|
ISSN 1977-074X doi:10.3000/1977074X.L_2014.074.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 74 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 57 |
|
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
14.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 74/1 |
REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 240/2014
tas-7 ta’ Jannar 2014
dwar il-kodiċi tal-kondotta Ewropea dwar sħubija fil-qafas ta’ Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-għan ta’ dan ir-Regolament huwa li jipprovdi għal kodiċi ta’ kondotta Ewropea sabiex jappoġġa u jiffaċilita lill-Istati Membri fl-organizzazzjoni tas-sħubiji ta’ Ftehimiet ta’ Sħubija u l-programmi appoġġati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond Soċjali Ewropew (FSE), il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u l-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd (FEMS). Dawn il-fondi issa qed joperaw f’qafas komuni u huma msejħa bħala “Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej” (minn hawn ‘il quddiem “il-fondi SIE”). |
|
(2) |
Il-ħidma fi sħubija huwa prinċipju li ilu stabbilit fl-implimentazzjoni tal-fondi SIE. Is-sħubija timplika kooperazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet pubbliċi, l-imsieħba ekonomiċi u soċjali u korpi li jirrappreżentaw lis-soċjetà ċivili fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali kollha li jikkonsisti f’ċiklu tal-programm fil-preparazzjoni, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni. |
|
(3) |
L-imsieħba magħżula għandhom ikunu l-aktar rappreżentattivi tal-partijiet interessati rilevanti. Il-proċeduri tal-għażla għandhom ikunu trasparenti u jqisu l-oqfsa istituzzjonali u legali differenti tal-Istati Membri u l-kompetenzi nazzjonali u reġjonali tagħhom. |
|
(4) |
L-imsieħba għandhom jinkludu awtoritajiet pubbliċi, imsieħba ekonomiċi u soċjali u korpi li jirrappreżentaw lis-soċjetà ċivili, inklużi l-imsieħba ambjentali, organizzazzjonijiet volontarji u bbażati fil-Komunità, li jistgħu jinfluwenza b’mod sinifikanti jew ikunu affettwati b’mod sinifikanti mill-implimentazzjoni tal-Ftehim u l-programmi ta’ Sħubija. Għandha tingħata attenzjoni speċifika biex jiġu inklużi gruppi li jistgħu jiġu affettwati minn programmi li iżda jsibuha diffiċli li jinfluwenzawhom, b’mod partikolari l-komunitajiet l-aktar vulnerabbli u marġinalizzati, li huma bl-ogħla riskju ta’ diskriminazzjoni jew ta’ esklużjoni soċjali, b’mod partikolari l-persuni b’diżabbiltà, il-migranti u l-persuni Roma. |
|
(5) |
Għall-għażla tal-imsieħba, huwa meħtieġ li jittieħed kont tad-differenzi bejn Ftehimiet ta’ programmi ta’ Sħubija. Il-Ftehimiet ta’ Sħubija jkopru l-fondi SIE kollha li jipprovdu appoġġ għal kull Stat Membru, filwaqt li l-programmi jirreferu biss għall-fondi SIE li jikkontribwixxu għalihom. L-imsieħba ta’ Ftehimiet ta’ Sħubija għandhom ikunu dawk rilevanti minħabba l-użu ppjanat tal-fondi kollha SIE kollha, filwaqt li għal programmi huwa biżżejjed li l-imsieħba huma dawk rilevanti minħabba l-użu ppjanat tal-Fondi SIE li jikkontribwixxu għall-programm. |
|
(6) |
L-imsieħba għandhom ikunu involuti fit-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ Ftehimiet u programmi ta’ Sħubija. Għal dan l-iskop, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti prinċipji u prattiċi tajbin ewlenin li jikkonċernaw konsultazzjoni f’waqtha, sinifikanti u trasparenti tal-imsieħba dwar l-analiżi ta’ sfidi u ħtiġijiet li jridu jiġu trattati, l-għażla ta’ objettivi u prijoritajiet li jridu jiġu indirizzati, u l-istrutturi ta’ koordinament u ftehimiet ta’ governanza f’diversi livelli li huma neċessarji għat-twettiq effettiv tal-politika. |
|
(7) |
L-imsieħba għandhom ikunu rappreżentati fil-kumitati ta’ monitoraġġ tal-programmi. Ir-regoli li jmexxu s-sħubija u l-proċeduri tal-kumitat għandhom jippromwovu l-kontinwità u s-sjieda ta’ programmar u implimentazzjoni, l-arranġamenti ta’ ħidma li huma ċari u trasparenti, kif ukoll il-prontezza u n-nuqqas ta’ diskriminazzjoni. |
|
(8) |
Permezz tal-parteċipazzjoni attiva tagħhom fil-kumitati ta’ monitoraġġ, l-imsieħba għandhom ikunu involuti fl-evalwazzjoni ta’ prestazzjoni fuq il-prijoritajiet differenti, ir-rapporti rilevanti dwar il-programmi u, fejn xieraq, is-sejħiet għal proposti. |
|
(9) |
Sħubija effettiva għandha tkun iffaċilitata billi tingħata għajnuna lill-imsieħba rilevanti sabiex isaħħu l-kapaċità istituzzjonali tagħhom fid-dawl tat-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-programmi. |
|
(10) |
Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-iskambju ta’ prattika tajba, it-tisħiħ tal-kapaċità istituzzjonali u t-tixrid ta’ riżultati rilevanti fost l-Istati Membri, l-awtoritajiet maniġerjali u r-rappreżentanti tal-imsieħba permezz tat-twaqqif ta’ Komunità ta’ Prattika dwar is-Sħubija li tkopri l-fondi kollha SIE. |
|
(11) |
Ir-rwol tal-imsieħba fl-implimentazzjoni tal-Fehimiet ta’ Sħubija u l-prestazzjoni u l-effettività tal-partenarjat fil-perjodu ta’ programmar għandhom ikunu soġġetti għal valutazzjoni mill-Istati Membri. |
|
(12) |
Sabiex tappoġġa u tiffaċilita lill-Istati Membri fl-organizzazzjoni ta’ sħubija, il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli eżempji tal-aħjar prattiċi eżistenti fl-Istati Membri, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Kodiċi tal-Kondotta Ewropea dwar is-sħubija għall-Ftehimiet u programmi ta’ Sħubija appoġġati mill-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej.
KAPITOLU II
IL-PRINĊIPJI ĠENERALI DWAR PROĊEDURI TRASPARENTI GĦALL-IDENTIFIKAZZJONI TA’ MSIEĦBA RILEVANTI
Artikolu 2
Ir-rappreżentattività tal-imsieħba
l-Istati Membri jiżguraw li l-imsieħba msemmija fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 ikunu l-aktar rappreżentattivi tal-partijiet interessati rilevanti u jkunu nominati bħala rappreżentanti maħtura kif xieraq, billi jitqiesu l-kompetenza, il-kapaċità tagħhom li jieħdu sehem b’mod attiv u l-livell xieraq ta’ rappreżentanza.
Artikolu 3
L-identifikazzjoni tal-imsieħba rilevanti għall-Ftehim ta’ Sħubija
1. Għall-Ftehim ta’ Sħubija, l-Istati Membri jidentifikaw l-imsieħba rilevanti fost mill-inqas dan li ġej:
|
(a) |
l-awtoritajiet kompetenti reġjonali, lokali, urbani u awtoritajiet pubbliċi oħra, inklużi:
|
|
(b) |
l-imsieħba ekonomiċi u soċjali, inklużi:
|
|
(c) |
korpi li jirrappreżentaw lis-soċjetà ċivili, bħall-imsieħba ambjentali, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi, u l-korpi responsabbli għall-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, l-ugwaljanza bejn is-sessi u n-nuqqas ta’ diskriminazzjoni, inkluż:
|
2. Fejn l-awtoritajiet pubbliċi, sħab ekonomiċi u soċjali, u korpi li jirrappreżentaw lis-soċjetà ċivili stabbilixxew organizzazzjoni li tiġbor flimkien l-interessi tagħhom biex jiffaċilitaw l-involviment tagħhom fis-sħubija (l-organizzazzjoni ċentrali), huma jistgħu jinnominaw rappreżentant wieħed biex jippreżenta l-opinjonijiet tal-organizzazzjoni ċentrali fis-sħubija.
Artikolu 4
Identifikazzjoni ta’ msieħba rilevanti għal programmi
1. Għal kull programm, l-Istati Membri jidentifikaw l-imsieħba rilevanti fost mill-inqas dawn li ġejjin:
|
(a) |
l-awtoritajiet kompetenti reġjonali, lokali, urbani u awtoritajiet pubbliċi oħra, inklużi:
|
|
(b) |
l-imsieħba ekonomiċi u soċjali, inklużi:
|
|
(c) |
korpi li jirrappreżentaw lis-soċjetà ċivili, bħall-imsieħba ambjentali, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi, u l-korpi responsabbli għall-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, l-ugwaljanza bejn is-sessi u n-nuqqas ta’ diskriminazzjoni, inklużi:
|
2. Fir-rigward ta’ programmi ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropej, l-Istati Membri jistgħu jinvolvu fis-sħubija:
|
(i) |
raggruppamenti Ewropej ta’ kooperazzjoni territorjali li joperaw fiż-żona tal-programm transfruntiera jew transnazzjonali rispettiva tagħhom; |
|
(ii) |
awtoritajiet jew korpi li huma involuti fl-iżvilupp jew l-implimentazzjoni ta’ strateġija makroreġjonali jew tal-baċini tal-baħar fiż-żona tal-programm, inklużi koordinaturi tal-qasam ta’ prijorità għal strateġiji makroreġjonali. |
3. Fejn l-awtoritajiet pubbliċi, sħab ekonomiċi u soċjali, u korpi li jirrappreżentaw lis-soċjetà ċivili stabbilixxew organizzazzjoni ċentrali, huma jistgħu jinnominaw rappreżentant wieħed li jippreżenta l-opinjonijiet ta’ organizzazzjoni ċentrali fis-sħubija.
KAPITOLU III
PRINĊIPJI ĠENERALI U PRATTIĊI TAJBA LI JIKKONĊERNAW L-INVOLIMENT TA’ IMSIEĦBA RILEVANTI FIL-PREPARAZZJONI TAL-FTEHIM U TAL-PROGRAMMI TA’ SĦUBIJA
Artikolu 5
Konsultazzjoni ta’ imsieħba rilevanti fil-preparazzjoni tal-Ftehim u tal-programmi ta’ Sħubija
1. Sabiex jiżguraw it-trasparenza u l-involviment effettiv ta’ msieħba rilevanti, l-Istati Membri u l-awtoritajiet maniġerjali jikkonsultawhom dwar il-proċess u l-iskeda tal-preparazzjoni tal-Ftehim u l-programmi ta’ Sħubija. Meta jagħmlu dan, huma jinżammu infurmati b’mod sħiħ dwar il-kontenut tagħhom u kwalunkwe tibdil fid-dazji.
2. Fir-rigward tal-konsultazzjoni tal-imsieħba rilevanti, l-Istati Membri jqisu l-ħtieġa għal:
|
(a) |
żvelar f’waqtu u aċċess faċli għal informazzjoni rilevanti; |
|
(b) |
żmien biżżejjed għall-imsieħba biex janalizzaw u jikkummentaw dwar dokumenti preparatorji prinċipali u dwar l-abbozz ta’ Ftehim ta’ Sħubija u l-abbozzi tal-programmi; |
|
(c) |
mezzi disponibbli li permezz tagħhom l-imsieħba jistgħu jistaqsu mistoqsijiet, jistgħu jipprovdu kontribuzzjonijiet u jkunu informati dwar il-mod li bih il-proposti tagħhom tqiesu; |
|
(d) |
it-tixrid tal-eżitu tal-konsultazzjoni. |
3. Fir-rigward tal-programmi ta’ żvilupp rurali, l-Istati Membri jieħdu kont tar-rwol li n-netwerks rurali nazzjonali stabbiliti skont l-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) ikun jistgħu jaqdu u jinvolvu msieħba rilevanti.
4. Fejn ġie stabbilit ftehim formali bejn il-livelli differenti ta’ gvernanza f’livell nazzjonali, l-Istat Membru jqis dawn ftehimiet ta’ governanza f’diversi livelli skont il-qafas istituzzjonali u legali tiegħu.
Artikolu 6
Preparazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija
L-Istati Membri jinvolvu l-imsieħba rilevanti, skont tal-qafas istituzzjonali u legali tagħhom, fil-preparazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija, u b’mod partikolari dwar:
|
(a) |
l-analiżi tad-differenzi, il-ħtiġijiet tal-iżvilupp u l-potenzjal ta' tkabbir b’referenza għall-għanijiet tematiċi, inklużi dawk indirizzati minn rakkomandazzjonijiet rilevanti speċifiċi għal pajjiżi partikolari; |
|
(b) |
sommarji ta’ kundizzjonalitajiet ex ante tal-programmi u s-sejbiet ewlenin ta’ kwalunkwe evalwazzjonijiet ex ante tal-Ftehim ta’ Sħubija li jsiru b’inizjattiva ta’ Stat Membru; |
|
(c) |
l-għażla tal-objettivi tematiċi, l-allokazzjonijiet indikattivi tal-fondi SIE u r-riżultati mistennija ewlenin; |
|
(d) |
il-lista ta’ programmi u l-mekkaniżmi f’livell nazzjonali u reġjonali li jiżguraw il-koordinazzjoni tal-Fondi SIE ma’ xulxin u ma’ strumenti oħra tal-Unjoni u ta’ finanzjament nazzjonali u mal-Bank Ewropew għall-Investiment; |
|
(e) |
l-arranġamenti biex jiġi żgurat approċċ integrat għall-użu tal-Fondi SIE għall-iżvilupp territorjali ta’ żoni urbani, rurali, kostali u tas-sajd u żoni b’karatteristiċi territorjali partikolari; |
|
(f) |
l-arranġamenti biex jiġi żgurat approċċ integrat għall-indirizzar tal-ħtiġijiet speċifiċi ta’ żoni ġeografiċi l-aktar milquta mill-faqar jew ta’ gruppi fil-mira bl-ogħla riskju ta’ diskriminazzjoni jew esklużjoni, b’kunsiderazzjoni speċjali għal komunitajiet marġinalizzati; |
|
(g) |
l-implimentazzjoni ta’ prinċipji orizzontali msemmija fl-Artikoli 5, 7 u 8 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013. |
Artikolu 7
Informazzjoni fuq l-involiment ta’ imsieħba rilevanti fil-Ftehim ta’ Sħubija
L-Istati Membri jipprovdu għall-Ftehim ta’ Sħubija mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:
|
(a) |
il-lista ta’ msieħba involuti fit-tħejjija tal-Ftehim ta’ Sħubija; |
|
(b) |
l-azzjonijiet meħuda sabiex jiżguraw il-parteċipazzjoni attiva tal-imsieħba, inklużi azzjonijiet meħuda f’termini ta’ aċċessibbiltà, b’mod partikolari għal persuni b’diżabilità; |
|
(c) |
ir-rwol tal-imsieħba fit-tħejjija tal-Ftehim ta’ Sħubija; |
|
(d) |
ir-riżultati tal-konsultazzjoni mal-imsieħba u deskrizzjoni tal-valur miżjud tagħha fit-tħejjija tal-Ftehim ta’ Sħubija. |
Artikolu 8
Il-preparazzjoni tal-programmi
L-Istati Membri jinvolvu l-imsieħba rilevanti, skont tal-qafas istituzzjonali u legali tagħhom, fil-preparazzjoni tal-programmi, u b’mod partikolari dawk li jikkonċernaw:
|
(a) |
l-analiżi u l-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet; |
|
(b) |
id-definizzjoni jew l-għażla ta’ prijoritajiet u l-għan speċifiku relatat; |
|
(c) |
l-allokazzjoni tal-fondi; |
|
(d) |
id-definizzjoni ta’ indikaturi speċifiċi tal-programmi; |
|
(e) |
l-implimentazzjoni ta’ prinċipji orizzontali kif definit fl-Artikoli 7 u 8 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013; |
|
(f) |
Il-kompożizzjoni tal-kumitati ta’ monitoraġġ. |
Artikolu 9
Informazzjoni fuq l-involiment ta’ imsieħba rilevanti fil-programmi
L-Istati Membri jipprovdu għal programmi mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:
|
(a) |
l-azzjonijiet meħuda għall-involviment tal-imsieħba rilevanti fil-preparazzjoni tal-programmi u l-emendi tagħhom; |
|
(b) |
l-azzjonijiet ippjanati sabiex jiżguraw il-parteċipazzjoni tal-imsieħba fl-implimentazzjoni tal-programmi. |
KAPITOLU IV
PRATTIĊI TAJBA LI JIKKONĊERNAW IL-FORMULAZZJONI TAR-REGOLI TA’ SĦUBIJA U PROĊEDURI INTERNI TAL-KUMITATI TA’ MONITORAĠĠ
Artikolu 10
Ir-regoli ta’ sħubija tal-kumitat ta’ monitoraġġ
1. Meta jitfasslu r-regoli tas-sħubija tal-kumitat ta’ sorveljanza, l-Istati Membri jqisu l-involviment ta’ sħab li kienu involuti fil-preparazzjoni tal-programmi u jkollhom l-għan li jippromwovu l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u n-nuqqas ta’ diskriminazzjoni.
2. Fir-rigward tal-kumitati ta’ monitoraġġ tal-programmi ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropej, l-imsieħba jistgħu jkunu rappreżentati minn organizzazzjonijiet ċentrali f’livell transnazzjonali fil-livell tal-Unjoni jew għal programmi ta’ kooperazzjoni interreġjonali u transnazzjonali. L-Istati Membri jistgħu jinvolvu sħab fit-tħejjijiet tal-kumitat ta’ monitoraġġ, b’mod partikolari permezz tal-parteċipazzjoni tagħhom f’kumitati ta’ koordinazzjoni fil-livell nazzjonali organizzati fl-Istati Membri parteċipanti.
Artikolu 11
Ir-regoli ta’ proċedura tal-kumitat ta’ monitoraġġ
Meta jitfasslu r-regoli ta’ proċedura, il-kumitati ta’ monitoraġġ iqisu l-elementi li ġejjin:
|
(a) |
id-drittijiet tal-vot tal-membri; |
|
(b) |
l-avviż li jingħata ta’ laqgħat u t-trażmissjoni ta’ dokumenti, li, bħala regola ġenerali, ma għandux ikun inqas minn għaxart ijiem tax-xogħol; |
|
(c) |
l-arranġamenti għall-pubblikazzjoni u l-aċċessibbiltà ta’ dokumenti ta’ tħejjija sottomessi lill-kumitati ta’ monitoraġġ; |
|
(d) |
il-proċedura għall-adozzjoni, il-pubblikazzjoni u l-aċċessibbiltà tal-minuti; |
|
(e) |
l-arranġamenti għall-istabbiliment u attivitajiet ta’ gruppi ta’ ħidma fil-kumitati ta’ monitoraġġ; |
|
(f) |
id-dispożizzjonijiet dwar il-kunflitt ta’ interess għall-imsieħba involuti fil-monitoraġġ, il-valutazzjoni u s-sejħiet għall-proposti; |
|
(g) |
il-kundizzjonijiet, il-prinċipji u l-arranġamenti għar-regoli ta’ rimborż, l-opportunitajiet għall-bini tal-kapaċità u l-użu ta’ għajnuna teknika. |
KAPITOLU V
PRINĊIPJI ĠENEREALI U PRASSI TAJBA LI JIKKONĊERNAW L-INVOLVIMENT TA’ SĦAB RILEVANTI FIL-PREPARAZZJONI TA’ SEJĦIET TA’ PROPOSTI, IR-RAPPORTI TAL-PROGRESS U B’RELAZZJONI GĦAL PROGRAMMI TA’ SORVELJANZA U EVALWAZZJONI
Artikolu 12
Obbligi relatati mal-protezzjoni tad-dejta, l-kunfidenzjalità u l-kunflitt tal-interess
L-Istati Membri jiżguraw li l-imsieħba involuti fil-preparazzjoni ta’ sejħiet ta’ proposti, ir-rapporti tal-progress u fi programmi ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni jkunu konxji mill-obbligi tagħhom relatati mal-protezzjoni tad-dejta, il-kunfidenzjalità u l-kunflitt ta’ interess.
Artikolu 13
L-involviment ta’ msieħba rilevanti fil-preparazzjoni tas-sejħiet għall-proposti
L-awtoritajiet maniġerjali jieħdu miżuri xierqa biex jiġi evitat kunflitt ta’ interess potenzjali fejn jinvolvu l-imsieħba rilevanti fit-tħejjija ta’ sejħiet għal proposti jew fil-valutazzjoni tagħhom.
Artikolu 14
L-involviment ta’ msieħba rilevanti fil-preparazzjoni tar-rapporti ta’ progress
L-Istati Membri jinvolvu l-imsieħba rilevanti fit-tħejjija tar-rapporti ta’ progress dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija msemmi fl-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, b’mod partikolari dwar il-valutazzjoni tar-rwol tal-imsieħba fl-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija u ħarsa ġenerali tal-opinjonijiet mogħtija mill-imsieħba matul il-konsultazzjoni, inkluż, fejn xieraq, id-deskrizzjoni tal-mod li bih l-opinjonijiet tal-imsieħba ġew ikkunsidrati.
Artikolu 15
L-involviment ta’ msieħba rilevanti fil-monitoraġġ ta’ programmi
L-awtoritajiet maniġerjali jinvolvu l-imsieħba, fil-qafas tal-kumitat ta’ monitoraġġ u l-gruppi ta’ ħidma tagħhom, fil-valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-programm, inklużi l-konklużjonijiet tar-reviżjoni tar-rendiment, u fil-preparazzjoni ta’ rapporti ta’ implimentazzjoni annwali dwar il-programmi.
Artikolu 16
L-involviment ta’ msieħba fil-valutazzjoni ta’ programmi
1. L-awtoritajiet maniġerjali jinvolvu lill-imsieħba rilevanti fl-evalwazzjoni ta’ programmi fil-qafas tal-kumitati ta’ monitoraġġ u, fejn xieraq, gruppi ta’ ħidma speċifiċi stabbiliti mill-kumitati ta’ monitoraġġ għal dan l-għan.
2. L-awtoritajiet maniġerjali għall-programmi tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond Soċjali Ewropew (FSE) u l-Fond ta’ Koeżjoni, jikkonsultaw l-imsieħba fuq ir-rapporti li jagħtu deskrizzjoni fil-qosor tas-sejbiet tal-evalwazzjonijiet imwettqa matul il-perjodu ta’ programmazzjoni f’konformità mal-Artikolu 114(2) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.
KAPITOLU VI
OQSMA INDIKATTIVI, TEMI U PRATTIKI TAJBA DWAR L-UŻU TAL-FONDI SIE BIEX ISAĦĦU L-KAPAĊITÀ ISTITUZZJONALI TA’ MSIEĦBA RILEVANTI U R-RWOL TAL-KUMMISSJONI FIT-TIXRID TA’ PRATTIĊI TAJBA
Artikolu 17
It-tisħiħ tal-kapaċità istituzzjonali tal-imsieħba rilevanti
1. L-awtorità maniġerjali teżamina l-ħtieġa li jsir użu ta’ assistenza teknika bħala appoġġ għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet istituzzjonali tal-imsieħba, b’mod partikolari fir-rigward l-awtoritajiet lokali żgħar, l-imsieħba ekonomiċi u soċjali u organizzazzjonijiet mhux governattivi, sabiex tgħinhom biex ikunu jistgħu jipparteċipaw b’mod effettiv fit-tħejjija, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-programmi.
2. L-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jieħu l-forma ta’, inter alia, gruppi ta’ ħidma apposta, sessjonijiet ta’ taħriġ, strutturi ta’ koordinazzjoni u netwerking jew kontribuzzjonijiet lejn l-ispejjeż ta’ parteċipazzjoni f’laqgħat dwar it-tħejjija, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni ta’ programm.
3. Għal programmi ta’ żvilupp rurali, l-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jiġi pprovdut permezz tan-netwerk rurali nazzjonali stabbilit skont l-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.
4. Għall-programmi tal-FSE l-awtoritajiet maniġerjali f’reġjuni inqas żviluppati jew reġjuni ta’ tranżizzjoni jew fl-Istati Membri li huma eliġibbli għal appoġġ mill-Fond ta’ Koeżjoni jiżguraw li, skont il-ħtieġa, jiġu allokati riżorsi xierqa tal-FSE lill-attivitajiet ta’ bini tal-kapaċità tal-imsieħba soċjali u tal-organizzazzjonijiet mhux governattivi li huma involuti fil-programmi.
5. Għal kooperazzjoni territorjali Ewropea, l-appoġġ skont il-paragrafi 1 u 2 jista’ wkoll ikopri wkoll appoġġ lis-sħab sabiex isaħħu l-kapaċità istituzzjonali tagħhom għall-parteċipazzjoni f’attivitajiet ta’ kooperazzjoni internazzjonali.
Artikolu 18
Ir-rwol tal-Kummissjoni fit-tixrid tal-prattiċi tajba
1. Il-Kummissjoni twaqqaf mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni msejħa l-Komunità Ewropea ta’ prattika dwar is-sħubija, li jkunu komuni għall-Fondi SIE u miftuħa għall-Istati Membri interessati, l-awtoritajiet ta’ ġestjoni u organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-imsieħba fil-livell tal-Unjoni.
Il-Komunità Ewropea ta’ Prattika dwar Sħubija tiffaċilita l-iskambju ta’ esperjenza, il-bini tal-kapaċità, kif ukoll it-tqassim ta’ riżultati rilevanti.
2. Il-Kummissjoni tagħmel disponibbli eżempji ta’ prattika tajba fl-organizzazzjoni ta’ sħubija.
3. L-iskambju ta’ esperjenzi dwar l-identifikazzjoni, it-trasferiment u t-tixrid tal-prattika tajba u approċċi innovattivi rigward l-implimentazzjoni ta’ programmi u azzjonijiet ta’ kooperazzjoni interreġjonali skont l-Artikolu 2(3)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) jinkludi esperjenza ta’ sħubija fil-programmi ta’ kooperazzjoni.
KAPITOLU VII
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 19
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Jannar 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320.
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta’ Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrespettivament mill-oriġini tar-razza jew l-etniċità (ĠU L 180, 19.7.2000 p. 22).
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/113/KE tat-13 ta’ Diċembru 2004 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għall-merkanzija u l-provvista tagħha, (ĠU L 373, 21.12.2004, p. 37).
(4) Id-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (ĠU L 204, 26.7.2006, p. 23).
(5) Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (il-FAEŻR) (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487).
(6) Ir- Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għall-għan ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 259.
|
14.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 74/8 |
REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 241/2014
tas-7 ta’ Jannar 2014
li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji għar-Rekwiżiti tal-Fondi Proprji għall-istituzzjonijiet
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1), u partikolarment it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 26(4); it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 27(2); it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 28(5); it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 29(6); it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 32(2); it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 36(2); it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 41(2); it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 52(2); it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 76(4); it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 78(5); it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 79(2); it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 83(2); it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 481(6); it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 487(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-dispożizzjonijiet f’dan ir-Regolament huma marbuta mill-qrib, peress li jirreferu għal elementi ta’ rekwiżiti ta’ fondi proprji tal-istituzzjonijiet u għat-tnaqqis minn dawn l-istess elementi ta’ fondi proprji għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Biex jiżguraw koerenza bejn dawk id-dispożizzjonijiet, li għandhom jidħlu fis-seħħ fl-istess ħin, u biex jiffaċilitaw perspettiva komprensiva u aċċess kumpatt għalihom minn persuni suġġetti għal dawk l-obbligi, huwa mixtieq li l-istandards tekniċi regolatorji kollha dwar il-fondi proprji meħtieġa mir-Regolament (UE) Nru 575/2013, jiġu inklużi f’Regolament wieħed. |
|
(2) |
Sabiex tinkiseb aktar konverġenza madwar l-Unjoni fil-mod kif id-dividendi prevedibbli jridu jitnaqqsu mill-profitti interim jew tal-aħħar tas-sena, huwa meħtieġ li tiddaħħal ġerakija tal-modi kif jiġi evalwat it-tnaqqis, billi l-ewwel tittieħed deċiżjoni mill-korp rilevanti, imbagħad il-politika tad-divedendi, u t-tielet proporzjon stroriku ta’ żborż. |
|
(3) |
Barra mir-rekwiżiti ġenerali għall-fondi proprji kif miżjuda jew emendati b’rekwiżiti speċifiċi stabbiliti f’termini ta’ fondi proprji għal dawn it-tipi ta’ istituzzjonijiet, speċifikazzjoni tal-kundizzjonijiet skont liema l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeterminaw li tip ta’ impriża rikonoxxuta skont il-liġi nazzjonali applikabbli tikkwalifika bħala mutwa, soċjetà kooperattiva, istituzzjoni tat-tfaddil jew istituzzjoni simili għall-finijiet ta’ fondi proprji hija meħtieġa biex timmitiga r-riskju li xi istituzzjoni tkun tista’ topera taħt l-istatus ta’ mutwa, soċjetà kooperattiva, istituzzjoni tat-tfaddil jew istituzzjoni simili li għaliha jistgħu jkunu japplikaw rekwiżiti speċifiċi ta’ fondi proprji, fejn l-istituzzjoni ma jkollhiex karatteristiċi li huma komuni għall-istituzzjonijiet tas-settur bankarju kooperattiv tal-Unjoni. |
|
(4) |
Għal istituzzjoni rikonoxxuta skont il-liġi nazzjonali applikabbli bħala impriża mutwa, soċjetà kooperattiva, istituzzjoni tat-tfaddil jew istituzzjoni simili, huwa xieraq f’ċerti każijiet li ssir distinzjoni bejn id-detenturi tal-istrumenti tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni tal-istituzzjoni u l-membri ta’ dik l-isituzzjoni peress li l-membri ġeneralment ikollhom bżonn ikollhom strumenti kapitali biex ikunu intitolati għal dritt tad-dividendi, kif ukoll għad-dritt għal parti mill-profitti u r-riżervi. |
|
(5) |
B’mod ġenerali, il-karatteristika komuni ta’ kooperattiva, istituzzjoni tat-tfaddil, mutwa jew istituzzjoni hija li jwettqu negozju għall-benefiċċju tal-konsumaturi u tal-membri tal-istituzzjoni, u bħala servizz għall-pubbliku. L-għan primarju huwiex li jiġġeneraw u jħallsu redditu finanzjarju lil fornituri esterni ta’ kapital, bħal azzjonisti ta’ kumpaniji ta’ stokk konġunt. Għal din ir-raġuni, l-istrumenti kapitali użati minn dawn l-istituzzjonijiet huma differenti minn strumenti kapitali maħruġa minn kumpaniji ta’ stokk konġunt li ġeneralment jagħtu lid-detenturi aċċess sħiħ għar-riżervi u l-profitti f’negozju avvjat u likwidazzjoni u huma trasferibbli lil parti terza. |
|
(6) |
Fir-rigward ta’ stituzzjonijiet kooperattivi, ġeneralment karatteristika komuni hija l-kapaċità tal-membri li jirriżenjaw u għalhekk li jitlobu t-tifdija tal-istrumenti kapitali tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni li jkollhom. Dan ma jimpedixxix soċjetà kooperattiva milli toħroġ strumenti kapitali tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni kwalifikattivi li ma joffrux lid-denturi l-possibbiltà li jpoġġu l-istrumenti lura fl-istituzzjoni, sakemm dawn l-istrumenti jissodisfaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Meta istituzzjoni toħroġ tipi differenti ta’ strumenti skont l-Artikolu 29 ta’ dak ir-Regolament, ma għandu jkun hemm l-ebda privileġġ assenjat lil uħud biss minn dawn it-tipi ta’ strumenti għajr dawk previsti fl-Artikolu 29(4) ta’ dak ir-Regolament. |
|
(7) |
Istituzzjonijiet tat-tfaddil ġeneralment ikunu strutturati bħal fondazzjoni fejn ma jkunx hemm sid tal-kapital, li jfisser li ħadd ma jipparteċipa fil-kapital u li ħadd ma jista’ jibbenefika mill-profitti tal-istituzzjoni. Wieħed mill-aspetti ewlenin tal-mutwi huwa li, ġeneralment, il-membri ma jikkontribwixxux għall-kapital tal-istituzzjoni u tul il-kors ordinarju tan-negozju ma jibbenefikawx minn distribuzzjoni diretta tar-riżervi. Dan ma għandux jimpedixxi lil dawn l-istituzzjonijiet milli, biex jiżviluppaw in-negozju tagħhom, joħroġu strumenti tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni lil investituri jew membri li jistgħu jipparteċipaw fil-kapital u jibbenefikaw xi ftit mir-riżervi f’sitwazzjonijiet ta’ negozju avvjat u f’likwidazzjoni. |
|
(8) |
L-istituzzjonijiet eżistenti kollha li diġà huma stabbiliti u rikonoxxuti bħala mutwi, soċjetajiet kooperattivi, istituzzjonijiet tat-tfaddil jew istituzzjonijiet simili skont il-liġi nazzjonali applikabbli qabel il-31 ta’ Diċembru 2012 se jkomplu jiġu kklassifikati bħala tali għall-fini tat-Tieni Parti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 mingħajr konsiderazzjoni għall-forma ġuridika tagħhom sakemm jibqgħu jissodisfaw il-kriterji li determinaw dan ir-rikonoxximent bħala waħda minn dawk l-entitajiet skont il-liġi nazzjonali applikabbli. |
|
(9) |
Meta jiġu ddefiniti s-sitwazzjonijiet li jikkwalifikaw bħala finanzjament indirett għat-tipi kollha ta’ strumenti kapitali, huwa iktar prattiku u komprensiv li dan isir billi jiġu speċifikati l-karatteristiċi tal-kunċett oppost, jiġifieri l-finanzjament dirett. |
|
(10) |
Sabiex jiġu applikati r-regoli tal-fondi proprji għall-mutwi, is-soċjetajiet kooperattivi, l-istituzzjonijiet tat-tfaddil u istituzzjonijiet simili, l-ispeċifiċitajiet ta’ dawn l-istituzzjonijiet għandhom jitqiesu b’mod xieraq. Għandhom jiġu stabbiliti regoli biex jiġi żgurat, fost l-oħrajn, li meta jkun xieraq dawn l-istituzzjonijiet ikunu kapaċi jillimitaw it-tifdijiet tal-istrumenti kapitali tagħhom. Għalhekk, meta r-rifjut tat-tifdijiet tal-istrumenti jkun projbit mill-liġi nazzjonali applikabbli għal dawn it-tipi ta’ istituzzjonijiet, huwa essenzjali li d-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti jagħtu lill-istituzzjoni l-abbiltà li tiddifferixxi t-tifdija tagħhom u tillimita l-ammont li għandu jiġi mifdi. Barra minn hekk, fid-dawl tal-importanza tal-abbiltà li t-tifdijiet jiġu limitati jew iddefferiti, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikollhom is-setgħa jillimitaw it-tifdijiet tal-ishma kooperattivi u l-istituzzjonijiet għandhom jiddokumentaw kull deċiżjoni li jillimitaw it-tifdijiet. |
|
(11) |
Hemm il-ħtieġa li jiġi ddefinit u allinjat it-trattament tal-kunċett ta’ qligħ fuq il-bejgħ assoċjat ma’ introjtu ta’ marġni futur fil-kuntest ta’ titolizzazzjoni, mal-prassi internazzjonali bħal dik definita mill-Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja u li jiġi żgurat li l-ebda qligħ revokabbli fuq il-bejgħ ma jiġi inkluż mal-fondi proprji ta’ istituzzjoni, minħabba n-nuqqas ta’ permanenza tiegħu. |
|
(12) |
Sabiex jiġi evitat l-arbitraġġ regolatorju u tiġi żgurata applikazzjoni armonizzata tar-regoli tar-rekwiżiti kapitali fl-Unjoni, huwa importanti li jiġi żgurat li jkun hemm approċċ uniformi rigward it-tnaqqis mill-fondi proprji ta’ ċerti entrati bħal telf għas-sena finanzjarja attwali, assi ta’ taxxa differita li jiddependu fuq il-profittabbiltà futura, u assi ta’ fond tal-pensjonijiet b’benefiċċji definiti. |
|
(13) |
Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza madwar l-Unjoni tal-mod li bih jiġu vvalutati l-inċentivi għat-tifdija, huwa meħtieġ li tingħata deskrizzjoni ta’ każijiet fejn tinħoloq aspettattiva li l-istrument x’aktarx jiġi mifdi. Hemm ukoll il-ħtieġa li jitfasslu regoli li jwasslu għal attivazzjoni f’waqtha tal-mekkaniżmi tal-assorbiment tat-telf għal strumenti ibridi sabiex konsegwentement tiżdied l-assorbenza tat-telf ta’ dawn l-istrumenti fil-futur. Barra minn hekk, peress li strumenti maħruġa minn entitajiet bi skop speċjali joffru inqas ċertezza f’termini prudenzjali minn strumenti maħruġa direttament, l-użu ta’ entitajiet bi skop speċjali għall-ħruġ indirett ta’ fondi proprji għandu jsir f’qafas ristrett u strett. |
|
(14) |
Huwa meħtieġ li tkun ibbilanċjata l-ħtieġa bejn l-iżgurar ta’ kalkoli prudenzjalment adegwati tal-iskoperturi tal-istituzzjonijiet mal-parteċipazzjonijiet indiretti li jirriżultaw minn parteċipazzjonijiet f’indiċi, mal-ħtieġa li jiġi żgurat li dan ma jsirx ta’ piż żejjed għalihom. |
|
(15) |
Jitqies li huwa meħtieġ proċess dettaljat u komprensiv biex l-awtoritajiet kompetenti jagħtu permess superviżorju li jitnaqqsu l-fondi proprji. Tifdijiet, tnaqqis u riakkwisti ta’ strumenti ta’ fondi proprji ma għandhomx jitħabbru lil detenturi qabel l-istituzzjoni tkun kisbet approvazzjoni minn qabel mingħand l-awtorità kompetenti rilevanti. L-istituzzjonijiet għandhom jipprovdu lista dettaljata ta’ elementi sabiex l-awtorità kompetenti tiġi pprovduta bl-informazzjoni rilevanti kollha qabel tiddeċiedi dwar l-għoti tal-approvazzjoni tagħha. |
|
(16) |
Meta applikabbli jingħataw rinunzji temporanji għal tnaqqis mill-entrati ta’ fondi proprji sabiex jakkomodaw u jippermettu l-applikazzjoni ta’ pjanijiet operazzjonali ta’ għajnuna finanzjarja. Għalhekk, it-tul taż-żmien ta’ tali rinunzji ma għandux jaqbeż it-tul taż-żmien tal-pjanijiet operazzjonali ta’ għajnuna finanzjarja. |
|
(17) |
Sabiex entitajiet bi skop speċjali jikkwalifikaw għall-inklużjoni taħt entrati ta’ fondi proprji tal-Grad 1 Addizzjonali u tal-Grad 2, l-assi tal-entitajiet bi skop speċjali mhux investiti fi strumenti ta’ fondi proprji maħruġa minn istituzzjonijiet għandhom jibqgħu minimi u insinifikanti. Sabiex jintlaħaq dan, dak l-ammont ta’ assi għandu jkollu limitu massimu espress b’relazzjoni mal-medja tal-assi totali tal-entità bi skop speċjali. |
|
(18) |
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali għandhom l-għan li jippermettu bidla bla intoppi lejn il-qafas regolatorju l-ġdid, għalhekk huwa importanti, meta jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tranżizzjonali għal filtri u tnaqqis, li dan it-trattament tranżizzjonali stipulat fir-Regolament(UE) Nru 575/2013 jiġi applikat konsistentament, iżda b’mod li jqis il-punt oriġinali tat-tluq maħluq mir-regoli nazzjonali ta’ traspożizzjoni tar-reġim regolatorju preċedenti tal-Unjoni, rippreżentat mid-Direttivi 2006/48/KE (2) u 2006/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). |
|
(19) |
Eċċess tal-istrumenti b’anterjorità tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni jew tal-Grad 1 Addizzjonali skont id-dispożizzjonijiet tranżizzjonali tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 huwa, fuq il-bażi ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, permess li jiġi inkluż fil-limiti tal-istrumenti ta’ anterjorità għall-kapital ta’ gradi iktar baxxi. Dak madankollu ma jistax jibdel il-limiti għal strumenti ta’ anterjorità għal gradi iktar baxxi, għalhekk kull inklużjoni fil-limiti ta’ anterjorità ta’ grad iktar baxx għandha tkun possibbli biss jekk ikun hemm allokazzjoni biżżejjed f’dak il-grad iktar baxx. Fl-aħħar nett, billi dawk huma strumenti ta’ eċċess tal-ogħla grad, għandu jkun possibbli li aktar tard dawk l-istrumenti jiġu riklassifikati bħala grad ogħla ta’ kapital. |
|
(20) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji sottomess mill-Awtorità Bankarja Ewropea lill-Kummissjoni Ewropea. |
|
(21) |
L-Awtorità Bankarja Ewropea wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), |
|
(22) |
L-Awtorità Bankarja Ewropea għandha twettaq analiżi tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, u speċjalment tar-regoli biex jiġu stabbiliti l-proċeduri għall-awtorizzazzjonijiet għat-tifdijiet tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni tal-mutwi, is-soċjetajiet kooperattivi, l-istituzzjonijiet tat-tfaddil jew istituzzjonijiet simili, u tipproponi emendi fejn xieraq. |
|
(23) |
L-Awtorità Bankarja Ewropea kkonsultat lill-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol dwar it-trattament ta’ strumenti kapitali ta’ impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni minn pajjizi terzi u dwar it-trattament ta’ strumenti kapitali ta’ impriżi esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2009/138/KE għall-finijiet tal-Artikolu 36(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabilixxi regoli li jikkonċernaw:
|
(a) |
it-tifsira ta’ “prevedibbli”, meta jkun qed jiġi ddeterminat jekk imposti jew dividendi prevedibbli tnaqqsux mill-fondi proprji skont l-Artikolu 26(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; |
|
(b) |
il-kundizzjonijiet li skonthom l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeterminaw li tip ta’ impriża rikonoxxuta skont il-liġi nazzjonali applikabbli tikkwalifika bħala mutwa, soċjetà kooperattiva, istituzzjoni tat-tfaddil jew istituzzjoni simili, skont l-Artikolu 27(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; |
|
(c) |
il-forom u t-tip applikabbli ta’ finanzjament indirett tal-istrumenti kapitali, skont l-Artikolu 28(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; |
|
(d) |
in-natura tal-limitazzjonijiet fuq it-tifdija neċessarji meta r-rifjut mill-istituzzjoni għat-tifdija ta’ strumenti ta’ fondi proprji jkun ipprojbit skont il-liġi nazzjonali applikabbli, skont l-Artikolu 29(6) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; |
|
(e) |
l-ispeċifikazzjoni ulterjuri tal-kunċett ta’ qligħ fuq il-bejgħ skont l-Artikolu 32(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; |
|
(f) |
l-applikazzjoni tat-tnaqqis mill-entrati tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni u tnaqqis ieħor tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, entrati ta’ Grad 1 Addizzjonali u ta’ Grad 2 skont l-Artikolu 36(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; |
|
(g) |
il-kriterji skont liema l-awtoritajiet kompetenti għandhom jippermettu lill-istituzzjonijiet inaqqsu l-ammont tal-assi fil-fond ta’ pensjonijiet b’benefiċċji definiti, skont l-Artikolu 41(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; |
|
(h) |
il-forma u t-tip ta’ inċentivi għat-tifdija, it-tip tal-valwazzjoni pożittiva ta’ strument ta’ Grad 1 Addizzjonali wara valwazzjoni negattiva tal-ammont kapitali fuq bażi temporanja u l-proċeduri u t-twaqqit madwar avvenimenti ta’ skattatura, karatteristiċi tal-istrumenti li jistgħu jfixklu r-rikapitalizzazzjoni u l-użu ta’ entitajiet b’għan speċjali, skont l-Artikolu 52(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; |
|
(i) |
il-livell ta’ konservattiżmu meħtieġ fl-estimi użati bħala alternattiva għall-kalkolu tal-iskoperturi sottostanti għal parteċipazzjonijiet indiretti li jirriżultaw minn parteċipazzjonijiet ta’ indiċi, skont l-Artikolu 76(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; |
|
(j) |
ċerti kundizzjonijiet dettaljati li jridu jiġu ssodisfati qabel ma jingħata permess superviżorju biex jitnaqqsu l-fondi proprji, u l-proċess rilevanti, skont l-Artikolu 78(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; |
|
(k) |
il-kondizzjonijiet għal rinunzja temporanja mit-tnaqqis mill-fondi proprji li għandhom jiġu pprovduti, skont l-Artikolu 79(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; |
|
(l) |
it-tipi ta’ assi li jistgħu jirrelataw mal-operazzjonijiet ta’ entità bi skop speċjali u l-kunċetti ta’ minimu u insinifikanti għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-Grad 1 Addizzjonali Kwalifikattiv u tal-kapital tal-Grad 2 maħruġa minn entità bi skop speċjali skont l-Artikolu 83(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; |
|
(m) |
il-kondizzjonijiet dettaljati għall-aġġustamenti tal-fondi proprji skont id-dispożizzjonijiet tranżizzjonali, skont l-Artikolu 481(6) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; |
|
(n) |
il-kundizzjonijiet għal entrati esklużi mill-anterjorità fl-entrati tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni jew tal-Grad 1 Addizzjonali f’elementi oħra ta’ fondi proprji, skont Artikolu 487(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. |
KAPITOLU II
ENTRATI TA’ FONDI PROPRJI
TAQSIMA 1
Kapital u strumenti ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni
Artikolu 2
Tifsira ta’ “prevedibbli” f’dividend prevedibbli għall-finijiet tal-Artikolu 26(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013
1. L-ammont ta’ dividendi prevedibbli li jrid jitnaqqas minn istituzzjonijiet mill-profitt interim jew ta’ tmiem is-sena kif previst fl-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, għandu jiġi ddeterminat f’konformità mal-paragrafi 2 sa 4.
2. Meta l-korp tal-maniġment tal-istituzzjoni jkun formalment ħa deċiżjoni jew ippropona deċiżjoni lill-korp relevanti tal-istituzzjoni rigward l-ammont ta’ dividendi li għandhom jitqassmu, dan l-ammont għandu jitnaqqas mill-profitt interim jew ta’ tmiem is-sena korrispondenti.
3. Meta d-dividendi interim jitħallsu, l-ammont reżidwu ta’ profitt interim li jirriżulta mill-kalkolu stabbilit fil-paragrafu 2, li għandu jiżdied mal-entrati ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni għandu jitnaqqas, filwaqt li jitqiesu r-regoli stabbiliti fil-paragrafi 2 u 4, bl-ammont ta’ kwalunkwe dividend prevedibbli li jista’ jkun mistenni jitħallas minn dik il-profitt interim reżidwu, mad-dividendi finali għas-sena finanzjarja sħiħa.
4. Qabel il-korp maniġerjali jkun formalment ħa deċiżjoni jew ippropona deċiżjoni lill-korp rilevanti dwar it-tqassim ta’ dividendi, l-ammont ta’ dividendi prevedibbli li għandu jitnaqqas mill-istituzzjonijiet mill-profitti interim jew ta’ tmiem is-sena għandu jkun daqs l-ammont ta’ profitti interim jew ta’ tmiem is-sena multiplikat bil-proporzjon tal-iżborż tad-dividendi.
5. Il-proporzjon tal-iżborż tad-dividendi għandu jiġi ddeterminat fuq il-bażi tal-politika tad-dividendi approvata għall-perjodu rilevanti mill-korp tal-maniġment jew entità rilevanti oħra.
6. Fejn il-politika tad-dividendi fiha firxa ta’ żborż minflok valur fiss, għall-fini tal-paragrafu 2 għandu jintuża l-għolja valur fil-firxa.
7. Fin-nuqqas ta’ politika approvata tad-dividendi, jew meta, fl-opinjoni tal-awtorità kompetenti, huwa probabbli li l-istituzzjoni mhux se tapplika l-politika tagħha tad-dividendi jew din il-politika ma tkunx bażi prudenti fuq hix jiġi ddeterminat l-ammont tat-tnaqqis, il-proporzjon tal-iżborż tad-dividendi għandu jiġi bbażat fuq l-ogħla minn dawn li ġejjin:
|
(a) |
il-medja tal-proporzjon tal-iżborż tad-dividendi tul it-tliet snin ta’ qabel is-sena meqjusa; |
|
(b) |
il-proporzjon tal-iżborż tad-dividendi tas-sena ta’ qabel is-sena meqjusa. |
8. L-awtorità kompetenti tista’ tippermetti lill-istituzzjoni taġġusta l-kalkolu tal-proporzjon tal-iżborż tad-dividendi kif deskritt fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 7 biex jiġu esklużi dividendi eċċezzjonali mħallsa matul il-perjodu.
9. L-ammont ta’ dividendi prevedibbli li għandu jitnaqqas għandu jiġi determinat billi titqies kwalunkwe restrizzjoni fuq id-distribuzzjonijiet, b’mod partikolari r-restrizzjonijiet stabbiliti skont l-Artikolu 141 tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). L-ammont ta’ profitt wara t-tnaqqis ta’ imposti prevedibbli suġġetti għal dawn ir-restrizzjonijiet jista’ jiġi inklużi b’mod sħiħ fl-entrati ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni meta tintlaħaq il-kundizzjoni fil-punt (a) tal-paragrafu 26 (tal-Artikolu 2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Meta jkunu applikabbli restrizzjonijiet ta’ dan it-tip, id-dividendi prevedibbli li għandhom jitnaqqsu għandhom ikunu bbażati fuq il-pjan ta’ konservazzjoni kapitali maqbul mill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 142 tad-Direttiva 2013/36/UE.
10. L-ammont ta’ dividendi prevedibbli li għandhom jitħallsu f’forma li ma tnaqqasx l-ammont tal-entrati ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, bħal dividendi fil-forma ta’ ishma, magħrufa bħala dividendi scrip, ma għandux jitnaqqas mill-profitti interim jew ta’ tmiem is-sena li għandhom jiġu inklużi fl-entrati tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni.
11. L-awtorità kompetenti għandha tkun issodisfata li sar it-tnaqqis neċessarju kollu fil-profitti interim jew ta’ tmiem is-sena kif ukoll dak kollu relatat ma’ dividendi prevedibbli, jew skont il-qafas tal-kontabbiltà applikabbli jew skont kwalunkwe aġġustament ieħor, qabel ma tippermetti lill-istituzzjoni tinkludi profitti interim jew ta’ tmiem is-sena fl-entrati ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni.
Artikolu 3
Tifsira ta’ “prevedibbli” f’imposta prevedibbli għall-finijiet tal-Artikolu 26(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013
1. L-ammont ta’ imposti prevedibbli li għandu jitqies għandu jkun magħmul minn dawn:
|
(a) |
l-ammont tat-taxxi; |
|
(b) |
l-ammont ta’ kull obbligu jew ċirkostanza li tqum matul il-perjodu ta’ rappurtar relatat li x’aktarx ser inaqqsu l-profitti tal-istituzzjoni u li għalihom l-awtorità kompetenti ma tkunx issodisfata li saru aġġustamenti fil-valur, bħal aġġustamenti fil-valur addizzjonali skont l-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jew il-provvedimenti kollha meħtieġa. |
2. Imposti prevedibbli ma jkunu għandhom ma tqisux fl-introjtu għandhom jiġu assenjati fil-perjodu interim li matulu jkunu ġġarrbu sabiex kull perjodu interim iġorr ammont raġonevoli minn dawn l-imposti. Avvenimenti materjali jew mhux rikorrenti għandhom jitqiesu b’mod sħiħ u mingħajr dewmien fil-perjodu interim li jseħħu fih.
3. L-awtorità kompetenti għandha tkun issodisfata li sar it-tnaqqis neċessarju kollu fil-profitti interim jew ta’ tmiem is-sena kif ukoll dak kollu relatat ma’ imposti prevedibbli, jew skont il-qafas tal-kontabbiltà applikabbli jew skont kwalunkwe aġġustament ieħor, qabel ma tippermetti lill-istituzzjoni tinkludi profitti interim jew ta’ tmiem is-sena fl-entrati ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni.
Artikolu 4
Tip ta’ impriża rikonoxxuta skont il-liġi nazzjonali applikabbli bħala soċjetà kooperattiva għall-finijiet tal-Artikolu 27(1)(a)(ii) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013
1. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeterminaw li tip ta’ impriża rikonoxxuta skont il-liġi nazzjonali applikabbli tikwalifika bħala soċjetà kooperattiva għall-finijiet tal-Tieni Parti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha fil-paragarfi 2, 3 u 4:
2. Biex tikkwalifika bħala soċjetà koperattiva għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-istatus ġuridiku ta’ istituzzjoni għandu jaqa’ taħt waħda mill-kategoriji li ġejjin:
|
(a) |
fl-Awstrija: istituzzjonijiet reġistrati bħala “eingetragene Genossenschaft (e.Gen.)” jew “registrierte Genossenschaft” skont il-“Gesetz über Erwerbs- und Wirtschaftsgenossenschaften (GenG)”; |
|
(b) |
fil-Belġju: istituzzjonijiet reġistrati bħala “société coopérative/cooperative vennostchap” u approvati skont id-Digriet Irjali tat-8 ta’ Jannar 1962 li jistipula l-kondizzjonijiet għall-approvazzjoni ta’ gruppi nazzjonali ta’ soċjetajiet kooperattivi u soċjetajiet kooperattivi; |
|
(c) |
f’Ċipru: istituzzjonijiet reġistrati bħala “Συνεργατικό Πιστωτικό Ίδρυμα ή ΣΠΙ” stabbiliti bis-saħħa tal-Liġijiet tas-Soċjetajiet Kooperattivi tal-1985; |
|
(d) |
fir-Repubblika Ċeka: istituzzjonijiet awtorizzati bħala “spořitelní a úvěrní družstvo” skont “zákon upravující činnost spořitelních a úvěrních družstev”; |
|
(e) |
fid-Danimarka: istituzzjonijiet reġistrati bħala “andelskasser” jew “sammenslutninger af andelskasser” skont l-Att Daniż tan-Negozju Finanzjarju; |
|
(f) |
fil-Finlandja: istituzzjonijiet reġistrati bħala waħda minn dawn:
|
|
(g) |
fi Franza: istituzzjonijiet reġistrati bħala “sociétés coopératives” skont “Loi n 47-1775 du 10 Settembru 1947 portant statut de la coopération” u awtorizzati bħala “banques mutualistes ou coopératives” skont “Code monétaire et financier, partie législative, Livre V, titre Ier, chapitre II”; |
|
(h) |
fil-Ġermanja: istituzzjonijiet reġistrati bħala “eingetragene Genossenschaft (eG)” skont il-“Gesetz betreffend die Erwerbs- und Wirtschaftsgenossenschaften (Genossenschaftsgesetz –GenG)”; |
|
(i) |
fil-Greċja: istituzzjonijiet reġistrati bħala “Πιστωτικοί Συνεταιρισμοί” skont il-Liġi tal-Kooperattivi 1667/1986 li joperaw bħala istituzzjonijiet ta’ kreditu u li jistgħu jiġu kkategoratizzati bħala “Συνεταιριστική Τράπεζα” skont il-Liġi Bankarja 3601/2007; |
|
(j) |
fl-Ungerija: istituzzjonijiet reġistrati bħala “Szövetkezeti hitelintézet” skont l-Att CXII tal-1996 dwar l-Istituzzjonijiet tal-Kreditu u l-Intraprizi Finanzjarji; |
|
(k) |
fl-Italja: istituzzjonijiet reġistrati bħala waħda minn dawn:
|
|
(l) |
fil-Lussemburgu: istituzzjonijiet reġistrati bħala “Sociétés coopératives” kif definit fit-Taqsima VI tal-liġi tal-10 ta’ Awwissu 1915 dwar il-kumpaniji kummerċjali; |
|
(m) |
fil-Pajjiżi l-Baxxi: istituzzjonijiet reġistrati bħala “coöperaties” jew “onderlinge waarborgmaatschappijen” skont it-“Titolu 3 tal-Ktieb 2 Rechtspersonen tal-Burgerlijk wetboek”; |
|
(n) |
fil-Polonja: istituzzjonijiet reġistrati bħala “bank spółdzielczy” skont id-dispożizzjonijiet ta’ “Prawo bankowe”; |
|
(o) |
fil-Portugal: istituzzjonijiet reġistrati bħala “Caixa de Crédito Agrícola Mútuo” jew bħala “Caixa Central de Crédito Agrícola Mútuo” skont ir-“Regime Jurídico do Crédito Agrícola Mútuo e das Cooperativas de Crédito Agrícola” approvat mid-Decreto-Lei n.o 24/91, de 11 de Janeiro; |
|
(p) |
fir-Rumanija: istituzzjonijiet reġistrati bħala “Organizații cooperatiste de credit” skont id-dispożizzjonijiet tal-Ordinanza ta’ Emerġenza tal-Gvern Nru 99/2006 dwar l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-adegwatezza tal-kapital, approvata b’emendi u supplimenti bil-Liġi nru 227/2007; |
|
(q) |
fi Spanja: Istituzzjonijiet reġistrati bħala “Cooperativas de Crédito” skont “Ley 13/1989, de 26 de mayo, de Cooperativas de Crédito”; |
|
(r) |
fl-Isvezja: istituzzjonijiet reġistrati bħala Medlemsbank’ skont “Lag (1995:1570) om medlemsbanker” jew bħala “Kreditmarknadsförening” skont Lag (2004:297) om bank- och finansieringsrörelse; |
|
(s) |
fir-Renju Unit: istituzzjonijiet reġistrati bħala “cooperative societies” skont l-“Industrial and Provident Societies Act 1965” u skont l-“Industrial and Provident Societies Act (Northern Ireland) 1969”. |
3. Rir-rigward tal-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, biex tikkwalifika bħala soċjetà kooperattiva għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-istituzzjoni għandha tkun tista’ toħroġ, skont il-liġi nazzjonali applikabbli jew l-istatuti tal-kumpanija, fil-livell tal-entità legali, biss strumenti kapitali imsemmija fl-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
4. Biex tikkwalifika bħala soċjetà kooperattiva għall-finijiet tal-paragrafu 1, meta d-detenturi, li jistgħu jkunu membri jew mhux membri tal-istituzzjoni, tal-istrumenti tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni msemmija fil-paragrafu (3) jkollhom il-kapaċità jirriżenjaw, skont il-liġi nazzjonali applikabbli, huma jistgħu wkoll jkollhom id-dritt ipoġġu l-istrument kapitali lura fl-istituzzjoni, iżda suġġett biss għar-restrizzjonijiet tal-liġi nazzjonali applikabbli, l-istatuti tal-kumpanija, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u ta’ dan ir-Regolament. Dan ma jimpedixxix lill-istituzzjoni milli toħroġ, skont il-liġi nazzjonali applikabbli, strumenti tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni f’konformità mal-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 lill-membri u mhux membri li ma jagħtux dritt li l-istrument kapitali jitqiegħed lura fl-istituzzjoni.
Artikolu 5
Tip ta’ impriża rikonoxxuta skont il-liġi nazzjonali applikabbli bħala istituzzjoni tat-tfaddil għall-finijiet tal-Artikolu 27(1)(a)(iii) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013
1. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeterminaw li tip ta’ impriża rikonoxxuta skont il-liġi nazzjonali applikabbli tikwalifika bħala istituzzjoni tat-tfaddil għall-finijiet tal-Tieni Parti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha fil-paragarfi 2, 3 u 4:
2. Biex tikkwalifika bħala istituzzjoni tat-tfaddil għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-istatus ġuridiku ta’ istituzzjoni għandu jaqa’ taħt waħda mill-kategoriji li ġejjin:
|
(a) |
fl-Awstrija: istituzzjonijiet reġistrati bħala “Sparkasse” skont il-para. 1 (1) tal-“Bundesgesetz über die Ordnung des Sparkassenwesens (Sparkassengesetz – SpG)”; |
|
(b) |
fid-Danimarka: istituzzjonijiet reġistrati bħala “Sparekasser” skont l-Att Daniż tan-Negozju Finanzjarju; |
|
(c) |
fil-Finlandja: istituzzjonijiet reġistrati bħala “Säästöpankki” jew “Sparbank” skont “Säästöpankkilaki ‘jew “Sparbankslag”; |
|
(d) |
fil-Ġermanja: istituzzjonijiet reġistrati bħala “Sparkasse” kif ġej:
|
|
(e) |
fi Spanja: istituzzjonijiet reġistrati bħala “Cajas de Ahorros” skont ‘Real Decreto-Ley 2532/1929, de 21 de noviembre, sobre Régimen del Ahorro Popular; |
|
(f) |
fl-Isvezja: istituzzjonijiet reġistrati bħala “Sparbank” skont “Sparbankslag (1987:619)”. |
3. Rir-rigward tal-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, biex tikkwalifika bħala istituzzjoni tat-tfaddil għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-istituzzjoni għandha tkun tista’ toħroġ, skont il-liġi nazzjonali applikabbli jew l-istatuti tal-kumpanija, fil-livell tal-entità legali, biss strumenti kapitali imsemmija fl-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
4. Biex tikkwalifika bħala istituzzjoni tat-tfaddil għall-finijiet tal-paragrafu 1, is-somma tal-kapital, ir-riżervi u l-profitti interim jew ta’ tmiem is-sena, ma tistax, skont il-liġi nazzjonali applikabbli, titqassam lid-detenturi ta’ strumenti ta’ Ekwità Komuni tal-Grad 1. Din il-kundizzjoni titqies li tkun ġiet issodisfata anke meta l-istituzzjoni toħroġ strumenti tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni li jagħtu lid-detenturi, fuq bażi ta’ negozju avvjat, dritt għal parti mill-profitti u r-riżervi, fejn ikun permess mil-liġi nazzjonali applikabbli, sakemm din il-parti tkun proporzjonata mal-kontribuzzjoni tagħhom fil-kapital u r-riżervi jew, fejn dan ikun permess mil-liġi nazzjonali applikabbli, skont arranġament alternattiv. L-istituzzjoni tista’ toħroġ strumenti tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni li jagħtu lid-detenturi, fil-każ ta’ insolvenza jew likwidazzjoni tal-istituzzjoni, id-dritt għar-riżervi li ma jeħtiġlux ikun proporzjonat mal-kontribuzzjoni fil-kapital u r-riżervi sakemm jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet tal-paragrafi 4 u 5 tal-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
Artikolu 6
Tip ta’ impriża rikonoxxuta skont il-liġi nazzjonali applikabbli bħala mutwa għall-finijiet tal-Artikolu 27(1)(a)(i) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013
1. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeterminaw li tip ta’ impriża rikonoxxuta skont il-liġi nazzjonali applikabbli tikwalifika bħala mutwa għall-finijiet tal-Tieni Parti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha fil-paragarfi 2, 3 u 4.
2. Biex tikkwalifika bħala mutwa għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-istatus ġuridiku ta’ istituzzjoni għandu jaqa’ taħt waħda mill-kategoriji li ġejjin:
|
(a) |
fid-Danimarka: Assoċjazzjonijiet (“Foreninger”) jew fondi (“Fonde”) li joriġinaw mill-konverżjoni ta’ kumpaniji tal-assigurazzjoni (“Forsikringsselskaber”), instituzzjonijiet tal-kreditu ipotekarju (“Realkreditinstitutter”), banek tat-tfaddil (“Sparekasser”), banek tat-tfaddil kooperattivi (“Andelskasser”) u affiljazzjonijiet ta’ banek tat-tfaddil kooperattivi (“Sammenslutninger af andelskasser”) f’kumpaniji b’responsabbiltà limitata kif definit fl-Att Daniż tan-Negozju Finanzjarju; |
|
(b) |
fl-Irlanda: istituzzjonijiet reġistrati bħala “building societies” skont il-‘Building Societies Act 1989; |
|
(c) |
fir-Renju Unit: istituzzjonijiet reġistrati bħala “building societies” skont il-Building Societies Act 1986; istituzzjonijiet reġistrati bħala “savings bank” skont is-Savings Bank (Scotland) Act 1819. |
3. Rir-rigward tal-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, biex tikkwalifika bħala mutwa għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-istituzzjoni għandha tista’ toħroġ, skont il-liġi nazzjonali applikabbli jew l-istatuti tal-kumpanija, fil-livell tal-entità legali, biss strumenti kapitali imsemmija fl-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
4. Biex tikkwalifika bħala mutwa għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-ammont totali jew ammont parzjali tas-somma tal-kapital u r-riżervi jkun proprjetà tal-membri tal-istituzzjoni, li ma jibbenefikawx, fil-kors normali tan-negozju, minn distribuzzjoni diretta tar-riżervi, b’mod partikolari permezz ta’ ħlas ta’ dividendi. Dawn il-kondizzjonijiet jitqiesu li jkunu ġew issodisfati anke meta l-istituzzjoni toħroġ strumenti tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni li jagħtu dritt fuq il-profitti u r-riżervi, fejn dan ikun permess mil-liġi nazzjonali applikabbli.
Artikolu 7
Tip ta’ impriża rikonoxxuta skont il-liġi nazzjonali applikabbli bħala istituzzjoni simili għall-finijiet tal-Artikolu 27(1)(a)(iv) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013
1. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeterminaw li tip ta’ impriża rikonoxxuta skont il-liġi nazzjonali applikabbli tikwalifika bħala istituzzjoni simili għall-kooperattivi, il-mutwi u l-istituzzjonijiet tat-tfaddil għall-finijiet tat-Tieni Parti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha fil-paragrafi 2, 3 u 4.
2. Biex tikkwalifika bħala istituzzjoni simili għal kooperattivi, mutwi u istituzzjonijiet tat-tfaddil għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-istatus ġuridiku ta’ istituzzjoni jaqa’ taħt waħda mill-kategoriji li ġejjin:
|
(a) |
fl-Awstrija: il-“Pfandbriefstelle der österreichischen Landes-Hypothekenbanken” skont il-“Bundesgesetz über die Pfandbriefstelle der österreichischen Landes-Hypothekenbanken (Pfandbriefstelle-Gesetz – PfBrStG)”; |
|
(b) |
fil-Finlandja: istituzzjonijiet reġistrati bħala “Hypoteekkiyhdistys” jew “Hypoteksförening” skont “Laki hypoteekkiyhdistyksistä” jew “Lag om hypoteksföreningar”. |
3. Rir-rigward tal-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, biex tikkwalifika bħala istituzzjoni simili għal kooperattivi, mutwi jew istituzzjoni tat-tfaddil għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-istituzzjoni għandha tkun tista’ toħroġ biss, skont il-liġi nazzjonali applikabbli jew l-istatuti tal-kumpanija, fil-livell tal-entità legali, strumenti kapitali msemmija fl-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
4. Biex tikkwalifika bħala istituzzjoni simili għal kooperattivi, mutwi u istituzzjonijiet tat-tfaddil għall-finijiet tal-paragrafu 1, għandha tkun issodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin jew aktar:
|
(a) |
meta d-detenturi, li jistgħu jkunu membri jew mhux membri tal-istituzzjoni, tal-istrumenti tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni msemmija fil-paragrafu 3 jkollhom il-kapaċità jirriżenjaw, skont il-liġi nazzjonali applikabbli, huma jistgħu wkoll jkollhom id-dritt ipoġġu l-istrument kapitali lura fl-istituzzjoni, iżda suġġett biss għar-restrizzjonijiet tal-liġi nazzjonali applikabbli, l-istatuti tal-kumpanija u tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u ta’ dan ir-Regolament. Dak ma jimpedixxix lill-istituzzjoni milli toħroġ, skont il-liġi nazzjonali applikabbli, strumenti tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni f’konformità mal-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 lill-membri u mhux membri li ma jagħtux dritt li l-istrument kapitali jitqiegħed lura fl-istituzzjoni; |
|
(b) |
is-somma tal-kapital, ir-riżervi u l-profitti interim jew ta’ tmiem is-sena, ma tistax, skont il-liġi nazzjonali applikabbli, titqassam lid-detenturi ta’ strumenti ta’ Ekwità Komuni tal-Grad 1. Dik il-kundizzjoni titqies li tkun ġiet issodisfata anke meta l-istituzzjoni toħroġ strumenti tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni li jagħtu lid-detenturi, fuq bażi ta’ negozju avvjat, dritt għal parti mill-profitti u r-riżervi, fejn ikun permess mil-liġi nazzjonali applikabbli, sakemm dik il-parti tkun proporzjonata mal-kontribuzzjoni tagħhom fil-kapital u r-riżervi jew, fejn dan ikun permess mil-liġi nazzjonali applikabbli, skont arranġament alternattiv. L-istituzzjoni tista’ toħroġ strumenti tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni li jagħtu lid-detenturi, fil-każ ta’ insolvenza jew likwidazzjoni tal-istituzzjoni, id-dritt għar-riżervi li ma jeħtiġlux ikun proporzjonat mal-kontribuzzjoni fil-kapital u r-riżervi sakemm jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 29(4) u (5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; |
|
(c) |
l-ammont totali jew ammont parzjali tas-somma tal-kapital u r-riżervi huwa proprjetà tal-membri tal-istituzzjoni, li ma jibbenefikawx, fil-kors normali tan-negozju, minn distribuzzjoni diretta tar-riżervi, b’mod partikolari permezz ta’ ħlas ta’ dividendi. |
Artikolu 8
Finanzjament indirett tal-istrumenti kapitali għall-finijiet tal-Artikolu 28(1)(b), l-Artikolu 52(1)(c) u l-Artikolu 63(c) tar- Regolament (UE) Nru 575/2013
1. Finanzjament indirett ta’ strumenti kapitali skont l-Artikolu 28(1)(b), l-Artikolu 52(1)(c) u l-Artiloku 63(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandu jitqies finanzjament li mhuwiex dirett.
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, finanzjament dirett għandu jirreferi għal sitwazzjonijiet fejn istituzzjoni tkun tat self jew fondi oħra fi kwalunkwe forma lil investitur li jintużaw biex jinxtraw strumenti kapitali tagħha.
3. Finanzjament dirett għandu jinkludi wkoll finanzjament mogħti għal skopijiet oħra apparti x-xiri ta’ strumenti kapitali tal-istituzzjoni, lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li jkollha parteċipazzjoni kwalifikanti fl-istituzzjoni ta’ kreditu, kif imsemmi fl-Artikolu 4(36) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jew li titqies li hija parti relatata skont it-tifsira tad-definizzjonijiet fil-paragrafu 9 tal-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 24 dwar Divulgazzjonijiet fuq Partijiet Relatati kif applikati fl-Unjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), filwaqt li titqies kwalunkwe gwida addizzjonali kif defenit mill-awtorità kompetenti, jekk l-istituzzjoni ma tkunx tista’ turi dan kollu li ġej:
|
(a) |
it-tranżazzjoni titwettaq bl-istess kondizzjonijiet bħal tranżazzjonijiet oħra ma’ partijiet terzi; |
|
(b) |
il-persuna fiżika jew ġuridika jew il-parti relatata ma jkollhiex tiddependi fuq id-distribuzzjonijiet jew fuq il-bejgħ ta’ strumenti kapitali miżmuma biex issostni l-pagament tal-imgħax u r-ripagament tal-finanzjament. |
Artikolu 9
Forom applikabbli u n-natura ta’ finanzjament indirett ta’ strumenti kapitali għall-finijiet tal-Artikolu 28(1)(b) u 52(1)(c) u 63(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013
1. Il-forom applikabbli u n-natura tal-finanzjament indirett tax-xiri ta’ strumenti kapitali ta’ istituzzjoni għandhom jinkludu dan li ġej:
|
(a) |
finanzjament tax-xiri ta’ investitur, mal-ħruġ jew wara, ta’ strumenti kapitali ta’ istituzzjoni minn kwalunkwe entità li fiha l-istituzzjoni jkollha kontroll dirett jew indirett jew minn entitajiet inklużi fi kwalunkwe minn dan li ġej:
|
|
(b) |
finanzjament ta’ xiri ta’ investitur, mal-ħruġ jew wara, ta’ strumenti kapitali ta’ istituzzjoni minn entitajiet esterni li huma protetti b’garanzija jew bl-użu ta’ derivattivi tal-kreditu jew li huma ggarantiti b’xi mod ieħor sabiex ir-riskju tal-kreditu jiġi ttrasferit lill-istituzzjoni jew lil kwalunkwe entità li fiha l-istituzzjoni għandha kontroll dirett jew indirett jew kwalunkwe l-entità fi kwalunkwe minn dan li ġej:
|
|
(c) |
il-finanzjament ta’ mutwatarju li jgħaddi l-finanzjament fuq l-investituri finali għax-xiri, mal-ħruġ jew wara, ta’ strumenti kapitali ta’ istituzzjoni. |
2. Sabiex jitqies bħala finanzjament indirett għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-kundizzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu ssodisfati ukoll, meta applikabbli:
|
(a) |
l-investitur ma jkunx inkluż fl-ebda minn dawn li ġejjin:
|
|
(b) |
l-entità esterna mhi inkluża fl-ebda minn dawn li ġejjin:
|
3. Meta jkun qed jiġi stabbilit jekk l-akkwist ta’ strument kapitali jinvolvix finanzjament dirett jew indirett skont l-Artikolu 8, l-ammont li għandu jitqies għandu jkun nett minn kwalunkwe konċessjoni li tkun saret għal indeboliment ivvalutat individwalment.
4. Sabiex tiġi evitata kwalifika ta’ finanzjament dirett jew indirett skont l-Artikolu 8 u fejn is-self jew forma oħra ta’ finanzjament jew garanziji jingħataw lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li jkollha parteċipazzjoni kwalifikanti fl-istituzzjoni ta’ kreditu jew li titqies li hija parti relatata kif imsemmi fil-paragrafu 3, l-istituzzjoni għandha tiżgura li fuq bażi kontinwa ma tkunx provdiet self jew forma oħra ta’ finanzjament jew garanziji għall-iskop li tissottoskrivi direttament jew indirettament strumenti kapitali tal-istituzzjoni. Meta s-self jew forma oħra ta’ finanzjament jew garanziji jingħataw lil tipi oħra ta’ partijiet, l-istituzzjoni għandha tagħmel dan il-kontroll fuq bażi tal-aħjar sforz.
5. Fir-rigward ta’ mutwi, soċjetajiet kooperattivi jew istituzzjonijiet simili, fejn hemm obbligu skont il-liġi nazzjonali jew l-istatuti tal-istituzzjoni li konsumatur jissottoskrivi strumenti kapitali biex jirċievi self, dak is-self ma għandux jitqies bħala finanzjament dirett jew indirett, meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
(a) |
l-ammont ta’ sottoskrizzjoni jitqies immaterjali mill-awtorità kompetenti; |
|
(b) |
l-iskop tas-self mhuwiex l-akkwist ta’ strumenti kapitali tal-istituzzjoni li qed tipprovdi s-self; |
|
(c) |
is-sottoskrizzjoni fi strument kapitali wieħed jew aktar tal-istituzzjoni huwa meħtieġ biex il-benefiċjarju tas-self isir membru tal-mutwa, tas-soċjetà kooperattiva jew tal-istituzzjoni simili. |
Artikolu 10
Limitazzjonijiet fuq it-tifdija ta’ strumenti kapitali maħruġa minn mutwi, istituzzjonijiet tat-tfaddil, soċjetajiet kooperattivi u istituzzjonijiet simili għall-finijiet tal-Artikolu 29(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-Artikolu 78(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013
1. Istituzzjoni tista’ toħroġ strumenti tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni bil-possibbiltà ta’ tifdija biss fejn din il-possibilità hija prevista mil-liġi nazzjonali applikabbli.
2. L-abbiltà li l-istituzzjoni tillimita t-tifdija skont id-dispożizzjonjiet li jirregolaw l-istrumenti kapitali kif imsemmi fl-Artikolu 29(2)(b) u 78(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, għandha tikkomprendi kemm id-dritt li tiddeferixxi t-tifdija kif ukoll id-dritt li tillimita ammont li se jiġi mifdi. L-istituzzjoni għandha tkun tista’ tiddefferixxi t-tifdija jew tillimita l-ammont li se jiġi mifdi għal perjodu illimitat ta’ żmien skont il-paragrafu 3.
3. Il-punt safejn il-limitazzjonijiet fuq it-tifdija inklużi fid-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti għandu jiġi ddeterminat mill-istituzzjoni fuq il-bażi tas-sitwazzjoni prudenzjali tal-istituzzjoni fi kwalunkwe ħin, u wara li jiġu kkunsidrati b’mod partikolari, iżda mhux biss:
|
(a) |
Is-sitwazzjoni kumplessiva finanzjarja, tal-likwidità u s-solvenza tal-istituzzjoni; |
|
(b) |
l-ammont tal-kapital ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, ta’ Grad 1 u l-kapital totali mqabbel mal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kkalkulat skont ir-rekwiżiti stipulati fil-punt (a) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ir-rekwiżiti tal-fondi proprji speċifiċi msemmija fl-Artikolu 104(1)(a) tad-Direttiva 2013/36/UE, ir-rekwiżit tal-bafer kombinat kif definit fil-punt (6) tal-Artikoli 128 ta’ dik id-Direttiva. |
Artikolu 11
Limitazzjonijiet fuq it-tifdija ta’ strumenti kapitali maħruġa minn mutwi, istituzzjonijiet tat-tfaddil, soċjetajiet kooperattivi u istituzzjonijiet simili għall-finijiet tal-Artikolu 29(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-Artikolu 78(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013
1. Il-limitazzjonijiet fuq it-tifdija inklużi fid-dispozzjonijiet kuntrattwali jew legali li jirregolaw l-istrumenti ma għandhomx jimpedixxu lill-awtoritajiet kompetenti milli jillimitaw aktar it-tifdija tal-istrumenti fuq bażi xierqa kif previst fl-Artikolu 78 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw il-bażijiet tal-limitazzjonijiet fuq it-tifdija inklużi fid-dispożizzjonijiet kuntrattwali u legali li jirregolaw l-istrument. Huma għandhom jeħtieġu lill-istituzzjonijiet jimmodifikaw id-dispożizzjonijiet kuntrattwali korrispondenti meta ma jkunux sodisfatti li l-bażijiet tal-limitazzjonijiet huma xierqa. Fejn l-istrumenti jkunu rregolati mil-liġi nazzjonali fin-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet kuntrattwali, il-leġiżlazzjoni għandha tippermetti lill-istituzzjoni tillimita t-tifdija kif imsemmi fil-paragrafi 1 sa 3 tal-Artikolu 10 sabiex l-istrument jikkwalifika bħala Grad 1 ta’ Ekwità Komuni.
3. Kwalunkwe deċiżjoni li tiġi limitata t-tifdija għandha tkun dokumentata internament u rapportata bil-miktub mill-istituzzjoni lill-awtorità kompetenti, inklużi r-raġunijiet għaliex, fid-dawl tal-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 3, it-tifdija ġiet parzjalment jew totalment rifjutata jew diferrita.
4. Meta jkunu qed jittieħdu diversi deċiżjonijiet, fl-istess perjodu ta’ żmien, li tiġi limitata t-tifdija, l-istituzzjonijiet jistgħu jiddokumentaw dawn id-deċiżjonijiet f’sett wieħed ta’ dokumenti.
TAQSIMA 2
Filtri Prudenzjali
Artikolu 12
Il-kunċett ta’ qligħ mill-bejgħ għall-finijiet tal-Artikolu 32(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013
1. Il-kunċett ta’ qligħ fuq il-bejgħ imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandu jfisser kwalunkwe qligħ rikonoxxut fuq il-bejgħ għal dik l-istituzzjoni li jiġi rreġistrat bħala żieda fi kwalunkwe element tal-fondi proprji u huwa assoċjat ma’ introjtu ta’ marġni futur li jirriżulta minn bejgħ ta’ assi titolizzati meta jitneħħew mill-karta bilanċjali tal-istituzzjoni fil-kuntest ta’ tranżazzjoni ta’ titolizzazzjoni.
2. Il-qligħ rikonoxxut fuq bejgħ għandu jiġi ddeterminat bħala d-differenza bejn il-punti (a) u (b) li ġejjin kif determinati fl-applikazzjoni tal-qafas tal-kontabbiltà rilevanti:
|
(a) |
il-valur nett tal-assi riċevuti inkluż kwalunkwe assi ġdid miksub li minnu jitnaqqas kwalunkwe assi ieħor mogħti jew kwalunkwe obbligazzjoni ġdida meħuda; |
|
(b) |
u l-ammont riportat tal-assi titolizzati jew tal-parti li r-rikonoxximent tagħha ġie rtirat. |
3. Il-qligħ rikonoxxut fuq bejgħ li huwa assoċjat ma’ introjtu ta’ marġni futur, għandu jirreferi, f’dan il-kuntest, għall-“marġni pożittiv” mistenni fil-futur, kif definit fl-Artikolu 242 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
TAQSIMA 3
Tnaqqis mill-elementi tal-Ekwità Komuni ta’ Grad 1
Artikolu 13
Tnaqqis ta’ telf għas-sena finanzjarja attwali għall-finijiet tal-Artikolu 36(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013
1. Għall-fini li jiġi kkalkulat il-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni tagħha matul is-sena, u irrispettivament minn jekk l-istituzzjoni tagħlaqx il-kontijiet finanzjarji tagħha fi tmiem kull perjodu interim, l-istituzzjoni għandha tiddetermina r-rapport tal-introjtu tagħha u tnaqqas kwalunkwe telf li jirriżulta mill-entrati tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni meta jseħħ.
2. Għall-finijiet li jiġu determinati l-kontijiet tal-introjtu ta’ istituzzjoni skont il-paragrafu 1, l-introjtu u l-ispejjeż għandhom jiġu ddeterminati skont l-istess proċess u fuq il-bażi tal-istess standards tal-kontabilità bħal dik segwita fir-rapport finanzjarju tal-aħħar tas-sena. Id-dħul u l-ispejjeż għandhom jiġu stmati b’mod prudenti u għandhom jiġu assenjati għall-perjodu interim li fihom ikunu seħħew sabiex kull perjodu interim ikollu ammont raġonevoli ta’ introjtu u spejjeż annwali antiċipati. Avvenimenti materjali jew mhux rikorrenti għandhom jitqiesu b’mod sħiħ u mingħajr dewmien fil-perjodu interim li jseħħu fih.
3. Fejn it-telf għas-sena finanzjarja attwali jkun diġà naqqas l-entrati tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni bħala riżultat ta’ rapport finanzjarju interim jew tal-aħħar tas-sena, ma jkunx meħtieġ tnaqqis. Għall-fini ta’ dan l-Artikolu, ir-rapport finanzjarju tfisser li l-profitt u t-telf ġew iddeterminati wara għeluq tal-kontijiet interim jew annwali skont il-qafas tal-kontabilità li għalih hija soġġetta l-istituzzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 rigward l-applikazzjoni ta’ standards internazzjonali tal-kontabilità u d-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE (9) dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta’ banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn.
4. Il-paragrafi 1 sa 3 għandhom japplikaw bl-istess mod għall-qligħ u t-telf inklużi fi introjtu ieħor komprensiv akkumulat.
Artikolu 14
Tnaqqis ta’ assi ta’ taxxa differita li jiddependu fuq il-profittabilità futura għall-finijiet tal-Artikolu 36(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013
1. It-tnaqqis ta’ assi ta’ taxxa differita li jiddependu fuq il-profittabilità futura skont l-Artikolu 36(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandu jsir skont il-paragrafi 2 u 3.
2. It-tpaċija bejn l-assi ta’ taxxa differita u l-obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita assoċjati għandha ssir separatament għal kull entità taxxabbli. L-obbligazzjonijiet tat-taxxa differita assoċjati għandhom ikunu limitati għal dawk li jinħolqu mil-liġi tat-taxxa tal-istess ġurisdizzjoni tal-assi tat-taxxa differita. Għall-kalkolu tal-assi u l-obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita f’livell konsolidat, entità taxxabbli tinkludi kwalunkwe għadd ta’ entitajiet li huma membri tal-istess grupp tat-taxxa, konsolidazzjoni fiskali, għaqda fiskali jew dikjarazzjoni tat-taxxa konsolidata skont il-liġi nazzjonali applikabbli.
3. L-ammont tal-obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita assoċjati li huma eliġibbli għat-tpaċija tal-assi ta’ taxxa differita li jiddependu fuq il-profittabilità futura huwa ugwali għad-differenza bejn l-ammont fil-punt (a) u l-ammont fil-punt (b):
|
(a) |
l-ammont tal-obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita kif rikonoxxut skont taħt il-qafas tal-kontabilità applikabbli; |
|
(b) |
l-ammont tal-obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita assoċjati li joħorġu minn assi intanġibbli u minn assi ta’ fond tal-pensjoni b’benefiċċji definiti. |
Artikolu 15
Tnaqqis ta’ assi ta’ fond tal-pensjoni b’benefiċċji definiti għall-finijiet tal-Artikolu 36(1)(e) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-Artikolu 41(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013
1. L-awtorità kompetenti għandha tagħti biss il-permess minn qabel imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 41(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fejn l-abbiltà bla restrizzjonijiet li tuża l-assi rispettivi tal-fond tal-pensjonijiet b’benefiċċji definiti tinvolvi aċċess immedjat u bla xkiel għall-assi bħal meta l-użu tal-assi ma jiġix impedit minn restrizzjoni ta’ kwalunkwe tip u ma jkun hemm pretensjonijiet tal-ebda tip minn partijiet terzi fuq dawn l-assi.
2. Aċċess bla xkiel għall-assi x’aktarx ikun jeżisti meta l-istituzzjoni ma tkunx meħtieġa titlob u tirċievi approvazzjoni speċifika mill-manager tal-fondi tal-pensjoni jew mingħand il-benefiċjarji tal-pensjoni kull darba li tkun trid taċċessja fondi żejda fil-pjan.
Artikolu 16
Tnaqqis ta’ imposti prevedibbli tat-taxxi għall-finijiet tal-Artikolu 36(1)(l) u l-Artikolu 56(f) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013
1. Bil-kundizzjoni li l-istituzzjoni tapplika qafas ta’ kontabilità u politiki ta’ kontabilità li jipprevedu r-rikonoxximent sħiħ tal-obbligazzjonijiet attwali u differiti tat-taxxa relatati ma’ tranżazzjonijiet u avvenimenti oħrajn rikonoxxuti fil-karta bilanċjali jew fir-rapport tal-introjtu, l-istituzzjoni tista’ tikkunsidra li l-imposti tat-taxxi prevedibbli diġà tqiesu. L-awtorità kompetenti għandha tkun issodisfata li jkun sar it-tnaqqis kollu meħtieġ, jew skont l-istandards tal-kontabilità applikabbli jew skont kwalunkwe aġġustament ieħor.
2. Meta l-istituzzjoni tkun qed tikkalkula il-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni tagħha fuq il-bażi ta’ rapporti finanzjarji mħejjija skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002, il-kundizzjoni tal-paragrafu 1 titqies li ġiet issodisfata.
3. Meta l-kundizzjoni tal-paragrafu 1 ma tkunx issodisfata, l-istituzzjoni għandha tnaqqas l-entrati tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni tagħha bl-ammont stmat tal-imposti tat-taxxa attwali u differita li jkunu għadhom mhux rikonoxxuti fil-karta bilanċjali u fir-rapport tal-introjtu relatati ma’ tranżazzjonijiet u avvenimenti oħrajn rikonoxxuti fil-karta bilanċjali jew fir-rapport tal-introjtu. L-ammont stmat ta’ imposti tat-taxxa attwali u differita għandu jiġu ddeterminat bl-użu ta’ approċċ ekwivalenti għal dak mogħti mir-Regolament (KE) Nru 1606/2002. L-ammont stmat tal-imposti tat-taxxa differita ma jistax jiġi nnettjat b’assi ta’ taxxa differita li mhumiex rikonoxxuti fir-rapporti finanzjarji.
TAQSIMA 4
Tnaqqis ieħor fl-entrati tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni, tal-Grad 1 addizzjonali u tal-Grad 2
Artikolu 17
Tnaqqis ieħor fl-istrumenti kapitali tal-istituzzjonijiet finanzjarji għall-finijiet tal-Artikolu 36(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013
1. Parteċipazzjonijiet fi strumenti kapitali ta’ istituzzjonijiet finanzjarji kif definit fl-Artikolu 4(26) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandhom jitnaqqsu skont il-kalkoli li ġejjin:
|
(a) |
l-istrumenti kollha li jikkwalifikaw bħala kapital skont il-liġi tal-kumpaniji applikabbli għall-istituzzjoni finanzjarja li ħarġithom u, meta l-istituzzjoni finanzjarja tkun suġġetta għal rekwiżiti ta’ solvenza, li huma inklużi fil-Grad tal-ogħla kwalità tal-fondi proprji regolatorji mingħajr limiti għandhom jitnaqqsu mill-entrati tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni; |
|
(b) |
l-istrumenti kollha li jikkwalifikaw bħala kapital skont il-liġi tal-kumpaniji applikabbli għall-emittent u, meta l-istituzzjoni finanzjarja ma tkunx suġġetta għal rekwiżiti ta’ solvenza, li jkunu perpetwi, jassorbu l-ewwel u proporzjonalment l-akbar sehem mit-telf meta jseħħ, jikklassifikaw taħt il-pretensjonijiet l-oħra kollha fil-każ ta’ insolvenza u likwidazzjoni u ma għandhomx distribuzzjonijiet preferenzjali jew predeterminati għandhom jitnaqqsu mill-entrati tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni; |
|
(c) |
kwalunkwe strument subordinat li jassorbi t-telf fuq bażi ta’ negozju avvjat, inkluż id-diskrezzjoni li jikkanċella pagament bil-kupun, għandu jitnaqqas mill-entrati tal-Grad 1 Addizzjonali. Meta l-ammont ta’ dawn l-istrumenti subordinati jaqbeż l-ammont tal-kapital tal-Grad 1 Addizzjonali, l-ammont żejjed għandu jitnaqqas mill-kapital tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni; |
|
(d) |
kwalunkwe strument subordinat ieħor għandu jitnaqqas mill-entrati tal-Grad 2. Jekk l-ammont ta’ dawn l-istrumenti subordinati jaqbeż l-ammont tal-kapital tal-Grad 2, l-ammont żejjed għandu jitnaqqas mill-entrati tal-Grad 1 Addizzjonali. Meta l-ammont ta’ kapital tal-Grad 1 Adizzjonali ma jkunx biżżejjed, il-bqija tal-ammont żejjed għandu jitnaqqas minn mill-entrati tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni; |
|
(e) |
kwalunkwe strument ieħor inkluż fil-fondi proprji tal-istituzzjoni finanzjarja skont il-qafas prudenzjali rilevanti applikabbli jew kwalunkwe strument ieħor li għalih l-istituzzjoni ma tkunx tista’ turi li l-kundizzjonijiet fil-punti (a), (b), (c) jew (d) japplikaw għandhom jitnaqqsu mill-entrati tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni. |
2. Fil-każijiet previsti fil-paragrafu 3, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw it-tnaqqis kif previst fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 għal parteċipazzjonijiet ta’ strumenti kapitali bbażati fuq approċċ tat-tnaqqis korrispondenti. Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, l-approċċ tat-tnaqqis korrispondenti għandu jfisser approċċ li japplika t-tnaqqis għall-istess komponent ta’ kapital li għalih il-kapital ikun jikkwalifika li kieku nħareġ mill-istituzzjoni stess.
3. It-tnaqqis imsemmi fil-paragrafu 1 ma għandux japplika f’dawn il-każijiet:
|
(a) |
meta l-istituzzjoni finanzjarja tkun awtorizzata u taħt is-superviżjoni ta’ awtorità kompetenti u soġġetta għal rekwiżiti prudenzjali ekwivalenti għal dawk applikati lill-istituzzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013. Dan l-approċċ għandu jkun applikat lill-istituzzjonijiet finanzjarji ta’ pajjiż terz biss meta tkun saret, skont dak ir-regolament, valutazzjoni tal-ekwivalenza tar-reġim prudenzjali tal-pajjiż terz konċernat u meta jkun ġie konkluż li r-reġim prudenzjali tal-pajjiż terz konċernat huwa tal-inqas ekwivalenti għal dak applikata fl-Unjoni. |
|
(b) |
meta l-istituzzjoni finanzjarja tkun istituzzjoni tal-flus elettroniċi skont it-tifsira tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) u ma tibbenefikax minn eżenzjonijiet fakultattivi kif previst fl-Artikolu 9 ta’ dik id-Direttiva; |
|
(c) |
meta l-istituzzjoni finanzjarja tkun istituzzjoni tal-pagamenti skont it-tifsira tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) u ma tibbenefikax minn rinunzja kif previst fl-Artikolu 26 ta’ dik id-Direttiva; |
|
(d) |
meta l-istituzzjoni finanzjarja tkun maniġer ta’ fondi ta’ investiment alternattivi skont it-tifsira tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) jew kumpanija tal-immaniġjar skont it-tifsira tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13). |
Artikolu 18
Strumenti kapitali ta’ impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni minn pajjiż terz għall-finijiet tal-Artikolu 36(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013
1. Parteċipazzjonijiet fi strumenti kapitali ta’ impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni minn pajjiż terz li huma soġġetti għal reġim ta’ solvenza li jew ġie vvalutat bħala mhux ekwivalenti għal dak stabbilit fit-Titolu I, il-Kapitolu VI tad-Direttiva 2009/138/KE skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 227 ta’ dik id-Direttiva, jew li ma ġiex ivvalutat, għandhom jitnaqqsu kif ġej:
|
(a) |
l-istrumenti kollha li jikkwalifikaw bħala kapital skont il-liġi tal-kumpaniji applikabbli għall-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni minn pajjiz terz li ħarġuhom, u li huma inklużi fil-Grad tal-ogħla kwalità tal-fondi proprji regolatorji mingħajr limiti skont r-reġim tal-pajjiż terz għandhom jitnaqqsu mill-entrati tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni; |
|
(b) |
kwalunkwe strument subordinat li jassorbi t-telf fuq bażi ta’ negozju avvjat, inkluż id-diskrezzjoni li jikkanċella pagament bil-kupun, għandu jitnaqqas mill-entrati tal-Grad 1 Addizzjonali. Meta l-ammont ta’ dawn l-istrumenti subordinati jaqbeż l-ammont tal-kapital tal-Grad 1 Addizzjonali, l-ammont żejjed għandu jitnaqqas mill-entrati tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni; |
|
(c) |
kwalunkwe strument subordinat ieħor għandu jitnaqqas mill-entrati tal-Grad 2. Meta l-ammont ta’ dawn l-istrumenti subordinati jaqbeż l-ammont tal-kapital tal-Grad 2, l-ammont żejjed għandu jitnaqqas mill-entrati tal-Grad 1 Addizzjonali. Meta l-ammont f’eċċess jaqbeż l-ammont tal-kapital tal-Grad 1 Addizzjonali, l-ammont f’eċċess li jibqa’ għandu jitnaqqas mill-entrati tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni; |
|
(d) |
għal impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni minn pajjiż terz li huma soġġetti għal rekwiżiti prudenzjali ta’ solvenza, kwalunkwe strument ieħor inkluż fil-fondi proprji tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni minn pajjiż terz skont ir-reġim ta’ solvenza rilevanti applikabbli jew kwalunkwe strument ieħor li għalih l-istituzzjoni ma tkunx tista’ turi li l-kundizzjonijiet (a), (b) jew (c) japplikaw, għandu jitnaqqas mill-entrati tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni. |
2. Fejn ir-reġim ta’ solvenza ta’ pajjiż terz, inklużi r-regoli dwar il-fondi proprji, ikun ġie vvalutat bħala ekwivalenti għal dak stabilit fit-Titolu I, il-Kapitolu VI tad-Direttiva 2009/138/KE skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 227 ta’ dik id-Direttiva, parteċipazzjonijiet ta’ strument kapitali ta’ impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tal-pajjiż terz għandhom jiġu ttrattati bħala parteċipazzjonijiet ta’ strumenti kapitali ta’ impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-rijassigurazzjoni awtorizzati skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2009/138/KE.
3. Fil-każijiet previsti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw it-tnaqqis kif previst fil-punt (b) tal-Artikolu 44, il-punt (b) tal-Artikolu 58 u l-punt (b) tal-Artikolu 68 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, kif applikabbli, għal parteċipazzjonijiet ta’ entrati tal-assigurazzjoni ta’ fondi proprji.
Artikolu 19
Strumenti kapitali ta’ impriżi esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2009/138/KE għall-finijiet tal-Artikolu 36(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013
Parteċipazzjonijiet ta’ strumenti kapitali ta’ impriżi esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2009/138/KE skont l-Artikolu 4 ta’ dik id-Direttiva għandhom jitnaqqsu kif ġej:
|
(a) |
l-istrumenti kollha li jikkwalifikaw bħala kapital skont il-liġi tal-kumpaniji applikabbli għall-impriża li ħarġithom u li huma inklużi fil-Grad tal-ogħla kwalità tal-fondi proprji regolatorji mingħajr limiti għandhom jitnaqqsu mill-kapital tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni; |
|
(b) |
kwalunkwe strument subordinat li jassorbi t-telf fuq bażi ta’ negozju avvjat, inkluż id-diskrezzjoni li jikkanċella pagament bil-kupun, għandu jitnaqqas mill-entrati tal-Grad 1 Addizzjonali. Meta l-ammont ta’ dawn l-istrumenti subordinati jaqbeż l-ammont tal-kapital tal-Grad 1 Addizzjonali, l-ammont żejjed għandu jitnaqqas mill-entrati tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni; |
|
(c) |
kwalunkwe strument subordinat ieħor għandu jitnaqqas mill-entrati tal-Grad 2. Jekk l-ammont ta’ dawn l-istrumenti subordinati jaqbeż l-ammont tal-kapital tal-Grad 2, l-ammont żejjed għandu jitnaqqas mill-entrati tal-Grad 1 Addizzjonali. Meta l-ammont f’eċċess jaqbeż l-ammont tal-kapital tal-Grad 1 Addizzjonali, l-ammont f’eċċess li jibqa’ għandu jitnaqqas mill-entrati tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni; |
|
(d) |
kwalunkwe strument ieħor inkluż fil-fondi proprji tal-impriża skont ir-reġim ta’ solvenza applikabbli jew kwalunkwe strument ieħor li għalih l-istituzzjoni ma tkunx tista’ turi li l-kundizzjonijiet (a), (b) jew (c) japplikaw għandhom jitnaqqsu mill-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni. |
KAPITOLU III
KAPITAL TA’ GRAD 1 ADDIZZJONALI
TAQSIMA 1
Forma u n-natura tal-inċentivi biex jinfdew
Artikolu 20
Forma u natura tal-inċentivi għat-tifdija għall-finijiet tal-Artikolu 52(1)(g) u 63(h) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013
1. Inċentivi għat-tifdija tfisser il-karatteristiċi kollha li jipprovdu, fid-data tal-ħruġ, aspettattiva li l-istrument kapitali x’aktarx se jiġi mifdi.
2. L-inċentivi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu l-forom li ġejjin:
|
(a) |
opzjoni eżerċitabbli flimkien ma’ żieda fil-firxa tal-kreditu tal-istrument jekk l-opzjoni ma tintużax; |
|
(b) |
opzjoni eżerċitabbli flimkien ma’ rekwiżit jew opzjoni għall-investitur li jikkonverti l-istrument fi strument ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni meta l-opzjoni ma tintużax; |
|
(c) |
opzjoni eżerċitabbli flimkien ma’ bidla fir-rata ta’ referenza meta l-firxa tal-kreditu fuq it-tieni rata ta’ referenza tkun akbar mir-rata tal-pagament inizjali inqas ir-rata tal-iswap; |
|
(d) |
opzjoni eżerċitabbli flimkien ma’ żieda tal-ammont tat-tifdija fil-futur; |
|
(e) |
opzjoni ta’ rekummerċjalizzazzjoni flimkien ma’ żieda fil-firxa tal-kreditu tal-istrument jew bidla fir-rata ta’ referenza fejn il-firxa tal-kreditu fuq it-tieni rata ta’ referenza tkun akbar mir-rata tal-pagament inizjali inqas ir-rata tal-iswap meta l-istrument ma jiġix rikummerċjalizzat; |
|
(f) |
kummerċjalizzazzjoni tal-istrument b’mod li jissuġġerixxi lill-investituri li l-istrument se jiġi eżerċittat. |
TAQSIMA 2
Konverżjoni jew valwazzjoni negattiva tal-ammont kapitali
Artikolu 21
In-natura tal-valwazzjoni pożittiva tal-ammont kapitali wara valwazzjoni negattiva għall-finijiet tal-Artikolu 52(1)(n) u l-Artikolu 52(2)(c)(ii) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013
1. Il-valwazzjoni negattiva tal-ammont kapitali għandha tapplika fuq bażi prorata għad-detenturi kollha ta’ strumenti tal-Grad 1 Addizzjonali li jinkludu mekkaniżmu simili ta’ valwazzjoni negattiva u livell ta’ skattatura identiku.
2. Biex il-valwazzjoni negattiva titqies temporanja, iridu jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
(a) |
kwalunkwe distribuzzjoni pagabbli wara l-valwazzjoni negattiva għandha tkun ibbażata fuq l-ammont imnaqqas tal-kapital; |
|
(b) |
valwazzjonijiet pożittivi għandhom ikunu bbażati fuq il-profitti wara li l-istituzzjoni tkun ħadet deċiżjoni formali li tikkonferma l-profitti finali; |
|
(c) |
kwalunkwe valwazzjoni pożittiva tal-istrument jew pagament ta’ kupuni fuq l-ammont imnaqqas tal-kapital għandu jsir bid-diskrezzjoni sħiħa tal-istituzzjoni soġġetta għal-limitazzjonijiet li jirriżultaw mill-punti (d) sa (f) u ma għandu jkun hemm l-ebda obbligu fuq l-istituzzjoni li twettaq jew taċċellera valwazzjoni pożittiva skont ċirkostanzi speċifiċi; |
|
(d) |
valwazzjoni pożittiva għandha jitwettaq fuq bażi prorata bejn strumenti simili tal-Grad 1 Addizzjonali li kienu soġġetti għal valwazzjoni negattiva; |
|
(e) |
l-ammont massimu li għandu jiġi attribwit għas-somma tal-valwazzjoni pożittiva tal-istrument flimkien mal-pagamenti ta’ kupuni fuq l-ammont imnaqqas tal-kapital għandu jkun ugwali għall-profitt tal-istituzzjoni multiplikat bl-ammont miksub bid-diviżjoni tal-ammont determinat fil-punt (1) bl-ammont determinat fil-punt (2):
|
|
(f) |
is-somma ta’ kwalunkwe ammont ta’ valwazzjoni pożittiva u l-pagamenti ta’ kupuni fuq l-ammont imnaqqas tal-kapital għandha tiġi ttrattata bħala pagament li jirriżulta fi tnaqqis tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni u għandha tkun soġġetta, flimkien ma’ distribuzzjonijiet oħrajn fl-istrumenti tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, għar-restrizzjonijiet marbuta mal-ammont massimu distribwibbli kif imsemmi fl-Artikolu 141(2) tad-Direttiva 2013/36/UE, kif trasposta fil-liġi jew ir-regolamentazzjoni nazzjonali. |
3. Għall-finijiet tal-punt (e) tal-paragrafu 2, il-kalkolu għandu jsir fil-mument meta twettaq il-valwazzjoni pożittiva.
Artikolu 22
Proċeduri u skedar biex ikun stabbilit li seħħ avveniment skattatur għall-finijiet tal-Artikolu 52(1)(n) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013
1. Meta l-istituzzjoni tkun stabbiliet li l-proporzjon tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni jkun waqa’ taħt il-livell li jattiva l-konverżjoni jew il-valwazzjoni negattiva tal-istrument fil-livell tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti previst fit-Titolu II tal-Ewwel Parti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, il-korp maniġerjali jew kwalunkwe korp rilevanti ieħor tal-istituzzjoni għandu, mingħajr dewmien, jiddetermina li jkun seħħ avveniment skattatur u għandu jkun hemm obbligu irrevokabbli għal valwazzjoni negattiva jew konverżjoni tal-istrument.
2. L-ammont li għandu ssirlu valwazzjoni negattiva jew jiġi kkonvertit għandu jiġi stabbilit kemm jista’ jkun malajr u fi żmien massimu ta’ xahar minn meta jiġi stabbilit li jkun seħħ l-avveniment skattatur skont il-paragrafu 1.
3. L-awtorità kompetenti tista’ titlob li l-perjodu massimu ta’ xahar msemmi fil-paragrafu 2 jitnaqqas f’każijiet meta tivvaluta li ġiet stabbilita biżżejjed ċertezza dwar l-ammont li għandu jiġi kkonvertit jew valwat ‘l isfel jew f’każijiet fejn tivvaluta li hija meħtieġa konverżjoni jew valwazzjoni negattiva immedjata.
4. Meta analiżi indipendenti tal-ammont li għandu ssirlu valwazzjoni negattiva jew jiġi kkonvertit tkun meħtieġa skont id-disposizzjonijiet li jirregolaw l-istrument tal-Grad 1 Addizzjonali, jew meta l-awtorità kompetenti titlob analiżi indipendenti għad-determinazzjoni tal-ammont li għandu jiġi valwat ‘l isfel jew ikkonvertit, il-korp maniġerjali jew kwalunkwe korp ieħor rilevanti tal-istituzzjoni għandu jara li dan isir minnufih. Dik analiżi indipendenti għandha titwettaq malajr kemm jista’ jkun u ma għandhiex toħloq impedimenti lill-istituzzjoni milli tagħmel valwazzjoni negattiva jew tikkonverti strument tal-Grad 1 Addizzjonali u biex tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafi 2 u 3.
TAQSIMA 3
Karatteristiċi tal-istrumenti li jistgħu jfixklu r-rikapitalizzazzjoni
Artikolu 23
Karatteristiċi tal-istrumenti li jistgħu jfixklu r-rikapitalizzazzjoni għall-finijiet tal-Artikolu 52(1)(o) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013
Karatteristiċi li jistgħu jfixklu r-rikapitalizzazzjoni ta’ istituzzjoni għandhom jinkludu dispożizzjonijiet li jeħtieġu lill-istituzzjoni tikkumpensa lid-detenturi eżistenti ta’ strumenti kapitali meta jinħareġ strument kapitali ġdid.
TAQSIMA 4
Użu ta’ entitajiet b’għan speċjali għall-ħruġ indirett ta’ strumenti ta’ fondi proprji
Artikolu 24
Użu ta’ entitajiet b’għan speċjali għall-ħruġ indirett ta’ strumenti ta’ fondi proprji għall-finijiet tal-Artikolu 52(1)(p) u l-Artikolu 63(n) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013
1. Meta l-istituzzjoni jew entità fl-ambitu tal-konsolidazzjoni skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Ewwel Parti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 toħroġ strument kapitali li huwa sottoskritt minn entità bi skop speċjali, dan l-istrument kapitali ma għandux, fil-livell tal-istituzzjoni jew tal-entità msemmija hawn fuq, jirċievi rikonoxximent bħala kapital ta’ kwalità ogħla mill-kwalità l-aktar baxxa tal-kapital maħruġ lill-entità bi skop speċjali u l-kapital maħruġ lil partijiet terzi mill-entità bi skop speċjali. Dak ir-rekwiżit għandu japplika fil-livelli ta’ konsolidazzjoni, subkonsolidazzjoni u individwali tal-applikazzjoni ta’ rekwiżiti prudenzjali.
2. Id-drittijiet tad-detenturi tal-istrumenti maħruġa minn entità bi skop speċjali ma għandhomx ikunu aktar favorevoli milli kieku l-istrument kien maħruġ direttament mill-istituzzjoni jew mill-entità fl-ambitu ta’ konsolidazzjoni skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Ewwel Parti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
KAPITOLU IV
REKWIŻITI ĠENERALI
TAQSIMA 1
Parteċipazzjonijiet indiretti bħala riżultat ta’ parteċipazzjonijiet ta’ indiċi
Artikolu 25
Livell ta’ konservattiżmu meħtieġ f’estimi għall-kalkolu tal-iskoperturi użati bħala alternattiva għall-iskoperturi sottostanti għall-finijiet tal-Artikolu 76(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013
1. Stima tkun konservattiva biżżejjed meta tintlaħaq waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
meta l-mandat ta’ investiment tal-indiċi jispeċifika li strument kapitali ta’ entità mis-settur finanzjarju li hija parti mill-indiċi ma jistax jaqbeż perċentwali massimu tal-indiċi, l-istituzzjoni tuża dak il-perċentwali bħala stima għall-valur tal-parteċipazzjonijiet li huma mnaqqsa mill-entrati tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, tal-Grad 1 Addizzjonali jew tal-Grad 2, kif applikabbli skont il-Paragrafu 2 tal-Artikolu 17 jew mill-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni f’sitwazzjonijiet fejn l-istituzzjoni ma tistax tiddetermina n-natura preċiża tal-parteċipazzjoni. |
|
(b) |
meta l-istituzzjoni ma tkunx tista’ tiddetermina l-perċentwali massimu msemmi fil-punt (a) u meta l-indiċi, kif jixhed il-mandat ta’ investiment tiegħu jew informazzjoni rilevanti oħra, jinkludi strumenti kapitali ta’ entitajiet mis-settur finanzjarju, l-istituzzjoni tnaqqas l-ammont sħiħ tal-parteċipazzjonijiet fl-indiċi mill-entrati tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, tal-Grad 1 Addizzjonali jew tal-Grad 2, kif applikabbli skont il-paragrafu 2 tal-Artikolu 17 jew mill-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni f’sitwazzjonijiet fejn l-istituzzjoni ma tkunx tista’ tiddetermina n-natura preċiża tal-parteċipazzjoni. |
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, għandu japplika dan li ġej:
|
(a) |
parteċipazzjoni indiretta li tirriżulta minn parteċipazzjoni f’indiċi tinkludi l-proporzjon tal-indiċi investit fi strumenti tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, ta’ Grad 1 Addizzjonali u ta’ Grad 2 ta’ entitajiet mis-settur finanzjarju inklużi fl-indiċi; |
|
(b) |
indiċi jinkludi, iżda mhuwiex limitat għal, fondi ta’ indiċi, indiċi ta’ ekwità jew bonds jew kwalunkwe skema oħra fejn l-istrument sottostanti hu strument kapitali maħruġ minn entità mis-settur finanzjarju. |
Artikolu 26
Tifsira ta’ operattivament ta’ piż fl-Artikolu 76(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013
1. Għall-fini tal-Artikolu 76(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, operattivament ta’ piż tfisser sitwazzjonijiet li fihom il-prinċipju taċ-ċar kristall fuq bażi kontinwa għall-parteċipazzjonijiet kapitali f’entitajiet mis-settur finanzjarju mhuwiex ġustifikat, kif ivvalutat mill-awtoritajiet kompetenti. Fil-valutazzjoni tagħhom tan-natura ta’ sitwazzjonijiet operattivament ta’ piż, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu l-materjalità baxxa u perjodu qasir tal-parteċipazzjoni ta’ tali pożizzjonijiet. Perjodu qasir ta’ parteċipazzjoni għandu jeħtieġ li tintwera l-likwidità qawwija tal-indiċi mill-istituzzjoni.
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, pożizzjoni għandha titqies bħala ta’ materjalità baxxa meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
(a) |
l-iskopertura netta individwali li tirriżulta minn parteċipazzjonijiet ta’ indiċi, imkejjel qabel ma jitwettaq kwalunkwe eżerċizzju skont il-prinċipju tal-ċar kristal, ma taqbiżx it-2 % tal-entrati tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni kif ikkalkulat fil-punt (a) tal-Artikolu 46(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; |
|
(b) |
l-iskopertura netta aggregata li tirriżulta minn parteċipazzjonijiet ta’ indiċi, imkejjel qabel ma jitwettaq kwalunkwe eżerċizzju skont il-prinċipju tal-ċar kristal, ma taqbiżx it-5 % tal-entrati tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni kif ikkalkulat fil-punt (a) tal-Artikolu 46(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; |
|
(c) |
is-somma tal-iskopertura netta aggregata li tirriżulta minn parteċipazzjonijiet ta’ indiċi mkejjel qabel ma jitwettaq kwalunkwe eżerċizzju skont il-prinċipju tal-ċar kristal, u kwalunkwe parteċipazzjoni oħra li għandha titnaqqas skont l-Artikolu 36(1)(h) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ma taqbiżx l-10 % tal-entrati tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni kif ikkalkulati fil-punt (a) tal-Artikolu 46(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. |
TAQSIMA 2
Permess superviżorju għat-tnaqqis tal-fondi proprji
Artikolu 27
Tifsira ta’ sostenibbli għall-kapaċità tal-introjtu tal-istituzzjonijiet għall-finijiet tal-Artikolu 78(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013
Sostenibbli għall-kapaċità tal-introjtu tal-istituzzjoni skont il-punt (a) tal-Artikolu 78(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tfisser li l-profittabilità tal-istituzzjoni, kif ivvalutata mill-awtorità kompetenti, tibqa’ soda jew ma tgħaddi mill-ebda bidla negattiva wara s-sostituzzjoni tal-istrumenti bi strumenti ta’ fondi proprji ta’ kwalità ugwali jew ogħla, f’dik id-data u fil-futur prevedibbli. Il-valutazzjoni tal-awtorità kompetenti għandha tqis il-profittabbiltà tal-istituzzjoni f’sitwazzjonijiet ta’ stress.
Artikolu 28
Rekwiżiti tal-ipproċessar u d-dejta biex istituzzjoni tapplika biex twettaq tifdijiet, tnaqqis u riakkwisti — għall-finijiet tal-Artikolu 77 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013
1. Tifdijiet, tnaqqis u riakkwisti ta’ strumenti ta’ fondi proprji ma għandhomx jitħabbru lid-detenturi tal-istrumenti qabel l-istituzzjoni tkun kisbet approvazzjoni minn qabel mingħand l-awtorità kompetenti.
2. Meta jkun hemm biżżejjed ċertezza li se jsiru tifdijiet, tnaqqis u riakkwisti, u ladarba jinkiseb il-permess minn qabel tal-awtorità kompetenti, l-istituzzjoni għandha tnaqqas l-ammonti korrispondenti li għandhom jinfdew, jitnaqqsu jew jiġu riakkwistati mill-elementi korrispondenti tal-fondi proprji tagħha qabel effettivament iseħħu it-tifdijiet, it-tnaqqis jew ir-riakkwist. Jitqies li teżisti biżżejjd ċertezza b’mod partikolari meta l-istituzzjoni tkun ħabbret pubblikament l-intenzjoni tagħha li tifdi, tnaqqas jew tirriakkwista strumenti ta’ fondi proprji.
3. Il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw fil-livelli ta’ konsolidazzjoni, subkonsolidazzjoni u individwali tal-applikazzjoni ta’ rekwiżiti prudenzjali, fejn applikabbli.
Artikolu 29
Is-sottomissjoni ta’ applikazzjoni mill-istituzzjoni biex twettaq tifdijiet, tnaqqis u riakkwisti għall-finijiet tal-Artikolu 77 u tal-Artikolu 78 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-bażijiet xierqa għal-limitazzjoni tat-tifdija għall-finijiet tal-paragrafu 3 tal-Artikolu 78 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013
1. Istituzzjoni għandha tissottometti applikazzjoni lill-awtorità kompetenti qabel tnaqqas jew tirriakkwista strumenti tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni jew teżerċita, tifdi jew tirriakkwista strumenti tal-Grad 1 Addizzjonali jew tal-Grad 2.
2. L-applikazzjoni tista’ tinkludi pjan biex jitwettqu, fuq perjodu ta’ żmien limitat, l-azzjonijiet elenkati fl-Artikolu 77 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għal diversi strumenti kapitali.
3. Fil-każ ta’ riakkwist ta’ strumenti tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, tal-Grad 1 Addizzjonali jew tal-Grad 2 għall-finijiet ta’ ġenerazzjoni tas-suq, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu l-permess tagħhom skont il-kriterji stipulati fl-Artikolu 78 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 qabel l-azzjonijiet elenakti fl-Artikolu 77 ta’ dak ir-Regolament għal ċertu ammont predeterminat.
|
(a) |
Għal strumenti tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, dak l-ammont ma għandux jaqbeż l-inqas mill-ammonti li ġejjin:
|
|
(b) |
Għal strumenti tal-Grad 1 Addizzjonali jew tal-Grad 2, l-ammont predeterminat ma għandux jaqbeż l-inqas mill-ammonti li ġejjin:
|
4. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu wkoll jagħtu l-permess tagħhom bil-quddiem biex l-azzjonijiet elenkati fl-Artikolu 77 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 meta l-istrumenti ta’ fondi proprji relatati jingħataw lill-impjegati tal-istituzzjoni bħala parti mir-rimunerazzjoni tagħhom. L-istituzzjonijiet għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti meta jinxtraw strumenti ta’ fondi proprji għal dawn ir-raġunijiet u jnaqqsu dawn l-istrumenti mill-fondi proprji skont approċċ tat-tnaqqis korrospondenti għaż-żmien li jinżammu għand l-istiruzzjoni. Tnaqqis fuq bażi korrispondenti ma jibqax meħtieġ, meta l-ispejjeż relatati ma’ kwalunkwe azzjoni skont dan il-paragrafu jkunu diġà inklużi fil-fondi proprji bħala riżultat ta’ rapport finanzjarju interim jew ta’ tmiem is-sena.
5. Awtorità kompetenti tista’ tagħti l-permess tagħha minn qabel skont il-kriterji stipulati fl-Artikolu 78 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għal azzjoni elenkata fl-Artikolu 77 ta’ dak ir-Regolament għal ċertu ammont predeterminat meta l-ammont ta’ strumenti ta’ fondi proprji li se jiġi eżerċitat, mifdi jew riakkwistat ikun immaterjali f’relazzjoni mal-ammont pendenti tal-ħruġ korrispondenti wara li jseħħ l-eżerċitar, it-tifdija jew ir-riakkwist.
6. Il-paragrafi 1 sa 5 għandhom japplikaw fil-livelli ta’ konsolidazzjoni, subkonsolidazzjoni u individwali tal-applikazzjoni ta’ rekwiżiti prudenzjali, fejn applikabbli.
Artikolu 30
Kontenut tal-applikazzjoni li għandha tiġi sottomessa mill-istituzzjoni għall-finijiet tal-Artikolu 77 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013
1. L-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 29 għandha tkun akkumpanjata b’din l-informazzjoni:
|
(a) |
spjegazzjoni tajba tar-raġunijiet biex titwettaq waħda mill-azzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 29; |
|
(b) |
informazzjoni dwar ir-rekwiżiti kapitali u l-bafers kapitali, li tkopri mill-inqas perjodu ta’ tliet (3) snin, inkluż il-livell u l-kompożizzjoni tal-fondi proprji qabel u wara t-twettiq tal-azzjoni u l-impatt tal-azzjoni fuq ir-rekwiżiti regolatorji; |
|
(c) |
l-impatt fuq il-profittabbiltà tal-istituzzjoni ta’ sostituzzjoni ta’ strument kapitali kif speċifikat fil-punt (a) tal-Artikolu 78(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; |
|
(d) |
evalwazzjoni tar-riskji li l-istituzzjoni tkun jew tista’ tkun esposta għalihom u jekk il-livell ta’ fondi proprji jiżgurax kopertura xierqa ta’ dawn ir-riskji, inklużi testijiet tal-istress fuq ir-riskji prinċipali li jinvolvu telf potenzjali f’xenarji differenti; |
|
(e) |
kwalunkwe informazzjoni oħra meqjusa meħtieġa mill-awtorità kompetenti biex tevalwa kemm hu xieraq li jingħata permess skont l-Artikolu 78 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. |
2. L-awtorità kompetenti għandha tirrinunzja s-sottomissjoni ta’ xi informazzjoni elenkata fil-paragrafu 2 meta tkun issodisfata li din l-informazzjoni tkun diġà disponibbli għaliha.
3. Il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw fil-livelli individwali, ta’ konsolidazzjoni u subkonsolidazzjoni tal-applikazzjoni ta’ rekwiżiti prudenzjali, fejn applikabbli.
Artikolu 31
It-twaqqit tal-applikazzjoni li għandha tiġi sottomessa mill-istituzzjoni u l-ipproċessar tal-applikazzjoni mill-awtorità kompetenti għall-finijiet tal-Artikolu 77 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013
1. L-istituzzjoni għandha tittrasmetti applikazzjoni kompluta u l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 29 u 30 lill-awtorità kompetenti mill-inqas 3 xhur qabel id-data li fiha waħda mill-azzjonijiet elenkati fl-Artikolu 77 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 se titħabbar lid-detenturi tal-istrumenti.
2. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lill-istituzzjonijiet fuq bażi ta’ każ b’każ u taħt ċirkustanzi eċċezzjonali jittrażmettu l-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 f’qafas ta’ żmien iqsar mill-perjodu ta’ tliet (3) xhur.
3. L-awtorità kompetenti għandha tipproċessa applikazzjoni jew matul il-perjodu ta’ żmien imsemmi fil-paragrafu 1 jew matul il-perjodu ta’ żmien imsemmi fil-paragrafu 2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu kwalunkwe informazzjoni ġdida li tasal matul dan il-perjodu, meta din tkun disponibbli u meta jikkunsidraw li din l-informazzjoni hija materjali. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jibdew jipproċessaw l-applikazzjoni biss meta jkunu ssodisfati li waslet l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 28 mingħand l-istituzzjoni.
Artikolu 32
Applikazzjonijiet għal tifdijiet, tnaqqis u riakkwisti minn mutwi, soċjetajiet kooperattivi, istituzzjonijiet tat-tfaddil jew istituzzjonijiet simili għall-finijiet tal-Artikolu 77 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013
1. Fir-rigward tat-tifdija ta’ strumenti tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni ta’ mutwi, soċjetajiet kooperattivi, istituzzjonijiet tat-tfaddil jew istituzzjonijiet simili, l-applikazzjoni msemmija fl-Artikol 29(1), (2) u (6) u l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 30(1) għandhom jiġu sottomessi lill-awtorità kompetenti bl-istess frekwenza bħal dik użata mill-korp kompetenti tal-istituzzjoni biex jeżamina t-tifdijiet.
2. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu l-permess tagħhom bil-quddiem għal azzjoni elenkata fl-Artikolu 77 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għal ċertu ammont predeterminat li għandu jiġi mifdi, nett mill-ammont tas-sottoskrizzjoni ta’ strumenti mħallsa ġodda tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni matul perjodu sa sena. Dak l-ammont predeterminat jista’ jkun sa 2 % tal-kapital ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, jekk ikunu ssodisfati li din l-azzjoni mhijiex se toħloq periklu għas-sitwazzjoni attwali jew futura tas-solvenza tal-istituzzjoni.
TAQSIMA 3
Rinunzja temporanja mit-tnaqqis mill-fondi proprji
Artikolu 33
Rinunzja temporanja għat-tnaqqis mill-fondi proprji għall-finijiet tal-Artikolu 79(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013
1. Rinunzja temporanja ma għandhiex tkun itwal mill-qafas ta’ żmien previst skont il-pjan operazzjonali tal-assistenza finanzjarja. Dik ir-rinunzja ma għandhiex tingħata għal perjodu itwal minn ħames (5) snin.
2. Ir-rinunzja għandha tapplika biss f’dak li għandu x’jaqsam ma’ parteċipazzjonijiet ġodda ta’ strumenti fl-entità mis-settur finanzjarju soġġetta għall-operazzjoni ta’ assistenza finanzjarja.
3. Għall-finijiet li tingħata rinunzja temporanja għat-tnaqqis mill-fondi proprji, awtorità kompetenti tista’ tqis li l-parteċipazzjonijiet temporanji msemmija fl-Artikolu 79(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li se jinżammu għall-finijiet ta’ operazzjoni ta’ assistenza finanzjarja, imfassla biex jirriorganizzaw u jsalvaw entità fis-settur finanzjarju meta l-operazzjoni titwettaq skont pjan u tiġi approvat mill-awtorità kompetenti, u meta l-pjan jimmarka biċ-ċar fażijiet, skedar u għanijiet u jispeċifika l-interazzjoni bejn li l-parteċipazzjonijiet temporanji u l-operazzjoni tal-assistenza finanzjarja.
KAPITOLU V
INTERESS MINORITARJU U STRUMENTI TA’ GRAD 1 U GRAD 2 ADDIZZJONALI MAĦRUĠA MINN SUSSIDJARJI
Artikolu 34
It-tipi ta’ assi li jistgħu jirrelataw mal-operat ta’ entitajiet bi skop speċjali u t-tifsira ta’ minimu u insinifikanti fir-rigward ta’ kapital kwalifikanti tal-Grad 1 Addizzjonali u tal-Grad 2 maħruġ minn entitajiet bi skop speċjali għall-finijiet tal-Artikolu 83(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013
1. L-assi ta’ entità bi skop speċjali għandhom jitqiesu li huma minimi u insinifikanti meta jkunu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
l-assi ta’ entità bi skop speċjali li mhumiex magħmula mill-investimenti fil-fondi proprji tas-sussidjarja relatata huma limitati għal assi fi flus biex tħallas il-kupuni u tifdi l-istrumenti ta’ fondi proprji li jkunu dovuti; |
|
(b) |
l-ammont tal-assi tal-entità bi skop speċjali għajr dawk imsemmija fil-punt (a) ma jkunx ogħla minn 0,5 % tal-medja tal-assi totali tal-entità bi skop speċjali matul l-aħħar tliet snin. |
2. Għall-finijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tista’ tippermetti istituzzjoni tuża perċentwali ogħla bil-kundizzjoni li jiġu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
l-ogħla perċentwali huwa neċessarju biex jippermetti esklussivament il-kopertura tal-ispejjeż ordinarji tal-entità bi skop speċjali; |
|
(b) |
l-ammont nominali korrispondenti ma jaqbiżx EUR 500 000. |
KAPITOLU VI
SPEĊIFIKAZZJONI TAD-DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI TAR-REGOLAMENT (UE) NRU 575/2013 FIR-RIGWARD TAL-FONDI PROPRJI
Artikolu 35
Filtri addizzjonali u tnaqqis għall-finijiet tal-Artikolu 481(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013
1. L-aġġustamenti fl-entrati tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, tal-Grad 1 Addizzjonali u tal-Grad 2, skont l-Artikolu 481 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, għandhom jiġu applikati skont il-paragrafi 2 sa 7.
2. Meta, skont l-miżuri tat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2006/48/KE u d-Direttiva 2006/49/KE, dak it-tnaqqis u l-filtri jirriżultaw minn entrati ta’ fondi proprji kif imsemmi fil-punt (a), (b) u (c) tal-Artikolu 57 tad-Direttiva 2006/48/KE, l-aġġustament għandu jsir fl-entrati tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni.
3. F’każijiet oħra apparti minn dawk koperti mill-paragrafu (1), u fejn, skont il-miżuri tat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2006/48/KE u d-Direttiva 2006/49/KE, dawn it-tnaqqisiet u l-filtri ġew applikati fuq it-total tal-entrati kif imsemmi fl-Artikolu 57(a) sa (ca) tad-Direttiva 2006/48/KE, u b’kunsiderazzjoni għall-Artikoli 154 ta’ dik id-Direttiva, l-aġġustament għandu jsir fl-entrati tal-Grad 1 Addizzjonali.
4. Meta l-ammont tal-entrati tal-Grad 1 Addizzjonali jkun aktar baxx mill-aġġustament relatat, l-aġġustament reżidwu għandu jsir fl-entrati tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni.
5. F’każijiet oħra apparti minn dawk koperti mill-paragrafi 1 u 2, u fejn, skont il-miżuri tat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2006/48/KE u d-Direttiva 2006/49/KE, dawn it-tnaqqisiet u l-filtri ġew applikati fuq entrati ta’ fondi proprji kif imsemmi fl-Artikolu 57(d) sa (h) jew fuq il-fondi proprji totali tad-Direttiva 2006/48/KE u d-Direttiva 2006/49/KE, l-aġġustament għandu jsir fl-entrati tal-Grad 2.
6. Meta l-ammont tal-entrati tal-Grad 2 jkun aktar baxx mill-aġġustament relatat, l-aġġustament reżidwu għandu jsir fl-entrati tal-Grad 1 Addizzjonali.
7. Meta l-ammont tal-entrati tal-Grad 2 u tal-Grad 1 Addizzjonali jkun aktar baxx mill-aġġustament relatat, l-aġġustament reżidwu għandu jsir fl-entrati tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni.
Artikolu 36
Entrati esklużi mill-anterjorità ta’ strument kapitali li ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat fl-entrati tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni jew tal-Grad 1 Addizzjonali f’elementi oħra ta’ fondi proprji skont Artikolu 487(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013
1. Meta jaffordjaw li jkollhom strumenti ta’ fondi proprji, it-trattament stabbilit fil-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 487 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2021, strumenti jistgħu jiġu ttrattati b’dan il-mod b’mod sħiħ jew parzjalment. Kwalunkwe trattament bħal dan ma għandu jkollu l-ebda effett fuq il-kalkolu tal-limitu kif speċifikat fl-Artikolu 486(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
2. L-istrumenti ta’ fondi proprji msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jerġgħu jiġu trattati bħala entrati msemmija fl-Artikolu 484(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, sakemm dawn ikunu entrati msemmija fl-Artikolu 484(3) ta’ dak ir-Regolament, u sakemm l-ammont tagħhom ma jibqax jaqbeż l-perċentwali applikabbli msemmija fl-Artikoli 486(2) ta’ dak ir-Regolament.
3. L-istrumenti ta’ fondi proprji msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jerġgħu jiġu trattati bħala entrati msemmija fl-Artikolu 484(4), sakemm dawn ikunu entrati msemmija fl-Artikolu 484(3) jew l-Artikolu 484(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u sakemm l-ammont tagħhom ma jibqax jaqbeż l-perċentwali applikabbli msemmija fl-Artikoli 486(3) ta’ dak ir-Regolament.
Artikolu 37
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Jannar 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.
(2) Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 rigward il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1).
(3) Direttiva 2006/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar l-adegwatezza tal-kapital ta’ kumpaniji tal-investiment u istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU L 177, 30.6.2006, p. 201).
(4) Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).
(5) Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1).
(6) Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).
(7) Ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta’ standards internazzjonali tal-kontabilità (ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1).
(8) Id-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplementari ta' istituzzjonijiet ta' kreditu dwar impriżi ta' assigurazzjoni u ditti ta' l-investiment f'konglomerat finanzjarju (ĠU L 35, 11.2.2003, p. 1).
(9) Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE tat-8 ta’ Diċembru 1986 dwar il-kontijiet annwali u kontijiet konsolidati tal-banek u istituzzjonijiet finanzjarji (ĠU L 372, 31.12.1986, p. 1).
(10) Id-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi (ĠU L 267, 10.10.2009, p. 7).
(11) Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar is-servizzi ta’ ħlas fis-suq intern (ĠU L 319, 5.12.2007, p. 1).
(12) Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi (ĠU L 174, 1.7.2007, p. 1).
(13) Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).
|
14.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 74/27 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 242/2014
tas-7 ta’ Marzu 2014
li jirreġistra denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Lammefjordskartofler (IĠP)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u partikolarment l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni mressqa mid-Danimarka għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Lammefjordskartofler” ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
|
(2) |
Billi l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, id-denominazzjoni “Lammefjordskartofler” għandha tiġi rreġistrata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament hija b’dan irreġistrata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Marzu 2014.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Dacian CIOLOȘ
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat:
Klassi 1.6. Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati
ID-DANIMARKA
Lammefjordskartofler (IĠP)
|
14.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 74/29 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 243/2014
tas-7 ta’ Marzu 2014
li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Bornheimer Spargel/Spargel aus dem Anbaugebiet Bornheim (IĠP)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-applikazzjoni tal-Ġermanja biex id-denominazzjoni “Bornheimer Spargel”/“Spargel aus dem Anbaugebiet Bornheim” tiddaħħal fir-reġistru skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
|
(2) |
Billi l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, id-denominazzjoni “Bornheimer Spargel”/“Spargel aus dem Anbaugebiet Bornheim” għandha tiġi rreġistrata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament hija b’dan irreġistrata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Marzu 2014.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Dacian CIOLOȘ
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat:
Klassi 1.6. Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati
IL-ĠERMANJA
Bornheimer Spargel/Spargel aus dem Anbaugebiet Bornheim (IĠP)
|
14.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 74/31 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 244/2014
tas-7 ta’ Marzu 2014
li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Strachitunt (DPO)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, it-talba mill-Italja biex tirreġistra d-denominazzjoni “Strachitunt”, ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
|
(2) |
Billi l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, id-denominazzjoni “Strachitunt” għandha għalhekk tiġi rreġistrata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għandha tiġi rreġistrata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Marzu 2014.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Dacian CIOLOȘ
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat:
Klassi 1.3. Ġobnijiet
L-ITALJA
Strachitunt (DPO)
|
14.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 74/33 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 245/2014
tat-13 ta’ Marzu 2014
li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 tat-3 ta’ Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 7(5) u 7(6) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 (2) jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili. |
|
(2) |
Xi Stati Membri sabu li ċerti rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 iqiegħdu piż amministrattiv jew ekonomiku sproporzjonat u inutli fuqhom infushom jew fuq il-partijiet interessati u talbu għal xi derogi minn ċerti rekwiżiti skont l-Artikolu 14(6) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008. |
|
(3) |
It-talbiet għad-derogi ġew analizzati mill-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u rriżultaw f’rakkomandazzjoni lill-Kummissjoni biex tadotta ċerti derogi. |
|
(4) |
L-Istati Membri identifikaw ukoll għadd ta' żbalji editorjali fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 li wasslu għal diffikultajiet ta' implimentazzjoni mhux intenzjonati. |
|
(5) |
Għalhekk, ir-rekwiżiti eżistenti għandhom jiġu emendati sabiex jiġu introdotti derogi li għandhom effett ta’ tfassil ta’ regoli ċari u biex jikkoreġu żbalji editorjali. |
|
(6) |
Barra minn hekk, l-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 (Parti-FCL) jinkludi rekwiżiti għal taħriġ u vverifikar fir-rigward tal-kwalifika ta' titjir bl-istrumenti (IR). Dawn ir-rekwiżiti għall-IR kienu bbażati fuq ir-rekwiżiti preċedenti tal-JAR-FCL, u ġiet identifikata l-ħtieġa li dawn jiġu rreveduti. |
|
(7) |
Għalhekk, għandhom jiġu introdotti rekwiżiti addizzjonali għall-kwalifika ta' tajran f’kundizzjonijiet meteoroloġiċi bl-istrumenti u rekwiżiti speċifiċi għall-kwalifika ta' titjiriet fl-isħab għall-bdoti tal-glajders. |
|
(8) |
Sabiex jiġi żgurat li t-taħriġ fl-istrumenti jew l-esperjenza miksuba qabel l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament ikun jista’ jitqies bil-għan li jinkisbu dawn il-kwalifiki, għandhom jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet biex jingħata kreditu għal dan it-taħriġ jew l-esperjenza bl-istrumenti miksuba; |
|
(9) |
L-Istati Membri għandhom ikollhom il-possibilità li jagħtu kreditu għall-esperjenza tat-titjir bl-istrumenti miksuba minn detentur bi kwalifika minn pajjiż terzi meta jkun jista’ jiġi garantit livell ta’ sikurezza ekwivalenti għal dak speċifikat fir-Regolament (KE) Nru 216/2008; Għandhom jiġu stabbiliti wkoll il-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent ta’ din l-esperjenza. |
|
(10) |
Sabiex tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel u livell uniformi għoli ta’ sikurezza fl-avjazzjoni ċivili fl-Unjoni Ewropea, il-miżuri ta’ implimentazzjoni għandhom jirriflettu l-ogħla livell ta' żvilupp tekniku, inklużi l-aqwa prattiki, kif ukoll il-progress xjentifiku u tekniku fil-qasam tat-taħriġ tal-bdoti tal-ajru. B'konsegwenza ta' dan, ir-rekwiżiti tekniċi u l-proċeduri amministrattivi li qablet dwarhom l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO) u r-rekwiżiti diġà żviluppati fl-Anness I (Parti-FCL) għar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 kif ukoll il-leġiżlazzjoni nazzjonali eżistenti, li jappartjenu għal ambjent nazzjonali speċifiku, għandhom jiġu kkunsidrati u jiġu riflessi minn dan is-sett ta' regoli filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet speċifiċi tal-bdoti tal-Avjazzjoni Ġenerali fl-Ewropa. |
|
(11) |
L-Aġenzija ħejjiet abbozz ta’ Regoli ta’ Implimentazzjoni u ssottomettietu bħala Opinjoni lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008. |
|
(12) |
L-Istati Membri li jkunu stabbilixxew sistema nazzjonali li tawtorizza l-bdoti li jtiru f’kundizzjonijiet meteoroloġiċi bl-istrumenti (IMC) bi privileġġi limitati ristretti għall-ispazju tal-ajru nazzjonali tal-Istat Membru, u li jistgħu jipprovdu evidenza li s-sistema hija sikura u li hemm bżonn lokali speċifiku, għandhom jitħallew ikomplu joħorġu awtorizzazzjonijiet bħal dawn għal perjodu limitat, bil-kundizzjoni li jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet. |
|
(13) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 965/2012 (3) jippermetti ċerti titjiriet bħal titjiriet li jaqsmu l-ispejjeż u titjiriet introduttorji li jridu jitwettqu skont ir-regoli applikabbli għal operazzjonijiet ta' inġenji tal-ajru b'magni mhux kumplessi b'għanijiet non-kummerċjali. Għalhekk, hemm ħtieġa li jkun żgurat li l-privileġġi tal-bdoti stabbiliti fir-Regolament (UE) 1178/2011 ikunu konsistenti ma' dan l-approċċ. |
|
(14) |
Għaldaqstant, id-detenturi ta' PPL, SPL, BPL jew LAPL għandhom jkunu awtorizzati li joperaw it-titjiriet ta' dawk il-kategoriji identifikati fir-Regolament (UE) 965/2012. |
|
(15) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-Opinjoni tal-Kumitat tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni stabbilit bl-Artikolu 65 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, |
|
(16) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1178/2011 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 huwa emendat kif ġej:
|
1) |
L-Artikolu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 3 Il-liċenzjar u ċ-ċertifikazzjoni medika tal-bdoti 1. Bla ħsara għall-Artikolu 8 ta' dan ir-Regolament, il-bdoti tal-inġenji tal-ajru msemmija fl-Artikolu 4(1)(b) u (c) u l-Artikolu 4(5) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tekniċi u l-proċeduri amministrattivi stabbiliti fl-Anness I u l-Anness IV ta’ dan ir-Regolament. 2. Minkejja l-privileġġi tad-detenturi ta’ liċenzji kif definit fl-Anness I għal dan ir-Regolament, id-detenturi tal-liċenzji ta’ bdot maħruġa f’konformità mas-Subparti B jew C tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament jistgħu iwettqu t-titjiriet msemmija fl-Artikolu 6(4a) tar-Regolament (UE) Nru 965/2012. Dan huwa mingħajr preġudizzju għal konformità ma’ kwalunkwe rekwiżit addizzjonali għat-trasport ta’ passiġġieri jew l-iżvilupp ta’ operazzjonijiet kummerċjali iddefinit fis-Subparti B jew C tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament.” |
|
2) |
Fl-Artikolu 4, għandu jiżdied il-paragrafu 8 li ġej: “8. Sat-8 ta' April 2019, Stat Membru jista’ joħroġ awtorizzazzjoni biex bdot ikun jista' jeżerċita privileġġi limitati speċifikati biex itajjar ajruplani skont ir-regoli tat-titjir bl-istrumenti qabel ma jkun ikkonforma mar-rekwiżiti kollha meħtieġa għall-ħruġ ta’ kwalifika ta' tajran bl-istrumenti skont dan ir-Regolament, suġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
|
3) |
Il-paragrafu 12 tal-Artikolu 4 jinbidel b'dan li ġej: “4. B'deroga mill-paragrafu 1, sat-8 ta’ April 2015 l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għall-bdoti li jkollhom liċenzja u ċertifikat mediku assoċjat maħruġa minn pajjiż terz li jkunu involuti fit-tħaddim ta’ inġenji tal-ajru għat-trasport mhux kummerċjali speċifikati fl-Artikolu 4(1)(b) jew (c) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008.” |
|
4) |
L-Annessi I, II, III,., III u IV huma emendati skont l-Anness għal dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Marzu 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 143, 30.4.2004, p. 76.
(2) ĠU L 311, 25.11.2011, p. 1.
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 tal-5 ta’ Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 296, 25.10.2012, p. 1).
ANNESS I
L-Anness I (il-Parti-FCL) għar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 huwa emendat kif ġej:
|
1) |
Il-paragrafu FCL.015 jinbidel b'dan li ġej: “ FCL.015 Applikazzjoni u ħruġ, rivalidazzjoni u tiġdid ta' liċenzji, kwalifiki u ċertifikati ” |
|
2) |
Il-paragrafu FCL.020 jinbidel b’dan li ġej: “ FCL.020 Bdot student
|
|
3) |
Il-paragrafu FCL.025 huwa emendat kif ġej:
|
|
4) |
Il-paragrafu FCL.035 huwa emendat kif ġej:
|
|
5) |
Il-paragrafu FCL.055 huwa emendat kif ġej:
|
|
6) |
Fil-paragrafu FCL.060 il-punt (b) (3) jinbidel b'dan li ġej:
|
|
7) |
Fil-paragrafu FCL.105.A, il-punt (b) jinbidel b’dan li ġej:
|
|
8) |
Fil-paragrafu FCL.105.S, il-punt (b) jinbidel b’dan li ġej:
|
|
9) |
Il-paragrafu FCL.105.B jinbidel b’dan li ġej: “ FCL.105.B LAPL(B) — Privileġġi Il-privileġġi tad-detentur ta’ LAPL għall-blalen tal-arja huma li jaġixxi bħala PIC fuq blalen tal-arja sħuna jew airships li jaħdmu bl-arja sħuna b'massimu ta’ kapaċità tal-envelopp ta’ 3 400 m3 jew blalen tal-gass b'massimu ta’ kapaċità tal-envelopp ta 1 260 m3, li jġorru mhux aktar minn 3 passiġġieri, b'tali mod li qatt ma jkun hemm aktar minn 4 persuni abbord l-inġenju tal-ajru.” |
|
10) |
Fil-paragrafu FCL.110.B it-titolu jinbidel b’dan li ġej: “ FCL.110.B LAPL(B) — Rekwiżiti u kkreditar tal-esperjenza ” |
|
11) |
Fil-paragrafu FCL.235, il-punt (c) (2) jinbidel b’dan li ġej:
|
|
12) |
Fil-paragrafu FCL.205A, il-paragrafu (b) (3) jinbidel b’dan li ġej:
|
|
13) |
Fil-paragrafu FCL.205H, il-punt (b) (3) jinbidel b’dan li ġej:
|
|
14) |
Fil-paragrafu FCL.205.As, il-punt (b) (3) jinbidel b’dan li ġej:
|
|
15) |
Fil-paragrafu FCL.205.S, il-punt (c) jinbidel b’dan li ġej:
|
|
16) |
Il-paragrafu-FCL.205.B huwa emendat kif ġej:
|
|
17) |
Fil-paragrafu FCL.230.B, il-punt (a) (2) jinbidel b’dan li ġej:
|
|
18) |
Fil-paragrafu FCL.510.A, il-punt (c) (2) jinbidel b’dan li ġej:
|
|
19) |
Il-paragrafu FCL.600 jinbidel b'dan li ġej: “ FCL.600 IR — Ġenerali Ħlief kif previst fil-paragrafu FCL.825, l-operazzjonijiet taħt IFR fuq ajruplan, ħelikopter, airship jew inġenju tal-ajru powered-lift, għandhom jitwettqu minn detenturi ta' PPL, CPL, MPL, u ATPL b'IR xierqa għall-kategorija tal-inġenju tal-ajru jew meta jitwettaq it-testjar tal-ħiliet jew struzzjoni doppja.” |
|
20) |
Il-paragrafu FCL.610 huwa emendat kif ġej:
|
|
21) |
Fil-paragrafu FCL.615, il-punt (b) jinbidel b’li ġej:
|
|
22) |
Fil-paragrafu FCL.625.H, il-punt (a) (2) jinbidel b’dan li ġej:
|
|
23) |
Fil-paragrafu FCL.710, il-punt (b) jinbidel b’dan li ġej:
|
|
24) |
Fil-paragrafu FCL.725, il-punt (b) (4) jinbidel b'dan li ġej:
|
|
25) |
Fil-paragrafu FCL.720.A, il-punt (e) jinbidel b'dan li ġej:
|
|
26) |
Fil-paragrafu FCL.740.A, il-punt (a) (4) jinbidel b’dan li ġej:
|
|
27) |
Fil-paragrafu FCL.735.As, il-punt (a) jinbidel b’dan li ġej:
Għandu jintuża FNPT II jew III kkwalifikat għal MCC, FTD 2/3 jew FFS.” |
|
28) |
Fil-paragrafu FCL.810, il-punt (a) (4) jinbidel b’dan li ġej:
|
|
29) |
Jiddaħħlu l-paragrafi l-ġodda FCL.825 u FCL.830 li ġejjin: “ FCL.825 Kwalifika tal-istrumenti waqt ir-rotta (EIR)
“FCL.830 Kwalifika tat-tajran fis-sħab tal-Glajders
|
|
30) |
Fil-paragrafu FCL.915, il-punt (b) (2) (i) jinbidel b'dan li ġej:
|
|
31) |
Il-paragrafu FCL.905.FI huwa emendat kif ġej:
|
|
32) |
Fil-paragrafu FCL.910.FI, il-punt (a) (3) jinbidel b’dan li ġej:
|
|
33) |
Fil-paragrafu FCL.915.FI, il-punt (e) jinbidel b’dan li ġej:
|
|
34) |
Fil-paragrafu FCL.930.FI, il-punt (3) jinbidel b’dan li ġej:
|
|
35) |
Fil-paragrafu FCL.915.TRI, wara l-kliem ta' introduzzjoni, il-punt (a) jinbidel b’dan li ġej:
|
|
36) |
il-paragrafu FCL.905.CRI huwa emendat kif ġej:
|
|
37) |
Fil-paragrafu FCL.905.IRI, il-punt (a) jinbidel b’dan li ġej:
|
|
38) |
Fil-paragrafu FCL.915.IRI, il-punt (a) (2) jinbidel b’li ġej:
|
|
39) |
Fil-paragrafu FCL.905.SFI, il-punt (d) (2) jinbidel b’dan li ġej:
|
|
40) |
Fil-paragrafu FCL.915.MCCI il-punt (b) (1) jinbidel b’dan li ġej:
|
|
41) |
Il-paragrafu FCL.940.MI jinbidel b'dan li ġej: “ FCL. 940.MI Validità taċ-ċertifikat ta’ MI Iċ-ċertifikat ta’ MI huwa validu sakemm iċ-ċertifikat ta’ FI, TRI jew CRI jkun validu.” |
|
42) |
Il-paragrafu FCL.1015 hu emendat kif ġej:
|
|
43) |
Fil-paragrafu FCL.1030.FI, il-punt (b) (3) jinbidel b’dan li ġej:
|
|
44) |
Il-paragrafu FCL.1005.FE huwa emendat kif ġej:
|
|
45) |
Fil-paragrafu FCL.1005.TRE il-punt (a) (2) jinbidel b’dan li ġej:
|
|
46) |
Fil-paragrafu FCL.1010.TRE, il-punt (b) (ii) jinbidel b’dan li ġej:
|
|
47) |
Fil-paragrafu FCL.1005.CRE, jiżdied il-punt (b)(3) li ġej:
|
|
48) |
Il-paragrafu 1005.IRE jinbidel b’dan li ġej: “ FCL.1005.IRE IRE — Privileġġi Il-privileġġi tad-detentur ta' ċertifikat tal-IRE huma li jwettaq testijiet tal-ħiliet għall-ħruġ, u l-kontrolli tal-profiċjenza għall-validazzjoni mill-ġdid u t-tiġdid tal-EIR jew l-IR.” |
|
49) |
L-Appendiċi 1 għall-Anness I (Parti-FCL) huwa emendat kif ġej:
|
|
50) |
L-Appendiċi 3 għall-Anness I (Il-Parti FCL) huwa emendat kif ġej:
|
|
51) |
fl-Appendiċi 5 tal-Anness I (il-Parti FCL) taħt l-intestatura ĠENERALI, il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej:
|
|
52) |
l-Appendiċi 6 għall-Parti-FCL huwa emendat kif ġej:
|
|
53) |
L-Appendiċi 9 għall-Anness I (il-Parti-FCL) huwa emendat kif ġej:
|
ANNESS II
L-AnnessII tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 huwa emendat kif ġej:
|
1) |
Il-paragrafu 1 tat-Taqsima A. “Ajruplani” huwa emendat kif ġej:
|
|
2) |
Il-paragrafu 1 tat-Taqsima B. “Ħelikopters” huwa emendat kif ġej:
|
(*1) Id-detenturi ta’ CPL li diġà jkollhom kwalifika tat-tip għal ajruplan b'aktar minn bdot wieħed ma jkunx jeħtiġilhom li jkunu għaddew minn eżami ta’ għarfien teoriku fuq ATPL(A) waqt li jkomplu jħaddmu dak l-istess tip ta’ ajruplan, iżda ma jingħatawx krediti fit-teorija ATPL(A) għal liċenzja tal-Parti FCL. Jekk ikunu jeħtieġu kwalifika oħra tat-tip għal ajruplan differenti b'aktar minn bdot wieħed, għandhom jikkonformaw mal-kolonna (3), linja (e)(i) tat-tabella ta’ hawn fuq.”
(*2) Id-detenturi ta’ CPL li diġà jkollhom kwalifika tat-tip għal ħelikopter b'aktar minn bdot wieħed ma jkunx jeħtiġilhom li jkunu għaddew minn eżami ta’ għarfien teoriku ATPL(H) waqt li jkomplu jħaddmu dak l-istess tip ta’ ħelikopter, iżda ma jingħatawx krediti fit-teorija ATPL(H) għal liċenzja tal-Parti FCL. Jekk ikunu jeħtieġu kwalifika oħra ta’ tip għal ħelikopter differenti b'aktar minn bdot wieħed, għandhom jikkonformaw mal-kolonna (3), linja (h)(i) tat-tabella.”
ANNESS III
L-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 huwa emendat kif ġej:
|
1) |
Taqsima A. “Validazzjoni tal-Liċenzji” kif emendata kif ġej:
|
|
2) |
F’Taqsima B. “KONVERŻJONI TA’ LIĊENZJI”, il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:
|
(*1) Id-detenturi ta’ CPL(A)/IR fuq ajruplani b'aktar minn bdot wieħed għandhom ikunu wrew livell ta’ għarfien ATPL(A) tal-ICAO qabel l-aċċettazzjoni.”
ANNESS IV
L-Anness VI tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 huwa emendat kif ġej:
|
1) |
Fit-Taqsima II tas-Subparti FCL, ARA.FCL.205 il-punt (b) jinbidel b'dan li ġej:
|
|
2) |
Fit-Taqsima II tas-Subparti FCL, ARA.FCL.205 il-punt (b) jinbidel b'dan li ġej: "ARA.FCL.210 Informazzjoni għall-eżaminaturi
|
|
3) |
IS-SUBPARTI MED hija emendata kif ġej:
|
|
4) |
Fl-Appendiċi II“Format Standard tal-EASA għall-Attestazzjonijiet tal-Ekwipaġġ tal-Kabina”, il-parti “Struzzjonijiet” hija emendata kif ġej:
|
|
5) |
Appendiċi V ĊERTIFIKAT GĦAL ĊENTRI AJRUMEDIĊI (AeMCs) jinbidel b’dan li ġej: |
|
6) |
T6) il-kontenut ta’ Appendiċi VI huwa mħassar u jinbidel b’dan li ġej: “(PAĠNA VOJTA)” |
|
14.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 74/58 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 246/2014
tat-13 ta’ Marzu 2014
li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mat-tneħħija ta’ ċerti sustanzi aromatizzanti mil-lista tal-Unjoni
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar aromatizzanti u ċerti ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1601/91, ir-Regolamenti (KE) Nru 2232/96 u (KE) Nru 110/2008 u d-Direttiva 2000/13/KE (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 11(3) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (2), u b’mod partikulari l-Artikolu 7(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ħwawar u tal-materjali mis-sors approvati għall-użu fl-ikel u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom. |
|
(2) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 872/2012 (3) adotta l-lista ta’ sustanzi aromatizzanti u daħħalha fil-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008. |
|
(3) |
Dik il-lista tista’ tiġi aġġornata skont il-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, jew fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew wara li Stat Membru jew parti interessata tagħmel talba għal dan. |
|
(4) |
Il-Parti A tal-lista tal-Unjoni fiha għadd ta’ sustanzi li għalihom l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għadha ma temmitx l-evalwazzjoni jew li għalihom talbet dejta xjentifika addizzjonali sabiex tkun tista’ tlesti l-evalwazzjoni. Fil-każ ta’ 19-il sustanza minnhom, il-persuni responsabbli għat-tqegħid fis-suq ta’ dawn is-sustanzi aromatizzanti issa rtiraw l-applikazzjonijiet tagħhom. Għaldaqstant, dawk is-sustanzi aromatizzanti għandhom jitneħħew mil-lista tal-Unjoni. |
|
(5) |
Għalhekk, il-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 għandha tiġi emendata kif xieraq. |
|
(6) |
Skont l-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008, is-sustanzi aromatizzanti li mhumiex fil-lista tal-Unjoni jistgħu jitqiegħdu fis-suq bħala tali u jintużaw fl-ikel jew fuq l-ikel sat-22 ta’ Ottubru 2014. Minħabba li s-sustanzi aromatizzanti diġà jinsabu fis-suq fl-Istati Membri u sabiex tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel lejn proċedura ta’ awtorizzazzjoni tal-Unjoni, fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 873/2012 (4) ġew stabbiliti miżuri tranżitorji għall-ikel li jkun fih dawk is-sustanzi. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 għandha tiġi emendata skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Marzu 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 34.
(2) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1.
(3) Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 872/2012 tal-1 ta' Ottubru 2012 li jadotta l-lista ta' sustanzi aromatizzanti stipulati bir-Regolament (KE) Nru 2232/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jintroduċiha fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1565/2000 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/217/KE (ĠU L 267, 2.10.2012, p. 1).
(4) Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 873/2012 tal-1 ta’ Ottubru 2012 dwar miżuri tranżitorji li jirrigwardaw il-lista ta’ ħwawar u materjali mis-sors stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 267, 2.10.2012, p. 162).
ANNESS
Fil-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008, għandhom jitħassru l-annotazzjonijiet li ġejjin:
|
“01.015 |
Vinilbenżen |
100-42-5 |
|
11022 |
|
|
1 |
L-EFSA |
|
02.122 |
p-menta-1,8(10)-dien-9-ol |
3269-90-7 |
|
|
|
|
2 |
L-EFSA |
|
09.809 |
aċetat ta’ p-menta-1,8(10)-dien-9-il |
15111-97-4 |
|
10743 |
|
|
2 |
L-EFSA |
|
12.114 |
Trisulfur tad-dietil |
3600-24-6 |
1701 |
11451 |
|
|
4 |
L-EFSA |
|
12.120 |
2,8-epitijo-p-mentan |
68398-18-5 |
1685 |
|
|
|
4 |
L-EFSA |
|
12.159 |
Metantijosulfonat tal-metil |
2949-92-0 |
|
11520 |
|
|
3 |
L-EFSA |
|
12.256 |
Trisulfur tal-etil u tal-propil |
31499-70-4 |
1695 |
|
|
|
4 |
L-EFSA |
|
12.272 |
Propantijosulfonat tal-propil |
1113-13-9 |
1702 |
|
|
|
3 |
L-EFSA |
|
13.029 |
2,5-dimetilfuran |
625-86-5 |
1488 |
2208 |
|
|
3 |
L-EFSA |
|
13.030 |
2-metilfuran |
534-22-5 |
1487 |
2209 |
|
|
3 |
L-EFSA |
|
13.092 |
2-etilfuran |
3208-16-0 |
1489 |
11706 |
|
|
3 |
L-EFSA |
|
14.145 |
Pirrol-2-karbaldeid |
1003-29-8 |
|
11393 |
|
|
4 |
L-EFSA |
|
14.163 |
1-metilpirrol-2-karbossaldeid |
1192-58-1 |
|
|
|
|
4 |
L-EFSA |
|
14.169 |
1-etil-2-pirrolkarbossaldeid |
2167-14-8 |
|
|
|
|
4 |
L-EFSA |
|
15.064 |
2,5-dimetiltijofen |
638-02-8 |
|
|
|
|
4 |
L-EFSA |
|
15.072 |
2-etiltijofen |
872-55-9 |
|
11614 |
|
|
4 |
L-EFSA |
|
15.091 |
2-metiltijofen |
554-14-3 |
|
11631 |
|
|
4 |
L-EFSA |
|
15.092 |
3-metiltijofen |
616-44-4 |
|
11632 |
|
|
4 |
L-EFSA |
|
16.124 |
(1R,2S,5R)-N-ċiklopropil-5-metil-2-isopropil ċikloeżankarbossammid |
73435-61-7 |
|
|
|
|
1 |
L-EFSA”. |
|
14.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 74/61 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 247/2014
tat-13 ta’ Marzu 2014
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
|
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Marzu 2014.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
MA |
73,3 |
|
TN |
108,4 |
|
|
TR |
104,7 |
|
|
ZZ |
95,5 |
|
|
0707 00 05 |
EG |
182,1 |
|
MA |
182,1 |
|
|
TR |
152,6 |
|
|
ZZ |
172,3 |
|
|
0709 91 00 |
EG |
45,1 |
|
ZZ |
45,1 |
|
|
0709 93 10 |
MA |
40,6 |
|
TR |
87,7 |
|
|
ZZ |
64,2 |
|
|
0805 10 20 |
EG |
49,2 |
|
IL |
66,9 |
|
|
MA |
46,5 |
|
|
TN |
51,1 |
|
|
TR |
56,3 |
|
|
ZA |
62,4 |
|
|
ZZ |
55,4 |
|
|
0805 50 10 |
TR |
69,1 |
|
ZZ |
69,1 |
|
|
0808 10 80 |
CL |
132,6 |
|
CN |
58,1 |
|
|
MK |
32,3 |
|
|
US |
189,7 |
|
|
ZZ |
103,2 |
|
|
0808 30 90 |
AR |
101,7 |
|
CL |
144,6 |
|
|
TR |
158,2 |
|
|
US |
211,0 |
|
|
ZA |
98,1 |
|
|
ZZ |
142,7 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.
DEĊIŻJONIJIET
|
14.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 74/63 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-12 ta’ Marzu 2014
dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni marbuta mad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-Polonja
(notifikata bid-dokument C(2014) 1657)
(Il-verżjoni bil-Pollakk biss hija awtentika)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2014/134/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta’ ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-deni Afrikan tal-ħnieżer huwa marda virali infettiva li taffettwa l-popolazzjonijiet tal-ħnieżer domestiċi u dawk selvaġġi b’oriġini domestiċi u li jista’ jkollha impatt serju fuq il-profittabbiltà tal-irziezet tal-ħnieżer u tisfratta l-kummerċ fl-Unjoni u l-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi. |
|
(2) |
F’każ ta’ tifqigħa tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, hemm ir-riskju li l-aġent patoġeniku jista’ jinxtered fi rziezet oħra tal-ħnieżer u fost il-ħnieżer selvaġġi b’oriġini domestiċi. B’hekk, jista’ jinxtered minn Stat Membru għall-ieħor u għal pajjiżi terzi permezz tal-kummerċ tal-ħnieżer ħajjin jew tal-prodotti tagħhom. |
|
(3) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE (3) tistabbilixxi l-miżuri minimi li għandhom jiġu applikati fl-Unjoni għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-ħnieżer. L-Artikolu 15 tad-Direttiva 2002/60/KE jistipula l-istabbiliment ta’ żona infettata wara li jiġi kkonfermat każ wieħed jew iżjed ta’ deni Afrikan tal-ħnieżer fil-ħnieżer selvaġġi b’oriġini domestiċi. |
|
(4) |
Il-Polonja għarrfet lill-Kummissjoni bis-sitwazzjoni preżenti fit-territorju tagħha fir-rigward tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, u b’konformità mal-Artikolu 15 tad-Direttiva 2002/60/KE, stabbiliet żona infettata fejn japplikaw il-miżuri msemmija fl-Artikoli 15 u 16 ta’ dik id-Direttiva. |
|
(5) |
Sabiex jiġi evitat kull xkiel mhux meħtieġ għall-kummerċ fl-Unjoni u sabiex jiġu evitati l-ostakli mhux iġġustifikati għall-kummerċ minn pajjiżi terzi, jeħtieġ li tiġi stabbilita, f’kollaborazzjoni mal-Istat Membru kkonċernat, lista tal-Unjoni tat-territorji infettati bid-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-Polonja. |
|
(6) |
Għalhekk, it-territorji infettati fil-Polonja għandhom jiġu elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni u għandu jiġi stabbilit it-tul ta’ żmien ta’ dan il-qsim f’reġjuni f’konformità mal-Artikolu 15 tad-Direttiva 2002/60/KE. |
|
(7) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/100/UE (4) għandha tiġi kkonfermata wara konsultazzjoni mal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali. |
|
(8) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Polonja għandha tiżgura li ż-żona infettata stabbilita f’konformità mal-Artikolu 15 tad-Direttiva 2002/60/KE tkun tinkludi tal-anqas it-territorji mniżżlin fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-30 ta’ April 2014.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Polonja.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Marzu 2014.
Għall-Kummissjoni
Tonio BORG
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.
(2) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE tas-27 ta’ Ġunju 2002 li tistabbilixxi miżuri għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-qżieqeż u temenda d-Direttiva 92/119/KEE għar-rigward tal-marda Teschen u d-deni Afrikan tal-qżieqeż (ĠU L 192, 20.7.2002, p. 27).
(4) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/100/UE tat-18 ta’ Frar 2014 li tikkonċerna ċerti miżuri interim ta’ protezzjoni marbuta mad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-Polonja (ĠU L 50, 20.2.2014, p. 35).
ANNESS
ŻONA NFETTATA
It-territorji li ġejjin fir-Repubblika tal-Polonja:
|
— |
fil-vojvodja ta’ Podlaskie: il-povjat ta’ Sejneński fil-povjat ta’ Augustowski, il-muniċipalitajiet ta’ Płaska, Lipsk u Sztabin; il-povjat ta’ Sokólski; fil-povjat ta’ Białostocki, il-muniċipalitajiet ta’ Czarna Białostocka, Supraśl, Zabudów, Michałowo u Gródek; u l-povjati Hajnowski, Bielski u Siemiatycki; |
|
— |
fil-vojvodja ta’ Mazowieckie: il-povjat ta’ Łosicki; |
|
— |
fil-vojvodja ta’ Lubelskie: il-povjati ta’ Bialski, Biała Podlaska Włodawski. |
RAKKOMANDAZZJONIJIET
|
14.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 74/65 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-12 ta’ Marzu 2014
strateġija ġdida għall-falliment tan-negozju u l-insolvenza
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2014/135/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 292 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-għan ta’ din ir-Rakkomandazzjoni huwa li tiżgura li intrapriżi vijabbli f’diffikultajiet finanzjarji, ikunu fejn ikunu jinsabu fl-Unjoni, ikollhom aċċess għal oqfsa nazzjonali tal-insolvenza li jippermettulhom li jirristrutturaw fi stadju bikri bil-għan li tiġi evitata l-insolvenza tagħhom, u għalhekk jiġi mmassimizzat il-valur totali għall-kredituri, l-impjegati, is-sidien u l-ekonomija b’mod ġenerali. Ir-Rakkomandazzjoni għandha wkoll l-għan li tagħti opportunità oħra lil intraprendituri onesti falluti madwar l-Unjoni. |
|
(2) |
Ir-regoli tal-insolvenza nazzjonali jvarjaw ħafna fir-rigward tal-firxa tal-proċeduri disponibbli għad-debituri li jaffaċċjaw diffikultajiet finanzjarji sabiex jirristrutturaw in-negozju tagħhom. Xi Stati Membri għandhom firxa limitata ta’ proċeduri li jfisser li n-negozji jistgħu biss jirristrutturaw fi stadju relattivament avvanzat, fil-kuntest ta’ proċedimenti ta’ insolvenza formali. Fi Stati Membri oħra, ir-ristrutturazzjoni hi possibbli fi stadju iktar bikri iżda l-proċeduri disponibbli mhumiex effettivi daqs kemm jistgħu jkunu jew jinvolvu gradi li jvarjaw ta’ formalità, b’mod partikolari fir-rigward tal-użu ta’ proċessi barra mill-qorti. |
|
(3) |
Bl-istess mod, ir-regoli nazzjonali li jagħtu lill-intraprendituri ċans ieħor, b’mod partikolari billi dawn jingħataw kwittanza mid-djun li jkunu ġarrbu waqt in-negozju tagħhom, ivarjaw fir-rigward tat-tul tal-perjodu ta’ kwittanza u l-kondizzjonijiet li taħthom jistgħu jingħataw. |
|
(4) |
Id-diskrepanzi bejn l-oqfsa nazzjonali ta’ ristrutturar, u bejn regoli nazzjonali li jagħtu intraprendituri onesti t-tieni ċans iwasslu għal aktar spejjeż u inċertezza meta jiġu vvalutati r-riskji tal-investiment fi Stat Membru ieħor, jifframmentaw il-kondizzjonijiet għall-aċċess għall-kreditu u jirriżultaw f’rati ta’ rkupru differenti għall-kredituri. Dawn jagħmlu t-tfassil u l-adozzjoni ta’ pjanijiet ta’ ristrutturar konsistenti għal gruppi ta’ kumpaniji transfruntieri aktar diffiċli. B’mod aktar ġenerali, id-diskrepanzi jservu bħala diżinċentivi għan-negozji li jixtiequ jistabbilixxu ruħhom fi Stati Membri differenti. |
|
(5) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000 (1) jittratta biss kwistjonijiet ta’ ġuriżdizzjoni, rikonoxximent u infurzar, il-liġi applikabbli u l-kooperazzjoni fi proċedimenti transfruntieri ta’ insolvenza. Il-proposta tal-Kummissjoni għall-emenda ta’ dak ir-Regolament (2) għandha testendi l-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament għal proċeduri preventivi li jippromwovu s-salvataġġ ta’ debitur li jkun ekonomikament vijabbli u jagħtu opportunità oħra lil intraprendituri. Madankollu, l-emenda proposta ma tindirizzax id-diskrepanzi bejn dawk il-proċeduri stabbiliti fil-liġi nazzjonali. |
|
(6) |
Fil-15 ta’ Novembru 2011, il-Parlament Ewropew adotta Riżoluzzjoni (3) dwar proċedimenti ta’ insolvenza. Dan inkluda rakkomandazzjonijiet għall-armonizzazzjoni ta’ aspetti speċifiċi tal-liġi nazzjonali tal-insolvenza, inklużi l-kundizzjonijiet għall-istabbiliment, l-effetti u l-kontenut ta’ pjanijiet ta’ ristrutturar. |
|
(7) |
Fil-Komunikazzjoni dwar l-Att dwar is-Suq Uniku II (4) tat-3 ta’ Ottubru 2012, il-Kummissjoni impenjat ruħha bħala azzjoni ewlenija li timmodernizza regoli tal-insolvenza tal-Unjoni sabiex tiffaċilita s-sopravivenza tan-negozji u tippreżenta t-tieni ċans lill-intraprendituri. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni ħabbret li ser tanalizza kif l-effiċjenza tal-liġijiet nazzjonali dwar l-insolvenza tista’ tkompli tiġi mtejba bil-għan li jinħoloq ambjent ekwu għall-kumpaniji, l-intraprendituri u persuni privati fi ħdan is-suq intern. |
|
(8) |
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Approċċ Ewropew ġdid għall-falliment u l-insolvenza tan-negozji (5) tat-12 ta’ Diċembru 2012 tenfasizza ċerti żoni fejn id-differenzi bejn il-liġijiet tal-insolvenza domestika jistgħu jtellfu l-istabbiliment ta’ suq intern effiċjenti. Huwa nnotat li l-ħolqien ta’ ambjent ekwu f’dawn l-oqsma se jwassal għal aktar fiduċja fis-sistemi ta’ Stati Membri oħra għal kumpaniji, intraprendituri u individwi privati, u jtejbu l-aċċess għall-kreditu u jħeġġu l-investiment. |
|
(9) |
Fid-9 ta’ Jannar 2013, il-Kummissjoni adottat il-Pjan ta’ Azzjoni għall-Intraprenditorija 2020 (6) fejn l-Istati Membri huma mistiedna, fost affarijiet oħra, biex inaqqsu meta possibbli, iż-żmien tat-twettiq u l-ħlas tad-djun għal intraprendituri onesti wara falliment għal massimu ta’ tliet snin, sal-2013 u biex joffru servizzi ta’ sostenn lin-negozji għal ristrutturar bikri, pariri sabiex ikunu evitati l-fallimenti u appoġġ għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju biex jirristrutturaw u jniedu mill-ġdid. |
|
(10) |
Bosta Stati Membri bħalissa qed jagħmlu reviżjonijiet tal-liġijiet nazzjonali tagħhom dwar l-insolvenza bil-għan li jtejbu l-qafas ta’ salvataġġ korporattiv u t-tieni ċans għall-intraprendituri. Għalhekk huwa opportun li tkun inkoraġġita l-koerenza f’dawn u kwalunkwe inizjattivi futuri nazzjonali bħal dawn sabiex jissaħħaħ il-funzjonament tas-suq intern. |
|
(11) |
Jeħtieġ li nħeġġu koerenza akbar bejn l-oqfsa nazzjonali tal-insolvenza sabiex jitnaqqsu diverġenzi u ineffiċjenzi li jxekklu ristrutturar bikri ta’ kumpaniji vijabbli f’diffikultajiet finanzjarji u l-possibbiltà li jingħata t-tieni ċans lil intraprendituri onesti, u b’hekk jonqsu l-ispejjeż ta’ ristrutturar kemm għad-debituri kif ukoll għall-kredituri. Koerenza akbar u żieda fl-effiċjenza f’dawk ir-regoli nazzjonali dwar l-insolvenza jimmassimizzaw il-benefiċċji għat-tipi kollha tal-kredituri u l-investituri u jħeġġu l-investiment transfruntier. Koerenza akbar tiffaċilita wkoll ir-ristrutturar ta’ gruppi ta’ kumpaniji irrispettivament minn fejn il-membri tal-grupp jinsabu fl-Unjoni. |
|
(12) |
Barra minn hekk, it-tneħħija tal-ostakoli għal ristrutturar effettiv ta’ kumpaniji vijabbli f’diffikultajiet finanzjarji jikkontribwixxu biex isalvaw l-impjiegi u tibbenefika wkoll l-ekonomija aktar wiesgħa. Meta tkun aktar faċli għall-intraprendituri li jkollhom ċans ieħor iwassal ukoll għal aktar impjieg indipendenti fl-Istati Membri. Barra minn hekk, l-oqfsa ta’ insolvenza effiċjenti se jipprovdu valutazzjoni aħjar tar-riskji involuti f’deċiżjonijiet ta’ għoti u teħid b’self u aġġustament bla problemi għal ditti fi stat ta’ dejn eċċessiv, b’minimizzazzjoni tal-ispejjeż ekonomiċi u soċjali involuti fill-proċess ta’ diżingranaġġ tagħhom. |
|
(13) |
Intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju jistgħu jibbenefikaw minn approċċ aktar koerenti fil-livell tal-Unjoni, billi dawn ma jkollhomx ir-riżorsi meħtieġa biex ilaħħqu ma’ spejjeż għoljin tar-ristrutturar u jieħdu vantaġġ minn proċeduri ta’ ristrutturar aktar effiċjenti f’xi Stati Membri. |
|
(14) |
L-awtoritajiet tat-taxxa għandhom ukoll interess għal qafas ta’ ristrutturar effiċjenti għall-intrapriżi vijabbli. Fl-implimentazzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jieħdu l-miżuri xierqa biex jiżguraw il-ġbir u l-irkupru ta’ dħul mit-taxxa li jirispettaw il-prinċipji ġenerali ta’ taxxa ġusta u sabiex jieħdu miżuri effiċjenti f’każijiet ta’ frodi, evażjoni jew abbuż. |
|
(15) |
Huwa xieraq li jiġu esklużi mill-ambitu ta’ din ir-Rakkomandazzjoni intrapriżi tal-assigurazzjoni, istituzzjonijiet ta’ kreditu, ditti tal-investiment u impriżi ta’ investiment kollettiv, kontrapartijiet ċentrali, depożitarji ċentrali tat-titoli u istituzzjonijiet finanzjarji oħra li huma soġġetti għal oqfsa ta’ rkupru u riżoluzzjoni speċjali fejn l-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza għandhom poteri vasti ta’ intervent. Għalkemm id-dejn żejjed tal-konsumatur u l-falliment tal-konsumatur ukoll mhumiex koperti mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni, l-Istati Membri huma mistiedna li jesploraw il-possibbiltà li japplikaw dawn ir-rakkomandazzjonijiet għall-konsumaturi wkoll, minħabba li xi wħud mill-prinċipji segwiti f’din ir-Rakkomandazzjoni jistgħu wkoll ikunu rilevanti għalihom. |
|
(16) |
Qafas ta’ ristrutturar għandu jippermetti lid-debituri li jindirizzw id-diffikultajiet finanzjarji tagħhom fi stadju bikri, meta l-insolvenza tagħhom tista’ tiġi evitata u t-tkomplija tan-negozju tagħhom ikun assigurat. Madankollu, sabiex jiġu evitati kwalunkwe riskji potenzjali tal-proċedura milli jintużaw ħażin, id-diffikultajiet finanzjarji tad-debitur irid ikun hemm probabbiltà li jwasslu għal falliment u l-pjan ta’ ristrutturar għandu jkun kapaċi li jipprevjeni l-insolvenza tad-debitur u li jiżgura l-vijabbiltà tan-negozju. |
|
(17) |
Biex jippromwovu l-effiċjenza u jnaqqsu d-dewmien u l-ispejjeż, l-oqfsa nazzjonali ta’ ristrutturar preventiv għandhom jinkludu proċeduri flessibbli li jillimitaw il-formalitajiet tal-qorti fejn huma meħtieġ u proporzjonati sabiex jissalvagwardjaw l-interessi tal-kredituri u l-partijiet interessati oħra li x’aktarx jiġu affettwati. Pereżempju, biex jiġu evitati spejjeż żejda u jirriflettu n-natura bikrija tal-proċedura, id-debituri għandhom fil-prinċipju jitħallew jikkontrollaw l-assi tagħhom u l-ħatra ta’ medjatur jew superviżur m’għandhiex tkun obbligatorja, iżda ssir fuq bażi ta’ każ b’każ. |
|
(18) |
Debitur għandu jkun jista’ jitlob lill-Qorti għal sospensjoni ta’ azzjonijiet individwali ta’ eżekuzzjoni u sospensjoni ta’ proċedimenti ta’ falliment li l-ftuħ tagħhom ġew mitluba mill-kredituri fejn azzjonijiet bħal dawn jistgħu jaffettwaw ħażin in-negozjati u jxekklu l-prospetti ta’ ristrutturar tan-negozju tad-debitur. Madankollu, sabiex jipprovdu għal bilanċ ġust bejn id-drittijiet tad-debitur u l-kredituri, u filwaqt li titqies l-esperjenza ta’ riformi riċenti fl-Istati Membri, is-sospensjoni inizjalment għandha tkun mogħtija għal perjodu ta’ mhux aktar minn erba’ xhur. |
|
(19) |
Il-konferma ta’ pjan ta’ ristrutturazzjoni hija meħtieġa biex tiżgura li t-tnaqqis tad-drittijiet tal-kredituri hija proporzjonata mal-benefiċċji ta’ ristrutturar u li l-kredituri jkollhom aċċess għal rimedju effettiv, b’konformità sħiħa mal-libertà tal-intrapriża li tmexxi n-negozju u d-dritt għall-proprjetà kif minqux fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Il-Qorti għandha għalhekk tirrifjuta pjan fejn it-tentattiv ta’ ristrutturar x’aktarx li jkun naqqas id-drittijiet ta’ kredituri li oġġezzjonaw hawn taħt għal dak li jistgħu raġonevolment jistennew li jirċievu fin-nuqqas ta’ ristrutturar tan-negozju tad-debitur. |
|
(20) |
L-effetti ta’ falliment, b’mod partikolari l-istigma soċjali, konsegwenzi legali u l-inkapaċità kontinwa li jitħallsu lura d-djun jikkostitwixxu diżinċentivi importanti għall-intraprendituri li jixtiequ jibdew negozju jew jingħataw ċans ieħor, anke jekk l-evidenza turi li l-intraprendituri li fallew għandhom aktar ċans li jirnexxu t-tieni darba. Għalhekk għandhom jittieħdu passi biex jitnaqqsu l-effetti negattivi tal-falliment fuq l-intraprendituri, billi jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet għal maħfra tad-djun wara perjodu massimu ta’ żmien, |
ADOTTAT DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
I. GĦAN U SUĠĠETT
|
1. |
L-għan ta’ din ir-Rakkomandazzjoni huwa li tħeġġeġ lill-Istati Membri biex idaħħlu fis-seħħ qafas effiċjenti li jippermetti r-ristrutturar ta’ intrapriżi vijabbli f’diffikultà finanzjarja u tagħti lill-intraprendituri onesti ċans ieħor, u b’hekk tippromwovi l-intraprenditorija, l-investiment u l-impjiegi u tikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-ostakoli għat-tħaddim bla skossi tas-suq intern. |
|
2. |
Billi jitnaqqsu dawk l-ostakli, ir-Rakkomandazzjoni għandha l-għan b’mod partikolari li:
|
|
3. |
Din ir-Rakkomandazzjoni tipprovdi għal standards minimi fuq:
|
|
4. |
Meta jimplimentaw din ir-Rakkomandazzjoni, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jieħdu miżuri xierqa u effiċjenti biex jiġi żgurat l-infurzar tat-taxxi, partikolarment f’każi ta’ frodi, evażjoni jew abbuż. |
II. DEFINIZZJONIJIET
|
5. |
Għall-finijiet ta’ din ir-Rakkomandazzjoni:
|
III. OQFSA TA’ RISTRUTTURAR PREVENTIV
A. Disponibilità ta’ qafas għar-ristrutturar preventiv
|
6. |
Id-debituri għandu jkollhom aċċess għal qafas li jippermettilhom li jirristrutturaw in-negozju tagħhom bl-għan li jimpedixxu falliment. Dan il-qafas għandu jkun fih l-elementi li ġejjin:
|
|
7. |
Il-proċedura ta’ ristrutturazzjoni ma għandhiex tieħu fit-tul u tkun għalja u għandha tkun flessibbli sabiex aktar passi jistgħu jittieħdu b’mod extraġudizzjarju. L-involviment tal-qorti għandu jkun limitat għal fejn huwa neċessarju u proporzjonat bl-iskop li tissalvagwardja d-drittijiet tal-kredituri u partijiet oħra interessati milquta mill-pjan ta’ ristrutturazzjoni. |
B. Faċilitar tan-negozjati dwar il-pjanijiet ta’ ristrutturar
Il-ħatra ta’ medjatur jew superviżur
|
8. |
Id-debituri għandhom ikunu jistgħu jidħlu fi proċess ta’ ristrutturar tan-negozju tagħhom mingħajr il-ħtieġa li formalment jiftħu proċedimenti tal-qorti. |
|
9. |
Il-ħatra ta’ medjatur jew superviżur mill-qorti m’għandhiex tkun obbligatorja, iżda pjuttost issir fuq bażi ta’ każ b’każ meta tali ħatra titqies meħtieġa:
|
Sospensjoni ta’ azzjonijiet individwali ta’ eżekuzzjoni u sospensjoni ta’ proċedimenti ta’ falliment
|
10. |
Id-debituri għandu jkollhom id-dritt li jitolbu lil qorti li tagħti sospensjoni temporanja għal azzjonijiet individwali ta’ eżekuzzjoni (minn hawn’ il quddiem “sospensjoni”) ippreżentata mill-kredituri, inkluż kredituri assigurati u privileġġjati, li inkella jistgħu jxekklu l-prospetti ta’ pjan ta’ ristrutturar. Is-sospensjoni ma għandhiex tinterferixxi mat-twettiq ta’ kuntratti li jkun għaddejjin |
|
11. |
Fl-Istati Membri li jagħmlu l-għoti tas-sospensjoni suġġetta għal ċerti kundizzjonijiet, id-debituri għandhom ikunu jistgħu jingħataw sospensjoni fiċ-ċirkostanzi kollha meta:
|
|
12. |
Fejn previst mil-liġijiet tal-Istati Membri, l-obbligu tad-debitur biex japplika għall-falliment, kif ukoll applikazzjonijiet minn kredituri li jitolbu l-ftuħ ta’ proċedimenti ta’ falliment kontra d-debitur iddepożitati wara li tkun ingħatat sospensjoni għandhom ukoll jiġu sospiżi għal waqt il-perjodu tas-sospensjoni. |
|
13. |
Id-dewmien tas-sospensjoni għandha ssib bilanċ ġust bejn l-interessi tad-debitur u l-kredituri, u b’mod partikolari l-kredituri garantiti. Id-dewmien tas-sospensjoni għalhekk għandu jiġi ddeterminat fuq il-bażi tal-kumplessità prevista tar-ristrutturazzjoni, u m’għandux jaqbeż l-erba’ xhur. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-perjodu jista’ jiġġedded fuq evidenza ta’ progress fin-negozjati dwar pjan ta’ ristrutturar. B’kollox il-kuntratt ma jistax ikun ta’ aktar minn 12-il xahar. |
|
14. |
Meta s-sospensjoni ma tkunx meħtieġa bil-ħsieb li titħaffef l-adozzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar, is-sospensjoni għandha titneħħa. |
C. Pjanijiet ta’ ristrutturar
Il-kontenut tal-pjanijiet ta’ ristrutturar
|
15. |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qrati jkunu jistgħu jikkonfermaw pjanijiet b’espedjenza u fil-prinċipju bi proċedura bil-miktub. Huma għandhom jistipulaw dispożizzjonijiet ċari u speċifiċi dwar il-kontenut ta’ pjanijiet ta’ ristrutturar. Pjanijiet ta’ ristrutturar għandu jkun fihom deskrizzjoni dettaljata tal-elementi li ġejjin:
|
L-adozzjoni tal-pjanijiet ta’ ristrutturar mill-kredituri
|
16. |
Biex jiżdiedu l-prospetti ta’ ristrutturar u għalhekk in-numru ta’ negozji vijabbli li jiġu salvati, għandu jkun possibbli li jiġi adottat pjan ta’ ristrutturar mill-kredituri affettwati, inkluż kredituri assigurati u mhux assigurati. |
|
17. |
Kredituri b’interessi differenti għandhom jiġu ttrattati fi klassijiet separati li jirriflettu dawk l-interessi. Bħala minimu, għandu jkun hemm klassijiet separati fil-konfront tal-kredituri garantiti u dawk mhux garantiti. |
|
18. |
Pjan ta’ ristrutturar għandu jiġi adottat bil-maġġoranza fl-ammont tat-talbiet tal-kredituri f’kull klassi, kif preskritt mil-liġi nazzjonali. Fejn hemm aktar minn żewġ klassijiet ta’ kredituri, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jżommu jew jintroduċu dispożizzjonijiet li jagħtu s-setgħa lill-qrati biex jikkonfermaw il-pjanijiet ta’ ristrutturar li huma sostnuti b’maġġoranza ta’ dawk il-klassijiet ta’ kredituri, filwaqt li jittieħed kont b’mod partikolari tal-piż tar-rikjesti tal-klassijiet rispettivi ta’ kredituri. |
|
19. |
Il-kredituri għandhom igawdu kundizzjonijiet ekwi irrispettivament minn fejn jinsabu. Għalhekk, fejn il-liġijiet tal-Istati Membri jeħtieġu proċess ta’ votazzjoni formali, il-kredituri għandhom fil-prinċipju jitħallew jivvotaw b’mezzi ta’ komunikazzjoni mill-bogħod bħal ittra reġistrata jew teknoloġiji elettroniċi sikuri. |
|
20. |
Biex l-adozzjoni tal-pjanijiet ta’ ristrutturar issir aktar effettiva, l-Istati Membri għandhom ukoll jiżguraw li jkun possibbli għal pjanijiet ta’ ristrutturar li jiġu adottati minn ċerti kredituri jew ċerti tipi jew klassijiet ta’ kredituri biss, sakemm kredituri oħra ma jkunux affettwati. |
Il-konferma tal-Qorti tal-pjan ta’ ristrutturar
|
21. |
Biex tiżgura li d-drittijiet tal-kredituri li ma jiġux affettwati b’mod eċċessiv minn pjan ta’ ristrutturazzjoni u fl-interess taċ-ċertezza legali, il-pjanijiet ta’ ristrutturar li jaffettwaw l-interessi ta’ kredituri li ma jkunux jaqblu mal-maġġoranza jew li jagħmlu dispożizzjoni għal finanzjament ġdid għandhom jiġu kkonfermati minn qorti sabiex isiru vinkolanti. |
|
22. |
Il-kondizzjonijiet li taħthom il-pjanijiet ta’ ristrutturar jistgħu jiġu kkonfermati minn qorti għandhom ikunu speċifikati b’mod ċar fil-liġijiet tal-Istati Membri u għandhom tal-inqas jinkludu dan li ġej:
|
|
23. |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qrati jistgħu jirrifjutaw pjanijiet ta’ ristrutturar li b’mod ċar ma jkollhom l-ebda prospett li jipprevjenu l- insolvenza tad-debitur u li jiżguraw il-vijabbiltà tan-negozju, pereżempju minħabba li finanzjament ġdid meħtieġ biex titkompla l-attività ma jkunx previst. |
Id-drittijiet tal-kredituri
|
24. |
Il-kredituri kollha li x’aktarx jiġu affettwati mill-pjan ta’ ristrutturar għandhom jiġu nnotifikati bil-kontenut tal-pjan u jingħataw id-dritt li jifformulaw oġġezzjonijiet u li jappellaw kontra l-pjan ta’ ristrutturar. Madankollu, fl-interess tal-kredituri li jappoġġjaw il-pjan, l-appell fil-prinċipju m’għandux jissospendi l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar. |
L-effetti tal-pjan ta’ ristrutturar
|
25. |
Il-pjanijiet ta’ ristrutturar li huma adottati bl-unanimità tal-kredituri affettwati għandhom jorbtu fuq dawk il-kredituri affettwati kollha. |
|
26. |
Il-pjanijiet ta’ ristrutturar li huma kkonfermati minn qorti għandhom ikunu jorbtu fuq kull kreditur affettwat u identifikat fil-pjan. |
D. Protezzjoni għal finanzjament ġdid
|
27. |
Finanzjament ġdid, inkluż self ġdid, il-bejgħ ta’ ċerti assi mid-debitur u tpartit bejn dejn u ekwità, miftiehma fil-pjan ta’ ristrutturar u kkonfermati minn qorti m’għandux ikunu iddikjarati nulli, annullabbli jew mhux infurzabbli bħala att detrimentali għall-korp ġenerali tal-kredituri. |
|
28. |
Il-fornituri ta’ finanzjament ġdid bħala parti minn pjan ta’ ristrutturar li huwa kkonfermat minn qorti għandhom jiġu eżentati minn responsabbiltà ċivili u kriminali marbuta mal-proċess ta’ ristrutturar. |
|
29. |
Eċċezzjonijiet għar-regoli dwar il-protezzjoni ta’ finanzjament ġdid għandhom isiru fejn ikun sussegwentement stabbilit frodi fir-rigward ta’ finanzjament ġdid. |
IV. OPPORTUNITÀ OĦRA GHALL-IMPRENDITURI
Perjodi ta’ kwittanza
|
30. |
L-effetti negattivi ta’ falliment fuq l-intraprendituri għandu jkun limitat sabiex jagħtihom ċans ieħor. L-intraprendituri għandhom ikunu meħlusa b’mod totali mid-djun tagħhom li kienu suġġett ta’ falliment wara mhux aktar tard minn tliet snin li jibdew minn:
|
|
31. |
Meta jiskadi l-perjodu ta’ kwittanza, l-intraprendituri għandhom jiġu meħlusa mid-djun tagħhom mingħajr il-ħtieġa fil-prinċipju li jirrikorru mill-ġdid fil-qorti. |
|
32. |
Kwittanza sħiħa wara perjodu qasir ta’ żmien ma tkunx xierqa fiċ-ċirkostanzi kollha. Għalhekk l-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jżommu jew jintroduċu dispożizzjonijiet aktar stretti li huma meħtieġa biex:
|
|
33. |
L-Istati Membri jistgħu jeskludu kategoriji speċifiċi ta’ dejn, bħal dawk li ġejjin minn responsabbiltà tat-tort, mir-regola ta’ kwittanza sħiħa. |
V. SUPERVIŻJONI U RAPPORTAĠĠ
|
34. |
L-Istati Membri huma mistiedna jimplimentaw il-prinċipji stabbiliti f’din ir-Rakkomandazzjoni sal-14 ta’ Marzu 2015. |
|
35. |
L-Istati Membri huma mistiedna biex jiġbru statistika annwali affidabbli dwar l-għadd ta’ proċeduri ta’ ristrutturar preventiv miftuħa, it-tul tal-proċeduri u informazzjoni dwar id-daqs tad-debituri involuti u r-riżultat tal-proċeduri miftuħa, u jikkomunikaw din l-informazzjoni lill-Kummissjoni fuq bażi annwali u, għall-ewwel darba sal-14 ta’ Marzu 2015. |
|
36. |
Il-Kummissjoni se tivvaluta l-implimentazzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni fl-Istati Membri mill-14 ta’ Settembru 2015. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni se tevalwa l-impatt tagħha fuq li ssalva kumpaniji f’diffikultajiet finanzjarji u biex intraprendituri onesti jingħataw ċans ieħor, l-interazzjoni tagħha ma’ proċeduri oħra ta’ insolvenza f’oqsma oħra bħal perjodi ta’ kwittanza għal persuni naturali li mhux qed jeżerċitaw kummerċ, negozju, sengħa jew attività professjonali, l-impatt tagħha fuq il-funzjonament tas-suq intern u fuq l-impriżi żgħar u medji u l-kompetittività tal-ekonomija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta wkoll jekk għandhomx jiġu proposti miżuri ulterjuri biex jiġi kkonsolidat u msaħħaħ l-approċċ rifless fir-Rakkomandazzjoni. |
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Marzu 2014.
Għall-Kummissjoni
Viviane REDING
Viċi President
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000 tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar proċeduri ta’ insolvenza (ĠU L 160, 30.6.2000, p. 1).
(2) COM(2012) 744 finali.
(3) Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Novembru 2011 b’rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar proċedimenti ta’ insolvenza fil-kuntest tal-liġi tal-kumpaniji tal-UE, P 7_TA (2011) 0484.
(4) COM(2012) 573 finali.
(5) COM(2012) 742 finali.
(6) COM(2012) 795 finali.