ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2014.076.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 76

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 57
15 ta' Marzu 2014


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/137/UE tal-14 ta’ Marzu 2014 dwar ir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea min-naħa l-waħda, u l-Groenlandja u r-Renju tad-Danimarka min-naħa l-oħra

1

 

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 261/2014 tal-14 ta’ Marzu 2014 li jimplimenta l-Artikolu 11(4) tar-Regolament (UE) Nru 753/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan

6

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 262/2014 tal-14 ta’ Marzu 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 234/2004 dwar ċerti miżuri restrittivi fir-rigward tal-Liberja

9

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 263/2014 tal-14 ta’ Marzu 2014 li jimplimenta l-Artikolu 11(4) tar-Regolament (UE) Nru 753/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan

11

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 264/2014 tal-14 ta’ Marzu 2014 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu tal-kopolimeru ta’ aċetat ta’ vinil polivinilpirrolidon f’supplimenti tal-ikel solidu u l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet tiegħu ( 1 )

22

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 265/2014 tal-14 ta’ Marzu 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 642/2010 dwar regoli ta’ applikazzjoni għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 dwar id-dazju ta’ importazzjoni fis-settur taċ-ċereali

26

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 266/2014 tal-14 ta’ Marzu 2014 dwar it-tqassim tal-kwoti nazzjonali tal-ħalib stabbiliti għall-2013/2014 fl-Anness IX tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 bejn il-kunsinni u l-bejgħ dirett

31

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 267/2014 tal-14 ta’ Marzu 2014 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

34

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 268/2014 tal-14 ta’ Marzu 2014 li jistabbilixxi d-dazji għall-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mis-16 ta’ Marzu 2014

36

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2014/138/PESK

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà EUFOR RCA/2/2014 tal-11 ta’ Marzu 2014 dwar l-istabbiliment tal-Kumitat ta’ Kontributuri għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUFOR RCA)

39

 

 

2014/139/PESK

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà EUFOR RCA/3/2014 tal-11 ta’ Marzu 2014 dwar l-aċċettazzjoni ta’ kontribuzzjonijiet ta’ Stati terzi għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUFOR RCA)

41

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/140/PESK tal-14 ta’ Marzu 2014 timplimenta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/486/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan

42

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/141/PESK tal-14 ta’ Marzu 2014 li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2008/109/PESK dwar miżuri restrittivi imposti kontra l-Liberja

45

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/142/PESK tal-14 ta’ Marzu 2014 li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/486/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan

46

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta’ Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji barranin mal-Unjoni Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Barranija) ( ĠU L 344, 19.12.2013 )

56

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

DEĊIŻJONIJIET

15.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 76/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/137/UE

tal-14 ta’ Marzu 2014

dwar ir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea min-naħa l-waħda, u l-Groenlandja u r-Renju tad-Danimarka min-naħa l-oħra

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 203 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxi skont proċedura leġislattiva speċjali,

Billi:

(1)

Skont it-Trattat li jemenda, fir-rigward tal-Groenlandja, it-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet Ewropej (2) (it-Trattat tal-Groenlandja), it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) ma japplikax aktar għall-Groenlandja. Iżda il-Groenlandja, peress li hija parti minn Stat Membru, hija assoċjata mal-Unjoni bħala wieħed mill-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej (OCTs).

(2)

Fil-preambolu tiegħu, it-Trattat tal-Groenlandja jiddikjara li għandhom jiġu introdotti arranġamenti li jippermettu ż-żamma tar-rabtiet mill-qrib u dejjiema bejn l-Unjoni u l-Groenlandja u li għandu jittieħed kont tal-interessi reċiproċi, l-aktar il-ħtiġijiet ta’ żvilupp tal-Groenlandja, u li l-arranġamenti applikabbli għall-OCTs stabbiliti fir-Raba’ Parti tat-TFUE jipprovdu qafas adatt għal dawk ir-relazzjonijiet.

(3)

Skont l-Artikolu 198 tat-TFUE, l-għan tal-assoċjazzjoni huwa li tippromwovi l-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-OCTs u li tistabbilixxi relazzjonijiet ekonomiċi mill-qrib bejniethom u l-Unjoni Ewropea fl-intier tagħha. Skont l-Artikolu 204 tat-TFUE, id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 198 sa 203 tat-TFUE japplikaw għall-Groenlandja, soġġetti għad-dispożizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fil-Protokoll (Nru 34) dwar l-arranġamenti speċjali għall-Groenlandja annessi għat-TFUE.

(4)

Id-dispożizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-prinċipji stipulati fl-Artikoli 198 sa 202 tat-TFUE huma stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE (3).

(5)

Fil-konklużjonijiet tiegħu tal-24 ta’ Frar 2003 dwar ir-Rieżami ta' Nofs it-Term tar-Raba’ Protokoll dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea, il-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Awtonomu tal-Groenlandja, u filwaqt li rrikonoxxa l-importanza ġeostrateġika tal-Groenlandja għall-Unjoni u l-ispirtu ta' kooperazzjoni li jirriżulta mid-deċiżjoni tal-Unjoni li tagħti status ta' territorju extra-Ewropew lill-Groenlandja, il-Kunsill qabel li kien hemm bżonn li jitwessgħu u jissaħħu r-relazzjonijiet futuri bejn l-Unjoni u l-Groenlandja, filwaqt li jittieħed kont tal-importanza tas-sajd u l-ħtieġa għal riformi strutturali u settorjali fil-Groenlandja. Il-Kunsill kompla jisħaq fuq l-impenn tiegħu li fil-ġejjieni jibbaża r-relazzjoni ta’ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Groenlandja wara l-2006 fuq sħubija komprensiva għall-iżvilupp sostenibbli li tkun tinkludi ftehim speċifiku dwar is-sajd, innegozjat skont ir-regoli u l-prinċipji ġenerali għal ftehimiet bħal dawn.

(6)

Il-Ftehim ta’ Sħubija fis-Sajd bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Awtonomu ta’ Greenland, min-naħa l-oħra (4), konkluż bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 753/2007 (5) ifakkar l-ispirtu ta’ kooperazzjoni li rriżulta mid-deċiżjoni tal-Komunità li tagħti l-istatus ta’ territorju extra-Ewropew lill-Groenlandja.

(7)

Id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Komunità Ewropea, min-naħa waħda, u l-Gvern Awtonomu tal-Groenlandja u l-Gvern tad-Danimarka, min-naħa l-oħra, dwar is-sħubija bejn il-Komunità Ewropea u l-Groenlandja, iffirmata fil-Lussemburgu fis-27 ta' Ġunju 2006, fakkret ir-rabtiet storiċi, politiċi, ekonomiċi u kulturali mill-qrib bejn l-Unjoni u l-Groenlandja u enfasizzat il-ħtieġa għal tisħiħ ulterjuri tas-sħubija u l-kooperazzjoni bejniethom.

(8)

Ir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni min-naħa waħda, u l-Groenlandja u r-Renju tad-Danimarka min-naħa l-oħra, huma rregolati, fost oħrajn, mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/526/KE (6), li skadiet fil-31 ta' Diċembru 2013.

(9)

L-Unjoni teħtieġ li tibni sħubiji komprensivi ma' atturi ġodda fix-xena internazzjonali sabiex tippromwovi ordni internazzjonali stabbli u inklussiv, biex tippromwovi għanijiet pubbliċi globali u tiddefendi l-interessi tal-Unjoni, kif ukoll biex iżżid l-għarfien tal-Unjoni f'pajjiżi terzi u f'pajjiżi u territorji extra-Ewropej.

(10)

Is-sħubija taħt din id-Deċiżjoni għandha tippermetti t-tkomplija tar-relazzjonijiet sodi bejn l-Unjoni, min-naħa waħda, u l-Groenlandja u d-Danimarka, min-naħa l-oħra, u għandha twieġeb għall-isfidi globali, filwaqt li tippermetti l-iżvilupp ta’ aġenda proattiva u l-kisba tal-interessi reċiproċi. L-isħubija għandha wkoll torbot mal-objettivi msemmija fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Marzu 2010 intitolata “Ewropa 2020 - Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv” ('l-Istrateġija Ewropa 2020), u b'hekk tipprovdi konsistenza mal-istrateġija Ewropa 2020 u l-promozzjoni tal-politiki u l-objettivi interni ddefiniti fil-Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni, bħall-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Frar 2011 intitolata “Naffrontaw l-isfidi fis-swieq tal-prodotti bażiċi u dawk marbuta mal-materja prima”, u tiffaċilita l-kooperazzjoni fil-kuntest tal-politika tal-Unjoni Ewropea dwar l-Artikolu.

(11)

L-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għandha tiffoka fuq oqsma fejn ikollha l-akbar impatt, wara li tiġi kkunsidrata l-kapaċità tagħha li taġixxi fuq skala globali u twieġeb għall-isfidi globali bħall-qerda tal-faqar, l-iżvilupp sostenibbli u inklużiv jew il-promozzjoni tad-demokrazija madwar id-dinja, il-governanza tajba, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt, l-involviment prevedibbli u fit-tul tagħha fl-għajnuna għall-iżvilupp u r-rwol tagħha fil-koordinazzjoni mal-Istati Membri tagħha.

(12)

Is-sħubija taħt din id-Deċiżjoni għandha tipprevedi qafas li jkun jippermetti diskussjonijiet regolari dwar kwistjonijiet ta’ interess għall-Unjoni jew għall-Groenlandja, bħall-kwistjonijiet globali, fejn skambju ta’ fehmiet, u konverġenza possibbli ta’ ideat u opinjonijiet, jista’ jkun ta’ benefiċċju għaż-żewġ partijiet. B'mod partikolari, l-impatt dejjem jikber tat-tibdil fil-klima fuq l-attività tal-bniedem u l-ambjent, it-trasport marittimu, ir-riżorsi naturali, inkluża l-materja prima, kif ukoll ir-riċerka u l-innovazzjoni, jirrikjedu djalogu u kooperazzjoni msaħħa.

(13)

L-assistenza finanzjarja mill-Unjoni, allokat permezz tas-sħubija, għandha ġġib magħha perspettiva tal-UE għall-iżvilupp tal-Groenlandja u għandha jikkontribwixxi għat-tisħiħ tar-rabtiet mill-qrib u dejjiema magħha, filwaqt li tissaħħaħ il-pożizzjoni tal-Groenlandja bħala ċentru mbiegħed avvanzat tal-Unjoni, ibbażat fuq il-valuri komuni u l-istorja li tgħaqqad lill-imsieħba.

(14)

L-assistenza finanzjarja tal-UE għall-perijodu 2014-2020, għandha tiffoka fuq qasam wieħed jew massimu tnejn ta’ kooperazzjoni, li jippermettu li l-impatt tas-sħubija jiġi massimizzat u li jippermettu li jkun hemm ekonomiji tal-kobor, effetti ta’ sinerġija, u effikaċja u viżibbiltà akbar tal-azzjonijiet tal-Unjoni.

(15)

Il-kooperazzjoni taħt din id-Deċiżjoni għandha tiżgura li l-flussi tar-riżorsi jingħataw fuq bażi prevedibbli u regolari u li jkunu flessibbli u mfassla b’mod speċifiku għas-sitwazzjoni fil-Groenlandja. Għal dan il-għan, l-appoġġ baġitarju għandu jintuża kull fejn dan ikun fattibbli u adatt.

(16)

Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit annwali tal-Unjoni huma stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), u fir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 (8).

(17)

L-interessi finanzjarji tal-Unjoni għandhom jiġu mħarsa permezz ta’ miżuri proporzjonali tul iċ-ċiklu tal-infiq kollu, inkluż permezz tal-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet, l-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b’mod ħażin u, fejn adatt, sanzjonijiet. Dawk il-miżuri għandhom jitwettqu skont il-ftehimiet applikabbli konklużi ma' organizzazzjonijiet internazzjonali u pajjiżi terzi.

(18)

Id-dokumenti ta’ programmar u miżuri ta’ finanzjament meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni għandhom jiġu adottati permezz ta' atti ta' implimentazzjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9). Minħabba n-natura ta' dawk l-atti ta' implimentazzjoni, b'mod partikolari n-natura tal-orjentazzjoni politika tagħhom u l-implikazzjonijiet finanzjarji tagħhom, il-proċedura ta’ eżami fil-prinċipju għandha tintuża għall-adozzjoni tagħhom, ħlief fil-każ ta' miżuri implimentattivi tekniċi ta' skala finanzjarja żgħira.

(19)

Ir-regoli u l-proċeduri komuni għall-implimentazzjoni tal-istrumenti tal-Unjoni għall-finanzjament tal-azzjoni esterna huma stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 236/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10), u japplikaw għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni kif adatt.

(20)

Huwa xieraq li tiġi żgurata transizzjoni bla xkiel mingħajr interruzzjoni bejn id-Deċiżjoni 2006/526/KE u din id-Deċiżjoni u li jiġi allinjat il-perijodu ta' applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni ma' dak tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 (11). Għalhekk, din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

TAQSIMA 1

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett, objettiv ġenerali u kamp ta' applikazzjoni

1.   Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi regoli dwar ir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni, min-naħa waħda, u l-Groenlandja u d-Danimarka min-naħa l-oħra (is-“sħubija”).

2.   Is-sħubija għandha l-għan li żżomm ir-rabtiet mill-qrib u dejjiema bejn l-imsieħba, filwaqt li tappoġġa l-iżvilupp sostenibbli tal-Groenlandja.

Is-sħubija tirrikonoxxi l-pożizzjoni ġeostrateġika tal-Groenlandja fir-Reġjun tal-Artiku, il-kwistjonijiet ta’ esplorazzjoni u użu tar-riżorsi naturali, inkluża l-materja prima, u tiżgura kooperazzjoni msaħħa u djalogu politiku dwar dawk il-kwistjonijiet.

Artikolu 2

Prinċipji ġenerali tas-sħubija

1.   Is-sħubija għandha tiffaċilita l-konsultazzjonijiet u d-djalogu politiku dwar l-objettivi speċifiċi u l-oqsma ta’ kooperazzjoni msemmija f'din id-Deċiżjoni.

2.   B'mod partikolari, is-sħubija għandha tiddefinixxi l-qafas għad-djalogu politiku dwar kwistjonijiet ta' interess komuni għal kull imsieħeb, b’hekk tipprovdi l-bażi għal kooperazzjoni u djalogu wesgħin f'oqsma bħal:

(a)

Kwistjonijiet globali li jikkonċernaw, fost oħrajn, l-enerġija, it-tibdil fil-klima u l-ambjent, ir-riżorsi naturali, inkluża l-materja prima, it-trasport marittimu, ir-riċerka u l-innovazzjoni; u

(b)

Kwistjonijiet relatati mal-Artiku.

3.   Fl-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, għandha tiġi żgurata l-koerenza ma' oqsma oħra tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif ukoll ma’ politiki rilevanti oħra tal-Unjoni. Għal dan il-għan, il-miżuri ffinanzjati taħt din id-Deċiżjoni għandhom ikunu pprogrammati abbażi tal-politiki ta’ kooperazzjoni tal-Unjoni stabbiliti, inter alia, fi ftehimiet, dikjarazzjonijiet u pjanijiet ta’ azzjoni, u f’konformità mal-istrateġiji ta’ kooperazzjoni adottati skont l-Artikolu 4.

4.   Deċiżjonijiet dwar attivitajiet ta’ kooperazzjoni għandhom jittieħdu b’konsultazzjoni mill-qrib bejn il-Gvern tal-Groenlandja, il-Gvern tad-Danimarka u l-Kummissjoni Ewropea. Tali konsultazzjonijiet għandhom isiru f’konformità sħiħa mas-setgħat istituzzjonali, legali u finanzjarji rispettivi ta’ kull wieħed mill-partijiet. Għal dan il-għan, l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandha tkun ġestita mill-Gvern tal-Groenlandja u mill-Kummissjoni f’konformità mar-rwoli u r-responsabbiltajiet ta’ kull wieħed minnhom.

Artikolu 3

Objettivi speċifiċi u oqsma ewlenin ta' kooperazzjoni

1.   L-objettivi speċifiċi ta’ din is-sħubija huma:

(a)

li jkun hemm appoġġ u kooperazzjoni mal-Groenlandja tkun assistita fl-indirizzar tal-isfidi ewlenin tagħha, b’mod partikolari d-diversifikazzjoni sostenibbli tal-ekonomija, il-ħtieġa li jiżdiedu l-ħiliet tal-forza tax-xogħol tagħha, u l-ħtieġa li jitjiebu s-sistemi ta’ informazzjoni tagħha fil-qasam tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni. Il-kisba ta’dawk l-objettivi għandha titkejjel permezz tal-persentaġġ tal-bilanċ tal-kummerċ fil-PDG, il-persentaġġ tas-settur tas-sajd fl-esportazzjonijiet totali, u r-riżultati tal-indikaturi tal-istatistika fl-edukazzjoni kif ukoll indikaturi oħra meqjusa bħala adatti.

(b)

biex jingħata kontribut għall-kapaċità tal-amministrazzjoni tal-Groenlandja biex tifformula u timplimenta aħjar il-politiki nazzjonali b'mod partikolari f’oqsma ġodda ta’ interess reċiproku kif identifikat fid-Dokument ta' Programmar għall-Iżvilupp Sostenibbli imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1). Il-kisba ta' dak l-objettiv għandha titkejjel b'indikaturi, bħall-għadd tal-persunal amministrattiv li jlesti t-taħriġ u l-persentaġġ tal-ħaddiema tas-servizz pubbliku li huma residenti (fit-tul) fil-Groenlandja.

2.   L-oqsma ewlenin ta’ kooperazzjoni tas-sħubija għandhom jinkludu:

(a)

l-edukazzjoni u t-taħriġ, it-turiżmu u l-kultura;

(b)

ir-riżorsi naturali, inkluża l-materja prima;

(c)

l-enerġija, il-klima, l-ambjent u l-bijodiversità;

(d)

il-kwistjonijiet relatati mal-Artiku;

(e)

is-settur soċjali; il-mobbiltà tal-ħaddiema, is-sistemi ta' protezzjoni soċjali, is-sikurezza alimentari u l-kwistjonijiet ta' sikurezza alimentari; u

(f)

ir-riċerka u l-innovazzjoni f’oqsma bħall-enerġija, it-tibdil fil-klima, ir-reżistenza għad-diżastri, ir-riżorsi naturali, inkluża l-materja prima, u l-użu sostenibbli ta' riżorsi ħajjin.

TAQSIMA 2

IPPROGRAMMAR U IMPLIMENTAZZJONI

Artikolu 4

Ipprogrammar

1.   Fi ħdan il-qafas tas-sħubija, il-Gvern tal-Groenlandja għandu jassumi r-responsabbiltà għall-formulazzjoni u l-adozzjoni tal-politiki settorjali fl-oqsma ta’ kooperazzjoni prinċipali msemmija fl-Artikolu 3(2) u għandu jipprovdi s-segwitu adegwat.

Fuq dik il-bażi, il-Gvern tal-Groenlandja għandu jħejji u jippreżenta Dokument ta’ Pprogrammar indikattiv għall-Iżvilupp Sostenibbli tal-Groenlandja (“il-PDSD” – Programming Document for the Sustainable Development). Il-PDSD għandu jipprovdi qafas koerenti għall-kooperazzjoni bejn l-Unjoni u l-Groenlandja, li huwa konsistenti mal-iskop u l-kamp ta' applikazzjoni ġenerali, l-objettivi, il-prinċipji u l-politiki tal-Unjoni.

2.   It-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-PDSD għandhom jikkonformaw mal- prinċipji ta’ effettività tal-għajnuna: sjieda nazzjonali, sħubija, koordinazzjoni, armonizzazzjoni, allinjament ma’ sistemi nazzjonali, responsabbiltà reċiproka u orjentazzjoni lejn ir-riżultati.

3.   Il-PDSD għandu jibbaża fuq lezzjonijiet meħudin u fuq l-aħjar prattiki u għandu jkun ibbażat fuq konsultazzjonijiet u djalogu mas-soċjetà ċivili, l-awtoritajiet lokali u partijiet interessati oħrajn sabiex jiżgura l-involviment suffiċjenti tagħhom u appartenenza sussegwenti tal-PDSD.

Il-PDSD għandu jiġi adattat għall-ħtiġijiet u għandu jwieġeb għaċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-Groenlandja, inklużi l-impatti tat-tibdil fil-klima u l-iżvilupp soċjoekonomiku.

4.   L-abbozz tal-PDSD għandu jkun is-suġġett ta' skambju ta' fehmiet bejn il-Gvern tal-Groenlandja, il-Gvern tad-Danimarka u l-Kummissjoni.

Il-Gvern tal-Groenlandja għandu jkun responsabbli għall-finalizzazzjoni tal-PDSD. Wara l-finalizzazzjoni, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-PDSD, biex tiddetermina jekk huwiex konsistenti mal-għanijiet ta' din id-Deċiżjoni u mal-politiki rilevanti tal-Unjoni, u jekk fihx l-elementi kollha meħtieġa biex tiġi adottata d-deċiżjoni dwar il-finanzjament annwali. Il-Gvern tal-Groenlandja għandha tipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa, inklużi r-riżultati ta' kwalunkwe studju fattibbli, għal dik il-valutazzjoni.

5.   Il-PDSD għandu jiġi approvat skont il-proċedura ta’ eżami, msemmija fl-Artikolu 8(2). Dik il-proċedura għandha tapplika wkoll għal reviżjonijiet sostanzjali li jkollhom l-effett li jimmodifikaw b’mod sinifikanti l-istrateġija jew l-ipprogrammar tagħha.

Il-proċedura ta' eżami ma għandhiex tapplika għal modifiki mhux sostanzjali għall-PDSD, bħal aġġustamenti tekniċi, ir-riallokazzjoni ta' fondi fi ħdan l-allokazzjonijiet indikattivi għal kull qasam ta' prijorità, jew żieda jew tnaqqis fid-daqs tal-allokazzjoni indikattiva inizjali b’inqas minn 20%, sakemm dawk il-modifiki ma jaffettwawx l-oqsma ta’ prijorità u l-objettivi stabbiliti fil-PDSD. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika tali modifiki mhux sostanzjali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fi żmien xahar mid-data ta' adozzjoni tad-deċiżjoni rilevanti.

6.   Kwalunkwe programmar jew reviżjoni tal-programmi li jseħħu wara l-pubblikazzjoni tar-rapport ta' rieżami ta' nofs it-terminu msemmi fl-Artikolu 7 għandhom jieħdu kont tar-riżultati, is-sejbiet u l-konklużjonijiet ta' dak ir-rapport.

Artikolu 5

Implimentazzjoni

Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f'din id-Deċiżjoni, l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għandha tiġi implimentata skont ir-Regolament (UE) Nru 236/2014 u mal-għan u l-kamp ta' applikazzjoni ġenerali, l-objettivi u l-prinċipji ġenerali ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 6

Regoli tal-akkwisti

Għandhom japplikaw ir-regoli dwar in-nazzjonalità u l-oriġini għall-akkwist pubbliku, proċeduri ta' għotjiet u proċeduri oħra ta' għotjiet iddefiniti fl-Artikoli 8 u 9 tar-Regolament (UE) Nru 236/2014, applikabbli għall-Istrument ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp, kif stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 233/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12).

Artikolu 7

Rieżami ta’ nofs it-terminu tal-PDSD u l-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni

1.   Sal-31 ta’ Diċembru 2017, il-Gvern tal-Groenlandja, il-Gvern tad-Danimarka, u l-Kummissjoni għandhom iwettqu rieżami ta’ nofs it-terminu tal-PDSD u l-impatt tiegħu fuq il-Groenlandja kollha. Il-Kummissjoni għandha tassoċja l-partijiet interessati rilevanti kollha, inklużi atturi mhux Statali u awtoritajiet lokali.

2.   B'deroga mill-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 236/2014, sat-30 ta' Ġunju 2018, għandu jitfassal rapport mill-Kummissjoni dwar l-ilħuq tal-objettivi u l-valur miżjud Ewropew ta' din id-Deċiżjoni, permezz ta' riżultati u indikaturi tal-impatt dwar l-effiċjenza tal-użu tar-riżorsi, bil-għan li tiġi adottata deċiżjoni dwar it-tiġdid, il-modifika jew is-sospensjoni tat-tipi ta' miżuri ffinanzjati taħt din id-Deċiżjoni. Ir-rapport għandu jindirizza wkoll l-iskop għal simplifikazzjoni, il-koerenza interna u esterna tal-kooperazzjoni stabbilita b’din id-Deċiżjoni, jekk l-objettivi kollha tiegħu għadhomx rilevanti, kif ukoll il-kontribut tal-miżuri għall-prijoritajiet tal-Unjoni li jkun hemm tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. Huwa għandu jqis kwalunkwe sejba u konklużjoni dwar l-impatt fit-tul tad-Deċiżjoni 2006/526/KE.

3.   Il-Kummissjoni għandha titlob lill-Groenlandja sabiex tipprovdi d-data u l-informazzjoni kollha meħtieġa, f'konformità mal-prinċipji dwar l-effettività tal-għajnuna, li jippermetti l-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-miżuri ffinanzjati taħt din id-Deċiżjoni.

Artikolu 8

Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat tal-Groenlandja (“il-kumitat”). Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.   Fejn l-opinjoni tal-kumitat għandha tinkiseb permezz ta’ proċedura bil-miktub, il-proċedura għandha tintemm mingħajr riżultat meta fil-perijodu ta’ żmien limitat għall-għoti tal-opinjoni, il-president tal-kumitat jiddeċiedi hekk jew jekk maġġoranza sempliċi tal-membri tal-kumitat titlob li jsir dan.

Artikolu 9

Kamp ta' applikazzjoni u metodu tal-finanzjament

1.   Fil-qafas tal-politiki settorjali stabbiliti mill-Gvern tal-Groenlandja, l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni tista’ tingħata għall-attivitajiet li ġejjin:

(a)

riformi u proġetti li huma konformi mal-PDSD;

(b)

żvilupp istituzzjonali, il-bini tal-kapaċità u l-integrazzjoni tal-aspetti ambjentali u tat-tibdil fil-klima; u

(c)

programmi ta’ kooperazzjoni teknika.

2.   L-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għandha tingħata l-iktar permezz tal-appoġġ baġitarju.

Artikolu 10

Ammont ta' referenza finanzjarja

L-ammont indikattiv għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għall-perijodu mill-2014 sal-2020 għandu jkun ta’ EUR 217 800 000.

TAQSIMA 3

DISPOŻIZZJONI FINALI

Artikolu 11

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Hija għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Marzu 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

M. CHRISOCHOIDIS


(1)  Opinjoni tal-5 ta' Frar 2014 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU L 29, 1.2.1985, p. 1.

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta' Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea (“Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Extra-Ewropea”) (ĠU L 344, 19.12.2013, p. 1).

(4)  ĠU L 172, 30.6.2007, p. 4.

(5)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 753/2007 tat- 28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-Sajd bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Awtonomu ta’ Greenland, min-naħa l-oħra (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 1).

(6)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/526/KE tas-17 ta’ Lulju 2006 dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Komunità Ewropea, min-naħa waħda, u Greenland u r-Renju tad-Danimarka, min-naħa l-oħra (ĠU L 208, 29.7.2006, p. 28).

(7)  Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

(8)  Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad- 29 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1).

(9)  Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(10)  Regolament (UE) Nru 236/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2014 li jistabbilixxi regoli u proċeduri komuni għall-implimentazzjoni tal-istrumenti tal-Unjoni għall-finanzjament tal-azzjoni esterna (ĠU L 77, 15.3.2014, p. 95).

(11)  Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).

(12)  Regolament (UE) Nru 233/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi strument finanzjarju għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp għall-perijodu 2014-2020 (ĠU L 77, 15.3.2014, p. 44).


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

15.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 76/6


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILl (UE) Nru 261/2014

tal-14 ta’ Marzu 2014

li jimplimenta l-Artikolu 11(4) tar-Regolament (UE) Nru 753/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 753/2011 tal-1 ta' Awwissu 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-1 ta’ Awwissu 2011, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 753/2011.

(2)

Fil-31 ta' Mejju, is-27 ta' Ġunju, l-24 ta' Settembru u t-18 ta' Ottubru 2013, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, stabbilit skont il-paragrafu 30 tar-Riżoluzzjoni 1988 (2011) tal-Kunsill tas-Sigurtà, emenda l-lista ta' individwi, gruppi, impriżi u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi.

(3)

L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 753/2011 għalhekk għandu jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 753/2011 huwa b'dan emendat kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Marzu 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

M. CHRISOCHOIDIS


(1)  ĠU L 199, 2.8.2011, p. 1.


ANNESS

I.   L-entrati fil-lista li tinsab fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 753/2011 għall-persuni ta' hawn taħt għandhom jiġu sostitwiti bl-entrati li jinsabu hawn taħt.

A.   Individwi assoċjati mat-Taliban

1.

Fazl Rabi (magħruf ukoll bħala (a) Fazl Rabbi, (b) Fazal Rabi, (c) Faisal Rabbi)

Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Uffiċjal għoli fil-Provinċja ta' Konar matul ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: (a) 1972, (b) 1975. Post tat-twelid: (a) Distrett ta' Kohe Safi, Provinċja ta' Parwan, l-Afganistan, (b) Provinċja ta' Kapisa, l-Afganistan, (c) Provinċja ta' Nangarhar, l-Afganistan, (d) Provinċja ta' Kabul, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Jirrappreżenta u jipprovdi appoġġ finanzjarju u loġistiku lin-Netwerk ta' Haqqani, li hu bbażat fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. (b) Membru tal-Kunsill Finanzjarju Taliban. (c) Ivvajaġġa barra mill-pajjiż biex jiġbor fondi f'isem Sirajuddin Jallaloudine Haqqani, Jalaluddin Haqqani, in-netwerk ta' Haqqani u t-Taliban. (d) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Data tan-nomina min-NU:6.1.2012.

2.

Nasiruddin Haqqani (magħruf ukoll bħala (a) Dr. Alim Ghair, (b) Naseer Haqqani, (c) Dr. Naseer Haqqani, (d) Nassir Haqqani, (e) Nashir Haqqani, (f) Naseruddin)

Indirizz: Pakistan. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor 1970-1973. Post tat-twelid: Distrett ta’ Neka, Provinċja ta’ Paktika, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Mexxej tan-Netwerk ta' Haqqani, li jopera mit-Tramuntana tal-Waziristan fiż-Żoni Tribali Amministrati Federalment tal-Pakistan. (b) Iben Jalaluddin Haqqani. (c) Huwa vvjaġġa lejn l-Arabja Sawdija u l-Emirati Għarab Magħquda biex jiġbor fondi għat-Taliban. Data tan-nomina min-NU:20.7.2010.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

In-Netwerk ta' Haqqani huwa grupp ta' militanti affiljati mat-Taliban li jopera mill-Aġenzija tat-Tramuntana tal-Waziristan fiż-Żoni Tribali Amministrati Federalment tal-Pakistan. Huwa jinsab fuq il-quddiem nett tal-attivitajiet ta' ribelljoni fl-Afganistan, responsabbli għal bosta attakki ta' profil għoli. It-tmexxija tan-Netwerk ta' Haqqani hija magħmula mit-tliet ulied subien il-kbar ta' Jalaluddin Haqqani, li wieħed minnhom huwa Nasiruddin Haqqani.

Nasiruddin Haqqani jaħdem bħala emissarju għan-Netwerk ta' Haqqani u jqatta' bosta mill-ħin tiegħu jiġbor il-fondi. Fl-2004, Haqqani vvjaġġa lejn l-Arabja Sawdija ma' assoċjat tat-Taliban biex jiġbor fondi għat-Taliban. Huwa pprovda wkoll fondi fl-2004 lil militanti fl-Afganistan sabiex jiġu mfixkla l-elezzjonijiet presidenzjali Afgani. Mill-inqas bejn l-2005 u l-2008, Nasiruddin Haqqani ġabar fondi għan-Netwerk ta' Haqqani permezz ta' diversi vjaġġi għall-ġbir ta' fondi, inkluż matul vjaġġi regolari lejn l-Emirati Għarab Magħquda fl-2007 u permezz ta' vjaġġ ieħor għall-ġbir ta' fondi lejn stat ieħor tal-Golf fl-2008. Minn nofs l-2007, Haqqani kellu allegatament tliet sorsi prinċipali ta' finanzjament: donazzjonijiet mir-reġjun tal-Golf, traffikar ta' drogi, u ħlasijiet minn Al-Qaida. Lejn tmiem l-2009, Nasiruddin Haqqani rċieva bosta mijiet ta' eluf ta' dollari minn individwi assoċjati ma' Al-Qaida fil-Peniżola Għarbija sabiex dawn jintużaw għall-attivitajiet tan-Netwerk ta' Haqqani.

3.

Mohammad Aman Akhund (magħruf ukoll bħala (a) Mohammed Aman, (b) Mullah Mohammed Oman, (c) Mullah Mohammad Aman Ustad Noorzai, (d) Mullah Mad Aman Ustad Noorzai, (e) Sanaullah)

Data tat-twelid: 1970. Post tat-twelid: Raħal ta' Band Tumur, Distrett ta' Maiwand, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Informazzjoni oħra: (a) Membru Għoli tat-Taliban mill-2011 bi dmirijiet finanzjarji, inkluż il-ġbir ta' fondi f'isem it-tmexxija. (b) Ipprovda appoġġ loġistiku għall-operazjonijiet tat-Taliban u kkanalizza r-rikavati mit-traffikar tad-drogi għax-xiri tal-armi. (c) Aġixxa bħala segretarju tal-mexxej Taliban il-Mullah Mohammed Omar u bħala l-messaġġier tiegħu fil-laqgħat ta' livell għoli tat-Taliban. (d) Assoċjat ukoll ma' Gul Agha Ishakzai. (e) Membru taċ-ċirklu ristrett tal-Mullah Mohammed Omar matul ir-reġim Taliban. Data tan-nomina min-NU:6.1.2012.

4.

Sangeen Zadran Sher Mohammad (magħruf ukoll bħala (a) Sangin (b) Sangin Zadran (c) Sangeen Khan Zadran (d) Sangeen (e) Fateh (f) Noori)

Titlu: (a) Maulavi (tinkiteb ukoll: Maulvi), (b) Mullah. Data tat-twelid: (a) Bejn wieħed u ieħor 1976, (b) Bejn wieħed u ieħor 1979. Post tat-twelid: Tang Stor Khel, Distrett ta' Ziruk, Provinċja ta' Paktika, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Shadow governor tat-Taliban għall-Provinċja ta’ Paktika lejn tmiem l-2012. (b) Kmandant Għoli tan-Netwerk ta' Haqqani. (c) Logutenent Għoli għal Sirajuddin Lallaloudine Haqqani. (d) Jappartjeni għat-tribù Kharoti. (e) Irrappurtat deċedut f'Settembru 2013. Data tan-nomina min-NU: 16.08.2011.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Sangeen Zadran huwa mexxej tar-ribelljoni fil-provinċja ta' Paktika, l-Afganistan u kmandant tan-Netwerk ta' Haqqani. In-Netwerk ta' Haqqani, grupp ta' militanti affiljati mat-Taliban li jopera fir-reġjun tal-fruntiera bejn l-l-Afganistan u l-Pakistan, kien fuq quddiem tal-attività tar-ribelljoni fl-l-Afganistan, responsabbli għal ħafna attakki ta' profil għoli. Zadran jaġixxi bħala logutenent anzjan għall-mexxej tan-Netwerk ta' Haqqani Sirajuddin Haqqani.

Sangeen Zadran jgħin fit-tmexxija ta' ġellieda f'attakki fix-Xlokk kollu tal-Afganistan, u huwa maħsub li ppjana u kkoordina il-moviment ta' ġellieda barranin fl-Afganistan. Sangeen Zadran kien ukoll involut f'bosta attakki fejn intuża apparat splussiv improvizzat (IED).

Barra mir-rwol tiegħu f'dawn l-attakki, Sangeen Zadran kien ukoll involut fil-ħtif ta' Afgani u ċittadini barrani fir-reġjun tal-Fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan.

B.   Entitajiet u gruppi u impriżi oħra assoċjati mat-Taliban

1.

Rahat Ltd. (magħrufa wkoll bħala (a) Rahat Trading Company, (b) Haji Muhammad Qasim Sarafi, (c) New Chagai Trading, (d) Musa Kalim Hawala)

Indirizz: (a)Uffiċċju tal-Fergħa 1: Numru tal-kamra 33, Sular 5, Sarafi Market, Belt ta' Kandahar, Provinċja ta' Kandahar, Afganistan(b)Uffiċċju tal-Fergħa 2: Numru tal-ħanut 4, Azizi Bank, Haji Muhammad Isa Market, Wesh, Spin Boldak, Provinċja ta' Kandahar, Afganistan(c)Uffiċċju tal-Fergħa 3: Safaar Bazaar, Distrett ta' Garmser, Provinċja ta' Helmand, Afganistan(d)Uffiċċju tal-Fergħa 4: Lashkar Gah, Provinċja ta' Helmand, Afganistan(e)Uffiċċju tal-Fergħa 5: Distrett ta' Gereshk, Provinċja ta' Helmand, Afganistan(f)Uffiċċju tal-Fergħa 6: Distrett ta' Zaranj, Provinċja ta' Nimroz, Afganistan, (g) Uffiċċju tal-Fergħa 7: i) Triq Dr. Barno, Quetta, Pakistan, ii) Haji Mohammed Plaza, Triq Tol Aram, viċin Triq Jamaluddin Afghani, Quetta, Pakistan, iii) Kandahari Bazaar, Quetta, Pakistan(h)Uffiċċju tal-Fergħa 8: Chaman, Provinċja ta' Baluchistan, Pakistan(i)Uffiċċju tal-Fergħa 9: Chaghi Bazaar, Chaghi, Provinċja ta' Baluchistan, Pakistan(j)Uffiċċju tal-Fergħa 10: Zahedan, Provinċja ta' Zabol, Iran. Informazzjoni oħra: (a) Rahat Ltd. intużat mit-tmexxija Talibana għat-trasferiment ta' fondi li oriġinaw minn donaturi esterni u traffikar tan-narkotiċi għall-finanzjament tal-attività Talibana sa mill-2011 u l-2012. (b) Proprjeta' ta' Mohammed Qasim Mi Wali Khudai Rahim. (c) Assoċjat ukoll Mohammad Naim Barich Khudaidad. Data tan-nomina min-NU: 21.11.2012.

II.   L-entrati fil-lista li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 753/2011 għall-persuni ta' hawn taħt għandhom jitħassru.

A.   Individwi assoċjati mat-Taliban

1.

Badruddin Haqqani (magħruf ukoll bħala Atiqullah).


15.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 76/9


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 262/2014

tal-14 ta’ Marzu 2014

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 234/2004 dwar ċerti miżuri restrittivi fir-rigward tal-Liberja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/109/PESK tat-12 ta’ Frar 2008 dwar miżuri restrittivi imposti kontra l-Liberja (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 234/2004 (2) jimponi projbizzjoni ġenerali fuq l-għoti ta’ pariri tekniċi, assistenza, taħriġ, finanzjament jew għajnuna finanzjarja relatati ma’ attivitajiet militari lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fil-Liberja.

(2)

Fl-10 ta’ Diċembru 2013, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni 2128 (2013) li tafferma mill-ġdid l-embargo fuq l-armi impost mill-paragrafu 2 tar-Riżoluzzjoni 1521(2003) u mmodifikat mill-paragrafi 1 u 2 tar-Riżoluzzjoni 1683 (2006), mill-paragrafu 1(b) tar-Riżoluzzjoni 1731 (2006), mill-paragrafi 3, 4, 5 u 6 tar-Riżoluzzjoni 1903 (2009), u mill-paragrafu 3 tar-Riżoluzzjoni 1961(2010), u li timmodifika r-rekwiżiti assoċjati tan-notifika.

(3)

Fl-14 ta’ Marzu 2014 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/141/PESK (3), li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2008/109/PESK għal dak l-għan.

(4)

Xi wħud minn dawk il-miżuri jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u għaldaqstant hija neċessarja azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex dawn jiġu implimentati, b’mod partikolari sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 234/2004 għalhekk għandu jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 234/2004 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 3(i), il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

assistenza teknika relatata ma’ tagħmir mhux letali li huwa intiż biss għal użu umanitarju jew protettiv.”

(2)

l-Artikolu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 4

Il-persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li jkollhom l-intenzjoni li jipprovdu kwalunkwe assistenza relatata ma’ attivitajiet militari jew ma’ attivitajiet oħrajn fis-settur tas-sigurtà lill-Gvern tal-Liberja, kif speċifikat fl-Artikolu 1, għandhom jinfurmaw bil-quddiem lill-awtorità kompetenti, kif indikat fis-siti elettroniċi elenkati fl-Anness I, fl-Istat Membru fejn huma residenti jew jinsabu. Tali informazzjoni għandha tinkludi kull informazzjoni rilevanti, inklużi, fejn ikun il-każ, l-għan u l-utent finali, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-kwantità ta’ tagħmir li jrid jiġi kkonsenjat, il-fornitur, id-data proposta għall-kunsinna, il-mezz ta’ trasport, u l-itinerarju tal-kunsinni. L-Istat Membru kkonċernat għandu, malli jirċievi l-informazzjoni rilevanti, f’konsultazzjoni mal-Gvern tal-Liberja, jinnotifika lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet dwarha, fejn il-Gvern tal-Liberja ma jkunx għamel dik in-notifika, f’konformità mal-paragrafu 2(b)(ii) u (iii) tar-Riżoluzzjoni 2128 (2013) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Marzu 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

M. CHRISOCHOIDIS


(1)  ĠU L 38, 13.2.2008, p. 26.

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 234/2004 tal-10 ta’ Frar 2004 dwar ċerti miżuri restrittivi fir-rigward tal-Liberja u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1030/2003 (ĠU L 40, 12.2.2004, p. 1):

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/141/PESK tal-14 ta' Marzu 2014 li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2008/109/PESK dwar miżuri restrittivi imposti kontra l-Liberja (ara paġna 45 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).


15.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 76/11


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 263/2014

tal-14 ta’ Marzu 2014

li jimplimenta l-Artikolu 11(4) tar-Regolament (UE) Nru 753/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 753/2011 tal-1 ta' Awwissu 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-1 ta’ Awwissu 2011, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 753/2011.

(2)

Fil-31 ta' Diċembru 2013, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, stabbilit b'konformità mal-paragrafu 30 tar-Riżoluzzjoni 1988 (2011) tal-Kunsill tas-Sigurtà, emenda l-lista ta' individwi, gruppi, impriżi u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi.

(3)

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 753/2011 għandu jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 753/2011 huwa b'dan emendat kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Marzu 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

M. CHRISOCHOIDIS


(1)  ĠU L 199, 2.8.2011, p. 1.


ANNESS

I.   L-entrati fil-lista li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 753/2011 għall-persuni ta' hawn taħt għandhom jiġu sostitwiti bl-entrati li jinsabu hawn taħt.

A.   Individwi assoċjati mat-Taliban

1.

Abdul Kabir Mohammad Jan (alias A. Kabir)

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-elenkar: (a) It-Tieni Viċi, Affarijiet Ekonomiċi, il-Kunsill tal-Ministri tar-reġim Taliban, (b) Gvernatur tal-Provinċja ta' Nangarhar taħt ir-reġim Taliban, (c) Kap taż-Żona tal-Lvant taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor 1963. Post tat-twelid: Distrett ta' Pul-e-Khumri jew Baghlan Jadid, Provinċja ta' Baghlan, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Attiv f'operazzjonijiet terroristiċi fil-Lvant tal-Afganistan, (b) Jiġbor flus minn traffikanti tad-droga, (c) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (d) Membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban f'Ġunju 2009, (e) Il-familja hija oriġinarjament mid-Distrett ta' Neka, Provinċja ta' Paktia, l-Afganistan, (f) Responsabbli għall-attakk fuq parlamentari Afgani f'Novembru 2007 f'Baghlan, (g) Għandu l-art fil-Provinċja Baghlan ċentrali, (h) Jappartjeni għat-tribù Zadran. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-elenkar pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Abdul Kabir Mohammad Jan kien membru tal-kunsill għoli tat-tmexxija Taliban kif imħabbar minn Mohammed Omar f'Ottubru 2006, u kien maħtur kmandant militari fiż-żona tal-Lvant f'Ottubru 2007.

2.

Mohammad Moslim Haqqani Muhammadi Gul (magħruf ukoll bħala Moslim Haqqani)

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-elenkar: (a) Viċi Ministru tal-Haj u tal-Affarijiet Reliġjużi taħt ir-reġim tat-Taliban, (b) Viċi Ministru tal-Edukazzjoni Għolja taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: 1965. Post tat-twelid: Raħal ta' Gawargan, Distrett ta' Pul-e-Khumri, Provinċja ta' Baghlan, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 1136 (karta ta' identifikazzjoni nazzjonali Afgana (tazkira)). Informazzjoni oħra: (a) Pashtun Etniku mill-Provinċja ta’ Baghlan, (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (c) Jitkellem tajjeb ħafna l-Ingliż, l-Urdu u l-Għarbi. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-elenkar pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Mohammad Moslim Haqqani kien ukoll Viċi Ministru tal-Edukazzjoni Għolja tar-reġim Taliban. Din in-nomina żdiedet mal-lista fit-18 ta' Lulju 2007.

3.

Abdul Raqib Takhari

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-elenkar: Ministru tar-Ripatrijazzjoni taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn l-1968 u l-1973. Post tat-twelid: Raħal ta' Zardalu Darra, Distrett ta' Kalafgan, Provinċja ta' Takhar, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban responsabbli għall-provinċji ta' Takhar u Badakhshan f'Diċembru 2009 (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (c) Jappartjeni għall-grupp etniku Tajik. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

4.

Nazir Mohammad Abdul Basir (magħruf ukoll bħala Nazar Mohammad)

Titlu: (a) Maulavi, (b) Sar Muallim. Raġuni għall-elenkar: (a) Sindku tal-Belt ta' Kunduz (b) Aġent Gvernatur tal-Provinċja ta' Kunduz (l-Afganistan) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: 1954. Post tat-twelid: Raħal ta' Malaghi, Distrett ta' Kunduz, Provinċja ta' Kunduz, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Irrikonċilja wara l-waqgħa tar-reġim tat-Taliban, u ngħata kariga taħt il-Gvern il-ġdid fil-livell ta' distrett fil-Provinċja ta' Kunduz, (b) Ikkonfermat li nqatel mit-Taliban fid-9 ta' Novembru 2008. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

5.

Zia-ur-Rahman Madani (magħruf ukoll bħala (a) Ziaurrahman Madani (b) Zaia u Rahman Madani (c) Madani Saheb (d) Diya’ al-Rahman Madani)

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-elenkar: Gvernatur tal-Provinċja ta' Logar (Afganistan) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor fl-1960. Post tat-twelid: (a) Raħal ta' Paliran, Distrett ta' Namakab, Provinċja ta' Takhar, Afganistan, (b) Belt ta' Taluqan, provinċja ta' Takhar, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Involut fit-traffikar ta' drogi, (b) Membru tat-Taliban responsabbli għal affarijiet militari fil-provinċja ta' Takhar, l-Afganistan, minn Mejju 2007, (c) Iffaċilita l-ġbir ta' fondi fil-Golf f'isem it-Taliban mill-2003, (d) Iffaċilita wkoll laqgħat bejn uffiċċjali tat-Taliban u persuni għonja li jagħtu appoġġ u għamel arranġamenti biex aktar minn tnax-il individwu jivvjaġġaw lejn Kabul, l-Afganistan, għal attakki suwiċida, (e) Maħsub li jinsab fir-reġjun tal-Golf. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

6.

Shamsuddin (magħruf ukoll bħala Pahlawan Shamsuddin)

Titlu: (a) Maulavi, (b) Qari. Raġuni għall-elenkar: Gvernatur tal-Provinċja ta' Wardak (Maidan) (Afganistan) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor fl-1968. Post tat-twelid: Id-Distrett ta' Keshim, Provinċja ta' Badakhshan, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: Hu maħsub li qieghed fl-Afganistan/il-Pakistan/l-Iran fiż-żona ta fruntiera. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

7.

Abdul Ghafar Qurishi Abdul Ghani (magħruf ukoll bħala Abdul Ghaffar Qureshi)

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-elenkar: Attaché tar-Ripatriazzjoni, fl-Ambaxxata tat-Taliban, f'Islamabad, il-Pakistan. Data tat-twelid: (a) 1970, (b) 1967. Post tat-twelid: Raħal ta' Turshut, Distrett ta' Wursaj, Provinċja ta' Takhar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Nru tal-passaport: D 000933 (passaport Afgan maħruġ f'Kabul fit-13 ta' Settembru 1998). Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 55130 (karta ta' identifikazzjoni nazzjonali Afgana (tazkira)). Indirizz: It-Taqsima Khairkhana Numru 3, Kabul, l-Afganistan. Informazzjoni oħra: (a) Involut fit-traffikar tad-drogi, (b) Jappartjeni għall-grupp etniku Tajik. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

8.

Abdul Manan Nyazi (magħruf ukoll bħala (a) Abdul Manan Nayazi, (b) Abdul Manan Niazi, (c) Baryaly, (d) Baryalai)

Titlu: Mullah. Raġuni għall-elenkar: (a) Gvernatur tal-Provinċja ta' Kabul taħt ir-reġim Taliban, (b) Gvernatur tal-Provinċja ta' Balk taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1968. Post tat-twelid: (a) Distrett ta' Pashtoon Zarghoon, Provinċja ta' Herat, l-Afganistan, (b) raħal ta' Sardar, Distrett ta' Kohsan, il-Provinċja Heart, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tat-Taliban responsabbli għall-provinċji ta' Herat, Farah u Nimroz min-nofs tal-2009, (b) Membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban u s-Shura tal-Quetta, (c) Maħsub li jinsab fiż-żona tal-fruntieri bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (d) Jappartjeni għat-tribù Achekzai, (e) Involut fit-trasport ta' bombi suwiċida lejn l-Afganistan. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-elenkar pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Abdul Manan Nyazi kien ukoll kelliem tat-Taliban u mbagħad Gvernatur Provinċjali ta' Mazar-e-Sharif u l-provinċji ta' Kabul taħt ir-reġim Taliban.

Abdul Manan Nyazi kien kmandant anzjan Taliban fil-Punent tal-Afganistan, li kien jopera fil-provinċji ta' Farah, Herat u Nimroz, min-nofs l-2009.

Abdul Manan Nyazi kien membru ta' kunsill reġjonali Taliban u maħtur bħala l-gvernatur Taliban tal-provinċja ta' Herat f'Mejju 2010.

Abdul Manan Nyazi huwa kmandant Taliban involut fit-trasport ta' bombi suwiċida lejn l-Afganistan.

9.

Said Ahmed Shahidkhel

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-elenkar: Viċi Ministru tal-Edukazzjoni taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1975. Post tat-twelid: Raħal ta' Spandeh (Espandi 'Olya), Distrett ta' Andar, Provinċja ta' Ghazni, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) F’lulju ta’ 2003 hu kien miżmum taħt kustodja f’Kabul, fl-Afganistan, (b) Rilaxxat minn taħt il-kustodja fl-2007, (c) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. (d) Membru tal-kunsill tat-tmexxija Taliban sa minn nofs l-2013, (e) Jappartjeni għat-tribù Andar. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

10.

Arefullah Aref Ghazi Mohammad (magħruf ukoll bħala Arefullah Aref)

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-elenkar: (a) Viċi Ministru tal-Finanzi taħt ir-reġim Taliban, (b) Gvernatur tal-Provinċja Ghazni taħt ir-reġim Taliban, (c) Gvernatur tal-Provinċja Paktia taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor fl-1958. Post tat-twelid: Raħal ta' Lawang (Lawand), Distrett ta' Gelan, Provinċja ta' Ghazni, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Jidderieġi l-“front” Taliban fid-Distrett Gelan, il-Provinċja ta' Ghazni, l-Afganistan minn nofs l-2013, (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (c) Jappartjeni għat-tribù Andar. Data tan-nomina min-NU:31.1.2001.

11.

Abdul-Haq Wassiq (magħruf ukoll bħala Abdul-Haq Wasseq)

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-elenkar: Viċi Ministru tas-Sigurtà (Intelligence) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: (a) Bejn wieħed u ieħor l-1975, (b) 1971. Post tat-twelid: Raħal ta' Gharib, Distrett ta' Khogyani, Provinċja ta' Ghazni, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Indirizz: Il-Ħabs tal-Bajja ta' Guantanamo. Informazzjoni oħra: Miżmum taħt kustodja fl-Istati Uniti tal-Amerika mill-2011. Data tan-nomina min-NU:31.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-elenkar pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Abdul-Haq Wassiq huwa alleat ma' Gulbuddin Hekmatyar. Taħt ir-reġim Taliban, huwa kellu pożizzjonijiet suċċessivi bħala kmandant lokali fil-provinċji ta' Nimroz u ta' Kandahar. Huwa mbagħad sar Viċi Direttur Ġenerali tal-Intelligence u rrapporta lil Qari Ahmadullah. F’din il-funzjoni, huwa kien responsabbli għall-ġestjoni tar-relazzjonijiet ma’ ġellieda barranin marbuta ma’ Al-Qaida u l-kampijiet ta’ taħriġ tagħhom fl-Afganistan. Huwa kien ukoll magħruf għall-metodi repressivi tiegħu kontra l-opponenti tat-Taliban fin-Nofsinhar tal-Afganistan.

12.

Ehsanullah Sarfida Hesamuddin Akhundzada (magħruf ukoll bħala (a) Ehsanullah Sarfadi (b) Ehsanullah Sarfida)

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-elenkar: Viċi Ministru tas-Sigurtà (Intelligence) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1962-1963. Post tat-twelid: Raħal ta' Khatak, Distrett ta' Gelan, Provinċja ta' Ghazni, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Sa minn nofs l-2007, huwa pprovda appoġġ lit-Taliban f'forma ta' armi u flus, (b) Maħsub li kien fir-reġjun tal-Golf, (c) Jappartjeni għat-tribù Taraki. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-elenkar pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Ehsanullah Sarfida kien ukoll President tal-Bank Ċentrali tat-Taliban. Aktar tard, huwa nħatar bħala l-Amministratur Taliban tal-Provinċji Maħtufa. Ehsanullah Sarfida kien membru tax-Shura Interna Talibana.

Ehsanullah Sarfida kien affiljat tal-Al-Qaida li pprovda appoġġ lit-Taliban fil-forma ta' armi u flus. Huwa kien il-kap tad-distrett ta' Marja, il-provinċja ta' Helmand, l-Afganistan, f'nofs l-2007.

13.

Ahmed Jan Wazir Akhtar Mohammad (magħruf ukoll bħala (a) Ahmed Jan Kuchi (b) Ahmed Jan Zadran)

Raġuni għall-elenkar: Uffiċċjal tal-Ministeru tal-Finanzi matul ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: 1963. Post tat-twelid: Raħal ta' Barlach, Distrett ta' Qareh Bagh, Provinċja ta' Ghazni, l-Afganistan. Informazzjoni oħra: (a) Kmandant ewlieni tal-Haqqani Network, li hu bbażat fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (b) Jaġixxi bħala viċi, kelliemi u kunsillier għall-mexxej anzjan Sirajuddin Jallaloudine Haqqani, tan-Netwerk ta' Haqqani, (c) Jikkoordina mal-Kunsill Suprem tat-Taliban, (d) Ivvjaġġa barra mill-pajjiż, (e) Jikkoordina ma' u jipprovdi flus, armi, tagħmir u fornimenti ta' komunikazzjoni lill-kmandanti Talibani f'Provinċja ta' Ghazni, l-Afganistan. Data tan-nomina min-NU:6.1.2012.

14.

Mohammed Omar Ghulam Nabi

Titlu: Mullah. Raġuni għall-elenkar: Mexxej tal-Fidili (“Amir ul-Mumineen”), l-Afganistan. Data tat-twelid: (a) Bejn wieħed u ieħor l-1966, (b) 1960, (c) 1953. Post tat-twelid: (a) Ir-raħal ta' Naw Deh, Distrett ta' Deh Rawud, Provinċja ta' Uruzgan, l-Afganistan, (b) raħal ta' Noori, Distrett ta' Maiwand, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Isem il-missier huwa Ghulam Nabi, magħruf ukoll bħala Mullah Musafir, (b) Għajnejh ix-xellugija nieqsa, (c) Ħaten Ahmad Jan Akhundzada Shukoor Akhundzada, (d) Huwa maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (e) Jappartjeni għat-tribù Hotak. Data tan-nomina min-NU:31.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-elenkar pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Mohammad Omar għandu t-titolu ta' 'Kmandant tal-Fidili tal-Emirat Islamiku tal-Afganistan' u huwa l-mexxej suprem tal-moviment Taliban fil-ġerarkija Talibana. Huwa ta kenn lil Usama bin Laden u lin-netwerk tal-Al-Qaida tiegħu fis-snin qabel l-attakki tal-11 ta' Settembru 2001 fl-Istati Uniti. Huwa kien ilu jidderieġi lit-Taliban kontra l-Gvern tal-Afganistan u l-alleati tagħhom fl-Afganistan mill-2001.

Mohammed Omar jikkmanda lill-alleanza ta' mexxeja prominenti militari oħra fir-reġjun, bħal Jalaluddin Haqqani. Gulbuddin Hekmatyar ikkoopera wkoll ma' Mohammed Omar u t-Taliban.

15.

Mohammad Naim Barich Khudaidad (magħruf ukoll bħala (a) Mullah Naeem Barech (b) Mullah Naeem Baraich (c) Mullah Naimullah (d) Mullah Naim Bareh (e) Mohammad Naim (f) Mullah Naim Barich (g) Mullah Naim Barech (h) Mullah Naim Barech Akhund (i) Mullah Naeem Baric (j) Naim Berich (k) Haji Gul Mohammed Naim Barich (l) Gul Mohammad (m) Haji Ghul Mohammad (n) Gul Mohammad Kamran (o) Mawlawi Gul Mohammad (p) Spen Zrae)

Titlu: Mullah. Raġuni għall-elenkar: Viċi Ministru tal-Avjazzjoni Ċivili taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor fl-1975. Post tat-twelid: (a) Raħal ta' Lakhi, Żona ta' Hazarjuft, Distrett ta' Garmsir, Provinċja ta' Helmand, l-Afghanistan, (b) Raħal ta' Laki, Distrett ta' Garmsir, Provinċja ta' Helmand, l-Afghanistan, (c) Raħal ta' Lakari, Distrett ta' Garmsir, Provinċja ta' Helmand, l-Afghanistan, (d) Darvishan, Distrett ta' Garmsir, Provinċja ta' Helmand, l-Afghanistan, (e) Raħal ta' De Luy Wiyalah, Distrett ta' Garmsir, Provinċja ta' Helmand, l-Afghanistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tal-Kummissjoni Militari Taliban min-nofs l-2013. (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. (c) Jappartjeni għat-tribù Barich. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-elenkar pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Mohammed Naim huwa membru tal-“Kunsill Gerdi Jangal” Taliban. Huwa l-ex Viċi ta' Akhtar Mohammad Mansour Shah Mohammed, persuna prominenti fil-bord tat-tmexxija tat-Taliban. Mohammed Naim jikkontrolla bażi militari fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan.

16.

Nik Mohammad Dost Mohammad (magħruf ukoll bħala Nik Mohammad)

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-elenkar: Viċi Ministru tal-Kummerċ taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor fl-1957. Post tat-twelid: Raħal ta' Zangi Abad, Distrett ta' Panjwai, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Imexxi kummissjoni biex jiġu rreġistrati l-għedewwa tat-Taliban sa minn nofs l-2013, (b) Huwa maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (c) Jappartjeni għat-tribù Nurzai. Data tan-nomina min-NU:31.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-elenkar pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Nik Mohammad ġie inkluż fil-lista fil-31 ta' Jannar 2001 bħala Viċi Ministru tal-Kummerċ taħt ir-reġim Taliban, b'hekk jaqa' taħt id-dispożizzjonijiet tar-Riżoluzzjonijiet 1267 (1999) u 1333 (2000) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti rigward atti u attivitajiet tal-awtoritajiet Talibani.

17.

Matiullah

Titlu: Mullah. Raġuni għall-elenkar: Direttur tad-Dwana ta' Kabul taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor fl-1973. Post tat-twelid: Distrett ta' Daman, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Jaħdem għar-reklutaġġ għall-moviment Taliban sa minn nofs l-2013, (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (c) Jappartjeni għat-tribù Popalzai. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

18.

Allah Dad Matin (magħruf ukoll bħala (a) Allahdad, (b) Shahidwror, (c) Akhund)

Titlu: Mullah. Raġuni għall-elenkar: (a) Ministru tal-Iżvilupp Urban taħt ir-reġim Taliban, (b) President tal-Bank Ċentrali (Da Afghanistan Bank) taħt ir-reġim Taliban, (c) Kap tal-Ariana Afghan Airlines taħt ir-reġim Taliban Data tat-twelid: (a) Bejn wieħed u ieħor l-1953, (b) Bejn wieħed u ieħor l-1960. Post tat-twelid: Raħal ta' Kadani, Distrett ta' Spin Boldak, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Tilef sieq fi splużjoni ta' mina, (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (c) Jappartjeni għat-tribù Nurzai. Data tan-nomina min-NU:31.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-elenkar pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Allahdad, membru tat-tribù Nurzay minn Spin Boldak, inħatar Ministru tal-Kostruzzjoni u d-Djar wara li kellu karigi oħra fiċ-ċivil taħt ir-reġim Taliban.

19.

Ubaidullah Akhund Yar Mohammed Akhund (magħruf ukoll bħala (a) Obaidullah Akhund, (b) Obaid Ullah Akhund)

Titlu: (a) Mullah, (b) Hadji, (c) Maulavi. Raġuni għall-elenkar: Ministru tad-Difiża taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: (a) Bejn wieħed u ieħor l-1968, (b) l-1969. Post tat-twelid: (a) Raħal ta' Sangisar, Distrett ta' Panjwai, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan, (b) Distrett ta' Arghandab, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan, (c) Żona ta' Nalgham, Distrett ta' Zheray, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Kien wieħed mill-viċi ta' Mullah Mohammed Omar, (b) Kien membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban, inkarigat minn operazzjonijiet militari, (c) Arrestat fl-2007 u miżmum taħt kustodja fil-Pakistan, (d) Ikkonfermat mejjet f'Marzu 2010 u midfun f'Karachi, Pakistan, (e) Rabta permezz ta' żwieġ ma' Saleh Mohammad Kakar Akhtar Muhammad, (f) Jappartjeni għat-tribù Alokozai. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-elenkar pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Ubaidullah Akhund kien viċi ta' Mohammed Omar u membru tat-tmexxija tat-Taliban inkarigat minn operazzjonijiet militari.

20.

Fazl Mohammad Mazloom (magħruf ukoll bħala (a) Molah Fazl, (b) Fazel Mohammad Mazloom)

Titlu: Mullah. Raġuni għall-elenkar: Deputat Kap tal-Persunal tal-Armata tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn l-1963 u l-1968. Post tat-twelid: Uruzgan, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Indirizz: Il-Ħabs tal-Bajja ta' Guantanamo. Informazzjoni oħra: Miżmum taħt kustodja fl-Istati Uniti tal-Amerika min-nofs l-2013. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-elenkar pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Fazl Mohammed Mazloom kien assoċjat qrib ta' Mohammed Omar u għenu jistabbilixxi l-Gvern Taliban. Mazloom kien fil-kamp ta' taħrig ta' Al-Farouq stabbilit minn Al-Qaida. Huwa kien mgħarraf li t-Taliban ipprovda għajnuna lill-Moviment Iżlamiku tal-Uzbekistan fil-forma ta' appoġġ finanzjarju, armi u appoġġ loġistiku bi skambju għall-forniment ta' suldati lit-Taliban.

Huwa kien kmandant ta' madwar 3,000 suldat Taliban front-line fil-provinċja ta' Takhar, f'Ottubru 2001.

21.

Mohammad Ahmadi

Titlu: (a) Mullah, (b) Haji. Raġuni għall-elenkar: (a) President tal-Bank Ċentrali (Da Afghanistan Bank) taħt ir-reġim tat-Taliban, (b) Ministru tal-Finanzi taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor fl-1963. Post tat-twelid: (a) Distrett ta' Daman, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan, (b) Raħal ta' Pashmul, Distrett ta' Panjwai, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (b) Jappartjeni għat-tribù Kakar, (c) Membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

22.

Abdul Jalil Haqqani Wali Mohammad (magħruf ukoll bħala (a) Abdul Jalil Akhund (b) Mullah Akhtar (c) Abdul Jalil Haqqani (d) Nazar Jan)

Titlu: (a) Maulavi, (b) Mullah. Raġuni għall-elenkar: Viċi Ministru għall-Affarijiet Barranin taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor fl-1963. Post tat-twelid: (a) Raħal ta' Khwaja Malik, Distrett ta' Arghandab, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan, (b) Belt ta' Kandahar, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Numru tal-passaport: OR 1961825 (maħruġ taħt l-isem Mullah Akhtar, passaport maħruġ fl-4 ta' Frar 2003 mill-Konsulat Afgan f'Quetta, il-Pakistan, skada fit-2 ta' Frar 2006). Informazzjoni oħra: (a) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (b) Membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban minn Mejju 2007, (c) Membru tal-Kummissjoni Finanzjarja tal-Kunsill tat-Taliban, (d) Responsabbli għal-loġistika għat-Taliban kif ukoll attiv bħala negozjant fil-kapaċità personali tiegħu sa min-nofs l-2013, (e) Jappartjeni għat-tribù Alizai, (f) Ħu Atiqullah Wali Mohammad. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

23.

Abdulhai Motmaen

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-elenkar: (a) Direttur tad-Dipartiment tal-Informazzjoni u l-Kultura fil-Provinċja ta' Kandahar taħt ir-reġim Taliban, (b) Kelliem tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor fl-1973. Post tat-twelid: (a) Raħal ta' Shinkalai, Distrett ta' Nad-e-Ali, Provinċja ta' Helmand, l-Afganistan; (b) Provinċja ta' Zabul, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Il-familja hija oriġinarjament minn Zabul, iżda aktar tard marret tgħix f'Helmand, (b) Membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban u kelliem għal Mullah Mohammed Omar mill-2007, (c) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (d) Jappartjeni għat-tribù Kharoti. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-elenkar pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Abdulhai Motmaen kien il-kelliem anzjan għat-Taliban u kien iwassal dikjarazzjonijiet Talibani ta' politika barranija. Huwa kien ukoll assoċjat qrib ta' Mohammed Omar.

24.

Mohammad Yaqoub

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-elenkar: Kap tal-Aġenzija tal-Informazzjoni Bakhtar (BIA) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor fl-1966. Post tat-twelid: (a) Distrett ta' Shahjoi, Provinċja ta' Zabul, l-Afganistan (b) Distrett ta' Janda, Provinċja ta' Ghazni, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tal-Kummissjoni Kulturali tat-Taliban, (b) Jidderieġi “front” Taliban u jikkoordina l-attivitajiet militari kollha tal-forzi tat-Taliban fid-Distrett ta' Maiwand, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan sa min-nofs l-2013, (c) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (d) Jappartjeni għat-tirbù Kharoti (Taraki). Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-elenkar pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Sa mill-2009, Mohammad Yaqoub kien membru prinċipali Taliban fid-distrett ta' Yousef Khel fil-provinċja ta' Paktika.

25.

Abdul Razaq Akhund Lala Akhund

Titlu: Mullah. Raġuni għall-elenkar: (a) Ministru tal-Affarijiet Interni taħt ir-reġim Taliban, (b) Kap tal-pulizija ta' Kabul taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1958. Post tat-twelid: Distrett ta’ Spin Boldak, Provinċja ta’ Kandahar, l-Afganistan, fl-inħawi fil-fruntiera mad-Distrett ta' Chaman, Quetta, il-Pakistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban sa minn Ġunju 2008, (b) Viċi ta' Mullah Mohammed Omar sa minn Marzu 2010, (c) Membru tal-Kummissjoni Superviżorja tat-Taliban sa minn nofs l-2013, (d) Involut fit-traffikar tad-droga, (e) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (f) Jappartjeni għat-tribù Achekzai. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

26.

Sayed Mohammad Azim Agha (magħruf ukoll bħala (a) Sayed Mohammad Azim Agha, (b) Agha Saheb)

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-elenkar: Direttur tad-Dipartiment tal-Passaporti u l-Viżi fil-Ministeru tal-Intern taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: (a) Bejn wieħed u ieħor l-1966, (b) Bejn wieħed u ieħor l-1969. Post tat-twelid: Distrett ta' Panjwai, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Jidderieġi “front”(mahaz) Taliban u jservi bħala membru tal-kummissjoni militari tat-Taliban sa minn nofs l-2013, (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-elenkar pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Il-kariga ta' Sayed Mohammad Azim Agha bħala impjegat mad-Dipartiment tal-Passaporti u l-Viżi saret taħt il-Ministeru tal-Intern tar-reġim Taliban.

27.

Mohammad Abbas Akhund

Titlu: Mullah. Raġuni għall-elenkar: (a) Sindku ta' Kandahar taħt ir-reġim Taliban, (b) Ministru tas-Saħħa Pubblika taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor fl-1963. Post tat-twelid: Distrett ta' Khas Uruzgan, Provinċja ta' Uruzgan, l-Afghanistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban inkarigat mill-Kumitat Mediku minn Jannar 2011, (b) Jissorvelja direttament tliet ċentri mediċi li jieħdu ħsieb ġellieda Talibani midruba sa minn nofs l-2013, (c) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan., (d) Jappartjeni għat-tribù Barakzai. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

28.

Mohammadullah Mati (magħruf ukoll bħala Mawlawi Nanai)

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-elenkar: Ministru tax-Xogħolijiet Pubbliċi taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor fl-1961. Post tat-twelid: Distrett ta' Arghandab, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Tilef sieq waħda fit-tmeninijiet, (b) Mexxej interim tal-Kunsill Suprem Taliban minn Frar sa April 2010, (c) Inkarigat mill-attivitajiet ta' reklutaġġ sa minn nofs l-2013, (d) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (e) Jappartjeni għat-tribù Isakzai. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-elenkar pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Mohammadullah Mati kien ukoll Ministru tal-Komunikazzjoni tar-reġim Taliban taħt l-isem 'Ahmadullah Mutie'.

29.

Atiqullah Wali Mohammad (magħruf ukoll bħala Atiqullah)

Titlu: (a) Haji, (b) Mullah. Raġuni għall-elenkar: (a) Direttur tar-Relazzjonijiet Barranin, fil-Provinċja ta' Kandahar taħt ir-reġim Taliban, (b) Direttur tax-Xogħlijiet Pubbliċi, fil-Provinċja ta' Kandahar taħt ir-reġim Taliban, (c) L-Ewwel Viċi Ministru tal-Agrikoltura taħt ir-reġim Taliban, (d) Viċi Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor fl-1962. Post tat-twelid: (a) Distrett ta' Tirin Kot, Provinċja ta' Uruzgan, l-Afganistan, (b) Raħal ta' Khwaja Malik, Distrett ta' Arghandab, provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Oriġinarjament minn Uruzgan, għex aktar tard f'Kandahar, (b) Kien membru tal-Kummissjoni Politika tal-Kunsill Suprem Taliban fl-2010, (c) L-ebda rwol speċifiku fil-moviment Taliban, attiv bħala negozjant fil-kapaċità personali tiegħu sa minn nofs l-2013, (d) Huwa maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (e) Jappartjeni għat-tribù Alizai, (f) Ħu Abdul Jalil Haqqani Wali Mohammad. Data tan-nomina min-NU:31.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-elenkar pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Wara li Kabul inqabdet mit-Taliban fl-1996, Atiqullah inħatar għal pożizzjoni f'Kandahar. Fl-1999 jew l-2000, huwa nħatar l-Ewwel Viċi Ministru tal-Agrikoltura, imbagħad Viċi Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi fir-reġim Taliban. Wara l-waqgħa tar-reġim Taliban, Atiqullah sar uffiċjal tal-operazzjonijiet tat-Taliban fin-Nofsinhar tal-Afganistan. Fl-2008, huwa sar viċi tal-Gvernatur Taliban tal-provinċja ta' Helmand, l-Afganistan.

30.

Mohammad Wali Mohammad Ewaz (magħruf ukoll bħala Mohammad Wali)

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-elenkar: Ministru tal-Ministeru tal-Prevenzjoni tal-Vizzji u l-Propagazzjoni tal-Virtù taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor fl-1965. Post tat-twelid: (a) Raħal ta' Jelawur, Distrett ta' Arghandab, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan, (b) Raħal ta' Siyachoy, Distrett ta' Panjwai, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Irrappurtat mejjet f'Diċembru 2006 u midfun fid-distrett ta' Panjwai, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan, (b) Jappartjeni għat-tribù Ghilzai. Data tan-nomina min-NU:31.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-elenkar pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Fil-pożizzjoni tiegħu fil-Ministeru tal-Prevenzjoni tal-Vizzji u l-Propagazzjoni tal-Virtù taħt ir-reġim Taliban, Mohammad Wali ta' spiss uża t-tortura u mezzi oħra għall-intimidazzjoni tal-popolazzjoni. Mohammad Wali għadu attiv fil-qasam Taliban fil-provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan, wara l-waqgħa tar-reġim Taliban.

31.

Saduddin Sayyed (magħruf ukoll bħala (a) Sadudin Sayed, (b) Sadruddin)

Titlu: (a) Maulavi, (b) Alhaj, (c) Mullah. Raġuni għall-elenkar: (a) Viċi Ministru tal-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali taħt ir-reġim Taliban, (b) Sindku tal-Belt ta' Kabul taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor fl-1968. Post tat-twelid: (a) Distrett ta' Chaman, Pakistan; (b) Distrett ta' Spin Boldak, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Informazzjoni oħra: (a) Konsulent tal-Kunsill Suprem Taliban sa min-nofs l-2013, (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (c) Jappartjeni għat-tribù Barakzai. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-elenkar pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Saduddin Sayyed serva wkoll bħala Viċi Ministru tal-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali tar-reġim Taliban. Il-lista ġiet aġġornata fit-8 ta' Marzu 2001 biex tirrifletti dan.

32.

Nurullah Nuri (magħruf ukoll bħala Norullah Noori)

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-elenkar: (a) Gvernatur tal-Provinċja ta' Balkh (l-Afganistan) taħt ir-reġim Taliban, (b) Kap taż-Żona tat-Tramuntana taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: (a) Bejn wieħed u ieħor l-1958, (b) l- 1 ta' Jannar 1967. Post tat-twelid: Distrett ta' Shahjoe, Provinċja ta' Zabul, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Indirizz: Il-Ħabs tal-Bajja ta' Guantanamo. Informazzjoni oħra: (a) Miżmum taħt kustodja mill-Istati Uniti tal-Amerika fl-2013, (b) Jappartjeni għat-tribù Tokhi. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

33.

Janan Agha (magħruf ukoll bħala Abdullah Jan Agha)

Titlu: Mullah. Raġuni għall-elenkar: Gvernatur tal-Provinċja ta' Faryab (l-Afganistan) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: (a) Bejn wieħed u ieħor l-1958, (b) Bejn wieħed u ieħor l-1953. Post tat-twelid: Belt ta' Tirin Kot, Provinċja ta' Uruzgan, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban u konsulent għal Mullah Mohammed Omar f'Ġunju 2010, (b) Imexxi “front” (mahaz) Taliban sa min-nofs l-2013, (c) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (d) Jappartjeni għall-gruppi etniku Sadat. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

34.

Dost Mohammad (magħruf ukoll bħala Doost Mohammad)

Titlu: (a) Mullah, (b) Maulavi. Raġuni għall-elenkar: Gvernatur tal-Provinċja ta’ Ghazni taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn l-1968 u l-1973. Post tat-twelid: (a) Raħal ta' Nawi Deh, Distrett ta' Daman, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan, (b) Raħal ta' Marghankecha, Distrett ta' Daman, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Assoċjat ma' Mullah Jalil Haqqani, (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (c) Jappartjeni għat-tribù Popalzai. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-elenkar pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Dost Mohammad inħatar ukoll mit-tmexxija Talibana biex ikun responsabbli għall-operazzjonijiet militari f'Angora, fil-provinċja ta' Nuristan fl-Afganistan.

F'Marzu 2010, Dost Mohammad kien shadow gvernatur Taliban tal-provinċja ta' Nuristan u l-mexxej ta' madrassa li minnha kien jirrekluta ġellieda.

35.

Khairullah Khairkhwah (magħruf ukoll bħala (a) Mullah Khairullah Khairkhwah (b) Khirullah Said Wali Khairkhwa)

Titlu: (a) Maulavi (b) Mullah. Raġuni għall-elenkar: (a) Gvernatur tal-Provinċja ta' Herat (l-Afganistan) taħt ir-reġim Taliban, (b) kelliem tar-reġim Taliban, (c) Gvernatur tal-Provinċja ta' Kabul taħt ir-reġim Taliban, (d) Ministru tal-Affarijiet Interni taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: (a) Madwar l-1963 (b) l-1 ta' Jannar 1967 (bl-isem Khirullah Said Wali Khairkhwa). Post tat-twelid: (a) Raħal ta' Poti, Distrett ta' Arghistan, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan, (b) Kandahar Ċittadinanza: Afgana. Indirizz: Il-Ħabs tal-Bajja ta' Guantanamo. Informazzjoni oħra: (a) Miżmum taħt kustodja mill-Istati Uniti tal-Amerika sa min-nofs l-2013, (b) Jappartjeni għat-tribù Popalzai. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

36.

Mohammad Hasan Rahmani (magħruf ukoll bħala Gud Mullah Mohammad Hassan)

Titlu: Mullah. Raġuni għall-elenkar: Gvernatur tal-Provinċja ta' Kandahar (l-Afganistan) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor fl-1963. Post tat-twelid: (a) Distrett Deh Rawud, Provinċja ta' Uruzgan, l-Afganistan (b) Distrett ta' Chora, Provinċja ta' Uruzgan, l-Afganistan, (c) Distrett ta' Charchino, Provinċja ta' Uruzgan, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Għandu riġlejh tal-lemin prostetika, (b) Membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban sa min-nofs l-2013, kien viċi tal-Mullah Mohammed Omar minn Marzu 2010, (c) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-l-Afganistan u l-Pakistan (d) Jappartjeni għat-tribù Achekzai. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

37.

Mohammad Shafiq Mohammadi

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-elenkar: (a) Gvernatur tal-Provinċja ta' Khost (l-Afganistan) taħt ir-reġim Taliban, (b) Gvernatur Ġenerali tal-Provinċji ta' Paktia, Paktika, Khost u Ghazni taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor fl-1948. Post tat-twelid: Distrett ta' Tirin Kot, Provinċja ta' Uruzgan, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Imexxi żewġ ċentri ta' taħriġ militari tat-Taliban sa minn nofs l-2013, (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (c) Jappartjeni għat-tribù Hottak. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

38.

Mohammad Shafiqullah Ahmadi Fatih Khan (magħruf ukoll bħala (a) Mohammad Shafiq Ahmadi, (b) Mullah Shafiqullah)

Titlu: Mullah. Raġuni għall-elenkar: Gvernatur tal-Provinċja ta’ Samangan taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: 1956.-1957. Post tat-twelid: (a) Raħal ta' Charmistan, Distrett ta' Tirin Kot, Provinċja ta' Uruzgan, l-Afganistan, (b) Raħal ta' Marghi, Distrett ta' Nawa, Provinċja ta' Ghazni, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Oriġinarjament mill-Provinċja ta' Ghazni, iżda aktar tard għex f'Uruzgan, (b) Shadow Gvernatur tat-Taliban għall-Provinċja ta' Uruzgan lejn tmiem l-2012. (c) Ripurtat maqtul f'attakki bl-ajru fid-Distrett Shahjoy, il-Provinċja ta' Zabul kmieni fl-2013, (d) Jappartjeni għat-tribù Hotak. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

39.

Gul Agha Ishakzai (magħruf ukoll bħala (a) Mullah Gul Agha (b) Mullah Gul Agha Akhund (c) Hidayatullah (d) Haji Hidayatullah (e) Hayadatullah)

Indirizz: Pakistan. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor fl-1972. Post tat-twelid: Band-e-Timor, Distrett ta' Maiwand, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Informazzjoni oħra: (a) Membru ta' Kunsill tat-Taliban li jikkoordina l-ġbir ta' zakat (taxxa Iżlamika) mill-Provinċja ta' Baluchistan, il-Pakistan, (b) Kap tal-Kummissjoni Finanzjarja tat-Taliban sa min-nofs l-2013, (c) Assoċjat ma' Mullah Mohammed Omar, (d) Kien l-uffiċċjal finanzjarju prinċipali ta' Omar u wieħed mill-konsulenti l-aktar qrib tiegħu, (e) Jappartjeni għat-tribù Ishaqzai. Data tan-nomina min-NU:20.7.2010.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-elenkar pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Gul Agha Ishakzai huwa l-kap tal-kummissjoni finanzjarja tat-Taliban u jagħmel parti minn kunsill tat-Taliban maħluq reċentement li jikkoordina l-ġbir ta' zakat (taxxa Iżlamika) mill-Provinċja ta' Baluchistan, il-Pakistan. Huwa ġabar ukoll flus għal attakki suwiċida f'Kandahar, l-Afganistan, u kien involut fil-ħruġ ta' fondi għall-ġellieda Talibani u l-familji tagħhom.

Gul Agha Ishakzai, ħabib tat-tfulija tal-mexxej tat-Taliban Mullah Mohammed Omar, kien l-uffiċjal finanzjarju prinċipali ta' Omar u wieħed mill-konsulenti l-aktar qrib tiegħu. Kien hemm żmien meta ħadd ma kellu l-permess jiltaqa' ma' Mullah Omar mingħajr l-approvazzjoni tiegħu. Huwa għex fil-palazz presidenzjali ma' Omar matul ir-reġim Taliban.

F'Diċembru 2005, Gul Agha Ishakzai ffaċilita l-moviment ta' persuni u merkanzija lejn il-kampijiet ta' taħriġ Talibani, lejn tmiem l-2006 hu vvjaġġa f'pajjiżi barranin biex jikseb partijiet ta' armi.

40.

Abdul Habib Alizai (magħruf ukoll bħala (a) Haji Agha Jan Alizai (b) Hajji Agha Jan (c) Agha Jan Alazai (d) Haji Loi Lala (e) Loi Agha (f) Abdul Habib (g) Agha Jan Alizai)

Titlu: Haji. Data tat-twelid: (a)15.10.1963, (b)14.2.1973, (c) 1967, (d) Bejn wieħed u ieħor l-1957. Post tat-twelid: (a) Raħal ta' Yatimchai, Distrett ta' Musa Qala, Provinċja ta' Helmand, l-Afganistan; (b) Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Mexxa netwerk ta' traffikar tad-droga fil-Provinċja ta' Helmand, l-Afganistan, (b) Ivvjaġġa regolarment lejn il-Pakistan. Data tan-nomina min-NU:4.11.2010.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-elenkar pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Agha Jan Alizai mexxa wieħed mill-ikbar netwerks ta' traffikar tad-drogi f'Helmand, l-Afganistan, u pprovda fondi lit-Taliban bi skambju għall-protezzjoni tal-attivitajiet tiegħu ta' traffikar tan-narkotiċi. Fl-2008, grupp ta' traffikanti tan-narkotiċi, inkluż Alizai, qablu li titħallas it-taxxa Talibana fuq l-art fejn kien jinżera' l-peprin xaħxieħi bi skambju għall-qbil Taliban li jiġi organizzat it-trasport għal materjali narkotiċi.

It-Taliban qabel ukoll li jipprovdi sigurtà għat-traffikanti tan-narkotiċi u tas-siti ta' ħżin tagħhom, filwaqt li t-traffikanti jipprovdu kenn u trasportazzjoni lill-ġellieda Talibani. Alizai kien ukoll involut fix-xiri ta’ armi għat-Taliban u vvjaġġa regolarment lejn il-Pakistan biex jiltaqa’ ma’ mexxejja anzjani Talibani. Alizai ffaċilita wkoll l-akkwist ta' passaporti qarrieqa Iranjani minn membri Talibani sabiex dawn jivvjaġġaw lejn l-Iran għal taħriġ. Fl-2009, Alizai pprovda passaport u fondi lil kmandant Taliban biex jivvjaġġa lejn l-Iran.

41.

Saleh Mohammad Kakar Akhtar Muhammad (magħruf ukoll bħala Saleh Mohammad)

Data tat-twelid: (a) Bejn wieħed u ieħor l-1962, (b) l-1961. Post tat-twelid: (a) Raħal ta' Nalgham, Distrett ta' Panjwai, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan, (b) Raħal ta' Sangesar, Distrett ta' Panjway, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Mexxa netwerk organizzata ta' kuntrabandu fil-provinċji ta' Kandahar u Helmand, l-Afganistan, (b) Qabel ħaddem laboratorji ta' pproċessar tal-eroina f'Band-e-Timor, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan, (c) Kien proprjetarju ta' negozju tal-karozzi f'Mirwais Mena, Distrett ta' Dand fil-Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan, (d) Arrestat fl-2008-2009 u nżamm taħt kustodja fl-Afganistan fl-2011, (e) Konness biż-żwieġ ma' Mullah Ubaidullah Akhund Yar Mohammad Akhund (f) Jappartjeni għat-tribù Kakar. Data tan-nomina min-NU:4.11.2010.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-elenkar pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Saleh Mohammad Kakar huwa traffikant tan-narkotiċi li mexxa netwerk organizzata ta' kuntrabandu fil-Provinċji ta' Kandahar u Helmand, l-Afganistan, li kienet tissodisfa l-bżonnijiet loġistiċi u finanzjarji tat-Taliban. Qabel ma ġie arrestat mill-awtoritajiet Afgani, Saleh Mohammad Kakar ħaddem laboratorji ta' pproċessar ta' eroina fiż-żona ta' Band-e-Timor tal-Provinċja ta' Kandahar li kienu protetti mit-Taliban.

Kakar kien f'kuntatt ma' mexxejja Talibani anzjani, ġabar flus kontanti f'isimhom mit-traffikanti tan-narkotiċi, u amministra u ħeba flus li kienu jappartjenu lil mexxejja Talibani anzjani. Huwa kien ukoll responsabbli biex jiffaċilita l-ħlasijiet tat-taxxa lit-Taliban f'isem it-traffikanti tan-narkotiċi. Kakar kien proprjetarju ta' negozju tal-karozzi f'Kandahar u pprovda lit-Taliban b'vetturi biex jintużaw f'attakki suwiċida.


15.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 76/22


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 264/2014

tal-14 ta’ Marzu 2014

li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu tal-kopolimeru ta’ aċetat ta’ vinil polivinilpirrolidon f’supplimenti tal-ikel solidu u l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet tiegħu

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(3), l-Artikolu 14 u l-Artikolu 30(5) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistabbilixxi lista ta’ addittivi tal-ikel tal-Unjoni approvati għall-użu fl-ikel, u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 (3) jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel inklużi l-kuluri u s-sustanzi li jagħtu l-ħlewwa elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008.

(3)

Dawn il-listi jistgħu jiġu aġġornati skont il-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, jew b’inizjattiva tal-Kummissjoni inkella wara talba.

(4)

Fis-6 ta’ Ottubru 2009, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-użu tal-kopolimeru ta’ aċetat ta’ vinil polivinilpirrolidon f’supplimenti tal-ikel solidu bħala aġent li jgħaqqad/jiksi. L-applikazzjoni saret disponibbli għall-Istati Membri skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008.

(5)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel ivvalutat is-sikurezza tal-kopolimeru ta’ aċetat ta’ vinil polivinilpirrolidon (4) meta jintuża bħala addittiv tal-ikel u kkonkludiet li l-użu tal-kopolimeru ta’ aċetat ta’ vinil polivinilpirrolidon f’supplimenti tal-ikel solidu bħala aġent li jgħaqqad/jiksi mhux probabbli li jkun ta’ tħassib għas-sikurezza fl-użi proposti.

(6)

Hemm bżonn teknoloġiku għaż-żieda tal-kopolimeru ta’ aċetat ta’ vinil polivinilpirrolidon mal-formulazzjoni ċellulożika fis-supplimenti tal-ikel. Dan itejjeb ir-reżistenza tal-film, iżid ir-rati tal-applikazzjoni tal-kisi u jippromwovi adeżjoni aħjar tal-film. Huwa jippermetti wkoll proċess ta’ kisi kontinwu, biex b’hekk jonqos il-ħin tal-proċess tal-kisi. Għaldaqstant, huwa xieraq li jiġi awtorizzat l-użu ta’ dan l-addittiv bħala aġent tal-kisi f’supplimenti tal-ikel solidu u li jiġi assenjat l-E 1208 bħala n-numru E għall-kopolimeru ta’ aċetat ta’ vinil polivinilpirrolidon.

(7)

L-ispeċifikazzjonijiet għall-kopolimeru ta’ aċetat ta’ vinil polivinilpirrolidon (E 1208) għandhom jiġu inklużi fir-Regolament (UE) Nru 231/2012 meta dan jiġi inkluż għall-ewwel darba fil-listi tal-Unjoni tal-addittivi tal-ikel stabbiliti fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008.

(8)

Ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 u r-Regolament (UE) Nru 231/2012 għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

(9)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012 huwa emendat skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Marzu 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.

(2)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1.

(3)  ĠU L 83, 22.3.2012, p. 1.

(4)  The EFSA Journal 2010; 8(12):1948.


ANNESS I

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fil-punt 3 tal-Parti B “L-addittivi għajr kuluri u sustanzi li jagħtu l-ħlewwa” l-annotazzjoni li ġejja tiddaħħal wara l-annotazzjoni għall-E 1207, Kopolimeru tal-metakrilat anjoniku:

“E 1208

Kopolimeru ta’ aċetat ta’ vinil polivinilpirrolidon”

(2)

Fil-Parti E, fil-kategorija tal-ikel 17.1 “Supplimenti tal-ikel ipprovduti f’forma solida inklużi kapsuli u pilloli u forom simili, minbarra f’forom li jistgħu jintmagħdu” tiddaħħal l-annotazzjoni l-ġdida li ġejja wara l-annotazzjoni għall-E 1207, Kopolimeru tal-metakrilat anjoniku:

 

“E 1208

Kopolimeru ta’ aċetat ta’ vinil polivinilpirrolidon.

100 000 ”

 

 


ANNESS II

Fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012, tiddaħħal l-annotazzjoni li ġejja wara l-annotazzjoni għall-E 1207 (Kopolimeru tal-metakrilat anjoniku):

“E 1208 KOPOLIMERU TA’ AĊETAT TA’ VINIL POLIVINILPIRROLIDON

Sinonimi

Kopolividon; kopovidon; kopolimeru ta’ aċetat ta’ 1-vinil-2-pirrolidon-vinil; 2-pirrolidinon, 1-etenil, polimeru b’aċetat ta’ etenil

Definizzjoni

Dan huwa prodott permezz tal-kopolimerizzazzjoni ta’ N-vinil-2-pirrolidon u aċetat ta’ vinil f’soluzzjoni fil-propan-2-ol, fil-preżenza tal-inizjaturi.

Einecs

 

Isem kimiku

Aċidu aċetiku, ester etenil, polimeru b’1-etenil-2-pirrolidon

Formula kimika

(C6H9NO)n.(C4H6O2)m

Piż Molekolari ta’ Viskożità Medja

Bejn 26 000 u 46 000  g/mol.

Test

Kontenut ta’ nitroġenu 7,0 - 8,0 %

Deskrizzjoni

L-istat fiżiku huwa deskritt bħala trab ta’ lewn abjad għal abjad fl-isfar jew qxur bid-daqs ta’ partiċella medja ta’ 50 – 130 μm.

Identifikazzjoni

Solubbiltà

Jinħall faċilment fl-ilma, fl-etanol, fil-klorur tal-etilen u l-etere.

Spettroskopija tas-assorbiment infrared

Għad trid tiġi identifikata

It-Test Ewropew tal-Kuluri (Kulur BY)

Minimu BY5

valur K (*) (1 % ta’ solidi f’soluzzjoni milwiema)

25,2-30,8

valur pH

3,0 – 7,0 (soluzzjoni milwiema ta’ 10 %)

Purità

Komponent vinilaċetat fil-kopolimeru

Mhux aktar minn 42,0 %

Aċetat ħieles mill-vinil

Mhux aktar minn 5 mg/kg

Irmied totali

Mhux aktar minn 0,1 %

Aldeid

Mhux aktar minn 2 000  mg/kg (bħala aċetaldeid)

Ħieles mill-N-vinilpirrolidon

Mhux aktar minn 5 mg/kg

Idrażina

Mhux aktar minn 0,8 mg/kg

Kontenut ta’ Perossidu

Mhux aktar minn 400 mg/kg

Propan-2-ol

Mhux aktar minn 150 mg/kg

Arseniku

Mhux aktar minn 3 mg/kg

Ċomb

Mhux aktar minn 2 mg/kg

Merkurju

Mhux aktar minn 1 mg/kg

Kadmju

Mhux aktar minn 1 mg/kg


(*)  Valur K: Indiċi mingħajr dimensjoni, ikkalkulat minn kejl ta’ viskożità kinematika ta’ soluzzjonijiet dilwiti, użat biex jindika l-grad probabbli tal-polimeriżazzjoni jew id-daqs molekulari ta’ polimeru.”


15.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 76/26


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 265/2014

tal-14 ta’ Marzu 2014

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 642/2010 dwar regoli ta’ applikazzjoni għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 dwar id-dazju ta’ importazzjoni fis-settur taċ-ċereali

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 180 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont il-lista ta’ konċessjonijiet mehmuża mal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ tal-1994, kif ġie konkluż mill-Kunsill bid-Deċiżjoni 94/800/KE (2), l-Unjoni Ewropea hija marbuta li tistabbilixxi dazju ta’ importazzjoni għal ċerti ċereali fuq livell li jiżgura li l-prezz ta’ importazzjoni bid-dazju mħallas ma jkunx ogħla mill-prezz effettiv b’intervent miżjud ta’ 55 %.

(2)

Bil-ħsieb li tittieħed azzjoni dwar dan l-impenn, l-Artikolu 136 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (3) jipprevedi b’mod partikolari li d-dazju fuq ċerti ċereali jkun daqs il-prezz b’intervent validu għal dawk iċ-ċereali mal-importazzjoni b’żieda ta’ 55 % u bi tnaqqis tal-prezz ta’ importazzjoni cif applikabbli għall-kunsinna kkonċernata. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 642/2010 jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ dawn il-miżuri (4).

(3)

Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013, li jirrevoka u jissostitwixxi r-Regolament (KE) Nru 1234/2007, ma fihx dispożizzjoni simili għall-Artikolu 136 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. Għal dak li għandu x’jaqsam mal-kalkolu tad-dazju ta’ importazzjoni għall-prodotti agrikoli, l-Artikolu 180 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu miżuri biex tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti, fost l-oħrajn, fi ftehimiet internazzjonali li ntlaħqu skont it-Trattat.

(4)

Għall-fini li jiġu rrispettati l-impenji internazzjonali tal-Unjoni, jeħtieġ li fir-Regolament (UE) Nru 642/2010 jiġi inkluż metodu għall-kalkolu tad-dazju ta’ importazzjoni li jkun konformi mal-lista tal-konċessjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

(5)

L-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010 jipprevedi li d-dazji tal-importazzjoni jiġu ffissati fil-ħmistax-il jum u fl-aħħar jum tax-xogħol ta’ kull xahar biex jintużaw fil-ġimagħtejn ta’ wara, u jipprevedi wkoll aġġustament, jekk ikun hemm bżonn, f’kull perjodu ta’ applikazzjoni. Sabiex il-metodu attwali jiġi ssimplifikat, jeħtieġ li jitneħħa l-prinċipju ta’ ffissar awtomatiku tad-dazji applikabbli fil-bidu ta’ kull ġimagħtejn, u minflok id-dazji għandhom jiġu ffissati biss jekk ir-riżultat tal-kalkolu jkun ivarja b’ċertu ammont mir-riżultat li jkun wassal għad-dazji ffissati ta’ qabel jew jekk dan ir-riżultat ikun żero.

(6)

Sabiex tiġi evitata l-ispekulazzjoni u tiġi żgurata ġestjoni effiċjenti tal-miżura, għandu jiġi stipulat li l-iffissar tad-dazji ta’ importazzjoni jibda japplika mill-jum tal-pubblikazzjoni tal-miżura f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(7)

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010 jipprevedi li għall-iffissar u l-aġġustamenti li jista’ jkun hemm bżonn, ma għandhomx jitqiesu d-dazji ta’ importazzjoni ta’ kuljum użati għall-perjodu ta’ qabel. Għalhekk, l-għadd ta’ ġranet li jintużaw ivarja skont ix-xejriet tal-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ ġimagħtejn. Sabiex ikun hemm għadd kostanti ta’ ġranet li jitqiesu bħala għaxart ijiem ta’ xogħol, din id-dispożizzjoni għandha titneħħa.

(8)

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010 jipprevedi li l-prezz tal-intervent li għandu jintuża għall-kalkolu tad-dazji għandu jkun dak tax-xahar li fih japplikaw id-dazji ta’ importazzjoni. Meta wieħed iqis li ż-żidiet ta’ kull xahar fil-prezz bl-intervent ma għadhomx fis-seħħ mis-sena tas-suq tal-2009/2010 għall-qamħ durum u mis-sena tas-suq tal-2010/2011 għall-qamħ komuni, għas-segala, għall-qamħirrum u għas-sorgu, u li l-prezz bl-intervent huwa wieħed fiss, din id-dispożizzjoni għandha tiġi emendata.

(9)

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010 jipprevedi li d-dazji jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea kull darba li dawn jiġu ffissati jew aġġustati. Minħabba li dan l-aġġustament tneħħa, din id-dispożizzjoni għandha tiġi emendata.

(10)

L-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 642/2010 jipprevedi li l-prezzijiet rappreżentattivi ta’ importazzjoni cif għall-qamħ durum ikunu bbażati b’mod partikolari fuq il-kambju ta’ referenza stipulat fl-Anness III tar-Regolament, jiġifieri l-Minneapolis Grain Exchange. Minħabba fl-iżvilupp tal-importanza tal-produzzjoni tal-qamħ durum fl-Istati Uniti tal-Amerika fis-suq dinji, dan il-kambju ma għadux jipprovdi stima rappreżentattiva u affidabbli tas-suq tal-qamħ durum. Minbarra dan, is-sorsi l-oħra ta’ informazzjoni dwar is-suq tal-qamħ durum saru ftit wisq jew mhumiex wisq affidabbli biex jipprovdu bażi għall-iffissar tad-dazji ta’ importazzjoni ta’ dan il-prodott. Fl-aħħar nett, is-sorsi disponibbli juru li l-prezzijiet tal-qamħ durum ta’ kwalità għolja u tal-qamħ komuni ta’ kwalità għolja esportati mill-Istati Uniti qed juru l-istess xejriet. Għaldaqstant, jeħtieġ li d-dazju kkalkolat għall-qamħ komuni ta’ kwalità għolja jiġi applikat għall-qamħ durum ta’ kwalità għolja. Barra minn hekk, għandhom jiġu applikati skonti marbuta mal-kwalità tad-dqiq għall-qamħ durum ta’ kwalità medja u dik baxxa.

(11)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1006/2011 (5) ippreveda emendi fil-kodiċijiet NM għaċ-ċereali b’effett mill-1 ta’ Jannar 2012. Għalhekk, jeħtieġ li r-referenzi għall-kodiċijiet tan-NM li jinsabu fir-Regolament (UE) Nru 642/2010 jiġu adattati biex jirriflettu dawn l-emendi.

(12)

Għalhekk, ir-Regolament (UE) Nru 642/2010 għandu jiġi emendat skont dan.

(13)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 642/2010 għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-Artikolu 1 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 1

1.   Minkejja r-rati ta’ dazju ta’ importazzjoni tat-Tariffa Doganali Komuni, id-dazju ta’ importazzjoni fuq il-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1001 11 00, 1001 19 00, ex 1001 91 20 (qamħ komuni taż-żriegħ), ex 1001 99 00 (qamħ komuni ta’ kwalità għolja għajr taż-żriegħ), 1002 10 00, 1002 90 00, 1005 10 90, 1005 90 00, 1007 10 90 u 1007 90 00 għandu jkun ugwali għall-prezz bl-intervent validu għal dawn il-prodotti mal-importazzjoni, b’żieda ta’ 55 % u bit-tnaqqis tal-prezz ta’ importazzjoni cif applikabbli għall-kunsinna kkonċernata. Iżda, dak id-dazju ma jistax jaqbeż ir-rata konvenzjonali tad-dazju kif iddeterminata abbażi tan-Nomenklatura Magħquda.

2.   Għall-finijiet tal-kalkolu tad-dazju ta’ importazzjoni msemmi fil-paragrafu 1, il-prezzijiet cif ta’ importazzjoni rappreżentattivi għandhom jiġu stabbiliti fuq bażi regolari għall-prodotti msemmija f’dak il-paragrafu.

3.   Ir-rati tad-dazju tat-Tariffa Doganali Komuni msemmija fil-paragrafu 1 huma dawk applikabbli fid-data stipulata fl-Artikolu 112 tar-Regolament (KE) Nru 450/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*).

(*)  Ir-Regolament (KE) Nru 450/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008, li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (Kodiċi Doganali Modernizzat) (ĠU L 145, 4.6.2008, p. 1).”;"

2.

L-Artikolu 2 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafi 1 u 2 għandhom jinbidlu b’dan li ġej:

“1.   Id-dazju ta’ importazzjoni msemmi fl-Artikolu 1(1) għandu jiġi kkalkulat kuljum mill-Kummissjoni.

Il-prezz bl-intervent li għandu jintuża biex jiġu kkalkulati d-dazji ta’ importazzjoni huwa ta’ EUR 101,31 għal kull tunnellata.

Il-prezz ta’ importazzjoni li għandu jintuża biex jiġi kkalkulat id-dazju ta’ importazzjoni għandu jkun il-prezz rappreżentattiv ta’ importazzjoni cif ta’ kuljum, iffissat kif stipulat fl-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament.

2.   Id-dazju tal-importazzjoni ffissat mill-Kummissjoni għandu jkun daqs l-ammont medju tad-dazji tal-importazzjoni kkalkulati matul l-għaxart ijiem tax-xogħol ta’ qabel.

Il-Kummissjoni għandha tiffissa d-dazju tal-importazzjoni jekk l-ammont medju tad-dazji tal-importazzjoni kkalkulati matul l-għaxart ijiem tax-xogħol ta’ qabel ikun ivarja b’iktar minn EUR 5 għal kull tunnellata minn dak iffissat jew jekk dan l-ammont medju jkun żero.

Kull darba li jiġi ffissat dazju tal-importazzjoni, dan id-dazju u l-informazzjoni użata biex jiġi kkalkulat għandhom jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (**).

Id-dazju tal-importazzjoni stabbilit għandu japplika minn dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu.

Id-dazju tal-importazzjoni ffissat skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandu japplika sa ma jidħol fis-seħħ iffissar ġdid.

(**)  Bejn l-iffissar taż-żewġ dazji, il-fatturi meqjusa fil-kalkolu għandhom jiġu ppubblikati fuq il-websajt tal-Kummissjoni.”"

(b)

il-paragrafu 3 jitħassar.

3.

L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 jiġi sostitwit b’li ġej:

“1.   Għal qamħ komuni ta’ kwalità għolja u qamħirrum għajr taż-żriegħ, kif imsemmija fl-Artikolu 1(1) ta’ dan ir-Regolament, il-komponenti li jiddeterminaw il-prezzijiet rappreżentattivi ta’ importazzjoni cif imsemmija fl-Artikolu 1(2) ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu:

(a)

il-kwotazzjoni attwali tal-kambju rappreżentattiva fis-suq tal-Istati Uniti tal-Amerika;

(b)

il-primjums kummerċjali u l-iskonti mehmuża ma’ dik il-kwotazzjoni fis-suq tal-Istati Uniti tal-Amerika dakinhar tal-kwotazzjoni;

(c)

il-ġarr bil-baħar u spejjez assoċjati bejn l-Istati Uniti tal-Amerika (il-Golf tal-Messiku jew Duluth) u l-port ta’ Rotterdam għal bastiment ta’ mhux anqas minn 25 000 tunnellata.”;

(b)

il-paragrafi 3 u 4 għandhom jinbidlu b’dan li ġej:

“3.   Għall-kalkolu tal-komponent imsemmi fil-paragrafu 1(b) jew il-kwotazzjoni fob rilevanti għandu japplika primjum ta’ EUR 14 għal kull tunnellata ta’ qamħ komuni ta’ kwalità għolja.

4.   Il-prezzijiet ta’ importazzjoni cif rappreżentattivi għall-qamħ komuni ta’ kwalità għolja u l-qamħirrum għajr għaż-żriegħ għandhom ikunu t-total tal-komponenti msemmija f’punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1.

Il-prezz ta’ importazzjoni cif rappreżentattiv għall-qamħ durum ta’ kwalità għolja, għall-qamħ durum għaż-żriegħ u għall-qamħ komuni għaż-żriegħ għandu jkun il-prezz ikkalkolat għall-qamħ komuni ta’ kwalità għolja.

Il-prezz ta’ importazzjoni cif rappreżentattiv għall-qamħ durum ta’ kwalità medja u għall-qamħ durum ta’ kwalità baxxa għandu jkun il-prezz ikkalkolat għall-qamħ komuni ta’ kwalità għolja, li għalih għandu japplika skont ta’ EUR 10 kull tunnellata għall-qamħ durum ta’ kwalità medja u ta’ EUR 30 kull tunnellata għall-qamħ durum ta’ kwalità baxxa.

Il-prezz ta’ importazzjoni cif rappreżentattiv għas-sorgu għajr għaż-żriegħ, is-sorgu għaż-żriegħ li jaqa’ taħt il-kodiċi tan-NM 1007 10 90, is-segala għajr għaż-żriegħ, is-segala għaż-żriegħ u l-qamħirrum għaż-żriegħ li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 1005 10 90 għandu jkun il-prezz ikkalkolat għall-qamħirrum għajr għaż-żriegħ.”;

c)

il-paragrafu 5 jitħassar.

4.

L-Annessi II u III għandhom jiġu sostitwiti bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Marzu 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Id-Deċiżjoni 94/800/KE tal-Kunsill tat-22 ta’ Diċembru 1994 dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea, fejn għandhom x’jaqsmu affarijiet fil-kompetenza tagħha, fuq il-ftehim milħuq fil-Laqgħa ta’ negozjati multilaterali fl-Urugwaj (1986-1994), (ĠU L 336, 23.12.1994, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 642/2010 tal-20 ta’ Lulju 2010 dwar regoli ta’ applikazzjoni għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 dwar id-dazju ta’ importazzjoni fis-settur taċ-ċereali (ĠU L 187, 21.7.2010, p. 5).

(5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1006/2011 tas-27 ta’ Settembru 2011 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 282, 28.10.2011, p. 1).


ANNESS

ANNESS II

Standards ta’ klassifikazzjoni għall-prodotti impurtati

(fuq il-bażi ta’ kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % fil-piż jew ekwivalenti)

Prodott

Qamħ komuni u spelt (1) minbarra meslin

Qamħ durum

Qamħirrum iebes

Kodiċi tan-NM

ex 1001 91 20

et

ex 1001 99 00

1001 11 00

et

1001 19 00

ex 1005 90 00

Kwalità (2)

Għolja

Medja

Baxxa

Għolja

Medja

Baxxa

 

1.

Perċentwal minimu ta’ proteina

14,0

11,5

2.

Piż speċifiku minimu f’kg/hl

77,0

74,0

76,0

76,0

76,0

3.

Perċentwal massimu ta’ impurità (Schwarzbesatz)

1,5

1,5

1,5

1,5

4.

Perċentwal minimu ta’ żerriegħa żġiġija

75,0

62,0

95,0

5.

Indiċi massimu ta’ kemm jitilgħu f’wiċċ l-ilma

25,0


Tolleranzi

Tolleranza permessa

Qamħ komuni u qamħ durum

Qamħirrum iebes

fil-każ tal-perċentwal ta’ proteina

–0,7

fil-każ tal-piż speċifiku minimu

–0,5

–0,5

fil-każ tal-perċentwal massimu ta’ impurità

+0,5

fil-każ tal-perċentwal ta’ żerriegħa żġiġija

–2,0

–3,0

fil-każ tal-indiċi ta’ kemm jitilgħu f’wiċċ l-ilma

+1,0

‘—’: mhux applikabbli.

ANNESS III

Boroż ta’ kwotazzjoni u varjetajiet ta’ referenza

Prodott

Qamħ komuni

Qamħirrum

Kwalità standard

Għolja

 

Varjetà ta’ referenza (tip/grad) għall-kwotazzjoni fil-borża

Hard Red Spring Nru 2

Yellow Corn Nru 3

Borża ta’ kwotazzjoni

Minneapolis Grain Exchange

Chicago Mercantile Exchange


(1)  Inkluż spelt mingħajr il-ħliefa.

(2)  Japplikaw il-metodi ta’ analiżi stipulati fil-Parti IV tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1272/2009.


15.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 76/31


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 266/2014

tal-14 ta’ Marzu 2014

dwar it-tqassim tal-kwoti nazzjonali tal-ħalib stabbiliti għall-2013/2014 fl-Anness IX tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 bejn il-kunsinni u l-bejgħ dirett

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 69(1) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) ħassar u ssostitwixxa r-Regolament (KE) Nru 1234/2007 mill-1 ta’ Jannar 2014. Madankollu, l-Artikolu 230(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jipprevedi li, fir-rigward tas-sistema tal-limitazzjoni tal-produzzjoni tal-ħalib, it-Taqsima III tal-Kapitolu III tat-Titolu I tal-Parti II tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 kif ukoll l-Artikolu 55, l-Artikolu 85 tiegħu u l-Annessi IX u X tiegħu jkomplu japplikaw sal-31 ta’ Marzu 2015.

(2)

L-Artikolu 67(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprevedi li l-produtturi jista’ jkollhom kwota individwali waħda jew żewġ kwoti individwali, waħda għall-kunsinni u l-oħra għall-bejgħ dirett, u li l-kwantitajiet jistgħu jinbidlu minn kwota waħda għall-oħra mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru biss, fuq talba ġġustifikata kif xieraq min-naħa tal-produttur.

(3)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 341/2013 (3) jistipula t-tqassim bejn il-kunsinni u l-bejgħ dirett għall-perjodu mill-1 ta' April 2012 sal-31 ta' Marzu 2013 għall-Istati Membri kollha.

(4)

Skont l-Artikolu 25(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 595/2004 (4), l-Istati Membri nnotifikaw lill-Kummissjoni l-kwantitajiet li kienu mibdula b’mod definittiv fuq talba tal-produtturi bejn il-kwoti individwali għall-kunsinni u dawk għall-bejgħ dirett.

(5)

Il-kwoti nazzjonali totali għall-Istati Membri kollha stabbiliti fil-punt 1 tal-Anness IX tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 żdiedu b’1 %, b’effett mill-1 ta’ April 2013, minbarra dawk għall-Italja, li l-kwota tagħha diġà kienet żdiedet b’5 %, b’effett mill-1 ta’ April 2009. L-Istati Membri, minbarra l-Italja, innotifikaw lill-Kummissjoni dwar it-tqassim tal-kwota addizzjonali bejn il-kunsinni u l-bejgħ dirett.

(6)

Għaldaqstant huwa xieraq li jiġi stabbilit it-tqassim bejn il-kunsinni u l-bejgħ dirett tal-kwoti nazzjonali applikabbli għall-perjodu mill-1 ta’ April 2013 sal-31 ta’ Marzu 2014 stabbiliti fil-punt 1 tal-Anness IX tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(7)

Skont l-Artikolu 69(1) flimkien mal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, il-Kummissjoni kellha taġixxi skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(2) ta’ dak ir-Regolament, il-proċedura korrispondenti skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 hija l-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 229(2) ta’ dak ir-Regolament.

(8)

Billi t-tqassim bejn il-bejgħ dirett u l-kunsinni jintuża bħala l-bażi ta’ referenza għall-kontrolli mwettqa skont l-Artikoli 19 sa 22 tar-Regolament (KE) Nru 595/2004 u għall-ħolqien tal-kwestjonarju annwali mogħti fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament, huwa xieraq li tiġi stabbilita data ta’ skadenza għal dan ir-Regolament wara l-aħħar data possibbli għal dawn il-kontrolli.

(9)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

It-tqassim tal-kwoti nazzjonali stabbiliti fl-Anness IX tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 bejn il-kunsinni u l-bejgħ dirett, applikabbli għall-perjodu mill-1 ta’ April 2013 sal-31 ta’ Marzu 2014, huwa stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jiskadi fit-30 ta’ Settembru 2015.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Marzu 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 341/2013 tas-16 ta’ April 2013 dwar it-tqassim tal-kwoti nazzjonali tal-ħalib stabbiliti għall-2012/l-2013 fl-Anness IX tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 bejn il-“kunsinni” u l-“bejgħ dirett” (ĠU L 107, 17.4.2013, p. 1).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 595/2004 tat-30 ta’ Marzu 2004 li jniżżel regoli dettaljati biex japplika r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1788/2003 li jistabbilixxi imposta fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (ĠU L 94, 31.3.2004, p. 22).


ANNESS

Stati Membri

Kunsinni (tunnellati)

Bejgħ dirett (tunnellati)

Il-Belġju

3 563 518,754

38 596,156

Il-Bulgarija

980 634,534

68 883,082

Ir-Repubblika Ċeka

2 906 440,166

28 704,691

Id-Danimarka

4 847 745,007

164,466

Il-Ġermanja

30 228 356,043

90 572,707

L-Estonja

686 868,079

6 057,970

L-Irlanda

5 782 432,252

1 989,984

Il-Greċja

878 297,757

1 317,000

Spanja

6 492 010,746

65 544,699

Franza

26 027 402,340

343 828,937

Il-Kroazja

698 513,437

66 486,563

L-Italja

10 923 133,189

365 409,677

Ċipru

154 996,181

662,611

Il-Latvja

767 328,466

13 804,232

Il-Litwanja

1 753 484,887

74 154,094

Il-Lussemburgu

292 146,310

608,000

L-Ungerija

1 967 812,833

165 591,689

Malta

52 205,729

0,000

L-Olanda

11 971 575,644

78 917,011

L-Awstrija

2 908 728,694

83 999,794

Il-Polonja

9 909 800,752

145 996,304

Il-Portugall (1)

2 080 100,794

8 803,752

Ir-Rumanija

1 567 149,958

1 710 046,520

Is-Slovenja

597 475,443

20 697,937

Is-Slovakkja

1 075 921,492

39 834,729

Il-Finlandja (2)

2 615 010,522

4 818,381

L-Isvezja

3 589 229,658

4 800,000

Ir-Renju Unit

15 749 697,318

147 007,248


(1)  Minbarra Madeira;

(2)  Il-kwota nazzjonali Finlandiża kif imsemmija fl-Anness IX tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u l-ammont totali tal-kwota nazzjonali Finlandiża kif indikata fl-Anness ta’ dan ir-Regolament ivarjaw minħabba żieda fil-kwota ta' 784,683 tunnellata biex jiġu kkumpensati l-produtturi SLOM Finlandiżi skont l-Artikolu 67(4) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.


15.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 76/34


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 267/2014

tal-14 ta’ Marzu 2014

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Marzu 2014.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

116,3

MA

73,6

TN

86,3

TR

100,8

ZZ

94,3

0707 00 05

EG

182,1

MA

182,1

TR

149,6

ZZ

171,3

0709 91 00

EG

45,1

ZZ

45,1

0709 93 10

MA

43,6

TR

84,3

ZZ

64,0

0805 10 20

EG

44,8

IL

68,0

MA

47,0

TN

52,1

TR

59,2

ZA

62,5

ZZ

55,6

0805 50 10

TR

74,1

ZZ

74,1

0808 10 80

AR

94,0

CL

130,2

CN

92,9

MK

33,9

US

192,4

ZZ

108,7

0808 30 90

AR

94,4

CL

123,2

TR

158,2

US

211,0

ZA

97,4

ZZ

136,8


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


15.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 76/36


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 268/2014

tal-14 ta’ Marzu 2014

li jistabbilixxi d-dazji għall-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mis-16 ta’ Marzu 2014

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 642/2010 tal-20 ta' Lulju 2010 dwar regoli ta’ applikazzjoni għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 dwar id-dazju ta’ importazzjoni fis-settur taċ-ċereali (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1001 19 00, 1001 11 00, ex 1001 91 20 (qamħ komuni, għaż-żrigħ), ex 1001 99 00 (qamħ komuni ta' kwalità għolja għajr dak għaż-żriegħ), 1002 10 00, 1002 90 00, 1005 10 90, 1005 90 00, 1007 10 90 u 1007 90 00, id-dazju għall-importazzjoni huwa daqs il-prezz tal-intervent li jgħodd għal dawn il-prodotti fil-waqt tal-importazzjoni, biż-żieda ta' 55 % u bit-tnaqqis tal-prezz tal-importazzjoni CIF applikabbli għall-konsenja kkonċernata. Madankollu, dan id-dazju ma jistax jaqbeż ir-rata ta' dazji fit-Tariffa Doganali Komuni.

(2)

L-Artikolu 136(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-finijiet tal-kalkolu tad-dazju għall-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu msemmi, għandhom jiġu stabbiliti fuq bażi regolari l-prezzijiet rappreżentattivi tal-importazzjoni CIF għall-prodotti kkonċernati.

(3)

Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1001 19 00, 1001 11 00, ex 1001 91 20 (qamħ komuni, għaż-żrigħ), ex 1001 99 00 (qamħ komuni ta' kwalità għolja għajr dak għaż-żriegħ), 1002 10 00, 1002 90 00, 1005 10 90, 1005 90 00, 1007 10 90 u 1007 90 00, id-dazju għall-importazzjoni huwa kkalkulat fuq il-prezz rappreżentattiv tal-importazzjoni CIF ta’ kull jum iddeterminat skont il-metodu speċifikat fl-Artikolu 5 ta’ dak ir-Regolament.

(4)

Jeħtieġ li jiġu stabbiliti d-dazji għall-importazzjoni għall-perjodu li jibda mis-16 ta’ Marzu 2014, applikabbli sakemm jidħlu fis-seħħ dazji għall-importazzjoni ġodda.

(5)

Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tapplika malajr kemm jista' jkun wara li tkun disponibbli d-dejta aġġornata, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Mis-16 ta’ Marzu 2014, id-dazji għall-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 huma stipulati fl-Anness I għal dan ir-Regolament abbażi tal-informazzjoni fl-Anness II.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Marzu 2014.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 187, 21.7.2010, p. 5.


ANNESS I

Dazji għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mis-16 ta’ Marzu 2014

Kodiċi NM

Isem tal-merkanzija

Dazju għall-importazzjoni (1)

(EUR/t)

1001 19 00

1001 11 00

QAMĦ durum ta' kwalità għolja

0,00

ta' kwalità medja

0,00

ta' kwalità baxxa

0,00

ex 1001 91 20

QAMĦ komuni, għaż-żrigħ

0,00

ex 1001 99 00

QAMĦ komuni ta’ kwalità għolja, għajr dak għaż-żriegħ

0,00

1002 10 00

1002 90 00

SEGALA

0,00

1005 10 90

QAMĦIRRUM għaż-żriegħ, għajr l-ibridi

0,00

1005 90 00

QAMĦIRRUM, għajr dak għaż-żriegħ (2)

0,00

1007 10 90

1007 90 00

SORGU tal-qamħ, għajr ibridi għaż-żriegħ

0,00


(1)  L-importatur jista’ jibbenefika, skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010, minn tnaqqis fid-dazji ta’:

3 EUR/t, jekk il-port tal-ħatt ikun fil-Baħar Mediterran (’l hinn mill-Istrett ta’ Ġibiltà) jew fil-Baħar l-Iswed, jekk il-merkanzija tasal fl-Unjoni mill-Oċeani Atlantiku jew permezz tal-Kanal ta’ Suez,

2 EUR/t, jekk il-port tal-ħatt jinsab fid-Danimarka, l-Estonja, l-Irlanda, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, il-Finlandja, fl-Isvezja, fir-Renju Unit jew fuq il-kosta tal-Atlantiku tal-Peniżola Iberika, jekk il-merkanzija tasal fl-Unjoni mill-Oċean Atlantiku.

(2)  L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 642/2010 jiġu rrispettati.


ANNESS II

Informazzjoni għall-kalkolu tad-dazji stipulati fl-Anness I

28.2.2014-13.3.2014

(1)

Il-kwantitajiet medji għall-perjodu ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010:

(EUR/t)

 

Qamħ komuni (1)

Qamħirrum

Qamħ durum kwalità għolja

Qamħ durum, ta’ kwalità medja (2)

Qamħ durum ta’ kwalità baxxa (3)

Borża

Minnéapolis

Chicago

Kwotazzjoni

198,77

137,09

Prezz FOB l-Istati Uniti tal-Amerika

266,84

256,84

236,84

Primjum tal-Golf

120,88

26,43

Primjum tal-Għadajjar il-Kbar

(2)

Il-kwantitajiet medji għall-perjodu ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010:

Spejjeż għat-trasport: Il-Golf tal-Messiku — Rotterdam:

14,63 EUR/t

Spejjeż għat-trasport: L-Għaddajjar il-Kbar — Rotterdam:

— EUR/t


(1)  Primjum pożittiva ta' EUR 14/t inkorporat (l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010).

(2)  Skont ta' EUR 10/t (l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010).

(3)  Skont ta' EUR 30/t (l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010).


DEĊIŻJONIJIET

15.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 76/39


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ EUFOR RCA/2/2014

tal-11 ta’ Marzu 2014

dwar l-istabbiliment tal-Kumitat ta’ Kontributuri għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUFOR RCA)

(2014/138/PESK)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/73/PESK tal-10 ta’ Frar 2014 dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUFOR RCA) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(5) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 8(5) tad-Deċiżjoni 2014/73/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) sabiex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għall-istabbiliment ta’ Kumitat ta’ Kontributuri (KtK) għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUFOR RCA).

(2)

Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ Nizza tas-7, it-8 u d-9 ta’ Diċembru 2000 u dawk ta’ Brussell tal-24 u l-25 ta’ Ottubru 2002 stabbilixxew l-arranġamenti għall-parteċipazzjoni ta’ Stati terzi f’operazzjonijiet ta’ maniġġar ta’ kriżijiet u l-istabbiliment ta’ KtK.

(3)

Il-KtK għandu jkun forum biex jiġu diskussi l-problemi kollha, fir-rigward tal-ġestjoni ta’ EUFOR RCA, mal-Istati terzi li jikkontribwixxu. Il-KPS, li jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika ta’ EUFOR RCA, għandu jieħu kont tal-fehmiet espressi mill-KtK.

(4)

F’konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u fl-implimentazzjoni ta’ deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li għandhom implikazzjonijiet ta’ difiża. Konsegwentement, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u la hi marbuta biha u lanqas hi soġġetta għall-applikazzjoni tagħha,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Stabbilment u termini ta’ referenza

B’dan huwa stabbilit Kumitat ta’ Kontributuri (KtK) għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUFOR RCA). It-termini ta’ referenza tiegħu huma stabbiliti fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ Nizza tas-7, it-8 u d-9 ta’ Diċembru 2000 u dawk ta’ Brussell tal-24 u l-25 ta’ Ottubru 2002.

Artikolu 2

Kompożizzjoni

1.   Il-membri tal-KtK għandhom ikunu dawn li ġejjin:

rappreżentanti tal-Istati Membri kollha,

rappreżentanti ta’ Stati terzi li jipparteċipaw fl-EUFOR RCA u li jipprovdu kontributi sinifikanti.

2.   Għal-laqgħat tal-KtK jista’ jattendi wkoll rappreżentant tal-Kummissjoni.

Artikolu 3

Informazzjoni mill-Kmandant tal-Missjoni tal-UE

Il-KtK għandu jirċievi informazzjoni mill-Kmandant tal-Missjoni tal-UE.

Artikolu 4

Presidenza

Il-KtK għandu jkun ippresedut mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, jew mir-rappreżentant tiegħu jew tagħha, f’konsultazzjoni mill-qrib mal-President tal-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea, jew mir-rappreżentant tiegħu jew tagħha.

Artikolu 5

Laqgħat

1.   Il-KtK għandu jitlaqqa’ mill-President fuq bażi regolari. Fejn iċ-ċirkostanzi jkunu jeħtieġu, jistgħu jissejħu laqgħat ta’ emerġenza fuq inizjattiva tal-President, jew fuq talba ta’ membru.

2.   Il-President għandu jiċċirkola minn qabel aġenda provviżorja u d-dokumenti relatati mal-laqgħa. Il-President għandu jkun responsabbli biex iwassal lill-KPS l-eżitu tad-diskussjonijiet tal-KtK.

Artikolu 6

Kunfidenzjalità

1.   F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE (2), ir-regoli ta’ sigurtà tal-Kunsill għandhom japplikaw għal-laqgħat u l-proċedimenti tal-KtK. B’mod partikolari, ir-rappreżentanti fil-KtK għandhom ikunu fil-pussess ta’ awtorizzazzjoni adegwata ta’ sigurtà.

2.   Id-deliberazzjonijiet tal-KtK għandhom ikunu koperti bl-obbligu tas-segretezza professjonali, sakemm il-KtK ma jiddeċidix unanimament mod ieħor.

Artikolu 7

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Marzu 2014.

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

W. STEVENS


(1)  ĠU L 40, 11.2.2014, p. 59.

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE tat-23 ta’ Settembru 2013 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 274, 15.10.2013, p. 1).


15.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 76/41


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ EUFOR RCA/3/2014

tal-11 ta’ Marzu 2014

dwar l-aċċettazzjoni ta’ kontribuzzjonijiet ta’ Stati terzi għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUFOR RCA)

(2014/139/PESK)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/73/PESK tal-10 ta’ Frar 2014 dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUFOR RCA) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tagħha,

Billi:

(1)

Taħt l-Artikolu 8(2) tad-Deċiżjoni 2014/73/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti dwar l-aċċettazzjoni tal-kontribuzzjonijiet proposti minn Stati terzi.

(2)

Wara rakkomandazzjonijiet mill-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE dwar kontribuzzjoni mill-Ġeorġja u l-parir mill-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea, il-kontribuzzjoni mill-Ġeorġja għandha tiġi aċċettata.

(3)

F’konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u fl-implimentazzjoni ta’ deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li għandhom implikazzjonijiet ta’ difiża. Konsegwentement, id-Danimarka mhux qed tipparteċipa fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u la hi marbuta biha u lanqas hi soġġetta għall-applikazzjoni tagħha,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Kontribuzzjonijiet ta’ Stati terzi

1.   Il-kontribuzzjoni mill-Ġeorġja għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUFOR RCA) hija aċċettata u kkunsidrata bħala sinifikanti.

2.   Il-Ġeorġja hija eżentata minn kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-baġit tal-EUFOR RCA.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Marzu 2014.

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

W. STEVENS


(1)  ĠU L 40, 11.2.2014, p. 59.


15.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 76/42


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2014/140/PESK

tal-14 ta’ Marzu 2014

timplimenta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/486/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/486/PESK tal-1 ta' Awissu 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha,

Billi:

(1)

Fl-1 ta' Awwissu 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/486/PESK.

(2)

Fil-31 ta' Mejju, is-27 ta' Ġunju, l-24 ta' Settembru u t-18 ta' Ottubru 2013, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, stabbilit skont il-paragrafu 30 tar-Riżoluzzjoni 1988 (2011) tal-Kunsill tas-Sigurtà, emenda l-lista ta' individwi, gruppi, impriżi u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi.

(3)

L-Anness għad-Deċiżjoni 2011/486/PESK għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni 2011/486/PESK huwa b'dan emendat kif stabbilit fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Marzu 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

M. CHRISOCHOIDIS


(1)  (ĠU L 199, 2.8.2011, p. 57).


ANNESS

I.   L-entrati fil-lista li tinsab fl-Anness tad-Deċiżjoni 2011/486/PESK għall-persuni ta' hawn taħt għandhom jiġu sostitwiti bl-entrati li jinsabu hawn taħt.

A.   Individwi assoċjati mat-Taliban

1.

Fazl Rabi (magħruf ukoll bħala (a) Fazl Rabbi, (b) Fazal Rabi, (c) Faisal Rabbi)

Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Uffiċjal għoli fil-Provinċja ta' Konar matul ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: (a) 1972, (b) 1975. Post tat-twelid: (a) Distrett ta' Kohe Safi, Provinċja ta' Parwan, l-Afganistan, (b) Provinċja ta' Kapisa, l-Afganistan, (c) Provinċja ta' Nangarhar, l-Afganistan, (d) Provinċja ta' Kabul, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Jirrappreżenta u jipprovdi appoġġ finanzjarju u loġistiku lin-Netwerk ta' Haqqani, li hu bbażat fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. (b) Membru tal-Kunsill Finanzjarju Taliban. (c) Ivvajaġġa barra mill-pajjiż biex jiġbor fondi f'isem Sirajuddin Jallaloudine Haqqani, Jalaluddin Haqqani, in-netwerk ta' Haqqani u t-Taliban. (d) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Data tan-nomina min-NU:6.1.2012.

2.

Nasiruddin Haqqani (magħruf ukoll bħala (a) Dr. Alim Ghair, (b) Naseer Haqqani, (c) Dr. Naseer Haqqani, (d) Nassir Haqqani, (e) Nashir Haqqani, (f) Naseruddin)

Indirizz: il-Pakistan. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor 1970-1973. Post tat-twelid: Distrett ta’ Neka, Provinċja ta’ Paktika, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Mexxej tan-Netwerk ta' Haqqani, li jopera mit-Tramuntana tal-Waziristan fiż-Żoni Tribali Amministrati Federalment tal-Pakistan. (b) Iben Jalaluddin Haqqani. (c) Huwa vvjaġġa lejn l-Arabja Sawdija u l-Emirati Għarab Magħquda biex jiġbor fondi għat-Taliban. Data tan-nomina min-NU:20.7.2010.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

In-Netwerk ta' Haqqani huwa grupp ta' militanti affiljati mat-Taliban li jopera mill-Aġenzija tat-Tramuntana tal-Waziristan fiż-Żoni Tribali Amministrati Federalment tal-Pakistan. Huwa jinsab fuq il-quddiem nett tal-attivitajiet ta' ribelljoni fl-Afganistan, responsabbli għal bosta attakki ta' profil għoli. It-tmexxija tan-Netwerk ta' Haqqani hija magħmula mit-tliet ulied subien il-kbar ta' Jalaluddin Haqqani, li wieħed minnhom huwa Nasiruddin Haqqani.

Nasiruddin Haqqani jaħdem bħala emissarju għan-Netwerk ta' Haqqani u jqatta' bosta mill-ħin tiegħu jiġbor il-fondi. Fl-2004, Haqqani vvjaġġa lejn l-Arabja Sawdija ma' assoċjat tat-Taliban biex jiġbor fondi għat-Taliban. Huwa pprovda wkoll fondi fl-2004 lil militanti fl-Afganistan sabiex jiġu mfixkla l-elezzjonijiet presidenzjali Afgani. Mill-inqas bejn l-2005 u l-2008, Nasiruddin Haqqani ġabar fondi għan-Netwerk ta' Haqqani permezz ta' diversi vjaġġi għall-ġbir ta' fondi, inkluż matul vjaġġi regolari lejn l-Emirati Għarab Magħquda fl-2007 u permezz ta' vjaġġ ieħor għall-ġbir ta' fondi lejn stat ieħor tal-Golf fl-2008. Minn nofs l-2007, Haqqani kellu allegatament tliet sorsi prinċipali ta' finanzjament: donazzjonijiet mir-reġjun tal-Golf, traffikar ta' drogi, u ħlasijiet minn Al-Qaida. Lejn tmiem l-2009, Nasiruddin Haqqani rċieva bosta mijiet ta' eluf ta' dollari minn individwi assoċjati ma' Al-Qaida fil-Peniżola Għarbija sabiex dawn jintużaw għall-attivitajiet tan-Netwerk ta' Haqqani.

3.

Mohammad Aman Akhund (magħruf ukoll bħala (a) Mohammed Aman, (b) Mullah Mohammed Oman, (c) Mullah Mohammad Aman Ustad Noorzai, (d) Mullah Mad Aman Ustad Noorzai, (e) Sanaullah)

Data tat-twelid: 1970. Post tat-twelid: Raħal ta' Band Tumur, Distrett ta' Maiwand, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Informazzjoni oħra: (a) Membru Għoli tat-Taliban mill-2011 bi dmirijiet finanzjarji, inkluż il-ġbir ta' fondi f'isem it-tmexxija. (b) Ipprovda appoġġ loġistiku għall-operazjonijiet tat-Taliban u kkanalizza r-rikavati mit-traffikar tad-drogi għax-xiri tal-armi. (c) Aġixxa bħala segretarju tal-mexxej Taliban il-Mullah Mohammed Omar u bħala l-messaġġier tiegħu fil-laqgħat ta' livell għoli tat-Taliban. (d) Assoċjat ukoll ma' Gul Agha Ishakzai. (e) Membru taċ-ċirklu ristrett tal-Mullah Mohammed Omar matul ir-reġim Taliban. Data tan-nomina min-NU:6.1.2012.

4.

Sangeen Zadran Sher Mohammad (magħruf ukoll bħala (a) Sangin (b) Sangin Zadran (c) Sangeen Khan Zadran (d) Sangeen (e) Fateh (f) Noori)

Titlu: (a) Maulavi (tinkiteb ukoll: Maulvi), (b) Mullah. Data tat-twelid: (a) Bejn wieħed u ieħor 1976, (b) Bejn wieħed u ieħor 1979. Post tat-twelid: Tang Stor Khel, Distrett ta' Ziruk, Provinċja ta' Paktika, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Shadow governor tat-Taliban għall-Provinċja ta’ Paktika lejn tmiem l-2012. (b) Kmandant Għoli tan-Netwerk ta' Haqqani. (c) Logutenent Għoli għal Sirajuddin Lallaloudine Haqqani. (d) Jappartjeni għat-tribù Kharoti. (e) Irrappurtat deċedut f'Settembru 2013. Data tan-nomina min-NU: 16.08.2011.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Sangeen Zadran huwa mexxej tar-ribelljoni fil-provinċja ta' Paktika, l-Afganistan u kmandant tan-Netwerk ta' Haqqani. In-Netwerk ta' Haqqani, grupp ta' militanti affiljati mat-Taliban li jopera fir-reġjun tal-fruntiera bejn l-l-Afganistan u l-Pakistan, kien fuq quddiem tal-attività tar-ribelljoni fl-l-Afganistan, responsabbli għal ħafna attakki ta' profil għoli. Zadran jaġixxi bħala logutenent anzjan għall-mexxej tan-Netwerk ta' Haqqani Sirajuddin Haqqani.

Sangeen Zadran jgħin fit-tmexxija ta' ġellieda f'attakki fix-Xlokk kollu tal-Afganistan, u huwa maħsub li ppjana u kkoordina il-moviment ta' ġellieda barranin fl-Afganistan. Sangeen Zadran kien ukoll involut f'bosta attakki fejn intuża apparat splussiv improvizzat (IED).

Barra mir-rwol tiegħu f'dawn l-attakki, Sangeen Zadran kien ukoll involut fil-ħtif ta' Afgani u ċittadini barrani fir-reġjun tal-Fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan.

B.   Entitajiet u gruppi u impriżi oħra assoċjati mat-Taliban

1.

Rahat Ltd. (magħrufa wkoll bħala (a) Rahat Trading Company, (b) Haji Muhammad Qasim Sarafi, (c) New Chagai Trading, (d) Musa Kalim Hawala)

Indirizz: (a)Uffiċċju tal-Fergħa 1: Numru tal-kamra 33, Sular 5, Sarafi Market, Belt ta' Kandahar, Provinċja ta' Kandahar, Afganistan(b)Uffiċċju tal-Fergħa 2: Numru tal-ħanut 4, Azizi Bank, Haji Muhammad Isa Market, Wesh, Spin Boldak, Provinċja ta' Kandahar, Afganistan(c)Uffiċċju tal-Fergħa 3: Safaar Bazaar, Distrett ta' Garmser, Provinċja ta' Helmand, Afganistan(d)Uffiċċju tal-Fergħa 4: Lashkar Gah, Provinċja ta' Helmand, Afganistan(e)Uffiċċju tal-Fergħa 5: Distrett ta' Gereshk, Provinċja ta' Helmand, Afganistan(f)Uffiċċju tal-Fergħa 6: Distrett ta' Zaranj, Provinċja ta' Nimroz, Afganistan, (g) Uffiċċju tal-Fergħa 7: i) Triq Dr. Barno, Quetta, Pakistan, ii) Haji Mohammed Plaza, Triq Tol Aram, viċin Triq Jamaluddin Afghani, Quetta, Pakistan, iii) Kandahari Bazaar, Quetta, Pakistan(h)Uffiċċju tal-Fergħa 8: Chaman, Provinċja ta' Baluchistan, Pakistan(i)Uffiċċju tal-Fergħa 9: Chaghi Bazaar, Chaghi, Provinċja ta' Baluchistan, Pakistan(j)Uffiċċju tal-Fergħa 10: Zahedan, Provinċja ta' Zabol, Iran. Informazzjoni oħra: (a) Rahat Ltd. intużat mit-tmexxija Talibana għat-trasferiment ta' fondi li oriġinaw minn donaturi esterni u traffikar tan-narkotiċi għall-finanzjament tal-attività Talibana sa mill-2011 u l-2012. (b) Proprjeta' ta' Mohammed Qasim Mir Wali Khudai Rahim. (c) Assoċjat ukoll Mohammad Naim Barich Khudaidad. Data tan-nomina min-NU: 21.11.2012.

II.   L-entrata fil-lista li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2011/486/PESK għall-persuna t'hawn taħt għandha titħassar.

A.   Individwi assoċjati mat-Taliban

1.

Badruddin Haqqani (magħruf ukoll bħala Atiqullah).


15.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 76/45


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/141/PESK

tal-14 ta’ Marzu 2014

li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2008/109/PESK dwar miżuri restrittivi imposti kontra l-Liberja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-12 ta' Frar 2008, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2008/109/PESK (1).

(2)

Fl-10 ta' Diċembru 2013, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni UNSCR 2128 (2013) fir-rigward tal-Liberja li ġeddiet il-miżuri restrittivi fuq l-ivvjaġġar u fuq l-armi u mmodifikat ir-rekwiżiti assoċjati ta' notifika.

(3)

Il-Pożizzjoni Komuni 2008/109/PESK għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ.

(4)

Hija meħtieġa aktar azzjoni mill-Unjoni sabiex jiġu implimentati ċerti miżuri,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 2 tal-Pożizzjoni Komuni 2008/109/PESK huwa b'dan emendat kif ġej:

(1)

fil-paragrafu 1, il-punt (ċ) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(c)

tagħmir militari mhux letali ieħor maħsub biss għal użu umanitarju jew protettiv, u assistenza teknika u taħriġ relatati.”;

(2)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Għandha tkun tal-Gvern tal-Liberja ir-responsabbiltà primarja li jinnotifika lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet qabel ma tintbagħat kwalunkwe kunsinna ta' armi letali u materjal relatat, jew kwalunkwe għoti ta' assistenza, parir jew taħriġ relatati ma' attivitajiet militari jew setturi oħrajn ta' sigurtà lill-Gvern tal-Liberja, ħlief dawk imsemmija fil-paragrafu 1. Alternattivament, l-Istati Membri li jagħtu assistenza jistgħu jinnotifikaw lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, f'konsultazzjoni mal-Gvern tal-Liberja, f'konformità mal-paragrafu 2(b)(ii) u (iii) tal-UNSCR 2128 (2013). Fejn Stat Membru jagħżel li jinnotifika lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, tali notifika għandha tinkludi l-informazzjoni rilevanti kollha, inklużi, fejn applikabbli, l-iskop u l-utent aħħari, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-kwantità ta' tagħmir li jrid jintbagħat, il-fornitur, id-data proposta ta' kunsinna, il-mod ta' trasport, u l-itinerarju tal-kunsinni.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Marzu 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

M. CHRISOCHOIDIS


(1)  ĠU L 38, 13.2.2008, p. 26.


15.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 76/46


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2014/142/PESK

tal-14 ta’ Marzu 2014

li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/486/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/486/PESK tal-1 ta' Awissu 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha,

Billi:

(1)

Fl-1 ta' Awwissu 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/486/PESK.

(2)

Fil-31 ta' Diċembru 2013, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, stabbilit taħt il-paragrafu 30 tar-Riżoluzzjoni 1988 (2011) tal-Kunsill tas-Sigurtà, emenda l-lista ta' individwi, gruppi, impriżi u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan.

(3)

L-Anness tad-Deċiżjoni 2011/486/PESK għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni 2011/486/PESK huwa b'dan emendat kif stabbilit fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Marzu 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

M. CHRISOCHOIDIS


(1)  ĠU L 199, 2.8.2011, p. 57.


ANNESS

I.   L-entrati fil-lista li tinsab fl-Anness tad-Deċiżjoni 2011/486/PESK għall-persuni msemmija hawn taħt għandhom jiġu sostitwiti bl-entrati li jinsabu hawn taħt.

A.   Individwi assoċjati mat-Taliban

1.   Abdul Kabir Mohammad Jan (magħruf ukoll bħala A. Kabir)

Titolu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: (a) It-Tieni Viċi, Affarijiet Ekonomiċi, il-Kunsill tal-Ministri taħt ir-reġim Taliban, (b) Gvernatur tal-Provinċja ta' Nangarhar taħt ir-reġim Taliban, (c) Kap taż-Żona tal-Lvant taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: appross. 1963. Post tat-twelid: Distrett ta' Pul-e-Khumri jew Baghlan Jadid, Provinċja ta' Baghlan, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Attiv f'operazzjonijiet terroristiċi fil-Lvant tal-Afganistan, (b) Jiġbor il-flus mingħand it-traffikanti tad-droga, (c) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (d) Membru tal-Kunsill Suprem Taliban mill-2009 'l hawn, (e) Oriġinarjament il-familja ġejja mid-Distrett ta' Neka, Provinċja ta' Paktia, Afganistan, (f) Responsabbli għall-attakk fuq il-membri parlamentari Afgani f'Novembru 2007 f'Baghlan, (g) Għandu art fiċ-ċentru tal-Provinċja ta' Baghlan, (h) Jappartjeni għat-tribù ta' Zadran. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sommarju narrattiv tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Abdul Kabir Mohammad Jan kien membru tal-kunsill għoli tat-tmexxija Taliban kif imħabbar minn Mohammed Omar f'Ottubru 2006, u kien maħtur kmandant militari fiż-żona tal-Lvant f'Ottubru 2007.

2.   Mohammad Moslim Haqqani Muhammadi Gul (magħruf ukoll bħala Moslim Haqqani)

Titolu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: (a) Viċi Ministru tal-Haj u tal-Affarijiet Reliġjużi taħt ir-reġim tat-Taliban, (b) Viċi Ministru tal-Edukazzjoni Għolja taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: 1965. Post tat-twelid: Raħal ta' Gawargan, Distrett ta' Pul-e-Khumri, Provinċja ta' Baghlan, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 1136 (karta ta' identifikazzjoni nazzjonali Afgana (tazkira)). Informazzjoni oħra: (a) Pashtun Etniku mill-Provinċja ta’ Baghlan, (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (c) Jitkellem b'mod fluwenti l-Ingliż, l-Urdu u l-Għarbi. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sommarju narrattiv tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Mohammad Moslim Haqqani kien ukoll Viċi Ministru tal-Edukazzjoni Għolja tar-reġim Taliban. Din in-nomina żdiedet mal-lista fit-18 ta' Lulju 2007.

3.   Abdul Raqib Takhari

Titolu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Ministru tar-Ripatrijazzjoni taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn l-1968 u l-1973. Post tat-twelid: Raħal ta' Zardalu Darra, Distrett ta' Kalafgan, Provinċja ta' Takhar, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tal-Kunsill Suprem Taliban responsabbli għall-provinċji ta' Takhar u Badakhshan f'Diċembru 2009 (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (c) Jappartjeni għall-grupp etniku Tajik. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

4.   Nazir Mohammad Abdul Basir (magħruf ukoll bħala Nazar Mohammad)

Titolu: (a) Maulavi, (b) Sar Muallim. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: (a) Sindku tal-Belt ta' Kunduz (b) Aġent Gvernatur tal-Provinċja ta' Kunduz (l-Afganistan) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: 1954. Post tat-twelid: Raħal ta' Malaghi, Distrett ta' Kunduz, Provinċja ta' Kunduz, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Irrikonċilja wara l-waqgħa tar-reġim Taliban, u ħa kompiti taħt il-Gvern il-ġdid fil-livell ta' distrett fil-Provinċja ta' Kunduz, (b) Ikkonfermat li ġie assassinat mit-Taliban fid-9 ta' Novembru 2008. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

5.   Zia-ur-Rahman Madani (magħruf ukoll bħala (a) Ziaurrahman Madani (b) Zaia u Rahman Madani (c) Madani Saheb (d) Diya’ al-Rahman Madani)

Titolu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Gvernatur tal-Provinċja ta' Logar (Afganistan) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: appross. 1960. Post tat-twelid: (a) Raħal ta' Paliran, Distrett ta' Namakab, Provinċja ta' Takhar, Afganistan, (b) Belt ta' Taluqan, Provinċjat ta' Takhar, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Involut fit-traffikar ta' drogi, (b) Membru tat-Taliban responsabbli għal affarijiet militari fil-provinċja ta' Takhar, l-Afganistan, minn Mejju 2007, (c) Iffaċilita l-ġbir ta' fondi fil-Golf f'isem it-Taliban mill-2003, (d) Iffaċilita wkoll laqgħat bejn uffiċjali tat-Taliban u sostenituri għonja u għamel arranġamenti biex aktar minn tnax-il individwu jivvjaġġaw lejn Kabul, l-Afganistan, għal attakki suwiċida, (e) Maħsub li jinsab fir-reġjun tal-Golf. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

6.   Shamsuddin (magħruf ukoll bħala Pahlawan Shamsuddin)

Titolu: (a) Maulavi; (b) Qari. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Gvernatur tal-Provinċja ta' Wardak (Maidan) (Afganistan) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: appross. 1968. Post tat-twelid: Distrett ta' Keshim, Provinċja ta' Badakhshan, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan, il-Pakistan u l-Iran. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

7.   Abdul Ghafar Qurishi Abdul Ghani (magħruf ukoll bħala Abdul Ghaffar Qureshi)

Titolu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Attaché tar-Ripatriazzjoni, fl-Ambaxxata tat-Taliban f'Islamabad, il-Pakistan. Data tat-twelid: (a) 1970, (b) 1967. Post tat-twelid: Raħal ta' Turshut, Distrett ta' Warduj, Provinċja ta' Takhar, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Nru tal-passaport: D 000933 (passaport Afgan maħruġ f'Kabul fit-13 ta' Settembru 1998). Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 55130 (karta ta' identifikazzjoni nazzjonali Afgana (tazkira)). Indirizz:It-Taqsima Khairkhana Numru 3, Kabul, Afganistan. Informazzjoni oħra: (a) Involut fit-traffikar tad-drogi, (b) Jappartjeni għall-grupp etniku Tajik. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

8.   Abdul Manan Nyazi (magħruf ukoll bħala (a) Abdul Manan Nayazi, (b) Abdul Manan Niazi, (c) Baryaly, (d) Baryalai)

Titolu: Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: (a) Gvernatur tal-Provinċja ta' Kabul taħt ir-reġim Taliban, (b) Gvernatur tal-Provinċja ta' Balk taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: appross. 1968. Post tat-twelid: (a) Distrett ta' Pashtoon Zarghoon, Provinċja ta' Herat, Afganistan, (b) Raħal ta' Sardar, Distrett ta' Kohsan, Provinċja ta' Herat, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tat-Taliban responsabbli għall-provinċji ta' Herat, Farah u Nimroz min-nofs l-2013, (b) Membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban u s-Shura tal-Quetta, (c) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (d) Jappartjeni għat-tribù ta' Achekzai, (e) Involut fit-trasport ta' bombi suwiċida lejn l-Afganistan. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sommarju narrattiv tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

 

Abdul Manan Nyazi kien ukoll kelliem tat-Taliban u mbagħad Gvernatur Provinċjali ta' Mazar-e-Sharif u l-provinċji ta' Kabul taħt ir-reġim Taliban.

 

Abdul Manan Nyazi kien kmandant anzjan tat-Taliban fil-Punent tal-Afganistan, li kien jopera fil-provinċji ta' Farah, Herat u Nimroz, min-nofs l-2009.

 

Abdul Manan Nyazi kien membru ta' kunsill reġjonali tat-Taliban u maħtur bħala l-gvernatur tat-Taliban tal-provinċja ta' Herat f'Mejju 2010.

 

Abdul Manan Nyazi huwa kmandant tat-Taliban involut fit-trasport ta' bombi suwiċida lejn l-Afganistan.

9.   Said Ahmed Shahidkhel

Titolu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Ministru tal-Edukazzjoni taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: appross. 1975. Post tat-twelid: Raħal ta' Spandeh (Espandi 'Olya), Distrett ta' Andar, Provinċja ta' Ghazni, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) F'Lulju 2003 kien miżmum taħt kustodja f'Kabul, l-Afganistan, (b) Rilaxxat minn taħt il-kustodja fl-2007, (c) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (d) Membru tal-kunsill ta' tmexxija tat-Taliban mill-2013, (e) Jappartjeni għat-tribù ta' Andar. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

10.   Arefullah Aref Ghazi Mohammad (magħruf ukoll bħala Arefullah Aref)

Titolu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: (a) Viċi Ministru tal-Finanzi taħt ir-reġim Taliban, (b) Gvernatur tal-Provinċja Ghazni taħt ir-reġim Taliban, (c) Gvernatur tal-Provinċja Paktia taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: appross. 1958. Post tat-twelid: Raħal ta' Lawang (Lawand), Distrett ta' Gelan, Provinċja ta' Ghazni, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Imexxi l-"front" tat-Taliban fid-Distrett ta' Gelan, Provinċja ta' Ghazni, Afganistan sa minn nofs l-2013, (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (c) Jappartjeni għat-tribù ta' Andar. Data tan-nomina min-NU:31.1.2001.

11.   Abdul-Haq Wassiq (magħruf ukoll bħala Abdul-Haq Wasseq)

Titolu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Ministru tas-Sigurtà (Intelligence) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: (a) appross. 1975, (b) 1971. Post tat-twelid: Raħal ta' Gharib, Distrett ta' Khogyani, Provinċja ta' Ghazni, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Indirizz: Il-Ħabs tal-Bajja ta' Guantanamo. Informazzjoni oħra: Miżmum taħt kustodja fl-Istati Uniti tal-Amerika mill-2011. Data tan-nomina min-NU:31.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sommarju narrattiv tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Abdul-Haq Wassiq huwa alleat ma' Gulbuddin Hekmatyar. Taħt ir-reġim Taliban, huwa kellu pożizzjonijiet suċċessivi bħala kmandant lokali fil-provinċji ta' Nimroz u Kandahar. Huwa mbagħad sar Viċi Direttur Ġenerali tal-Intelligence u rrapporta lil Qari Ahmadullah. F'din il-funzjoni, huwa kien responsabbli għall-ġestjoni tar-relazzjonijiet ma' ġellieda barranin marbuta mal-Al-Qaida u l-kampijiet ta' taħriġ tagħhom fl-Afganistan. Huwa kien ukoll magħruf għall-metodi repressivi tiegħu kontra l-opponenti tat-Taliban fin-Nofsinhar tal-Afganistan.

12.   Ehsanullah Sarfida Hesamuddin Akhundzada (magħruf ukoll bħala (a) Ehsanullah Sarfadi (b) Ehsanullah Sarfida)

Titolu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Ministru tas-Sigurtà (Intelligence) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: appross. 1962-1963. Post tat-twelid: Raħal ta' Khatak, Distrett ta' Gelan, Provinċja ta' Ghazni, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Min-nofs l-2007, huwa pprovda appoġġ lit-Taliban fil-forma ta' armi u flus, (b) Maħsub li jinsab fir-reġjun tal-Golf, (c) Jappartjeni għat-tribù ta' Taraki. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sommarju narrattiv tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

 

Ehsanullah Sarfida kien ukoll President tal-Bank Ċentrali tat-Taliban. Aktar tard, huwa nħatar bħala l-Amministratur Taliban tal-Provinċji Maħtufa. Ehsanullah Sarfida kien membru tax-Shura Interna Talibana.

 

Ehsanullah Sarfida kien affiljat tal-Al-Qaida li pprovda appoġġ lit-Taliban fil-forma ta' armi u flus. Huwa kien il-kap tad-distrett ta' Marja, Provinċja ta' Helmand, l-Afganistan, min-nofs l-2007.

13.   Ahmed Jan Wazir Akhtar Mohammad (magħruf ukoll bħala (a) Ahmed Jan Kuchi (b) Ahmed Jan Zadran)

Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Uffiċjal tal-Ministeru tal-Finanzi matul ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: 1963. Post tat-twelid: Raħal ta' Barlach, Distrett ta' Qareh Bagh, Provinċja ta' Ghazni, Afganistan. Informazzjoni oħra: (a) Kmandant ewlieni tal-Haqqani Network, li hu bbażat fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (b) Jaġixxi bħala viċi, kelliemi u kunsillier għall-mexxej anzjan Sirajuddin Jallaloudine Haqqani, tan-Netwerk ta' Haqqani, (c) Jikkoordina mall-Kunsill Suprem tat-Taliban, (d) Ivvjaġġa barra mill-pajjiż, (e) Jikkoordina ma' u jipprovdi flus, armi, tagħmir u fornimenti ta' komunikazzjoni lill-kmandanti Talibani fil-Provinċja ta' Ghazni, l-Afganistan. Data tan-nomina min-NU:6.1.2012.

14.   Mohammed Omar Ghulam Nabi

Titolu: Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Mexxej tal-Fidili (‘Amir ul- Mumineen’), Afganistan. Data tat-twelid: (a) appross. 1966, (b) 1960, (c) 1953. Post tat-twelid: (a) Ir-raħal ta' Naw Deh, Distrett ta' Deh Rawud, Provinċja ta' Uruzgan, Afganistan, (b) Raħal ta' Noori, Distrett ta' Maiwand, Provinċja ta' Kandahar, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Missieru jismu Ghulam Nabi, magħruf ukoll bħala Mullah Musafir, (b) l-għajn tax-xellug nieqsa, (c) Ħaten Ahmad Jan Akhundzada Shukoor Akhundzada, (d)Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (e) Jappartjeni għat-tribù ta' Hotak. Data tan-nomina min-NU:31.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sommarju narrattiv tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

 

Mohammad Omar għandu t-titolu ta' 'Kmandant tal-Fidili tal-Emirat Islamiku tal-Afganistan' u huwa l-mexxej suprem tal-moviment Taliban fil-ġerarkija Talibana. Huwa ta kenn lil Usama bin Laden u lin-netwerk tal-Al-Qaida tiegħu fis-snin qabel l-attakki tal-11 ta' Settembru 2001 fl-Istati Uniti. Huwa kien ilu jidderieġi lit-Taliban kontra l-Gvern tal-Afganistan u l-alleati tagħhom fl-Afganistan mill-2001.

 

Mohammed Omar jikkmanda l-alleanza ta' mexxeja prominenti militari oħra fir-reġjun, bħal Jalaluddin Haqqani. Gulbuddin Hekmatyar ikkoopera wkoll ma' Mohammed Omar u t-Taliban.

15.   Mohammad Naim Barich Khudaidad (magħruf ukoll bħala (a) Mullah Naeem Barech (b) Mullah Naeem Baraich (c) Mullah Naimullah (d) Mullah Naim Bareh (e) Mohammad Naim (f) Mullah Naim Barich (g) Mullah Naim Barech (h) Mullah Naim Barech Akhund (i) Mullah Naeem Baric (j) Naim Berich (k) Haji Gul Mohammed Naim Barich (l) Gul Mohammad (m) Haji Ghul Mohammad (n) Gul Mohammad Kamran (o) Mawlawi Gul Mohammad (p) Spen Zrae)

Titolu: Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Ministru tal-Avjazzjoni Ċivili taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: appross. 1975. Post tat-twelid: (a) Raħal ta' Lakhi, Żona ta' Hazarjuft, Distrett ta' Garmsir, Provinċja ta' Helmand, Afganistan, (b) Raħal ta' Laki, Distrett ta' Garmsir, Provinċja ta' Helmand, Afganistan, (c) Raħal ta' Lakari, Distrett ta' Garmsir, Provinċja ta' Helmand, Afganistan, (d) Darvishan, Distrett ta' Garmsir, Provinċja ta' Helmand, Afganistan, (e) Raħal ta' De Luy Wiyalah, Distrett ta' Garmsir, Provinċja ta' Helmand, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tal-Kummissjoni Militari tat-Taliban min-nofs l-2013. (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. (c) Jappartjeni għat-tribù ta' Barich. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sommarju narrattiv tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Mohammed Naim huwa membru tal-‘Kunsill Gerdi Jangal’ tat-Taliban. Huwa l-Ex-viċi ta' Akhtar Mohammad Mansour Shah Mohammed, persuna prominenti fil-bord tat-tmexxija tat-Taliban. Mohammed Naim jikkontrolla bażi militari fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan.

16.   Nik Mohammad Dost Mohammad (magħruf ukoll bħala Nik Mohammad)

Titolu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Ministru tal-Kummerċ taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: appross. 1957. Post tat-twelid: Raħal ta' Zangi Abad, Distrett ta' Panjwai, Provinċja ta' Kandahar, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Imexxi kummissjoni li tirreġistra l-għedewwa tat-Taliban min-nofs l-2013, (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (c) Jappartjeni għat-tribù ta' Nurzai. Data tan-nomina min-NU:31.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sommarju narrattiv tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Nik Mohammad ġie inkluż fil-lista fil-31 ta' Jannar 2001 bħala Viċi Ministru tal-Kummerċ taħt ir-reġim Taliban, b'hekk jaqa' taħt id-dispożizzjonijiet tar-Riżoluzzjonijiet 1267 (1999) u 1333 (2000) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti rigward atti u attivitajiet tal-awtoritajiet Talibani.

17.   Matiullah

Titolu: Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Direttur tad-Dwana ta' Kabul taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: appross. 1973. Post tat-twelid: Distrett ta' Daman, Provinċja ta' Kandahar, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Jaħdem fir-reklutaġġ għall-moviment Taliban min-nofs l-2013, (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (c) Jappartjeni għat-tribù ta' Popalzai. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

18.   Allah Dad Matin (magħruf ukoll bħala (a) Allahdad, (b) Shahidwror, (c) Akhund)

Titolu: Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: (a) Ministru tal-Iżvilupp Urban taħt ir-reġim Taliban, (b) President tal-Bank Ċentrali (Da Afghanistan Bank) taħt ir-reġim Taliban, (c) Kap tal-Ariana Afghan Airlines taħt ir-reġim Taliban Data tat-twelid: (a) appross. 1953, (b) appross. 1960. Post tat-twelid: Raħal ta' Kadani, Distrett ta' Spin Boldak, Provinċja ta' Kandahar, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Tilef sieq fi splużjoni ta' mina, (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (c) Jappartjeni għat-tribù ta' Nurzai. Data tan-nomina min-NU:31.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sommarju narrattiv tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Allahdad, membru tat-tribù ta' Nurzay minn Spin Boldak, inħatar Ministru tal-Kostruzzjoni u d-Djar wara li kellu karigi oħra fiċ-ċivil taħt ir-reġim Taliban.

19.   Ubaidullah Akhund Yar Mohammed Akhund (magħruf ukoll bħala (a) Obaidullah Akhund, (b) Obaid Ullah Akhund)

Titolu: (a) Mullah, (b) Hadji, (c) Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Ministru tad-Difiża taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: (a) appross. 1968, (b) 1969. Post tat-twelid: (a) Raħal ta' Sangisar, Distrett ta' Panjwai, Provinċja ta' Kandahar, Afganistan, (b) Distrett ta' Arghandab, Provinċja ta' Kandahar, Afganistan, (c) Żona ta' Nalgham, Distrett ta' Zheray, Provinċja ta' Kandahar, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Kien wieħed mill-viċi ta' Mullah Mohammed Omar, (b) Kien membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban, inkarigat minn operazzjonijiet militari, (c) Arrestat fl-2007 u miżmum taħt kustodja fil-Pakistan, (d) Konfermat li miet f'Marzu 2010 u midfun fil-Karachi, Pakistan, (e) Rabta permezz ta' żwieġ ma' Saleh Mohammad Kakar Akhtar Muhammad, (f) Jappartjeni għat-tribù ta' Alokozai. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sommarju narrattiv tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Ubaidullah Akhund kien viċi ta' Mohammed Omar u membru tat-tmexxija tat-Taliban inkarigat minn operazzjonijiet militari.

20.   Fazl Mohammad Mazloom (magħruf ukoll bħala (a) Molah Fazl, (b) Fazel Mohammad Mazloom)

Titolu: Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Kap tal-Persunal tal-Armata tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn l-1963 u l-1968. Post tat-twelid: Uruzgan, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Indirizz: Il-ħabs tal-Bajja ta' Guantanamo. Informazzjoni oħra: Miżmum taħt kustodja fl-Istati Uniti tal-Amerika min-nofs l-2013. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sommarju narrattiv tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

 

Fazl Mohammed Mazloom kien assoċjat qrib ta' Mohammed Omar u għenu jistabbilixxi l-Gvern tat-Taliban. Mazloom kien fil-kamp ta' taħrig ta' Al-Farouq stabbilit minn Al-Qaida. Huwa kellu għarfien li t-Taliban ipprovda għajnuna lill-Moviment Iżlamiku tal-Uzbekistan fil-forma ta' appoġġ finanzjarju, armi u appoġġ loġistiku bi skambju għall-forniment ta' suldati lit-Taliban.

 

Huwa kien kmandant ta' madwar 3,000 suldat Taliban front-line fil-provinċja ta' Takhar, f'Ottubru 2001.

21.   Mohammad Ahmadi

Titolu: (a) Mullah, (b) Haji. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: (a) President tal-Bank Ċentrali (Da Afghanistan Bank) taħt ir-reġim Taliban, (b) Ministru tal-Finanzi taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: appross. 1963. Post tat-twelid: (a) Distrett ta' Daman, Provinċja ta' Kandahar, Afganistan, (b) Raħal ta' Pashmul, Distrett ta' Panjwai, Provinċja ta' Kandahar, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (b) Jappartjeni għat-tribù ta' Kakar, (c) Membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

22.   Abdul Jalil Haqqani Wali Mohammad (magħruf ukoll bħala (a) Abdul Jalil Akhund (b) Mullah Akhtar (c) Abdul Jalil Haqqani (d) Nazar Jan)

Titolu: (a) Maulavi, (b) Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Ministru għall-Affarijiet Barranin taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: appross. 1963. Post tat-twelid: (a) Raħal ta' Khwaja Malik, Distrett ta' Arghandaab, Provinċja ta' Kandahar, Afganistan, (b) Belt ta' Kandahar, Provinċja ta' Kandahar, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Numru tal-passaport: OR 1961825 (maħruġ taħt l-isem Mullah Akhtar, passaport maħruġ fl-4 ta' Frar 2003 mill-Konsulat Afgan fi Quetta, il-Pakistan, skada fit-2 ta' Frar 2006). Informazzjoni oħra: (a) Maħsub li jinsab fiż-żona tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (b) Membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban minn Mejju 2007, (c) Membru tal-Kummissjoni Finanzjarja tal-Kunsill tat-Taliban, (d) Responsabbli għal-loġistika għat-Taliban u attiv ukoll bħala negozjant fil-kapaċità personali tiegħu min-nofs l-2013, (e) Jappartjeni għat-tribù ta' Alizai, (f) Ħu Atiqullah Wali Mohammad. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

23.   Abdulhai Motmaen

Titolu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: (a) Direttur tad-Dipartiment tal-Informazzjoni u l-Kultura fil-Provinċja ta' Kandahar taħt ir-reġim Taliban, (b) Kelliem tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: appross. 1973. Post tat-twelid: (a) Raħal ta' Shinkalai, Distrett ta' Nad-e-Ali, Provinċja ta' Helmand, Afganistan; (b) Provinċja ta' Zabul, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Familja oriġinarjament minn Zabul, iżda stabbilixxew ruħhom f'Helmand, (b) Membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban u kelliem għal Mullah Mohammed Omar mill-2007, (c) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (d) Jappartjeni għat-tribù ta' Kharoti. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sommarju narrattiv tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Abdulhai Motmaen kien il-kelliem anzjan għat-Taliban u kien iwassal dikjarazzjonijiet Talibani ta' politika barranija. Huwa kien ukoll assoċjat qrib ta' Mohammed Omar.

24.   Mohammad Yaqoub

Titolu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Kap tal-Aġenzija tal-Informazzjoni Bakhtar (BIA) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: appross. 1966. Post tat-twelid: (a) Distrett ta' Shahjoi, Provinċja ta' Zabul, Afganistan (b) Distrett ta' Janda, Provinċja ta' Ghazni, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tal-Kummissjoni Kulturali tat-Taliban, (b) Imexxi "front" tat-Taliban u jikkoordina l-attivitajiet militari kollha tal-forzi tat-Taliban fid-Distrett ta' Maiwand, Provinċja ta' Kandahar, Afganistan min-nofs l-2013, (c) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (d) Jappartjeni għat-tribù ta' Kharoti (Taraki). Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sommarju narrattiv tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Mill-2009, Mohammad Yaqoub kien membru prinċipali Taliban fid-distrett ta' Yousef Khel fil-provinċja ta' Paktika.

25.   Abdul Razaq Akhund Lala Akhund

Titolu: Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: (a) Ministru tal-Affarijiet Interni taħt ir-reġim Taliban, (b) Kap tal-pulizija ta' Kabul taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: appross. 1958. Post tat-twelid: Distrett ta’ Spin Boldak, Provinċja ta’ Kandahar, Afganistan, fl-inħawi fil-fruntiera mad-Distrett ta' Chaman, Quetta, il-Pakistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban f'Ġunju 2008, (b) Viċi ta' Mullah Mohammed Omar f'Marzu 2010, (c) Membru tal-Kummissjoni ta' Superviżjoni tat-Taliban min-nofs l-2013, (d) Involut fit-traffikar ta' drogi, (e) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan (f) Jappartjeni għat-tribù ta' Achekzai. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

26.   Sayed Mohammad Azim Agha (magħruf ukoll bħala (a) Sayed Mohammad Azim Agha, (b) Agha Saheb)

Titolu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Direttur tad-Dipartiment tal-Passaporti u l-Viżi fil-Ministeru tal-Intern taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: (a) appross. 1966; (b) appross. 1969. Post tat-twelid: Distrett ta' Panjwai, Provinċja ta' Kandahar, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Imexxi l-"front" tat-Taliban (mahaz) u jservi bħala membru tal-kummissjoni militari tat-Taliban min-nofs l-2013, (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sommarju narrattiv tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Il-kariga ta' Sayed Mohammad Azim Agha bħala impjegat mad-Dipartiment tal-Passaporti u l-Viżi saret taħt il-Ministeru tal-Intern tar-reġim Taliban.

27.   Mohammad Abbas Akhund

Titolu: Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: (a) Ministru tal-Ippjanar taħt ir-reġim Taliban, (b) Ministru tal-Edukazzjoni Għolja taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: appross. 1963. Post tat-twelid: Distrett ta' Khas Uruzgan, Provinċja ta' Uruzgan, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban inkarigat mill-Kumitat Mediku minn Jannar 2011, (b) Għandu superviżjoni diretta fuq tliet ċentri mediċi li jieħdu ħsieb il-ġellieda midruba tat-Taliban min-nofs l-2013, (c) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (d) Jappartjeni għat-tribù ta' Barakzai. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

28.   Mohammadullah Mati (magħruf ukoll bħala Mawlawi Nanai)

Titolu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: appross. 1961. Post tat-twelid: Distrett ta' Arghandab, Provinċja ta' Kandahar, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Tilef riġel fis-snin 80, (b) Kap interim tal-Kunsill Suprem tat-Taliban minn Frar sa April 2010, (c) Inkarigat mill-attivitajiet ta' reklutaġġ sa min-nofs l-2013, (d) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (e) Jappartjeni għat-tribù ta' Isakzai. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sommarju narrattiv tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Mohammadullah Mati kien ukoll Ministru tal-Komunikazzjoni tar-reġim Taliban taħt l-isem ‘Ahmadullah Mutie’.

29.   Atiqullah Wali Mohammad (magħruf ukoll bħala Atiqullah)

Titolu: (a) Haji, (b) Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: (a) Direttur tar-Relazzjonijiet Barranin, Provinċja ta' Kandahar taħt ir-reġim Taliban, (b) Direttur ta' Xogħlijiet Pubbliċi, Provinċja ta' Kandahar taħt ir-reġim Taliban, (c) l-Ewwel Viċi Ministru tal-Agrikoltura taħt ir-reġim Taliban, (d) Viċi Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: appross. 1962. Post tat-twelid: (a) Distrett ta' Tirin Kot, Provinċja ta' Uruzgan, Afganistan, (b) Raħal ta' Khwaja Malik, Distrett ta' Arghandab, Provinċja ta' Kandahar, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Oriġinarjament minn Uruzgan, iżda stabbilixxa ruħu u aktar tard għex f'Kandahar, (b) Kien membru tal-Kummissjoni Politika tal-Kunsill Suprem tat-Taliban fl-2010, (c) L-ebda rwol speċifiku fil-moviment tat-Taliban, attiv bħala negozjant fil-kapaċità personali tiegħu min-nofs l-2013, (d) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (e) Jappartjeni għat-tribù ta' Alizai, (f) Ħu Abdul Jalil Haqqani Wali Mohammad. Data tan-nomina min-NU:31.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sommarju narrattiv tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Wara li Kabul inqabdet mit-Taliban fl-1996, Atiqullah inħatar għal pożizzjoni f'Kandahar. Fl-1999 jew l-2000, huwa nħatar l-ewwel Viċi Ministru tal-Agrikoltura, imbagħad Viċi Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi fir-reġim Taliban. Wara l-waqgħa tar-reġim Taliban, Atiqullah sar uffiċjal tal-operazzjonijiet Talibani fin-nofsinhar tal-Afganistan. Fl-2008, huwa sar viċi tal-Gvernatur Taliban tal-provinċja ta' Helmand, l-Afganistan.

30.   Mohammad Wali Mohammad Ewaz (magħruf ukoll bħala Mohammad Wali)

Titolu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Ministru tal-Ministeru tal-Prevenzjoni tal-Vizzji u l-Propagazzjoni tal-Virtù taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: appross. 1965. Post tat-twelid: (a) Raħal ta' Jelawur, Distrett ta' Arghandab, Provinċja ta' Kandahar, Afganistan, (b) Raħal ta' Siyachoy, Distrett ta' Panjwai, Provinċja ta' Kandahar, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Allegatament miet f'Diċembru 2006 u midfun fid-Distrett ta' Panjwai, Provinċja ta' Kandahar, Afganistan, (b) Jappartjeni għat-tribù ta' Ghilzai. Data tan-nomina min-NU:31.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sommarju narrattiv tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Fil-pożizzjoni tiegħu fil-Ministeru tal-Prevenzjoni tal-Vizzji u l-Propagazzjoni tal-Virtù taħt ir-reġim Taliban, Mohammad Wali ta' spiss uża t-tortura u mezzi oħra għall-intimidazzjoni tal-popolazzjoni. Mohammad Wali għadu attiv fil-qasam Taliban fil-provinċja ta' Kandahar, Afganistan, wara l-waqgħa tar-reġim Taliban.

31.   Saduddin Sayyed (magħruf ukoll bħala (a) Sadudin Sayed, (b) Sadruddin)

Titolu: (a) Maulavi, (b) Alhaj, (c) Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: (a) Viċi Ministru tal-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali taħt ir-reġim Taliban, (b) Sindku tal-Belt ta' Kabul taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: appross. 1968. Post tat-twelid: (a) Distrett ta' Chaman, Pakistan; (b) Distrett ta' Spin Boldak, Provinċja ta' Kandahar, Afganistan. Informazzjoni oħra: (a) Konsulent għall-Kunsill Suprem tat-Taliban min-nofs l-2013, (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (c) Jappartjeni għat-tribù ta' Barakzai. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sommarju narrattiv tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Saduddin Sayyed serva wkoll bħala Viċi Ministru tal-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali tar-reġim Taliban. Il-lista ġiet aġġornata fit-8 ta' Marzu 2001 biex tirrifletti dan.

32.   Nurullah Nuri (magħruf ukoll bħala Norullah Noori)

Titolu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: (a) Gvernatur tal-Provinċja ta' Balkh (l-Afganistan) taħt ir-reġim Taliban, (b) Kap taż-Żona tat-Tramuntana taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: (a) appross. 1958, (b)1 ta' Jannar 1967. Post tat-twelid: Distrett ta' Shahjoe, Provinċja ta' Zabul, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Indirizz: Il-Ħabs tal-Bajja ta' Guantanamo. Informazzjoni oħra: (a) Miżmum taħt kustodja mill-Istati Uniti tal-Amerika min-nofs l-2013, (b) Jappartjeni għat-tribù ta' Tokhi. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

33.   Janan Agha (magħruf ukoll bħala Abdullah Jan Agha)

Titolu: Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Gvernatur tal-Provinċja ta' Faryab (l-Afganistan) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: (a) appross. 1958, (b) appross. 1953. Post tat-twelid: Belt ta' Tirin Kot, Provinċja ta' Uruzgan, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban u konsulent għal Mullah Mohammed Omar f'Ġunju 2010, (b) Imexxi "front" tat-Taliban (mahaz) min-nofs l-2013, (c) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (d) Jappartjeni għall-grupp etniku tas-Sadat. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

34.   Dost Mohammad (magħruf ukoll bħala Doost Mohammad)

Titolu: (a) Mullah, (b) Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Gvernatur tal-Provinċja ta’ Ghazni taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn l-1968 u l-1973. Post tat-twelid: (a) Raħal ta' Nawi Deh, Distrett ta' Daman, Provinċja ta' Kandahar, Afganistan, (b) Raħal ta' Marghankecha, Distrett ta' Daman, Provinċja ta' Kandahar, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Assoċjat ma' Mullah Jalil Haqqani, (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (c) Jappartjeni għat-tribù ta' Popalzai. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sommarju narrattiv tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

 

Dost Mohammad inħatar ukoll mit-tmexxija Talibana biex ikun responsabbli għall-operazzjonijiet militari f'Angora, fil-provinċja ta' Nuristan fl-Afganistan.

 

F'Marzu 2010, Dost Mohammad kien shadow gvernatur Taliban tal-provinċja ta' Nuristan u l-mexxej ta' madrassa li minnha kien jirrekluta ġellieda.

35.   Khairullah Khairkhwah (magħruf ukoll bħala (a) Mullah Khairullah Khairkhwah (b) Khirullah Said Wali Khairkhwa)

Titolu: (a) Maulavi (b) Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: (a) Gvernatur tal-Provinċja ta' Herat (Afganistan) taħt ir-reġim Taliban, (b) Kelliem tar-reġim Taliban, (c) Gvernatur tal-Provinċja ta' Kabul taħt ir-reġim Taliban, (d) Ministru tal-Affarijiet Interni taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: (a) appross. 1963 (b)1 ta' Jannar 1967 (taħt l-isem Khirullah Said Wali Khairkhwa). Post tat-twelid: (a) Raħal ta' Poti, Distrett ta' Arghistan, Provinċja ta' Kandahar, Afganistan, (b) Kandahar Ċittadinanza: Afgana. Indirizz: Il-Ħabs tal-Bajja ta' Guantanamo. Informazzjoni oħra: (a) Miżmum taħt kustodja mill-Istati Uniti tal-Amerika min-nofs l-2013, (b) Jappartjeni għat-tribù ta' Popalzai. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

36.   Mohammad Hasan Rahmani (magħruf ukoll bħala Gud Mullah Mohammad Hassan)

Titolu: Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Gvernatur tal-Provinċja ta' Kandahar (Afganistan) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: appross. 1963. Post tat-twelid: (a) Distrett ta' Deh Rawud, Provinċja ta' Uruzgan, Afganistan (b) Distrett ta' Chora, Provinċja ta' Uruzgan, Afganistan, (c) Distrett ta' Charchino, Provinċja ta' Uruzgan, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Għandu riġlu l-leminija prostetika, (b) Membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban min-nofs l-2013, u aġixxa bħala viċi ta' Mullah Mohammed Omar f'Marzu 2010, (c) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan (d) Jappartjeni għat-tribù ta' Achekzai. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

37.   Mohammad Shafiq Mohammadi

Titolu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: (a) Gvernatur tal-Provinċja ta' Khost (Afganistan) taħt ir-reġim Taliban, (b) Gvernatur Ġenerali tal-Provinċji ta' Paktia, Paktika, Khost u Ghazni taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: appross. 1948. Post tat-twelid: Distrett ta' Tirin Kot, Provinċja ta' Uruzgan, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Iwettaq superviżjoni fuq żewġ ċentri militari tat-taħriġ tat-Taliban min-nofs l-2013, (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (c) Jappartjeni għat-tribù ta' Hottak. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

38.   Mohammad Shafiqullah Ahmadi Fatih Khan (magħruf ukoll bħala (a) Mohammad Shafiq Ahmadi, (b) Mullah Shafiqullah)

Titolu: Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Gvernatur tal-Provinċja ta’ Samangan taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: 1956-1957. Post tat-twelid: (a) Raħal ta' Charmistan, Distrett ta' Tirin Kot, Provinċja ta' Uruzgan, Afganistan, (b) Raħal ta' Marghi, Distrett ta' Nawa, Provinċja ta' Ghazni, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Oriġinarjament mill-Provinċja ta' Ghazni, iżda aktar tard għex f'Uruzgan, (b) Shadow governor tat-Taliban għall-Provinċja ta’ Paktika minn tmiem l-2012. (c) Allegatament maqtul f'attakk mill-ajru fid-Distrett ta' Shahjoy, Provinċja ta' Zabul fil-bidu tal-2013, (d) Jappartjeni għat-tribù ta' Hotak. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

39.   Gul Agha Ishakzai (magħruf ukoll bħala (a) Mullah Gul Agha (b) Mullah Gul Agha Akhund (c) Hidayatullah (d) Haji Hidayatullah (e) Hayadatullah)

Indirizz: Pakistan. Data tat-twelid: appross. 1972. Post tat-twelid: Band-e-Temur, Distrett ta' Maiwand, Provinċja ta' Kandahar, Afganistan. Informazzjoni oħra: (a) Membru ta' Kunsill tat-Taliban li jikkoordina l-ġbir ta' zakat (taxxa Iżlamika) mill-Provinċja ta' Baluchistan, il-Pakistan, (b) Kap tal-Kummissjoni Finanzjarja tat-Taliban min-nofs l-2013, (c) Assoċjat ma' Mullah Mohammed Omar, (d) Kien l-uffiċjal finanzjarju prinċipali ta' Omar u wieħed mill-konsulenti l-aktar qrib tiegħu, (e) Jappartjeni għat-tribù ta' Ishaqzai. Data tan-nomina min-NU:20.7.2010.

Informazzjoni addizzjonali mis-sommarju narrattiv tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

 

Gul Agha Ishakzai huwa l-kap tal-kummissjoni finanzjarja tat-Taliban u jagħmel parti minn kunsill Taliban maħluq reċentement li jikkoordina l-ġbir ta' zakat (taxxa Iżlamika) mill-Provinċja ta' Baluchistan, il-Pakistan. Huwa ġabar ukoll flus għal attakki suwiċida f'Kandahar, l-Afganistan, u kien involut fil-ħruġ ta' fondi għall-ġellieda Talibani u l-familji tagħhom.

 

Gul Agha Ishakzai, ħabib tat-tfulija tal-mexxej tat-Taliban Mullah Mohammed Omar, kien l-uffiċjal finanzjarju prinċipali ta' Omar u wieħed mill-konsulenti l-aktar qrib tiegħu. Kien hemm żmien meta ħadd ma kellu l-permess jiltaqa' ma' Mullah Omar mingħajr l-approvazzjoni tiegħu. Huwa għex fil-palazz presidenzjali ma' Omar matul ir-reġim Taliban.

 

F'Diċembru 2005, Gul Agha Ishakzai ffaċilita l-moviment ta' persuni u merkanżija lejn il-kampijiet ta' taħriġ Talibani; lejn tmiem l-2006 huwa vvjaġġa barra mill-pajjiż biex jikseb partijiet ta' armi.

40.   Abdul Habib Alizai (magħruf ukoll bħala (a) Haji Agha Jan Alizai (b) Hajji Agha Jan (c) Agha Jan Alazai (d) Haji Loi Lala (e) Loi Agha (f) Abdul Habib (g) Agha Jan Alizai)

Titolu: Haji. Data tat-twelid: (a)15.10.1963, (b)14.2.1973, (c) 1967, (d) appross. 1957. Post tat-twelid: (a) Raħal ta' Yatimchai, Distrett ta' Musa Qala, Provinċja ta' Helmand, Afganistan; (b) Provinċja ta' Kandahar, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Mexxa netwerk ta' traffikar tad-droga fil-Provinċja ta' Helmand, Afganistan, (b) Ivvjaġġa regolarment lejn il-Pakistan. Data tan-nomina min-NU:4.11.2010.

Informazzjoni addizzjonali mis-sommarju narrattiv tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

 

Agha Jan Alizai mexxa wieħed mill-ikbar netwerks ta' traffikar tad-drogi f'Helmand, l-Afganistan, u pprovda fondi lit-Taliban bi skambju għall-protezzjoni tal-attivitajiet tiegħu ta' traffikar tan-narkotiċi. Fl-2008, grupp ta' traffikanti tan-narkotiċi, inkluż Alizai, qablu li titħallas it-taxxa Talibana fuq l-art fejn kien jinżera' l-peprin xaħxieħi bi skambju għall-qbil Taliban li jiġi organizzat it-trasport għal materjali narkotiċi.

 

It-Taliban qabel ukoll li jipprovdi sigurtà għat-traffikanti tan-narkotiċi u tas-siti ta' ħżin tagħhom, filwaqt li t-traffikanti jipprovdu kenn u trasport lill-ġellieda Talibani. Alizai kien ukoll involut fix-xiri ta' armi għat-Taliban u vvjaġġa regolarment regolarment lejn il-Pakistan biex jiltaqa' ma' mexxejja anzjani Talibani. Alizai ffaċilita wkoll l-akkwist ta' passaporti qarrieqa Iranjani minn membri Talibani sabiex dawn jivvjaġġaw lejn l-Iran għal taħriġ. Fl-2009, Alizai pprovda passaport u fondi lil kmandant Taliban biex jivvjaġġa lejn l-Iran.

41.   Saleh Mohammad Kakar Akhtar Muhammad (magħruf ukoll bħala Saleh Mohammad)

Data tat-twelid: (a) appross. 1962, (b) 1961. Post tat-twelid: (a) Raħal ta' Nalghan, Distrett ta' Panjwai, Provinċja ta' Kandahar, Afganistan, (b) Raħal ta' Sangesar, Distrett ta' Panjway, Provinċja ta' Kandahar, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Mexxa netwerk organizzat ta' kuntrabandu fil-provinċji ta' Kandahar u Helmand, Afganistan, (b) Qabel ħaddem laboratorji ta' pproċessar tal-eroina f'Band-e-Temur, Provinċja ta' Kandahar, Afganistan, (c) Kien propjetarju ta' negozju tal-karozzi f'Mirwais Mena, fid-Distrett ta' Dand fil-Provinċja ta' Kandahar, Afganistan, (d) Arrestat fl-2008-2009 u nżamm taħt kustodja fl-Afganistan fl-2011, (e) Konness biż-żwieġ ma' Mullah Ubaidullah Akhund Yar Mohammad Akhund (f) Jappartjeni għat-tribù ta' Kakar. Data tan-nomina min-NU:4.11.2010.

Informazzjoni addizzjonali mis-sommarju narrattiv tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

 

Saleh Mohammad Kakar huwa traffikant tan-narkotiċi li mexxa netwerk organizzat ta' kuntrabandu fil-Provinċji ta' Kandahar u Helmand, Afganistan, li kien jissodisfa l-bżonnijiet loġistiċi u finanzjarji tat-Taliban. Qabel ma ġie arrestat mill-awtoritajiet Afgani, Saleh Mohammad Kakar ħaddem laboratorji ta' pproċessar ta' eroina fiż-żona ta' Band-e-Temur tal-Provinċja ta' Kandahar, li kienu protetti mit-Taliban.

 

Kakar kien f'kuntatt ma' mexxejja Talibani anzjani, ġabar flus kontanti f'isimhom mit-traffikanti tan-narkotiċi u amministra u ħeba flus li kienu jappartjenu lil mexxejja Talibani anzjani. Huwa kien ukoll responsabbli biex jiffaċilita l-ħlasijiet tat-taxxa lit-Taliban f'isem it-traffikanti tan-narkotiċi. Kakar kien propjetarju ta' negozju tal-karozzi f'Kandahar u pprovda lit-Taliban b'vetturi biex jintużaw f'attakki suwiċida.


Rettifika

15.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 76/56


Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta’ Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji barranin mal-Unjoni Ewropea (“Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Barranija”)

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 344 tad-19 ta’ Diċembru 2013 )

Paġna 1, it-titolu tad-Deċiżjoni:

flok:

“Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta’ Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji barranin mal-Unjoni Ewropea (‘Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Barranija’)”,

aqra:

“Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta’ Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea (‘Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Extra-Ewropea’)”;

Paġna 1, premessa (2):

flok:

“… li tirrevedi d-Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Barranija qabel Lulju tal-2012. …”,

aqra:

“… li tirrevedi d-Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Extra-Ewropea qabel Lulju tal-2012. …”;

Paġna 15, Artikolu 47(4)(a), iż-żewġ inċiżi:

flok:

“—

l-Artikolu 40 rigward l-esportazzjonijiet ta’ skart lejn pajjiżi u territorji barranin;

l-Artikolu 46 rigward l-importazzjonijiet ta’ skart minn pajjiżi u territorji barranin;”.

aqra:

“—

l-Artikolu 40 rigward l-esportazzjonijiet ta’ skart lejn pajjiżi u territorji extra-Ewropej;

l-Artikolu 46 rigward l-importazzjonijiet ta’ skart minn pajjiżi u territorji extra-Ewropej;”;

Paġna 24, Artikolu 84(6):

flok:

“6.   L-awtoritajiet tal-PTEE u l-Kummissjoni għandhom ikunu responsabbli b’mod konġunt mill-approvazzjoni tad-dokument ta’ pprogrammar. Il-Kummissjoni għandha tapprova d-dokument ta’ pprogrammar skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 86.”

aqra:

“6.   L-awtoritajiet tal-PTEE u l-Kummissjoni għandhom ikunu responsabbli b’mod konġunt mill-approvazzjoni tad-dokument ta’ pprogrammar. Il-Kummissjoni għandha tapprova d-dokument ta’ pprogrammar skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 87.”;

Anness II, paġna 32, Artikolu 1(1)(c):

flok:

“EUR 8,5 miljun għal studji jew assistenza teknika skont l-Artikolu 80 ta’ din id-Deċiżjoni, u evalwazzjoni globali tad-Deċiżjoni li trid issir sa mhux aktar tard minn erba’ snin qabel ma tiskadi.”,

aqra:

“EUR 8,5 miljun għal studji jew assistenza teknika skont l-Artikolu 81 ta’ din id-Deċiżjoni, u għal evalwazzjoni globali tad-Deċiżjoni li trid issir sa mhux aktar tard minn erba’ snin qabel ma tiskadi.”;

Anness VI, paġna 64, Appendiċi II, Intestatura tas-Sistema Armonizzata ex 0307, Deskrizzjoni tal-prodott:

flok:

“Molluski, kemm jekk fil-qoxra jew le, imnixxfa, immelħa jew fis-salmura; invertebrati akkwatiċi oħrajn minbarra krustaċji u molluski, imnixxfa, immelħa jew fis-salmura; dqiq, pasta u pritkuni ta’ Krustaċji, tajbin għall-konsum tal-bniedem”,

aqra:

“Molluski, kemm jekk fil-qoxra jew le, imnixxfa, immelħa jew fis-salmura; invertebrati akkwatiċi oħrajn minbarra krustaċji u molluski, imnixxfa, immelħa jew fis-salmura; dqiq, pasta u pritkuni ta’ invertebrati akkwatiċi minbarra krustaċji, tajbin għall-konsum tal-bniedem”.