|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 98 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 57 |
|
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
|
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI |
|
|
|
* |
||
|
|
|
||
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
|
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
|
1.4.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 98/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/181/PESK
tal-10 ta’ Marzu 2014
dwar il-konklużjoni ta' Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Ċentru-Afrikana dwar l-istatus fir-Repubblika Ċentru-Afrikana tal-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUFOR RCA)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 218(5) u (6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fl-10 ta' Frar 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/73/PESK (1) li tipprevedi li l-istatus tal-unitajiet immexxija mill-Unjoni u tal-persunal tal-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUFOR RCA), inklużi l-privileġġi, l-immunitajiet u garanziji oħra neċessarji għat-twettiq u l-funzjonament bla xkiel tal-missjoni tagħhom, għandu jkun is-suġġett ta' ftehim konkluż skont l-Artikolu 37 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u f'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). |
|
(2) |
Wara l-adozzjoni ta' Deċiżjoni mill-Kunsill fl-10 ta' Frar 2014 li tawtorizza l-ftuħ ta' negozjati, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, f'konformità mal-Artikolu 37 tat-TUE, innegozjat Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni u r-Repubblika Ċentru-Afrikana dwar l-istatus tal-EUFOR RCA. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-TUE u mat-TFUE, id-Danimarka ma tipparteċipax fit-tfassil u fl-implementazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li għandhom implikazzjonijiet ta' difiża. Konsegwentement, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u la hija marbuta biha u lanqas hija soġġetta għall-applikazzjoni tagħha, |
|
(4) |
Il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri għandu jiġi approvat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Ċentru-Afrikana dwar l-istatus fir-Repubblika Ċentru-Afrikana tal-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUFOR RCA) huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni.
It-test tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri jinsab mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw l-ittra rispettiva sabiex l-Unjoni tintrabat.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Marzu 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
G. VROUTSIS
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/73/PESK tal-10 ta' Frar 2014 dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUFOR RCA) (ĠU L 40, 11.2.2014, p. 59).
|
1.4.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 98/3 |
FTEHIM
fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Ċentru-Afrikana dwar l-istatus fir-Repubblika Ċentru-Afrikana tal-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUFOR RCA)
A. Ittra mill-Unjoni Ewropea
Brussell, 10 ta’ Marzu 2014
H.E. Ms Catherine Samba-Panza
Chef d'État de la transition
Repubblika Ċentru-Afrikana
Eċċellenza,
Wara l-adozzjoni tar-Riżoluzzjoni 2134 (2014) mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, l-Unjoni Ewropea ser timmobilizza f'qasir żmien operazzjoni militari fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUFOR RCA) bil-ħsieb li tikkontribwixxi għall-istabbiliment ta' ambjent sigur f'pajjiżek.
Kif tiftakar, fis-16 ta' April 2008, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana kienet ikkonkludiet Ftehim dwar l-istatus tal-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea mobilizzata fiċ-Ċad u fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUFOR Tchad/RCA) b'applikazzjoni tar-Riżoluzzjoni 1778 (2007) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.
Id-dispożizzjonijiet ta' dak il-Ftehim, li sa mid-data tat-tluq tal-aħħar element tal-EUFOR Tchad/RCA ma għadux fis-seħħ, huma madankollu perfettament adatti għall-ħtiġijiet tal-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea li ser tiġi mobilizzata fir-Repubblika Ċentru-Afrikana.
Għalhekk, qed nipproponilek li d-dispożizzjonijiet kollha ta' dak il-Ftehim (Artikoli 1 sa 19) isiru applikabbli għall-EUFOR RCA, bil-ftehim li:
|
— |
kull referenza għall-EUFOR fl-artikoli msemmija titqies bħala referenza għall-EUFOR RCA; |
|
— |
il-mezzi tat-trasport imsemmija fl-Artikoli 1(3)(a), 3(2) u 4(3) jitqiesu li jinkludu l-mezzi tat-trasport li jappartjenu għall-kontinġenti nazzjonali tal-EUFOR RCA, iżda wkoll dawk mikrijin mill-EUFOR RCA; |
|
— |
ir-referenza għar-Riżoluzzjoni 1778 (2007) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tal-25 ta' Settembru 2007 fl-Artikolu 1(3)(b) tinftiehem bħala r-referenza għar-Riżoluzzjoni 2134 (2014) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tat-28 ta' Jannar 2014. |
Jekk jogħġbok infurmani jekk taqbilx ma' dawn il-proposti. Fil-każ ta' tweġiba pożittiva min-naħa tiegħek, din l-ittra, flimkien mat-tweġiba tiegħek, tkun tikkosistwixxi ftehim internazzjonali legalment vinkolanti bejn ir-Repubblika Ċentru-Afrikana u l-Unjoni Ewropea dwar l-istatus tal-EUFOR RCA, li għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha tasal l-ittra ta' tweġiba tiegħek.
Nassigurak, Sinjura, mill-ikbar stima li għandi lejk.
Għall-Unjoni Ewropea
C. ASHTON
B. Ittra tar-Repubblika Ċentru-Afrikana
Catherine Ashton
Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
Sinjura Rappreżentant Għoli,
Nirringrazzjak tal-ittra tiegħek tal-10 ta’ Marzu 2014 dwar il-mobilizzazzjoni ta' operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana li taqra hekk:
“Wara l-adozzjoni tar-Riżoluzzjoni 2134 (2014) mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, l-Unjoni Ewropea ser timmobilizza f'qasir żmien operazzjoni militari fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUFOR RCA) bil-ħsieb li tikkontribwixxi għall-istabbiliment ta' ambjent sigur f'pajjiżek.
Kif tiftakar, fis-16 ta' April 2008, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana kienet ikkonkludiet Ftehim dwar l-istatus tal-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea mobilizzata fiċ-Ċad u fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUFOR Tchad/RCA) b'applikazzjoni tar-Riżoluzzjoni 1778 (2007) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.
Id-dispożizzjonijiet ta' dak il-Ftehim, li sa mid-data tat-tluq tal-aħħar element tal-EUFOR Tchad/RCA ma għadux fis-seħħ, huma madankollu perfettament adatti għall-ħtiġijiet tal-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea li ser tiġi mobilizzata fir-Repubblika Ċentru-Afrikana.
Għalhekk, qed nipproponilek li d-dispożizzjonijiet kollha ta' dak il-Ftehim (Artikoli 1 sa 19) isiru applikabbli għall-EUFOR RCA, bil-ftehim li:
|
— |
kull referenza għall-EUFOR fl-artikoli msemmija titqies bħala referenza għall-EUFOR RCA; |
|
— |
il-mezzi tat-trasport imsemmija fl-Artikoli 1(3)(a), 3(2) u 4(3) jitqiesu li jinkludu l-mezzi tat-trasport li jappartjenu għall-kontinġenti nazzjonali tal-EUFOR RCA, iżda wkoll dawk mikrijin mill-EUFOR RCA; |
|
— |
ir-referenza għar-Riżoluzzjoni 1778 (2007) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tal-25 ta' Settembru 2007 fl-Artikolu 1(3)(b) tinftiehem bħala r-referenza għar-Riżoluzzjoni 2134 (2014) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tat-28 ta' Jannar 2014. |
Jekk jogħġbok infurmani jekk taqbilx ma' dawn il-proposti. Fil-każ ta' tweġiba pożittiva min-naħa tiegħek, din l-ittra, flimkien mat-tweġiba tiegħek, tkun tikkosistwixxi ftehim internazzjonali legalment vinkolanti bejn ir-Repubblika Ċentru-Afrikana u l-Unjoni Ewropea dwar l-istatus tal-EUFOR RCA, li għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha tasal l-ittra ta' tweġiba tiegħek.”
Għandi l-unur ninfurmak li naqbel mat-termini suġġeriti fl-ittra tiegħek.
Nassigurak, Sinjura, mill-ikbar stima li għandi lejk.
Għar-Repubblika Ċentru-Afrikana
Catherine SAMBA-PANZA
REGOLAMENTI
|
1.4.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 98/5 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 326/2014
tas-26 ta' Marzu 2014
li japprova modifika mhix minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Lomnické suchary (IĠP)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni tar-Repubblika Ċeka għall-approvazzjoni ta' emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Lomnické suchary”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1018/2007 (2). |
|
(2) |
Billi l-modifika kkonċernata mhijiex minuri fis-sens tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emenda f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, kif stipulat fl-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament imsemmi (3). |
|
(3) |
Billi l-Kummissjoni ma ġiet innotifikata bl-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-emenda tal-ispeċifikazzjoni għandha tiġi approvata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-emenda fir-reġistru, ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li tikkonċerna d-denominazzjoni msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament, hija b'dan approvata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Marzu 2014.
Għall-Kummissjoni
F'isem il-President,
Dacian CIOLOȘ
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
ANNESS
Prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel elenkati fil-punt I tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012
Klassi 2.4. Ħobż, pasti, kejkijiet, ħlewwiet, gallettini u prodotti oħra tal-furnara
IR-REPUBBLIKA ĊEKA
Lomnické suchary (IĠP)
|
1.4.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 98/7 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 327/2014
tas-26 ta' Marzu 2014
li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Requeijão da Beira Baixa (DPO)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, it-talba mill-Portugall biex id-denominazzjoni “Requeijão da Beira Baixa” tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
|
(2) |
Ġaladarba ma ġiet innotifikata l-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u d-denominazzjoni “Requeijão da Beira Baixa” għandha tiġi rreġistrata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament hija b'dan irreġistrata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Marzu 2014.
Għall-Kummissjoni
F'isem il-President,
Dacian CIOLOȘ
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum uman elenkati fl-Anness I tat-Trattat:
Klassi 1.4. Prodotti oħra li ġejjin mill-annimali (bajd, għasel, prodotti tal-ħalib minbarra l-butir, eċċ.)
IL-PORTUGALL
Requeijão da Beira Baixa (DPO)
|
1.4.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 98/9 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 328/2014
tas-26 ta' Marzu 2014
li jirreġistra denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Miele Varesino (DPO)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, it-talba mill-Italja biex id-denominazzjoni “Miele Varesino” tiddaħħal fir-reġistru, ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
|
(2) |
Ġaladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, id-denominazzjoni "Miele Varesino" għandha tiġi rreġistrata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament hija b'dan irreġistrata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Marzu 2014.
Għall-Kummissjoni
F'isem il-President,
Dacian CIOLOȘ
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum uman elenkati fl-Anness I tat-Trattat:
Klassi 1.4. Prodotti oħra ta' oriġini mill-annimali (bajd, għasel, prodotti tal-ħalib għajr il-butir, eċċ.)
L-ITALJA
Miele Varesino (DPO)
|
1.4.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 98/11 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 329/2014
tal-31 ta' Marzu 2014
li jemenda għall-211 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al-Qaida
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network ta' Al-Qaida (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a), 7a(1) u 7a(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Fl-14 ta' Frar 2014, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSC) ddeċieda jemenda annotazzjoni mil-lista tiegħu ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi. Barra minn hekk fl-14 ta' Marzu 2014, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-KSNU ddeċieda wkoll li jħassar persuna fiżika mal-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi u biex iżid persuna fiżika ma' din il-lista. |
|
(3) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
|
(4) |
Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ minnufih, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Marzu 2014.
Għall-Kummissjoni
F'isem il-President
Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Strumenti
ANNESSI
L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 881/2002, huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-annotazzjoni “Global Relief Foundation (GRF) Indirizz: (a) 9935 South 76th Avenue, Unit 1, Bridgeview, Illinois 60455, l-Istati Uniti tal-Amerika; (b) PO Box 1406, Bridgeview, Illinois 60455, l-Istati Uniti tal-Amerika Tagħrif ieħor: (a) Lokalitajiet Barranin Oħra: l-Afganistan, il-Bangladexx, l-Eritrea, l-Etjopja, il-Ġeorġja, l-Indja, l-Iraq, ix-Xatt tal-Punent u l-Istrixxa ta' Gaża, is-Somalja u s-Sirja; (b) Numru ta' Identifikazzjoni tal-Federali ta' Min Iħaddem fl-Istati Uniti: 36-3804626; (c) V.A.T. Numru: BE 454419759. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 22.10.2002.” taħt l-intestatura “Persuni, gruppi u entitajiet ġuridiċi” għandhom jiġu sostitwiti b'dan li ġej: “Global Relief Foundation (GRF) Indirizz: (a) 9935 South 76th Avenue, Unit 1, Bridgeview, Illinois 60455, l-Istati Uniti tal-Amerika; (b) PO Box 1406, Bridgeview, Illinois 60455, l-Istati Uniti tal-Amerika Tagħrif ieħor: (a) Lokalitajiet Barranin Oħra: l-Afganistan, il-Bangladexx, l-Eritrea, l-Etjopja, il-Ġeorġja, l-Indja, l-Iraq, ix-Xatt tal-Punent u l-Istrixxa ta' Gaża, is-Somalja u s-Sirja; (b) Numru ta' Identifikazzjoni tal-Federali ta' Min Iħaddem fl-Istati Uniti: 36-3804626. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 22.10.2002.” |
|
(2) |
L-annotazzjoni li ġejja għandha tiżdied taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi”: “Malik Muhammad Ishaq (alias Malik Ishaq). Indirizz: il-Pakistan Data tat-twelid: madwar l-1959. Post tat-twelid: Rahim Yar Khan, il-Provinċja tal-Punjab, il-Pakistan. Nazzjonalità: Pakistana. Tagħrif ieħor: (a) Deskrizzjoni fiżika: mibni b'għajnejh suwed, xagħru iswed u karnaġon ta' kannella medju b'daqna kbira sewda. (b) Ritratt huwa disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 14.3.2014.” |
|
(3) |
L-annotazzjoni li ġejja taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” għandha titħassar: “Yacine Ahmed Nacer (alias (a) Yacine di Annaba, (b) Il Lungo, (c) Naslano). Indirizz: 6 rue Mohamed Khemisti, Annaba, l-Alġerija. Data tat-twelid: 2.12.1967. Post tat-twelid: Annaba, l-Alġerija. Nazzjonalità: Alġerina. Tagħrif ieħor: (a) Irrapportat li qed joqgħod fl-Alġerija sa mill-2009; (b) Isem missieru huwa Ahmed Nacer Abderrahmane u isem ommu huwa Hafsi Mabtouka. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 17.3.2004.” |
|
1.4.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 98/13 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 330/2014
tal-31 ta' Marzu 2014
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
|
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Marzu 2014.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
|
(EUR/100 KG) |
||
|
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
IL |
219,4 |
|
MA |
57,6 |
|
|
TN |
91,2 |
|
|
TR |
95,1 |
|
|
ZZ |
115,8 |
|
|
0707 00 05 |
EG |
170,1 |
|
MA |
39,8 |
|
|
TR |
133,5 |
|
|
ZZ |
114,5 |
|
|
0709 91 00 |
TN |
118,0 |
|
ZZ |
118,0 |
|
|
0709 93 10 |
MA |
45,3 |
|
TR |
96,8 |
|
|
ZZ |
71,1 |
|
|
0805 10 20 |
EG |
46,6 |
|
IL |
67,4 |
|
|
MA |
53,3 |
|
|
TN |
47,7 |
|
|
TR |
54,5 |
|
|
ZA |
60,4 |
|
|
ZZ |
55,0 |
|
|
0805 50 10 |
MA |
35,6 |
|
TR |
62,6 |
|
|
ZZ |
49,1 |
|
|
0808 10 80 |
AR |
85,3 |
|
BR |
99,6 |
|
|
CL |
97,4 |
|
|
CN |
73,3 |
|
|
EG |
89,4 |
|
|
MK |
23,6 |
|
|
US |
182,7 |
|
|
ZZ |
93,0 |
|
|
0808 30 90 |
AR |
103,8 |
|
CL |
151,6 |
|
|
CN |
52,7 |
|
|
ZA |
93,8 |
|
|
ZZ |
100,5 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.