ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 137

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 57
12 ta' Mejju 2014


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 476/2014 tat-12 ta’ Mejju 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 477/2014 tat-12 ta’ Mejju 2014 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina

3

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2014/263/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2014 li taħtar membru Belġjan fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

6

 

 

2014/264/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2014 dwar it-tnedija ta' skambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' Data dwar ir-Reġistrazzjoni tal-Vetturi (VRD) fl-Ungerija

7

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/265/PESK tat-12 ta’ Mejju 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina

9

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

12.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 137/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 476/2014

tat-12 ta’ Mejju 2014

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK ta' fis-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni 2014/145/CFSP tipprevedi restrizzjonijiet tal-ivvjaġġar u l-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi ta' ċerti persuni responsabbli għal azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina. Dawn il-persuni, entitajiet u korpi fiżiċi jew ġuridiċi, huma elenkati fl-Anness għal dik id-Deċiżjoni.

(2)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 (2) jagħti effett lil ċerti miżuri previsti fid-Deċiżjoni 2014/145/CFSP u jipprevedi l-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi ta' ċerti persuni responsabbli għal azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, u persuni, entitajiet jew korpi fiżiċi jew ġuridiċi assoċjati magħhom.

(3)

Fi 12 ta' Mejju 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/265/PESK (3) li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK u tipprevedi kriterji emendati ta' elenkar biex tinkludi, b'mod partikolari, persuni, entitajiet jew korpi ġuridiċi fil-Krimea jew f'Sevastopol li s-sjieda tagħhom ġiet trasferita kontra l-liġi tal-Ukraina jew persuni, entitajiet jew korpi li jkunu bbenefikaw minn tali trasferiment, f'konformità mal-politika tan-nuqqas ta' rikonoxximent mill-Unjoni tal-annessjoni illegali tal-Krimea mill-Federazzjoni Russa.

(4)

Il-benefiċjarji tat-trasferiment ta' sjieda għandhom jiġu mifhuma bħala persuni, entitajiet jew korpi ġuridiċi li jkunu saru s-sidien ta' assi trasferiti kontra l-Liġi tal-Ukraina wara l-annessjoni tal-Krimea u Sebastopol.

(5)

Dawn l-emendi jaqgħu fl-ambitu tat-Trattat u, għalhekk, b'mod partikolari bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha, tinħtieġ azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġu implimentati.

(6)

Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, huwa jidħol fis-seħħ immedjatament,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 269/2014 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 2

1.   Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu, li huma l-proprjetà, li huma fil-pussess jew taħt il-kontroll ta' kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp, jew persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom, kif elenkati fl-Anness I, għandhom jiġu ffriżati.

2.   Ebda fond jew riżorsa ekonomika ma għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni, direttament jew indirettament, għall-benefiċċju ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi, jew persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom, kif elenkati fl-Anness I.”.

(2)

L-Artikolu 3(1) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   L-Anness I għandu jinkludi persuni fiżiċi responsabbli għall-appoġġ b'mod attiv jew l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet jew politiki li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, jew l-istabilità jew is-sigurtà fl-Ukraina, jew li jostakolaw il-ħidma tal-organizzazzjonijiet internazzjonali fl-Ukraina, u l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet u korpi assoċjati magħhom, jew persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi fil-Krimea jew Sevastopol li s-sjieda tagħhom tkun ġiet trasferita kontra l-liġi tal-Ukraina, jew persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi li jkunu bbenefikaw minn tali trasferiment.”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jkun vinkolanti fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Mejju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16.

(2)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tat-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/265/PESK tat-12 ta’ Mejju 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (ara l-paġna 9 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


12.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 137/3


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 477/2014

tat-12 ta’ Mejju 2014

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-17 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 269/2014.

(2)

Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni, il-Kunsill iqis li għandhom jiżdiedu persuni u entitajiet addizzjonali mal-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi kif tinsab fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 269/2014.

(3)

L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-persuni u entitajiet elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Mejju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6.


ANNESS

Lista ta' persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 1

 

Isem

Informazzjoni għall-identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

Vyacheslav Viktorovich VOLODIN

Imwieled fl-4 ta' Frar 1964 f'Alekseevka, reġjun ta' Saratov.

L-Ewwel Viċi Kap tal-Persunal tal-Amministrazzjoni Presidenzjali tar-Russja. Responsabbli mis-superviżjoni tal-integrazzjoni politika tar-reġjun Ukrain tal-Krimea anness fil-Federazzjoni Russa.

12.5.2014

2.

Vladimir SHAMANOV

Imwieled fil-15.02.1954 f'Barnaul.

Kmandant tat-Truppi tal-Ajru Russi, Kurunell-Ġenerali. Fil-pożizzjoni ta' awtorità għolja tiegħu huwa responsabbli mill-iskjerament tal-qawwiet tal-ajru Russi fil-Krimea.

12.5.2014

3.

Vladimir Nikolaevich PLIGIN

Imwieled fid-19.05.1960 f'Ignatovo, Vologodsk Oblast, USSR.

President tal-Kumitat tal-Liġijiet Kostituzzjonali tad-Duma. Responsabbli mill-ipproċessar ta' leġislazzjoni dwar l-annessjoni tal-Krimea u Sevastopol mal-Federazzjoni Russa.

12.5.2014

4.

Petr Grigorievich JAROSH

 

Aġent Kap tal-uffiċċju tas-Servizz Federali tal-Migrazzjoni għall-Krimea. Responsabbli mill-ħruġ sistematiku u rapidu ta' passporti Russi għar-residenti tal-Krimea.

12.5.2014

5.

Oleg Grigorievich KOZYURA

Imwieled fid-19.12.1962 f'Zaporozhye

Aġent Kap tal-uffiċċju tas-Servizz Federali tal-Migrazzjoni għal Sevastopol. Responsabbli mill-ħruġ sistematiku u rapidu ta' passporti Russi għar-residenti tal-Krimea.

12.5.2014

6.

Viacheslav PONOMARIOV

 

Sindku awtodikjarat ta' Slaviansk. Ponomarev appella lil Vladimir Putin biex jibgħat truppi Russi biex jipproteġu l-belt u aktar tard talbu jipprovdi l-armi. In-nies ta' Ponomarev huwa involuti fil-ħtif ta' persuni (huma qabdu l-ġurnalist Ukrain Irma Krat u Simon Ostrovsky, ġurnalist għal Vice News, aktar tard dawn it-tnejn ġew rilaxxati, huma żammew maqbuda l-osservaturi militari li kienu qed jaġixxu taħt id-Dokument ta' Vjenna tal-OSKE).

12.5.2014

7.

Igor Mykolaiovych BEZLER

Imwieled fl-1965

Wieħed mill-mexxejja tal-milizzja awtoproklamata ta' Horlivka. Ħa l-kontroll tal-bini tal-Uffiċċju tal-Ukraina għas-Servizz tas-Sigurtà fir-reġjun ta' Donetsk u wara ħataf l-istazzjon distrettwali tal-Ministeru tal-Affarijiet Interni fir-raħal ta' Horlivka. Għandu rabtiet ma' Ihor Strielkov li taħt il-kmand tiegħu kien involut fil-qtil ta' Volodymyr Rybak, id-Deputat Popolari tal-Kunsill Muniċipali ta' Horlivka skont l-SBU.

12.5.2014

8.

Igor KAKIDZYANOV

 

Wieħed mill-mexxejja tal-forzi armati tar-“Repubblika Popolari ta' Donetsk” awtoproklamata. L-għan tal-forzi huwa li “jipproteġu l-poplu tar-Repubblika Popolari ta' Donetsk u l-integrità territorjali tar-repubblika” skont Pushylin, wieħed mill-mexxejja tar-“Repubblika Popolari ta' Donetsk”.

12.5.2014

9.

Oleg TSARIOV

 

Membru tar-Rada. Appella pubblikament għall-ħolqien tar-Repubblika Federali tan-Novorossia, magħmula mir-reġjuni Ukraini tax-Xlokk.

12.5.2014

10.

Roman LYAGIN

 

Kap tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali tar-“Repubblika Popolari ta' Donetsk”. Organizza b'mod attiv ir-referendum fil-11 ta' Mejju dwar l-awtodeterminazzjoni tar-“Repubblika Popolari ta' Donetsk”.

12.5.2014

11.

Aleksandr MALYKHIN

 

Kap tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali tar-“Repubblika Popolari tal- Lugansk”. Organizza b'mod attiv ir-referendum fil-11 ta' Mejju dwar l-awtodeterminazzjoni tar-“Repubblika Popolari tal-Lugansk”.

12.5.2014

12.

Natalia Vladimirovna POKLONSKAYA

Imwielda fit-18.03.1980 f'Eupatoria.

Prosekutur tal-Krimea. Implementat b'mod attiv l-annessjoni tal-Krimea mir-Russja.

12.5.2014

13.

Igor Sergeievich SHEVCHENKO

 

Aġent Prosekutur ta' Sevastopol. Implementa b'mod attiv l-annessjoni ta' Sevastopol mir-Russja.

12.5.2014


Entitajiet:

 

Isem

Informazzjoni għall-identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

PJSC CHERNOMORNEFTEGAZ

 

Fis-17.03.2014 il-“Parlament tal-Krimea” adotta riżoluzzjoni li tiddikjara l-approprjazzjoni tal-assi li jappartjenu għall-intrapriża Chernomorneftegaz f'isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża b'hekk hija kkonfiskata b'mod effettiv mill-“awtoritajiet” tal-Krimea.

12.5.2014

2.

FEODOSIA

 

Fis-17.03.2014 il-“Parlament tal-Krimea” adotta riżoluzzjoni li tiddikjara l-approprjazzjoni tal-assi li jappartjenu għall-intrapriża Feodosia f'isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża b'hekk hija kkonfiskata b'mod effettiv mill-“awtoritajiet” tal-Krimea.

12.5.2014


DEĊIŻJONIJIET

12.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 137/6


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-6 ta' Mejju 2014

li taħtar membru Belġjan fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

(2014/263/UE)

Il-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 302 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Belġjan,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fit-13 ta' Settembru 2010 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/570/UE, Euratom li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta' Settembru 2010 sal-20 ta' Settembru 2015 (1).

(2)

Sar vakanti siġġu ta' membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew wara t-tmiem tal-mandat tas-Sur Yves VANSCHUEREN,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Dominique MICHEL, Administrateur délégué de COMEOS (Fédération belge du Commerce et des Services) huwa b'dan maħtur membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-20 ta' Settembru 2015.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Mejju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

G. STOURNARAS


(1)  ĠU L 251, 25.9.2010, p. 8.


12.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 137/7


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-6 ta' Mejju 2014

dwar it-tnedija ta' skambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' Data dwar ir-Reġistrazzjoni tal-Vetturi (VRD) fl-Ungerija

(2014/264/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar it-titjib tal-koperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (1), b'mod partikolari l-Artikolu 25 tagħha,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI (2), b'mod partikolari l-Artikolu 20 u l-Kapitolu 4 tal-Anness tagħha,

Billi:

(1)

Skont il-Protokoll dwar id-Dispożizzjonijiet Transitorji anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, l-effetti ġuridiċi tal-atti tal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni adottati qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona huma ppreservati sakemm dawk l-atti jiġu rrevokati, annullati jew emendati fl-implimentazzjoni tat-Trattati.

(2)

Għaldaqstant, l-Artikolu 25 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI huwa applikabbli u l-Kunsill għandu jiddeċiedi b'mod unanimu jekk l-Istati Membri implimentawx id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 6 ta' dik id-Deċiżjoni.

(3)

L-Artikolu 20 tad-Deċiżjoni 2008/616/ĠAI jipprevedi li d-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 25(2) tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI għandhom jittieħdu abbażi ta' rapport ta' evalwazzjoni bbażat fuq kwestjonarju. Fir-rigward tal-iskambju awtomatizzat tad-data konformement mal-Kapitolu 2 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI, ir-rapport ta' evalwazzjoni għandu jkun ibbażat ukoll fuq żjara ta' evalwazzjoni u prova pilota.

(4)

Skont l-Kapitolu 4, il-punt 1.1. tal-Anness tad-Deċiżjoni 2008/616/ĠAI, il-kwestjonarju mfassal mill-Grupp ta' Ħidma rilevanti tal-Kunsill jikkonċerna kull wieħed mill-iskambji awtomatizzati tad-data u għandu jitwieġeb minn Stat Membru hekk kif huwa jqis li huwa jissodisfa l-prerekwiżiti għall-kondiviżjoni tad-data fil-kategorija rilevanti ta' data.

(5)

L-Ungerija lestiet il-kwestjonarju dwar il-protezzjoni tad-data u l-kwestjonarju dwar id-Data dwar ir-Reġistrazzjoni tal-Vetturi (VRD).

(6)

L-Ungerija wettqet b'suċċess prova pilota mal-Pajjiżi l-Baxxi.

(7)

Saret żjara ta' evalwazzjoni fl-Ungerija u sar rapport dwar iż-żjara ta' evalwazzjoni mill-grupp ta' evalwazzjoni Olandiż/Litwan u ntbagħat lill-Grupp ta' Ħidma rilevanti tal-Kunsill.

(8)

Ġie ppreżentat lill-Kunsill rapport ta' evalwazzjoni ġenerali, li jagħti sintesi tar-riżultati tal-kwestjonarju, iż-żjara ta' evalwazzjoni u l-prova pilota li jikkonċernaw il-VRD,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-finijiet ta' tiftix awtomatizzat ta' data dwar ir-reġistrazzjoni tal-vetturi (VRD), l-Ungerija implimentat b'mod sħiħ id-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data tal-Kapitolu 6 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI u hija intitolata li tirċievi u tipprovdi data personali skont l-Artikolu 12 ta' dik id-Deċiżjoni mill-jum tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Mejju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

G. STOURNARAS


(1)  ĠU L 210, 6.8.2008, p. 1.

(2)  ĠU J L 210, 6.8.2008, p. 12.


12.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 137/9


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/265/PESK

tat-12 ta’ Mejju 2014

li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-17 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/145/PESK. (1)

(2)

Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fl-Ukraina, ir-restrizzjonijiet fuq l-ammissjoni u l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi għandhom japplikaw għal persuni fiżiċi responsabbli għall-appoġġ b'mod attiv jew l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet jew politiki li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, jew l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukraina, jew li jostakolaw il-ħidma tal-organizzazzjonijiet internazzjonali fl-Ukraina, u l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom, jew persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi fil-Krimea jew Sevastopol li s-sjieda tagħhom ġiet ittrasferita kontra l-liġi tal-Ukraina, jew persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi li jkunu bbenefikaw minn dan it-trasferiment. Il-benefiċjarji tat-trasferiment tas-sjieda entitajiet għandhom jinftiehmu li huma persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi li jkunu saru proprjetarji ta' assi ttrasferiti kontra l-liġi tal-Ukraina wara l-annessjoni tal-Krimea u Sevastopol.

(3)

Barra minn hekk, il-Kunsill iqis li persuni u entitajiet addizzjonali għandhom jiżdiedu mal-lista ta' persuni, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi kif jinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK.

(4)

Hija meħtieġa azzjoni ulterjuri mill-Unjoni sabiex jiġu implimentati ċerti miżuri.

(5)

Id-Deċiżjoni 2014/145/PESK għandha għalhekk tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2014/145/PESK hija b'dan emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1(1) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jimpedixxu d-dħul fit-territorji tagħhom, jew it-transitu minnhom, tal-persuni fiżiċi responsabbli għall-appoġġ b'mod attiv jew l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet jew politiki li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, jew l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukraina, jew li jostakolaw il-ħidma tal-organizzazzjonijiet internazzjonali fl-Ukraina, u ta' persuni fiżiċi assoċjati magħhom, kif elenkati fl-Anness.”.

(2)

L-Artikolu 2(1) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lil, huma propjetà ta', huma miżmuma jew ikkontrollati minn persuni fiżiċi responsabbli għall-appoġġ b'mod attiv jew l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet jew politiki li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, jew l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukraina, jew li jostakolaw il-ħidma tal-organizzazzjonijiet internazzjonali fl-Ukraina, u l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom, jew persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi fil-Krimea jew Sevastopol li s-sjieda tagħhom ġiet ittrasferita kontra l-liġi Ukraina, jew persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi li jkunu bbenefikaw minn dan it-trasferiment, kif elenkati fl-Anness, għandhom jiġu ffriżati.”.

(3)

L-Artikolu 3(1) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b'mod unanimu fuq proposta minn Stat Membru jew mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, għandu jiddeċiedi li jistabbilixxi u jemenda l-lista fl-Anness.”.

Artikolu 2

Il-persuni u l-entitajiet elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Mejju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16).


ANNESS

Lista ta' persuni u entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 2.

 

Isem

Informazzjoni għall-identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

Vyacheslav Viktorovich VOLODIN

Imwieled fl-4 ta' Frar 1964 f'Alekseevka, reġjun ta' Saratov.

L-Ewwel Viċi Kap tal-Persunal tal-Amministrazzjoni Presidenzjali tar-Russja. Responsabbli mis-superviżjoni tal-integrazzjoni politika tar-reġjun Ukrain tal-Krimea anness fil-Federazzjoni Russa.

12.5.2014

2.

Vladimir SHAMANOV

Imwieled fil-15.02.1954 f'Barnaul.

Kmandant tat-Truppi tal-Ajru Russi, Kurunell-Ġenerali. Fil-pożizzjoni ta' awtorità għolja tiegħu huwa responsabbli mill-iskjerament tal-qawwiet tal-ajru Russi fil-Krimea.

12.5.2014

3.

Vladimir Nikolaevich PLIGIN

Imwieled fid-19.05.1960 f'Ignatovo, Vologodsk Oblast, USSR.

President tal-Kumitat tal-Liġijiet Kostituzzjonali tad-Duma. Responsabbli mill-ipproċessar ta' leġislazzjoni dwar l-annessjoni tal-Krimea u Sevastopol mal-Federazzjoni Russa.

12.5.2014

4.

Petr Grigorievich JAROSH

 

Aġent Kap tal-uffiċċju tas-Servizz Federali tal-Migrazzjoni għall-Krimea. Responsabbli mill-ħruġ sistematiku u rapidu ta' passporti Russi għar-residenti tal-Krimea.

12.5.2014

5.

Oleg Grigorievich KOZYURA

Imwieled fid-19.12.1962 f'Zaporozhye

Aġent Kap tal-uffiċċju tas-Servizz Federali tal-Migrazzjoni għal Sevastopol. Responsabbli mill-ħruġ sistematiku u rapidu ta' passporti Russi għar-residenti tal-Krimea.

12.5.2014

6.

Viacheslav PONOMARIOV

 

Sindku awtodikjarat ta' Slaviansk. Ponomarev appella lil Vladimir Putin biex jibgħat truppi Russi biex jipproteġu l-belt u aktar tard talbu jipprovdi l-armi. In-nies ta' Ponomarev huwa involuti fil-ħtif ta' persuni (huma qabdu l-ġurnalist Ukrain Irma Krat u Simon Ostrovsky, ġurnalist għal Vice News, aktar tard dawn it-tnejn ġew rilaxxati, huma żammew maqbuda l-osservaturi militari li kienu qed jaġixxu taħt id-Dokument ta' Vjenna tal-OSKE).

12.5.2014

7.

Igor Mykolaiovych BEZLER

Imwieled fl-1965

Wieħed mill-mexxejja tal-milizzja awtoproklamata ta' Horlivka. Ħa l-kontroll tal-bini tal-Uffiċċju tal-Ukraina għas-Servizz tas-Sigurtà fir-reġjun ta' Donetsk u wara ħataf l-istazzjon distrettwali tal-Ministeru tal-Affarijiet Interni fir-raħal ta' Horlivka. Għandu rabtiet ma' Ihor Strielkov li taħt il-kmand tiegħu kien involut fil-qtil ta' Volodymyr Rybak, id-Deputat Popolari tal-Kunsill Muniċipali ta' Horlivka skont l-SBU.

12.5.2014

8.

Igor KAKIDZYANOV

 

Wieħed mill-mexxejja tal-forzi armati tar-“Repubblika Popolari ta' Donetsk” awtoproklamata. L-għan tal-forzi huwa li “jipproteġu l-poplu tar-Repubblika Popolari ta' Donetsk u l-integrità territorjali tar-repubblika” skont Pushylin, wieħed mill-mexxejja tar-“Repubblika Popolari ta' Donetsk”.

12.5.2014

9.

Oleg TSARIOV

 

Membru tar-Rada. Appella pubblikament għall-ħolqien tar-Repubblika Federali tan-Novorossia, magħmula mir-reġjuni Ukraini tax-Xlokk.

12.5.2014

10.

Roman LYAGIN

 

Kap tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali tar-“Repubblika Popolari ta' Donetsk”. Organizza b'mod attiv ir-referendum fil-11 ta' Mejju dwar l-awtodeterminazzjoni tar-“Repubblika Popolari ta' Donetsk”.

12.5.2014

11.

Aleksandr MALYKHIN

 

Kap tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali tar-“Repubblika Popolari tal- Lugansk”. Organizza b'mod attiv ir-referendum fil-11 ta' Mejju dwar l-awtodeterminazzjoni tar-“Repubblika Popolari tal-Lugansk”.

12.5.2014

12.

Natalia Vladimirovna POKLONSKAYA

Imwielda fit-18.03.1980 f'Eupatoria.

Prosekutur tal-Krimea. Implementat b'mod attiv l-annessjoni tal-Krimea mir-Russja.

12.5.2014

13.

Igor Sergeievich SHEVCHENKO

 

Aġent Prosekutur ta' Sevastopol. Implementa b'mod attiv l-annessjoni ta' Sevastopol mir-Russja.

12.5.2014


Entitajiet:

 

Isem

Informazzjoni għall-identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

PJSC CHERNOMORNEFTEGAZ

 

Fis-17.03.2014 il-“Parlament tal-Krimea” adotta riżoluzzjoni li tiddikjara l-approprjazzjoni tal-assi li jappartjenu għall-intrapriża Chernomorneftegaz f'isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża b'hekk hija kkonfiskata b'mod effettiv mill-“awtoritajiet” tal-Krimea.

12.5.2014

2.

FEODOSIA

 

Fis-17.03.2014 il-“Parlament tal-Krimea” adotta riżoluzzjoni li tiddikjara l-approprjazzjoni tal-assi li jappartjenu għall-intrapriża Feodosia f'isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża b'hekk hija kkonfiskata b'mod effettiv mill-“awtoritajiet” tal-Krimea.

12.5.2014