ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 123 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 57 |
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
* |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
24.4.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 123/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 379/2014
tas-7 ta’ April 2014
li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(5) tagħha,
Billi:
(1) |
L-operaturi u l-persunal involuti fl-operat ta’ ċerti inġenji tal-ajru għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali rilevanti stabbiliti fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 216/2008. |
(2) |
Skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008, il-Kummissjoni għandha tadotta r-regoli ta’ implimentazzjoni meħtieġa sabiex ikunu stabbiliti l-kundizzjonijiet għat-tħaddim sikur tal-inġenji tal-ajru. Dawk ir-regoli għandhom jieħdu f’kunsiderazzjoni primarjament il-kumplessità tal-inġenji tal-ajru, tal-organizzazzjonijiet u tal-operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru, kif ukoll ir-riskji marbutin mat-tipi differenti ta’ operazzjonijiet. |
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 (2) jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għal operazzjonijiet tat-trasport kummerċjali bl-ajru b’ajruplani u ħelikopters. Regoli għal operazzjonijiet tat-trasport kummerċjali bl-ajru bi blalen tal-arja u bi glajders għandhom ukoll jiġu pprovduti għall-konformità mal-prinċipji bażiċi tar-Regolament (KE) Nru 216/2008. Barra minn hekk, l-ispeċifiċitajiet ta’ ċerti operazzjonijiet kummerċjali b’ajruplani u ħelikopters, li jibdew u jintemmu fl-istess ajrudrom jew sit tal-operat, iridu jiġu indirizzati b’mod xieraq skont l-iskala u l-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom u r-riskju involut. |
(4) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 800/2013 (3) li jemenda ir-Regolament (UE) Nru 965/2012 biex jinkludi regoli għal operazzjonijiet mhux kummerċjali skont il-kumplessita tal-inġenji tal-ajru. Jeħtieġ ukoll li r-Regolament (UE) Nru 965/2012 jiġi emendat biex jirrifletti l-aktar teknoloġija avvanzata attwali u biex ikunu żgurati miżuri proporzjonali għal ċerti attivitajiet definiti b’mod strett b’inġenji tal-ajru li mhumiex kumplessi u li jaħdmu bil-magni kif ukoll għall-organizzazzjonijiet involuti. |
(5) |
Ir-regoli għal operazzjonijiet speċjalizzati b’ajruplani, ħelikopters, blalen tal-arja u glajders għandhom jiġu inklużi wkoll filwaqt li jittieħdu f’kunsiderazzjoni l-aspetti partikolari tat-tali operazzjonijiet u r-riskju involut. Għal raġunijiet ta’ proporzjonalità, ma jkunx xieraq li l-operaturi kummerċjali kollha jsiru soġġetti għal ċertifikazzjoni, b’mod partikolari l-operaturi kummerċjali speċjalizzati. Għad li huma ta’ natura kummerċjali, dawn l-operaturi jkunu soġġetti għal dikjarazzjoni tal-kapaċità minflok ċertifikat. Minkejja dan, il-kundizzjonijiet għal ċerti operazzjonijiet kummerċjali speċjalizzati ta’ riskju għoli, li jipperikolaw partijiet terzi fuq l-art, għandhom ikunu speċifikati fl-interess tas-sikurezza u għalhekk, dawk l-operazzjonijiet għandhom ikunu sottomessi għal awtorizzazzjoni. |
(6) |
Għalhekk, ir-Regolament (UE) Nru 965/2012 għandu jiġu emendat skont dan. |
(7) |
Sabiex jiġu żgurati tranżizzjoni bla xkiel u livell għoli ta’ sikurezza fl-avjazzjoni ċivili fl-Unjoni Ewropea, il-miżuri ta’ implimentazzjoni għandhom jirriflettu l-aktar teknoloġija avvanzata, inklużi l-aqwa prattiki, kif ukoll il-progress xjentifiku u tekniku fil-qasam tal-operazzjonijiet bl-ajru. Għalhekk, għandhom jitqiesu r-rekwiżiti tekniċi u l-proċeduri amministrattivi miftiehma taħt l-awspiċi tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “l-ICAO”) u tal-Awtoritajiet Konġunti Ewropej tal-Avjazzjoni sat-30 ta’ Ġunju 2009, kif ukoll il-leġiżlazzjoni eżistenti b’rabta ma’ ambjent nazzjonali speċifiku. |
(8) |
Jeħtieġ li jingħata żmien biżżejjed lill-industrija arjunawtika u lill-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri biex jadattaw rwieħhom għall-qafas regolatorju l-ġdid; |
(9) |
L-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni ħejjiet abbozz ta’ regoli ta’ implimentazzjoni u ressqithom bħala opinjoni lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008. |
(10) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal- Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 65 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 1 Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni 1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dettaljati għal operazzjonijiet tal-ajru b’ajruplani, ħelikopters, blalen tal-arja u glajders, inklużi spezzjonijiet fir-rampa tal-inġenji tal-ajru ta’ operaturi bis-sorveljanza tas-sikurezza ta’ Stat ieħor meta jinżlu f’ajrudromi li jinsabu fit-territorju soġġett għad-dispożizzjonijiet tat-Trattat. 2. Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll regoli dettaljati dwar il-kundizzjonijiet għall-ħruġ, iż-żamma, l-emendar, il-limitazzjoni, is-sospensjoni jew ir-revoka taċ-ċertifikati tal-operaturi ta’ inġenji tal-ajru msemmijin fl-Artikolu 4(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 attivi f’operazzjonijiet tat-trasport kummerċjali bl-ajru, il-privileġġi u r-responsabilitajiet tad-detenturi taċ-ċertifikati kif ukoll il-kundizzjonijiet li fihom l-operazzjonijiet għandhom ikunu pprojbiti, limitati jew soġġetti għal ċerti kundizzjonijiet fl-interess tas-sikurezza. 3. Dan ir-Regolament jistipula wkoll ir-regoli ddettaljati dwar il-kondizzjonijiet u l-proċeduri għad-dikjarazzjoni minn, u għas-sorveljanza ta’ operaturi involuti f’operazzjonijiet kummerċjali speċjalizzati u l-operat mhux kummerċjali ta’ inġenji tal-ajru kumplessi u li jaħdmu bil-magni, inklużi operazzjonijiet mhux kummerċjali speċjalizzati ta’ inġenji tal-ajru kumplessi u li jaħdmu bil-magni. 4. Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll regoli dettaljati dwar il-kundizzjonijiet li bihom ċerti operazzjonijiet kummerċjali speċjalizzati ta’ riskju għoli għandhom ikunu soġġetti għal awtorizzazzjoni fl-interess tas-sikurezza, u dwar il-kundizzjonijiet għall-ħruġ, iż-żamma, l-emendar, il-limitazzjoni, is-sospensjoni jew ir-revoka tal-awtorizzazzjonijiet. 5. Dan ir-Regolament ma japplikax għal operazzjonijiet tal-ajru li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 1(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008. 6. Dan ir-Regolament ma japplikax għal operazzjonijiet tal-ajru bi blalen tal-arja u diriġibbli bis-sonda u lanqas għal titjiriet bi blalen tal-ajru bis-sonda.”. |
(2) |
L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:
|
(4) |
L-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:
|
(5) |
L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:
|
(6) |
Fl-Artikolu 10, il-paragrafu 3 huwa emendat kif ġej:
|
(7) |
Fl-Artikolu 10, jiżdiedu l-paragrafi 4, 5, 6 u 7 li ġejjin: “4. B’deroga mit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx id-dispożizzjonijiet tal-Annessi II, III, VII u VIII għal operazzjonijiet speċjalizzati sal-21 ta’ April 2017. 5. B’deroga mit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx id-dispożizzjonijiet tal-Annessi II, III u IV għal:
6. Meta Stat Membru jagħżel użu mid-deroga stipulata fil-paragrafu 5 punt (a), għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:
7. Meta Stat Membru jagħmel użu mid-derogi stipulati fil-paragrafi 3, 4 u 5, għandu jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija. Din in-notifika għandha tiddeskrivi r-raġunijiet għad-deroga u t-tul ta’ żmien tagħha, kif ukoll il-programm għall-implimentazzjoni li fih l-azzjonijiet previsti u l-iskedar relatat.”. |
(8) |
L-Annessi I sa VII tar-Regolament (UE) Nru 965/2012 huma emendati kif stabbilit fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament. |
(9) |
Jiżdied Anness VIII (il-Parti-SPO) mar-Regolament (UE) Nru 965/2012, kif stabbilit fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2014.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ April 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(2) Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 tal-5 ta’ Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 296, 25.10.2012, p. 1).
(3) Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 800/2013 tal-14 ta’ Awwissu 2013 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 227, 24.8.2013, p. 1).
ANNESS I
(1) |
L-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
L-Anness II tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
L-Anness III tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 huwa emendat kif ġej:
|
(4) |
L-Anness IV tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 huwa emendat kif ġej:
|
(5) |
L-Anness V tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 huwa emendat kif ġej:
|
(6) |
Fl-Anness VI tar-Regolament (UE) Nru 965/2012, il-punt (b) ta’ NCC.POL.125 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(7) |
L-Anness VII tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 huwa emendat kif ġej:
|
(1) Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 tat-3 ta’ Awwissu 2012 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-airworthiness u ambjentali ta’ inġenji tal-ajru u ta’ prodotti, partijiet u tagħmir relatati, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta’ organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni (ĠU L 224, 21.8.2012, p. 1).
ANNESS II
“ANNESS VIII
OPERAZZJONIJIET SPEĊJALIZZATI
[PARTI-SPO]
SPO.GEN.005 Kamp ta’ applikazzjoni
(a) |
Dan l-Anness japplika għal kwalunkwe operazzjoni speċjalizzata li fiha l-inġenju tal-ajru jintuża għall-attivitajiet speċjalizzati bħal agrikoltura, kostruzzjoni, fotografija, stħarriġ, osservazzjoni u pattulja, riklamar fl-ajru. |
(b) |
Minkejja (a), operazzjonijiet mhux kummerċjali speċjalizzati b’inġenji tal-ajru li mhumiex inġenji tal-ajru kumplessi u li jaħdmu bil-magni għandhom jikkonformaw mal-Anness VII (il-Parti-NCO). |
(c) |
Minkejja (a), l-operazzjonijiet li ġejjin b’inġenji tal-ajru li mhumiex inġenji tal-ajru kumplessi u li jaħdmu bil-magni jistgħu jsiru skont l-Anness VII (Parti-NCO):
|
IS-SUBPARTI A
REKWIŻITI ĠENERALI
SPO.GEN.100 Awtorità kompetenti
L-awtorità kompetenti għandha tkun l-awtorità maħtura mill-Istat Membru li fih l-operatur għandu l-post prinċipali tan-negozju tiegħu.
SPO.GEN.101 Mezzi ta’ konformità
Operatur jista juża mezzi alternattivi ta’ konformità minn dawk adottati mill-Aġenzija biex jistabbilixxi l-konformità mar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u mar-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu.
SPO.GEN.102 Touring motor glajders, glajders bil-mutur u blalen tal-arja mħallta
(a) |
It-TMGs għandhom jitħaddmu f’konformità mar-rekwiżiti għal:
|
(b) |
It-TMGs għandhom ikunu mgħammra f’konformità mar-rekwiżiti applikabbli għall-ajruplani sakemm mhux speċifikat mod ieħor fis-Subparti D. |
(c) |
Il-glajders bil-mutur, esklużi t-TMGs, għandhom jitħaddmu u għandhom ikunu mgħammra f’konformità mar-rekwiżiti għall-glajders. |
(d) |
Il-blalen tal-arja mħallta għandhom ikunu operati skont ir-rekwiżiti għal blalen tal-arja sħuna. |
SPO.GEN.105 Responsabbiltajiet tal-ekwipaġġ
(a) |
Il-membru tal-ekwipaġġ għandu jkun responsabbli għat-twettiq tajjeb tal-kompiti tiegħu: Id-dmirijiet tal-ekwipaġġ għandhom ikunu speċifikati fil-proċeduri operattivi standard (SOP) u, fejn xieraq, fil-manwal tal-operat. |
(b) |
Ħlief għal blalen tal-arja, matul il-fażijiet kritiċi tat-titjira jew kull meta dan jitqies neċessarju mill-bdot fil-kmand fl-interess tas-sikurezza, il-membru tal-ekwipaġġ għandu jkun marbut fil-post assenjat lilu sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fl-SOP. |
(c) |
Matul it-titjira, il-membru tal-ekwipaġġ tat-titjira għandu jżomm iċ-ċintorin tas-sigurtà tiegћu/tagћha maqful waqt li jkun f’postu. |
(d) |
Matul it-titjira, mill-inqas membru ikkwalifikat wieħed tal-ekwipaġġ tat-titjira għandu jibqa’ fil-kmand tal-inġenju tal-ajru f’kull ħin. |
(e) |
Il-membru tal-ekwipaġġ ma għandux iwettaq kompiti fuq inġenju tal-ajru:
|
(f) |
Il-membru tal-ekwipaġġ li jwettaq kompiti ta’ aktar minn operatur wieħed għandu:
|
(g) |
Il-membru tal-ekwipaġġ għandu jirrapporta lill-bdot fil-kmand:
|
SPO.GEN.106 Responsabbiltajiet tal-ispeċjalisti fil-kompitu
(a) |
L-ispeċjalist fil-kompitu għandu jkun responsabbli għat-twettiq tajjeb fil-kompitu tiegħu. Id-dmirijiet tal-ispeċjalisti fil-kompitu għandhom ikunu speċifikati fl-SOP. |
(b) |
Ħlief għal blalen tal-arja, matul il-fażijiet kritiċi tat-titjira jew kull meta dan jitqies neċessarju mill-bdot fil-kmand fl-interess tas-sikurezza, l-ispeċjalist fil-kompitu għandu jkun marbut fil-post assenjat lilu sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fl-SOP. |
(c) |
L-ispeċjalist fil-kompitu għandu jiżgura li jkun marbut meta jwettaq kompiti speċjalizzati b’bibien esterni miftuħin jew imneħħija. |
(d) |
L-ispeċjalist fil-kompitu għandu jirrapporta lill-bdot fil-kmand:
|
SPO.GEN.107 Responsabbiltajiet u awtorità tal-bdot fil-kmand
(a) |
Il-bdot fil-kmand għandu jkun responsabbli:
|
(b) |
Il-bdot fil-kmand għandu jkollu l-awtorità li jirrifjuta l-ġarr jew l-iżbark ta’ kwalunkwe persuna jew merkanzija li tista’ tirrappreżenta periklu potenzjali għas-sikurezza tal-inġenju tal-ajru jew tal-okkupanti tiegħu. |
(c) |
Il-bdot fil-kmand għandu, malajr kemm jista’ jkun, jirrapporta lill-unità xierqa tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru (ATS) dwar kwalunkwe kundizzjoni perikoluża tat-temp jew tat-titjira li magħha huwa ltaqa’ u li x’aktarx taffettwa s-sikurezza ta’ inġenji tal-ajru oħrajn. |
(d) |
Minkejja d-dispożizzjoni (a)(6), f’operazzjoni ta’ aktar minn ekwipaġġ wieħed, immexxija l-bdot fil-kmand jista’ jkompli titjira lil hinn mill-eqreb ajrudrom funzjonali li jista’ jintlaħaq fil-kundizzjonijiet tat-temp attwali meta jkunu fis-seħħ proċeduri ta’ mitigazzjoni adegwati. |
(e) |
Il-bdot fil-kmand gћandu, f’sitwazzjoni ta’ emerġenza li teħtieġ deċiżjoni u azzjoni immedjati, jieћu kwalunkwe azzjoni li huwa jikkunsidra meħtieġa fiċ-ċirkostanzi skont il-punt 7.d. tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 216/2008. F’dawn il-każijiet, huwa jista’ jiddevja mir-regoli u mill-proċeduri operattivi u mill-metodi stabbiliti fl-interess tas-sikurezza. |
(f) |
Il-bdot fil-kmand għandu mingħajr dewmien jissottometti rapport ta’ att ta’ interferenza illegali lill-awtorità kompetenti u għandu jinforma lill-awtorità lokali maħtura. |
(g) |
Il-bdot fil-kmand għandu jinnotifika lill-eqreb awtorità xierqa bil-mezzi disponibbli l-aktar rapidi dwar kull aċċident li jinvolvi l-inġenju tal-ajru li jirriżulta f’dannu serju jew fil-mewt ta’ xi persuna jew fil-ħsara sostanzjali tal-inġenju tal-ajru jew ta’ proprjetà. |
SPO.GEN.108 Responsabbiltajiet u awtorità tal-bdot fil-kmand — il-blalen tal-arja
Minbarra l-punt SPO.GEN.107, il-bdot fil-kmand ta’ ballun tal-arja għandu:
(a) |
ikun responsabbli għall-għoti tal-informazzjoni ta’ qabel it-titjira lil dawk il-persuni li jassistu fl-infazzjoni u fid-deflazzjoni tal-istruttura tal-ballun tal-arja; |
(b) |
jiżgura li l-ebda persuna ma hi qed tpejjep abbord jew fil-viċinanzi tal-ballun tal-arja; u |
(c) |
jiżgura li l-persuni li jassistu fl-infazzjoni u fid-deflazzjoni tal-istruttura tal-ballun tal-arja jilbsu lbies protettiv. |
SPO.GEN.110 Konformità mal-liġijiet, mar-regolamenti u mal-proċeduri
Il-bdot fil-kmand għandu jkun konformi mal-liġijiet, mar-regolamenti u mal-proċeduri ta’ dawk l-Istati fejn l-operazzjonijiet isiru.
SPO.GEN.115 Lingwa komuni
L-operatur għandu jiżgura li l-membri tal-ekwipaġġ ikunu jistgħu jikkomunikaw ma’ xulxin b’lingwa komuni.
SPO.GEN.120 “Taxiing” tal-ajruplani
L-operatur għandu jiżgura li ajruplan jinsaq biss fiż-żona tal-moviment ta’ ajrudrom jekk il-persuna fil-post tal-kontroll:
(a) |
tkun bdot ikkwalifikat b’mod xieraq; jew |
(b) |
tkun inħatret mill-operatur u:
|
SPO.GEN.125 Użu tar-rotor
Ir-rotor tal-ħelikopter għandu jitqabbad bil-magni biss għall-għanijiet ta’ titjira li fiha jkun hemm bdot ikkwalifikat fil-post tal-kontroll.
SPO.GEN.130 Tagħmir elettroniku portabbli
L-operatur ma għandu jippermetti l-ebda persuna milli tuża tagħmir elettroniku portabbli (portable electronic device - PED) abbord inġenju tal-ajru li jista’ jaffettwa b’mod negattiv il-prestazzjoni tas-sistem u tagħmir tal-ajruplan.
SPO.GEN.135 Informazzjoni dwar it-tagћmir tal-emerġenza u tas-sopravivenza li jinġarr abbord
L-operatur għandu jkollu listi bl-informazzjoni dwar it-tagћmir tal-emerġenza u tas-sopravivenza li jinġarr abbord kwalunkwe inġenju tal-ajru tiegħu, li għandhom ikunu dejjem disponibbli sabiex jiġu kkomunikati minnufih liċ-ċentri tal-koordinazzjoni tas-salvataġġ (RCCs).
SPO.GEN.140 Dokumenti, manwali u informazzjoni li għandhom jinġarru abbord
(a) |
Id-dokumenti, il-manwali u l-informazzjoni li ġejjin għandhom jinġarru abbord waqt kull titjira, bħala oriġinali jew kopji, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor hawn taħt:
|
(b) |
Minkejja (a), id-dokumenti u l-informazzjoni f’(a)(2) sa (a)(11) u (a)(14), (a)(17), (a)(18) u (a)(19) jistgħu jinżammu fl-ajrudrom jew fis-sit tal-operat għat-titjiriet:
|
(c) |
Minkejja l-punt (a), għal titjiriet f’blalen tal-arja jew fuq glajders, esklużi t-TMGs, id-dokumenti u l-informazzoni fil-punti (a)(1) sa (a)(10) u (a)(13) sa (a)(19) jistgħu jinġarru fuq il-vettura li tiġbor kollox lura. |
(d) |
F’każ ta’ telf jew ta’ serq tad-dokumenti speċifikati fil-punt (a)(2) sal-punt (a)(8), l-operazzjoni tista’ titkompla sakemm it-titjira tilħaq id-destinazzjoni tagħha jew post fejn ikunu jistgħu jingħataw dokumenti ta’ sostituzzjoni. |
(e) |
Fi żmien raġenevoli minn meta jintalab mill-awtorità kompetenti, l-operatur għandu jagħmel disponibbli d-dokumentazzjoni meħtieġa li għandha tinġarr abbord. |
SPO.GEN.145 Preservazzjoni, produzzjoni u użu tar-reġistrazzjonijiet tar-reġistratur tat-titjiriet — operazzjonijiet b’inġenji tal-ajru kumplessi u li jaħdmu bil-magni
(a) |
Wara aċċident jew inċident li jkun suġġett gћar-rappurtar obbligatorju, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru gћandu jippreserva d-dejta oriġinali li tkun ġiet irreġistrata gћal perjodu ta’ 60 jum, sakemm l-awtorità li tkun qed twettaq l-investigazzjoni ma tkunx ordnatlu jagħmel mod ieћor. |
(b) |
L-operatur għandu jwettaq kontrolli u evalwazzjonijiet operattivi fuq ir-reġistrazzjonijiet tar-reġistratur tad-dejta tat-titjira (FDR), ir-reġistrazzjonijiet tar-reġistratur tal-vuċi fil-kabina tal-pilota (CVR) u r-reġistrazzjonijiet tal-kollegamenti bejn id-dejta biex jiżgura l-funzjonament tajjeb kontinwu tar-reġistraturi. |
(c) |
L-operatur għandu jaħżen ir-reġistrazzjonijiet gћall-perjodu ta’ ћin operattiv tal-FDR, hekk kif mitlub mill-punt SPO.IDE.A.145 jew mill-punt SPO.IDE.H.145, ħlief għall-fatt li, għall-ittestjar u l-manutenzjoni tal-FDR, jista’ jitћassar sa siegћa (1) mill-eqdem materjal li jkun ġie rreġistrat waqt il-ћin tal-ittestjar. |
(d) |
L-operatur għandu jaħżen u jżomm aġġornata d-dokumentazzjoni li tippreżenta l-informazzjoni meħtieġa sabiex id-dejta tal-FDR li ma tkunx ipproċessata tinqaleb f’parametri espressi f’unitajiet tal-inġinerija. |
(e) |
L-operatur għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni kwalunkwe reġistrazzjoni tar-reġistratur tat-titjira li tkun ġiet ippreservata, jekk l-awtorità kompetenti tiddeċiedi hekk. |
(f) |
ir-reġistrazzjonijiet tas-CVR għandhom jintużaw gћal finijiet oħrajn, gћajr gћall-investigazzjoni dwar aċċident jew inċident li jkun suġġett gћar-rappurtar obbligatorju, biss jekk il-membri tal-ekwipaġġ u l-persunal tal-manutenzjoni kkonċernati kollha jkunu taw il-kunsens tagħhom. |
(g) |
ir-reġistrazzjonijiet tal-FDR jew ir-reġistrazzjonijiet tal-kollegamenti bejn id-dejta għandhom jintużaw gћal finijiet oħrajn, gћajr gћall-investigazzjoni dwar aċċident jew inċident li jkun suġġett gћar-rappurtar obbligatorju jekk dawn ir-reġistrazzjonijiet:
|
SPO.GEN.150 Trasport ta’ oġġetti perikolużi
(a) |
It-trasport ta’ oġġetti perikolużi bl-ajru għandu jitwettaq skont l-Anness 18 għall-Konvenzjoni ta’ Chicago, kif emendata l-aħħar u estiża bil-“Technical Instructions for the Safe Transport of Dangerous Goods by Air” (id-dokument 9284-AN/905 tal-ICAO), inklużi l-annessi, is-supplimenti tagħha u kwalunkwe addenda jew rettifika oħra għaliha. |
(b) |
L-oġġetti perikolużi għandhom jinġarru biss mill-operatur approvat skont l-Anness V (il-Parti-SPA), is-Subparti G, tar-Regolament (UE) Nru 965/2012 ħlief meta:
|
(c) |
L-operatur għandu jistabbilixxi l-proċeduri li bihom jiżgura li jittieħdu l-miżuri raġonevoli kollha sabiex jiġi evitat il-ġarr bi żball ta’ oġġetti perikolużi abbord. |
(d) |
L-operatur għandu jipprovdi lill-persunal bl-informazzjoni meħtieġa biex huma jkunu jistgħu jwettqu r-responsabbiltajiet tagħhom, kif meħtieġ mill-Istruzzjonijiet Tekniċi. |
(e) |
Skont l-Istruzzjonijiet Tekniċi, l-operatur għandu jirrapporta mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti u lill-awtorità kompetenti u lill-awtorità xierqa tal-Istat tal-okkorrenza fil-każ ta’:
|
(f) |
L-operatur għandu jiżgura li l-ispeċjalisti fil-kompitu jingħataw informazzjoni dwar l-oġġetti perikolużi. |
(g) |
L-operatur għandu jiżgura li fil-postijiet tal-aċċettazzjoni tal-merkanzija jingħataw avviżi b’informazzjoni dwar it-trasport tal-oġġetti perikolużi kif meħtieġ mill-Istruzzjonijiet Tekniċi. |
SPO.GEN.155 Rilaxx ta’ oġġetti perikolużi
L-operatur ma għandux jopera inġenju tal-ajru fuq żoni ta’ bliet, irħula jew insedjamenti f’konġestjoni jew fuq ġemgħa fil-miftuħ ta’ nies meta jirrilaxxa oġġetti perikolużi.
SPO.GEN.160 Ġarr u użu ta’ armi
(a) |
L-operatur għandu jiżgura li, meta jinġarru armi fuq titjira għall-fini ta’ kompitu speċjalizzat, dawn jinżammu b’mod sikur meta ma jkunux qed jintużaw. |
(b) |
L-ispeċjalist fil-kompitu li juża l-arma għandu jieħu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jevita milli jipperikola l-inġenju tal-ajru u l-persuni abbord jew fuq l-art. |
SPO.GEN.165 Ammissjoni fil-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira
Il-bdot fil-kmand għandu jieħu d-deċiżjoni finali dwar l-ammissjoni fil-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira u għandu jiżgura li:
(a) |
ammissjoni fil-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira ma tikkawżax tfixkil jew xkiel fit-tħaddim tat-titjira; u |
(b) |
(b) il-persuni kollha li jinġarru fil-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira saru midħla tal-proċeduri rilevanti dwar is-sikurezza. |
IS-SUBPARTI B
PROĊEDURI OPERATTIVI
SPO.OP.100 Użu ta’ ajrudromi u ta’ siti tal-operat
L-operatur gћandu juża biss ajrudromi u siti tal-operat li jkunu xierqa gћat-tip ta’ inġenju tal-ajru u ta’ operazzjoni kkonċernata.
SPO.OP.105 Speċifikazzjoni ta’ ajrudromi iżolati — l-ajruplani
Għall-għażla ta’ ajrudromi alternattivi u l-politika tal-fjuwil, l-operatur għandu jikkunsidra ajrudrom bħala ajrudrom iżolat jekk il-ħin tat-titjira lejn l-ajrudrom alternattiv fl-eqreb destinazzjoni xierqa hija aktar minn:
(a) |
għall-ajruplani b’magni bil-pistuni, 60 minuta; jew |
(b) |
għall-ajruplani b’magni bit-turbina, 90 minuta. |
SPO.OP.110 Valuri minimi operattivi tal-ajrudrom — l-ajruplani u l-ħelikopters
(a) |
Għat-titjiriet li jsiru skont ir-regoli tat-titjir bl-istrumenti (IFR) l-operatur jew il-bdot fil-kmand għandu jistabbilixxi l-valuri minimi operattivi tal-ajrudrom għal kull tluq, destinazzjoni jew ajrudrom alternattiv li għandu jntuża. Dawn il-valuri minimi:
|
(b) |
Huwa u jagħżel il-valuri minimi operattivi tal-ajrudrom, l-operatur jew il-bdot fil-kmand għandu jqis dawn li ġejjin:
|
(c) |
Il-valuri minimi għal tip speċifiku ta’ proċedura ta’ avviċinament u ta’ nżul għandhom jintużaw biss jekk:
|
SPO.OP.111 Valuri minimi operattivi tal-ajrudrom — operazzjonijiet NPA, APV, CAT I
(a) |
L-għoli tad-deċiżjoni (DH) biex jintuża għall-avviċinament mhux ta’ preċiżjoni (NPA) li jsir bit-teknika tal-avviċinament finali bi nżul kontinwu (CDFA), il-proċedura ta’ avviċinament bi gwida vertikali (APV) jew operazzjoni tal-kategorija I (CAT I) ma għandhomx ikunu anqas mill-ogħla kejl ta’:
|
(b) |
L-għoli minimu ta’ nżul (MDH) għal operazzjoni NPA li tittajar mingħajr it-teknika CDFA ma għandux ikun aktar baxx mill-ogħla kejl ta’:
Tabella 1 Valuri minimi tas-sistema
|
SPO.OP.112 Valuri minimi operattivi tal-ajrudrom – Operazzjonijiet ta’ dawran b’ajruplani
(a) |
L-MDH għal operazzjoni ta’ dawran b’ajruplani ma jistgħux ikunu anqas mill-ogħla ta’:
|
(b) |
Il-viżibilità minima għal operazzjoni ta’ dawran b’ajruplani għandu jkun l-ogħla minn:
Tabella 1 L-MDH u l-viżibilità minima gћad-dawran vs. il-kategorija tal-ajruplan
|
SPO.OP.113 Valuri minimi operattivi tal-ajrudrom — operazzjonijiet ta’ dawran fuq l-art (onshore circling operations) bil-ħelikopters
L-MDH għal operazzjoni ta’ dawran fuq l-art bil-ħelikopters ma għandux ikun inqas minn 250 pied u l-viżibilità meteoroloġika mhux inqas minn 800 m.
SPO.OP.115 Proċeduri tat-tluq u tal-avviċinament— l-ajruplani u l-ħelikopters
(a) |
Il-bdot fil-kmand għandu juża l-proċeduri tat-tluq u tal-avviċinament stabbiliti mill-Istat tal-ajrudrom, jekk dawn il-proċeduri ġew ippubblikati għar-runway jew għall-FATO li għandu jintuża. |
(b) |
Il-bdot fil-kmand jista’ jiddevja minn rotta tat-tluq ippubblikata, minn rotta tal-wasla ppubblikata jew minn proċedura ta’ avviċinament ippubblikata:
|
(c) |
Fil-każ tal-operazzjonijiet b’inġenji tal-ajru kumplessi li jaħdmu bil-magni, is-segment tal-avviċinament finali għandu jittajjar b’mod viżwali jew skont il-proċeduri ta’ avviċinament ippubblikati. |
SPO.OP.120 Proċeduri tat-tnaqqis tal-istorbju
Il-bdot fil-kmand għandu jqis il-proċeduri tat-tnaqqis tal-istorbju ppubblikati sabiex jiġi minimizzat l-effett tal-istorbju tal-inġenju tal-ajru filwaqt li jiżgura li s-sikurezza jkollha prijorità fuq it-tnaqqis tal-istorbju.
SPO.OP.121 Proċeduri tat-tnaqqis tal-istorbju — il-blalen tal-arja
Il-bdot fil-kmand għandu jqis il-proċeduri operattivi sabiex jiġi minimizzat l-effett tal-istorbju tas-sistema tat-tisħin filwaqt li jiżgura li s-sikurezza jkollha prijorità fuq it-tnaqqis tal-istorbju.
SPO.OP.125 Altitudnijiet minimi tad-distanza mill-ostakli — titjiriet IFR
(a) |
L-operatur għandu jispeċifika metodu li jistabbilixxi l-altitudnijiet minimi tat-titjira li jipprovdi d-distanza meħtieġa mill-art għar-rotot kollha li gћandhom jiġu koperti b’IFR. |
(b) |
Il-bdot fil-kmand għandu jistabbilixxi l-altitudnijiet minimi tat-titjira għal kull titjira bbażata fuq dan il-metodu. L-altitudnijiet minimi tat-titjira ma għandomx ikunu aktar baxxi minn dawk ippubblikati mill-Istat li fuqu tkun se tgħaddi t-titjira. |
SPO.OP.130 Provvista ta’ fjuwil u ta’ żejt — l-ajruplani
(a) |
Il-bdot fil-kmand għandu jibda b’titjira biss jekk l-ajruplan iġorr fjwuil u żejt suffiċjenti għal dawn li ġejjin:
|
(b) |
Fil-komputazzjoni tal-fjuwil meħtieġ inkluż biex jipprovdu għal kontinġenza, dan li ġej għandu jittieħed f’kunsiderazzjoni:
|
(c) |
Xejn ma għandu jipprekludi emenda fi pjan ta’ titjira waqt titjira, sabiex it-titjira tiġi ippjanata mill-ġdid lejn destinazzjoni oħra, sakemm ir-rekwiżiti kolha jkunu jistgħu jitħarsu mill-punt mnejn it-titjira tiġi ppjanata mill-ġdid |
SPO.OP.131 Provvista ta’ fjuwil u ta’ żejt — il-ħelikopters
(a) |
Il-bdot fil-kmand għandu jibda b’titjira biss jekk il-ħelikopter ikun qed iġorr biżżejjed fjuwil u żejt kif ġej:
|
(b) |
Fil-komputazzjoni tal-fjuwil meħtieġ inkluż biex jipprovdu għal kontinġenza, dan li ġej għandu jittieħed f’kunsiderazzjoni:
|
(c) |
Xejn ma għandu jipprekludi emenda fi pjan ta’ titjira waqt titjira, sabiex it-titjira tiġi ippjanata mill-ġdid lejn destinazzjoni oħra, sakemm ir-rekwiżiti kolha jkunu jistgħu jitħarsu mill-punt mnejn it-titjira tiġi ppjanata mill-ġdid |
SPO.OP.132 Provvista u ppjanar tal-fjuwil u tas-saborra — il-blalen tal-arja
(a) |
Il-bdot fil-kmand għandu jibda b’titjira biss jekk ikun qed iġorr riżerva ta’ fjwuil jew ta’ saborra suffiċjenti għal titjira ta’ 30 minuta. |
(b) |
Il-kalkoli tal-fjwuil jew tas-saborra għandhom ikunu bbażati mill-anqas fuq il-kundizzjonijiet operattivi li bihom għandha titwettaq it-titjira kif ġej:
|
SPO.OP.135 Struzzjonijiet dwar is-sikurezza
(a) |
L-operatur għandu jiżgura li, qabel it-tlugħ, l-ispeċjalisti fil-kompitu jingħataw struzzjonijiet dwar:
|
(b) |
L-istruzzjonijiet imsemmija f’(a)(2) jistgħu jiġu sostitwiti ma’ programm ta’ taħriġ inizjali u rikorrenti. F’dan il-każ, l-operatur għandu jiddefinixxi wkoll rekwiżiti aġġornati. |
SPO.OP.140 Preparazzjoni tat-titjira
(a) |
Qabel ma jibda b’titjira, il-bdot fil-kmand għandu jiżgura b’kull mezz raġonevoli disponibbli li l-faċilitajiet fl-art u/jew fl-ilma inklużi l-faċilitajiet tal-komunikazzjoni u l-għajnuniet għan-navigazzjoni disponibbli u meħtieġa b’mod dirett fuq tali titjira, għall-operazzjoni sikura tal-inġenju tal-ajru, huma adegwati għat-tip ta’ operazzjoni li għaliha se titwettaq it-titjira. |
(b) |
Qabel ma jibda b’titjira, il-bdot fil-kmand għandu jkun familjari mal-informazzjoni meteoroloġika kollha disponibbli xierqa għat-titjira ppjanata. Il-preparazzjoni tat-titjira lil hinn mill-viċinanza tal-post tat-tluq, u għal kull titjira skont l-IFR, għandha tinkludi:
|
SPO.OP.145 Ajrudromi alternattivi għat-tlugħ — l-ajruplani kumplessi u li jaħdmu bil-magni
(a) |
Għal titjiriet skont l-IFR, il-bdot fil-kmand għandu jispeċifika fil-pjan tat-titjira mill-anqas ajrudrom alternattiv funzjonali wieħed għat-tlugħ fil-każ li l-kundizzjonijiet tat-temp attwali fl-ajrudrom tat-tluq ikunu fil-valuri minimi operattivi tal-ajrudrom operattiv applikabbli jew anqas jew fil-każ li ma jkunx possibbli li l-ajruplan jirritorna lejn l-ajrudrom tat-tluq minħabba raġunijiet oħrajn. |
(b) |
L-ajrudrom alternattiv għat-tlugħ għandu jkun jinsab fid-distanza li ġejja mill-ajrudrom tat-tluq:
|
(c) |
Sabiex ajrudrom jintagħżel bħala ajrudrom alternattiv għat-tlugh, l-informazzjoni disponibbli għandha tindika li, fil-ħin tal-użu stmat, il-kundizzjonijiet se jkunu fil-valuri minimi operattivi tal-ajrudorm jew aħjar għal dik l-operazzjoni. |
SPO.OP.150 Ajrudromi alternattivi ta’ destinazzjoni — l-ajruplani
Għal titjiriet skont l-IFR, il-bdot fil-kmand għandu jispeċifika fil-pjan tat-titjira mill-anqas ajrudrom alternattiv funzjonali ta’ destinazzjoni wieħed li jista’ jintlaħaq fil-kundizzjonijiet tat-temp attwali, sakemm:
(a) |
l-informazzjoni meteoroloġika attwali disponibbli ma tkunx tindika li, għall-perjodu ta’ minn siegħa (1) qabel sa siegħa (1) wara l-ħin stmat tal-wasla, jew mill-ħin reali tat-tluq sa siegħa (1) wara l-ħin stmat tal-wasla, liema minnhom ikun l-iqsar perjodu, l-avviċinament u l-inżul jistgħu jsiru f’kundizzjonijiet meteoroloġiċi viżwali (VMC); jew |
(b) |
il-post tal-inzul ippjanat ma jkunx iżolat u:
|
SPO.OP.151 Ajrudromi alternattivi ta’ destinazzjoni — il-ħelikopters
Għal titjiriet skont l-IFR, il-bdot fil-kmand għandu jispeċifika fil-pjan tat-titjira mill-anqas ajrudrom alternattiv funzjonali ta’ destinazzjoni wieħed li jista’ jintlaħaq fil-kundizzjonijiet tat-temp attwali, sakemm:
(a) |
proċedura ta’ avviċinament bi strument ma jkunx preskritt għall-ajrudrom tal-inżul ippjanat u l-informazzjoni metoeroloġika attwali tindika l-eżistenza tal-kundizzjonijiet meteoroloġiċi li ġejjin minn sagħtejn (2) qabel sa sagħtejn (2) wara l-ħin stmat tal-wasla, jew mill-ħin reali tat-tluq sa sagħtejn (2) wara l-ħin stmat tal-wasla, liema minnhom ikun l-iqsar perjodu
|
(b) |
il-post tal-inzul ippjanat ma jkunx iżolat u:
|
SPO.OP.155 Mili tal-fjuwil waqt li l-persuni jkunu qed jitilgħu abbord, meta dawn ikunu abbord jew meta jkunu qed jiżbarkaw
(a) |
L-inġenju tal-ajru m’għandux jingħatalu jew jitneħħilu fjuwil tat-tip “AVGAS” (gażolina tal-avjazzjoni) jew tat-tip “wide-cut” jew taħlita ta’ dawn it-tipi ta’ fjuwils, meta l-persuni jkunu qed jitilgħu abbord, meta dawn ikunu abbord jew meta jkunu qed jiżbarkaw. |
(b) |
Għat-tipi ta’ fjuwils l-oħra kollha, għandhom jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa u l-inġenju tal-ajru għandu jkun mgħammar b’persunal ikkwalifikat li jkunu lesti jibdew u jidderieġu evakwazzjoni tal-inġenju tal-ajru bl-iktar mod prattiku u effettiv disponibbli. |
SPO.OP.160 Użu tal-kuffji tal-widna
Ħlief għal blalen tal-arja, kull membru tal-ekwipaġġ tat-titjira li huwa meħtieġ li jkun fis-servizz fil-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira għandu jilbes kuffji tal-widna b’mikrofonu boom, jew ekwivalenti, u jużah bħala l-apparat primarju biex jikkomunika mal-ATS, ma’ membri oħrajn tal-ekwipaġġ u mal-ispeċjalisti fil-kompitu.
SPO.OP.165 Tipjip
Il-bdot fil-kmand ma għandux jippermetti tipjip abbord jew matul ir-riforniment jew it-tneħħija ta’ fjuwil tal-inġenju tal-ajru.
SPO.OP.170 Kundizzjonijiet meteoroloġiċi
(a) |
Il-bdot fil-kmand għandu jibda b’titjira skont il-VFR jew għandu jkompli biha biss meta l-aktar informazzjoni meteorolġika riċenti disponibbli tkun turi li fil-ħin mistenni tal-użu, il-kundizzjonijiet tat-temp tul ir-rotta u fid-destinazzjoni ppjanata se jkunu fil-livell tal-valuri minimi operattivi applikabbli tal-VFR jew f’livell ogħla minnhom. |
(b) |
Il-bdot fil-kmand għandu jibda b’titjira skont il-VFR jew għandu jkompli biha lejn l-ajrudrom tad-destinazzjoni ppjanat biss meta l-iktar informazzjoni meteorolġika riċenti disponibbli tkun tindika li, fil-ħin mistenni tal-wasla, il-kundizzjonijiet tat-temp fid-destinazzjoni, jew tal-inqas f’ajrudrom alternattiv tad-destinazzjoni wieħed, ikunu fil-livell tal-valuri minimi operattivi tal-ajrudrom applikabbli jew f’livell ogħla minnhom. |
(c) |
Fil-każ li titjira jkun fiha segmenti VFR u IFR, l-informazzjoni meteoroloġika msemmija fil-punti (a) u (b) għandha tkun applikabbli safejn dan ikun rilevanti. |
SPO.OP.175 Silġ u kontaminanti oћrajn — il-proċeduri ta’ fuq l-art
(a) |
Il-bdot fil-kmand gћandu jagћti bidu gћat-tlugħ biss jekk l-inġenju tal-ajru ma jkollu l-ebda depożitu fuqu li jista’ jaffettwa b’mod ħażin il-prestazzjoni tal-inġenju tal-ajru jew is-setgħa tal-kontroll tiegħu, ħlief hekk kif inhu permess skont l-AFM. |
(b) |
Fil-każ ta’ operazzjonijiet b’inġenji tal-ajru kumplessi u li jaħdmu bil-magni, l-operatur għandu jistabbilixxi l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti meta jkun hemm bżonn isiru l-proċeduri ta’ fuq l-art għat-tneħħija tas-silġ u għal kontra l-formazzjoni tas-silġ fuq inġenju tal-ajru, u l-ispezzjonijiet relatati magħhom, sabiex l-inġenju tal-ajru jkun jista’ jitħaddem b’mod sikur. |
SPO.OP.176 Silġ u kontaminanti oћrajn — il-proċeduri waqt it-titjir
(a) |
Il-bdot fil-kmand għandu jagћti bidu gћal titjira jew għandu jtajjar l-ajruplan intenzjonalment f’kundizzjonijiet ta’ silġ mistennija jew reali biss jekk l-inġenju tal-ajru jkun iċċertifikat għal dan u jkun mgħammar biex ilaħħaq ma’ kundizzjonijiet bħal dawn kif imsemmi fil-punt 2.a.5 tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 216/2008. |
(b) |
Jekk il-formazzjoni tas-silġ taqbeż l-intensità tal-formazzjoni ta’ silġ li għaliha jkun iċċertifikat l-inġenju tal-ajru, jew jekk inġenju tal-ajru li ma jkunx iċċertifikat għat-titjir f’kundizzjonijiet ta’ formazzjoni tas-silġ magħrufa jiltaqa’ mal-formazzjoni tas-silġ, il-bdot fil-kmand għandu joħroġ l-inġenju tal-ajru minn dawk il-kundizzjonijiet ta’ formazzjoni tas-silġ minnufih, billi jibdel il-livell u/jew ir-rotta, u jekk ikun neċessarju billi jiddikjara stat ta’ emerġenza lill-ATC. |
(c) |
Fil-każ ta’ operazzjonijiet b’inġenji tal-ajru kumplessi u li jaħdmu bil-magni, l-operatur għandu jistabbilixxi proċeduri għal titjiriet f’kundizzjonijiet mistennija jew attwali ta’ silġ. |
SPO.OP.180 Kundizzjonijiet tat-tlugћ — l-ajruplani u l-ħelikopters
Qabel ma jagħti bidu gћat-tlugħ, il-bdot fil-kmanda gћandu jkun issodisfat li:
(a) |
skont l-informazzjoni li jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu, it-temp fl-ajrudrom jew fis-sit tal-operat u l-kundizzjoni tar-“runway” jew tal-FATO ppjanat li jintuża mhux se jostakolaw tlugħ u tluq sikur; u |
(b) |
se jitħarsu l-valuri minimi operattivi applikabbli tal-ajrudrom. |
SPO.OP.181 Kundizzjonijiet tat-tlugћ — il-blalen tal-arja
Qabel ma jagħti bidu gћat-tlugħ, il-bdot fil-kmanda gћandu jkun issodisfat li, skont l-informazzjoni disponibbli, it-temp fl-ajrudrom jew fis-sit tal-operat mhux se jostakola tlugħ u tluq sikur.
SPO.OP.185 Sitwazzjonijiet simulati waqt it-titjir
Sakemm ma jkunx hemm abbord l-inġenju tal-ajru speċjalist fil-kompitu għat-taħriġ, il-bdot fil-kmand, meta jġorr speċjalisti fil-kompitu, ma għandux jissimula:
(a) |
sitwazzjonijiet li jeħtieġu l-applikazzjoni ta’ proċeduri anormali jew ta’ emerġenza; jew |
(b) |
titjir f’kundizzjonijiet meteorolġiċi bl-instrument (IMC). |
SPO.OP.190 Ġestjoni tal-fjuwil matul it-titjira
(a) |
L-operatur ta’ inġenju tal-ajru kumpless li jaħdem bil-magni gћandu jistabbilixxi proċedura biex jiżgura li waqt it-titjira jitwettqu kontrolli tal-ammont tal-fjuwil u tal-ġestjoni tal-fjuwil. |
(b) |
F’intervalli regolari l-bdot fil-kmand għandu jikkontrolla li l-ammont ta’ fjuwil li jista’ jintuża li jkun għad fadal għal waqt it-titjira, mhuwiex anqas mill-fjuwil meħtieġ biex jipproċedi lejn ajrudorm jew lejn sit tal-operat funzjonali li jista’ jintlaħaq fil-kundizzjonijiet tat-temp attwali u li r-riżerva tal-fjuwil ippjanata hija skont kif meħtieġ fil-punti SPO.OP.130 u SPO.OP.131. |
SPO.OP.195 Użu ta’ ossiġnu supplimentari
(a) |
L-operatur għandu jiżgura li l-ispeċjalisti fil-kompitu u l-membri tal-ekwipaġġ jużaw ossiġenu supplimentari b’mod kontinwu kull meta l-altitudni tal-kabina taqbeż l-10 000 pied għal perjodu ta’ iktar minn 30 minuta u kull meta l-altitudni tal-kabina taqbeż it-13 000 pied, sakemm ma jkunx approvat mod ieħor mill-awtorità kompetenti u b’konformità mal-SOPs. |
(b) |
Minkejja (a) u ħlief għall-operazzjonijiet bil-paraxut, titjiriet qosra ta’ tul ta’ żmien speċifiku u ’l fuq minn 13 000 pied mingħajr l-użu tal-ossiġenu supplimentari f’ajruplani u f’ħelikopters li mhumiex kumplessi u li jaħdmu bil-magni, jistgħu jsiru bl-approvazzjoni minn qabel tal-awtorita kompetenti fuq il-bażi tal-kunsiderazzjoni ta’ dan li ġej:
|
SPO.OP.200 Individwazzjoni tal-qrubija lejn l-art
(a) |
Meta qrubija eċċessiva lejn l-art tiġi nnutata minn membru tal-ekwipaġġ tat-titjira jew permezz ta’ sistema ta’ twissija ta’ qrubija lejn l-art, il-bdot tat-titjira gћandu jieħu azzjoni korrettiva minnufih biex ikunu stabbiliti kundizzjonijiet sikuri tat-titjir. |
(b) |
Is-sistema ta’ twissija tal-qrubija lejn l-art tista’ tiġi diżattivata matul dawk il-kompiti speċjalizzati, li min-natura tagħhom jeħtieġu li l-inġenju tal-ajru jkun operat fi ħdan distanza mill-art inqas minn dik li tiskatta s-sistema ta’ twissija tal-qrubija lejn l-art. |
SPO.OP.205 Sistema għall-prevenzjoni tal-ħabtiet fl-ajru (Airborne collision avoidance system - ACAS)
(a) |
L-operatur għandu jistabbilixxi proċeduri operattivi u programmi tat-taħriġ meta fl-inġenju tal-ajru tkun installata ACAS u din tkun tista’ tintuża. Meta tintuża ACAS tat-tip II, it-tali proċeduri u taħriġ għandhom ikunu skont ir-Regolament (UE) Nru 1332/2011. |
(b) |
L-ACAS II tista’ tiġi diżattivata matul dawk il-kompiti speċjalizzati, li minħabba n-natura tagħhom jeħtieġu li l-inġenju tal-ajru jkun operat fi ħdan distanza minn xulxin li tiskatta l-ACAS. |
SPO.OP.210 Kundizzjonijiet għall-avviċinament u għall-inżul — l-ajruplani u l-ħelikopters
Qabel ma jibda l-avviċinament għall-inżul, il-bdot fil-kmand gћandu jkun issodisfat li, skont l-informazzjoni disponibbli, it-temp fl-ajrudrom jew fis-sit tal-operat u l-kundizzjoni tar-runway jew tal-FATO ppjanat li jintuża m’għandhomx jostakolaw avviċinament, inżul jew avviċinament mhux milћuq, sikuri.
SPO.OP.215 Bidu u kontinwazzjoni tal-avviċinament — l-ajruplani u l-ħelikopters
(a) |
Il-bdot fil-kmand jista’ jibda avviċinament bi strument minkejja l-valuri minimi tal-medda viżwali tar-runway/viżibilità (RVR/VIS) rrappurtati. |
(b) |
Jekk l-RVR/il-VIS irrappurtata tkun inqas mill-valuri minimi applikabbli, l-avviċinament ma għandux jitkompla:
|
(c) |
Fejn l-RVR ma tkunx disponibbli, il-valuri tal-RVR jistgħu jinkisbu billi wieħed jaqleb il-viżibilità rrappurtata. |
(d) |
Jekk, wara li jinqabżu l-1 000 pied ’il fuq mill-ajrudrom, il-RVR/il-VIS irrappurtata taqa’ taħt il-valuri minimi applikabbli, l-avviċinament jista’ jitkompla sad-DA/H jew sal-MDA/H. |
(e) |
L-avviċinament jista’ jitkompla taħt id-DA/H jew l-MDA/H u l-inżul jista’ jintemm, sakemm ir-referenza viżwali x-xierqa għat-tip ta’ operazzjoni ta’ avviċinament u għar-runway ippjanata tkun ġiet stabbilita fid-DA/H jew fl-MDA/H u tibqa’ tinżamm. |
(f) |
L-RVR fiż-żona ta’ kuntatt mal-art dejjem għandha tkun waħda li torbot. |
SPO.OP.225 Limitazzjonijiet operattivi — il-blalen tal-arja sħuna
(a) |
Ballun tal-arja sħuna ma għandux jinżel billejl, ħlief f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza. |
(b) |
It-tlugħ ta’ ballun tal-arja sħuna jista’ jsir billejl, sakemm jinġarr biżżejjed fjuwl għall-inżul binhar. |
SPO.OP.230 Proċeduri operattivi standard
(a) |
Qabel ma jibda operazzjoni speċjalizzata, l-operatur għandu jwettaq valutazzjoni tar-riskji, li fiha jivvaluta l-kumplessità tal-attività biex jiddetermina l-perikli u r-riskji assoċjati inerenti fl-operazzjoni u jistabbilixxi miżuri ta’ mitigazzjoni. |
(b) |
Fuq il-bażi tal-valutazzjoni tar-riskji, l-operatur għandu jistabbilixxi proċeduri operattivi standard (SOP) xierqa għall-attività speċjalizzata u l-inġenju tal-ajru użat filwaqt li jittieħdu f’kunsiderazzjoni r-rekwiżiti tas-subparti E. L-SOP għandhom ikunu parti mill-manwal tal-operat jew dokument separat. L-SOP għandhom ikunu riveduti u aġġornati b’mod regolari, kif xieraq. |
(c) |
L-operatur għandu jiżgura li l-operazzjonijiet speċjalizzati jsiru skont l-SOP. |
IS-SUBPARTI C
PRESTAZZJONI TAL-INĠENJI TAL-AJRU U LIMITAZZJONIJIET OPERATTIVI
SPO.POL.100 Limitazzjonijiet operattivi — l-inġenji tal-ajru kollha
(a) |
Matul kull fażi tal-operazzjoni, it-tagħbija, il-massa u, għajr fil-każ tal-blalen tal-arja, il-pożizzjoni taċ-ċentru tal-gravità (CG) tal-inġenju tal-ajru għandhom ikunu konformi ma’ kwalunkwe limitazzjoni speċifikata fil-manwal korrispondenti. |
(b) |
Kartelluni, elenki, immarkar ta’ strumenti, jew taħlit ta’ dawn kollha, li fihom dawk il-limitazzjonijiet operattivi preskritti mill-AFM bl-iskop ta’ preżentazzjoni viżwali, għandhom jintwerew fuq l-inġenju tal-ajru. |
SPO.POL.105 Massa u bilanċ
(a) |
L-operatur għandu jiżgura li l-massa u, għajr fil-każ tal-blalen tal-arja, iċ-ċentru tal-gravità tal-inġenju tal-ajru jiġu stabbiliti permezz ta’ użin reali qabel ma jintuża għall-ewwel darba. L-effetti akkumulati tal-modifiki u t-tiswijiet fuq il-massa u l-bilanċ għandhom jitqiesu u jiġu ddokumentati kif xieraq. It-tali informazzjoni għandha ssir disponibbli għall-bdot fil-kmand. L-inġenju tal-ajru għandu jerġa’ jintiżen jekk l-effett tal-modifiki fuq il-massa u l-bilanċ ma jkunx magħruf b’mod preċiż. |
(b) |
L-użin għandu jsir:
|
SPO.POL.110 Sistema ta’ massa u bilanċ — operazzjonijiet kummerċjali b’ajruplani u ħelikopters u operazzjonijiet mhux kummerċjali b’inġenji tal-ajru kumplessi u li jaħdmu bil-magni
(a) |
L-operatur għandu jistabbilixxi sistema ta’ massa u bilanċ għal kull titjira jew serje ta’ titjiriet:
|
(b) |
L-ekwipaġġ tat-titjira għandu jingħata mezzi biex jirrepeti u jivverifika kwalunkwe kalkolu tal-massa u l-bilanċ fuq il-bażi ta’ kalkoli elettroniċi. |
(c) |
L-operatur għandu jistabbilixxi proċeduri li jippermettu lill-bdot fil-kmand jiddetermina l-massa tat-tagħbija tal-fjuwil billi juża d-densità reali jew, jekk din ma tkunx magħrufa, billi juża d-densità kkalkulata skont metodu speċifikat fil-manwal tal-operat. |
(d) |
Il-bdot fil-kmand għandu jiżgura:
|
(e) |
Fil-manwal tal-operat, l-operatur għandu jispeċifika l-prinċipji u l-metodi involuti fit-tagħbija u fis-sistema tal-massa u l-bilanċ li jissodisfaw ir-rekwiżiti mogħtija fil-punti (a) sa (i). Din is-sistema għandha tkopri t-tipi kollha ta’ operazzjonijiet previsti. |
SPO.POL.115 Dejta u dokumentazzjoni dwar il-massa u l-bilanċ — operazzjonijiet kummerċjali b’ajruplani u ħelikopters u operazzjonijiet mhux kummerċjali b’inġenji tal-ajru kumplessi u li jaħdmu bil-magni
(a) |
L-operatur għandu jistabbilixxi d-dejta tal-massa u tal-bilanċ u għandu jipproduċi d-dokumentazzjoni dwar il-massa u l-bilanċ qabel kull titjira li tispeċifika t-tagħbija u d-distribuzzjoni tagħha b’tali mod li l-limiti tal-massa u tal-bilanċ tal-inġenju tal-ajru ma jinqabżux. Id-dokumentazzjoni dwar il-bilanċ u l-massa għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:
|
(b) |
F’każijiet fejn id-dokumentazzjoni u d-dejta dwar il-bilanċ u l-massa jiġu ġġenerati permezz ta’ sistema kkompjuterizzata għall-bilanċ u l-massa, l-operatur gћandu jivverifika l-integrità tad-dejta prodotta. |
SPO.POL.116 Dejta u dokumentazzjoni dwar il-bilanċ u l-massa — mitigazzjonijiet
Minkejja l-punt SPO.POL.115 (a)(5), il-pożizzjoni taċ-ċentru tal-gravità ma għandhiex għalfejn titniżżel fid-dokumentazzjoni dwar il-bilanċ u l-massa jekk, pereżempju, id-distribuzzjoni tat-tagħbija ssegwi tabella tal-bilanċ ikkalkulata minn qabel jew jekk ikun jista’ jintwera li għall-operazzjonijiet previsti jista’ jiġi żgurat bilanċ korrett, tkun xi tkun it-tagħbija reali;
SPO.POL.120 Prestazzjoni — punti ġenerali
Il-bdot fil-kmand għandu jopera l-inġenju tal-ajru biss jekk il-prestazzjoni tkun adegwata biżżejjed biex tikkonforma mar-regoli applikabbli tal-ajru u ma’ kwalunkwe restrizzjoni oħra applikabbli għat-titjira, għall-ispazju tal-ajru jew għall-ajrudromi jew siti tal-operat użati, billi titqies il-preċiżjoni fl-immappjar ta’ kwalunkwe ċart jew mappa użata.
SPO.POL.125 Limitazzjonijiet tal-massa tat-tlugħ — l-ajruplani kumplessi u li jaħdmu bil-magni
L-operatur għandu jiżgura li:
(a) |
il-massa tal-ajruplan fil-bidu tat-tlugħ ma għandhiex taqbeż il-limitazzjonijiet fuq il-massa:
filwaqt li jistgħu jitqiesu wkoll it-tnaqqis mistenni fil-massa hija u tipproċedi t-titjira u r-rimi tal-fjuwil; |
(b) |
il-massa fil-bidu tat-tlugħ ma għandha qatt taqbeż il-massa massima waqt it-tlugħ speċifikata fl-AFM għall-altitudni tal-pressjoni adegwata għall-elevazzjoni, tal-ajrudrom jew tas-sit tal-operat, u jekk dan jintuża baħala parametru għad-determinazzjoni tal-massa tat-tlugħ massima, kwalunkwe kundizzjoni atmosferika lokali oħra; u |
(c) |
il-massa stmata għall-ħin mistenni tal-inżul fl-ajrudrom jew fis-sit tal-operat tal-inżul ippjanat u fi kwalunkwe ajrudrom alternattiv ta’ destinazzjoni ma għandha qatt taqbeż il-massa massima tal-inżul speċifikata fl-AFM għall-altitudni tal-pressjoni adegwata għall-elevazzjoni, ta’ dawk l-ajrudromi jew is-siti tal-operat, u jekk dan jintuża baħala parametru għad-determinazzjoni tal-massa massima tal-inżul, kwalunkwe kundizzjoni atmosferika lokali oħra. |
SPO.POL.130 Tlugħ — l-ajruplani kumplessi u li jaħdmu bil-magni
(a) |
Meta jiddetermina l-massa massima waqt it-tlugħ, il-bdot fil-kmand għandu jqis dan li ġej:
|
(b) |
Ħlief għal ajruplan mgħammar b’magni “turboprop” u b’massa massima tat-tlugħ ta’ jew inqas minn 5 700 kg, fil-każ ta’ ħsara fil-magna waqt it-tlugħ, il-bdot fil-kmand għandu jiżgura li l-ajruplan jista’:
|
SPO.POL.135 Tul ir-rotta — magna waħda inoperattiva — l-ajruplani kumplessi u li jaħdmu bil-magni
Il-bdot fil-kmand għandu jżigura li f’każ fejn magna tieqaf taħdem fi kwalunkwe punt tul ir-rotta, ajruplan b’magni multipli għandu jkun jista’ jkompli t-titjira lejn ajrudrom jew sit tal-operat adegwat mingħajr ma jtir fi kwalunkwe punt, taħt l-altitudni tad-distanza minima mill-ostakli.
SPO.POL.140 Nżul — l-ajruplani kumplessi u li jaħdmu bil-magni
Fi kwalunkwe ajrudrom jew sit tal-operat, il-bdot fil-kmand għandu jiżgura, wara li jkun ikklerja b’marġni sikura l-ostakli kollha fil-passaġġ tal-avviċinament, li l-ajruplan ikun jista’ jinżel u jieqaf, jew fil każ ta’ idroplan li dan jikseb veloċità baxxa b’mod sodisfaċenti, fid-distanza li jkun hemm disponibbli biex l-art tkun tista’ tintlaħaq. Għandhom jitqiesu wkoll b’mod xieraq il-varjazzjonijiet mistennija fit-tekniki tal-avviċinament u tal-inżul, jekk it-tali kalkolu ma sarx fil-iskedar tad-dejta tal-prestazzjoni.
SPO.POL.145 Prestazzjoni u kriterji operattivi — l-ajruplani
Meta jopera ajruplan f’għoli ta’ inqas minn 150 m (500 pied) fuq żona mhux f’konġestjoni, għal operazzjonijiet ta’ ajruplani li mhumiex kapaċi jsostnu titjira f’livell fil-każ ta’ ħsara kritika fil-magna, l-operatur għandu:
(a) |
jistabbilixxi proċeduri operattivi biex inaqqas kemm jista’ jkun il-konsegwenzi ta’ ħsara fil-magna; |
(b) |
jistabbilixxi programm ta’ taħriġ għall-membri tal-ekwipaġġ; u |
(c) |
jiżgura li l-membri kollha tal-ekwipaġġ u l-ispeċjalisti fil-kompitu abbord jingħataw struzzjonijiet dwar il-proċeduri li għandhom jitwettqu fil-każ ta’ nżul sfurzat. |
SPO.POL.146 Prestazzjoni u kriterji operattivi — il-ħelikopters
(a) |
Il-bdot fil-kmand jista’ jopera inġenju tal-ajru fuq żoni f’konġestjoni diment li:
|
(b) |
L-operatur għandu:
|
(c) |
L-operatur għandu jiżgura li l-massa fit-tlugħ, fl-inżul jew fis-sospensjoni stazzjonarja ma taqbiżx il-massa massima speċifikata għal:
|
IS-SUBPARTI D
STRUMENTI, DEJTA U TAGĦMIR
TAQSIMA 1
Ajruplani
SPO.IDE.A.100 Strumenti u tagħmir — punti ġenerali
(a) |
L-istrumenti u t-tagħmir li huma meħġtieġa skont din is-Subparti għandhom jiġu approvati skont ir-rekwiżiti tal-ajrunavigabbiltà applikabbli fil-każ li:
|
(b) |
L-oġġetti li ġejjin, meta meħtieġa minn din is-Subparti, ma jeħtiġux approvazzjoni ta’ tagħmir:
|
(c) |
L-istrumenti u t-tagħmir li mhumiex meħtieġa skont din is-Subparti kif ukoll kull tagħmir ieħor li mhuwiex meħtieġ skont Annessi applikabbli oħrajn, iżda li jinġarr fuq it-titjira, għandhom jikkonformaw ma’ dawn li ġejjin:
|
(d) |
L-istrumenti u t-tagħmir għandhom ikunu operabbli jew aċċessibbli fil-pront minn dak il-post fejn il-membru tal-ekwipaġġ li jeħtieġ li jużah jinsab bilqiegħda. |
(e) |
Dawk l-istrumenti li jintużaw minn kwalunkwe membru tal-ekwipaġġ tat-titjira għandhom ikunu organizzati b’tali mod li jippermettu lill-membru tal-ekwipaġġ tat-titjira jara l-indikazzjonijiet faċilment mill-post tiegħu, bl-inqas devjazzjoni prattika mill-pożizzjoni u mil-linja ta’ viżjoni li huwa normalment jassumi meta jħares ’il quddiem fid-direzzjoni tal-passaġġ tat-titjira. |
(f) |
It-tagħmir tal-emerġenza kollu meħtieġ għandu jkun faċilment aċċessibbli għall-użu immedjat. |
SPO.IDE.A.105 Tagħmir minimu għat-titjira
Meta kwalunkwe wieħed mill-istrumenti tal-ajruplan, mill-oġġetti tat-tagħmir jew mill-funzjonijiet meħtieġa għat-titjira prevista ma jkunx qed jaħdem jew ikun nieqes, it-titjira m’għandhiex tinbeda, sakemm:
(a) |
l-ajruplan ma jkunx qed jitħaddem skont il-MEL, jekk stabbilita; |
(b) |
l-operatur ma jkunx approvat mill-awtorità kompetenti sabiex jopera l-ajruplan fi ħdan limiti il-lista ta’ tagħmir minimu ta’ referenza (MMEL) għal ajruplani kumplessi u li jaħdmu bil-magni u kwalunkwe ajruplan użat f’operazzjonijiet kummerċjali; jew |
(c) |
l-ajruplan ma jkunx soġġett għal permess għat-titjir maħruġ skont ir-rekwiżit tal-ajrunavigabbiltà applikabbli. |
SPO.IDE.A.110 Fjusis tal-elettriku ta’ fuq ir-riħ
L-ajruplani għandhom ikunu mgħammra bi fjusis tal-elettriku ta’ fuq ir-riħ, li jkunu tar-rata ta’ qawwa meħtieġa għal ħarsien sħiħ taċ-ċirkwit, sabiex ikunu jistgħu jinbidlu dawk il-fjusis li jistgħu jinbidlu waqt it-titjira.
SPO.IDE.A.115 Dwal operattivi
L-ajruplani li jitħaddmu billejl għandhom ikunu mgħammra:
(a) |
b’sistema ta’ dwal għal kontra l-ħabtiet; |
(b) |
bi dwal tan-navigazzjoni/tal-pożizzjoni; |
(c) |
b’dawl għall-inżul; |
(d) |
bi dwal fornuti mis-sistema tal-elettriku tal-ajruplan biex jipprovdu dawl xieraq għall-istrumenti kollha u t-tagħmir kollu li huma essenzjali għat-tħaddim sikur tal-ajruplan; |
(e) |
bi dwal fornuti mis-sistema tal-elettriku tal-ajruplan biex jipprovdu dwal fil-kompartimenti kollha tal-kabina; |
(f) |
b’dawl portabbli indipendenti għall kull post tal-membri tal-ekwipaġġ; u |
(g) |
bi dwal biex jitħarsu l-International Regulations for Preventing Collisions at Sea (ir-Regolamenti Internazzjonali għall-Prevenzjoni tal-Ħabtiet Fil-Baħar) jekk l-ajruplan jitħaddem bħala idroplan. |
SPO.IDE.A.120 Operazzjonijiet ta’ titjir skont il-VFR — strumenti tat-titjir u tan-navigazzjoni u tagħmir assoċjat magħhom
(a) |
L-ajruplani li jitħaddmu skont il-VFR binhar għandhom ikunu mgħammra b’mezz għall-kejl u għall-wiri ta’ dawn li ġejjin:
|
(b) |
Minbarra (a), l-ajruplani li joperaw skont il-VMC billejl għandhom ikunu mgħammrin:
|
(c) |
Minbarra (a) u (b), l-ajruplani kumplessi u li jaħdmu bil-magni li joperaw skont il-VMC fuq l-ilma u ’l bogħod mill-art għandhom ikunu mgħammrin b’mezz li jevita malfunzjoni tas-sistema ta’ indikazzjoni tal-veloċità tal-ajru minħabba kondensazzjoni jew silġ. |
(d) |
L-ajruplanli li jitħaddmu f’kundizzjonijiet fejn ma jkunx jistgħu jinżammu fil-passaġġ tat-titjira mixtieq mingħajr referenza għal strument addizzjonali wieħed jew aktar, minbarra (a) u (b), għandhom ikunu mgħammra b’mezz għall-prevenzjoni ta’ funzjonament ħażin fis-sistema li tindika l-veloċità tal-ajru meħtieġa skont il-punt (a)(4) minħabba l-kondensazzjoni jew is-silġ. |
(e) |
Kull meta għall-operazzjoni jkunu meħtieġa żewġ bdoti, l-ajruplani għandhom ikunu mgħammra b’mezz separat addizzjonali għat-tieni bdot għall-wiri ta’ dawn li ġejjin:
|
SPO.IDE.A.125 Operazzjonijiet ta’ titjir skont l-IFR — strumenti tat-titjir u tan-navigazzjoni u tagħmir assoċjat magħhom
L-ajruplani li jitħaddmu skont l-IFR għandhom ikunu mgħammra:
(a) |
b’mezz għall-kejl u l-wiri ta’ dawn li ġejjin:
|
(b) |
b’mezz biex ikun indikat meta l-provvista ta’ qawwa għall-istrumenti ġiroskopiċi ma tkunx biżżejjed. |
(c) |
kull meta għall-operazzjoni jkunu meħtieġa żewġ bdoti, b’mezz separat addizzjonali għat-tieni bdot għall-wiri ta’ dawn li ġejjin:
|
(d) |
b’mezz għall-prevenzjoni ta’ kwalunkwe funzjonament ħażin fis-sistemi li jindikaw il-veloċità tal-ajru meħtieġa skont il-punti (a)(4) u (h)(2), minħabba l-kondensazzjoni jew is-silġ; u |
(e) |
minbarra (a), (b), (c) u (d), l-ajruplani kumplessi u li jaħdmu bil-magni meta operati skont l-IFR għandhom ikunu mgħammrin:
|
SPO.IDE.A.126 Tagħmir addizzjonali għall-operazzjonijiet bi bdot wieħed imwettqin skont l-IFR
L-ajruplani kumplessi li jaħdmu bil-magni u li jitħaddmu skont l-IFR bi bdot wieħed għandhom ikunu mgħammra b’awtobdot li jkun kapaċi jżomm tal-inqas l-altitudni u l-modalità tad-direzzjoni.
SPO.IDE.A.130 Sistema ta’ twissija u ta’ għarfien tat-terren (Terrain awareness warning system - TAWS)
L-ajruplani li jaħdmu b’magna b’turbina u li jkollhom MCTOM (maximum certified take-off mass) ta’ iktar minn 5 700 kilogramma jew b’MOPSC ta’ iktar minn disa’ sits għandhom ikunu mgħammra b’TAWS li tissodisfa r-rekwiżiti għal:
(a) |
tagħmir tal-kategorija A, kif speċifikat fi standard aċċettabbli, fil-każ ta’ ajruplani li għalihom ikun inħareġ ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà individwali (CofA) wara l-1 ta’ Jannar 2011; jew |
(b) |
tagħmir tal-kategorija B, kif speċifikat fi standard aċċettabbli, fil-każ ta’ ajruplani li għalihom ikun inħareġ ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà individwali (CofA) fl-1 ta’ Jannar 2011 jew qabel dik id-data; |
SPO.IDE.A.131 Sistema għall-prevenzjoni tal-ħabtiet fl-ajru (ACAS II)
Sakemm ma jkunx previst mod ieħor bir-Regolament (UE) Nru 1332/2011, l-ajruplani li jaħdmu b’magna b’turbina u li jkollhom MCTOM ta’ iktar minn 5 700 kilogramma għandhom ikunu mgħammra b’ACAS II.
SPO.IDE.A.132 Tagħmir għall-identifikazzjoni tat-temp abbord — ħelikopters kumplessi li jaħdmu bil-magni
L-ajruplani li ġejjin għandhom ikunu mgħammra b’tagħmir għall-identifikazzjoni tat-temp abbord meta jitħaddmu billejl jew f’IMC f’żoni fejn, tul ir-rotta, ikunu mistennija maltempati bir-ragħad jew kundizzjonijiet tat-temp oħrajn li jistgħu jkunu perikolużi, u li huma meqjusa bħala kundizzjonijiet li jistgħu jiġu identifikati mit-tagħmir għall-identifikazzjoni tat-temp abbord:
(a) |
l-ajruplani bi pressjoni; |
(b) |
l-ajruplani mingħajr pressjoni li jkollhom MCTOM ta’ iktar minn 5 700 kilogramma. |
SPO.IDE.A.133 Tagħmir addizzjonali għal operazzjonijiet f’kundizzjonijiet tas-silġ billejl — l-ajruplani kumplessi u li jaħdmu bil-magni
(a) |
L-ajruplani li jitħaddmu billejl f’kundizzjonijiet ta’ silġ mistenni jew attwali għandhom ikunu mgħammra b’mezzi li jdawlu jew jidentifikaw il-formazzjoni tas-silġ. |
(b) |
Il-mezzi li jdawlu l-formazzjoni tas-silġ ma għandhom jikkawżaw l-ebda dija jew riflessjoni li tista’ tfixkel lill-membri tal-ekwipaġġ fil-qadi fil-kompitu tagħhom. |
SPO.IDE.A.135 Sistema ta’ telefonija interna għall-ekwipaġġ tat-titjira
L-ajruplani li jitħaddmu minn iżjed minn membru wieħed tal-ekwipaġġ tat-titjira għandhom ikunu mgħammra b’sistema ta’ telefonija interna għall-ekwipaġġ tat-titjira, li tinkludi kuffji tal-widna u mikrofoni għall-użu mill-membri kollha tal-ekwipaġġ tat-titjira.
SPO.IDE.A.140 Reġistratur tal-vuċi fil-kabina tal-pilota (cockpit voice recorder - CVR)
(a) |
L-ajruplani li ġejjin għandhom ikunu mgħammra b’reġistratur tal-vuċi (CVR):
|
(b) |
Is-CVR għandu jkun kapaċi li jikseb id-dejta rreġistrata matul mill-inqas is-sagħtejn ta’ qabel (2). |
(c) |
Is-CVR għandu jirreġistra, b’referenza għal skala tal-ħin:
|
(d) |
Is-CVR għandu jibda r-reġistrazzjoni awtomatikament qabel ma l-ajruplan jibda jimxi bil-qawwa tiegħu stess u għandu jkompli bir-reġistrazzjoni sa tmiem it-titjira meta l-ajruplan ma jkunx għadu jista’ jkompli jimxi bil-qawwa tiegħu stess. |
(e) |
Minbarra l-punt (d), skont id-disponibbiltà tal-enerġija elettrika, is-CVR għandu jibda r-reġistrazzjoni malajr kemm jista’ jkun waqt il-kontrolli li jsiru fil-kabina tal-pilota qabel ma tinxtegħel il-magna fil-bidu tat-titjira u sal-kontrolli li jsiru fil-kabina tal-pilota immedjatament wara li l-magna tintefa fi tmiem it-titjira. |
(f) |
Is-CVR għandu jkollu apparat li jgħin biex dan jinstab meta jkun fl-ilma. |
SPO.IDE.A.145 Reġistratur tad-dejta tat-titjira (flight data recorder)
(a) |
L-ajruplani li għandhom MCTOM ta’ iktar minn 5 700 kilogramma u li jkun inħarġilhom ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà individwali għall-ewwel darba fl-1 ta’ Jannar 2016 jew wara dik id-data, għandhom ikunu mgħammra b’reġistratur tad-dejta tat-titjira (FDR) li juża metodu diġitali biex jirreġistra u jaħżen id-dejta kif ukoll li għalih huwa disponibbli metodu biex tinstab minnufih dik id-dejta mill-mezz tal-ħażna. |
(b) |
L-FDR għandu jirreġistra l-parametri meħtieġa biex jiġu stabbiliti b’mod preċiż il-passaġġ tat-titjira, il-veloċità, il-pożizzjoni, il-qawwa tal-magna, il-konfigurazzjoni u l-operazzjoni tal-ajruplan u għandu jkun kapaċi jżomm id-dejta rreġistrata tal-anqas matul l-aħħar 25 sigħat. |
(c) |
Id-dejta għandha tinkiseb minn sorsi tal-ajruplan li jippermettu korrelazzjoni eżatta mal-informazzjoni murija lill-ekwipaġġ tat-titjira. |
(d) |
L-FDR għandu jibda jirreġistra d-dejta qabel ma l-ajruplan ikun jista’ jimxi bil-qawwa tiegħu stess u għandu jieqaf awtomatikament meta l-ajruplan ma jkunx jista’ jimxi iktar bil-qawwa tiegħu stess. |
(e) |
L-FDR għandu jkollu apparat li jgħin biex dan jinstab meta jkun fl-ilma. |
SPO.IDE.A.150 Registrazzjoni tal-kollegament tad-dejta (data link recording)
(a) |
L-ajruplani li jkun inħarġilhom ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà individwali għall-ewwel darba fl-1 ta’ Jannar 2016 jew wara, li għandhom il-kapaċità jwettqu komunikazzjonijiet ta’ kollegament tad-dejta u li jridu jkunu mgħammra b’CVR, għandhom jirreġistraw fuq reġistratur, fejn ikun applikabbli:
|
(b) |
Ir-reġistratur għandu juża metodu diġitali biex jirreġistra u jaħżen id-dejta u l-informazzjoni, u għandu juża metodu biex tiġi estratta faċilment dik id-dejta. Il-metodu tar-reġistrazzjoni għandu jkun tali li jippermetti li d-dejta tkun taqbel mad-dejta rreġistrata fuq l-art. |
(c) |
Ir-reġistratur għandu jkun kapaċi jżomm id-dejta rreġistrata mill-inqas għall-istess tul ta’ ħin stabbilit għas-CVRs fil-punt SPO.IDE.A.140. |
(d) |
Ir-reġistratur għandu jkollu apparat li jgħin biex dan jinstab meta jkun fl-ilma. |
(e) |
Ir-rekwiżiti applikabbli għal-loġika tal-bidu u tal-waqfien tar-reġistratur huma l-istess bħar-rekwiżiti applikabbi għal-loġika tal-bidu u tal-waqfien tas-CVR mogħtija fil-punti SPO.IDE.A.140 (d) u (e). |
SPO.IDE.A.155 Reġistratur ikkombinat għad-dejta tat-titjira u għall-komunikazzjonijiet tal-vuċi tal-kabina tal-pilota
Tista’ tintlaħaq konformità mar-rekwiżiti tas-CVR u mar-rekwiżiti tal-FDR permezz ta’:
(a) |
reġistratur wieħed ikkombinat għad-dejta tat-titjira u għall-komunikazzjonijiet tal-vuċi tal-kabina tal-pilota, fil-każ li l-ajruplan jeħtieġ li jkun mgħammar b’CVR jew b’FDR; jew |
(b) |
żewġ reġistraturi kkombinat għad-dejta tat-titjira u għall-komunikazzjonijiet tal-vuċi tal-kabina tal-pilota, fil-każ li l-ajruplan jeħtieġ li jkun mgħammar b’CVR jew b’FDR; |
SPO.IDE.A.160 Sits, ċinturini tas-sikurezza u sistemi ta’ restrizzjoni
L-ajruplani għandhom ikunu mgħammra:
(a) |
b’sit jew post għal kull membru tal-ekwipaġġ jew speċjalist fil-kompitu abbord; |
(b) |
b’ċinturin tas-sikurezza f’kull sit u b’apparat ta’ restrizzjoni għal kull post; |
(c) |
għall-ajruplani li mhumiex kumplessi u li jaħdmu bil-magni, b’ċinturin tas-sikurezza li jkollu sistema ta’ restrizzjoni għan-naħa ta’ fuq tat-torso f’kull sit tal-ekwipaġġ tat-titjira, li jkun jinfetaħ permezz ta’ molla waħda. |
(d) |
għall-ajruplani kumplessi u li jaħdmu bil-magni, b’ċinturin tas-sikurezza li jkollu sistema ta’ restrizzjoni għan-naħa ta’ fuq tat-torso li jkun fih apparat li jżomm, b’mod awtomatiku, lit-torso tal-okkupant f’każ ta’ tnaqqis rapidu tal-veloċità:
|
SPO.IDE.A.165 Kaxex għall-ewwel għajnuna
(a) |
L-ajruplani għandhom ikunu mgħammra b’kaxex għall-ewwel għajnuna. |
(b) |
Il-kaxex għall-ewwel għajnuna għandhom ikunu:
|
SPO.IDE.A.170 Ossiġnu supplimentari — l-ajruplani bi pressjoni
(a) |
L-ajruplani mingħajr pressjoni li jitħaddmu f’livelli tal-altitudni fejn hija meħtieġa l-provvista tal-ossiġenu skont il-punt (b) għandhom ikunu mgħammra b’tagħmir tal-ossiġnu li jkun jista’ jaħżen u jqassam il-provvisti tal-ossiġnu meħtieġa. |
(b) |
L-ajruplani mingħajr pressjoni li jitħaddmu f’livelli tal-altitudni ta’ titjira fejn l-altitudni tal-pressjoni fil-kompartimenti tal-kabina hija ’l fuq minn 10 000 pied għandhom ikollhom ossiġnu suffiċjenti li jkun jista’ jissupplixxi mill-anqas il-membri tal-ekwipaġġ u l-ispeċjalisti f’kompiti kollha:
|
(c) |
Minbarrra dan, l-ajruplani bi pressjoni li jitħaddmu f’livelli tal-altitudni tal-pressjoni ’l fuq minn 25 000 pied għandhom ikunu mgħammra:
|
SPO.IDE.A.175 Ossiġnu supplimentari — l-ajruplani mingħajr pressjoni
(a) |
L-ajruplani mingħajr pressjoni li jitħaddmu f’livelli tal-altitudni fejn hija meħtieġa l-provvista tal-ossiġenu skont il-punt (b) għandhom ikunu mgħammra b’tagħmir tal-ossiġnu li jkun jista’ jaħżen u jqassam il-provvisti tal-ossiġnu meħtieġa. |
(b) |
L-ajruplani mingħajr pressjoni li jitħaddmu f’livelli tal-altitudni ta’ titjira fejn l-altitudni tal-pressjoni fil-kompartimenti tal-passiġġieri hija ’l fuq minn 10 000 pied għandhom ikollhom ossiġnu suffiċjenti li jkun jista’ jissupplixxi:
|
(c) |
Minkejja (b), titjiriet b’tul ta’ żmien speċifikat bejn 13 000 pied u 16 000 pied jistgħu jsiru bla provvisti tal-ossiġenu, skont SPO.OP.195(b). |
SPO.IDE.A.180 Ċilindri jew pompi tal-idejn għat-tifi tan-nar
(a) |
L-ajruplani, għajr għall-glajders bil-mutur li jistgħu jintużaw għal distanzi twal (touring motor glajder - TMG) u l-ajruplani ELA1, għandhom ikunu mgħammra tal-inqas b’ċilindru wieħed jew pompa tal-idejn waħda għat-tifi tan-nar:
|
(b) |
It-tip ta’ sustanza tat-tifi tan-nar użata fiċ-ċilindri jew fil-pompi għat-tifi tan-nar meħtieġa u l-kwantità tagħha għandhom ikunu xierqa għat-tipi ta’ nirien li jistgħu jiżviluppaw fil-kompartiment fejn ikun maħsub li jintuża ċ-ċilindru jew il-pompa għat-tifi tan-nar u għandhom inaqqsu l-periklu tal-konċentrazzjoni ta’ gassijiet tossiċi fil-kompartimenti li fihom ikun hemm in-nies. |
SPO.IDE.A.181 Imnanar tas-salvataġġ u skarpellini
L-ajruplani li jkollhom MCTOM ta’ iktar minn 5 700 kilogramma għandhom ikunu mgħammra tal-inqas b’mannara waħda tas-salvataġġ jew bi skarpellina waħda li tkun tinsab fil-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira.
SPO.IDE.A.185 Immarkar tal-postijiet minn fejn jista’ jkun hemm dħul
Jekk iż-żoni tal-qafas tal-ajruplan li jkunu adattati għad-dħul mill-ekwipaġġi tas-salvataġġ waqt emerġenza jkunu mmarkati, dawn iż-żoni għandhom jiġu mmarkati hekk kif inhu muri fil-Figura 1.
Figura 1
Immarkar tal-postijiet minn fejn jista’ jkun hemm dħul
SPO.IDE.A.190 Trażmettitur għas-sejbien waqt emerġenza (Emergency locator transmitter - ELT)
(a) |
L-ajruplani għandhom ikunu mgħammra:
|
(b) |
ELTs ta’ kwalunkwe tip u PLBs għandhom ikunu jistgħu jittrażmettu b’mod simultanju kemm fuq il-frekwenza 121,5 MHz kif ukoll fuq il-frekwenza 406 MHz. |
SPO.IDE.A.195 Titjir fuq l-ilma
(a) |
L-ajruplani li ġejjin għandhom ikunu mgħammra b’ġakketta tas-salvataġġ għal kull persuna abbord, li tkun abbord, li għandhom jintlibsu jew ikunu stivati f’pożizzjoni li tkun faċilment aċċessibbli mis-sit jew mill-post tal-persuna li għaliha jkunu pprovduti;
|
(b) |
Kull ġakketta tas-salvataġġ għandu jkun mgħammar b’mezz ta’ tidwil elettriku sabiex il-persuni jkunu jistgħu jinstabu b’mod faċli. |
(c) |
L-idroplani li jitħaddmu fuq l-ilma għandhom ikunu mgħammra:
|
(d) |
Il-bdot fil-kmand ta’ ajruplan li jitħaddem minn distanza ’l bogħod mill-art li tkun adattata għal inżul ta’ emerġenza li tkun akbar mid-distanza li tikkorrispondi għal 30 minuta ta’ titjir f’veloċità regolari jew ta’ 50 mil nawtiku, skont liema minnhom tkun l-anqas, għandu jiddetermina r-riskji għas-sopravivenza tal-persuni abbord l-ajruplan f’każ ta’ nżul ta’ emerġenza, u fuq il-bażi ta’ dan huwa għandu jiddetermina l-ġarr ta’:
|
SPO.IDE.A.200 Tagħmir tas-sopravivenza
(a) |
L-ajruplani li jitħaddmu fuq żoni li fihom it-tiftix u s-salvataġġ ikunu partikularment diffiċli, għandhom ikunu mgħammra:
|
(b) |
It-tagħmir l-ieħor tas-sopravivenza speċifikat fil-punt (a)(3) m’hemmx għalfejn jinġarr abbord meta l-ajruplan:
|
SPO.IDE.A.205 Tagħmir protettiv individwali
Kull persuna abbord għandha tilbes tagħmir protettiv individwali li huwa adegwat għat-tip ta’ operazzjoni li tkun qed issir.
SPO.IDE.A.210 Kuffji tal-widna
(a) |
L-ajruplani għandhom ikunu mgħammra b’kuffji tal-widna li jkollhom mikrofonu tal-kuffja jew apparat ekwivalenti għal kull membru tal-ekwipaġġ tat-titjira fil-post assenjat lilhom fil-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira. |
(b) |
L-ajruplani li jitħaddmu skont l-IFR jew billejl għandhom ikunu mgħammra b’buttuna ta’ trażmissjoni fuq is-sistema manwali għall-kontroll tal-“pitch” u r-“roll” għal kull membru tal-ekwipaġġ tat-titjira meħtieġ. |
SPO.IDE.A.215 Tagħmir għall-komunikazzjoni permezz tar-radju
(a) |
L-ajruplani li jitħaddmu billejl jew skont l-IFR, jew meta jkun meħtieġ mir-rekwiżiti tal-ispazju tal-ajru applikabbli, għandhom ikunu mgħammra bit-tagħmir għall-komunikazzjoni permezz tar-radju, li jkun jista’:
|
(b) |
Meta jkun hemm il-ħtieġa ta’ aktar minn tagħmir wieħed ta’ komunikazzjoni, kull wieħed għandu jkun indipendenti mill-ieħor jew mill-oħrajn sal-punt li l-ħsara f’wieħed ma jirriżultax fil-ħsara tal-ieħor jew tal-oħrajn. |
SPO.IDE.A.220 Tagħmir tan-navigazzjoni
(a) |
L-ajruplani għandhom ikunu mgħammra b’tagħmir tan-navigazzjoni li jiffaċilita li jipproċedu skont:
|
(b) |
L-ajruplani għandu jkollhom biżżejjed tagħmir tan-navigazzjoni sabiex jiġi żgurat li, f’każ li tiżviluppa ħsara f’apparat minnhom matul kwalunkwe fażi tat-titjira, il-kumplament tat-tagħmir jippermetti li n-navigazzjoni sikura skont il-punt (a), jew skont azzjoni ta’ kontinġenza xierqa, titwettaq b’mod sikur. |
(c) |
L-ajruplani li jintużaw f’titjiriet li fihom ikun previst inżul f’IMC għandhom ikunu mgħammra b’tagħmir tan-navigazzjoni adattat li jkun jista’ jipprovdi gwida sa punt li minnu jkun jista’ jitwettaq inżul viżwali. Dan it-tagħmir għandu jkun jista’ jipprovdi tali gwida għal kull ajrudrom li għalih huwa ppjanat l-inżul f’IMC u għal kull ajrudom alternattiv magħżul. |
SPO.IDE.A.225 Transponder
Fejn ikun meħtieġ mill-ispazju tal-ajru fejn jittajru, l-ajruplani għandhom ikunu mgħammra bi transponder ta’ radar sekondarju ta’ sorveljanza (SSR) bil-kapaċitajiet kollha meħtieġa.
TAQSIMA 2
Ħelikopters
SPO.IDE.H.100 Strumenti u tagħmir — punti ġenerali
(a) |
L-istrumenti u t-tagħmir li huma meħġtieġa skont din is-Subparti għandhom jiġu approvati skont ir-rekwiżiti tal-ajrunavigabbiltà applikabbli fil-każ li:
|
(b) |
L-oġġetti li ġejjin, meta meħtieġa minn din is-Subparti, ma jeħtiġux approvazzjoni ta’ tagħmir:
|
(c) |
L-istrumenti u t-tagħmir li mhumiex meħtieġa skont din is-Subparti kif ukoll kull tagħmir ieħor li mhuwiex meħtieġ skont Annessi applikabbli oħrajn, iżda li jinġarr fuq it-titjira, għandhom jikkonformaw ma’ dawn li ġejjin:
|
(d) |
L-istrumenti u t-tagħmir għandhom ikunu operabbli jew aċċessibbli fil-pront minn dak il-post fejn il-membru tal-ekwipaġġ li jeħtieġ li jużah jinsab bilqiegħda. |
(e) |
Dawk l-istrumenti li jintużaw minn kwalunkwe membru tal-ekwipaġġ tat-titjira għandhom ikunu organizzati b’tali mod li jippermettu lill-membru tal-ekwipaġġ tat-titjira jara l-indikazzjonijiet faċilment mill-post tiegħu, bl-inqas devjazzjoni prattika mill-pożizzjoni u mil-linja ta’ viżjoni li huwa normalment jassumi meta jħares ’il quddiem fid-direzzjoni tal-passaġġ tat-titjira. |
(f) |
It-tagħmir tal-emerġenza kollu meħtieġ għandu jkun faċilment aċċessibbli għall-użu immedjat. |
SPO.IDE.H.105 Tagħmir minimu għat-titjira
Meta kwalunkwe wieħed mill-istrumenti tal-ħelikopter, mill-oġġetti tat-tagħmir jew mill-funzjonijiet meħtieġa għat-titjira prevista ma jkunx qed jaħdem jew ikun nieqes, it-titjira m’għandhiex tinbeda, sakemm:
(a) |
il-ħelikopter qed jitħaddem skont il-lista ta’ tagħmir minimu (MEL), jekk stabbilita; |
(b) |
l-operatur mhuwiex approvat mill-awtorità kompetenti sabiex jopera l-ħelikopter fi ħdan il-lista ta’ tagħmir minimu ta’ referenza (MMEL) għal ħelikopters kumplessi u li jaħdmu bil-magni, u għal kwalunkwe ħelikopter użat f’operazzjonijiet kummerċjali; jew |
(c) |
il-ħelikopter ma jkunx soġġett għal permess għat-titjir maħruġ skont ir-rekwiżiti tal-ajrunavigabbiltà applikabbli. |
SPO.IDE.H.115 Dwal operattivi
Il-ħelikopters li jitħaddmu billejl għandhom ikunu mgħammra:
(a) |
b’sistema ta’ dwal għal kontra l-ħabtiet; |
(b) |
bi dwal tan-navigazzjoni/tal-pożizzjoni; |
(c) |
b’dawl għall-inżul; |
(d) |
bi dwal fornuti mis-sistema tal-elettriku tal-ħelikopter biex jipprovdu dawl xieraq għall-istrumenti kollha u t-tagħmir kollu li huma essenzjali għat-tħaddim sikur tal-ħelikopter; |
(e) |
bi dwal fornuti mis-sistema tal-elettriku tal-ħelikopter biex jipprovdu dawl fil-kompartimenti kollha tal-kabina; |
(f) |
b’dawl portabbli indipendenti għall kull post tal-membri tal-ekwipaġġ; u |
(g) |
bi dwal biex jitħarsu l-International Regulations for Preventing Collisions at Sea (ir-Regolamenti Internazzjonali għall-Prevenzjoni tal-Ħabtiet Fil-Baħar) jekk il-ħelikopter ikun wieħed anfibju. |
SPO.IDE.H.120 Operazzjonijiet ta’ titjir skont il-VFR — strumenti tat-titjir u tan-navigazzjoni u tagħmir assoċjat magħhom
(a) |
Il-ħelikopters li jitħaddmu skont il-VFR binhar għandhom ikunu mgħammra b’mezz għall-kejl u għall-wiri ta’ dawn li ġejjin:
|
(b) |
Il-ħelikopters operati skont il-VMC fuq l-ilma u lil hinn mill-art jew skont il-VMC billejl, minbarra (a), għandhom ikunu mgħammrin:
|
(c) |
Il-ħelikopters li jitħaddmu meta l-viżibilità tkun anqas minn 1 500 m, jew f’kundizzjonijiet fejn ma jkunx jistgħu jinżammu fil-passaġġ tat-titjira mixtieq mingħajr referenza għal strument addizzjonali wieħed jew aktar, minbarra (a) u (b), għandhom ikunu mgħammra b’mezz għall-prevenzjoni ta’ funzjonament ħażin fis-sistema li tindika l-veloċità tal-ajru meħtieġa skont il-punt (a)(4) minħabba l-kondensazzjoni jew is-silġ. |
(d) |
Kull meta għall-operazzjoni jkunu meħtieġa żewġ bdoti, il-ħelikopters għandhom ikunu mgħammra b’mezz separat addizzjonali għall-wiri ta’ dawn li ġejjin:
|
SPO.IDE.H.125 Operazzjonijiet ta’ titjir skont l-IFR — strumenti tat-titjir u tan-navigazzjoni u tagħmir assoċjat magħhom
Il-ħelikopters li jitħaddmu skont l-IFR għandhom ikunu mgħammra:
(a) |
b’mezz għall-kejl u għall-wiri ta’:
|
(b) |
b’mezz biex ikun indikat meta l-provvista ta’ qawwa għall-istrumenti ġiroskopiċi ma tkunx biżżejjed; |
(c) |
kull meta għall-operazzjoni jkunu meħtieġa żewġ bdoti, b’mezz separat addizzjonali għall-wiri ta’ dawn li ġejjin:
|
(d) |
b’mezz għall-prevenzjoni ta’ kwalunkwe funzjonament ħażin fis-sistema li tindika l-veloċità tal-ajru meħtieġa skont il-punti (a)(4) u (c)(2), minħabba l-kondensazzjoni jew is-silġ; |
(e) |
b’mezz addizzjonali għall-kejl u għall-wiri tal-pożizzjoni tal-ħelikopter bħala strument “stand-by”; u |
(f) |
dawn li ġejjin għal-ħelikopters kumplessi u li jaħdmu bil-magni:
|
SPO.IDE.H.126 Tagħmir addizzjonali għall-operazzjonijiet bi bdot wieħed imwettqin skont l-IFR
Il-ħelikopters li jitħaddmu skont l-IFR bi bdot wieħed għandhom ikunu mgħammra b’awtobdot li jkun kapaċi jżomm tal-inqas l-altitudni u d-direzzjoni.
SPO.IDE.H.132 Tagħmir għall-identifikazzjoni tat-temp abbord — ħelikopters kumplessi li jaħdmu bil-magni
Il-ħelikoptersli jitħaddmu skont l-IFR jew billejl għandhom ikunu mgħammra b’tagħmir għall-identifikazzjoni tat-temp abbord meta r-rapporti attwali tat-temp ikunu jindikaw li, tul ir-rotta li minnha għandu jittajjar il-ħelikopter, ikunu mistennija maltempati bir-ragħad jew kundizzjonijiet tat-temp oħrajn li jistgħu jkunu perikolużi, u li huma meqjusa bħala kundizzjonijiet li jistgħu jiġu identifikati mit-tagħmir għall-identifikazzjoni tat-temp abbord.
SPO.IDE.H.133 Tagħmir addizzjonali għal operazzjonijiet f’kundizzjonijiet ta’ silġ billejl — il-ħelikopters kumplessi u li jaħdmu bil-magni
(a) |
Il-ħelikopters li jitħaddmu billejl f’kundizzjonijiet ta’ silġ mistenni jew attwali għandhom ikunu mgħammra b’mezzi li jdawlu jew jidentifikaw il-formazzjoni tas-silġ. |
(b) |
Il-mezzi li jdawlu l-formazzjoni tas-silġ ma għandhom jikkawżaw l-ebda dija jew riflessjoni li tista’ tfixkel lill-membri tal-ekwipaġġ fil-qadi fil-kompitu tagħhom. |
SPO.IDE.H.135 Sistema ta’ telefonija interna għall-ekwipaġġ tat-titjira
Il-ħelikopters li jitħaddmu minn iżjed minn membru wieħed tal-ekwipaġġ tat-titjira għandhom ikunu mgħammra b’sistema ta’ telefonija interna għall-ekwipaġġ tat-titjira, li tinkludi kuffji tal-widna u mikrofoni għall-użu mill-membri kollha tal-ekwipaġġ tat-titjira.
SPO.IDE.H.140 Reġistratur tal-vuċi fil-kabina tal-pilota (cockpit voice recorder - CVR)
(a) |
Il-ħelikopters b’MCTOM ta’ aktar minn 7 000 kg u li jkun inħarġilhom ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà individwali (CofA) għall-ewwel darba fl-1 ta’ Jannar 2016 jew wara dik id-data għandhom jiġu mgħammra b’CVR. |
(b) |
Is-CVR għandu jkun kapaċi li jikseb id-dejta rreġistrata matul mill-inqas is-sagħtejn ta’ qabel (2). |
(c) |
Is-CVR għandu jirreġistra, b’referenza għal skala tal-ħin:
|
(d) |
Is-CVR għandu jibda r-reġistrazzjoni qabel ma l-ħelikopter jibda jimxi bil-qawwa tiegħu stess u għandu jkompli bir-reġistrazzjoni sa tmiem it-titjira meta l-ħelikopter ma jkunx għadu jista’ jkompli jimxi bil-qawwa tiegħu stess. |
(e) |
Minbarra l-punt (d), skont id-disponibbiltà tal-enerġija elettrika, is-CVR għandu jibda r-reġistrazzjoni malajr kemm jista’ jkun waqt il-kontrolli li jsiru fil-kabina tal-pilota qabel ma tinxtegħel il-magna fil-bidu tat-titjira u sal-kontrolli li jsiru fil-kabina tal-pilota immedjatament wara li l-magna tintefa fi tmiem it-titjira. |
(f) |
Is-CVR għandu jkollu apparat li jgħin biex dan jinstab meta jkun fl-ilma. |
SPO.IDE.H.145 Reġistratur tad-dejta tat-titjira (flight data recorder)
(a) |
Il-ħelikopters b’MCTOM ta’ aktar minn 3 175 kg u li jkun inħarġilhom ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà individwali (CofA) għall-ewwel darba fl-1 ta’ Jannar 2016 jew wara dik id-data għandhom jiġu mgħammra b’reġistratur tad-dejta tat-titjira (FDR) li juża metodu diġitali biex jirreġistra u jaħżen id-dejta kif ukoll li għalih huwa disponibbli metodu biex tinstab minnufih dik id-dejta mill-mezz tal-ħażna. |
(b) |
L-FDR għandu jirreġistra l-parametri meħtieġa biex jiġu stabbiliti b’mod preċiż il-passaġġ tat-titjira, il-veloċità, il-pożizzjoni, il-qawwa tal-magna, il-konfigurazzjoni u l-operazzjoni tal-ħelikopter u għandu jkun kapaċi jżomm id-dejta rreġistrata tal-anqas matul l-aħħar 10 sigħat. |
(c) |
Id-dejta għandha tinkiseb minn sorsi tal-ħelikopter li jippermettu korrelazzjoni eżatta mal-informazzjoni murija lill-ekwipaġġ tat-titjira. |
(d) |
L-FDR għandu jibda jirreġistra d-dejta b’mod awtomatiku qabel ma l-ħelikopter ikun jista’ jimxi bil-qawwa tiegħu stess u għandu jieqaf b’mod awtomatiku meta l-ħelikopter ma jkunx jista’ jimxi iktar bil-qawwa tiegħu stess. |
(e) |
L-FDR għandu jkollu apparat li jgħin biex dan jinstab meta jkun fl-ilma. |
SPO.IDE.H.150 Registrazzjoni tal-kollegament tad-dejta (data link recording)
(a) |
Il-ħelikopters li jkun inħarġilhom ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà individwali għall-ewwel darba fl-1 ta’ Jannar 2016 jew wara, li għandhom il-kapaċità jwettqu komunikazzjonijiet ta’ kollegament tad-dejta u li jridu jkunu mgħammra b’CVR, għandhom jirreġistraw fuq reġistratur, fejn ikun applikabbli:
|
(b) |
Ir-reġistratur għandu juża metodu diġitali biex jirreġistra u jaħżen id-dejta u l-informazzjoni, u għandu juża metodu biex tiġi estratta faċilment dik id-dejta. Il-metodu tar-reġistrazzjoni għandu jkun tali li jippermetti li d-dejta tkun taqbel mad-dejta rreġistrata fuq l-art. |
(c) |
Ir-reġistratur għandu jkun kapaċi jżomm id-dejta rreġistrata mill-inqas għall-istess tul ta’ ħin stabbilit għas-CVRs fil-punt SPO.IDE.H.140. |
(d) |
Ir-reġistratur għandu jkollu apparat li jgħin biex dan jinstab meta jkun fl-ilma. |
(e) |
Ir-rekwiżiti applikabbli għal-loġika tal-bidu u tal-waqfien tar-reġistratur huma l-istess bħar-rekwiżiti applikabbi għal-loġika tal-bidu u tal-waqfien tas-CVR mogħtija fil-punti SPO.IDE.H.140 (d) u (e). |
SPO.IDE.H.155 Reġistratur ikkombinat għad-dejta tat-titjira u għall-komunikazzjonijiet tal-vuċi tal-kabina tal-pilota
Tista’ tintlaħaq konformità mar-rekwiżiti tas-CVR u tal-FDR billi abbord jinġarr reġistratur wieħed ikkombinat għad-dejta tat-titjira u għall-komunikazzjonijiet tal-vuċi tal-kabina tal-pilota.
SPO.IDE.H.160 Sits, ċinturini tas-sikurezza u sistemi ta’ restrizzjoni
(a) |
Il-ħelikopters għandhom ikunu mgħammra:
|
(b) |
Iċ-ċinturin tas-sikurezza li jkollu sistema ta’ restrizzjoni għan-naħa ta’ fuq tat-torso għandu jkun jinfetaħ permezz ta’ molla waħda |
SPO.IDE.H.165 Kaxex għall-ewwel għajnuna
(a) |
Il-ħelikopters għandhom ikunu mgħammra b’kaxex għall-ewwel għajnuna. |
(b) |
Il-kaxex għall-ewwel għajnuna għandhom ikunu:
|
SPO.IDE.H.175 Ossiġenu supplimentari — il-ħelikopters mingħajr pressjoni
(a) |
Il-ħelikopters mingħajr pressjoni li jitħaddmu f’livelli tal-altitudni fejn hija meħtieġa l-provvista tal-ossiġenu skont il-punt (b) għandhom ikunu mgħammra b’tagħmir tal-ossiġnu li jkun jista’ jaħżen u jqassam il-provvisti tal-ossiġnu meħtieġa. |
(b) |
Il-ħelikopters mingħajr pressjoni li jitħaddmu f’livelli tal-altitudni ta’ titjira fejn l-altitudni tal-pressjoni fil-kompartimenti tal-passiġġieri hija ’l fuq minn 10 000 pied għandhom ikollhom ossiġnu suffiċjenti li jkun jista’ jissupplixxi:
|
(c) |
Minkejja (b), titjiriet b’tul ta' żmien speċifikat ta’ bejn 13 000 pied u 16 000 pied jistgħu jitwettqu bla provvisti tal-ossiġenu, skont SPO.OP.195(b). |
SPO.IDE.H.180 Ċilindri jew pompi tal-idejn għat-tifi tan-nar
(a) |
Il-ħelikopters, għajr għall-ħelikopters ELA2 għandhom ikunu mgħammra tal-inqas b’ċilindru wieħed jew pompa waħda għat-tifi tan-nar:
|
(b) |
It-tip ta’ sustanza tat-tifi tan-nar użata fiċ-ċilindri jew fil-pompi għat-tifi tan-nar meħtieġa u l-kwantità tagħha għandhom ikunu xierqa għat-tipi ta’ nirien li jistgħu jiżviluppaw fil-kompartiment fejn ikun maħsub li jintuża ċ-ċilindru jew il-pompa għat-tifi tan-nar u għandhom inaqqsu l-periklu tal-konċentrazzjoni ta’ gassijiet tossiċi fil-kompartimenti li fihom ikun hemm in-nies. |
SPO.IDE.H.185 Immarkar tal-postijiet minn fejn jista’ jkun hemm dħul
Jekk iż-żoni tal-qafas tal-ħelikopter li jkunu adattati għad-dħul mill-ekwipaġġi tas-salvataġġ waqt emerġenza jkunu mmarkati, dawn iż-żoni għandhom jiġu mmarkati hekk kif inhu muri fil-Figura 1.
Figura 1
Immarkar tal-postijiet minn fejn jista’ jkun hemm dħul
SPO.IDE.H.190 Trażmettitur għas-sejbien waqt emerġenza (ELT)
(a) |
Il-ħelikopters li huma ċċertifikati għal konfigurazzjoni massima ta’ aktar minn sitt sits għandhom ikunu mgħammra:
|
(b) |
Il-ħelikopters li huma ċċertifikati għal konfigurazzjoni massima ta’ sitt sits jew anqas għandhom ikunu mgħammra b’trażmettitur għas-sejbien waqt emerġenza (ELT) jew b’apparat ta’ sinjalar personalizzat għas-sejbien (PLB) li jinġarr minn membru tal-ekwipaġġ jew minn speċjalist fil-kompitu: |
(c) |
ELTs ta’ kwalunkwe tip u PLBs għandhom ikunu jistgħu jittrażmettu b’mod simultanju kemm fuq il-frekwenza 121,5 MHz kif ukoll fuq il-frekwenza 406 MHz. |
SPO.IDE.H.195 Titjir fuq l-ilma — il-ħelikopters li mhumiex kumplessi u li jaħdmu bil-magni
(a) |
Il-ħelikopters għandhom ikunu mgħammra b’ġakketta tas-salvataġġ għal kull persuna li tkun abbord, li għandhom jintlibsu jew ikunu stivati f’pożizzjoni li tkun faċilment aċċessibbli mis-sit jew mill-post tal-persuna li għaliha jkunu pprovduti;
|
(b) |
Kull ġakketta tas-salvataġġ għandu jkun mgħammar b’mezz ta’ tidwil elettriku sabiex il-persuni jkunu jistgħu jinstabu b’mod faċli. |
(c) |
Il-bdot fil-kmand ta’ ħelikopter li jitħaddem minn distanza ’l bogħod mill-art li tikkorrispondi għal 30 minuta ta’ titjir f’veloċità regolari normali jew ta’ 50 mil nawtiku, skont liema minnhom tkun l-anqas, għandu jiddetermina r-riskji għas-sopravivenza tal-persuni abbord l-ajruplan f’każ ta’ nżul ta’ emerġenza, u fuq il-bażi ta’ dan huwa għandu jiddetermina l-ġarr ta’:
|
(d) |
The pilot-in-command shall determine the risks to survival of the occupants of the helicopter in the event of a ditching, when deciding if the life-jackets required in (a) shall be worn by all occupants. |
SPO.IDE.H.197 Ġakketti tas-salvataġġ — il-ħelikopters kumplessi u li jaħdmu bil-magni
(a) |
Il-ħelikopters għandhom ikunu mgħammra b’ġakketta tas-salvataġġ għal kull persuna li tkun abbord, li għandhom jintlibsu jew ikunu stivati f’pożizzjoni li tkun faċilment aċċessibbli mis-sit jew mill-post tal-persuna li għaliha jkunu pprovduti;
|
(b) |
Kull ġakketta tas-salvataġġ għandu jkun mgħammar b’mezz ta’ tidwil elettriku sabiex il-persuni jkunu jistgħu jinstabu b’mod faċli. |
SPO.IDE.H.198 Lbies tas-sopravivenza — il-ħelikopters kumplessi u li jaħdmu bil-magni
Kull persuna abbord għandha tilbes libsa ta’ sopravvivenza meta topera:
(a) |
fuq titjira b’appoġġ għal operazzjonijiet lil hinn mill-kosta fuq l-ilma, minn distanza ’l bogħod mill-art li tikkorrispondi għal aktar minn 10 minuti ta’ titjir b’veloċita regolari normali, fejn fil-każ ta’ ħsara fil-magna kritika, il-ħelikopter ikun jista’ jżomm titjir f’livell u meta:
|
(b) |
jekk jiddeċiedi hekk il-bdot fil-kmand fuq il-bażi ta’ valutazzjoni tar-riskju billi jqis il-kundizzjonijiet li ġejjin
|
SPO.IDE.H.199 Ċattri ta’ salvataġġ, ELTs tas-sopravvivenza u tagħmir tas-sopravvivenza fuq titjiriet estiżi fuq l-ilma — il-ħelikopters kumplessi u li jaħdmu bil-magni
Il-ħelikopters li jitħaddmu:
(a) |
fuq titjira fuq l-ilma minn distanza ’l bogħod mill-art li tikkorrispondi għal aktar minn 10 minuti ta’ titjir f’veloċita regolari normali, fejn fil-każ ta’ ħsara fil-magna kritika, il-ħelikopter ikun jista’ jżomm titjir f’livell; jew |
(b) |
fuq titjira fuq l-ilma minn distanza ’l bogħod mill-art li tikkorrispondi għal aktar minn 3 minuti ta’ titjir f’veloċita regolari normali, fejn fil-każ ta’ ħsara fil-magna kritika, il-ħelikopter ma jkunx jista’ jżomm titjir f’livell, u jekk jiddeċiedi hekk il-bdot fil-kmand permezz ta’ valutazzjoni tar-riskju, għandhom ikunu mgħammra:
|
SPO.IDE.H.200 Tagħmir tas-sopravivenza
Il-ħelikopters li jitħaddmu fuq żoni li fihom it-tiftix u s-salvataġġ ikunu partikularment diffiċli, għandhom ikunu mgħammra:
(a) |
b’tagħmir għas-sinjali sabiex ikunu jistgħu jsiru s-sinjali ta’ allarm; |
(b) |
b’tal-inqas ELT tas-sopravivenza wieħed (ELT(S)); u |
(c) |
b’tagħmir ieħor tas-sopravivenza għar-rotta li minnha għandu jittajjar il-ħelikopter, filwaqt li jitqies l-għadd ta’ persuni abbord. |
SPO.IDE.H.201 Rekwiżiti addizzjonali għal ħelikopters li jagħmlu operazzjonijiet lil hinn mill-kosta f’żona ostili tal-baħar — il-ħelikopters kumplessi u li jaħdmu bil-magni
Il-ħelikopters li jitħaddmu f’operazzjonijiet lil hinn mill-kosta f’żona tal-baħar ostili f’distanza li tkun tikkorrispondi għal iktar minn 10 minuti ta’ titjir f’veloċità regolari normali ’l bogħod mill-art, għandhom jikkonformaw mal-affarijiet li ġejjin:
(a) |
Meta r-rapporti tat-temp jew it-tbassir tat-temp li l-bdot fil-kmand ikollu għad-dispożizzjoni tiegħu jkunu jindikaw li, matul it-titjira, it-temperatura tal-baħar se tkun inqas minn + 10 °C, jew meta l-ħin stmat ta’ salvataġġ ikun jaqbeż il-ħin ikkalkulat ta’ sopravivenza, jew meta t-titjira hi ppjanata li ssir billejl, il-persuni kollha abbord għandhom jilbsu lbies ta’ sopravivenza. |
(b) |
Iċ-ċattri tas-salvataġġ kollha li jkunu qed jinġarru abbord skont il-punt SPO.IDE.H.199 għandhom ikunu installati b’tali mod li jkunu jistgħu jintużaw fil-kundizzjonijiet tal-baħar li fihom ikunu ġew evalwati l-karatteristiċi tal-inżul ta’ emerġenza, tal-għawm f’wiċċ l-ilma u tat-“trim” tal-ħelikopter sabiex ikun hemm konformità mar-rekwiżiti tal-inżul ta’ emerġenza għaċ-ċertifikazzjoni. |
(c) |
il-ħelikopter għandu jkun mgħammar b’sistema ta’ dawl tal-emerġenza li jkollha provvista tal-enerġija indipendenti, sabiex tipprovdi sors ta’ tidwil ġenerali tal-kabina ħalli titħaffef l-evakwazzjoni tal-ħelikopter; |
(d) |
Il-ħruġ kollu tal-emerġenza, inkluż il-ħruġ tal-emerġenza tal-ekwipaġġ, u l-mezzi biex jinfetħu bihom, għandhom ikunu mmarkati b’mod evidenti biex jipprovdu gwida lill-okkupanti li jkunu qed jużawhom fid-dawl tax-xemx jew fid-dlam. Dawn il-marki għandhom ikunu ddisinjati b’tali mod li jibqgħu jidhru f’każ li l-ħelikopter jinqaleb ta’ taħt fuq u l-kabina tkun taħt wiċċ il-baħar;. |
(e) |
Il-bibien kollha li ma jkunux jistgħu jintremew u li jkunu ddisinjati bħala ħruġ ta’ emerġenza f’każ ta’ nżul ta’ emerġenza għandhom ikollhom mezz biex jinżammu miftuħin, sabiex ma jfixklux il-ħruġ tal-okkupanti fil-kundizzjonijiet kollha tal-baħar, sal-punt massimu meħtieġ għall-evalwazzjoni tal-inżul ta’ emerġenza u tal-għawm f’wiċċ l-ilma; |
(f) |
Il-bibien u t-twieqi kollha jew il-ftuħ l-ieħor kollu fil-kompartiment tal-passiġġieri intenzjonati għall-iskop ta’ evakwazzjoni taħt l-ilma, għandhom ikunu mgħammra b’tali mod li jkunu jistgħu jintużaw f’emerġenza. |
(g) |
Il-ġkieket tas-salvataġġ għandhom jintlibsu l-ħin kollu, sakemm l-ispeċjalist fil-kompitu jew il-membru tal-ekwipaġġ ma jkunx liebes ilbies ta’ sopravivenza integrat li jkun jissodisfa r-rekwiżiti kkombinati tal-ilbies ta’ sopravivenza u tal-ġkieket tas-salvataġġ. |
SPO.IDE.H.202 Ħelikopters iċċertifikati biex joperaw fuq l-ilma — tagħmir mixxellanju
Il-ħelikopters li jkunu ċċertifikati biex joperaw fuq l-ilma għandhom ikunu mgħammra:
(a) |
b’ankra tal-wiċċ u tagħmir ieħor meħtieġ sabiex jiffaċilita l-irmiġġ, l-ankrar jew l-immanuvrar tal-ħelikopter fuq l-ilma, li jkunu adattati għad-daqs, il-piż u l-karatteristiċi tal-immaniġġjar tiegħu; u |
(b) |
b’tagħmir biex jagħmel is-sinjali tal-ħoss preskritti fil-International Regulations for Preventing Collisions at Sea (ir-Regolamenti Internazzjonali għall-Prevenzjoni tal-Ħabtiet fil-Baħar), fejn dan ikun applikabbli. |
SPO.IDE.H.203 Il-ħelikopters kollha li jkunu qed iwettqu titjiriet fuq l-ilma — nżul ta’ emerġenza
Ħelikopters kumplessi u li jaħdmu bil-magni li jitħaddmu fuq titjira fuq l-ilma f’ambjent ostili b’distanza mill-art li tikkorrispondi għal aktar minn 10 minuti ta’ titjir b’veloċita regoli normali u ħelikopters li mhumiex kumplessi u li jaħdmu bil-magni li jtiru fuq l-ilma f’ambjent ostili lil hinn mid-distanza ta’ 50 mil nawtiku mill-art għandhom ikunu:
(a) |
iddiżinjati għall-inżul fuq l-ilma skont il-kodiċi tal-ajrunavigabbiltà rilevanti; |
(b) |
iċċertifikati għall-inżul ta’ emerġenza skont il-kodiċi tal-ajrunavigabbiltà rilevanti; jew |
(c) |
mgħammra b’tagħmir ta’ emerġenza li jżomm f’wiċċ l-ilma. |
SPO.IDE.H.205 Tagħmir protettiv individwali
Kull persuna abbord għandha tilbes tagħmir protettiv individwali li huwa adegwat għat-tip ta’ operazzjoni li tkun qed issir.
SPO.IDE.H.210 Kuffji tal-widna
Kull meta tkun meħtieġa sistema ta’ komunikazzjoni permezz tar-radju u/jew sistema tan-navigazzjoni bir-radju, il-ħelikopters għandhom ikunu mgħammra b’kuffji tal-widna li jkollhom mikrofonu tal-kuffja jew apparat ekwivalenti u buttuna ta’ trażmissjoni fuq il-kontrolli tat-titjira għal kull bdot, membru tal-ekwipaġġ u/jew speċjalist fil-kompitu meħtieġ fil-post assenjat lilu.
SPO.IDE.H.215 Tagħmir tal-komunikazzjoni permezz tar-radju
(a) |
Il-ħelikopters li jitħaddmu billejl jew skont l-IFR, jew meta jkun meħtieġ mir-rekwiżiti tal-ispazju tal-ajru applikabbli, għandhom ikunu mgħammra bit-tagħmir għall-komunikazzjoni permezz tar-radju li jkun jista’:
|
(b) |
Meta jkun hemm il-ħtieġa ta’ aktar minn tagħmir wieħed ta’ komunikazzjoni, kull wieħed għandu jkun indipendenti mill-ieħor jew mill-oħrajn sal-punt li l-ħsara f’wieħed ma jirriżultax fil-ħsara tal-ieħor jew tal-oħrajn. |
(c) |
Meta jkun hemm il-ħtieġa ta’ sistema ta’ komunikazzjoni bir-radju, u minbarra s-sistema ta’ telefonija interna għall-ekwipaġġ tat-titjira meħtieġa fil-punt SPO.IDE.H.135, il-ħelikopters għandhom ikunu mgħammra b’buttuna ta’ trażmissjoni fuq is-sistema tal-kontroll ta’ kull bdot u membru tal-ekwipaġġ meħtieġ fil-posta assenjat tiegħu. |
SPO.IDE.H.220 Tagħmir tan-navigazzjoni
(a) |
Il-ħelikopters għandhom ikunu mgħammra b’tagħmir tan-navigazzjoni li jiffaċilita li jipproċedu skont:
|
(b) |
Il-ħelikopters għandu jkollhom biżżejjed tagħmir tan-navigazzjoni sabiex jiġi żgurat li, f’każ li tiżviluppa ħsara f’apparat minnhom matul kwalunkwe fażi tat-titjira, il-kumplament tat-tagħmir jippermetti li n-navigazzjoni sikura skont il-punt (a), jew skont azzjoni ta’ kontinġenza xierqa titwettaq b’mod sikur. |
(c) |
Il-ħelikopters li jintużaw f’titjiriet li fihom ikun previst inżul f’IMC għandhom ikunu mgħammra b’tagħmir tan-navigazzjoni adattat li jkun jista’ jipprovdi gwida sa punt li minnu jkun jista’ jitwettaq inżul viżwali. Dan it-tagħmir għandu jkun jista’ jipprovdi tali gwida għal kull ajrudrom li għalih huwa ppjanat l-inżul f’IMC u għal kull ajrudom alternattiv magħżul. |
SPO.IDE.H.225 Transponder
Fejn ikun meħtieġ mill-ispazju tal-ajru fejn jittajru, il-ħelikopters għandhom ikunu mgħammra bi transponder ta’ radar sekondarju ta’ sorveljanza (SSR) bil-kapaċitajiet kollha meħtieġa.
TAQSIMA 3
Glajders
SPO.IDE.S.100 Strumenti u tagħmir — punti ġenerali
(a) |
L-istrumenti u t-tagħmir li huma meħġtieġa skont din is-Subparti għandhom jiġu approvati skont ir-rekwiżiti tal-ajrunavigabbiltà applikabbli fil-każ li:
|
(b) |
L-oġġetti li ġejjin, meta meħtieġa minn din is-Subparti, ma jeħtiġux approvazzjoni ta’ tagħmir:
|
(c) |
L-istrumenti u t-tagħmir li mhumiex meħtieġa skont din is-Subparti kif ukoll kull tagħmir ieħor li mhuwiex meħtieġ skont Annessi applikabbli oħrajn, iżda li jinġarr fuq it-titjira, għandhom jikkonformaw ma’ dawn li ġejjin:
|
(d) |
L-istrumenti u t-tagħmir għandhom ikunu operabbli jew aċċessibbli fil-pront minn dak il-post fejn il-membru tal-ekwipaġġ li jeħtieġ li jużah jinsab bilqiegħda. |
(e) |
It-tagħmir tal-emerġenza kollu meħtieġ għandu jkun faċilment aċċessibbli għall-użu immedjat. |
SPO.IDE.S.105 Tagħmir minimu għat-titjira
Meta kwalunkwe wieħed mill-istrumenti tal-glajder, mill-oġġetti tat-tagħmir jew mill-funzjonijiet meħtieġa għat-titjira prevista ma jkunx qed jaħdem jew ikun nieqes, it-titjira ma għandhiex tinbeda, sakemm:
(a) |
il-glajder ma jkunx qed jitħaddem skont il-MEL, jekk stabbilita; jew |
(b) |
il-glajder ma jkunx soġġett għal permess għat-titjir maħruġ skont ir-rekwiżiti tal-ajrunavigabbiltà applikabbli. |
SPO.IDE.S.115 Operazzjonijiet ta’ titjir skont il-VFR — strumenti tat-titjir u tan-navigazzjoni
(a) |
Il-glajders li jitħaddmu skont il-VFR binhar għandhom ikunu mgħammra b’mezz għall-kejl u għall-wiri ta’ dawn li ġejjin:
|
(b) |
Il-glajders li jitħaddmu f’kundizzjonijiet li fihom il-glajder ma jkunx jista’ jinżamm fil-passaġġ tat-titjira mixtieq mingħajr referenza għal strument addizzjonali wieħed jew aktar, minbarra (a), għandhom ikunu mgħammra b’mezz għall-kejl u għall-wiri ta’ dawn li ġejjin:
|
SPO.IDE.S.120 Titjir fil-livell tas-sħab — strumenti tat-titjir u tan-navigazzjoni
Il-glajders li jittajru fil-livell tas-sħab għandhom ikunu mgħammra b’mezz għall-kejl u għall-wiri ta’ dawn li ġejjin:
(a) |
id-direzzjoni manjetika, |
(b) |
il-ħin f’sigħat, minuti u sekondi, |
(c) |
l-altitudni skont il-pressjoni, |
(d) |
il-veloċità tal-ajru indikata, |
(e) |
il-veloċità vertikali; u |
(f) |
il-pożizzjoni jew id-dawran u ż-żliq. |
SPO.IDE.S.125 Sits u sistemi ta’ restrizzoni
(a) |
Il-glajders għandhom ikunu mgħammra:
|
(b) |
Iċ-ċinturin tas-sikurezza li jkollu sistema ta’ restrizzjoni għan-naħa ta’ fuq tat-torso għandu jkun jinfetaħ permezz ta’ molla waħda |
SPO.IDE.S.130 Ossiġenu supplimentari
Il-glajders li jitħaddmu f’altitudnijiet tal-pressjoni ’l fuq minn 10 000 pied għandhom ikunu mgħammra b’tagħmir tal-ossiġnu li jkun jista’ jaħżen u jqassam ossiġnu suffiċjenti biex jissupplixxi:
(a) |
il-membri tal-ekwipaġġ għal kwalunkwe perjodu li jaqbeż it-30 minuta li matulu l-altitudni tal-pressjoni tkun bejn l-10 000 u t-13 000 pied; u |
(b) |
il-membri tal-ekwipaġġ u l-passiġġieri kollha għal kwalunkwe perjodu li matulu l-altitudni tal-pressjoni tkun taqbeż it-13 000 pied. |
SPO.IDE.S.135 Titjir fuq l-ilma
Il-bdot fil-kmand ta’ glajder li jitħaddem fuq l-ilma għandu jiddetermina r-riskji għas-sopravivenza tal-okkupanti tal-glajder fil-każ ta’ nżul ta’ emerġenza, u fuq il-bażi ta’ dan huwa għandu jiddetermina l-ġarr ta’
(a) |
ġakketta tas-salvataġġ jew apparat ekwivalenti li jżomm f’wiċċ l-ilma għal kull persuna li tkun abbord, li għandhom jintlibsu jew ikunu stivati f’pożizzjoni li tkun faċilment aċċessibbli mis-sit jew mill-post tal-persuna li għaliha jkunu pprovduti; |
(b) |
trażmettitur għas-sejbien waqt emerġenza (ELT) jew apparat ta’ sinjalar personalizzat għas-sejbien (PLB), li jinġarr minn membru tal-ekwipaġġ jew minn speċjalist fil-kompitu, li jkun jista’ jittrażmetti simultanjament fuq il-frekwenzi 121,5 MHz u 406 MHz; u |
(c) |
tagħmir sabiex ikunu jistgħu jsiru s-sinjali ta’ allarm, waqt titjira:
|
SPO.IDE.S.140 Tagħmir tas-sopravivenza
Il-glajders li jitħaddmu fuq żoni li fihom it-tiftix u s-salvataġġ ikunu partikularment diffiċli, għandhom ikunu mgħammra b’tagħmir għas-sinjali u b’tagħmir li jsalva l-ħajja, skont kif ikun xieraq għaż-żona li fuqha se titwettaq it-titjira.
SPO.IDE.S.145 Tagħmir għall-komunikazzjoni permezz tar-radju
(a) |
Fejn ikun meħtieġ mill-ispazju tal-ajru fejn jittajru, il-glajders għandhom ikunu mgħammra bit-tagħmir għall-komunikazzjoni permezz tar-radju, li jkun jista’ jittrażmetti komunikazzjoni fiż-żewġ direzzjonijiet ma’ dawk l-istazzjonijiet ajrunawtiċi jew f’dawk il-frekwenzi biex jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-ispazju tal-ajru |
(b) |
It-tagħmir għall-komunikazzjoni permezz tar-radju, jekk meħtieġ skont (a), għandu jippermetti l-komunikazzjoni fuq il-frekwenza għall-emerġenzi ajrunawtiċi 121,5 MHz. |
SPO.IDE.S.150 Tagħmir tan-navigazzjoni
Il-glajders għandhom ikunu mgħammra bi kwalunkwe tagħmir tan-navigazzjoni neċessarju biex jipproċedu skont:
(a) |
il-pjan tat-titjira tal-ATS, jekk dan ikun applikabbli; u |
(b) |
ir-rekwiżiti tal-ispazju tal-ajru applikabbli. |
SPO.IDE.S.155 Transponder
Fejn ikun meħtieġ mill-ispazju tal-ajru fejn jittajru, il-glajders għandhom ikunu mgħammra bi transponder ta’ radar sekondarju ta’ sorveljanza (SSR) bil-kapaċitajiet kollha meħtieġa.
TAQSIMA 4
Blalen tal-arja
SPO.IDE.B.100 Strumenti u tagħmir — punti ġenerali
(a) |
L-istrumenti u t-tagħmir li huma meħġtieġa skont din is-Subparti għandhom jiġu approvati skont ir-rekwiżiti tal-ajrunavigabbiltà applikabbli fil-każ li:
|
(b) |
L-oġġetti li ġejjin, meta meħtieġa minn din is-Subparti, ma jeħtiġux approvazzjoni ta’ tagħmir:
|
(c) |
L-istrumenti u t-tagħmir li mhumiex meħtieġa skont din is-Subparti kif ukoll kull tagħmir ieħor li mhuwiex meħtieġ skont Annessi applikabbli oħrajn, iżda li jinġarr fuq it-titjira, għandhom jikkonformaw ma’ dawn li ġejjin:
|
(d) |
L-istrumenti u t-tagħmir għandhom ikunu operabbli jew aċċessibbli fil-pront minn dak il-post fejn il-membru tal-ekwipaġġ li jeħtieġ huwa assenjat. |
(e) |
It-tagħmir tal-emerġenza kollu meħtieġ għandu jkun faċilment aċċessibbli għall-użu immedjat. |
SPO.IDE.B.105 Tagħmir minimu għat-titjira
Meta kwalunkwe wieħed mill-istrumenti tal-ballun tal-arja, mill-oġġetti tat-tagħmir jew mill-funzjonijiet meħtieġa għat-titjira prevista ma jkunx qed jaħdem, it-titjira ma għandhiex tinbeda, sakemm:
(a) |
il-ballun tal-arja ma jkunx qed jitħaddem skont il-MEL, jekk stabbilita; jew |
(b) |
il-ballun tal-arja ma jkunx soġġett għal permess għat-titjir maħruġ skont ir-rekwiżiti tal-ajrunavigabbiltà applikabbli. |
SPO.IDE.B.110 Dwal operattivi
Il-blalen tal-arja li jitħaddmu billejl għandhom ikunu mgħammra:
(a) |
bi dwal għal kontra l-kolliżjonijiet; |
(b) |
b’mezz li jipprovdi dawl xieraq għall-istrumenti u għat-tagħmir kollha essenzjali għat-tħaddim sikur tal-ballun tal-arja; |
(c) |
b’dawl portabbli indipendenti. |
SPO.IDE.B.115 Operazzjonijiet ta’ titjir skont il-VFR — strumenti tat-titjir u tan-navigazzjoni u tagħmir assoċjat magħhom
Il-blalen tal-arja li jaħdmu skont il-VFR binhar għandhom ikunu mgħammra:
(a) |
b’mezz għall-wiri tad-direzzjoni tad-drift; u |
(b) |
b’mezz għall-kejl u għall-wiri ta’:
|
SPO.IDE.B.120 Kaxex għall-ewwel għajnuna
(a) |
Il-blalen tal-arja għandhom ikunu mgħammra b’kaxex għall-ewwel għajnuna. |
(b) |
Il-kaxex għall-ewwel għajnuna għandhom ikunu:
|
SPO.IDE.B.121 Ossiġenu supplimentari
Il-blalen tal-arja li jitħaddmu f’altitudnijiet tal-pressjoni ’l fuq minn 10 000 pied għandhom ikunu mgħammra b’tagħmir tal-ossiġnu li jkun jista’ jaħżen u jqassam ossiġnu suffiċjenti biex jissupplixxi:
(a) |
il-membri tal-ekwipaġġ għal kwalunkwe perjodu li jaqbeż it-30 minuta li matulu l-altitudni tal-pressjoni tkun bejn l-10 000 u t-13 000 pied; u |
(b) |
il-membri tal-ekwipaġġ u l-passiġġieri kollha għal kwalunkwe perjodu li matulu l-altitudni tal-pressjoni tkun taqbeż it-13 000 pied. |
SPO.IDE.B.125 Ċilindri jew pompi tal-idejn għat-tifi tan-nar
Il-blalen tal-arja għandhom ikunu mgħammra tal-inqas b’ċilindru wieħed jew pompa waħda għat-tifi tan-nar, jekk meħtieġ skont l-ispeċifikazzjonijiet ta’ ċertifikazzjoni applikabbli.
SPO.IDE.B.130 Titjir fuq l-ilma
Il-bdot fil-kmand ta’ ballun tal-arja li jitħaddem fuq l-ilma għandu jiddetermina r-riskji għas-sopravivenza tal-okkupanti tal-ballun tal-arja fil-każ ta’ nżul ta’ emerġenza, u fuq il-bażi ta’ dan huwa għandu jiddetermina l-ġarr ta’:
(a) |
ġakketta tas-salvataġġ għal kull persuna li tkun abbord, li għandhom jintlibsu jew ikunu stivati f’pożizzjoni li tkun faċilment aċċessibbli mis-sit jew mill-post tal-persuna li għaliha jkunu pprovduti; |
(b) |
trażmettitur għas-sejbien waqt emerġenza (ELT) jew apparat ta’ sinjalar personalizzat għas-sejbien (PLB), li jinġarr minn membru tal-ekwipaġġ jew minn speċjalist fil-kompitu, li jkun jista’ jittrażmetti simultanjament fuq il-frekwenzi 121,5 MHz u 406 MHz; u |
(c) |
tagħmir sabiex isiru s-sinjali ta’ allarm. |
SPO.IDE.B.135 Tagħmir tas-sopravivenza
Il-blalen tal-arja li jitħaddmu fuq żoni li fihom it-tiftix u s-salvataġġ ikunu partikularment diffiċli, għandhom ikunu mgħammra b’tagħmir għas-sinjali u b’tagħmir li jsalva l-ħajja, skont kif ikun xieraq għaż-żona li fuqha se titwettaq it-titjira.
SPO.IDE.B.140 Tagħmir mixxellanju
Il-blalen tal-arja għandhom ikunu mgħammra b’ingwanti protettivi għal kull membru tal-ekwipaġġ.
(a) |
Il-blalen tal-arja sħuna għandhom ikunu mgħammra:
|
(b) |
Il-blalen tal-gass għandhom ikunu mgħammra:
|
SPO.IDE.B.145 Tagħmir għall-komunikazzjoni permezz tar-radju
(a) |
Fejn ikun meħtieġ mill-ispazju tal-ajru fejn jittajru, il-blalen tal-arja għandhom ikunu mgħammra bit-tagħmir għall-komunikazzjoni permezz tar-radju, li jkun jista’ jittrażmetti komunikazzjoni fiż-żewġ direzzjonijiet ma’ dawk l-istazzjonijiet ajrunawtiċi jew f’dawk il-frekwenzi biex jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-ispazju tal-ajru. |
(b) |
It-tagħmir għall-komunikazzjoni permezz tar-radju, jekk meħtieġ skont (a), għandu jippermetti l-komunikazzjoni fuq il-frekwenza għall-emerġenzi ajrunawtiċi 121,5 MHz. |
SPO.IDE.B.150 Transponder
Fejn ikun meħtieġ mill-ispazju tal-ajru fejn jittajru, il-blalen tal-arja għandhom ikunu mgħammra bi transponder ta’ radar sekondarju ta’ sorveljanza (SSR) bil-kapaċitajiet kollha meħtieġa.
SUBPARTI E
REKWIŻITI SPEĊIFIĊI
TAQSIMA 1
Operazzjonijiet ta’ tagħbija esterna bi braga bil-ħelikopter (HESLO)
SPO.SPEC.HESLO.100 Proċeduri operattivi standard
Il-proċeduri operattivi standard għall-HESLO għandhom jispeċifikaw:
(a) |
it-tagħmir li għandu jinġarr, inklużi l-limitazzjonijiet operattivi u l-entrati xierqa tiegħu fl-MEL, kif applikabbli; |
(b) |
il-kompożizzjoni tal-ekwipaġġ u r-rekwiżiti tal-esperjenza tal-membri tal-ekwipaġġ u tal-ispeċjalisti fil-kompitu; |
(c) |
it-taħriġ rilevanti għall-membri tal-ekwipaġġ u għall-ispeċjalisti fil-kompitu biex iwettqu dmirijiethom u l-kwalifika u n-nomina ta’ persuni li jipprovdu t-tali taħriġ lill-membri tal-ekwipaġġ u l-ispeċjalisti fil-kompitu; |
(d) |
ir-responsabilitajiet u d-dmirijiet tal-membri tal-ekwipaġġ u l-ispeċjalisti fil-kompitu; |
(e) |
il-kriterji tal-prestazzjoni meħtieġa li għandhom jiġu ssodisfati biex isiru operazzjonijiet ta’ HESLO; |
(f) |
il-proċeduri normali, anormali u ta’ emerġenza. |
SPO.SPEC.HESLO.105 Tagħmir speċifiku għal HESLO
Il-ħelikopter għandu jkun mgħammar b’tal-inqas:
(a) |
mera ta’ sikurezza waħda għall-merkanzija jew mezz alternattiv biex wieħed jara l-ganċ(ijiet)/it-tagħbija; u |
(b) |
miter wieħed tat-tagħbija, sakemm ma jkunx hemm mod ieħor kif jiġi ddeterminat il-piż tat-tagħbija. |
SPO.SPEC.HESLO.110 Trasportazzjoni ta’ oġġetti perikolużi
L-operatur li jittrasporta l-oġġetti perikolużi lejn jew minn siti bla ekwipaġġ jew żoni remoti għandu japplika mal-awtorità kompetenti għal eżenzjoni mid-dispożizzjonijiet tal-Istruzzjonijiet Tekniċi jekk ikun beħsiebu ma jikkonformax mar-rekwiżiti ta’ dawk l-Istruzzjonijiet.
TAQSIMA 2
Operazzjonijiet bi bnedmin bħala merkanzija esterna (HEC)
SPO.SPEC.HEC.100 Proċeduri operattivi standard
Il-proċeduri operattivi standard għall-HEC għandhom jispeċifikaw:
(a) |
it-tagħmir li għandu jinġarr, inklużi l-limitazzjonijiet operattivi u l-entrati xierqa tiegħu fl-MEL, kif applikabbli; |
(b) |
il-kompożizzjoni tal-ekwipaġġ u r-rekwiżiti tal-esperjenza tal-membri tal-ekwipaġġ u l-ispeċjalisti fil-kompitu; |
(c) |
it-taħriġ rilevanti għall-membri tal-ekwipaġġ u l-ispeċjalisti fil-kompitu biex iwettqu dmirijiethom u l-kwalifika u n-nomina ta’ persuni li jipprovdu t-tali taħriġ lill-membri tal-ekwipaġġ u l-ispeċjalisti fil-kompitu; |
(d) |
ir-responsabilitajiet u d-dmirijiet tal-membri tal-ekwipaġġ u tal-ispeċjalisti fil-kompitu; |
(e) |
il-kriterji tal-prestazzjoni meħtieġa li għandhom jiġu ssodisfati biex isiru operazzjonijiet ta’ HEC; |
(f) |
il-proċeduri normali, anormali u ta’ emerġenza. |
SPO.SPEC.HEC.105 Tagħmir speċifiku għall-HEC
(a) |
Il-ħelikopters għandhom ikunu mgħammra:
|
(b) |
L-installazzjoni tat-tagħmir kollu tal-parank u tal-ganċ tal-merkanzija u kwalunkwe modifika sussegwenti għandu jkollha approvazzjoni tal-ajrunavigabbiltà xierqa għall-funzjoni maħsuba. |
TAQSIMA 3
Operazzjonijiet bil-paraxut (PAR)
SPO.SPEC.PAR.100 Proċeduri operattivi standard
Il-proċeduri operattivi standard għall-PAR għandhom jispeċifikaw:
(a) |
it-tagħmir li għandu jinġarr, inklużi l-limitazzjonijiet operattivi u l-entrati xierqa tiegħu fl-MEL, kif applikabbli; |
(b) |
il-kompożizzjoni tal-ekwipaġġ u r-rekwiżiti tal-esperjenza tal-membri tal-ekwipaġġ u tal-ispeċjalisti fil-kompitu; |
(c) |
it-taħriġ rilevanti għall-membri tal-ekwipaġġ u għall-ispeċjalisti fil-kompitu biex iwettqu dmirijiethom u l-kwalifika u n-nomina ta’ persuni li jipprovdu t-tali taħriġ lill-membri tal-ekwipaġġ u l-ispeċjalisti fil-kompitu; |
(d) |
ir-responsabilitajiet u d-dmirjiet tal-membri tal-ekwipaġġ u tal-ispeċjalisti fil-kompitu; |
(e) |
il-kriterji tal-prestazzjoni meħtieġa li għandhom jiġu ssodisfati biex isiru operazzjonijiet bil-paraxut; |
(f) |
il-proċeduri normali, anormali u ta’ emerġenza. |
SPO.SPEC.PAR.105 Ġarr ta’ membri tal-ekwipaġġ u ta’ speċjalisti fil-kompitu
Ir-rekwiżit għar-responsabilitajiet tal-ispeċjalisti fil-kompitu kif stabbilit f’SPO.GEN.106(c) ma għandux ikun applikabbli għall-ispeċjalisti fil-kompitu li jwettqu qabżiet bil-paraxut.
SPO.SPEC.PAR.110 Sits
Minkejja SPO.IDE.A.160 (a) u SPO.IDE.H.160 (a)(1), l-art tal-inġenju tal-ajru tista’ tintuża bħala sit, diment li hemm mezzi disponibbli li l-ispeċjalist fil-kompitu jista’ jżomm jew jintrabat magħhom.
SPO.SPEC.PAR.115 Ossiġenu supplimentari
Minkejja SPO.OP.195 (a), ir-rekwiżit biex jintuża l-ossiġenu supplimentari ma għandux ikun applikabbli għall-membri tal-ekwipaġġ minbarra l-bdot fil-kmand u għall-ispeċjalisti fil-kompitu li jwettqu dmirijiet essenzjali għall-kompitu speċjalizzat, kull meta l-altitudni tal-kabina:
(a) |
taqbeż it-13 000 pied, għal perjodu ta’ mhux iktar minn 6 minuti. |
(b) |
taqbeż il-15 000 pied, għal perjodu ta’ mhux iktar minn 3 minuti. |
SPO.SPEC.PAR.120 Titjir fuq l-ilma
Meta jkun qed iġorr aktar minn 6 persuni, il-bdot fil-kmand ta’ ballun tal-arja li jitħaddem fuq l-ilma għandu jiddetermina r-riskji għas-sopravivenza tal-okkupanti tal-ballun tal-arja fil-każ ta’ nżul ta’ emerġenza, u fuq il-bażi ta’ dan huwa għandu jiddetermina l-ġarr ta’ trażmettitur għas-sejbien waqt emerġenza (ELT) li jkun kapaċi jittrażmetti simultanjament fuq 121,5 MHz u fuq 406 MHz.
SPO.SPEC.PAR.125 Rilaxx ta’ oġġetti perikolużi
Minkejja SPO.GEN.155, dawk li jużaw il-paraxut jistgħu joħorġu mill-inġenju tal-ajru għall-fini ta’ wirja bil-paraxut fuq żoni f’konġestjoni ta’ bliet, irħula jew insedjamenti jew fuq ġemgħa fil-miftuħ ta’ persuni filwaqt li jġorru apparati li jħallu d-duħħan warajhom, diment li dawn huma manifatturati għal dan l-għan.
TAQSIMA 4
Titjiriet ajrubatiċi (ABF)
SPO.SPEC.ABF.100 Proċeduri operattivi standard
Il-proċeduri operattivi standard għall-ABF għandhom jispeċifikaw:
(a) |
it-tagħmir li għandu jinġarr, inklużi l-limitazzjonijiet operattivi u l-entrati xierqa tiegħu fl-MEL, kif applikabbli; |
(b) |
il-kompożizzjoni tal-ekwipaġġ u r-rekwiżiti tal-esperjenza tal-membri tal-ekwipaġġ u tal-ispeċjalisti fil-kompitu; |
(c) |
it-taħriġ rilevanti għall-membri tal-ekwipaġġ u għall-ispeċjalisti fil-kompitu biex iwettqu dmirijiethom u l-kwalifika u n-nomina ta’ persuni li jipprovdu t-tali taħriġ lill-membri tal-ekwipaġġ u l-ispeċjalisti fil-kompitu; |
(d) |
ir-responsabilitajiet u d-dmirijiet tal-membri tal-ekwipaġġ u tal-ispeċjalisti fil-kompitu; |
(e) |
il-kriterji tal-prestazzjoni meħtieġa li għandhom jiġu ssodisfati biex isiru titjiriet ajrubatiċi; |
(f) |
il-proċeduri normali, anormali u ta’ emerġenza. |
SPO.SPEC.ABF.105 Dokumenti, manwali u informazzjoni li għandhom jinġarru abbord
Id-dokumenti li ġejjin elenkati f’SPO.GEN.140 (a) ma hemmx bżonn li jinġarru matul titjiriet ajrubatiċi:
(a) |
id-dettalji tal-pjan tat-titjira tal-ATS li jkun ġie ffajljat, jekk ikun applikabbli; |
(b) |
mapep ajrunawtiċi attwali u xierqa għar-rotta/għaż-żona tat-titjira proposta u għar-rotot kollha li fuqhom wieħed jista’ jistenna b’mod raġonevoli li tista’ tiġi ddevjata t-titjira; |
(c) |
il-proċeduri u l-informazzjoni dwar is-sinjali viżwali għall-użu min-naħa ta’ inġenji tal-ajru interċettati u ta’ inġenji tal-ajru ta’ interċettazzjoni; u |
(d) |
informazzjoni dwar is-servizzi ta’ tiftix u ta’ salvataġġ għaż-żona tat-titjira ppjanata. |
SPO.SPEC.ABF.115 Tagħmir
Ma hemmx bżonn li jiġu applikati r-rekwiżiti li ġejjin dwar it-tagħmir għal titjiriet ajrubatiċi:
(a) |
kaxex tal-ewwel għajnuna kif stabbilit f’SPO.IDE.A.165 u SPO.IDE.H.165; |
(b) |
apparati portabbli tat-tifi tan-nar kif stabbilit f’SPO.IDE.A.180 u f’SPO.IDE.H.180; u |
(c) |
trażmettituri għas-sejbien waqt emerġenza (ELT) jew apparat ta’ sinjalar personalizzat għas-sejbien (personal locator beacons) kif stabbilit f’SPO.IDE.A.190 u SPO.IDE.H.190.” |