|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 110 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 57 |
|
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
DEĊIŻJONIJIET
|
12.4.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 110/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-28 ta’ Diċembru 2012
dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.33760 (12/N-11/C, 11/N); SA.33763 (12/N-2, 11/C, 11/N); SA.33764 (12 N-2, 11/C, 11/N); SA.30521 (MC 2/10); SA.26653 (C9/2009); SA.34925 (12 N-2, 12/C, 12/N); SA. 34927 (12 N-2, 12/C, 12/N); SA. 34928 (12 N-2, 12/C, 12/N) implimentata mir-Renju tal-Belġju, mir-Repubblika Franċiża u mill-Gran Dukat tal-Lussemburgu favur Dexia, DBB/Belfius u DMA
(notifikata bid-dokument C(2012) 9962)
(It-test bil-Franċiż biss huwa awtentiku)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2014/189/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 108(2), l-ewwel subparagrafu (1),
Wara li kkunsidrat il-ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a),
Wara li stiednet lill-partijiet interessati jressqu l-kummenti tagħhom skont l-Artikoli msemmija (2) u wara li kkunsidrat dawn il-kummenti,
Billi:
1. PROĊEDURA
1.1. PROĊEDURA TA’ QABEL ID-DEĊIŻJONI TA’ APPROVAZZJONI KONDIZZJONALI
|
(1) |
Permezz tad-Deċiżjoni tad-19 ta’ Novembru 2008 (3), il-Kummissjoni ddeċidiet li ma toġġezzjonax kontra l-miżuri ta’ urġenzi li ttieħdu fil-forma ta’ operazzjoni ta’ appoġġ ta’ likwidità ( “liquidity assistance” , minn hawn ‘il quddiem “l-operazzjoni LA”) u ta’ garanzija fuq ċerti obbligazzjonijiet ta’ Dexia (4). Il-Kummissjoni kkunsidrat li dawn il-miżuri kienu kompatibbli mas-suq intern abbażi tal-Artikolu 107(3)(b) tat-TFUE bħala għajnuna ta’ salvataġġ ta’ impriża f’diffikultà u awtorizzat dawn il-miżuri għal perjodu ta’ sitt xhur li beda mit-3 ta’ Ottubru 2008, waqt li indikat li wara dan il-perjodu, il-Kummissjoni għandha tirrevedi mill-ġdid l-għajnuna bħala miżuri strutturali. |
|
(2) |
Il-Belġju, Franza u l-Lussemburgu (minn hawn ‘il quddiem “l-Istati Membri kkonċernati”) innotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-ewwel pjan ta’ ristrutturar ta’ Dexia fis-16, is-17 u t-18 ta’ Frar 2009 rispettivament. |
|
(3) |
Bid-Deċiżjoni tat-13 ta’ Marzu 2009, il-Kummissjoni ddeċidiet li tiftaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) tat-TFUE għal kull għajnuna mogħtija lil Dexia (5). |
|
(4) |
Bid-Deċiżjoni tat-30 ta’ Ottubru 2009 (6), il-Kummissjoni awtorizzat l-estensjoni tal-garanzija sat-28 ta’ Frar 2010 jew sad-data tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddeċiedi dwar il-kompatibbiltà tal-miżuri ta’ għajnuna u tal-pjan ta’ ristrutturar ta’ Dexia. |
|
(5) |
Fid-9 ta’ Frar 2010, l-Istati Membri kkonċernati bagħtu informazzjoni lill-Kummissjoni dwar miżuri addizzjonali ppjanati sabiex jitlesta l-ewwel pjan ta’ ristrutturar ta’ Dexia. |
1.2. ID-DEĊIŻJONI TA’ APPROVAZZJONI KONDIZZJONALI U L-MONITORAĠĠ ( “MONITORING” ) TAL-IMPLIMENTAZZJONI TAGĦHA
|
(6) |
Bid-Deċiżjoni tas-26 ta’ Frar 2010 (7) (minn hawn ‘il quddiem “id-Deċiżjoni ta’ approvazzjoni kondizzjonali”), il-Kummissjoni approvat il-pjan ta’ ristrutturar ta’ Dexia u l-bidla tal-għajnuna ta’ emerġenza f’għajnuna għar-ristrutturar, diment li tkun konformi mal-patti u l-kundizzjonijiet kollha meħtieġa mill-imsemmija Deċiżjoni. |
|
(7) |
Il-miżuri ta’ għajnuna mogħtija lil Dexia minn Settembru 2008, approvati mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni ta’ approvazzjoni kondizzjonali tagħha, jikkonsistu:
|
|
(8) |
Biex tkun żgurata l-implimentazzjoni korretta tal-impenji u l-kundizzjonijiet, espert f’isem il-Kummissjoni (minn hawn ‘il quddiem “l-espert maħtur”), li jista’ jagħmel il-kontrolli kollha meħtieġa, jippreżenta rapport dettaljat kull sitt xhur lill-Kummissjoni. |
|
(9) |
Fir-rapport tiegħu tat-30 ta’ Novembru 2010, l-espert maħtur sab li tliet impenji ma ġewx issodisfati:
|
|
(10) |
Fir-rapport tiegħu tad-29 ta’ April 2011, l-espert maħtur jemmen li, minbarra n-nuqqasijiet misjuba fir-rapport tiegħu tat-30 ta’ Novembru 2010, erba’ impenji ma ġewx issodisfati:
|
|
(11) |
Fir-rapport tiegħu tas-26 ta’ Settembru 2011, l-espert maħtur jemmen li, minbarra n-nuqqasijiet misjuba fir-rapport tiegħu tat-30 ta’ Novembru 2010 u tad-29 ta’ April 2011, żewġ impenji ma ġewx issodisfati:
|
|
(12) |
Fir-rapport tiegħu tat-22 ta’ Mejju 2012, l-espert maħtur jemmen li, minbarra n-nuqqasijiet misjuba fir-rapport tiegħu tat-30 ta’ Novembru 2010, tad-29 ta’ April 2011, u tas-26 ta’ Settembru 2011, tliet impenji ma ġewx issodisfati:
|
|
(13) |
Fir-rapport tiegħu tal-5 ta’ Ottubru 2012 dwar l-implimentazzjoni tal-impenji minn Dexia (minbarra Dexia Banque Belgique (100 % sussidjarja ta’ Dexia SA, minn hawn ‘il quddiem “DBB/Belfius”) matul il-perjodu kopert minn dan ir-rapport, jiġifieri mill-1 ta’ Jannar 2012 sat-30 ta’ Ġunju 2012), l-espert maħtur jemmen li, minbarra n-nuqqasijiet misjuba fir-rapport tiegħu tat-30 ta’ Novembru 2010, tad-29 ta’ April 2011, tas-26 ta’ Settembru 2011 u tat-22 ta’ Mejju 2012, l-impenn relatat mar-RAROC ma ġiex irrispettat, bi ksur tal-punt 3 tal-impenji. Minn kampjun ta’ 218-il self, [15-20] self li sar matul il-perjodu ta’ bejn l-1 ta’ Jannar 2012 u t-30 ta’ Ġunju 2012, li jirrappreżenta valur totali ta’ aktar minn EUR [100-125] miljun, kellu RAROC ta’ inqas minn 10 %. |
|
(14) |
Skont id-Deċiżjoni ta’ approvazzjoni kondizzjonali, Dexia ntrabat li jbiegħ jew idaħħal fl-elenku s-sehem tiegħu ta’ 70 % fis-sussidjarja Taljana tiegħu, Dexia Crediop, sal-31 ta’ Ottubru 2012. L-espert indipendenti wissa fir-rapport tiegħu tal-5 ta’ Ottubru 2012 li Dexia ma pprovdiex informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ dan l-impenn għall-ewwel nofs tal-2012. Madankollu, abbażi tal-informazzjoni pprovduta mir-rapporti preċedenti, l-espert indipendenti jkompli jemmen li Crediop mhuwiex […] u għalhekk mhuwiex […] (13). |
1.3. IL-PROĊEDURI TA’ WARA D-DEĊIŻJONI TA’ APPROVAZZJONI KONDIZZJONALI
|
(15) |
Mis-sajf tal-2011, Dexia ltaqa’ ma’ diffikultajiet oħrajn. Minħabba dan, l-Istati Membri kkonċernati ħadu miżuri ta’ għajnuna addizzjonali u kkunsidraw l-adozzjoni ta’ għajnuna ġdida. |
1.3.1. Proċedura għaċ-ċessjoni u r-ristrutturar ta’ DBB/Belfius
|
(16) |
Fis-7 ta’ Ottubru 2011, l-awtoritajiet Belġjani infurmaw lill-Kummissjoni dwar proposta ta’ akkwiżizzjoni ta’ DBB/Belfius mill-Istat Belġjan. Fit-12 ta’ Ottubru 2011, il-Belġju nnotifika lill-Kummissjoni dwar miżuri addizzjonali għall-pjan ta’ ristrutturar approvat mid-Deċiżjoni ta’ approvazzjoni kondizzjonali, li kienu jikkonsistu fl-akkwiżizzjoni ta’ DBB/Belfius mill-Istat Belġjan permezz tal-akkwist mingħand Dexia SA ta’ 100 % tal-ishma ta’ DBB/Belfius għall-prezz ta’ EUR 4 biljun. |
|
(17) |
Permezz tad-Deċiżjoni tas-17 ta’ Ottubru 2011 (minn hawn ‘il quddiem “id-Deċiżjoni ta’ ftuħ fuq il-bejgħ ta’ DBB/Belfius”) (14), il-Kummissjoni fetħet proċedura ta’ investigazzjoni formali dwar il-miżura ta’ bejgħ minn Dexia u ta’ akkwiżizzjoni mill-Istat Belġjan ta’ DBB/Belfius. Din il-miżura tirrigwarda l-akkwiżizzjoni mill-Istat Belġjan ta’ DBB/Belfius u s-sussidjarji tiegħu (15), minbarra Dexia Asset Management (minn hawn ‘il quddiem “DAM”). Biex tinżamm l-istabilità finanzjarja, il-Kummissjoni ddeċidiet ukoll li tawtorizza l-miżura temporanjament. Għalhekk din ġiet awtorizzata għal sitt xhur mid-Deċiżjoni ta’ ftuħ fuq il-bejgħ ta’ DBB/Belfius (jiġifieri sas-16 ta’ April 2012 inkluż) jew – jekk il-Belġju jressaq pjan ta’ ristrutturar għal DBB/Belfius fi żmien sitt xhur mid-Deċiżjoni ta’ ftuħ fuq il-bejgħ ta’ DBB/Belfius – sakemm il-Kummissjoni tadotta Deċiżjoni finali dwar il-miżura. Iċ-ċessjoni ta’ DBB/Belfius saret fl-20 ta’ Ottubru 2011. Fl-1 ta’ Marzu 2012, il-kumpanija li sa dak iż-żmien kienet magħrufa bħala Dexia Banque Belgique, ħabbret uffiċjalment l-isem il-ġdid tagħha: Belfius (16). Sal-lum, DBB ma baqagħlux rabtiet ta’ proprjetà ma’ Dexia. |
|
(18) |
Il-Kummissjoni rċeviet kummenti minn partijiet terzi interessati dwar din il-kwistjoni. Hija bagħtithom lill-Belġju filwaqt li tatu l-possibbiltà li jikkummenta dwarhom, u rċeviet il-kummenti tal-Belġju b’ittra datata d-19 ta’ April 2012. |
|
(19) |
Fis-17 ta’ April 2012, il-Belġju ressaq pjan ta’ ristrutturar għal DBB/Belfius. Mis-17 ta’ April 2012 sat-23 ta’ Novembru 2012, saru diversi laqgħat, taħditiet fuq it-telefon u sottomissjonijiet ta’ informazzjoni addizzjonali. |
|
(20) |
Fis-26 ta’ Novembru 2012, il-Belġju nnotifika l-verżjoni finali tiegħu tal-pjan ta’ ristrutturar għal DBB/Belfius lill-Kummissjoni. |
|
(21) |
Fil-21 ta’ Diċembru 2012, il-Kummissjoni rċeviet in-notifika ta’ ittra ta’ impenji mill-Belġju lejn DBB/Belfius. |
1.3.2. Proċedura dwar ir-ristrutturar/riżoluzzjoni ta’ Dexia u l-garanzija ta’ rifinanzjament
|
(22) |
Fit-18 ta’ Ottubru 2011, l-Istati Membri kkonċernati infurmaw lill-Kummissjoni dwar sett ta’ miżuri ġodda potenzjali għal pjan ġdid ta’ riżoluzzjoni jew ta’ għeluq ta’ Dexia. Taħt dan is-sett ta’ miżuri ġodda, il-Belġju nnotifika lill-Kummissjoni, fil-21 ta’ Ottubru 2011, dwar miżuri ta’ għajnuna ta’ likwidità ta’ emerġenza (“Emergency Liquidity Assistance”) (minn hawn ‘il quddiem “ELA”) mogħtija lil DBB/Belfius mill-BNB. |
|
(23) |
Fl-14 ta’ Diċembru 2011, Franza, il-Belġju u l-Lussemburgu nnotifikaw ukoll lill-Kummissjoni, taħt dan is-sett ta’ miżuri ġodda, abbozz ta’ garanzija temporanja mill-Istati Membri kkonċernati fuq il-finanzjament mill-ġdid ta’ Dexia SA u ta’ Dexia Crédit Local (minn hawn ‘il quddiem “DCL”). |
|
(24) |
Permezz tad-Deċiżjoni tal-21 ta’ Diċembru 2011 (minn hawn ‘il quddiem “id-Deċiżjoni ta’ approvazzjoni temporanja”) (17), sabiex iżżomm l-istabilità finanzjarja, il-Kummissjoni ddeċidiet li tapprova temporanjament sal-31 ta’ Mejju 2012 il-garanzija temporanja ta’ rifinanzjament. Madankollu, f’din id-Deċiżjoni, minħabba l-fatt li l-garanzija temporanja ta’ rifinanzjament, l-akkwiżizzjoni ta’ DBB/Belfius mill-Belġju u n-nuqqasijiet misjuba fit-twettiq tal-impenji u l-kundizzjonijiet previsti mid-Deċiżjoni ta’ approvazzjoni kondizzjonali jikkostitwixxu bidla sinifikanti fil-kundizzjonijiet ta’ ristrutturar ta’ Dexia, il-Kummissjoni fetħet proċedura formali fuq il-miżuri addizzjonali kollha għar-ristrutturar ta’ Dexia mill-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ approvazzjoni kondizzjonali (inkluża l-garanzija temporanja ta’ rifinanzjament). |
|
(25) |
Fit-23 ta’ Marzu 2012, il-Lussemburgu nnotifika lill-Kummissjoni dwar il-bejgħ ta’ Dexia Banque Internationale fil-Lussemburgu (minn hawn ‘il quddiem “Dexia BIL”). Xi assi ġew esklużi mill-ambitu ta’ dan il-bejgħ. Precision Capital SA – grupp ta’ investituri mill-Qatar – kellu jakkwista 90 % ta’ Dexia BIL, bl-10 % li jifdal jirritornaw għand l-Istat tal-Lussemburgu. B’Deċiżjoni tat-3 ta’ April 2012 (18), il-Kummissjoni fetħet proċedura ta’ investigazzjoni formali dwar il-bejgħ ta’ Dexia BIL. B’Deċiżjoni tal-25 ta’ Lulju 2012 (19) il-Kummissjoni approvat il-bejgħ ta’ Dexia BIL. |
|
(26) |
Fil-21 u fit-22 ta’ Marzu 2012, l-Istati Membri kkonċernati nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-ewwel pjan ta’ riżoluzzjoni ordnata ta’ Dexia (minn hawn ‘il quddiem “l-ewwel pjan ta’ riżoluzzjoni ordnata ta’ Dexia”). |
|
(27) |
Fil-25 ta’ Mejju 2012, l-Istati Membri kkonċernati nnotifikaw lill-Kummissjoni b’talba ta’ estensjoni tal-garanzija temporanja ta’ finanzjament mill-ġdid sat-30 ta’ Settembru 2012. |
|
(28) |
Fil-31 ta’ Mejju 2012, il-Kummissjoni adottat żewġ Deċiżjonijiet. |
|
(29) |
Fl-ewwel Deċiżjoni (minn hawn ‘il quddiem “id-Deċiżjoni ta’ estensjoni tal-proċedura”), il-Kummissjoni ddeċidiet li testendi l-proċedura ta’ investigazzjoni formali għall-miżuri kollha addizzjonali għar-ristrutturar ta’ Dexia, sabiex teżamina l-pjan ta’ riżoluzzjoni ordnata ta’ Dexia ppreżentat mill-Istati Membri kkonċernati fil-21 u fit-22 ta’ Marzu 2012 (20). Hija stiednet ukoll lill-Istati Membri kkonċernati sabiex iressqu l-kummenti tagħhom u jipprovdu kull informazzjoni utli dwar ir-rikapitalizzazzjoni ta’ Dexia minn Arcofin sabiex tistabbilixxi jekk id-Deċiżjoni ta’ approvazzjoni kondizzjonali għandhiex tkun irrevokata (ara l-premessi (41) u (42) aktar ‘l isfel). |
|
(30) |
Fit-tieni Deċiżjoni (minn hawn ‘il quddiem “id-Deċiżjoni tal-ewwel estensjoni tal-garanzija”) (21), il-Kummissjoni approvat temporanjament, sakemm tieħu Deċiżjoni finali dwar il-pjan ta’ riżoluzzjoni ordnata ta’ Dexia, l-ewwel estensjoni tal-perjodu ta’ garanzija temporanja tal-Istati Membri kkonċernati fuq ir-rifinanzjament ta’ Dexia SA u DCL sat-30 ta’ Settembru 2012, filwaqt li estendiet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali għal din il-miżura fuq il-miżuri kollha addizzjonali għar-ristrutturar ta’ Dexia miftuħa mid-Deċiżjoni ta’ approvazzjoni temporanja. |
|
(31) |
Fil-5 ta’ Ġunju 2012, l-Istati Membri kkonċernati nnotifikaw lill-Kummissjoni żieda fil-limitu tal-garanzija għal ammont massimu bi prinċipal ta’ EUR 55 biljun. Fid-Deċiżjoni tagħha tas-6 ta’ Ġunju 2012 (22) (minn hawn ‘il quddiem “id-Deċiżjoni ta’ żieda fil-limitu tal-garanzija”), il-Kummissjoni approvat temporanjament, sakemm tieħu Deċiżjoni finali dwar il-pjan ta’ riżoluzzjoni ordnata ta’ Dexia, iż-żieda fil-limitu tal-garanzija, filwaqt li estendiet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali għal din il-miżura fuq il-miżuri kollha addizzjonali għar-ristrutturar ta’ Dexia miftuħa mid-Deċiżjoni ta’ approvazzjoni temporanja. |
|
(32) |
Fis-7 ta’ Settembru 2012, l-Istati Membri kkonċernati nnotifikaw lill-Kummissjoni b’talba ta’ estensjoni oħra, sal-31 ta’ Jannar 2013, tal-perjodu tal-garanzija temporanja ta’ rifinanzjament (b’limitu tal-garanzija ta’ ammont massimu bi prinċipal ta’ EUR 55 biljun). Fid-Deċiżjoni tagħha tas-26 ta’ Settembru 2012 (23) (id-Deċiżjoni tat-tieni estensjoni tal-garanzija”), il-Kummissjoni approvat temporanjament, sakemm tieħu Deċiżjoni finali dwar il-pjan ta’ riżoluzzjoni ordnata ta’ Dexia, it-tieni estensjoni tal-perjodu ta’ garanzija temporanja tal-Istati Membri kkonċernati fuq ir-rifinanzjament ta’ Dexia SA u DCL sal-31 ta’ Jannar 2013, filwaqt li estendiet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali għal din il-miżura. |
|
(33) |
Fis-26 ta’ Novembru 2012, il-Belġju nnotifika l-verżjoni finali tal-pjan ta’ ristrutturar ta’ DBB/Belfius lill-Kummissjoni. Fis-17 ta’ Diċembru 2012, il-Belġju nnotifika ittra ta’ impenji dwar ir-ristrutturar ta’ DBB/Belfius. |
|
(34) |
Fl-14 ta’ Diċembru 2012, l-Istati Membri kkonċernati nnotifikaw pjan ġdid ta’ riżoluzzjoni ordnata ta’ Dexia lill-Kummissjoni (minn hawn ‘il quddiem “il-pjan rivedut ta’ riżoluzzjoni ordnata ta’ Dexia”), li kien jissostitwixxi l-ewwel pjan ta’ riżoluzzjoni ordnata ta’ Dexia. |
|
(35) |
Fl-14 ta’ Diċembru 2012, l-Istati Membri kkonċernati għaddew ukoll lill-Kummissjoni nota intitolata “Nota mill-awtoritajiet Franċiżi lill-Kummissjoni Ewropea” bis-suġġett tal-“Preżentazzjoni tal-appoġġ lil DMA mill-Istat, mill-Caisse des Dépôts et Consignations u minn La Banque Postale” (minn hawn ‘il quddiem “in-nota dwar l-operazzjoni ta’ ċessjoni ta’ DMA”). |
|
(36) |
Fis-17 ta’ Diċembru 2012, l-Istati Membri kkonċernati nnotifikaw ukoll ittra ta’ impenn għall-pjan rivedut ta’ riżoluzzjoni ordnata ta’ Dexia u ittra ta’ impenji għall-operazzjoni ta’ ċessjoni ta’ Dexia Municipal Agency (minn hawn ‘il quddiem “DMA”). |
1.3.3. Proċedura għar-revoka tad-Deċiżjoni ta’ approvazzjoni kondizzjonali
|
(37) |
Fil-premessa 104 tad-Deċiżjoni ta’ approvazzjoni kondizzjonali, il-Kummissjoni tinnota li l-Istati Membri kkonċernati jikkunsidraw li d-Deċiżjoni ta’ xi azzjonisti storiċi ta’ Dexia, bħal Arcofin, li jipparteċipaw fiż-żieda tal-kapital tal-bank ma fiha ebda element ta’ għajnuna mil-Istat. Fil-premessa 130 tad-Deċiżjoni, il-Kummissjoni tqis li r-riżorsi disponibbli għal Dexia minħabba l-imġieba ta’ Arcofin mhumiex riżorsi tal-Istat. Il-Kummissjoni tikkonkludi għalhekk, fid-Deċiżjoni ta’ approvazzjoni kondizzjonali tagħha, li l-investiment ta’ Arcofin f’Dexia mhuwiex għajnuna mill-Istat peress li din l-operazzjoni ma tissodisfax waħda mill-kundizzjonijiet imposti mill-Artikolu 107(1) tat-TFUE. |
|
(38) |
Fis-7 ta’ Novembru 2011, l-awtoritajiet Belġjani nnotifikaw l-estensjoni ta’ skema ta’ garanzija tal-Istat li sa dakinhar kienet tiffavorixxi lid-depożiti bankarji u l-assigurazzjonijiet fuq il-ħajja msejħa “branche 21”. Din l-estensjoni tippermetti li l-ishma tal-azzjonisti individwali f’kooperattivi finanzjarji approvati jibbenefikaw ukoll mill-garanzija tal-Istat. |
|
(39) |
Minn dakinhar, il-Kummissjoni saret taf b’evidenza li tissuġġerixxi li l-investiment ta’ Arcofin f’Dexia seta’ sar possibbli permezz ta’ assigurazzjonijiet – kontemporanji għall-investiment ta’ Arcofin f’Dexia – min-naħa tal-awtoritajiet Belġjani li l-imsieħba ta’ Arcofin jiġu protetti minn riskju ta’ telf (ara s-sezzjoni 3.1.2, premessi (397) sa (399) hawn taħt). Dan jista’ jfisser li r-rikapitalizzazzjoni ta’ Dexia minn Arcofin kienet tinvolvi riżorsi tal-Istat u għalhekk għajnuna mill-Istat. |
|
(40) |
Permezz tal-ittra tas-6 ta’ Diċembru 2011, il-Kummissjoni infurmat lill-Istat Belġjan li l-estensjoni tal-iskema ta’ garanzija tista’ tikkostitwixxi għajnuna illegali mill-Istat u talbet lill-Belġju sabiex joqgħod lura milli jieħu kwalunkwe azzjoni addizzjonali biex ikompli jwettaq din il-miżura. Dakinhar, hija rreferiet għall-possibbiltà li tadotta, taħt l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 tal-Kunsill tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat KE (24) (minn hawn ‘il quddiem “ir-Regolament tal-proċedura”), Deċiżjoni li teħtieġ lill-Istat Membru jissospendi l-iskema ta’ garanzija, jiġifieri li ma jieħux aktar azzjonijiet biex jimplimenta l-iskema. F’din l-istess ittra, il-Kummissjoni stiednet lill-Belġju sabiex iressaq l-osservazzjonijiet tiegħu dwar din il-kwistjoni, ħaġa li għamel bl-ittra tat-22 ta’ Diċembru 2011. |
|
(41) |
Fil-11 ta’ April 2012, il-Kummissjoni bagħtet ittra lill-Istati Membri kkonċernati li biha infurmathom bl-intenzjoni tagħha li tiftaħ proċedura ta’ investigazzjoni formali biex tirrevoka kull parti tad-Deċiżjoni ta’ approvazzjoni kondizzjonali li tirrigwarda l-partiċipazzjoni ta’ Arcofin fiż-żieda tal-kapital ta’ Dexia. Din l-ittra kienet ibbażata fuq evidenza li tissuġġerixxi li l-parteċipazzjoni ta’ Arcofin fir-rikapitalizzazzjoni ta’ Dexia kient fil-fatt attribwibbli lill-Istat Belġjan wara l-assigurazzjoni mogħtija minnu li jiggarantixxi l-ishma tal-imsieħba individwali fil-kooperattivi finanzjarji approvati bħal Arcofin. |
|
(42) |
Fis-16 ta’ Mejju 2012, l-Istati Membri kkonċernati wieġbu f’ittra indirizzata lill-Kummissjoni li ma kien hemm l-ebda bażi għall-ftuħ ta’ proċedura ta’ investigazzjoni formali u/jew revoka tad-Deċiżjoni ta’ approvazzjoni kondizzjonali f’dak li jirrigwarda l-konklużjoni li l-parteċipazzjoni ta’ Arcofin fir-rikapitalizzazzjoni ta’ Dexia ma kinitx tinvolvi riżorsi tal-Istat. Fid-Deċiżjoni ta’ estensjoni tal-proċedura, il-Kummissjoni fetħet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali għall-parteċipazzjoni ta’ Arcofin fiż-żieda tal-kapital ta’ Dexia, billi stiednet lill-Istati Membri kkonċernati jressqu l-kummenti tagħhom u jipprovdu kull informazzjoni utli sabiex tistabbilixxi jekk id-Deċiżjoni ta’ approvazzjoni kondizzjonali għandhiex tkun irrevokata f’dak li jirrigwarda r-rikapitalizzazzjoni ta’ Dexia minn Arcofin. |
1.3.4. Implimentazzjoni tad-Deċiżjoni kondizzjonali
|
(43) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li d-Deċiżjoni ta’ approvazzjoni kondizzjonali ma kinitx implimentata kif suppost. Kif deskritt f’aktar dettall fis-sezzjoni 1.2.2 tad-Deċiżjoni ta’ estensjoni tal-proċedura, l-espert maħtur sab ripetutament li Dexia ma kinitx irrispettat ċerti impenji previsti fil-pjan ta’ ristrutturar u li taħthom l-għajnuna mill-Istat mogħtija lil Dexia kienet ikkunsidrata kompatibbli mas-suq intern. B’mod partikolari, fir-rapporti tiegħu tat-30 ta’ Novembru 2010, tad-29 ta’ April 2011, tas-26 ta’ Settembru 2011 u tat-22 ta’ Mejju 2012, l-espert maħtur sab li l-impenji li ġejjin ma ġewx issodisfati:
|
|
(46) |
Minħabba dawn in-nuqqasijiet ta’ Dexia fir-rigward tar-rispett tal-impenji kif deskritt hawn fuq, il-Kummissjoni, fid-Deċiżjoni ta’ estensjoni tal-proċedura, fetħet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali. F’din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni fakkret li minħabba n-nuqqasijiet fir-rigward ta’ dawn il-kundizzjonijiet hija kellha tinvestiga mill-ġdid il-kompatibbiltà tal-għajnuna kollha diskussa fid-Deċiżjoni kondizzjonali u stiednet lill-Istati Membri kkonċernati sabiex jissottomettu l-kummenti tagħhom u jipprovdu kull informazzjoni rilevanti għall-evalwazzjoni ta’ dawn il-miżuri ta’ għajnuna. |
1.3.5. Kummenti finali fuq il-proċedura
|
(47) |
Din id-Deċiżjoni tagħlaq kemm il-proċedura ta’ investigazzjoni formali miftuħa għar-riakkwist ta’ DBB/Belfius kif ukoll dik miftuħa mid-Deċiżjoni ta’ approvazzjoni kondizzjonali (u estiża permezz tad-Deċiżjoni ta’ estensjoni tal-proċedura, id-Deċiżjoni tal-ewwel estensjoni tal-garanzija, id-Deċiżjoni taż-żieda tal-limitu tal-garanzija u d-Deċiżjoni tat-tieni estensjoni tal-garanzija, għall-miżuri ta’ ELA, ta’ garanzija ta’ rifinanzjament, ta’ sottoskrizzjoni minn DBB/Belfius ta’ obbligi garantiti mill-Istati Membri kkonċernati u maħruġa minn Dexia SA u DCL) fuq ir-ristrutturar u l-pjan rivedut ta’ riżoluzzjoni ordnata ta’ Dexia, inkluża l-operazzjoni ta’ ċessjoni ta’ DMA |
2. DESKRIZZJONI
2.1. DESKRIZZJONI TAL-GRUPP DEXIA U TAD-DIFFIKULTAJIET TIEGĦU
2.1.1. Deskrizzjoni ġenerali
|
(48) |
Iffurmat fl-1996 mill-għaqda tal-Crédit Local ta’ Franza u l-Crédit communal tal-Belġju, il-grupp Dexia (minn hawn ‘il quddiem “Dexia”) kien speċjalizzat fis-self lill-awtoritajiet lokali iżda kellu wkoll madwar 5,5 miljun klijent privat, prinċipalment fil-Belġju, fil-Lussemburgu u fit-Turkija. |
|
(49) |
Dexia kien organizzat madwar il-kumpanija holding possedenti (Dexia SA) u tliet sussidjarji operattivi li jinsabu fi Franza (DCL) (26), fil-Belġju (DBB/Belfius) u fil-Lussemburgu (Dexia BIL). Huwa kien jinkludi fost l-oħrajn kumpanija tal-ipoteki, DMA, sussidjarja ta’ DCL. Kellu wkoll sussidjarji oħrajn: Deniz Bank, Dexia Habitat, DKB Polska, DAM, Dexia Région Bail, Dexia Flobail, Dexia Bail, Dexia Israël u Dexia LLD. Għal deskrizzjoni aktar dettaljata ta’ Dexia, il-Kummissjoni tirreferi għad-Deċiżjoni ta’ estensjoni tal-proċedura (27) u d-Deċiżjoni ta’ ftuħ fuq il-bejgħ ta’ DBB/Belfius (28). Figura 1 Struttura semplifikata tal-Grupp fit-30 ta’ Settembru 2011 (jiġifieri qabel l-implimentazzjoni taċ-ċessjonijiet imħabbra waqt il-laqgħa tal-Bord tad-Diretturi ta’ Dexia tad-9 ta’ Ottubru 2011) Dexia S.A. 100 % 99,9 % 99,8 % 100 % Dexia Banque tal-Belġju Dexia Banque International à Luxembourg Deniz Bank Dexia Credit Local DCL including: DCL NY. DCL Canada, DCL Mexico. DCL Holding Inc, DCL East, DCL Israel 100 % 49 % 51 % 50 % 60 % 70 % 100 % 100 % 100 % Dexia Insurance tal-Belġju Dexia Asset Management RBS Investor Services Dexia Sabadell Dexia Municipal Agency Dexia Sofaxis Dexia Crediop Dexia Kommunalbank tal-Ġermanja |
|
(50) |
Mill-ewwel kwart tal-2010, Dexia ġabret fi ħdan Legacy Portfolio Management Division strumenti ġestiti b’ġestjoni estintiva (minn hawn ‘il quddiem “legacy portfolio”. Fit-30 ta’ Ġunju 2012, l-impenji tal-Legacy Portfolio Management Division kienu jammontaw għal EUR 86,3 biljun inklużi l-impenji barra l-karta tal-bilanċ; l-impenji fil-karta tal-bilanċ kienu jammontaw għal EUR 83,9 biljun. |
|
(51) |
L-Istati Membri kkonċernati bdew riżoluzzjoni ordnata ta’ Dexia. Fl-20 ta’ Ottubru 2011, DBB/Belfius inbiegħ lill-Istat Belġjan u, fil-31 ta’ Diċembru 2011, il-karta tal-bilanċ ikkonsolidata ta’ Dexia (b’dekonsolidazzjoni ta’ DBB/Belfius fl-1 ta’ Ottubru 2011) kienet ta’ EUR 413-il biljun. Bħala parti mir-riżoluzzjoni ordnata tiegħu, Dexia kien diġà biegħ lil RBC Dexia Investor Services (minn hawn ‘il quddiem “RBCD”) fis-27 ta’ Lulju 2012, u lil Dexia BIL fil-5 ta’ Ottubru 2012 u lil Denizbank fit-28 ta’ Settembru 2012. |
|
(52) |
Fl-aħħar ta’ Ottubru 2012, il-grupp Dexia kellu l-istruttura li ġejja: Figura 2 L-istruttura tal-grupp Dexia fl-24 ta’ Ottubru 2012 ORGANIGRAMMA Gvern Federali tal-Belġju 5,73 % Gvern Reġjonali ta' Flanders 2,87 % Gvern Reġjonali ta' Wallonia 2,01 % Gvern Reġjonali ta' Brussell 0,86 % French State 5,73 % Muniċipalitajiet/ Provinċji Belgjani 100 % Holding Komunali Brussell, il-Belgju CDC 17,61 % 14,26 % CNP 2,96 % Ethias Finance SA 5,04 % Group Arco Brussel, il-Belgju 10,19 % Shareholders Pubbliċi 34,74 % DEXIA S.A. Brussell, il-Belġju Dexiarall S.A., Pariġi, Franza 100 % Associated Dexia Technology Services S.A., il-Lussemburgu 99,40 % DCL Investissements S.A. Pariġi, Franza 100 % Dexia Nederland B.V. Amsterdam, l-Olanda 100 % Dexia Asset Management Luxembourg S.A., il-Lussemburgu 100 % Dexia Participation Belgique S.A., Il-Belġju 100 % Dexia S.A., Istituzzjoni Stabbli Franza Il-Belġju Dexia S.A., il-Lussemburgu 100 % Dexia Crédit Local S.A., Pariġi, Franza 10 % 90 % Dexia Holdings Inc, New York, U.S.A. 100 % Dexia Crédit Local S.A., Pariġi, Franza |
|
(53) |
Id-diffikultajiet li ffaċċja l-grupp Dexia matul il-kriżi finanzjarja fil-Ħarifa tal-2008 ġew deskritti fid-Deċiżjoni ta’ approvazzjoni kondizzjonali. Id-diffikultajiet iktar reċenti ta’ Dexia jistgħu jkunu imqassra kif ġej. |
|
(54) |
L-ewwel nett, id-deterjorament tal-kriżi tad-dejn sovran, li bosta banek Ewropej qed jiffaċċjaw, wasslet għal nuqqas ta’ fiduċja dejjem ikbar min-naħa tal-investituri fil-kontropartijiet bankarji, b’mod li dawn tal-aħħar ma kinux kapaċi jiksbu finanzjament f’volumi sodisfaċenti u taħt kundizzjonijiet sodisfaċenti. |
|
(55) |
Barra minn hekk, billi l-grupp Dexia kien partikolarment espost għar-riskju sovran u para-sovran, il-livell ta’ nuqqas ta’ fiduċja fil-grupp Dexia fost l-investituri kien akbar. Fil-fatt, Dexia għandha fost l-assi tagħha ħafna self u/jew bonds minn pajjiżi u/jew awtoritajiet lokali u reġjonali f’pajjiżi meqjusa bħala riskjużi mis-suq. |
|
(56) |
Barra minn hekk, il-kriżi tad-dejn sovran laqtet qabel ma Dexia kellu ċans jiffinalizza l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar tiegħu. Peress li l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar damet, il-profil tar-riskju ta’ likwidità tal-grupp mar għall-agħar. Din id-deterjorazzjoni għamlet lil Dexia aktar vulnerabbli minn banek Ewropej oħrajn għan-nuqqas ta’ fiduċja tas-suq. |
|
(57) |
Il-ħtiġijiet ta’ finanzjament ta’ Dexia żdiedu sew għar-raġunijiet li ġejjin:
|
|
(58) |
Id-diffikultajiet ta’ Dexia affettwaw b’mod partikolari lil DBB/Belfius, ċentral tal-flus tal-grupp, mill-bidu tas-sena 2011. |
|
(59) |
Huwa f’dawn iċ-ċirkostanzi li l-Istati Membri kkonċernati ddeċidew, għall-ewwel, li jagħtu miżuri oħrajn sabiex jgħinu lil Dexia billi rrikorrew għal miżura ġdida ta’ ELA mogħtija mill-banek ċentrali tal-Belġju u ta’ Franza, li jagħtu garanzija temporanja ta’ rifinanzjament u jfasslu pjan ta’ riżoluzzjoni tal-grupp. |
|
(60) |
L-Istati Membri kkonċernati jikkunsidraw li l-grupp li fadal, minkejja l-miżuri li ttieħdu minn Frar 2010, huwa espost għal riskju ta’ “għajbien immedjat” (29) li ma jistax jiġi rrimedjat għajr b’riżoluzzjoni ordnata tal-grupp. |
2.1.2. Deskrizzjoni ta’ Dexia Municipal Agency (“DMA”)
|
(61) |
DMA hija waħda mill-kumpaniji Ewropej ewlenin tal-ipoteki. L-għan prinċipali tagħha huwa r-rifinanzjament ta’ self jew ta’ titoli, permezz tal-ħruġ ta’ obbligi fuq il-proprjetà, wieħed mill-komponenti sinifikanti tas-suq tal- “covered bonds” fil-livell internazzjonali. Bħala kumpanija tal-ipoteki skont il-liġi tat-22 ta’ Ottubru 2010, DMA toħroġ bonds koperti kkaratterizzati minn privileġġ legali li jaffettwa primarjament ir-rikavat tal-assi tagħha għas-servizz tal-ħlasijiet tal-imgħax tagħhom u tar-rimbors tagħhom. |
|
(62) |
L-assi ta’ DMA jinkludi biss skoperturi għal entitajiet pubbliċi eliġibbli bħall-gvernijiet lokali jew il-gruppi tagħhom jew istituzzjonijiet pubbliċi li jinsabu fiż-Żona Ekonomika Ewropea, fl-Isvizzera, fl-Istati Uniti, fil-Kanada u fil-Ġappun. L-iskoperturi huma materjalizzati b’self jew titoli ta’ debitu li jirrappreżentaw pretensjoni fuq dawn l-entitajiet pubbliċi. L-ishma tal-fond reċiproku ta’ kreditu jew entitajiet relatati “asset backed securities (ABS)” huma wkoll eliġibbli għall-valutazzjoni ta’ DMA. |
|
(63) |
L-obbligi ta’ DMA jikkonsistu f’żewġ kategoriji ta’ dejn: obbligi fuq il-proprjetà u dejn ieħor subordinat għal dawn tal-ewwel. L-assi li mhumiex iffinanzjati mid-dejn garantit (l-oversizing) huma ffinanzjati fuq fondi proprji u minn dejn ikkuntrattat ma’ DCL, l-uniku azzjonist ta’ DMA. Il-proporzjon ta’ oversizing tal-kumpaniji tal-ipoteki huwa kkalkulat bħala t-total ta’ assi ( “cover pool” ) imqabbel mad-dejn prvileġġjat kollu. DMA impenjat ruħha li żżomm dan il-proporzjon f’livell ogħla jew ugwali għal 105 % meta mqabbel ma’ livell minimu statutorju ta’ 102 %. Il-ġestjoni tal-operazzjonijiet ta’ DMA titħalla għal kollox f’idejn DCL, l-uniku azzjonist tagħha. |
|
(64) |
L-akbar parti tal-assi li jidhru fuq il-karta tal-bilanċ ta’ DMA ġejja mill-attività kummerċjali tal-grupp Dexia. Il-portafoll ta’ klijenti, il-“cover pool”, kien magħmul fit-30 ta’ Ġunju 2012 minn EUR 54,1 biljun ta’ self u minn EUR 17,6 biljun ta’ titoli, jiġifieri total ta’ EUR 71,8 biljun. Id-distribuzzjoni ġeografika tal-portafoll tal-assi kienet ta’ 65 % għal Franza u 35 % għall-pajjiżi l-oħra prinċipalment Ewropej. Il-portafoll li jirrigwarda l-awtoritajiet lokali Franċiżi kien jirrappreżenta l-ammont ta’ EUR 37 biljun u dak tal-faċilitajiet tas-saħħa pubbliċi kien jammonta għal EUR 6,6 biljun. Tabella 1 Il-portafoll tal-klijenti ta’ DMA IL-PORTAFOLL TAL-KLIJENTI TA’ DEXMA FIT-30 TA’ ĠUNJU F’BILJUNI TA’ EURO
|
|
(65) |
Ċertu self Franċiż tal-portafoll ta’ DMA jista’ jiġi deskritt bħala self strutturat. Fil-31 ta’ Awwissu 2012, is-self Franċiż ta’ DMA (f’ammonti pendenti, kuntratti u numru ta’ klijenti) kien imqassam kif ġej skont it-tip ta’ kreditu (mhux strutturat, strutturat, mhux sensittiv u strutturat sensittiv) u skont il-klassifikazzjoni tal-Karta Gissler (30) (ara l-premessa (194) li tkejjel ir-riskji tal-istruttura). Tabella 2 Klassifikazzjoni tas-self
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(66) |
DMA għandha portafoll ta’ 1 522“self sensittiv” b’valur nominali ta’ EUR 9,4 biljun fil-31 ta’ Awwissu 2012. Dan is-self huwa kkaratterizzat minn komponent strutturat b’effett qawwi ta’ ingranaġġ. Normalment wara perjodu inizjali li matulu r-rata li għandha titħallas mill-klijent tkun fissa u, ħafna drabi, inqas mir-rata ta’ self vanilla bl-istess maturità, il-perjodu strutturat tas-self s’aktarx li jiġi attivat. Ir-rata ta’ imgħax pagabbli għaldaqstant issir direttament marbuta ma’ indiċi sottostanti (indiċi tar-rata, parità ta’ skambju eċċ.) skont formula xi ftit jew wisq kumplessa. B’hekk ħafna self ikun indiċjat direttament fuq il-parità tal-euro-frank Svizzeru. Minħabba l-kriżi u t-tkabbir qawwi tal-frank Svizzeru fl-aħħar snin, ir-rata ta’ imgħax pagabbli mill-klijent issa hija ħafna ogħla mill-prezz tas-suq. |
|
(67) |
Minħabba l-livell ta’ ċerti rati ta’ imgħax imħallsa attwalment, ħafna klijenti ddeċidew li jassenjaw lil DMA billi qajmu l-oġġezzjonijiet li ġejjin: 1) l-assenza jew l-inkorrettezza tar-rata perċentwali ta’ imposta (RPI), 2) in-nuqqas ta’ DCL/DMA lejn l-obbligu ta’ informazzjoni u ta’ pariri u 3) in-nullità tal-kuntratt minħabba vizzju tal-kunsens. Fit-30 ta’ Settembru 2012, 50 klijent (għal ammont pendenti nominali kumulat ta’ madwar EUR [0-2,5] biljun) kienu assenjaw lil DCL/DMA. Fl-istess waqt ħafna self ta’ ammont nominali kumulat ta’ EUR 250 miljun kien pendenti. |
|
(68) |
Kif indikat hawn fuq fid-deskrizzjoni tad-Deċiżjoni ta’ estensjoni tal-proċedura l-pjan ta’ riżoluzzjoni ordnata notifikat lill-Kummissjoni f’April 2012 kien jipprevedi inizjalment l-implimentazzjoni ta’ żewġ garanziji: (i) garanzija kontra litigazzjonijiet mogħtija minn Dexia/DCL lix-xerrejja ta’ DMA fuq il-portafoll ta’ self sensittiv (din il-garanzija kienet kontrogarantita mill-Istat Franċiż) u (ii) garanzija stop-loss biex tkopri r-riskji ta’ kreditu tal-portafoll kollu ta’ DMA. |
|
(69) |
Sabiex tiddeċiedi dwar il-kompatibbiltà ta’ dawn il-garanziji mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, il-Kummissjoni ħatret espert indipendenti sabiex iwettaq analiżi tal-portafoll tas-self sensittiv u sabiex jivvaluta t-telf mistenni tiegħu. L-analiżi ta’ dan it-telf (riskji ta’ kreditu u riskji ta’ telf fuq litigazzjoni) kienet ibbażata fuq diversi suppożizzjonijiet ta’ tibdil fl-indiċijiet sottostanti li jiddeterminaw ir-rata ta’ imgħax pagabbli mill-klijent. Id-differenza bejn ir-rata ta’ imgħax pagabbli u r-rata kkunsidrata bħala “ir-rata tas-suq” għamlitha possibbli li tiġi ddeterminata l-probabbiltà ta’ tilwim fir-rigward tat-tilwim eżistenti u li jinħolqu xenarji differenti ta’ soluzzjoni. |
|
(70) |
Abbażi ta’ din l-analiżi mwettqa mill-Kummissjoni, it-telf totali (telf marbut mal-ammonti pendenti u t-telf marbut mat-tilwim) għal DMA huwa ta’ EUR [1,5-4,5] biljun f’xenarju bażi u ta’ EUR [3-8] biljun f’xenarju ta’ stress. L-Istati Membri kkonċernati jikkunsidraw li desensitizzazzjoni ta’ dan it-telf tista’ tnaqqas it-telf b’madwar 70 % sa 80 %. |
2.1.3. Deskrizzjoni ta’ Crediop
|
(71) |
Is-sussidjarja Taljana Crédiop, 70 % proprjetà ta’ DCL, hija attiva fis-suq Taljan tas-servizzi finanzjarji lis-settur pubbliku u parapubbliku (minn hawn ‘il quddiem “Public and Wholesale Banking” jew “PWB”) b’sehem mis-suq ta’ madwar 20 %. Hija tiffinanzja wkoll proġetti privati f’diversi setturi. Fit-30 ta’ Ġunju 2012, il-portafoll tas-self tagħha kien ta’ EUR 29,3 biljun. Minħabba t-tnaqqis fil-klassifikazzjoni ta’ kreditu tagħha, l-iżbilanċ tal-finanzjament tagħha żdied u Crediop issa hija ffinanzjata b’EUR 5 biljun minn DCL. |
|
(72) |
Id-Deċiżjoni ta’ approvazzjoni kondizzjonali tas-26 ta’ Frar 2010 kienet tipprevedi li l-holding ta’ 70 % ta’ Dexia fis-sussidjarja Taljana tiegħu Crediop jinbiegħ jew jiġi introdott fl-ekwità pubblika qabel l-aħħar ta’ Ottubru 2012. Dan ma kienx possibbli, kif ikkonferma l-espert indipendenti (ara l-premessa 55 hawn fuq). |
2.1.4. Deskrizzjoni ta’ DBB/Belfius
|
(73) |
DBB/Belfius huwa attiv prinċipalment fis-suq Belġjan tas-servizzi finanzjarji għas-settur pubbliku u parapubbliku (minn hawn ‘il quddiem “Public and Wholesale Banking” jew “PWB”), is-servizzi finanzjarji għall-individwi (minn hawn ‘il quddiem “Retail and Commercial Banking” jew “RCB”) u tal-assigurazzjonijiet. DBB/Belfius għandu sehem mis-suq (31) fil-Belġju ta’ [10-15]% fi krediti PWB, ta’ 13 % ta’ tfaddil RCB, ta’ 15 % f’ipoteki RCB, 9,5 % f’assigurazzjonijiet tal-ħajja u 5 % f’assigurazzjonijiet mhux tal-ħajja. DBB/Belfius għandu madwar 3,8 miljun klijent. DBB/Belfius kellu karta tal-bilanċ ta’ EUR 233 biljun fl-aħħar tal-2011 u proporzjon ta’ solvenza Core Tier 1 Basel II ta’ 11,8 % fl-aħħar tal-2011. DBB/Belfius irreġistra telf nett wara t-taxxa ta’ EUR 1,37 biljun fuq l-2011. |
2.2. DESKRIZZJONI TAL-PJAN TA’ RIŻOLUZZJONI ORDNATA TA’ DEXIA
|
(74) |
Il-pjan rivedut ta’ riżoluzzjoni ordnata ta’ Dexia jinkludi b’mod partikolari ċ-ċessjoni tal-entitajiet negozjabbli tal-grupp kif ukoll il-ġestjoni estintiva tal-entitajiet l-oħrajn kollha u l-assi tal-grupp. |
|
(75) |
Il-pjan rivedut ta’ riżoluzzjoni ordnata jipprovdi li l-portafoll tal-obbligazzjonijiet u tas-self fil-prinċipju jinżamm sal-maturità sabiex jiġi ppreservat il-valur tiegħu u jiġi evitat il-bejgħ bi prezz irħis tal-assi tiegħu ( “fire sales” ). Dexia u l-Istati Membri kkonċernati sejrin jistudjaw ukoll il-kundizzjonijiet li taħthom il-grupp jista’ jagħmel aċċelerazzjoni opportunistika ta’ deleveraging jekk il-kundizzjonijiet tas-suq jippermettu dan. |
|
(76) |
L-istrateġija proposta twassal għal tnaqqis sinifikanti fid-daqs tal-karta tal-bilanċ ta’ Dexia. Fit-30 ta’ Ġunju 2012, dan kien diġà niżel għal EUR 411 biljun, jiġifieri tnaqqis ta’ aktar minn 37 % meta mqabbel mad-daqs tal-karta tal-bilanċ ta’ Dexia fil-31 ta’ Diċembru 2008 (EUR 651 biljun), meta ngħatat l-ewwel għajnuna mill-Istat. L-assi tal-grupp għandhom ikunu ta’ EUR [200-250] biljun fl-aħħar tal-2013, wara ċ-ċessjoni ta’ DMA (impatt ta’ EUR [60-80] biljun), u għandhom jinqasmu f’PWB (EUR [80-100] biljun), assi legacy EUR ([60-80] biljun), collateral cash (EUR [20-40] biljun) u assi oħrajn EUR ([40-60] biljun). L-assi mbagħad jamortizzaw b’madwar EUR [10-20] biljun fis-sena sal-2017. Dawn għandhom ikunu EUR [100-150] biljun fl-2020, li minnhom EUR [50-70] biljun f’self PWB (-[30-50]% meta mqabbel mal-aħħar tal-2013) u [30-50] biljun ta’ assi legacy (-[30-40]%). Meta mqabbel mal-2008, it-tnaqqis fil-karta tal-bilanċ ikun ta’ [70-80]% fl-2020. Figura 3 Kompożizzjoni tal-assi ta’ Dexia (…) |
|
(77) |
Il-pjan rivedut ta’ riżoluzzjoni ordnata jinkludi wkoll tqabbil mal-għażla alternattiva ta’ inadempjenza ta’ Dexia segwit minn falliment (xenarju ta’ likwidazzjoni immedjata) mingħajr għajnuna addizzjonali mill-Istat u jikkonkludi li dan ix-xenarju mhuwiex opzjoni kredibbli minħabba r-riskji għall-Istati Membri kkonċernati relatati mat-talba għall-garanziji fuq ir-rifinanzjament mogħtija fil-passat, l-impatt fuq l-istabilità finanzjarja, l-istabilità tas-swieq tad-dejn mhux garantit, tad-derivattivi u tas-swieq tad-dejn sovran, l-ispejjeż soċjali u t-telf kbir u immedjat ta’ kapital. |
2.2.1. Likwidità u finanzjament
|
(78) |
Dexia uża l-garanzija fuq ir-rifinanzjament tal-Istati Membri kkonċernati li tammonta għal EUR 73 biljun (peak) fl-2012. L-użu tagħha għandu jitnaqqas għal EUR [30-50] biljun mill-2016 u ser jonqos gradwalment sa’ EUR [20-40] biljun fl-2020. F’xenarju ta’ stress, l-użu tal-garanziji jista’ jiżdied b’EUR [10-20] biljun mill-2013 u b’hekk jilħaq il-EUR [75-85] biljun. Figura 4 Tqassim tal-użu tal-garanziji (…) |
|
(79) |
Il-ħtiġijiet ta’ finanzjament għandhom jonqsu minn EUR [250-300] biljun fl-2012 għal EUR [100-150] biljun fl-2020. L-użu tal-ELA għandu jitnaqqas b’mod qawwi mill-bidu tal-2013 (kien ogħla minn EUR [10-20] biljun fl-aħħar ta’ Settembru 2012) u jibqa’ qrib iż-0, ħlief għall-2016 (EUR [10-20] biljun) meta huwa mistenni li Dexia jieqaf juża t-titoli garantiti tiegħu stess (“own use”) biex jiġi rifinanzjat mill-Eurosistema. L-użu tal-finanzjament tal-Bank Ċentrali (operazzjonijiet tal-Eurosistema) jonqos gradwalment, l-użu proprju ( “own use” ) tat-titoli garantiti kollaterali ser ikun limitat għal EUR [10-20] biljun u jaqa’ għal 0 mill-2016. Dan it-tnaqqis fid-dipendenza fuq l-operazzjonijiet tal-Bank Ċentrali ser ikun ikkompensat minn żieda fl-użu tal-finanzjament sikur (operazzjonijiet ta’ repo) u mill-investiment fis-suq tat-titoli garantiti. Kwalunkwe ħtieġa addizzjonali ta’ finanzjament issir fl-ordni ta’ prijorità li ġej: suq tar-repo, investiment ta’ titoli ġodda garantiti mill-Istat fis-suq, rifinanzjament mill-Bank Ċentrali (operazzjonijiet tal-Eurosistema) u prelevament tal-ELA. Figura 5 Taħlita ta’ finanzjament (…) |
|
(80) |
Il-pjan ta’ riżoluzzjoni huwa bbażat fuq xenarju makroekonomiku u sensiela ta’ suppożizzjonijiet finanzjarji sottostanti bbażati fuq il-livell attwali tar-rati bil-quddiem. B’hekk, minn issa sal-2014 huwa mistenni tnaqqis ta’ żewġ notches fil-klassifikazzjoni tal-kreditu tas-sovrani Ewropej li għandu jgħin sabiex jinżammu firxiet ta’ kreditu fil-livelli attwali tagħhom u rati ta’ imgħax fuq il-flus dejjem baxxi fuq il-kurva kollha. Imbagħad mill-2014, l-istabilizzazzjoni tal-kundizzjonijiet tas-suq għandha twassal għal żieda gradwali fir-rati ta’ imgħax u konverġenza tal-firxiet ta’ kreditu lejn il-medja storika tagħhom. |
2.2.2. Solvenza
|
(81) |
L-assi ppeżati tar-riskju (RWAs) huma mbassra li jistabbilixxu ruħhom għal EUR 59,6 biljun sal-aħħar tal-2012. Żieda ta’ EUR [10-20] biljun hija prevista fl-2013. Din hija dovuta l-aktar għall-implimentazzjoni tar-Regolament Basel III iżda wkoll għat-tnaqqis previst fil-klassifikazzjoni ta’ kreditu ta’ diversi sovrani li għalihom huwa espost il-grupp. Imbagħad mill-2014, l-RWAs għandhom jonqsu gradwalment bl-amortizzazzjoni tal-karta tal-bilanċ. Fl-aħħar tal-2020, dawn għandhom ikunu ta’ EUR [20-40] biljun, jiġifieri mnaqqsa b’[40-50]% meta mqabbla mal-2012. |
|
(82) |
Dexia għandu jirreġistra telf li jlaħħaq EUR 2,8 biljun fl-2012 u [0-2] biljuni fl-2013. Ir-ritorn għall-profitt għandu jseħħ mis-sena finanzjarja 2018 (EUR [10-20] miljun). L-ispejjeż operattivi għandhom jinżlu b’mod sinifikanti mill-2013 (EUR 547 b’paragun ma’ EUR 1,23 biljun) l-aktar minħabba ċ-ċessjoni ta’ DenizBank (-EUR [400-500] miljun) u tal-entitajiet l-oħra. Mill-2013, l-ispejjeż operattivi jonqsu gradwalment b’madwar EUR [180-220] miljun sal-2020. L-ispiża tar-riskju għandha tkun ta’ EUR [200-250] miljun fl-2013 u sejra tonqos gradwalment qabel ma tistabbilizza ruħha għal EUR [50-100] miljun mill-2017. |
2.2.3. Iċ-ċessjoni tal-entitajiet vijabbli tal-grupp
|
(83) |
Iċ-ċessjonijiet li ġejjin saru qabel is-sottomissjoni tal-pjan rivedut ta’ riżoluzzjoni ordnata lill-Kummissjoni: ir-riakkwist ta’ DBB/Belfius mill-Istat Belġjan (Ottubru 2011), il-bejgħ ta’ RBCD (Lulju 2012), DenizBank (Settembru 2012), BIL (Ottubru 2012), Dexia Habitat (Ġunju 2012), DKB Polska (ċessjoni ffirmata fis-7 ta’ Novembru 2012). |
|
(84) |
Il-pjan rivedut ta’ riżoluzzjoni ordnata jinkludi wkoll:
|
|
(85) |
Dexia implimenta metodoloġija ta’ informazzjoni u ta’ valorizzazzjoni taċ-ċessjonijiet kollha proposti skont l-importanza ta’ kull ċessjoni proposta li ppreżenta lill-Kummissjoni:
|
2.2.4. Ġestjoni estintiva tal-entitajiet l-oħrajn kollha u tal-assi
|
(86) |
Il-ġestjoni estintiva (jiġifieri mingħajr produzzjoni ġdida) mid-dħul fis-seħħ tal-pjan rivedut ta’ riżoluzzjoni ordnata, tal-entitajiet l-oħrajn kollha u tal-assi tal-grupp residwu (soġġett għat-termini speċifiċi previsti għal Crédiop): Dexia Sabadell, DKD, DKB, DCL America (DCL New York, DRECM, DCL Mexico, Dexia US Securities), DCL Dublin, DLG, Parfipar, DHI (FP, Global Funding), Dexia SA, CLF Banque, DCL Paris, Crediop wara perjodu ta’ sena minn din id-Deċiżjoni. |
|
(87) |
Dexia kellu jagħmel l-aħjar sforzi tiegħu ukoll sabiex iħaffef il-bejgħ tal-portafoll tal-obbligazzjonijiet, meta l-kundizzjonijiet tas-suq ikunu aħjar, u b’hekk jissodisfa l-proporzjonijiet regolatorji, diment li tali ċessjoni ma sseħx jekk ikollha impatt negattiv sostanzjali fuq is-solvenza ta’ Dexia. |
2.2.5. Garanzija ta’ rifinanzjament finali
|
(88) |
L-Istati Membri kkonċernati impenjaw irwieħhom li jagħtu lil Dexia, mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-ftehim ta’ ħruġ ta’ garanziji sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar 2013, wara l-iffirmar taċ-ċessjoni ta’ DMA, li l-abbozz finali tiegħu ġie ppreżentat lill-Kummissjoni fl-14 ta’ Diċembru 2012 (minn hawn ‘il quddiem “il-ftehim ta’ garanzija”), garanzija ta’ rifinanzjament finali kif imqassra hawn taħt. |
|
(89) |
L-Istati Membri kkonċernati għandhom jagħtu lil Dexia SA u lil DCL garanzija ta’ rifinanzjament konġunta, li tammonta għal 51,41 % għall-Belġju, 45,59 % għal Franza u 3 % għal-Lussemburgu. Il-garanzija sejra tkun limitata fil-prinċipju għal EUR 85 biljun fil-ftehim ta’ garanzija. Il-garanzija tkopri wkoll l-imgħaxijiet u l-anċillari. |
|
(90) |
L-obbligazzjonijiet garantiti jistgħu jinħarġu sal-31 ta’ Diċembru 2021, u jdumu massimu ta’ għaxar snin. |
|
(91) |
Dexia SA u DCL mhux ser ikunu meħtieġa jipprovdu garanziji lill-Istati Membri kkonċernati, bl-eċċezzjoni ta’ kollateral subordinat mogħti lill-Istati Membri kkonċernati fuq l-assi mirhuna bħala garanzija mill-banek ċentrali taħt l-ELA, li għandha tinżamm. |
|
(92) |
DCL ser joffri lil DBB/Belfius il-possibbiltà li jifdi l-obbligi li ntrabat bihom ma’ DCL taħt l-iskema tal-ftehim ta’ garanzija awtonoma temporanja konkluż fis-16 ta’ Diċembru 2011 diment li DBB/Belfius jissottoskrivi, fl-istess waqt, għal obbligazzjonijiet ġodda b’karatteristiċi ekonomiċi ekwivalenti għal DCL, li sejrin jibbenefikaw mill-iskema ta’ garanzija finali, u b’mod partikolari mis-sistema ta’ allokazzjonijiet imsemmija hawn fuq. |
|
(93) |
Il-kummissjoni ta’ implimentazzjoni hija ta’ 0,50 % ta’ EUR 85 biljun bi tnaqqis tal-kummissjoni ta’ implimentazzjoni diġà mħallsa taħt il-garanzija temporanja (32), li jitqassmu bejn il-Belġju u Franza biss, fil-proporzjon ta’ 53 % għall-Belġju u 47 % għal Franza. |
|
(94) |
Il-kummissjoni ta’ kull xahar għall-garanzija ta’ finanzjament hija ta’ rata annwali ta’ 0,05 %, ħlief fuq l-ammont pendenti mqiegħed mal-Ġestjoni ta’ BdF sakemm il-BCE jaċċetta l-prinċipju ta’ kumpens all-in, li għalih ir-rata tal-kummissjoni tkun ugwali għal dik prevista fil-ftehim tal-2011 (attwalment 70 punti bażi). Il-kummissjoni għandha tinqasam bejn l-Istati Membri kkonċernati, b’rata annwali ta’ 0,01 % għal-Lussemburgu u l-bqija, fil-proporzjon ta’ 53 % għall-Belġju u 47 % għal Franza, mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-ftehim ta’ garanzija (wara ċ-ċessjoni ta’ DMA u qabel il-31 ta’ Jannar 2013). |
|
(95) |
Barra minn hekk, it-titoli maħruġa mill-21 ta’ Diċembru 2011 u mogħtija garanziji temporanji kif temporanjament awtorizzati mid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Diċembru 2011, tal-31 ta’ Mejju 2012, tas-6 ta’ Ġunju 2012 u tas-26 ta’ Settembru 2012 sejrin ikomplu jibbenefikaw minn garanziji sal-maturità tagħhom, diment li l-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ dawn il-garanziji jkunu rrispettati. |
2.2.6. Rikapitalizzazzjoni
|
(96) |
Fuq il-bażi ta’ suppożizzjonijiet ġodda sottostanti għall-pjan rivedut ta’ riżoluzzjoni ordnata tal-grupp Dexia li tirrikjedi spejjeż ta’ finanzjament li jaffettwaw b’mod qawwi l-prospetti tal-grupp Dexia u b’mod partikolari ta’ DCL, il-Bord tad-Diretturi ta’ Dexia SA wettaq, fis-7 ta’ Novembru 2012, tnaqqis sħiħ tal-valur tal-investiment tiegħu f’DCL. Wara dan it-tnaqqis tal-valur, il-fondi proprji tal-kumpanija tal-holding Dexia saru negattivi. |
|
(97) |
Jirriżulta min-notifika tal-pjan rivedut ta’ riżoluzzjoni ordnata ta’ Dexia li sabiex ir-riżoluzzjoni ta’ Dexia tkun ordnata, jeħtieġ li s-sitwazzjoni finanzjarja tal-grupp tkun stabbilizzata u għalhekk li tiġi indirizzata s-sitwazzjoni tal-kapital negattiv ta’ Dexia SA fit-30 ta’ Settembru 2012 u ta’ DCL fil-31 ta’ Diċembru 2012. Għal dan il-għan, il-Belġju u Franza ntrabtu li jissottoskrivu għal kollox għal żieda fil-kapital ta’ Dexia ta’ EUR 5,5 biljun minn issa sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2012 permezz ta’ emissjoni riservata ta’ ishma ta’ preferenza bid-dritt tal-vot. |
|
(98) |
53 % tal-ammont tar-rikapitalizzazzjoni ser ikun sottoskritt mill-Belġju, (jiġifieri EUR 2,915 biljun) u 47 % minn Franza (jiġifieri EUR 2,585 biljun). |
|
(99) |
Taħt l-Artikolu 598 tal-Kodiċi tal-Kumpaniji Belġjan, il-prezz ta’ sottoskrizzjoni huwa ugwali għall-prezz medju tal-għeluq tal-ishma ta’ Dexia SA fuq NYSE Euronext Brussels matul l-aħħar 30 jum qabel id-deċiżjoni tal-Bord tad-Diretturi ta’ Dexia SA (bid-data tal-14 ta’ Novembru 2012) li jipproponu lill-azzjonisti li jżidu l-kapital, jiġifieri EUR 0,19. |
|
(100) |
Din iż-żieda fil-kapital riservata għall-Istat Belġjan u dak Franċiż sejra tirriżulta fl-allokazzjoni lill-Istati ta’ ishma ta’ preferenza li tagħtihom prijorità, ta’ 8 % tal-valur nominali tal-ishma fis-sena, fuq kwalunkwe distribuzzjoni ta’ dividendi li jwettaq Dexia. It-total tan-nuqqasijiet ta’ dividendi meta mqabbel mar-rata ta’ 8 % fis-sena jikkostitwixxi likwidazzjoni addizzjonali li tagħti lill-Istati dritt ta’ prijorità għat-tqassim ta’ kwalunkwe assi nett li jista’ jitqassam f’każ ta’ likwidazzjoni. Id-drittijiet preferenzjali mogħtija lill-ishma l-ġodda jkunu limitati u/jew sospiżi f’każ li l-grupp jonqos li jikkonforma ma’ ċerti livelli ta’ proporzjonijiet prudenzjali. |
|
(101) |
Għaldaqstant, kwalunkwe titjib fil-ġejjieni tas-sitwazzjoni finanzjarja ta’ Dexia ser ikun ta’ benefiċċju l-ewwel u qabel kollox għall-Istat Belġjan u dak Franċiż, minħabba r-riskju li jġorru. L-Istati Membri indikaw li s-soluzzjoni proposta sejra tissodisfa r-rekwiżit ta’ “burden-sharing” anki jekk ma tikkonformax mal-prinċipji applikabbli għar-rikapitalizzazzjoni tal-banek kif stipulat fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni mill-1 ta’ Jannar 2012, tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat lill-banek fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja (minn hawn ‘il quddiemi “il-Komunikazzjoni ta’ estensjoni tal-2011”) (33). Dawn fil-fatt jirrakkomandaw li kwalunkwe rikapitalizzazzjoni ssir bi skont sinifikanti b’paragun mal-prezz teoretiku minbarra l-ħlasijiet ta’ sottoskrizzjoni. Barra minn hekk, il-karatteristiċi tal-operat, u b’mod partikolari d-drittijiet ta’ prijorità marbuta mal-ishma ta’ preferenza (tal-kategorija B), iwasslu għal dilwizzjoni ekonomika tal-azzjonisti eżistenti, peress li bl-applikazzjoni tad-drittijiet marbuta mal-ishma ta’ preferenza, kwalunkwe tnaqqis tal-kapital ikun attribwit l-ewwel lill-ishma ordinarji, b’mod li l-proporzjon tal-kapital tal-kumpanija rrappreżentat mill-ishma ordinarji jonqos għal ammont qrib iż-żero u dawk li jkollhom ishma ordinarji jaraw id-drittijiet tagħhom ta’ ħlas lura tal-kapital jonqos għal ammont ta’ kważi żero. |
|
(102) |
Id-dħul miż-żieda fil-kapital jintuża minn Dexia sabiex iħallas lura l-obbligi tiegħu vis-à-vis DCL u biex joħloq riservi ta’ likwidità għat-telf futur, kif ukoll sabiex iżid il-kapital ta’ DCL b’EUR 2 biljun sabiex isaħħaħ l-ekwità tiegħu skont ir-regoli ta’ kontabilità u ta’ prudenza soċjali Franċiżi, filwaqt li jżomm riserva ta’ flus ta’ madwar EUR 700 sa 800 miljun. |
2.2.7. It-taħlil ta’ kull rabta bejn Dexia u DMA
|
(103) |
Kull rabta eżistenti bejn Dexia u DMA sejra tinħall f’perjodu ta’ mhux aktar minn sitt xhur mid-data tal-closing tal-operat ta’ DMA, ħlief għas-sistemi kompjuterizzati li l-konnessjonijiet tagħhom sejrin jinqatgħu fi żmien 24 sa 30 xahar mill-istess data. |
2.2.8. Nuqqas ta’ produzzjoni ġdida
|
(104) |
Il-pjan rivedut ta’ riżoluzzjoni ordnata jipprevedi l-ħruġ ta’ Dexia mis-swieq li kien preżenti fihom kemm biċ-ċessjoni ta’ entitajiet lil parti terza, kif ukoll bit-tqegħid tal-entitajiet residwi f’ġestjoni estintiva. Il-ġestjoni estintiva hija bbażata fuq in-nuqqas ta’ kull produzzjoni ġdida, bl-eċċezzjoni ta’ Crediop u DCL kif speċifikat hawn taħt fil-premessi 105 sa 108. |
|
(105) |
Biex jintlaħqu r-rekwiżiti regolatorji ta’ Crediop minħabba l-ġestjoni estintiva tagħha minn issa sal-31 ta’ Diċembru 2013, Crediop tista’ tirrikorri għal finanzjamenti ġodda lill-klijenti eżistenti sa EUR 200 miljun għal perjodu ta’ sena mid-deċiżjoni finali tal-Kummissjoni. L-Istati jistgħu wkoll jitolbu lill-Kummissjoni, meta jintemm dan il-perjodu ta’ sena, l-awtorizzazzjoni ta’ ammont addizzjonali ta’ finanzjament ġdid għal sena għal raġunijiet ta’ stabilità finanzjarja. |
|
(106) |
DCL ikun jista’ jagħti finanzjamenti ġodda sa massimu totali ta’ EUR 600 miljun bejn Frar u Lulju tal-2013, jew Ġunju u Novembru tal-2014, għad-desensitizzazzjoni tal-ammont pendenti ta’ EUR 1,2 biljun fi krediti strutturati sensittivi li jibqgħu jinżammu minn DCL (self mogħti lil komunitajiet lokali u kklassifikati barra l-Karta ta’ Gissler jew immarkati E3, E4 jew E5 fil-Karta ta’ Gissler jew b’punteġġ Cepcor (34) ogħla minn jew ugwali għal 11). It-titjib tal-valur ekonomiku tal-ammont pendenti li għandu jirriżulta minn dan huwa definit b’kunsiderazzjoni tat-tnaqqis tar-riskju ta’ litigazzjoni iġġenerat mid-desensitizzazzjoni. Dan l-ammont ser iwassal, minn naħa waħda, għat-tnaqqis b’aktar minn 50 % tar-riskju (inkluż ta’ litigazzjoni) marbut mas-self ikkonċernat u, min-naħa l-oħra, għat-tnaqqis tal-volatilità tal-kollateral u r-riskju operattiv fuq l-operazzjonijiet ta’ kopertura f’derivattivi kumplessi. |
|
(107) |
Il-flussi marbuta mal-operazzjonijiet ta’ desensitizzazzjoni tas-self eżistenti miżmuma minn DCL (wara ċ-ċessjoni ta’ DMA) sejrin ikunu wkoll limitati skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
|
(108) |
Huma biss l-operazzjonijiet li ġejjin li sejrin ikunu awtorizzati f’dan il-kuntest ta’ desensitizzazzjoni: […]. Din il-possibbiltà ta’ ristrutturar attiv (intrinsikament estintiv – ladarba l-krediti sensittivi mdaħħla fil-karta tal-bilanċ ta’ DCL jiġu organizzati mill-ġdid, il-protafoll ta’ DCL jitqiegħed f’ġestjoni estintiva totali) għandha biss l-għan li tillimita, safejn huwa possibbli u fil-medja, it-telf mistenni fuq il-portafoll eżistenti f’xenarju ta’ run-off. Fi kwalunkwe każ DCL mhu ser iwettaq l-ebda attività ġdida fis-sens strett (l-ebda produzzjoni ġdida lil klijenti ġodda). |
2.2.9. Monitoraġġ tal-pjan rivedut ta’ riżoluzzjoni ordnata
|
(109) |
Espert indipendenti ser ikun inkarigat sabiex jissorvelja l-implimentazzjoni tal-pjan rivedut ta’ riżoluzzjoni ordnata u jagħmel rapport lill-Kummissjoni kull sitt xhur fuq l-istess termini, mutatis mutandis, bħal dawk stabbiliti fil-punti 18 u 19 tal-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ approvazzjoni kondizzjonali. |
|
(110) |
B’mod partikolari, l-espert indipendenti ser jippreżenta rapport kull sitt xhur lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-impenji tal-pjan rivedut ta’ riżoluzzjoni ordnata. Dan ir-rapport ser jinkludi rendikont dettaljat tal-progress fl-implimentazzjoni tal-pjan rivedut ta’ riżoluzzjoni ordnata, fosthom 1) tar-rispett tal-ammont u tal-kundizzjonijiet ta’ desensitizzazzjoni tal-protafoll tas-self sensittiv ta’ DCL; 2) tar-rispett tal-limitu massimu ta’ finanzjamenti ġodda mogħtija lill-klijenti eżistenti ta’ Crediop; 3) tal-konformità mal-iskeda taċ-ċessjonijiet previsti, inkluża d-data taċ-ċessjoni, il-valur nominali tal-assi fil-31 ta’ Diċembru 2011, il-valur taċ-ċessjoni, il-qligħ u t-telf magħmul u d-dettalji tal-miżuri li jkun fadal jiġu implimentati taħt il-pjan rivedut ta’ riżoluzzjoni ordnata; u 4) il-ġestjoni u r-ring-fencing ta’ DAM u ta’ Dexia Israël. |
2.2.10. Impenji
|
(111) |
Il-pjan ta’ riżoluzzjoni ordnata jinkludi impenji, li t-test awtentiku tagħhom huwa mehmuż fl-Anness I. |
|
(112) |
Fl-introduzzjoni tal-ittra tal-impenji tagħhom, l-Istati Membri kkonċernati jindikaw li sejrin jiżguraw li l-pjan rivedut ta’ ristrutturar ordnat kif ukoll l-impenji jiġu implimentati kollha. Dawn japplikaw sal-amortizzazzjoni sħiħa tal-assi ta’ Dexia. |
(a) Impenji ta’ aġir
|
(113) |
Dexia mhuwiex ser jixtri kapital azzjonarju ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu oħrajn jew ta’ kumpaniji tal-investiment (35) jew kumpaniji tal-assigurazzjoni, mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni. Din l-awtorizzazzjoni tintalab biss għall-akkwist possibbli minn Dexia ta’ holding bi ħlas fil-forma ta’ injezzjoni ta’ holdings jew attivitajiet imwettqa fil-kuntest ta’ operazzjoni ta’ bejgħ jew ġbir flimkien (permezz ta’ amalgamazzjoni jew injezzjoni) ta’ assi jew attivitajiet, sakemm, bl-istess suppożizzjoni, il-holding imsemmi ma jagħtix lil Dexia l-kontroll esklussiv jew konġunt tal-entità benefiċjarja tal-injezzjoni jew li tirriżulta mill-amalgamazzjoni. B’eċċezzjoni, Dexia jista’ jakkwista l-holding minoritarju ta’ 40 % f’Dexia Sabadell (għat-tqegħid tagħha f’ġestjoni estintiva) wara l-eżerċizzju tal-opzjoni ta’ bejgħ (put option) ta’ Banco Sabadell, minħabba li dan l-akkwist kien għadu ma sarx fid-data tal-impenji. |
|
(114) |
Soġġett għall-impenji li diġà għamel fir-rigward ta’ Dexia Région Bail, Dexia Flobail, Dexia Bail u Dexia LLD fid-data ta’ din id-deċiżjoni, Dexia jintrabat li ma jagħti l-ebda finanzjament fil-grupp il-ġdid (jiġifieri ta’ ammont ogħla mil-livell ta’ finanzjament intra-grupp eżistenti fid-data ta’ din id-deċiżjoni) lill-entitajiet li għandhom jinbiegħu skont il-premessa (122) hawn taħt ( “ring-fencing” ). Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-obbligi legali imposti fuq Dexia bħala azzjonist tal-entitajiet ikkonċernati u għall-obbligu tiegħu li jżomm il-vijabbiltà ta’ Dexia Israël u ta’ DAM skont il-premessa (129) hawn taħt. F’każ li l-implimentazzjoni ta’ dawn l-obbligi tkun teħtieġ l-għoti ta’ finanzjamenti ġodda lill-entitajiet ikkonċernati, Dexia għandu jinforma lill-Kummissjoni minn qabel. |
|
(115) |
Dexia mhuwiex ser juża l-istatus tiegħu ta’ bank li għandu garanzija jew għajnuna oħra mill-Istati Membri kkonċernati għal xi wħud mill-impenji tiegħu għal skop ta’ rekalamar kummerċjali ma’ partijiet terzi li mhumiex “Terzi Benefiċjarji” kif definiti fil-ftehim ta’ garanzija, u mhuwiex ser juża l-garanzija għal operazzjonijiet purament ta’ arbitraġġ. |
|
(116) |
Kif indikat fil-pjan rivedut ta’ riżoluzzjoni ordnata:
|
|
(117) |
Mingħajr preġudizzju għall-operazzjonijiet li Dexia jkun legalment meħtieġ li jwettaq, jew għall-operazzjonijiet li huwa jkun meħtieġ jagħmel taħt il-kuntratti konklużi qabel id-data ta’ din id-deċiżjoni, fuq strumenti ibridi Tier 1 jew Tier 2, Dexia għandu joqgħod lura:
|
|
(118) |
Dexia għandu jkomplu jirrispetta l-prinċipji ta’ remunerazzjoni pprovduti mill- G-20 u mill-istanzi nazzjonali kkonċernati f’dak li jirrigwarda r-remunerazzjoni tal-membri tal-kumitati ta’ ġestjoni u eżekuttivi ta’ Dexia SA u tal-entitajiet prinċipali operattivi tal-grupp Dexia. Dexia għandu jeskludi b’mod partikolari l-ħlas tal-porzjon varjabbli tar-remunerazzjoni tal-membri tal-Bord Amministrattiv ta’ Dexia SA u għandu jillimita għal 30 % tal-porzjon fiss tar-remunerazzjoni tagħhom l-ammont tal-porzjon varjabbli tar-remunerazzjoni tal-impjegati l-oħra ta’ Dexia SA u tas-sussidjarji bankarji tiegħu msemmija fil-punt 2.5.1.1. tal-politika ta’ remunerazzjoni ta’ Dexia kif notifikata fil-15 ta’ Marzu 2011 lis-CBFA (37). |
|
(119) |
Skont il-pjan rivedut ta’ riżoluzzjoni ordnata, Dexia m’għandu jagħmel l-ebda produzzjoni ġdida minn din id-deċiżjoni, ħlief meta l-entità inkwistjoni tkun soġġetta għal impenn ta’ ċessjoni skont il-premessa (122) hawn taħt. Għall-finijiet ta’ dan l-impenn, m’humiex “produzzjoni ġdida”:
|
|
(120) |
B’eċċezzjoni:
|
|
(121) |
Barra minn hekk, il-flussi msemmija fil-punt 2 hawn fuq għandhom ikunu limitati skont il-kundizzjonijiet previsti fil-premessa 106 ta’ din id-deċiżjoni. Dexia ser jibgħat lill-Kummissjoni reviżjoni perjodika tal-pjan ta’ amortizzazzjoni u ta’ desensitizzazzjoni tas-self sensittiv ta’ DCL fil-15 ta’ Jannar 2013 u fil-15 ta’ Mejju 2014. |
(b) Ċessjonijiet u ġestjoni estintiva
|
(122) |
Dexia diġà għamel iċ-ċessjonijiet li ġejjin:
|
|
(123) |
Dexia ser iċedi entitajiet li l-lista u l-iskeda tagħhom huma pprovduti hawnhekk:
|
|
(124) |
L-impenji ta’ ċessjoni msemmija hawn fuq jitqiesu ssodisfati meta Dexia u x-xerrej jidħlu fi ftehim vinkolanti u definittiv (jiġifieri ftehim li ma jistax jiġi mitmum minn Dexia mingħajr ma jeħel penali) għaċ-ċessjoni tas-sehem kollu ta’ Dexia fl-entità jew fl-assi kkonċernat, anki jekk l-awtorizzazzjonijiet jew id-dikjarazzjonijiet ta’ nuqqas ta’ oġġezzjoni mill-awtoritajiet superviżorji kompetenti jkunu għadhom ma nkisbux sal-mument tal-iffirmar tal-ftehim dimenti li l-closing isir sa mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-firma tal-ftehim ta’ ċessjoni. |
|
(125) |
Jekk xi wieħed mill-impenji ta’ ċessjoni msemmija hawn fuq ma jkunx issodisfat, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jipproponu l-ħatra ta’ fiduċjarju inkarigat miċ-ċessjoni tal-entità kkonċernata fix-xahar ta’ wara l-iskadenza assenjata liċ-ċessjoni, taħt il-kundizzjonijiet deskritti fil-premessa (132) hawn taħt. |
|
(126) |
Qabel kull ċessjoni (40) prevista hawn fuq u li għadha trid issir, Dexia għandu jżomm lill-espert indipendenti infurmat dwar il-partijiet li jkunu wrew interess għall-akkwist ta’ dawn l-assi u għandu jipprovdilu l-informazzjoni kollha meħtieġa u raġonevolment disponibbli sabiex jassigura l-indipendenza tax-xerrej potenzjali. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika fi żmien 15-il jum ta’ xogħol lill-Istati Membri kkonċernati l-ismijiet tal-partijiet li, skont hi, ma jissodisfawx ir-rekwiżiti ta’ rilevanza u indipendenza meħtieġa u r-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha. Dexia mbagħad ittemm il-proċess tal-bejgħ ma’ dawn il-partijiet. |
|
(127) |
Dexia kellu jagħmel l-aħjar sforzi tiegħu ukoll sabiex iħaffef iċ-ċessjoni tal-portafoll tal-obbligazzjonijiet, meta l-kundizzjonijiet tas-suq ikunu aħjar, u b’hekk jissodisfa l-proporzjonijiet regolatorji, diment li tali ċessjoni ma sseħx jekk ikollha impatt negattiv sostanzjali fuq is-solvenza ta’ Dexia. Dexia għandu jibgħat lill-Kummissjoni reviżjoni ta’ dawn il-possibbiltajiet kull sena. |
|
(128) |
Mid-data tan-notifika ta’ din id-deċiżjoni, l-entitajiet mhux imsemmija fil-premessa (122) hawn fuq (inkluż Dexia Sabadell ladarba l-akkwist imsemmi fil-premessa (113) ikun finalment seħħ) sejrin ikunu ġestiti b’mod estintiv (run-off), b’mod partikolari mingħajr produzzjoni ġdida skont il-premessa (119) hawn fuq. |
|
(129) |
B’konformità mal-interess soċjali ta’ Dexia SA u tal-grupp Dexia, saċ-ċessjoni effettiva ta’ DAM u ta’ Dexia Israël (u wara l-kjarifika msemmija fil-premessa (122) punt 10 hawn fuq għal Dexia Israël), Dexia:
|
|
(130) |
Minn issa saċ-ċessjoni tagħha fi żmien sena minn din id-deċiżjoni jew it-tqegħid tagħha f’ġestjoni estintiva, huwa miftiehem li Crediop għandha tkun ġestita b’mod separat mill-grupp Dexia. Sabiex ikun żgurat li d-deċiżjonijiet kollha tal-amministrazzjoni ta’ Crediop meħuda bejn id-data ta’ din id-deċiżjoni u t-twettiq taċ-ċessjoni [fi żmien sena minn din id-deċiżjoni jew it-tqegħid tagħha f’ġestjoni estintiva] ikun fl-aħjar interessi ta’ Crediop minħabba ċ-ċessjoni tagħha [jew it-tqegħid tagħha f’ġestjoni estintiva], li Dexia jaħtar maniġer responsabbli biex jiżgura s-separazzjoni tal-attivitajiet ta’ Crediop u jara li dan il-maniġer jaħdem b’mod għal kollox indipendenti skont l-impenji applikabbli għal Crediop. Dan il-maniġer inkarigat li jiżgura s-separazzjoni tal-attivitajiet jista’ jkun is-CEO ta’ Crediop. Huwa għandu jmexxi lil Crediop fl-aħjar interessi tagħha, f’konsultazzjoni ma’ Dexia, taħt il-kontroll tal-espert indipendenti kif iddikjarat fil-premessa (138) hawn taħt. |
|
(131) |
Il-ħatra ta’ maniġer responsabbli biex jiżgura s-separazzjoni tal-attivitajiet ta’ Dexia Israël u ta’ DAM mhijiex meħtieġa, peress li dawn iż-żewġ entitajiet huma diġà mmexxija b’mod separat fid-data ta’ din id-deċiżjoni għar-raġunijiet deskritti fil-pjan ta’ riżoluzzjoni. |
(c) Fiduċjarju responsabbli għaċ-ċessjoni
|
(132) |
F’każ li xi wieħed mill-impenji msemmija fil-premessa (123), punt 1 sa 4, ma jkunx ġie ssodisfat saż-żmien speċifikat aktar ‘il fuq, u fin-nuqqas ta’ approvazzjoni ta’ impenn alternattiv mill-Kummissjoni, l-awtoritajiet Franċiżi, Belġjani u Lussemburgiżi għandhom jippreżentaw għall-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni, u sa mhux aktar tard minn xahar wara l-iskadenza għaċ-ċessjoni, lista ta’ persuna waħda sa’ tlieta biex jinħatar/jinħatru bħala fiduċjarju/i responsabbli mill-implimentazzjoni ta’ dawn iċ-ċessjonijiet. |
|
(133) |
Il-fiduċjarju inkarigat miċ-ċessjoni għandu jkun indipendenti, ikollu l-kompetenzi meħtieġa u ma għandux jiffaċċja sitwazzjoni ta’ kunflitt ta’ interessi matul l-eżerċizzju tar-rappreżentanza tiegħu. |
|
(134) |
Il-Kummissjoni tkun tista’ tagħti l-approvazzjoni tagħha jew tirrifjuta l-fiduċjarju/i propost(i). Jekk il-Kumissjoni tirrifjuta l-fiduċjarju/i inkarigat(i) miċ-ċessjoni propost(i), Dexia u l-awtoritajiet Franċiżi, Belġjani u Lussemburgiżi għandhom jipproponu, f’terminu ta’ xahar wara l-komunikazzjoni tar-rifjut, minn kandidat ġdid sa tlieta li għandhom ugwalment jiġu approvati jew irrifjutati mill-Kummissjoni. Jekk il-kandidati kollha proposti jkunu finalment irrifjutati mill-Kummissjoni, din għandha tinnomina fiduċjarju fuq il-bażi tar-rappreżentazzjoni approvata mill-Kummissjoni. |
|
(135) |
L-awtoritajiet Franċiżi, Belġjani u Lussemburgiżi jintrabtu li Dexia jagħti l-poteri ta’ rappreżentazzjoni meħtieġa u xierqa lill-fiduċjarju inkarigat miċ-ċessjoni:
|
|
(136) |
Il-fiduċjarju inkarigat miċ-ċessjoni għandu jinkludi fil-kuntratt(i) ta’ xiri u bejgħ it-termini u l-kundizzjonijiet normali u raġonevoli li jikkunsidra bħala xierqa sabiex jiġi konkluż il-bejgħ fis-sena ta’ wara n-nominazzjoni tiegħu. Il-fiduċjarju inkarigat miċ-ċessjoni għandu jorganizza l-proċess ta’ bejgħ b’tali mod li jiżgura ċ-ċessjoni […]. Iċ-ċessjoni jew il-likwidazzjoni għandha tkun effettiva fi żmien sena massimu wara l-iskadenza tal-bejgħ. |
|
(137) |
L-ispejjeż tas-servizzi tal-fiduċjarju inkarigat miċ-ċessjoni għandhom jitħallsu minn Dexia. |
(d) Implimentazzjoni tal-impenji
|
(138) |
L-awtoritajiet Belġjani, Franċiżi u Lussemburgiżi għandhom jissottomettu għall-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni, u sa mhux aktar tard minn xahar wara din id-deċiżjoni, lista ta’ persuna waħda sa tlieta, biex tinħatar bħala espert indipendenti inkarigat mill-verifikazzjoni fid-dettall tal-applikazzjoni tal-impenji ta’ hawn fuq (“l-espert indipendenti”) għal ħames snin, u dan il-perjodu jista’ jiġi estiż fuq talba tal-Kummissjoni. L-espert indipendenti għandu jkollu l-kompetenzi rikjesti u ma għandux jiltaqa’ ma’ sitwazzjoni ta’ kunflitt ta’ interessi matul l-eżerċizzju tal-mandat tiegħu. Il-Kummissjoni tkun tista’ jew tagħti l-approvazzjoni jew tirrifjuta l-espert(i) indipendenti propost(i). Jekk il-Kummissjoni tirrifjuta l-espert(i) indipendenti propost(i), Dexia u l-awtoritajiet Belġjani, Franċiżi, u Lussemburgiżi għandhom jipproponu, f’terminu ta’ xahar wara l-komunikazzjoni tar-rifjut, minn kandidat sa tlieta kandidati ġodda li għandhom ugwalment ikunu approvati jew irrifjutati mill-Kummissjoni. Jekk il-kandidati kollha proposti jkunu finalment irrifjutati mill-Kummissjoni, il-Kummissjoni għandha tinnomina espert indipendenti. L-ispejjeż tas-servizz tal-espert indipendenti għandhom jitħallsu minn Dexia mingħajr ma jinqabżu r-rati fis-siegħa li normalment jintalbu għal dan it-tip ta’ servizz. |
|
(139) |
Il-Kummissjoni għandu jkollha aċċess mingħajr restrizzjoni, b’mod permanenti matul it-terminu tal-pjan rivedut ta’ riżoluzzjoni ordnata għall-informazzjoni meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-deċiżjoni li tapprova l-pjan rivedut ta’ riżoluzzjoni ordnata. Hija tkun tista’ tindirizza direttament lil Dexia sabiex tikseb l-ispjegazzjonijiet u d-dettalji meħtieġa. L-awtoritajiet Belġjani, Franċiżi, u Lussemburgiżi u Dexia għandhom jikkoperaw bis-sħiħ għall-verifiki li tista’ titlob il-Kummissjoni jew, jekk ikun il-każ, l-espert indipendenti. |
|
(140) |
L-espert indipendenti għandu jissottometti kull sitt xhur rapport lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-impenji ta’ hawn fuq. Dan ir-rapport għandu jinkludi deskrizzjoni dettaljata tal-progress fl-implimentazzjoni tal-pjan rivedut ta’ riżoluzzjoni ordnata, b’mod partikolari: 1) l-osservanza tal-ammont u tal-kundizzjonijiet ta’ desensitizzazzjoni tal-portafoll ta’ self sensittiv ta’ DCL imsemmi fil-premessa (120) u (121) aktar ‘il fuq; 2) l-osservanza tal-limiti massimi tal-finanzjamenti l-ġodda mogħtija lill-klijenti eżistenti ta’ Dexia Crediop kif imsemmija fil-premessa (120) aktar ‘il fuq; 3) l-osservanza tal-iskeda ta’ ċessjonijiet previsti fil-premessa (122) aktar ‘il fuq, inkluża d-data taċ-ċessjoni, il-valur kontabbli tal-assi sal-31 ta’ Diċembru 2011, il-valur taċ-ċessjoni, il-qligħ jew it-telf li jkun sar u d-dettalji tal-miżuri li jkun għadhom iridu jittieħdu bħala parti mill-pjan rivedut ta’ riżoluzzjoni ordnata; 4) il-ġestjoni u r-ring-fencing tal-entitajiet li għandhom jinbiegħu u b’mod partikolari ta’ DAM u ta’ Dexia Israël previsti fil-premessi (114) u (129) aktar ‘il fuq. |
|
(141) |
Dan ir-rapport għandu jiġi trażmess mhux aktar tard minn xahar wara l-preżentazzjoni tal-kontijiet semestrali u l-approvazzjoni tal-kontijiet annwali u fi kwalunkwe każ qabel l-1 ta’ Ottubru u t-30 ta’ April ta’ kull sena. |
|
(142) |
Meta jintemm il-madat tal-espert indipendenti u sal-amortizzazzjoni sħiħa tal-assi ta’ Dexia, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw rapport annwali lill-Kummissjoni li jiddeskrivi l-progress tal-proċess ta’ riżoluzzjoni ordnata. |
2.3. DESKRIZZJONI TAL-OPERAZZJONI TA’ ĊESSJONI TA’ DMA U TAL-ATTIVITAJIET TAGĦHA WARA Ċ-ĊESSJONI
2.3.1. Deskrizzjoni tal-operazzjoni ta’ ċessjoni
|
(143) |
Iċ-ċessjoni ta’ DMA għandha ssir sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar 2013. |
|
(144) |
Sejra tinħoloq istituzzjoni ta’ kreditu ġdida (minn hawn ‘il quddiem “IKĠ”), li tagħha DMA tkun sussidjarja 100 %. L-IKĠ tkun direttament miżmuma mill-Istati Franċiż (għal 75 %), mis-CDC (għal 20 % f’assi ta’ preferenza) u minn La Banque Postale (għal 5 %). Għalhekk, DMA mhix sejra tkun aktar ikkontrollata mill-grupp Dexia iżda mill-Istat Franċiż, mis-CDC u minn La Banque Postale. |
|
(145) |
Sejra tinħoloq ukoll impriża konġunta (minn hawn ‘il quddiem “IK”) bl-istatus ta’ intermedjarja f’operazzjonijiet bankarji bejn is-CDC (għal 35 %) u La Banque Postale (għal 65 %) li sejra tikkumerċjalizza self ġdid esklussivament għall-awtoritajiet lokali Franċiżi u faċilitajiet pubbliċi tas-saħħa u tuża DMA bħal vettura ta’ rifinanzjament. DMA sejra tipprovdi wkoll ir-rifinanzjament relatat mal-ammont pendenti ta’ self ġdid eżistenti. Figura 6: Struttura tal-bank futur ta’ żvilupp li tinkorpora lil DMA 35 % 65 % Stati BE/Lux Stat FR CDC LBP 75 % Finanzjament € 12.5 biljun 20 % 5 % Dexia 100 % IKĠ IK DCL 100 % DMA |
|
(146) |
La Banque Postale iżid gradwalment il-kapital tal-IKĠ. Il-prezz li għandu jitħallas minn La Banque Postale ser ikun prezz tas-suq, stabbilit mill-esperti u jista’ jkun ivverifikat mill-Kummissjoni. La Banque Postale ikollu l-opzjoni ta’ akkwist progressiv ( “call” ) fuq porzjon tal-ishma miżmuma mill-Istat Franċiż b’mod li l-parteċipazzjoni tiegħu fl-IKĠ, wara l-eżerċizzju tal-call kollu, tiżdied maż-żieda fl-ammonti pendenti relatati mal-produzzjoni l-ġdida fl-assi kollha ( “cover pool” ) ta’ DMA. Il-call ma tistax titħaddem ħlief meta s-sehem ta’ produzzjoni ġdida “iġġenerata” minn La Banque Postale jew l-IK jaqbeż […] % tal-cover pool ta’ DMA. Kull sena, La Banque Postale jista’ jeżerċita l-call għal perċentwal minimu ta’ […] % tal-kapital tal-IKĠ, mingħajr ma 1) il-parteċipazzjoni ta’ La Banque Postale f’DMA tkun ogħla mis-sehem ta’ produzzjoni ġdida ġġenerata minn La Banque Postale jew l-IK fil-cover pool ta’ DMA u 2) La Banque Postale isir l-akbar azzjonist tal-IKĠ. |
|
(147) |
L-arranġamenti legali taċ-ċessjoni ta’ DMA sejrin jitħaddmu skont il-mudell ġenerali li ġej: DCL jagħti lill-IKĠ l-ishma ta’ DMA u l-għodod, il-persunal u r-riżorsi meħtieġa biex tmexxi lil DMA, imbagħad iċedi 100 % tal-kapital tal-IKĠ lill-Istat, lis-CDC u lil La Banque Postale. Il-prezz taċ-ċessjoni ser ikun ta’ EUR 1. |
|
(148) |
Fir-rigward ta’ dan il-prezz, il-Kummissjoni tinnota dan li ġej, enfasizzat minn ditta tal-awditjar u l-Istati Membri kkonċernati. |
|
(149) |
F’ittra ta’ ekwità ( “fairness opinion” ) tal-10 ta’ Ottubru 2012 minn ditta ta’ analisti finanzjarji kkummissjonata mill-awtoritajiet Franċiżi u s-CDC, hemm evidenza li “prezz ta’ EUR 380 miljun għal 100 % ta’ IKĠ (hija nfisha proprjetarja 100 % ta’ Dexia Municipal Agency “DMA”) huwa prezz aċċettabbli għal investitur prudenti”. Huwa ddikjarat li din l-evalwazzjoni tal-prezz tikkunsidra li “Ix-xerrejja jibbenefikaw minn garanziji ta’ assi u ta’ passiv ġenerali u speċifiċi inkluż b’mod partikolari garanzija dwar il-validità tas-self mogħti u tal-kuntratti tiegħu” u tirrifletti:
Din il-valutazzjoni tiswa biss meta tkun assoċjata mal-garanziji ġenerali u speċifiċi u mal-iskema ta’ ċessjoni sintetika tas-self sensittiv. […]” (41) |
|
(150) |
L-ittra ta’ ekwità tindika wkoll li “il-valur ta’ IKĠ/DMA, minħabba l-kunsiderazzjoni tal-irkupru gradwali tal-aġġustamenti tal-valur, jammonta għal bejn wieħed u ieħor […] f’xenarju ta’ estinsjoni tal-valur” . |
|
(151) |
Fin-nota tagħhom dwar l-operazzjoni ta’ ċessjoni ta’ DMA (minn hawn ‘il quddiem “in-nota dwar l-operazzjoni ta’ ċessjoni ta’ DMA”), l-Istati Membri kkonċernati jindikaw li, għall-ewwel, “kien hemm qbil li l-prezz tax-xiri ta’ DMA u tal-għodod, tal-persunal u tar-riżorsi trasferiti minn DCL ikun ta’ EUR 380 miljun [nota ta’ qiegħ il-paġna: u li “il-partijiet kienu ikkontemplaw li [Dexia] u DCL li jagħtu diversi garanziji tal-bejgħ bħala parti miċ-ċessjoni ta’ DMA: garanzija ta’ rendiment u fuq il-litigazzjoni fuq […] is-self sensittiv, garanzija msejħa “stop-loss” lil hinn minn konċessjoni annwali ta’ 10 punti bażi fuq l-ammont pendenti medju tas-self, kif ukoll garanziji ġenerali u speċifiċi oħrajn” (42). |
|
(152) |
Huma jindikaw ukoll li, imbagħad, aċċettaw li jirrinunzjaw għall-garanzija “stop-loss” u, wara, “għat-trasferiment sintetiku tas-self sensittiv lejn il-bilanċ ta’ DCL. Għalhekk, il-garanzija ta’ Franza li tkopri l-impenji ta’ DCL f’dan ir-rigward waqgħet ukoll” (43). |
|
(153) |
Skont l-Istati Membri kkonċernati, kien “Sabiex jiġu indirizzati dawn iż-żewġ bidliet sinifikanti fil-mudell ta’ ċessjoni ta’ DMA u jinżamm il-karattru tas-suq tagħha [li] il-prezz taċ-ċessjoni tbaxxa u ġie ffissat għal EUR1. Dan il-prezz il-ġdid (li ma jiddependix aktar mill-ekwità ta’ DMA) jirrifletti wkoll l-abbandun tal-klawsola ta’ aġġustament tal-prezz” (44). |
|
(154) |
Wara li fakkru li huwa ċar mill-ittra ta’ ekwità li l-prezz ta’ DMA u tal-għodod, il-persunal u r-riżorsi meħtieġa għall-ġestjoni ta’ DMA huwa ta’ EUR 380 miljun EUR skont l-iskema inizjali taċ-ċessjoni (li kienet tinkludi l-garanziji u l-klawsola ta’ aġġustament tal-prezz), l-Istati Membri kkonċernati jispeċifikaw “Minħabba l-abbandun tal-garanziji u tal-klawsola ta’ aġġustament tal-prezz ipprovduti f’din l-iskema u l-iżviluppi fis-sitwazzjoni tal-bilanċ ta’ DMA osservati matul l-ewwel tliet kwarti tas-sena 2012, il-prezz aġġustat ta’ EUR1 iżomm perfettament il-karattru tas-suq tagħha” (45). |
|
(155) |
L-awtoritajiet Franċiżi jqisu li hemm falliment fis-suq dwar il-finanzjament tal-istituzzjonijiet pubbliċi tas-saħħa u tal-awtoritjajiet lokali Franċiżi. Għaldaqstant, l-awtoritajiet Franċiżi, kif ukoll CDC u La Banque Postale, qegħdin jikkunsidraw li jixtru lil DMA (permezz tal-akkwist tal-IKĠ proprjetarja 100 % ta’ DMA) bl-għan li jibdluha f’“bank ta’ żvilupp”. Dan il-bank ta’ żvilupp ikollu faxxa ta’ azzjoni limitata għall-korrezzjoni tal-falliment tas-suq dwar il-finanzjament tal-istituzzjonijiet pubbliċi tas-saħħa u tal-awtoritjajiet lokali Franċiżi, billi dan il-falliment ma jistax jiġi korrett bl-offerta attwali fis-suq. L-awtoritajiet Franċiżi ppreżentaw l-argumenti li ġejjin sabiex juru l-imsemmi falliment fis-suq kif ukoll il-ħtieġa tal-ħolqien ta’ bank ta’ żvilupp: |
Finanzjament tal-istituzzjonijiet pubbliċi tas-saħħa fi Franza
|
(156) |
Skont l-awtoritajiet Franċiżi, l-investimenti fl-isptarijiet kienu jammontaw għal EUR 6,5 biljun fl-2010 (tnaqqis ta’ 4,5 % meta mqabbel mal-2009) wara li żdiedu b’mod kostanti mill-bidu tas-snin 2000. Dawn l-investimenti huma prinċipalment iffinanzjati mill-awtofinanzjament u mill-għotjiet. Ir-rata ta’ kopertura tal-investimenti mid-dejn fuq żmien medju-fit-tul kienet ta’ 36 % fl-2010. |
|
(157) |
Il-ħtieġa ta’ finanzjament annwali fuq żmien medju-fit-tul tal-istituzzjonijiet pubbliċi tas-saħħa fi Franza tvarja għalhekk bejn EUR 2 u 4 biljun skont is-snin. Hija tkopri l-finanzjament tal-investimenti u r-rimborż tas-self li jimmatura. |
|
(158) |
Barra minn hekk, din il-ħtieġa ta’ finanzjament tkopri proġetti ta’ investimenti kbar, l-aktar proprjetà immobbli, f’kuntest fejn ir-rata ta’ deterjorament (li tirrelata d-deprezzament akkumulat mal-valur gross tal-proprjetà u li laħqet livell storikament għoli fl-2002) kienet teżiġi investimenti kbar sabiex jinżamm l-istokk tal-proprjetà: bejn l-1997 u l-2002, ir-rata ta’ deterjorament kienet għaddiet minn 50 % għal 55 %. It-tqassim tal-investimenti diretti skont it-tip fl-2010 mqabbel ma’ dak tal-2002 b’hekk juri tgħawwiġ tal-istruttura favur it-taqsima tal-proprjetà għad-detriment tat-taqsima “tagħmir”. |
|
(159) |
Għas-snin li ġejjin, il-ħtiġijiet tal-investiment għandhom ikunu l-aktar fuq żewġ livelli. L-ewwel, ser ikun meħtieġ li jiġu indirizzati l-isfidi ewlenin tas-sigurtà (konformità mal-istandards parasismiċi, riskji ta’ għargħar, it-tneħħija tal-asbestos, riskji prijoritarji ta’ nirien); Imbagħad, sejrin isiru wkoll proġetti ta’ investiment għall-kwalità tal-provvista ta’ kura. Hawnhekk ukoll, dan ikun jinvolvi essenzjalment operazzjonijiet ta’ bini (kostruzzjonijiet, bini mill-ġdid, ristrutturar eċċ.) li jirrappreżentaw ġeneralment investimenti kbar u li għalihom huwa essenzjali li jkun hemm self, għall-inqas parzjali. |
|
(160) |
Fl-istess ħin, l-istituzzjonijiet pubbliċi tas-saħħa għandhom ħtieġa kbira ta’ finanzjament fuq żmien qasir, ta’ madwar EUR 3 biljun fis-sena (bi prelevament medju ta’ 50 %), minħabba ħtieġa kbira ta’ fondi li jistgħu jerġgħu jintużaw. Din il-ħtieġa hija prinċipalment dovuta għad-dewmien bejn il-ħlas tal-assigurazzjonijiet tas-saħħa lill-istituzzjonijiet pubbliċi tas-saħħa u l-iskeda limitata tal-infiq tagħhom. |
|
(161) |
Min-naħa tal-provvista, il-banek Franċiżi mhumiex kapaċi jerġgħu jakkwistaw is-sehem tas-suq ta’ Dexia. L-ammont pendenti totali tad-dejn tal-istituzzjonijiet tas-saħħa kien jammonta għal EUR 22,8 biljun fil-31 ta’ Diċembru 2012. Storikament, u bħal fil-każ tal-awtoritajiet lokali, dan id-dejn jinġarr prinċipalment mis-settur bankarju. Il-finanzjament diżintermedjat baqa’ fil-fatt marġinali (5,7 % biss tad-dejn pendenti huma bonds), l-aktar minħabba l-preżenza ta’ għadd kbir ta’ istituzzjonijiet żgħar: Franza kellha 1 034 istituzzjoni pubblika tas-saħħa fil-31 ta’ Diċembru 2010. L-isptarijiet universitarji, li huma l-akbar istituzzjonijiet, jirrappreżentaw 99,1 % tat-total tal-ħruġ ta’ bonds. |
|
(162) |
Dexia kellu bil-bosta l-akbar sehem mis-suq: matul l-aħħar snin ta’ attività tiegħu, il-bank kien ikopri madwar [40-45]% tal-ħtiġijiet finanzjarji fuq żmien medju-fit-tul, u kien jipprovdi madwar terz tal-linji ta’ flus kontanti. Fl-istokk, Dexia kien għad kellu [30-35]% tad-dejn pendenti kollu fl-aħħar tal-2010 (ara d-dijagramma hawn taħt). |
|
(163) |
Skont l-awtoritajiet Franċiżi, il-banek Franċiżi l-oħrajn ukoll mhumiex f’qagħda li jieħdu l-ishma fis-suq li ħalla Dexia għal diversi raġunijiet:
|
|
(164) |
Għal dawn ir-raġunijiet ċikliċi u strutturali kollha, l-awtoritajiet Franċiżi jibżgħu li huwa improbabbli li t-titjib fil-marġini u li l-volumi baxxi involuti sejrin ikunu biżżejjed sabiex jiġġeneraw żieda spontanja tal-offerti privati biex jieħdu post Dexia u jissodisfaw id-domanda tal-istituzzjonijiet pubbliċi Franċiżi tas-saħħa. |
Finanzjament tal-awtoritajiet lokali
|
(165) |
Is-settur pubbliku lokali fi Franza huwa magħmul l-ewwel nett mill-awtoritajiet lokali, jiġifieri l-muniċipalitajiet u r-raggruppamenti tagħhom, ir-reġjuni u d-dipartimenti. Il-piż ekonomiku ta’ dawn l-entitajiet jirrappreżenta fluss ta’ nefqa annwali ta’ madwar EUR 220 biljun (total tan-nefqa tal-amministrazzjoni u tal-investiment). L-ispejjeż tal-investiment irrappreżentaw EUR 50,4 biljun fl-2010 u EUR 52 biljun fl-2011, jiġifieri ¾ tal-investiment pubbliku fi Franza. L-awtoritajiet lokali għalhekk huma atturi ewlenin għall-manutenzjoni u l-iżvilupp tal-infrastruttura fi Franza. |
|
(166) |
Biex jiffinanzjaw dawn l-ispejjeż, l-awtoritajiet lokali għandhom diversi riżorsi:
|
|
(167) |
Billi l-ammonti ta’ self ġdid għall-finanzjament tal-investimenti huma akbar mill-ħlas tas-self li jimmatura, l-awtoritajiet lokali għalhekk ħolqu, maż-żmien, dejn pendenti li ammonta għal EUR 152 biljun fl-2011. Tabella 3 Dejn pendenti tal-awtoritajiet lokali Franċiżi fl-1 ta’ Jannar 2011 (f’biljuni ta’ euro)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(168) |
L-awtoritajiet Franċiżi jqisu li l-previżjoni tal-volumi ta’ self ġdid fuq is-snin li ġejjin għandha tikkunsidra diversi parametri bħal: il-bidliet fid-dħul u l-infiq tal-ġestjoni tal-awtoritajiet lokali li sejrin jiddeterminaw l-awtofinanzjament (i); il-ħtiġijiet ta’ investiment ta-awtoritajiet lokali li huma parzjalment marbuta maċ-ċiklu elettorali (ii). Id-dewmien tal-istruzzjoni u tat-twettiq tal-proġetti u r-rieda li jiġu ffinalizzati qabel tmiem l-elezzjonijiet muniċipali Franċiżi jirriżulta fi tnaqqis fil-bidu tal-mandat tal-investimenti u żieda fl-aħħar tal-mandat. |
|
(169) |
Barra minn hekk abbażi tad-data magħrufa fl-aħħar tal-2011, saret simulazzjoni sabiex tiġi antiċipata l-ħtieġa ta’ self tas-settur pubbliku skont żewġ xenarji li jvarjaw bejniethom skont il-kapaċità tal-awtoritajiet lokali li jiġġeneraw marġnijiet ta’ awtofinanzjament fuq it-taqsima ta’ funzjonament tagħhom (46). Il-kawżi ta’ dawn id-diffikultajiet jistgħu jkunu diversi: dħul fiskali baxx, imblukkar minn Stat ċentrali nnifsu limitat minn sussidji jew inkella żieda ta’ ċerti spejjeż bħall-għajnuna soċjali. Tabella 4 Kapaċità tal-awtoritajiet lokali li joħorġu marġnijiet ta’ awtofinanzjament fuq it-taqsima ta’ funzjonament tagħhom
|
|||||||||||||||||||||||||||
|
(170) |
Il-ħtieġa ta’ self ġdid ammontat għal medja ta’ EUR 19,5 biljun fix-xenarju 1-a u għal EUR 21,5 biljun fix-xenarju 1-b. F’termini ta’ dejn pendenti, dan imbagħad jilħaq rispettivament EUR 175 biljun u EUR 185 biljun sal-aħħar tal-2016. |
|
(171) |
Jista’ jiġi ppreżentat xenarju ieħor, dak ta’ restrizzjoni fuq il-kapaċità tad-dejn tal-awtoritajiet dovut kemm minħabba: i) l-impenn tal-awtoritajiet pubbliċi li jnaqqsu d-dejn, ii) kemm minħabba offerta ta’ finanzjament insuffiċjenti. Hi x’inhi l-kawża, il-limitazzjoni tal-kapaċità tas-self tirriżulta fi tnaqqis kbir fl-investiment. |
|
(172) |
Għalhekk, skont l-Istat Franċiż, iż-żamma ta’ valur kostanti tad-dejn pendenti inaqqas is-self ġdid fuq il-perjodu f’ammonti inklużi bejn EUR 12 u 14-il biljun. Il-livell tal-investiment imbagħad ikun limitat. F’din l-ipotesi, l-investiment jinżel minn EUR 51,9 biljun fl-2011 għal medja ta’ EUR 43,2 biljun fuq il-perjodu 2012-2016, jew livell komparabbli għal dak tas-snin 2004/2005 u inqas b’medja ta’ 16 % meta mqabbel mal-livelli ta’ investiment taż-żewġ xenarji preċedenti. |
|
(173) |
Tali tnaqqis ikollu impatt negattiv fuq l-iżvilupp u l-manutenzjoni tal-infrastrutturi tas-servizz pubbliku (trasport, edukazzjoni, ambjent, enerġija) kif ukoll fuq il-livell ta’ attività tas-settur tal-bini u x-xogħlijiet pubbliċi (biex wieħed jiftakar, l-investiment lokali jirrappreżenta kważi 75 % tal-attività tal-industrija tal-kostruzzjoni). |
|
(174) |
Fil-qosor, il-ħtieġa ta’ self tal-awtoritajiet lokali hija mistennija li tkun kostanti, jew saħansitra sejra tikber fis-snin li ġejjin. Restrizzjonijiet eżoġeni biss jistgħu jillimitawha b’riskju ta’ tnaqqis sinifikanti fl-investiment pubbliku peress li l-komunitajiet lokali għandhom ftit sorsi alternattivi ta’ finanzjament. |
|
(175) |
Barra minn hekk, entitajiet oħrajn tas-settur pubbliku jistgħu jkollhom ukoll ħtiġijiet ta’ self u jkunu ffinanzjati mill-kumpaniji tal-ipoteki: l-isptarijiet pubbliċi li d-dejn pendenti tagħhom huwa stmat għal EUR 24 biljun u l-ħtieġa annwali ta’ self għal EUR 3 biljun (i); l-organizzazzjonijiet tad-djar soċjali li d-dejn pendenti tagħhom huwa stmat għal EUR 100 biljun (li parti kbira minnu jkun garantit mill-awtoritajiet lokali) u li l-ħtieġa annwali tagħhom ta’ self hija stmata għal madwar EUR 15-il biljun (ii); istituzzjonijiet pubbliċi oħrajn, emanazzjonijiet tal-istat u tal-awtoritajiet lokali (iii). |
|
(176) |
Is-suq totali, fil-livell tas-settur pubbliku lokali fis-sens wiesa’, jista’ jkun stmat f’medja ta’ EUR 40 biljun fis-sena. Madankollu, il-bank il-ġdid tal-iżvilupp ser jiffinanzja biss lill-awtoritajiet lokali u l-istituzzjonijiet tas-saħħa (u mhux is-settur pubbliku Franċiż kollu). |
L-aspett tal-Offerta: kompetizzjoni osservata fil-volum u fil-prezz
|
(177) |
F’kuntest ta’ domanda qawwija, il-finanzjament tas-settur pubbliku ra l-offerta tonqos ferm minħabba:
|
|
(178) |
L-awtoritajiet ikkonċernati jinnutaw li dawn id-diversi fatturi wasslu sabiex il-Caisse des Dépôts et Consignations iġedded fl-2012, bħal fl-2011, baġit ta’ emerġenza ta’ EUR 5 biljun meħuda mill-fondi ta’ tfaddil u propost għal prezz ta’ EURIBOR + 3,20 %. |
|
(179) |
It-tabella ta’ hawn taħt tagħti stima tal-ammont tal-offerta tad-diversi banek fis-settur pubbliku lokali fis-sens wiesa’, jiġifieri l-awtoritajiet lokali, l-isptarijiet u l-organizzazzjonijiet tal-akkomodazzjoni soċjali. Il-ħtieġa mhux koperta hija ta’ madwar EUR 7 sa 8 biljun. Jekk l-attività tal-bank il-ġdid ta’ żvilupp ma tapplikax għall-organizzazzjonijiet tal-akkomodazzjoni soċjali, l-għan tal-bank ikun li jikkoreġi l-ħtieġa mhux koperta ta’ finanzjament lill-awtoritajiet lokali u l-istituzzjonijiet pubbliċi tas-saħħa b’ammont li jilħaq EUR 8 biljun. Tabella 5 Stima tal-ammont offrut tad-diversi banek fis-settur pubbliku lokali f’sens wiesa’
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(180) |
Din ir-restrizzjoni tal-offerta kienet akkumpanjata minn żieda strutturali tal-prezzijiet mill-kriżi finanzjarja tal-2008. Filwaqt li l-prezzijiet kienu madwar 100 punt bażi ogħla minn EURIBOR fl-ewwel sitt xhur tal-2011, dawn qabżu l-200 punt bażi fit-tieni nofs tas-sena. |
|
(181) |
Id-domanda għall-pakkett CDC hija aktar minn 3 darbiet ogħla mill-volum tagħha: il-prezz ta’ EURIBOR + 320 punt bażi għaldaqstant huwa inqas mill-prezz li kien jibbilanċja l-offerta u d-domanda fil-kuntest ta’ funzjonament konvenzjonali tas-suq. |
|
(182) |
B’mod aktar strutturali, żewġ fatturi jagħmlu lil dan is-suq inqas attraenti għall-istituzzjonijiet bankarji ġenerali: (i) in-nuqqas ta’ ċertu dħul addizzjonali għas-self, l-aktar minħabba l-obbligu ta’ depożiti ta’ fondi fit-Teżor; u (ii) il-maturità twila wisq tal-finanzjamenti mitluba (15-il sena jew aktar), f’konformità mal-amortizzazzjoni teknika tal-investimenti, iżda li ġġiegħel lill-finanzjaturi jneħħu likwidità minn fuq termini simili. |
|
(183) |
L-awtoritajiet Franċiżi jinnotaw ukoll li fil-pajjiżi l-oħrajn tal-Ewropa, l-istituzzjonijiet pubbliċi spiss ikunu preżenti fuq dan is-suq u li huma jipprovdu aktar minn nofs il-ħtieġa tal-komunitajiet lokali. Pereżempju: il-Cassa Depositi e Prestiti (CDP) fl-Italja, il-banek pubbliċi reġjonali fil-Ġermanja, il-PWLB (Public Works Loan Board) fir-Renju Unit u l-aġenziji pubbliċi ta’ finanzjament fil-pajjiżi Nordiċi (id-Danimarka, in-Norveġja, l-Isvezja). |
|
(184) |
Fuq il-bażi tal-fatturi msemmija hawn fuq, l-awtoritajiet Franċiżi jikkonkludu li l-implimentazzjoni tal-bank tal-iżvilupp ser tiżdied mal-offerta li ġejja mill-banek privati, li strutturalment mhumiex adegwati. Għalhekk, dan id-dħul ġdid fuq is-suq ser jaġġorna l-offerta mad-domanda u mhux jeskludi mis-suq lill-atturi stabbiliti. |
Il-pjan tan-negozju kkonsolidat ta’ DMA, l-IKĠ u l-IK
|
(185) |
Il-pjan tan-negozju kkonsolidat ta’ DMA, l-IKĠ u l-IK sottomess lill-Kummissjoni jindika l-elementi prinċipali li ġejjin:
|
|
(186) |
Rigward il-ġestjoni kontinwa tal-assi pendenti miżmuma minn DMA, li s’issa kienet ipprovduta minn DCL, din sejra tkun ipprovduta mill-IKĠ. Dawn il-funzjonijiet ta’ ġestjoni sejrin ikopru fost oħrajn:
|
|
(187) |
Bara minn hekk, l-IKĠ sejra tipprovdi ċerti servizzi fl-IK, b’appoġġ għall-attività ta’ self esklussivament lill-awtoritajiet lokali Franċiżi u l-istituzzjonijiet pubbliċi Franċiżi tas-saħħa. Dawn il-benefiċċji soċjali sejrin ikopru b’mod partikolari benefiċċji ta’ assistenza fil-marketing u l-ġestjoni tas-self, assistenza fil-ġestjoni attiva ta’ self mhux sensittiv, kif ukoll benefiċċji relatati mal-finanzi u mar-riskji. |
|
(188) |
L-IK sejra tagħmel self esklussivament lill-awtoritajiet lokali Franċiżi u l-istituzzjonijiet pubbliċi Franċiżi tas-saħħa. Dan is-self ser ikun irreġistrat fil-bilanċ ta’ La Banque Postale imbagħad trasferit lil DMA li tkun tista’ tiffinanzjah mill-ġdid permezz ta’ ħruġ ta’ bonds ipotekarji meta dan is-self jissodisfa r-rekwiżiti ta’ eliġibbiltà għall-inklużjoni fil-cover pool ta’ DMA kif ukoll fil-politika ta’ impenn ta’ DMA. |
|
(189) |
L-Istat Franċiż jintrabat li l-IK ma toffrix kundizzjonijiet ta’ finanzjament aktar attraenti minn dawk offruti minn banek kummerċjali oħrajn. L-IK mhix sejra tkun tista’ tagħmel, fil-komunikazzjoni kummerċjali tagħha, offerti aktar attraenti mill-prattiki tas-suq. Il-kundizzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni tas-self lill-istituzzjonijiet pubbliċi tas-saħħa għandhom jiżguraw il-kompatibbiltà ta’ dan is-self mas-suq intern skont id-dispożizzjonijiet aplikabbli għall-għajnuna mill-Istat. |
|
(190) |
Minn dawn l-impenji jirriżulta li l-attività ta’ produzzjoni ġdida tal-IK sejra tkun limitata għal self imsejjaħ “plain vanilla”. Essenzjalment, l-offerta tal-IK sejra tkun 1) limitata għal krediti fuq żmien medju/fit-tul; 2) sempliċi u trasparenti; 3) mibnija fuq ir-rakkomandazzjonijiet tas-suq (ċirkolari interministerjali tal-25 ta’ Ġunju 2010, Karta tal-kondotta tajba msejħa Karta ta’ Gissler, rapport tal-Kummissjoni parlamentali Bartolone). |
|
(191) |
L-awtoritajiet Franċiżi jargumentaw li l-limitazzjoni tas-self tal-IK għal self plain vanilla tgħin sabiex jiġu koperti l-ħtiġijiet identifikati tal-klijenti, jiġifieri s-sempliċità, id-diversifikazzjoni, il-protezzjoni kontra bidliet avversi tas-swieq. Din l-offerta sejra teskludi l-prodotti ingranati, il-prodotti ta’ inklinazzjoni, il-prodotti f’muniti, il-prodotti strutturati komplessi b’effett ta’ struttura kumulattiva u kwalunkwe prodott li jesponi lill-klijent għal riskji fuq il-kapital. |
|
(192) |
Fi kwalunkwe każ, l-offerta sejra tkun adattata għall-karatteristiċi u d-daqs tal-klijenti u kull prodott ġdid ser ikun soġġett għal skambju mal-Awtorità ta’ Kontroll Prudenzjali. |
|
(193) |
L-IK sejra tipprovdi lill-klijenti dokumentazzjoni ċara li tippreżenta l-prodotti skont il-klassifikazzjoni tal-Karta ta’ Gissler. |
|
(194) |
Il-Karta ta’ Gissler hija skeda analitika li tibbaża fuq żewġ kriterji: l-indiċi ta’ referenza u l-istruttura applikata. Hija tiżviluppa klassifika mill-iżgħar sal-ikbar riskji aċċessibbli għall-awtoritajiet lokali. Tabella 6 Tabella tar-riskji tal-Karta ta’ Gissler
|
||||||||||||||||||||||||
|
(195) |
L-IK sejra tillimita l-offerta ta’ prodotti proposti għall-prodotti li ġejjin:
|
|
(196) |
L-awtoritajiet Franċiżi enfasizzaw li huwa eskluż li fil-kategorija 2 jintużaw differenzi bejn l-indiċijiet ta’ inflazzjoni taż-żona Euro, jew l-indiċijiet tal-inflazzjoni ta’ pajjiżi oħrajn taż-żona tal-Euro. |
|
(197) |
Barra minn hekk, dawn il-prodotti mhumiex aċċessibbli għall-klijenti kollha. Jiddependu mid-daqs tal-awtoritjaiet skont il-matriċi li ġejja: Tabella 7 Kategorija ta’ prodotti aċċessibbli skont is-segmentazzjoni tal-klijenti
|
|
(198) |
Iż-żmien tas-self propost m’għandux jaqbeż il-15-il sena, ħlief għal fakultà ta’ abbinament lil riżorsa ta’ rifinanzjament itwal, l-aktar permezz tal-ħruġ ta’ bonds ta’ ipoteki b’maturità korrispondenti. |
|
(199) |
Fi kwalunkwe każ, it-tul tas-self lill-klijenti huwa soġġett għall-kapaċità ta’ DMA li tiffinanzja lilha nfisha mill-ġdid fuq termini simili. |
|
(200) |
Biex tiffaċilita d-desensitizzazzjoni, l-IK mhijiex sejra toffri finanzjament lill-klijenti li jkunu f’litigazzjoni jew f’pożizzjoni ta’ ammonti pendenti fuq il-bilanċ ta’ DMA. Barra minn hekk, sejra ssir konsultazzjoni minn qabel bejn l-IK u l-IKĠ qabel kwalunkwe għoti ta’ finanzjament lil klijenti li jkollhom self sensittiv. |
|
(201) |
L-awtoritajiet Franċiżi sejrin jipproponu espert indipendenti inkarigat li jikkontrolla, għal perjodu ta’ sentejn, il-konformità ma’ dawn il-kundizzjonijiet. Wara dan il-perjodu, l-awtoritajiet Franċiżi sejrin jibagħtu l-informazzjoni rilevanti sabiex jiżguraw konformità ma’ dawn l-impenji lill-Kummissjoni, li tkun tista’, jekk tqis li jkun meħtieġ, titlob li jiġi estiż l-użu tal-espert indipendenti. |
|
(202) |
Ir-rabtiet kuntrattwali ta’ servizz bejn, minn naħa, il-grupp Dexia u, min-naħa l-oħra, DMA, IKĠ u l-IK, sejrin jinqatgħu. Dan il-qtugħ ta’ rabtiet fil-prinċipju ser iseħħ wara perjodu ta’ tranżizzjoni li matulu jistgħu jinżammu rabtiet kuntrattwali identifikati b’mod preċiż u limitati għal dawk meħtieġa sabiex jippermettu lill-IKĠ, lil DMA u lill-IK ikunu jistgħu jipprovdu huma stess is-servizzi kkonċernati. |
|
(203) |
Fir-rigward tas-servizzi mhux informatiċi, Dexia sejra tipprovdi ċerti servizzi lill-IKĠ (jiġifieri l-monitoraġġ tal-portafoll tal-bonds (48), il-monitoraġġ kummerċjali tas-self mhux Franċiż (49), l-analiżi tar-riskju tal-kreditu (48), is-sistema ta’ klassifikazzjoni interna (48), il-valutazzjoni tat-titoli (48) u l-awditjar (49)) għal perjodu ta’ tranżizzjoni limitat, skont is-servizzi kkonċernati, għal bejn tlieta sa sitt xhur. B’mod reċiproku, l-IKĠ sejra tipprovdi lil Dexia xi servizzi (jiġifieri l-analiżi tar-riskju tal-kreditu u s-servizzi marbuta mas-sistema ta’ klassifikazzjoni interna) għal mhux aktar minn sitt xhur. |
|
(204) |
Fir-rigward tas-sistemi tal-informazzjoni, il-perjodu ta’ tranżizzjoni ser idum bejn 24 u 30 xahar minħabba l-kumplessità tad-duplikazzjoni u l-migrazzjoni ta’ għadd kbir ta’ applikazzjonijiet differenti u ta’ databases differenti relatati. |
|
(205) |
Skont l-awtoritajiet Franċiżi, il-ħtiġijiet ta’ finanzjament ewlenin tal-IKĠ u ta’ DMA sejrin ikunu marbuta:
|
|
(206) |
Il-ħtieġa ta’ finanzjament marbuta mal-kollateral mogħti minn DCL fuq l-iswaps interni (swaps bejn DMA u DCL) lil kontropartijiet tas-suq (u mhux riċevut minn DCL min-naħa ta’ DMA) illum hija ta’ madwar EUR [2-5] biljun. Taħt l-operazzjoni tal-akkwist tal-IKĠ (jiġifieri ta’ DMA), il-partijiet ftiehmu li l-IKĠ għandha tintermedja post closing l-iswaps interni, jiġifieri ġġorr il-piż li tiffinanzja l-ħtieġa ta’ kollateral fi flus marbuta ma’ dawn l-iswaps. Il-likwidità tiġi pprovduta bi prezz tas-suq (li jkun definit permezz ta’ metodoloġija assigurata mill-awtoritajiet Franċiżi) lill-IKĠ mill-azzjonisti tagħha. DCL ser jikkumpensa lill-IKĠ bil-ħlas ta’ kumpens finanzjarju ta’ EUR 130 miljun għal din l-interpożizzjoni. |
|
(207) |
Barra minn hekk, DCL ser jintrabat li jikkoopera mal-IKĠ biex fl-2013 jitwettaq l-iżmembrament tat-titolizzazzjonijiet “Dexia Crediop per la cartolarizzazione” (“DCC”) sabiex jiġu sostitwiti l-porzjonijiet tat-titolizzazzjoni fil-grupp tal-assi ta’ DMA bl-assi sottostanti li mbagħad jinżammu direttament. Se jkun meħtieġ li dan l-iżmembrament iwassal għall-implimentazzjoni tal-iswaps bejn DMA u Crediop. Dawn l-iswaps imbagħad ikunu intermedjati mill-IKĠ u din l-intermedjazzjoni twassal għall-kumpens minn Dexia, li għandu jiġi kkalkulat bl-istess mod bħal dak deċiż għall-iswaps interni intermedjati fil-closing taċ-ċessjoni ta’ DMA. |
|
(208) |
F’każ li jintużaw swaps (jew derivattivi oħrajn), dawn sejrin isiru direttament mill-IKĠ u/jew DMA, mingħajr l-intermedjazzjoni ta’ DCL. |
|
(209) |
L-awtoritajiet Franċiżi jintrabtu li l-azzjonisti finali ta’ DMA jżommu l-kapitalizzazzjoni tagħha f’livell suffiċjenti sabiex tassorbi kwalunkwe telf fuq il-portafoll eżistenti tagħha relatat mal-possibbiltà ta’ riskju ta’ litigazzjoni rrapreżentat mis-self sensittiv. Kull rikapitalizzazzjoni futura tkun soġġetta għall-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni. |
|
(210) |
L-azzjonisti finali ta’ DMA għandhom jikkontribwixxu, bħala parti mill-prinċipji li ġejjin, għall-ħtiġijiet ta’ finanzjament tal-IKĠ u ta’ DMA:
|
|
(211) |
Il-parti tal-bilanċ ta’ DMA, stmat għal EUR [20-40] biljun fit-30 ta’ Settembru 2012, li ma tikkorrispondix għal self eżistenti lil xi awtoritajiet lokali Franċiżi u istituzzjonijiet pubbliċi tas-saħħa fi Franza għandha titqiegħed f’ġestjoni estintiva. |
|
(212) |
Fil-fatt, kif jirriżulta minn dak li ntqal fil-premessi preċedenti, l-attivitajiet tal-IKĠ, ta’ DMA u tal-IK sejrin ikunu limitati għal attivitajiet ta’ finanzjament ta’ awtoritajiet lokali Franċiżi u ta’ istituzzjonijiet pubbliċi tas-saħħa fi Franza. Madankollu, porzjon tal-bilanċ pendenti ta’ DMA ma jikkorrispondix għal dawn l-attivitajiet. Din il-parti tal-ammont pendenti, li mhijiex sejra tibqa’ tikkorrispondi għall-attivitajiet ta’ DMA wara ċ-ċessjoni tal-kumpanija, sejra titqiegħed f’ġestjoni estintiva u l-IK ma tkun tista’ tagħti l-ebda self lil awtoritajiet lokali Franċiżi u sptarijiet pubbliċi Franċiżi klijenti. |
|
(213) |
Għandu jiġi nnutat li għall-kuntrarju ta’ dak li kienu ppjanaw skont il-proġett inizjali ta’ ċessjoni ta’ DMA, kif ippreżentat f’nota tal-awtoritajiet Franċiżi f’April 2012 deskritt fit-taqsima 2.3.5. tad-Deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni kondizzjonali, il-partijiet għall-operazzjoni ta’ ċessjoni ta’ DMA rrinunzjaw li Dexia SA u DCL jagħtu lil DMA garanzija msejħa “stop loss” f’każ ta’ telf fuq l-ammont pendenti medju ta’ self inkluż fil-bilanċ ta’ DMA u garanzija għas-“self sensittiv” fuq portaforll ta’ kreditu “sensittiv” li tammonta għal madwar EUR 10 biljun u li tkopri kemm it-telf relatat ma’ litigazzjoni potenzjali kif ukoll mat-telf li jirriżulta minn negozjar mill-ġdid jew mir-ristrutturar. |
|
(214) |
L-Istati Membri kkonċernati irtiraw ukoll żewġ garanziji mill-Istat inizjalment maħsuba bħala parti mill-operazzjoni DMA: kontrogaranzija tal-Istat Franċiż fuq l-obbligazzjonijiet ta’ Dexia SA u ta’ DCL taħt is-self sensittiv lill-assi ta’ DMA (51) u estensjoni tal-garanzija ta’ rifinanzjament tal-Istati Membri kkonċernati għall-obbligi ta’ nofs it-terminu ta’ DCL fuq programm ta’ obbligi […], sabiex jevitaw l-implimentazzjoni tal-klawsoli ta’ ħlas lura antiċipat f’każ ta’ ċessjoni sostanzjali ta’ assi. |
|
(215) |
Barra minn hekk, huwa mistenni li, maċ-ċessjoni tal-IKĠ, “l-ebda garanzija ma tingħata minn DCL u [Dexia] fuq is-self (i) konkluż minn DCL u trasferit lil DMA jew (ii) konkluż minn DCL f’isem DMA jew (iii) konkluż direttament minn DMA” (52). Għalhekk, l-IKĠ u DMA għandhom fil-prinċipju jġorru t-telf marbut ma’ dawn it-tliet tipi ta’ self, l-aktar dak relatat ma’ irregolarità jew nuqqas ta’ konformità li taffettwa lil dan is-self, l-eżistenza tiegħu u l-validità tiegħu. Madankollu, “DCL ser jibqa’ marbut bis-sentenzi ta’ danni li DCL ikun ordnat iħallas lil min jissellef skont it-termini tas-Self (i) fir-rigward ta’ ħsara mġarrba minn min ikun issellef ikkawżata direttament minn ksur minn DCL tal-obbligi kuntrattwali, legali jew regolatorji tiegħu u (ii) li ma tkunx ir-riżultat ta’ kanċellazzjoni tas-Self ikkonċernat, ta’ bidla f’wieħed jew aktar termini jew kundizzjonijiet tiegħu jew li ma tqiegħedx lil min jissellef f’sitwazzjoni simili għal dik li kien ikun fiha kieku s-Self jew xi wieħed jew aktar mit-termini jew il-kundizzjonijiet tiegħu kienu soġġetti għal Deċiżjoni ġudizzjarja ta’ kanċellazzjoni jew ta’ modifika.” (53) |
|
(216) |
Skont l-awtoritajiet Franċiżi, “DMA, l-IKĠ u l-IK, li l-attivitajiet tagħhom sejrin ikunu limitati għall-finanzjament tal-awtoritajiet lokali Franċiżi u tal-isptarijiet pubbliċi Franċiżi flimkien sejrin jiffurmaw “bank ta’ żvilupp” ” (54). |
|
(217) |
L-awtoritajiet Franċiżi indikaw li bank ta’ żvilupp kien meħtieġ sabiex jegħleb il-falliment tas-suq osservat fil-finanzjament tal-awtoritajiet lokali Franċiżi u tal-isptarijiet pubbliċi Franċiżi. L-awtoritajiet ippreżentaw ukoll xi analiżijiet li fihom jingħad li d-domanda annwali ta’ finanzjament ta’ dawn tal-aħħar hija ta’ madwar EUR 20-24 biljun filwaqt li l-offerta tal-banek hija limitata għal madwar EUR 10 biljun. |
|
(218) |
Dan l-iżbilanċ huwa l-aktar dovut għall-irtirar ta’ Dexia li kellha madwar [40-50]% tas-suq. |
2.3.2. Impenji
|
(219) |
L-impenji relatati mal-operazzjoni ta’ ċessjoni ta’ DMA u mal-introduzzjoni tal-bank ta’ żvilupp il-ġdid huma dawn li ġejjin, u li t-text awtentiku tagħhom huwa mehmuż fl-Anness III: |
(a) Żamma tal-kapital
|
(220) |
Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar 2013, DCL għandu jċedi 100 % tal-kapital tal-IKĠ lill-Istat Franċiż, lis-CDC u lil Banque Postale bil-prezz ta’ EUR 1 deskritt mill-Istati Membri kkonċernati bħala “prezz tas-suq” li jikkorrispondi għall-prezz tax-xiri ta’ DMA u għal dak tal-għodod u r-riżorsi trasferiti minn DCL, jew magħmula disponibbli tal-IKĠ, sa mhux aktar tard mid-data taċ-ċessjoni ta’ DMA. |
|
(221) |
Il-Banque Postale ikun jista’ jżid is-sehem tiegħu fil-kapital tal-IKĠ bil-prezz tas-suq iddeterminat minn esperti indipendenti u skont metodi ġeneralment aċċettati f’każijiet komparabbli sabiex is-sehem tiegħu fil-kapital tal-IKĠ ikun finalment ugwali għas-sehem tal-ammont pendenti relatat mal-produzzjoni l-ġdida fil-cover pool ta’ DMA. |
(b) L-attivitajiet tal-bank ta’ żvilupp il-ġdid
|
(222) |
L-ambitu ta’ attività tal-IK ser ikun limitat għall-finanzjament tal-awtoritajiet lokali Franċiżi kif ukoll dak tal-istituzzjonijiet pubbliċi Franċiżi tas-saħħa. Is-self kummerċjali inizjalment ikun irreġistrat fil-bilanċ ta’ La Banque Postale imbagħad trasferit lil DMA taħt kundizzjoni ta’ konformità mal-politika ta’ impenn ta’ DMA (55). Is-self li ma jissodisfax il-kriterji stabbiliti minn dan l-impenn ma jistax ikun trasferit lil DMA. |
|
(223) |
L-offerta tal-prodotti tal-IK sejra tkun sempliċi, magħmula minn prodotti “plain vanilla” b’metodi ta’ pprezzar sempliċi u trasparenti. Hija għandha tissodisfa l-kundizzjonijiet deskritti fin-nota awtorizzata pprovduta lill-Kummissjoni fit-8 ta’ Ottubru 2012 (Anness IV – b mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni). |
|
(224) |
Il-finanzjamenti sejrin ikunu offruti lill-awtoritajiet lokali Franċiżi u lill-istituzzjonijiet pubbliċi Franċiżi tas-saħħa fuq kundizzjonijiet tas-suq li ma jkunux aktar attraenti minn dawk offruti mill-banek kummerċjali l-oħrajn. Dan ikun ifisser li l-IK ma tkunx tista’, fil-komunikazzjonijiet kummerċjali tagħha, tagħmel offerti aktar attraenti mill-prattika tas-suq. Il-fiduċjarju inkarigat mis-sorveljanza ser ikollu wkoll il-kompitu li jiddefinixxi l-metodi li bihom ikun jista’ jikkontrolla l-konformità ma’ dan l-impenn. |
|
(225) |
L-attivitajiet tal-IKĠ, ta’ DMA u tal-IK huma awtorizzati għal perjodu ta’ 15-il sena, diment li, fl-aħħar ta’ dan il-perjodu u mingħajr preġudizzju għall-impenn fil-premessa (227) hawn taħt: 1) għall-attivitajiet ta’ finanzjament lill-awtoritajiet lokali, din l-approvazzjoni tiġġedded fl-istess kundizzjonijiet sakemm ikun għadu jeżisti falliment fis-suq; 2) għall-attivitajiet ta’ finanzjament tal-istituzzjonijiet pubbliċi Franċiżi tas-saħħa, it-tiġdid ta’ din l-approvazzjoni tkun tiddependi fuq il-prova ta’ falliment fis-suq. |
|
(226) |
Minn perjodu ta’ tliet snin wara d-deċiżjoni finali, l-awtoritajiet Franċiżi jkunu jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni tivverifika li l-pjan tan-negozju globali tal-IKĠ, DMA u tal-IK ikun jissodisfa l-istandards ta’ profittabbiltà ta’ bank kummerċjali għat-trasformazzjoni tagħhom, soġġett għal awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni, f’bank kummerċjali. |
|
(227) |
Ir-rabtiet kuntrattwali ta’ servizzi bejn, minn naħa, il-grupp Dexia u, min-naħa l-oħra, DMA, l-IKĠ u l-IK, sejrin ikunu limitati għal dawk deskritti fin-noti tat-8 u tal-11 ta’ Ottubru 2012, annessi hawn (Annessi IV – c u d mehmuża ma’ din id-Deċiżjoni) u sejrin ikunu ddebitati bil-prezzijiet tas-suq. |
|
(228) |
Matul perjodu ta’ ħames snin mid-Deċiżjoni finali, DMA, l-IKĠ u l-IK mhumiex sejrin jixtru jew jinvestu f’xi kumpanija. Dan ikopri kemm il-kumpaniji li għandhom forma legali ta’ kumpanija kif ukoll l-assi kollha li jiffurmaw kumpanija. |
|
(229) |
Bl-eċċezzjoni tad-dividendi mħallsa minn DMA lill-IKĠ, DMA, l-IKĠ u l-IK mhumiex sejrin iqassmu l-ebda forma ta’ dividend fuq l-ishma tagħhom sal-31 ta’ Diċembru 2015. DMA, l-IKĠ u l-IK mhumiex sejrin iħallsu kupuni, ħlief jekk ikunu obbligati b’kuntratt minħabba impenn meħud qabel l-14 ta’ Diċembru 2012. |
|
(230) |
L-Istat għandu jiżgura li DMA, l-IKĠ u l-IK jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ fir-rigward tal-pagi u s-salarji, speċjalment mal-limiti tas-salarji applikabbli għall-istituzzjonijiet bankarji u mar-restrizzjonijiet li jkunu direttament relatati maż-żamma diretta jew indiretta, mill-Istat tal-kontroll ta’ DMA, l-IKĠ u l-IK. L-Istat jintrabat li jiżgura li DMA, l-IKĠ u l-IK jirrispettaw b’mod strett il-kundizzjonijiet li l-Kummissjoni timponi fuq dan il-punt fil-kuntest tal-implimentazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. |
|
(231) |
F’dan ir-rigward, l-awtoritajiet Franċiżi għandhom jagħmlu l-aħjar użu possibbli mill-fondi pubbliċi f’dak li jirrigwarda l-pagi u s-salarji attribwibbli lill-impjegati tal-banek soġġetti għall-pjan ta’ ristrutturar. B’mod partikolari, l-Istat għandu jara li l-pjan tan-negozju sottomess lill-Kummissjoni (56) jiġi implimentat b’mod rigoruż. L-Istat għandu wkoll jissottometti lill-Kummissjoni proposti dwar it-tnaqqis tal-ispejjeż ġenerali u tal-persunal ta’ DMA, tal-IKĠ u tal-IK jekk, fl-aħħar tas-sena tal-kontijiet inkwistjoni: (i) il-marġni pożittiv ikun aktar minn 20 % inqas mill-mira mħabbra fil-pjan tan-negozju (57); (ii) id-dħul nett (minbarra l-kontinġenzi) ikun aktar minn 25 % inqas mill-mira mħabbra; (iii) jiġi rreġistrat telf fid-dikjarazzjoni tad-dħul; jew (iv) DMA, l-IKĠ jew l-IK ma jibqgħux jilħqu l-proporzjonijiet regolatorji minimi fis-seħħ. Dan l-impenn għandu jkollu effett mir-rapporti finanzjarji kkonsolidati għall-2013. |
(c) Il-ġestjoni tal-self pendenti mdaħħal fil-karta tal-bilanċ ta’ DMA
|
(232) |
Is-self ikkapitalizzat ta’ DMA u li ma jkunx ingħata lill-istituzzjonijiet pubbliċi Franċiżi tas-saħħa jew lill-awtoritajiet lokali Franċiżi jitqiegħed f’ġestjoni estintiva: b’mod partikolari ma jingħata l-ebda self ġdid lil klijenti li ma jaqgħux taħt l-ambitu ta’ attività definit hawn fuq (premessa (222)). |
|
(233) |
Is-self mogħti lill-awtoritajiet lokali Franċiżi jew lill-istituzzjonijiet pubbliċi Franċiżi tas-saħħa u kklassifikati barra l-Karta ta’ Gissler jew ikklassifikati E3, E4 jew E5 fil-Karta ta’ Gissler jew li għandhom punteġġ ta’ 11 jew aktar fl-iscoring intern ta’ Dexia (“is-self sensittiv”) għandu jkun soġġett għal desensitizzazzjoni magħmula mill-IKĠ u ffinanzjata minn DMA. Din id-desensitizzazzjoni ser ikollha l-għan li tnaqqis ir-riskju relatat u tkun tista’ tiġi akkumpanjata minn produzzjoni ġdida. |
|
(234) |
L-IK mhijiex sejra tikkumerċjalizza finanzjament lill-klijenti li jkollhom self sensittiv u li jkunu f’sitwazzjoni ta’ ammont pendenti jew ta’ litigazzjoni fuq il-bilanċ pendenti ta’ DMA. |
|
(235) |
DMA għandha tiffinanzja mill-ġdid is-self mogħti mill-IK kif ukoll dak relatat mal-ammont pendenti eżistenti. Mill-implimentazzjoni taċ-ċessjoni ta’ DMA, il-bilanċ ta’ DMA ser ikun soġġett għal ġestjoni partikolari relatata, l-ewwel nett mal-preżenza ta’ self sensittiv li l-volum globali tiegħu huwa stmat li huwa EUR 9,4 biljun u t-tieni, mat-tqegħid f’ġestjoni estintiva tas-self li ma jikkorrispondix għall-attivitajiet ta’ bank ta’ żvilupp definiti fil-premessa (222) ta’ dawn l-impenni u li l-volum globali tiegħu huwa stmat għal EUR [20-40] biljun fit-30 ta’ Settembru 2012. |
(d) Il-provvista ta’ likwidità lill-IKĠ u lil DMA
|
(236) |
L-Istat Franċiż, is-CDC u La Banque Postale jintrabtu li jipprovdu l-likwidità meħtieġa lill-IKĠ u lil DMA. Dawn il-provvisti ta’ flus sejrin isiru skont il-kundizzjonijiet deskritti fin-nota approvata mogħtija lill-Kummissjoni fit-8 ta’ Ottubru 2012 u mehmuża hawnhekk (Anness IV – a, mehmuża ma’ din id-Deċiżjoni). Fil-każ tas-CDC, dawn il-kontribuzzjonijiet sejrin ikunu limitati għal EUR 12,5 biljun. |
|
(237) |
Dexia SA u DCL jieqfu għal kollox milli jipprovdu flus lil DMA u lill-IKĠ meta tiġi ffinalizzata ċ-ċessjoni ta’ DMA. |
(e) Il-livell tal-kapital tal-IKĠ u ta’ DMA
|
(238) |
L-Istat Franċiż, is-CDC u La Banque Postale jintrabtu li jżommu l-livell ta’ kapital meħtieġ sabiex ilaħħqu mal-possibbiltà ta’ telf fuq il-portafoll eżistenti ta’ DMA. Kull żieda fil-kapital ta’ DMA għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni skont ir-regoli dwar l-implimentazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat. |
(f) Fiduċjarju inkarigat mill-monitoraġġ u l-implimentazzjoni
|
(239) |
Fiduċjarju inkarigat mill-monitoraġġ tal-impenji għandu jaġixxi f’isem u għan-nom tal-Kummissjoni u għal dan il-għan ikun jista’ jistaqsi kwalunkwe mistoqsija lill-Istat Franċiż, lis-CDC u lil La Banque Postale, lil DMA, lill-IKĠ jew lill-IK u jikseb kwalunkwe dokument mingħandhom. Huwa għandu jinħatar skont dawn il-kundizzjonijiet:
|
|
(240) |
Il-missjoni tal-fiduċjarju inkarigat mill-monitoraġġ għandha tkun dik difinita hawn taħt:
|
|
(241) |
Sakemm iddum l-awtorizzazzjoni tal-attivitajiet tal-bank ta’ żvilupp kif definiti f’dawn l-impenji, l-Istat għandu jibgħat lill-Kummissjoni kull informazzjoni li din tista’ tixtieq sabiex tikkontrolla l-konformità ma’ dawn l-impenji. Fi tmiem il-missjoni tal-fiduċjarju inkarigat mill-monitoraġġ, l-Istat għandu wkoll jagħti lill-Kummissjoni rapport annwali dwar il-konformità mal-impenji msemmija. |
2.4. DESKRIZZJONI TAL-MIŻURA TAL-BEJGĦ TA’ DBB/BELFIUS LILL-ISTAT BELĠJAN U TAL-PJAN TA’ RISTRUTTURAR TA’ DBB/BELFIUS
2.4.1. Il-miżura tal-bejgħ ta’ DBB/Belfius
|
(242) |
Fid-9 ta’ Ottubru 2011, permezz tas-Société Fédérale de Participations et d’Investissements (SFPI), il-Belġju ppropona lil Dexia SA li jixtri 100 % tal-parteċipazzjoni ta’ dan tal-aħħar f’DBB/Belfius u s-sussidjarji tiegħu, minbarra ta’ DAM, għal ammont fiss ta’ EUR 4 biljun. L-akkwist jinkludi wkoll l-istrumenti tal-portafoll legacy ta’ valur ta’ madwar EUR 18-il biljun. |
|
(243) |
Din l-offerta ġiet aċċettata mill-Bord tad-Diretturi ta’ Dexia SA fl-10 ta’ Ottubru 2011. |
|
(244) |
Il-ftehim ta’ ċessjoni jinkludi wkoll mekkaniżmu ta’ prezz addizzjonali għal Dexia SA f’każ ta’ possibbiltà ta’ bejgħ mill-ġdid bi qligħ fi żmien 5 snin (imsejjaħ “sehem varjabbli”). Taħt il-mekkaniżmu tas-sehem varjabbli jekk, fi żmien 5 snin mid-data tat-tifdija tal-ishma ta’ DBB/Belfius, dawn jinbiegħu lil xi parti terza (minbarra l-Istat Federali Belġjan, ir-reġjuni Belġjani jew kwalunkwe kumpanija pubblika jew kumpanija kkontrollata minnhom), Dexia SA tirċievi porzjon minn kull qligħ eventwali magħmul mill-Belġju ta’ aktar mill-ammont ta’ 10,5 %. Dan il-porzjon tal-qligħ dovut lil Dexia SA ikun ta’ 100 % f’każ li l-bejgħ isir fl-ewwel 18-il xahar mid-data tal-fidwa. Il-porzjon tal-qligħ dovut lil Dexia SA mbagħad jitnaqqas gradwalment b’6,25 % għal kull sitt xhur. |
|
(245) |
Skont in-notifika tal-miżura tal-fidwa ta’ DBB/Belfius, kien ukoll previst li kemm jista’ jkun jitnaqqas il-finanzjament fi ħdan il-grupp ta’ DBB/Belfius lil DCL, li dak iż-żmien kien jammonta għal EUR 53 biljun li minnhom EUR 33 biljun ma kinux iggarantiti (58). Għalhekk, qabel l-iffirmar tal-ftehim ta’ garanzija temporanja fuq ir-rifinanzjament ta’ Dexia u ta’ DCL, kellu jsir ftehim fuq skeda għat-tnaqqis gradwali fil-finanzjament mogħti minn DBB/Belfius lill-grupp Dexia. Hekk kif il-garanzija temporanja tkun implimentata, DCL u Dexia kellhom joħorġu strumenti garantiti mill-Istati Membri kkonċernati, li kellhom iservu parzjalment sabiex jitħallsu lura l-finanzjamenti fi ħdan il-grupp mogħtija minn DBB/Belfius lil DCL u s-sussidjarji tiegħu (59). Skont ittra tas-16 ta’ Diċembru 2011, DBB/Belfius intrabat li jissottoskrivi bonds garantiti mill-Istati Membri kkonċernati maħruġa minn DCL taħt il-garanzija temporanja għal valur ekwivalenti f’kollateral eliġibbli għall-Bank Ċentrali Ewropew ta’ EUR 12-il biljun, filwaqt li DCL intrabat li jalloka dawn il-fondi għall-ħlas lura tal-finanzjamenti mhux garantiti ta’ DBB/Belfius għal ammont nominali ta’ EUR 12-il biljun. |
|
(246) |
Fl-aħħar nett, l-Istat Belġjan jaqbel li Dexia tkun immuni kontra kull riskju ta’ telf relatat mal-ammont pendenti fuq Arco, Ethias u l-Holding Communal (azzjonisti ta’ Dexia SA), partikolarment li jirrigwarda 1) parteċipazzjoni jew kull forma oħra ta’ inċentiv tal-imsemmija azzjonisti fil-kapital jew fil-prestazzjoni ta’ DBB/Belfius; jew 2) kwalunkwe riorganizzazzjoni, skedar mill-ġdid jew maħfra ta’ dejn minn DBB/Belfius li jirrigwarda s-self mogħti minn DBB/Belfius jew mis-sussidjarji tiegħu lil xi wieħed jew aktar mill-imsemmija azzjonisti; jew 3) il-konsegwenzi ta’ kwalunkwe sitwazzjoni ta’ kompetizzjoni li tinvolvi entitajiet tal-grupp Arco, Holding Communal jew Ethias. |
|
(247) |
L-awtoritajiet Belġjani bagħtu wkoll stima tal-valur ta’ DBB/Belfius magħmula minn espert indipendenti li, abbażi tal-kontijiet ta’ DBB/Belfius fit-30 ta’ Ġunju 2011, jistma l-valur tiegħu għal bejn EUR 3,4 u 4,2 biljun skont il-metodi Price/Earnings (Prezz/Qligħ) multipli u Price/Total book value (Prezz/Valur tal-kontabbiltà) multipli kif ukoll f’firxa bejn EUR 2,8 u 7,2 biljun skont il-metodu Gordon Growth. |
2.4.2. Il-pjan ta’ ristrutturar ta’ DBB/Belfius
|
(248) |
Fis-17 ta’ April 2012, l-awtoritajiet Belġjani informaw lill-Kummissjoni dwar il-mudell kummerċjali ta’ DBB/Belfius. Din l-informazzjoni kienet issupplimentata minn sensiela ta’ ittri u laqgħat bejn is-17 ta’ April 2012 u t-23 ta’ Novembru 2012, imbagħad minn pjan finali ppreżentat fis-26 ta’ Novembru 2012. Din l-informazzjoni tinkludi fost oħrajn:
|
|
(249) |
It-tabella ta’ hawn taħt turi għal kull sena bejn l-2012 u l-2016 ir-riżultati, il-qligħ u s-solvenza proġettati ta’ DBB/Belfius f’xenarju bażiku. Tabella 8 Xenarju bażiku ta’ DBB/Belfius – riżultati, qligħ u solvenza proġettati
|
(a) Preżentazzjoni ġenerali
|
(250) |
DBB/Belfius huwa primarjament attiv fuq is-suq Belġjan tas-servizzi finanzjarji lis-settur pubbliku u parapubbliku (minn hawn ‘il quddiem “Public and Wholesale Banking” jew “PWB”), is-servizzi finanzjarji għall-individwi (minn hawn ‘il quddiem “Retail and Commercial Banking” jew “RCB”) u tal-assigurazzjonijiet. DBB/Belfius għandu sehem mis-suq (61) fil-Belġju ta’ [10 %-15]% fi krediti PWB, ta’ 13 % ta’ tfaddil RCB, ta’ 15 % f’ipoteki RCB, 9,5 % f’assigurazzjonijiet tal-ħajja u 5 % f’assigurazzjonijiet mhux tal-ħajja. DBB/Belfius għandu madwar 3,8 miljun klijent. DBB/Belfius kellu karta tal-bilanċ ta’ EUR 233 biljun fl-aħħar tal-2011 u proporzjon ta’ solvenza Core Tier 1 Basel II ta’ 11,8 % fl-aħħar tal-2011. DBB/Belfius irreġistra telf nett wara t-taxxa ta’ EUR 1,37 biljun fuq l-2011. |
|
(251) |
Il-pjan ta’ ristrutturar ta’ DBB/Belfius jipprovdi ċ-ċentrar tal-bank fuq is-swieq ewlenin tiegħu ta’ servizzi finanzjarji lis-settur pubbliku u parapubbliku, is-servizzi finanzjarji għall-konsumaturi u l-assigurazzjonijiet permezz taż-żamma tal-pożizzjoni tiegħu tat-tielet l-akbar attur bħala bank tal-assigurazzjonijiet fil-Belġju. Mhux maħsub xi żvilupp internazzjonali. Skont l-awtoritajiet Belġjani, il-pjan ta’ ristrutturar għandu jwassal għal tnaqqis ta’ 20 % tad-daqs totali tal-bilanċ ta’ DBB/Belfius fil-31 ta’ Diċembru 2016 meta mqabbel mal-31 ta’ Diċembru 2011. It-total tal-bilanċ ta’ DBB/Belfius għandu jammonta għal EUR 185 biljun fl-aħħar tal-2016 meta mqabbel EUR 233 biljun fl-aħħar tal-2011. |
|
(252) |
Fuq il-perjodu ta’ ristrutturar 2012-2016, il-grupp DBB/Belfius iqis li jista’ jiġġenera EUR [0,5-3] biljun ta’ qligħ mhux distribwit (62) li għandu jsaħħaħ il-kapital regolatorju tiegħu. Dan il-qligħ għandu jinqasam […] bejn l-impjiegi PWB, RCB u l-assigurazzjoni. |
|
(253) |
Il-pjan ta’ ristrutturar jippjana deleveraging kbir u de-risking tal-assi tal-grupp. L-espożizzjoni mhux garantita fuq Dexia tnaqqset għal livell qrib iż-żero minn Marzu 2012. It-titoli bankarji garantiti maħruġa minn DCL li huma miżmuma sejrin jimmaturaw minn issa sal-2015. L-espożizzjoni sovrana u parasovrana sejra titnaqqas. EUR [200-500] miljun tal-baġit (bank u assigurazzjoni) ġew allokati għad-de-risking tal-portafolli. |
|
(254) |
Il-proporzjon spejjeż/dħul għandu jilħaq livell ta’ 69 % (bank) minħabba l-isforzi kbar ta’ produttività u kontroll kontinwu tal-ispejjeż. L-ekonomiji ewlenin għandhom isiru permezz ta’ negozjar mill-ġdid tal-kuntratti ta’ servizzi mal-fornituri esterni, it-titjib tal-produttività tal-aġenziji u aġġustament tal-ispejjeż tal-persunal. |
|
(255) |
L-għan tal-pjan ta’ ristrutturar huwa li jinżamm is-sehem tas-suq attwali ta’ DBB/Belfius fis-swieq ewlenin tiegħu. |
(b) Is-segment tal-PWB
|
(256) |
Rigward is-segment tal-PWB fuq il-perjodu 2012-2016, il-grupp għandu l-ħsieb li jżomm is-sehem tiegħu tas-suq (7,4 % fl-2011) fid-depożiti bi tkabbir annwali konformi ma’ dak tas-suq (3-4 %). Is-self pendenti tal-grupp m’għandux jiżdied, bis-self il-ġdid jikkumpensa dak li jkun immatura. Peress li t-tkabbir annwali tas-suq huwa stmat għal 3-4 %, is-sehem tas-suq ta’ DBB/Belfius għandu jonqos minn [10-15]% fl-aħħar tal-2011 għal [10-15]% fl-aħħar tal-2016. Il-proporzjon tas-self fuq id-depożiti (Loan to Deposit ratio) għaldaqstant għandu jitjieb mekkanikalment u jkun inqas minn […] mill-2013 meta mqabbel ma’ […] fl-2012 u […] fl-2011. |
|
(257) |
Il-grupp qed jikkunsidra produzzjoni ġdida ta’ self Public Banking ta’ madwar EUR [2,5-5] biljun fl-2013 u massimu ta’ EUR [2,5-6] biljun għas-snin ta’ wara. Is-self totali pendenti għandu jibqa’ stabbli għal EUR [25-50] biljun. F’dak li jirrigwarda l-prezz propost lill-klijenti fuq is-self, DBB/Belfius uża approċċ aktar konservattiv milli fil-passat li b’mod partikolari jikkunsidra aktar il-prezz tal-likwidità. Dan tal-aħħar qabel kien ikun stabbilit b’rata fissa skont it-tul tas-self. Għalhekk il-prezz propost lill-klijenti kien ikun medja ta’ Euribor+ [100-200] punt bażi fl-ewwel kwart tal-2012 meta mqabbel ma’ Euribor+ [50-150] punt bażi fl-ewwel kwart tal-2011. Dan il-pricing ġdid jiġġenera marġni gross ta’ [0-50] punt bażi. Madankollu, minħabba d-durata għolja tal-krediti ta’ investiment, il-marġni medja fuq l-ammonti pendenti hija mistennija li tiżdied aktar bil-mod biex tilħaq [0-50] punt bażi fl-2016. |
|
(258) |
Id-depożiti pendenti għandhom jiżdiedu b’madwar [0-5]% fis-sena u jilħqu EUR [15-25] biljun fl-aħħar tal-2016 meta mqabbla ma’ EUR [15-25] biljun fl-aħħar tal-2012. Il-marġni li tirriżulta mid-depożiti għandha tinżel għal [20-60] punt bażi fl-aħħar tal-2016 meta mqabbla ma’ [30-70] punt bażi fl-2012 u [50-100] punt bażi fl-2011. |
(c) Is-segment RCB
|
(259) |
Id-depożiti (kontijiet kurrenti, kontijiet ta’ tfaddil u depożiti għal perjodu qasir) tal-klijenti tal-bank li jipprovdi servizzi lill-konsumatur kienu jammontaw għal EUR 60 biljun fl-aħħar tal-2011. DBB/Belfius ibassar żieda ta’ madwar EUR [0-5] biljun fis-sena sabiex jilħaq pendenti ta’ EUR [50-100] biljun fl-aħħar tal-2016. |
|
(260) |
Iż-żieda annwali tal-pendenti tad-depożiti mingħajr maturità fissa (kontijiet kurrenti u kontijiet ta’ tfaddil) għandha tkun ta’ [0-5]%, livell konformi mat-tkabbir annwali tas-suq. Is-sehem mis-suq ta’ DBB/Belfius għandu jibqa’ globalment stabbli bejn l-2011 u l-2016. Bl-eċċezzjoni tas-sena 2012/2013 li matulha DBB/Belfius ibassar marġnijiet […] (bħall-prodotti l-oħrajn proposti lill-klijenti RCB tieghu), il-marġni fuq id-depożiti għal perjodu qasir għandha tistabbilizza għal madwar [25-80] punt bażi fl-2015/2016, livell ftit ogħla minn dak tas-snin 2008-2011. |
|
(261) |
DBB/Belfius ibassar produzzjoni annwali ta’ self għall-proprjetà ta’ EUR [0-5] biljun b’marġni inizjali […] ta’ [0-25] punt bażi fl-2012 imbagħad ta’ [5-30] punt bażi fl-2013, livell komparabbli ma’ dak tal-2010/2011. Mill-2014, il-marġni kellu jkun ta’ [10-35] punt bażi. Il-marġnijiet ippjanati fuq il-prodotti l-oħra (self għall-konsumatur, self kummerċjali eċċ.) kellhom ikunu ferm inqas minn dawk li kienu fl-2010/2011. Il-marġnijiet fuq is-self għall-konsumatur għandhom pereżempju jkunu ta’ [150-300] punt bażi meta dawn kienu inklużi bejn [300-450] punt bażi u [450-600] punt bażi fl-2010/2011. |
|
(262) |
Is-self pendenti għandu jilħaq EUR [25-50] biljun fl-2016 meta mqabbel ma’ [5-15]-il biljun fl-aħħar tal-2011, jiġifieri żieda ta’ madwar 10 %. |
|
(263) |
DBB/Belfius qed jikkunsidra l-għeluq ta’ 41 aġenzija, b’mira ta’ 777 fergħa fl-aħħar tal-2013 meta mqabbla ma’ 818 fl-2011. 500 fergħa sejrin ikunu mibdula f’fergħat miftuħa ( “open branches” ) minn issa sal-aħħar tal-2013 b’mod li jonqsu l-ispejjeż waqt li jiffoka aktar fuq il-ġestjoni tar-relazzjoni kummerċjali u tas-servizzi b’valur kbir miżjud. L-enfasi sejra tkun fuq is-sodisfazzjon tal-klijenti li l-kejl regolari tagħha jippermetti aġġustament tal-valutazzjoni individwali. DBB/Belfius għandu jara li jżomm l-ispejjeż operattivi tiegħu (għall-attivitajiet bankarji kollha) f’livell aktar baxx minn EUR [1 300-1 450] miljun fl-2013 u EUR [1 250-1 400] miljun fl-2014. |
(d) Is-segment tal-assigurazzjoni
|
(264) |
Fir-rigward tal-assigurazzjonijiet, DBB/Belfius għandu jiffoka fuq is-suq Belġjan u għandu jżomm is-sehem tas-suq ta’ 9,5 % f’assigurazzjonijiet fuq il-ħajja u ta’ 5 % f’assigurazzjonijiet mhux tal-ħajja. Is-segment tal-assigurazzjoni tal-ħajja jirrappreżenta 80 % tan-negozju tal-assigurazzjonijiet b’EUR 2,1 biljun tal-primjums tal-assigurazzjoni tal-ħajja miġbura fl-2011 meta mqabbel ma’ EUR 509 miljun għas-segment mhux tal-ħajja. Il-bank ser jibqa’ strument preferut ta’ ġbir ta’ primjums tal-assigurazzjoni. |
|
(265) |
It-telf kbir sofrut fl-2011 wara l-implimentazzjoni tal-PSI (63) fil-Greċja kkontribwixxa għad-degradazzjoni tal-proporzjon regolatorju ta’ solvenza (Solvency I). Dan kien ta’ 102 fl-2011. Dan għandu jerġa’ jmur għal 135 mill-2012 u jiżdied gradwalment biex jilħaq livell ta’ […] fl-2016. |
|
(266) |
DBB/Belfius ibassar tnaqqis ta’ [0-5] punti mill-proporzjon tiegħu tal-ispejjeż operattivi li fl-2016 għandu jkun ta’ [25-50] għas-segment tal-ħajja u ta’ [10-30] għas-segment mhux tal-ħajja. Dan it-tnaqqis għandu jsir l-aktar permezz tar-razzjonalizzazzjoni tal-proċessi informatiċi. Barra minn hekk, permezz tal-introduzzjoni ta’ politika ġdida ta’ prezzijiet u razzjonalizzazzjoni tal-ġestjoni tal-pretensjonijiet, DBB/Belfius qed ibassar tnaqqis ta’ [5-15]-il punt mill-proporzjon tar-rata ta’ pretensjonijiet minn issa sal-2016. |
|
(267) |
F’dak li jirrigwarda s-segment tal-ħajja, DBB/Belfius kien joffri sal-2011 prinċipalment prodotti ta’ kapital garanti (B21) li kien jirrappreżenta [70-80]% tal-pendenti fl-aħħar tal-2011 meta mqabbel ma’ [20-30]% għall-prodotti alternattivi tiegħu B26 u B23 (mhux kapital garantit). DBB/Belfius jikkunsidra […] tal-primjums sottoskritti taħt il-prodotti B21 tiegħu (EUR […] miljun fis-sena meta mqabbel ma’ EUR […] biljun fl-2011) u […] tal-primjums sottoskritti għall-prodotti l-oħrajn kollha. Il-primjums kollha sottoskritti għall-prodotti tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja għandhom ikunu inqas minn EUR [0-2,5] biljun fl-2013 u minn EUR [0-3] biljun fl-2014, jekk wieħed jassumi li t-tkabbir tas-suq ikun inqas minn 4 %. |
|
(268) |
Il-portafoll tal-investiment ta’ DBB/Belfius Insurance kellu valur nominali ta’ EUR 17-il biljun fil-31 ta’ Diċembru 2011 u ġie investit għal 95 % f’titoli investment grade. Il-politika l-ġdida ta’ allokazzjoni ta’ assi definita għall-2012 timponi klassifikazzjoni minima ta’ AA għall-bonds sovrani ([70-80]% tal-portafoll) u ta’ A għall-obbligi korporattivi ([20-30]% tal-portafoll). |
(e) Il-portafoll tal-investiment
|
(269) |
DBB/Belfius kellu, fil-31 ta’ Diċembru 2011, tliet portafolli tal-investiment (PMG, ALM, DIS) (64) ta’ valur nominali totali ta’ EUR 43 biljun kif ukoll portafoll ta’ strumenti derivattivi b’valur ta’ EUR 12,8 biljun. 95 % tal-portafoll ta’ investiment kien jikkonsisti minn bonds investment grade. Il-bank tal-investiment konsulent imqabbad mill-bank stima fuq il-bażi tal-osservazzjonijiet ta’ 63 % tal-portafoll (l-espożizzjonijiet sovrani fuq il-Belġju u Franza kif ukoll l-espożizzjonijiet żgħar u dawk li mmaturaw fl-2012 kienu esklużi mill-analiżi) li t-telf mistenni ta’ dan il-portafoll kellu jkun matul l-2012-2016 ta’ EUR [350-550] miljun u EUR [800-1 000] miljun fil-każ bażiku u fil-każ ta’ stress rispettivament. Matul il-perjodu 2012-2016, minħabba d-dispożizzjonijiet diġà eżistenti u l-impatt tal-programm ta’ de-risking, dan it-telf mistenni għandu jwassal għal impatt nett ta’ EUR [200-400] miljun fuq id-dikjarazzjoni tad-dħul. |
|
(270) |
[25-50]% tal-assi tal-portafoll sejrin ikunu mmaturaw sal-2016. Dakinhar, [75-100]% tal-bonds miżmuma sejrin ikollhom klassifikazzjoni tal-kreditu ugwali għal jew ogħla minn grad ta’ investiment. |
(f) Il-portafoll tad-derivattivi
|
(271) |
Il-portafoll tad-derivattivi kellu pożizzjoni importanti fis-suq ta’ EUR –[4-10] biljun fil-31 ta’ Marzu 2012 li minnhom aktar minn [75-100]% kienu għad-derivattivi mir-rata tal-imgħax. |
|
(272) |
Il-kollateral imqiegħed minn DBB/Belfius sabiex ikopri din il-pożizzjoni fis-suq negattiva kien ta’ EUR [10-20] biljun fil-31 ta’ Marzu 2012, li minnhom EUR [0-5] biljun li mhumiex fil-forma ta’ kollateral fi flus kontanti. Ir-raġuni għad-differenza bejn l-ammont tal-kollateral fi flus kontanti mħallas u l-pożizzjoni importanti fis-suq hija l-ftehimiet unilaterali ta’ swaps (one-sided collateral agreements) konklużi bejn DBB/Belfius u xi wħud mill-kontropartijiet tiegħu u r-rekwiżiti tal-kmamar tal-ikklerjar. |
|
(273) |
[40-50]% tad-derivattivi tal-portafoll sejrin jimmaturaw minn issa sal-2016. |
(g) Finanzjament u likwidità
|
(274) |
Fil-31 ta’ Marzu 2012 DBB/Belfius kellu bafer ta’ likwidità (liquidity buffer) ta’ EUR [5-15] biljun. L-implimentazzjoni ta’ diversi miżuri (żieda fid-depożiti, ħruġ ta’ bonds ta’ ipoteki, rikors akbar għal finanzjamenti garantiti u mhux garantiti) kellha ttejjeb dan il-bafer ta’ likwidità għal EUR [30-45] biljun sal-2016. |
|
(275) |
Bejn is-26 ta’ Ottubru 2011 u l-25 ta’ Jannar 2012, DBB/Belfius naqqas l-espożizzjoni ta’ kreditu nett tiegħu fuq Dexia S.A. minn EUR [25-50] biljun għal EUR [10-30] biljun. Din l-espożizzjoni tnaqqset għal EUR [5-10] biljun fit-2 ta’ Marzu 2012 (65). Fit-2 ta’ Marzu 2012, l-espożizzjoni fi flus kontanti mhux garantita fuq il-grupp Dexia kienet ta’ EUR [600-700] miljun. Din l-espożizzjoni, imbagħad, tnaqqset għal kważi żero fis-7 ta’ Marzu 2012. |
(h) Governanza
|
(276) |
DBB/Belfius implimenta diversi kumitati ta’ riskju li jiddeċiedu dwar kull tranżazzjoni. Hemm tliet livelli ta’ ġerarkija ta’ kumitati li l-kompożizzjoni tagħhom u l-ġurisdizzjoni tagħhom jiddependu minn diversi fatturi, fosthom il-klassifikazzjoni tal-kontroparti, il-kwalità tal-kontroparti (impriża, awtorità lokali, eċċ.) u l-ammont tat-tranżazzjoni. |
(i) Xenarju ta’ stress
|
(277) |
L-awtoritajiet Belġjani pprovdew ukoll xenarju ta’ stress sabiex jiddeterminaw ir-reżistenza tal-grupp għal xokkijiet esterni. Din il-prova ta’ stress hija bbażata fil-parti l-kbira tagħha fuq il-metodoloġija ABB u tkejjel ir-reżistenza tal-grupp għal kundizzjonijiet makroekonomiċi u finanzjarji ħżiena. L-aktar affettwati huma l-mudell ta’ negozju tal-bank, ir-riskju ta’ likwidità u ta’ finanzjament tiegħu, ir-riskju ta’ kreditu u r-riskju tas-suq tal-assi miżmuma. |
|
(278) |
Ix-xenarju ta’ stress jiddeterjora b’madwar EUR [400-750] miljun id-dħul nett akkumulat qabel it-taxxi bejn l-2012 u l-2016. Dan jistabbilixxi ruħu għal EUR [0-3] biljun kontra EUR [0-3] biljun fil-każ bażiku. Ir-ritorn fuq l-ekwità tal-kontabilità 2016 ikun affettwat biss marġinalment. |
|
(279) |
Fil-każ ta’ stress, sal-2016, il-proporzjon Core Tier 1 Basel III ikun ta’ [7,5-15]% (kontra [7,5-15]% fil-każ bażiku). Il-proporzjon CAD jistabbilixxi ruħu għal [7,5-15]% kontra [7,5-15]% fil-każ bażiku. Il-bafer ta’ sigurtà jkun ta’ EUR [20-30] biljun kontra EUR [30-45] biljun fil-każ bażiku. |
2.4.3. Impenji
|
(280) |
Għar-ristrutturar ta’ DBB/Belfius, soġġett għal żmien ieħor imsemmi fl-impenni individwali, Il-Belġju jintrabat li DBB/Belfius għandu jirrispetta, sal-31 ta’ Diċembru 2014, l-impenni li ġejjin (66). |
(a) Tnaqqis tal-ispejjeż ta’ finanzjament
|
(281) |
DBB/Belfius jintrabat li jillimita l-livell assolut tiegħu ta’ miżati u spejjeż operattivi – jiġifieri l-ispejjeż tal-persunal tiegħu u spejjeż oħrajn -:
|
|
(282) |
DBB/Belfius għandu l-għan li jnaqqas il-livell assolut tiegħu ta’ miżati u spejjeż operattivi jiġifieri l-ispejjeż tal-persunal tiegħu u spejjeż oħrajn – minn EUR [1 350-1 500] miljun fl-2012 għal EUR [1 200-1 350] miljun fl-2016. |
(b) Tnaqqis tal-attivitajiet kummerċjali
|
(283) |
DBB/Belfius ser iwaqqaf l-operazzjonijiet tiegħu. Dan ifisser li DBB/Belfius ser jittratta biss it-tranżazzjonijiet li jew 1) huma meħtieġa sabiex jirċievi, jibgħat jew iwettaq ordnijiet ta’ xiri jew ta’ bejgħ tal-klijenti tiegħu, jew 2) jgħinu lil DBB/Belfius fil-ġestjoni tal-likwidità jew tal-assi u l-passiv. DBB/Belfius mhuwiex ser joħloq pożizzjonijiet għalih stess, ħlief jekk dawn iseħħu minħabba li DBB/Belfius, pereżempju, ma jwettaqx l-ordnijiet tal-klijenti tiegħu minnufih. Il-pożizzjonijiet ta’ dan it-tip u l-pożizzjonijiet ta’ ġestjoni tal-likwidità jew tal-assi u l-passiv jittieħdu biss jekk ma jikkompromettux il-vijabbiltà tal-bank u/jew tal-likwidità tiegħu. Dan huwa kompletament konformi mar-rakkomandazzjonijiet li jinsabu fir-rapport tal- “High-level Expert Group on reforming the structure of the EU Banking sector” . |
(c) Miżuri ta’ governanza u ta’ ġestjoni tar-riskju
|
(284) |
DBB/Belfius 1) ser isegwi politika kummerċjali għaqlija u prudenti bbażata fuq il-prinċipju ta’ sostenibbiltà, u 2) ser jirrevedi l-adegwatezza tas-sistemi interni ta’ inċentivi fil-kuntest tar-rekwiżiti legali u regolatorji u jiżgura li ma jipprovdux tentazzjonijiet li jittieħdu riskji inaċċettabbli u jkunu trasparenti u ffukati fuq miri fit-tul u sostenibbli. |
|
(285) |
DBB/Belfius ser itejjeb ukoll il-governanza tiegħu ta’ ġestjoni tar-riskji u tal-likwidità. Belfius diġà stabbilixxa linji gwida sabiex jiżgura ġestjoni prudenti tal-likwidità fil-futur, fosthom 1) miri ċari għal-linji tan-negozju fil-livell tal-użu tal-valutazzjonjiet, il-ġbir tad-depożiti, u l-kwalità tal-garanziji pprovduti; 2) l-implimentazzjoni ta’ inċentivi ċari (spiża jew bonus tal-likwidità) għal-linji tan-negozju. DBB/Belfius ser itejjeb ukoll il-proċessi u l-governanza għal likwidità ċentralizzata b’miri ċari u linji gwida ċari. |
(d) Projbizzjoni ta’ ħlas ta’ dividendi
|
(286) |
DBB/Belfius mhu ser iqassam l-ebda forma ta’ dividendi fuq l-ishma tiegħu. |
(e) Projbizzjoni ta’ ħlas ta’ kupuni
|
(287) |
DBB/Belfius mhu ser jagħmel l-ebda rimborż diskrezzjonali antiċipat jew ħlas ta’ kupuni fuq strumenti 1) maħruġa minn DBB/Belfius qabel l-20 ta’ Ottubru 2011, 2) miżmuma minn persuni jew entitajiet oħrajn minbarra DBB/Belfius, u 3) li l-ħlas jew it-twettiq tagħhom huwa diskrezzjonali b’applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet kuntrattwali relatati ma’ dawn l-istrumenti. |
|
(288) |
Dan l-impenn:
|
(f) Projbizzjoni ta’ akkwist
|
(289) |
DBB/Belfius mhux ser jakkwista jew jieħu interess f’kumpaniji sal-31 ta’ Diċembru 2014. Dan ikopri kemm l-impriżi li għandhom forma legali ta’ kumpanija kif ukoll l-assi kollha li jiffurmaw kumpanija. Minkejja din il-projbizzjoni, DBB/Belfius ikun jista’ jakkwista interess f’impriżi sakemm il-prezz tax-xiri mħallas għal tali akkwist ma jaqbiżx iż-0,01 % tal-bilanċ ta’ DBB/Belfius fid-data ta’ din id-Deċiżjoni u l-prezz tax-xiri mħallas akkumulat għall-akkwisti kollha ta’ din ix-xorta fuq il-perjodu kollu ta’ ristrutturar ma jaqbiżx iż-0,025 % tal-bilanċ tiegħu fid-data ta’ din id-Deċiżjoni. Il-projbizzjoni ma tapplikax għall-akkwisti li 1) isiru fl-iżvolġiment normali tan-negozju bankarju fil-ġestjoni ta’ tilwim eżistenti fir-rigward ta’ kumpaniji f’diffikultà, jew 2) li jsiru skont l-operazzjonijiet ta’ private equity. |
(g) Projbizzjoni ta’ reklamar
|
(290) |
DBB/Belfius ser joqgħod lura milli jagħmel kampanji pubbliċi ta’ komunikazzjoni kummerċjali li tippreżenta l-miżuri storiċi ta’ għajnuna mill-Istat bħala vantaġġ kompetittiv u DBB/Belfius mhux ser jirreklama l-parteċipazzjoni tal-Istat fih jew jirreferi għal kwalunkwe appoġġ finanzjarju li jingħata mill-Istat fil-komunikazzjonijiet tiegħu lill-klijenti u/jew investituri eżistenti jew potenzjali. Minkejja din il-projbizzjoni, DBB/Belfius jista’ jirreferi għall-fatt li huwa proprjetà tal-Istat u għal kwalunkwe appoġġ ieħor mill-Istat li jkun ingħata meta din ir-referenza tkun meħtieġa mid-dispożizzjonijiet legali jew regolatorji applikabbli. |
(h) Kumpens lill-korpi, lill-impjegati u lill-aġenti ewlenin
|
(291) |
Belfius ser jikkonforma mal-liġijiet fis-seħħ fir-rigward tal-pagi u s-salarji, b’mod partikolari mal-limiti tal-pagi applikabbli għall-istituzzjonijiet bankarji. Belfius ser jikkonforma mal-kundizzjonijiet li l-Kummissjoni timponi fuq dan il-punt taħt l-implimentazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. |
|
(292) |
Belfius ser jiżgura wkoll li jagħmel l-aħjar użu possibbli mill-fondi pubbliċi f’dak li jirrigwarda l-pagi u s-salarji attribwibbli lill-persunal. B’mod partikolari, Belfius ser jara li jillimita sal-minimu legali l-ammont ta’ benefiċċji tat-tluq, filwaqt li jibqa’ flessibbli sabiex iwettaq il-miri tal-Pjan Strateġiku. |
|
(293) |
Belfius ser jissottometti lill-Kummissjoni proposti dwar it-tnaqqis tal-ispejjeż ġenerali u tal-persunal tal-grupp jekk, fl-aħħar tas-sena finanzjarja inkwistjoni, (i) id-dħul bankarju nett kellu jkun aktar minn 20 % inqas mill-mira mħabbra; jew (ii) id-dħul gross operattiv kellu jkun aktar minn 25 % inqas mill-mira mħabbra; u fi kwalunkwe każ jekk (i) jiġi rreġistrat telf fid-dikjarazzjoni tad-dħul; jew (ii) l-entità ma tibqax tissodisfa r-rekwiżiti regolatorji minimi fis-seħħ għas-solvenza. Dan l-impenn ser ikun effettiv biss għall-kontijiet annwali tas-snin 2013 u 2014. |
(i) Limitu tas-self “Public Banking”
|
(294) |
DBB/Belfius jintrabat li jillimita l-produzzjoni l-ġdida tiegħu ta’ self Public Banking għal massimu ta’ EUR [2,5-5] biljun għall-2013 u EUR [2,5-5] biljun għall-2014. Jekk it-tkabbir tas-suq taqbeż ir-rata normali ta’ tkabbir annwali ta’ 4 % fis-suq tas-self Public Banking fil-Belġju fl-2013, dan l-ammont jista’ jiġi aġġustat bl-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni. Għal kull tkabbir ta’ 0,1 % addizzjonali tas-suq fl-2013 li jaqbeż ir-rata normali ta’ tkabbir annwali ta’ 4 %, il-limitazzjoni ta’ produzzjoni ġdida sejra tiżdied b’EUR [25-75] miljun fl-2014. |
(j) Limitu tal-produzzjoni ta’ assigurazzjoni tal-ħajja
|
(295) |
DBB/Belfius jintrabat li jillimita l-produzzjoni l-ġdida tiegħu fi primjums gross ta’ prodotti tal-assigurazzjoni tal-ħajja għal massimu ta’ EUR [0-2,5] biljun għall-2013 u għal massimu ta’ EUR [0-3] biljun għall-2014. Jekk it-tkabbir tas-suq jaqbeż ir-rata normali ta’ tkabbir annwali ta’ 4 % fis-suq tal-prodotti tal-assigurazzjoni tal-ħajja fil-Belġju u fil-Lussemburgu fl-2013, dan l-ammont jista’ jiġi aġġustat bl-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni. Għal kull tkabbir addizzjonali ta’ 0,1 % tas-suq fl-2013 li jaqbeż ir-rata normali ta’ tkabbir annwali ta’ 4 %, il-limitazzjoni ta’ produzzjoni ġdida tiġi miżjuda b’EUR [0- 50] miljun fl-2014. |
(k) Espert indipendenti
Rapporti
|
(296) |
Fit-30 jum ta’ xogħol ta’ kull sena u kull sitt xhur, jew kif miftiehem mod ieħor mal-Kummissjoni, l-espert indipendenti għandu jissottomettu abbozz ta’ rapport miktub bl-Ingliż jew bil-Franċiż lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet Belġjani, li jagħti lil kull wieħed l-opportunità li jippreżentaw il-kummenti tagħhom fi żmien għaxart ijiem ta’ xogħol. Fi żmien għaxart ijiem ta’ xogħol wara li jaslu dawn il-kummenti, l-espert indipendenti għandu jħejji rapport finali u jissottomettih lill-Kummissjoni, li jikkunsidra, jekk ikun possibbli u fid-diskrezzjoni sħiħa tiegħu l-kummenti ppreżentati. L-espert indipendenti għandu jibgħat ukoll kopja tar-rapport finali lill-awtoritajiet Belġjani. L-espert indipendenti jista’ jitlob l-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni sabiex juża data oħra, jekk l-ammont ta’ xogħol operattiv jagħmel id-data ta’ preżentazzjoni tar-rapporti impossibbli. |
|
(297) |
Ir-rapport għandu jkopri l-ħlas mill-espert indipendenti tal-obbligi tiegħu skont il-mandat tiegħu u r-rispett tal-impenji msemmija hawn fuq. |
Proċedura ta’ ħatra tal-espert indipendenti
|
(298) |
Għandu jinħatar espert indipendenti li jirrapporta kull sitt xhur lill-Kummissjoni dwar il-konformità mal-impenji deskritti fil-premessi (281) sa (295). L-espert indipendenti għandu jkun indipendenti, ikollu l-kwalifiki meħtieġa, u ma jkun hemm ebda kunflitt ta’ interess matul it-twettiq tal-mandat tiegħu. |
|
(299) |
Sa mhux aktar tard minn xahar wara l-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, l-awtoritajiet Belġjani għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni, għall-approvazzjoni, lista ta’ persuna waħda jew aktar li jipproponu għall-ħatra bħala espert indiipendenti. Il-Kummissjoni għandu jkollha d-diskrezzjoni li tapprova jew tirrifjuta l-fiduċjarju jew il-fiduċjarji proposti li għandhom ikunu indipendenti minn Belfius. Jekk il-Kummissjoni tirrifjuta l-fiduċjarju jew il-fiduċjarji proposti, l-awtoritajiet Belġjani jkollhom xahar min-notifika ta’ dan ir-rifjut sabiex jipproponu kandidati ġodda li għandhom ikunu approvati jew irrifjutati mill-ġdid mill-Kummissjoni. Jekk dawn ukoll ikunu rrifjutati mill-Kummissjoni, il-Kummissjoni għandha tinnomina espert indipendenti, li l-awtoritajiet Belġjani għandhom jaħtru jew jaraw li jinħatar, skont mandat approvat mill-Kummissjoni. |
Il-funzjonijiet tal-espert indipendenti
|
(300) |
L-espert indipendenti għandu jassumi d-dmirijiet imposti fuqu sabiex jiżgura l-konformità mal-impenji. Il-Kummissjoni tista’, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba tal-espert indipendenti, tagħti ordnijiet u struzzjonijiet lill-espert indipendenti sabiex tiżgura l-konformità mal-kundizzjonijiet u l-obbligi marbuta ma’ din id-Deċiżjoni. |
|
(301) |
L-espert indipendenti għandu:
|
Sostituzzjoni, kwittanza u tiġdid
|
(302) |
Jekk l-espert indipendenti ma jkomplix iwettaq il-funzjonijiet taħt l-imenji tiegħu, jew għal xi raġuni oħra, inkluż l-espożizzjoni tal-espert indipendenti għal xi kunflitt ta’ interess:
|
|
(303) |
Jekk l-espert indipendenti jkun eskluż taħt il-premessa (302), jista’ jkun meħtieġ minnu li jkompli l-funzjoni tiegħu sal-istabbiliment ta’ espert indipendenti ġdid li lilu l-espert indipendenti eskluż ikun trasferixxa l-informazzjoni kollha rilevanti. L-espert il-ġdid indipendentii għandu jinħatar skont il-proċedura msemmija fil-premessa (298). |
|
(304) |
Minbarra l-iżgumbrament ippjanat fil-premessa (302), l-espert indipendenti ma jieqafx jaġixxi bħala espert indipendenti ħlief wara li l-Kummissjoni tkun neħħietu mill-karigi tiegħu, wara li l-impenji kollha assenjati lill-espert indipendenti jkunu ġew issodisfati. |
2.5. L-ELA MOGĦTIJA MILL-BANEK ĊENTRALI BELĠJANI U FRANĊIŻI LIL DBB/BELFIUS U LIL DCL
|
(305) |
Fil-21 ta’ Ottubru 2011, il-Belġju nnotifika lill-Kummissjoni dwar miżura ta’ rikors għal DBB/Belfius għall-ELA pprovduta b’garanzija mill-Istat Belġjan, sabiex jippermetti lil DBB/Belfius jagħti finanzjamenti lil DCL. |
|
(306) |
Mill-5 ta’ Ottubru 2011, il-BNB ipprovda lil DBB/Belfius fondi taħt l-ELA. Skont il-liġi tat-22 ta’ Frar 1998 li tistabbilixxi l-istatus organiku tal-Banque Nationale tal-Belġju, l-Istat Belġjan jiggarantixxi lil BNB ir-rimborż ta’ kwalunkwe kreditu mogħti bħala parti mill-kontribut tiegħu għall-istabilità tas-sistema finanzjarja u jiggarantixxi lil BNB kontra kwalunkwe telf imġarrab wara kull operazzjoni meħtieġa f’dan ir-rigward. Din il-garanzija hija infurzabbli. |
|
(307) |
Fis-6 ta’ Ottubru 2011, il-Kunsill governattiv tal-BCE ma qajjimx oġġezzjoni għall-miżura ta’ ELA mill-BNB u l-Banque de France (Bank ta’ Franza, minn hawn ‘il quddiem “BdF”), fil-limitu tal-ammont ta’ EUR […] biljun lil DBB/Belfius u lil DCL. |
|
(308) |
Skont l-awtoritajiet Belġjani, il-BNB u l-BdF qablu li jaqsmu ugwalment ir-riskji u d-dħul nett tal-ELA mogħtija lill-grupp Dexia. Din l-ELA tibbenefika minn garanzija tal-BNB fuq it-talbiet mhux eliġibbli ta’ DBB/Belfius u tal-BdF fuq ir-riċevibbli u t-titoli mhux eliġibbli ta’ DCL, li għalihom huma applikati haircuts “xierqa”. Il-livell ta’ dawn il-haircuts ma kienx indikat lill-Kummissjoni. |
|
(309) |
It-tabella t’hawn taħt, mill-ewwel notifika tal-ewwel pjan ta’ riżoluzzjoni (is-suġġett tad-Deċiżjoni tal-estensjoni tal-proċedura) tinkludi elementi li jirrigwardaw id-data tal-għotja, l-ammont u l-maturità tal-ELA mogħtija mill-BNB lil DBB/Belfius sas-17 ta’ Ottubru 2011. Deskrizzjoni dettaljata tal-kundizzjonijiet tal-ELA tinstab fin-notifika tal-Belġju tal-21 ta’ Ottubru 2011. |
|
(310) |
F’dokument tal-awtoritajiet Belġjani tad-29 ta’ Ġunju 2012 bi tweġiba għal xi mistoqsijiet tal-Kummissjoni magħmula f’April, Mejju u Ġunju 2012 dwar il-pjan tan-negozju ta’ Belfius tinstab tabella li tindika l-ELA favur DBB/Belfius, inkluż matul perjodu wara l-akkwist tiegħu mill-Istat Belġjan. Figura 7 Livell ta’ ELA lil DBB/Belfius mill-5 ta’ Ottubru sal-1 ta’ Frar 2012 (…) |
|
(311) |
L-ammonti massimi mogħtija mill-BNB lil DBB/Belfius kienu joqorbu l-EUR […] biljun fl-aħħar ta’ Novembru/bidu ta’ Diċembru 2012. Dawn naqsu mill-bidu tas-sena 2012 u spiċċaw fl-1 ta’ Frar 2012 (67). |
|
(312) |
Għandu jiġi nnutat li l-grupp Dexia m’għadux jibbenefika mill-ELA permezz ta’ DBB/Belfius minn meta din l-entità nbiegħet lill-Istat Belġjan fl-20 ta’ Ottubru 2011. |
|
(313) |
Fin-notifika tagħhom tal-21 ta’ Ottubru 2011 dwar l-ELA tal-BNB lil DCL bħala parti mill- “ELA Framework Agreement” tal-5 ta’ Ottubru 2011 bejn NBB u DBB, l-awtoritajiet Belġjani indikaw l-eżeistenza ta’ ftehim proviżorju dwar il-qsim tad-dħul u l-ispejjeż relatati mal-ELA:
|
|
(314) |
Wara mistoqsija bil-posta elettronika tas-servizzi tal-Kummissjoni fid-19 ta’ April 2012 lill-awtoritajiet Belġjani dwar il-qsim indaqs tar-riskji u tad-dħul tal-ELA bejn il-bank ċentrali Belġjan u dak Franċiż, l-awtoritajiet Belġjani indikaw l-eżistenza ta’ ftehim ta’ garanzija ffirmat miż-żewġ banek ċentrali fit-2 ta’ Frar 2012. |
|
(315) |
Wara ittra tal-14 ta’ Mejju 2012 mis-servizzi tal-Kummissjoni lill-awtoritajiet Belġjani u dawk Franċiżi, il-Belġju u Franza bagħtu lis-servizzi tal-Kummissjoni, fis-16 ta’ Mejju 2012, kopja tal-ftehim tat-2 ta’ Frar 2012. Skont dan il-ftehim: “ Meta jitqies li l-BdF u l-BNB ftiehmu li, f’każ li jkun meħtieġ, jagħtu krediti rispettivament lil Dexia Crédit Local (DCL) u lil Dexia Banque Belgique (DBB) sabiex jipprovdu likwidità ta’ emerġenza għall-benefiċċju tal-imsemmija istituzzjonijiet ta’ kreditu u sabiex jaqsmu l-prodotti u kull telf li jirriżultaw skont l-iskema ta’ qsim ta’ 50 % għall-BNB u 50 % għall-BdF; (…) Il-Banque de France: (…)
(…) Il-Banque nationale de Belgique: (…)
|
|
(316) |
L-Istati Membri kkonċernati indikaw li l-ammonti massimi mogħtija mill-BdF lil DCL kienu madwar EUR […] biljun fl-aħħar ta’ Diċembru 2011. L-ammonti massimi mogħtija mill-BdF mit-2 ta’ Frar 2012 kienu ta’ EUR […] biljun (fil-bidu ta’ Frar 2012). |
3. IR-RAĠUNIJIET LI WASSLU GĦALL-FTUĦ TAL-PROĊEDURI FORMALI TA’ INVESTIGAZZJONI
3.1. IR-RAĠUNIJIET LI WASSLU GĦALL-FTUĦ TAL-PROĊEDURI FORMALI TA’ INVESTIGAZZJONI DWAR IL-BEJGĦ U R-RISTRUTTURAR TA’ DBB/BELFIUS
|
(317) |
Il-Kummissjoni fetħet proċedura fuq l-akkwist ta’ DBB/Belfius mill-Istat Belġjan, peress li deherilha li din l-operazzjoni setgħet tinkludi għajnuna mill-Istat inkompatibbli mas-suq intern. |
|
(318) |
Il-Kummissjoni nnutat li l-prezz tal-akkwist imħallas mill-Istat Belġjan sabiex jikseb l-ishma kollha ta’ DBB/Belfius kien ivvalutat abbażi ta’ dejta tal-karta tal-bilanċ u d-dikjarazzjoni tad-dħul tal-bank fit-30 ta’ Ġunju 2011, li ma jinkludux l-impatt negattiv tal-iżviluppi reċenti fis-sitwazzjoni finanzjarja ta’ DBB/Belfius (l-irtirar tad-depożiti u l-aħħar żieda fil-finanzjament fi ħdan il-grupp li kienet meħtieġa minħabba l-istabbiliment ta’ garanziji fi flus kontanti li jkopru t-tranżazzjonijiet fuq id-derivattivi). Barra minn hekk, il-valutazzjoni hija bbażata fuq il-previżjonijiet finanzjarji relatati ma’ DBB/Belfius u li ngħataw minn Dexia mingħajr ma dan wettaq il-verifiki minn qabel li ġeneralment isiru għal dan it-tip ta’ operazzjoni. Il-Kummissjoni enfasizzat ukoll li l-akkwist huwa assoċjat ma’ sensiela ta’ parametri li jistgħu jirriżultaw minħabba li l-prezz imħallas mhuwiex konformi mal-prinċipju tal-investitur f’ekonomija tas-suq, fosthom il-fatt li mekkaniżmu ta’ qsim tal-qligħ jiġi attivat jekk DBB/Belfius jinbiegħ bi qligħ lil xi investitur ieħor fi żmien ħames snin u li l-Istat Belġjan iħares lil Dexia kontra kull telf li jista’ jirriżulta mid-diffikultajiet li jistgħu jiltaqgħu magħhom xi wħud mill-azzjonisti tiegħu (Arco, Ethias u l-Holding Communal). Għaldaqstant, il-Kummissjoni ma kinitx konvinta li l-prezz imħallas mill-Istat Belġjan, flimkien ma’ miżuri oħrajn favur Dexia matul id-diskussjoni ma’ dan tal-aħħar (b’mod partikolari l-garanzija ta’ rifinanzjament), huwa xieraq u jassigura qsim xieraq tal-piżijiet. |
|
(319) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni osservat li anki jekk ix-xiri ta’ DBB/Belfius jikkontribwixxi sabiex il-vijabbiltà tiegħu tiġi stabbilita mill-ġdid, din il-miżura hija marbuta maż-żamma tal-finanzjament sa dakinhar “fi ħdan il-grupp” ta’ DBB/Belfius lil Dexia u lis-sussidjarji tiegħu, għal ammonti li jirrappreżentaw madwar 24 % tal-bilanċ ta’ DBB/Belfius. Dawn id-dispożizzjonijiet jistgħu jkunu ta’ piż kbir fuq il-profittabbiltà futura u s-sostenibbiltà fit-tul ta’ DBB/Belfius kieku l-bqija tal-grupp kellu jirreġistra telf fil-futur. Barra minn hekk, għal Dexia, l-akkwist ta’ DBB/Belfius mhuwiex fih innifsu biżżejjed sabiex jistabbilixxi mill-ġdid il-vijabbiltà fit-tul tal-grupp kollu ta’ Dexia, li wassal għall-miżuri l-oħrajn attwalment ikkunsidrati mill-Istati Membri kkonċernati. |
|
(320) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni nnutat li l-miżura ta’ akkwist ta’ DBB mill-Istat Belġjan kienet parti minn qafas usa’ ta’ miżuri ġodda favur Dexia SA li dwarhom hija ma kienet irċeviet l-ebda informazzjoni preċiża meta fetħet il-proċedura ta’ investigazzjoni dwar il-bejgħ ta’ DBB. |
|
(321) |
Fl-aħħar nett, l-awtoritjaiet Belġjani talbu lill-Kummissjoni li teħles lil DBB/Belfius (wara l-akkwist), safejn ikun possibbli, mill-impenji li jinsabu fil-pjan ta’ ristrutturar ta’ Dexia approvat mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tagħha ta’ awtorizzazzjoni kondizzjonali. Il-Kummissjoni indikat li għalhekk, jekk jinstab li x-xiri ta’ DBB/Belfius jinkludi elementi ta’ għajnuna mill-Istat, jista’ ma jkunx hemm rimedju għad-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni kkawżati minn din l-għajnuna peress li l-awtoritajiet Belġjani ma jipproponu l-ebda miżura għal dan. Rigward Dexia u s-sussidjarji tiegħu, il-Kummissjoni ddikjarat fid-Deċiżjoni tal-ftuħ tagħha dwar il-bejgħ ta’ DBB li ma kinitx f’pożizzjoni li tistabblixxi jekk setax jinstab rimedju xieraq għal kwalunkwe distorsjoni tal-kompetizzjoni kkawżata mill-elementi possibbli ta’ għajnuna tal-miżura. |
3.2. IR-RAĠUNIJIET LI WASSLU GĦALL-FTUĦ U GĦALL-ESTENSJONI TA’ PROĊEDURA TA’ INVESTIGAZZJONI FORMALI DWAR DEXIS WARA D-DEĊIŻJONI KONDIZZJONALI
|
(322) |
Fid-Deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni temporanja għal garanzija temporanja ġdida ta’ rifinanzjament favur Dexia SA u DCL, il-Kummissjoni fetħet proċedura ġdida ta’ investigazzjoni, meta qieset li “il-garanzija temporanja ta’ rifinanzjament, bħax-xiri ta’ DBB u miżuri oħrajn ta’ għajnuna li ġejjin, jikkostitwixxu għajnuna addizzjonali li tibdel b’mod sostanzjali l-kundizzjonijiet tar-ristrutturar” approvata mid-Deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni kondizzjonali. |
|
(323) |
Wieħed mill-elementi ewlenin ta’ dan il-pjan kien il-bejgħ ta’ DMA lil entità ġdida, awtorizzata bħala istituzzjoni ta’ kreditu u li l-azzjonisti tagħha kellhom ikunu CDC, DCL u l-Istat Franċiż. |
|
(324) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni saret taf b’evidenza li tissuġġerixxi li l-kontribuzzjoni ta’ Arcofin għar-rikapitalizzazzjoni ta’ Dexia, approvata mid-Deċiżjoni kondizzjonali, ġiet deċiża fuq il-bażi ta’ skema ta’ garanzija tal-Istat Belġjan favur azzjonisti individwali fil-kooperattivi finanzjarji, fosthom dawk ta’ Arcofin. Fid-dawl ta’ dawn l-elementi, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-konklużjonijiet tagħha fid-Deċiżjoni ta’ approvazzjoni kondizzjonali, li skonthom il-kontribuzzjoni ta’ Arcofin mhijiex għajnuna mill-Istat minħabba li ma tinvolvix riżorsi tal-Istat, jistgħu jkunu bbażati fuq informazzjoni żbaljata. |
|
(325) |
Fid-Deċiżjoni tal-estensjoni tal-proċedura, il-Kummissjoni fetħet proċedura ta’ investigazzjoni formali wara diversi nuqqasijiet ta’ Dexia fir-rigward tal-konformità ma’ ċerti impenji stabbiliti fid-Deċiżjoni kondizzjonali (ara l-premessa (47) ta’ din id-Deċiżjoni). |
|
(326) |
Fil-21 u fit-22 ta’ Marzu 2012, l-Istati Membri kkonċernati nnotifikaw lill-Kummissjoni l-ewwel verżjoni tal-pjan ta’ riżoluzzjoni ordnata tal-grupp Dexia. Id-Deċiżjoni li testendi l-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) tat-TFUE tirrigwarda din l-ewwel verżjoni tal-pjan ta’ riżoluzzjoni ordnata tal-grupp Dexia. |
|
(327) |
Skont il-Kummissjoni, l-ewwel verżjoni tal-pjan ta’ riżoluzzjoni ordnata kien jinkludi l-għajnuna potenzjali li ġejja:
Il-Kummissjoni tinnota li xi wħud minn dawn il-miżuri ġew abbandunati u ma jidhrux fil-verżjoni finali tal-pjan ta’ riżoluzzjoni. |
|
(328) |
L-estensjoni tal-proċedura għall-pjan ta’ riżoluzzjoni kienet immotivata mill-fatt li l-Kummissjoni kellha dubji serji fuq il-kompatibbiltà mas-suq intern ta’ din l-għajnuna marbuta mal-pjan ta’ ristrutturar ordnat ta’ Dexia. Fil-fatt, hija wriet dubji dwar kemm il-pjan ta’ riżoluzzjoni ordnata huwa xieraq, kemm jillimita l-għajnuna għall-minimu meħtieġ u kemm fih miżuri suffiċjenti sabiex jikkompensaw għad-distorsjoni tal-kompetizzjoni li tirriżulta minnha. Bħala parti mill-operazzjoni DMA, fuq perjodu li jista’ jdum sal-2020, hemm rabtiet strutturali bejn il-grupp Dexia u l-istruttura l-ġdida ta’ DMA, filwaqt li DCL ikompli jiffinanzja mill-ġdid is-self ipotekarju addizzjonali iġġenerat mill-istruttura l-ġdida. |
|
(329) |
Minflok ma tqiegħed f’riżoluzzjoni proprja b’għajnuna limitata għall-minimu meħtieġ, Dexia kompla għalhekk jipparteċipa fil-produzzjoni ta’ self ġdid u joħroġ bonds ġodda. |
|
(330) |
Barra minn hekk, l-ewwel verżjoni tal-pjan ta’ riżoluzzjoni ordnata kienet ibbażata fuq garanzija “permanenti” tal-Istati Membri kkonċernati, li l-ispiża tagħha kien jidher wisq baxx meta wieħed iqis li l-grupp Dexia kien ser jiġġenera self ġdid u joħroġ dejn ġdid fuq perjodu ta’ żmen sostanzjali. |
4. IL-KUMMENTI TAL-PARTIJIET INTERESSATI
4.1. IL-KUMMENTI TA’ DEXIA DWAR ID-DEĊIŻJONI TA’ APPROVAZZJONI TEMPORANJA, ID-DEĊIŻJONI TAL-ESTENSJONI TAL-PROĊEDURA, ID-DEĊIŻJONI TAL-EWWEL ESTENSJONI TAL-GARANZIJA, ID-DEĊIŻJONI TA’ ŻIEDA TAL-LIMITU TA’ GARANZIJA U D-DEĊIŻJONI TAT-TIENI ESTENSJONI TAL-GARANZIJA
|
(331) |
Dexia jiċħad li naqas mill-impenji pprovduti mid-Deċiżjoni ta’ approvazzjoni kondizzjonali. |
|
(332) |
B’mod partikolari, Dexia jindika li huwa għamel iċ-ċessjonijiet previsti “qabel l-iskeda” u li d-deleveraging tal-portafoll tal-bonds kien aktar mgħaġġel minn kemm kien previst (68). Barra minn hekk, Dexia jindika li huwa llimita l-produzzjoni tiegħu ta’ self ġdid għal inqas mil-limiti stabbiliti mill-pjan ta’ ristrutturar (69). |
|
(333) |
Il-fatt li ma ntlaħqitx il-mira ta’ tnaqqis tal-karta tal-bilanċ ta’ Dexia fil-31 ta’ Diċembru 2010 huwa dovut għall-varjazzjonijiet fil-parità tar-rata tal-kambju (euro/dollar) u dan ġie korreġut mill-31 ta’ Marzu 2011, jiġifieri tliet xhur qabel l-iskadenza permessa mill-punt 18.d tal-impenji. |
|
(334) |
Dexia jargumenta li kwalunke differenza mill-impenji misjuba mill-espert indipendenti wara Ottubru 2011 hija dovuta għad-diffikultajiet li huwa sab f’Ottubru 2011 (li min-naħa tagħhom għandhom jiġu kkorelati mad-deterjorament tal-kriżi tad-dejn sovran li wassal għal nuqqas akbar ta’ fiduċja tal-investituri fir-rigward tal-kontropartijiet bankarji) u għall-profil tiegħu ta’ likwidità vulnerabbli. |
|
(335) |
Huwa jiddikjara li wara Ottubru 2011, il-miri tal-pjan ta’ ristrutturar ta’ Dexia ta’ Frar 2010 ma baqgħux possibbli li jintlaħqu u għaldaqstant Dexia ma jistax jiġi akkużat li ma kkonformax, wara Ottubru 2011, mal-impenji previsti mid-Deċiżjoni ta’ approvazzjoni kondizzjonali. |
|
(336) |
Dexia jenfasizza wkoll li l-pjan rivedut ta’ riżoluzzjoni ordnata jwieġeb il-mistoqsijiet kollha tal-Kummissjoni fid-Deċiżjonijiet ta’ ftuħ u ta’ estensjoni tal-proċedura tagħha, u huwa konformi mal-“qafas temporanju”. |
|
(337) |
Bi tweġiba għall-osservazzjoni tal-Kummissjoni fil-premessa 275 tad-Deċiżjoni ta’ estensjoni tal-proċedura tagħha dwar il-karattru insuffiċjenti u wisq inċert tal-informazzjoni kkommunikata dwar il-garanzija “finali” ta’ rifinanzjament fin-notifika tal-pjan ta’ riżoluzzjoni ordnata sabiex tivvaluta l-adegwatezza tal-garanzija msemmija, Dexia jindika li l-kundizzjonijiet u t-termini tal-garanzija ġew speċifikati f’dokument tat-8 ta’ Novembru 2012 mehmuż bħala Anness 18 tal-pjan rivedut ta’ riżoluzzjoni ordnata, u huma mqassra fil-parti IV.B.2.b) tal-pjan rivedut ta’ riżoluzzjoni ordnata. |
|
(338) |
Skont Dexia, in-nuqqas ta’ produzzjoni ġdida tal-entitajiet imqiegħda f’ġestjoni estintiva (b’mod partikolari ta’ DCL, Dexia Sabadell u, fil-każ fejn ma sseħħx ċessjoni lil parti terza, ta’ Crediop) fil-pjan rivedut ta’ riżoluzzjoni ordnata ta’ Dexia tkun tali li tqajjem id-dubji espressi mill-Kummissjoni fil-premessa 281 tad-Deċiżjoni ta’ estensjoni tal-proċedura dwar il-merti ta’ remunerazzjoni inqas minn dik preskritta mill-Anness għall-komunikazzjoni ta’ estensjoni tal-2011. |
|
(339) |
Il-bank jenfasizza li l-Kummissjoni ma għadx għandha għalfejn tinkwieta (70) dwar dak li kien ippjanat oriġinarjament li l-garanzija finali tkopri self eżistenti (l-EMTNs u s-self tal-BEI fi Crediop), kontra l-prinċipju ta’ limitazzjoni tal-għajnuna għall-minimu meħtieġ u ta’ kontribuzzjoni proprja tal-benefiċjarju minħabba li l-bank jinsab meħlus mir-riskju marbut ma’ finanzjament preġeżistenti. Dan it-tħassib m’għadx hemm loku peress li l-garanzija finali kif prevista fil-pjan rivedut ta’ riżoluzzjoni ordnata mhijiex sejra tkopri l-EMTNs jew strumenti eżistenti oħrajn. |
|
(340) |
Dexia jiġġustifika l-limitu ta’ EUR 85 biljun tal-garanzija finali bil-fatt li dan il-livell huwa neċessarju sabiex jiġi żgurat il-massimu tal-ħtiġijiet ta’ finanzjament ta’ Dexia f’xenarju ta’ stress. Spjegazzjonijiet ingħataw f’dan ir-rigward fil-parti IV.C.1 tal-pjan rivedut ta’ riżoluzzjoni ordnata. |
|
(341) |
Huwa jirreferi għal nota tal-awtoritajiet Franċiżi (71) li għandha twieġeb għall-mistoqsijiet tal-Kummissjoni dwar l-istruttura l-ġdida ta’ kreditu ipotekarju (issal-bank ta’ żvilupp għall-finanzjament tal-awtoritajiet lokali Franċiżi u l-istituzzjonijiet pubbliċi Franċiżi tas-saħħa, wara ċ-ċessjoni ta’ DMA) (72). |
|
(342) |
Dexia jfakkar li ċ-ċessjoni ta’ DenizBank saret u qal li t-termini taċ-ċessjonijiet ta’ DMA, Sofaxis, Domiserve, Exterimmo, LLD u DCL huma msemmija fil-pjan rivedut ta’ riżoluzzjoni ordnata u sejrin ikunu speċifikati meta jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni. |
|
(343) |
F’dak li jirrigwarda l-pjan ta’ finanzjament, Dexia jindika (73) li aċċelerazzjoni tat-tnaqqis tal-portafoll “legacy” tiegħu sabiex jillimita l-ħtiġijiet ta’ finanzi sabet ostakolu fil-fatt li l-valur ġust ( “marked-to-market” ) tal-portafoll tal-bonds li jkopri ammont nominali ta’ EUR [70-80] biljun kien biss ta’ EUR [50-60] biljun, li kien jinvolvi telf mhux realizzat ta’ EUR [10-20] biljun. Bi tweġiba għall-mistoqsijiet tal-Kummissjoni għal-likwidità tal-bonds fil-portafoll “legacy” , u b’mod partikolari għaliex valur ġust ibbażat fuq il-prezz tas-suq jew fuq prezz approssimat permezz ta’ mudell ma jitqiesx bħala indikazzjoni tajba tat-telf futur, Dexia jirreferi għan-nota tiegħu dwar l-opzjonijiet differenti ta’ deleveraging mehmuża fl-Anness 25 għall-pjan rivedut ta’ riżoluzzjoni ordnata, u għall-impenn 10.c li jakkumpanja l-pjan imsemmi. |
|
(344) |
Dexia jsostni li r-rikapitalizzazzjoni ta’ dan tal-aħħar mill-Istat Franċiż u dak Belġjan għall-ammont ta’ EUR 5,5 biljun sejra żżomm il-proporzjonijiet regolatorji tal-entitajiet tal-grupp Dexia (74). |
|
(345) |
Barra minn hekk, Dexia jirreferi għall-miżuri ta’ riforma tal-governanza tal-grupp imsemmija fil-parti I.F.2. tal-pjan rivedut ta’ riżoluzzjoni ordnata, li fil-fehma tiegħu twieġeb għall-kummenti tar-rapport tal-uffiċċju […] (li tappoġġja l-Kummissjoni) rigward ir-riskji operattivi […] intrinsiċi għall-miżuri proposti fil-kuntest tal-pjan ta’ riżoluzzjoni ordnata. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni kkonstatat fil-premessi 264 u 265 tad-Deċiżjoni ta’ estensjoni tal-proċedura, li huwa essenzajli li dawn ir-riskji jkunu indirizzati b’mod sistematiku, b’mod partikolari bl-identifikazzjoni tal-persunal ewlieni sabiex, jekk ikun meħtieġ, jittieħdu miżuri ta’ prevenzjoni t-tluq possibbli tagħhom jew il-konsegwenzi negattivi ta’ dan it-tluq fuq il-grupp. |
|
(346) |
Fl-aħħar nett, Dexia jirreferi għal ċerti dokumenti li jwieġbu l-kummenti l-oħrajn magħmula mill-Kummissjoni (75). |
4.2. IL-KUMMENTI TA’ PARTIJIET TERZI RIGWARD L-AKKWIST TA’ DBB/BELFIUS
|
(347) |
Wara l-pubblikazzjoni tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali tal-11 ta’ Frar 2012, il-Kummissjoni rċeviet kummenti minn żewġ partijiet terzi interessati. |
|
(348) |
Wieħed mill-kummenti li waslu (minn hawn ‘il quddiem “Kumment A”) jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni fuq l-istrateġija ta’ DBB/Belfius li tikkonsisti fl-offerta reċenti ta’ rati ta’ imgħax bi tkabbir aggressiv fuq il-kontijiet ta’ depożitu msejħa “Treasury Plus” u “Treasury Plus Special” offruti lill-impriżi żgħar u ta’ daqs medju Belġjani u lill-klijenti istituzzjonali. Din il-parti terza tqis li din l-istrateġija aggressiva tal-prezz toħloq żbilanċi fil-prezz bejn l-attiv u l-passiv li teħtieġ konverżjoni fil-maturitajiet u mhijiex sostenibbli fit-tul. Tali politika tal-prezz mhijiex possibbli mingħajr l-għajnuna mill-Istat. |
|
(349) |
Skont il-kumment l-ieħor (minn hawn ‘il quddiem “Kumment B”), l-ispejjeż tal- marketing, tal-isponsoring fil-qasam tal-isports u tal-kultura u tal-bidla fl-isem huma eċċessivi. Din il-parti terza tqis ukoll li l-istrateġija kummerċjali ta’ DBB/Belfius toħloq distorsjonijiet fil-kompetizzjoni permezz tal-prezzijiet aggressivi b’mod partikolari fuq il-krediti ipotekarji, riċevuti, kontijiet ta’ tfaddil fuq l-Internet u l-bonuses tal-lealtà tagħhom. |
5. IL-KUMMENTI TAL-ISTATI MEMBRI KKONĊERNATI
5.1. KUMMENTI DWAR L-AKKWIST TA’ DBB/BELFIUS
|
(350) |
L-Istati Membri għamlu l-osservazzjonijiet li ġejjin. |
5.1.1. Kummenti bi tweġiba għad-Deċiżjoni tal-ftuħ ta’ proċedura dwar il-bejgħ ta’ DBB/Belfius
|
(351) |
F’Ottubru 2012, il-Belġju enfasizza l-urġenza tal-akkwist ta’ DBB/Belfius mill-Istat Belġjan għal raġunijiet ta’ stabilità finanzjarja. F’dan ir-rigward, il-BNB bagħat ittra lill-Kummissjoni fit-12 ta’ Ottubru 2011 li tiddeskrivi d-diffikultajiet serji li ltaqa’ magħhom DBB/Belfius fl-ewwel jiem ta’ Ottubru 2011 minħabba l-irtirar tad-depożiti u tnaqqis konsidervevoli fil-finanzjamenti mhux sekurizzati. Fir-rigward tal-importanza sistematika ta’ DBB/Belfius għas-settur finanzjarju Belġjan u Ewropew, kif ukoll tad-disturbi rreġistrati fis-swieq finanzjarji, kienet meħtieġa miżura ta’ salvagwardja għal DBB/Belfius. L-akkwist ta’ DBB/Belfius kien jevita telf serju tal-fiduċja tal-pubbliku, b’mod partikolari meta wieħed iqis ir-riskji ta’ assalt bankarju, li min-naħa tiegħu kien iwassal għal disturb serju fis-sistema bankarja kollha kemm hi, kemm fil-Belġju kif ukoll fil-livell Ewropew. |
|
(352) |
Il-Belġju jqis li l-miżura ta’ akkwist ta’ DBB/Belfius ma fihiex għajnuna mill-Istat u li DBB/Belfius għalhekk m’għandhiex tkun soġġetta għal impenji jew miżuri li jirrimedjaw għad-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni. Barra minn hekk, il-Belġju jitlob li DBB/Belfius jinħeles mill-impenji u l-kundizzjonijiet li jidhru fid-Deċiżjoni ta’ approvazzjoni kondizzjonali. |
|
(353) |
Il-Belġju jfakkar il-prinċipju stabbilit fl-Artikolu 345 tat-TFUE ta’ newtralità bejn is-sjieda pubblika jew privata ta’ kumpanija. Il-fatt li x-xiri jsir mill-Istat Belġjan ma jistax jitqies bħala element ta’ għajnuna mill-Istat fih innifsu, għall-benefiċċju ta’ DBB/Belfius. Barra minn hekk, it-tranżazzjoni saret f’kundizzjonijiet tas-suq, kif ikkonfermat minn analiżijiet ta’ esperti indipendenti u tipprovdi ritorn raġonevoli lill-Belġju, ekwivalenti għal ritorn aċċettabbli għal investitur privat f’ċirkostanzi simili. |
|
(354) |
DBB/Belfius dejjem kien fornitur nett ta’ likwidità lill-bqija tal-grupp. Il-Belġju jenfasizza bil-qawwa li DBB/Belfius ma bbenefikax minn għajnuna antika riċevuta mill-grupp Dexia fil-passat. Pereżempju, l-għajnuna fil-forma ta’ garanziji u ta’ ELA approvati mid-Deċiżjoni ta’ approvazzjoni kondizzjonali, intużat b’mod ċar għall-ħtiġijiet ta’ likwidità ta’ entitajiet oħrajn tal-grupp Dexia. |
|
(355) |
Il-parti l-kbira tal-kundizzjonijiet u l-impenji tad-Deċiżjoni ta’ approvazzjoni kondizzjonali ma kinux speċifikament għal DBB/Belfius. Barra minn hekk DBB/Belfius diġà implimenta sensiela ta’ miżuri ta’ ristrutturar minn Frar 2010 fosthom l-għeluq ta’ aġenziji, divestimenti, tnaqqis fl-attività tiegħu fil-finanzjamenti pubbliċi, tal-portafolli tat-titoli tiegħu, tad-daqs tal-bilanċ u tal-ispejjeż tiegħu. |
|
(356) |
Skont il-każistika (76), il-Kummissjoni ma tistax sempliċement tikkonkludi li l-għajnuna mogħtija lil grupp awtomatikament tingħata lill-entitajiet kollha ta’ dan il-grupp. Il-mekkaniżmi ta’ trasferiment fi ħdan il-grupp Dexia kienu preliminari għal DBB/Belfius. DBB/Belfius ma jistax jitqies bħala entità li kompliet l-attività ekonomika ta’ Dexia minħabba sensiela ta’ indizji li, skont każistika kostanti (77) għandhom jiġu kkunsidrati f’din il-valutazzjoni u li jirrigwardaw b’mod partikolari l-għan tat-trasferiment, il-prezz tat-trasferiment, l-identità tal-azzjonisti jew tal-proprjetarji tal-impriża xerrejja jew tal-impriża mixtrija, iż-żmien tat-trasferiment u l-loġika ekonomika tat-trasferiment. |
|
(357) |
L-attivitajiet ta’ DBB/Belfius akkwistati mill-Belġju huma ferm imnaqqsa meta mqabbla mad-daqs tal-grupp ta’ qabel u DBB/Belfius bidel ismu għal Belfius, sabiex jelimina kwalunkwe perċezzjoni ta’ rabta ta’ appartenenza għall-grupp ta’ qabel. Barra minn hekk, l-akkwist ta’ DBB/Belfius ma sarx b’inqas mill-prezz tas-suq li jiżgura li x-xerrej iħallas b’mod adegwat għall-għajnuna li DBB/Belfius seta’ jibbenefika minnha bħala entità tal-grupp Dexia. Il-kriterju ta’ indipendenza bejn Dexia, u l-proprjetarji l-ġodda u l-maniġment il-ġdid ta’ DBB/Belfius huwa wkoll irrispettat. Barra minn hekk, huwa mistenni li jiġu eliminati r-rabtiet finanzjarji kollha bejn DBB/Belfius u Dexia. Min-naħa l-oħra, l-akkwist ta’ DBB/Belfius mill-Belġju ma fih la trasferiment tal-kapital u lanqas ta’ riżorsi oħrajn tal-Istat lil DBB/Belfius. |
|
(358) |
Fl-aħħar nett, il-pjan ta’ ristrutturar ta’ DBB/Belfius fih biżżejjed elementi li jistgħu jkunu kklassifikati bħala miżuri ta’ vijabbiltà, kontribuzzjoni proprja u miżuri ta’ kumpens, li jeskludi kwalunkwe miżuri jew impenn addizzjonali min-naħa ta’ DBB/Belfius. |
5.1.2. Kummenti tal-awtoritajiet Belġjani dwar il-kummenti tal-partijiet terzi interessati dwar l-akkwist ta’ DBB/Belfius
|
(359) |
Rigward il-kumment A, l-awtoritajiet Belġjani jqisu li DBB/Belfius ma jibbenefikax mill-fatt li jinxtara mill-Istat. DBB/Belfius ma rċieva l-ebda trattament regolaatorju favorevoli minħabba l-akkwist tiegħu mill-Istat Belġjan, id-depożiti tal-klijenti tiegħu jibbenefikaw eżattament mill-istess livell ta’ garanzija tal-Istat tal-banek l-oħra fil-Belġju u r-rating tiegħu ma kienx rivedut ‘il fuq minn dakinhar. Barra minn hekk l-akkwist tiegħu mill-Istat ma tah l-ebda aċċess preferenzjali għal-likwidità pprovduta mill-BĊE. |
|
(360) |
L-istrateġiji tal-prezz ta’ Treasury Plus u ta’ Treasury Plus Special jikkonformaw mal-qafas regolatorju fis-seħħ fil-Belġju u ma joħolqux riskju ta’ likwidità eċċessiv. Il-qafas regolatorju ma jagħtix obbligi ta’ politika tal-prezz skont il-prodott iżda jissorvelja s-sitwazzjoni ta’ likwidità globali ta’ bank. Barra minn hekk, DBB/Belfius iqis il-profil ta’ maturità tal-imġiba tal-klijenti tiegħu, li għall-bank dan jirriżulta aktar realistiku mill-profil tal-maturitajiet kuntrattwali. |
|
(361) |
Barra minn hekk, il-prezzijiet offruti fuq dawn il-prodotti ma nbidlux mis-sajf tal-2011 u jidhru li huma konformi mas-suq. B’kollox, il-volumi ta’ dawn iż-żewġ prodotti baqgħu stabbli minn tmiem l-2009, prova tal-assenza ta’ distorsjonijiet fil-kompetizzjoni f’dan ir-rigward. |
|
(362) |
Fir-rigward tal-kumment B, l-awtoritajiet Belġjani jikkunsidraw li DBB/Belfius ma nefaqx iżżejjed fuq il-marketing u fuq it-tibdil ta’ ismu minn DBB/Belfius għal Belfius. Dawn l-ispejjeż ma setgħux jiġu evitati għall-ġejjieni tal-bank, minħabba li l-bank sofra b’mod partikolari mill-assoċjazzjoni tiegħu mal-isem ta’ Dexia. L-ispejjeż jammontaw għal madwar EUR [25 000-50 000] għal kull fergħa u jikkonformaw ma’ atturi oħrajn tas-suq f’dan ir-rigward fil-Belġju u fl-Ewropa. Barra minn hekk l-isponsoring fil-qasam tal-isports u tal-kultura kien diġà fis-seħħ qabel l-akkwist ta’ DBB/Belfius mill-Istat u huwa prattika komuni applikata wkoll minn banek oħrajn fil-Belġju u fl-Ewropa. Barra minn hekk, is-sehem ta’ DBB/Belfius fis-suq Belġjan tar-reklamar tal-banek naqas bejn il-perjodu ta’ Jannar 2010 u Ottubru 2011 u Novembru 2011 u Frar 2012. |
|
(363) |
Barra minn hekk il-politika kummerċjali ta’ DBB/Belfius ma toħloqx distorsjonijiet fil-kompetizzjoni fil-kompetizzjoni fuq is-suq Belġjan. Il-prezzijiet ta’ DBB/Belfius fuq is-self ipotekarju, kontijiet tal-Internet u riċevuti huma konformi mal-kompetituri ewlenin Belġjani. Barra minn hekk, minn Ottubru 2011, l-ishma tas-suq ta’ DBB/Belfius għandhom […] għas-self ipotekarju, u kienu […] għall-kontijiet tal-Internet u u l-irċevuti. Dan jindika l-assenza ta’ distorsjonijiet fil-kompetizzjoni min-naħa ta’ DBB/Belfius fl-oqsma tiegħu. |
5.2. KUMMENTI TAL-ISTATI MEMBRI KKONĊERNATI DWAR ID-DEĊIŻJONI TA’ ESTENSJONI TAL-PROĊEDURA U D-DEĊIŻJONI TA’ ŻIEDA TAL-LIMITU TAL-GARANZIJA
|
(364) |
Fit-2 ta’ Lulju 2012, l-awtoritajiet tat-tliet Stati Membri kkonċernati ppreżentaw lill-Kummissjoni l-kummenti konġunti tagħhom dwar id-Deċiżjoni ta’ estensjoni tal-proċedura u d-Deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni temporanja. |
|
(365) |
L-Istati Membri kkonċernati jargumentaw li l-pjan ta’ ristrutturar approvat mid-Deċiżjoni ta’ approvazzjoni kondizzjonali kien implimentat b’mod ġust u li kwalunkwe diskrepanza mal-impenji hija dovuta għal fatturi esterni (nirreferu għall-preżentazzjoni tal-argumenti mressqa fl-istess rigward minn Dexia, fil-premessi (332) sa (334) hawn fuq). |
5.2.1. Kummenti dwar il-kwalifika ta’ għajnuna tal-miżuri li jinsabu fil-pjan ta’ riżoluzzjoni ordnata
|
(366) |
L-ewwel nett, l-Istati Membri kkonċernati jikkontestaw il-karattru ta’ għajnuna tal-ELAs deċiżi mill-BNB u mill-BdF. L-awtoritajiet Belġjani jfakkru li l-BNB iddeċida b’mod awtonomu u diskrezzjonali dwar l-għoti, dwar l-estensjoni tal-ammont tal-ELA, bħala parti mill-missjoni tiegħu li jikkontribwixxi għall-istabilità tas-sistema finanzjarja. L-operazzjonijiet ELA huma miżuri temporanji fi ħdan il-missjonijiet tradizzjonali tal-banek ċentrali nazzjonali u huma approvati mill-Kunsill governattiv tal-BĊE. Skont l-Istati Membri kkonċernati, l-ELA ngħatat lil Dexia b’rati ta’ imgħax sfavorevoli, u saħansitra projbittivi u din kienet garantita minn kollateral suffiċjenti li fuqu ġew applikati marġnijiet ta’ sigurtà kbar skont il-kwalità tagħhom. Barra minn hekk, skont l-awtoritajiet Belġjani, il-garanzija mogħtija mill-Belġju mhijiex mogħtija speċifikamenti għall-ELA, iżda tirrigwarda l-krediti kollha mogħtija mill-BNB bħala parti mill-kontribuzzjoni tiegħu għall-istabilità tas-sistema finanzjarja. Fl-aħħar nett, l-awtoritajiet Belġjani jiddikjaraw li l-garanzija tal-Belġju li ngħatat għall-krediti mogħtija mill-BNB ma taqax taħt il-kunċett ta’ “kontrogaranzija” kif imsemmi fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni – L-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għall-miżuri meħuda b’konnessjoni mal-istituzzjonijiet finanzjarji fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja mondjali (78) (minn hawn ‘il quddiem “il-Komunikazzjoni bankarja”). Fil-fatt, il-garanzija speċifika tal-Belġju ma ngħatatx speċifikament għall-ELA, iżda tiggarantixxi l-kreditii kollha mogħtija mill-BNB, dimenti li dawn jingħataw bħala parti mill-kontribuzzjoni tal-BNB lejn l-istabilità tas-sistema finanzjarja, li skont l-awtoritajiet Belġjani, imur lil hinn mill-miżuri kontra l-kriżi. Barra minn hekk, l-Istati Membri kkonċernati jinnutaw li tali interpretazzjoni tikkorrispondi finalment għall-prattika deċiżjonali tal-Kummissjoni filwaqt li jagħmlu referenza bħala eżempju għad-Deċiżjoni Northern Rock (79) tal-2007. |
|
(367) |
Rigward il-ftehim bejn il-BNB u l-BdF (80), l-awtoritajiet Belġjani jfakkru li fil-premessa 108 tad-Deċiżjoni ta’ approvazzjoni kondizzjonali l-Kummissjoni kienet indikat “il-Banque de France […]ma jibbenefika minn ebda garanzija speċifika mill-Istat Franċiż u l-garanzija tal-Istat Belġjan ma tistax evidentement tapplika għal operazzjoni mwettqa għall-kont u r-riskju ta’ bank ċentrali barrani” u jqisu li l-garanzija tal-Istat Belġjan favur il-BNB (81) ma tistax tapplika għal operazzjoni mwettqa għall-kont u r-riskji ta’ bank barrani. L-Istati Membri kkonċernati jikkunsidraw li 1) huwa l-BNB li huwa parti mill-ftehim ta’ garanzija, u mhux l-Istat; 2) il-kuntratt ta’ garanzija jalloka b’mod ċar ir-riskji/id-dejn sostnuti minħabba t-tranżazzjonijiet rilevanti tal-BNB u tal-BdF; u 3) fi kwalunkwe każ il-porzjon tat-telf sostnut eventwalment mill-BNB wara l-applikazzjoni tal-kuntratt ta’ garanzija biss huwa garantit mill-Istat, jiġifieri l-Istat Belġjan ma jiggarantixxix ir-riskju jew id-dejn sostnut mill-BdF. |
|
(368) |
Barra minn hekk, rigward il-benefiċjarji ta’ għajnuna potenzjali taħt ir-ristrutturar ta’ Dexia, l-Istati Membri kkonċernati jinnutaw li ma teżisti l-ebda struttura tat-tip “struttura ġdida ta’ kreditu ipotekarju” u li jeħtieġ li ssir distinzjoni bejn l-attivitajiet ekonomiċi tal-IKĠ, tal-IK u ta’ DMA. Dawn l-entitajiet, li għandhom sjieda differenti u jsegwu interess soċjali proprju, huma vertikalment integrati b’rabtiet ta’ servicing. |
|
(369) |
Rigward il-garanziji previsti fil-pjan ta’ riżoluzzjoni ordnata ta’ Dexia, l-Istati Membri kkonċernati jikkunsidraw li l-garanzija tal-Istat Franċiż fuq l-impenn ta’ DCL dwar is-self sensittiv biss hija għajnuna mill-Istat, bl-esklużjoni tal-garanziji l-oħrajn (il-garanzija “stop-loss” , il-garanziji l-oħrajn tal-bejjiegħa mhux kontrogarantiti mill-Istat u l-garanzija fuq is-“self sensittiv”) (82). |
|
(370) |
Il-garanzija tal-Istat Franċiż fuq l-impenn ta’ DCL tagħti vantaġġ, skont l-Istati Membri kkonċernati, lill-grupp residwu biss, u mhux lil DMA jew lil xi “struttura ġdida ta’ kreditu ipotekarju” ipotetika. Fl-assenza ta’ deprezzament sinifikanti, ma tistax tiġi deskritta bħala miżura t’a trattament ta’ assi danneġġati. |
|
(371) |
Il-garanziji l-oħrajn (il-garanzija “stop-loss” , il-garanziji l-oħrajn tal-bejjiegħa mhux kontrogarantiti mill-Istat u l-garanzija fuq is-“self sensittiv”) ingħataw, skont l-Istat Membri kkonċernati, minn kumpanija privata li r-riżorsi tagħha mhumiex ikkontrollati mill-Istat u li d-Deċiżjoni tagħha mhumiex attribwibbli lill-Istat. Skont l-Istati Membri kkonċernati, id-Deċiżjonijiet ta’ Dexia mhumiex attribwibbli għall-Istat għaliex is-setgħat pubbliċi ma jistgħux jeżerċitaw influwenza dominanti fuq Dexia SA. Dan għaliex minn naħa mhijiex kumpanija pubblika (speċjalment meta l-Istati Membri kkonċernati ma jistgħux jikkontrollaw, b’mod konsistenti, ir-riżorsi tagħha permezz tal-parteċipazzjonijiet li għandhom fil-kapital ta’ azzjonisti oħrajn) u, min-naħa l-oħra, minħabba n-nuqqas ta’ parteċipazzjoni ta’ kontroll ta’ Stat Membru individwali fil-kapital ta’ Dexia. Deċiżjonijiet konformi mal-interess korporattiv ta’ Dexia u għar-regolamenti applikabbli biss jistgħu jkunu adottati minn dawn il-korpi governattivi tiegħu. Barra minn hekk, il-kriterji tas-sentenza Stardust Marine (83) mhumiex issodisfati: Dexia mhuwiex integrat fl-amministrazzjoni pubblika, l-attivitajiet tiegħu jitwettqu f’suq b’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni, l-istatus tiegħu jaqa’ taħt il-liġi ġenerali tal-korporazzjonijiet u l-ebda entità pubblika m’għandha xi tutela fuq Dexia. Fl-aħħar nett, l-awtoritajiet ikkonċernati jiċħdu bil-qawwa li huwa possibbli li jiġi kkunsidrat li l-garanzija tal-bejjiegħa fuq is-“self sensittiv” tinkludi elementi ta’ għajnuna minħabba l-kontrogaranzija tal-Istat. Il-kawża Hellenic Shipyard (84) iċċitata mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tagħha dwar l-estensjoni tal-proċedura, sabiex tiġġustifika l-valutazzjoni preliminari tagħha, tinkludi fatti ferm differenti minn dan il-każ. |
|
(372) |
Barra minn hekk, l-Istati Membri kkonċernati jqisu li l-garanziji tal-bejjiegħa ngħataw f’kundizzjonijiet tas-suq u għaldaqstant ma joffru l-ebda vantaġġ selettiv. Huma josservaw li r-riskju kopert huwa partikolarment baxx meta mqabbel mal-qafas kostituzzjonali u leġiżlattiv għall-finanzi tal-awtoritajiet lokali. Dan it-tip ta’ garanziji huwa komuni fil-kuntratti ta’ ċessjoni ta’ kumpaniji. Minkejja n-nuqqas ta’ limitu, l-għoti ta’ dawn il-garanziji baqa’ perfettament xieraq għal investitur privat f’ekonomija tas-suq minħabba r-riskju speċifiku kopert li ma jibbażax fuq DMA u x-xerrejja tagħha, iżda fuq iċ-ċessjonarji ta’ DMA. Il-kwalifika ta’ assi danneġġati mhijiex applikabbli u fi kwalunkwe każ ma tikkonċernax l-assi kollha ta’ DMA. L-assi ta’ DMA mhumiex esposti għal deprezzamenti kbar jew għal aġġustamenti ‘l isfel sinifikanti tal-valur. Lanqas ma hija l-kwalità tal-assi ta’ DMA li wasslet għax-xettiċiżmu dwar il-vijabbiltà ta’ Dexia, iżda mudell ta’ negozju li jinkludi assi fit-tul u rifinanzjament fuq żmien qasir. |
|
(373) |
Imbagħad, rigward iċ-ċessjoni ta’ DMA, l-Istati Membri kkonċernati jallegaw li d-Deċiżjonijiet tas-CDC u ta’ La Banque Postale dwar l-investimenti tagħhom f’DMA mhumiex attribwibbli għall-Istat u li l-prezz ta’ ċessjoni ta’ DMA jikkorrispondi mal-prezz tas-suq, filwaqt li run-off ta’ DMA tkun tiswa aktar flus għal Dexia milli ċessjoni fil-kundizzjonijiet ikkontemplati. |
|
(374) |
L-Istati Membri kkonċernati jinnotaw rigward ir-responsabbiltà tad-Deċiżjonijiet tas-CDC u ta’ La Banque Postale fuq l-Istat li d-Deċiżjoni tas-CDC li jipparteċipa fil-kapital tal-IKĠ ġejja minn għażla strateġika li jaħtaf l-opportunità tas-suq. Huma jargumentaw li l-pożizzjoni tal-Kummissjoni kkonfermata mill-Qorti tal-Prim’Istanza fis-sentenza Air France tal-1996 m’għadhiex rilevanti fid-dawl tal-każistika sussegwenti (Stardust Marine) u tal-iżviluppi statutorji esperjenzati mis-CDC. Għalkemm is-CDC huwa ċertament istituzzjoni pubblika, l-istatus tiegħu jagħtih awtonomija kbira mill-Istat u l-proċess deċiżjonali huwa l-istess bħal dak tal-banek privati. L-investiment indirett fl-IKĠ jikklassifika fi ħdan l-attivitajiet kompetittivi li l-grupp CDC jista’ jeżerċita fil-kuntest tas-sussidjarji. Madankollu, id-Deċiżjonijiet tas-CDC rigward l-attivitajiet kompetittivi tiegħu jittieħdu b’aktar awtonomija mill-Istat. Bl-istess mod, wieħed għandu jikkunsidra l-awtonomija organizzattiva u deċiżjonali ta’ La Poste, kif ukoll ta’ La Banque Postale. Il-kriterji tas-sentenza Stardust Marine mhumiex issodifati f’dan il-każ u l-preżenza tal-Kummissarju tal-gvern u tal-kontrollur Ġenerali ekonomiku u finanzjarju, kif ukoll il-parteċipazzjoni ta’ membru tal-Bord tad-Diretturi ta’ La Poste, fil-proċedura quddiem il-Kummissjoni mhumiex argumenti rilevanti. |
|
(375) |
Barra minn hekk, il-linja ta’ likwidità li s-CDC jġib lil DMA wara ċ-ċessjoni ta’ din tal-aħħar tirriżulta, skontl-Istati Membri kkonċernati minn prattika tas-suq normali u tippermetti lis-CDC u lil La Banque Postale li jidħlu fis-suq tal-finanzjament tal-awtoritajiet lokali f’kundizzjonijiet mill-aqwa, jiġifieri, li jgawdu, bi prezz tas-suq, mill-aċċess għal kumpanija ta’ kreditu ipotekarju li jipprovdi rifinanzjament lill-IK f’kundizzjonijiet tas-suq. |
|
(376) |
Fl-aħħar nett, l-Istati Membri kkonċernati jsostnu li ċ-ċessjonijiet ta’ assi vijabbli setgħu jibbenefikaw biss lil Dexia u mhux lill-entità mibjugħa, peress li l-prezz imħallas jikkorrispondi għal prezz tas-suq u ċ-ċessjonijiet seħħew fil-kundizzjonijiet tas-suq. |
5.2.2. Dwar ir-revoka tad-Deċiżjoni ta’ approvazzjoni kondizzjonali
|
(377) |
L-Istati Membri kkonċernati jinnutaw li r-rikapitalizzazzjoni ta’ Dexia minn Arcofin mhijiex attribwibbli lill-Istat Belġjan, peress li fil-mument li ħadu d-Deċiżjoni li jipparteċipaw fir-rikapitalizzazzjoni, fl-2008, l-azzjonisti ta’ Arcofin ma kellhom l-ebda garanzija li l-investiment tagħhom ser ikun appoġġjat mill-Istat Belġjan. Għaldaqstant mhemm l-ebda rabta kawżali bejn din id-Deċiżjoni u d-diskussjonijiet politiċi li tirreferi għalihom il-Kummissjoni, jew il-garanzija mogħtija f’Ottubru 2011 lill-azzjonisti individwali tal-kooperattivi finanzjarji. L-Istati Membri kkonċernati jressqu raġunijiet ekonomiċi u storiċi sabiex jiċċaraw l-għażla ta’ Arcofin li jipparteċipa fiż-żieda tal-kapital. Barra minn hekk, il-parteċipazzjoni tiegħu fil-kapital ta’ Dexia dejjem kien l-akbar investiment ta’ Arcofin li b’hekk kellu 18 % tal-kapital ta’ Dexia. Arcofin, li minn dejjem kellu rabta mill-qrib ma’ Dexia, ried jevita dilwizzjoni tal-parteċipazzjoni tiegħu. |
|
(378) |
Barra minn hekk, l-Istati Membri kkonċernati jenfasizzaw li, anki jekk il-Kummissjoni tikkonkludi li l-parteċipazzjoni ta’ Arcofin fir-rikapitalizzazzjoni ta’ Dexia tikkostitiwixxi għajnuna mill-Istat, il-prinċipju ta’ proporzjonalità jeżiġi li l-pjan ta’ ristrutturar inizjalment approvat fis-26 ta’ Frar 2010 jinbidel biss marġinalment. Barra minn hekk, l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar skont skeda antiċipata meta mqabbla ma’ dak li kien previst inizjalment tikkumpensa kwalunkwe għajnuna addizzjonali li tista’ tinstab f’din ir-rikapitalizzazzjoni. L-awtoritajiet ikkonċernati jindikaw li l-pjan ta’ riżoluzzjoni ordnata mressaq fl-24 ta’ Marzu 2012 ixejjen kwalunkwe bidla fil-pjan ta’ ristrutturar. |
5.2.3. Kummenti dwar il-kompatibbiltà tal-miżuri li jinsabu fil-pjan ta’ riżoluzzjoni ordnata
|
(379) |
L-awtoritajiet tal-Istati Membri kkonċernati jqisu li l-miżuri ta’ għajnuna li jinsabu fil-pjan ta’ riżoluzzjoni ordnata huma kompatibbli mal-Komunikazzjoni dwar ir-ristrutturar tal-banek. L-ewwel nett, l-għajnuna li tinsab fil-garanzija ta’ rifinanzjament hija xierqa peress li din tippermetti riżoluzzjoni sħiħa u kompluta ta’ Dexia. Imbagħad, l-għajnuna hija limitata għall-minimu. Il-garanzija fuq il-portafoll EMTN u s-self tal-BEI fi Crédiop, li tikkostitwixxi garanzija mill-Istat li tkopri l-passiv eżistenti ta’ bank f’diffikultà diġà aċċettata mill-Kummissjoni f’każijiet oħrajn, hija essenzjali sabiex jiġi evitat li jiżdiedu b’mod sostanzjali l-ħtiġijiet ta’ likwidità u r-riskju ta’ likwidazzjoni diżordnata tal-grupp Dexia. Il-limitu tal-garanzija finali ta’ EUR 90 biljun jgħin sabiex jiġu indirizzati r-riskji ta’ impatt sinifikanti fuq il-pakkett tal-ammonti garantiti f’każ ta’ stress (li mhuwiex ikkunsidrat fil-ħtieġa ta’ finanzjament nett stmat fix-xenarju bażiku tal-Business Plan ta’ Dexia) billi toffri marġni ta’ sigurtà. Barra minn hekk, Dexia SA jikkontribwixxu għall-isforz ta’ riżoluzzjoni ordnata permezz ta’ 1) ir-rikavat taċ-ċessjoni (l-assi kollha tal-grupp Dexia huma maħsuba biex jinbiegħu jew jitqiegħdu f’ġestjoni estintivia u fejn ir-rikavat jintuża kollu għar-riżoluzzjoni ordnata ta’ Dexia), 2) it-tnaqqis tal-ispejjeż għall-implimentazzjoni ta’ mudell ta’ ġestjoni semplifikat u aktar ċentralizzat u 3) ir-rimunerazzjoni tal-għajnuna li għandha tkun proporzjonata għall-kapaċitajiet finanzjarji tal-entità minħabba l-livell tar-ristrutturar ippjanat. L-Istati Membri kkonċernati jfakkru wkoll li l-azzjonisti u d-detenturi ta’ titoli ta’ Dexia diġà kkontribwew (u sejrin ikomplu jikkontribwixxu fil-futur) għall-ispiża tar-ristrutturar. Fl-aħħar nett, huma jenfasizzaw li l-unika riserva għall-ħruġ mis-suq ta’ Dexia tikkonsisti f’fergħa ta’ produzzjoni ġdida li l-uniku skop tagħha huwa li tilħaq ir-rekwiżiti regolatorji u żżomm it-trasferibbiltà ta’ ċerti entitajiet. L-ishma tas-suq li jirriżultaw minn din il-fergħa jibqgħu minimi u ma jippermettux distorsjoni sinifikanti tal-kompetizzjoni. |
|
(380) |
L-Istati Membri kkonċernati jikkunsidraw li r-remunerazzjoni tal-garanzija temporanja ta’ rifinanzjament hija ogħla mil-limitu previst mill-Komunikazzjoni dwar l-estensjoni tal-2011 jekk wieħed jikkunsidra fil-kalkolu tiegħu il-kummissjoni mħallsa minn Dexia li tammonta għal 0,5 % tal-EUR 45 biljun, jiġifieri EUR 225 miljun. Jekk madankollu, il-Kummissjoni kellha tiddikjara mhux kompatibbli l-garanziji ta’ rifinanzjament temporanju, awtorizzati temporanjament mid-Deċiżjoni tagħha ta’ approvazzjoni temporanja u mid-Deċiżjoni tal-ewwel estensjoni tal-garanzija, l-Istati Membri kkonċernati jitolbu lill-Kummissjoni tikkonferma, b’rispett tad-drittijiet akkwistati mill-partijiet terzi u d-detenturi tat-titoli garantiti, li l-bonds diġà maħruġa qabel it-30 ta’ Settembru 2012 b’garanzija ta’ rifinanzjament mill-Istat awtorizzata mid-Deċiżjonijet imsemmija qabel jistgħu jkomplu jgawdu minnha sakemm dawn jitħallsu għal kollox lura. |
|
(381) |
L-għajnuna li tirriżulta mill-garanzija tal-Istat Franċiż hija limitata għall-minimu meħtieġ u tinkludi kontribuzzjoni tal-benefiċjarju stess. L-applikazzjoni tal-livell limitu u tal-kontribuzzjoni tal-benefiċjarju previsti f’każ ta’ sejħa għall-garanzija titfa’ l-piż ta’ porzjon sinifikanti tar-riskju marbut mas-“self sensittiv” fuq DCL u Dexia, u b’hekk toħloq inċentiv għall-ġestjoni soda ta’ dan is-self minn dawn iż-żewġ atturi u b’hekk inaqqsu r-riskju ta’ sejħa għall-garanzija. Barra minn hekk, l-Istati Membri kkonċernati jinnutaw li dan ir-riskju fuq DCL u Dexia, kif ukoll l-obbligu li għandhom li jkomplu l-ġestjoni tal-proċess ta’ desensitizzazzjoni, jiżguraw li l-ebda periklu morali mhu ser jirriżulta mill-garanzija tal-Istat. L-awtoritajiet ikkonċernati jenfasizzaw fl-aħħar nett l-eżistenza ta’ remunerazzjoni tal-miżura ta’ għajnuna minn DCL għall-ammont ta’ EUR 10 miljun. |
|
(382) |
L-Istati Membri kkonċernati jikkunsidraw li l-miżuri marbuta maċ-ċessjoni ta’ DMA huma kompatibbli mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. L-ewwel nett, iċ-ċessjoni hija xierqa. Minn naħa, hija tippermetti li tinżamm, fit-tul, in-natura ordnata tar-riżoluzzjoni ta’ Dexia, filwaqt li twassal għal telf tal-kontroll ta’ DCL fuq DMA u meta DMA, l-IKĠ u l-IK ma jsegwux l-attività ekonomia ta’ Dexia. Ir-relazzjonijiet kuntrattwali li jifdal fil-forma ta’ servizzi jikkontribwixxu min-naħa tagħhom għan-natura ordnata tar-riżoluzzjoni ta’ Dexia. Min-naħa l-oħra, iċ-ċessjoni ta’ DMA tippermetti r-ritorn lejn il-vijabbiltà fit-tul tal-attività tagħha. It-tieni, il-miżuri li jirrigwardaw lil DMA jew l-hekk imsejħa “struttura ġdida ta’ kreditu ipotekarju”, huma limitati għall-minimu meħtieġ. Dawn jippermettu l-ħolqien ta’ attur ġdid fuq is-suq tal-finanzjament tal-awtoritajiet lokali kif ukoll fuq is-suq tal-ħruġ ta’ bonds ipotekarji fejn il-proċess kompetittiv iddgħajjef minħabba l-irtirar tal-operaturi ewlenin. It-tielet, is-CDC u La Banque Postale jikkontribwixxu b’mo sinifikanti għar-ristrutturar ta’ DMA, b’mod partikolari billi jipprovdulha l-likwidità meħtieġa għal dan l-appoġġ. Barra minn hekk, il-ħolqien ta’ periklu morali ikun ukoll evitat mill-fatt li Dexia u DCL jassumu r-riskju kollu, żgħri kemm hu żgħir, li jirriżulta mill-attivitajiet tas-suq qodma tagħhom, kemm permezz tal-garanzija “stop-loss” kif ukoll permezz tal-garanzija tal-bejjiegħa fuq is-“self sensittiv”. Ir-raba’, l-awtoritajiet ikkonċernati jżidu li ż-żamma fuq is-suq ta’ DMA ma toħloq l-ebda distorsjoni tal-kompetizzjoni, peress li s-suq li fuqu tintervjeni l-għajnuna ipotizzata huwa kkaratterizzat minn nuqqas ta’ offerta. L-Istati Membri kkonċernati jargumentaw ukoll li għalkemm l-assenza ta’ kwalunkwe distorsjoni tal-kompetizzjoni telimina l-impożizzjoni ta’ miżuri ta’ kumpens, dawn il-miżuri huma fir-realtà diġà preżenti fiċ-ċessjoni ta’ DMA u fil-ħolqien tal-IKĠ u tal-IK. |
5.2.4. Osservazzjoni fuq il-monitoring
|
(383) |
Minħabba l-għadd kbir ta’ ċessjonijiet ippjanati, l-Istati Membri kkonċernati jinnutaw li n-notifika sistematika ta’ kull operazzjoni, flimkien mal-preżentazzjoni ta’ fairness opinion imħejjija minn espert indipendenti, tista’ tkun għalja wisq u ta’ piż għal Dexia. Għaldaqstant, biex itaffi l-piż amministrattiv, Dexia ppropona l-implimentazzjoni ta’ metodoloġija li tiżgura, fil-fehma tiegħu, li l-proċedura adottata tkun proporzjonata għall-importanza ta’ kull ċessjoni ppjanata. |
6. EVALWAZZJONI TAL-GĦAJNUNIET
6.1. L-EŻISTENZA TA’ GĦAJNUNA U TA’ BENEFIĊJARJI
|
(384) |
L-Artikolu 107(1) tat-TFUE jipprovdi li, ħlief għad-derogi previsti fit-Trattati, kull għajnuna, ta’ kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta’ distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi għandha, safejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern. |
|
(385) |
Fid-Deċiżjoni ta’ approvazzjoni kondizzjonali tagħha, il-Kummissjoni diġà stabbiliet li għajnuna li rċieva Dexia fil-forma ta’ kapital, garanziji ta’ finanzjament, ta’ ELA akkumpanjata minn garanzija mill-Istat u ta’ appoġġ għall-assi danneġġati (miżura FSA) kienet tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. Fil-fatt, bl-eċċezzjoni ta’ dak li jirrigwarda l-investiment magħmul minn Arcofin, il-Kummissjoni ma taf bl-ebda evidenza li tissuġġerixxi li l-valutazzjoni tagħha dwar l-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat fil-miżuri diskussi fil-premessi 122 sa 149 tad-Deċiżjoni ta’ approvazzjoni kondizzjonali kienet żbaljata. Is-sussidjarji tal-grupp, speċjalment DBB/Belfius u DMA, u mhux biss l-unika kumpanija holding Dexia SA, ibbenefikaw minn dawn il-miżuri kollha li mingħajrhom il-grupp ma kienx ikun jista’ jkompli l-attivitajiet tiegħu. |
|
(386) |
Fil-preżent, il-Kummissjoni mhijiex tanalizza l-kwistjoni tal-irkupru tal-għajnuna mill-Istati li tinsab fil-miżuri ta’ għajnuna identifikati fid-Deċiżjoni ta’ approvazzjoni kondizzjonali, li jkun jeħtieġ l-identifikazzjoni tal-kumpaniji li għandhom iħallsu lura l-għajnuna inkompatibbli. Il-Kummissjoni qiegħda tiddetermina pjuttost jekk dawn il-miżuri kinux għajnuna għall-attività ta’, fost oħrajn, DBB/Belfius jew DMA. Miżuri oħrajn ingħataw sussegwentement, jiġifieri garanzija ta’ rifinanzjament lil Dexia SA u lil DCL, ELA ġdida tal-BNB (u ELA mill-BdF akkumpanjata minn garanzija tal-BNB), kif ukoll iċ-ċessjoni u l-miżuri ta’ ristrutturar ta’ DBB/Belfius. Sejrin jittieħdu miżuri ġodda, b’mod partikolari fil-kuntest tar-riżoluzzjoni ordnata ta’ Dexia u taċ-ċessjoni ta’ DMA li twassal għall-istabbiliment ta’ bank ta’ żvilupp għall-finanzjament tal-awtoritajiet lokali Franċiżi u tal-istituzzjonijiet pubbliċi Franċiżi tas-saħħa. |
6.1.1. Il-miżuri soġġetti għad-Deċiżjoni ta’ approvazzjoni kondizzjonali
(a) L-implimentazzjoni tal-impenji u l-kundizzjonijiet li għalihom l-approvazzjoni tal-għajnuna soġġetta għad-Deċiżjoni ta’ approvazzjoni kondizzjonali kienet soġġetta
|
(387) |
Kif ġie spjegat fil-premessa 7, fid-Deċiżjoni ta’ approvazzjoni kondizzjonali tagħha, il-Kummissjoni awtorizzat taħt il-kundizzjoni li jiġu rrispettati l-impenji u l-kundizzjonijiet kollha previsti fl-imsemmija Deċiżjoni:
|
|
(388) |
Il-grupp Dexia u l-Istati Membri kkonċernati jargumentaw, dwar in-nuqqas ta’ konformità mal-impenji u l-kundizzjonijiet tad-Deċiżjoni ta’ approvazzjoni kondizzjonali, li l-Kummissjoni kisret il-prinċipju tal-indipendena tal-espert u li hija għamlet valutazzjoni żbaljata dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar ta’ Frar 2010. Huma jallegaw ukoll li “anki jekk wieħed jissupponi li l-ksur allegat mill-Espert indipendenti fit-tielet rapport tiegħu seħħ, ma jistax ikun argumentat raġonevolment li dan seta’ kien is-sors ta’ diffikultajiet serji li ltaqa’ magħhom il-grupp f’Ottubru 2011” li huwa ġġustifikat mill-kriżi sovrana (85). |
|
(389) |
Matul il-perjodu ta’ wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ approvazzjoni kondizzjonali, ħafna impenji li kienu jikkondizzjonaw l-approvazzjoni ta’ din l-għajnuna ma ġewx irrispettati, fosthom il-projbizzjoni ta’ self lil klijenti PWB f’livell ta’ RAROC ta’ inqas minn 10 %, il-konformità ma’ proporzjon ta’ finanzjament stabbli minimu, il-projbizzjoni li tiġi eżerċitata għażla diskrezzjonali ta’ ħlas lura antiċipat fuq strumenti Tier 2, l-obbligu li l-Kummissjoni tiġi nnotifikata minn qabel dwar kwalunkwe kupun fuq strumenti ibridi Tier 1 jew upper Tier 2 u r-ratata’ tnaqqis tad-daqs tal-karta tal-bilanċ tal-grupp (86). |
|
(390) |
Skont il-Kummissjoni, il-fatt li d-deleveraging tal-portafoll tal-bonds kien ta’ ammont akba mill-minimu previst, li l-produzzjoni ta’ self ġdid kienet inqas mill-massimu previst jew li ċ-ċessjoni tal-parti l-kbira tal-entitajiet saret qabel l-aħħar jum awtorizzat mill-impenji li jidhru fid-Deċiżjoni ta’ approvazzjoni kondizzjonali jirrappreżenta biss it-twettiq normali tal-imsemmija Deċiżjoni u ma jikkumpensax jew jiskuża, kif jissuġġerixxu l-Istati Membri kkonċernati u Dexia fil-kummenti tagħhom, in-nuqqasijiet sinifikanti identifikati. Barra minn hekk, għalkemm ċerti entitajiet inbiegħu fil-ħin, tnejn mill-akbar entitajiet li kellhom jinbiegħu, Crédiop et Sabadell, baqgħu sussidjarji ta’ Dexia minkejja l-iskadenza taż-żmien taċ-ċessjoni prevista u ma jidhrux li sejrin jinbiegħu fil-futur qarib. |
|
(391) |
L-għan ta’ tnaqqis tad-daqs tal-karta tal-bilanċ għas-sena 2010 “intlaħaq” fil-31 ta’ Marzu 2011, minflok ma sar qabel il-31 ta’ Diċembru 2010 kif l-Istati Membri kkonċernati kienu wiegħdu. Il-punt 18 tal-impenji jeħtieġ li l-Istati Membri kkonċernati, meta ma jintlaħqux il-miri annwali, jippreżentaw lill-Kummissjoni miżuri li jippermettu li jintlaħqu dawn l-għanijiet qabel it-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara. L-għan ta’ tnaqqis tad-daqs tal-karta tal-bilanċ għall-aħħar tal-2010 ċertament intlaħaq qabel it-30 ta’ Ġunju ta’ wara, iżda xorta waħda jibqa’ l-fatt li l-impenn ma kienx issodisfat għas-sena 2010. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tenfasizza li l-impenn ta’ tnaqqis annwali tad-daqs tal-karta tal-bilanċ ġie kkalkulat matul l-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ approvazzjoni kondizzjonali fuq il-bażi ta’ grupp Dexia li kien jinkludi DBB/Belfius. Jekk Dexia laħaq fl-aħħar tal-2011 l-għan annwali ta’ tnaqqis tad-daqs tal-karta tal-bilanċ, dan huwa għaliex dan il-bilanċ ma kienx jinkludi aktar l-attiv u l-passiv ta’ DBB/Belfius mibjugħa f’Ottubru 2011 meta l-għan ġie stabbilit bis-suppożizzjoni li din is-sussidjarja kbira tal-grupp tkun għadha ta’ Dexia. Filwaqt li tinnota li l-għan għall-2011 intlaħaq formalment, il-Kummissjoni tqis li t-tnaqqis tad-daqs tal-karta tal-bilanċ fl-aħħar tal-2011 mill-grupp Dexia mingħajr DBB/Belfius huwa ferm inqas mir-rata ta’ tanqqis taħt id-Deċiżjoni prevista mid-Deċiżjoni ta’ approvazzjoni kondizzjonali għall-grupp Dexia li jinkludi lil DBB/Belfius. |
|
(392) |
Fl-aħħar nett, bi tweġiba għall-kummenti tal-Istati Membri kkonċernati, il-Kummissjoni tinnota li għalkemm il-kriżi tad-dejn sovran tista’titqies bħala raġuni li effettivament fixklet l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ approvazzjoni kondizzjonali, il-kriżi tad-dejn sovran ma tistax tiġi invokata sabiex tiġġustifika n-nuqqas ta’ konformità ma’ ċerti impenji bħal pereżempju l-RAROC minimu. |
|
(393) |
Għar-raġunijiet imfissra hawn fuq, id-dubji espressi mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni ta’ approvazzjoni temporanja tagħha (87) u fid-Deċiżjoni ta’ estensjoni tal-proċedura (88) ma tneħħewx mill-kummenti li waslu mingħand l-Istati Membri kkonċernati li jippruvaw juru r-rispett tal-impenji u l-kundizzjonijiet imsemmija fid-Deċiżjoni ta’ approvazzjoni kondizzjonali (89). Il-Kummissjoni għalhekk tinnota n-nuqqas ta’ konformità mal-kundizzjonijiet u l-impenji tad-Deċiżjoni ta’ approvazzjoni kondizzjonali u l-applikazzjoni ħażina mill-Istati Membri kkonċernati, skont l-Artikolu 108(2) tat-TFUE, tal-għajnuna li hija l-oġġett tad-Deċiżjoni ta’ approvazzjoni kondizzjonali. |
(b) Il-preżenza ta’ għajnuna addizzjonali lil Dexia fil-forma ta’ parteċipazzjoni ta’ Arcofin fir-rikapitalizzazzjoni ta’ Dexia
|
(394) |
Meta l-Kummissjoni eżaminat ir-rikapitalizzazzjoni ta’ Dexia bħala parti mid-Deċiżjoni ta’ approvazzjoni kondizzjonali tagħha, hija kkonkludiet li din il-miżura kienet tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, ħlief għal dak li jirrigwarda l-parteċipazzjoni ta’ Arcofin, ta’ Ethias u ta’ CNP Assurances fiż-żieda tal-kapital. Hija kkonkludiet fil-fatt fil-premessa 130 ta’ din id-Deċiżjoni li l-parteċipazzjoni ta’ dawn il-kumpaniji fir-rikapitalizzazzjoni ta’ Dexia ma kinitx tissodisfa l-kundizzjoni ta’ riżorsi tal-Istat. |
|
(395) |
Kif ġie deskritt fil-premessa 31 tad-Deċiżjoni ta’ estensjoni tal-proċedura, fit-3 ta’ April 2012 il-Kummissjoni fetħet proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-każ SA.33927 (90)“guarantee scheme protecting the shares of individual members of financial cooperatives”, fejn qalet b’mod preliminari li l-iskema ta’ garanzija tista’ tabilħaqq tkun għajnuna inkompatibbli mas-suq intern għall-kooperattivi finanzjarji li l-azzjonisti individwali tagħhom ikunu koperti mill-iskema ta’ garanzija, u għaldaqstant partikolarment favur Arcofin. |
|
(396) |
B’mod partikolari, skont id-Deċiżjoni tat-3 ta’ April 2012, l-iskema ta’ garanzija setgħet għenet lill-kooperattivi jiksbu kapital addizzjonali jew għall-inqas jippreservaw il-kapital eżistenti tagħhom billi kkonvinċew lill-azzjonisti individwali eżistenti tagħhom biex ma jirtirawx mill-kooperattiva tagħhom. Dan kien partikolarment rilevanti matul il-perjodu ta’ bejn il-ħarifa 2008 u d-data tal-adozzjoni (10 ta’ Ottubru 2011) tad-Digriet Irjali, meta l-fraġilità tas-swieq inġenerali u b’mod speċjali tal-istituzzjonijiet finanzjarji kienet f’każ kuntrarju tħeġġeġ lill-investituri jirtiraw mill-kooperattivi (91). |
|
(397) |
Kif indikat fid-Deċiżjoni tat-3 ta’ April 2012 u fid-Deċiżjoni ta’ estensjoni tal-proċedura, il-Kummissjoni nnutat li:
|
|
(398) |
Skont ir-rapport tal-Kummissjoni speċjali tal-Kamra tar-Rappreżentanti tal-Belġju inkarigata sabex teżamina ċ-ċirkostanzi li wasslu għall-iżmantellar ta’ Dexia SA, ma kienx hemm interess ekonomiku proprju għal Arcofin li tipparteċipa fir-rikapitalizzazzjoni ta’ Dexia u din l-operazzjoni saret taħt pressjoni mill-awtoritajiet:
|
|
(399) |
Skont l-istampa Belġjana, il-Ministru tal-Finanzi tal-gvern preċedenti kien iddikjara fil-25 ta’ Jannar 2012, waqt seduta quddiem il-Kummissjoni speċjali tal-Kamra tar-Rappreżentanti tal-Belġju inkarigata sabiex teżamina ċ-ċirkostanzi li wasslu għall-iżmantellar ta’ Dexia SA, li l-garanzija tal-Istat favur l-ishma tal-azzjonisti ta’ Arcofin kienet ir-riżultat ta’ kompromess politiku li jmur lura għall-2008 taħt l-ewwel pjan ta’ salvataġġ ta’ Dexia: “ Huwa [il-Ministru tal-Finanzi Belġjan] stqarr ukoll [l-Erbgħa, 25 ta’ Jannar 2012, waqt is-seduta tiegħu quddiem il-Kummissjoni parlamentari dwar l-iżmantellar ta’ Dexia] li ma kienx konvint mal-ewwel mill-garanziji-Arco, l-aktar minħabba biża’ li ma jiġux aċċettati mill-Ewropa. Il-fatt li dawn il-garanziji xorta ġew implimentati huwa r-riżultat, skont il-Viċi Prim Ministru [il-Ministru tal-Finanzi Belġjan], ta’ kompromess politiku li jmur lura għall-2008, waqt l-ewwel salvataġġ ta’ Dexia. Hija l-ewwel darba li persuna kkonċernata ammettiet dan il-kompromess li l-eżistenza tiegħu kienet diġà magħrufa. Skont [il-Ministru], il-mistoqsija dwar il-fatt li tingħata protezzjoni […] lil dawk li jikkooperaw ma’ Arco, kienet diġà tqajjmet fl-aħħar ta’ Settembru 2008, fil-lejl tal-ewwel salvataġġ ta’ Dexia fil-palazz Egmont. “[…] Rigward Arco, il-mistoqsija saret mill-Kunsill ristrett tal-Ministri [“Kernkabinet”] stess”, iddikjara l-[Ministru tal-Finanzi] li ma tax dettalji. [Il-Ministru] qal li il-kompromess politiku kien meħtieġ dakinhar biex Dexia jiġi salvat. […]” (99). “ Quddiem il-Kummissjoni Dexia, [il-Ministru tal-Finanzi Belġjan] stqarr ukoll li, għall-ewwel, huwa ma kienx favur din il-garanzija, li kienet il-konsegwenza ta’ kompromess politiku li seħħ fl-2008, ikkonferma l-eks Ministru tal-Finanzi. Huwa fakkar li fil-lejl tal-ewwel salvataġġ ta’ Dexia f’Settembru 2008, ġiet diskussal-estensjoni tal-garanzija offruta għall-investituri fil-prodotti tal-Klassi 21, […], kif ukoll għall-kooperaturi ta’ Arco. “[…] Għal Arco, il-mistoqsija tqajjmet direttament fil-kern [il-kunsill ristrett tal-Ministri].” ” (100) |
|
(400) |
Skont l-intervent ta’ parlamentari fid-diskussjoni tar-rapport tal-Kummissjoni speċjali tal-Kamra tar-Rappreżentanti tal-Belġju inkarigata sabiex teżamina ċ-ċirkostanzi li wasslu għall-iżmantellar ta’ Dexia SA, l-aċċess mogħti mill-Istat lill-azzjonisti tal-grupp Arco għall-iskema ta’ garanzija kienet il-kontroparti għall-parteċipazzjoni ta’ Arcofin fiż-żieda ta’ Dexia li saret taħt pressjoni mill-Gvern:
|
|
(401) |
Għar-raġunijiet imfissra fil-premessi (397) sa (400), id-dubji espressi mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni ta’ estensjoni tal-proċedura ma tneħħewx mill-kummenti li waslu mingħand l-Istati Membri kkonċernati. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li l-garanzija tal-Istat favur l-azzjonisti ta’ Arcofin ġiet imfassla mill-awtoritajiet Belġjani sabiex jikkonvinċu lil Arcofin jipparteċipa fir-rikapitalizzazzjoni ta’ Dexia. |
|
(402) |
Bi tweġiba għall-osservazzjonijiet tal-Belġju (ara l-premessa (377)), il-Kummissjoni tinnota li l-aħbar u l-garanzija kienu ġejjin mill-Istat Belġjan. Hija tinnota li din l-operazzjoni ta’ garanzija seħħet biss meta Arcofin kien ikun soġġett, fin-nuqqas ta’ din l-operazzjoni, għal riskju akbar milli kieku l-azzjonisti tiegħu kienu esposti għal telf relatat mal-parteċipazzjoni ta’ Arcofin fir-rikapitalizzazzjoni ta’ Dexia. Hija tinnota l-koinċidenza tal-aħbar tal-abbozz tal-garanzija (l-10 ta’ Ottubru 2008) u t-tħejjija tar-rikapitalizzazzjoni ta’ Dexia (li saret finali fit-3 ta’ Ottubru 2008, u għalhekk imħejjija qabel din id-data) u tqis, fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti (102), li Arcofin ma kienx jipparteċipa fir-rikapitalizzazzjoni ta’ Dexia li kieku ma setax jistrieħ fuq l-iskema ta’ garanzija li tipproteġi l-investiment tal-azzjonisti individwali fis-soċjetajiet kooperattivi, li l-aħbar tal-abbozz taghħa ħeġġu jkompli bl-injezzjoni fil-kapital. Għaldaqstant il-miżura hija attribwibbli għall-Istat. |
|
(403) |
Ir-rikapitalizzazzjoni ta’ Dexia ta’ EUR 350 miljun mill-kooperattiva finanzjarja Arcofin taħt l-ewwel pjan ta’ salvataġġ ta’ Dexia hija għalhekk imputabbli lill-Istat. Il-kundizzjonijiet l-oħrajn meħtieġa għall-kwalifika ta’ għajnuna mill-Istat huma ssodisfati għar-raġunijiet diġà spjegati fid-Deċiżjoni tal-ftuħ tat-13 ta’ Marzu 2009 (103) u d-Deċiżjoni ta’ approvazzjoni kondizzjonali (104): il-Kummissjoni tikkunsidra li mingħajr il-garanzija tal-Istat Belġjan, Arcofin ma kienx jissottoskrivi għal din iż-żieda tal-kapital, li tat lil grupp Dexia vantaġġ kbir billi naqqset ir-riskju ta’ insolvenza tiegħu; iż-żieda tal-kapital hija selettiva peress li din kienet tirrigwarda biss impriża waħda, il-grupp Dexia; billi d-daqs ta’ Dexia u l-importanza tiegħu fuq is-suq Belġjan, Franċiż u Lussemburgiż, u l-fatt li, mingħajr l-interventi, il-grupp seta’ jsib ruħu f’pożizzjoni ta’ insolvenza, li kienet tbiddel l-istruttura tas-suq bankarju fit-tliet territorji b’mod sinifikanti, il-Kummissjoni tqis li l-miżuri inkwistjoni jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri u joħolqu distorsjoni jew jheddu li joħolqu distorsjoni tal-kompetizzjoni. |
|
(404) |
Il-Kummissjoni tinnota li r-responsabbiltà tal-Istat għall-parteċipazzjoni ta’ Arcofin fir-rikapitalizzazzjoni ta’ Dexia ma tistax tkun iddubitata minn xi konklużjoni possibbli fil-każ SA.33927 “guarantee scheme protecting the shares of individual members of financial cooperatives” li l-iskema ta’ garanzija ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat favur Arcofin. Fil-fatt, Arcofin seta’ ma kienx benefiċjarju ta’ għajnuna mill-Istat taħt l-iskema ta’ garanzija, għalkemm ħadet, kif innutat il-Kummissjoni f’din id-Deċiżjoni, miżura imputabbli lill-Istat li tikkostitwixxi għajnuna. |
|
(405) |
Il-Kummissjoni ma nżammitx informata mill-awtoritajiet Belġjani, bħala parti mill-proċedura li wasslet għad-Deċiżjoni ta’ approvazzjoni kondizzjonali, dwar l-elementi relatati ma’ skema ta’ garanzija li tipproteġi l-ishma tal-azzjonisti individwali fil-kooperattivi finanzjarji. Fil-fatt, in-nuqqas ta’ informazzjoni sħiħa dwar il-kundizzjonijiet madwar il-parteċipazzjoni ta’ Arcofin fir-rikapitalizzazzjoni kellu importanza determinanti fuq il-konklużjoni tal-Kummissjoni dwar in-nuqqas ta’ għajnuna f’dan l-investiment u l-kompatibbiltà tal-elementi l-oħrajn ta’ għajnuna identifikati fid-Deċiżjoni ta’ approvazzjoni kondizzjonali. Dexia rċieva fir-realtà ammont ta’ għajnuna ogħla minn dak innutat mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni ta’ approvazzjoni kondizzjonali u l-iżball fuq l-ammont ta’ għajnuna li fih waqgħet il-Kummissjoni seta’ kellu importanza determinanti fuq l-analiżi tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għaldaqstant ħabbret permezz ta’ ittra lill-Istati Membri kkonċernati l-intenzjoni tagħha li tiftaħ proċedura bl-għan li tirrevoka l-partijiet kollha tad-Deċiżjoni ta’ approvazzjoni kondizzjonali li jirrgwardaw il-parteċipazzjoni ta’ Arcofin fir-rikapitalizzazzjoni ta’ Dexia. Hija avżat ukoll lill-Istati Membri kkonċernati li, jekk tingħata għajnuna addizzjonali fil-forma tal-parteċipazzjoni ta’ Arcofin fir-rikapitalizzazzjoni ta’ Dexia, għajnuna ġdida mogħtija jew li tista’ tingħata fil-perjodu ta’ ristrutturar speċifikat fid-Deċiżjoni ta’ approvazzjoni kondizzjonali, jew inkella ma jkunx hemm konformità ma’ ċerti impenji u kundizzjonijiet ta’ din l-istess Deċiżjoni, hija jkollha teżamina mill-ġdid il-kompatibbiltà tal-għajnuna kollha indirizzata fid-Deċiżjoni kondizzjonali. Imbagħad, fid-Deċiżjoni ta’ estensjoni tal-proċedura, il-Kummissjoni stiednet lill-Istati Membri kkonċernati jressqu l-osservazzjonijiet tagħhom u jipprovdu kwalunkwe informazzjoni utli dwar dan il-punt, sabiex ikun stabbilit jekk id-Deċiżjoni ta’ approvazzjoni kondizzjonali għandhiex tkun revokata. Għar-raġunijiet li ntqalu, wara l-analiżi tal-osservazzjonijiet ippreżentati mill-Istati Membri kkonċernati, il-Kummissjoni tikkunsidra li d-Deċiżjoni ta’ approvazzjoni kondizzjonali għandha tkun revokata. Madankollu, il-Kummissjoni tqis li l-analiżi dwar l-eżistenza tal-miżuri ta’ għajnuna diġà identifikati fid-Deċiżjoni ta’ approvazzjoni kondizzjonali (ara l-premessi 121 sa 138 tad-Deċiżjoni ta’ approvazzjoni kondizzjonali) tibqa’ għal kollox valida. |
6.1.2. Għajnuna addizzjonali (wara d-Deċiżjoni ta’ approvazzjoni kondizzjonali) li ngħatat
(a) Il-garanziji tempranji ta’ rifinanzjament favur Dexia SA, DCL u s-sussidjarji tagħhom (għal ammont inizjali ta’ EUR 45 biljun, li tela’ għal EUR 55 biljun).
|
(406) |
Il-garanzija temporanja tal-Istati Membri kkonċernati għar-rifinanzjament ta’ Dexia SA u ta’ DCL kienet ikkwalifikata bħala għajnuna (u approvata temporanjament) bid-Deċiżjoni ta’ approvazzjoni temporanja (105), id-Deċiżjoni tal-ewwel estensjoni tal-garanzija (106), id-Deċiżjoni dwar iż-żieda tal-limitu tal-garanzija (107) u d-Deċiżjoni tat-tieni estensjoni tal-garanzija (108) għal ammont inizjali ta’ EUR 45 biljun, imbagħat ta’ EUR 55 biljun. |
|
(407) |
Fid-Deċiżjonijiet tagħha tad-19 ta’ April 2008 (109) u tat-30 ta’ Ottubru 2009 (110), il- Kummissjoni kienet diġà stabbiliet li l-mekkaniżmu ta’ garanzija tal-Istati Membri kkonċernati għall-finanzjament avvjat minn Dexia, skont ftehim ta’ Ottubru 2008, kien għajnuna mill-Istati. |
|
(408) |
Il-Kummissjoni ttenni r-raġunijiet diġà mogħtija fid-Deċiżjonijiet preċedenti tagħha, li l-garanzija ta’ rifinanzjament favur Dexia SA u DCL hija għajnuna mill-Istati. |
|
(409) |
Il-Kummissjoni tosserva li l-Istati Membri kkonċernati jiġġustifikaw il-garanzija temporanja ta’ rifinanzjament bil-fatt li Dexia ma setax jiffinanzja lilu nnifsu mill-ġdid fuq is-swieq. F’dawn iċ-ċirkostanzi il-Kummissjoni tista’ tqis li l-garanzija mhijiex ipprovduta b’rata tas-suq u tagħti vantaġġ lill-benefiċjarju tagħha. |
|
(410) |
Il-miżura hija seletttiva għax tirrigwarda biss kumpanija waħda, Dexia (Dexia SA u DCL huma l-uniċi entitajiet direttament benefiċjarji). |
|
(411) |
Il-garanzija temporanja ta’ rifinanzjament, mogħtija mill-Istati Membri kkonċerrnati, tinkludi biċ-ċar riżorsi tal-Istat. |
|
(412) |
Minħabba l-kobor ta’ Dexia u l-fatt li, mingħajr il-garanzija temporanja ta’ rifinanzjament, il-bank kien jissogra li jitqiegħed f’likwidazzjoni immedjata u mhux ordnata minħabba l-problemi kkombinati tiegħu ta’ likwidità, il-kwalità tal-assi, profittabbiltà u solvenza, li kienu jaffettwaw l-istruttura tas-suq bankarju f’diversi Stati Membri, il-Kummissjoni tqis li l-miżura taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri u toħloq distorsjoni jew thedded li toħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni. |
(b) l-ELA mogħtija mill-bank ċentrali Belġjan u dak Franċiż lil DBB/Belfius u DCL rispettivament
|
(413) |
Il-Kummissjoni tqis li l-ELA mogħtija mill-5 ta’ Ottubru 2011 hija parti minn sensiela ta’ miżuri ġodda favur il-grupp Dexia u DBB/Belfius wara ċ-ċessjoni ta’ DBB/Belfius, adottati (jew li għandhom ikunu adottati) wara l-approvazzjoni, fis-26 ta’ Frar 2010, tal-ewwel pjan ta’ ristrutturar ta’ Dexia, bħall-garanzija temporanja ta’ rifinanzjament, ix-xiri ta’ DBB/Belfius, iċ-ċessjoni ta’ Dexia BIL u l-miżuri previsti mill-pjan ta’ riżoluzzjoni ordnata ta’ Dexia. |
|
(414) |
Bi tweġiba għall-osservazzjonijiet tal-Istati Membri kkonċernati dwar l-ELA, il-Kummissjoni tinnota li, skont il-punt 51 tal-komunikazzjoni bankarja (111), waħda mill-kundizzjonijiet biex ikun konkluż li mhemmx għajnuna hija li “l-miżura […] ma tkunx tgawdi l-kontrogaranzija tal-Istat”. |
|
(415) |
Hija tinnota li l-garanzija mill-Istat tal-ELA mogħtija lil DBB/Belfius hija parti mill-garanzija tal-Istat Belġjan favur il-BNB, skont il-liġi tat-22 ta’ Frar 1998 li tistabbilixxi l-istatus organiku tal-BNB. |
|
(416) |
Hija ma taqbilx mal-awtoritajiet Belġjani li l-garanzija tal-Belġju favur BNB mhijiex parti mill-Komunikazzjoni bankarja (112) minħabba li din il-garanzija mhijiex miżura “ta’ kontra l-kriżi” mogħtija speċifikament għall-ELA, iżda “tiggarantixxi l-krediti kollha [sic] mogħtija mill-BNB, sakemm dawn jingħataw bħala parti mill-kontribuzzjoni tal-BNB għall-istabilità tas-sistema finanzjarja, li jmur ferm lil hinn mill-miżuri ta’ kontra l-kriżi”. |
|
(417) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-kriterju ta’ nuqqas ta’ kontrogaranzija mill-Istat, promulgat mill-Komunikazzjoni bankarja bħala wieħed mill-kriterji kumulattivi li jeskludu l-kwalifika ta’ għajnuna, mhuwiex definit aktar ‘il quddiem. Din il-Komunikazzjoni ma tindika mkien, lanqas b’mod impliċitu, li tali kontrogaranzija għandha tittieħed speċifikament għall-ġlieda kontra l-kriżi finanzjarja attwali. Fil-fatt, il-kriterji identifikati fil-punt 51 tal-Komunikazzjoni bankarja jirrepetu biss l-analiżi li għamlet il-Kummissjoni fil-premessi 32 u 33 tad-Deċiżjoni tagħha tal-5 ta’ Diċembru 2007Northern Rock (113), ferm qabel l-implimentazzjoni ta’ qafas legali dwar il-kriżi finanzjarja. Huwa biżżejjed għalhekk li l-kontrogaranzija tal-Istat tkopril-provvista ta’ fondi mill-bank ċentrali, u mhuwiex meħtieġ, kif jissuġġerixxu l-awtoritajiet Belġjani, li l-kontrogaranzija tingħata speċifikament għall-ELAs. |
|
(418) |
L-Artikolu 9(2) tal-liġi tat-22 ta’ Frar 1998 li tistabbilixxi l-istatut organiku tal-BNB jistipula “L-Istat jiggarantixxi lill-Bank kontra kull telf u jiggarantixxi r-rimborż t’a kwalunkwe kreditu mogħti mill-Bank wara l-implimentazzjoni tal-ftehim imsemmi fil-paragrafu preċedenti [jiġifieri “il-ftehim ta’ kooperazzjoni monetarja internazzjonali li jorbot lill-Belġju”] jew wara l-parteċipazzjoni tiegħu fi ftehim jew f’operazzjonijiet ta’ kooperazzjoni monetarja internazzjonali li tagħhom, permezz tal-approvazzjoni deċiża fil-Kunsill tal-Ministri, il-Bank ikun parti. L-Istat jiggarantixxi wkoll lill-Bank ir-rimborż ta’ kwalunkwe kreditu mogħti bħala parti mill-kontribut tiegħu għall-istabilità tas-sistema finanzjarja u jiggarantixxi lill-Bank kontra kull telf imġarrab minħabba kwalunkwe operazzjoni meħtieġa f’dan ir-rigward.” (114) |
|
(419) |
Skont il-Kummissjoni, minn dan jirriżulta li, għall-attivitajiet koperti minn din il-klawżola, il-BNB igawdi minn garanzija tal-Istat “kontra kull telf”. Barra minn hekk, l-awtoritajiet Belġjani, kontinwament iġġustifikaw l-ELAs favur Dexia permezz tal-ħtieġa li jevitaw destabilizzazzjoni tas-sistema finanzjarja. |
|
(420) |
Il-fatt li fin-notifika tagħhom tal-21 ta’ Ottubru 2011 dwar il-miżura l-ġdida tal-ELA, l-awtoritajiet Belġjani qiesu li kien meħtieġ jindikaw il-preżenza ta’ kontrogaranzija tal-Istat favur il-BNB kważi minnufih wara l-indikazzjoni li l-ELA hija meħtieġa biex tinżamm l-istabilità finanzjarja tal-Belġju jikkonferma li din il-kontrogaranzija tkopri effettivament l-ELA:
(…)
|
|
(421) |
Għalhekk il-kundizzjonijiet definiti fil-Komunikazzjoni bankarja sabiex tiġi eskluża l-preżenza ta’ għajnuna mhumiex issodisfati kollha f’dak li jirrigwarda l-ELA tal-BNB lil DBB/Belfius. |
|
(422) |
L-istess huwa veru fir-rigward ta’ nofs l-ELA li l-BdF ta lil DCL, għar-raġunijiet mogħtija fil-premessi 414 sa 429. |
|
(423) |
Peress li l-ftehim tat-2 ta’ Frar 2012 (116) bejn il-bank ċentrali Belġjan u dak Franċiż kiseb karattru vinkolanti, il-BNB huwa meħtieġ li jħallas sa 50 % tat-telf li l-BdF jista’ jsofri minħabba l-inadempjenza possibbli ta’ DCL. Madankollu, din il-garanzija tal-BNB lill-BdF tgawdi hija stess mill-garanzija tal-Istat Belġjan taħt il-liġi tat-22 ta’ Frar 1998 li tistabbilixxi l-istatut organiku tal-BNB. |
|
(424) |
Fin-nuqqas ta’ evidenza suffiċjenti li turi li l-ftehim proviżorju bejn iż-żewġ banek ċentrali li ppreċeda l-ftehim tat-2 ta’ Frar 2012 (117) kien ta’ natura legalment vinkolanti, il-Kummissjoni tqis it-2 ta’ Frar 2012 bħala d-data li minnha l-ELA tal-BdF lil DCL tibda tgħodd bħala għajnuna. |
|
(425) |
[…]. |
|
(426) |
[…]. |
|
(427) |
[…]. |
|
(428) |
[…]. |
|
(429) |
Bħala konklużjoni, il-kundizzjoni li, biex l-ELA ma tkunx għajnuna skont il-Komunikazzjoni bankarja, din l-ELA m’għandhiex tgawdi minn kontrogaranzija tal-Istat (118) mhijiex issodisfata f’dak li jirrigwarda l-ELA tal-BdF favur DCL. |
|
(430) |
Għaldaqstant il-kundizzjonijiet definiti fil-Komunikazzjoni bankarja sabiex tiġi eskluża l-preżenza ta’ għajnuna mhumiex issodisfati kollha la f’dak li jirrigwarda l-ELA tal-BNB lil DBB/Belfius u lanqas f’dak li jirrigwarda l-ELA tal-BdF lil DCL. Għaldaqstant, jeħtieġ li jkun ivverifikat jekk il-kundizzjonijiet li jwasslu għal għajnuna mill-Istat humiex effettivament issodisfati. |
|
(431) |
Il-BNB huwa istituzzjoni pubblika u l-interventi tiegħu jinvolvu riżorsi tal-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. Skont il-BNB stess, “il-predominanza tal-interess ġenerali fil-ġestjoni tal-Bank nazzjonali mill-ħolqien tiegħu kienet tirriżulta f’derogi għal-liġi dwar il-korporazzjonijiet” (119). Huwa jaqdi funzjonijiet tal-ordni sovrana bħaż-żamma tal-istabilità tal-prezzijiet għall-benefiċċju tal-komunità kollha kemm hi. Huwa rregolat minn liġi organika u l-istatuti tiegħu huma approvati permezz ta’ digriet irjali. Il-Gvernatur u d-diretturi jinħatru mir-Re. L-ELA tirrappreżenta għalhekk miżura tal-Istat mogħtija mir-riżorsi tal-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. |
|
(432) |
Il-BdF huwa istituzzjoni li l-kapital tagħha jappartjeni lill-Istat. Mingħajr preġudizzju għall-għan ewlieni tal-istabilità tal-prezzijiet, il-BdF jappoġġja l-politika ekonomika ġenerali tal-gvern u jwettaq is-servizzi mitluba mill-Istat jew li jsiru għal partijiet terzi bil-kunsens ta’ dan tal-aħħar. L-ELA tirrappreżenta għalhekk miżura tal-Istat mogħtija mir-riżorsi tal-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. |
|
(433) |
L-ELA mħallsa lil DCL u dik imħallsa lil DBB/Belfius saċ-ċessjoni tiegħu minn Dexia lill-Istat Belġjan hija miżura mogħtija b’mod selettiv lil Dexia, li tagħtih vantaġġ billi tagħtih finanzjament li Dexia ma jistax jikseb aktar fuq is-suq minħabba d-diffikultajiet serji tiegħu, l-aktar f’termini ta’ likwidità. |
|
(434) |
Bl-istess mod, l-ELA mħallsa lil DBB/Belfius wara ċ-ċessjoni minn Dexia lill-Istat Belġjan hija miżura mogħtija b’mod selettiv lil DBB/Belfius, li tagħtu vantaġġ billi pprovdietlu finanzjament li ma kienx aktar disponibbli għalih fis-suq. Barra minn hekk, fil-kuntest tal-problemi serji ta’ likwidità tal-grupp Dexia, DBB/Belfius wara ċ-ċessjoni kompla jissottoskrivi għall-ħruġ ta’ bonds ta’ DCL. L-ELA ffaċilitatlu l-investiment meta din il-faċilità ma kinitx disponibbli għall-kompetituri tiegħu. |
|
(435) |
Peress li Dexia huwa attiv f’diversi Stati Membru u f’kompetizzjoni, fil-parti l-kbira tal-attivitajiet tiegħu, ma’ istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn madwar l-Unjoni Ewropea, l-ELA mogħtija lilu xekklet il-kompetizzjoni u affettwat il-kummerċj bejn l-Istati Membri. |
|
(436) |
Bl-istess mod, DBB/Belfius wara ċ-ċessjoni seta’ juża, permezz tal-ELA, sors ta’ finanzjament li mingħajru ma kienx ikun jista’ jkompli l-attivitajiet tiegħu (fosthom li jissottoskrivi għall-istrumenti finanzjarji maħruġa minn DCL), u li għalhekk tatu vantaġġ li jxekkel il-kompetizzjoni. Dan huwa bank kbir fil-Belġju u jinsab f’kompetizzjoni ma’ istituzzjonijiet finanzjarji attivi madwar l-Unjoni Ewropea. Għaldaqstant dan il-vantaġġ affettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
|
(437) |
Għalhekk, u minkejja l-portafolli ta’ kreditu mogħtija b’rahan minn DBB/Belfius u DCL, il-Kummissjoni tqis li l-ELAs jinkludu għajnuna mill-Istat. |
(c) Għajnuna mill-bejgħ ta’ DBB/Belfius lill-Istat Belġjan
|
(438) |
Fid-Deċiżjoni tal-ftuħ tagħha dwar il-bejgħ ta’ DBB/Belfius, il-Kummissjoni esprimiet id-dubji tagħha dwar in-nuqqas ta’ għajnuna fil-bejgħ ta’ DBB/Belfius lill-Istat Belġjan. Kull differenza pożittiva bejn il-prezz imħallas mill-awtoritajiet Belġjani u l-valur tas-suq ta’ DBB/Belfius waqt it-tranżazzjoni titqies bħala għajnuna mill-Istat lill-bejjiegħ (Dexia SA) ta’ ammont ekwivalenti. Barra minn hekk, it-tranżazzjoni tista’ wkoll tagħti għajnuna għall-benefiċċju tal-entità mibjugħa (DBB/Belfius). Din l-għajnuna tiżdied ma’ dik – ikkontestata – li kienet is-suġġett tad-Deċiżjoni ta’ approvazzjoni kondizzjonali u li minnha DBB/Belfius diġà bbenefika bħala entità tal-grupp Dexia (ara s-sezzjoni 6.1.1, premessi (387) sa (405)), u mal-ELA li rċieva DBB/Belfius (ara l-punt (b) ta’ din is-sezzjoni). |
— Għajnuna għall-benefiċċju tal-bejjiegħ
|
(439) |
L-operazzjoni ta’ xiri tal-ishma ta’ DBB/Belfius mill-Istat Belġjan hija ffinanzjata mir-riżorsi tal-Istat (li ġejjin mill-SFPI). |
|
(440) |
L-Istat Belġjan intervjena favur Dexia u/jew is-sussidjarji tiegħu f’termini u kundizzjonijiet li ma jkunux aaċċettabbli għal investitur privat li jopera f’kundizzjonijiet normali tas-suq. Il-bejjiegħ Dexia jgawdi mir-riżorsi tal-Istat li jirriżultaw mill-prezz għoli mħallas mill-Belġju għax-xiri ta’ DBB/Belfius. Il-Kummissjoni tinnota li l-valutazzjoni tal-prezz ipprovduta mill-awtoritajiet Belġjani tindika valur ta’ bejn EUR 2,8 biljun u EUR 7,2 biljun. Fil-fatt, wara li ġie kkunsidrat it-telf mhux realizzat li rriżulta mill-kundizzjonijiet tas-suq tas-sajf tal-2011 (degradazzjoni ta’ madwar EUR [0-2] biljun ta’ telf mhux realizzat), kif ukoll l-aspettattivi tad-dħul li ġew ikkomunikati (EUR 408 miljun u EUR […] miljun għall-2012 u l-2013 rispettivament) u abbażi tal-modi multipli ta’ valutazzjoni ta’ gruppi bankarji Ewropej bħal Belfius (multiple P/E (120) ta’ [5-10] għall-2012 u l-2013 u P/TBV (121) ta’ [0,6-0,8] fl-aħħar tal-2011), jidher li l-valur tal-porzjon mibjugħ ta’ DBB/Belfius jista’ jkun stmat bejn EUR [0-5] biljun u EUR [0-5] biljun. |
|
(441) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tosserva li l-kundizzjonijiet tat-tranżazzjoni ta’ DBB/Belfius jinkludu wkoll obbligi kuntrattwali għal DBB/Belfius u/jew għall-Istat Belġjan li huma ta’ vantaġġ għal Dexia/DCL u li, f’kundizzjonijiet normali tas-suq, kienu jnaqqsu l-prezz tat-tranżazzjoni. Dawn l-obbligi huma l-mekkaniżmu ta’ prezz addizzjonali, il-ftehim ta’ finanzjament bejn DBB/Belfius u DCL/Dexia u l-immunizzazzjoni mill-Istat Belġjan tal-grupp Dexia kontra kull riskju ta’ telf marbut mal-pendenti fuq Arco, Ethias u Holding Communal. |
|
(442) |
L-ewwel nett, fir-rigward tal-mekkaniżmu ta’ prezz addizzjonali, il-Kummissjoni tirrikonoxxi li huwa komuni fil-bejgħ tal-banek li jkun hemm mekkaniżmi ta’ aġġustament fil-prezz ibbażati fuq ir-rendiment futur tal-attività mibjugħa. Il-Kummissjoni tosserva madankollu li f’dan il-każ dan il-mekkaniżmu huwa sproporzjonat f’dan il-każ. B’mod partikolari, il-fatt li l-Istat Belġjan jintrabat li jħallas lura 100 % tal-valur miżjud ifisser li jaċċetta li jieħu riskju kbir ħafna (ix-xiri għal EUR 4 biljun) filwaqt li jirrinunzja għal kull kumpens għal dan ir-riskju (u mingħajr rimborż tal-ispejjeż tiegħu ta’ finanzjament). Tali rimborż tal-valur miżjud ma kienx ikun aċċettat minn investitur privat mingħajr aġġustament sinifikanti tal-prezz tal-bejgħ. Skont l-informazzjoni mogħtija mill-Belġju u mill-bank konsulent tiegħu, u fuq il-bażi tad-dejta tas-suq, il-mekkaniżmu ta’ prezz addizzjonali jista’ jkun stmat bejn EUR 40 miljun u EUR 150. |
|
(443) |
It-tieni, l-offerta magħmula mill-Istat Belġjan lill-grupp Dexia tinkludi tnaqqis gradwali tal-finanzjamenti ta’ DBB/Belfius lill-bqija tal-grupp u l-aktar lil Dexia SA u DCL. Dan it-tnaqqis, madankollu, mhuwiex akkumpanjat minn xi kronoloġija ċara u kritika. Il-Kummissjoni tqis li l-ebda investitur privat ma kien jaċċetta li jixtri b’dawn il-kundizzjonijiet bank li għandu espożizzjoni daqstant importanti għal Dexia u s-sussidjarji tiegħu, grupp f’diffikultà kbira, mingħajr aġġustament tal-prezz tal-bejgħ. |
|
(444) |
It-tielet, l-immunizzazzjoni mill-Istat Belġjan tal-grupp Dexia kontra kull riskju ta’ telf marbut mal-ammonti pendenti fuq Arco, Ethias u Holding Communal, kif jidher fl-offerta tal-Istat Belġjan lil Dexia ppubblikata fl-10 ta’ Ottubru 2011, ma kinitx tkun aċċettabbli għal investitur prudenti. |
|
(445) |
Huwa mfakkar, kif indikat fid-Deċiżjoni tal-ftuħ dwar il-bejgħ ta’ DBB/Belfius (122) u kkonfermat mid-Deċiżjoni ta’ approvazzjoni temporanja (123) u d-Deċiżjoni ta’ estensjoni tal-proċedura (124) li l-bejgħ ta’ DBB/Belfius lill-Istat Belġjan f’kundizzjonijiet favorevoli għal Dexia huwa miżura ta’ għajnuna li tagħmel parti mill-istabbiliment mill-Istati Membri kkonċernati ta’ sett ta’ miżuri strutturali addizzjonali favur Dexia (li dwarhom, fl-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-ftuħ dwar il-bejgħ ta’ DBB/Belfius, il-Kummissjoni ma kienx għad kellha informazzjoni preċiża biżżejjed, iżda li wara rriżulta li kienu l-garanzija ta’ rifinanzjament, l-ELA u l-miżuri previsti mill-pjan rivedut ta’ riżoluzzjoni ordnata ta’ Dexia) li ma kienx ikun aċċettabbli għal investitur prudenti. Minn dan jirriżulta li x-xiri ta’ DBB/Belfius ma jistax ikun isseparat mill-miżuri l-oħrajn ta’ appoġġ mogħtija lil Dexia (125). |
|
(446) |
B’hekk il-prezz ta’ DBB kellu jitbaxxa biex jirrifletti l-obbligi msemmija fil-premessi 441 sa 445 li bbenefikaw lil Dexia/DCL. Il-Kummissjoni tqis għalhekk li l-prezz tal-bejgħ ta’ DBB/Belfius kien stmat iżżejjed u ogħla minn kemm kien jaċċetta investitur privat prudenti. L-għajnuna favur DCL/Dexia tista’ għalhekk tkun stmata li tammonta bejn EUR 1 biljun u EUR 2 biljun. |
|
(447) |
Dexia huwa f’kompetizzjoni ma’ gruppi barranin, b’mod li l-kummerċ bejn l-Istati Membri huwa affettwat u dan il-bejgħ bi prezz għoli żżejjed joħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni. |
— Għajnuna favur DBB/Belfius
|
(448) |
Il-Kummissjoni tqis li ġie stabbilit li l-Istat Belġjan ma aġixxiex bħala investitur prudenti f’ekonomija tas-suq meta akkwista lil DBB/Belfius peress li l-prezz tal-bejgħ kien ogħla mill-valur tas-suq u l-Istat Belġjan akkwista lil DBB/Belfius sabiex jevita d-deterjorazzjoni tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-grupp u għalhekk tas-sistema finanzjarja Belġjana. |
|
(449) |
Il-Kummissjoni kienet diġà innutat fid-Deċiżjoni tal-ftuħ tagħha l-eventwalità improbabbli ħafna tal-irkupru tal-grupp bankarju minn investitur privat minħabba l-prezz mitlub u l-espożizzjoni tiegħu għal DCL/Dexia li kellha tonqos biss gradwalment. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li investitur tas-suq ma kienx jagħmel dan l-akkwist fi żmien daqstant qasir u mingħajr ma jkun għamel l-investigazzjonijiet xierqa. L-investigazzjoni formali kkonfermat dawn id-dubji. |
|
(450) |
Il-Kummissjoni tinnota wkoll li DBB/Belfius igawdi direttament mill-fatt li huwa separat mill-grupp Dexia, li huwa vantaġġ fih innifsu. L-appartenenza għall-grupp ta’ Dexia qanqal irtirar sostanzjali ta’ depożiti minn DBB/Belfius u qiegħed f’periklu l-vijabbiltà tiegħu. L-awtoritajiet Belġjani ripetutament enfasizzaw dan l-aspett tat-tranżazzjoni sabiex iserrħu ras id-depożitanti. |
|
(451) |
Il-vantaġġi mogħtija lil DBB/Belfius permezz tal-miżura joħolqu distorsjoni fil-kompetizzjoni billi jippermettu lil DBB/Belfius jippreżenta lill-kredituri u lid-depożitanti tiegħu sitwazzjoni aqwa. DBB/Belfius huwa f’kompetizzjoni ma’ gruppi barranin, b’mod li l-kummerċ bejn l-Istati Membri huwa affettwat. |
|
(452) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkonkludi li x-xiri tal-ishma ta’ DBB/Belfius mill-Istat Belġjan fil-kundizzjonijiet deskritti hawn fuq huwa għajnuna mill-Istat favur DBB/Belfius. |
|
(453) |
Madankollu, fir-rigward tas-sottoskrizzjoni minn DBB/Belfius ta’ obbligi garantiti mill-Istati Membri kkonċernati u maħruġa minn Dexia SA u/jew DCL, il-Kummissjoni ma sabet l-ebda prova suffiċjenti li tindika legalment li DBB/Belfius ħad mis-sottoskrizzjoni ta’ dawn l-obbligi xi vantaġġ speċifiku f’termini ta’ kompetizzjoni, jiġifieri benefiċċju li sottoskritturi oħrajn tal-bonds ta’ DCL imqiegħda f’sitwazzjoni simili ma setgħux jieħdu. Fid-dawl tal-informazzjoni għad-dispożizzjoni tagħha, il-Kummissjoni ma tistax tikkonkludi li hemm għajnuna f’dan ir-rigward. |
6.1.3. Għajnuna addizzjonali li għandha titħallas bħala parti mill-pjan rivedut ta’ riżoluzzjoni ordnata u miċ-ċessjoni ta’ DMA (bl-istabbiliment ta’ bank ta’ żvilupp)
(a) garanzija finali ta’ rifinanzjament favur Dexia SA, DCL u s-sussidjarji tagħhom
|
(454) |
L-istess bħall-garanzija temporanja ta’ rifinanzjament approvata temporanjament mid-Deċiżjoni ta’ approvazzjoni temporanja, id-Deċiżjoni tal-ewwel estensjoni tal-garanzija, id-Deċiżjoni taż-żieda tal-limitu tal-garanzija u d-Deċiżjoni tat-tieni estensjoni tal-garanzija, il-garanzija finali ta’ rifinanzjament ta’ EUR 85 biljun hija għajnuna mill-Istat. Il-garanzija finali ta’ rifinanzjament tinkludi riżorsi mill-Istat. Mingħajr garanzija mill-Istati, Dexia ma kien jagħmel l-ebda finanzjament fuq is-swieq, u għalhekk il-garanzija tagħti vantaġġ lil Dexia. Mhemm xejn li jissuġġerixxi li din il-miżura, meħuda bl-għan li tissalvagwardja l-istabilità finanzjarja, tissodisfa r-rekwiżiti ta’ kumpanija privata li topera f’ekonomija tas-suq. Hija tirrigwarda biss b’mod selettiv lill-kumpanija Dexia. Hija għandha l-għan li tevita riżoluzzjoni immedjata u mhux ordnata ta’ Dexia, li minħabba l-kobor tal-bank, taffettwa l-istruttura tas-suq bankarju tal-Unjoni. Il-Kummissjoni tqis għalhekk li din il-miżura taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri u toħloq distorsjoni jew thedded li toħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni. |
(b) Rikapitalizzazzjoni ta’ Dexia SA ta’ EUR 5,5 biljun
|
(455) |
Rigward l-eżistenza tal-għajnuna marbuta maż-żieda tal-kapital, il-Kummissjoni tirreferi għad-Deċiżjoni tagħha tat-13 ta’ Marzu 2009 u għad-Deċiżjoni tagħha ta’ approvazzjoni kondizzjonali li stabbilixxiet li l-interventi tal-Istat Belġjan u dak Franċiż huma għajnuna tal-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. |
|
(456) |
Il-Kummissjoni tikkunsidra ovvju li l-miżura hija selettiva u imputabbli għaż-żewġ Stati Membri minħabba li din tirrigwarda biss kumpanija waħda, il-grupp Dexia, u ttieħdet direttament mill-Istat Belġjan u dak Franċiż. |
|
(457) |
Kif spjegat aktar ‘il fuq (126), ir-rikapitalizzazzjoni ta’ Dexia SA hija meħtieġa biex tipprovdi karattru ordnat lir-riżoluzzjoni ta’ Dexia. Fil-fatt, biex tiġi stabbilita s-sitwazzjoni finanzjarja tal-grupp, huwa importanti li tiġi indirizzata s-sitwazzjoni tal-ekwità negattiva ta’ Dexia SA fit-30 ta’ Settembru 2012 u ta’ DCL fil-31 ta’ Diċembru 2012. L-ebda proprjetarju privat prudenti fl-ekonomija tas-suq ma kien jagħmel tali rikapitalizzazzjoni fi grupp f’diffikultà, filwaqt li jintrabat li jqiegħdu f’riżoluzzjoni. Għaldaqstant il-kumpanija hija ffavorita permezz ta’ rikapitalizzazzjoni li ma kinitx tikseb mingħand investitur privat prudenti. |
|
(458) |
Ir-rikapitalizzazzjoni tgħin sabiex tevita l-likwidazzjoni mmedjata u mhux ordnata ta’ Dexia. Fin-nuqqas tal-miżura, il-bank jitqiegħed f’likwidazzjoni u joħroġ malajr mill-qasam bankarju. L-assi tiegħu jerġgħu jinqasmu aktar malajr. Għaldaqstant il-miżura, minħabba l-kobor tal-bank, taffettwa l-istruttura tas-suq bankarju tal-Unjoni, u b’hekk taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri u toħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni. |
|
(459) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkonkludi li r-rikapitalizzazzjoni ta’ Dexia SA tinkludi għajnuna mill-Istat favur Dexia. |
(c) Għajnuna favur il-bank ta’ żvilupp
|
(460) |
Il-Kummissjoni tqis li hemm għajnuna favur il-bank ta’ żvilupp li fih DMA sejra topera:
|
|
(461) |
Din l-għajnuna tiżdied ma’ dik – ikkontestata – li minnha DMA diġà bbenefikat bħala entità tal-grupp Dexia. |
|
(462) |
Fid-Deċiżjoni tagħha li testendi l-proċedura, il-Kummissjoni qieset li l-għajnuna identifikata fl-operazzjoni ta’ ċessjoni ta’ DMA kienet għajnuna favur l-attività ta’ DMA u l-“istruttura l-ġdida ta’ kreditu ipotekarju” (127), jiġifieri l-kumpanija li tirriżulta mill-operazzjoni ta’ ċessjoni ta’ DMA u li tinkludi wkoll l-entitajiet legali tal-IKĠ u tal-IK. Bi tweġiba, l-Istati membri kkonċernati (128) u Dexia (129) jindikaw rispettivament fil-kummenti tagħhom bi tweġiba għad-Deċiżjoni tal-ftuħ, u l-awtoritajiet Franċiżi fil-memorandum tagħhom tal-4 ta’ Diċembru 2012 dwar l-operazzjoni DMA (130), li mhemm l-ebda entità ekonomika “struttura ġdida ta’ kreditu ipotekarju” u li fi kwalunkwe każ struttura bħal din ma tibbenefika minn l-ebda għajnuna. |
|
(463) |
B’appoġġ għall-argumenti tagħhom, l-Istati Membri kkonċernati jiddikjaraw biss, fil-kummenti konġunti tagħhom dwar id-Deċiżjoni ta’ estensjoni tal-proċedura u d-Deċiżjoni dwar iż-żieda tal-garanzija, li “id-diversi persuni ġuridiċi li jikkomponu din l-“istruttura ta’ kreditu” għandhom azzjonsit differenti u, fi kwalunkwe każ, kull wieħed isegwi l-interess soċjali tiegħu stess” u li hemm “dejjem interessi differenti għall-partijiet differenti tal-“istruttura l-ġdida ta’ kreditu ipotekarju” ”, jiġifieri l-entitajiet DMA, IKĠ u IK. –uniku argument in sostenn ta’ din id-diverġenza ta’ interess huwa li “[…] dawn l-entitajiet [DMA, IKĠ u IK] huma relatati ma’ xulxin b’rabtiet ta’ servicing li joħolqu integrazzjoni vertikali ta’ diversi servizzi. F’kull livell ta’ din il-katina ta’ valur, operatur ser ifittex li jieħu l-aħjar benefiċċju fl-insegwiment tal-interess proprju. Dawn l-entitajiet sejrin ikollhom fil-fatt jaqsmu l-marġini li tirriżulta mill-attività ta’ finanzjament tal-awtoritajiet lokali” (131). |
|
(464) |
Dwar dan il-punt, fil-memorandum tagħhom tal-4 ta’ Diċembru 2012 dwar l-operazzjoni DMA tal-4 ta’ Diċembru 2012, l-awtoritajiet Franċiżi jalludu għall-eżistenza ta’ “ “attivitajiet ekonomiċi differenti” imwettqa minn naħa mill-IKĠ u DMA, u, min-naħa l-oħra, mill-IK.” (132) |
|
(465) |
L-ewwel, il-Kummissjoni tixtieq tfakkar li r-regoli tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwar il-kompetizzjoni, b’mod partikolari dawk relatati mal-għajnuna mill-Istat, huma mmirati lejn l-impriżi u mhux il-kumpaniji u entitajiet legali oħrajn fil-forma ta’ persuni ġuridiċi jew fiżiċi. |
|
(466) |
Skont il-każistika tal-Qorti ir-regoli tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Unjoni Ewropea japplikaw għall-impriżi u li impriża tfisser, fis-sens ta’ dawn ir-regoli, entità ekonomika koerenti u konġunta li tiġbor fiha diversi elementi personali, tanġibbli u intanġibbli, li għandha għan ekonomiku speċifiku sostenibbli, irrispettivament mill-istatus legali ta’ din l-unità ekonomika (133). |
|
(467) |
Żewġ entitajiet legali separati jew aktar jistgħu jitqiesu li jiffurmaw unità ekonomika waħda għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Din l-unità ekonomika mbagħad titqies bħala l-impriża inkwistjoni. Biex tagħmel dan, il-Qorti tiffoka fuq l-eżistenza ta’ parteċipazzjonijiet ta’ kontroll ta’ waħda mill-entitajiet fl-oħra jew l-eżistenza ta’ rabtiet funzjonali, ekonomiċi u organiċi bejniethom (134). |
|
(468) |
Il-Kummissjoni temmen, għar-raġunijiet li ġejjin, li DMA, l-IKĠ u l-IĠ jikkostitwixxu l-istess impriża unika. Huma jsegwu b’mod sostenibbli l-istess għan ekonomiku speċifiku (ir-rimedju ta’ nuqqas tas-suq identifikat fil-finanzjament tal-awtoritajiet lokali u tal-isptarijiet pubbliċi Franċiżi), anki jekk kull kumpanija għandha rwol speċifiku u kumplimentari biex jintlaħaq dan l-għan komuni. |
|
(469) |
Fil-fatt, il-liġi Franċiża (Artikolu L.515-22 tal-Kodiċi Monetarju u Finanzjarju) teħtieġ li l-ġestjoni u l-irkupru tas-self u tar-riċevibbli simili, tat-titoli u tal-valuri miżmuma minn kumpanija tal-kreditu ipotekarju, kif ukoll tal-bonds jew ta’ riżorsi oħrajn li tiġbor, ikunu assigurati minn faċilità ta’ kreditu separata marbuta mal-kumpanija tal-kreditu iportekarju b’kuntratt. Il-ġustifikazzjoni għal din id-distinzjoni ta’ persuni legali mhijiex ekonomika, iżda essenzjalment legali. Skont il-liġi Franċiża, privileġġ legali tal-ogħla prijorità jingħata lill-impjegati fil-każ ta’ falliment jew likwidazzjoni tal-impriża. Taħt l-Artikolu L. 515-19 tal-Kodiċi Monetarju u Finanzjarju, il-bonds ipotekarji maħruġa minn kumpanija ta’ kreditu ipotekarju jibbenefikaw ukoll minn privileġġ legali tal-ogħla prijorità. Taħt dan il-privileġġ, l-assi kollha tal-kumpanija ta’ kreditu ipotekarju huma allokati bi prijorità għall-ħlas tal-bonds ipotekarji. |
|
(470) |
Ikun hemm kunflitt ta’ privileġġi fin-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet leġiżlattivi li jimponu li istituzzjoni ta’ kreditu (li jkollha l-impjegati) tamministra l-kumpanija ta’ kreditu ipotekarju (mingħajr persunal). Għalhekk, DMA, bħala kumpanija ta’ kreditu ipotekarju, ma tkunx tista’ taħdem mingħajr l-IKĠ. DMA fiha nfisha mhijiex kumpanija peress li l-liġi Franċiża ċċaħħadha mill-mezz biex tamministra lilha nfisha. L-awtoritajiet Franċiżi jinnutaw huma stess fil-punt 78 tan-notifika tagħhom dwar l-operazzjoni ta’ ċessjoni ta’ DMA li “il-qafas regolatorju applikabbli għall-kumpaniji ta’ kreditu ipotekarju ma jħallihomx jimpjegaw ħaddiema”. Huma jindikaw ukoll f’dan l-istess dokument li l-funzjonijiet ta’ ġestjoni komuni tal-assi ta’ DMA sejrin jitwettqu mill-IKĠ u sejrin ikopru fost oħrajn il-ġestjoni u l-irkupru tas-self, id-desensitizzazzjoni tas-“self sensittiv” ta’ DMA, il-ġestjoni tal-portafoll tat-titoli, il-ġestjoni tal-flus kontanti u tar-rifinanzjament fit-tul permezz ta’ bonds ipotekarji, il-ġestjoni u l-kopertura tar-riskji permezz ta’ operazzjonijiet tas-suq, u l-ġestjoni tal-karta tal-bilanċ ta’ DMA, il-manutenzjoni tal-għodod u l-metodi ta’ klassifikazzjoni interna (135). |
|
(471) |
Barra minn hekk, taħt l-Artikolu L. 515-13-I tal-Kodiċi Monetarju u Finanzjarju, l-għan esklussiv tal-kumpanija ta’ kreditu ipotekarju huwa li tagħti jew tikseb self garantit, skoperturi fuq persuni pubbliċi u titoli u valuri akkumpanjati minn sigurtà tal-ogħla grad u, għall-finanzjament ta’ dawn l-assi, li toħroġ bonds ipotekarji li jgawdu mill-privileġġ tal-Artikolu L. 515-19 imsemmi qabel. |
|
(472) |
Madankollu, skont in-notifika tal-operazzjoni ta’ ċessjoni ta’ DMA mill-awtoritajiet Franċiżi, hija l-IK li sejra tbiegħ is-self eliġibbli għall-“cover pool” ta’ DMA, iffinanzjat mill-ġdid mill-bonds ipotekarji maħruġa minn din tal-aħħar. L-IK ser ikollha l-istatus ta’ intermedjarju sempliċi li topera bħala bank u mhux sejra tkun tista’ ddaħħal fil-karta tal-bilanċ tagħha s-self li hija “sejra toħloq” u li mbagħad ser ikun “imqiegħed” fuq il-karta tal-bilanċ ta’ DMA. |
|
(473) |
Għalhekk, l-IK taġixxi biss bħala sempliċi intermedjarju li jippermetti lill-kumpanija ta’ kreditu ipotekarju DMA twieġeb għad-definizzjoni legali tal-Artikolu L. 515-13-I tal-Kodiċi Monetarju u Finanzjarju. Mingħajrha, DMA ma tissodsfax l-għan tagħha “li tagħti u tikseb self” li jissodisfa l-kundizzjonijiet previsti f’dan l-Artikolu. |
|
(474) |
Barr minn hekk il-Kummissjoni tfakkar li l-IKĠ sejra taġixxi bħala fornitur ta’ servizzi mingħand l-IK b’appoġġ għall-produzzjoni ta’ self lis-settur pubbliku lokali, inkluż is-self lill-istituzzjonijiet pubbliċi tas-saħħa. Dawn is-servizzi sejrin ikopru fost oħrajn servizzi ta’ għajnuna fil-kummerċjalizzazzjoni u fil-ġestjoni tas-self, għajnuna fil-ġestjoni attiva tas-self mhux sensittiv, kif ukoll servizzi relatati ma’ finanzi u riskji. |
|
(475) |
Barra minn hekk, il-mod li bih l-awtoritajiet Franċiżi fasslu l-impenji tagħhom jissuġġerixxi li huma jqisu l-IKĠ u tal-impenji li jirrigwardaw lil DMA jindika li l-livell ta’ likwidità li l-azzjonisti (l-Istat, is-CDC u La Banque Postale) jintrabtu li jipprovdu lill-IKĠ huwa dak li huwa meħtieġ “għall-IKĠ u għal DMA”. Il-punt 15 tal-istess impenji msejjaħ “Livell ta’ kapital tal-IKĠ u ta’ DMA” jindika li l-livell ta’ kapital li l-azzjonisti jintrabtu li jżommu huwa dak meħtieġ sabiex ilaħħqu ma’ realizzazzjoni possibbli ta’ telf fuq il-portafoll eżistenti ta’ DMA. Dan ifisser li l-livell ta’ kwalunkwe rikapitalizzazzjoni tal-IKĠ ser ikun skont il-ħtiġijiet ta’ DMA. |
|
(476) |
DMA, l-IKĠ u l-IK għandhom l-istess azzjonisti finali (l-Istat, is-CDC u La Banque Postale), għalkemm b’livelli ta’ parteċipazzjonijiet differenzjati. |
|
(477) |
Barra minn hekk, għalkemm l-awtoritajiet Franċiżi indikaw fin-notifika tagħhom dwar l-operazzjoni ta’ ċessjoni ta’ DMA li “li huma sejrin jużaw it-terminu “bank ta’ żvilupp” sabiex jirreferu għall-attivitajiet ekonomiċi mwettqa, minn naħa, l-IKĠ u DMA, u min-naħa l-oħra, mill-IK” (136), il-Kummissjoni tinnota li huma jiġġustifikaw il-konformità tal-operazzjoni mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat – u partikolarment il-livell imnaqqas ta’ profittabbiltà tal-attivitajiet ta’ finanzjament tal-awtoritajiet lokali Franċiżi – mill-fatt li “DMA, l-IKĠ u l-IK […] flimkien jikkostitwixxu bank ta’ żvilupp” (137) u jissottoskrivu għal “kwalifika” ta’ bank ta’ żvilupp (138). |
|
(478) |
Skont il-Kummissjoni, l-Istati Membri kkonċernati ma jistgħux fl-istess waqt (139), għall-fini li jikkuntestaw il-preżenza ta’ għajnuna lill-attività ta’ DMA u għall-“istruttura l-ġdida ta’ kreditu ipotekarju” (imsejħa “bank ta’ żvilupp” f’din id-Deċiżjoni u fin-notifiki), jiprretendu li ma teżistix tali kumpanija u jirrikorru xorta waħda għall-kunċett ta’ struttura ġdida ta’ kreditu ipotekarju jew ta’ bank ta’ żvilupp, li huwa kumpanija, sabiex jikkonvinċu lill-Kummissjoni dwar il-konformità tal-operazzjoni relatata ma’ DMA mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. |
|
(479) |
Skont il-Kummissjoni, l-użu frekwenti tat-terminu “bank ta’ żvilupp” (140) – li jkopri fl-istess waqt lil DMA, lill-IKĠ u lill-IK – fin-notifika mill-awtoritajiet Franċiżi dwar l-operazzjoni ta’ ċessjoni ta’ DMA, jixhed li dawn it-tliet entitajiet legali jirrappreżentaw tliet aspetti tal-istess individwalità ekonomika, tal-istess kumpanija. Kieku dan ma kienx il-każ, l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jiddeskrivu u jiġġustifikaw l-operazzjoni ta’ ċessjoni ta’ DMA mingħajr ma jkollhom bżonn jirrikorru għal terminu komuni li jkopri tliet entitajiet legali separati. |
|
(480) |
Bl-istess mod, spiss isir użu fin-notifika tal-awtoritajiet Franċiżi dwar l-operazzjoni ta’ ċessjoni ta’ DMA mill-kliem “DMA, l-IKĠ u l-IK”, li jindika l-parteċipazzjoni f’impriża u attività ekonomika komuni (141). |
|
(481) |
L-impenji relatati mal-operazzjoni ta’ ċessjoni ta’ DMA jirreferu wkoll għal “DMA, l-IKĠ u l-IK” (142), b’mod partikolari “għall-pjan tan-negozju globali tal-IKĠ, DMA u tal-IK” (143). |
|
(482) |
B’mod sussidjarju, anki jekk ma jkun hemm l-ebda kumpanija “bank ta’ żvilupp” li għaliha jappartjenu kemm DMA kif ukoll l-IKĠ u l-IK, il-Kummissjoni tqis li DMA hija benefiċjarja tal-għajnuna msemmija hawn taħt (impenn li jipprovdi kapital) peress li hija sejra tieħu vantaġġ minn dawn il-miżuri li jinvolvu riżorsi tal-Istat peress li ma tkunx tista’ taħdem mingħajr din il-miżura u lanqas b’mod indipendenti mill-IKĠ (ara l-premessi 470 sa 471). Dan il-vantaġġ, fin-natura tiegħu selettiv, joħloq distorsjonijiet fil-kompetizzjoni fil-livell Ewropew għall-istess raġunijiet tal-bank ta’ żvilupp. |
— Impenn li jipprovdi kapital lill-IKĠ u lil DMA
|
(483) |
L-Istat, is-CDC u La Banque Postale, azzjonisti ta’ DMA, jintrabtu li jżommu l-livell ta’ kapital tal-IKĠ u ta’ DMA meħtieġ sabiex ilaħħqu ma’ realizzazzjoni possibbli ta’ telf fuq il-portafoll eżistenti (il-portafoll legacy) ta’ DMA, li jinkludi “self sensittiv” li jammonta għal madwar EUR 10 biljun. F’dan ir-rigward, l-awtoritajiet Franċiżi ntrabtu li jinnotifikaw kull żieda futura fil-kapital ta’ DMA li mbagħad tiġi evalwata mill-Kummissjoni abbażi tar-regoli tal-Unjoni Ewropea dwar l-għajnuna mill-Istat. |
|
(484) |
Rikapitalizzazzjoni mill-Istat Franċiż tikkonsisti b’mod ċar fl-għoti ta’ riżorsi pubbliċi. L-istess japplika għal injezzjoni tal-kapital mis-CDC jew minn La Banque Postale. |
|
(485) |
Skont il-ġurisprudenza (144), is-sempliċi fatt li operatur ekonomiku jkun taħt kontroll statali mhuwiex biżżejjed biex wieħed jattribwixxi miżuri meħuda minnu lill-Istat. Madankollu, mill-ġurisprudenza jirriżulta wkoll li, sakemm huwa diffiċli ħafna għall-Kummissjoni, minħabba r-relazzjonijiet ta’ privileġġ li jeżistu bejn minn naħa, is-CDC u La Banque Postale, u, min-naħa l-oħra, l-Istat Franċiż li turi li f’dan il-każ id-Deċiżjonijiet dwar ix-xiri ta’ DMA fil-kundizzjonijiet innotifikati (miżura 1) u l-kopertura tal-ħtiġijiet ta’ finanzjament tal-istituzzjoni l-ġdida tal-kreditu u ta’ DMA (miżura 4) effettivament ittieħdu fuq istruzzjonijiet tal-awtoritajiet pubbliċi, l-imputabbiltà għall-Istat ta’ dawn il-miżuri tista’ tkun dedotta minn sensiela ta’ ħjiliet speċifiċi għaċ-ċirkostanzi li fihom seħħew. |
|
(486) |
Ħjiliet bħal, fost oħrajn, “l-integrazzjoni tal-kumpanija fl-istrutturi tal-amministrazzjoni pubblika, in-natura tal-attivitajiet tagħha u t-twettiq tagħhom fis-suq f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni ma’ operaturi privati, l-istatus legali tal-kumpanija, li taqa’ taħt il-liġi pubblika jew il-liġi komuni tal-kumpaniji, l-intensità tas-sorveljanza eżerċitata mill-awtoritajiet pubbliċi fuq il-ġestjoni tal-kumpanija jew kull ħjiel ieħor li jindika, fil-każ speċifiku, l-involviment tal-awtoritajiet pubbliċi jew l-improbabbiltà ta’ nuqqas ta’ involviment fl-adozzjoni ta’ miżura, wara li tiġi kkunsidrata wkoll il-firxa tal-miżura, il-kontenut jew il-kundizzjonijiet li din tinkludi” jistgħu jkunu rilevanti biex wieħed jikkonkludi li l-Istat huwa responsabbli għal xi miżura ta’ għajnuna meħuda minn kumpanija pubblika (145). |
|
(487) |
F’dan il-każ, għandu jiġi nnutat li s-CDC huwa istituzzjoni pubblika mqiegħda, skont il-Liġi Finanzjarja Franċiżi tat-28 ta’ April 1816, taħt is-superviżjoni u l-garanzija tal-awtorità leġiżlattiva, li twettaq missjonijiet ta’ interess ġenerali (finanzjament ta’ korpi tas-servizz pubbliku, fost oħrajn) hija ggvernata minn liġijiet u regolamenti u li d-direttur ġenerali tagħha kif ukoll il-maniġers ewlenin tagħha jinħatru mill-President tar-Repubblika Franċiża u l-gvern Franċiż (146). |
|
(488) |
Rigward l-argument tal-Istati Membri kkonċernati li l-pożizzjoni tal-Kummissjoni kkonfermata mill-Qorti tal-Prim’Istanza fis-sentenza Air France tal-1996 mgħadhiex aktar rilevanti fid-dawl tal-ġurisprudenza sussegwenti (Stardust Marine) u tal-iżviluppi statutorji li għadda minnhom is-CDC, il-Kummissjoni tinnota l-ewwel nett li, skont l-Artikolu L 518-2 u sussegwenti tal-Kodiċi Monetarju u Finanzjarju Franċiż kif emendat mil-liġi tal-modernizzazzjoni tal-ekonomija (147), is-CDC jibqa’ dejjem “grupp pubbliku għas-servizz tal-interess ġenerali” li “jinsab, bl-aktar mod speċjali, taħt is-superviżjoni u l-garanzija tal-awtorità leġiżlattiva”. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li fid-dawl tal-ġurisprudenza sussegwenti msemmija hawn fuq, dawn il-fatturi għandhom jiġu kkunsidrati xorta waħda fl-analiżi tal-imputabbiltà lill-Istat tal-miżuri kkonċernati u li huma wkoll appoġġjati minn serje ta’ ħjiliet addizzjonali dekritti fil-premessi 490 sa 493. |
|
(489) |
La Banque Postale hija 100 % proprjetà tal-kumpanija La Poste. Minbarra l-fatt li hija għandha l-kontroll ta’ La Banque Postale, La Poste taġixxi bħala fornitur ta’ servizzi billi tqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ La Banque Postale il-persunal li jaġixxi “f’isem u għan-nom” ta’ La Banque Postale. L-Istat Franċiż u s-CDC (148) għandhom il-kapital kollu u tad-drittijiet tal-voti ta’ La Poste. Skont il-liġi (149), il-president tal-Bord tad-Diretturi ta’ La Poste jinħatar b’digriet fost id-diretturi; tmien membri tal-Bord tad-Diretturi ta’ La Poste huma proposti mill-Istat, tlieta mis-CDC, u wieħed b’mod konġunt mill-Istat u mis-CDC; il-Bord tad-Diretturi ta’ La Poste jinkludi rappreżentant tal-awtoritajiet lokali. Kummissarju tal-gvern u kap tal-missjoni ta’ kontroll ġenerali ekonomiku u finanzjarju tal-Istat fuq La Poste jattendu għal-laqgħat tal-Bord tad-Diretturi ta’ La Poste. Wieħed mid-diretturi ta’ La Poste maħtur fuq proposta tal-Istat huwa wkoll direttur ta’ Dexia SA u pparteċipa (mill-perjodu ta’ qabel l-adozzjoni tad-Deċiżjoni kondizzjonali tas-26 ta’ Frar 2010 sax-xahar ta’ April 2012), bħala membru ta’ servizz li jirrappreżenta lill-awtoritajiet Franċiżi (150), għal […] dwar Dexia. |
|
(490) |
Għandu jiġi osservat ukoll li l-impenn għar-rikapitalizzazzjoni tal-IKĠ u ta’ DMA f’każ ta’ ħtieġa seħħ fl-istess waqt tan-notifika mill-Istati Membri kkonċernati tal-pjan rivedut ta’ riżoluzzjoni ordnata ta’ Dexia, li jinkludi miżuri li l-Istati Membri kkonċernati nfushom isejħu bħala għajnuna, bħall-garanzija ġdida finali u r-rikapitalizzazzjoni ta’ Dexia SA. |
|
(491) |
Madankollu, il-pjan rivedut ta’ riżoluzzjoni ordnata ta’ Dexia huwa bbażat b’mod partikolari fuq l-implimentazzjoni tal-operazzjoni ta’ ċessjoni ta’ DMA, li tagħha l-impenn ta’ rikapitalizzazzjoni tal-IKĠ u ta’ DMA huwa wieħed mill-komponenti essenzjali sostanzjali u ppermetta l-konklużjoni ta’ ftehim dwar l-operazzjoni. |
|
(492) |
F’dak li jirrigwarda r-riżoluzzjoni ordnata ta’ Dexia, l-Istati Membri kkonċernati jargumentaw li fl-assenza tagħha (u fin-nuqqas tal-għajnuna li tinkludi) ikun hemm inadempjenza ta’ DCL u/jew ta’ Dexia, imbagħad likwidazzjoni immedjata ta’ Dexia, “li bla dubju ta’ xejn toħloq tfixkil serju fl-ekonomija tal-Belġju, ta’ Franza u tal-Lussemburgu u taż-żona tal-euro inġenerali” (151). |
|
(493) |
Finalment, il-Kummissjoni tinnota li s-CDC, la Banque Postale u l-Istat Franċiż iddeċidew li joħolqu bank ta’ żvilupp li l-għan prinċipali tiegħu mhuwiex li jimmassimizza l-profitt iżda li jsewwi falliment tas-suq. Il-bank ta’ żvilupp għandu l-għan li jipprovdi finanzjament lill-awtoritajiet lokali u lill-isptarijiet pubbliċi Franċiżi sabiex jikkontribwixxi għal interess komuni. Barra minn hekk, is-CDC u la Banque Postale, kif ukoll l-Istat Franċiż, sejrin ikollhom jikkonformaw mal-impenji relatati mal-firxa ta’ prodotti (prodotti vanilla) li sejrin ikunu offruti. |
|
(494) |
Dawn il-fatturi jagħmlu improbabbli nuqqas ta’ influwenza determinanti tal-awtoritajiet pubbliċi Franċiżi fuq is-CDC u La Banque Postale fil-kunsens ta’ dawn tal-aħħar li jipparteċipaw fl-operazzjoni ta’ ċessjoni ta’ DMA u fl-istabbiliment ta’ bank ta’ żvilupp, inkluż l-impenn ta’ rikapitalizzazzjoni tal-IKĠ u ta’ DMA jekk ikun meħtieġ. |
|
(495) |
Għaldaqstant il-miżura inkwistjoni hija imputabbli lill-Istat Franċiż u tagħti riżorsi pubbliċi. |
|
(496) |
L-impenn li jiġi pprovdut kapital lill-IKĠ u lil DMA huwa b’mod ċar selettiv. |
|
(497) |
Dan l-impenn jagħti vantaġġ lill-IKĠ u lil DMA. L-ewwel nett, huwa jkopri t-telf potenzjali fuq il-portafoll tas-self sensittiv. Minħabba li dan it-telf jista’ jkun kbir, madwar EUR [1,5-4,5] biljun skont analiżi magħmula minn awditur estern għall-Kummissjoni f’isimha, il-vijabbiltà fit-tul ta’ DMA tista’ tkun dubjuża mingħajr dan l-impenn. It-tieni, l-impenn stess tal-azzjonisti li jagħmlu tali rikapitalizzazzjoni, diġà eżistenti taħt din id-Deċiżjoni li magħha hemm marbuta impenji relatati mal-operazzjoni ta’ ċessjoni ta’ DMA, ukoll jagħti vantaġġ lill-bank ta’ żvilupp peress li l-għarfien ta’ din l-informazzjoni mis-suq tiffavorixxi lill-bank ta’ żvilupp. It-tielet, il-projezzjonijiet finanzjarji relatati mal-pjan globali tan-negozju tal-bank ta’ żvilupp (ta’ DMA, tal-IKĠ u tal-IK) jindikaw ritorn fuq l-ekwità li fuq il-bażi tiegħu investitur prudenti li jopera f’ekonomija tas-suq ma jintrabatx li jagħmel tali żieda fil-kapital. |
|
(498) |
L-impenn joħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni peress li għalkemm, bħala riżultat ta’ falliment tas-suq, hemm ċertu nuqqas ta’ offerta għall-finanzjament tal-awtoritajiet lokali Franċiżi u għal dak tal-istituzzjonijiet pubbliċi Franċiżi tas-saħħa, xorta jibqa’ l-fatt li ċerti istituzzjonijiet qegħdin jew jistgħu jidħlu f’dan is-suq fallut u sejrin ikunu affettwati mid-dħul ta’ bank ta’ żvilupp pubbliku li jgawdi mill-appoġġ tal-Istat u minn għajnuna tal-Istat. |
|
(499) |
Il-kummerċ bejn l-Istati Membri huwa affettwat peress li s-suq tal-finanzjament tal-awtoritajiet lokali Franċiżi u dak tal-istituzzjonijiet tas-saħħa Franċiżi huwa miftuħ għall-operaturi stabbiliti fi ħdan l-Unjoni Ewropea. |
|
(500) |
Għaldaqstant l-impenn li jiġi pprovdut kapital lill-IKĠ u lil DMA huwa għajnuna mill-Istat. |
— Impenn biex tiġi pprovduta likwidità
|
(501) |
Skont il-punt 13 tal-impenji ta’ Franza dwar l-operazzjoni ta’ ċessjoni ta’ DMA, l-Istat Franċiż, is-CDC u La Banque Postale, azzjonisti ta’ DMA, jintrabtu li jipprovdu l-likwidità meħtieġa lill-IKĠ u lil DMA. |
|
(502) |
Skont il-punt 13 tal-impenji relatati ma’ DMA, dawn il-kontribuzzjonijiet sejrin isiru taħt il-kundizzjonijiet imsemmija f’memorandum mogħti lill-Kummissjoni fit-8 ta’ Ottubru 2012 mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni (Anness IV a) fl-Anness għall-imsemmija impenji. |
|
(503) |
Skont din in-nota, ma’ kull ħruġ, l-ispiża ta’ finanzjament fit-tul ipprovdut lill-IKĠ mill-azzjonisti tagħha fil-prezz tas-suq tkun stabbilita fuq l-ispejjeż ta’ finanzjament, għal maturitajiet u muniti identiċi, osservati fuq kampjun ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu approvat bejn l-IKĠ u l-azzjonisti tagħha. |
|
(504) |
Dan il-kampjun ser ikun stabbilit mil-lista ta’ banek Franċiżi li jikkontribwixxu għad-determinazzjoni tal-Euribor, li minnha jiġu esklużi l-istituzzjonijiet meqjusa mhux komparabbli mal-IKĠ u ma’ DMA fuq il-bażi tal-klassifikazzjonijiet tagħhom (“ratings”) fit-tul (u l-prospetti) u tal-profili tar-riskju tagħhom (tip ta’ attività, espożizzjoni ġeografika, proporzjonijiet ta’ adegwatezza tal-kapital, eċċ.). Safejn ikun possibbli, il-kampjun għandu jkun magħmul mill-inqas minn tliet banek. |
|
(505) |
L-ispiża tal-finanzjament tal-IKĠ u ta’ DMA sejra tkun ugwali għall-medja tal-ispejjeż tal-finanzjament tal-istituzzjonijiet fil-kampjun. |
|
(506) |
Bl-istess mod, l-ispiża tal-finanzjament fuq żmien qasir ipprovdut lill-IKĠ mill-azzjonisti tagħha bil-prezz tas-suq sejra tkun ugwali għall-medja tal-ispejjeż tal-finanzjament tal-istituzzjonijiet fil-kampjun. |
|
(507) |
Fid-dawl tal-impenn ta’ konformità mal-kundizzjonijiet previsti mill-memorandum tat-8 ta’ Ottubru 2012 mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni (Anness IV a), il-Kummissjoni tikkonkludi li l-provvista ta’ likwidità lill-IKĠ għall-bank ta’ żvilupp sejra ssir fil-kundizzjonijiet tas-suq. |
|
(508) |
Għaldaqstant, ma jirriżulta l-ebda vantaġġ fil-kompetizzjoni għall-provvista ta’ likwidità fil-kundizzjonijiet indikati lill-Kummissjoni (lanqas mill-impenn li ssir tali provvista). Din il-miżura mhijiex għajnuna. |
(d) Għajnuna lil Dexia minħabba l-prezz taċ-ċessjoni ta’ DMA
|
(509) |
Fid-Deċiżjoni ta’ estensjoni tal-proċedura, il-Kummissjoni esprimiet id-dubji tagħha dwar kemm il-prezz ta’ EUR 380 miljun (li miegħu jiżdied mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-prezz) għax-xiri ta’ DMA jikkorrispondi għal prezz tas-suq (152). |
|
(510) |
Wara, dan il-prezz ta’ EUR 380 miljun kien ikkonfermat bħala “aċċettabbli għal investitur prudenti” minn kumpanija ta’ analisti finanzjarji ikkummissjonata mill-awtoritajiet Franċiżi u s-CDC, iżda b’kont meħud tal-garanziji “stop-loss” u ta’ “mekkaniżmu ta’ ċessjoni sintetika tas-self sensittiv” bl-effett ekwivalenti għal dak tal-garanzija fuq is-self sensittiv. |
|
(511) |
F’xenarju ta’ tqegħid f’ġestjoni estintiva (ebda produzzjoni ġdida), skont din il-kumpanija, il-valur tal-IKĠ/DMA jistabbilixxu ruħu għal EUR […] miljun. |
|
(512) |
Skont il-memorandum dwar l-operazzjoni ta’ ċessjoni ta’ DMA, il-prezz ta’ EUR 1 għaċ-ċessjoni jikkorrispondi għal prezz tas-suq minħabba l-abbandun tal-garanziji u tal-klawsola ta’ aġġustament tal-prezzijiet u tal-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni tal-bilanċ ta’ DMA matul l-ewwel tliet kwarti tal-2012. |
|
(513) |
Abbażi tal-analiżi mitluba mill-Kummissjoni lil espert indipendenti, it-telf totali għal DMA relatat mal-pendenti u mal-litigazzjoni huwa ta’ EUR [1,5-4,5] biljun f’xenarju bażi u EUR [3-8] biljun f’xenarju ta’ stress. |
|
(514) |
Jekk wieħed jassumi, kif jargumentaw l-Istati Membri kkonċernati u skont l-istima tal-kumpanija ta’ analisti finanzjarji ikkumissjonati mill-awtoritajiet Franċiżi u mis-CDC, li l-prezz ta’ DMA bil-garanziji jkun ta’ EUR 380 miljun, huwa matematikalment impossibbli skont il-Kummissjoni li mingħajr garanzija u b’riskju ta’ telf bejn EUR [1,5-4,5] u [3-8] biljun, il-prezz tas-suq tal-IKĠ (proprjetarja 100 % ta’ DMA, li miegħu jiżdiedu l-għodod u r-riżorsi trasferiti minn DCL jew magħmula disponibbli għall-IKĠ) ikun ta’ EUR 1. L-abbandu tal-klawsola ta’ aġġustament fil-prezz ma jispjegax dan il-prezz pożittiv. Dan il-prezz huwa eċċessiv meta mqabbel mar-riskju ta’ telf ta’ DMA. |
|
(515) |
Ir-raġunijiet għaliex il-kontribuzzjoni tal-Istat Franċiż, tas-CDC u ta’ La Banque Postale għall-kapital lill-IKĠ u lil DMA hija attribwibbli lill-Istat u hija riżorsa pubblika, esposti fil-premessi (484) sa (495) hawn fuq, hija wkoll valida għal dak li jirrigwarda l-ħlas tal-prezz tax-xiri tal-IKĠ mill-istess partijiet. |
|
(516) |
Il-prezz ta’ EUR 1 jiffavorixxi lill-bejjiegħ Dexia minħabba l-valur eċċessiv tiegħu peress li jippermettilu li ma jibqax ikollu r-riskji marbuta mal-portafoll tal-assi tas-sussidjarja tiegħu DMA. Dan il-vantaġġ f’termini ta’ kompetizzjoni huwa evidentement selettiv peress li huwa ta’ benefiċċju biss għal Dexia. |
|
(517) |
Dexia huwa f’kompetizzjoni ma’ gruppi barranin, b’mod li l-kummerċ bejn l-Istati Membri huwa affettwat mill-bejgħ li jhedded ukoll li joħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni. B’hekk wieħed jista’ jikkonkludi li x-xiri tal-IKĠ u ta’ DMA mill-Istat Franċiż, is-CDC u minn la Banque Postale skont it-termini deskritti aktar ‘il fuq sar bi prezz ogħla mill-valur reali tagħhom u għalhekk jikkostitwixxu b’mod ċar vantaġġ għall-benefiċċju tal-bejjiegħ. Dan il-ħlas żejjed jikkostitwixxi għalhekk għajnuna ġdida favur Dexia. |
(e) Għajnuna favur DMA
|
(518) |
Il-Kummissjoni tqis ukoll li l-bejgħ tal-IKĠ/DMA huwa vantaġġ għall-benefiċċju tal-entità mibjugħa. |
|
(519) |
Il-Kummissjoni tqis li ġie stabbilit li l-Istat Franċiż u s-CDC u La Banque Postale ma aġixxewx bħal investituri prudenti f’ekonomija tas-suq meta akkwistaw l-IKĠ/DMA peress li 1) il-prezz tal-bejgħ kien ogħla mill-valur tas-suq u 2) l-akkwist sar sabiex jingħeleb nuqqas fis-suq u mhux biex isir investiment bi profitt. |
|
(520) |
Il-Kummissjoni tinnota wkoll li DMA tibbenefika direttament mill-fatt li hija separata mill-grupp Dexia, li huwa vantaġġ fih innifsu. |
|
(521) |
Il-vantaġġi mogħtija lil-DMA permezz tal-miżura joħolqu distorsjoni fil-kompetizzjoni billi jippermettu lil DMA li tippreżenta lill-kredituri u lid-depożitanti tagħha sitwazzjoni aqwa. DMA tinsab f’kompetizzjoni ma’ gruppi barranin, b’mod li l-kummerċ bejn l-Istati Membri huwa affettwat. |
|
(522) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkonkludi li x-xiri tal-assi tal-IKĠ/DMA mill-Istat Franċiż, is-CDC u La Banque Postale fil-kundizzjonijiet deskritti hawn fuq jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat favur DMA. |
(f) Il-garanziji abbandunati (nuqqas ta’ għajnuna)
|
(523) |
Fid-Deċiżjoni ta’ estensjoni tal-proċedura, il-Kummissjoni stmat li l-garanziji li ġejjin, li kienu oriġinarjament ippjanati bħala parti mill-operazzjoni ta’ ċessjoni ta’ DMA, setgħu possibbilment ikunu għajnuna: garanzija ta’ Dexia SA u ta’ DCL fuq is-“self sensittiv” ta’ DMA (li tkopri ammont totali ta’ self ta’ madwar EUR 10 biljun), kontrogaranzija minn Franza fuq il-garanzija fuq is-“self sensittiv” u garanzija msejħa ta’ “stop-loss” fuq it-telf ta’ kull portafoll ta’ titoli ta’ Dexia SA u DCL. |
|
(524) |
Diment li l-Istati Membri kkonċernati rrinunzjaw għal dawn il-garanziji, il-Kummissjoni m’għandha l-ebda valutazzjoni x’tagħmel dwar il-kwistjoni. |
6.1.4. Konklużjoni
|
(525) |
Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni tqis li l-miżuri li ġejjin fihom elementi ta’ għajnuna mill-Istat: l-għajnuna li kienet is-suġġett tad-Deċiżjoni ta’ approvazzjoni kondizzjonali, il-parteċipazzjoni ta’ Arcofin fir-rikapitalizzazzjoni ta’ Dexia fit-30 ta’ Settembru 2008, il-garanzija ta’ rifinanzjament tal-Istati Membri kkonċernati favur Dexia SA u DCL (il-garanzija temporanja li sejra tkun sostitwita minn garanzija finali), iċ-ċessjoni ta’ DBB/Belfius, l-ELA mogħtija mill-5 ta’ Ottubru 2011 (dik tal-BNB, li ntemmet u dik tal-BdF, li għadha għaddejja), ir-rikapitalizzazzjoni ta’ Dexia SA, l-impenn ta’ rikapitalizzazzjoni tal-IKĠ u ta’ DMA, u ċ-ċessjoni ta’ DMA. |
6.2. IL-KWANTIFIKAZZJONI TAL-GĦAJNUNA
|
(526) |
L-għajnuna li kienet is-suġġett tad-Deċiżjoni ta’ approvazzjoni kondizzjonali diġà ġiet ikkwantifikata:
|
|
(527) |
Il-garanzija temporanja ta’ rifinanzjament tal-Istati Membri kkonċernati favur Dexia SA u DCL approvata temporanjament mid-Deċiżjoni ta’ approvazzjoni temporanja telgħet minn EUR 45 għal 55 biljun u sejra tkun sostitwita minn garanzija finali li tammonta għal EUR 85 biljun. |
|
(528) |
Rigward l-ammont ta’ għajnuna taħt l-ELAs, l-Istati Membri kkonċernati nnutaw li “l-ammont ta’ għajnuna tal-miżuri tal-ELA għandu fi kwalunkwe każ ikun limitat għal nofs l-ammont totali ta’ ELA li jikkorrispondi għall-ammont attwalment mogħti lil Dexia mill-BNB, peress li n-nofs l-ieħor ingħata f’isem u għar-riskju tal-Banque de France” (153). |
|
(529) |
Dan huwa żbaljat: jirriżulta kemm min-notifika tal-ELA l-ġdida mill-awtoritajiet Belġjani kif ukoll mit-termini tal-ftehim tat-2 ta’ Frar 2012 li kull bank ċentrali jagħti ELA lill-istituzzjoni bankarja “fil-ġurisdizzjoni tiegħu”, jiġifieri l-BNB lil DBB/Belfius u l-BdF lil DCL. |
|
(530) |
Għalhekk, anki jekk il-BdF ma jwettaqx l-impenn tiegħu li jikkumpensa lill-BNB 50 % tat-telf li jirriżulta minn falliment ta’ DBB taħt l-ELA lil DBB/Belfius, il-BNB jibqa’ jgawdi minn garanzija tal-Istat Belġjan għall-espożizzjoni kollha tiegħu għall-falliment ta’ DBB/Belfius. |
|
(531) |
B’kuntrast, nofs biss tal-ELA mogħtija mill-BdF lil DCL tgawdi minn kontrogaranzija tal-Istat, jiġifieri dik tal-Belġju li tiggarantixxi lill-BNB, li huwa stess intrabat li jikkontribwixxi biss għal nofs it-telf tal-BdF. Mhemm l-ebda garanzija, sa fejn taf il-Kummissjoni, tal-Istat Franċiż favur il-BdF. |
|
(532) |
It-total tal-ELA mogħtija mill-BNB hija għajnuna. Għall-kuntrarju 50 % biss tal-ELA mogħtija mill-BdF hija għajnuna. |
|
(533) |
L-ammont tal-għajnuna taħt l-ELA mogħtija mill-BNB jikkorrispondi għall-ammont massimu mogħti, jiġifieri EUR […] biljun. L-ammont ta’ għajnuna mogħtija mill-BdF jikkorrispondi għal nofs l-ammont massimu mogħti mit-2 ta’ Frar 2012, jiġifieri EUR […] biljun. |
|
(534) |
Ir-rikapitalizzazzjoni ta’ Dexia mill-Belġju u Franza ser jammonta għal EUR 5,5 biljun. |
|
(535) |
Fir-rigward tal-vantaġġ lil Dexia li jirriżulta miċ-ċessjoni ta’ DBB/Belfius lill-Istat Belġjan, kif deskritt hawn fuq, dan huwa stmat li jammonta bejn EUR 1 biljun u EUR 2 biljun. Il-vantaġġ lil DBB/Belfius li jirriżulta miċ-ċessjoni ma jistax ikun ikkwantifikat. |
|
(536) |
Rigward il-vantaġġ kemm jekk ikun lil Dexia kif ukoll lil DMA, li jirriżulta miċ-ċessjoni ta’ DMA, l-għajnuna ma tistax tiġi kkwantifikata. |
|
(537) |
Rigward il-vantaġġ lil DMA li jirriżulta mill-impenn tal-azzjonisti l-ġodda li jipprovdu kapital lil DMA jekk ikun meħtieġ, l-għajnuna ma tistax tiġi kkwantifikata. |
6.3. IL-KOMPATIBBILTÀ TAL-GĦAJNUNA
|
(538) |
Skont l-Artikolu 107(3)(b) tat-TFUE “jistgħu jkunu kkunsidrati bħala kompatibbli mas-suq intern […] it-tipi ta’ għajnuna maħsuba […] sabiex jirrimedjaw taħwid serju fl-ekonomija ta’ Stat Membru”. |
|
(539) |
Minn meta bdiet il-kriżi finanzjarja fil-ħarifa tal-2008, il-Kummissjoni tawtorizza l-għajnuna mill-Istat lill-istituzzjonijiet finanzjarji taħt l-Artikolu 107(3)(b) tat-TFUE jekk il-kriterji ta’ kompatibbiltà speċifikati fil-komunikazzjonijiet applikabbli jkunu ssodisfati. Fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni, mill-1 ta’ Jannar 2012, tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għall-għajnuna lill-banek fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja (154), il-Kummissjoni tindika li hija tqis li l-kundizzjonijiet li japplikaw għall-awtorizzazzjoni ta’ għajnuna mill-Istat taħt l-Artikolu 107(3)(b) tat-TFUE, huma dejjem issodisfati għas-settur finanzjarju fl-Istati Membri kollha. Id-Deċiżjonijiet differenti tal-Kummissjoni li japprovaw il-miżuri meħuda mill-awtoritajiet Belġjani, Franċiżi u Lussemburgiżi sabiex jgħelbu l-kriżi finanzjarja jikkonfermaw li l-miżuri ta’ għajnuna fis-settur finanzjarji jistgħu jkunu evalwati fuq il-bażi ta’ din id-dispożizzjoni. Għaldaqstant, bħad-Deċiżjonijiet tad-19 ta’ Novembru 2008, id-Deċiżjoni tat-13 ta’ Marzu 2009 u tat-30 ta’ Ottubru 2009 dwar Dexia, id-Deċiżjoni ta’ approvazzjoni kondizzjonali, id-Deċiżjoni tal-ftuħ dwar il-bejgħ ta’ DBB/Belfius, id-Deċiżjoni ta’ approvazzjoni temporanja, id-Deċiżjoni tat-3 ta’ April 2012 li tiftaħ il-proċedura dwar il-bejgħ ta’ Dexia BIL, id-Deċiżjoni ta’ estensjoni tal-proċedura, id-Deċiżjoni tal-ewwel estensjoni tal-garanzija, id-Deċiżjoni taż-żieda tal-limitu tal-garanzija, id-Deċiżjoni tat-tieni estensjoni tal-garanzija u d-Deċiżjoni tal-għeluq dwar il-bejgħ ta’ Dexia BIL, il-bażi legali għall-vautazzjoni tal-miżuri ta’ għajnuna inkwistjoni tibqa’ l-Artikolu 107(3)(b), tat-TFUE. |
|
(540) |
F’dawn il-kundizzjonijiet, il-Kummissjoni tqis li l-pjan rivedut għar-riżoluzzjoni ordnata ta’ Dexia u l-pjan tar-ristrutturar ta’ DBB/Belfius jistgħu jkunu evalwati abbażi tal-Artikolu 107(3)(b) tat-TFUE, fid-dawl tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-ritorn għall-vijabbiltà u l-evalwazzjoni tal-miżuri ta’ ristrutturar meħuda fis-settur finanzjarju fil-kuntest tal-kriżi attwali, skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat (155). |
|
(541) |
F’dak li jirrigwarda l-għajnuna identifikata fid-Deċiżjoni ta’ approvazzjoni kondizzjonali, kif ukoll l-għajnuna addizzjonali relatata mar-rikapitalizzazzjoni ta’ Dexia minn Arcofin li dwarha l-Kummissjoni tikkonkludi f’din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni tinnota li l-għajnuna li kienet ingħatat lil Dexia qabel id-Deċiżjoni ta’ approvazzjoni kondizzjonali fir-realtà hija akbar minn dik identifikata f’din l-istess Deċiżjoni minħabba l-għajnuna addizzjonali li tirriżulta mir-rikapitalizzazzjoni minn Arcofin li dwarha l-Kummissjoni ma rċevietx l-informazzjoni kollha qabel ma adottat id-Deċiżjoni ta’ approvazzjoni kondizzjonali. Il-Kummissjoni tista’ madankollu tqis din l-għajnuna, kif ukoll l-għajnuna li tirriżulta mir- rikapitalizzazzjoni ta’ Dexia minn Arcofin, kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(b) tat-TFUE. Il-kompatibbiltà tal-għajnuna mogħtija lil Dexia qabel id-Deċiżjoni ta’ approvazzjoni kondizzjonali għandha fil-fatt tkun analizzata fid-dawl tal-pjan il-ġdid ta’ riżoluzzjoni ordnata ta’ Dexia, kif ukoll tal-pjan ta’ ristrutturar ta’ Belfius u ċ-ċessjoni ta’ DMA, li jissostitwixxu l-pjan ta’ ristrutturar ta’ Dexia nnotifikat lill-Kummissjoni għad-Deċiżjoni ta’ approvazzjoni kondizzjonali. |
6.3.1. Il-kompatibbiltà tal-pjan ta’ ristrutturar ta’ DBB/Belfius
|
(542) |
Il-grad ta’ ristrutturar meħtieġ jiddependi mis-severità tal-problemi ffaċċjati minn kull bank u mid-daqs tal-għajnuna mogħtija. F’dan ir-rigward, l-għajnuna li għandha tiġi kkunsidrata tirriżulta mill-miżuri ta’ rikapitalizzazzjoni u t-trattament tal-assi danneġġati, kif ukoll mill-garanziji miksuba fil-passat mill-grupp Dexia u li minnhom ibbenefika wkoll DBB/Belfius. Ma dan tiżdied l-ELA mogħtija mill-BNB lil DBB/Belfius peress li s-suq ma kienx aċċessibbli għalih. Il-Kummissjoni tinnota wkoll il-fatt li DBB/Belfius inxtara mill-Istat Belġjan u de facto ġie isseparat mill-kumpanija prinċipali tagħha DCL/Dexia li kienet qiegħda tiffaċċja diffikultajiet kbar kif deskritti aktar ‘il fuq u li wasslu għat-tqegħid tagħha f’riżoluzzjoni ordnata. |
|
(543) |
Bħala parti min-notifika tal-ELA tal-BNB favur DBB/Belfius fil-21 ta’ Ottubru 2011, l-awtoritajiet Belġjani argumentaw b’mod kontradittorju, minn naħa, li din il-miżura “ma tirrigwardax il-pjan ta’ ristrutturar ta’ Dexia” (156) u min-naħa l-oħra, li l-Kummissjoni kellha tanalizzaha bħala reviżjoni tal-pjan ta’ ristrutturar approvat fis-26 ta’ Frar 2010 (157). Barra minn hekk, bħala parti min-notifika tal-ewwel pjan ta’ riżoluzzjoni ordnata ta’ Dexia, din l-ELA hija l-ewwel mill-miżuri msemmija mill-Istati Membri kkonċernati li tista’ possibbilment tkun ikkwalifikata mill-Kummissjoni bħala għajnuna favur Dexia “taħt il-pjan ta’ riżoluzzjoni ordnata” (158). |
|
(544) |
Fil-kummenti tal-Istati Membri kkonċernati tat-2 ta’ Lulju 2012 bi tweġiba għad-Deċiżjoni ta’ estensjoni tal-proċedura u għad-Deċiżjoni taż-żieda tal-limitu tal-garanzija, għalkemm l-awtoritajiet Belġjani jindikaw li l-ELAs mhumiex “direttament” konnessi mal-pjan ta’ ristrutturar minħabba li l-BNB jista’ jiddeċiedi b’mod awtonomu li jagħti l-ELAs (159), huma jżidu li l-ELAs “jistgħu jkollhom influwenza fuq il-pjan ta’ ristrutturar” (160). |
|
(545) |
Fi kwalunkwe każ, l-awtoritajiet Belġjani jqisu minn naħa li “m’hemm […] l-ebda raġuni għall-Kummissjoni li tibdel l-opinjoni tagħha dwar [il-fatt li] il-miżuri tal-ELA mogħtija fl-2011 kienu meħtieġa bħala għajnuna ta’ salvataġġ għal Dexia” (161). Min-naħa l-oħra huma jammettu li kwalifika tal-ELAs bħala għajnuna mill-Istat mill-Kummissjoni tkun “raġuni sabiex tqis l-ELAs bħala parti mill-pjan ta’ riżoluzzjoni ordnata ta’ Dexia” (162). |
|
(546) |
Il-Kummissjoni tqis li, bħall-miżuri ta’ għajnuna kollha li kienu ta’ benefiċċju għal Dexia, l-ELA favur DCL issa jibbenefika lil entità li ġejja minn kumpanija f’likwidazzjoni kkontrollata, filwaqt li l-ELA favur DBB/Belfius intemmet ftit wara ċ-ċessjoni ta’ DBB/Belfius lill-Istat Belġjan (163). |
|
(547) |
Il-kompatibbiltà tal-pjan ta’ ristrutturar għandha tiġi evalwata taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-komunikazzjoni dwar ir-ristrutturar tal-banek. Dawn il-kundizzjonijiet huma dawn li ġejjin:
|
(a) Restawr tal-vijabbiltà fit-tul tal-istituzzjoni
|
(548) |
Rigward il-kummenti tal-partijiet terzi interessati (ara l-premessi 348 u 349), il-Kummissjoni temmen minn naħa, bi tweġiba għall-kummenti A u B, li DBB/Belfius ma offriex kundizzjonijiet ta’ prezz baxxi b’mod anormali kemm fuq il-prodotti ta’ finanzjament tiegħu għal żmien qasir (konitjiet għal perjodu) kif ukoll fit-tul (ipoteki) li jistgħu jipperikolaw il-vijabbiltà tiegħu u joħolqu distorsjoni fil-kompetizzjoni. Hija tqis min-naħa l-oħra, bi tweġiba għall-kumment B, li għalkemm il-bidla fl-isem tal-istituzzjoni bilfors ikkawżat spejjeż addizzjonali, dawn mhumiex sproporzjonati u għandhom ikunu ta’ benefiċċju għall-grupp għal żmien twil. |
|
(549) |
Il-Kummissjoni tinnota b’mod favorevoli l-inizjattivi kummerċjali u l-marketing, b’mod partikolari l-bidla fl-isem tal-bank, li għandha tippermetti lill-grupp li jillimita l-impatt negattiv tad-diffikultajiet finanzjarji tal-grupp Dexia fuq l-immaġni tiegħu u tippermettilu jikkonsolida l-bażi ta’ depożiti tiegħu. |
|
(550) |
Il-grupp għandu franchising b’saħħtu u klijentela kbira fil-Belġju fit-tliet negozji ewlenin tiegħu. L-implimentazzjoni ta’ tnaqqis tal-ispejjeż u s-semplifikazzjoni ta’ ċerti proċessi għandhom inaqqsu l-proporzjon spejjeż/dħul għal livell ta’ 69 % li jikkorrispondi għal dak tal-kompetituri tiegħu. L-istrateġija għas-sussidjarji (“open-branch concept”) tista’ tnaqqas l-ispejjeż u tiżviluppa attivitajiet u servizz b’valur miżjud għoli. |
|
(551) |
Ir-riskji ewlenin “imwirta” mill-perjodu Dexia ġew identifikati u ġew jew sejrin ikunu implimentati azzjonijiet korrettivi li jinkludu: strateġija ta’ de-risking, reviżjoni tal-politiki ta’ allokazzjoni tal-assi, it-tisħiħ tal-bażi tad-depożiti u tal-likwidità, it-tnaqqis tal-użu ta’ finanzjament tas-suq għal terminu qasir, tibdil fil-politika tal-prezzijiet ipprattikati (b’kunsiderazzjoni tal-ispiża tal-likwidità), tnaqqis tad-daqs tal-karta tal-bilanċ. |
|
(552) |
Il-Kummissjoni tinnota li t-telf mistenni fl-2012-2016 fuq l-attività tiegħu ta’ negozju bl-imnut għandu jibqa’ limitat. Dan jammonta għal madwar EUR [350-450] miljun, li jirrappreżenta spiża tar-riskju annwali ta’ [15-35] punti bażiċi. L-ispiża storika ta’ riskju ta’ DBB/Belfius fuq l-attività RCB tiegħu kienet bejn [5 u 25] punt bażi bejn l-2007 u l-2011. |
|
(553) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-pendenti tal-prodotti strutturati offruti mill-fergħa tal-assigurazzjonijiet huwa marġinali. Il-grupp għandu joffri lill-klijenti tiegħu prodotti sempliċi biss bl-eċċezzjoni ta’ prodott ġdid strutturat tat-tip […] (mingħajr kapital garantit) li għalih ir-riskji jkunu limitati għas-sindikazzjoni tiegħu u għall-ispejjeż operattivi relatati. |
It-telf mistenni fuq il-portafoll tal-investiment
|
(554) |
DBB/Belfius kellu fil-31 ta’ Diċembru 2011 ċertu numru ta’ espożizzjonijiet (164) (fil-forma ta’ titoli, self jew oħrajn) fuq l-entitajiet tiegħu meqjusa riskjużi (non investment grade) jew li kienu diġà fallew, u li għalihom kienu diġà ġew irreġistrati dispożizzjonijiet speċifiċi. |
|
(555) |
It-telf totali mistenni bejn l-2012 u l-2016 (inkluż fuq il-portafolli tas-self PWB u RCB) jammonta għal EUR [700-1 000] miljun u EUR [1 000-1 350] miljun fil-każ bażi u fil-każ ta’ stress rispettivament. Miżjud mat-total pendenti tas-self lill-klijenti u mal-portafolli ta’ investiment, dan it-telf jirrappreżenta spiża fis-sena ta’ bejn [10-25] punt bażi. It-telf mistenni (EUR [250-550] miljun) bejn l-2012 u l-2016 fuq il-portafoll ta’ investiment jirrappreżenta livell ta’ [100-150] punt bażi tal-valur nominali tal-portafoll fil-31 ta’ Diċembru 2011. Il-Kummissjoni tqis dan it-telf mistenni bħala realistiku u mhemmx ċans li jipperikola l-vijabbiltà fit-tul tal-bank. |
|
(556) |
Il-Kummissjoni tinnota b’mod pożittiv l-istrateġija ta’ de-risking li ġiet implimentata b’mod effettiv mill-bidu tas-sena 2012. Din fil-fatt għandha tnaqqas ir-riskji fit-tul fuq il-vijabbiltà tal-grupp anki jekk din tirriżulta f’telf sinifikanti (madwar EUR [275-350] miljun għal ammont nominali pendenti f’titoli mibjugħa ta’ madwar EUR [0-5] biljun). |
|
(557) |
DBB/Belfius kellu wkoll fil-31 ta’ Marzu 2012 pożizzjonijiet fuq derivattivi ta’ kreditu. Dawn il-pożizzjonijiet huma koperti fil-parti l-kbira u ma jippreżentaw l-ebda riskju ta’ kreditu ħlief għal pożizzjoni miftuħa residwa li tammonta għal EUR [0-5] biljun. Il-Kummissjoni tinnota li xi wħud minn dawn il-pożizzjonijiet jippreżentaw madankollu riskju residwu żgħir ta’ korrelazzjoni li m’għandux jipperikola l-vijabbiltà tal-grupp. |
Finanzjament u likwidità
|
(558) |
DBB/Belfius jippjana li jsaħħaħ il-finanzjament stabbli tiegħu permezz ta’ żieda fil-ġbir tad-depożiti mingħand il-klijenti bl-imnut u mill-amministrazzjonijiet pubbliċi. Dawn għandhom jirrappreżentaw [50-75]% tal-finanzjament fl-2016, livell li jikkorrispondi għal dak tal-banek l-oħrajn attivi fis-suq tal-banek tan-negozju bl-imnut fil-Belġju, meta mqabbel ma’ [50-75]% fl-2012. Il-finanzjament fit-tul ser ikun ukoll ippreferut inkluż permezz tal-ħruġ ta’ covered bonds. L-użu tal-finanzjament għal żmien qasir (self mhux garantit jew repo) ser jitnaqqas. Ir-rifinanzjament tal-Bank Ċentrali ser ikun ta’ [0-5 % tal-finanzjament] fl-2016 meta dan kien jirrappreżenta [0-25]% tal-finanzjament fl-2012. DBB/Belfius ma baqax juża l-ELA minn Frar 2012. Figura 8 Sorsi ta’ finanzjament ta DBB/Belfius (…) |
|
(559) |
Mis-7 ta’ Marzu 2012, l-espożizzjoni mhux garantita ta’ DBB/Belfius fuq Dexia kienet tnaqqset għal kważi żero. |
|
(560) |
Għalhekk il-Kummissjoni tikkonkludi li l-proporzjonijiet ta’ likwidità għandhom jitjiebu b’mod konsiderevoli minn issa sa tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar. Il-ħolqien ta’ riżerva ta’ likwidità ta’ EUR [30-45] biljun minn issa sal-2016 għandu jsaħħaħ il-pożizzjoni ta’ likwidità tal-grupp. |
Governanza
|
(561) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-kumitati ġerarkiċi l-aktar baxxi ma jistgħux effettivament japprovaw tranżazzjonijiet ta’ ammont għoli (EUR 25 miljun u l-limitu tal-Kumitat Nu 3 għal tranżazzjoni ma’ amministrazzjoni lokali li l-klassifikazzjoni tagħha tkun aktar baxxa minn “investment grade” pereżempju) li aktarx itejbu l-kontroll tar-riskji. |
Riskji potenzjali
|
(562) |
Il-Kummissjoni tinnota li diversi fatturi jistgħu jaffettwaw il-profittabbiltà tal-grupp f’każ ta’ kundizzjonijiet tas-suq sfavorevoli 1) il-portafoll ta’ investiment PMG kellu valur kontabbli ta’ EUR 17,35 biljun u valur immarkat fis-suq ta’ EUR [10-20] biljun biss fil-31 ta’ Diċembru 2011, jiġifieri telf immarkat fis-suq ta’ EUR [0-5] biljun ([15-35]% tal-valur kontabbli); 2) f’dak li jirrigwarda l-metodoloġija applikata mill-bank ta’ investiment konsulent, l-ebda telf mhuwa mistenni sa 5 snin fuq l-espożizzjonijiet ta’ EUR 5 biljun għal prodotti titolizzati (ABS u MBS) kemm fil-każ bażi kif ukoll fil-każ ta’ stress; (iii) DBB/Belfius kellu pożizzjoni ta’ EUR [150-200] miljun fuq RMBS (165) Griegi fil-31 ta’ Diċembru 2011. Din il-pożizzjoni tnaqqset għal EUR [100-150] miljun f’Mejju 2012. It-telf mistenni fuq din l-espożizzjoni huwa ta’ EUR [15-35] miljun fil-każ bażi u ta’ EUR [50-100] miljun fil-każ ta’ stress. Skont il-kalkoli li saru minn bank tal-investiment f’xenarju makroekonomiku komparabbli max-xenarju bażi użat minn DBB/Belfius, it-telf mistenni huwa ta’ madwar EUR [50-100] miljun. |
Konklużjoni dwar il-vijabbiltà f’xenarju bażi
|
(563) |
Il-Kummissjoni tinnota li DBB/Belfius iffoka mill-ġdid l-attivitajiet tiegħu fuq in-negozju prinċipali tiegħu. Il-franchise solida li l-grupp għandu fil-Belġju għandha tippermettilu jassigura l-vijabbiltà fit-tul tiegħu. Ir-riskji ewlenin (żbilanċ ta’ finanzjament u vulnerabbiltà tal-qligħ ta’ likwidità pereżempju) imwirta mir-rabta tiegħu mal-grupp Dexia għandhom jonqsu. L-istrateġija globali ta’ derisking u ta’ deleveraging li bdiet tiġi implimentata għandha wkoll tikkontribwixxi sabiex tassigura s-sostenibbiltà tal-grupp. |
|
(564) |
Madankollu, DBB/Belfius għadu jiret minn portafoll kbir ta’ assi, u b’mod partikolari portafoll ta’ bonds storiku (legacy) li wiret mill-perjodu Dexia, li jinkludi ċertu għadd ta’ espożizzjonijiet sovrani u parasovrani li l-valur immarkat tagħhom fis-suq huwa negattiv, u li għalihom jista’ jseħħ telf akbar minn kemm huwa mbassar f’każ ta’ deterjorament tal-kundizzjonijiet tas-suq. Jirriżulta mill-analiżi tal-projezzjonijiet li l-grupp DBB/Belfius seta’ jlaħħaq ma’ dan it-telf mingħajr ma tkun kompromessal-vijabbiltà tiegħu. |
|
(565) |
Il-Kummissjoni tqis għalhekk, f’konformità mal-konklużjonijiet tal-espert indipendenti, li l-projezzjonijiet finanzjarji ta’ DBB/Belfius jindikaw li l-bank ser ikun jista’ jassorbi t-telf mistenni. Il-Kummissjoni tinnota b’mod pożittiv li l-impatt akkumulat ta’ tnaqqis ta’ 20 % tal-karta tal-bilanċ u n-nuqqas ta’ tqassim tal-qligħ mistenni matul il-perjodu ta’ ristrutturar għandu jippermetti t-tisħiħ tal-proporzjonijiet regolatorji ta’ solvenza (Ratio Core Tier 1 Basel 3 ta’ 10,7 % fl-2016). |
Xenarju ta’ stress ipprovdut taħt il-pjan ta’ ristrutturar
|
(566) |
Ix-xenarju ta’ stess kif irrappurtat mill-awtoritajiet Belġjani jissodisfa l-kriterji tal-Kummissjoni. Huwa parti mill-metodoloġija tal-ABE (166) u jippermetti l-kejl tal-vijabbiltà tal-bank iffaċċjat minn sensiela ta’ xokkijiet eżoġeni li jaffettwaw fost oħrajn il-kwalità tal-assi tiegħu, il-mudell tan-negozju u l-kundizzjonijiet ta’ finanzjament. |
|
(567) |
Ix-xenarju jindika impatt fuq il-profitt akkumulat qabel it-taxxa ta’ madwar EUR [650-750] miljun, jiġifieri madwar [10-40]% tar-riżultat skontant fix-xernarju bażi. Dan l-impatt jaffettwa prinċipalment il-parti tal-bank (EUR -[650-750] miljun). Iż-żieda fir-riskju u t-telf mistenni relatat fuq il-portafolli tal-assi jirrappreżentaw [25-75] % tal-impatt totali. Is-snin finanzjarji 2013 u 2014 ikunu l-aktar milquta u l-istabilizzazzjoni ekonomika u finanzjarja antiċipata għas-snin finanzjarji sussegwenti għandhom iżommu l-profittabbiltà tal-grupp fl-2016. Ir-ritorn fuq l-ekwità għal ħames snin huwa kważi identiku. Is-solvenza ta’ DBB/Belfius ma tkunx kompromessa peress li l-proporzjon tiegħu ta’ ekwità bażi (Core Tier 1) ikun ta’ [7,5-15]%, livell ogħla minn kemm jimponu r-regolamenti ta’ Basel III. |
|
(568) |
Jirriżulta mill-analiżi tal-projezzjonijiet hawn fuq li l-grupp DBB/Belfius huwa kapaċi jaffaċċja kundizzjonijiet tas-suq inferjuri mingħajr ma tkun kompromessal-vijabbiltà tiegħu. |
6.3.2. Kontribuzzjoni proprja tal-istituzzjoni
Limitazzjoni tal-ispejjeż ta’ ristrutturar
|
(569) |
Il-komunikazzjoni dwar ir-ristrutturar tal-banek tindika (punt 23) li l-għajnuna għar-ristrutturar għandha tkun limitata għall-ispejjeż meħtieġa għar-restawr tal-vijabbiltà. |
|
(570) |
Il-Kummissjoni tikkunsidra li din il-kundizzjoni hija ssodisfata f’dan il-każ għar-raġunijiet li ġejjin. DBB/Belfius għandu jiffoka mill-ġdid l-attività tiegħu fuq in-negozju prinċipali tiegħu u biegħ l-ishma tiegħu f’DAM. Dawn id-Deċiżjonijiet jgħinu għalhekk sabiex l-ispejjeż ikunu limitati u r-riżorsi jkunu ffukati fuq l-attivitajiet fil-qalba tan-negozju. |
|
(571) |
Il-Kummissjoni tinnota wkoll b’mod pożittiv l-impenn tal-awtoritajiet Belġjani li DBB/Belfius ma jagħmel l-ebda akkwist inkluż ta’ istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn u ma jestendix l-attivitajiet tiegħu sal-aħħar tal-2014. Il-Kummissjoni tinnota li dan l-impenn ser ikun limitat għal perjodu ta’ sentejn wara l-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni filwaqt li l-komunikazzjoni dwar ir-ristrutturar tal-banek tgħid li l-projbizzjoni tal-akkwist “għandha tapplika għal mill-inqas tliet snin”. Madankollu, peress li DBB/Belfius, meta l-bank kien għadu proprjetà tal-grupp Dexia, kien diġà soġġett għal projbizzjoni ta’ akkwist wara d-Deċiżjoni ta’ approvazzjoni kondizzjoni tas-26 ta’ Frar 2010, il-Kummissjoni tqis li t-tul ta’ dan l-impenn huwa kważi ta’ erba’ snin. F’dawn iċ-ċirkostanzi, il-Kummissjoni tikkonkludi li dan l-impenn huwa konformi mal-komunikazzjoni dwar ir-ristrutturar tal-banek. Dan l-impenn huwa garanzija addizzjonali li l-ispejjeż ta’ ristrutturar sejrin ikunu limitati għar-restawr tal-vijabbiltà tal-attivitajiet bażiċi u mhumiex sejrin jintużaw għall-iżvilupp ta’ diversifikazzjoni jew għall-ħolqien ta’ tkabbir estern. |
Limitazzjoni tal-ammont ta’ għajnuna u ta’ kontribuzzjoni proprja
|
(572) |
Il-Komunikazzjoni dwar ir-ristrutturar tal-banek tindika li l-banek għandhom jużaw ir-riżorsi proprji sabiex jillimitaw għall-minimu meħtieġ l-ammont ta’ għajnuna mill-Istat li jirċievu. Dawn ir-riżorsi jinkludu pereżempju l-parteċipazzjoni tal-investituri (azzjonisti, detenturi ta’ bonds) fl-assorbiment tat-telf u l-ħlas ta’ kumpens adegwat għall-intervent tal-Istat. |
|
(573) |
Il-Kummissjoni għandha għalhekk tiżgura li l-għajnuna mill-Istat tkun limitata għall-minimu meħtieġ. Huwa għalhekk li l-Kummissjoni tinnota l-punti li ġejjin b’mod pożittiv. |
|
(574) |
Il-Kummissjoni tinnota li fl-2012 DBB/Belfius wettaq diversi eżerċizzji ta’ riakkwist tad-dejn proprju bi skontijiet sinifikanti (ta’ [50-100 %] par), li ppermettewlu jiġġenera qligħ wara t-taxxa ta’ EUR [250-750] miljun. Dan il-qligħ jikkorrispondi għat-telf imġarrab mid-detenturi tal-bonds u jikkontribwixxi għalhekk għall-qsim tal-kontribuzzjoni (burden sharing). |
|
(575) |
Il-Kummissjoni tinnota wkoll għadd ta’ elementi favorevoli li jikkonsistu fis-sospensjoni tat-tqassim tad-dividendi, ta’ kupuni u ta’ ħlasijiet minn qabel diskrezzjonali sal-31 ta’ Diċembru 2014. Dawn l-elementi kienu s-suġġett ta’ impenn tal-awtoritajiet Belġjani. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li Belfius mhuwiex qed jippjana, fil-pjan ta’ ristrutturar tiegħu, tqassim ta’ dividendi lill-azzjonisti tiegħu sa tmiem l-2016 sabiex isaħħaħ il-kapital regolatorju tiegħu. |
|
(576) |
Fl-aħħar nett il-Kummissjoni tinnota li l-miżuri ta’ għajnuna mill-Istat storika li minnha gawda DBB/Belfius, meta l-bank kien proprjetà tal-grupp Dexia, ġew ikkumpensati b’mod adegwat, u b’hekk ippermettew lill-bank benefiċjarju jikkontribwixxi għall-ispiża tar-ristrutturar. |
|
(577) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li DBB/Belfius u l-azzjonisti tiegħu jikkontribwixxu biżżejjed għar-ristrutturar permezz tar-riżorsi proprji. |
6.3.3. Miżuri maħsuba sabiex jikkoreġu d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni
|
(578) |
Skont il-Komunikazzjoni dwar ir-ristrutturar tal-banek, il-pjan ta’ ristrutturar għandu jillimita d-distorsjonijiet eċċessivi tal-kompetizzjoni kkawżati mill-għajnuna, jiġifieri li l-pjan ta’ ristrutturar għandu jinkludi miżuri strutturali (ta’ ċessjoni u/jew ta’ tnaqqis tal-attivitajiet) u ta’ salvagwardji fl-imġieba. Miżuri xierqa għandhom jiġu implimentati sabiex inaqqsu d-distorsjonijiet ta’ kompetizzjoni kkawżati mill-għajnuna mill-Istat favur DBB/Belfius. |
|
(579) |
Skont il-Komunikazzjoni dwar ir-ristrutturar tal-banek, in-natura u l-forma tal-miżuri li jillimitaw id-distorsjonijiet fil-kompetizzjoni jiddependu fuq żewġ kriterji, jiġifieri, l-ewwel l-ammont ta’ għajnuna u l-kundizzjonijiet u ċ-ċirkostanzi li taħthom kienet mogħtija, u t-tieni, il-karatteristiċi tas-suq jew tas-swieq li fihom ikun ser jopera l-bank benefiċjarju. |
|
(580) |
Il-bejgħ ta’ DBB/Belfius huwa parti mir-riżoluzzjoni ordnata tal-grupp Dexia. Fi ħdan il-grupp Dexia, DBB/Belfius kien diġà attur ewlieni fuq is-suq tal-finanzjament tal-awtoritajiet lokali (“PWB”) fil-Belġju u tal-assigurazzjonijiet fil-Belġju. Kif spjegat aktar ‘il fuq, DBB/Belfius ibbenefika mill-għajnuna mogħtija lil DCL/Dexia meta dan tal-ewwel kien għadu proprjetà tal-grupp. Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li d-distorsjoni tal-kompetizzjoni kkawżata mill-għajnuna lill-grupp Dexia tnaqqset permezz tat-tqegħid f’riżoluzzjoni ordnata ta’ dan tal-aħħar u t-tbegħid tiegħu mis-suq. |
|
(581) |
Rigward l-għajnuna l-ġdida lil DBB/Belfius, il-Kummissjoni tirrikonoxxi n-nuqqas ta’ injezzjoni ġdida tal-kapital jew ta’ miżuri ta’ trattament tal-assi danneġġati. Is-separazzjoni ta’ DBB/Belfius mill-grupp Dexia hija l-unika miżura ġdida strutturali ta’ għajnuna, fis-sens li tagħti vantaġġ ċert iżda mhux kwantifikabbli. DBB/Belfius gawda bla dubju ta’ xejn minn miżuri temporanji ta’ likwidità ta’ emerġenza (ELA) mill-Bank Nazzjonali tal-Belġju |
|
(582) |
Rigward il-pożizzjoni tiegħu fis-suq Belġjan, il-Kummissjoni tirrikonoxxi li DBB/Belfius għandu l-ishma tas-suq li ġejjin: 13 % tad-depożiti kummerċjali (it-tielet attur), 15,1 % tal-ipoteki (it-tielet attur), 9,5 % tal-primjums tal-assigurazzjoni tal-ħajja (ir-raba’ attur) u jokkupa s-sitt post fil-prodotti tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja. Għaldaqstant DBB/Belfius huwa wieħed mill-akbar gruppi bankarji/tal-assigurazzjoni fil-Belġju. B’hekk il-Kummissjoni tinnota li DBB/Belfius intrabat li jillimita l-produzzjoni l-ġdida ta’ krediti tiegħu maħruġa mit-taqsima ta’ “public and social banking distribution” għal EUR [2,5-5] biljun fl-2013 u EUR [2,5-5] biljun fl-2014. Dan jippermetti sabiex tiġi evitata kwalunkwe żieda fl-ishma tas-suq ta’ DBB/Belfius f’din l-attività. |
|
(583) |
Il-Kummissjoni tinnota wkoll li DBB/Belfius intrabat li jillimita l-ġbir ġdid ta’ primjums tal-assigurazzjoni tal-ħajja għal [0-2,5] biljun fl-2013 u għal [0-3] biljun fl-2014. Dan jippermetti sabiex tiġi evitata kwalunkwe żieda fl-ishma tas-suq ta’ DBB/Belfius f’din l-attività. |
|
(584) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li l-pjan ta’ ristrutturar ma jipprevedi l-ebda żieda fis-sehem tas-suq ta’ DBB/Belfius fl-ebda waħda mill-attivitajiet ewlenin fl-RCB, fil-PWB u fl-assigurazzjonijiet. |
|
(585) |
Il-pjan ta’ ristrutturar iwassal għal tnaqqis tat-total tas-somma tal-bilanċ ta’ DBB/Belfius b’20 % bejn l-2011 u l-2016. |
|
(586) |
DBB/Belfius huwa soġġett għal ċerti “salvagwardji” ta’ mġieba, bħall-fatt li ma jakkwistax (sal-31 ta’ Diċembru 2014) kapital azzjonarju ta’ kumpaniji oħrajn, u dan sabiex l-għajnuna mill-Istat u l-miżuri ta’ għajnuna relatati ma jkunux jistgħu jintużaw sabiex joħolqu tkabbir estern għad-detriment tal-kompetituri tiegħu. Dan il-prinċipju huwa konsistenti, fost l-oħrajn, mal-punt 40 tal-Komunikazzjoni dwar ir-ristrutturar tal-banek. |
|
(587) |
Fl-aħħar nett l-awtoritajiet Belġjani ntrabtu li DBB/Belfius ma japprofittax b’mod kummerċjali mill-fatt li kien appoġġjat mill-Istat Belġjan. |
|
(588) |
Rigward il-kontribuzzjoni proprja ta’ Dexia u tal-miżuri fuq is-swieq prinċipali tiegħu, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżuri strutturali kollha tal-pjan ta’ ristrutturar huma biżżejjed sabiex jillimitaw id-distorsjonijiet eċċessivi tal-kompetizzjoni kkawżati mill-għajnuna inkwistjoni. |
6.3.4. Monitoraġġ tal-miżuri
|
(589) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-Komunikazzjoni dwar ir-ristrutturar tal-banek tirrakkomanda li jintbagħat rapport dettaljat b’mod regolari mill-Istati Membri kkonċernati lill-Kummissjoni sabiex din tkun tista’ tivverifika li l-pjan ta’ ristrutturar ikun qed jiġi applikat b’mod konformi mal-impenni notifikati. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni għandha tirċievi rapporti kull sitt xhur u fl-aħħar ta’ kull sena mingħand l-espert indipendenti inkarigat mill-monitoraġġ tal-pjan ta’ ristrutturar, sa mhux aktar tard minn 30 jum ta’ xogħol wara kull sitt xhur sakemm idum għaddej il-pjan ta’ ristrutturar. |
6.4. KOMPATIBBILTÀ TAL-PJAN TA’ RIŻOLUZZJONI TA’ DEXIA
|
(590) |
Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-kompatibbiltà mas-suq intern tal-miżuri kollha ta’ għajnuna kkonċernati fid-dawl tal-linji gwida li adottat għas-settur bankarju fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja, u b’mod partikolari fid-dawl tal-Komunikazzjoni dwar ir-ristrutturar tal-banek u tal-Komunikazzjoni dwar il-banek. |
|
(591) |
Fit-termini tal-punt 21 tal-Komunikazzjoni dwar il-banek, il-likwidazzjoni formali jew il-bejgħ bl-irkant ta’ bank fallut għandha dejjem titqies meta l-bank ikkonċernat ma jkunx jista’ jirkupra l-vijabbiltà fit-tul b’mod kredibbli. Min-naħa tagħha, il-Komunikazzjoni dwar il-banek tiddefinixxi l-prinċipji ġenerali ta’ likwidazzjoni kkontrollata (167). F’dan ir-rigward, hija tindika li tali skema tista’ tapplika f’każijiet individwali, meta għajnuna għar-ristrutturar tkun ingħatat lil istituzzjoni finanzjarja u li huwa ovvju li din ma tistax tkun ristrutturata b’mod sodisfaċenti. |
|
(592) |
Biex tkun kompatibbli mas-suq intern fis-sens tal-Artikolu 107(3)(b), tat-TFUE, għajnuna għal-likwidazzjoni għandha, skont il-prattika deċiżjonali tal-Kummissjoni (168), tissodisfa t-tliet kundizzjonijiet ġenerali li ġejjin:
|
|
(593) |
Il-Kummissjoni għaldaqstant sejra tanalizza l-għajnuna kollha inkwistjoni, tal-passat u tal-futur, favur Dexia bħala għajnuna lil istituzzjoni finanzjarja f’likwidazzjoni kkontrollata. |
6.4.1. Prova ta’ likwidazzjoni formali
|
(594) |
Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-pjan rivedut ta’ riżoluzzjoni ordnata għandu jipprovdi xenarju li jippermetti likwidazzjoni ordnata ta’ Dexia. Il-pjan jikkunsidra b’mod partikolari l-fatt li l-possibbiltà alternattiva ta’ ristrutturar tal-bank li jippermetti r-ritorn tiegħu għall-vijabbiltà, kif previst fil-pjan ta’ ristrutturar ta’ Frar 2010, ma kienx possibbli. Barra minn hekk, likwidazzjoni mhux ikkontrollata ta’ thedded l-istabilità finanzjarja, filwaqt li likwidazzjoni formali tippermetti li tali riskju jiġi ffaċċjat aħjar. Il-pjan rivedut ta’ riżoluzzjoni ordnata jippermetti lill-Kummissjoni tevalwa l-proċess ta’ likwidazzjoni kif ukoll l-impatt potenzjali fuq il-kompetizzjoni tal-miżuri tal-Istat li jinvolvi dan il-proċess. |
|
(595) |
Il-kriterju essenzjali li jiddeskrivi x-xenarju previst bħala miżura ta’ likwidazzjoni jikkonsisti fit-terminazzjoni ta’ kwalunke attività bankarja tal-istituzzjoni essentiel qui permet de qualifier le scénario prévu de mesure de liquidation est constitué par la cessation de toute activité bancaire de l’établissement. |
|
(596) |
Il-pjan rivedut ta’ riżoluzzjoni ordnata jipprovdi ħruġ ta’ Dexia mis-swieq li fuqhom kien preżenti qabel kemm permezz taċ-ċessjoni tal-entitajiet lil parti terza, kif ukoll permezz tat-tqegħid f’ġestjoni estintiva tal-entitajiet u l-attivitajiet residwi. Il-ġestjoni estintiva hija bbażata fuq in-nuqqas ta’ kwalunkwe produzzjoni ġdida, bl-eċċezzjoni ta’ Crediop u DCL bl-għan li sseħħ ir-riżoluzzjoni ordnata formali. |
|
(597) |
Biex jintlaħqu r-rekwiżiti regolatorji ta’ Crediop għaż-żamma tal-liċenzja bankarja tiegħu għal-likwidazzjoni tiegħu minn issa sal-31 ta’ Diċembru 2013, Crediop jista’ jfittex finanzjamenti ġodda għall-klijenti eżistenti sa EUR 200 miljun għal perjodu ta’ sena mid-Deċiżjoni finali tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tinnota li l-waqfien sħiħ tal-produzzjoni, jiġifieri ġestjoni estintiva immedjata toħloq l-attivazzjoni ta’ […] u għalhekk riskju ta’ […] għal ammont ta’ kważi […]. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li din il-produzzjoni l-ġdida hija baxxa meta mqabbla mal-produzzjoni ta’ Crediop qabel il-kriżie (madwar EUR 3 biljun fis-sena). |
|
(598) |
DCL ikun jista’ jagħti finanzjamenti ġodda sa massimu ta’ EUR 600 miljun bejn Frar u Lulju 2013 u Ġunju u Novembru 2014 għad-desensitizzazzjoni ta’ portafoll ta’ valur kontabbli mark-to-market ta’ EUR [0-2] biljun fi krediti strutturati sensittivi li baqgħu miżmuma għand DCL (self mogħti lil awtoritajiet lokali u kklassifikati barra l-Karta ta’ Gissler jew immarkati E3, E4 jew E5 fil-Karta ta’ Gissler jew b’punteġġ Cepcor ogħla minn jew ugwali għal 11). It-titjib tal-valur ekonomiku tal-pendenti li għandu jirriżulta huwa definit b’kunsiderazzjoni tat-tnaqqis tar-riskju ta’ litigazzjoni ikkawżat mid-desensitizzazzjoni. Dan il-pakkett għandu jippermetti minn naħa t-tnaqqis b’aktar minn 50 % tar-riskju (fosthom ta’ litigazzjoni) marbut mas-self ikkonċernat u min-naħa l-oħra t-tnaqqis tal-volatilità tal-kollateral u r-riskju operattiv fuq l-operazzjonijiet ta’ kopertura fi prodotti derivati kumplessi. |
|
(599) |
Il-flussi marbuta mal-operazzjonijiet ta’ desensitizzazzjoni ta’ dan is-self sejrin ikunu limitati skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
|
(600) |
Il-flussi marbuta mal-operazzjonijiet ta’ desensitizzazzjoni ta’ dan is-self sejrin ikunu wkoll limitati skont il-kundizzjonijiet li ġejjin. L-operazzjonijiet li ġejjin biss sejrin ikunu awtorizzati taħt din id-desensitizzazzjoni: […]. |
|
(601) |
Il-Kummissjoni tinnota li din il-possibbiltà ta’ ristrutturar attiv għandha biss l-għan li tillimita, it-telf mistenni fuq il-portafoll eżistenti f’xenarju ta’ run-off. DCL mhux ser iwettaq fl-ebda każ attivitajiet ġodda stricto sensu u lanqas produzzjoni ġdida lil klijenti ġodda. Dan il-pakkett ta’ 600 miljun huwa limitat għal [0-5]% tal-ammont totali tal-krediti pendenti ta’ DCL. |
|
(602) |
It-tieni, il-fażi ta’ likwidazzjoni għandha tkun illimitata għas-suċċess tal-iżvolġiment tal-likwidazzjoni ordnata. F’dan ir-rigward il-Kummissjoni tinnota li l-pjan ta’ riżoluzzjoni jipprovdi ċ-ċessjoni fil-futur qarib tal-entitajiet kollha tal-grupp li jistgħu jinbiegħu. Barra minn hekk, diversi ċessjonijiet diġà seħħew qabel is-sottomissjoni tal-pjan ta’ riżoluzzjoni (172). Iċ-ċessjoni ta’ DMA, li tirrappreżenta madwar 20 % tal-karta tal-bilanċ tal-grupp, hija ppjantata għal Jannar 2013. Iċ-ċessjonijiet l-oħrajn tal-entitajiet li jistgħu jinbiegħu, huma ppjanati fil-futur qarib (173). Jekk l-iskadenzi taċ-ċessjoni ma jiġux irrispettati, allura l-entitajiet jitqiegħdu f’ġestjoni estintiva fix-xahar ta’ wara n-nuqqas ta’ rispett tal-impenn jew jinħatar espert indipendenti fix-xahar ta’ wara n-nuqqas ta’ rispett tal-impenn sabiex ibiegħhom […] fi żmien sena massimu. L-entitajiet l-oħrajn kollha li jifdal jitqiegħdu f’ġestjoni estintiva. Barra minn hekk, il-pjan ta’riżoluzzjoni jipprovdi li DAM, Dexia Israel u Crediop jitmexxew b’mod separat mill-bqija tal-grupp Dexia. |
|
(603) |
Minħabba t-tul tal-likwidazzjoni tal-portafolli, il-pjan rivedut ta’ riżoluzzjoni ordnata jipprovdi li dawn sejrin ikunu fil-prinċipju miżmuma sal-maturità tagħhom sabiex jinżamm il-valur tagħhom u jiġi evitat li l-assi tagħhom jinbiegħu bi prezz baxx iżżejjed (“fire sales”). Dexia u l-Istati Membri kkonċernati sejrin jistudjaw ukoll il-kundizzjonijiet li taħthom il-grupp jista’ jagħmel aċċelerazzjoni opportunistika ta’ deleveraging jekk il-kundizzjonijiet tas-suq jippermettu dan. |
|
(604) |
Barra minn hekk l-Istati Membri kkonċernati ntrabtu li Dexia u s-sussidjarji tiegħu ma jagħmlu ebda akkwist ġdid. |
|
(605) |
Bħala t-tielet kriterju, il-bank għandu jtemm l-attivitajiet kummerċjali tiegħu, bl-eċċezzjoni ta’ dawk marbuta mal-bejgħ tal-assi tiegħu. Xi wħud minn dawn l-attivitajiet kummerċjali ta’ Dexia sejrin jinbiegħu lil partijiet terzi bħala parti mill-bejgħ tal-entitajiet negozjabbli. L-istrateġija proposta għandha twassal għal tnaqqis konsiderevoli tad-daqs tal-bilanċ ta’ Dexia. Fit-30 ta’ Ġunju 2012, dan diġà laħaq l-EUR 411 biljun, jiġifieri tnaqqis ta’ aktar minn 37 % meta mqabbel mad-daqs tal-karta tal-bilanċ ta’ Dexia fil-31 ta’ Diċembru 2008 (EUR 651 biljun), meta ngħatat l-ewwel għajnuna mill-Istat. L-assi tal-grupp għandhom ikunu ta’ EUR [200-250] biljun fl-aħħar tal-2013. L-assi mbagħad jamortizzaw b’madwar [10-20] biljun fis-sena sal-2017 u jkunu jiswew EUR [100-150] biljun fl-2020. Meta mqabbel mal-2008, it-tnaqqis tal-karta tal-bilanċ ikun ta’ [70-80] %. |
|
(606) |
Fil-31 ta’ Diċembru 2010, il-grupp Dexia kien jimpjega 35 185 persuna f’34 pajjiż. Speċjalment wara ċ-ċessjoni ta’ DBB/Belfius f’Ottubru 2011, il-grupp Dexia kien jimpjega fit-30 ta’ Ġunju 201222 720 impjegat. Miċ-ċessjoni ta’ DenizBank, BIL u RBCD, il-grupp Dexia għandu madwar 3 650 impjegat. |
|
(607) |
Barra minn hekk, Dexia implimenta metodoloġija ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni u ta’ valutazzjoni taċ-ċessjonijiet kollha ppjanati (ara l-premessa 125). |
|
(608) |
Fl-aħħar nett, il-pjan rivedut ta’ riżoluzzjoni ordnata jippermetti wkoll li l-għajnuna tibqa’ limitata għall-minimu meħtieġ. B’mod partikolari, l-entitajiet li ma jistgħux jinbiegħu lil xerrejjja terzi biss sejrin jibqgħu fil-bank residwu. Il-kontribuzzjoni ta’ kapital addizzjonali ta’ EUR 5,5 biljun għall-bank residwu hija meħtieġa sabiex ikunu rrispettati r-regoli ta’ prudenza minimi biex tiġi evitata likwidazzjoni mhux ikkontrollata ta’ Dexia. Fl-aħħar nett, il-bafer ta’ riserva ta’ likwidità u ta’ flus ta’ EUR 700 sa 800 miljun li jirriżulta mir-rikapitalizzazzjoni prevista ta’ Dexia ta’ EUR 5,5 biljun jista’ jitqies li jagħmel parti integrali mix-xenarju ta’ likwidazzjoni ordnata, peress li sservi bħala miżura ta’ protezzjoni u tal-ħlasijiet mistennija. |
|
(609) |
L-ammont tal-garanzija finali ta’ rifinanzjament ta’ EUR 85 biljun ġie kkalibrat sabiex jilħaq il-ħtiġijiet ta’ rifinanzjament ta’ Dexia sabiex tiġi żgurata r-riżoluzzjoni ordnata tiegħu kemm f’xenarju bażi kif ukoll f’xenarju ta’ stress. Fix-xenarju bażi, l-użu massimu tal-garanziji għandu jkun ta’ EUR [70-80] biljun fl-2013. Ix-xenarji ta’ stress jindikaw, madankollu, li l-użu tal-garanziji jista’ jkun akbar minn EUR [10-20] biljun jekk l-impatt akkumulat tal-fatturi li ġejjin kellu jseħħ: iż-żieda tal-garanzija fi flus kontanti li għandha titħallas (EUR + [0-5] biljun) f’każ ta’ rati ta’ imgħax sfavorevoli; tnaqqis fil-kwalità tar-riżervi (EUR + 2,3 biljun); l-eżerċizzju ta’ opzjonijiet mill-investituri jew ġbid kbir fuq l-impenni ta’ barra l-karta tal-bilanċ (EUR [2,5-7,5] biljun); l-impatt negattiv ta’ tnaqqis kbir fil-klassifikazzjoni tal-kreditu tal-grupp (EUR + [0-5] biljun). Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-ħlas baxx ħafna ta’ din il-garanzija u d-dewmien tagħha meta mqabbla mal-garanziji mogħtija lil banek f’ristrutturar huwa aċċettabbli biss f’każ ta’ riżoluzzjoni ordnata mingħajr ebda produzzjoni ġdida, biex b’hekk jitnaqqsu d-distorsjonijiet potenzjali tal-kompetizzjoni. |
|
(610) |
Fin-nuqqas ta’ għajnuna ulterjuri, Dexia jsib ruħu f’likwidazzjoni immedjata li joħloq riskju gravi għall-Istati Membri kkonċernati. Falliment ta’ Dexia jista’ jikkawża s-sejħa tal-garanziji mogħtija mill-Istati Membri kkonċernati fl-2008, l-2011 u fl-2012 għat-total tal-ammont attwali pendenti ta’ EUR 67,7 biljun. Likwidazzjoni immedjata ta’ Dexia joħloq ukoll xokk sistematiku kbir fuq is-swieq Ewropej. |
|
(611) |
L-għajnuna fil-forma ta’ rikapitalizzazzjoni u ta’ garanzija ta’ rifinanzjament finali mogħtija lil Dexia tipppermetti li jiġi evitat li l-likwidazzjoni ordnata tinbidel f’likwidazzjoni mhux ikkontrollata. |
6.4.2. Kontribuzzjoni proprja tal-istituzzjoni
|
(612) |
Skont il-punt 46 tal-Komunikazzjoni dwar il-banek, wieħed għandu joqgħod attent sabiex inaqqas kemm jistal-periklu morali, l-aktar billi ma jħallix lill-azzjonisti u possibilment ċerti tipi ta’ kredituri jirċievu għajnuna taħt il-proċedura ta’ likwidazzjoni ordnata. |
|
(613) |
Il-Kummissjoni tinnota għadd ta’ elementi favorevoli li jikkonsistu fis-sospensjoni, tul il-pjan ta’ riżoluzzjoni u għalhekk sal-amortizzament sħiħ tal-assi ta’ Dexia, tat-tqassim tad-dividendi, ta’ kupuni u ta’ rimborż diskrezzjonali antiċipat. B’eċċezzjoni, Dexia huwa awtorizzat iqassam dividendi marbuta ma’ ishma preferuti bid-dritt tal-vot sottoskritti mill-Istat Belġjan u dak Franċiż taħt u skont il-kundizzjonijiet taż-żieda tal-kapital ta’ EUR 5,5 biljun EUR. |
|
(614) |
L-azzjonisti u d-detenturi ta’ titoli ta’ Dexia diġà kkontribwew għall-ispiża tar-ristrutturar. Minn Ottubru 2008, il-prezz tas-sehem naqas b’aktar minn 95 %. Mill-pjan ta’ ristrutturar inizjali, Dexia irrinunzja għall-ħlas ta’ dividendi u għall-ħlas jew ir-rimborż antiċipat ta’ kupuni diskrezzjoniali fuq l-istrumenti ibridi tiegħu Tier 1 u Tier 2. |
|
(615) |
Id-dilwizzjoni tal-azzjonisti eżistenti prevista mir-rikapitalizzazzjoni mill-Istat Belġjan u dak Franċiż ta’ EUR 5,5 biljun sejra tkun konsiderevoli. L-azzjonisti eżistenti, minbarra l-Istat Belġjan u dak Franċiż, ser ikollhom il-parteċipazzjoni tagħhom dilwita ferm bi 88,54 % qabel iż-żieda tal-kapital għal 5,58 % wara ż-żieda tal-kapital. Il-pożizzjoni tal-azzjonisti sejra tinbidel kif ġej: Tabella 9 L-azzjonisti ta’ Dexia wara r-rikapitalizzazzjoni
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(616) |
Il-Komunikazzjoni dwar ir-ristrutturar tal-banek tispeċifika li l-użu mill-banek tar-riżorsi proprji tagħhom sabiex jiffinanzjaw ir-ristrutturar tagħhom jista’ jinvolvi pereżempju l-bejgħ tal-assi. F’dan il-każ, il-kontribuzzjoni proprja tal-grupp Dexia għar-ristrutturar tiegħu hija massimizzata sal-punt fejn l-assi kollha tiegħu huma maħsuba biex jinbiegħu jew jitqiegħdu f’ġestjoni estintiva u fejn il-prodott taċ-ċessjonijiet ser jintuża kollu għar-riżoluzzjoni ordnata ta’ Dexia. Barra minn hekk, l-ispejjeż operattivi ta’ Dexia sejrin jonqsu b’mod sinifikanti matul ir-riżoluzzjoni ordnata tiegħu, billi jgħaddu minn EUR 1,1 biljun fl-2012 għal EUR [0-1] biljun fl-2020. |
|
(617) |
Minħabba li t-tqegħid f’ġestjoni estintiva jew ir-riżoluzzjoni ordnata tal-benefiċjarju tal-għajnuna huwa l-aktar forma estrema ta’ ristrutturar, il-Kummissjoni tammetti f’dawn iċ-ċirkostanzi kumpens tal-għajnuna aktar baxx minn dak previst skont il-Komunikazzjonijiet tagħha dwar l-għajnuna mill-Istat lill-banek. |
|
(618) |
F’dan il-każ, Dexia diġà ħallas 1) kummissjoni ta’ implimentazzjoni tal-garanzija temporanja li tammonta għal EUR 225 miljun u 2) kummissjoni addizzjonali ta’ implimentazzjoni ta’ EUR 50 miljun wara ż-żieda tal-limitu tal-garanzija temporanja u 3) iwettaq il-kumpens tal-garanzija temporanja skont it-termini tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Diċembru 2011, il-31 ta’ Mejju 2012, is-7 ta’ Ġunju 2012 u s-26 ta’ Settembru 2012 (jiġifieri EUR 273 miljun fit-30 ta’ Settembru 2012). |
|
(619) |
L-ammont tar-remunerazzjoni tal-garanzija finali ser ikun ta’ 5 punti bażi mid-dħul fis-seħħ tal-ftehim. Dexia ser iħallas ukoll lill-Istati kkonċernati kummissjoni addizzjonali ta’ implimentazzjoni ugwali għal 0,50 % ta’ EUR 30 biljun li sejra titħallas lil kull wieħed mill-Istati kkonċernati proporzjonalment għall-kontribuzzjoni rispettiva għall-garanzija. Minħabba l-kobor tax-xenarju ta’ riżoluzzjoni ordnata ppreżentat minn Dexia, il-Kummissjoni tqis li dawn il-livell ta’ kumpens tal-għajnuna jistgħu jiġu kkunsidrati kompatibbli. |
|
(620) |
Rigward il-kumpens tar-rikapitalizzazzjoni, il-ħruġ għall-benefiċċju tal-Istat Belġjan u ta’ dak Franċiż ta’ ishma ġodda li jagħtu dritt ta’ preferenza fuq id-distribuzzjonijiet (dividendi u profitt tal-likwidazzjoni (174)) jippermetti lill-Istati msemmija (esklużi l-azzjonisti eżistenti) li jaqbdu l-profitti futuri potenzjali kollha (175) f’każ ta’ rkupru u jassigura b’hekk kontribuzzjoni sħiħa tal-azzjonisti għall-isforz tar-riżoluzzjoni kif teħtieġ il-Kummissjoni, diment li l-azzjonisti eżistenti ma jkollhom l-ebda prospett ta’ ritorn fuq l-investiment u fejn is-sitwazzjoni hija ekwivalenti għal dik ta’ esproprjazzjoni ekonomika sħiħa tal-azzjonisti. |
|
(621) |
Dexia ser ikompli jimplimenta l-prinċipji ta’ kumpens maħruġa mill-G-20 u mill-awtoritajiet nazzjonali kkonċernati f’dak li jirrigwarda l-kumpens tal-membri tal-kumitati ta’ ġestjoni u l-eżekuttivi. Dexia jeskludi fost oħrajn il-ħlas tal-porzjon varjabbli tar-remunerazzjoni tal-membri tal-Bord ta’ Tmexxija ta’ Dexia SA u l-limitu tal-porzjon varjabbli tar-remunerazzjoni tal-impjegati l-oħrajn ta’ Dexia u tas-sussidjarji bankarji tiegħu għal 30 % tal-porzjon fiss tar-remunerazzjoni tagħhom. |
|
(622) |
Minħabba n-nuqqas ta’ xi prospett ta’ ritorn għall-vijabbiltà ta’ Dexia, jista’ jitqies li fil-prattika, dawn id-dispożizzjonijiet jiżguraw li l-azzjonisti eżistenti jikkontribwixxu 100 % għall-isforz ta’ riżoluzzjoni (“full burden-sharing”). |
|
(623) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni temmen li Dexia u l-azzjonisti tiegħu jikkontribwixxu biżżejjed għar-ristrutturar permezz tar-riżorsi proprji tagħhom. |
6.4.3. Miżuri għall-korrezzjoni tad-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni
|
(624) |
Il-pjan rivedut ta’ riżoluzzjoni ordnata jipprovdi ħruġ ta’ Dexia mis-swieq li fuqhom huwa preżenti kemm permezz taċ-ċessjoni tal-entitajiet negozjabbli lil parti terza, jew permezz tat-tqegħid f’ġestjoni estintiva mingħajr produzzjoni ġdida tal-entitajiet residwi. F’dan il-każ, għall-entitajiet residwi affettwati mit-tqegħid f’ġestjoni estintiva, il-grupp Dexia ser iwaqqaf mhux biss il-produzzjoni għal klijenti ġodda iżda wkoll għall-klijenti eżistenti. |
|
(625) |
Dexia madankollu ser jitħalla jkompli produzzjoni ferm limitata bħala parti mid-desensitizzazzjoni ta’ ċerti krediti strutturati eżistenti ma’ DCL ta’ portafoll ta’ valur kontabbli mark-to-market ta’ EUR [0-2] biljun, bejn Frar u Lulju 2013 u Ġunju u Novembru 2014, bil-kundizzjoni stretta li jitjieb il-valur ekonomiku tagħhom waqt li jiġi kkunsidrat it-tnaqqis tar-riskju ta’ litigazzjoni kkawżat mid-desensitizzazzjoni. Il-pakkett totali għal din il-produzzjoni jammonta għal EUR 600 miljun. |
|
(626) |
Il-livell ta’ oriġini maħsub għal DCL jirrappreżenta inqas minn [0-5]% tal-ammont totali tal-krediti pendenti ta’ DCL. Minn dan isegwi li din il-possibbiltà ta’ ristrutturar ta’ ċertu self eżistenti b’rabta ma’ pakkett limitat ħafna ta’ għoti ta’ krediti ġodda għall-iskop uniku li jitnaqqas it-telf mistenni fuq il-portafoll eżistenti (u b’hekk l-ispiża tar-riżoluzzjoni ordnata għall-Istati) aktarx li ma twassalx għal distorsjonijiet bla bżonn fil-kompetizzjoni. |
|
(627) |
Barra minn hekk, Crediop jista’ jeżerċita oriġini limitata għall-klijenti eżistenti li tammonta għal total ta’ EUR 200 miljun għal perjodu ta’ sena mid-data ta’ din id-Deċiżjoni. |
|
(628) |
Il-livell ta’ oriġini ser ikun prattikament limitat biss għall-obbligi regolatorji ta’ Crediop sabiex jevita […] (jiġifier inqas minn [0-5]% tal-pendenti) u jevita li Crediop isib ruħu, f’każ kuntrarju, minnufih f’sitwazzjoni ta’ likwidazzjoni. Il-kapaċità tal-oriġini sejra tkun ukoll strettament allinjata fuq il-kapaċità ta’ Crediop li jiffinanzja lilu nnifsu fil-forma ta’ depożiti kummerċjali. Il-Kummissjoni tinnota li l-volum ta’ finanzjamenti ġodda ta’ self lill-klijenti eżistenti huwa ferm limitat u strettament meħtieġ sabiex jevita spiża kbira ta’ tqegħid f’likwidazzjoni immedjata u jinżammu l-possibiltajiet ta’ ċessjoni ta’ Crediop f’perjodu ta’ sena minn din id-Deċiżjoni meta l-kundizzjonijiet tas-suq u l-amortizzament naturali tal-EMTNs jippermettuh mill-ġdid. Fin-nuqqas ta’ awtorizzazzjoni, Crediop jitqiegħed f’ġestjoni estintiva fl-aħħar tas-sena kurrenti. |
|
(629) |
Barra minn hekk, Dexia mhu ser jagħti l-ebda finanzjament ġdid lil Dexia Israël u lil DAM mill-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. |
6.4.4. Monitoraġġ tal-miżuri
|
(630) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-Komunikazzjoni dwar ir-ristrutturar tal-banek tirrakkomanda li l-Istati Membri kkonċernati jibagħtu regolarment rapport dettaljat lill-Kummissjoni sabiex din tkun tista tivverifika li l-pjan qed jiġi implimentat skont l-impenni notifikati u dan sakemm jintemmu l-assi. |
|
(631) |
F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni sejra tirċievi rapporti kull sitt xhur u fl-aħħar tas-sena mingħand l-espert indipendenti inkarigat mill-monitoraġġ tal-pjan rivedut ta’ riżoluzzjoni ordnata sakemm idum għaddej il-pjan ta’ riżoluzzjoni. Dan ir-rapport għandu jinkludi rendikont dettaljat tal-progess fl-implimentazzjoni tal-pjan rivedut ta’ riżoluzzjoni ordnata, u b’mod partikolari dwar (i) il-konformità mal-ammont u mal-kundizzjonijiet ta’ desensitizzazzjoni tal-portafoll tas-self sensittiv ta’ DCL; (ii) il-konformità mal-limitu tal-finanzjamenti l-ġodda mogħtija lill-klijenti eżistenti ta’ Crediop; (iii) il-konformità mal-iskeda taċ-ċessjonijiet previsti, inkluża d-data taċ-ċessjoni, il-valur kontabbli tal-assi fil-31 ta’ Diċembru 2011, il-valur taċ-ċessjoni, il-qligħ jew it-telf li jkun sar u d-dettalji tal-miżuri li jkun fadal jiġu implimentati taħt il-pjan rivedut ta’ riżoluzzjoni ordnata; u (iv) il-ġestjoni u r-ring-fencing ta’ DAM u ta’ Dexia Israël. |
6.4.5. Ir-riskji għall-implimentazzjoni tal-pjan rivedut ta’ riżoluzzjoni ordnata
|
(632) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-portabbiltà ta’ Dexia għandha tibqa’ negattiva fl-2013 minkejja t-tnaqqis tal-ispiża tal-garanzija għal 5 punti bażi. Fil-fatt, l-assi miżmuma minn Dexia għandhom jiġġeneraw marġni medju ppeżat ta’ madwar [25-75] punt bażi ogħla mir-rata Euribor 3xhur. Dan il-marġni għandu jistabbilizza għal [25-75] punt bażi mill-2016. Dan huwa prinċipalment dovut għall-marġnijiet dgħajfa mwettqa fil-ħruġ iżda wkoll għar-ritorn negattiv (176) tal-kollateral fi flus assenjat mill-bank li kien ta’ EUR [30-40] biljun fl-2013, ammont li mistenni jonqos b’[25-75 %] minn issa sal-2020 jekk ix-xenarju ta’ żieda tar-rati tal-imgħax fil-fatt iseħħ. |
|
(633) |
L-ispeiża tal-finanzjament tal-grupp għandha titnaqqas bin-nofs bejn l-2012 u l-2013 minħabba t-tnaqqis tal-ispiża tal-garanziji għal 5 punti bażi mill-2013 kontra 90 punt bażi fl-2012. Dan jirrappreżenta ffrankar ta’ aktar minn EUR [250-750] miljun għall-2013. Dan l-iffrankar jonqos progressivament mat-tnaqqis tat-teħid tal-garanziji. Madankollu, huwa biss mill-2014 li l-ispiża ta’ finanzjament sejra tkun inqas mill-imgħaxijiet iġġenerati mill-assi, minħabba t-tmiem tal-użu ta’ termini ta’ finanzjament aktar għaljin (ELA, ħruġ iggarantit fit-tul parzjalment miżmuma minn Belfius) u użu akbar ta’ finanzjament fuq żmien qasir (mal-Bank Ċentrali u permezz tas-suq repo) f’livell eqreb għall-Euribor. |
|
(634) |
L-imgħaxijiet tat-titoli mqiegħda bħala ħlas tal-kapital għandhom joħolqu impatt dejjem akbar fuq id-dikjarazzjoni tad-dħul, aktar minn EUR [100-300] miljun mill-2019 meta mqabbel ma’ livell ta’ anqas minn EUR [50-250] miljun qabel l-2015. |
|
(635) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-grupp Dexia m’għandu jieħu l-ebda benefiċċju qabel l-2018 peress li l-ispejjeż operattivi għandhom jibqgħu ogħla mid-dħul nett bankarju għal żmien twil. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-ispiża annwali tar-riskju tirrappreżenta bejn l-2013 u l-2020 livell ta’ inqas minn [0-20] punt bażi tas-self u t-titoli pendenti. Barra minn hekk, ir-riżervi annwali ta’ EUR [50-200] miljun għar-riskji u l-ispejjeż li għandhom jiġu mingħand DCL għall-iffaċċjar tar-riskju ta’ litigazzjoni fuq is-self sensittiv jistgħu ma jkunux biżżejjed. |
|
(636) |
Kif kien enfasizzat mill-Istati Membri kkonċernati, waħda mill-akbar diffikultajiet ta’ Dexia nħolqot minħabba l-kobor tal-portafoll ta’ derivattivi ta’ hedging tar-rata li kien relatat mal-attività tiegħu ta’ produzzjoni ta’ self fit-tul u b’rata fissa lis-settur pubbliku. It-tnaqqis tar-rati tax-xaħar tas-sajf 2011 kien akkumpanjat minn żieda fl-appell għall-marġni ta’ aktar minn EUR [0-25] biljun (177). Il-kollateral fi flus kontanti mħallsa lill-kontropartijiet tal-iswaps kien madwar EUR [25-75] biljun fl-aħħar tal-2012. Peress li jitħallas bir-rata minn jum għal jum (Eonia), huwa jiġġenera marġni negattiv meta mqabbel mal-Euribor 3xhur. Billi r-rata ta’ finanzjament ta’ Dexia għandha tkun qrib l-Euribor+ [25-75]punti bażi fl-2013, il-kollateral fi flus kontanti jirrappreżenta spiża annwali ta’ EUR [100-300] miljun. L-ispiża mbagħad għandha tonqos gradwalment (biex tilħaq livell ta’ inqas minn EUR [25-75] miljun mill-2017) minħabba l-kombinazzjoni ta’ erba’ fatturi: (i) iż-żieda fir-rati fit-tul li għandhom ibaxxu l-ammont ta’ kollateral fi flus kontanti li għandu jitħallas, (ii) it-tnaqqis u t-titjib tal-kundizzjonijiet ta’ finanzjament akkumpanjat minn spiża iżgħar għal Dexia, (iii) l-istabilizzazzjoni tad-differenzi fir-rati fuq żmien qasir, speċjalment bejn ir-rata minn jum għal jum u r-rata Euribor 3 xhur, u (iv) l-amortizzazzjoni tal-portafoll ta’ self tiegħu u tal-penedenti nozzjonali tal-portafoll ta’ derivattivi li huwa marbut miegħu. Jekk xi wieħed mill-ewwel tliet fatturi ma jseħħx, l-ispiża żejda għall-grupp tista’ tkun ogħla minn EUR […] miljun matul il-perjodu 2014-2020. |
|
(637) |
Il-grupp qed jikkunsidra stabilizzazzjoni tal-kundizzjonijiet tas-suq mill-2014 u konverpenza tal-ispreads ta’ kreditu lejn il-medja storika tagħhom. Pereżempju, il-bank qed jistenna li l-ispread sovrana Taljana li kienet ta’ 350 punt bażi fl-2012 sejra tikkonverġi lejn livell ta’ [25-75] punt bażi minn issa sal-2018 u li l-indiċijiet tad-derivattivi ta’ kreditu […]. Xenarju oppost jista’ jkollu riperkussjonijiet kbar fuq it-telf mhux realizzat bejn l-2016 u l-2020. |
|
(638) |
Il-pjan ta’ finanzjament tal-grupp jipprovdi użu akbar ta’ tqegħid fis-suq ta’ titoli garantiti mill-Istat (EUR [5-20] biljun fit-tul u EUR [10-40] biljun fuq żmien qasir) u tnaqqis simetriku tat-tqegħid f’garanzija ta’ dawn it-titoli kontra r-rifinazjament mal-Eurosistema. Madankollu s’issal-grupp seta’ biss iqiegħed fis-suq volumi limitati (178) u xejn ma jindika li l-interess tal-investituri ser ikun differenti fil-ġejjieni. B’mod partikolari, il-klassifikazzjoni ta’ kreditu tal-Istati garanti, il-likwidità tas-swieq u l-kapaċità tagħhom ta’ assorbiment ta’ titoli bankarji garantiti huma diversi fatturi inċerti li jistgħu jikkompromettu l-“mix ta’ finanzjament” kif inhu ppjanat. Kwalunkwe xenarju agħar jirriżulta f’użu akbar tal-ELA li jkun akkumpanjat minn żieda fl-ispejjeż ta’ finanzjament. Pereżempju, jekk il-mira ta’ investiment ta’ [10-40] biljun f’titoli fuq żmien qasir ma tkunx tista’ tintlaħaq, u l-finanzjament ikun sar permezz tal-ELA, dan jista’ jikkawża spiża addizzjonali annwali ta’ madwar EUR [150-400] miljun. |
|
(639) |
Il-Kummissjoni tikkonkludi madankollu li dawn ir-riskji huma inerenti għat-tqegħid f’riżoluzzjoni ordnata ta’ grupp bħal Dexia u li, mingħajr ma tnaqqashom, il-Kummissjoni tqis li aktarx ma jikkompromettux il-pjan kif kien ippreżentat u aċċettat. |
6.5. IL-KOMPATIBBILTÀ TAL-OPERAZZJONI TA’ ĊESSJONI TA’ DMA
6.5.1. Ambitu tal-valutazzjoni tal-kompatibbiltà
|
(640) |
Rigward l-operazzjonijiet li jistabbilixxu banek ta’ żvilupp, il-Kummissjoni temmen li l-għajnuna tista’ toħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni f’żewġ livelli: upstream, fil-livell ta’ kompetizzjoni bejn l-istituzzjonijiet finanzjarji f’dak li jirrigwarda l-għajnuna lill-bank ta’ żvilupp (livell I) u downstream, fil-livell tal-benefiċjarji tal-finanzjamenti pprovduti minn DMA u l-kompetituri potenzjali tagħhom (livell II). |
|
(641) |
Kif kien spjegat qabel, il-Kummissjoni identifikat fil-memorandum dwar l-operazzjoni ta’ ċessjoni ta’ DMA miżura ta’ għajnuna favur il-bank ta’ żvilupp futur, jiġifieri l-impenn ta’ Franza li l-Istat, is-CDC u La Banque Postale jirrikapitalizzaw l-IKĠ u DMA jekk ikun meħtieġ. |
|
(642) |
F’dan l-istadju, abbażi biss tal-memorandum dwar l-operazzjoni ta’ ċessjoni ta’ DMA, il-Kummissjoni ma setgħetx tidentifika diġà miżuri speċifiċi ta’ għajnuna fil-livell II. Madankollu, il-Kummissjoni tinnota ċerti impenni ta’ Franza li tikkoopera magħha fil-missjoni tagħha ta’ identifikazzjoni u ta’ valutazzjoni ta’ kull għajnuna f’dan il-livell, mingħajr preġudizzjoni għas-setgħat u d-dmirijiet tal-Kummissjoni li tivvaluta kull għajnuna potenzjali. |
|
(643) |
Rigward il-kompetizzjoni fil-livell I, il-Kummissjoni tqis li DMA sejra tkun b’xi mod is-suċċessur tal-grupp Dexia u li hija bbenefikat bħala sussidjarja ta’ Dexia mill-inqas parzjalment mill-għajnuna mogħtija lill-grupp fil-passat. Barra minn hekk, hija għadha, sal-lum, bħala sussidjarja ta’ Dexia tgawdi minn għajnuna li għadha tingħata lil Dexia (ELA u garanzija ta’ rifinanzjament), u dan ser idum saċ-ċessjoni tagħha, mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar 2013. |
|
(644) |
Kif innutat il-Kummissjoni qabel, DMA tappartjeni għal kumpanija li tiriċevi għajnuna ġdida taħt l-operazzjoni ta’ ċessjoni tagħha akkumpanjata mill-istabbiliment ta’ bank ta’ żvilupp għall-finanzjament tal-awtoritajiet lokali Franċiżi u tal-istituzzjonijiet tas-saħħa pubbliċi Franċiżi. |
|
(645) |
Madankollu, DMA għandha portafoll ta’ “self sensittiv” li l-valur nominali tiegħu kien ta’ EUR [5-15] biljun fit-30 ta’ Ġunju 2012 u, għalkemm hija tappartjeni għal kumpanija attiva fuq suq fallut, dan huwa madankollu suq fejn il-kompetizzjoni tista’ tkun imfixkla. |
|
(646) |
Għaldaqstant il-Kummissjoni sejra tibbaża l-valutazzjoni tagħha tal-kompatibbiltà tal-għajnuna lil DMA fuq il-Komunikazzjoni dwar ir-ristrutturar tal-banek u b’mod partikolari l-punt 17 tagħha li jgħid: “ Il-bejgħ ta’ bank f’diffikultà lil istituzzjoni finanzjarja oħra jista’ jikkontribwixxi għar-ritorn għall-vijabbiltà għal tul ta’ żmien, dejjem jekk ix-xerrej ikun vijabbli u kapaċi jassorbi t-trasferiment tal-bank f’diffikultà u jista’ jgħin fit-trawwim mill-ġdid tal-fiduċja fis-suq. Jista’ jikkontribwixxi wkoll għall-konsolidazzjoni tas-settur finanzjarju. Għal dan il-għan, ix-xerrej irid juri li l-entità integrata se tkun vijabbli. Fil-każ ta’ bejgħ, jeħtieġ li jiġu rispettati wkoll il-ħtiġijiet ta’ vijabbiltà, il-kontribuzzjoni proprja u l-limitazzjonijiet tad-distorsjonijiet fil-kompetizzjoni. ” |
|
(647) |
Madankollu, il-Kummissjoni tinnota bi pjaċir li l-awtoritajiet Franċiżi jixtiequ jistabbilixxu, billi jistrieħu fuq l-entità DMA, bank ta’ żvilupp, li l-attività tiegħu tkun strettament limitata għall-provvista ta’ finanzjament sempliċi (self vanilla) lill-awtoritajiet lokali Franċiżi u lill-istituzzjoni pubbliċi Franċiżi tas-saħħa li fir-rigward tagħhom is-suq tal-finanzjament huwa fallut. |
|
(648) |
Il-Kummissjoni għalhekk sejra tivvaluta wkoll inizjalment il-kompatibbiltà mas-suq intern tal-għajnuna mill-Istat li ser jirċievi l-bank ta’ żvilupp skont il-merti tal-ħolqien ta’ tali bank ta’ żvilupp li sejra tinvesti fih DMA (taqsima 6.5.2 hawn taħt). Il-finanzjamenti pprovduti minn DMA li jistgħu jinkludu għajnuna (livell II) jiġu ivvalutati b’mod separat. |
|
(649) |
Fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-isptarijiet, il-Kummissjoni hija tal-fehma li dawn, kemm jekk ikunu privati kif ukoll pubbliċi, għandhom jitqiesu bħala kumpaniji (179). Fid-Deċiżjoni tagħha tal-2002 dwar l-isptarijiet Irlandiżi (180), il-Kummissjoni kkunsidrat b’mod espliċitu li dawn kienu kumpaniji billi bbażat fuq is-sentenza Höffner. B’hekk huwa ċar li l-appoġġ lill-isptarijiet jista’ jinkludi għajnuna mill-Istat. |
|
(650) |
Din id-Deċiżjoni qiegħda tivvaluta biss l-għajnuna pprovduta fil-livell I (għajnuna lill-bank ta’ żvilupp). Hija ma tippreġudika bl-ebda mod il-pożizzjoni tal-Kummissjoni rigward l-eżistenza u l-kompatibbiltà mas-suq intern tal-għajnuna ta’ livell II. |
6.5.2. Valutazzjoni rigward DMA bħala bank ta’ żvilupp
|
(651) |
Il-Kummissjoni trid tiddetermina jekk l-għajnuna favur il-bank ta’ żvilupp hijiex kompatibbli mas-suq intern. L-Artikolu 107(3) tat-TFUE jistabbilixxi ċerti eċċezzjonijiet għall-prinċipju ġenerali ta’ nuqqas ta’ kompatibbiltà kif stipulat fl-Artikolu 107(1) tat-TFUE. |
|
(652) |
B’mod partikolari, l-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE jgħid li “Tista’ tkun ikkunsidrata bħala kompatibbli mas-suq intern: […] l-għajnuna maħsuba sabiex tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet […] basta dik l-għajnuna ma tfixkilx il-kondizzjonijiet tal-kummerċ sa grad li jkun kuntrarju għall-interess komuni”. |
|
(653) |
Il-ħolqien ta’ bank ta’ żvilupp mhuwiex soġġett għal xi komunikazzjoni speċifika tal-Kummissjoni li tispeċifika għal dan il-għan ir-regoli tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE. |
|
(654) |
B’hekk, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-kompatibbiltà tal-miżura direttament fuq il-bażi tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE. Minħabba li l-ebda għan ieħor ta’ din id-dispożizzjoni ma huwa rilevanti jew ġie invokat minn Franza, il-Kummissjoni sejra teżamina l-miżura skont it-termini tal-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE. |
|
(655) |
Biex tiġi eżaminata l-kompatibbiltà tal-miżura fuq din il-bażi, jeħtieġ li wieħed jivvaluta kemm hija xierqa sabiex tilħaq l-għan imfittex. Għal dan il-għan, jeħtieġ li jiġi eżaminat jekk il-miżura 1) hijiex imfassla sabiex tissodisfa għan ta’ interess komuni, 2) tikkontribwixxix b’mod xieraq għat-tweġiba għall-falliment tas-suq, 3) hijiex tali li tipproduċi effett anċillari u 4) tibqax proporzjonata billi tnaqqas kemm jista’ jkun l-effetti mhux mixtieqa fuq il-kummerċ u l-kompetizzjoni. |
6.5.2.1.
|
(656) |
Il-Kummissjoni trid tiddetermina jekk il-ħolqien u l-kapitalizzazzjoni ta’ DMA humiex maħsuba sabiex jissodisfaw għan ta’ interess komuni, li hija prerekwiżit kif iddikjarat mill-Artikolu 107(3)(c). Barra minn hekk, il-Kummissjoni trid tiddetermina jekk il-miżura notifikata hijiex adattata għal dan il-għan. |
|
(657) |
Il-Kummissjoni tinnota li DMA sejra tintervjeni f’setturi definiti b’mod ċar u li għandhom nuqqas fis-suq kif uriet Franza: il-provvista ta’ finanzjament lill-awtoritajiet lokali Franċiżi u lill-istituzzjonijiet pubbliċi Franċiżi tas-saħħa. Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li s-suq ta’ finanzjament ta’ dawn iż-żewġ setturi bħalissa mhux qed jaħdem b’mod sodisfaċenti minħabba falliment fis-suq (defiċit tal-offerta ta’ finanzjament jew “credit crunch” ). Il-Kummissjoni tikkunsidra li ntwera li l-atturi privati eżistenti (il-banek privati) mhumiex f’sitwazzjoni li jistgħu jimlew dan in-nuqqas ta’ finanzjament, b’mod partikolari 1) minħabba restrizzjonijiet regolatorji ġodda (l-introduzzjoni tar-regoli msejħa “ta Basel 3”) li sejrin jippenalizzaw il-provvista ta’ likwidità fit-tul meta dawn ma jkunux appoġġjati minn depożiti, u wkoll 2) minħabba l-kriżi finanzjarja li ġġiegħel lill-banek inaqqsu l-karti tal-bilanċ tagħhom u l-offerta ta’ finanzjament tagħhom. Il-Kummissjoni tinnota għalhekk li s-sehem dominanti tas-suq (181) li kellu l-grupp Dexia fil-finanzjament ta’ dawn is-setturi qabel ma tqiegħed f’riżoluzzjoni ordnata (u li l-produzzjoni l-ġdida tiegħu fil-prinċipju mhux sejra tkun awtorizzata) mhux ser ikun meħud kompletament mill-istituzzjonijiet bankarji l-oħrajn. |
|
(658) |
Intwera wkoll li l-ħtieġa ta’ finanzjament għal żmien medju u fit-tul tal-awtoritajiet lokali u tal-istituzzjonijiet pubbliċi Franċiżi tas-saħħa tista’ tkun ivvalutata għal EUR 18-20 biljun u EUR 2-4 biljun fis-sena rispettivament. L-istituzzjonijiet bankarji għandhom jillimitaw l-offerta tagħhom għal livell ta’ madwar EUR 10 biljun EUR (2013). Id-defiċit ta’ finanzjament tas-settur pubbliku lokali Franċiż għaldaqstant huwa vvalutat għal madwar EUR 10 biljun peress li l-pakkett eċċezzjonali tas-CDC m’għandux ikun imġedded aktar. Il-ħolqien ta’ DMA għandu l-għan li jilħaq 20 % sa 25 % tad-domanda totali jiġifieri ammont ta’ finanzjament annwali ta’ madwar EUR 5 biljun. |
|
(659) |
Għandu jiġi nnutat ukoll li l-ħtiġijiet ta’ finanzjament tal-benefiċjarji huma ġeneralment fit-tul, li huwa partikolarment ta’ żvantaġġ għall-proporzjonijiet il-ġodda ta’ likwidità tal-istituzzjonijiet bankarji. Il-Kummissjoni tinnota li dan il-fattur jista’ strutturalment jirrestrinġi b’mod sinifikanti l-interess tal-banek għal dan it-tip ta’ finanzjament. |
6.5.2.2.
|
(660) |
Il-Kummissjoni trid tiżgura li l-ħolqien ta’ DMA huwa tweġiba adegwata għan-nuqqas li jeżisti fis-suq (defiċit ta’ finanzjament) eżistenti. |
|
(661) |
Il-Kummissjoni tinnota li s-settur ta’ intervent ta’ DMA huwa definit b’mod preċiż u ristrett għal żewġ kategoriji ta’ benefiċjarji, li għalihom intwera nuqqas fis-suq. Il-finanzjament sejrin ikunu offruti lill-awtoritajiet lokali u lill-istituzzjonijiet pubbliċi Franċiżi tas-saħħa f’kundizzjonijiet tas-suq li mhumiex sejrin ikunu aktar attraenti minn dawk offruti minn banek kummerċjali oħrajn. Il-Kummissjoni tinnota li l-impenn ta’ projbizzjoni ta’ influwenza dominanti fuq il-prezzijiet (“price leadership ban”) għandu l-għan li jillimita strettament l-intervent ta’ DMA fuq is-suq tal-finanzjament tal-awtoritajiet lokali u tal-isptarijiet pubbliċi Franċiżi mingħajr ma jirrestrinġi l-aċċess tal-kompetituri l-oħrajn għas-suq. Dan l-impenn mhuwiex limitat fiż-żmien. |
6.5.2.3.
|
(662) |
Il-Kummissjoni trid teżamina jekk il-ħolqien ta’ DMA jistax joħloq effett anċillari jiġifieri li jagħmel il-finanzjament tas-settur pubbliku lokali Franċiż aktar attraenti b’mod li s-settur privat jissostitwixxi gradwalment lil DMA. |
|
(663) |
Il-Kummissjoni tinnota li DMA sejra toffri prodotti sempliċi u vanilla. Għalhekk il-banek kummerċjali sejrin ikollhom il-possibbiltà li joffru prodotti simili u prodotti differenti li jistgħu jissodisfaw id-domanda tal-awtoritajiet lokali u tal-isptarijiet pubbliċi Franċiżi. |
6.5.2.4.
|
(664) |
Il-Kummissjoni trid tiddetermina jekk l-għajnuna mogħtija mill-miżura hijiex proporzjonata għall-għan imfittex (jiġifieri jekk l-għan jistax jintlaħaq bl-impenn ta’ inqas riżorsi) u limitata għall-minimu meħtieġ. |
|
(665) |
Il-Kummissjoni tinnota l-ewwel nett li l-livell ta’ kapitalizzazzjoni ta’ DMA (EUR [0-5] biljun) huwa limitat meta mqabbel mad-defiċit ta’ finanzjament identifikat (EUR [5-10] biljun). |
|
(666) |
Il-Kummissjoni tinnota mbagħad li fil-prinċipju l-offerta ta’ finanzjament ta’ DMA mhijiex sejra ssir fuq medja b’rati preferenzjali meta mqabbla mal-kompetizzjoni. B’hekk dan mhux ser jippenalizza lill-kompetizzjoni eżistenti. |
6.5.3. Il-valutazzjoni ta’ DMA bħala bank ta’ żvilupp li jgawdi minn għajnuna għar-ristrutturar
|
(667) |
Il-grad ta’ ristrutturar meħtieġ jiddependa mis-severità tal-problemi li jiltaqa’ magħhom kull bank u mid-daqs tal-għajnuna riċevuta. F’dan ir-rigward, l-għajnuna li għandha tiġi kkunsidrata tirriżulta mill-miżuri ta’ rikapitalizzazzjoni u ta’ trattament tal-assi danneġġati, kif ukoll mill-garanziji miksuba fil-passat mill-grupp Dexia u li minnhom anki DMA bbenefikat. |
|
(668) |
Il-kompatibbiltà tal-pjan ta’ ristrutturar għandha tkun evalwata taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Komunikazzjoni dwar ir-ristrutturar tal-banek. Il-kundizzjonijiet huma dawn li ġejjin:
|
(a) Ir-restawr tal-vijabbiltà fit-tul tal-istituzzjoni
|
(669) |
Il-Kummissjoni tinnota li DMA sejra żżomm sal-maturità portafoll kbir ta’ assi “legacy” li jista’ jkun ta’ piż fuq ir-riżultati finanzjarji tagħha. Dan il-portafoll għandu jkun amortizzat sa madwar [25-75]% sal-2020. |
|
(670) |
Il-Kummissjoni tinnota li d-daqs tal-portafoll ta’ assi eżistenti huwa kbir ħafna fid-dawl tal-produzzjoni l-ġdida ppjanata. Għalhekk ir-rendiment baxx ħafna tal-portafoll eżistenti ser ikun ta’ piż sinifikanti fuq il-profittabbiltà (ritorn fuq l-ekwità) tal-istruttura. Il-projezzjonijiet ipprovduti mill-awtoritajiet Franċiżi jindikaw li hija primarjament ir-rata (bil-mod) tad-deprezzament tal-portafoll eżistenti li sejra tippermetti t-titjib eventwali fir-ritorn fuq l-ekwità u mhux iż-żieda tal-profittabbiltà tal-attività proposta. L-indikazzjonijiet tal-prezz u tal-marġnijiet li sejrin jintużaw huma meqjusa realistiċi għalkemm jinsabu f’firxa għolja. |
|
(671) |
Fir-rigward tal-prezzijiet u tal-marġnijiet, il-Kummissjoni tinnota li DMA għandha tikkalibra l-ewwel sena ta’ offerta ta’ finanzjament għal livell ta’ Euribor+ [200-300] punt bażi. Dan il-livell huwa meqjus realistiku u komparabbli mal-offerti tal-kompetituri (182). |
|
(672) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-ħolqien tal-IK li jippermetti l-assoċjazzjoni tal-bank ta’ żvilupp ma’ La Banque Postale għandu jippermetti lil DMA tgawdi minn netwerk territorjali u kummerċjali li jirrappreżenta assi importanti għall-iżgurar tal-finanzjament ta’ ammont kbir ta’ awtoritajiet lokali mxerrda ġeografikament madwar it-territorju kollu Franċiż. |
|
(673) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-livelli ta’ ritorn fuq l-ekwità kif ikkomunikanti mhumiex suffiċjenti meta mqabbla ma’ dawk li jkunu meħtieġa minn investitur privat. Ir-ritorn fuq l-ekwità għandu jilħaq livell ta’ [2-6]% biss fl-2017. |
|
(674) |
Il-Kummissjoni tirrikonoxxi madankollu li DMA hija struttura li għandha kapital żejjed meta mqabbel mar-rekwiżiti regolatorji (183), li jippenalizza l-profittabbiltà tagħha. |
|
(675) |
Il-Kummissjoni tinnota li dan il-livell ta’ profittabbiltà jikkorrispondi għal dak li wieħed jista’ jistenna minn bank ta’ żvilupp li għan tiegħu huwa li jegħleb nuqqas fis-suq. B’hekk il-mudell ta’ negozju ta’ DMA huwa meqjus konformi mar-rekwiżiti tal-Kummissjoni f’termini ta’ ritorn mistenni. |
|
(676) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-projezzjonijiet finanzjarji ta’ DMA jindikaw spiża tar-riskju ta’ madwar ftit punti bażi biss. Dan il-livell kien ikkunsidrat raġonevoli minn Franza li enfasizzat li l-ispiża storika tar-riskju tal-portafoll kienet inqas minn [0-5] bażi. Barra minn hekk, il-projezzjonijiet ma jindikaw ebda riżerva speċifika għar-riskju ta’ litigazzjoni fuq is-self sensittiv miżmum. Il-Kummissjoni tqis li dawn is-suppożizzjonijiet huma biss jekk l-azzjonisti futuri ta’ DMA ntrabtu li jkopru dan it-telf possibbli permezz ta’ rikapitalizzazzjoni adegwata tal-istruttura. B’hekk kull telf eventwali ma jkunx jista’ jhedded l-eżistenza tal-istruttura u l-kapaċità tagħha li tkompli fl-attivitajiet tagħha ta’ bank ta’ żvilupp. |
|
(677) |
Barra minn hekk, l-Istat Franċiż intrabat li l-pjan tan-negozju pprovdut lill-Kummissjoni (184) jiġi implimentat b’mod strett u li jsiru proposti sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż ġenerali u tal-persunal ta’ DMA jew tal-IKĠ jekk (i) il-profitti magħmula jkunu inqas minn [20-30]% mill-għan iddikjarat, jew jekk (ii) jiġi rreġistrat telf fid-dikjarazzjoni tad-dħul; jew jekk (iii) DMA, l-IKĠ jew l-IK kellhom jieqfu jirrispettaw il-proporzjonijiet regolatorji minimi fis-seħħ. |
|
(678) |
Ibbażat fuq dan kollu, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-istruttura ta’ DMA għandha tkun vijabbli fit-tul bħala bank ta’ żvilupp. |
(b) Il-kontribuzzjoni proprja tal-istituzzjoni
|
(679) |
Skont il-Komunikazzjoni dwar ir-ristrutturar tal-banek, il-pjan ta’ ristrutturar għandu jassigura tqassim ġust tal-ispejjeż ta’ ristrutturar bejn l-Istati Membri kkonċernati u l-bank, jiġifieri li l-pjan ta’ ristrutturar għandu jipprovdi l-ogħla kontribuzzjoni possibbli mill-bank u l-azzjonisti tiegħu permezz tar-riżorsi proprji. Tali kontribuzzjoni hija fil-fatt meħtieġa sabiex iwasslu lill-banek li jgawdu minn miżuri ta’ salvataġġ biex jassumu b’mod adegwat il-konsegwenzi tal-imġieba tagħhom fil-passat u biex jinħolqu inċentivi xierqa għall-imġieba futura tagħhom. |
|
(680) |
Il-Kummissjoni tinnota, f’dak li jirrigwarda l-impenn ta’ rikapitalizzazzjoni tal-IKĠ u ta’ DMA jekk ikun hemm ħtieġa, il-vantaġġi li jirriżultaw mill-bidla tal-istruttura tas-sjieda u tal-kopertura tal-futuri possibbli li jimmaterjalizzaw fuq il-portafoll tas-self sensittiv peress li din l-għajnuna l-ġdida hija limitata għall-minimu meħtieġ biex tikkumpensa għat-telf u tippermetti lill-bank jegħleb in-nuqqas tas-suq. |
|
(681) |
Il-Kummissjoni tinnota bi pjaċir li DMA, l-IKĠ u l-IK mhumiex sejrin jakkwistaw jew jieħdu interess f’kumpaniji għal perjodu ta’ ħames snin mid-Deċiżjoni finali. |
|
(682) |
Il-Kummissjoni tinnota bi pjaċir li DMA, l-IKĠ u l-IK mhumiex sejrin iqassmu ebda forma ta’ dividendi fuq l-ishma tagħhom sal-31 ta’ Diċembru 2015 (minbarra dividendi mħallsa minn DMA lill-IKĠ) u li et DMA, l-IKĠ u l-IK mhumiex sejrin iħallsu kupuni, ħlief skont l-obbligi kuntrattwali li jirriżultaw minn impenn magħmul qabel l-14 ta’ Diċembru 2012. |
|
(683) |
Il-Kummissjoni tinnota bi pjaċir li l-Istat Franċiż ser jiżgura li DMA, l-IKĠ u l-IK jikkonformaw mal-liġi fis-seħħ fir-rigward tal-pagi us-salarji, speċjalment fir-rigward tal-limiti ta’ paga applikabbli għall-istituzzjonijiet bankarji u għar-restrizzjonijiet li sejrin ikunu direttament marbuta maż-żamma, diretta jew mhux diretta, mill-Istat Franċiż tal-kontroll fuq DMA, l-IKĠ u l-IK. |
|
(684) |
Għaldaqstant il-Kummissjoni tikkonkludi li l-kontribuzzjoni proprja tal-istituzzjoni hija suffiċjenti. |
(c) Miżuri maħsuba sabiex jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni
|
(685) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-attività ta’ DMA sejra tkun strettament limitata f’termini ta’ setturi ta’ attività u prodotti. DMA sejra toffri prodotti ta’ finanzjament sempliċi (self vanilla) lill-awtoritajiet lokali Franċiżi u lill-istituzzjonijiet pubbliċi Franċiżi tas-saħħa. Il-Kummissjoni tinnota li DMA mhijiex sejra tipprovdi ebda tip ieħor ta’ prodott lill-ebda klijent. |
|
(686) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-portafoll storiku (legacy) ta’ self lill-klijenti li ma jaqgħux taħt is-setturi ta’ attività definiti hawn fuq huwa kbir. Il-valur nominali tiegħu kien ta’ EUR [20-40] biljun fit-30 ta’ Settembru 2012. Dan il-portafoll kollu ser jitqiegħed f’ġestjoni estintiva. |
|
(687) |
Il-Kummissjoni tinnota wkoll li DMA ntrabtet li tirrispetta klawsola ta’ projbizzjoni li teżerċita influwenza dominanti fuq il-prezzijiet (“price leadership ban”). Din il-klawsola għandha l-għan li tillimita l-impatt negattiv fuq il-kompetituri ta’ DMA li ma ħadux minn għajnuna mill-Istat. |
|
(688) |
Abbażi ta’ dawn l-elementi, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-miżuri maħsuba sabiex jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni huma biżżejjed u jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Komunikazzjoni dwar ir-ristrutturar tal-banek. |
7. KONKLUŻJONI
|
(689) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-Belġju u Franza implimentaw b’mod illegali l-għajnuna fil-forma ta’ ELA mogħtija mill-BNB lil DBB/Belfius mill-5 ta’ Ottubru 2011 u ta’ ELA mogħtija mill-BdF lil Dexia/DCL mit-2 ta’ Frar 2012 bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE. |
|
(690) |
Fuq il-bażi tal-informazzjoni u tal-impenji kkomunikati lill-Kummissjoni mill-awtoritajiet Belġjani, Franċiżi u Lussemburgiżi, il-Kummissjoni tawtorizza l-pjan rivedut ta’ riżoluzzjoni ordnata ta’ Dexia, inkluża ċ-ċessjoni ta’ DMA biex jinħoloq bank ta’ żvilupp għall-finanzjament tal-awtoritajiet lokali Franċiżi u tal-istituzzjonijiet pubbliċi Franċiżi tas-saħħa, kif ukoll l-operazzjoni ta’ ċessjoni ta’ DBB/Belfius lill-Istat Belġjan u l-pjan ta’ ristrutturar ta’ DBB/Belfius. |
|
(691) |
Il-Kummissjoni tqis l-elementi ta’ għajnuna li jinstabu fil-pjan rivedut ta’ riżoluzzjoni ordnata ta’ Dexia u l-pjan ta’ ristrutturar ta’ DBB/Belfius kif ukoll il-miżuri ta’ għajnuna għar-ristrutturar li kienu s-suġġett tad-Deċiżjoni kondizzjonali ta’ approvazzjoni, il-parteċipazzjoni ta’ Arcofin fir-rikapitalizzazzjoni ta’ Dexia fl-2008, l-ELA mill-5 ta’ Ottubru 2011 lil DBB/Belfius u nofs l-ELA mit-2 ta’ Frar 2012 lil Dexia/DCL mill-BdF, il-garanzija ta’ rifinanzjament temporanja u l-garanzija ta’ rifinanzjament finali favur Dexia SA u DCL, ir-rikapitalizzazzjoni ta’ Dexia, l-impenn ta’ rikapitalizzazzjoni ta’ DMA, iċ-ċessjoni ta’ DMA favur Dexia u DMA, iċ-ċessjoni ta’ DBB/Belfius favur Dexia u DBB/Belfius) bħala kompatibbli mas-suq intern, sakemm il-Belġju, Franza u l-Lussemburgu jiżguraw il-konformità tal-implimentazzjoni tal-pjan rivedut ta’ riżoluzzjoni ordnata ta’ Dexia fl-intier tiegħu (inkluż, f’dak li jirrigwarda l-awtoritajiet Franċiżi, il-memorandum dwar l-operazzjoni ta’ ċessjoni ta’ DMA fl-intier tiegħu) u l-Belġju jiżgura l-konformità tal-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar ta’ DBB/Belfius fl-intier tiegħu, inklużi l-impenji msemmija fl-Annessi I, II u III ta’ din id-Deċiżjoni. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Il-miżuri ta’ għajnuna approvati fid-Deċiżjoni kondizzjonali tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Frar 2010 rigward l-għajnuna mill-Istat Nru C 9/09 ġew applikati ħażin mill-Belġju, Franza u l-Lussemburgu.
2. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Frar 2010 dwar l-għajnuna mill-Istat Nru C 9/09 implimentata mill-Belġju, Franza u l-Lussemburgu hija revokata.
Artikolu 2
1. Il-miżuri implimentati mill-Belġju, Franza u l-Lussemburgu favur Dexia qabel id-Deċiżjoni tal-26 ta’ Frar 2010, għal ammont ta’ EUR 8,75 biljun, taħt forma ta’ żieda fil-kapital (inkluża l-parteċipazzjoni ta’ Arcofin) u ta’ għajnuna għat-trattament tal-assi deprezzati, u għal ammont ta’ EUR 135 biljun taħt forma ta’ garanzija u operazzjoni insostenn tal-likwidità garantita (“Emergency Liquidity Assistance” jew ELA), jikkostitwixxu għajnuniet mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE.
2. Il-miżuri li ġejjin implimentati jew ippjanati mill-Belġju, Franza u l-Lussemburgu favur Dexia mid-Deċiżjoni tas-26 ta’ Frarr 2010 huma għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE:
|
(a) |
il-garanzija temporanja ta’ rifinanzjament (EUR 55 biljun) u l-garanzija finali ta’ rifinanzjament (EUR 85 biljun) favur Dexia SA u DCL; |
|
(b) |
iċ-ċessjoni ta’ DBB/Belfius fl-20 ta’ Ottubru 2011 li kienet ta’ benefiċċju għal Dexia SA u DBB/Belfius; |
|
(c) |
ir-rikapitalizzazzjoni ta’ Dexia SA ta’ EUR 5,5 biljun; |
|
(d) |
Il-likwidità ta’ emerġenza (ELA) mogħtija mill-BNB lil DBB/Belfius (mill-5 ta’ Ottubru 2011 sal-31 ta’ Jannar 2012, bl-ammont massimu miftiehem ikun ta’ EUR […] biljun); |
|
(e) |
nofs il-likwidità ta’ emerġenza (ELA) mogħtija mill-Banque de France lil DCL (mit-2 ta’ Frar 2012, bl-ammont massimu miftiehem ikun ta’ EUR […] biljun); |
|
(f) |
l-impenn ta’ rikapitalizzazzjoni tal-IKĠ u ta’ DMA (favur ta’ dawn l-entitajiet tal-bank il-ġdid ta’ żvilupp); |
|
(g) |
iċ-ċessjoni ta’ DMA favur Dexia SA u DMA. |
3. L-għajnuna msemmija fil-paragrafi 1 u 2 huma kompatibbli mas-suq intern diment li jiġu rrispettati l-impenji msemmija fl-Artikolu 3.
Artikolu 3
1. Il-Belġju, Franza u l-Lussemburgu għandhom jirrispettaw l-impenji msemmija fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni, fl-intier tiegħu u fit-termini stabbiliti.
2. Il-Belġju għandu jirrispetta l-impenji msemmija fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni fl-intier tiegħu u fit-termini stabbiliti.
3. Franza għandha tirrispretta l-impenji kollha msemmija fl-Anness III ta’ din id-Deċiżjoni fl-intier tiegħu u fit-termini stabbiliti.
Artikolu 4
Il-Belġju, Franza u l-Lussemburgu għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni, f’terminu ta’ xahrejn mid-data tan-notifika ta’ dan id-Deċiżjoni, bil-miżuri meħudin sabiex ikunu konformi.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Franċiża u l-Gran Dukat tal-Lussemburgu.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Diċembru 2012.
Għall-Kummissjoni
Joaquín ALMUNIA
Viċi President
(1) Mill-1 ta’ Diċembru 2009, l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE saru rispettivament l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Fiż-żewġ każijiet, id-dispożizzjonijiet, fis-sustanza, huma identiċi. Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, ir-referenzi għall-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE għandhom jitfissru, jekk ikun hemm bżonn, bħala rispettivament għall-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE. It-TFUE introduċa wkoll ċerti emendi fit-terminoloġija, bħal pereżempju s-sostituzzjoni ta’ “Komunità” b’“Unjoni”, ta’ “suq komuni” b’ “suq intern” u ta’ “Qorti tal-Prim’Istanza” b’“Qorti”. F’din id-deciżjoni qiegħda tintuża t-terminaloġija tat-TFUE.
(2) ĠU C 146, 12.5.1998, p. 6 u ĠU C 210, 1.9.2006, p. 12.
(3) ĠU C(2008) 7388 finali.
(4) F’din id-Deċiżjoni, “Dexia” jew “il-grupp” jindika Dexia SA u s-sussidjarji kollha tiegħu. Għaldaqstant dan jeskludi l-entitajiet trasferiti mid-data ta’ ċessjoni tagħhom.
(5) ĠU C 181, 4.8.2009, p. 42.
(6) ĠU C 305, 16.12.2009, p. 3.
(7) ĠU L 274, 19.10.2010 p. 54.
(8) Dan l-ammont jinkludi wkoll garanzija tal-Istat Belġjan għall-operazzjoni ELA għall-intrapriżi minn BNB favur Dexia.
(9) Minħabba li dan l-impenn ma kienx irrispettat fil-każ ta’ […] self konkluż matul il-perjodu mill-31 ta’ Marzu 2010 sat-30 ta’ Ġunju 2010, fuq kampjun ta’ 299 self.
(10) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-ritorn għall-vijabbiltà u l-valutazzjoni ta’ miżuri ta’ ristrutturar fis-settur finanzjarju fil-kriżi attwali, taħt ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat (ĠU C 195, 19.8.2009, p. 9).
(*1) Informazzjoni kunfidenzjali
(11) Dexia Sabadell huwa bank stabbilit fi Spanja u speċjalizzat fil-finanzjament tas-settur pubbliku. 60 % tiegħu huwa proprjetà ta’ Dexia Crédit Local (40 % huma proprjetà ta’ Banco Sabadell).
(12) Jiġifieri self ta’ EUR [6,5-7] miljun li tah Banco Sabadell, li jinsab barra l-ambitu ta’ Dexia.
(13) Punt 1.16.1 tal-verżjoni finali tal-ħames rapport tal-espert għal Dexia SA tal-5 ta’ Ottubru 2012.
(14) ĠU C 38, 11.2.2012, p. 12.
(15) Fosthom Dexia Insurance Belgium li kienet tiġbor is-sussidjarji, marki u kanali ta’ distribuzzjoni tal-prodotti tal-assigurazzjoni (DVV, Corona Direct u DLP).
(16) F’din id-Deċiżjoni, “DBB/Belfius” tindika l-entità msejħa Dexia Banque Belgique sad-29 ta’ Frar 2012 li saret Belfius mill-1 ta’ Marzu 2012, data uffiċjali tal-bidla fl-isem tal-bank.
(17) ĠU C 345, 13.11.2012, p. 50.
(18) ĠU C 137, 12.5.2012, p. 19.
(19) Deċiżjoni tal-25 ta’ Lulju 2012 fil-każ SA.34440 bejgħ ta’ Dexia BIL, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-ĠU.
(20) ĠU C 345, 13.11.2012, p. 4.
(21) ĠU C 345, 13.11.2012, p. 50.
(22) ĠU C 333, 30.10.2012, p. 9.
(23) ĠU C 352, 16.11.2012, p. 5.
(24) ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1.
(25) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-ritorn għall-vijabbiltà u l-valutazzjoni ta’ miżuri ta’ ristrutturar fis-settur finanzjarju fil-kriżi attwali, taħt ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat (ĠU C 195, 19.8.2009, p. 9).
(26) Din l-attività tinkludi wkoll il-kumpanija tal-ipoteki Franċiża DMA.
(27) Ara l-premessi 41 sa 46 tad-Deċiżjoni ta’ estensjoni tal-proċedura.
(28) Ara l-premessi 9 sa 12 tad-Deċiżjoni tal-ftuħ DBB.
(29) Ara l-pjan ta’ riżoluzzjoni ordnata ta’ Dexia, Parti IV, Sezzjoni A “Deskrizzjoni ġenerali tal-istrateġija proposta”, p. 97.
(30) Il-Karta ta’ Gissler hija karta ta’ mġiba tajba iffirmata bejn l-istituzzjonijiet bankarji Franċiżi u l-assoċjazzjonijiet ta’ uffiċjali eletti li jirrappreżentaw lill-awtoritajiet lokali fi Franza. Ikkonfermata minn ċirkolari fil-25 ta’ Ġunju 2010, din il-karta tikklassifika s-self skont il-livell ta’ strutturar tagħhom. Din hija disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit tal-Ministeru tal-Ekonomija Franċiża:
http://www.minefe.gouv.fr/fonds_documentaire/archives/dossiersdepresse/091207banques_collectivites.pdf
(31) Sehem tas-suq fl-2011 għall-attività bankarja u fl-2010 għall-attività tal-assigurazzjonijiet.
(32) Jiġifieri kummissjoni residwa ta’ EUR 150 miljun.
(33) ĠU C 356, 6.12.2011, p. 7. Ara l-paragrafu 8 tiegħu.
(34) Committee of Evaluation and Prevention of Commercial Risks.
(35) Skont id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji, li temenda d-Direttivi 85/611/KEE u 93/6/KEE tal-Kunsill u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva 93/22/KEE tal-Kunsill, ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1.
(36) Il-pjan ta’ tqegħid f’riżoluzzjoni ordnata jipprevedi li EUR 1,9 biljun f’assi preferenzjali (B1) jiġu kkonvertiti f’azzjonijiet ta’ kategorija B3 (drittijiet ekwivalenti għal dawk ta’ assi ordinarji) fl-2018.
(37) Kummissjoni Bankarja, Finanzjarja u tal-Assigurazzjonijiet.
(38) Ara l-premessa 106.
(39) Sad-data ta’ dawn l-impenji, il-portafoll tas-self ikkonċernat kien ta’ valur kontabbli ta’ EUR 1,2 biljun.
(40) F’dak li jirrigwarda l-metodoloġija tal-informazzjoni u ta’ valorizzazzjoni taċ-ċessjonijiet kollha, ara l-premessa 84 ta’ din id-Deċiżjoni.
(41) Enfasi miżjuda.
(42) Punt 24 tan-nota intitolata “Nota tal-Awtoritajiet Franċiżi lill-Kummissjoni Ewropea” bl-għan ta’ “Preżentazzjoni tal-appoġġ lil DMA mill-Istat, il-Caisse des Dépôts et Consignations u minn La Banque Postale” mibgħuta inizjalment mill-awtoritajiet Franċiżi biss, imbagħad fl-14 ta’ Diċembru 2012 mit-tliet Stati Membri kkonċernati flimkien.
(43) Punt 25 tan-nota dwar l-operazzjoni ta’ ċessjoni ta’ DMA.
(44) Punt 26 tan-nota dwar l-operazzjoni ta’ ċessjoni ta’ DMA.
(45) Punt 27 tan-nota dwar l-operazzjoni ta’ ċessjoni ta’ DMA.
(46) Dawn l-elementi ġew innotifikati mill-awtoritajiet Franċiżi u ġejjin mix-xogħlijiet tad-Dipartiment tar-Riċerka ta’ Dexia Crédit Local.
(47) Skont il-ħtiġijiet ta’ desensitizzazzjoni u l-livelli tal-marġnijiet ipprattikati fuq il-produzzjoni l-ġdida, il-bank stabbilixxa li produzzjoni ta’ EUR 1 biljun fis-seena għal 5 snin kienet meħtieġa sabiex ikunu jistgħu jiġu desensitizzati 80 % tas-self sensittiv.
(48) Matul perjodu ta’ mhux aktar minn 6 xhur mill-closing.
(49) Matul perjodu ta’ mhux aktar minn 3 xhur mill-closing.
(50) Skont l-istandards regolatorji, proporzjon ta’ oversizing tal-kumpaniji ta’ kreditu ipotekarju għandu jkun ikkalkulat skont il-proporzjon bejn l-elementi kollha tal-assi ( “cover pool” ) u d-dejn li jibbenefika mill-privileġġ tal-liġi. Dan il-proporzjon għandu jkun mill-inqas ta’ 102 %. Madankollu, l-aġenziji tal-klassifikazzjoni jistgħu jeżiġu livell ta’ oversizing ogħla mir-rekwiżiti regolatorji. Din l-eżiġenza tiddependi fuq il-metodoloġija wżata minn kull aġenzija (kwalità tal-cover pool, klassifikazzjoni tal-isponsor, differenza ta’ żmien bejn l-assi u l-passiv, eċċ.) u tvarja maż-żmien. DMA intrabtett li żżomm dan il-proporzjon f’livell ogħla minn jew ugwali għal 105 %.
(51) Il-Liġi Nru 2011-1416 tat-2 ta’ Novembru 2011 ta’ finanzi emendatorji għall-2011 (ĠURF Nru 0255 tat-3 ta’ Novembru 2011) tawtorizza fil-fatt lill-Ministru responsabbli mill-ekonomija sabiex jagħti lill-kumpaniji li sejrin ibiegħu lil DMA - Dexia SA u DCL - garanzija “fuq l-impenji magħmula minn dawn il-kumpaniji bil-ftehim tiegħu taħt l-attiv fil-karta tal-bilanċ tal-kumpanija Dexia Municipal Agency fid-data taċ-ċessjoni minn Dexia Crédit Local SA fuq il-parti l-kbira tal-kapital ta’ din il-kumpanija” . Din il-garanzija ngħatat għal ammont pendenti massimu ta’ assi ta’ EUR 10 biljun u ġiet eżeritata wara l-applikazzjoni ta’ deduċibbli ta’ EUR 500 miljun, fil-limitu ta’ 70 % tal-ammontii dovuti taħt dawn l-impenji u li jammontaw għal total ta’ EUR 6,65 biljun. Il-kumpens minn DCL tal-kontrograranzija tal-Istat kellu jkun ta’ EUR 10 miljun fis-sena.
(52) Termsheet tad-dikjarazzjonijiet u l-garanziji permessi, verżjoni tat-13 ta’ Ottubru 2012, p. 11.
(53) Idem.
(54) Ara l-punt 112 tan-nota dwar l-operazzjoni ta’ ċessjoni ta’ DMA, p. 25.
(55) Il-politika tal-impenn ta’ DMA għandha l-għan li tnaqqas ir-riskju rrappreżentat mis-self fuq il-karta tal-bilanċ. Pereżempju, self li jirrispetta l-impenji msemmija fil-premessi (223) u (224) jista’ madankollu ma jaqbilx mal-politika tal-impenji ta’ DMA jekk l-espożizzjoni totali ta’ DMA fuq il-klijent ikkonċernat kellha tkun meqjuxa għolja wisq, jew jekk id-dejn totali tal-klijent ikkonċernat kellu jaqbeż ċertu proporzjon tad-dħul ta’ dan il-klijent.
(56) Anness VII fin-notifika tal-14 ta’ Diċembru 2012.
(57) Ipprovdut fl-Anness VII għan-notifika tal-14 ta’ Diċembru 2012.
(58) Skont l-awtoritajiet Belġjani.
(59) Ir-rimborż tal-finanzi mhux garantiti ser ikun ippreferut fuq ir-rimborż tal-finanzjamenti garantiti.
(60) Qligħ eċċezzjonali ta’ EUR 308 miljun li jinkludi l-qligħ fuq ir-riakkwist ta’ bonds subordinati u l-ispiża tad-derisking.
(61) Sehem tas-suq fl-2011 għall-attività bankarja u fl-2010 għall-attività tal-assigurazzjonijiet.
(62) L-ebda dividend mhu ser jitħallas lill-azzjonisti tiegħu minn issa sal-2016.
(63) Private Sector Involvement.
(64) PMG: Portfolio Management Group, DIS: Dexia Insurance Services, ALM: Asset Liability Management.
(65) Fit-2 ta’ Marzu 2012, l-espożizzjoni gross ta’ DBB fuq il-grupp Dexia kienet ta’ EUR [10-30] biljun li EUR [10-20] biljun minnhom f’obbligi garantiti mill-Istat maħruġa minn DCL u [10-20] biljun f’self garantit u mhux garantit lil diversi entitajiet tal-grupp Dexia. Wara li ġew ikkunsidrati s-sigurtajiet magħmula u l-operazzjonijiet ta’ self, l-espożizzjoni tal-kreditu residwa netta kienet tammonta għal madwar EUR [5-10] biljun.
(66) Id-dettalji tal-impenji jinsabu fl-Anness II għal din id-Deċiżjoni.
(67) Ingħatat ELA b’mod eċċezzjonali fl-20 ta’ Frar 2012.
(68) Skont Dexia, fit-30 ta’ Ġunju 2011, huwa kien biegħ portafoll ta’ bonds ta’ EUR 51,5 biljun mill-bidu tal-pjan ta’ ristrutturar, li kien jaqbeż il-mira ta’ EUR 30 biljun li kellha tintlaħaq għall-2010/2011 taħt il-punt 13n tal-impenji. B’kollox, fuq il-perjodu 2010-2011, Dexia laħaq il-mira minima ta’ ċessjonijiet fuq il-portafoll ta’ bonds tiegħu li fuqu huwa kien għamel impenn, skont l-impenji fid-Deċiżjoni tal-approvazzjoni kondizzjonali, għall-perjodu 2010-2014.
(69) EUR 10 biljun fl-2010, meta mqabbla ma’ EUR 15-il biljun awtorizzati u EUR 7,6 biljun fl-2011 meta mqabbla ma’ EUR 18-il biljun awtorizzati.
(70) Ara l-premessa 283 tad-Deċiżjoni ta’ estensjoni tal-proċedura.
(71) Nota tal-awtoritajiet Franċiżi lill-Kummissjoni Ewropea tal-4 ta’ Diċembru 2012 dwar l-operazzjoni ta’ DMA. Din in-nota mbagħad (fl-14 ta’ Diċembru 2012) kienet innotifikata mit-tliet membri kkonċernati flimkien (ara l-premessa (151) u n-noti ta’ qiegħ il-paġna Nru 42 sa 45 hawn fuq)
(72) Mistoqsija li tidher fil-premessi 198, 223, 297 u 298, 299, 305 u 306, u 307 tad-Deċiżjoni ta’ estensjoni tal- proċedura.
(73) Bi tweġiba għall-mistoqsija tal-Kummissjoni fil-premessa 257 tad-Deċiżjoni ta’ estensjoni tal-proċedura.
(74) Dan iwieġeb il-mistoqsija tal-Kummissjoni fil-premessa 259 tad-Deċiżjoni ta’ estensjoni tal-proċedura li Dexia kien iffaċċjat, fix-xenarju bażi, b’insuffiċjenza ta’ kapital regolatorju ta’ madwar EUR 0,5 biljun. Sur la Rigward il-limitazzjoni tal-ammont ta’ rikapitalizzazzjoni ta’ Dexia għall-minimu meħtieġ sabiex jinżammu l-proporzjonijiet regolatorji tal-entitajiet tal-grupp Dexia, il-bank jirreferi għat-taqsimiet IV.B.3 u V.B.2.d) tal-pjan rivedut ta’ riżoluzzjoni ordnata.
(75) Bi tweġiba għall-mistoqsijiet tal-Kummissjoni (premessa 261 tad-Deċiżjoni ta’ estensjoni tal-proċedura) dwar x’wassal biex Dexia jagħżel li jqiegħed id-dejn fuq żmien qasir, il-bank jirreferi għall-previżjonijiet tat-tqegħid tad-dejn emendati bi ftehim mal-banek ċentrali (taqsima V.B.2.a) tal-pjan rivedut ta’ riżoluzzjoni ordnata). Rigward il-kummenti tal-Kummissjoni dwar l-istrateġija adottata minn Dexia fl-ambitu tat-tnaqqis tal-pożizzjonijiet ta’ derivattivi wara t-tnaqqis tad-daqs tal-grupp u ċ-ċessjoni tal-entitajiet (premessa 262 tad-Deċiżjoni ta’ estensjoni tal-proċedura), Dexia jirreferi għall-preżentazzjoni dwar id-derivattivi mogħtija lill-Kummissjoni f’Settembru 2012.
(76) Sentenza tad-19 ta’ Ottubru 2005 CDA/Kummissjoni, T-324/00, Rec. p. II-4309, punt 93.
(77) Sentenza tat-8 ta’ Mejju 2003, L-Italja u SIM 2/Kummissjoni, C-328/99 u C-399/00, Rec. 2003, p. I-4035. Ara wkoll, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-BIL: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Lulju 2012 fil-każ SA.34440, premessi 44, 71 u 86 u s.
(78) ĠU C 270, 25.10.2008, p. 8.
(79) Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Diċembru 2007, kawża NN 70/07, ĠU C 43 tas-16 ta’ Frar 2008, p. 1.
(80) Ara l-premessa (314) hawn fuq.
(81) Ara l-premessi (415) u (418) hawn taħt.
(82) Il-Kummissjoni tfakkar li l-partijiet għall-operazzjoni ta’ ċessjoni ta’ DMA wara irrinunzjaw għall-garanzija “stop loss” u 2) għall-garanzija fuq is-“self sensittiv” ta’ Dexia SA u ta’ DCL favur DMA, kif ukoll 3) għall-kontrogaranziji tal-Istat Franċiż fuq l-impenji ta’ Dexia SA u ta’ DCL taħt is-self sensittiv għall-assi ta’ DMA u 4) għal estensjoni tal-garanzija ta’ rifinanzjament tal-Istati Membri kkonċernati għall-obbligi fuq żmien medju ta’ DCL fuq programm ta’ obbligi […] (ara l-premessa (213) hawn fuq).
(83) Sentenza tas-16 ta’ Mejju 2002, Franza/il-Kummissjoni, C-482/99, Rec. p. I-4397, punt 37.
(84) Deċiżjoni SA.15526 tat-2 ta’ Lulju 2008 – Hellenic Shipyard.
(85) Kummenti tal-awtoritajiet Belġjani, Franċiżi u Lussemburgiżi dwar id-Deċiżjonijiet ta’ estensjoni tal-proċedura formali tal-31 ta’ Mejju 2012 u tas-6 ta’ Ġunju 2012.
(86) Ara l-premessi (6) sa (12) hawn fuq.
(87) Ara l-premessa 80.
(88) Ara s-sezzjoni 3.2.3 fil-premessi 314 sa 317.
(89) Skont il-premessa 80 tad-Deċiżjoni ta’ approvazzjoni temporanja: “ Tali modifika tal-kundizzjonijiet ta’ ristrutturar, flimkien mal-fatt li l-bank qed isib diffikultajiet sabiex iwettaq il-pjan ta’ ristrutturar (ara s-sezzjoni 1.2.2, premessi (10) sa (12) hawn fuq dwar in-nuqqasijiet innutati fit-twettiq xieraq tal-impenji previsti mid-Deċiżjoni kondizzjonali), tiġġustifika l-ftuħ ta’ proċedura ġdida ta’ investigazzjoni […].”
Skont il-premessi 317 u 318 tad-Deċiżjoni ta’ estensjoni tal-proċedura:
“ Fl-evalwazzjoni tal-għajnuna li l-Istati Membri kkonċernati jippjanaw li jipprovdu għar-riżoluzzjoni ordnata ta’ Dexia, jeħtieġ li jiġu kkunsidrati l-miżuri li diġà ngħataw, ikkwalifikati bħala għajnuna mid-Deċiżjoni kondizzjonali tas-26 ta’ Frar 2010 u li l-kompatibbiltà tagħhom mas-suq intern hija dubjuża ”.
(90) Fit-3 ta’ April 2012, il-Kummissjoni indirizzat lill-Belġju Deċiżjoni (minn hawn ‘il quddiem “id-Deċiżjoni tat-3 ta’ April 2012 ”) li fetħet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali dwar il-bażi tal-Artikolu 108(2), tat-TFUE f’dak li jirrigwarda għajnuna possibbli lill-kooperattivi finanzjarji awtorizzati, minħabba l-garanzija tal-Istat Belġjan (każ SA.33927 “guarantee scheme protecting the shares of individual members of financial cooperatives”)1. Din l-istess Deċiżjoni ordnata lill-Belġju, skont l-Artikolu 11 tar-Regolament tal-proċedura, li jissospendi l-implimentazzjoni tal-iskema ta’ garanzija tal-ishma tal-membri fiżiċi fil-kooperattivi finanzjarji awtorizzati.
(91) Ara l-premesa 45 tad-Deċiżjoni tat-3 ta’ April 2012.
(92) http://www.minfin.fgov.be/portail2/fr/downloads/composition/mp-fonds.pdf
(93) Enfasi miżjuda.
(94) http://www.fondsspecialdeprotection.be/fr/Intro.htm
(95) http://www.groeparco.be/news/be-nl/150/detail/item/1615/navigationcats/544
(96) Moniteur Belge, 21.4.2009, Ed.2, N.2009 – 1426 [2009/03147 http://www.ejustice.just.fgov.be/mopdf/2009/04/21_1.pdf
(97) Ara l-istqarrija għall-istampa tal-grupp Arco tas-6 ta’ Ottubru 2011,
http://actua.groeparco.be/news/be-fr/0/detail/14
(98) Enfasi miżjuda. Ara l-paġni 116, 216 u 217, u 318 tar-rapport tat-23 ta’ Marzu 2012 tal-Kummissjoni speċjali tal-Kamra tar-Rappreżentanti tal-Belġju inkarigata mill-evalwazzjoni taċ-ċirkostanzi li wasslu għaż-żarmar ta’ Dexia SA, disponibbli fuq is-sit elettroniku:
http://www.dekamer.be/kvvcr/pdf_sections/comm/dexia/53K1862002.pdf.
(99) Artikolu intitolat “Europa schorst federale Arco-steun” fil-gazzetta De Tijd tas-26 ta’ Jannar 2012:
“ Hij [de Belgisch minister van Financiën] gaf ook mee [op woensdag 25 januari 2012, tijdens zijn hoorzitting op de ontmanteling van Dexia door de parlementaire commissie] eerst niet gewonnen geweest te zijn voor de Arco-waarborgen, onder meer uit vrees dat die het niet zouden halen bij Europa. Dat ze er toch kwamen was volgens de MR-vicepremier [Belgisch minister van Financiën] het gevolg van een politiek compromis uit 2008, ten tijde van de eerste Dexia-redding. Het is voor het eerst dat een betrokkene dat compromis, waarvan het bestaan al bekend was, toegeeft.
Volgens [de minister] dook eind september 2008, in de nacht van de eerste Dexia-redding in het Egmontpaleis, de vraag op om ook een bescherming te geven aan […] de Arco-coöperanten.
‘[…] Voor Arco kwam de vraag vanuit de kern zelf’, aldus [de minister van financiën], die geen details gaf.
[De minister] zei dat het politieke compromis toen nodig was om Dexia te kunnen redden. […]”.
Artikolu disponibbli fuq is-sit elettroniku:
http://www.tijd.be/nieuws/ondernemingen_financien/Europa_schorst_federale_Arco_steun.9152552-3095.art
Soulignements ajoutés.
(100) Artikolu intitolat “La garantie aux coopérateurs d’Arco suspendue” fil-gazzetta “L’Echo” tas-27 ta’ Jannar 2012, disponibbli fuq is-sit elettroniku:
http://www.lecho.be/actualite/entreprises_finance/La_garantie_aux_cooperateurs_d'_Arco_suspendue.9152559-3031.art?ckc=1
(101) Sommarju analitiku, Seduta plenarja ta’ filgħodu tal-Erbgħa tat-28 ta’ Marzu 2012, p. 20 (intervent ta’ M. Dedecker). Ara s-sit elettroniku tal-Kamra tar-Rappreżentanti tal-Belġju: http://lachambre.be/doc/pcra/pdf/53/ap079.pdf
Enfasi miżjuda.
(102) Ara l-premessi (397) sa (402) hawn fuq.
(103) Ara l-premessi 46 sa 51.
(104) Ara l-premessa 128.
(105) Ara l-premessa 69.
(106) Ara l-premessa 46.
(107) Ara l-premessa 53.
(108) Ara l-premessa 45.
(109) Ara l-premessi 24 sa 27.
(110) Ara l-premessa 13.
(111) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni ta’ regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għal miżuri meħuda fejn jidħlu istituzzjonijiet finanzjarji fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja preżenti (ĠU C 270, 25.10.2008, p. 8).
(112) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 78.
(113) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 79.
(114) Enfasi miżjuda.
(115) Enfasi miżjuda.
(116) Ara l-premessa (315) hawn fuq.
(117) Ara l-premessa (313) hawn fuq u (426) hawn taħt.
(118) Ara l-premessa (414) hawn fuq.
(119) Ara s-sit elettroniku tal-BNB: http://www.nbb.be
(120) “P/E” tfisser “price/earnings”.
(121) “P/TBV” “price/tangible book value”.
(122) Ara l-premessa 65 tad-Deċiżjoni tal-ftuħ dwar il-bejgħ ta’ DBB/Belfius.
(123) Ara l-premessi 16 u 98 tad-Deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni temporanja.
(124) Ara l-premessa 151 tad-Deċiżjoni ta’ estensjoni tal-proċedura.
(125) Sentenza tal-15 ta’ Settembru 1998, BP Chemicals/Il-Kummissjoni, T-11/95, Rec. p. II-3235, punti 170 u 171.
(126) Ara s-sezzjoni 2.2.6 “Rikapitalizzazzjoni”, premessi (96) sa (102) hawn fuq.
(127) Ara l-premessi 177, 212, 215, 218, 219, 222 u 225 tad-Deċiżjoni ta’ estensjoni tal-proċedura.
(128) Ara l-paragrafi 51 sa 54 tal-kummenti tagħhom tat-2 ta’ Lulju 2012.
(129) Ara s-Sezzjoni III-2, p. 5, tal-kummenti tiegħu.
(130) Ara l-paragrafu 66 tan-nota.
(131) Ara l-paragrafi 51 sa 54 tal-kummenti tagħhom tat-2 ta’ Lulju 2012.
(132) Ara l-paragrafu 66 tan-nota. Skont is-sezzjoni III-2, p. 5, tal-kummenti ta’ Dexia dwar id-Deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni temporanja, id-Deċiżjoni ta’ estensjoni tal-proċedura, id-Deċiżjoni tal-ewwel estensjoni tal-garanzija, id-Deċiżjoni taż-żieda tal-limitu tal-garanzija u d-Deċiżjoni tat-tieni estensjoni tal-garanzija, fejn Dexia jirreferi, f’dak “il-mistoqsijiet tal-Kummissjoni dwar l-istruttura l-ġdida ta’ kreditu ipotekarju” għan-nota tal-awtoritajiet tal-4 ta’ Diċembru 2012 dwar l-operazzjoni DMA.
(133) Sentenzi tat- 23 ta’ April 1991, Höfner u Elser/Macrotron, C-41/90, Rec. p. I-1979, punt 21; u tas-17 ta’ Frar 1993, Poucet et Pistre/AGF et Cancava, C-159/91, Rec. p. I-637, punt 17.
(134) Sentenza tas-16 ta’ Diċembru 2010, AceaElectrabel Produzione SpA/Il-Kummissjoni, C-480/09 P, Rec. p. I-13355, punti 47 sa 55; u tal-10 ta’ Jannar 2006, Ministero dell’Economia e delle Finanze/Cassa di Risparmio di Firenze SpA e.a., C-222/04, Rec. p. I-289, punt 112.
(135) Ara l-paragrafu 28 tan-notifika tal-operazzjoni ta’ ċessjoni ta’ DMA.
(136) Paragrafu 66 tan-nota dwar l-operazzjoni ta’ ċessjoni ta’ DMA.
(137) Ara l-paragrafu 111 tan-nota dwar l-operazzjoni ta’ ċessjoni ta’ DMA.
(138) Il-paragrafu 110, it-tieni sentenza, tan-nota dwar l-operazzjoni ta’ ċessjoni ta’ DMA u t-titolu tas-sezzjoni 4.3 li jintroduċi huma jinqraw kif ġej: “Fi kwalunkwe każ, il-kwalifika ta’ bank ta’ żvilupp tippermetti livell imnaqqas ta’ profittabbiltà. 4.3. Il-kwalifika ta’ bank ta’ żvilupp tippermetti livell imnaqqas ta’ profittabbiltà” .
(139) Fil-kummenti tagħhom bi tweġiba għad-Deċiżjoni ta’ estensjoni tal-proċedura u għad-Deċiżjoni taż-żieda tal-limitu tal-garanzija.
(140) Ara l-paragrafi 32, 42, 58, 79, 92, 95, 100, 110, 111, 113, 122 u 125, kif ukoll in-nota ta’ qiegħ il-paġna 38 tan-nota dwar l-operazzjoni ta’ ċessjoni ta’DMA.
(141) Ara l-paragrafi 82, 88, 92, 113, 114 (“[…] il-profittabbiltà globali ta’ DMA, tal-IKĠ u tal-IK […]”), 118, 122 u 125 (“[…] l-attività li sejrin iwettqu DMA, l-IKĠ u l-IK. ”), kif ukoll it-titolu tas-sezzjonijiet 3.3. u 4.2. tan-nota dwar l-operazzjoni ta’ ċessjoni ta’DMA.
(142) Ara l-punt 6, 7 u 8 tal-impenji.
(143) Ara l-punt 7 tal-impenji.
(144) Sentenza tas-16 ta’ Mejju 2002, France/Il-Kummissjoni (Sentenza msejħa “Stardust Marine”), C-482/99, Rec. p. I-4397, punti 52, 55 u 56.
(145) Sentenza Stardust Marine imsemmija qabel, punti 56 u 57:
|
“(56) |
Indikaturi oħrajn jistgħu, f’ċerti ċirkostanzi, ikunu rilevanti biex wieħed jikkonkludi li miżura ta’ għajnuna meħuda minn impriża pubblika hija attribwibbli lill-Istat, bħal, b’mod partikolari, l-integrazzjoni tagħha fl-istrutturi tal-amministrazzjoni pubblika, in-natura tal-attivitajiet tagħha u t-twettiq ta’ dawn tal-aħħar fuq is-suq f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni ma’ operaturi privati, l-istatus legali tal-impriża, minħabba li tkun soġġetta għal-liġi pubblika jew il-liġi ordinarja tal-kumpaniji, l-intensità tas-superviżjoni li ssir mill-awtoritajiet pubbliċi fuq il-ġestjoni tal-impriża, jew kwalunkwe indikatur ieħor li juri, fil-każ partikolari, l-involviment tal-awtoritajiet pubbliċi fl-adozzjoni ta’ miżuria jew in-nuqqas ta’ probabbiltà li ma kinux involuti, fid-dawl ukoll tal-kobor tal-miżura, il-kontenut tagħha jew il-kundizzjonijiet li tinkludi. |
|
(57) |
[Is-]sempliċi fatt li impriża pubblika ġiet inkorporata fil-forma ta’ kumpanija b’responsabbiltà limitata taħt il-liġi ordinarja ma jistax, fid-dawl tal-awtonomija li din il-forma legali tista’ tagħtiha, jitqies suffiċjenti sabiex jeskludi l-possibbiltà li miżura ta’ għajnuna meħuda minn kumpanija bħal din tkun imputabbli lill-Istat (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-21 ta’ Marzu 1991, Italja/Il-Kummissjoni, C-305/89, imsemmija qabel, punt 13). Fil-fatt, l-eżistenza ta’ sitwazzjoni ta’ kontroll u l-possibbiltajiet reali ta’ eżerċitar ta’ influwenza dominati li dik is-sitwazzjoni tinvolvi fil-prattika jagħmluha impossibbli li wieħed jeskludi mill-ewwel l-imputabbiltà lill-Istat għal miżura meħuda minn kumpanija bħal din, u għalhekk, ir-riskju ta’ ksur tar-regoli tat-Trattat dwar l-għajnuna mill-Istat, minkejja r-rilevanza, bħala tali, tal-forma legali tal-kumpanija pubblika bħala indikatur, fost oħrajn, li jippermetti li jiġi stabbilit f’każ partikolari jekk l-Istat huwiex involut jew le.” |
(146) Fis-sentenza msejħa “ Air France ”, dawn l-elementi kienu biżżejjed sabiex jiġġustifikaw li s-CDC titqies bħala istituzzjoni tas-settur pubbliku, li l-imġieba tagħha hija imputabbli lill-Istat (ara b’mod partikolari l-punti 58 sa 61 tas-sentenza tat-12 ta’ Diċembru 1996, Air France/Il-Kummissjoni, T-358/94, Rec. p. II-2019).
(147) Liġi Nru 2008-776 tal-4 ta’ Awwissu 2008, ĠURF tal-5 ta’ Awwissu 2008
(148) 77,1 % tal-kapital ta’ La Poste u d-drittijiet tal-vot huma tal-Istat u 22,9 % tas-CDC, fis-6 ta’ April 2012.
(149) Liġi Nru 83-675 tas-26 ta’ Lulju 1983 dwar id-demokratizzazzjoni tas-settur pubbliku, kif emendata mil-Liġi Nru 2010-123 tad-9 ta’ Frar 2010 dwar l-impriża pubblika La Poste u l-attivitajiet postali, ĠURF Nru 0034 tal-10 ta’ Frar 2010, paġna 2321.
(150) Jiġifieri bħala […].
(151) Paġna 150 tal-pjan rivedut ta’ riżoluzzjoni ordnata ta’ Dexia.
(152) Ara l-premessi 188 u sussegwenti tad-Deċiżjoni ta’ estensjoni tal-proċedura.
(153) Ara l-paragrafu 42 tal-kummenti tal-Istati Membri kkonċernati dwar id-Deċiżjoni ta’ estensjoni tal-proċedura u d-Deċiżjoni taż-żieda tal-limitu tal-garanzija.
(154) ĠU C 356, 6.12.2011, p. 7, ara l-punt 3.
(155) ĠU C 195, 19.8.2009, p. 9.
(156) Punt 7 tan-notifika tal-ELA “ Moreover, the Belgian autorities’ position is that the ELA from NBB to DBB does not relate to the Dexia restructuring plan as such and, that in any event, no commitments should be imposed or maintained on DBB ” (enfasi miżjuda).
(157) Ara t-Titolu E, punt 30, p. 8 tan-notifika tal-ELA mill-Belġju fil-21 ta’ Ottubru 2011:
|
“E. |
The NBB’s ELA to DBB is in line with the 2010 restructuring plan. |
|
30. |
Given that the ELA operation is necessary, […] in order to preserve financial stability, to secure DBB’s viability and to maintain effective competition in the markets, it is within the Kummissjoni’s powers, pursuant to the Commitments annexed to the Kummissjoni’s decision of 26 February 2010, to authorise any relevant amendments […] to the restructuring plan, caused by the ELA provided by NBB to DBB ” . (enfasi miżjuda). |
(158) Ara t-Titolu B u s-sottotitolu 1 fil-paġna 83 tan-notifika tal-pjan ta’ riżoluzzjoni ordnata ta’ Dexia, intitolati rispettivament “ Deskrizzjoni tal-għajnuna mogħtija lil Dexia taħt il-pjan ta’ riżoluzzjoni ordnata ” u “ Emergency Liquidity Assistance (“ELA”) mogħtija minn BNB ”.
(159) Ara l-punt 32 tal-kummenti, p. 11.
(160) Ara l-punt 33 tal-kummenti, p. 11.
(161) Ara l-punt 39 tal-kummenti, p. 13.
(162) Ara l-punt 34 tal-kummenti, p. 12 “ L-unika raġuni biex wieħed iqis li l-ELA tagħmel parti mill-pjan ta’ riżoluzzjoni ordnata ta’ Dexia tkun kwalifika ta’ għajnuna mill-Istat ”.
(163) Iċ-ċessjoni ta’ DBB/Belfius seħħet fl-20 ta’ Ottubru 2011, filwaqt li l-ELA lil DBB/Belfius naqset fil-bidu tas-sena 2012 u ntemmet fl-1 ta’ Frar 2012.
(164) Dawn l-espożizzjonijiet kienu jinkludu EUR [2,5-7,5] biljun f’titoli; EUR [2,5-7,5] biljun f’self PWB; EUR [10-15] biljun f’espożizzjonijiet oħrajn (fosthom self lill-klijenti tiegħu b’negozju bl-imnut).
(165) Residential Mortgage-Backed Securities.
(166) Awtorità Bankarja Ewropea (European Banking Authority).
(167) Ara l-punti 43 sa 50 tal-Komunikazzjoni bankarja. Sabiex tali rtirar jiffunzjona tajjeb, għajnuna għal-likwidazzjoni tista’ titqies kompatibbli meta din tkun meħtieġa, pereżempju, għal rikapitalizzazzjoni temporanja ta’ bank jew ta’ struttura tranżitorja jew sabiex tissodisfa l-pretensjonijiet ta’ ċerti kategoriji ta’ kredituri jekk dan ikun iġġustifikat għal raġunijiet ta’ stabilità finanzjarja. Għal eżempji ta’ dawn it-tipi ta’ għajnuna u tal-kundizzjonijiet li fihom dawn ġew meqjusa kompatibbli, ara d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tal-1 ta’ Ottubru 2008 fil-kawża NN 41/08 UK, għajnuna għas-salvataġġ ta’ Bradford&Bingley (ĠU C 290, 13.11.2008, p. 2); u tal-5 ta’ Novembru 2008 fil-kawża NN 39/08 DK, għajnuna favur il-likwidazzjoni ta’ Roskilde Bank (ĠU C 12, 17.1.2009, p. 3).
(168) Ara d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tal-1 ta’ Ottubru 2008 fil-kawża NN 41/2008, Rescue aid to Bradford & Bingley (ĠU C 290, 13.11.2008, p. 2); u tas-6 ta’ Ġunju 2011 fil-kawża SA.32634, Rescue aid to Amagerbanken, (ĠU C 225, 30.7.2011, p. 2), premessa 52.7.
(169) Ara l-punt 48 tal-Komunikazzjoni bankarja.
(170) Ara l-punt 46 tal-Komunikazzjoni bankarja.
(171) Ara l-punt 47 tal-Komunikazzjoni bankarja.
(172) Dawn huma ta’ DBB, RBCD, Dexia BIL, Dexia Habitat, u ta’ DKB Polska.
(173) Dawn huma
|
— |
iċ-ċessjoni ta’ DAM, il-parteċipazzjoni ta’ Dexia f’Popular Banca Privada u Sofaxis qabel il-31 ta’ Diċembru 2013, |
|
— |
iċ-ċessjoni (jew it-tqegħid f’ġestjoni estintiva) ta’ Dexia Région Bail, Dexia Bail, Dexia LLD u Dexia Flobail qabel il-31 ta’ Diċembru 2014, |
|
— |
iċ-ċessjoni tal-parteċipazzjoni ta’ Dexia (diretta jew indiretta) f’Dexia Israël sa mhux aktar tard mit-tnax-il xahar ta’ wara Deċiżjoni finali u mhux soġġetta għal rikors dwar id-diversi azzjonijiet legali meħuda kontra Dexia Israël u DCL bħala azzjonist, |
|
— |
il-ġestjoni estintiva ta’ Crediop qabel il-31 ta’ Diċembru 2013. |
(174) Il-projezzjonijiet finanzjarji jindikaw li l-likwidazzjoni adizzjonali hija mistennija li tammonta għal EUR [0-5] biljun fl-2020. Madankollu, minħabba li d-distribuzzjonijiet ta’ likwidazzjoni huma allokati l-ewwel nett lill-Istati sal-prezz ta’ sottoskrizzjoni EUR ([5-10] biljun qabel l-2018; imbagħad [0-5] biljun skont il-pjan ta’ konverżjoni), minbarra l-likwidazzjoni addizzjonali, il-valur kontabilistiku nett tal-grupp, kif jinsab fl-estimi (EUR [5-10] biljun fl-2020), għaldaqstant mhuwiex biżżejjed sabiex l-azzjonisti ordinarji jkunu jistgħu jirċievu kwalunkwe bilanċ.
(175) Il-projezzjonijiet finanzjarji jindikaw li d-detenturi ta’ ishma ordinarji jistgħu biss jirċievu dividendi jekk id-dividend distribwibbli annwali jaqbeż l-EUR [400-500] miljun (u EUR [200-300] miljun wara l-2018 jekk ishma B1 jew B2 ikunu effettivament konvertiti f’ishma B3). Madankollu, il-pjan ta’ riżoluzzjoni ordnata tal-grupp ma jipprovdi l-ebda benefiċċju qabel l-2018 u dan għandu jkun l-aktar EUR [50-100] miljun fl-2020.
(176) Il-kollateral fi flus kontanti assenjat mill-bank jitħallas bir-rata minn jum għal ieħor (Eonia). Peress li r-rata Eonia hija aktar baxxa mir-rata Euribor 3xhur, il-marġni iġġenerat fuq dan l-assi huwa negattiv.
(177) Is-sensittività tal-portafoll tad-derivati hija madwar EUR [50-250] miljun għal kull punt bażi. It-tnaqqis ta’ 100 punt bażi tar-rata ta’ tpartit 10snin bejn Ġunju 2011 u Ottubru 2011 għaldaqstant ġie rifless f’żieda ogħla minn EUR [0-25] biljun tal-ammont ta’ kollateral fi flus li għandu jitħallas lill-kontropartijiet. Is-sensittività madankollu mhijiex stabbli u hija wkoll influwenzata minn fatturi oħrajn fosthom iċ-ċaqliq tal-kurva tar-rati.
(178) EUR [0-5] biljun fl-1 ta’ Marzu 2012.
(179) Ara l-punt 24 tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat għall-kumpens mogħti għall-fornitura ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali. ĠU C 8, 11.1.2012, p. 4: “F’ħafna Stati Membri oħrajn, sptarijiet u fornituri oħra tal-kura tas-saħħa joffru s-servizzi tagħhom għal rimunerazzjoni, jew direttament mill-pazjenti jew mingħand l-assigurazzjoni tagħhom. F’sistemi bħal dawn, hemm ċertu grad ta’ kompetizzjoni bejn l-isptarijiet fir-rigward tal-forniment tas-servizzi tal-kura tas-saħħa. Fejn dan huwa l-każ, il-fatt li servizz tas-saħħa huwa pprovdut minn sptar pubbliku mhuwiex biżżejjed sabiex l-attività tiġi kklassifikata bħala mhux ekonomika.”
(180) Decision of 27.2.2002 in case N 543/2001 Capital allowance for Hospitals - Ireland http://ec.europa.eu/competition/state_aid/cases/135870/135870_435761_20_2.pdf (considérants 10, 17 et 19)
(181) Madwar 30 % qabel il-bidu tal-kriżi.
(182) Pakkett ta’ EUR 5 biljun ġie stabbilit mis-CDC fl-2012 sabiex jindirizza n-nuqqas ta’ finanzjament. Dan il-pakkett kien offrut bi prezz ta’ madwar Euribor+ 320 punt bażi u l-istimi jindikaw li l-offerta kienet sottoskritta żżejjed f’livell ta’ 3 sa 5 darbiet ogħla. L-Istat Membri għaldaqstant indika li l-prezz tal-ekwilibriju kien ogħla.
(183) Il-proporzjon tiegħu ta’ ekwità bażi CT1 Basel 3 għandu jkun ta’ [20-30] % fl-2017.
(184) Anness VII fin-notifika.
ANNESS I
PJAN RIVEDUT TA’ RIŻOLUZZJONI ORDNATA TA’ DEXIA. IMPENJI TAL-ISTATI MEMBRI KKONĊERNATI
Daħla
|
1. |
Ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Franċiża u l-Gran Dukat tal-Lussemburgu (“l-Istati”) għandhom jiżguraw li dan il-pjan ta’ riżoluzzjoni ordnata tal-14 ta’ Diċembru 2012 għal Dexia SA u s-sussidjarju tiegħu li tagħhom u sakemm għandu kontroll konġunt jew esklussiv (“is-Sussidjarji” u, flimkien ma’ Dexia SA, “Dexia”) (1), kif ukoll dawn l-impenji (l-“Impenji”), jiġu implimentati b’mod sħiħ. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, l-impenji li ġejjin għandhom japplikaw sal-amortizzazzjoni sħiħa tal-assi ta’ Dexia. F’każ ta’ konflitt bejn id-dispożizzjonijiet tal-pjan ta’ riżoluzzjoni ordnata u dawn l-Impenji, dawn l-Impenji għandhom jipprevalu. |
|
2. |
Din l-ittra ta’ Impenji hija mibgħuta fuq talba tal-Kummissjoni, abbażi tad-diskussjonjiet li saru u d-dokumenti skambjati bejn il-Kummissjoni u l-Istati, għall-iskop uniku li din tkun tista’ tadotta Deċiżjoni (id-“Deċiżjoni”) li tapprova l-għajnuna mogħtija lil Dexia fil-każijiet SA.33760, SA.33763, SA.33764, SA.30521, SA.26653, SA. 34928, SA. 34925 u SA.34927. |
Impenji ta’ mġieba
|
3. |
Dexia mhuwiex ser jakkwista kapital azzjonarju ta’ istituzzjonijiet oħrajn ta’ kreditu jew kumpaniji tal-investiment (fit-tifsira tad-Direttiva 2004/39/KE dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji) jew kumpaniji tal-assigurazzjoni, jekk mhux bl-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni.
L-impenn preċedenti m’għandux jipprekludi, soġġett għall-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni, l-akkwist minn Dexia ta’ parteċipazzjoni b’kumpens għal injezzjoni ta’ parteċipazzjonijiet jew ta’ attivitajiet imwettqa bħala parti minn operazzjoni ta’ ċessjoni jew ta’ ippuljar (permezz ta’ għaqda jew permezz ta’ kontribuzzjoni) ta’ assi jew ta’ attivitajiet, sakemm, f’każ bħal dan, din il-parteċipazzjoni ma tagħtix lil Dexia l-kontroll esklussiv jew konġunt fuq l-entità benefiċjarja tal-kontribuzzjoni jew li jirriżulta mill-għaqda. B’eċċezzjoni għall-paragrafi preċedenti, Dexia ikun jista’ jakkwista l-parteċipazzjoni minoritarja ta’ 40 % f’Dexia Sabadell (għat-tqegħid f’ġestjoni estintiva tiegħu) wara l-eżerċizzju tal-opzjoni ta’ bejgħ (put option) ta’ Banco Sabadell, minħabba li dan l-akkwist għadu ma sarx sad-data ta’ dawn l-Impenji. |
|
4. |
Soġġett għall-impenji li diġà ħa fir-rigward ta’ Dexia Région Bail, Dexia Flobail, Dexia Bail u Dexia LLD fid-data tad-Deċiżjoni, Dexia jintrabat li ma jagħti l-ebda finanzjament ġdid fi ħdan il-grupp (jiġifieri ta’ ammont akbar mil-livell ta’ finanzjament li jeżisti fi ħdan il-grupp fid-data ta’ din id-Deċiżjoni) lill-entitajiet li sejrin jinbiegħu skont il-punt 10.a (i) sa (x) hawn taħt (“ring-fencing”). Dan l-Impenn huwa mingħajr preġudizzju għall-obbligi regolatorji imposti fuq Dexia bħala azzjonist tal-entitajiet ikkonċernati u tal-obbligu tiegħu li jżomm il-vijabbiltà ta’ Dexia Israël u ta’ DAM skont il-punt 10.d hawn taħt. F’każ li l-implimentazzjoni ta’ dawn l-obbligi tkun teħtieġ l-għoti ta’ finanzjamenti ġodda lill-entitajiet ikkonċernati, Dexia għandu jinforma lill-Kummissjoni minn qabel. |
|
5. |
Dexia mhux ser juża l-istatus tiegħu ta’ bank li għandu garanzija jew għajnuna oħra mill-Istati għal xi wħud mill-impenji tiegħu għall-finijiet ta’ reklamar kummerċjali ma’ partijiet terzi ħlief ma’ Partijiet Terzi Benefiċjarji kif definiti fil-ftehim ta’ garanzija, u mhuwiex ser juża l-garanzija għal sempliċi operazzjonijiet ta’ arbitraġġ. |
|
6. |
Kif indikat fil-pjan ta’ riżoluzzjoni ordnata:
|
|
7. |
Mingħajr preġudizzju għall-operazzjonijiet li Dexia ser ikun legalment marbut li jkompli, jew tal-operazzjonijiet li ser ikollu jkompli taħt il-kuntratti konklużi qabel id-data tad-Deċiżjoni, fuq strumenti ibridi Tier 1 jew Tier 2, Dexia għandu joqgħod lura milli:
Soġġett għal primjum ta’ mhux aktar minn 10 % tal-prezz tas-suq u għal prezz ta’ xiri (inkluż primjum) li ma jaqbiżx id-90 % tal-valur nominali, Dexia ikun jista’, madankollu, wara li jinforma minn qabel lill-Kummissjoni u jirċievi l-kunsens tagħha, iniedi offerti pubbliċi ta’ xiri ta’ ħruġ ta’ titoli ibridi Tier 1 u Tier 2. L-impenji msemmija fil-paragrafi preċedenti m’għandhomx jipprekludu d-distribuzzjoni ta’ dividendi marbuta mal-ishma preferenzjali miżmuma mill-Belġju u minn Franza. |
|
8. |
Dexia ser ikompli jimplimenta l-prinċipji ta’ kumpens identifikati fil-G-20 u mill-awtoritajiet nazzjonali kkonċernati f’dak li jirrigwarda l-kumpens tal-membri tal-bordijiet ta’ tmexxija u dawk eżekuttivi ta’ Dexia SA u tal-entitajiet operattivi ewlenin tal-grupp Dexia.
Dexia jintrabat fost oħrajn li jeskludi l-ħlas tal-porzjon varjabbli tar-remunerazzjoni tal-membri tal-Bord Amministrattiv ta’ Dexia SA u għandu jillimita għal 30 % mill-porzjon fiss tar-remunerazzjoni tagħhom l-ammont tal-porzjon varjabbli tar-remunerazzjoni tal-impjegati l-oħra ta’ Dexia SA u tas-sussidjarji bankarji tiegħu msemmija fil-punt 2.5.1.1 tal-politika ta’ remunerazzjoni ta’ Dexia kif notifikata fil-15 ta’ Marzu 2011 lis-CBFA. L-Istati Membri kkonċernati sejrin jiżguraw ukoll li l-grupp Dexia jikkonforma mal-liġijiet fis-seħħ fir-rigward tal-pagi u s-salarji u b’mod partikolari mal-limiti tal-pagi applikabbli għall-istituzzjonijiet bankarji. L-Istati Membri kkonċernati jintrabtu li jiżguraw li Dexia jirrispetta b’mod strett il-kundizzjonijiet imsemmija hawn taħt kif timponi l-Kummissjoni fil-kuntest tal-implimentazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. L-Istati Membri kkonċernati sejrin jiżguraw ukoll li jagħmlu l-aħjar użu possibbli mill-fondi pubbliċi f’dak li jirrigwarda l-pagi u s-salarji attribwibbli lill-impjegati tal-banek imqiegħda f’riżoluzzjoni ordnata. En particulier, l-Istati Membri kkonċernati sejrin jiżguraw li jqarrbu għall-minimu legali l-ammont tal-indennizzi tat-tluq, filwaqt li jżommu l-flessibbiltà meħtieġa sabiex ma jdewmux it-tlestija tal-proċess ta’ riżoluzzjoni ordnata tal-grupp Dexia. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jissottomettu wkoll lill-Kummissjoni proposti dwar it-tnaqqis tal-ispejjeż ġenerali u tal-persunal tal-grupp Dexia jekk, fl-aħħar tas-sena tal-kontijiet inkwistjoni: (i) il-marġni pożittiv ikun aktar minn 20 % inqas mill-mira mħabbra fil-pjan tan-negozju; (ii) id-dħul nett (minbarra l-kontinġenzi) ikun aktar minn 25 % inqas mill-mira mħabbra; (iii) jiġi rreġistrat telf fid-dikjarazzjoni tad-dħul; jew (iv) il-grupp Dexia ma jibqax jilħaq il-proporzjonijiet regolatorji minimi fis-seħħ. Dan l-impenn għandu jkollu effett biss għall-kontijiet annwali sussegwenti għas-sena 2012. |
|
9. |
|
Ċessjonijiet u ġestjoni estintiva
|
10. |
|
|
11. |
|
Fiduċjarju inkarigat miċ-ċessjoni
|
12. |
|
L-implimentazzjoni u l-Espert Indipendenti
|
13. |
|
|
14. |
|
(1) Lista tas-sussidjarji u tal-parteċipazzjonijiet ta’ Dexia hija pprovduta fl-Anness 1.
(2) Pereżempju, waqt ir-ristrutturar tas-self, jeħtieġ mhux biss li jiġi kkanċellat id-derivattiv li kien ikopri r-riskju marbut mas-self eżistenti iżda wkoll li jittieħed derivattiv ġdid li jkopri r-riskju kkawżat mis-self kif emendat. Eżempju ieħor huwa l-ġestjoni tal-fixings tal-portafoll ALM li jeħtieġ koperturi magħmula minn prodotti derivati sabiex jitnaqqas ir-riskju.
(3) Fid-data ta’ dawn l-Impenji, il-portafoll ta’ self inkwistjoni għandu valur kontabbli ta’ EUR 1,2 biljun.
ANNESS II
DBB/BELFIUS – L-IMPENJI TAL-BELĠJU
|
1. |
Taħt l-Artikolu 4 (3) tar-Regolament (KE) Nru 659/99 kif emendat, ir-Renju tal-Belġju għandu jiżgura li l-impenji li ġejjin (l-“Impenji”) magħmula minn Belfius għandhom jiġu rrispettati b’mod sħiħ sabiex il-Kummissjoni Ewropea (il-“Kummissjoni”) tkun tista’ tikkonkludi li l-għajnuna mill-Istat mogħtija lil Dexia Banque Belgique/Belfius hija kompatibbli mas-suq intern u mal-Ftehim taż-ŻEE permezz ta’ Deċiżjoni konformi mal-Artikolu 107 (3) (b) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (id-“Deċiżjoni”). |
|
2. |
L-impenji għandhom jidħlu fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni (id-“Data tad-Dħul fis-Seħħ”) |
Definizzjonijiet
|
3. |
It-termini u l-espressjonijiet li mhumiex definiti mkien ieħor f’dawn l-impenji għandu jkollhom it-tifsira li ġejja, sakemm il-kuntest ma jindikax mod ieħor:
|
Impenji
Tul
|
4. |
Soġġett għal kwalunkwe perjodu ieħor imsemmi fl-impenji individwali, l-impenji elenkati hawn taħt għandhom japplikaw sal-31 ta’ Diċembru 2014. |
Tnaqqis tal-ispejjeż operattivi
|
5. |
Skont il-Pjan Strateġiku ta’ Belfius, Belfius Banque SA jintrabat li jillimita l-livell assolut tal-ispejjeż operattivi tiegħu – jiġifieri l-ispejjeż tal-persunal u spejjeż oħrajn -
Belfius Banque SA għandu l-għan li jnaqqas il-livell assolut tal-ispejjeż operattivi tiegħu – jiġifieri l-ispejjeż tal-persunal u spejjeż oħrajn – minn EUR [1 350-1 500] miljun fl-2012 għal EUR [1 200-1 350] miljun fl-2016. |
Tnaqqis tal-attivitajiet ta’ kummerċ
|
6. |
Belfius għandu jwaqqaf l-operazzjonijiet proprji. Dan ifisser li Belfius għandu jieħu ħsieb biss it-tranżazzjonijiet li jew (i) huma meħtieġa sabiex jirċievi, jibgħat jew jesegwixxi ordnijiet ta’ xiri jew ta’ bejgħ tal-klijenti tiegħu, jew (ii) jgħinu lil Belfius fil-ġestjoni ta’ likwiditajiet jew ta’ assi u obbligazzjonijiet. Belfius mhuwiex ser joħloq pożizzjonijiet għalih stess, ħlief jekk dawn isiru peress li Belfius, pereżempju, ma jeżegwixxix l-ordnijiet tal-klijenti tiegħu minnufih. Il-pożizzjonijiet ta’ dan it-tip u l-pożizzjonijiet ta’ ġestjoni tal-likwidità jew tal-assi u l-passiv jittieħdu biss bil-kundizzjoni li ma jikkompromettux il-vijabbiltà tal-bank u/jew tal-likwidità tiegħu. Dan huwa għal kollox konformi mar-rakkomandazzjonijiet li jinsabu fir-rapport tal-“High-level Expert Group on reforming the structure of the EU Banking sector”. |
Miżuri ta’ governanza u ta’ ġestjoni tar-riskju
|
7. |
Belfius (i) ser isegwi politika kummerċjali għaqlija u prudenti bbażata fuq il-prinċipju ta’ sostenibbiltà, u (ii) ser jirrevedi l-adegwatezza tas-sistemi interni ta’ inċentivi fil-kuntest tar-rekwiżiti legali u regolatorji u jiżgura li ma jipprovdux tentazzjonijiet li jittieħdu riskji inaċċettabbli u jkunu trasparenti u ffukati fuq miri fit-tul u sostenibbli. |
|
8. |
Belfius ser itejjeb ukoll il-governanza tiegħu ta’ ġestjoni tar-riskji u tal-likwidità. Belfius diġà stabbilixxa linji gwida sabiex jiżgura ġestjoni prudenti tal-likwidità fil-futur, fosthom (i) miri ċari għal-linji tan-negozju fil-livell tal-użu tal-valutazzjonjiet, il-ġbir tad-depożiti, u l-kwalità tal-garanziji pprovduti; (ii) l-implimentazzjoni ta’ inċentivi ċari (spiża jew bonus tal-likwidità) għal-linji tan-negozju. Belfius ser itejjeb ukoll il-proċessi u l-governanza għal likwidità ċentralizzata b’miri ċari u linji gwida ċari. |
Projbizzjoni tal-ħlas ta’ dividendi
|
9. |
Belfius Belfius mhu ser iqassam l-ebda forma ta’ dividendi fuq l-ishma tiegħu. |
Projbizzjoni ta’ ħlas ta’ kupuni
|
10. |
Belfius Belfius mhu ser jagħmel l-ebda rimborż diskrezzjonali antiċipat jew ħlas ta’ kupuni fuq strumenti (i) maħruġa minn DBB/Belfius qabel l-20 ta’ Ottubru 2011, (ii) miżmuma minn persuni jew entitajiet oħrajn minbarra Belfius, u (iii) li l-ħlas jew it-twettiq tagħhom huwa diskrezzjonali b’applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet kuntrattwali relatati ma’ dawn l-istrumenti.
Dan l-impenn:
|
Projbizzjoni ta’ akkwist
|
11. |
Belfius mhux ser jakkwista jew jieħu interess f’kumpaniji. Dan ikopri kemm l-impriżi li għandhom forma legali ta’ kumpanija kif ukoll l-assi kollha li jiffurmaw kumpanija. Minkejja din il-projbizzjoni, Belfius ikun jista’ jakkwista interess f’impriżi sakemm il-prezz tax-xiri mħallas għal tali akkwist ma jaqbiżx iż-0,01 % tal-bilanċ ta’ Belfius fid-data tad-Deċiżjoni u l-prezz tax-xiri mħallas akkumulat għall-akkwisti kollha ta’ din ix-xorta fuq il-perjodu kollu ta’ ristrutturar ma jaqbiżx iż-0,025 % tal-bilanċ tiegħu fid-data tad-Deċiżjoni. Il-projbizzjoni ma tapplikax għall-akkwisti li (i) isiru fl-iżvolġiment normali tan-negozju bankarju fil-ġestjoni ta’ tilwim eżistenti fir-rigward ta’ kumpaniji f’diffikultà, jew (ii) li jsiru skont l-operazzjonijiet ta’ private equity. |
Projbizzjoni ta’ reklamar
|
12. |
Belfius ser joqgħod lura milli jagħmel kampanji pubbliċi ta’ komunikazzjoni kummerċjali li jippreżentaw il-miżuri storiċi ta’ għajnuna mill-Istat bħala vantaġġ kompetittiv u Belfius mhux ser jirreklama l-parteċipazzjoni tal-Istat fih jew jirreferi għal kwalunkwe appoġġ finanzjarju li jingħata mill-Istat fil-komunikazzjonijiet tiegħu lill-klijenti u/jew investituri eżistenti jew potenzjali. Minkejja din il-projbizzjoni, Belfius jista’ jirreferi għall-fatt li huwa proprjetà tal-Istat u għal kwalunkwe appoġġ ieħor mill-Istat li jkun ingħata meta din ir-referenza tkun meħtieġa mid-dispożizzjonijiet legali jew regolatorji applikabbli. |
Kumpens lill-korpi, lill-impjegati u lill-aġenti ewlenin
|
13. |
Belfius ser jikkonforma mal-liġijiet fis-seħħ fir-rigward tal-pagi u s-salarji, b’mod partikolari mal-limiti tal-pagi applikabbli għall-istituzzjonijiet bankarji. Belfius ser jikkonforma mal-kundizzjonijiet li l-Kummissjoni timponi fuq dan il-punt taħt l-implimentazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.
Belfius ser jiżgura wkoll li jagħmel l-aħjar użu possibbli mill-fondi pubbliċi f’dak li jirrigwarda l-pagi u s-salarji attribwibbli lill-persunal. B’mod partikolari, Belfius ser jara li jillimita sal-minimu legali l-ammont ta’ benefiċċji tat-tluq, filwaqt li jibqa’ flessibbli sabiex iwettaq il-miri tal-Pjan Strateġiku. Belfius ser jissottometti lill-Kummissjoni, jekk ikun xieraq, proposti dwar it-tnaqqis tal-ispejjeż ġenerali u tal-persunal tal-grupp jekk, fl-aħħar tas-sena finanzjarja inkwistjoni, (i) id-dħul bankarju nett kellu jkun aktar minn 20 % inqas mill-mira mħabbra; jew (ii) id-dħul gross operattiv kellu jkun aktar minn 25 % inqas mill-mira mħabbra; u fi kwalunkwe każ jekk (i) jiġi rreġistrat telf fid-dikjarazzjoni tad-dħul; jew (ii) l-entità ma tibqax tissodisfa r-rekwiżiti regolatorji minimi fis-seħħ għas-solvenza. Dan l-impenn ser ikun effettiv biss għall-kontijiet annwali tas-snin 2013 u 2014. |
Limitu tas-self “Public Banking”
|
14. |
Belfius jintrabat li jillimita l-produzzjoni l-ġdida tiegħu ta’ self Public Banking għal massimu ta’ EUR [2,5-5] biljun għall-2013 u EUR [2,5-5] biljun għall-2014. Jekk it-tkabbir tas-suq jaqbeż ir-rata normali ta’ tkabbir annwali ta’ 4 % fis-suq tas-self Public Banking fil-Belġju fl-2013, dan l-ammont jista’ jiġi aġġustat bl-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni. Għal kull tkabbir ta’ 0,1 % addizzjonali tas-suq fl-2013 li jaqbeż ir-rata normali ta’ tkabbir annwali ta’ 4 %, il-limitazzjoni ta’ produzzjoni ġdida sejra tiżdied b’EUR [25-75] miljun fl-2014. |
Limitu tal-produzzjoni tal-assigurazzjoni tal-ħajja
|
15. |
Belfius Assurance SA jintrabat li jillimita l-produzzjoni l-ġdida tiegħu fi primjums gross ta’ prodotti tal-assigurazzjoni tal-ħajja għal massimu ta’ EUR [0-2,5] biljun għall-2013 u għal massimu ta’ EUR [0-3] biljun għall-2014. Jekk it-tkabbir tas-suq jaqbeż ir-rata normali ta’ tkabbir annwali ta’ 4 % fis-suq tal-prodotti tal-assigurazzjoni tal-ħajja fil-Belġju u fil-Lussemburgu fl-2013, dan l-ammont jista’ jiġi aġġustat bl-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni. Għal kull tkabbir addizzjonali ta’ 0,1 % tas-suq fl-2013 li jaqbeż ir-rata normali ta’ tkabbir annwali ta’ 4 %, il-limitazzjoni ta’ produzzjoni ġdida tiġi miżjuda b’EUR [0-50] miljun fl-2014. |
Espert Indipendenti
Rapporti
|
16. |
Fit-30 jum ta’ xogħol ta’ kull sena u kull sitt xhur, jew kif miftiehem mod ieħor mal-Kummissjoni, l-EURspert Indipendenti għandu jissottomettu abbozz ta’ rapport miktub bl-Ingliż jew bil-Franċiż lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet Belġjani, li jagħti lil kull wieħed l-opportunità li jippreżentaw il-kummenti tagħhom fi żmien għaxart ijiem ta’ xogħol. Fi żmien għaxart ijiem ta’ xogħol wara li jaslu dawn il-kummenti, l-Espert Indipendenti għandu jħejji rapport finali u jissottomettih lill-Kummissjoni, li jikkunsidra, jekk ikun possibbli u fid-diskrezzjoni sħiħa tiegħu l-kummenti ppreżentati. L-Espert Indipendenti għandu jibgħat ukoll kopja tar-rapport finali lill-awtoritajiet Belġjani. L-espert indipendenti jista’ jitlob l-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni sabiex juża data oħra, jekk l-ammont ta’ xogħol operattiv jagħmel id-data ta’ preżentazzjoni tar-rapporti impossibbli. |
|
17. |
Ir-rapport għandu jkopri l-ħlas mill-Espert Indipendenti tal-obbligi tiegħu skont il-mandat tiegħu u r-rispett tal-impenji msemmija hawn fuq. |
Proċedura tal-ħatra tal-Espert Indipendenti
|
18. |
Għandu jinħatar Espert Indipendenti li jirrapporta kull sitt xhur lill-Kummissjoni dwar il-konformità mal-impenji deskritti fil-paragrafi 4 sa 15. L-Espert Indipendenti għandu jkun indipendenti, ikollu l-kwalifiki meħtieġa, u ma jkun hemm ebda kunflitt ta’ interess matul it-twettiq tal-mandat tiegħu. |
|
19. |
Sa mhux aktar tard minn xahar wara l-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, l-awtoritajiet Belġjani għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni, għall-approvazzjoni, lista ta’ persuna waħda jew aktar li jipproponu għall-ħatra bħala Espert Indipendenti. Il-Kummissjoni għandu jkollha d-diskrezzjoni li tapprova jew tirrifjuta l-fiduċjarju jew il-fiduċjarji proposti skont il-kriterji msemmija fil-paragrafu 3. Jekk il-Kummissjoni tirrifjuta l-fiduċjarju jew il-fiduċjarji proposti, l-awtoritajiet Belġjani jkollhom xahar min-notifika ta’ dan ir-rifjut sabiex jipproponu kandidati ġodda li għandhom ikunu approvati jew irrifjutati mill-ġdid mill-Kummissjoni. Jekk dawn ukoll ikunu rrifjutati mill-Kummissjoni, il-Kummissjoni għandha tinnomina Espert Indipendenti, li l-awtoritajiet Belġjani għandhom jaħtru jew jaraw li jinħatar, skont mandat approvat mill-Kummissjoni. |
Funzjonijiet tal-Espert Indipendenti
|
20. |
L-Espert Indipendenti għandu jassumi d-dmirijiet imposti fuqu sabiex jiżgura l-konformità mal-Impenji. Il-Kummissjoni tista’, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba tal-Espert Indipendenti, tagħti ordnijiet u struzzjonijiet lill-Espert Indipendenti sabiex tiżgura l-konformità mal-kundizzjonijiet u l-obbligi marbuta ma’ din id-Deċiżjoni. |
|
21. |
L-Espert Indipendenti għandu:
|
Sostituzzjoni, kwittanza u tiġdid
|
22. |
Jekk l-Espert Indipendenti ma jkomplix iwettaq il-funzjonijiet taħt l-Impenji tiegħu, jew għal xi raġuni oħra, inkluż l-espożizzjoni tal-Espert Indipendenti għal xi kunflitt ta’ interess:
|
|
23. |
Jekk l-Espert Indipendenti jkun eskluż taħt il-paragrafu 22, jista’ jkun meħtieġ minnu li jkompli l-funzjoni tiegħu sal-istabbiliment ta’ Espert Indipendenti ġdid li lilu l-Espert Indipendenti eskluż ikun trasferixxa l-informazzjoni kollha rilevanti. L-Espert Indipendenti l-ġdid indipendentii għandu jinħatar skont il-proċedura msemmija fil-paragrafu 18. |
|
24. |
Minbarra t-tkeċċija msemmija fil-paragrafu 22, l-Espert Indipendenti ma jieqafx jaġixxi bħala Espert Indipendenti ħlief wara li l-Kummissjoni tkun neħħietu mill-karigi tiegħu, wara li l-impenji kollha assenjati lill-Espert Indipendenti jkunu ġew issodisfati. |
ANNESS III
DMA L-IMPENJI TAR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA
Holding ta’ kapital fl-Istituzzjoni ta’ Kreditu Ġdida (“IKĠ”) u f’Dexia Municipal Agency (“DMA”)
|
1. |
Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar 2013, Dexia Crédit Local (“DCL”) għandu jċedi 100 % tal-kapital tal-Istituzzjoni ta’ Kreditu Ġdida (“IKĠ”) lill-Istat, lil Caisse des dépôts et consignations (“CDC”) u lil La Banque Postale (“LBP”) (flimkien “l-Azzjonisti”) bil-prezz ta’ EUR 1 li jikkorrispondi għall-prezz tax-xiri ta’ DMA u għal dak tal-għodod u r-riżorsi trasferiti minn DCL, jew magħmula disponibbli għall-IKĠ, sa mhux aktar tard mid-data taċ-ċessjoni ta’ DMA. |
|
2. |
LBP ikun jista’ jżid is-sehem tiegħu fil-kapital tal-IKĠ bil-prezz tas-suq iddeterminat minn esperti indipendenti u skont metodi ġeneralment aċċettati f’każijiet komparabbli sabiex is-sehem tiegħu fil-kapital tal-IKĠ ikun finalment ugwali għas-sehem tal-ammont pendenti relatat mal-produzzjoni l-ġdida fil-cover pool ta’ DMA. |
L-attivitajiet ta’ DMA, tal-IKĠ u tal-istituzzjoni konġunta mwaqqfa mis-CDC u LBP (“l-IK”)
|
3. |
L-ambitu ta’ attività tal-IK ser ikun limitat għall-finanzjament tal-awtoritajiet lokali Franċiżi kif ukoll dak tal-istituzzjonijiet pubbliċi Franċiżi tas-saħħa. Is-self kummerċjali inizjalment ikun irreġistrat fil-bilanċ ta’ LBP imbagħad trasferit lil DMA taħt kundizzjoni ta’ konformità mal-politika ta’ impenn ta’ DMA (1). Is-self li ma jissodisfax il-kriterji stabbiliti minn dan l-impenn ma jistax ikun trasferit lil DMA. |
|
4. |
L-offerta tal-prodotti tal-IK sejra tkun sempliċi, magħmula minn prodotti “plain vanilla” b’metodi ta’ pprezzar sempliċi u trasparenti; hija għandha tissodifa l-kundizzjonijiet deskritti fin-nota awtorizzata pprovduta lill-Kummissjoni fit-8 ta’ Ottubru 2012 u mehmuża hawn (Anness IV – b). |
|
5. |
Il-finanzjamenti sejrin ikunu offerti lill-awtoritajiet lokali Franċiżi u lill-istituzzjonijiet pubbliċi Franċiżi tas-saħħa fuq kundizzjonijiet tas-suq li ma jkunux aktar attraenti minn dawk offruti mill-banek kummerċjali l-oħrajn; dan ikun ifisser li l-IK ma tkunx tista’, fil-komunikazzjonijiet kummerċjali tagħha, tagħmel offerti aktar attraenti mill-prattika tas-suq; il-fiduċjarju inkarigat mis-sorveljanza ser ikollu wkoll il-kompitu li jiddefinixxi l-metodi li bihom ikun jista’ jikkontrolla l-konformità ma’ dan l-impenn. |
|
6. |
L-attivitajiet tal-IKĠ, ta’ DMA u tal-IK huma awtorizzati għal perjodu ta’ 15-il sena, diment li, fl-aħħar ta’ dan il-perjodu u mingħajr preġudizzju għall-punt 7 hawn taħt: (i) għall-attivitajiet ta’ finanzjament lill-awtoritajiet lokali, din l-approvazzjoni tiġġedded fl-istess kundizzjonijiet sakemm ikun għadu jeżisti falliment fis-suq; f’dan ir-rigward, il-Kummissjoni diġà nnotat l-eżistenza ta’ problemi strutturali fuq dan is-suq li jistgħu jdumu għal żmien medju jew twil; (ii) għall-attivitajiet ta’ finanzjament tal-istituzzjonijiet pubbliċi Franċiżi tas-saħħa, it-tiġdid ta’ din l-approvazzjoni tkun tiddependi fuq il-prova ta’ falliment fis-suq. |
|
7. |
Minn perjodu ta’ tliet snin wara d-Deċiżjoni finali, l-awtoritajiet Franċiżi jkunu jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni tivverifika li l-pjan tan-negozju globali tal-IKĠ, DMA u tal-IK ikun jissodisfa l-istandards ta’ profittabbiltà ta’ bank kummerċjali għat-trasformazzjoni tagħhom, soġġett għal awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni, f’bank kummerċjali. |
|
8. |
Ir-rabtiet kuntrattwali ta’ servizzi bejn, minn naħa, il-grupp Dexia u, min-naħa l-oħra, DMA, l-IKĠ u l-IK, sejrin ikunu limitati għal dawk deskritti fin-noti tat-8 u tal-11 ta’ Ottubru 2012, annessi hawn (Annessi IV – (c) u (d)) u sejrin ikunu ddebitati bil-prezzijiet tas-suq. |
|
9. |
Matul perjodu ta’ ħames snin mid-Deċiżjoni finali, DMA, l-IKĠ u l-IK mhumiex sejrin ikunu xerrejja jew mhumiex sejrin jinvestu f’xi kumpanija. Dan ikopri kemm il-kumpaniji li għandhom forma legali ta’ kumpanija kif ukoll l-assi kollha li jiffurmaw kumpanija. |
|
10. |
Bl-eċċezzjoni tad-dividendi mħallsa minn DMA lill-IKĠ, DMA, l-IKĠ u l-IK mhumiex sejrin iqassmu l-ebda forma ta’ dividend fuq l-ishma tagħhom sal-31 ta’ Diċembru 2015. DMA, l-IKĠ u l-IK mhumiex sejrin iħallsu kupuni, ħlief jekk ikunu obbligati b’kuntratt minħabba impenn meħud qabel l-14 ta’ Diċembru 2012. |
|
11. |
L-Istat għandu jiżgura li DMA, l-IKĠ u l-IK jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ fir-rigward tal-pagi u s-salarji, speċjalment mal-limiti tas-salarji applikabbli għall-istituzzjonijiet bankarji u mar-restrizzjonijiet li jkunu direttament relatati maż-żamma diretta jew indiretta, mill-Istat tal-kontroll ta’ DMA, l-IKĠ u l-IK. L-Istat jintrabat li jiżgura li DMA, l-IKĠ u l-IK jirrispettaw b’mod strett il-kundizzjonijiet li l-Kummissjoni timponi fuq dan il-punt fil-kuntest tal-implimentazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.
F’dan ir-rigward, l-Istat għandu jagħmel l-aħjar użu possibbli mill-fondi pubbliċi f’dak li jirrigwarda l-pagi u s-salarji attribwibbli lill-impjegati tal-banek soġġetti għall-pjan ta’ ristrutturar. B’mod partikolari, l-Istat għandu jara li l-pjan tan-negozju sottomess fl- Anness VII jiġi implimentat b’mod rigoruż. L-Istat għandu wkoll jissottometti lill-Kummissjoni proposti dwar it-tnaqqis tal-ispejjeż ġenerali u tal-persunal ta’ DMA, tal-IKĠ u tal-IK jekk, fl-aħħar tas-sena tal-kontijiet inkwistjoni: (i) il-marġni pożittiv ikun aktar minn 20 % inqas mill-mira pprovduta fl-Anness VII; (ii) id-dħul nett (minbarra l-kontinġenzi) ikun aktar minn 25 % inqas mill-mira mħabbra; (iii) jiġi rreġistrat telf fid-dikjarazzjoni tad-dħul; jew (iv) DMA, l-IKĠ jew l-IK ma jibqgħux jilħqu l-proporzjonijiet regolatorji minimi fis-seħħ. Dan l-impenn għandu jkollu effett mir-rapporti finanzjarji kkonsolidati għall-2013. |
Il-ġestjoni tal-self pendenti mdaħħal fil-karta tal-bilanċ ta’ DMA
|
12. |
Is-self ikkapitalizzat ta’ DMA u li ma jkunx ingħata lill-istituzzjonijiet pubbliċi Franċiżi tas-saħħa jew lill-awtoritajiet lokali Franċiżi jitqiegħed f’ġestjoni estintiva: b’mod partikolari ma jingħata l-ebda self ġdid lil klijenti li ma jaqgħux taħt l-ambitu ta’ attività definit supra (punt 3) f’dawn l-impenji. |
|
13. |
Is-self mogħti lill-awtoritajiet lokali Franċiżi jew lill-istituzzjonijiet pubbliċi Franċiżi tas-saħħa u kklassifikati barra l-Karta ta’ Gissler jew ikklassifikati E3, E4 jew E5 fil-Karta ta’ Gissler jew li għandhom punteġġ ta’ 11 jew aktar fl-iscoring intern ta’ Dexia (“is-Self Sensittiv”) għandu jkun soġġett għal desensitizzazzjoni magħmula mill-IKĠ u ffinanzjata minn DMA. Din id-desensitizzazzjoni ser ikollha l-għan li tnaqqis ir-riskju relatat u tkun tista’ tiġi akkumpanjata minn produzzjoni ġdida. |
|
14. |
L-IK mhijiex sejra tikkumerċjalizza finanzjament lill-klijenti li jkollhom Self Sensittiv u li jkunu f’sitwazzjoni ta’ ammont pendenti jew ta’ litigazzjoni fuq il-bilanċ pendenti ta’ DMA. |
|
15. |
DMA għandha tiffinanzja mill-ġdid is-self mogħti mill-IK kif ukoll dak relatat mal-ammont pendenti eżistenti. Mill-implimentazzjoni taċ-ċessjoni ta’ DMA, il-bilanċ ta’ DMA ser ikun soġġett għal ġestjoni partikolari relatata, l-ewwel nett mal-preżenza ta’ Self Sensittiv li l-volum globali tiegħu huwa stmat li huwa EUR 9,4 biljun u t-tieni, mat-tqegħid f’ġestjoni estintiva tas-self li ma jikkorrispondix għall-attivitajiet ta’ bank ta’ żvilupp definiti fil-punt 3 ta’ dawn l-impenni u li l-volum globali tiegħu huwa stmat għal EUR [20-40] biljun fit-30 ta’ Settembru 2012. |
Il-provvista ta’ likwidità lill-IKĠ u lil DMA
|
16. |
L-Azzjonisti jintrabtu li jipprovdu lill-IKĠ il-likwidità meħtieġa għall-IKĠ u għal DMA. Dawn il-provvisti ta’ flus sejrin isiru skont il-kundizzjonijiet deskritti fin-nota approvata mogħtija lill-Kummissjoni fit-8 ta’ Ottubru 2012 u mehmuża hawnhekk (Annexe IV – a). Fil-każ tas-CDC, dawn il-kontribuzzjonijiet sejrin ikunu limitati għal EUR 12,5 biljun |
|
17. |
Dexia SA u DCL jieqfu għal kollox milli jipprovdu flus lil DMA u lill-IKĠ meta tiġi ffinalizzata ċ-ċessjoni ta’ DMA. |
Il-livell ta’ kapital tal-IKĠ u ta’ DMA
|
18. |
L-Azzjonisti jintrabtu li jżommu l-livell ta’ kapital meħtieġ sabiex ilaħħqu mar-realizzazzjoni possibbli ta’ telf fuq il-portafoll eżistenti ta’ DMA. Kull żieda fil-kapital ta’ DMA għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni skont ir-regoli dwar l-implimentazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea. |
Ħatra ta’ fiduċjarju inkarigat mill-monitoraġġ u l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni
|
19. |
Fiduċjarju inkarigat mill-monitoraġġ tal-impenji għandu jaġixxi f’isem u għan-nom tal-Kummissjoni u għal dan il-għan ikun jista’ jistaqsi kwalunkwe mistoqsija lill-Azzjonisti, lil DMA, lill-IKĠ jew lill-IK u jikseb kwalunkwe dokument mingħandhom. Huwa għandu jinħatar skont dawn il-kundizzjonijiet:
|
|
20. |
Il-missjoni tal-fiduċjarju inkarigat mill-monitoraġġ għandha tkun dik difinita hawn taħt:
|
|
21. |
Sakemm iddum l-awtorizzazzjoni tal-attivitajiet tal-bank ta’ żvilupp kif definiti f’dawn l-impenji, l-Istat għandu jibgħat lill-Kummissjoni kull informazzjoni li din tista’ tixtieq sabiex tikkontrolla l-konformità ma’ dawn l-impenji. Fi tmiem il-missjoni tal-fiduċjarju inkarigat mill-monitoraġġ, l-Istat għandu wkoll jagħti lill-Kummissjoni rapport annwali dwar il-konformità mal-impenji msemmija. |
(1) Il-politika ta’ impenn ta’ DMA timmira li tnaqqas ir-riskju rappreżentat mis-self li sar fuq il-karta tal-bilanċ tagħha. Pereżempju, self li jirrispetta l-impenji 4 u 5 ta’ dan l-Anness jista’ xorta waħda ma jaqbilx mal-politika ta’ impenn ta’ DMA jekk l-espożizzjoni totali ta’ DMA fuq il-klijent inkwistjoni titqies għolja wisq, jew jekk id-dejn globali tal-klijent ikkonċernat kellu jaqbeż proporzjon partikolari tad-dħul ta’ dan il-klijent.
ANNESS IV A
MEKKANIŻMU GĦAD-DETERMINAZZJONI TAL-ISPIŻA TA’ FINANZJAMENT TAL-IKĠ/DMA
Ma’ kull ħruġ, l-ispiża tal-finanzjament fit-tul injettata mill-azzjonisti tagħha lill-IKĠ bil-prezz tas-suq għandha tkun iddeterminata skont l-ispejjeż tal-finanzjament, bl-istess maturitajiet u muniti, osservati fuq kampjun ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati bejn l-IKĠ u l-azzjonisti tagħha (il-“ Partijiet ”) (il-“ Kampjun ”).
Il-Kampjun ser ikun magħmul minn lista ta’ banek Franċiżi li jikkontribwixxu għad-determinazzjoni tal-Euribor, li minnha jitnaqqsu l-istituzzjonijiet li l-Partijiet (b’mod unanimu) iqisu bħala mhux komparabbli għall-IKĠ/DMA abbażi tar-ratings fit-tul (u l-perspectives) tagħhom u l-profil tar-riskju tagħhom (tip ta’ attività, espożizzjoni ġeografika, proporzjonijiet prudenzjali, eċċ.). Safejn ikun possibbli, il-kampjun ser ikun magħmul minn mill-inqas tliet banek.
L-ispiża tal-finanzjament tal-IKĠ/DMA għandha tkun ugwali għall-medja tal-ispejjeż ta’ finanzjament tal-istituzzjonijiet li jiffurmaw dan il-Kampjun.
Bl-istess mod, l-ispiża tal-finanzjament fuq żmien qasir injettata mill-azzjonisti tagħha lill-IKĠ bil-prezz tas-suq għandha tkun ugwali għall-medja tal-ispejjeż ta’ finanzjament tal-istituzzjonijiet li jiffurmaw dan il-Kampjun.
Dan il-mekkaniżmu jassigura li DMA ma jirċievi l-ebda finanzjament b’rati preferenzjali minħabba l-azzjonisti pubbliċi għal żewġ raġunijiet:
|
— |
Il-finanzjament ta’ DMA huwa magħmul, għall-parti tal-bonds ta’ ipoteki, direttament fuq is-suq u l-finanzjament assigurat mill-azzjonisti diretti ta’ DMA (bħal CFS oħrajn) għandu jkun limitat għall-oversizing; |
|
— |
Is-CFS kollha huma neċessarjament mgħejuna minn istituzzjonijiet ta’ kreditu li jkollhom aċċess wiesa’ għal-likwidità (depożiti ta’ klijenti jew aċċess fil-fond tas-suq). Minħabba dan huma jiġu ffinanzjati bil-prezz tar-rifinanzjament tal-azzjonisti diretti tagħhom. B’hekk, ma nistgħux nifhmu l-klassifikazzjoni ta’ IKĠ “stand alone” peress li din ikollha neċessarjament tiġi mgħejuna minn istituzzjoni ta’ kreditu li jkollha riżorsi finanzjarji konsiderevoli, u għalhekk aktarx minn bank kbir Franċiż.
|
ANNESS IV B
L-OFFERTA TAL-PRODOTTI TAL-IK LBP/CDC
1. It-tip ta’ krediti kkumerċjalizzati mill-IK
L-offerta ta’ kreditu fuq żmien medju jew twil proposta mis-sussidjarja konġunta LBP/CDC lill-awtoritajiet lokali Franċiżi sejra tkun konformi mal-prinċipji adottati minn LBP għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti u s-servizzi tiegħu lill-klijenti kollha tiegħu, jiġiferi:
|
— |
offerta sempliċi, |
|
— |
offerta trasparenti, |
|
— |
offerta li taqdi l-ħtiġijiet tal-klijenti. |
L-offerta tal-prodott sejra tkun integrata fil-qafas regolatorju u mfassla fuq ir-rakkomandazzjonijiet eżistenti, jiġifieri:
|
— |
Iċ-ċirkolari interministerjali tal-25 ta’ Ġunju 2010; |
|
— |
Il-Karta dwar l-Imġieba Korporattiva (jew “Karta ta’ Gissler”); |
|
— |
Ir-rapport tal-Kummissjoni Parlamentari Bartolone. |
Is-sussidjarja konġunta LBP/CDC sejra tippromwovi offerta ta’ krediti “vanilla” li jkopru l-ħtiġijiet identifikati tal-klijenti jiġifieri s-sempliċità, id-diversifikazzjoni, il-protezzjoni kontra żviluppi avversi tas-suq. Din l-offerta sejra teskludi l-prodotti ingranati, il-prodotti ta’ inklinazzjoni, il-prodotti f’muniti, il-prodotti strutturati komplessi b’effett ta’ struttura kumulattiva u kwalunkwe prodott li jesponi lill-klijent għal riskji fuq il-kapital.
Fi kwalunkwe każ, l-offerta sejra tkun adattata għall-karatteristiċi u d-daqs tal-klijenti u kull prodott ġdid ikun skambjat mal-Awtorità ta’ Kontroll Prudenzjali.
Aħna sejrin nippruvaw ukoll nipprovdu lill-klijenti dokumenti ċari dwar il-prodotti skont il-klassifikazzjoni tal-Karta ta’ Gissler.
Tabella tar-riskji tal-Karta ta’ Gissler
|
Indiċijiet sottostanti |
|
|
1 |
Indiċijiet taż-żona tal-Euro |
|
2 |
Indiċijiet inflazzjoni Franċiża jew inflazzjoni taż-żona tal-Euro jew differenza bejn dawn l-indiċijiet |
|
3 |
Differenzi fl-indiċijiet taż-żona tal-Euro |
|
4 |
Indiċijiet barra ż-żona tal-Euro. Differenza fl-indiċijiet li minnhom wieħed huwa barra ż-żona tal-Euro |
|
5 |
Differenzi fl-indiċijiet barra ż-żona tal-Euro |
|
Strutturi |
|
|
A |
Rata fissa diretta. Rata varjabbli diretta. Skambju tar-rata fissa ma’ rata varjabbli jew viċe-versa. Skambju ta’ rati strutturat ma’ rata varjabbli jew rata fissa (mod wieħed). Rata varjabbli diretta b’kappa waħda (cap) jew ristretta (tunnel) |
|
B |
Ostakolu sempliċi. L-ebda ingranaġġ |
|
C |
Għażla ta’ skambju (swaption) |
|
D |
Multiplikatur sa 3; multiplikatur sa 5 limitat |
|
E |
Multiplikatur sa 5 |
Il-Karta ta’ Gissler hija qafas analitiku bbażat fuq żewġ kriterji: l-indiċi ta’ referenza u l-istruttura applikata. Hija tiżviluppa klassifika tal-iżgħar sal-ikbar riskji li jistgħu jiltaqgħu magħhom l-awtoritajiet lokali.
L-IK tixtieq tillimita l-offerta ta’ prodotti proposti fi ħdan il-klassifika ta’ Gissler. Din l-offerta sejra tkun limitata, skont is-segmenti tal-klijenti fil-mira, għall-prodotti li ġejjin:
|
— |
prodotti tal-kategorija 1 A; |
|
— |
prodotti indiċjati inflazzjoni Franċiża u ktejjeb A tal-kategorija 2 A; u |
|
— |
xiri ta’ swaption tal-kategorija 1C. |
Għall-informazzjoni, il-Kunsill tal-istandards tal-Kontijiet Pubbliċi, fl-opinjoni tiegħu mogħtija fit-3 ta’ Lulju 2012 dwar il-provvista ta’ prodotti strutturati, talab lill-awtoritajiet lokali li jagħmlu distinzjoni ċara fil-kontijiet tagħhom bejn il-prodotti sempliċi u l-prodotti kumplessi. Is-self jew l-iswaps kategorizzati aktar minn 3 jew C fil-Karta ta’ Gissler huma kkunsidrati kumplessi. L-IK għaldaqstant hija aktar restrittiva billi teskludi wkoll il-prodotti 1B, il-bejgħ ta’ swaption (1C), il-prodotti ta’ kategorija 2 (minbarra l-prodotti indiċjati inflazzjoni Franċiża jew Ktejjeb A) u 3.
Dwar l-indiċi ta’ referenza:
|
|
L-IK tixtieq tillimita l-offerta tagħha għall-klassijiet 1 u 2 tal-Karta ta’ Gissler, jiġifieri l-indiċijiet taż-żona Euro u l-Inflazzjoni Franċiża. Dawn huma prodotti normalment ammessi u kkontrollati mill-partijiet interessati.
|
|
|
Dawn l-indiċijiet huma għodod ta’ sempliċità u ta’ diversifikazzjoni tar-riskji utli għal ġestjoni kkontrollata tar-riskji. Huwa eskluż li fil-kategorija 2 jintużaw id-differenzi bejn l-indiċijiet tal-inflazzjoni taż-żona tal-Euro, jew l-indiċijiet tal-inflazzjoni ta’ pajjiżi oħrajn taż-żona tal-Euro |
Dwar l-istruttura:
|
|
L-IK tixtieq tillimita l-offerta tagħha għall-kategoriji A u Ċ li jirrappreżentaw riskji limitati, mingħajr effett ta’ multiplikatur.
|
|
|
Bil-limitazzjoni tal-prodotti proposti għall-kategoriji msemmija hawn fuq, l-IK għandha l-għan li tillimita l-ispettru ta’ prodotti mqiegħda fis-suq, billi toffri protezzjoni, sempliċità u trasparenza lill-awtoritajiet lokali li jisselfu. |
Barra minn hekk, dawn il-prodotti mhumiex aċċessibbli għall-klijenti kollha. Jiddependu mid-daqs tal-awtoritajiet skont il-matriċi li ġejja:
|
Segmentazzjoni tal-klijenti |
Numru |
Prodott |
|
Awtoritajiet lokali < 5 000 abitant Sptarijiet pubbliċi |
47 614 |
1 A |
|
Awtoritajiet lokali > 5 000 u < 20 000 abitant |
2 612 |
1 A, + indiċi inflazzjoni u Ktejjeb A |
|
Awtoritajiet lokali > 20 000 abitant |
1 244 |
1 A, 1C (minbarra bejgħ ta’ opzjoni) + indiċi inflazzjoni u Ktejjeb A |
2. Tul taż-żmien tas-self mogħti mill-IK
Barra minn hekk, it-tul ta’ żmien tas-self propost mhuwiex ser jaqbeż il-15-il sena, ħlief b’fakultà ta’ appoġġ minn riżorsa ta’ rifinanzjament itwal, b’mod partikolari permezz tal-ħruġ ta’ bonds ipotekarji b’maturità korrispondenti.
Fi kwalunkwe każ, it-tul taż-żmien tas-self lill-klijenti huwa soġġett għall-kapaċità ta’ DMA li tiffinanzja lilha nfisha mill-ġdid għal żmien analogu.
ANNESS IV C
ELIMINAZZJONI TAR-RABTIET RESIDWI BEJN DEXIA U L-IKĠ (MINBARRA L-ĠENERAZZJONI TAL-INFORMATIKA)
Din in-nota hija maħsuba sabiex tiċċara l-arranġamenti prattiċi għall-implimentazzjoni tal-qtugħ tar-rabtiet operattivi bejn Dexia u l-grupp il-ġdid IKĠ/DMA. Din tinkludi r-rabtiet residwi kollha previsti inizjalment u tiddeskrivi fil-qosor il-kundizzjonijiet għat-tneħħija tagħhom.
Perjodu li jista’ jdum sa sitt xhur mid-data tal-closing tal-operazzjoni ta’ ċessjoni ta’ DMA huwa importanti sabiex jitwettaq dan il-qtugħ mingħajr riskju operattiv kbir, meta wieħed iqis il-proġetti kollha li jkunu għaddejjin minħabba r-riżoluzzjoni ordnata tal-grupp Dexia, u minħabba l-implimentazzjoni ta’ dawn il-mezzi jkun jeħtieġ perjodu ta’ reklutaġġ u taħriġ ta’ persunal ġdid, kemm għal Dexia kif ukoll għall-IKĠ. Dan il-proċess ta’ reklutaġġ ser ikun partikolarment problematiku u ser jitlob perjodi ta’ implimentazzjoni minħabba l-ispeċifiċità tal-profili delikati tas-sitwazzjoni ta’ Dexia.
1. Is-servizzi ta’ Dexia lill-IKĠ
Huwa propost li jieqfu s-servizzi kollha ta’ Dexia għall-grupp il-ġdid IKĠ/DMA. Dawn jirrigwardaw l-oqsma tal-portafoll tal-bonds, il-monitoraġġ kummerċjali tas-self mhux Franċiż, tar-riskji u tal-verifika:
|
— |
Portafoll tal-bonds – is-servizz tal-pariri lil DMA mit-timijiet tas-suq ta’ Dexia fuq il-portafoll tal-bonds ta’ DMA għandu jieqaf. L-IKĠ għandha tiżgura direttament dan il-monitoraġġ, jekk ikun meħtieġ billi tibbaża fuq attur ieħor tas-suq sabiex tiżgura s-sorveljanza tal-portafoll ta’ bonds u tagħti pariri lil DMA dwar l-operazzjonijiet li għandhom isiru. – Din is-separazzjoni għandha tkun implimentata fi żmien 6 xhur. Din il-kompetenza fil-preżent ma teżistix fi ħdan it-timijiet li jixtiequ jitpoġġew fl-IKĠ. Għaldaqstant wieħed irid jipprovdi ż-żmien għar-reklutaġġ (riċerka + avviżi) u ta’ taħriġ. |
|
— |
Monitoraġġ kummerċjali tas-self mhux Franċiż – il-proġett ta’ ġestjoni mhux proattiva minn Dexia tas-self mhux Franċiż ta’ DMA għandu jieqaf. L-IKĠ għandha tiżgura direttament il-ġestjoni estintiva ta’ dawn l-assi. – Din is-separazzjoni għandha tkun implimentata fi żmien 3 xhur. |
|
— |
Analiżi tar-riskju tal-kreditu – l-użu mill-grupp il-ġdid IKĠ/DMA tas-servizzi ta’ Dexia għall-analiżi tar-riskju tal-kreditu għall-ammonti pendenti tagħha mhux Franċiżi għandu jieqaf. It-timijiet tar-riskju tal-kreditu tal-IKĠ għandhom jissaħħu sabiex jinkludu dawn il-kompetenzi. Id-disinerġija netta hija żero fuq it-tim tar-Riskju tal-Kreditu tal-IKĠ (il-ħolqien ta’ 2 FTE biex jimmonitorjaw l-assi barranin ikkumpensat mit-tnaqqis ta’ 2 FTE mis-sorveljanza fuq l-assi Franċiżi) – Din is-separazzjoni għandha tkun implimentata fi żmien 6 xhur. |
|
— |
Sistemi ta’ klassifikazzjoni interna – il-ftit kontropartijiet corporate, proġetti, Amerikani li jinsabu f’DMA, li kellhom ikunu kklassifikati mis-Sistemi ta’ Klassifikazzjoni Interna ta’ Dexia sejrin ikunu kklassifikati mill-ġdid b’metodu standard u mmonitorjati direttament mill-analisti tal-kreditu tal-IKĠ. Il-maġġoranza tal-assi barranin ta’ DMA tikkonsisti f’assi tas-settur pubbliku Taljan. Ikun meħtieġ 1 FTE addizzjonali fit-tim Model Management tal-IKĠ sabiex jissorvelja l-funzjoni tal-punteġġ fuq l-Italja. – Din is-separazzjoni għandha tkun implimentata fi żmien 6 xhur. |
|
— |
Valutazzjoni tat-titoli – il-grupp il-ġdid IKĠ/DMA mhuwiex ser jibbaża ruħu fuq it-timijiet ta’ Dexia sabiex jivvaluta t-titoli fuq il-karta tal-bilanċ tiegħu iżda fuq il-kompetenzi proprji li għandhom ikunu implimentati. – Din is-separazzjoni għandha tkun implimentata fi żmien 6 xhur. |
|
— |
Verifika – il-qsim ta’ riżorsi fuq għodda ta’ sorveljanza tar-rakkomandazzjonijiet dwar il-verifika għandu jieqaf. Kull struttura ser ikollha l-mezzi proprji. – Din is-separazzjoni għandha tkun implimentata fi żmien 3 xhur. |
2. Is-servizzi tal-IKĠ lil Dexia
Bl-istess mod, huwa propost li jieqfu s-servizzi tal-IKĠ lil Dexia (minbarra l-ġenerazzjoni tal-informatika). Ir-rabtiet previsti inizjalment u li finalment sejrin jieqfu huma l-analiżi tar-riskju tal-kreditu u s-sistema ta’ klassifikazzjoni interna għall-awtoritajiet lokali Franċiżi. Għal dawn is-suġġetti, Dexia sejra tuża mezzi awtonomi, billi ssaħħaħ it-timijiet u l-organizzazzjoni tagħha.
|
— |
Analiżi tar-riskju tal-kreditu – l-użu minn Dexia tat-timijiet ta’ analisti tar-riskju tal-kreditu tal-IKĠ għall-awtoritajiet likali Franċiżi għandu jieqaf. Sejrin jiġu ffurmati żewġ timijiet separati bil-konsegwenza li jkun hemm disinerġija sħiħa ta’ 9 pożizzjonijiet (ara d-dettall fl-Anness 1). |
|
— |
Sistema ta’ klassifikazzjoni interna – is-sistema ta’ klassifikazzjoni interna tal-awtoritajiet lokali Franċiżi mhijiex sejra tkun maqsuma, kif kien maħsub fil-bidu, iżda dduplikata. Dexia u l-IKĠ għaldaqstant ser ikollhom SKI separati u awtonomi. Din is-soluzzjoni tgħin sabiex ikun evitat li d-degradazzjoni mistennija mill-kalibrazzjoni tas-SKI ta’ Dexia taffettwa l-produzzjoni tal-grupp il-ġdid IKĠ/DMA u ssolvi d-diffikultajiet operattivi u regolatorji marbuta mal-forniment u l-aġġornament ta’ sistema waħda minn żewġ banek non-affiljati. Hija ppjanata disinerġija ta’ 13 FTE (11 FTE għal Dexia u 2 FTE għall-IKĠ – ara d-dettall fl-Anness 1) Is-separazzjoni ta’ dawn is-servizzi għandha tkun implimentata fi żmien sitt xhur. |
ANNESS 1
IS-SISTEMI TA’ KLASSIFIKAZZJONI INTERNA
— Il-prinċipji tal-organizzazzjoni proposta
Minħabba d-Deċiżjonijiet reċenti u l-linji gwida dwar l-ippożizzjonar u d-desensitizzazzjoni, il-ġestjoni tar-riskji kollha fuq dan il-portafoll minn Dexia u n-nuqqas ta’ rabta kapitalista bejn Dexia u l-IKĠ, qed jiġi propost li s-sistemi ta’ klassifikazzjoni interna (SKI) tas-settur pubbliku lokali ma jibqgħux maqsumin bejn il-grupp il-ġdid IKĠ/DMA u Dexia u għalhekk li s-servizzi mqassma bejn Dexia u l-IKĠ madwar dan il-proċess jitwaqqfu.
Dexia u l-IKĠ għaldaqstant sejrin ikunu kull waħda mgħammra b’timijiet ta’ analisti tal-kreditu, ta’ model management, ta’ modelling u ta’ valutazzjoni kompletament awtonomi u li jkopru l-attivitajiet kollha speċifiċi għal kull entità.
Din il-proposta ta’ organizzazzjoni tibbaża fuq l-osservazzjonijiet li ġejjin:
|
— |
Riskju ta’ degradazzjoni tal-kalibrazzjoni tas-SKI minħabba ż-żieda fin-nuqqasijiet f’Dexia, li jaffettwa wkoll il-produzzjoni l-ġdida ta’ DMA; madankollu, ma jidhirx li huwa loġiku li DMA għandha ġġorr il-konsegwenza tad-degradazzjoni tal-portafoll ta’ Dexia. |
|
— |
Diffikultà operattiva biex jinżammu SKI komuni minħabba n-nuqqas ta’ rabta kapitalista:
|
|
— |
Il-ħtieġa li Dexia jkollu tim ta’ analisti għalih biss, biex b’hekk Dexia jġorr ir-riskju kollu tal-kreditu fuq il-portafoll sensittiv u l-impossibbiltà li jinżamm tim komuni għaż-żewġ entitajiet Dexia u IKĠ bl-użu ta’ żewġ tipi differenti ta’ SKI fuq l-istess kontropartijiet |
— Il-konsegwenzi ewlenin għal Dexia u għall-IKĠ
— Impatt fuq ir-Riżorsi Umani
Sejrin jinħolqu żewġ timijiet ta’ analisti tal-kreditu fuq is-settur pubbliku Franċiż, wieħed għall-IKĠ, u l-ieħor għal Dexia. Dan jista’ jnaqqas b’mod sinifikanti l-ambitu ta’ intervent tat-tim ta’ analisti preżenti: fil-fatt, it-tim tal-IKĠ ser jiffoka fuq l-awtoritajiet lokali Franċiżi (u ser jamministra sa ċertu punt inqas ċerti awtoritajiet lokali internazzjonali) iżda ser jittratta inqas atturi ta’ “swieq speċjalizzati”, li jirrappreżentaw l-akbar fajls ta’ interess mill-aspett ta’ analiżi. F’dawn il-kundizzjonijiet, mhuwiex eskluż li jkun hemm xi riżenji.
Barra minn hekk, ser ikun impossibbli li jiżdied b’mod sinifikanti l-għadd ta’ analisti biex jimtlew it-timijiet tal-IKĠ u ta’ Dexia mal-kompetenzi interni li diġà hemm. Madankollu, dawn il-kompetenzi huma wkoll diffiċli biex jinstabu fis-suq.
— Disinerġija tar-Riskji
Dawn huma fuq tliet livelli
|
— |
In-nuqqas tal-qsim bejn Dexia u l-IKĠ tas-SKI u allura tat-timijiet li jużawhom (l-analisti) iwassal sabiex kull entità tkun teħtieġ timijiet inkarigati mill-iżvilupp u l-manutenzjoni tal-mudelli (model management, modelling u t-taqsima tal-ħsarat), mill-vaidazzjoni tagħhom (validazzjoni tal-metodoloġija u wkoll il-validazzjoni operattiva u l-kontroll tal-kwalità), u mill-użu tagħhom (l-analisti tal-kreditu). It-tim tal-Model Management ta’ Dexia għandu għalhekk jiġi msaħħaħ b’6 FTE, it-tim tal-Validazzjoni u l-Kontroll tal-Kwalità jeħtieġ 2 FTE, it-tim tal-Modeling jeħtieġ 1 FTE u t-tim tal-ħsarat jeħtieġ 2 FTE jiġifieri 11-il FTE addizzjonali għal Dexia. Fil-każ tal-IKĠ, għandu jiġi pprovdut 1 FTE ieħor għall-Model Management kif ukoll 1 FTE ieħor addizzjonali għall-Validazzjoni u l-Kontroll tal-Kwalità, jiġifieri 2 FTE addizzjonali |
|
— |
It-tneħħija tas-servizzi maqsuma f’dak li jirrigwarda l-analiżi tar-riskji tal-kreditu bejn Dexia u l-IKĠ (analiżi tar-riskju tal-kreditu settur pubbliku Franċiż tal-IKĠ għal Dexia u l-analiżi tar-riskju tal-kreditu tal-kontropartijiet internazzjonali ta’ Dexia għall-IKĠ) twassal sabiex il-ħaddiema jiżdiedu b’9 FTE għal Dexia (l-ebda żieda ta’ persunal għall-IKĠ) |
|
— |
Fl-aħħar nett, it-tneħħija tas-servizz tal-valutazzjoni tal-bonds minn Dexia jitlob li jiżdied 1 FTE fl-IKĠ |
ANNESS IV D
IT-TAĦLIL TAS-SISTEMI TA’ INFORMAZZJONI TA’ DEXIA U L-IKĠ
Din in-nota tipprovdi l-informazzjoni mitluba biex tiġġustifika d-dewmien ta’ 24 sa 30 xahar meqjus meħtieġ sabiex tiġi separata kompletament is-sistema ta’ informazzjoni tal-IKĠ minn dik ta’ Dexia. Ta’ min ifakkar, wara x-xogħol deskritt, is-sistema ta’ applikazzjoni tal-IKĠ sejra tkun kompletament indipendenti minn dik ta’ Dexia. L-istess japplika għall-użu tal-applikazzjoni u l-infrastruttura teknika.
L-erba’ fażijiet ewlenin meħtieġa għat-taħlil tas-sistemi ta’ informazzjoni ta’ Dexia u tal-IKĠ ġew deskritti fin-nota tas-26 ta’ Settembru b’dan il-mod:
Planning
1
Fażi ta’ tħejjija (3 xhur)
2
Dupplikazzjoni tas-sistema ta’ applikazzjoni (15-il xahar)
3
Esternalizzazzjoni tal-produzzjoni (6 xhur)
4
Skeda potenzjali ta’ ppjanar (6 xhur)
M0
M3
M18
M24
M30
Description
Kwalifika globali tal-proġetti u tisħiħ tal-infrastruttura teknika
Implimentazzjoni tas-separazzjoni tas-sistemi kollha ta’ applikazzjoni komuni għall-IKĠ u għal Dexia
Migrazzjoni tas-sistemi ta’ applikazzjoni għand ospitant ġdid u trasferiment tal-operazzjonijiet
Il-kumplessità tal-proġett u d-dipendenza vis-à-vis atturi esterni tista’ twassal għat-telf tal-proġett
1. Fażi ta’ tħejjija
Kif indikat fin-nota tat-23 ta’ Settembru 2012, din il-fażi ser ikollha żewġ għanijiet distinti: l-iżvilupp ta’ pjan strateġiku dettaljat tax-xogħlijiet li għandhom isiru u t-tisħiħ tal-infrastruttura teknika sabiex jintlaqgħu l-applikazzjonijiet iddupplikati.
L-elementi ta’ riflessjoni ppreżentati f’din in-nota huma antiċipazzjoni tal-pjan ta’ taħlil li għandu jiġi żviluppat f’din il-fażi ta’ tħejjija. Madankollu, dawn għadhom iridu jiġu kkonfermati permezz ta’ studju dettaljat.
2. Fażi ta’ dupplikazzjoni tas-sistema ta’ applikazzjoni
L-elementi ppreżentati hawn taħt jiċċaraw il-perjodu minimu ta’ 15-il xahar (eskluż kwalunkwe proġett ieħor) meqjus meħtieġ sabiex jitlesta l-proċess ta’ separazzjoni tas-sistemi ta’ applikazzjoni ta’ Dexia u tal-IKĠ. F’dan l-istadju din hija l-ewwel analiżi li għandha tiġi kkonfermata, ikkompletata u ippreċiżata fil-fażi tal-kwalifika globali tal-proċess ta’ duplikazzjoni prevista fl-ewwel 3 xhur tas-sena 2013.
L-ewwel ċensiment wasal biex jidentifika 169 applikazzjoni affettwati mill-proċess ta’ duplikazzjoni (ara l-Anness 2) mill-248 applikazzjoni li llum jiffurmaw is-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Dexia. Biex wieħed japprezza l-ammont ta’ xogħol meħtieġ, l-applikazzjonijiet li jridu jiġu dduplikati jistgħu jinġabru fi tliet kategoriji skont il-livell ta’ kumplessità funzjonali u teknika tagħhom:
|
i) |
12-il-applikazzjoni ċentrali tas-SI ta’ DEXIA
|
|
ii) |
14-il applikazzjoni ewlenija minħabba r-rikkezza funzjonali tagħhom, il-karattru speċifiku ferm tagħhom u r-rabta tagħhom mal-applikazzjonijiet l-oħrajn
|
|
(iii) |
143 applikazzjoni minuri li l-lista tagħhom hija pprovduta fl-anness. Għal kull waħda mill-169 applikazzjoni, jeħtieġ li l-proċess ta’ duplikazzjoni jitnaqqas bil-fażijiet li ġejjin:
|
Ix-xogħol meħtieġ sabiex jitlesta dan il-proċess unitarju jista’ jiġi evalwat billi tiġi applikata rata medja, skont il-kumplessità magħżula. Minħabba l-esperjenza miksuba fil-programm ta’ separazzjoni bejn Dexia u Belfius, jidher li jkun realistiku li wieħed jipproponi rata ta’ 750 jh għall-applikazzjonijiet ċentrali tas-SI, 250 jh għall-applikazzjonijiet ewlenin u rata ta’ 30 jh għall-applikazzjonijiet minuri. B’hekk, il-piż globali ta’ duplikazzjoni jista’ jiġi vvalutat għal 16 790 jh. Minbarra dan ix-xogħol unitarju u f’approċċ ta’ kunsinna f’partijiet, huwa essenzjali li wieħed jipprevedi għal kull wieħed mill-erba’ lottijiet ikkunsidrati:
|
a) |
L-iżvilupp tal-interfaċċi temporanji li għandhom jippermettu l-koeżistenza fi ħdan kull wieħed mis-SI taħt kostruzzjoni: applikazzjonijiet separati u applikazzjonijiet li jkunu għadhom kondiviżi, |
|
b) |
It-tlestija ta’ fażi ta’ teħid globali ta’ integrazzjoni sabiex ikun evalwat jekk kollox jaħdimx kif xieraq u l-istabilità ta’ kull SI f’din il-fażi intermedja, |
L-ammont ta’ dan ix-xogħol huwa stmat għal kull parti għal 500jh għall-ħolqien tal-interfaċċi u 500 jh għar-riċevuta globali, jiġifieri total ta’ 4 000 jh għall-partijiet kollha.
Għalhekk, fid-dawl tal-isforz globali li għandu jkun prodott, li f’dan l-istadju nistmaw li huwa ta’ madwar 20 800 jh, u tal-kapaċità tal-IT li tista’ tintuża sabiex titlesta din il-fażi ta’ duplikazzjoni applikattiva, perjodu ta’ 15-il xahar jidher li huwa l-inqas minimu jekk il-kapaċità totali tad-dipartiment tas-sistemi tal-informazzjoni tkun iddedikata għal dan il-programm.
Ta’ min ifakkar li l-kapaċità totali tat-timijiet tal-IT għat-twettiq tal-proġetti hija ta’ madwar 18 000 jh/sena u parti sinfikanti minnha qiegħda diġà tintuża fuq il-proġetti ta’ separazzjoni minn ma’ Belfius (għad fadal 7 000 j/h xi jsiru minn issa sa Ġunju 2013) u ta’ servicing għal LBP (mill-inqas 2 000 j/h xi jsiru f’dan il-perjodu). B’hekk, jidher li huwa diffiċli li d-duplikazzjoni totali tas-sistema tal-informazzjoni ssir f’inqas minn 20 sa 21 xahar.
3. Il-fażi ta’ migrazzjoni tal-produzzjoni
L-iskadenza għat-tlestija ta’ din il-fażi ta’ migrazzjoni tal-produzzjoni ta’ Dexia lejn sieħeb estern hija korrelatata ħafna mal-mezzi li sejrin jintużaw minn dan is-sieħeb u mal-proċeduri li sejrin jintużaw biex titlesta (akkomodazzjoni, ċaqliq tal-infrastrutturi, taħriġ tal-operaturi, il-possibbiltà ta’ pooling, …).
Madankollu jeħtieġ li wieħed iżomm f’moħħu li l-ġid tas-SI ta’Dexia minn naħa (ara l-għadd ta’ applikazzjonijiet imsemmija hawn fuq) u d-diversi partijiet interessati (Thalès, DTS u IT Production DCL) li jrid jiġi kkoordinat min-naħa l-oħra sejrin ‘jagħmlu din l-operazzjoni partikolarment ikkumplikata. Il-perjodu magħżul ta’ sitt xhur min-naħa l-oħra sejrin jagħlmu din l-operazzjoni partikolarment ikkumplikata. L-iskadenza ta’ sitt xhur magħżula f’dan il-kuntest tidher għalhekk ambizzjuża ħafna.
Bħala konklużjoni, l-elementi ppreżentati f’din in-nota jwassluna sabiex nistmaw li, b’kollox, jeħtieġ perjodu ta’ 30 xahar sabiex is-sistemi tal-informazzjoni ta’ Dexia u tal-IKĠ isiru għal kollow indipendenti minn xulxin.