|
ISSN 1977-074X doi:10.3000/1977074X.L_2014.078.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 78 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 57 |
|
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
|
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI |
|
|
|
|
2014/143/UE |
|
|
|
* |
||
|
|
|
2014/144/UE |
|
|
|
* |
||
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
* |
||
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
* |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
|
17.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 78/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-11 ta’ Marzu 2014
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura mwaqqaf skont il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar in-Negozju fi Prodotti Agrikoli, fir-rigward tal-emenda tad-Deċiżjoni Nru 2/2003 għall-imsemmi Kumitat
(2014/143/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207(4) flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar in-Negozju fi Prodotti Agrikoli (1) (minn hawn ’il quddiem il-"Ftehim") daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2002. |
|
(2) |
L-Artikolu 6 tal-Ftehim iwaqqaf Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura (minn hawn 'il quddiem il-"Kumitat") li hu responsabbli għall-ġestjoni tal-Ftehim u jiżgura l-funzjonament tajjeb tiegħu. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 6(4) tal-Ftehim, bid-Deċiżjoni tiegħu Nru 1/2003, il-Kumitat adotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu stess (2). |
|
(4) |
Skont l-Artikolu 6(7) tal-Ftehim, twaqqfu diversi gruppi ta' ħidma meħtieġa biex jiġu amministrati l-Annessi għall-Ftehim, inkluż grupp ta' ħidma dwar il-protezzjoni tad-denominazzjonijiet tal-oriġini (DPO) u dwar il-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi (IĠP), u l-mandati tagħhom ġew adottati bid-Deċiżjoni Nru 2/2003 tal-Kumitat (3). Skont l-Anness għal din id-Deċiżjoni, il-kompitu ewlieni tal-Grupp ta' Ħidma DPO u IĠP huwa li tiġi kkunsidrata l-protezzjoni reċiproka tad-DPO u tal-IĠP. |
|
(5) |
Fl-2011, l-Unjoni u l-Konfederazzjoni Svizzera kkonkludew Ftehim rigward il-protezzjoni tad-denominazzjonijiet ta' oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi (4) fejn emendaw il-Ftehim billi żiedu l-Anness 12 rigward il-protezzjoni tad-denominazzjonijiet ta' oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti agrikoli u tal-oġġetti tal-ikel. |
|
(6) |
Il-Grupp ta' Ħidma DPO u IĠP ltaqa' biex jikkunsidra, b'mod partikolari, l-emendar tad-Deċiżjoni Nru 2/2003 dwar il-mandat tal-Grupp ta' Ħidma sabiex iqis dik l-emenda għall-Ftehim. |
|
(7) |
Huwa opportun li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni fil-Kumitat dwar l-emendar tad-Deċiżjoni Nru 2/2003. |
|
(8) |
Il-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kumitat għandha għalhekk tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni mehmuż, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Ir-rappreżentanti tal-Unjoni fil-Kumitat jistgħu jilħqu ftehim dwar emendi tekniċi fl-abbozz tad-Deċiżjoni mingħajr il-ħtieġa ta' Deċiżjoni oħra tal-Kunsill.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni tal-Kumitat għandha tiġi pubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Marzu 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
G. STOURNARAS
(1) ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132.
(2) Deċiżjoni Nru 1/2003 tal-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura mwaqqaf skont il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar in-Negozju fi Prodotti Agrikoli tal-21 ta' Ottubru 2003 dwar l-adozzjoni tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu (ĠU L 303, 21.11.2003, p. 24).
(3) Deċiżjoni Nru 2/2003 tal-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura mwaqqaf skont il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar in-Negozju fi Prodotti Agrikoli tal-21 ta' Ottubru dwar it-twaqqif ta' gruppi ta' ħidma u l-adozzjoni tal-mandati ta' dawk il-gruppi (ĠU L 303, 21.11.2003, p. 27).
(4) Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-protezzjoni tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel, li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli (ĠU L 297, 16.11.2011, p.3).
ABBOZZ
DEĊIŻJONI Nru …/2014 TAL-KUMITAT KONĠUNT GĦALL-AGRIKOLTURA
ta'…
dwar l-emendar tad-Deċiżjoni Nru 2/2003 tal-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura mwaqqaf skont il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar in-Negozju fi Prodotti Agrikoli tal-21 ta' Ottubru 2003 dwar it-twaqqif ta' gruppi ta' ħidma u l-adozzjoni tal-mandati ta' dawk il-gruppi
IL-KUMITAT KONĠUNT GĦALL-AGRIKOLTURA,
Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar in-Negozju fi Prodotti Agrikoli, u b'mod partikolari l-Artikolu 6(7) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar in-Negozju fi Prodotti Agrikoli (minn hawn ’il quddiem il-"Ftehim") daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2002. |
|
(2) |
L-Anness 12 tal-Ftehim dwar il-protezzjoni tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 15(6) tal-Anness 12 tal-Ftehim, il-Grupp ta' Ħidma DPO u IĠP jassisti l-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura (minn hawn 'il quddiem il-"Kumitat" fuq it-talba ta' dan tal-aħħar. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Nru 2/2003 waqqfet il-gruppi ta' ħidma u adottat il-mandati ta' dawn il-gruppi. |
|
(5) |
Wara l-adozzjoni tal-Ftehim rigward il-protezzjoni tad-denominazzjonijiet ta' oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel tal-1 ta' Diċembru 2011, flimkien mal-Anness 12 tal-Ftehim, huwa xieraq li d-deċiżjoni tal-Kumitat Nru 2/2003 tiġi mmodifikata, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mal-bażi tal-Ftehim u l-mandat tal-Grupp ta' Ħidma DPO u IĠP. |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni Nru 2/2003 tal-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura tal-21 ta' Ottubru 2003 rigward il-ħolqien tal-gruppi ta' ħidma u l-adozzjoni tal-mandati ta' dawn il-gruppi li għandhom x'jaqsmu mal-Grupp ta' Ħidma DPO u IĠP huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Il-parti "Grupp ta' ħidma "DPO/IĠP" jinbidel bi: "Grupp ta' Ħidma "DPO u IĠP" Bażi fil-Ftehim (Anness 12) L-Artikolu 15(6) tal-Anness 12 dwar il-protezzjoni tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel Il-mandat tal-grupp ta' ħidma skont l-Artikolu 15
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fi ….2014.
Magħmul fi …,.
Għall-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura
Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea
Il-Kap tad-Delegazzjoni Svizzera
Is-Segretarju tal-Kumitat
|
17.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 78/4 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-11 ta’ Marzu 2014
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura mwaqqaf skont il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar in-Negozju fi Prodotti Agrikoli, fir-rigward tal-emenda tal-Anness tal-Ftehim Addizzjonali konkluż bejn il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein
(2014/144/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207(4) flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar in-Negozju fi Prodotti Agrikoli (1) (minn hawn ’il quddiem il-"Ftehim") daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2002. |
|
(2) |
L-Artikolu 6 tal-Ftehim iwaqqaf Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-"Kumitat") li hu responsabbli għall-ġestjoni tal-Ftehim u jiżgura l-funzjonament tajjeb tiegħu. |
|
(3) |
Ftehim Addizzjonali konkluż bejn il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein li jestendi għall-Prinċipat tal-Liechtenstein il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar in-Negozju fi Prodotti Agrikoli (2) (minn hawn 'il quddiem il-"Ftehim Addizzjonali"), daħal fis-seħħ fis-27 ta' Settembru 2007. |
|
(4) |
Skont l-Artikolu 2(2) tal-Ftehim Addizzjonali, il-Kumitat jista' jimmodifika l-Anness tal-Ftehim Addizzjonali, skont l-Artikoli 6 u 11 tal-Ftehim. |
|
(5) |
Jeħtieġ li l-Anness tal-Ftehim Addizzjonali jiġi emendat sabiex jaġġorna d-dettalji tal-aġenzija kompetenti tal-Gvern tal-Liechtenstein u sabiex jirrifletti l-emendi għall-Anness 7 u l-Anness 12 għall-Ftehim. |
|
(6) |
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni fi ħdan il-Kumitat għandha għalhekk tkun ibbażata fuq l-abbozz mehmuż tad-Deċiżjoni. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Ir-rappreżentanti tal-Unjoni fil-Kumitat jistgħu jilħqu ftehim dwar tibdiliet tekniċi fl-abbozz tad-Deċiżjoni mingħajr ma jkun hemm bżonn li tittieħed Deċiżjoni oħra tal-Kunsill.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni tal-Kumitat għandha tiġi pubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Marzu 2014
Għall-Kunsill
Il-President
G. STOURNARAS
ABBOZZ
DEĊIŻJONI Nru …/2014 TAL-KUMITAT KONĠUNT GĦALL-AGRIKOLTURA
ta' …
dwar l-emendi ta' Ftehim Addizzjonali bejn il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat ta' Liechtenstein li jestendi għall-Prinċipat ta' Liechtenstein il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar in-Negozju fi Prodotti Agrikoli
IL-KUMITAT KONĠUNT GĦALL-AGRIKOLTURA,
Wara li kkunsidra l-Ftehim Addizzjonali bejn il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat ta' Liechtenstein li jestendi għall-Prinċipat ta' Liechtenstein il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar in-Negozju fi Prodotti Agrikoli, u b'mod partikolari l-Artikolu 2(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar in-Negozju fi Prodotti Agrikoli, u b'mod partikulari l-Artikolu 11 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar in-Negozju fi Prodotti Agrikoli (minn hawn ’il quddiem il-"Ftehim") daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2002. |
|
(2) |
Il-Ftehim Addizzjonali konkluż bejn il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein li jestendi għall-Prinċipat tal-Liechtenstein il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar in-Negozju fi Prodotti Agrikoli (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-"Ftehim Addizzjonali"), daħal fis-seħħ fis-27 ta' Settembru 2007. |
|
(3) |
L-Anness tal-Ftehim Addizzjonali għandu jiġi emendat sabiex jiġi aġġornat l-indirizz tal-aġenzija tal-Gvern tal-Liechtenstein kompetenti għal kwistjonijiet ittrattati mill-awtoritajiet agrikoli kantonali sabiex jirrifletti d-deċiżjoni Nru 1/2012 tal-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura dwar l-emenda tal-Anness 7 (il-kummerċ ta' prodotti tal-inbid) li daħal fis-seħħ fl-4 ta' Mejju 2012 u sabiex titlesta l-lista tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel li joriġinaw minn Liechtenstein, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-Anness tal-Ftehim Addizzjonali huwa emendat kif ġej:
|
1) |
It-tieni paragrafu taħt it-titlu "Prinċipju" huwa sostitwit b'dan li ġej: “Meta jingħataw doveri, responsabbiltajiet jew poteri lil cantons Svizzeri, dawn jobbligaw ukoll lill-aġenziji kompetenti tal-gvern ta’ Liechtenstein. Għalhekk fir-rigward ta' suġġetti trattati mill-awtoritajiet tal-agrikoltura tal-canton, dawn jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Uffiċċju tal-Ambjent diviżjoni agrikoltura ("Amt für Umwelt, Abteilung Landwirtschaft "), Dr. Grass-Strasse 12, FL-9490 Vaduz, filwaqt li fir-rigward tas-suġġetti trattati mill-awtoritajiet veterinarji u tal-ikel tal-canton dawn jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Uffiċċju tal-Ispezzjoni tal-Ikel u tal-Affarijiet Veterinarji (" Amt für Lebensmittelkontrolle und Veterinärwesen "), Postplatz 2, FL-9494 Schaan.” |
|
2) |
Taħt l-intestatura "Anness 7 Kummerċ tal-prodotti tal-inbid", is-sottotitlu "Ismijiet protetti tal-prodotti tal-inbid li joriġinaw minn Liechtenstein (skont it-tifsira tal-Artikolu 6 tal-Anness 7)" jinbidel bis-sottotitlu li ġej: “Ismijiet protetti tal-prodotti tal-inbid li joriġinaw minn Liechtenstein (skont it-tifsira tal-Artikolu 5 tal-Anness 7)” |
|
3) |
Tiżdied l-indikazzjoni ġeografika li ġejja mal-lista tal-indikazzjonijiet ġeografiċi Svizzeri protetti skont l-Appendiċi 1 tal-Anness 12 tal-Ftehim, li ż-żona ġeografika tagħhom tinkludi wkoll it-territorju ta' Liechtenstein: “Werdenberger Sauerkäse/Liechtensteiner Sauerkäse/Bloderkäse (DPO)”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fi ….2014.
Magħmul fi …, ….
Għall-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura
Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea
Il-Kap tad-Delegazzjoni Svizzera
Is-Segretarju tal-Kumitat
REGOLAMENTI
|
17.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 78/6 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 269/2014
tas-17 ta’ Marzu 2014
dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK ta’ fis-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (1),
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Fis-6 ta’ Marzu 2014, il-Kapijiet tal-Istat jew tal-Gvern tal-Istati Membri tal-Unjoni kkundannaw bil-qawwa l-vjolazzjoni mhux provokata tas-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukraina mill-Federazzjoni Russa u talbu lill-Federazzjoni Russa biex tirtira minnufih il-forzi armati tagħha għaż-żoni tal-istazzjonar permanenti tagħhom, skont il-ftehimiet relevanti. Huma talbu lill-Federazzjoni Russa biex tippermetti l-aċċess immedjat għall-osservaturi internazzjonali. Il-Kapijiet tal-Istat jew tal-Gvern ikkunsidraw li d-deċiżjoni tal-Kunsill Suprem tar-Repubblika Awtonoma tal-Krimea li jseħħ referendum dwar l-istatus futur tat-territorju tmur kontra l-Kostituzzjoni tal-Ukraina u hija għalhekk illegali. |
|
(2) |
Il-Kapijiet tal-Istat jew tal-Gvern iddeċidew li jieħdu azzjonijiet, inklużi dawk previsti mill-Kunsill fit-3 ta’ Marzu 2014, b'mod partikolari li jissospendu t-taħditiet bilaterali mal-Federazzjoni Russa dwar kwistjonijiet dwar il-viżi kif ukoll it-taħditiet mal-Federazzjoni Russa dwar Ftehim ġdid komprensiv li kieku jieħu post il-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni eżistenti. |
|
(3) |
Il-Kapijiet tal-Istat jew tal-Gvern enfasizzaw li s-soluzzjoni għall-kriżi għandha tinstab permezz ta’ negozjati bejn il-Gvernijiet tal-Ukraina u tal-Federazzjoni Russa, inkluż permezz ta’ mekkaniżmi multilaterali potenzjali, u li fin-nuqqas ta’ riżultati f’perjodu taż-żmien limitat, l-Unjoni tiddeċiedi dwar miżuri addizzjonali, bħal projbizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar, l-iffriżar tal-assi u t-tħassir tas-samit bejn l-UE u r-Russja. |
|
(4) |
Fil-17 ta’ Marzu 2014 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/145/PESK li tipprovdi għal restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar u għall-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi ta' ċerti persuni responsabbli għall-azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, inklużi azzjonijiet dwar l-istatus futur ta' kwalunkwe parti tat-territorju li jmorru kontra l-Kostituzzjoni Ukraina u persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom. Dawk il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet u korpi huma elenkati fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni. |
|
(5) |
Uħud minn dawk il-miżuri jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat u, għalhekk, b'mod partikolari bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom fl-Istati Membri kollha, hija meħtieġa azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġu implimentati. |
|
(6) |
Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari d-dritt għal rimedju effettiv u għal smigħ ġust u d-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali. Dan ir-Regolament jiġi applikat skont dawk id-drittijiet u prinċipji. |
|
(7) |
Is-setgħa li tiġi emendata l-Lista fl-Anness I ta' dan ir-Regolament għandha tiġi eżerċitata mill-Kunsill, fid-dawl tas-sitwazzjoni politika serja fl-Ukraina, u biex tkun żgurata konsistenza mal-proċess għall-emendar u rieżami tal-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK. |
|
(8) |
Il-proċedura għall-emendar tal-lista fl-Anness I għal dan ir-Regolament għandha tinkludi l-għoti ta' raġunjijiet għall-elenkar lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi maħtura, sabiex tingħatalhom opportunità li jressqu osservazzjonijiet. Fejn jitressqu l-osservazzjonijiet, jew tiġi preżentata evidenza sostanzjali ġdida, il-Kunsill għandu jagħmel rieżami tad-deċiżjoni tiegħu fid-dawl ta' dawk l-osservazzjonijeit u jinforma lill-persuna, entità jew korp konċernat b'mod xieraq. |
|
(9) |
Għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, u sabiex tinħoloq ċertezza legali massima fl-Unjoni, l-ismijiet u dejta oħra relevanti li jikkonċernaw persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tagħhom għandhom jiġu ffriżati f'konformità ma' dan ir-Regolament, għandhom isiru pubbliċi. Kull ipproċessar ta’ dejta personali għandu jkun konformi mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u mad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). |
|
(10) |
Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, huwa jidħol fis-seħħ immedjatament, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
"pretensjoni" tfisser kull pretensjoni, sew asserita bi proċedimenti legali jew le, magħmula qabel jew wara, fis-17 ta’ Marzu 2014 taħt jew b'rabta ma' kuntratt jew tranżazzjoni, u b'mod partikolari tinkludi:
|
|
(b) |
"kuntratt jew tranżazzjoni" tfisser kull tranżazzjoni ta' liema forma hi u tkun xi tkun il-liġi applikabbli, u sew jekk tikkonsisti f'kuntratt wieħed jew aktar jew obbligi simili magħmula bejn l-istess partijiet jew differenti; għal dan l-iskop, "kuntratt" tinkludi bond, garanzija jew indennizz, b’mod partikolari garanzija finanzjarja jew indennizz finanzjarju, u kreditu, sew jekk legalment indipendenti jew le, kif ukoll kwalunkwe dispożizzjoni relatata li taqa’ taħt, jew b’konnessjoni mat-tranżazzjoni; |
|
(c) |
"awtoritajiet kompetenti" tfisser l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kif identifikati fuq il-websajts elenkati fl-Anness II; |
|
(d) |
"riżorsi ekonomiċi" tfisser assi ta' kwalunkwe tip, kemm dawk tanġibbli kif ukoll dawk intanġibbli, mobbli jew immobbli, li mhumiex fondi iżda jistgħu jintużaw biex jinkisbu fondi, oġġetti jew servizzi; |
|
(e) |
“iffriżar ta’ riżorsi ekonomiċi” tfisser il-prevenzjoni tal-użu ta' riżorsi ekonomiċi għall-akkwist ta’ fondi, oġġetti jew servizzi bi kwalunkwe mod, inklużi, iżda mhux biss, il-bejgħ, il-kiri jew l-ipotekar tagħhom |
|
(f) |
“l-iffriżar ta' fondi” tfisser il-prevenzjoni ta' kull moviment, trasferiment, alterazzjoni, użu ta', aċċess għal, jew negozju b'fondi li b'kull mod jirriżulta fi xi bidla fil-volum, fl-ammont, fil-post, fid-dritt tal-proprjetà, fil-pussess, fil-karattru, fid-destinazzjoni tagħhom jew kull bidla oħra li tippermetti li l-fondi jintużaw, inkluż l-immaniġġar ta' portafolji; |
|
(g) |
“fondi” tfisser assi finanzjarji u benefiċċji ta’ kull xorta, li jinkludu, iżda mhux limitati għal:
|
|
(h) |
“territorju tal-Unjoni” tfisser it-territorji tal-Istati Membri li għalihom huwa applikabbli t-Trattat, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fit-Trattat, inkluż l-ispazju tal-ajru tagħhom. |
Artikolu 2
1. Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu, li huma l-proprjetà, jew li huma fil-pussess jew taħt il-kontroll ta' xi persuni fiżiċi, jew persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom kif elenkati fl-Anness I jiġu ffriżati.
2. L-ebda fond jew riżorsa ekonomika ma għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni, direttament jew indirettament, jew għall-beneficċju ta' persuni fiżiċi jew persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom kif elenkati fl-Anness I.
Artikolu 3
1. L-Anness I jinkludi persuni fiżiċi li, f'konformità mal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2014/145/PESK, ikunu ġew identifikati mill-Kunsill bħala responsabbli għal azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, kif ukoll persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom.
2. L-Anness I għandu jinkludi r-raġunijiet għall-elenkar tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi konċernati.
3. L-Anness I għandu jinkludi, fejn disponibbli, informazzjoni meħtieġa biex jiġu identifikati persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi konċernati. Fir-rigward tal-persuni fiżiċi, kwalunke informazzjoni tista' tinkludi ismijiet, inklużi psewdonimi, id-data u l-post tat-twelid, in-nazzjonalità, in-numru tal-passaport u tal-karta tal-identità, is-sess, l-indirizz, jekk magħruf, u l-funzjoni jew il-professjoni. Fir-rigward ta' persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi, tali informazzjoni tista' tinkludi ismijiet, il-post u d-data tar-reġistrazzjoni, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-post tan-negozju.
Artikolu 4
1. B'deroga mill-Artikolu 2, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati jew jagħmlu disponibbli ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi, taħt dawk il-kundizzjonijiet li jidhrilhom xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li l-fondi jew riżorsi ekonomiċi kkonċernati huma:
|
(a) |
meħtieġa biex jissodisfaw il-ħtiġijiet bażiċi ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness I, u tal-membri dipendenti tal-familji ta’ dawn il-persuni fiżiċi, inklużi ħlasijiet għal oġġetti tal-ikel, għall-kera jew għall-ipotekar, għall-mediċini u għat-trattament mediku, għat-taxxi, għall-primjums tal-assigurazzjoni, u għall-ispejjeż tas-servizzi pubbliċi; |
|
(b) |
maħsuba esklussivament għall-ħlas ta’ tariffi professjonali raġonevoli jew għar-rimborż ta’ spejjeż marbutin mal-forniment ta’ servizzi legali; |
|
(c) |
maħsuba esklussivament għall-ħlas ta' onorarji jew imposti għal servizzi għall-kustodja normali jew għall-manutenzjoni ta' fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati; jew |
|
(d) |
meħtieġa għal spejjeż straordinarji, sakemm l-awtorità kompetenti rilevanti tkun innotifikat ir-raġunijiet li fuqhom tqis li għandha tingħata awtorizzazzjoni speċifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni mill-inqas ġimagħtejn qabel l-awtorizzazzjoni. |
2. L-Istat Membru konċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar kull awtorizzazzjoni mogħtija skont il-paragrafu 1.
Artikolu 5
1. Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 2, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi huma soġġetti għal deċiżjoni arbitrarja stabbilita qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp imsemmija fl-Artikolu 2 iddaħħlu fl-Anness I, jew ta' deċiżjoni ġudizzjarja jew amministrattiva fl-Unjoni, jew deċiżjoni ġudizzjarja infurzabbli fl-Istat Membru kkonċernat, qabel jew wara dik id-data; |
|
(b) |
il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi jintużaw esklussivament biex jiġu sodisfatti pretensjonijiet garantiti minn tali deċiżjoni jew rikonoxxuti bħala validi f’tali deċiżjoni, fil-limiti stabbiliti mil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet ta’ persuni li jkollhom dawn il-pretensjonijiet; |
|
(c) |
id-deċiżjoni mhijiex għall-benefiċċju ta' persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness I; kif ukoll |
|
(d) |
ir-rikonoxximent tad-deċiżjoni ma jmurx kontra l-politika pubblika fl-Istat Membru kkonċernat. |
2. L-Istat Membru kkonċernat jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar kull awtorizzazzjoni mogħtija skont il-paragrafu 1.
Artikolu 6
1. B'deroga mill-Artikolu 2 u bil-kundizzjoni li pagament minn persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness I ikun dovut skont kuntratt jew ftehim li ġie konkluż, jew skont obbligu li rriżulta għall-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp ikkonċernat, qabel id-data ta' meta dik il-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp iddaħħlu fl-Anness I, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, jistgħu jawtorizzaw, taħt dawk il-kundizzjonijiet li huma jqisu adattati, ir-rilaxx ta' ċerti fondi ffriżati jew ta' riżorsi ekonomiċi, dejjem jekk l-awtorità kompetenti kkonċernata tkun iddeterminat li:
|
(a) |
il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi jintużaw għal pagament minn persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness I; kif ukoll |
|
(b) |
il-pagament mhuwiex bi ksur tal-Artikolu 2(2). |
2. L-Istat Membru kkonċernat jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar kull awtorizzazzjoni mogħtija skont il-paragrafu 1.
Artikolu 7
1. L-Artikolu 2(2) ma jwaqqafx l-ikkreditar ta' kontijiet iffriżati minn istituzzjonijiet finanzjarji jew ta' kreditu li jirċievu fondi ttrasferiti minn partijiet terzi fil-kont tal-persuna fiżika jew ġuridika, tal-entità jew tal-korp elenkati, dejjem jekk kull żieda f'dawn il-kontijiet tiġi ffriżata wkoll. L-istituzzjoni finanzjarja jew ta' kreditu tinforma lill-awtorità kompetenti relevanti bi kwalunkwe tranżazzjoni bħal din, mingħajr dewmien.
2. L-Artikolu 2(2) ma japplikax maż-żieda mal-kontijiet iffriżati ta':
|
(a) |
imgħax jew qligħ ieħor fuq dawn il-kontijiet; |
|
(b) |
ħlasijiet dovuti skont kuntratti, ftehimiet jew obbligi li jkunu ġew konklużi jew li nħolqu qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp imsemmijin fl-Artikolu 2 jkunu ġew inklużi fl-Anness I; jew |
|
(c) |
ħlasijiet dovuti skont deċiżjonijiet ġudizzjarji, amministrattivi jew arbitrali mogħtija fi Stat Membru jew infurzabbli fl-Istat Membru kkonċernat; u |
dejjem jekk kull imgħax, qligħ u pagament ieħor bħal dan ikun iffriżat skont l-Artikolu 2(1).
Artikolu 8
1. Mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli dwar ir-rappurtar, il-kunfidenzjalità u s-segretezza professjonali, il-persuni fiżiċi u ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi:
|
(a) |
jagħtu minnufih kull informazzjoni li tiffaċilita l-konformità ma' dan ir-Regolament, bħall-informazzjoni fuq kontijiet u l-ammonti ffriżati skont l-Artikolu 2 lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fejn ikunu residenti jew fejn jinsabu, u jittrażmettu din l-informazzjoni, direttament jew permezz l-Istat Membru lill-Kummissjoni; kif ukoll |
|
(b) |
jikkooperaw mal-awtorità kompetenti fi kwalnkwe verifika ta'informazzjoni. |
2. Kull informazzjoni addizzjonali riċevuta direttament mill-Kummissjoni tkun disponibbli għall-Istati Membri.
3. Kull informazzjoni mogħtija jew riċevuta skont dan l-Artikolu tintuża biss għall-għanijiet li għalihom tkun ingħatat jew ġiet riċevuta.
Artikolu 9
Il-parteċipazzjoni b'mod konxju u bi ħsieb, f’attivitajiet li għandhom l-għan jew l-effett li jevitaw il-miżuri msemmija fl-Artiklu 2 hija pprojbita.
Artikolu 10
1. L-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi jew ir-rifjut li tali fondi jew riżorsi ekonomiċi jsiru disponibbli, imwettaq in bona fede abbażi li tali azzjoni tkun konformi ma’ dan ir-Regolament, ma joħloqx responsabbiltà ta’ kwalunkwe tip min-naħa tal-persuna fiżika jew ġuridika jew l-entità jew il-korp li jkunu qed jimplimentawh, jew id-diretturi jew l-impjegati tagħhom, sakemm ma jiġix ippruvat li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi ġew iffriżati jew miżmuma b'riżultat ta’ negliġenza.
2. L-azzjonijiet mill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi ma jagħtux lok għal responsabbiltà tal-ebda xorta fuq in-naħa tagħhom jekk huma ma kinux jafu, u ma kellhom l-ebda raġuni valida biex jissuspettaw, li l-azzjonijiet tagħhom kienu se jiksru l-miżuri stabbiliti f'dan ir-Regolament.
Artikolu 11
1. L-ebda pretensjoni b'konnessjoni ma' kwalunkwe kuntratt jew tranżazzjoni fejn il-prestazzjoni ta' dawn ġiet affettwata, direttament jew indirettament, b'mod sħiħ jew parzjalment, mill-miżuri imposti skont dan ir-Regolament inklużi pretensjonijiet għal indennizz jew kwalunkwe pretensjoni oħra ta' dan it-tip, bħal pretensjoni għal kumpens jew pretensjoni taħt garanzija, b'mod partikolari pretensjoni għal estensjoni jew ħlas ta' bond, garanzija jew indennizz, b'mod partikolari garanzija finanzjarja jew indennizz finanzjarju, ta' kwalunkwe għamla, ma tiġi sodisfatta, jekk din issir minn:
|
(a) |
persuni fiżiċi jew ġuridiċi, mill-entitajiet jew mill-korpi elenkati fl-Anness I; |
|
(b) |
kull persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp li jaġixxu permezz jew f'isem waħda mill-persuni, l-entitajiet jew il-korpi msemmija fil-punt (a). |
2. Fi kwalunkwe proċedura għall-infurzar ta’ pretensjoni, l-obbligu biex ikun ippruvat li l-issodisfar tal-pretensjoni mhux ipprojbit bil-paragrafu 1, ikun fuq il-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp li jkunu qed ifittxu l-infurzar ta’ din il-pretensjoni.
3. Dan l-Artikolu huwa bla preġudizzju għad-dritt tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi msemmija fil-paragrafu 1 għal rieżami ġudizzjarju tal-legalità tan-nuqqas ta' prestazzjoni ta' obbligi kuntrattwali skont dan ir-Regolament.
Artikolu 12
1. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jinfurmaw lil xulxin dwar il-miżuri meħuda skont dan ir-Regolament u jaqsmu kull informazzjoni oħra relevanti li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom marbuta ma' dan ir-Regolament, b'mod partikolari informazzjoni:
|
(a) |
dwar il-fondi ffriżati skont l-Artikolu 2 u l-awtorizzazzjonijiet mogħtija skont l-Artikoli 4, 5 u 6; |
|
(b) |
dwar il-ksur, il-problemi ta' infurzar u s-sentenzi mogħtija mill-qrati nazzjonali. |
2. L-Istati Membri jinfurmaw minnufih lil xulxin u lill-Kummissjoni dwar kull informazzjoni oħra relevanti li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom li tista' taffettwa l-implimentazzjoni effettiva ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 13
Il-Kummissjoni għandu jkollha ssetgħa li temenda l-Anness II abbażi tal-informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri.
Artikolu 14
1. Fejn il-Kunsill jiddeċiedi li jagħmel persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp soġġetta għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 2, għandu jemenda l-Anness I skont dan.
2. Il-Kunsill għandu jikkommunika d-deċiżjoni tiegħu, inkluż ir-raġunijiet għall-elenkar, lill-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp msemmija fil-paragrafu 1, sew direttament, jekk l-indirizz hu magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta' avviż, billi l-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp jingħataw opportunià li jressqu l-osservazzjonijiet.
3. Fejn jitressqu osservazzjonijiet, jew tiġi ppreżentata evidenza sostanzjali ġdida, il-Kunsill għandu jagħmel rieżami tad-deċiżjonijiet tiegħu u jinforma b'dan lill-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp.
4. Il-lista fl-Anness I għandha tiġi rieżaminata f'intervalli regolari u għallanqas kull 12-il xahar.
Artikolu 15
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-pieni previsti jridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
2. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw ir-regoli msemmija fil-paragrafu 1 lill-Kummissjoni mingħajr dewmien wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, u jinnotifikawha b'kull emenda sussegwenti.
Artikolu 16
1. L-Istati Membri jinnominaw lill-awtoritajiet kompetenti msemmija f’dan ir-Regolament u jidentifikawhom fuq il-websajts elenkati fl-Anness II. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'kull tibdil fl-indirizzi tal-websajts tagħhom elenkati fl-Anness II.
2. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, inklużi d-dettalji ta' kuntatt ta' dawn l-awtoritajiet kompetenti, mingħajr dewmien wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, u għandhom jinnotifikawha b'kull emenda sussegwenti.
3. Meta dan ir-Regolament jippreżenta l-obbligu li l-Kummissjoni tiġi nnotifikata jew infurmata, jew issir xi komunikazzjoni magħha xorta oħra, l-indirizz u d-dettalji l-oħra tal-kuntatt li jintużaw għal din il-komunikazzjoni jkunu dawk indikati fl-Anness II.
Artikolu 17
Dan ir-Regolament japplika:
|
(a) |
fit-territorju tal-Unjoni, inkluż l-ispazju tal-ajru tagħha; |
|
(b) |
abbord kull inġenju tal-ajru jew kull bastiment fil-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru; |
|
(c) |
għal kwalunkwe persuna fit-territorju tal-Unjoni jew lil hinn minnu li tkun ċittadina ta’ Stat Membru; |
|
(d) |
għal kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp, ġewwa jew barra mit-territorju tal-Unjoni, li jkunu inkorporati jew kostitwiti taħt il-liġi ta’ Stat Membru; |
|
(e) |
għal kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp fir-rigward ta' kull negozju li jsir kompletament jew parzjalment fl-Unjoni. |
Artikolu 18
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Marzu 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
(1) Ara paġna 16 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).
(3) Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).
ANNESS I
Lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmijin fl-Artikolu 2
|
|
Isem |
Informazzjoni għall-Identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
|
1. |
Sergey Valeryevich Aksyonov |
Data tat-twelid 26.11.1972 |
Aksyonov ġie elett “Prim Ministru tal-Krimea” fil-Verkhovna Rada tal- Krimea fis-27 ta' Frar 2014 fil-presenza ta' persuni armati favur ir-Russja. Il-“ħatra” tiegħu ġiet iddikjarata bħala li tmur kontra l-kostituzzjoni minn Oleksandr Turchynov fl-1 ta' Marzu. Huwa għamel pressjoni b'mod attiv favur ir- “referendum” tas-16 ta' Marzu. |
17.3.2014 |
|
2. |
Vladimir Andreevich Konstantinov |
Data tat-twelid 19.03.1967 |
Bħala speaker tal-Kunsill Suprem tar-Repubblika Awtonoma tal-Krimea (ARC), Konstantinov kellu rwol rilevanti fid-deċiżjonijiet meħuda mill-Verkhovna Rada rigward ir-“referendum” kontra l-integrità territorjali tal-Ukraina u appella lil votanti biex jivvotaw favur l-Indipendenza tal-Krimea. |
17.3.2014 |
|
3. |
Rustam Ilmirovich Temirgaliev |
Data tat-twelid 15.08.1976 |
Bħala Viċi President tal-Kunsill tal-Ministri tal-Krimea, Temirgaliev kellu rwol rilevanti fid-deċiżjonijiet li ttieħdu mill-Verkhovna Rada rigward ir-"referendum" kontra l-integrità territorjali tal-Ukraina. Huwa għamel pressjoni b'mod attiv favur l-integrazzjoni tal-Krimea fil-Federazzjoni Russa. |
17.3.2014 |
|
4. |
Deniz Valentinovich Berezovskiy |
Data tat-twelid 15.07.1974 |
Berezovskiy inħatar kmandant tal-Forza Navali tal-Ukraina fl-1 ta' Marzu 2014 u ħa l-ġurament quddiem il-Forzi Armati tal-Krimea, biex b'hekk mar kontra l-ġurament tiegħu. L-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali tal-Ukraina nieda investigazzjoni kontrih bl-akkuża ta' tradiment għoli. |
17.3.2014 |
|
5. |
Aleksei Mikhailovich Chaliy |
Data tat-twelid 13.06.1961 |
Chaliy sar “Sindku ta' Sevastopol” permezz ta' nomina popolari fit-23 ta' Frar 2014 u aċċetta dan il-“vot”. Huwa mexxa kampanja b'mod attiv biex Sevastopol issir entità separata tal-Federazzjoni Russa b'segwitu għal referendum tas-16 ta' Marzu 2014. |
17.3.2014 |
|
6. |
Pyotr Anatoliyovych Zima |
|
Zima inħatar bħala l-kap il-ġdid tas- Servizz tas-Siġurtà tal-Krimea (SBU) fit-3 ta' Marzu 2014 mill- “Prim Ministru” Aksyonov u aċċetta din il-ħatra. Huwa ta informazzjoni rilevanti inkluż bażi ta' data lis-Servizz tal- Intelligence Russu (SBU). Dan kien jinkludi informazzjoni dwar attivisti tal-Ewro-Maidan u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem tal-Krimea. Huwa kellu rwol rilevanti fil-prevenzjoni għall-awtoritajiet tal-Ukraina milli jikkontrollaw it-territorju tal-Krimea. Fil-11 ta' Marzu 2014 ġiet proklamata l-formazzjoni ta' Servizz tas-Siġurtà indipendenti tal-Krimea mill-ex-uffiċjali tas-SBU tal-Krimea. |
17.3.2014 |
|
7. |
Yuriy Zherebtsov |
|
Kunsillier tal-Ispeaker tal-Verkhovna Rada tal-Krimea, wieħed mill-organizzaturi ewlenin tar-"referendum" tas-16 ta' Marzu 2014 kontra l-integrità territorjali tal-Ukraina. |
17.3.2014 |
|
8. |
Sergey Pavlovych Tsekov |
Data tat-twelid 28.03.1953 |
Viċi Speaker tal-Verkhovna Rada; Tsekov beda, flimkien ma' Sergey Aksyonov, it-tneħħija illegali tal-gvern tar-Repubblika Awtonoma tal-Krimea (ARC). F'dan it-tentattiv, huwa involva lil Vladimir Konstantinov, waqt li heddu bit-tneħħija tiegħu. Huwa rrikonoxxa pubblikament li l-Membri Parlamentari mill-Krimea kienu dawk li bdew jistiednu lis-suldati Russi biex jieħdu taħt il-kontroll tagħhom lill-Verkhovna Rada tal-Krimea. Huwa kien wieħed mill-ewwel Mexxejja tal-Krimea li talab fil-pubbliku li l-Krimea tiġi annessa mar-Russja. |
17.3.2014 |
|
9. |
Ozerov, Viktor Alekseevich |
Data tat-twelid 5.1.1958 f'Abakan, Khakassia |
President tal-Kumitat għas-Sigurtà u d-Difiża tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa. Fl-1 ta' Marzu 2014 Ozerov, f'isem il- Kumitat għas-Sigurtà u d-Difiża tal-Kunsill Federali, appoġġa pubblikament fil-Kunsill Federali l-iskjerament tal-forzi Russi fl-Ukraina. |
17.3.2014 |
|
10. |
Dzhabarov, Vladimir Michailovich |
Data tat-twelid 29.9.1952 |
L-ewwel Viċi President tal-Kumitat tal-Affarijiet Internazzjonali tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa. Fl-1 ta' Marzu 2014 Dzhabarov, f'isem il- Kumitat tal-Affarijiet Internazzjonali tal-Kunsill Federali, appoġġa pubblikament fil-Kunsill Federali l-iskjerament tal-forzi Russi fl-Ukraina. |
17.3.2014 |
|
11. |
Klishas, Andrei Aleksandrovich |
Data tat-twelid 9.11.1972 f'Sverdlovsk |
President tal-Kumitat dwar id-Dritt Kostituzzjonali tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa. Fl-1 ta' Marzu 2014 Klishas appoġġa pubblikament fil-Kunsill Federali l-iskjerament tal-forzi Russi fl-Ukraina. F'dikjarazzjonijiet pubbliċi, Klishas ipprova jiġġustifika intervent militari Russu fl-Ukraina billi ddikjara li “il-President tal-Ukraina jappoġġa l-appell tal-awtoritajiet tal-Krimea lill-President tal-Federazzjoni Russa dwar l-għoti ta' assistenza komprensiva biex jiġu difiżi ċ-ċittadini tal-Krimea”. |
17.3.2014 |
|
12. |
Ryzhkov, Nikolai Ivanovich |
Data tat-twelid 28.09.1929 fi Duleevka, reġjun ta' Donetsk, Ukraina SSR |
Membru tal-Kumitat għall-kwistjonijiet federali, politika reġjonali u t-Tramuntana tal- Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa. Fl-1 ta' Marzu 2014 Ryzhkov appoġġa pubblikament fil-Kunsill Federali l-iskjerament tal-forzi Russi fl-Ukraina. |
17.3.2014 |
|
13. |
Bushmin, Evgeni Viktorovich |
Data tat-twelid 4.10.1958 f'Lopatino, Reġjun ta' Sergachiisky, RSFSR |
Viċi Speaker tal- Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa. Fl-1 ta' Marzu 2014 Bushmin appoġġa pubblikament fil-Kunsill Federali l-iskjerament tal-forzi Russi fl-Ukraina. |
17.3.2014 |
|
14. |
Totoonov, Aleksandr Borisovich |
Data tat-twelid 3.03.1957 f'Ordzhonikidze, Tramuntana ta' Ossetia |
Membru tal-Kumitat dwar il-kultura, ix-xjenza, u l-informazzjoni tal- Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa. Fl-1 ta' Marzu 2014, Totoonov appoġġa pubblikament fil-Kunsill Federali l-iskjerament tal-forzi Russi fl-Ukraina |
17.3.2014 |
|
15. |
Panteleev, Oleg Evgenevich |
Data tat-twelid 21.07.1952 fi Zhitnikovskoe, reġjun ta' Kurgan |
L-ewwel Viċi President tal-Kumitat dwar Kwistjonijiet Parlamentari. Fl-1 ta' Marzu 2014, Panteleev appoġġa pubblikament fil-Kunsill Federali l-iskjerament tal-forzi Russi fl-Ukraina. |
17.3.2014 |
|
16. |
Mironov, Sergei Mikhailovich |
Data tat-twelid 14.02.1953 f'Pushkin, reġjun ta' Leningrad |
Membru tal-Kunsill tal-Istat ta' Duma; Mexxej tal-fazzjoni Fair Russia f' Duma. Oriġinatur tal-liġi li tippermetti lill-Federazzjoni Russa tinkludi fil-kompożizzjoni tagħha, taħt il-pretest tal-protezzjoni taċ-ċittadini Russi, territorji ta' pajjiż barrani mingħajr il-kunsens ta' dak il-pajjiż jew ta' trattat internazzjonali. |
17.3.2014 |
|
17. |
Zheleznyak, Sergei Vladimirovich |
Data tat-twelid 30.07.1970 f'San Pietruburgu (qabel kien Leningrad) |
Viċi Speaker tal-Istat ta' Duma tal-Federazzjoni Russa. Appoġġa b'mod attiv l-użu tal-Forzi Armati Russi fl-Ukraina u l-annessjoni tal-Krimea. Huwa mexxa personalment id-dimostrazzjoni b'appoġġ tal-użu tal-Forzi Armati Russi fl-Ukraina. |
17.3.2014 |
|
18. |
Slutski, Leonid Eduardovich |
Data tat-twelid 4.01.1968 f'Моska |
President tal-Kumitat tal-Commonwealth ta' Stati Indipendenti (CIS) tal-Istat ta' Duma (membru ta' LDPR). Appoġġa b'mod attiv l-użu tal-Forzi Armati Russi fl-Ukraina u l-annessjoni tal-Krimea. |
17.3.2014 |
|
19. |
Vitko, Aleksandr Viktorovich |
Data tat-twelid 4.1.1968 f'Моska |
Kmandant tal-Flotta tal-Baħar l-Iswed, Viċi Ammiral. Responsabbli mill-kmand tal-forzi Russi li okkupaw it-territorju sovran tal-Ukraina. |
17.3.2014 |
|
20. |
Sidorov, Anatoliy Alekseevich |
|
Kmandant, Distrett Militari tal-Punent tar-Russja, li unitajiet minnu huma skjerati fil-Krimea. Kmandant tad-Distrett Militari tal-Punent tar-Russja, li unitajiet minnu huma skjerati fil-Krimea. Huwa responsabbli għal parti mill-preżenza militari Russa fil-Krimea li qed iddgħajjef is-sovranità tal-Ukraina u assista lill-awtoritajiet tal-Krimea fl-impediment ta' dimostrazzjonijiet pubbliċi kontra azzjonijiet favur referendum u l-inkorporazzjoni fir-Russja. |
17.3.2014 |
|
21. |
Galkin, Aleksandr |
|
Distrett Militari tan-Nofsinhar tar-Russja, li forzi minnu jinsabu fil-Krimea; il-Flotta tal-Baħar l-Iswed hija taħt il-kmand ta' Galkin; il-parti l-kbira tal-moviment tal-forza fil-Krimea oriġinat mid-Distrett Militari tan-Nofsinhar. Kmandant tad-Distrett Militari tan-Nofsinhar tar-Russja ("SMD"). Il-forzi ta' SMD huma skjerati fil-Krimea. Huwa responsabbli għal parti mill-preżenza militari Russa fil-Krimea li qed iddgħajjef is-sovranità tal-Ukraina u assista lill-awtoritajiet tal-Krimea fl-impediment ta' dimostrazzjonijiet pubbliċi kontra azzjonijiet favur referendum u l-inkorporazzjoni fir-Russja. Barra minn hekk, il-flotta tal-Baħar l-Iswed taqa' taħt il-kontroll tad-Distrett. |
17.3.2014 |
ANNESS II
Websajts għall-informazzjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti u l-indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea
IL-BELĠJU
http://www.diplomatie.be/eusanctions
IL-BULGARIJA
http://www.mfa.bg/en/pages/135/index.html
IR-REPUBBLIKA ĊEKA
http://www.mfcr.cz/mezinarodnisankce
ID-DANIMARKA
http://um.dk/da/politik-og-diplomati/retsorden/sanktioner/
IL-ĠERMANJA
http://www.bmwi.de/DE/Themen/Aussenwirtschaft/aussenwirtschaftsrecht,did=404888.html
L-ESTONJA
http://www.vm.ee/est/kat_622/
L-IRLANDA
http://www.dfa.ie/home/index.aspx?id=28519
IL-GREĊJA
http://www.mfa.gr/en/foreign-policy/global-issues/international-sanctions.html
SPANJA
http://www.exteriores.gob.es/Portal/es/PoliticaExteriorCooperacion/GlobalizacionOportunidadesRiesgos/Documents/ORGANISMOS%20COMPETENTES%20SANCIONES%20INTERNACIONALES.pdf
FRANZA
http://www.diplomatie.gouv.fr/autorites-sanctions/
IL-KROAZJA
http://www.mvep.hr/sankcije
L-ITALJA
http://www.esteri.it/MAE/IT/Politica_Europea/Deroghe.htm
ĊIPRU
http://www.mfa.gov.cy/sanctions
IL-LATVJA
http://www.mfa.gov.lv/en/security/4539
IL-LITWANJA
http://www.urm.lt/sanctions
IL-LUSSEMBURGU
http://www.mae.lu/sanctions
L-UNGERIJA
http://www.kulugyminiszterium.hu/kum/hu/bal/Kulpolitikank/nemzetkozi_szankciok/
MALTA
http://www.doi.gov.mt/EN/bodies/boards/sanctions_monitoring.asp
IL-PAJJIŻI L-BAXXI
www.rijksoverheid.nl/onderwerpen/internationale-vrede-en-veiligheid/sancties
L-AWSTRIJA
http://www.bmeia.gv.at/view.php3?f_id=12750&LNG=en&version=
IL-POLONJA
http://www.msz.gov.pl
IL-PORTUGALL
http://www.portugal.gov.pt/pt/os-ministerios/ministerio-dos-negocios-estrangeiros/quero-saber-mais/sobre-o-ministerio/medidas-restritivas/medidas-restritivas.aspx
IR-RUMANIJA
http://www.mae.ro/node/1548
IS-SLOVENJA
http://www.mzz.gov.si/si/zunanja_politika_in_mednarodno_pravo/zunanja_politika/mednarodna_varnost/omejevalni_ukrepi/
IS-SLOVAKKJA
http://www.mzv.sk/sk/europske_zalezitosti/europske_politiky-sankcie_eu
IL-FINLANDJA
http://formin.finland.fi/kvyhteistyo/pakotteet
L-ISVEZJA
http://www.ud.se/sanktioner
IR-RENJU UNIT
https://www.gov.uk/sanctions-embargoes-and-restrictions
Indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea:
|
European Commission |
|
Service for Foreign Policy Instruments (FPI) |
|
EEAS 02/309 |
|
B-1049 Brussels |
|
Belgium |
|
E-mail: relex-sanctions@ec.europa.eu |
DEĊIŻJONIJIET
|
17.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 78/16 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/145/PESK
tas-17 ta’ Marzu 2014
dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fis-6 ta' Marzu 2014, il-Kapijiet ta' Stat jew ta' Gvern tal-Istati Membri tal-Unjoni kkundannaw bil-qawwa l-ksur mhux provokat tas-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukraina mill-Federazzjoni Russa u appellaw lill-Federazzjoni Russa biex tirtira immedjatament il-forzi armati tagħha lejn iż-żoni ta' stazzjonament permanenti tagħhom, f'konformità mal-ftehimiet rilevanti. Huma appellaw lill-Federazzjoni Russa biex tippermetti aċċess immedjat lil osservaturi internazzjonali. Il-Kapijiet ta' Stat jew ta' Gvern qiesu li d-deċiżjoni mill-Kunsill Suprem tar-Repubblika Awtonoma tal-Krimea li jsir referendum dwar l-istatus futur tat-territorju tmur kontra l-Kostituzzjoni tal-Ukraina u hija għalhekk illegali. |
|
(2) |
Il-Kapijiet ta' Stat jew ta' Gvern iddeċidew li jieħdu azzjonijiet, inklużi dawk previsti mill-Kunsill fit-3 ta' Marzu 2014, b'mod partikolari li jissospendu t-taħditiet bilaterali mal-Federazzjoni Russa dwar kwistjonijiet ta' viża kif ukoll taħditiet mal-Federazzjoni Russa dwar Ftehim ġdid. komprensiv li għandu jissostitwixxi s-Sħubija eżistenti u l-Ftehim ta' Kooperazzjoni. |
|
(3) |
Il-Kapijiet ta' Stat jew ta' Gvern issottolinjaw li s-soluzzjoni għall-kriżi għandha tinstab permezz ta' negozjati bejn il-Gvernijiet tal-Ukraina u tal-Federazzjoni Russa, inkluż permezz ta' mekkaniżmi multilaterali potenzjali, u li fin-nuqqas ta' riżultati f'perjodu ta' żmien limitat l-Unjoni ser tiddeċiedi dwar miżuri addizzjonali, bħal projbizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar, iffriżar tal-assi u t-tħassir tas-summit UE-Russja. |
|
(4) |
Fiċ-ċirkostanzi attwali, għandhom jiġu imposti restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar u ffriżar tal-assi kontra persuni responsabbli għal azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, inkluż azzjonijiet dwar l-istatus futur ta' kwalunkwe parti mit-territorju li jmorru kontra l-Kostituzzjoni tal-Ukraina, u persuni, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom. |
|
(5) |
Hija meħtieġa azzjoni ulterjuri mill-Unjoni sabiex jiġu implimentati ċerti miżuri, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jimpedixxu d-dħul fit-territorji tagħhom, jew it-transitu minnhom, tal-persuni fiżiċi responsabbli għal azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, u ta' persuni fiżiċi assoċjati magħhom, kif elenkati fl-Anness.
2. Il-paragrafu 1 ma għandux jobbliga lil Stat Membru biex jiċħad id-dħul fit-territorju tiegħu liċ-ċittadini tiegħu stess.
3. Il-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-każijiet fejn Stat Membru jkun marbut minn obbligu taħt id-dritt internazzjonali, jiġifieri:
|
(a) |
bħala pajjiż ospitanti għal organizzazzjoni intergovernattiva internazzjonali; |
|
(b) |
bħala pajjiż ospitanti għal konferenza internazzjonali msejħa minn Nazzjonijiet Uniti, jew taħt l-awspiċji tagħha; |
|
(c) |
taħt ftehim multilaterali li jikkonferixxi privileġġi u immunitajiet; jew |
|
(d) |
taħt it-Trattat ta' Konċiljazzjoni tal-1929 (il-Patt Lateran) konkluż mis-Santa Sede (Stat tal-Belt tal-Vatikan) u l-Italja. |
4. Il-paragrafu 3 għandu jiġi kkunsidrat bħala li japplika wkoll f’każijiet fejn Stat Membru jkun pajjiż ospitanti għall-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE).
5. Il-Kunsill għandu jkun infurmat debitament fil-każijiet kollha fejn Stat Membru jagħti eżenzjoni skont il-paragrafi 3 jew 4.
6. L-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjonijiet mill-miżuri imposti taħt il-paragrafu 1 fejn l-ivvjaġġar ikun ġustifikat minħabba ħtieġa umanitarja urġenti, jew minħabba attendenza f'laqgħat intergovernattivi, u dawk promossi jew ospitati mill-Unjoni, jew ospitati minn Stat Membru li jkollu l-Presidenza tal-OSKE, fejn isir djalogu politiku li jippromwovi direttament l-objettivi ta' politika tal-miżuri restrittivi, inkluż appoġġ għall-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina.
7. Stat Membru li jixtieq jagħti l-eżenzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 6 għandu jinnotifika lill-Kunsill bil-miktub. L-eżenzjoni ser tiġi kkunsidrata bħala mogħtija għajr jekk wieħed jew aktar mill-membri tal-Kunsill jagħmel oġġezzjoni bil-miktub fi żmien jumejn ta' ħidma minn meta tiġi riċevuta n-notifika tal-eżenzjoni proposta. F'każ li membru wieħed jew aktar tal-Kunsill joġġezzjonaw, il-Kunsill li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jista' jiddeċiedi li jagħti l-eżenzjoni proposta.
8. Fejn, skont il-paragrafi 3, 4, 6 u 7, Stat Membru jawtorizza d-dħul fit-territorju tiegħu, jew it-transitu minnu, ta’ persuni elenkati fl-Anness, l-awtorizzazzjoni għandha tkun limitata għall-fini li għalih hija ġiet mogħtija lill-persuna kkonċernata minnha.
Artikolu 2
1. Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappertjenu lil, jew huma proprjetà ta', miżmuma jew ikkontrollati minn persuni fiżiċi responsabbli għal azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina u persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom, kif elenkati fl-Anness, għandhom jiġu ffriżati.
2. L-ebda fond jew riżorsa ekonomika ma għandha ssir disponibbli, direttament jew indirettament, lil jew għal benefiċċju ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness.
3. L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tista' tawtorizza r-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew li tagħmel disponibbli ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi, taħt tali kondizzjonijiet li hi tikkunsidra adatti, wara li tkun iddeterminat li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi konċernati huma:
|
(a) |
meħtieġa biex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet bażiċi tal-persuni elenkati fl-Anness u l-membri tal-familji dipendenti minnhom, inklużi pagamenti għal ikel, kera jew ipoteki, mediċini u kura medika, taxxi, primjums tal-assigurazzjoni, u ħlasijiet ta’ servizzi pubbliċi; |
|
(b) |
maħsuba esklussivament għall-pagament ta’ onorarji professjonali raġonevoli u għar-rimborż ta’ spejjeż imġarrba li huma assoċjati mal-provvista ta’ servizzi legali; |
|
(c) |
maħsuba esklussivament għall-pagament ta' tariffi jew imposti ta' servizzi għaż-żamma jew il-manutenzjoni regolari ta’ fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati; jew |
|
(d) |
meħtieġa għal spejjeż straordinarji, dment li l-awtorità kompetenti tkun innotifikat lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħrajn u lill-Kummissjoni bir-raġunijiet li għalihom tqis li għandha tingħata awtorizzazzjoni speċifika, tal-inqas ġimagħtejn qabel l-awtorizzazzjoni. |
L-Istat Membru konċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija taħt dan il-paragrafu.
4. B'deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi ffriżati jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, dment li jkunu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
il-fondi jew riżorsi ekonomiċi jkunu l-oġġett ta' sentenza arbitrali mogħtija qabel id-data li fiha l-persuna, l-entità jew il-korp imsemmijin fil-paragrafu 1 ikunu ġew elenkati fl-Anness, jew ta' deċiżjoni ġudizzjarja, jew amministrattiva mogħtija fl-Unjoni, jew deċiżjoni ġudizzjarja li tkun esegwibbli fl-Istat Membru konċernat, qabel jew wara dik id-data; |
|
(b) |
il-fondi jew riżorsi ekonomiċi ser jintużaw esklużivament biex jagħmlu tajjeb għal pretensjonijiet assigurati mit-tali sentenza jew rikonoxxuti bħala validi fit-tali sentenza, fil-limiti stabbiliti mil-liġijiet u regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet ta' persuni li jkollhom dawn il-pretensjonijiet; |
|
(c) |
id-deċiżjoni ma tkunx għall-benefiċċju ta' persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness; u |
|
(d) |
ir-rikonoxximent tad-deċiżkoni ma jmurx kontra l-ordni pubbliku fl-Istat Membru konċernat. |
L-Istat Membru konċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija taħt dan il-paragrafu.
5. Il-paragrafu 1 ma għandux iżomm lil persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati milli tagħmel pagament dovut taħt kuntratt li daħlet għalih qabel id-data li fiha t-tali persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp ikunu ġew elenkati fl-Anness, dment li l-Istat Membru konċernat jkun iddetermina li l-pagament ma jiġix riċevut direttament jew indirettament minn persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp imsemmijin fil-paragrafu 1.
6. Il-paragrafu 2 ma għandux japplika għaż-żieda mal-kontijiet iffriżati ta’:
|
(a) |
imgħax jew qligħ ieħor fuq dawk il-kontijiet; |
|
(b) |
pagamenti dovuti minħabba kuntratti, ftehimiet jew obbligi li ġew konklużi jew li rriżultaw qabel id-data li fiha dawk il-kontijiet saru soġġetti għall-miżuri previsti fil-paragrafi 1 u 2; jew |
|
(c) |
pagamenti dovuti taħt deċiżjonijiet ġudizzjarji, amministrattivi jew arbitrali li ġew mogħtija fl-Unjoni jew li huma esegwibbli fl-Istat Membru konċernat, |
dment li kwalunkwe tali imgħax, qligħ u pagamenti oħrajn jibqgħu soġġetti għall-miżuri previsti fil-paragrafu 1.
Artikolu 3
1. Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi fuq proposta minn Stat Membru jew mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, għandu jiddeċiedi biex jistabbilixxi u jemenda l-lista fl-Anness.
2. Il-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1, inklużi r-raġunijiet għall-elenkar, lill-persuna fiżika jew ġuridika,entità jew korp kkonċernati, jew direttament, jekk l-indirizz ikun magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta' notifika, li tipprovdi lil tali persuna, entità jew korp bl-opportunità li jippreżentaw osservazzjonijiet.
3. Fejn jiġu ppreżentati osservazzjonijiet, jew provi sostanzjali ġodda, il-Kunsill għandu jirrevedi d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 u jinforma lill-persuna, entità jew korp kkonċernati kif meħtieġ.
Artikolu 4
1. L-Anness għandu jinkludi r-raġunijiet għall-elenkar tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi imsemmijin fl-Artikolu 1(1) u 2(1).
2. L-Anness għandu jinkludi wkoll, fejn tkun disponibbli, l-informazzjoni meħtieġa għall-identifikazzjoni ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi kkonċernati. Fir-rigward ta' persuni fiżiċi, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet, inklużi psewdonimi, id-data u l-post tat-twelid, in-nazzjonalità, in-numru tal-passaport u tal-karta tal-identità, is-sess, l-indirizz, jekk magħruf, u l-funzjoni jew il-professjoni. Fir-rigward ta' persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi, tali informazzjoni tista' tinkludi ismijiet, il-post u d-data tar-reġistrazzjoni, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-post tan-negozju.
Artikolu 5
Sabiex jiġi massimizzat l-impatt tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 1(1) u 2 (1), l-Unjoni għandha tħeġġeġ lil Stati terzi biex jadottaw miżuri restrittivi simili għal dawk previsti f’din id-Deċiżjoni.
Artikolu 6
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sa sas-17 ta’ Settembru 2014.
Din id-Deċiżjoni għandha tinżamm taħt reviżjoni kostanti. Hija għandha tiġġedded, jew tiġi emendata, skont il-każ, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Marzu 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
ANNESS
Lista ta' persuni, entitajiet u korpi msemmijin fl-Artikoli 1 u 2
|
|
Isem |
Informazzjoni għall-Identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
|
1. |
Sergey Valeryevich Aksyonov |
Data tat-twelid 26.11.1972 |
Aksyonov ġie elett “Prim Ministru tal-Krimea” fil-Verkhovna Rada tal- Krimea fis-27 ta' Frar 2014 fil-presenza ta' persuni armati favur ir-Russja. Il-“ħatra” tiegħu ġiet iddikjarata bħala li tmur kontra l-kostituzzjoni minn Oleksandr Turchynov fl-1 ta' Marzu. Huwa għamel pressjoni b'mod attiv favur ir- “referendum” tas-16 ta' Marzu. |
17.3.2014 |
|
2. |
Vladimir Andreevich Konstantinov |
Data tat-twelid 19.03.1967 |
Bħala speaker tal-Kunsill Suprem tar-Repubblika Awtonoma tal-Krimea (ARC), Konstantinov kellu rwol rilevanti fid-deċiżjonijiet meħuda mill-Verkhovna Rada rigward ir-“referendum” kontra l-integrità territorjali tal-Ukraina u appella lil votanti biex jivvotaw favur l-Indipendenza tal-Krimea. |
17.3.2014 |
|
3. |
Rustam Ilmirovich Temirgaliev |
Data tat-twelid 15.08.1976 |
Bħala Viċi President tal-Kunsill tal-Ministri tal-Krimea, Temirgaliev kellu rwol rilevanti fid-deċiżjonijiet li ttieħdu mill-Verkhovna Rada rigward ir-"referendum" kontra l-integrità territorjali tal-Ukraina. Huwa għamel pressjoni b'mod attiv favur l-integrazzjoni tal-Krimea fil-Federazzjoni Russa. |
17.3.2014 |
|
4. |
Deniz Valentinovich Berezovskiy |
Data tat-twelid 15.07.1974 |
Berezovskiy inħatar kmandant tal-Forza Navali tal-Ukraina fl-1 ta' Marzu 2014 u ħa l-ġurament quddiem il-Forzi Armati tal-Krimea, biex b'hekk mar kontra l-ġurament tiegħu. L-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali tal-Ukraina nieda investigazzjoni kontrih bl-akkuża ta' tradiment għoli. |
17.3.2014 |
|
5. |
Aleksei Mikhailovich Chaliy |
Data tat-twelid 13.06.1961 |
Chaliy sar “Sindku ta' Sevastopol” permezz ta' nomina popolari fit-23 ta' Frar 2014 u aċċetta dan il-“vot”. Huwa mexxa kampanja b'mod attiv biex Sevastopol issir entità separata tal-Federazzjoni Russa b'segwitu għal referendum tas-16 ta' Marzu 2014. |
17.3.2014 |
|
6. |
Pyotr Anatoliyovych Zima |
|
Zima inħatar bħala l-kap il-ġdid tas- Servizz tas-Siġurtà tal-Krimea (SBU) fit-3 ta' Marzu 2014 mill- “Prim Ministru” Aksyonov u aċċetta din il-ħatra. Huwa ta informazzjoni rilevanti inkluż bażi ta' data lis-Servizz tal- Intelligence Russu (SBU). Dan kien jinkludi informazzjoni dwar attivisti tal-Ewro-Maidan u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem tal-Krimea. Huwa kellu rwol rilevanti fil-prevenzjoni għall-awtoritajiet tal-Ukraina milli jikkontrollaw it-territorju tal-Krimea. Fil-11 ta' Marzu 2014 ġiet proklamata l-formazzjoni ta' Servizz tas-Siġurtà indipendenti tal-Krimea mill-ex-uffiċjali tas-SBU tal-Krimea. |
17.3.2014 |
|
7. |
Yuriy Zherebtsov |
|
Kunsillier tal-Ispeaker tal-Verkhovna Rada tal-Krimea, wieħed mill-organizzaturi ewlenin tar-"referendum" tas-16 ta' Marzu 2014 kontra l-integrità territorjali tal-Ukraina. |
17.3.2014 |
|
8. |
Sergey Pavlovych Tsekov |
Data tat-twelid 28.03.1953 |
Viċi Speaker tal-Verkhovna Rada; Tsekov beda, flimkien ma' Sergey Aksyonov, it-tneħħija illegali tal-gvern tar-Repubblika Awtonoma tal-Krimea (ARC). F'dan it-tentattiv, huwa involva lil Vladimir Konstantinov, waqt li heddu bit-tneħħija tiegħu. Huwa rrikonoxxa pubblikament li l-Membri Parlamentari mill-Krimea kienu dawk li bdew jistiednu lis-suldati Russi biex jieħdu taħt il-kontroll tagħhom lill-Verkhovna Rada tal-Krimea. Huwa kien wieħed mill-ewwel Mexxejja tal-Krimea li talab fil-pubbliku li l-Krimea tiġi annessa mar-Russja. |
17.3.2014 |
|
9. |
Ozerov, Viktor Alekseevich |
Data tat-twelid 5.1.1958 f'Abakan, Khakassia |
President tal-Kumitat għas-Sigurtà u d-Difiża tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa. Fl-1 ta' Marzu 2014 Ozerov, f'isem il- Kumitat għas-Sigurtà u d-Difiża tal-Kunsill Federali, appoġġa pubblikament fil-Kunsill Federali l-iskjerament tal-forzi Russi fl-Ukraina. |
17.3.2014 |
|
10. |
Dzhabarov, Vladimir Michailovich |
Data tat-twelid 29.9.1952 |
L-ewwel Viċi President tal-Kumitat tal-Affarijiet Internazzjonali tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa. Fl-1 ta' Marzu 2014 Dzhabarov, f'isem il- Kumitat tal-Affarijiet Internazzjonali tal-Kunsill Federali, appoġġa pubblikament fil-Kunsill Federali l-iskjerament tal-forzi Russi fl-Ukraina. |
17.3.2014 |
|
11. |
Klishas, Andrei Aleksandrovich |
Data tat-twelid 9.11.1972 f'Sverdlovsk |
President tal-Kumitat dwar id-Dritt Kostituzzjonali tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa. Fl-1 ta' Marzu 2014 Klishas appoġġa pubblikament fil-Kunsill Federali l-iskjerament tal-forzi Russi fl-Ukraina. F'dikjarazzjonijiet pubbliċi, Klishas ipprova jiġġustifika intervent militari Russu fl-Ukraina billi ddikjara li “il-President tal-Ukraina jappoġġa l-appell tal-awtoritajiet tal-Krimea lill-President tal-Federazzjoni Russa dwar l-għoti ta' assistenza komprensiva biex jiġu difiżi ċ-ċittadini tal-Krimea”. |
17.3.2014 |
|
12. |
Ryzhkov, Nikolai Ivanovich |
Data tat-twelid 28.09.1929 fi Duleevka, reġjun ta' Donetsk, Ukraina SSR |
Membru tal-Kumitat għall-kwistjonijiet federali, politika reġjonali u t-Tramuntana tal- Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa. Fl-1 ta' Marzu 2014 Ryzhkov appoġġa pubblikament fil-Kunsill Federali l-iskjerament tal-forzi Russi fl-Ukraina. |
17.3.2014 |
|
13. |
Bushmin, Evgeni Viktorovich |
Data tat-twelid 4.10.1958 f'Lopatino, Reġjun ta' Sergachiisky, RSFSR |
Viċi Speaker tal- Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa. Fl-1 ta' Marzu 2014 Bushmin appoġġa pubblikament fil-Kunsill Federali l-iskjerament tal-forzi Russi fl-Ukraina. |
17.3.2014 |
|
14. |
Totoonov, Aleksandr Borisovich |
Data tat-twelid 3.03.1957 f'Ordzhonikidze, Tramuntana ta' Ossetia |
Membru tal-Kumitat dwar il-kultura, ix-xjenza, u l-informazzjoni tal- Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa. Fl-1 ta' Marzu 2014, Totoonov appoġġa pubblikament fil-Kunsill Federali l-iskjerament tal-forzi Russi fl-Ukraina |
17.3.2014 |
|
15. |
Panteleev, Oleg Evgenevich |
Data tat-twelid 21.07.1952 fi Zhitnikovskoe, reġjun ta' Kurgan |
L-ewwel Viċi President tal-Kumitat dwar Kwistjonijiet Parlamentari. Fl-1 ta' Marzu 2014, Panteleev appoġġa pubblikament fil-Kunsill Federali l-iskjerament tal-forzi Russi fl-Ukraina. |
17.3.2014 |
|
16. |
Mironov, Sergei Mikhailovich |
Data tat-twelid 14.02.1953 f'Pushkin, reġjun ta' Leningrad |
Membru tal-Kunsill tal-Istat ta' Duma; Mexxej tal-fazzjoni Fair Russia f' Duma. Oriġinatur tal-liġi li tippermetti lill-Federazzjoni Russa tinkludi fil-kompożizzjoni tagħha, taħt il-pretest tal-protezzjoni taċ-ċittadini Russi, territorji ta' pajjiż barrani mingħajr il-kunsens ta' dak il-pajjiż jew ta' trattat internazzjonali. |
17.3.2014 |
|
17. |
Zheleznyak, Sergei Vladimirovich |
Data tat-twelid 30.07.1970 f'San Pietruburgu (qabel kien Leningrad) |
Viċi Speaker tal-Istat ta' Duma tal-Federazzjoni Russa. Appoġġa b'mod attiv l-użu tal-Forzi Armati Russi fl-Ukraina u l-annessjoni tal-Krimea. Huwa mexxa personalment id-dimostrazzjoni b'appoġġ tal-użu tal-Forzi Armati Russi fl-Ukraina. |
17.3.2014 |
|
18. |
Slutski, Leonid Eduardovich |
Data tat-twelid 4.01.1968 f'Моska |
President tal-Kumitat tal-Commonwealth ta' Stati Indipendenti (CIS) tal-Istat ta' Duma (membru ta' LDPR). Appoġġa b'mod attiv l-użu tal-Forzi Armati Russi fl-Ukraina u l-annessjoni tal-Krimea. |
17.3.2014 |
|
19. |
Vitko, Aleksandr Viktorovich |
Data tat-twelid 4.1.1968 f'Моska |
Kmandant tal-Flotta tal-Baħar l-Iswed, Viċi Ammiral. Responsabbli mill-kmand tal-forzi Russi li okkupaw it-territorju sovran tal-Ukraina. |
17.3.2014 |
|
20. |
Sidorov, Anatoliy Alekseevich |
|
Kmandant, Distrett Militari tal-Punent tar-Russja, li unitajiet minnu huma skjerati fil-Krimea. Kmandant tad-Distrett Militari tal-Punent tar-Russja, li unitajiet minnu huma skjerati fil-Krimea. Huwa responsabbli għal parti mill-preżenza militari Russa fil-Krimea li qed iddgħajjef is-sovranità tal-Ukraina u assista lill-awtoritajiet tal-Krimea fl-impediment ta' dimostrazzjonijiet pubbliċi kontra azzjonijiet favur referendum u l-inkorporazzjoni fir-Russja. |
17.3.2014 |
|
21. |
Galkin, Aleksandr |
|
Distrett Militari tan-Nofsinhar tar-Russja, li forzi minnu jinsabu fil-Krimea; il-Flotta tal-Baħar l-Iswed hija taħt il-kmand ta' Galkin; il-parti l-kbira tal-moviment tal-forza fil-Krimea oriġinat mid-Distrett Militari tan-Nofsinhar. Kmandant tad-Distrett Militari tan-Nofsinhar tar-Russja ("SMD"). Il-forzi ta' SMD huma skjerati fil-Krimea. Huwa responsabbli għal parti mill-preżenza militari Russa fil-Krimea li qed iddgħajjef is-sovranità tal-Ukraina u assista lill-awtoritajiet tal-Krimea fl-impediment ta' dimostrazzjonijiet pubbliċi kontra azzjonijiet favur referendum u l-inkorporazzjoni fir-Russja. Barra minn hekk, il-flotta tal-Baħar l-Iswed taqa' taħt il-kontroll tad-Distrett. |
17.3.2014 |