsbanki u Arion Bank. Fadal biss ftit atturi oħrajn u żgħar tas-suq, u l-prospettiva immedjata ta' attur li jidħol ġdid hija ferm limitata, mhux biss minħabba l-ostakli li diġà ssemmew għad-dħul u d-daqs żgħir tas-suq, iżda b'mod partikolari anki minħabba l-kontrolli prevalenti fuq il-kapital. Arion Bank igawdi pożizzjoni ferm importanti f'dan is-suq konċentrat, b'sehem mis-suq ta' 30 % jew iktar f'ħafna mill-iktar segmenti relevanti u ekonomikament importanti.

(224)

Ir-raba', il-kriżi wasslet għal numru ta' problemi ferm speċifiċi, bħal-livell estremament għoli ta' sjieda diretta u indiretta tal-banek il-kbar fl-ekonomija reali. Xi jkompli jħasseb dwar il-kompetizzjoni hemm l-eżistenza ta' monopolju de-facto għas-servizzi informatiċi bankarji (RB), bi sjieda ta' maġġoranza mit-tliet banek il-kbar.

(225)

Il-ħames, id-daqs relattiv tal-għajnuna li rċieva Arion Bank huwa notevoli. F'dan ir-rigward, l-Awtorità tosserva li fil-bidu, il-kapital sħiħ tal-bank ġie pprovdut mill-Istat. Barra minn hekk, il-bank ibbenefika minn firxa ta' miżuri ta' għajnuna — il-faċilità speċjali ta' likwidità, il-ftehim ta' swap ta' SPRON u l-garanzija kategorika tad-depożiti. Fl-istess ħin, Arion Bank għadu bank żgħir, tal-inqas meta mqabbel ma' standards internazzjonali.

(226)

F'dan l-isfond, l-Awtorità tosserva li ttieħdu jew ser jittieħdu għadd ta' miżuri li jillimitaw it-tfixkil tal-kompetizzjoni li jirriżulta mill-għajnuna mill-istat mogħtija lil Arion Bank.

(i)   Il-miżuri u l-iżviluppi regolatorji meħuda jew meħuda bħala impenn mill-awtoritajiet tal-Islanda

(227)

Il-Gvern tal-Islanda ħa speċifikament żewġ impenji (ara l-Anness) li fil-fehma tal-Awtorità jistgħu jikkontribwixxu għall-ħolqien ta' ambjent regolatorju li jiffavorixxi l-kompetizzjoni fis-swieq finanzjarji:

(228)

L-ewwel, bil-ħatra ta' grupp ta' ħidma li ser jirrevedi l-Att Nru 36/1978 dwar it-Taxxa tal-Boll, u bl-eżaminazzjoni ta' b'mod partikolari jekk għandhomx jitneħħew it-taxxi tat-timbru għal bonds maħruġa minn individwi meta trasferiti bejn kredituri (eż. meta individwi jittrasferixxu s-self tagħhom minn istituzzjoni ta' self waħda lill-oħra). L-Awtorità tqis li l-liġi attwali — li inter alia tobbliga lill-klijenti jħallsu t-taxxa tal-boll fuq l-ammont tal-ktieb rispettiv (86) meta jinbidlu l-mutwanti — tista' tkun kapaċi tikkostitwixxi xkiel għall-kompetizzjoni, peress li tista' torbot lill-klijenti ma' kuntratti eżistenti b'self fit-tul. B'hekk, l-Awtorità tilqa l-impenn sabiex tiġi riveduta din il-liġi.

(229)

It-tieni, l-Awtorità tosserva li, skont riżoluzzjoni li fil-21 ta' Marzu 2012 ġiet approvata mill-Parlament tal-Islanda, il-Gvern ser jaħtar kumitat bil-mandat li janalizza l-protezzjoni tal-konsumatur fis-suq finanzjarju. Dan ser jinkludi mandat speċifiku għall-analiżi tal-faċilità fil-bdil u t-tnaqqis tal-ispejjeż tal-bdil, u għall-kumitat sabiex jaħdem mal-Awtorità tal-Islanda għall-Kompetizzjoni (l-ICA) dwar dik il-kwistjoni. Il-Kumitat għandu jirrappreżenta r-rapport tiegħu mhux iktar tard mill-15 ta' Jannar 2013. L-Awtorità hija tal-fehma li valutazzjoni eqreb tista' tkun ta' benefiċċju għall-kompetizzjoni fit-tul. Sadanittant, l-impenn speċifiku għall-bank meħud minn Arion Bank li hu diskuss iktar 'l isfel għandu jikkontribwixxi sabiex il-bdil isir eħfef, u b'hekk tiżdied il-kompetizzjoni.

(230)

Rigward it-tħassib fuq il-kompetizzjoni identifikat mill-Awtorità dwar RB, l-Awtorità tilqa' s-soluzzjoni li l-ICA u s-sidien ta' RB, inklużi t-tliet banek il-kbar, sabu fuq din il-kwistjoni. Din is-soluzzjoni tara li tiżgura l-aċċess għall-infrastruttura informatika essenzjali fuq bażi mhux diskriminatorja u b'kost raġonevoli għall-kompetituri ż-żgħar u dawk b'potenzjal li jidħlu ġodda fis-suq. L-Awtorità hija tal-fehma li t-tħassib tagħha ġie indirizzat b'mod sodisfaċenti b'din is-soluzzjoni, u li m'hemmx bżonn li l-Awtorità tkompli tindirizza din il-kwistjoni f'din id-deċiżjoni.

(231)

Fl-aħħar, l-Awtorità tieħu nota tal-emendi regolatorji li saru mill-2008, kif inhu diskuss fl-Anness. Rigward it-tħassib dwar il-kompetizzjoni, l-introduzzjoni tal-Art. 22 fl-Att dwar l-impriżi finanzjarji Nru 161/2002 hija ta' relevanza partikolari f'dan ir-rigward. Tinkludi dispożizzjonijiet li jillimitaw il-parteċipazzjoni tal-impriżi finanzjarji fl-attivitajiet li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tal-liċenzji operattivi tagħhom. Skont din ir-regola l-ġdida, attivitajiet bħal dawn jistgħu jitwettqu biss fuq bażi temporanji u għall-fini ta' konklużjoni tat-tranżazzjonijiet jew ir-riorganizzazzjoni tal-attivitajiet ta' klijenti. Għal dan il-għan trid tintbagħat notifika rraġunata lill-FME, u ddaħħlu limiti ta' żmien għal impriżi finanzjarji sabiex ilestu r-riorganizzazzjoni tal-klijenti tagħhom u jċedu l-assi approprjati.

(232)

L-Awtorità tqis din il-bidla bħala tweġiba regolatorja xierqa għall-kwistjoni ta' sjieda kbira b'mod sproporzjonat mill-istituzzjonijiet finanzjarji fl-ekonomija reali. Din id-dispożizzjoni tidher li tal-inqas timmitiga din is-sitwazzjoni — li hija riżultat dirett ta' swaps ta' dejn ma' ekwità (u tranżazzjonijiet simili) li jinvolvu kumpaniji b'dejn eċċessiv mal-feġġa tal-kriżi — milli ssir waħda permanenti. Peress li tindirizza waħda mill-iktar kwistjonijiet urġenti dwar il-kompetizzjoni li hija marbuta mal-għajnuna mill-istat lit-tliet banek, l-Awtorità teħodha f'kunsiderazzjoni kif xieraq fil-valutazzjoni tagħha.

(ii)   Il-miżuri speċifiċi għal Arion Bank

(233)

L-Awtorità tisħaq li l-preżenza fis-suq u d-daqs ta' Arion Bank huma biss frazzjoni ta' dawk ta' Kaupthing — peress li l-assi totali naqsu bi 88 %, kif spjegat iktar 'il fuq. Għall-kuntrarju ta' Kaupthing, Arion Bank huwa attiv fis-suq Islandiż biss. Filwaqt li ħafna minn dan it-tnaqqis huwa ovvjament riżultat tal-istralċ tal-operazzjonijiet internazzjonali ta' Kaupthing, l-Awtorità hija tal-fehma li dan il-proċess huwa ta' relevanza partikolari fir-rigward tat-tfixkil tal-kompetizzjoni, peress li primarjament kienet l-istrateġija riskjuża ta' Kaupthing barra l-pajjiż li wasslet għall-falliment tiegħu u kkaġunat tfixkil fis-swieq finanzjarji taż-ŻEE fl-imgħoddi. (87)

(234)

L-Awtorità tieħu nota tal-impenji ta' Arion Bank stabbiliti fl-Anness, li skont dawn Arion Bank mhux ser jixtri istituzzjonijiet finanzjarji sal-1 ta' Diċembru 2014, sakemm ma jiksibx l-approvazzjoni tal-Awtorità minn qabel. Dan ifisser li sakemm ma jkunx hemm bżonn ta' fużjonijiet ulterjuri minħabba kunsiderazzjonijiet tal-istabbiltà finanzjarja, tista' tiġi evitata konċentrazzjoni ikbar tas-suq finanzjarju tal-Islanda permezz ta' akkwiżizzjonijiet minn Arion Bank. Dan l-impenn jiżgura wkoll li l-għajnuna li ngħatat lil Arion Bank tintuża għat-treġġigħ lura lejn il-vijabbiltà tiegħu minflok ma tintuża biex tikkonsolida u tkompli tespandi l-preżenza tiegħu fis-suq tal-Islanda. L-impenn ta' Arion Bank li […] għandu jitqies pożittiv ukoll peress li […] u jappoġġja l-politika ta' kisba tat-tnaqqis neċessarju fl-ispejjeż. Dan huwa minnu għall-impenn ta' Arion Bank li skontu, sal-1 ta' Diċembru 2014, hu la ser jinforza klawżoli ta' kuntratti fi ftehimiet ipotekarji tad-djar għall-individwi (88) u lanqas ma hu ser idaħħal klawżoli kuntrattwali ġodda li jagħmlu t-termini speċjali fuq ir-rati tal-imgħax kontinġenti fuq iż-żamma ta' firxa minima ta' negozju mal-bank.

(235)

Kif inhu spjegat hawn fuq, is-suq finanzjarju tal-Islanda bħalissa jirrappreżenta ambjent operattiv diffiċli għal kwalunkwe bank, u dan huwa rifless ukoll mill-assenza kważi assoluta fl-interess minn barra l-pajjiż għad-dħul f'dan is-suq f'dan iż-żmien. B'hekk, l-Awtorità tilqa' l-impenji ta' Arion Bank relatati mat-tħaffif tal-bdil bejn il-banek u l-forniment ta' servizzi bażiċi ta' pproċessar tal-ħlasijiet. L-Awtorità hija tal-fehma li dawk il-miżuri, flimkien mal-ftehim bejn it-tliet banek ewlenin u l-ICA u RB imsemmija iktar 'il fuq jiżguraw li l-parteċipanti iżgħar fis-suq jistgħu jagħmlu aċċess għall-iktar infrastruttura u servizzi essenzjali bi prezzijiet raġonevoli bla ma l-atturi l-kbar ikunu jistgħu jimblokkaw l-aċċess tagħhom. L-Awtorità hija tal-fehma li dan ser inaqqas l-ostakli għad-dħul fil-ġejjieni ta' parteċipanti (potenzjali) fis-suq, u jista' jippermetti sabiex l-atturi ż-żgħar eżistenti jespandu l-ishma tagħhom mis-suq jekk ikunu kapaċi joffru servizzi aħjar mill-kompetituri ikbar minnhom. Barra minn hekk, il-miżuri kollha li għandhom l-għan li jħaffu l-bdil ser jikkontribwixxu għal kompetizzjoni aħrax bejn l-atturi l-kbar eżistenti, u jistgħu jipprevjenu jew jeliminaw sitwazzjoni ta' dominanza kollettiva potenzjali.

(236)

Fl-aħħar, Arion Bank jieħu l-impenn li jbigħ, malajr kemm jista' jkun, parteċipazzjonijiet azzjonarji f'kumpaniji operattivi, li ġew akkwiżiti minħabba r-ristrutturar skont l-Artikolu 22 tal-Att dwar l-impriżi finanzjarji Nru 161/2002, jieħu l-impenn li jsegwi l-proċedura u l-limiti ta' żmien, li huma stabbilti f'din id-dispożizzjoni u kif interpretati mill-FME, u ser iżomm aġġornata l-informazzjoni fuq il-websajt tiegħu jew ta' sussidjarju jew sussidjarji u l-parteċipazzjonijiet azzjonarji li ser jinbiegħu. L-Awtorità tilqa' l-impenn ta' Arion Bank biex jiddivesti malajr kemm jista' jkun il-kumpaniji u l-parteċipazzjonijiet azzjonarji possibbli kollha li mhumiex relatati man-negozju ċentrali tiegħu, mhux l-inqas minħabba tħassib dwar il-vijabbiltà. Filwaqt li l-Awtorità hija tal-fehma li jidher biċ-ċar li l-Bank jeħtieġ li jirrispetta l-obbligi legali domestiċi bħall-Artikolu 22 tal-Att dwar l-impriżi finanjarji, tieħu nota ta' dan l-impenn u tiġbed l-attenzjoni tal-awtoritajiet tal-Islanda u l-benefiċjarju għall-fatt li f'dan ir-rigward, ksur ta' liġi nazzjonali jista' jinvolvi użu ħażin tal-għajnuna. Barra minn hekk, l-Awtorità tqis li billi jkollha tinkludi informazzjoni dwar bejgħ u divestimenti previsti fuq il-websajt tagħha, iddaħħlet iktar trasparenza fuq is-sitwazzjoni attwali tas-sjieda fl-ekonomija tal-Islanda. Din tirrimedja, tal-inqas sa ċertu punt, għal dan it-tħassib partikolari fuq il-kompetizzjoni li bħalissa jikkaratterizza s-swieq tal-Islanda.

(237)

Fuq il-bażi ta' dan kollu li ntqal hawn fuq, minħabba b'mod partikolari s-sitwazzjoni speċifika fl-Islanda u l-fatt li l-Awtorità tqis li l-miżuri ta' hawn fuq jindirizzaw il-kwistjonijiet ewlenin dwar il-kompetizzjoni li l-Awtorità identifikat flimkien mal-ICA, u wara li ħadet f'kunsiderazzjoni l-għan ewlieni ta' stabbiltà finanzjarja, l-Awtorità tikkonkludi li l-impenji jillimitaw it-tfixkil tal-kompetizzjoni sa ċertu punt sodisfaċenti. Għalhekk, l-għajnuna għar-ristrutturar tikkonforma mat-taqsima 4 tal-Linji Gwida dwar ir-Ristrutturar.

III.   IL-KONKLUŻJONI

(238)

Fuq il-bażi tal-valutazzjoni li saret hawn fuq u fid-dawl tal-pjan ta' ristrutturar ippreżentat mill-awtoritajiet tal-Islanda għal Arion Bank, l-Awtorità m'għadx għandha d-dubji li esprimiet fid-deċiżjoni ta' ftuħ rigward l-għamla u l-kompatibbità tal-miżuri ta' għajnuna għal Arion Bank. Għaldaqstant, l-Awtorità tapprova l-miżuri ta' għajnuna bħala għajnuna għar-ristrutturar kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE skont l-Artikolu 61(3)(b) ŻEE soġġett għall-konformità tal-Islanda u Arion Bank mal-impenji stabbiliti fl-Anness.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-kapital operattiv inizjali, il-kapitalizzazzjoni (temporanja) sħiħa mill-istat, iż-żamma mill-Istat ta' kapital azzjonarju ta' 13 % u l-kapital tal-Grad II mogħti lil Arion Bank kif ukoll il-faċilità speċjali ta' likwidità, il-ftehim ta' swap ta' SPRON u l-garanzija tad-depożiti bla limitu jikkostitwixxu għajnuna mill-istat skont it-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE.

Artikolu 2

Il-miżuri enumerati fl-Artikolu 1 jikkostitwixxu għajnuna mill-istat kontra l-liġi mid-dati ta' implimentazzjoni tagħhom sad-data ta' din id-deċiżjoni fir-rigward tan-nuqqas mill-awtoritajiet tal-Islanda li jikkonformaw mar-rekwiżit ta' notifika lill-Awtorità qabel ma implimentaw l-għajnuna skont l-Artikolu 1(3) tal-Parti I tal-Protokoll 3.

Artikolu 3

Il-miżuri enumerati fl-Artikolu 1 huma kompatibbli mal-funzjonament tal-ftehim ŻEE skont l-Artikolu 61(3)(b) ŻEE soġġetti għall-konformità mal-impenji kif stabbiliti fl-Anness. L-awtorizzazzjoni għall-garanzija tad-depożiti bla limiti tiskadi fi tmiem l-2014.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata għar-Repubblika tal-Islanda.

Artikolu 5

Hija biss il-verżjoni ta' din id-deċiżjoni bil-lingwa Ingliża li hija awtentika.

Magħmula fi Brussell, il-11 ta' Lulju 2012.

Għall-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA

Oda Helen SLETNES

Il-President

Sverrir Haukur GUNNLAUGSSON

Il-Membru tal-Kulleġġ


(1)  Dan id-dokument tqiegħed għad-dispożizzjoni għal skopijiet ta' informazzjoni biss. F'din il-verżjoni pubblika, ċerta informazzjoni tneħħiet sabiex ma tiġix divulgata informazzjoni kunfidenzjali. Dan huwa indikat permezz ta' […] jew medda f'parentesi kwadri li jipprovdu stima mhux kunfidenzjali taċ-ċifra relevanti.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 492/10/COL, ta' ftuħ tal-proċedura ta' investigazzjoni formali fl-għajnuna mill-Istat mogħtija fir-rigward tar-restawr ta' ċerti operazzjonijiet ta' Kaupthing Bank hf (l-antik) u t-twaqqif u l-kapitalizzazzjoni ta' New Kaupthing Bank (li issa ngħata l-isem Arion Bank hf), ĠU C 41, 10.2.2011, p. 7 u s-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali Nru 7, 10.2.2011, p. 1.

(3)  Iktar informazzjoni dwar il-proċedura li wasslet għad-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 492/10/COL, tista' tinkiseb fil-parti tal-proċedura tad-deċiżjoni.

(4)  Ikkoreġuta mill-partijiet interessati fil-25 ta' Mejju 2012.

(5)  Dwar is-sitwazzjoni kompetittiva fis-settur bankarju tal-Islanda u r-rimedji possibbli tal-kompetizzjoni, l-Awtorità kkooperat mal-Awtorità Islandiża tal-Kompetizzjoni (ICA).

(6)  Il-membri tal-SIC kienu l-Imħallef tal-Qorti Suprema, is-Sur Páll Hreinsson; l-Ombudsman Parlamentari tal-Islanda, is-Sur Tryggvi Gunnarsson; u s-Sinjura Sigríður Benediktsdóttir Ph.D., lettura u presidentessa assoċjata fl-Università ta' Yale, l-Istati Uniti. Ir-rapport huwa disponibbli kollu bl-Islandiż fuq: http://rna.althingi.is/ u partijiet minnu tradotti bl-Ingliż (inkluż is-Sommarju Eżekuttiv u l-kapitolu dwar il-kawżi tal-falliment tal-banek) huma disponibbli fuq: http://sic.althingi.is/

(7)  Króna tal-Islanda.

(8)  L-għoti b'self lil partijiet barranin żdied bi 11,4 biljun ewro minn 9,3 biljun ewro għal 20,7 biljun ewro f'sitt xhur.

(9)  Kapitolu 21.2.1.2 tar-Rapport.

(10)  Exista, Exista Trading, Bakkavör Group, Bakkavor Finance Ltd, Bakkabraedur Holding B.V., Lýsing, Síminn, Skipti u kumpaniji relatati oħrajn.

(11)  Iktar min-nofs dan is-self mogħti mill-bidu tal-2007 sal-falliment tal-bank ingħata bla kollateral.

(12)  Il-minuti tal-kumitat tas-self tal-bord ta' Kaupthing Bank jiddikjaraw, inter alia, li l-bank spiss ta flus b'self lil Tchenguiz sabiex dan ikun jista' jlaħħaq mal-appelli għall-manutenzjoni tal-marġini minn banek oħrajn hekk kif il-kumpaniji tiegħu qabdu jmorru lura.

(13)  Kapitolu 21.2.1.4 tar-Rapport.

(14)  Fil-fatt kienet il-politika ddikjarata tal-Gvern ta' koalizzjoni ta' dak iż-żmien li jitħeġġeġ iktar tkabbir u li l-banek jirċievu inċentivi sabiex iżommu l-kwartieri ġenerali fl-Islanda.

(15)  Kapitolu 2, paġna 5 tar-rapport.

(16)  Għal iktar dettalji fuq il-miżuri meħuda mill-awtoritajiet tal-Islanda, ara r-rapport tal-Ministru tal-Finanzi għall-Parlament fuq it-twaqqif mill-ġdid tal-banek kummerċjali ta' Mejju 2011 (Skýrsla fjármálaráðherra um endurreisn viðskiptabankanna), disponibbli fuq http://www.althingi.is/altext/139/s/pdf/1213.pdf

(17)  L-Att Nru 125/2008 dwar l-Awtorità għall-Iżborżi tat-Teżor minħabba Ċirkostanzi Mhux tas-Soltu fis-Suq Finanzjarju eċċ.

(18)  Ara wkoll ir-Rapport Annwali tal-FME 2009 (Lulju 2008 — Ġunju 2009), disponibbli fuq http://en.fme.is/media/utgefid-efni/FME-Annual-Report-2009.pdf

(19)  Wara saru akkwiżizzjonijiet oħrajn ta' impriżi finanzjarji. F'Marzu 2009, l-FME ħadet kontroll fuq l-operazzjonijiet ta' tliet impriżi finanzjarji; Straumur-Burdaras, the Reykjavik Savings Bank (SPRON) u Sparisjodabanki Íslands (Icebank), u ddeċidiet fuq iċ-ċessjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet ta' dawk l-impriżi. Filwaqt li iktar tard ġie approvat ftehim ta' kompożizzjoni mal-kredituri ta' Straumur, SPRON u Sparisjodabanki ġew sottomessi għal proċedura ta' stralċ. Impriżi finanzjarji oħrajn intlaqtu b'mod sever ukoll mill-falliment tat-tliet banek kummerċjali ewlenin u l-inċertezzi prevalenti fis-swieq finanzjarji, u iktar impriżi finanzjarji ġew soġġetti għal amministrazzjoni pubblika fl-2010. B'hekk, f'Marzu 2010 l-FME ħatret bord tad-diretturi proviżorju għal VBS Investment Bank. F'April 2010, l-FME ħadet kontroll fuq Keflavík Savings Bank u Byr Savings Bank, u ddeterminat li l-operazzjonijiet tagħhom għandhom jittieħdu minn impriżi finanzjarji ġodda, SpKef Savings Bank u Byr hf, rispettivament. Peress li nstab li l-kundizzjonijiet finanzjarji ta' dawn l-impriżi ġodda kienu agħar minn dak li kien maħsub fil-bidu, iktar tard SpKef ġiet fuża ma' Landsbankinn, b'deċiżjoni tal-FME, u Byr hf. ġiet fuża ma' Íslandsbanki, wara offerta għall-ishma f'Byr. Barra minn hekk, fl-2009 l-awtoritajiet tal-Islanda ntalbu jindirizzaw id-diffikultajiet finanzjarji ta' Saga Capital Investment Bank u, fl-2011, il-Fond ta' Finanzjament għad-Djar.

(20)  Bħala eżempju tal-iskala tad-deprezzament qawwi, ir-rata tal-kambju medja tax-xahar tal-ewro mal-króna tal-Islanda żdiedet minn 90,71 ISK f'Diċembru 2007 għal 184,64 ISK f'Novembru 2009.

(21)  Tul is-snin 2009-2011, is-sehem ta' investimenti fil-PDG kien ta' 13-14 % biss.

(22)  Il-bilanċ kummerċjali jirreferi għad-differenza fil-qligħ minn esportazzjonijiet u importazzjonijiet ta' prodotti u servizzi. Ma jinkludix il-bilanċ fuq id-dħul primarju minn barra l-pajjiż, li kien negattiv fis-snin imgħoddija, b'mod partikolari mill-2008. Dan jimplika li minkejja l-eċċess fuq il-bilanċ kummerċjali, il-kont kurrenti ġenerali tal-Islanda ilu negattiv tul dawn l-aħħar snin għad li qiegħed jonqos b'qawwa mill-2009 'l hawn.

(23)  Dwar dan is-suġġett ara, pereżempju, ir-rapport tal-Ministru tal-Ekonomija għall-Althingi ta' Marzu 2012, Future Structure of the Icelandic Financial System (L-Istruttura tas-Sistema Finanzjarja tal-Islanda fil-Ġejjieni). Skont il-Ministru, dan ir-rapport jitqies bħala katalist għal deċiżjoni informata dwar dan is-suġġett importanti peress li ma jippreżentax proposti msawra sħaħ iżda jistabbilixxi l-kwistjonijiet ewlenin u jagħti ħarsa ġenerali b'referenza għall-iżviluppi internazzjonali. Ir-rapport huwa disponibbli fuq http://eng.efnahagsraduneyti.is/media/Acrobat/Future-Structure.pdf.

(24)  It-treġġigħ lura tal-garanziji tad-depożiti għal kundizzjonijiet normali ma jiddependix biss fuq it-tneħħija tal-appoġġ mill-istat tat-tali garanziji, iżda anki r-reviżjoni tad-dispożizzjonijiet fl-Att ta' Emerġenza li skont dawn id-depożiti li jgawdu minn garanziji tad-depożiti skont il-liġi jingħataw prijorità fl-istralċ ta' impriża finanzjarja. Dan jinvolvi vantaġġ konsiderevoli għad-depożituri, speċjalment meta l-falliment tal-banek tal-2008 għadu f'moħħhom. Min-naħa l-oħra, aktarx li din id-dispożizzjoni tirrappreżenta nuqqas għall-banek meta jiddiversifikaw l-arranġament tal-finanzjament tagħhom.

(25)  Ara l-Kapitolu 9 tar-rapport tal-Ministru tal-Ekonomija msemmi fin-nota f'qiegħ il-paġna 23. Meta ppreżenta dak ir-rapport, il-Ministru tal-Ekonomija ħatar ukoll grupp ta' esperti bankarji wkoll, b'parteċipazzjoni ta' esperti barranin, sabiex iħejji proposti fuq qafas legali u regolatorju komprensiv għas-suq finanzjarju fl-Islanda b'mod ġenerali. Skont l-istess rapport, l-awtoritajiet tal-Islanda jipprevedi wkoll li jistudjaw alternattivi oħrajn fil-ġejjieni, inkluża s-separazzjoni possibbli tal-attivitajiet bankarji ta' investiment u dawk kummerċjali, l-adozzjoni ta' leġiżlazzjoni dwar l-istabbiltà finanzjarja u l-emendar possibbli tal-qsim tar-responsabilità tal-korpi regolatorji tas-servizzi finanzjarji. Mid-dikjarazzjonijiet tal-awtoritajiet tal-Islanda jidher biċ-ċar ukoll li reviżjoni tal-qafas tal-politika monetarja għadha fuq l-aġenda, bil-possibilità jew mingħajr li l-Islanda ssir membru tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll mezzi possibbli oħrajn biex titjieb it-tmexxija ekonomika u jiġi żgurat li r-regolaturi “jaraw l-istampa l-kbira” u japplikaw b'mod effettiv l-iktar għodod makroprudenzjali xierqa.

(26)  Ara l-Kapitolu 6 tar-rapport mill-Ministru tal-Ekonomija għall-Althingi, The Future Structure of the Icelandic Financial System (L-Istruttura tas-Sistema Finanzjarja tal-Islanda fil-Ġejjieni), disponibbli fuq http://eng.efnahagsraduneyti.is/publications/news/nr/3559

(27)  Mill-ħarifa 2008, bosta impriżi finanzjarji għebu mis-suq (minbarra l-banek kummerċjali l-kbar “il-qodma”, Glitnir, Kaupthing u Landsbanki): Sparisjóðabanki Íslands (qabel, Icebank), Reykjavik Savings Bank (SPRON), Sparisjóður Mýrasýslu (Myrasysla Savings Bank, SPM), VBS Investment Bank u Askar Capital Investment Bank. L-operazzjonijiet ta' Straumur-Burdaras Investment Bank u Saga Capital Investment Bank naqsu ferm ukoll.

(28)  Fil-11 ta' April 2011, kuntratt għall-bejgħ ta' operazzjonijiet ta' MP bank (il-qadim) fl-Islanda u l-Litwanja ġie approvat matul il-laqgħa tal-azzjonisti tal-bank, meta iktar minn 40 azzjonist ġdid investew 5,5 biljun ISK f'ishma ġodda fil-bank. Operazzjonijiet oħrajn tal-bank il-qadim baqgħu mas-sidien ta' qabel u ġew trasferiti f'entità legali ġdida, EA fjárfestingarfélag hf. Għal iktar dettalji, ara l-istqarrijiet għall-istampa ta' MP bank tal-11 ta' April 2011 disponibbli fuq https://www.mp.is/um-mp-banka/utgefid-efni/frettir/nr/1511 u https://www.mp.is/um-mp-banka/utgefid-efni/frettir/nr/1510

(29)  Skont is-saldu, RB u s-sidien tiegħu qablu fuq numru ta' impenji mmirati lejn il-prevenzjoni tat-tfixkil tal-kompetizzjoni li jirriżultaw mill-operazzjonijiet ta' RB u l-kooperazzjoni tas-sidien tiegħu. L-impenji jeħtieġu, inter alia, li RB jitħaddem b'termini kummerċjali ġenerali indipendenti mis-sidien tiegħu u l-maġġoranza tal-bord ta' RB għandu jkun imsawwar minn speċjalisti indipendenti mis-sidien, l-aċċess għas-sistemi u s-servizzi pprovduti minn RB għandu jiġi pprovdut fuq bażi nondiskriminatorja u t-termini tas-servizzi pprovduti minn RB għandhom ikunu l-istess, irrelevanti jekk il-klijent ikunx azzjonist f'RB. Is-sidien eżistenti ta' RB ħadu l-impenn li b'mod regolari joffru għall-bejgħ parti mill-parteċipazzjonijiet tagħhom f'RB, bil-għan li tiġi faċilitata l-akkwiżizzjoni tas-sjieda f'RB tal-impriżi mhux finanzjarji. Stediniet bħal dawn għandhom isiru tal-inqas sena iva sena le, sakemm tal-inqas terz mill-parteċipazzjonijiet azzjonarji totali f'RB inbiegħu lill-partijiet minbarra l-azzjonisti attwali jew offruti għall-bejgħ f'offerti tal-ishma.

(30)  L-ICA tuża t-termini “kumpaniji operattivi” għall-parteċipazzjonijiet tal-banek f'negozji normalment mhux finanzjarji li l-banek akkwistaw fir-rigward tar-ristrutturar tal-portafolli tas-self tagħhom permezz ta' skambji ta' dejn ma' ekwità jew mod ieħor. Bl-istess mod, l-Awtorità tuża t-terminu “kumpanija operattiva” għall-impriżi tal-ekonomija reali, li ma jappartjenux għall-kummerċ ċentrali tal-bank fis-swieq finanzjarji.

(31)  F'dan il-kuntest, l-Awtorità tifhem li s-sjieda indiretta tirreferi għall-influwenza possibbli tal-banek u l-kontroll fuq il-kumpanija minħabba d-djun eċċessivi tagħhom mal-bank.

(32)  Is-sussidjarji ċentrali huma (l-operazzjoni ewlenija u l-parteċipazzjonijiet tal-Bank huma indikati fil-parentesi): AFL-sparisjóður (bank tat-tfaddil; 94,45 %), Verdis hf. (depożitarju tat-titoli; 100 %), KB ráðgjöf ehf. (ibigħ prodotti tal-assigurazzjoni u l-pensjoni; 100 %), Gen hf. (parteċipazzjoni f'fondi ta' intrapriżi internazzjonali; 100 %), Okkar Líftryggingar hf. (kumpanija tal-assigurazzjoni — assigurazzjoni individwali u tal-ħajja; 100 %), Sparisjóður Ólafsfjarðar (bank tat-tfaddil; 99,99 %), Stefnir hf. (kumpanija ta' mmaniġġjar għal UCITS; 100 %) u Valitor Holding hf. (kumpanija tas-servizz ta' ħlas; 52,94 %).

(33)  F'dan ir-rigward, il-Bank jagħmel distinzjoni bejn tliet tipi ta' assi. L-ewwel nett, il-kumpanija maniġerjali tal-assi tal-Bank Eignabjarg ehf., li timmaniġġja l-ishma f'kumpaniji operattivi vijabbli li l-Bank akkwiżixxa. Dan jinvolvi parteċipazzjonijiet azzjonarji fil-kumpaniji li ġejjin (l-operazzjoni ewlenija u l-parteċipazzjonijiet tal-Bank huma indikati fil-parentesi): Hagar hf. (impriża kummerċjali li topera fl-Islanda; 5,98 %), Penninn á Íslandi ehf. (kumpanija fil-livell tal-konsum li tispeċjalizza fi provvisti tal-uffiċċju; 100 %), Reitir fasteignafélag hf. (kumpanija assoċjata ta' Eignabjarg hf. li tispeċjalizza fil-proprjetà immobbli; 42,65 %) u Fram Foods ehf. (l-industrija tal-ikel; 100 %). It-tieni, assi oħrajn miżmuma għall-bejgħ, li jinvolvu parteċipazzjonijiet azzjonarji fil-kumpaniji li ġejjin: Langalína 2 ehf. (kumpanija azzjonarja; 100 %), Umtak fasteignafélag ehf. (proprjetà immobbli; 100 %), EAB 2 ehf. (industrija tal-ikel; 100 %), Farice ehf. (it-tħaddim ta' kejbil tad-dejta taħt il-baħar għal pajjiżi ġirien; 43,47 %), Sementsverksmiðjan ehf. (produzzjoni u importazzjoni ta' konkos; 33 %), HB Grandi hf. (kumpanija tas-sajd; 33 %) u GO fjárfestingar ehf. (produzzjoni tal-faqqiegħ; 30 %). It-tielet, l-assi huma miżmuma bħala operazzjonijiet temporanji bħala parteċipazzjonijiet azzjonarji fil-kumpaniji li ġejjin: Landey (kumpanija azzjonarja li tinnegozja fi proprjetajiet li ma jiġġenerawx dħul; 100 %), Landfestar (kumpanija operattiva fil-proprjetà immobbli kummerċjali akkwiżita minn Arion Bank minn klijenti f'diffikultà finanzjarja; 100 %), Rekstrarfélagið Braut ehf. (razzett tal-majjal; 100 %), NS 1 ehf. (sid ta' art u jikri artijiet għal djar ta' btala; 100 %), Módelhús ehf. (proprjetà u proprjetà immobbli; 100 %), EAB 1 ehf. (art u proprjetajiet; 100 %), Andvaka ehf. (konsulenza dwar in-negozju u l-ġestjoni; 50,11 %), Klakki ehf. (qabel kien Exista — kumpanija azzjonarja; 44,9 %), Ölgerðin Egill Skallagrímsson ehf. (produzzjoni, distribuzzjoni u bejgħ ta' xarbiet frizzanti u xi xarbiet oħrajn; 20 %) u SMI ehf. (proprjetà u proprjetà immobbli; 39,1 %).

(34)  Sa mill-ftuħ tiegħu, saru bidliet notevoli fl-indikaturi finanzjarji ewlenin ta' Arion Bank, iżda minkejja dan huwa xieraq li jitqabblu ż-żewġ banek b'referenza għad-dejta li hija viċin fiż-żmien. Huwa mfakkar li Kaupthing kien bank internazzjonali b'operazzjonijiet f'bosta pajjiżi, iżda Arion Bank twaqqaf biex jakkwista ċerti operazzjonijiet u assi domestiċi ta' Kaupthing Bank.

(35)  Il-bidliet ivarjaw bejn segmenti tan-negozju u f'ċerti oqsma t-tnaqqis jasal sa 90 %. Seħħ tiċkin notevoli fl-uffiċċju tas-CEO, fejn tħaddmu 6 % tal-persunal ta' Kaupthing fl-Islanda, filwaqt li fil-każ ta' Arion Bank, in-numru korrispondenti huwa ta' 1 %.

(36)  Madankollu, kien biss fit-8 ta' Jannar 2010 li l-ftehimiet ġew formalizzati, meta f'isem il-kredituri tiegħu, Kaupthing, permezz tas-sussidjarja tiegħu Kaupskil ehf. sar is-sid ta' Arion Bank, wara approvazzjoni mill-FME u l-Awtorità tal-Kompetizzjoni tal-Islanda. Kaupskil għandu 87 % f'ekwità komuni u Icelandic State Financial Investments (l-ISFI) 13 %. Kaupskil għandu opzjoni eżerċitabbli li jixtri s-sehem tal-gvern iktar tard.

(37)  L-ewwel, il-figuri monetarji jingħataw f'din it-taqsima fil-munita li fiha ngħata il-kapital, segwiti minn referenza fil-parentesi għall-ammont korrispondenti f'ISK jew ewro (skont kif xieraq) meta jkun ġie pprovdut mill-awtoritajiet tal-Islanda.

(38)  Bil-ftehim ta' sjieda tal-Gvern — li ma daħalx fis-seħħ — il-Gvern kien ikollu jkompli jibqa' s-sid assolut tal-bank, f'każ li l-Kumitat ta' Riżoluzzjoni ta' Kaupthing kien jiddeċiedi li ma jiksibx il-kontroll ta' Arion Bank. F'dan il-każ ukoll, il-kumpens kien jiġi minn Kaupthing lejn Arion Bank u bl-istess forma bħal fil-Ftehim ta' Kapitalizzazzjoni Konġunta, jiġifieri strument ta' kumpens ikkalkolat għal 38 biljun ISK. Kaupthing kien jingħata wkoll opzjoni li jixtri l-parteċipazzjoni azzjonarja tal-Gvern eżerċitabbli bejn l-2011 u l-2015, bi prezz li pprovda lill-Gvern b'livell xieraq ta' redditu fuq l-investiment tiegħu.

(39)  ĠU L 84, 26.3.1997, p. 22.

(40)  ĠU L 135, 31.5.1994, p. 5.

(41)  Ara t-taqsima relevanti tal-liġi għall-Att tal-Baġit 2011 disponibbli fuq: http://hamar.stjr.is/Fjarlagavefur-Hluti-II/GreinargerdirogRaedur/Fjarlagafrumvarp/2011/Seinni_hluti/Kafli_8.htm.

(42)  It-traduzzjoni mhux uffiċjali mill-Awtorità ta' dikjarazzjoni rrapportata f'Morgunblaðið (www.mbl.is) fl-10 ta' Ġunju 2012.

(43)  Għall-ewwel, in-nuqqas ta' qbil bejn il-partijiet dwar ir-rata tal-imgħax fuq il-bond ġie riferit lill-FME. Fil-5 ta' Ġunju 2009 l-FME ddeċieda li f'dawk iċ-ċirkostanzi, rata ta' REIBOR + 1,75 % kienet rata xierqa. Fid-deċiżjoni tagħha, l-FME ddikjarat li ser tirrevedi d-deċiżjoni tagħha kull sitt xhur fuq talba tal-partijiet. Madankollu, wara, it-tilwima tressqet quddiem il-qorti u għadha mhux solvuta sa żmien il-kitba ta' dan id-dokument. Skont ir-rapport annwali tal-2011 ta' Arion Bank, f'ittra datata t-2 ta' Diċembru 2009 Drómi talbet sabiex l-FME tirrevedi d-deċiżjoni tagħha dwar ir-rata tal-imgħax. Fl-4 ta' Frar 2011 l-FME ddeċidiet li d-dejn għandu jġarrab ir-rata tal-imgħax annwali li għandha tkun r-rata tal-imgħax oriġinali mogħtija flimkien mal-primjum tal-imgħax mogħti oriġinali mid-data ta' akkwiżizzjoni sat-30 ta' Ġunju 2010 iżda mingħajr primjum tal-imgħax minn dak iż-żmien sakemm id-dejn tħallas bis-sħiħ. Arion Bank ħa azzjoni legali kontra l-FME u Drómi f'tentattiv li tiġi annullata d-deċiżjoni tal-FME tal-4 ta' Frar 2011. Fl-4 ta' Mejju 2011, Drómi ħadet azzjoni legali kontra l-FME u Arion Bank, li fiha, l-ewwel talbet l-annullament tad-deċiżjonijiet kollha meħuda mill-FME fuq ir-rati tal-imgħax u, t-tieni, talbet ukoll rata tal-imgħax differenti mill-bidu nett.

(44)  Il-Ministeru tal-Finanzi qabel li jagħti b'self lil Arion Bank bonds tal-gvern eliġibbli għall-kisba ta' faċilitajiet ta' likwidità permezz ta' tranżazzjonijiet ta' riakkwist mas-CBI, b'konformità mar-regoli eżistenti tas-CBI. Il-valur fis-suq tal-bonds tal-gvern huwa massimu ta' 75 biljun ISK.

(45)  Arion Bank ma għandux permess ibigħ bonds jew jużahom għal xi skop ieħor minn dak iddikjarat fil-ftehim. Jekk Arion Bank juża l-bond ta' SPRON bħala kontrokollateral biex jiggarantixxi s-self tiegħu ta' bonds tal-gvern, Arion ma jħallas ebda tariffa għall-prelevament sa 25 biljun ISK, iżda għall-bqija tal-faċilità, għandu jħallas kunsiderazzjoni ta' 1,75 % għall-permess li jirhan il-bonds tal-gvern. Madankollu, Arion ma jħallas ebda kunsiderazzjoni jekk jista' juri biċ-ċar li iktar minn 25 biljun ISK tas-self huwa relatat ma' prelevamenti ta' depożiti ta' SPRON. Jekk Arion juża assi oħrajn minbarra l-bond ta' SPRON bħala kontrokollateral biex jiggarantixxi s-self tiegħu, il-kunsiderazzjoni titla' għal 3 % tal-ammont tas-self li ngħata fir-rigward ta' dak il-kollateral biss. F'dawn il-każijiet, Arion għandu jħallas ukoll tariffa speċjali li tammonta għal 0,5 % tal-ammont tas-self kull darba li jintużaw il-bonds tal-gvern.

(*)  REIBOR (rata interbankarja offruta ta' Reykjavik) hija r-rata interbankarja użata minn banek kummerċjali u tat-tfaddil fl-Islanda u hija applikata għal self b'terminu qasir.

(**)  Indiċi tar-rata tal-kambju peżata għan-negozju tal-króna tal-Islanda.

(46)  Fost it-twemmin ewlieni tal-Bank hemm […].

(47)  Minkejja bosta kwistjonijiet diffiċli li baqgħu mhux solvuti, skont Arion Bank, l-ekonomija tal-Islanda wrew sinjali ċari ta' rkupru fl-aħħar sena, bl-ekonomija li kibret għall-ewwel darba sa mill-bidu tal-kriżi finanzjarja u l-qgħad beda jonqos.

(48)  Il-Bank josserva li fl-2011 id-deprezzament tal-ISK, il-prezzijiet għoljin tal-komoditajiet globali fl-ewwel nofs tas-sena u ż-żidiet fil-pagi kuntrattwali kollha kemm huma kkontribwixxew għal rata ta' inflazzjoni annwali ta' 5,3 % fi tmiem is-sena. Il-previżjoni tal-inflazzjoni għas-snin li ġejjin mhijiex promettenti u l-inflazzjoni aktarx li ser taqbeż il-mira tas-CBI ta' 2,5 %. Bħala tweġiba għall-attività ekonomika miżjuda u l-previżjoni tal-inflazzjoni li sejra għall-agħar, is-CBI żied ir-rati tal-imgħax darbtejn tul l-2011 b'total ta' 50 punt bażi u b'total ta' 75 punt bażi fl-ewwel nofs tal-2012. Il-pjan ta' direzzjoni tan-negozju tassumi li dan l-iżvilupp ser ikompli fl-2012 — 2014.

(49)  F'dan ir-rigward, Arion Bank jiddikjara li għad li hemm sinjali ta' rkupru fl-ekonomija tal-Islanda, hemm numru ta' problemi li għad iridu jiġu solvuti; waħda mill-problemi hija t-tneħħija tal-kontrolli fuq il-kapital. It-tneħħija tal-kontrolli fuq il-kapital imxiet bil-mod għad li s-CBI ħabbar l-iskeda ta' liberalizzazzjoni f'Marzu 2011 li elenkat numru ta' miżuri bil-għan li jitneħħew il-kontrolli fl-erba' snin li ġejjin. Madankollu, iktar tard fis-sena, il-Parlament tal-Islanda ddeċieda li sempliċiment jestendi l-liġijiet fuq muniti barranin (u b'hekk il-kontrolli fuq il-kapital) sal-2013. B'hekk, is-CBI ftit li xejn ingħata spazju fejn jiċċaqlaq mill-Parlament jekk il-kontrolli jridu jitneħħew fis-sentejn li ġejjin. Fil-fatt, il-kontrolli fuq il-kapital komplew jiġu ssikkati f'Marzu 2012, b'emedi fl-Att dwar il-Kambju. L-istrateġija relatata mat-tneħħija tal-kontroll fuq il-kapital mhijiex ċara u b'hekk huwa supponut li l-kontrolli fuq il-kapital ser jibqgħu fis-seħħ tul il-perjodu tal-previżjoni.

(50)  L-isforzi fuq ir-ristrutturar tal-ktieb tas-self irriżultaw fi tnaqqis tal-proporzjon ta' nuqqas ta' rendiment minn 37 % fi tmiem l-2010 għal 13 % fi tmiem l-2011. Dan il-progress li sar fir-riżoluzzjoni ta' mutwatarji f'diffikultà, inaqqas b'mod sostanzjali l-inċertezza marbuta mal-valutazzjoni tal-valur riportat tal-ktieb tas-self.

(51)  L-iżbilanċ tal-munita naqas minn 300 % tal-bażi kapitali tal-Bank fi tmiem l-2008, għal 30 % tal-bażi kapitali fi tmiem l-2011.

(52)  Il-Bank kellu […] gruppi li jaqbżu l-10 % tal-bażi kapitali fi tmiem is-sena 2009. Dawn il-gruppi ammontaw għal 175 % tal-bażi kapitali. Fi tmiem is-sena 2011 il-Bank kellu […] gruppi li jaqbżu l-10 % tal-bażi kapitali b'total ta' 87 % tal-bażi kapitali.

(53)  Il-bażi kapitali totali żdiedet b'20,7 biljun ISK mill-2009 għall-2011.

(54)  Id-depożiti b'terminu żdiedu minn 10 % għal 23 % minn tmiem is-sena 2009 sa tmiem is-sena 2011.

(55)  Il-bilanċ tas-CPI nqaleb minn negattiv 17 % tal-bażi kapitali tal-Bank fi tmiem l-2009 għal pożittiv 9 % tal-bażi kapitali fi tmiem l-2011.

(56)  Wara l-intervent tal-FME f'Ottubru 2008, saru l-bidliet strutturali. L-Awditjar u l-Konformità interni ssaħħu u l-Ibbankjar Privat ġie fuż mal-Immaniġġjar tal-Assi u t-Teżor mas-Swieq Kapitali. Wara d-direzzjoni strateġika ġdida u b'maniġment ġdid li ssieħeb mal-Bank fil-ħarifa tal-2011, saru bidliet sostanzjali oħrajn fl-istruttura organizzazzjonali biex jiġi żgurat li din tirrifletti u tappoġġja iktar l-istrateġija l-ġdida tal-Bank, tissimplifika l-operazzjonijiet u żżid is-sinerġiji bejn it-taqsimiet.

(57)  SPM kien ilu jesperjenza diffikultà finanzjarja għal bosta xhur, fittex ftehimiet ta' kompożizzjoni mal-kredituri tiegħu skont il-liġi tal-falliment, peress li l-proporzjon tas-CAD tiegħu kien taħt ir-rekwiżiti legali. Madankollu, dawn l-isforzi ma rnexxewx u fit-3 ta' April 2009, ġie konkluż ftehim bejn SPM u New Kaupthing, li skont dan New Kaupthing xtara l-assi kollha ta' SPM, inkluża l-fergħa f'Borgarnes, l-Islanda, kif ukoll is-sussidjarji ta' SPM, inklużi żewġ banek tat-tfaddil fin-naħa ta' fuq tal-Islanda, Afl Savings Bank u Ólafsfjörður Savings Bank (SPÓL). Fl-istess ħin, New Kaupthing akkwiżixxa ċerti obbligazzjonijiet ta' SPM, inklużi depożiti u teħid b'self, kif stipulat fil-ftehim. Dakinhar, l-FME ħadet id-deċiżjoni fuq iċ-ċessjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet ta' SPM. Id-deċiżjoni tal-FME ma tindikax xi intervent tal-gvern fil-forma ta' injezzjoni kapitali, impenji jew dikjarazzjonijiet ipprovduti. Barra minn hekk, il-Bank u l-awtoritajiet tal-Islanda kkonfermaw lill-Awtorità li f'dan il-kuntest ma saru l-ebda impenji finanzjarji mill-istat. Ara d-deċiżjoni tal-FME tat-3 ta' April 2009, disponibbli fuq http://www.fme.is/media/akvardanir/3.-april-2009.pdf.

(58)  L-isfond għal din it-tranżazzjoni huwa li Kaupthing ħareġ erba' serje ta' bonds koperti fl-2006-2008, garantiti mis-sussidjarja ta' Kaupthing KMIIF. Permezz ta' KMIIF, Kaupthing kien proprjetarju ta' portafoll ta' ipoteki residenzjali tal-Islanda li jaqbżu l-120 biljun ISK. L-iskop tal-bond kopert kien li jiffinanzja parti kbira mill-portafoll tal-ipoteki ta' Kaupthing. Skont il-ftehim tat-22 ta' Diċembru 2011, Arion Bank akkwiżixxa dan il-portafoll tal-ipoteki. Ix-xirja ġiet iffinanzjata l-iktar mill-akkwiżizzjoni ta' bonds koperti fl-ammont ta' 117,7 biljun ISK, peress li Arion Bank kien ħa l-obbligazzjonijiet ta' Kaupthing skont il-programm ta' bonds koperti. Fil-fehma ta' Arion Bank, l-akkwiżizzjoni ta' AMIIF la tista' tiġi kategorizzata bħala akkwiżizzjoni “normali” u lanqas bħala akkwiżizzjoni relatata mal-ħidma ta' ristrutturar. L-akkwiżizzjoni kienet relatata mat-twaqqif tal-Bank fejn AMIIIF ma ġiex trasferit lil Arion Bank meta twaqqaf. Qabel it-trasferiment, Arion Bank ipprovda servizzi lil mutwatarji bla ma kellu kontroll fuq is-self. Barra minn hekk, il-mutwatarji b'ipoteki fil-fond kienu jaħsbu li kienu klijenti ta' Arion Bank. Wara t-trasferiment, is-self sar proprjetà ta' Arion Bank. Kif iddikjarat, il-ftehim fuq it-tranżazzjoni msemmija hawn fuq ġie konkluż bejn Kaupthing u Arion Bank u sar bla involviment jew impenn mill-istat tal-Islanda.

(59)  Dan is-self huwa miġbur fi grupp f'self ipotekarju u self ieħor minn individwi u self lill-korporazzjonijiet. L-iskonti varjaw skont it-tipi ta' self kif ukoll jekk kinux denominati fi króna jew munita barranija.

(60)  Madankollu, iż-żieda fil-valutazzjoni tas-self kienet ikbar fl-2009-2011 minn kemm indikat fit-Tabella 4, peress li parti minnha ġiet allokata għall-istrument ta' kumpens, total ta' 38 biljun ISK. L-istrument ta' kumpens ingħalaq fl-ewwel trimestru tal-2011, malli tħallset id-diskrepanza kollha fil-valutazzjoni bejn l-assi u l-obbligazzjonijiet trasferiti minn Kaupthing għal Arion Bank.

(61)  Ara r-Regoli tas-CBI dwar il-Proporzjonijiet tal-Likwidità Nru 317 tal-25 ta' April 2006, disponibbli fuq http://www.sedlabanki.is/lisalib/getfile.aspx?itemid=4713

(62)  L-LCR jeħtieġ li l-banek iżommu stokk ta' assi likwidi ta' kwalità għolja li hija biżżejjed biex tkopri flussi ta' ħruġ ta' flus netti għal perjodu ta' 30 jum f'xenarju ta' stress. B'hekk, il-valur referenzjarju tal-LCR huwa ta' 100 %.

(***)  Dan ix-xenarju huwa bbażat fuq suppożizzjoni avversa ulterjuri. Il-prezzijiet tad-djar huma mistennija li jaqgħu b'10 % fl-2012, 18 % fl-2013 u 16 % fl-2014. Fluss ta' ħruġ ta' depożiti fil-livell ta' konsumatur ta' 30 % huwa supponut fl-2012, 20 % tad-depożiti korporattivi u 80 % tad-depożiti minn istituzzjonijiet ta' kreditu. Id-dħul mill-kummissjoni huwa supponut li ser jonqos b'50 % mill-każ bażi fl-2012-2014. Ir-rata ta' indeboliment tal-għotjiet b'self hija supponuta li ser tonqos b'1 — 3 % u l-firxa tal-għotjiet b'self b'0,5 — 1 %, iżda l-firxa tad-depożitu ser tiżdied b'0,5 — 1 %. In-nefqa operazzjonali hija supponuta li ser tkun 10 % ogħla mill-każ bażi. Ir-rata tal-kambju tal-króna hija supponuta li ser tiġi deprezzata, b'żieda fl-indiċi peżat għan-negozju (TWI) ta' 4 % fl-2013 u 11 % fl-2014.

(63)  ROE jinżel għal [0-5] % fl-2012, [0-5] % fl-2013 u [5-10] % fl-2014.

(64)  Is-sehem ta' CAD tal-Bank ser ikun ta' [20-25] % fl-2012, [20-25] % fl-2013 u [25-30] % fl-2014.

(65)  It-terminu “riġidità tad-depożiti” tirreferi għall-istabbiltà fl-imgħoddi tad-depożiti u l-imġiba mbassra maż-żmien.

(66)  L-ISFI huwa korp tal-istat b'Bord tad-Diretturi indipendenti, li jirrapporta għand il-Ministeru tal-Finanzi, li twaqqaf bl-Att Nru 88/2009. L-ISFI għandu jkun lesta l-ħidma tiegħu mhux aktar tard minn 5 snin mit-twaqqif tiegħu. L-ISFI jamministra l-parteċipazzjonijiet tal-istat f'impriżi finanzjarji skont il-liġi, prattiki ta' governanza u tan-negozju tajbin u l-politika dwar is-sjieda tal-istat. Għandu l-għan li jerġa' jġib u jibni suq finanzjarju domestiku dinamiku, filwaqt li fl-istess ħin jippromwovi kompetizzjoni effettiva fis-suq kif ukoll jiggarantixxi trasparenza fid-deċiżjonijiet kollha tal-parteċipazzjoni tal-istat f'attivitajiet finanzjarji.

(67)  Deskritti fid-dettal fil-Kapitolu 3 ta' din id-deċiżjoni.

(68)  F'dan ir-rigward ara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawżi Magħquda T-425/04, T-444/04, T-450/04 u T-456/04, Franza et vs Il-Kummissjoni, is-sentenza tal-21 ta' Mejju 2010, Ġabra [2010] II-02099, paragrafu 283 (b'appell) kif ukoll l-Opinjoni pprovduta minn AG Mengozzi fil-kawża ta' appell, i.e. Kawża C-399/10, Bouygues, paragrafu 47, li tqis dawn il-kundizzjonijiet ristrettivi wisq għas-sejbien ta' għajnuna mill-istat.

(69)  Ara pereżempju T-228/99 WestLB [2003] Ġabra II-435.

(70)  Ara pereżempju d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Ottubru 2008 fil-kawża NN 51/2008 Guarantee scheme for banks in Denmark (Skema ta' garanzija għall-banek fid-Danimarka), fil-paragrafu 32, u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Ottubru 2008 fil-Kawża C 10/2008 IKB, fil-paragrafu 74.

(71)  Ara d-deċiżoni tal-Awtorità tat-8 ta' Mejju 2009 fuq skema għal rikapitalizzazzjoni temporanja ta' banek finanzjarjament sodi sabiex titrawwem stabbiltà finanzajrja u self lill-ekonomija reali fin-Norveġja (205/09/COL) disponibbli fuq: http://www.eftasurv.int/?1=1&showLinkID=16694&1=1

(72)  F'dan il-kuntest, ara raġunar simili adottat mill-Kummissjoni Ewropea fir-rigward tal-investimenti li saru minn fornituri ta' ditta f'diffikultà fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C 4/10 (ex NN 64/09) — Aid in favour of Trèves (France) (Għajnuna favur Trèves (Franza).

(73)  Din il-konklużjoni mhijiex affettwata min-nuqqas ta' qbil u tilwim legali bejn il-partijiet għall-bond ta' Drómi dwar ir-rata tal-imgħax fuq il-bond.

(74)  Rapport tal-Ministru tal-Ekonomija lill-Althingi (Marzu 2012), “The Future Structure of the Icelandic Financial System” ("L-Istruttura tas-Sistema Finanzjarja tal-Islanda fil-Ġejjieni), Kap. 9.6, disponibbli fuq: http://eng.atvinnuvegaraduneyti.is/media/Acrobat/Future-Structure.pdf

(75)  L-Awtorità tosserva li fir-rigward tal-kummenti tal-Gvernatur tas-CBI, li fil-kelmtejn ta' qabel ir-rapport dwar l-Istabbiltà Finanzjarja tal-bank għat-tieni nofs tal-2010 jiddikjara li “bħalissa, il-kapitalizzazzjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji hija protetta mill-kontrolli fuq il-kapital u d-dikjarazzjoni tal-Gvern ta' garanzija tad-depożiti”. Ara http://www.sedlabanki.is/lisalib/getfile.aspx?itemid=8260, p. 5. Ara wkoll id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni NN48/2008 Guarantee Scheme for Banks in Ireland (Skema ta' Garanzija għall-Banek fl-Irlanda), paragrafi 46 u 47: http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/comp-2008/nn048-08.pdf; u NN51/2008 Guarantee Scheme for Banks in Denmark (Skema ta' Garanzija għall-Banek fid-Danimarka): http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/comp-2008/nn051-08.pdf

(76)  F'dan ir-rigward ara l-Kawża 730/79 Phillip Morris v Il-Kummissjoni [1980] Ġabra 2671.

(77)  Ara l-Parti VIII tal-Linji Gwida tal-Awtorità dwar l-Għajnuna mill-Istat. Ir-regoli temporanji dwar il-kriżi finanzjarja. L-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-istat għal miżuri meħuda fir-rigward ta' istituzzjonijiet finanzjarji fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja attwali madwar id-dinja, disponibbli fuq http://www.eftasurv.int/?1=1&showLinkID=16604&1=1.

(78)  It-treġġigħ lura għall-vijabbiltà u l-valutazzjoni tal-miżuri ta' ristrutturar fis-settur finanzjarju fil-kriżi attwali skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, adottati mill-Awtorità fil-25.11.2009 skont il-kapitolu VII: Regoli Temporanji dwar il-Kriżi Finanzjarja, kif estiżi mil-Linji Gwida tal-2012 dwar il-Kriżi Finanzjarja. Disponibbli fuq il-websajt tal-Awtorità fuq: http://www.eftasurv.int/media/state-aid-guidelines/Part-VIII---Return-to-viability-and-the-assessment-of-restructuring-measures-in-the-financial-sector.pdf.

(79)  Ir-Regoli l-Ġodda dwar il-Bilanċ tal-Kambju adottati mis-CBI daħlu fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2011. L-iskop tar-regoli huwa li jillimitaw ir-riskju tal-kambju billi jevitaw milli l-bilanċi tal-kambju jaqbżu limiti definiti. Waħda mill-iktar bidliet importanti mill-verżjonijiet ta' qabel tar-Regoli huwa li l-pożizzjoni permissibbli miftuħa tal-kambju f'muniti individwali tnaqqset minn 20 % għal 15 % tal-ekwità, u l-bilanċ totali permissibbli tal-kambju tnaqqas minn 30 % għal 15 %. Ir-rapportar tal-bilanċ tal-kambju huwa wkoll iktar dettaljat minn qabel, hekk kif l-assi u l-obbligazzjonijiet denominati f'muniti barranin huma kklassifikati skont it-tip: self, bonds, titoli ta' ekwità, ishma f'fondi mutwi, depożiti, ftehimiet li jġarrbu l-imgħax, djun mal-Bank Ċentrali, u l-bqija. Jekk il-bilanċ tal-kambju jaqbeż il-limiti stabbiliti fir-regoli, l-impriża finanzjarja kkonċernata trid tieħu azzjoni biex telimina d-differenza fi żmien massimu ta' tlitt ijiem tax-xogħol. Jekk il-miżuri ta' impriża finanzjarja jonqsu milli jiksbu dan, is-CBI jista' jikkalkola penali perjodiċi. Is-CBI ħa anki passi oħrajn biex jillimita l-iżbilanċi tal-kambju, pereżempju billi kkonkluda ftehim ta' swap bejn il-muniti ma' wieħed mill-banek kummerċjali kif ukoll billi xtara flus barranin. Skont is-CBI, dawn il-miżuri jippromwovu stabbiltà finanzjarja msaħħa u jżidu r-riżervi tas-CBI ta' muniti barranin mhux mislufin.

(80)  Fil-kuntest tal-akkwiżizzjoni mill-Bank tal-eks Kaupthing Mortgage Institutional Investor Fund fi tmiem l-2011, il-Bank ħa wkoll ir-responsabbiltà għall-bond skoperti fl-ammont ta' 117,7 biljun ISK.

(81)  Peress li Kaupthing għadu għaddej minn proċedura ta' stralċ, it-telf preċiż għadu mhux magħruf. Skont l-informazzjoni ppreżentata fil-laqgħa tal-kredituri ta' Kaupthing fil-31 ta' Mejju 2012, l-assi totali ta' Kaupthing fi tmiem is-sena 2011 kienu ta' 874 biljun ISK (5,2 biljun EUR), u l-pretensjonijiet attwali aċċettati skont l-Art. 113 tal-att tal-Islanda dwar il-fallimenti (talbiet mhux ta' prijorità) ammontaw għal 2 873 biljun ISK (17-il bijun EUR). Għal iktar tagħrif, ara http://www.kaupthing.com/lisalib/getfile.aspx?itemid=21204.

(82)  Fil-fatt, il-kapitalizzazzjoni ta' Arion Bank mill-istat kienet ibbażata direttamet fuq id-differenza bejn il-valutazzjoni inizjali tal-assi u l-obbligazzjonijiet trasferiti, u r-rekwiżit ta' kapital tal-FME.

(83)  L-awtoritajiet tal-Islanda spjegaw li f'dan il-kuntest intlaħaq qbil fuq somma fissa ta' 6,5 biljun ISK bħala remunerazzjoni għall-istat, peress li l-informazzjoni finanzjarja kienet qed tinbidel fiż-żmien li fih seħħew in-negozjati u ma kienx faċli li tiġi ddeterminata l-profitabbiltà vera tal-bank f'dan il-perjodu.

(84)  Ir-rikapitalizzazzjoni ta' istituzzjonijiet finanzjarji fil-kriżi finanzjarja attwali: limitazzjoni ta' għajnuna għall-minimu meħtieġ u salvagwardji minħabba distorsjonijiet mhux mistħoqqa ta' kompetizzjoni. Il-linji gwida huma disponibbli wkoll fuq il-websajt tal-Awtorità fuq: http://www.eftasurv.int/state-aid/legal-framework/state-aid-guidelines/.

(85)  Fi tmiem l-2014, ser ikunu ntemmu l-perjodi ta' ristrutturar tal-banek Islandiżi kollha li fuqhom tnediet investigazzjoni formali.

(86)  It-taxxa tal-boll tvarja skont it-tip ta' dokument legali kkonċernat, iżda normalment hija ta' 15 ISK għal kull elf ISK mibdi (jiġifieri bejn wieħed u ieħor 1,5 %) fuq l-ammont tal-bonds li jġarrbu l-imgħax iggarantiti minn ipoteka jew titolu ieħor.

(87)  Ara pereżempju d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Kawża SA.28264, Għajnuna għar-ristrutturar għal Hypo Real Estate, li fiha l-Kummissjoni aċċettat is-separazzjoni ta' parti kbira tal-kummerċ barra l-pajjiż ta' Hypo Real Estate bħala miżura biex tillimita t-tfixkil tal-kompetizzjoni għas-suċċessur tal-bank PBB.

(88)  Il-Bank ikkonferma li ma jafx b'xi klawżola f'xi tip ieħor ta' ftehimiet ta' self li tippermetti lill-Bank jgħolli r-rata tal-imgħax jekk il-klijent ma jżommx firxa minima ta' negozju mal-Bank. Jekk jistgħu jinstabu klawżoli bħal dawn fi ħdan il-Bank, il-Bank mhux ser jinfurzahom sa Diċembru 2014.


ANNESS

L-IMPENJI U L-BIDLIET RELEVANTI FIL-QAFAS LEGALI GĦALL-IBBANKJAR

1.   L-IMPENJI MILL-AWTORITAJIET TAL-ISLANDA

L-awtoritajiet tal-Islanda ħadu żewġ impenji li huma enumerati hawn taħt.

L-emenda tat-taxxa tal-boll biex tiġi prekluża għajnuna mill-istat u jonqsu l-ispejjeż tal-bdil

Il-Ministeru tal-Finanzi ser jaħtar grupp ta' ħidma bil-mandat li jirrevedi l-Att Nru 36/1978 dwar it-Taxxa tal-boll. Il-grupp ta' ħidma għandu jissottometti rapport lill-Ministru tal-Finanzi sa Ottubru tal-2012, flimkien ma' abbozz ta' liġi. Ix-xogħol tal-grupp ta' ħidma ser ikun jinvolvi b'mod partikolari l-analiżi tat-tneħħija tat-taxxi fuq it-timbru għal bonds maħruġin minn individwi, meta jiġu trasferiti bejn kredituri (jiġifieri meta individwi jittrasferixxu s-self tagħhom minn istituzzjoni ta' self għal oħra). Barra minn hekk, il-grupp għandu janalizza kif tista' tiġi emendata d-dispożizzjoni tat-taxxa tal-boll biex jiġu ssimplifikati l-proċeduri u tiġi promossal-kompetizzjoni.

Il-miżuri biex jitħaffef il-bdil u jonqsu l-ispejjeż tal-bdil

B'konformità ma' riżoluzzjoni approvata mill-Parlament tal-Islanda fil-21 ta' Marzu 2012, il-Gvern ser iwaqqaf kumitat bil-mandat li janalizza l-protezzjoni tal-konsumaturi fis-suq finanzjarju u jippreżenta proposti dwar kif tista' tissaħħaħ il-pożizzjoni tal-individwi u l-familji fir-rigward tal-istituzzjonijiet. It-twaqqif tal-kumitat ser jinkludi mandat speċifiku għall-analiżi ta' kemm hu faċli jsir bdil u t-tnaqqis tal-ispejjeż tal-bdil, u għall-kumitat sabiex jaħdem mill-qrib mal-ICA fir-rigward ta' dik il-kwistjoni. Il-Kumitat għandu jippreżenta r-rapport tiegħu mhux iktar tard mill-15 ta' Jannar 2013.

Barra minn hekk, l-awtoritajiet tal-Islanda approvaw l-impenji li ġejjin minn Arion Bank:

Il-limitazzjoni fuq l-akkwiżizzjoni

Arion Bank ħa l-impenn li ma jakkwistax istituzzjonijiet finanzjarji sal-1 ta' Diċembru 2014. Minkejja dan l-impenn, wara li jikseb l-approvazzjoni tal-Awtorità, Arion Bank jista' jakkwista t-tali impriżi, b'mod partikolari jekk dan ikun meħtieġ biex tiġi salvagwardjata l-istabbiltà finanzjarja.

(…)

Arion Bank ħa l-impenn li […].

Divestiment ta' ishma f'kumpaniji li għaddejjin minn ristrutturar

Arion Bank ħa l-impenn li jbigħ, malajr kemm jista' jkun, parteċipazzjonijiet azzjonarji f'kumpaniji operattivi, li ġew akkwiżiti minħabba ristrutturar, cf. Artikolu 22 tal-Att dwar l-Impriżi Finanzjarji Nru 161/2002. Barra minn hekk, il-bank ħa l-impenn li jsegwi l-proċedura u l-limiti ta' żmien, fid-dispożizzjoni legali msemmija iktar 'il fuq kif interpretata mill-FME. Fl-aħħar, il-bank ser iżomm informazzjoni aġġornata fuq il-websajt tiegħu (jew websajt ta' sussidjarju relevanti) fuq it-tali parteċipazzjonijiet azzjonarji li jżomm għall-bejgħ.

Miżuri li jibbenefikaw lill-kompetituri ġodda u żgħar

Arion Bank ħa l-impenn li jimplimenta l-miżuri li ġejjin għall-benefiċċju ta' kompetituri ġodda u żgħar, sal-1 ta' Diċembru 2014:

a.

Arion Bank mhuwiex ser jinforza klawżoli ta' kuntratti, u lanqas ma hu ser idaħħal klawżoli ta' kuntratti ġodda, fuq rati tal-imgħax fil-ftehimiet ipotekarji tad-djar għal individwi li jagħmlu termini speċjali fuq ir-rati tal-imgħax kontinġenti fuq iż-żamma tal-firxa minima tan-negozju mal-bank.

b.

Arion Bank ser jipprovdi għal informazzjoni faċilment aċċessibbli, fuq il-websajt tal-bank, fuq il-proċess ta' bdil tas-servizzi bankarji lil istituzzjoni finanzjarja oħra. Barra minn hekk, il-websajt ser tagħmel id-dokumenti meħtieġa faċilment aċċessibbli biex isir bdil minn istituzzjoni finanzjarja għal oħra. L-istess informazzjoni u formoli ta' trasferiment tan-negozju ser ikunu disponibbli fil-fergħat tal-bank.

c.

Arion Bank ser jaqdi t-talbiet kollha għal trasferiment ta' servizzi bankarji b'mod veloċi.

d.

Arion Bank mhuwiex ser jinvoka involviment tal-istat bħala sors ta' vantaġġ kompetittiv meta jikkumerċjalizza.

e.

Diment li ma jkunx hemm disponibbli offerti ta' servizz kompetittivi, Arion Bank lest li joffri s-servizzi li ġejjin bi prezz li ser ikun ibbażat fuq l-ispiża flimkien ma' marġni raġonevoli, kif deċiż mill-Bank fi kwalunkwe ħin:

i.

Servizzi ta' pproċessar tal-ħlasijiet għal ISK.

ii.

Servizzi ta' pproċessar tal-ħlasijiet għal FX.

2.   L-ADATTAMENTI U L-BIDLIET RELEVANTI GĦALL-QAFAS REGOLATORJU U SUPERVIŻORJU GĦAS-SWIEQ FINANZJARJI FL-ISLANDA ADOTTATI WARA L-KRIŻI

L-awtoritajiet tal-Islanda ssottomettew il-ħarsa ġenerali li ġejja lejn l-emendi li saru fil-leġiżlazzjoni li kienet fis-seħħ fil-ħarifa tal-2008:

L-awtorizzazzjonijiet ta' FME (L-Awtorità ta' Sorveljanza Finanzjarja tal-Islanda) biex tintervjeni (tieħu f'idejha s-setgħat tal-laqgħat tal-azzjonisti u ċċedi l-assi, cf. il-leġiżlazzjoni ta' emerġenza) żdiedu; FME ngħatat awtorizzazzjonijiet ta' sorveljanza espanduti; ġew adottati dispożizzjonijiet addizzjonali li jippermettu lill-FME tevalwa l-operazzjonijiet jew l-imġiba ta' partijiet issorveljati individwali. Dawn jinkludu kemm awtoritajiet li jieħdu d-deċiżjonijiet, bħal fuq l-għeluq tal-istabbilimenti jew it-terminazzjoni ta' attivitajiet speċifiċi mingħajr revoka proprja tal-liċenzji operattivi, kif ukoll definizzjoni iktar dettaljata tal-kunċetti li l-interpretazzjoni tagħhom ġiet appellata mill-FME u l-entitajiet issorveljati jew il-korpi li appellaw.

Ir-regoli dwar skoperturi individwali kbar ġew iċċarati u saru iktar speċifiċi; kemm ir-rwol kif ukoll ir-responsabbiltà tal-immaniġġjar tar-riskju żdiedu u l-FME awtorizzat sabiex l-immaniġġjar tar-riskji jingħata status ogħla fl-organizzazzjoni tal-impriżi finanzjarji; id-dispożizzjonijiet fuq l-applikazzjoni ta' testijiet tal-istress saru iktar stretti.

Id-dispożizzjonijiet għal reġistru speċjali ta' mutwatarji ikbar ġew legalizzati, sabiex tiġi pprovduta ħarsa ġenerali aħjar lejn skoperturi individwali kbar għal żewġ impriżi finanzjarji jew iktar. Ir-reġistru huwa importanti sabiex l-iskoperturi jintrabtu flimkien u jiġi vvalutat l-impatt sistemiku tagħhom jekk ifeġġu diffikultajiet fl-operazzjonijiet tal-mutwatarji. L-entitajiet mhux soġġetti għal superviżjoni tal-FME, iżda li huma elenkati fir-reġistri tal-impriżi finanzjarji, iridu jipprovdu lill-FME bl-informazzjoni fuq l-obbligi kollha tagħhom. L-FME tista' tipprojbixxi l-forniment ta' servizzi lit-tali partijiet jekk jirrifjutaw milli jipprovdu l-informazzjoni mitluba.

Id-dispożizzjonijiet fuq prattiki kummerċjali solidi ssaħħew u l-eżistenza tal-Kumitat ta' Lmenti dwar Tranżazzjonijiet b'Impriżi Finanzjarji tnaqqxet fil-liġi; l-informazzjoni dettaljata trid tiġi divultata fuq is-sidien ewlenin kollha tal-impriżi finanzjarji.

Il-limiti ta' żmien li jippermettu lill-impriżi finanzjarji jċedu l-assi xierqa tqassru.

Id-dispożizzjonijiet fuq il-parteċipazzjonijiet tal-impriżi finanzjarji fl-ishma tagħhom stess issaħħew u ġew definiti f'iktar dettall. Il-parteċipazzjoijiet ta' sussidjarji issa jitqiesu ishma proprji, hekk ukoll il-kuntratti li huma barra l-karta bilanċjali li jikkonċernaw l-ishma proprji.

L-impriżi finanzajarji ma tħallewx jestendu kreditu permezz ta' raham tal-ishma tagħhom stess jew ċertifikati tal-kapital ta' garanzija.

Issa, l-FME għandha tistabbilixxi regoli dwar kif għandu jiġi kkalkolat is-self garantit b'ipoteka fuq l-ishma ta' impriżi finanzjarji oħrajn fil-bażi ta' riskju u l-bażi ta' kapital.

Żdiedu kemm ir-resposabbiltà kif ukoll ir-rwol tat-taqsima ta' awditjar intern. Hemm regoli dettaljati dwar il-bilanċ bejn id-daqs u d-diversità tal-attivitajiet tal-impriża finanzjarja kkonċernata u l-kamp ta' applikazzjoni tat-taqsima dwar l-awditjar intern.

Iddaħħlu limiti ta' ħames snin fuq il-perjodu li matulu ditta tal-awditjar tista' twettaq l-awditjar tal-istess impriża finanzjarja; il-kapaċità ta' impriża finanzjarja sabiex tkeċċi awditur "diffiċli" tnaqqset.

Id-dispożizzjonijiet kollha fuq il-kalkolu tal-ekwità u bosta aspetti tekniċi oħrajn ġew riveduti.

Ir-regoli dwar l-eżerċitar ta' parteċipazzjonijiet kwalifikattivi, jiġifieri 10 % jew iktar tad-drittijiet tal-vot ġew riveduti. L-FME hija awtorizzata treġġa' lura l-piż tal-provi fil-valutazzjoni tal-partijiet li beħsiebhom jakkwiżixxu jew iżidu ma' parteċipazzjonijiet kwalifikattivi, eż. meta ma jkunx żgur min hu(ma) is-sid(ien) benefiċjarju/i ta' kumpanija azzjonarja b'parteċipazzjoni kwalifikattiva.

Issa sar hemm iktar rekwiżiti tal-eliġibbiltà tad-diretturi, ir-responsabbiltà tagħhom għal superviżjoni jew operazzjonijiet żdiedu u presidenti eżekuttivi tal-Bord huma projbiti; l-FME ngħatat rwol ta' sorveljanza ikbar għall-Bords tad-Diretturi; l-informazzjoni identifikabbli b'mod personali trid tiġi ddivulgata dwar ir-remunerazzjoni lill-maniġment superjuri.

Ġew stabbiliti regoli dwar it-tranżazzjonijiet ta' kreditu tal-impriżi finanzjarji b'diretturi, diretturi maniġerjali, impjegati ewlenin u sidien ta' parteċipazzjonijiet kwalifikattivi fl-impriża finanzjarja kkonċernata. Japplikaw regoli simili għall-partijiet li huma marbutin mill-qrib ma' dawn imsemmija hawn fuq. L-FME adottat regoli dwar x'jitqies bħala kollateral sodisfaċenti għat-tali tranżazzjonijiet.

Ġew adottati regoli dwar l-arranġamenti għal skemi ta' inċentivi u bonuses għall-maniġment u l-impjegati u fuq il-kuntratti ta' terminazzjoni.

Issaħħew id-dispożizzjonijiet fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta' impriżi finanzjarji.

Twettqet reviżjoni ġenerali tar-regoli speċjali dwar il-banek tat-tfaddil. Ġew iċċarati l-istatus u d-drittijiet ta' sidien ta' kapital ta' garanzija ta' banek tat-tfaddil, ġew stabbiliti restrizzjonijiet fuq dividendi, ġew adottati regoli ċari fuq it-tranżazzjonijiet tal-garanziji kapitali, ġew stabbiliti regoli fuq l-istralċ ta' kapital ta' garanzija u ġew iċċarati r-regoli dwar l-awtorizzazzjonijiet tal-banek tat-tfaddil għal kooperazzjoni formali. Il-banek tat-tfaddil ġew projbiti milli jibdlu l-forma legali tagħhom.

Skont l-awtoritajiet tal-Islanda, f'ċerti aspetti r-regoli tal-Islanda jmorru lil hinn mill-qafas pan-Ewropew. Id-devjazzjonijiet ewlenin mir-regoli adottati mill-UE li ddaħħlu fil-Ftehim ŻEE huma dawn li ġejjin:

L-FME hija awtorizzata tillimita l-attivitajiet ta' stabbilimenti individwali ta' impriżi finanzjarji, jekk tara għaliex għandu jsir hekk. Barra minn hekk, hija awtorizzata tistabbilixxi rekwiżiti speċjali għal stabbilimenti individwali ta' impriżi finanzjarji sabiex ikomplu bl-attivitajiet tagħhom. L-FME tista' tillimita b'mod provviżorju l-attivitajiet li impriża finanzjarja tista' twettaq ukoll, bis-sħiħ jew b'mod parzjali, kemm jekk huma soġġetti għal liċenzja kif ukoll jekk le, jekk l-Awtorità tara għaliex għandu jsir hekk. Dan jitnieda b'mod naturali mill-attivitajiet tal-fergħat u l-kontijiet tad-depożitu stabbiliti minnhom fi stati Ewropej oħrajn sal-2008 (Icesave, Edge u Save-and-Save).

Hemm stabbiliti dispożizzjonijiet kemxejn iktar dettaljati dwar ir-rwol tal-awditjar intern fil-liġi tal-Islanda meta mqabbla mad-direttivi tal-UE.

Hemm stabbiliti dispożizzjonijiet kemxejn iktar dettaljati dwar kif għandhom jitwettqu t-testijiet tal-istress meta mqabbla mad-direttivi tal-UE.

L-impriżi finanzjarji jridu jżommu reġistru speċjali (reġistru tal-kreditu) tal-partijiet kollha li jestendulhom kreditu u jissottomettu lista aġġornata lill-FME fi tmiem kull xahar. Barra minn hekk, għandha tintbagħat lista simili lill-partijiet marbutin mill-qrib mal-impriżi finanzjarji, il-Bords tad-Diretturi tagħhom u l-maniġers u l-gruppi ta' klijenti konnessi, diment li dawn il-partijiet mhumiex fuq il-lista msemmija hawn fuq. Din il-lista ser tipprovdi opportunità aħjar biex jiġu ssorveljati interrabtiet bejn impriżi finanzjarji, id-diretturi u l-maniġment tagħhom.

Jekk l-FME hija tal-fehma li t-teħid b'self ta' parti individwali fuq ir-reġistru ta' kreditu, li mhijiex soġġetta għal superviżjoni uffiċjali tal-attivitajiet finanzjarji, jista' jkollu impatt sistemiku, tista' titlob informazzjoni mill-parti kkonċernata fuq l-obbligi tagħha.

Jekk parti mhux soġġetta għal superviżjoni uffiċjali mdaħħla fir-reġistru ta' kreditu tirrifjuta milli tiddivulga l-informazzjoni lill-FME, l-Awtorità tista' tordna lill-entitajiet issorveljati biex iżommu lura milli jkomplu jfornu servizzi lit-tali parti. L-istess japplika jekk id-divulgazzjoni tal-informazzjoni tal-parti kkonċernata ma tkunx sodisfaċenti. Id-dispożizzjonijiet fuq reġitsru tal-kreditu u awtorizzazzjonijiet estensivi għas-superviżuri dwar il-partijiet mhux soġġetti għal superviżjoni uffiċjali mhumiex fir-regoli tal-UE/ŻEE.

Hemm stabbiliti dispożizzjonijiet kemxejn iktar dettaljati u restrittivi fuq it-teħid b'self u l-kollateral minn parti relatata meta mqabbla mar-regoli tal-UE/ŻEE.

L-FME trid iċċaħħad lis-sid ta' parteċipazzjoni kwalifikattiva mid-dritt li jeżerċita l-parteċipazzjoni jekk ikun hemm dubju dwar min hu jew min ser ikun is-sid benefiċjarju tagħha.

It-tul massimu taż-żmien li matulu l-awdituri esterni jistgħu jaħdmu għall-istess impriża finanzjarja huwa iqsar mir-regoli tal-UE/ŻEE.

Hemm stabbiliti dispożizzjonijiet kemxejn iktar dettaljati fuq l-eliġibbiltà tad-diretturi f'impirżi finanzjarji meta mqabbla mad-direttivi tal-UE.

Ġew adottati dispożizzjonijiet fuq l-arranġamenti għal skemi ta' bonus u kuntratti ta' terminazzjoni.

Dan l-aħħar ġew stabbiliti regoli formali dwar il-politiki ta' remunerazzjoni fid-direttivi tal-UE, iżda r-regoli dwar il-kuntratti ta' terminazzjoni għadhom ma ġewx adottati f'dan il-forum.

Fit-23 ta' Marzu 2012, il-Ministru tal-Ekonomija introduċa rapport fuq l-istruttura tas-sistema finanzjarja tal-Islanda fil-ġejjieni. Barra minn hekk, il-Ministru ħatar grupp ta' esperti biex iħejju qafas leġiżlattiv għall-attivitajiet finanzjarji kollha fl-Islanda.