|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 105 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 57 |
|
|
|
Rettifika |
|
|
|
* |
|
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
8.4.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 105/1 |
REGOLAMENT (UE) Nru 258/2014 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-3 ta’ April 2014
dwar l-istabbiliment ta’ programm tal-Unjoni għas-sostenn ta’ attivitajiet speċifiċi fil-qasam tar-rappurtar finanzjarju u l-awditjar għall-perjodu 2014-2020 u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) stabbilixxiet programm Komunitarju għall-appoġġ ta’ attivitajiet speċifiċi fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, tar-rappurtar finanzjarju u l-verifika. Abbażi ta’ dik id-Deċiżjoni, il-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtar Finanzjarju (EFRAG), il-Fondazzjoni tal-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (il-Fondazzjoni tal-IFRS), li hi s-suċċessur ġuridiku tal-Fondazzjoni tal-Kumitat tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IASCF) u l-Bord tas-Sorveljanza tal-Interess Pubbliku (PIOB) ibbenefikaw minn kofinanzjament min-naħa tal-Unjoni fil-forma ta’ għotjiet operattivi sal-31 ta’ Diċembru 2013. |
|
(2) |
Il-kriżi fis-swieq finanzjarji li żviluppat sa mill-2008 ressqet il-kwistjoni tar-rappurtar finanzjarju u l-awditjar fil-qalba tal-aġenda politika tal-Unjoni. Qafas ta’ rappurtar finanzjarju komuni li jaħdem sew huwa essenzjali għas-suq intern, għall-funzjonament effikaċi tas-swieq tal-kapital u għall-ħolqien ta’ suq integrat għas-servizzi finanzjarji fl-Unjoni. |
|
(3) |
Minbarra li għandhom rwol ċentrali biex jiżguraw li l-investituri jkollhom informazzjoni importanti dwar il-karta tal-bilanċ, id-dikjarazzjoni tal-profitt u t-telf u l-fluss tal-flus, ir-rendikonti finanzjarji jappoġġaw governanza korporattiva effikaċi. |
|
(4) |
Minbarra li għandhom rwol fundamentali biex jipproteġu l-interessi tal-azzjonisti u tal-kredituri, ir-rendikonti finanzjarji jiffurmaw il-pedament tar-regolamentazzjoni prudenzjali fis-sens li l-istrumenti leġislattivi ewlenin dwar is-servizzi finanzjarji jiddependu fuq ir-rendikonti finanzjarji tal-kumpaniji, inklużi r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). Ir-regolaturi jiddependu mit-terminoloġija tal-kontabbiltà sabiex jifhmu x’riskji tkun qiegħda tieħu kumpanija u għalhekk x’ikun mitlub minn dik il-kumpanija. |
|
(5) |
F’ekonomija globali, hemm il-ħtieġa ta’ lingwa globali tal-kontabbiltà, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-ħafna tradizzjonijiet u lingwi tal-kontabbiltà diġà użati. Il-G20 ripetutament talab standards ta’ kontabbiltà globali u l-konverġenza tal-istandards ta’ kontabbiltà eżistenti u futuri. L-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) żviluppati mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IASB) huma adottati u użati f’bosta ġurisdizzjonijiet madwar id-dinja, iżda dan mhuwiex il-każ f’uħud mill-ġurisdizzjonijiet ewlenin. Tali standards internazzjonali tal-kontabbiltà jridu jiġu żviluppati fi proċess trasparenti u demokratikament responsabbli. Sabiex jiġi żgurat li l-interessi tal-Unjoni jiġu rispettati u li l-istandards globali jkunu ta’ kwalità għolja u kompatibbli mal-liġi tal-Unjoni, huwa essenzjali li l-interessi tal-Unjoni jitqiesu b’mod adegwat f’dak il-proċess ta’ ffissar ta’ standards internazzjonali. Dawk l-interessi jinkludu ż-żamma tal-prinċipju li r-rendikonti finanzjarji għandhom jagħtu “stampa vera u ġusta”, u għandhom ikunu affidabbli, intelliġibbli, komparabbli u rilevanti. |
|
(6) |
F’ konformita’ mar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), l-IFRS għandhom jiġu inkorporati fil-liġi tal-Unjoni sabiex jiġu applikati mill-kumpaniji b’titoli elenkati f’suq regolat fl-Unjoni, biss jekk l-IFRS jissodisfaw il-kriterji stabbiliti f’dak ir-Regolament, inkluż ir-rekwiżit li l-kontijiet jagħtu “stampa vera u ġusta” kif stabbilit fl-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). L-IFRS, għalhekk, għandhom rwol ewlieni fil-funzjonament tas-suq intern u għaldaqstant l-Unjoni għandha interess dirett li tiżgura li l-proċess li permezz tiegħu l-IFRS jiġu żviluppati u approvati jirriżulta fi standards li jkunu konsistenti mar-rekwiżiti tal-qafas ġuridiku tas-suq intern. |
|
(7) |
L-IFRS jinħarġu mill-IASB u l-interpretazzjonijiet relatati jinħarġu mill-Kumitat tal-Interpretazzjonijiet tal-IFRS, żewġ korpi fil-Fondazzjoni tal-IFRS. Għalhekk huwa importanti li jiġu stabbiliti arranġamenti ta’ finanzjament xierqa għall-Fondazzjoni tal-IFRS. |
|
(8) |
L-EFRAG twaqqaf fl-2001 minn organizzazzjonijiet Ewropej li jirrappreżentaw lill-emittenti u l-professjoni tal-kontabbiltà involuti fil-proċess ta’ rappurtar finanzjarju. Skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002, l-EFRAG jagħti lill-Kummissjoni opinjonijiet dwar jekk standard tal-kontabbiltà maħruġ mill-IASB jew interpretazzjoni maħruġa mill-Kumitat tal-Interpretazzjonijiet tal-IFRS, li għandhom jiġu approvati, jikkonformawx mal-kriterji tal-approvazzjoni stabbiliti f’dak ir-Regolament. |
|
(9) |
L-EFRAG qiegħed jieħu r-rwol tal-‘vuċi unika tal-Ewropa dwar il-kontabbiltà’ fl-arena globali. F’dik il-kapaċità, l-EFRAG jagħti input għall-proċess ta’ ffissar ta’ standards tal-IASB. Sabiex l-EFRAG iwettaq dan ir-rwol, huwa għandu jiġi espost għall-opinjonijiet kollha possibbli fl-Unjoni matul il-proċess dovut, fejn dawk li jiffissaw l-istandards, il-gvernijiet u r-regolaturi nazzjonali, kif ukoll partijiet interessati oħra, għandhom rwol essenzjali minħabba d-differenzi sinifikanti ta’ opinjoni li diġà jeżistu bejn l-Istati Membri u d-diversi partijiet interessati. L-interazzjonijiet kollha tal-EFRAG mal-IASB għandhom ikunu trasparenti bis-sħiħ u kull deċiżjoni tal-EFRAG għandha tittieħed wara konsultazzjoni sħiħa ma’ dawk li jiffissaw l-istandards nazzjonali. |
|
(10) |
B’ kont meħud tar-rwol tal-EFRAG li jivvaluta jekk l-IFRS jikkonformawx mar-rekwiżit tal-liġi u l-politika tal-Unjoni dwar il-kumpaniji, kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1606/2002, jinħtieġ li l-Unjoni tiżgura finanzjament stabbli għall-EFRAG u għalhekk tikkontribwixxi għall-finanzjament tiegħu. |
|
(11) |
Fit-12 ta’ Novembru 2013, il-Kummissjoni ppubblikat rapport ta’ Philippe Maystadt, konsulent speċjali għall-Kummissarju inkarigat mis-suq intern u s-servizzi (ir-“rapport tal-konsulent speċjali”), fejn ġew deskritti riformi potenzjali għall-governanza tal-EFRAG li għandhom l-għan li jsaħħu l-kontribut tal-Unjoni għall-iżvilupp ta’ standards internazzjonali tal-kontabbiltà. Sabiex jinkisbu l-objettivi mistennijin tal-programm ta’ kofinanzjament stabbilit minn dan ir-Regolament (il-“Programm”), jinħtieġ li l-arranġamenti għall-governanza jiġu riveduti f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet stipulati fir-rapport tal-konsulent speċjali u li dawn ir-riformi jiġu implimentati mingħajr dewmien. Il-Kummissjoni għandha twettaq monitoraġġ tar-riforma tal-governanza fl-EFRAG u għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress miksub fl-implimentazzjoni tagħha. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tar-riforma tal-governanza sal-31 ta’ Marzu 2014. |
|
(12) |
Ix-xogħol tekniku tal-EFRAG għandu jkun iffukat fuq l-għoti ta’ pariri tekniċi lill-Kummissjoni dwar l-approvazzjoni tal-IFRS, kif ukoll dwar il-parteċipazzjoni xierqa fil-proċess ta’ żvilupp ta’ tali IFRS, u għandu jiżgura li l-interessi tal-Unjoni jitqiesu b’mod adegwat fil-proċess ta’ ffissar ta’ standards internazzjonali. Dawk l-interessi għandhom jinkludu l-kunċett ta’ “prudenza” u ż-żamma tar-rekwiżit dwar “stampa vera u ġusta” kif stabbiliti fid-Direttiva 2013/34/UE u għandhom iqisu l-impatt tal-istandards fuq l-istabbiltà finanzjarja u l-ekonomija. Il-Kummissjoni għandha tevalwa x-xogħol tekniku tal-EFRAG f’rapporti mħejjija skont il-kriterji stabbiliti f’dan ir-Regolament. |
|
(13) |
Fil-qasam tal-awditjar statutorju, il-PIOB inħoloq fl-2005 mill-Grupp ta’ Monitoraġġ, organizzazzjoni internazzjonali responsabbli mill-monitoraġġ tar-riforma tal-governanza tal-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti (IFAC). Ir-rwol tal-PIOB huwa li jissorvelja l-proċess li jwassal għall-adozzjoni tal-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar (International Standards on Auditing - ISAs) u attivitajiet oħra ta’ interess pubbliku tal-IFAC. Huwa possibbli li ISAs jiġu adottati għall-applikazzjoni tagħhom fl-Unjoni dment li, b’mod partikulari, ikunu ġew żviluppati bi proċess, sorveljanza pubblika u trasparenza dovuti, kif meħtieġ mill-Artikolu 26 tad-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8). Il-proposti tal-awditjar tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Novembru 2011 jipprevedu wkoll l-introduzzjoni tal-ISAs fl-Unjoni. |
|
(14) |
L-introduzzjoni tal-ISAs fl-Unjoni u r-rwol ewlieni tal-PIOB biex jiġi żgurat li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 2006/43/KE jfissru li l-Unjoni għandha interess dirett biex tiżgura li l-proċess li bih dawn l-istandards jiġu żviluppati u approvati jirriżulta fi standards li jkunu konsistenti mal-qafas ġuridiku tas-suq intern. Il-proposta tal-Kummissjoni għall-emendament ta-Direttiva 2006/43/KE -tirrikonoxxi wkoll b’mod espliċitu r-rwol tal-PIOB. Għalhekk huwa importanti li jiġu żgurati arranġamenti ta’ finanzjament xierqa għall-PIOB. |
|
(15) |
Il-korpi li jaħdmu fil-qasam tal-kontabbiltà u tal-awtidjar jiddependu ħafna mill-finanzjament u għandhom rwoli importanti fl-Unjoni, rwoli li huma deċiżivi għall-funzjonament tas-suq intern. Il-benefiċjarji proposti tal-Programm stabbilit mid-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE kienu ġew kofinanzjati b’għotjiet operattivi mill-baġit tal-Unjoni, fattur li ppermettielhom iżidu l-indipendenza finanzjarja tagħhom mis-settur privat u minn sorsi ad hoc, u b’hekk iżidu l-kapaċità u l-kredibbiltà tagħhom. Madankollu, il-finanzjament pubbliku fih innifsu m’għandux jitqies bħala konferma ta’ din l-indipendenza mis-settur privat. B’mod partikolari, għandha tkun meħtieġa trasparenza akbar fir-rigward tas-sħubija tal-bordijiet ta’, fost l-oħrajn, l-IASB u l-EFRAG sabiex jiġi żgurat li l-partijiet interessati kollha jkunu rrappreżentati fil-proċess ta’ ffissar ta’ standards u ta’ approvazzjoni. L-EFRAG u l-IASB għandhom jieħdu l-passi kollha xierqa sabiex jiġu evitati l-kunflitti ta’ interess, inklużi rekwiżiti ta’ żvelar adattati għall-funzjoni u r-responsabbiltajiet ta’ kategoriji differenti ta’ ħaddiema impjegati minn dawk l-organizzazzjonijiet. |
|
(16) |
L-esperjenza wriet li l-kofinanzjament tal-Unjoni jiżgura li dawn il-benefiċjari jibbenefikaw minn finanzjament ċar, stabbli, diversifikat, sod u adegwat u jikkontribwixxi biex il-benefiċjarji jkunu jistgħu jwettqu l-missjoni tagħhom ta’ interess pubbliku b’mod indipendenti u effiċjenti. Għalhekk, għandu jkompli jingħata finanzjament suffiċjenti permezz ta’ kontribuzzjoni tal-Unjoni lejn il-funzjonament tal-iffissar ta’ standards internazzjonali tal-kontabbiltà u l-awditjar, u b’mod partikolari lill-Fondazzjoni tal-IFRS, lill-EFRAG u lill-PIOB. |
|
(17) |
Barra mit-tibdil tax-xejriet tal-finanzjament tagħhom, il-Fondazzjoni tal-IFRS u l-EFRAG għaddew minn riformi ta’ governanza biex jiġi żgurat li bl-istrutturi u l-proċessi tagħhom jaqdu l-missjoni tagħhom ta’ interess pubbliku b’mod indipendenti, effiċjenti, trasparenti u demokratikament responsabbli. Fir-rigward tal-Fondazzjoni tal-IFRS, il-Bord tal-Monitoraġġ inħoloq fl-2009 biex jiżgura r-responsabbiltà u s-sorveljanza pubblika, ġiet imsaħħa l-effikaċja tal-Kunsill Konsultattiv dwar l-Istandards, ittejbet it-trasparenza u r-rwol tal-valutazzjonijiet tal-impatt ġie fformalizzat bħala parti mill-proċess dovut tal-IASB. L-isforzi biex jittejbu l-mod ta’ kif inhuma rregolati dawk il-korpi se jitkomplew. Fl-2013 il-Kummissjoni bdiet evalwazzjoni tal-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002. L-ambitu tal-evalwazzjoni jkopri b’mod partikolari l-kriterji għall-approvazzjoni tal-IFRS fl-Unjoni kif stabbilit fl-Artikolu 3(2) ta’ dak ir-Regolament u l-arranġamenti ta’ governanza tal-Fondazzjoni tal-IFRS u l-IASB. Sal-31 ta’ Diċembru 2014, il-Kummissjoni beħsiebha tkompli l-evalwazzjoni u tirrapporta dwar ir-riżultati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Fejn xieraq, il-Kummissjoni se tippreżenta proposta leġislattiva biex jittejjeb il-funzjonament ta’ dak ir-Regolament. |
|
(18) |
Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju għat-tul sħiħ tal-Programm, li għandu jikkostitwixxi r-referenza primarja, skont it-tifsira tal-punt 17 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni fil-qasam baġitarju u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (9), għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali. |
|
(19) |
Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) u r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE, Euratom) Nru 1268/2012 (11), li jissalvagwardaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, għandhom jiġu applikati fil-kors tal-implimentazzjoni tal-Programm, b’kont meħud tal-prinċipji tas-sempliċità u l-konsistenza fl-għażla tal-istrumenti tal-baġit, limitazzjoni fuq l-għadd ta’ każijiet fejn il-Kummissjoni żżomm responsabbiltà diretta għall-implimentazzjoni u l-immaniġġjar, u l-proporzjonalità meħtieġa bejn il-livell tar-riżorsi u l-piż amministrattiv marbut mal-użu tagħhom. |
|
(20) |
Biex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni għall-finijiet tal-istabbiliment tal-programmi ta’ ħidma annwali. |
|
(21) |
Il-Programm huwa mistenni jikkontribwixxi għall-għanijiet li jiġu żgurati l-komparabbiltà u t-trasparenza tal-kontijiet tal-kumpaniji madwar l-UE, u li l-bżonnijiet tal-Unjoni jinstemgħu fil-kuntest tal-armonizzazzjoni globali tal-istandards tar-rappurtar finanzjarju. Vuċi unika Ewropea se tgħin tippromwovi l-aċċettazzjoni internazzjonali tal-IFRS, il-konverġenza u standards internazzjonali ta’ kwalità għolja għall-awditjar fl-Istati Membri kollha. Il-Programm jikkontribwixxi wkoll għall-Istrateġija Ewropa 2020 billi jsaħħaħ is-suq uniku tas-servizzi finanzjarji u tal-kapital, u kif ukoll għad-dimensjoni esterna tal-Istrateġija. |
|
(22) |
Dan ir-Regolament għandu jipprovdi għall-possibbiltà ta’ kofinanzjament tal-attivitajiet ta’ ċerti korpi li jsegwu oġġettiv li jifforma parti mill-politika tal-Unjoni, u jsostniha, fil-qasam tal-iżvilupp tal-istandards, l-approvazzjoni ta’ standards jew is-superviżjoni tal-proċessi ta’ ffissar ta’ standards relatati mar-rappurtar finanzjarju u l-awditjar. |
|
(23) |
Il-finanzjament mill-Unjoni qed jiġi propost għal għadd definit sew u limitat tal-aktar korpi importanti fil-qasam tar-rappurtar finanzjarju u tal-awditjar. Fil-qafas istituzzjonali attwali, l-arranġamenti ta’ finanzjament għandhom jiżguraw finanzjament stabbli, diversifikat, sod u adegwat sabiex ikun possibbli li l-korpi rilevanti jwettqu l-missjoni tagħhom b’rabta mal-Unjoni jew fl-interess pubbliku b’mod indipendenti u effiċjenti. Dawk il-korpi għandhom jagħtu rendikont dettaljat tal-finanzjament l-ieħor minn sorsi alternattivi. |
|
(24) |
Il-Kummissjoni, filwaqt li tqis l-iżviluppi wara r-rakkomandazzjonijiet stipulati fir-rapport tal-konsulent speċjali, għandha tippreżenta rapporti f’Marzu 2014 u fuq bażi annwali mill-2015 ‘il quddiem, mhux aktar minn Ġunju, dwar il-progress tal-EFRAG fl-implimentazzjoni tar-riformi ta’ governanza tiegħu. L-IASB beda r-reviżjoni tal-Qafas Kunċettwali. Wara l-ħruġ tal-Qafas Kunċettwali rivedut, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar kwalunwkwe bidla li tkun ġiet introdotta fil-Qafas Kunċettwali u r-raġunijiet li jispjegaw dawn il-bidliet, b’enfasi partikolari fuq il-kunċetti tal-prudenza u l-affidabbiltà, filwaqt li tiżgura li l-istampa ‘vera u ġusta’, kif stabbilita fid-Direttiva 2013/34/UE hija rrispettata. Il-benefiċjarji għandhom jiżguraw l-użu effiċjenti u ekonomiku tal-fondi pubbliċi, inklużi spejjeż għall-ivvjaġġar u spejjeż relatati. |
|
(25) |
Il-Programm għandu jissostitwixxi l-programm preċedenti ta’ kofinanzjament għall-benefiċjarji. Għalhekk, għal raġunijiet ta’ ċertezza ġuridika, id-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE għandha titħassar. |
|
(26) |
Minħabba li l-objettiv ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri l-istabbilment ta’ programm tal-Unjoni għall-perjodu 2014 sal-2020 sabiex isostni l-attivitajiet ta’ korpi li jikkontribwixxu għall-ksib tal-għanijiet tal-politika tal-Unjoni b’rabta mar-rappurtar finanzjarju u l-awditjar, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda pjuttost jista’, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-objettiv. |
|
(27) |
Kwalunkwe finanzjament ta’ benefiċjarji ġodda, anke jekk ikunu suċċessuri diretti ta’ wieħed mill-benefiċjarji elenkati f’dan ir-Regolament, għandu jkun soġġett għall-approvazzjoni mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill skont l-Artikolu 294 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. |
|
(28) |
Huwa meħtieġ li l-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jiġi allinjat ma’ dak tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 (12). Għaldaqstant, dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2020, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Is-suġġett u l-kamp ta’ applikazzjoni
1. B’dan huwa stabbilit programm tal-Unjoni (il-“Programm”) għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2020, sabiex isostni l-attivitajiet ta’ korpi li jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettiva tal-politika tal-Unjoni b’rabta mar-rappurtar finanzjarju u l-awditjar.
2. Il-Programm ikopri l-attivitajiet ta’ żvilupp jew ta’ għoti ta’ input għall-iżvilupp ta’ standards, l-applikazzjoni, il-valutazzjoni jew il-monitoraġġ tal-istandards jew is-sorveljanza tal-iffissar tal-istandards b’sostenn għall-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni fil-qasam tar-rappurtar finanzjarju u l-awditjar li jsiru mill-Fondazzjoni tal-IFRS, mill-EFRAG jew mill-PIOB.
Artikolu 2
Objettivi
L-objettiv tal-Programm huwa li jittejbu l-kundizzjonijiet għall-funzjonament effiċjenti tas-suq intern billi jappoġġa l-iżvilupp trasparenti u indipendenti ta’ standards internazzjonali tar-rappurtar finanzjarju u l-awditjar.
Artikolu 3
Benefiċjarji
1. Il-benefiċjarji taħt il-Programm għandhom ikunu li ġejjin:
|
(a) |
fil-qasam tar-rappurtar finanzjarju:
|
|
(b) |
fil-qasam tal-awditjar: il-PIOB. |
2. Il-korpi li jaħdmu fil-qasam tar-rappurtar finanzjarju u l-awditjar, li jirċievu finanzjament mill-Unjoni permezz tal-Programm, għandu jkollhom id-dmir ta’ kura sabiex jiżguraw l-indipendenza tagħhom stess u l-użu tal-fondi pubbliċi b’mod ekonomiku u effiċjenti, irrispettivament mill-finanzjamenti differenti li jistgħu jibbenefikaw minnhom.
Artikolu 4
Għoti ta’ għotjiet
Il-finanzjament taħt il-Programm għandu jingħata fil-forma ta’ għotjiet operattivi mogħtija fuq bażi annwali.
Artikolu 5
Transparenza
Kull benefiċjarju ta’ finanzjament mogħti taħt il-Programm għandu jindika f’post prominenti, bħal websajt, pubblikazzjoni jew rapport annwali, li jkun irċieva finanzjament mill-baġit tal-Unjoni Ewropea u jagħti rendikont dettaljat ta’ finanzjament ulterjuri minn sorsi alternattivi.
Artikolu 6
Dispożizzjonijiet finanzjarji
1. Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu mill-2014 sal-2020 għandu jkun ta’ EUR 43 176 000 fi prezzijiet attwali.
2. L-approprjazzjonijiet annwali għandhom jiġu awtorizzati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fil-limiti tal-qafas finanzjarju pluriennali.
3. It-tqassim indikattiv tal-pakkett finanzjarju stabbilit fil-paragrafu 1 għat-tliet benefiċjarji għandu jkun kif ġej:
|
(a) |
għall-EFRAG: EUR 9 303 000; |
|
(b) |
għall-Fondazzjoni tal-IFRS: EUR 31 632 000; |
|
(c) |
għall-PIOB: EUR 2 241 000. |
Artikolu 7
Implimentazzjoni tal-Programm
Il-Kummissjoni għandha timplimenta l-Programm billi tistabbilixxi programmi ta’ ħidma annwali f’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012. Kull programm ta’ ħidma annwali għandu jimplimenta l-objettivi tal-Programm, kif stipulat fl-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament, billi jispeċifika dan li ġej:
|
(a) |
ir-riżultati mistennija; |
|
(b) |
rendikont dettaljat tal-baġit għal kull benefiċjarju, f’konformità mal-ammonti indikattivi stabbiliti fl-Artikolu 6(3). |
Sabiex tiġi żgurata t-trasparenza, il-programm ta’ ħidma annwali għandu jsemmi wkoll, permezz ta’ referenza, l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 2, il-metodu ta’ implimentazzjoni determinat fl-Artikolu 4 u r-riżultati tar-rapporti.
Il-Kummissjoni għandha tadotta l-programmi ta’ ħidma annwali permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni.
Artikolu 8
Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni
1. Il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri kollha biex tiżgura li, meta jiġu implimentati attivitajiet iffinanzjati taħt dan ir-Regolament, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jitħarsu permezz tal-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ prevenzjoni kontra l-frodi, il-korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra, permezz ta’ verifiki effikaċi u, jekk jinstabu xi irregolaritajiet, permezz tal-irkupru tal-ammonti mħallsa fejn mhux dovuti u, fejn xieraq, permezz ta’ penali effikaċi, proporzjonati u deterrenti.
2. Il-Kummissjoni jew ir-rappreżentanti tagħha u l-Qorti tal-Awdituri għandu jkollhom is-setgħa ta’ awditjar, abbażi ta’ dokumenti u ta’ verifiki fuq il-post, fir-rigward tal-benefiċjarji ta’ għotjiet, tal-kuntratturi u tas-subkuntratturi kollha li jkunu rċevew fondi tal-Unjoni taħt il-Programm.
L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista’ jagħmel verifiki u ispezzjonijiet fuq il-post fuq operaturi ekonomiċi kkonċernati direttament jew indirettament minn tali finanzjament skont il-proċeduri stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 (13) bil-ħsieb li jkun stabbilit jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività oħra illegali li tolqot l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b’rabta ma’ xi ftehim ta’ għotja jew deċiżjoni ta’ għotja jew kuntratt li jikkonċerna finanzjament mill-Unjoni.
Mingħajr ħsara għall-ewwel u t-tieni subparagrafi, il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, il-ftehimiet ta’ għotja, u d-deċiżjonijiet ta’ għotja u kuntratti li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jagħtu espressament lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-OLAF is-setgħa li jagħmlu tali awditjar, verifiki u ispezzjonijiet fuq il-post.
Artikolu 9
Evalwazzjoni
1. Sal-31 ta’ Marzu 2014, il-Kummissjoni għandha tippreżenta l-ewwel rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-riformi tal-governanza neċessarji fil-qasam tal-informazzjoni ta’ kontabbiltà u finanzjarja fir-rigward tal-EFRAG, b’kont meħud, inter alia, tal-iżviluppi konsegwentement għar-rakkomandazzjonijiet espressi fir-rapport tal-konsulent speċjali, u dwar il-passi li diġà ttieħdu mill-EFRAG biex jiġu implimentati dawk ir-riformi.
2. Sal-31 ta’ Diċembru 2014, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-riżultati tal-evalwazzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 li jkun jinkludi, fejn xieraq, proposti għall-emendar ta’ dak ir-Regolament bil-għan li jittejjeb il-funzjonament tiegħu, kif ukoll dwar arranġamenti ta’ governanza għall-istituzzjonijiet rilevanti kollha.
3. Mill-2015, il-Kummissjoni għandha tħejji rapport annwali dwar l-attività tal-Fondazzjoni tal-IFRS fir-rigward tal-iżvilupp tal-IFRS, tal-PIOB u tal-EFRAG.
4. Fir-rigward tal-Fondazzjoni tal-IRFS, ir-rapport imsemmi fil-paragrafu -1b għandu jkopri l-attività tagħha u b’mod partikolari l-prinċipji ġenerali li abbażi tagħhom ġew żviluppati standards ġodda. Ir-rapport għandu jkopri wkoll il-kwistjoni ta’ jekk l-IFRS jieħdux kont xieraq tal-mudelli differenti ta’ negozju, jekk jirriflettux il-konsegwenzi reali tat-tranżazzjonijiet ekonomiċi, jekk humiex kumplessi żżejjed u jekk jevitawx preġudizzji artifiċjali għal terminu qasir u ta’ volatilità.
Wara l-ħruġ ta’ Qafas Kunċettwali rivedut, ir-rapport għandu jindirizza kwalunkwe bidla li ġiet introdotta fil-Qafas Kunċettwali, b’enfasi partikolari fuq il-kunċetti ta’ prudenza u affidabbiltà.
5. Fir-rigward tal-PIOB (jew l-organizzazzjoni li tkun is-suċċessur tagħha), ir-rapport imsemmi fil-paragrafu -1b għandu jkopri l-iżviluppi fid-diversifikazzjoni tal-finanzjament. Jekk il-finanzjament mill-IFAC f’sena partikolari jilħaq aktar minn żewġ terzi tat-total annwali tal-finanzjament tal-PIOB, il-Kummissjoni għandha tipproponi li l-kontribuzzjoni annwali tagħha għal dik is-sena tkun limitata għal massimu ta’ EUR 300 000.
6. Fir-rigward tal-EFRAG, ir-rapport imsemmi fil-paragrafu -1b għandu jkopri dan li ġej:
|
(a) |
jekk l-EFRAG fix-xogħol tekniku tiegħu fir-rigward tal-istandards ta’ kontabbiltà internazzjonali jieħux kont xieraq ir-rekwiżit tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002, b’mod partikolari, huwa u jivvaluta jekk l-IFRS ġodda jew emendati humiex konsistenti mal-prinċipju tal-“istampa vera u ġusta” u jwasslux għall-ġid pubbliku Ewropew; |
|
(b) |
jekk l-EFRAG fix-xogħol tekniku tiegħu dwar l-IAS jipprovdix valutazzjoni adegwata ta’ kemm l-istandards ta’ kontabbiltà internazzjonali abbozzati, ġodda jew emendati kif żviluppati mill-IASB ikunu ibbażati fuq evidenza u kemm jissodisfaw il-bżonnijiet tal-Unjoni, filwaqt li titqies id-diversità ta’ mudelli u opinjonijiet tal-kontabbiltà u ekonomiċi fl-Unjoni; kif ukoll |
|
(c) |
il-progress tal-EFRAG fl-implimentazzjoni tar-riformi ta’ governanza tiegħu, filwaqt li jqis l-iżviluppi wara r-rakkomandazzjonijiet espressi fir-rapport tal-konsulent speċjali. |
Jekk ikun il-każ, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta leġislattiva biex ikompli jiġi ffinanzjat l-EFRAG wara l-31 ta’ Diċembru 2016.
7. Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rapporti msemmijin fil-paragrafu 3 lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena.
8. Mhux aktar tard minn tnax-il xahar qabel tmiem il-Programm, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill rapport dwar il-ksib tal-objettivi tal-Programm. Dak ir-rapport għandu jevalwa tal-anqas il-pertinenza u koerenza kumplessiva tal-Programm, l-effikaċja tal-eżekuzzjoni tiegħu u l-effikaċja kumplessiva u individwali tal-programm ta’ ħidma tal-benefiċjarji f’termini tal-kisbiet tal-objettivi msemmija fl-Artikolu 2.
9. Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rapporti msemmijin f’dan l-Artikolu lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-informazzjoni.
Artikolu 10
Tħassir
Id-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE b’dan titħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014.
Artikolu 11
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2020.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ April 2014.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
D. KOURKOULAS
(1) ĠU C 161, 6.6.2013, p. 64.
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Marzu 2014 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tal-24 ta’ Marzu 2014.
(3) Deċiżjoni Nru 716/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta’ Settembru 2009 li tistabbilixxi programm Komunitarju għall-appoġġ ta’ attivitajiet speċifiċi fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, tar-rappurtar finanzjarju u l-verifika (ĠU L 253, 25.9.2009, p. 8).
(4) Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1).
(5) Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).
(6) Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Lulju 2002 dwar l-applikazzjoni ta’ standards internazzjonali tal-kontabilità (ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1).
(7) Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjari annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).
(8) Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE (ĠU L 157, 9.6.2006, p. 87).
(9) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(10) Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).
(11) Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE, Euratom) Nru 1268/2012 tad-29 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1).
(12) Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).
(13) 1. Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).
|
8.4.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 105/9 |
REGOLAMENT (UE) Nru 259/2014 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-3 ta' April 2014
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 77(2)(a) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Waqt li jaġixxu skont il-proċedura ordinarja leġiżlattiva (1),
Billi:
|
(1) |
Il-kompożizzjoni tal-listi ta’ pajjiżi terzi fl-Annessi I u II għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 (2) għandha tkun, u għandha tibqa’, konsistenti mal-kriterji stipulati fih. Pajjiżi terzi li fir-rigward tagħhom inbidlet is-sitwazzjoni fir-rigward ta’ dawk il-kriterji, għandhom ikunu trasferiti minn Anness għall-ieħor. |
|
(2) |
B’konformità mad-Dikjarazzjoni Konġunta approvata fis-Sammit tas-Sħubija tal-Lvant li sar fi Praga fis-7 ta’ Mejju 2009, u mat-tlestija tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Liberalizzazzjoni tal-Viżi mir-Repubblika tal-Moldova, il-Kummissjoni tikkunsidra li r-Repubblika tal-Moldova tissodisfa il-parametri referenzjarji kollha stipulati fil-Pjan ta’ Azzjoni tal-Liberalizzazzjoni tal-Viżi. |
|
(3) |
Billi tissodisfa l-parametri referenzjarji kollha, ir-Repubblika tal-Moldova għandha tiġi trasferita għall-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 539/2001. Dik l-eżenzjoni mill-viża għandha tapplika għad-detenturi ta’ passaporti bijometriċi maħruġa mir-Repubblika tal-Moldova f’konformità mal-istandards tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili (ICAO). |
|
(4) |
Fir-rigward tal-Islanda u n-Norveġja, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (3), li jaqgħu fl-ambitu msemmi fl-Artikolu 1, punt (B), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE (4). |
|
(5) |
Fir-rigward tal-Isvizzera, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen, fit-tifsira tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (5), li jaqgħu fiż-żona msemmija fl-Artikolu 1, punti (B) u (C) tad-Deċiżjoni 1999/437/KE meħud flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE (6). |
|
(6) |
Fir-rigward tal-Liechtenstein, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp fid-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen, kif previst mill-Protokoll iffirmat bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (7), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, punt (A) tad-Deċiżjoni 1999/437/KE, meħud flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE (8). |
|
(7) |
Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fih ir-Renju Unit ma jiħux sehem, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE (9); ir-Renju Unit għaldaqstant mhux qed jieħu sehem fl-adozzjoni tiegħu u mhuwiex marbut bih u lanqas ma hu suġġett għall-applikazzjoni tiegħu. |
|
(8) |
Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fih l-Irlanda ma tiħux sehem, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (10); l-Irlanda għaldaqstant mhux se tieħu sehem fl-adozzjoni tiegħu u mhix marbuta bih u lanqas ma hi suġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. |
|
(9) |
Fir-rigward ta’ Ċipru, dan ir-Regolament jikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta’ Schengen, jew li hu b’xi mod ieħor relatat miegħu, fis-sens tal-Artikolu 3(1) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003. |
|
(10) |
Fir-rigward tal-Bulgarija u r-Rumanija, dan ir-Regolament jikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta’ Schengen, jew li hu b’xi mod ieħor relatat miegħu, fis-sens tal-Artikolu 4(1) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2005. |
|
(11) |
Fir-rigward tal-Kroazja, dan ir-Regolament jikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta’ Schengen, jew li hu b’xi mod ieħor relatat miegħu, fis-sens tal-Artikolu 4(1) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2011. |
|
(12) |
Ir-Regolament (KE) Nru 539/2001 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 539/2001 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fl-Anness I, Parti 1, ir-referenza għall-Moldova titħassar. |
|
(2) |
fl-Anness II, Parti 1, jiddaħħal dan li ġej: “Moldova, ir-Repubblika tal- (*1) (*1) L-eżenzjoni tal-viża ser tkun limitata għad-detenturi ta’ passaporti bijometriċi maħruġa f’konformità mal-istandards tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili (ICAO).”." |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ April 2014.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
D. KOURKOULAS
(1) Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta’ Frar 2014 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2014.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsilll (KE) Nru 539/2001 tal-15 ta’ Marzu 2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dak ir-rekwiżit (ĠU L 81, 21.3.2001, p. 1).
(3) ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31 — Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 19 Volum 01 p. 165).
(5) ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.
(6) Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE tat-28 ta’ Jannar 2008 dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-Acquis ta’ Schengen (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1).
(7) ĠU L 160, 18.6.2011, p. 21.
(8) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE tas-7 ta’ Marzu 2011 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, relatat mal-abolizzjoni tal-verifiki mal-fruntieri interni u l-moviment tal-persuni (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19).
(9) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq biex jieħdu parti f'xi disposizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43).
(10) Id-Deciżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f’xi disposizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20 — Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 19 Volum 04 p. 211).
Rettifika
|
8.4.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 105/12 |
Rettifika tar-Regolament (UE) Nru 251/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti tal-inbid aromatizzat u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/91
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 84 tal-20 ta' Marzu 2014 )
F'paġna 26, l-Artikolu 36, il-paragrafu 2 u 3:
minflok:
“is-27 ta’ Marzu 2014 ”,
aqra:
“it-28 ta’ Marzu 2015 ”.