ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2014.082.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 82

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 57
20 ta' Marzu 2014


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 277/2014 tad-19 ta’ Marzu 2014 li jidderoga mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 dwar id-distanza minima mill-kosta u l-fond minimu tal-baħar għall-bastimenti tat-tkarkir volantina fl-ibħra territorjali tas-Slovenja

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 278/2014 tad-19 ta’ Marzu 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 185/2010 fir-rigward taċ-ċarezza, l-armonizzazzjoni u s-simplifikazzjoni tal-użu tal-individwazzjoni tat-traċċi splussivi ( 1 )

3

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 279/2014 tad-19 ta’ Marzu 2014 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

6

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 280/2014 tad-19 ta’ Marzu 2014 dwar il-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Marzu tal-2014 fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 533/2007 għal-laħam tat-tjur

8

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 281/2014 tad-19 ta’ Marzu 2014 dwar il-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Marzu tal-2014 fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 1385/2007 għal-laħam tat-tjur

10

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2014/43/UE tat-18 ta’ Marzu 2014 li temenda l-Annessi I, II u III tad-Direttiva 2000/25/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-azzjoni li għandha tittieħed kontra l-emissjonijiet ta’ inkwinanti ta’ gass u partikolati minn magni għat-tmexxija ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija ( 1 )

12

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2014/44/UE tat-18 ta’ Marzu 2014 li temenda l-Annessi I, II u III tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/37/KE dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-foresti, il-karrijiet tagħhom u makkinarju irmunkat interkambjabbli, flimkien mas-sistemi tagħhom, komponenti u unitajiet tekniċi separati ( 1 )

20

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2014/149/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta’ Marzu 2014 li tirrifjuta l-proposta għal Regolament ta’ Implimentazzjoni li jerġa’ jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu xedd tas-saqajn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u prodotti minn Brosmann Footwear (HK) Ltd, Seasonable Footwear (Zhongshan) Ltd, Lung Pao Footwear (Guangzhou) Ltd, Risen Footwear (HK) Co Ltd u Zhejiang Aokang Shoes Co. Ltd

27

 

 

2014/150/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Marzu 2014 dwar l-organizzazzjoni ta’ esperiment temporanju li jistipula ċerti derogi għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ popolazzjonijiet tal-ispeċijiet tal-pjanti qamħ, xgħir, ħafur u qamħirrum skont id-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE (notifikata bid-dokument C(2014) 1681)  ( 1 )

29

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

20.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 82/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 277/2014

tad-19 ta’ Marzu 2014

li jidderoga mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 dwar id-distanza minima mill-kosta u l-fond minimu tal-baħar għall-bastimenti tat-tkarkir “volantina” fl-ibħra territorjali tas-Slovenja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 tal-21 ta’ Diċembru 2006 dwar miżuri ta’ ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006 jipprojbixxi l-użu ta’ rkaptu rmunkat fl-inħawi ta’ 3 mili nawtiċi tal-kosta jew fl-isobat ta’ 50 metru fejn jintlaħaq dak il-fond f’distanza iqsar mill-kosta.

(2)

Fuq talba ta’ Stat Membru, il-Kummissjoni tista’ tippermetti deroga mill-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006, sakemm jiġu sodisfati għadd ta’ kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 13(5) u (9).

(3)

Fit-8 ta’ Frar 2013, il-Kummissjoni waslitilha talba mingħand is-Slovenja għal deroga mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13(1) ta’ dak ir-Regolament, għall-użu ta’ bastimenti tat-tkarkir “volantina” fl-ilmijiet territorjali tas-Slovenja, f’anqas minn 50 metru fond, fiż-żona bejn 1,5 u 3 mil nawtiku mill-kosta.

(4)

It-talba tkopri l-bastimenti b’esperjenza fis-sajd ta’ aktar minn ħames snin u li joperaw skont pjan ta’ ġestjoni adottat mis-Slovenja fit-13 ta’ Frar 2014 (2) skont l- Artikolu 19(2) tar- Regolament (KE) Nru 1967/2006. Dawk il-bastimenti inklużi f’lista kkomunikata lill-Kummissjoni skont ir-rekwiżiti tal- Artikolu 13(9) tar- Regolament (KE) Nru 1967/2006.

(5)

Il-pjan ta’ ġestjoni ma jagħtix garanzija dwar żieda futura fl-isforz tas-sajd, peress li l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd se jinħarġu biss lil12-il bastiment speċifikat li jinvolvu sforz totali ta’ 178 tunnellata grossa li huma diġà awtorizzati li jistadu mis-Slovenja.

(6)

Is-Slovenja tat ġustifikazzjonijiet xjentifiċi u tekniċi aġġornati għad-deroga.

(7)

Il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) ivvaluta d-deroga mitluba mis-Slovenja u l-abbozz relatat mal-abbozz tal-pjan ta’ ġestjoni fis-sessjoni plenarja tiegħu li saret mit-8 sat-12 ta’ April 2013.

(8)

Id-deroga mitluba mis-Slovenja tikkonforma mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 13(5) u (9) tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006.

(9)

B’mod partikolari, hemm limitazzjonijiet ġeografiċi speċifiċi, peress li l-ibħra territorjali tas-Slovenja fl-ebda punt ma jilħqu l-fond ta’ 50 metru. Għaldaqstant, bastimenti tat-tkarkir tal-qiegħ, inklużi l-bastimenti tat-tkarkir “volantina”, bħalissa joperaw esklussivament lil hinn mit-3 mili nawtiċi, fejn żoni tas-sajd huma limitat b’mod sinifikanti minn żona dedikata għal rotot ta’ navigazzjoni kummerċjali.

(10)

Is-sajd bit-tkarkir “volantina” ma jistax isir b’irkaptu ieħor, m’għandu l-ebda impatt sinifikanti fuq l-ambjent tal-baħar, inklużi ħabitats protetti, u ma tinterferixxix ma’ irkaptu ieħor li mhux tat-tkarkir, mtielaq jew xbieki simili rmunkati.

(11)

Id-deroga mitluba mis-Slovenja taffettwa għadd limitat ta’ 12 il-bastiment. In-numri ta’ reġistrazzjoni ta’ dawn il-bastimenti huma speċifikati fil-pjan ta’ ġestjoni.

(12)

L-attivitajiet tas-sajd ikkonċernati jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 4, l-Artikolu 8(1)(h) u l-Artikolu 9(3) tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006. L-attività ta’ bastimenti tat-tkarkir “volantina” hija rregolata fil-pjan ta’ ġestjoni Sloven biex ikun żgurat li l-qabdiet tal-ispeċijiet imsemmija fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006 ikunu minimi.

(13)

Bastimenti tat-tkarkir “volantina” ma għandhomx fil-mira tagħhom iċ-ċefalopodi.

(14)

Il-pjan ta’ ġestjoni Sloven jinkludi miżuri għall-monitoraġġ tal-attivitajiet tas-sajd, kif stipulat fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 13(9) tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006 u fl-Artikolu 14 u 15 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 (3).

(15)

Għaldaqstant, id-derogi mitluba għandhom jingħataw.

(16)

Is-Slovenja għandha tirrapporta lill-Kummissjoni fi żmien xieraq u skont il-pjan ta’ monitoraġġ stipulat fil-pjan ta’ ġestjoni Sloven.

(17)

Għandha tiġi stabbilita limitazzjoni għat-tul ta’ żmien tad-deroga biex ikun permess li jittieħdu miżuri ta’ ġestjoni korrettivi fil-pront f’każ li r-rapport lill-Kummissjoni juri stat ħażin ta’ konservazzjoni tal-istokk sfruttat filwaqt li tipprovdi kamp ta’ applikazzjoni biex tittejjeb il-bażi xjentifika għal pjan ta’ ġestjoni mtejjeb.

(18)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sajd u l-Akkwakultura,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Deroga

L-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006 ma għandux japplika fl-ilmijiet territorjali tas-Slovenja, irrispettivament mill-fond, bejn 1,5 u 3 mil nawtiku mill-kosta, għal bastimenti tat-tkarkir “volantina” li jintużaw minn bastimenti:

(a)

li għandhom in-numru ta’ reġistrazzjoni msemmi fil-pjan ta’ ġestjoni Sloven;

(b)

li għandhom esperjenza ta’ aktar minn ħames snin fis-sajd u li ma jinvolvu l-ebda żieda fil-futur fl-isforz tas-sajd skjerat; u wkoll

(c)

li għandhom awtorizzazzjoni għas-sajd u li joperaw skont il-pjan ta’ ġestjoni adottat mis-Slovenja skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006.

Artikolu 2

Pjan u rapport ta’ monitoraġġ

Is-Slovenja għandha tikkomunika lill-Kummissjoni, fi żmien tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, rapport imfassal skont il-pjan ta’ monitoraġġ stabbilit fil-pjan ta’ ġestjoni msemmi fl-Artikolu 1(c).

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ u perjodu ta’ applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu tibqa’ tapplika sat-23 ta’ Marzu 2017.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Marzu 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 36, 8.2.2007, p. 6.

(2)  Deċiżjoni Nru 34200-2/2014/4 tat-13.2.2014.

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1).


20.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 82/3


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 278/2014

tad-19 ta’ Marzu 2014

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 185/2010 fir-rigward taċ-ċarezza, l-armonizzazzjoni u s-simplifikazzjoni tal-użu tal-individwazzjoni tat-traċċi splussivi

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-esperjenza mill-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 185/2010 (2) uriet il-ħtieġa li jiġu riveduti l-modalitajiet ta’ implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni għall-użu ta’ tekniki tal-Individwazzjoni tat-Traċċi Splussivi (ETD).

(2)

Il-miżuri speċifiċi tas-sigurtà tal-avjazzjoni għall-użu tal-ETD għandhom jiġu ċċarati, armonizzati u simplifikati ħalli titjieb iċ-ċarezza legali, issir standardizzazzjoni tal-interpretazzjoni komuni tal-leġiżlazzjoni u tibqa’ tkun żgurata l-aqwa implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni għas-sigurtà tal-avjazzjoni.

(3)

L-emendi għandhom x’jaqsmu ma’ miżuri li jiddeskrivu l-użu permess tal-ETD fejn jidħol l-iskrinjar ta’ passiġġieri, persuni li mhumiex passiġġieri, bagalji tal-kabina, bagalji tal-istiva, merkanzija, posta, provvisti għal waqt it-titjira u provvisti tal-ajruport u rekwiżiti tekniċi għat-tagħmir ta’ sigurtà tal-ETD.

(4)

Għaldaqstant ir-Regolament (UE) Nru 185/2010 għandu jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ċivili,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 185/2010 hu emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Marzu 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 97, 9.4.2008, p. 72.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 185/2010 tal-4 ta’ Marzu 2010 li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni (ĠU L 55, 5.3.2010, p. 1).


ANNESS

1.

Il-Kapitolu 4 hu emendat kif ġej:

(a)

Il-punt 4.1.1.2 jinbidel b’dan li ġej:

“4.1.1.2.

Għallinqas il-passiġġieri għandhom jiġu skrinjati b’wieħed mill-metodi li ġejjin:

(a)

tfittxija bl-idejn;

(b)

tagħmir bokka għall-individwazzjoni tal-metall (WTMD);

(c)

klieb għall-individwazzjoni tal-isplussivi;

(d)

tagħmir tal-individwazzjoni tat-traċċi splussivi (ETD);

(e)

skeners tas-sigurtà li ma jużawx radjazzjoni jonizzanti;

(f)

tagħmir tal-ETD flimkien mat-tagħmir tal-id għall-individwazzjoni tal-metall (HHMD).

Meta l-iskrinjatur ma jkunx jista’ jindividwalizza jekk il-passiġġier hux iġorr oġġetti pprojbiti jew le, il-passiġġier ma għandux jingħata aċċess għal żoni ta’ sigurtà ristretta jew għandu jerġa’ jiġi skrinjat sa ma l-iskrinjatur ikun sodisfatt.”

(b)

Il-punt 4.1.1.9 jinbidel b’dan li ġej:

“4.1.1.9

Il-klieb għall-individwazzjoni ta’ splussivi u t-tagħmir tal-ETD jistgħu jintużaw biss bħala mezzi supplimentari għall-iskrinjar.”

(c)

Il-punt 4.1.2.3 jinbidel b’dan li ġej:

“4.1.2.3

Għallinqas il-bagalji tal-kabina għandhom jiġu skrinjati b’wieħed mill-metodi li ġejjin:

(a)

tfittxija bl-idejn;

(b)

tagħmir tal-x-ray;

(c)

tagħmir ta’ sistemi tal-individwazzjoni tal-isplussivi (EDS);

(d)

klieb għall-individwazzjoni tal-isplussivi flimkien mal-punt (a);

(e)

tagħmir tal-ETD.

Meta l-iskrinjatur ma jkunx jista’ jindividwalizza jekk il-bagalja tal-kabina fihiex oġġetti pprojbiti jew le, din għandha tiġi rifjutata jew għandha terġa’ tiġi skrinjata sa ma l-iskrinjatur ikun sodisfatt.”

2.

Il-Kapitolu 6 hu emendat kif ġej:

(a)

Jiddaħħlu dawn il-punti 6.2.1.5 u 6.2.1.6 li ġejjin:

“6.2.1.5

Għallinqas il-merkanzija u l-posta għandhom jiġu skrinjati b’wieħed mill-metodi li ġejjin skont id-Dokument Mehmuż 6-J:

(a)

tfittxija bl-idejn;

(b)

tagħmir tal-x-ray;

(c)

tagħmir tal-EDS;

(d)

klieb għall-individwazzjoni tal-isplussivi (EDD);

(e)

tagħmir tal-ETD;

(f)

kontrolli viżwali;

(g)

tagħmir għall-individwazzjoni tal-metall (MDE).

Meta l-iskrinjatur ma jkunx jista’ jindividwalizza jekk il-merkanzija jew il-posta fihiex oġġetti pprojbiti jew le, din għandha tiġi rifjutata jew għandha terġa’ tiġi skrinjata sa ma l-iskrinjatur ikun sodisfatt.

6.2.1.6

Dan il-mezz jew il-metodu li ġej jista’ jiġi applikat biss meta ma jkunx possibbli li jiġi applikat xi mezz jew metodu ieħor speċifikat fil-punt 6.2.1.5 minħabba n-natura tal-kunsinna:

kontrolli oħra xierqa ta’ sigurtà, jekk ikun hemm qbil min-naħa tal-awtorità responsabbli u jkun ġie notifikat lill-Kummissjoni.”

3.

Il-Kapitolu 8 hu emendat kif ġej:

(a)

Jiddaħħal dan il-punt 8.1.2.3 li ġej:

“8.1.2.3

Għandhom jiġu applikati l-mezzi jew il-metodi ta’ skrinjar li ġejjin, b’mod individwali jew inkella flimkien:

(a)

kontrolli viżwali;

(b)

tfittxija bl-idejn;

(c)

tagħmir tal-x-ray;

(d)

tagħmir tal-EDS;

(e)

it-tagħmir tal-ETD flimkien mal-punt (a);

(f)

klieb għall-individwazzjoni tal-isplussivi flimkien mal-punt (a).

Meta l-iskrinjatur ma jkunx jista’ jindividwalizza jekk l-oġġett fihiex oġġetti pprojbiti jew le, dan għandu jiġi rifjutat jew għandu jerġa’ jiġi skrinjat sa ma l-iskrinjatur ikun sodisfatt.”

4.

Il-Kapitolu 9 hu emendat kif ġej:

(a)

Jiddaħħal dan il-punt 9.1.2.3 li ġej:

“9.1.2.3

Għandhom jiġu applikati l-mezzi jew il-metodi ta’ skrinjar li ġejjin, b’mod individwali jew inkella flimkien:

(a)

kontrolli viżwali;

(b)

tfittxija bl-idejn;

(c)

tagħmir tal-x-ray;

(d)

tagħmir tal-EDS;

(e)

it-tagħmir tal-ETD flimkien mal-punt (a);

(f)

klieb għall-individwazzjoni tal-isplussivi flimkien mal-punt (a).

Meta l-iskrinjatur ma jkunx jista’ jindividwalizza jekk l-oġġett fihiex oġġetti pprojbiti jew le, dan għandu jiġi rifjutat jew għandu jerġa’ jiġi skrinjat sa ma l-iskrinjatur ikun sodisfatt.”

5.

Il-Kapitolu 12 hu emendat kif ġej:

(a)

Jiddaħħal il-punt 12.0.3 li ġej:

12.0.3   Il-manifatturi tat-tagħmir għandhom jipprovdu kunċett tal-operazzjonijiet u t-tagħmir għandu jintuża skontu.”

(b)

Il-punt 12.6. jinbidel b’dan li ġej:

“12.6   IT-TAGĦMIR TAL-INDIVIDWAZZJONI TAT-TRAĊĊI SPLUSSIVI (ETD)

12.6.1   It-tagħmir tal-ETD għandu jkun kapaċi jiġbor u janalizza livelli ta’ traċċi ta’ partikoli jew fwar minn fuq uċuħ kontaminati, jew il-kontenut ta’ bagalji jew kunsinni, u permezz ta’ alarm juri li hemm splussivi. Għall-finijiet tal-iskrinjar, għandhom jintlaħqu dawn ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

L-oġġetti tal-konsum ma għandhomx jintużaw aktar milli rakkomandat mill-manifattur tal-oġġetti tal-konsum jew meta l-prestazzjoni tagħhom tkun tidher li ddeterjorat bl-użu;

(b)

It-tagħmir tal-ETD għandu jintuża biss f’ambjent li fih it-tagħmir ġie approvat għall-użu.

Għandu jkun hemm standards għall-ETD stabbiliti għat-teħid ta’ kampjuni mill-partikoli u mill-fwar. Ir-rekwiżiti dettaljati dwar dawn l-istandards huma stabbiliti f’Deċiżjoni tal-Kummissjoni klassifikata separata.”

(c)

Jiddaħħlu l-punti 12.6.2 u 12.6.3 li ġejjin:

12.6.2   L-istandard għat-tagħmir tal-ETD li juża t-teħid tal-kampjuni mill-partikoli għandu japplika għat-tagħmir tal-ETD użat mill-1 ta’ Settembru 2014.

12.6.3   L-awtorità responsabbli tista’ tippermetti li tagħmir tal-ETD mhux iċċertifikat jikkonforma mal-hemża 12-L li ntużat qabel l-1 ta’ Lulju 2014 u jibqa’ juża t-teħid tal-kampjuni mill-partikoli sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 2020.”


20.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 82/6


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 279/2014

tad-19 ta’ Marzu 2014

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Marzu 2014.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

145,0

MA

63,9

TN

88,1

TR

102,6

ZZ

99,9

0707 00 05

EG

182,1

MA

182,1

TR

142,5

ZZ

168,9

0709 91 00

EG

45,1

ZZ

45,1

0709 93 10

MA

41,9

TR

89,7

ZZ

65,8

0805 10 20

EG

47,9

IL

68,0

MA

60,9

TN

55,0

TR

56,9

ZA

62,5

ZZ

58,5

0805 50 10

TR

63,5

ZZ

63,5

0808 10 80

AR

94,0

CL

127,9

CN

117,1

MK

30,8

US

182,3

ZZ

110,4

0808 30 90

AR

99,0

CL

107,5

CN

74,5

TR

158,2

ZA

85,1

ZZ

104,9


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


20.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 82/8


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 280/2014

tad-19 ta’ Marzu 2014

dwar il-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Marzu tal-2014 fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 533/2007 għal-laħam tat-tjur

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 188 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta' liċenzji ta' l-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 533/2007 tal-14 ta' Mejju 2007 li jiftaħ u jamministra kwoti tariffarji fis-settur tal-laħam tat-tjur (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 533/2007 fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur.

(2)

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Marzu 2014 għas-subperjodu mill-1 ta’ April sal-30 ta’ Ġunju 2014 għal ċerti kwoti jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni introdotti skont ir-Regolament (KE) Nru 533/2007 għas-subperjodu mill-1 ta’ April sal-30 ta’ Ġunju 2014 għandhom ikunu assenjati skont il-koeffiċjenti ta' allokazzjoni stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 ta’ Marzu 2014.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Marzu 2014.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(3)  ĠU L 125, 15.5.2007, p. 9.


ANNESS

Nru tal-grupp

Numru tas-serje

Koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għas-subperjodu mill-1.4.2014-30.6.2014

(f’%)

P1

09.4067

14,109564

P3

09.4069

0,27007


20.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 82/10


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 281/2014

tad-19 ta’ Marzu 2014

dwar il-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Marzu tal-2014 fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 1385/2007 għal-laħam tat-tjur

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007, u b'mod partikolari l-Artikoli 188 tiegħu (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta' liċenzji tal-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1385/2007 tas-26 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 774/94 f'dak li jirrigwarda l-ftuħ u l-ġestjoni ta’ ċerti kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur tal-laħam tat-tjur (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(6) tiegħu,

Billi:

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni introdotti matul l-ewwel 7 ijiem tax-xahar ta’ Marzu tal-2014 għas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2014 jaqbżu, għal ċerti kwoti, il-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqa għas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2014 skont ir-Regolament (KE) Nru 1385/2007 għandhom ikunu assenjati skont il-koeffiċjenti ta' allokazzjoni stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 ta’ Marzu 2014.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Marzu 2014.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(3)  ĠU L 309, 27.11.2007, p. 47.


ANNESS

Nru tal-grupp

Numru tas-serje

Koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għas-subperjodu mill-1.4.2014-30.6.2014

(f’%)

1

09.4410

0,239521

2

09.4411

0,245762

3

09.4412

0,257402

4

09.4420

0,249813

6

09.4422

0,250816


DIRETTIVI

20.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 82/12


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2014/43/UE

tat-18 ta’ Marzu 2014

li temenda l-Annessi I, II u III tad-Direttiva 2000/25/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-azzjoni li għandha tittieħed kontra l-emissjonijiet ta’ inkwinanti ta’ gass u partikolati minn magni għat-tmexxija ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2000/25/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2000 dwar l-azzjoni li għandha tittieħed kontra l-emissjonijiet ta’ inkwinanti ta’ gass u partikolati minn magni għat-tmexxija ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2000/25/KE tistabbilixxi l-valuri ta’ limitu għall-emissjonijiet ta’ inkwinanti ta’ gass u partikolati applikabbli fi stadji suċċessivi, u l-proċedura tat-test għall-magni b’kombustjoni interna li jintużaw għat-tmexxija ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija b’referenza għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 97/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1997 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-miżuri kontra l-emissjoni ta’ inkwinanti ta’ gass u partikolati minn magni tal-kombustjoni interna li għandhom jiġu installati f’makkinarju mobbli mhux tat-triq (2).

(2)

Il-progress tekniku jirrekjedi adattamenti mgħaġġla tar-rekwiżiti tekniċi stabbiliti fl-Annessi tad-Direttiva 97/68/KE u għalhekk dik id-Direttiva ġiet emendata bosta drabi. Huwa għaldaqstant neċessarju li d-Direttiva 2000/25/KE tkun konformi mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 97/68/KE kif emendata.

(3)

L-Anness XII tad-Direttiva 97/68/KE ġie emendat bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2012/46/UE (3) sabiex jiġu introdotti approvazzjonijiet tat-tip alternattivi ġodda skont il-progress tekniku fil-livell tan-NU/KEE u sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni internazzjonali fir-rigrard ta’ proċeduri alternattivi għall-approvazzjoni tat-tip. Għaldaqstant, dawk id-dispożizzjonijiet alternattivi għall-approvazzjoni tat-tip għandhom jiġu introdotti fid-Direttiva 2000/25/KE. Barra minn hekk, huwa neċessarju li jiġu aġġornati r-referenzi għar-Regolamenti Nru 49 u Nru 96 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) sabiex ikun żgurat li dawn jikkorrispondu mal-emendi tad-Direttiva 97/68/KE fir-rigward tal-għarfien ta’ approvazzjonijiet tat-tip alternattivi għal magni li jintużaw għat-tmexxija ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija.

(4)

L-Annessi I, II u III tad-Direttiva 2000/25/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

(5)

Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 20 tad-Direttiva 2003/37/KE,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Annessi I II u III tad-Direttiva 2000/25/KE huma emendati skont l-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2015. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test rilevanti ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew jiġu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir din referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Marzu 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 173, 12.7.2000, p. 1.

(2)  ĠU L 59, 27.2.1998, p. 1.

(3)  ĠU L 353, 21.12.2012, p. 80.


ANNESS

L-Annessi I, II u III għad-Direttiva 2000/25/KE huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

It-taqsima 3 hija sostitwita b’ dan li ġej:

‘3.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET U TESTIJIET

Id-dispożizzjonijiet tal-Anness I, Taqsimiet 4, 8 u 9, Appendiċijiet 1 u 2 u l-Annessi III, IV u V tad-Direttiva 97/68/KE għandhom japplikaw.’;

(b)

L-Appendiċi 1 huwa emendat kif ġej:

(i)

It-taqsima 2.2 hija sostitwita b’ dan li ġej:

‘2.2.   Il-miżuri meħuda kontra t-tniġġis tal-arja

2.2.1.   Apparat għar-riċiklaġġ tal-gassijiet tal-crankcase: iva/le (1) …

2.2.2.   Apparati addizzjonali kontra t-tniġġis (jekk hemm, u jekk mhux koperti b’intestatura oħra)

2.2.2.1.   Konvertitur katalitiku: iva/le (1)

2.2.2.1.1.   Għamla(/iet): …

2.2.2.1.2.   Tip(i): …

2.2.2.1.3.   Numru ta’ konvertituri katalitiċi u elementi …

2.2.2.1.4.   Dimensjonijiet- u volum tal-konvertitur(i) katalitiku(ċi): …

2.2.2.1.5.   It-tip ta’ azzjoni katalitika: …

2.2.2.1.6.   Iċ-ċarġ totali tal-metalli prezzjużi: …

2.2.2.1.7.   Il-konċentrazzjoni relattiva: …

2.2.2.1.8.   Is-sottostrat (l-istruttura u l-materjal): …

2.2.2.1.9.   Densità taċ-ċellula: …

2.2.2.1.10.   Tip ta’ kisi għall-konvertitur(i) katalitiku(ċi): …

2.2.2.1.11.   Pożizzjoni tal-konvertitur(i) katalitiku(ċi) (post(ijiet) u distanza(i) massima(i)/minima(i) mill-magna): …

2.2.2.1.12.   Medda ta’ tħaddim normali (K): …

2.2.2.1.13.   Reaġent konsumabbli (fejn xieraq): …

2.2.2.1.13.1.   Tip u konċentrazzjoni ta’ reaġent meħtieġ għal azzjoni katalitika: …

2.2.2.1.13.2.   Medda normali ta’ temperatura operattiva tar-reaġent: …

2.2.2.1.13.3.   Standard internazzjonali (fejn ikun xieraq): …

2.2.2.1.14.   Senser tan-NOx: iva/le (1)

2.2.2.2.   Senser tal-Ossiġenu: iva/le (1)

2.2.2.2.1.   Għamla(/iet): …

2.2.2.2.2.   Tip: …

2.2.2.2.3.   Pożiżżjoni: …

2.2.2.3.   Injezzjoni tal-arja: iva/le (1)

2.2.2.3.1.   Tip (arja pulsata, pompa tal-arja, eċċ.): …

2.2.2.4.   EGR: iva/le (1)

2.2.2.4.1.   Karatteristiċi (imkessaħ/mhux imkessaħ, pressjoni għolja/pressjoni baxxa, eċċ.): …

2.2.2.5.   Filtru tal-partikulati: iva/le (1)

2.2.2.5.1.   Dimensjonijiet u kapaċità tal-filtru tal-partikulati: …

2.2.2.5.2.   Tip u diżinn tal-filtru-partikulati: …

2.2.2.5.3.   Pożizzjoni (post(ijiet) u distanza(i) massima(i)/minima(i) mill-magna): …

2.2.2.5.4.   Il-metodu jew is-sistema ta’ riġenerazzjoni, deskrizzjoni u/jew disinn: …

2.2.2.5.5.   Il-medda tat-temperatura operattiva normali (K) u tal-pressjoni (kPa): …

2.2.2.6.   Sistemi oħra: iva/le (1)

2.2.2.6.1.   Deskrizzjoni u tħaddim: …’;

(ii)

It-taqsima 2.4 hija sostitwita b’ dan li ġej

‘2.4.   Timing tal-valv

2.4.1.   Lift massimu u angoli tal-ftuħ u l-għeluq skont iċ-ċentru assolut jew dejta ekwivalenti: …

2.4.2.   Firxa ta’ referenza u/jew issettjar (1)

2.4.3.   Sistema ta’ valv timing varjabbli (jekk applikabbli u fejn intake u/jew egżost)

2.4.3.1.   Tip: kontinwa jew mixgħul/mitfi (1)

2.4.3.2.   Angolu taċ-ċaqliq tal-fażi tal-cam: …’;

(iii)

Fit-Taqsima 3.1.2, it-tabella hija sostitwita b’dan li ġej:

 

“Magna prinċipali (*)

Magni f’familja (**)

Tip ta’ magna

 

 

 

 

 

Numru ta’ ċilindri

 

 

 

 

 

Veloċità stmata (min-1)

 

 

 

 

 

It-twassil tal-fjuwil għal kull strowk (mm3) għal magni dijżil, fluss tal-fjwuil (g/h) għal magni petrol, b’qawwa netta stmata

 

 

 

 

 

Qawwa netta stmata (kW)

 

 

 

 

 

Veloċità tas-saħħa massima (min-1)

 

 

 

 

 

Qawwa netta massima (kW)

 

 

 

 

 

Veloċità tas-saħħa massima (min-1)

 

 

 

 

 

It-twassil tal-karburant għal kull stroke (mm3) għal magni dijżil, fluss tal-karburant (g/h) għal magni petrol, b’torque massimu

 

 

 

 

 

Torque massimu (Nm)

 

 

 

 

 

Veloċità baxxa mhux ingranata (min-1)

 

 

 

 

 

Ċaqliq fiċ-ċilindru (f’% tal-magna ġenitur)

100

 

 

 

 

(iv)

It-taqsima 4.2 hija sostitwita b’ dan li ġej:

‘4.2.   Il-miżuri meħuda kontra t-tniġġis tal-arja

4.2.1.   Apparat għar-riċiklaġġ tal-gassijiet tal-crankcase: iva/le (1) …

4.2.2.   Apparati addizzjonali kontra t-tniġġis (jekk hemm, u jekk mhux koperti b’intestatura oħra)

4.2.2.1.   Konvertitur katalitiku: iva/le (1)

4.2.2.1.1.   Għamla(/iet): …

4.2.2.1.2.   Tip(i): …

4.2.2.1.3.   Numru ta’ konvertituri katalitiċi u elementi …

4.2.2.1.4.   Dimensjonijiet- u volum tal-konvertitur(i) katalitiku(ċi): …

4.2.2.1.5.   It-tip ta’ azzjoni katalitika: …

4.2.2.1.6.   Iċ-ċarġ totali tal-metalli prezzjużi: …

4.2.2.1.7.   Il-konċentrazzjoni relattiva: …

4.2.2.1.8.   Is-sottostrat (l-istruttura u l-materjal): …

4.2.2.1.9.   Densità taċ-ċellula: …

4.2.2.1.10.   Tip ta’ kisi għall-konvertitur(i) katalitiku(ċi): …

4.2.2.1.11.   Pożizzjoni tal-konvertitur(i) katalitiku(ċi) (post(ijiet) u distanza(i) massima(i)/minima(i) mill-magna): …

4.2.2.1.12.   Medda ta’ tħaddim normali (K): …

4.2.2.1.13.   Reaġent konsumabbli (fejn xieraq): …

4.2.2.1.13.1.   Tip u konċentrazzjoni ta’ reaġent meħtieġ għal azzjoni katalitika: …

4.2.2.1.13.2.   Medda normali ta’ temperatura operattiva tar-reaġent: …

4.2.2.1.13.3.   Standard internazzjonali (fejn ikun xieraq): …

4.2.2.1.14.   Senser tan-NOx: iva/le (1)

4.2.2.2.   Senser tal-Ossiġenu: iva/le (1)

4.2.2.2.1.   Għamla(/iet): …

4.2.2.2.2.   Tip: …

4.2.2.2.3.   Pożiżżjoni: …

4.2.2.3.   Injezzjoni tal-arja: iva/le (1)

4.2.2.3.1.   Tip (arja pulsata, pompa tal-arja, eċċ.): …

4.2.2.4.   EGR: iva/le (1)

4.2.2.4.1.   Karatteristiċi (imkessaħ/mhux imkessaħ, pressjoni għolja/pressjoni baxxa, eċċ.): …

4.2.2.5.   Filtru tal-partikulati: iva/le (1)

4.2.2.5.1.   Dimensjonijiet u kapaċità tal-filtru tal-partikulati: …

4.2.2.5.2.   Tip u diżinn tal-filtru-partikulati: …

4.2.2.5.3.   Pożizzjoni (post(ijiet) u distanza(i) massima(i)/minima(i) mill-magna): …

4.2.2.5.4.   Il-metodu jew is-sistema ta’ riġenerazzjoni, deskrizzjoni u/jew disinn: …

4.2.2.5.5.   Il-medda tat-temperatura operattiva normali (K) u tal-pressjoni (kPa): …

4.2.2.6.   Sistemi oħra: iva/le (1)

4.2.2.6.1.   Deskrizzjoni u tħaddim: …’;

(v)

It-taqsima 4.4 hija sostitwita b’ dan li ġej

‘4.4.   Timing tal-valv

4.4.1.   Lift massimu u angoli tal-ftuħ u l-għeluq skont iċ-ċentru assolut jew dejta ekwivalenti: …

4.4.2.   Firxa ta’ referenza u/jew issettjar (1): …

4.4.3.   Sistema ta’ valv timing varjabbli (jekk applikabbli u fejn intake u/jew egżost)

4.4.3.1.   Tip: kontinwa jew mixgħul/mitfi (1)

4.4.3.2.   Angolu taċ-ċaqliq tal-fażi tal-cam: …

(1)  Ħassar fejn ma japplikax.’"

(c)

L-Appendiċi 2 huwa emendat kif ġej:

(i)

It-taqsima 2.4 hija sostitwita b’ dan li ġej:

‘2.4.   Riżultati tal-emissjonijiet tal-magna/magna prinċipali (1)

2.4.1.   Informazzjoni dwar it-tmexxija tat-test NRSC

Fattur ta’ Deterjorament (DF): ikkalkulat/fiss (1)

Speċifika l-valuri DF u r-riżultati tal-emissjonijiet fit-tabella li ġejja:

Test NRSC

DF mult/żid (1)

CO

HC

NOx

HC+NOx

PM

 

 

 

 

 

 

Emissjonijiet

CO

(g/kWh)

HC

(g/kWh)

NOx

(g/kWh)

HC+NOx

(g/kWh)

PM

(g/kWh)

CO2

(g/kWh)

Riżultat tat-test

 

 

 

 

 

 

Riżultat tat-test finali bid-DF

 

 

 

 

 

 


Punti addizzjonali tat-test taż-żona ta’ kontroll (jekk applikabbli)

Emissjonijiet fil-punt tat-test

Veloċità tal-magna

Tagħbija

(%)

CO

(g/kWh)

HC

(g/kWh)

NOx

(g/kWh)

PM

(g/kWh)

Riżultat tat-test 1

 

 

 

 

 

 

Riżultat tat-test 2

 

 

 

 

 

 

Riżultat tat-test 3

 

 

 

 

 

 

2.4.1.2.   Sistema ta’ teħid ta’ kampjuni għat-test NRSC: …

2.4.1.2.1.   Emissjonijiet tal-gassijiet (*): …

2.4.1.2.2.   PM(*): …

2.4.1.2.3.   Metodu: filtru singolu/multiplu (1)

2.4.2.   Informazzjoni dwar it-tmexxija tat-test NRTC (jekk applikabbli):

2.4.2.1.   Riżultati tal-emissjonijiet tal-magna/magna prinċipali (Fattur ta’ Deterjorament (DF):

ikkalkulat/fiss (1)

Speċifika l-valuri DF u r-riżultati tal-emissjonijiet fit-tabella li ġejja

Dejta marbuta mar-riġenerazzjoni tista’ tiġi rappurtata għal magni tal-Istadju IV.

Test NRTC

DF mult/żid (1)

CO

HC

NOx

HC+NOx

PM

 

 

 

 

 

 

Emissjonijiet

CO

(g/kWh)

HC

(g/kWh)

NOx

(g/kWh)

HC+NOx

(g/kWh)

PM

(g/kWh)

Startjar ta’ magna kiesħa

 

 

 

 

 

 

Emissjonijiet

CO

(g/kWh)

HC

(g/kWh)

NOx

(g/kWh)

HC+NOx

(g/kWh)

PM

(g/kWh)

CO2

(g/kWh)

Startjar ta’ magna sħuna mingħajr riġenerazzjoni

 

 

 

 

 

 

Startjar ta’ magna sħuna bir-riġenerazzjoni

 

 

 

 

 

 

kr,u (mult/żid) (1)

kr,d (mult/żid) (1)

 

 

 

 

 

Riżultat tat-test iddifferenzjat

 

 

 

 

 

Riżultat tat-test finali bid-DF

 

 

 

 

 

Ħidma f’ċiklu għal startjar ta’ magna sħuna mingħajr riġenerazzjoni kWh

2.4.2.2.   Sistema ta’ teħid ta’ kampjuni għat-test NRTC:

Emissjonijiet tal-gassijiet (***): …

PM (***): …

Metodu: filtru singolu/multiplu (2)

(***)  Indika n-numru f’figura tas-sistema użata kif inhu stipulat fit-Taqsima 1 tal-Anness VI tad-Direttiva 97/68/KE;"

(***)  Indika n-numru f’figura tas-sistema użata kif inhu stipulat fit-Taqsima 1 tal-Anness VI tad-Direttiva 97/68/KE;"

(2)  Ħassar fejn ma japplikax.’"

(2)

Fl-Anness II, l-Appendiċi 1 huwa emendat kif ġej:

(a)

It-taqsima 2.2 hija sostitwita b’ dan li ġej:

‘2.2   Il-miżuri meħuda kontra t-tniġġis tal-arja

2.2.1.   Apparat għar-riċiklaġġ tal-gassijiet tal-crankcase: iva/le (1) …

2.2.2   Apparati addizzjonali kontra t-tniġġis (jekk hemm, u jekk mhux koperti b’intestatura oħra)

2.2.2.1.   Konvertitur katalitiku: iva/le (1)

2.2.2.1.1.   Għamla(/iet): …

2.2.2.1.2.   Tip(i): …

2.2.2.1.3.   Numru ta’ konvertituri katalitiċi u elementi …

2.2.2.1.4.   Dimensjonijiet- u volum tal-konvertitur(i) katalitiku(ċi): …

2.2.2.1.5.   It-tip ta’ azzjoni katalitika: …

2.2.2.1.6.   Iċ-ċarġ totali tal-metalli prezzjużi: …

2.2.2.1.7.   Il-konċentrazzjoni relattiva: …

2.2.2.1.8.   Is-sottostrat (l-istruttura u l-materjal): …

2.2.2.1.9.   Densità taċ-ċellula: …

2.2.2.1.10.   Tip ta’ kisi għall-konvertitur(i) katalitiku(ċi): …

2.2.2.1.11.   Il-pożizzjoni tal-konvertitur(i) katalitiku(ċi) (post(ijiet) u d-distanza(i) massima(i)/minima(i) mill-magna): …

2.2.2.1.12.   Medda ta’ tħaddim normali (K): …

2.2.2.1.13.   Reaġent konsumabbli (fejn xieraq): …

2.2.2.1.13.1.   Tip u konċentrazzjoni ta’ reaġent meħtieġ għal azzjoni katalitika: …

2.2.2.1.13.2.   Medda normali ta’ temperatura operattiva tar-reaġent: …

2.2.2.1.13.3.   Standard internazzjonali (fejn ikun xieraq): …

2.2.2.1.14.   Senser tan-NOx: iva/le (1)

2.2.2.2.   Senser tal-Ossiġenu: iva/le (1)

2.2.2.2.1.   Għamla(/iet): …

2.2.2.2.2.   Tip: …

2.2.2.2.3.   Pożiżżjoni: …

2.2.2.3.   Injezzjoni tal-arja: iva/le (1)

2.2.2.3.1.   Tip (arja pulsata, pompa tal-arja, eċċ.): …

2.2.2.4.   EGR: iva/le (1)

2.2.2.4.1.   Karatteristiċi (imkessaħ/mhux imkessaħ, pressjoni għolja/pressjoni baxxa, eċċ.): …

2.2.2.5.   Filtru tal-partikulati: iva/le (1)

2.2.2.5.1.   Dimensjonijiet u kapaċità tal-filtru tal-partikulati: …

2.2.2.5.2.   Tip u diżinn tal-filtru-partikulati: …

2.2.2.5.3.   Pożizzjoni (post(ijiet) u distanza(i) massima(i)/minima(i) mill-magna): …

2.2.2.5.4.   Il-metodu jew is-sistema ta’ riġenerazzjoni, deskrizzjoni u/jew disinn: …

2.2.2.5.5.   Il-medda tat-temperatura operattiva normali (K) u tal-pressjoni (kPa): …

2.2.2.6.   Sistemi oħra: iva/le (1)

2.2.2.6.1.   Deskrizzjoni u tħaddim: …’;

(b)

it-taqsima 2.4 hija sostitwita b’dan li ġej:

‘2.4.   Timing tal-valv

2.4.1.   Għoli massimu tal-irfigħ u angoli tal-ftuħ u l-għeluq skont iċ-ċentru assolut jew dejta ekwivalenti: …

2.4.2.   Firxa ta’ referenza u/jew issettjar (1): …

2.4.3.   Sistema ta’ valv timing varjabbli (jekk applikabbli u fejn intake u/jew egżost)

2.4.3.1.   Tip: kontinwa jew mixgħul/mitfi (3)

2.4.3.2.   Angolu taċ-ċaqliq tal-fażi tal-cam: …

(3)  Ħassar fejn ma japplikax.’"

(3)

L-Anness III huwa sostitwit b’li ġej:

“ANNESS III

GĦARFIEN TA’ APPROVAZZJONIJIET TAT-TIP ALTERNATTIVI

L-approvazzjonijiet tat-tip li ġejjin u, fejn applikabbli, il-marki tal-approvazzjoni tagħhom huma rikonoxxuti bħala ekwivalenti għal approvazzjoni ta’ din id-Direttiva:

1.

Għal kategoriji ta’ magni H, I, J u K (stadju IIIA) kif inhu speċifikat fl-Artikolu 9(3a) u (3b) tad-Direttiva 97/68/KE, approvazzjonijiet tat-tip skont il-punti 3.1, 3.2 u 3.3 tal-Anness XII tad-Direttiva 97/68/KE.

2.

Għal kategoriji ta’ magni L, M, N u P (stadju IIIB) kif inhu speċifikat fl-Artikolu 9(3c) tad-Direttiva 97/68/KE, approvazzjonijiet tat-tip skont il-punti 4.1, 4.2 u 4.3 tal-Anness XII tad-Direttiva 97/68/KE.

3.

Għal kategoriji ta’ magni Q u R (stadju IV) kif inhu speċifikat fl-Artikolu 9(3d) tad-Direttiva 97/68/KE, approvazzjonijiet tat-tip skont il-punti 5.1 u 5.2 tal-Anness XII tad-Direttiva 97/68/KE.’.


(*)  Għad-dettalji kollha ara t-Taqsima 2.

(**)  Għad-dettalji kollha ara t-Taqsima 4.’


20.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 82/20


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2014/44/UE

tat-18 ta’ Marzu 2014

li temenda l-Annessi I, II u III tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/37/KE dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-foresti, il-karrijiet tagħhom u makkinarju irmunkat interkambjabbli, flimkien mas-sistemi tagħhom, komponenti u unitajiet tekniċi separati

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2003/37/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-foresti, il-karrijiet tagħhom u makkinarju irmunkat interkambjabbli, flimkien mas-sistemi tagħhom, komponenti u unitajiet tekniċi separati u r-revoka tad-Direttiva 74/150/KEE (1), u b’mod partikolari l-punt (a) tal-Artikolu 19(1) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2003/37/KE waqqfet is-sistema tal-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi għall-agrikoltura u għall-forestrija, u b’hekk ġabitha konformi mar-regoli dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur.

(2)

Id-Direttiva 2000/25/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2000 dwar l-azzjoni li għandha tittieħed kontra l-emissjonijiet ta’ inkwinanti ta’ gass u partikolati minn magni għat-tmexxija ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE (2), hija waħda mid-Direttivi separati fil-qafas tas-sistema tal-approvazzjoni tat-tip stabbilita bid-Direttiva 2003/37/KE. Id-Direttiva 2000/25/KE ġiet emendata sabiex tinkludi diversi modifiki tad-Direttiva 97/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1997 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-miżuri kontra l-emissjoni ta’ inkwinanti ta’ gass u partikolati minn magni tal-kombustjoni interna li għandhom jigu installati f’makkinarju mobbli mhux tat-triq (3), rigward l-adattament għall-progress tekniku, l-introduzzjoni ta’ stadji ġodda ta’ emissjonijiet, l-introduzzjoni ta’ proċeduri ta’ approvazzjoni tat-tip alternattivi u l-implimentazzjoni ta’ skemi ta’ flessibbiltà.

(3)

Sabiex jitqiesu dawk l-emendi tad-Direttiva 2000/25/KE, id-dispożizzjonijiet amministrattivi korrispondenti tad-Direttiva 2003/37/KE għandhom jiġu aġġornati.

(4)

L-Annessi I, II, u III tad-Direttiva 2003/37/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

(5)

Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit fl-Artikolu 20(1) tad-Direttiva 2003/37/KE,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Annessi II u III tad-Direttiva (KE) Nru 2003/37/KE huma emendati skont l-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2015. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test rilevanti ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew jiġu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-publikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir it-tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin fil-liġijiet nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Marzu 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 171, 9.7.2003, p. 1.

(2)  ĠU L 173, 12.7.2000, p. 1.

(3)  ĠU L 59, 27.2.1998, p. 1.


ANNESS

L-Annessi I, II u III tad-Direttiva 2003/37/KE huma emendati kif ġej:

(1)

Fl-Anness I, il-Mudell A huwa emendat kif ġej:

(a)

It-Taqsima 3.2.2. hija sostitwita b’li ġej:

“3.2.2.   Il-miżuri meħuda kontra t-tniġġis tal-arja

3.2.2.1.

Apparat għar-riċiklaġġ tal-gassijiet tal-crankcase: iva/le (1)

3.2.2.2.

Apparati addizzjonali kontra t-tniġġis (jekk hemm, u jekk mhux koperti b’intestatura oħra)

3.2.2.2.1.

Konvertitur katalitiku: iva/le (1)

3.2.2.2.1.1.

Għamla(/iet): …

3.2.2.2.1.2.

Tip(i): …

3.2.2.2.1.3.

Numru ta’ konvertituri katalitiċi u ta’ elementi …

3.2.2.2.1.4.

Dimensjonijiet- u volum tal-konvertitur(i) katalitiku(ċi): …

3.2.2.2.1.5.

Tip ta’ azzjoni katalitika: …

3.2.2.2.1.6.

Ċarġ totali tal-metalli prezzjużi: …

3.2.2.2.1.7.

Konċentrazzjoni relattiva: …

3.2.2.2.1.8.

Sottostrat (struttura u materjal): …

3.2.2.2.1.9.

Densità taċ-ċelluli: …

3.2.2.2.1.10.

Tip ta’ kisi għall-konvertitur(i) katalitiku(ċi): …

3.2.2.2.1.11.

Pożizzjoni tal-konvertitur(i) katalitiku(ċi) (post(ijiet) u distanza(i) massima(i)/minima(i) mill-magna): …

3.2.2.2.1.12.

Firxa ta’ tħaddim normali (K): …

3.2.2.2.1.13.

Reaġent konsumabbli (fejn xieraq): …

3.2.2.2.1.13.1.

Tip u konċentrazzjoni ta’ reaġent li hemm bżonnu għal azzjoni katalittika: …

3.2.2.2.1.13.2.

Medda normali ta’ temperatura operattiva tar-reaġent: …

3.2.2.2.1.13.3.

Standard internazzjonali (fejn ikun xieraq): …

3.2.2.2.1.14.

Senser tan-NOx: iva/le (1)

3.2.2.2.2.

Senser tal-Ossiġenu: iva/le (1)

3.2.2.2.2.1.

Għamla(/iet): …

3.2.2.2.2.2.

Tip: …

3.2.2.2.2.3.

Pożizzjoni: …

3.2.2.2.3.

Injezzjoni tal-arja: iva/le (1)

3.2.2.2.3.1.

Tip (arja pulsata, pompa tal-arja, eċċ.): …

3.2.2.2.4.

EGR: iva/le (1)

3.2.2.2.4.1.

Karatteristiċi (imkessaħ/mhux imkessaħ, pressjoni għolja/pressjoni baxxa, eċċ.): …

3.2.2.2.5.

Filtru tal-partikulati: iva/le (1)

3.2.2.2.5.1.

Dimensjonijiet u kapaċità tal-filtru tal-partikulati: …

3.2.2.2.5.2.

Tip u disinn tal-filtru tal-partikulati: …

3.2.2.2.5.3.

Pożizzjoni (post(ijiet) u distanza(i) massima(i)/minima(i) mill-magna): …

3.2.2.2.5.4.

Il-metodu jew is-sistema ta’ riġenerazzjoni, deskrizzjoni u/jew disinn: …

3.2.2.2.5.5.

Il-medda tat-temperatura operattiva normali (K) u tal-pressjoni (kPa): …

3.2.2.2.6.

Sistemi oħra: iva/le (1)

3.2.2.2.6.1.

Deskrizzjoni u tħaddim: …”;

(b)

It-Taqsima 3.2.4. hija sostitwita b’li ġej

“3.2.4.   Timing tal-valv

3.2.4.1.

Lift massimu u angoli tal-ftuħ u l-għeluq skont iċ-ċentru assolut jew dejta ekwivalenti: …

3.2.4.2.

Firxa ta’ referenza u/jew issettjar (1)

3.2.4.3.

Sistema ta’ valv timing varjabbli (jekk applikabbli u fejn intake u/jew egżost)

3.2.4.3.1.

Tip: kontinwa jew mixgħul/mitfi (1)

3.2.4.3.2.

Angolu taċ-ċaqliq tal-fażi tal-cam: …”

(c)

Fit-Taqsima 3.3.1.2, it-tabella hija sostitwita b’dan li ġej:

 

“Magna prinċipali (*)

Magni f’familja (**)

Tip ta’ magna

 

 

 

 

 

Numru ta’ ċilindri

 

 

 

 

 

Veloċità stmata (min–1)

 

 

 

 

 

It-twassil tal-fjuwil għal kull strowk (mm3) għal magni dijżil, fluss tal-fjwuil (g/h) għal magni petrol, b’qawwa netta stmata

 

 

 

 

 

Qawwa netta stmata (kW)

 

 

 

 

 

Veloċità tas-saħħa massima (min–1)

 

 

 

 

 

Qawwa netta massima (kW)

 

 

 

 

 

Veloċità tas-saħħa massima (min–1)

 

 

 

 

 

It-twassil tal-karburant għal kull stroke (mm3) għal magni dijżil, fluss tal-karburant (g/h) għal magni petrol, b’torque massimu

 

 

 

 

 

Torque massimu (Nm)

 

 

 

 

 

Veloċità baxxa mhux ingranata (min–1)

 

 

 

 

 

Ċaqliq fiċ-ċilindru (f’% tal-magna ġenitur)

100

 

 

 

 

(d)

It-Taqsima 3.4.2. hija sostitwita b’li ġej:

“3.4.2.   Il-miżuri meħuda kontra t-tniġġis tal-arja

3.4.2.1.

Apparat għar-reċiklaġġ tal-gassijiet tal-crankcase: iva/le (1)…

3.4.2.2.

Apparati addizzjonali kontra t-tniġġis (jekk hemm, u jekk mhux koperti b’intestatura oħra)

3.4.2.2.1.

Konvertitur katalitiku: iva/le (1)

3.4.2.2.1.1.

Għamla(/iet): …

3.4.2.2.1.2.

Tip(i): …

3.4.2.2.1.3.

Numru ta’ konvertituri katalitiċi u ta’ elementi …

3.4.2.2.1.4.

Dimensjonijiet- u volum tal-konvertitur(i) katalitiku(ċi): …

3.4.2.2.1.5.

Tip ta’ azzjoni katalitika: …

3.4.2.2.1.6.

Ċarġ totali tal-metalli prezzjużi: …

3.4.2.2.1.7.

Konċentrazzjoni relattiva: …

3.4.2.2.1.8.

Sottostrat (struttura u materjal): …

3.4.2.2.1.9.

Densità taċ-ċelluli: …

3.4.2.2.1.10.

Tip ta’ kisi għall-konvertitur(i) katalitiku(ċi): …

3.4.2.2.1.11.

Pożizzjoni tal-konvertitur(i) katalitiku(ċi) (post(ijiet) u distanza(i) massima(i)/minima(i) mill-magna): …

3.4.2.2.1.12.

Firxa ta’ tħaddim normali (K): …

3.4.2.2.1.13.

Reaġent konsumabbli (fejn xieraq): …

3.4.2.2.1.13.1.

Tip u konċentrazzjoni ta’ reaġent li hemm bżonnu għal azzjoni katalittika: …

3.4.2.2.1.13.2.

Medda normali ta’ temperatura operattiva tar-reaġent: …

3.4.2.2.1.13.3.

Standard internazzjonali (fejn ikun xieraq): …

3.4.2.2.1.14.

Senser tan-NOx: iva/le (1)

3.4.2.2.2.

Senser tal-Ossiġenu: iva/le (1)

3.4.2.2.2.1.

Għamla(/iet): …

3.4.2.2.2.2.

Tip: …

3.4.2.2.2.3.

Pożizzjoni: …

3.4.2.2.3.

Injezzjoni tal-arja: iva/le (1)

3.4.2.2.3.1.

Tip (arja pulsata, pompa tal-arja, eċċ.): …

3.4.2.2.4.

EGR: iva/le (1)

3.4.2.2.4.1.

Karatteristiċi (imkessaħ/mhux imkessaħ, pressjoni għolja/pressjoni baxxa, eċċ.): …

3.4.2.2.5.

Filtru tal-partikulati: iva/le (1)

3.4.2.2.5.1.

Dimensjonijiet u kapaċità tal-filtru tal-partikulati: …

3.4.2.2.5.2.

Tip u disinn tal-filtru tal-partikulati: …

3.4.2.2.5.3.

Pożizzjoni (post(ijiet) u distanza(i) massima(i)/minima(i) mill-magna): …

3.4.2.2.5.4.

Il-metodu jew is-sistema ta’ riġenerazzjoni, deskrizzjoni u/jew disinn: …

3.4.2.2.5.5.

Il-medda tat-temperatura operattiva normali (K) u tal-pressjoni (kPa): …

3.4.2.2.6.

Sistemi oħra: iva/le (1)

3.4.2.2.6.1.

Deskrizzjoni u tħaddim: …”;

(e)

It-Taqsima 3.4.5. hija sostitwita b’li ġej

“3.4.5.   Timing tal-valv

3.4.5.1.

Lift massimu u angoli tal-ftuħ u l-għeluq skont iċ-ċentru assolut jew id-dejta ekwivalenti: …

3.4.5.2.

Firxa ta’ referenza u/jew issettjar (1)

3.4.5.3.

Sistema ta’ valv timing varjabbli (jekk applikabbli u fejn intake u/jew egżost)

3.4.5.3.1.

Tip: kontinwa jew mixgħul/mitfi (1)

3.4.5.3.2.

Angolu taċ-ċaqliq tal-fażi tal-cam: …”

(f)

Tiddaħħal it-taqsima 3.5 li ġejja:

“3.5   Qawwa tal-magna

3.5.1

Qawwa netta massima tal-magna: … kW, fi … min–1 (skont id-Direttiva 97/68/KE) (***))

3.5.2

Qawwa netta smata tal-magna: … kW, fi … min–1 (skont id-Direttiva 97/68/KE)

3.5.3

Fakultattiv: Qawwa fil-power take-off (PTO), jekk ikun hemm, bil-veloċità/veloċitajiet stmat(i) (skont il-Kodiċi 2 tal-OECD jew l-istandard ISO 789-1 1990)

Veloċità standard tal-PTO

(min–1)

Veloċità tal-magna korrispondenti

(min–1)

Qawwa

(kW)

1-540

 

 

2-1 000

 

 

3-540 ECO

 

 

4-1 000 ECO

 

 

(***)  ĠU L 59, 27.2.1998, p. 1.”"

(2)

Fl-Anness II, il-Kapitolu C, Parti II, it-Taqsima 2 hija sostitwita b’dan li ġej:

“2.   Ir-riżultati tat-testijiet tal-emissjoni tal-egżost

In-numru tad-Direttiva ta’ bażi u l-emenda l-aktar riċenti applikabbli għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE. Għal Direttiva b’żewġ fażijiet jew aktar ta’ applikazzjoni, indika liema fażi:

Varjant/verżjoni: …

a.

Ir-riżultati finali tat-testijiet NRSC/ESC/WHSC (1) bid-DF inkluż (g/kWh)

 

Varjant/verżjoni

Varjant/verżjoni

Varjant/verżjoni

CO

… g/kWh

… g/kWh

… g/kWh

HC

… g/kWh

… g/kWh

… g/kWh

NOx

… g/kWh

… g/kWh

… g/kWh

HC+NOx

… g/kWh

… g/kWh

… g/kWh

PM

… g/kWh

… g/kWh

… g/kWh

CO2

… g/kWh

… g/kWh

… g/kWh

b.

Ir-riżultati finali tat-testijiet NRTC/ETC/WHTC (1) bid-DF inkluż (g/kWh) (****)

 

Varjant/verżjoni

Varjant/verżjoni

Varjant/verżjoni

CO

… g/kWh

… g/kWh

… g/kWh

HC

… g/kWh

… g/kWh

… g/kWh

NOx

… g/kWh

… g/kWh

… g/kWh

NMHC

… g/kWh

… g/kWh

… g/kWh

CH4

… g/kWh

… g/kWh

… g/kWh

PM

… g/kWh

… g/kWh

… g/kWh

B’ċiklu NRTC sħun CO2

… g/kWh

… g/kWh

… g/kWh

Tħaddim taċ-ċiklu sħun NRTC

… kWh

… kWh

… kWh

(1)  Ħassar fejn ma japplikax."

(****)  Fejn huwa applikabbli.”"

(3)

Il-Parti I, A tal-Anness III hija emendata kif ġej:

(a)

It-Taqsima 3.6. hija sostitwita b’li ġej:

“3.6.   Qawwa netta massima tal-magna: … kW, fi … min–1 (skont id-Direttiva 97/68/KE (2)

3.6.1.

Qawwa netta smata tal-magna:… kW, fi … min–1 (skont id-Direttiva 97/68/KE)

3.6.2.

Fakultattiv: Qawwa fil-power take-off (PTO), jekk ikun hemm, bil-veloċità/veloċitajiet stmat(i) (skont il-Kodiċi 2 tal-OECD jew l-istandard ISO 789-1 1990)

(2)  Iddikjara l-metodu tat-test użat;”"

(b)

It-Taqsimiet 15.1. u 15.2. huma sostitwiti b’li ġej:

“15.1.   Ir-riżultati finali tat-testijiet NRSC/ESC/WHSC (3) bid-DF inkluż:

CO: … (g/kWh) HC: … (g/kWh) NOX: … (g/kWh)

HC+NOX: … (g/kWh) Partikulati: … (g/kWh) CO2: … (g/kWh)

15.2   Ir-riżultati finali tat-testijiet NRTC/ETC/WHTC (3) bid-DF inkluż (g/kWh) (*****)

CO: … (g/kWh) HC: … (g/kWh) NOX: … (g/kWh)

HC+NOX: … (g/kWh) Partikulati: … (g/kWh) ċiklu sħun CO2: … (g/kWh) Ħidma f’ċiklu għal bidu sħun mingħajr riġenerazzjoni (kWh)

(3)  Ħassar fejn ma japplikax."

(3)  Ħassar fejn ma japplikax."

(*****)  Fejn huwa applikabbli.”"


(*)  Għad-dettalji kollha ara t-Taqsima 3.2.

(**)  Għad-dettalji kollha ara t-Taqsima 3.4.”;


DEĊIŻJONIJIET

20.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 82/27


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL

tat-18 ta’ Marzu 2014

li tirrifjuta l-proposta għal Regolament ta’ Implimentazzjoni li jerġa’ jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu xedd tas-saqajn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u prodotti minn Brosmann Footwear (HK) Ltd, Seasonable Footwear (Zhongshan) Ltd, Lung Pao Footwear (Guangzhou) Ltd, Risen Footwear (HK) Co Ltd u Zhejiang Aokang Shoes Co. Ltd

(2014/149/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet dumped minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta ppreżentata mill-Kummissjoni Ewropea, wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

(1)

Fil-5 ta’ Ottubru 2006, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 1472/2006 (2) (“ir-Regolament ikkontestat”), li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta’ ċerti tipi ta’ lbies għar-riġlejn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u l-Vjetnam. Wara rieżami ta’ skadenza, il-miżuri ġew estiżi mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1294/2009 (3). Dawn il-miżuri skadew fil-31 ta’ Marzu 2011.

(2)

Ċerti produtturi li jesportaw ressqu kawżi quddiem il-Qorti Ġenerali għall-annullament tar-Regolament ikkontestat. Il-Qorti Ġenerali ċaħdet dawn l-azzjonijiet. (4) Madankollu, fuq appell, il-Qorti tal-Ġustizzja (“il-Qorti”), fis-sentenza tagħha tat-2 ta’ Frar 2012 fil-Kawża C-249/10 P, Brosmann et al vs il-Kunsill u tal-15 ta’ Novembru 2012 fil-Kawża C-247/10 P, Zhejiang Aokang Shoes vs il-Kunsill (is-“sentenzi”), tannulla s-sentenzi tal-Qorti Ġenerali u tannulla r-Regolament (KE) Nru 1472/2006 dment li jirrigwarda għall-appellanti. B’mod partikolari, il-Qorti sabet illi l-Kummissjoni missha eżaminat it-talbiet ippreżentati mill-appellanti għall-fini tal-Trattament tal-Ekonomija tas-Suq (“MET”) li jagħmel it-talba f’konformità mal-Artikolu 2(7)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2008 u li ma setax jiġi eskluż li tali eżami setgħet twassal għal dazju aktar baxx ta’ antidumping għall-appellanti.

(3)

Permezz ta’ avviż ippublikat f’Il-Ġurnal Uffiċjal tal-Unjoni Ewropea  (5) il-Kummissjoni informat lill-produtturi li jesportaw ikkonċernati bis-sentenzi li hija kienet iddeċidiet li terġa’ tibda l-proċedura biex tibdel il-partijiet annullati tar-Regolament ikkontestat u biex teżamina jekk il-kondizzjonijiet tal-ekonomija tas-suq irnexxewx għal dawn il-produtturi matul il-perijodu rilevanti.

(4)

Fid-19 ta’ Frar 2014, il-Kummissjoni adottat il-proposta għal Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill li jerġa’ jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu xedd tas-saqajn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u prodotti minn Brosmann Footwear (HK) Ltd, Seasonable Footwear (Zhongshan) Ltd, Lung Pao Footwear (Guangzhou) Ltd, Risen Footwear (HK) Co Ltd u Zhejiang Aokang Shoes Co. Ltd (“il-proposta”). Il-proposta tiddikjara li l-eżami tat-talbiet tal-MET urew li l-kondizzjonijiet tal-ekonomija tas-suq ma rnexxewx matul il-perijodu rilevanti għall-produtturi li jesportaw ikkonċernati mis-sentenzi, li l-MET għandu jiġi miċħud mingħand dawn il-produtturi li jesportaw u li d-dazju antidumping oriġinarjament impost mir-Regolament ikkontestat għandu, b’konsegwenza, jerġa’ jiddaħħal. Għal dan il-għan, il-proposta terġa’ ddaħħal dazju definittiv antidumping għall-produtturi li jesportaw ikkonċernati mis-sentenzi għall-perijodu ta’ applikazzjoni tar-Regolament ikkontestat.

(5)

L-Artikolu 1(4) tal-proposta jaqra kif ġej: “Id-dispożizzjonijiet fis-seħħ li jikkonċernaw dazji doganali għandhom japplikaw, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 221 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/1992 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (6). Il-komunikazzjoni lid-debitur tal-ammont ta’ dazju tista’ ssir iktar minn tliet snin wara li ġġarrab id-dejn doganali, imma mhux aktar tard minn sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.”.

L-Artikolu 221(3) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/1992 (“Kodiċi Doganali”) jippreskrivi l-komunikazzjoni tad-dazji antidumping li ġew imposti mill-ġdid fuq id-debitur għal kwalunkwe importazzjoni li seħħ iktar minn tliet snin ilu, dment li l-perijodu ma ġiex sospiż fi stennija għal appell taħt l-Artikolu 243 tal-Kodiċi Kriminali. L-Artikolu 1(4) tar-Regolament ikkontestat ipprovda li, dment li ma jkunx speċifikat mod ieħor, id-dispożizzjonijiet fis-seħħ rigward id-dazji doganali applikati, u ma kienx fih ebda deroga mill-Artikolu 221(3) tal-Kodiċi Doganali. Għall-għan li l-komunikazzjoni oriġinali tad-dejn għad-debitur ġiet irtirata wara s-sentenzi, l-operaturi setgħu, b’mod leġittimu, jistennew li, ġaladarba l-perijodu ta’ tliet snin previst mill-Artikolu 221(3) tal-Kodiċi Doganali jkun skada, kwalunkwe impożizzjoni mill-ġdid tad-dejn ikun preskritt u, konsegwentement, id-dejn kien “spiċċa”. (7) Ġaladarba d-dejn spiċċa skont l-Artikolu 221(3), l-impożizzjoni tiegħu mill-ġdid b’mod retroattiv ikun għalhekk qed jikser l-aspettazzjonijiet leġittimi tal-operaturi kkonċernati.

F’konklużjoni, il-valutazzjoni tal-Kunsill hija li applikazzjoni retroattiva tad-deroga mill-Artikolu 221(3) tal-Kodiċi Doganali ma tkunx possibbli f’dan il-każ, peress li tikser l-aspettazzjonijiet leġittimi tal-operaturi kkonċernati.

(6)

Mingħajr id-deroga retroattiva mill-Artikolu 221(3), l-impożizzjoni mill-ġdid tad-dazji jkollha effett finanzjarju limitat ħafna fil-prattika, minn meta l-miżuri oriġinali skadew fil-31 ta’ Marzu 2011.

(7)

Barra minn hekk, dawk li jkunu qed jilmentaw ma pprovdewx elementi li juru li l-adozzjoni tal-miżura proposta ser ikollha impatt fuqhom.

(8)

Il-Qorti annullat ir-Regolament ikkontestat fl-intier tagħha, safejn ma tirrigwardax għall-appellanti. Bħala konsegwenza, l-effett tas-sentenzi fir-rigward għall-miżura annullati mhux dipendenti fuq att addizzjonali li għandu jiġi adottat mill-Istituzzjonijiet. Għalhekk il-Kunsill ikkonkluda li l-Artikolu 266 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ma jobbligax l-Istituzzjonijiet biex jimponi mill-ġdid id-dazji fil-każ attwali,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-proposta għal Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill li jerġa’ jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu xedd tas-saqajn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u prodotti minn Brosmann Footwear (HK) Ltd, Seasonable Footwear (Zhongshan) Ltd, Lung Pao Footwear (Guangzhou) Ltd, Risen Footwear (HK) Co Ltd u Zhejiang Aokang Shoes Co. Ltd hija rifjutata u l-proċedimenti fir-rigward ta’ dawk il-produttur huma terminati.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Marzu 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

E. VENIZELOS


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  ĠU L 275, 6.10.2006, p. 1. Fit-23 ta’ Marzu 2006, il-Kummissjoni kienet diġà adottat ir-Regolament (KE) Nru 553/2006 li jistabbilixxi dazju antidumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu żraben bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mill-Vjetnam (ĠU L 98, 6.4.2006, p. 3). Sussegwentement għall-adozzjoni tar-Regolament ikkontestat, il-miżuri ġew estiżi għal importazzjonijiet ikkonsenjati mir-Reġjun Amministrattiv Speċjali tal-Makaw bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 388/2008 tad-29 April 2008 li jestendi l-miżuri antidumping definittivi imposti mir-Regolament (KE) Nru 1472/2006 fuq importazzjonijiet ta’ ċertu xedd tas-saqajn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għal importazzjonijiet tal-istess prodott konsenjati mill-Makaw SAR, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Makaw SAR u kemm jekk le (ĠU L 117, 1.5.2008, p. 1).

(3)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (KE) Nru 1294/2009 tat-22 ta’ Diċembru 2009 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċertu xedd tas-saqajn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li ġej mill-Vjetnam u li joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, kif estiż għal importazzjonijiet ta’ ċertu tipi ta’ xedd tas-saqajn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda kkunsinnati mill-Makaw SAR, sew jekk dikjarati li joriġinaw fil-Makaw SAR sew jekk le, wara reviżjoni tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, (ĠU L 352, 30.12.2009, p. 1).

(4)  Is-sentenzi tal-4.3.2012 fil-Kawża T-401/06, Brosmann Footweak (HK) u oħrajn vs il-Kunsill ([2010] Ġabra II-671) u fil-Kawżi Konġunti T-407/06 u T-408/06, Zhejiang Aokang Shoes u Wenzhou Taima Shoes vs il-Kunsill ([2010] Ġabra II-747).

(5)  ĠU C 295, 11.10.2013, p. 6.

(6)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.

(7)  Ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23.2.2006 fil-Kawża C-201/04, Molenbergnatie, ([2006] Ġabra I-2049), paragrafu 41, is-sentenza tat-28.1.2010 fil-Kawża C-264/08 (Direct Parcel Distribution Belgium) ([2010] ECR I-731), paragrafu 43.


20.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 82/29


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-18 ta’ Marzu 2014

dwar l-organizzazzjoni ta’ esperiment temporanju li jistipula ċerti derogi għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ popolazzjonijiet tal-ispeċijiet tal-pjanti qamħ, xgħir, ħafur u qamħirrum skont id-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE

(notifikata bid-dokument C(2014) 1681)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2014/150/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1966 dwar il-marketing taż-żerriegħa tal-ġwież (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13a tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 66/402/KEE tistabbilixxi rekwiżiti speċifiċi għall-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni taż-żerriegħa taċ-ċereali. Dawk id-dispożizzjonijiet jipprevjenu l-kummerċjalizzazzjoni ta’ żerriegħa li ma tiffurmax parti minn varjetà.

(2)

Madanakollu, riċerka ġdida fl-Unjoni dwar materjal riproduttiv tal-pjanti li ma jissodisfax d-definizzjoni tal-varjetà fir-rigward tal-uniformità, turi li jista’ jkun hemm benefiċċji jekk jintuża dan il-materjal divers, partikolarment fir-rigward tal-produzzjoni organika jew fl-agrikoltura b’kontribut żgħir (low input agriculture), pereżempju biex jitnaqqas it-tixrid tal-mard.

(3)

Biex jippermettu li żerriegħa minn dawk il-popolazzjonijiet tiġi kummerċjalizzata, ikun meħtieġ li jiġu emendati l-punti E., F. u G. tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 66/402/KEE billi tiżdied il-possibbiltà li tiġi kummerċjalizzata żerriegħa li ma tissodisfax ir-rekwiżiti li jikkonċernaw aspetti varjetali. Sabiex tittieħed deċiżjoni dwar tali emenda għad-Direttiva 66/402/KEE, huwa meħtieġ li tinġabar informazzjoni dwar il-kummerċjalizzazzjoni ta’ żerriegħa minn popolazzjonijiet. B’mod partikolari, jeħtieġ li jkun ivverifikat jekk l-identifikazzjoni ta’ popolazzjonijiet ta’ speċijiet partikolari tistax tiġi żgurata, b’garanziji simili għal dawk li jirriżultaw mir-rekwiżiti li jikkonċernaw aspetti varjetali, abbażi ta’ informazzjoni dwar metodi għat-tnissil u għall-produzzjoni tagħhom. Barra minn hekk, għandu jiġi evalwat, f’dan l-esperiment, jekk l-identità taż-żerriegħa kummerċjalizzata bħala parti minn dawk il-popolazzjonijiet u l-informazzjoni lill-utent jistgħux jiġu żgurati, b’garanziji simili għal dawk li jirriżultaw mill-Artikoli 3(1) u 10, abbażi tar-rekwiżiti dwar it-traċċabbiltà u l-identifikazzjoni tal-postijiet ta’ produzzjoni.

(4)

Minħabba l-karatteristiċi ta’ popolazzjonijiet, iċ-ċertifikazzjoni ta’ żerriegħa minn popolazzjonijiet tista’ timplika piż sproporzjonat għall-awtoritajiet u għall-operaturi. Għaldaqstant, huwa xieraq li tinġabar informazzjoni dwar il-possibbiltà li tkun stipulata sistema ta’ kontrolli tal-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ żerriegħa ta’ popolazzjonijiet li ma jeħtiġux ċertifikazzjoni.

(5)

Fid-dawl tal-importanza tagħhom għas-settur tas-suq ta’ ċereali, u fid-dawl tar-riżultati disponibbli tar-riċerka, l-ispeċijiet soġġetti għal dan l-esperiment għandhom ikunu l-qamħ, ix-xgħir, il-ħafur u l-qamħirrum.

(6)

Sabiex tkun iċċarata n-natura ta’ popolazzjonijiet meta mqabbla ma’ varjetajiet, jeħtieġ li jiġi stabbilit rekwiżit dwar l-għadd ta’ varjetajiet użati fit-taħlit biex titnissel popolazzjoni.

(7)

Il-korpi uffiċjali responsabbli għandhom jimmonitorjaw dan l-esperiment permezz ta’ kontrolli uffiċjali dwar il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ żerriegħa minn popolazzjonijiet u l-kwantitajiet tagħhom, il-persuni li jżommu dawk il-popolazzjonijiet u l-prestazzjoni ta’ dawk il-popolazzjonijiet f’żoni speċifiċi.

(8)

Għandhom jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u l-awtorizzazzjoni ta’ popolazzjoni skont din id-Deċiżjoni, is-sottomissjoni ta’ kampjun ta’ referenza, id-denominazzjoni tal-popolazzjoni, u r-reġistrazzjoni ta’ persuni li jipproduċu u jikkummerċjalizzaw dawk il-popolazzjonijiet. Huwa importanti li dawk il-kundizzjonijiet jiġu vvalutati biex jiġu żgurati l-identità u t-traċċabbiltà matul il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ tali popolazzjonijiet, kontrolli effettivi mill-korpi uffiċjali responsabbli, u l-evitar tal-ħolqien ta’ suq parallel ma’ dak stabbilit skont id-Direttiva 66/402/KEE.

(9)

Barra minn hekk, huwa xieraq li jiġu stipulati rekwiżiti speċifiċi għall-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni sabiex ikun żgurat li ż-żrieragħ minn popolazzjonijiet jissodisfaw l-istess rekwiżiti fl-Istati Membri parteċipanti kollha. Dawn ir-rekwiżiti għandhom ikunu bbażati fuq il-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-Deċiżjoni. Sabiex tiġi żgurata s-saħħa u l-kwalità taż-żerriegħa, dawk ir-rekwiżiti għandhom ikunu simili għal dawk stabbiliti għal żerriegħa ċertifikata fid-Direttiva 66/402/KEE sabiex ikun żgurat livell komparabbli ta’ kwalità.

(10)

Minħabba n-natura sperimentali tal-miżura stipulata f’din id-Deċiżjoni, għandha tiġi ffissata kwantità massima għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ popolazzjonijiet ta’ żerriegħa, b’mod li titqies il-ħtieġa li jiġu ttestjati taħlitiet differenti bl-użu tal-faċilitajiet eżistenti. Il-kwantità għandha tkun tali li tippermetti riżultati affidabbli u rappreżentattivi tal-esperiment. Madanakollu, din ma għandhiex taqbeż ċertu limitu, sabiex ikun prevenut l-iżvilupp ta’ suq taż-żerriegħa parallel ma’ dak stabbilit skont id-Direttiva 66/402/KEE.

(11)

Sabiex jiżguraw it-trasparenza u għażliet infurmati għall-utenti ta’ dawk il-popolazzjonijiet, u biex jiġu prevenuti prattiċi qarrieqa, għandhom jiġu adottati kundizzjonijiet speċjali dwar l-ittikkettar għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ żerriegħa minn dawn il-popolazzjonijiet waqt dak l-esperiment. Minħabba n-natura speċjali tal-popolazzjonijiet, dawk il-kundizzjonijiet għandhom jidderogaw mid-dispożizzjonijiet tal-Anness V tad-Direttiva 66/402/KEE. Għandu jiġi ttestjat jekk tistax tiġi żgurata biżżejjed informazzjoni xierqa lill-utent tal-materjal mir-rekwiżiti li d-denominazzjoni ta’ popolazzjonijiet tindika b’mod ċar li huma popolazzjonijiet, u li t-tikketta tindika r-reġjun tal-produzzjoni.

(12)

Sabiex ikun determinat il-valur ekonomiku, agronomiku u ambjentali tal-alternattivi mtejba għad-dispożizzjonijiet tad–Direttiva 66/402/KEE imsemmijin hawn fuq, huwa importanti li tiġi żgurata valutazzjoni komprensiva ta’ għadd ta’ elementi u riżultati ta’ dak l-esperiment. Għal dak l-għan l-Istati Membri għandhom jirreġistraw l-informazzjoni xierqa, jiġifieri l-ispeċijiet u d-denominazzjonijiet użati għall-popolazzjonijiet li fuqhom ikun qed isir l-esperiment, it-tip ta’ popolazzjonijiet, il-modalitajiet u l-ispejjeż tal-awtorizzazzjoni tal-popolazzjonijiet, ir-riżultati tat-testijiet, ir-riżultati tal-prestazzjoni, id-daqs tal-operaturi involuti, it-tip ta’ utenti u l-esperjenza tagħhom.

(13)

Sabiex jippermettu lill-Istati Membri jivverifikaw li l-kwantità massima ta’ żerriegħa minn popolazzjonijiet ma tinqabiżx, l-operaturi li beħsiebhom jipproduċu tali popolazzjonijiet għandhom jikkomunikaw lill-Istati Membri kkonċernati l-kwantitajiet li beħsiebhom jipproduċu.

(14)

Sabiex jippermetti li l-fornituri jipproduċu u jikkummerċjalizzaw kwantità kbira biżżejjed ta’ żerriegħa, u biex jagħmilha possibbli għall-awtoritajiet kompetenti li jispezzjonaw dak il-materjal u jiġbru biżżejjed informazzjoni komparabbli biex tintuża għat-tħejjija tar-rapport, l-esperiment għandu jsir tul perjodu ta’ mill-inqas tliet staġuni kummerċjali.

(15)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni jikkonformaw mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar iż-Żerriegħa u l-Materjal Propagattiv għall-Agrikultura, l-Ortikultura u l-Forestrija,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Suġġett

1.   Jiġi organizzat esperiment temporanju fil-livell tal-Unjoni bl-għan li jiġi vvalutat jekk il-produzzjoni, bil-ħsieb tal-kummerċjalizzazzjoni, u l-kummerċjalizzazzjoni, taħt ċerti kundizzjonijiet, ta’ żerriegħa minn popolazzjonijiet, kif imsemmija fl-Artikolu 2 u li tappartieni għall-ispeċijiet Avena spp., Hordeum spp., Triticum spp. u Zea mays L., jistgħux jikkostitwixxu alternattivi mtejba għall-esklużjoni tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ żerriegħa li ma tikkonformax mar-rekwiżiti tal-Artikolu 2(1)(E), (F) u (G) tad-Direttiva 66/402/KEE dwar aspetti varjetali taż-żerriegħa ta’ ċerti speċi, u għar-rekwiżiti tal-Artikolu 3(1) dwar il-kummerċjalizzazzjoni b’ċertifikazzjoni uffiċjali bħala “żerriegħa ċċertifikata”, “żerriegħa ċċertifikata, l-ewwel ġenerazzjoni” jew “żerriegħa ċċertifikata, it-tieni ġenerazzjoni”.

2.   Dawn l-elementi għandhom jiġu vvalutati:

(a)

jekk l-identifikazzjoni tal-popolazzjonijiet ta’ dawk l-ispeċijiet tistax issir abbażi ta’ informazzjoni dwar metodi għat-tnissil u għall-produzzjoni tagħhom, il-varjetajiet użati fit-taħlit, u l-karatteristiċi ewlenin ta’ dawk il-popolazzjonijiet; kif ukoll

(b)

jekk l-identità ta’ żrieragħ minn dawn il-popolazzjonijiet kummerċjalizzati tistax tkun ibbażata fuq ir-rekwiżiti dwar it-traċċabbiltà u l-identifikazzjoni tar-reġjun tal-produzzjoni.

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

Din id-Deċiżjoni għandha tkopri gruppi tal-pjanti li jissodisfaw dawn ir-rekwiżiti:

(a)

jirriżultaw minn kombinament determinat ta’ ġenotipi;

(b)

huma kkunsidrati bħala unitajiet fir-rigward ta’ kemm huma adatti biex jiġu riprodotti mingħajr ma jinbidlu ladarba jiġu stabbiliti f’reġjun partikolari tal-produzzjoni b’kundizzjonijiet agroklimatiċi speċifiċi;

(c)

huma ġġenerati permezz ta’ waħda mit-tekniki li ġejjin:

(i)

it-taħlit ta’ ħames varjetajiet jew iktar fil-kombinamenti kollha, segwit mill-immassar tal-proġenija, u l-esponiment tal-istokk għas-selezzjoni naturali f’ġenerazzjonijiet suċċessivi;

(ii)

it-tkabbir ta’ mill-inqas ħames varjetajiet ta’ speċi li b’mod predominanti titnissel bi transfertilizzazzjoni, l-immassar tal-proġenija, iż-żrigħ mill-ġdid u b’mod ripetut tal-istokk u l-esponiment tiegħu għas-selezzjoni naturali sakemm ix-xitel tal-varjetajiet oriġinali ma jibqgħux preżenti;

(iii)

it-taħlit bejn il-varjetajiet permezz ta’ protokolli tat-taħlit li jkunu differenti minn dawk f’(i) jew (ii) biex tiġi prodotta popolazzjoni diversa b’mod simili li ma fihiex varjetajiet.

Minn hawn ‘il quddiem tali grupp ta’ xitel jissejħu “popolazzjonijiet”.

Artikolu 3

Il-parteċipazzjoni tal-Istati Membri

1.   Kull Stat Membru jista’ jipparteċipa fl-esperiment. L-aħħar data li fiha jistgħu jibdew jieħdu sehem hija Jannar tal-2017.

2.   L-Istati Membri li jiddeċiedu li jieħdu sehem fl-esperiment (minn hawn’ il quddiem: “Stati Membri parteċipanti”) għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar il-parteċipazzjoni tagħhom, u jindikaw l-ispeċijiet u r-reġjuni koperti bil-parteċipazzjoni tagħhom, kif ukoll il-miżuri applikati skont din id-Deċiżjoni.

3.   L-Istati Membri jistgħu jtemmu l-parteċipazzjoni tagħhom f’kull mument billi jinfurmaw lill-Kummissjoni.

Artikolu 4

Ħelsien mill-obbligi

L-Istati Membri parteċipanti huma meħlusa mill-obbligi stipulati fl-Artikolu 2(1) (E), (F) u (G), fl-Artikolu 3(1) u fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 66/402/KEE, fir-rigward tal-produzzjoni, bil-ħsieb ta-kummerċjalizzazzjoni, u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ popolazzjonijiet.

Artikolu 5

Identifikazzjoni tal-popolazzjonijiet

Popolazzjoni għandha tkun identifikabbli abbażi tal-elementi li ġejjin:

(a)

il-varjetajiet użati fit-taħlit għall-ħolqien tal-popolazzjoni;

(b)

l-iskemi tat-tnissil kif definiti permezz tal-protokolli rispettivi;

(c)

ir-reġjun tal-produzzjoni;

(d)

il-grad ta’ eteroġenejtà, b’mod partikolari fi speċijiet li jdakkru lilhom infushom; kif ukoll

(e)

il-karatteristiki tagħha, kif imsemmija fl-Artikolu 7(2)(f).

Artikolu 6

Kundizzjonijiet għall-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-popolazzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan l-esperiment, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li ż-żerriegħa tal-popolazzjoni tista’ tiġi prodotta, bil-ħsieb li tiġi kummerċjalizzata, u kummerċjalizzata jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

iż-żerriegħa tkun tagħmel parti minn popolazzjoni awtorizzata;

(b)

iż-żerriegħa tkun konformi mal-Artikolu 9;

(c)

id-denominazzjoni tal-popolazzjoni tikkonforma mal-Artikolu 8;

(d)

il-popolazzjoni titnissel u ż-żerriegħa hija prodotta minn persuni reġistrati skont l-Artikolu 10.

Artikolu 7

Awtorizzazzjoni tal-popolazzjonijiet

1.   L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw il-popolazzjonijiet skont il-paragrafi 2, 3 u 4.

2.   Għandha titressaq applikazzjoni għal awtorizzazzjoni lill-awtorità ta’ ċertifikazzjoni taż-żrieragħ. Dik l-applikazzjoni għandha tinkludi l-elementi li ġejjin:

(a)

l-isem u l-indirizz tal-applikant;

(b)

l-ispeċi u d-denominazzjoni tal-popolazzjoni;

(c)

deskrizzjoni tat-tip ta’ teknika użata biex tiġi ġġenerata l-popolazzjoni, b’referenza, kif japplika, għall-Artikolu 2(c)(i), (ii) jew (iii);

(d)

l-għanijiet tal-programm ta’ tnissil;

(e)

il-metodu ta’ tnissil u produzzjoni: skema ta’ tnissil kif definita mill-protokolli rispettivi, il-varjetajiet użati biex titnissel u tiġi prodotta l-popolazzjoni, u programmi tal-kontroll tal-produzzjoni proprji użati mill-operatur inkwistjoni;

(f)

deskrizzjoni tal-karatteristiki tagħha:

(i)

dokumentazzjoni tal-karatteristiki tagħha li l-applikant iqis li huma importanti fir-rigward tar-rendiment, il-kwalità, il-prestazzjoni, l-użabbiltà għal sistemi ta’ kontribut baxx, ir-reżistenza għall-mard, l-istabbiltà tar-rendiment, it-togħma jew il-lewn;

(ii)

riżultati ta’ provi sperimentali fir-rigward tal-karatteristiki msemmija fil-punt (i);

(g)

ir-reġjun tal-produzzjoni;

(h)

dikjarazzjoni tal-applikant dwar il-verità tal-elementi msemmija fl-Artikolu 5(1);

(i)

kampjun rappreżentattiv tal-popolazzjoni;

(j)

l-isem u l-indirizz tal-persuna responsabbli għat-tnissil, il-produzzjoni u ż-żamma.

3.   L-awtorità ta’ ċertifikazzjoni taż-żrieragħ għandha tivverifika l-elementi li ġejjin:

(a)

il-konformità tal-applikazzjoni mal-paragrafu 2; kif ukoll

(b)

il-konformità tal-popolazzjoni mar-rekwiżiti ta’ identifikazzjoni tal-Artikolu 5.

Il-konformità mar-rekwiżiti ta’ identifikazzjoni tal-Artikolu 5 għandha tiġi konkluża abbażi tad-dokumentazzjoni mressqa u l-ispezzjonijiet imwettqa fil-post fejn tiġi prodotta l-popolazzjoni.

4.   L-awtorizzazzjoni ta’ popolazzjoni, u l-elementi stabbiliti fil-paragrafu 2, għandhom jiġu nnotifikati lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni.

Artikolu 8

Denominazzjoni tal-popolazzjonijiet

1.   Il-popolazzjonijiet għandu jkollhom denominazzjoni. Ir-regoli dwar id-denominazzjoni tal-varjetajiet, kif stabbilit fl-Artikolu 9(6) tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE (2), għandhom japplikaw għad-denominazzjoni ta’ popolazzjonijiet.

2.   Il-kelma “popolazzjoni” għandha tiżdied fl-aħħar ta’ kull denominazzjoni.

Artikolu 9

Rekwiżiti fir-rigward tal-għelejjel, iż-żerriegħa u l-piżijiet ta’ lottijiet u kampjuni

1.   Għandhom japplikaw il-punti 1 u 6 tal-Anness I tad-Direttiva 66/402/KEE.

2.   Matul il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ żerriegħa li tagħmel parti minn popolazzjonijiet, iż-żerriegħa għandha tikkonforma mal-punti 2 u 3 tal-Anness II tad-Direttiva 66/402/KEE fir-rigward tat-tieni ġenerazzjoni ta’ żerriegħa ċċertifikata fil-każ ta’ popolazzjonijiet ta’ Avena nuda L., Avena sativa L., Avena strigosa Schreb., Hordeum vulgare L., Triticum aestivum L., Triticum durum L. u Triticum spelta L. u żerriegħa ċertifikata fil-każ ta’ popolazzjonijiet ta’ Zea mays L.

3.   Matul il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ żerriegħa li tagħmel parti minn popolazzjonijiet, il-piżijiet ta’ lottijiet u kampjuni għandhom jikkonformaw mal-Anness III tad-Direttiva 66/402/KEE, u, fil-każ taż-Zea mays L., mad-dispożizzjonijiet ta’ dak l-Anness fir-rigward taż-żerriegħa ċċertifikata ta’ dik l-ispeċi.

Artikolu 10

Ir-reġistrazzjoni ta’ nissiela, produtturi u dawk responsabbli għaż-żamma tal-popolazzjonijiet

1.   Kull Stat Membru għandu jniżżel f’reġistru l-persuni li jnisslu l-popolazzjonijiet jew jipproduċu jew iżommu żerriegħa ta’ popolazzjonijiet fit-territorju tiegħu, dejjem jekk jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-paragrafu 2.

2.   In-nissiela, il-produtturi u dawk responsabbli għaż-żamma tal-popolazzjonijiet għandhom iressqu applikazzjoni lill-awtorità ta’ ċertifikazzjoni taż-żrieragħ għall-inklużjoni tagħhom fir-reġistru. Dik l-applikazzjoni għandha tinkludi dawn l-elementi:

(a)

isimhom, l-indirizz tagħhom u d-dettalji ta’ kuntatt;

(b)

id-denominazzjoni tal-popolazzjoni inkwistjoni.

3.   Ir-reġistru għandu jkun fih dawn l-elementi:

(a)

l-isem, l-indirizz u d-dettalji ta’ kuntatt kif stabbilit fil-paragrafu 2(a);

(b)

id-denominazzjoni tal-popolazzjoni msemmija fil-paragrafu 2(b) li għandha tiġi prodotta jew miżmuma.

Artikolu 11

It-tikkettar

Pakketti jew kontenituri ta’ żerriegħa għandu jkollhom tikketta li titwaħħal mill-produttur. Dak it-tabella għandha tinkludi l-informazzjoni stabbilita fl-Anness I.

Artikolu 12

Restrizzjonijiet kwantitattivi

1.   Il-kwantitajiet ta’ żerriegħa kummerċjalizzata tal-popolazzjoni awtorizzata ta’ kull speċi, għal kull Stat Membru parteċipant għal kull sena, ma għandhomx jaqbżu ż-0,1 % ta’ żerriegħa tal-istess speċi prodotta f’dik is-sena fl-Istat Membru parteċipant:

2.   Kull produttur għandu jiddikjara lill-awtorità ta’ ċertifikazzjoni taż-żerriegħa l-kwantità ta’ kull popolazzjoni li beħsiebu jipproduċi għal kull sena.

3.   Stat Membru parteċipant jista’ jipprojbixxi l-kummerċjalizzazzjoni ta’ żerriegħa ta’ popolazzjoni jekk iqis li, fid-dawl tal-għan tal-esperiment, mhux xieraq li jiġu kummerċjalizzati kwantitajiet addizzjonali taż-żerriegħa inkwistjoni. Dan għandu jinforma mill-ewwel lill-produttur jew produtturi inkwistjoni.

Artikolu 13

Traċċabbiltà

1.   Kull persuna li tikkummerċjalizza żrieragħ ta’ popolazzjonijiet għandha tiżgura t-traċċabbiltà ta’ dawk iż-żrieragħ.

2.   Persuna li tikkummerċjalizza żrieragħ ta’ popolazzjonijiet għandha kont tal-informazzjoni li tippermettilha tidentifika l-persuni li jkunu fornewhom, u li lilhom ikunu fornew, biż-żrieragħ ta’ popolazzjoni.

3.   L-informazzjoni għandha tkun disponibbli meta titlobha l-awtorità ta’ ċertifikazzjoni taż-żrieragħ.

Artikolu 14

Kontrolli uffiċjali

L-awtoritajiet ta’ ċertifikazzjoni taż-żerriegħa tal-Istati Membri parteċipanti għandhom uffiċjalment jikkontrollaw il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni taż-żrieragħ ta’ popolazzjonijiet. Il-kontrolli uffiċjali għandhom jinkludu minn tal-inqas:

(a)

l-ispezzjoni fuq il-post, it-teħid ta’ kampjuni u l-kontrolli ta’ popolazzjonijiet, kif stabbilit fil-punt (1) tal-Anness II;

(b)

is-superviżjoni ta’ organizzazzjoni ta’ provi komparattivi fuq il-post għal dan l-għan, kif stipulat fil-punt (2) tal-Anness II;

(c)

il-kwantitajiet prodotti u l-kwantitajiet kummerċjalizzati;

(d)

il-konformità tal-produttur u kwalunkwe persuna li tikkummerċjalizza ż-żerriegħa skont din id-Deċiżjoni.

Il-kontroll imsemmi fil-punt (d) għandu jsir minn tal-inqas darba fis-sena. Dan għandu jinkludi spezzjonijiet tal-proprjetajiet tal-persuni inkwistjoni u tar-raba’ użat għall-produzzjoni tal-popolazzjonijiet.

Artikolu 15

Iż-żamma tal-popolazzjonijiet

1.   Il-persuna responsabbli għaż-żamma tal-popolazzjoni għandha żżomm il-popolazzjoni għat-tul ta’ dan l-esperiment.

Iż-żamma għandha tkun skont il-prattiċi aċċettati għall-ispeċijiet inkwistjoni.

2.   Il-persuna responsabbli għaż-żamma tal-popolazzjoni għandu jkollha reġistri fir-rigward taż-żamma tal-popolazzjonijiet, u tagħmel dawk ir-reġistri disponibbli għall-ispezzjoni mill-korp uffiċjali responsabbli fi kwalunkwe żmien.

3.   Il-korp uffiċjali responsabbli għandu jwettaq kontrollital-mod li bih jinżammu l-popolazzjonijiet, u jista’, għal dan l-għan, jieħu kampjuni taż-żerriegħa tal-popolazzjonijiet inkwistjoni.

Artikolu 16

Obbligi ta’ notifika tal-produtturi

Il-produtturi għandhom jinnotifikaw kull sena lill-awtoritajiet ta’ ċertifikazzjoni taż-żerriegħa bl-informazzjoni stabbilita fil-punti (a), (b), (c), (f), (g), (h) u (i) tal-Anness III.

Artikolu 17

Ir-reġistrazzjoni tal-informazzjoni

L-Istati Membri parteċipanti għandhom jirreġistraw l-informazzjoni, kif indikat fl-Anness III, fir-rigward tal-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ popolazzjonijiet. Fuq talba, l-Istati Membri għandhom jassistu lil xulxin fir-reġistrazzjoni ta’ dik l-informazzjoni.

Artikolu 18

Obbligi ta’ rappurtar

1.   L-Istati Membri parteċipanti għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, għal kull sena u sal-31 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara, rapport annwali li jinkludi l-elementi li ġejjin:

(a)

informazzjoni dwar it-tipi u l-għadd ta’ popolazzjonijiet awtorizzati għal kull speċi, prodotti u kummerċjalizzati fil-qafas tal-esperiment; kif ukoll

(b)

il-kwantitajiet prodotti u kummerċjalizzati għal kull popolazzjoni u speċi, u, fejn ikun applikabbli, l-Istat Membru li għalih kienet maħsuba ż-żerriegħa.

L-Istati Membri parteċipanti jistgħu jiddeċiedu li jinkludu fir-rapport kwalunkwe informazzjoni relevanti oħra.

2.   L-Istati Membri parteċipanti għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, sal-31 ta’ Marzu 2018, rapport li jistabbilixxi l-informazzjoni msemmija fl-Anness III. Dak ir-rapport għandu jinkludi valutazzjoni tal-kundizzjonijiet tal-esperiment u tal-interess tat-tiġdid taż-żmien tiegħu, jekk dan ikun f’loku, b’referenza għal kull speċi. Ir-rapport jista’ jinkludi informazzjoni oħra li l-Istati Membru jqis rilevanti fid-dawl tal-iskop tal-esperiment.

3.   Stat Membru li jtemm il-parteċipazzjoni tiegħu qabel il-31 ta’ Diċembru 2017 għandu jressaq ir-rapport tiegħu sal-31 ta’ Marzu tas-sena li tiġi wara t-tmiem tal-parteċipazzjoni tiegħu.

Artikolu 19

Il-perjodu taż-żmien

L-esperiment għandu jibda fl-1 ta’ Marzu 2014 u jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2018.

Artikolu 20

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Marzu 2014.

Għall-Kummissjoni

Tonio BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU 125, 11.7.1966, p. 2309/66.

(2)  Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-varjetajiet komuni ta’ katalgi ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli (ĠU L 193, 20.7.2002, p. 1).


ANNESS I

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TITNIŻŻEL FUQ IT-TIKKETTA STIPULATA FL-ARTIKOLU 11

It-tikketta fuq il-pakketti jew il-kontenituri li jkun fihom iż-żrieragħ għandha tinkludi dan li ġej:

(1)

il-kliem “Esperiment temporanju skont ir-regoli u l-istandards tal-UE”;

(2)

l-awtorità taċ-ċertifikazzjoni taż-żrieragħ u l-Istat Membru, jew l-inizjali tagħhom;

(3)

l-isem u l-indirizz tal-produttur responsabbli mit-twaħħil tat-tikketta, jew il-kodiċi ta’ reġistrazzjoni tiegħu;

(4)

ir-reġjun tal-produzzjoni;

(5)

in-numru ta’ referenza tal-lott;

(6)

ix-xahar u s-sena tal-issiġillar, miktuba hekk: “issiġillati…” (ix-xahar u s-sena) jew ix-xahar u s-sena ta’ meta ttieħed l-aħħar kampjun uffiċjali għal skopijiet ta’ kontroll, miktuba hekk: “il-kampjun ittieħed …” (ix-xahar u s-sena);

(7)

l-ispeċi, indikata minn tal-inqas bl-isem botaniku tagħha, li jista’ jingħata f’forma mqassra u mingħajr l-ismijiet tal-awturi, f’karattri Rumani;

(8)

id-denominazzjoni tal-popolazzjoni;

(9)

l-Istat Membru tal-produzzjoni, jekk differenti mill-punt 2;

(10)

il-piż iddikjarat nett jew gross, jew l-għadd iddikjarat ta’ żrieragħ;

(11)

meta jkun indikat il-piż u jintużaw pestiċidi granulati, sustanzi ta’ tgerbib (pelleting), jew addittivi solidi oħrajn, in-natura tal-addittiv kif ukoll il-proporzjon approssimattiv bejn il-piż taż-żerriegħa pura u l-piż totali;

(12)

meta minn tal-inqas tkun ġiet ittestjata mill-ġdid il-ġerminazzjoni, id-dikjarazzjoni tal-livell tal-ġerminazzjoni fuq it-tikketta. Din l-informazzjoni tista’ tkun fuq stiker imwaħħla mat-tikketta.


ANNESS II

IL-KAMPJUNAR U L-KONTROLLI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 14

Għandhom jitwettqu l-kampjunar u l-eżaminazzjoni li ġejjin:

(1)

Kull sena l-għelieqi tal-produzzjoni għandhom jiġu spezzjonati u għandhom jittieħdu kampjuni aleatorji taż-żrieragħ, ta’ minn tal-inqas 5 % tal-lottijiet kollha taż-żrieragħ tal-popolazzjonijiet u tal-għelieqi tal-produzzjoni li qed isir l-esperiment fuqhom mill-persuni uffiċjali inkarigati mill-kampjunar taż-żrieragħ.

Matul l-esperiment temporanju kull għalqa tal-produzzjoni għandha tiġi kkontrollata uffiċjalment minn tal-inqas darbtejn.

Dawn il-kampjuni għandhom jintużaw biex jikkontrollaw il-konformità mal-Artikolu 5, f’dak li jikkonċerna l-identità, u mal-Artikolu 9, f’dak li jikkonċerna l-kwalità taż-żerriegħa.

(2)

Għandhom jitwettqu provi komparattivi fuq il-post fuq kull popolazzjoni awtorizzata u kkummerċjalizzata fil-qafas tal-esperiment.

Il-provi fuq il-post għandhom jitwettqu minn awtoritajiet kompetenti, mill-istituzzjonijiet ta’ riċerka, min-nissiela jew mill-produtturi. Fil-każ tan-nissiela u l-produtturi, l-Istati Membri għandhom jissorveljaw il-provi.


ANNESS III

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI RREĠISTRATA KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 17

Għandha tiġi rreġistrata l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-isem tal-ispeċi u d-denominazzjoni użata għal kull popolazzjoni awtorizzata fil-qafas tal-esperiment;

(b)

it-tip ta’ popolazzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 2(c);

(c)

il-kwantitajiet prodotti u kkummerċjalizzati għal kull popolazzjoni u speċi u l-Istat Membru li għalih kienet maħsuba ż-żerriegħa;

(d)

il-modalitajiet ta’ awtorizzazzjoni tal-popolazzjonijiet mill-Istati Membri u l-ispejjeż relatati għall-applikant;

(e)

id-deskrizzjoni u r-riżultati tat-testijiet imwettqa skont il-punt (1) tal-Anness II;

(f)

ir-riżultati tal-provi komparattivi fuq il-post kif imsemmi fil-punt (2) tal-Anness II;

(g)

id-daqs tan-nissiela u tal-produtturi li jkunu qegħdin jipparteċipaw: mikrointrapriża, intrapriża żgħira, intrapriża medja jew intrapriża kbira;

(h)

il-valutazzjoni tal-popolazzjonijiet mill-utenti fir-rigward tal-karatteristiċi skont l-Artikolu 7(2)(f).