|
ISSN 1977-074X doi:10.3000/1977074X.L_2014.065.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 65 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 57 |
|
Werrej |
|
I Atti leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
|
DIRETTIVI |
|
|
|
* |
|
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti leġiżlattivi
DIRETTIVI
|
5.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 65/1 |
DIRETTIVA 2014/27/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-26 ta’ Frar 2014
li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 92/58/KEE, 92/85/KEE, 94/33/KE, 98/24/KE u d-Direttiva 2004/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sabiex jiġu allinjati mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 153(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),
Billi:
|
(1) |
Bis-saħħa tal-Artikolu 153 tat-Trattat, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jadottaw, permezz ta’ direttivi, ir-rekwiżiti minimi biex iħeġġu t-titjib, b’ mod partikolari fl-ambjent tax-xogħol, sabiex jiżguraw livell aħjar ta’ protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtá tal-ħaddiema. Tali direttivi għandhom jevitaw li jżommu lura l-ħolqien u l-iżvilupp tal-intrapriżi żgħar u medji u l-potenzjal tagħhom li joħolqu l-impjiegi. L-istandards tas-saħħa u tas-sigurtá m’għandhomx jiġu meqjusa bħala restrizzjonijiet, minħabba li huma drittijiet fundamentali u għandhom jiġu applikati mingħajr eċċezzjoni għas-setturi kollha tas-suq tax-xogħol u għat-tipi kollha tal-intrapriżi irrispettivament mid-daqs tagħhom. |
|
(2) |
L-Artikolu 31(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jipprevedi li kull ħaddiem għandu d-dritt għal kundizzjonijiet tax-xogħol li jirrispettaw is-saħħa, is-sigurtà u d-dinjità tiegħu. |
|
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) stabbilixxa sistema ġdida għall-klassifikazzjoni u l-ittikkettar ta’ sustanzi u taħlitiet fl-Unjoni, ibbażata fuq is-Sistema Globalment Armonizzata tal-Klassifikazzjoni u l-Ittikkettar ta’ Sustanzi Kimiċi (GHS) f’livell internazzjonali, fil-qafas tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti. |
|
(4) |
Id-Direttivi tal-Kunsill 92/58/KEE (4), 92/85/KEE (5), 94/33/KE (6) u 98/24/KE (7), u d-Direttiva 2004/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), jinkludu referenzi għas-sistema preċedenti ta’ klassifikazzjoni u ttikkettar. Għaldaqstant, dawk id-Direttivi għandhom jiġu emendati sabiex jiġu allinjati mas-sistema l-ġdida stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008. |
|
(5) |
L-emendi huma meħtieġa sabiex jiżguraw l-issoktar tal-effikaċja ta’ dawk id- Direttivi. L-għan ta’ din id-Direttiva mhuwiex li jindibel il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawk id-Direttivi. L-intenzjoni ta’ din id-Direttiva hu li jinżamm u ma jitnaqqasx il-livell ta’ protezzjoni tal-ħaddiema previst b’dawk id-Direttivi. Madankollu, fid-dawl tal-progress teknoloġiku kontinwu, dawk id-Direttivi għandhom ikunu soġġetti għal reviżjoni perjodika skont l-Artikolu 17a tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE (9) sabiex jiġu żgurati l-koerenza tal-leġiżlazzjoni u livell xieraq ta’ saħħa u ta’ protezzjoni tas-sikurezza meta sustanzi kimiċi u taħlitiet perikolużi jkunu preżenti fl-ambjent tax-xogħol. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-impjegati fil-professjonijiet fejn ikun hemm kuntatt frekwenti ma’ sustanzi u taħlitiet perikolużi. |
|
(6) |
L-emendi għad-Direttiva 92/85/KEE ma jindirizzawx il-kwistjoni ta’ sustanzi u taħlitiet perikolużili jistgħu jaffettwaw ħażin il-fertilità tal-ħaddiema nisa tqal jew ta’ ħaddiema li welldu reċentement jew li qed ireddgħu, peress li l-għan ta’ din id-Direttiva huwa biss l-aġġornament tar-referenzi u t-terminoloġija stipulati f’dik id-Direttiva. Minkejja dan, b’kont meħud tal-evidenza xjentifika li qed tevolvi rigward din il-kwistjoni flimkien maż-żieda fis-sofistikazzjoni tal-klassifikazzjoni ta’ dawn l-effetti, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-mezzi l-aktar xierqa biex jiġu indirizzati tali effetti. |
|
(7) |
L-emendi għad-Direttivi 92/85/KEE u 94/33/KE għandhom jallinjaw l-approċċ meħud f’ dawk id-Direttivi għall-formulazzjoni adottata fid-Direttiva 98/24/KE fir-rigward tal-kliem “sustanzi ttikkettati”, fit-Taqsima A punt 3(a) tal-Anness I għad-Direttiva 92/85/KEE, u “sustanzi u preparati kklassifikati” fit-Taqsima I punt 3(a) tal-Anness għad-Direttiva 94/33/KE, li huma sostitwiti bil-kliem “sustanzi u taħlitiet li jissodisfaw il-kriterji ta’ klassifikazzjoni”. Din id-Direttiva ma timponix obbligi fuq min iħaddem fir-rigward tal-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ ta’ sustanzi u taħlitiet koperti bir-Regolament (KE) Nru 1272/2008. Indipendentement minn jekk is-sustanzi jew it-taħlitiet jitqegħdux fis-suq jew le, min iħaddem irid iwettaq valutazzjoni tar-riskju tal-aġenti kimiċi perikolużi kollha skont id-Direttiva 98/24/KE. |
|
(8) |
It-Taqsima I, punt 2 u t-Taqsima II, punt 1 tal-Anness tad-Direttiva 94/33/KE fihom referenzi għad-Direttivi tal-Kunsill imħassra 90/679/KEE (10) u 90/394/KEE (11). Għaldaqstant, dawk ir-referenzi għandhom jiġu sostitwiti b’referenzi għad-dispożizzjonijiet relevanti tad-Direttiva 2000/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) u d-Direttiva 2004/37/KE. |
|
(9) |
Skont l-Artikolu 154 tat-Trattat, il-Kummissjoni kkonsultat mal-imsieħba soċjali dwar id-direzzjoni possibbli ta’ azzjoni tal-Unjoni f’dan il-qasam u l-imsieħba soċjali indikaw li l-gwida ta’ spjegazzjoni hija utli b’mod speċjali għall-intrapriżi żgħar u medji. |
|
(10) |
Wara din il-konsultazzjoni, il-Kummissjoni qieset li azzjoni tal-Unjoni tkun mixtieqa u kkonsultat mal-imsieħba soċjali dwar il-kontenut tal-proposta prevista, b’konformità mal-Artikolu 154 tat-Trattat. |
|
(11) |
Wara din it-tieni fażi ta’ konsultazzjoni, l-imsieħba soċjali ma xtaqux jibdew il-proċess li jista’ jwassal għall-konklużjoni ta’ ftehim kif stabbilit fl-Artikolu 155 tat-Trattat, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Emendi għad-Direttiva 92/58/KEE
Id-Direttiva 92/58/KEE hija emendata kif ġej:
|
(1) |
Fl-Artikolu 1, il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej: “2. Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għas-sinjali għat-tqegħid fis-suq ta’ sustanzi u taħlitiet perikolużi, prodotti u/jew tagħmir perikolużi, kemm-il darba dispożizzjonijiet oħra tal-Unjoni ma jagħmlux referenza speċifika għaliha.” |
|
(2) |
Fl-Anness I, it-Taqsima 12 tinbidel b’dan li ġej: 12. Żoni, kmamar jew spazji magħluqa użati għall-ħażna ta’ kwantitajiet sinifikanti ta’ sustanzi jew taħlitiet perikolużi għandhom ikunu indikati bi twissija xierqa b’sinjal meħud mit-Taqsima 3.2 tal-Anness II, jew immarkati kif previst fit-Taqsima 1 tal-Anness III, għajr jekk l-ittikkettar tal-kontenituri jew tal-pakketti individwali jkun adegwat għal dan l-iskop. Jekk ma jkun hemm l-ebda sinjal ta’ twissija ekwivalenti fit-Taqsima 3.2 tal-Anness II li jwissi lill-persuni dwar sustanzi jew taħlitiet kimiċi perikolużi, għandha tintuża l-pittogramma ta’ periklu rilevanti, kif stipulat fl-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1). (*1) Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).” " |
|
(3) |
Fl-Anness II, it-Taqsima 3.2 hija emendata kif ġej:
|
|
(4) |
L-Anness III huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Emendi għad-Direttiva 92/85/KEE
L-Anness I tad-Direttiva 92/85/KEE huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
It-Taqsima A hija emedata kif ġej:
|
|
(2) |
It-Taqsima B tinbidel b’dan li ġej: “B. Proċessi Proċessi industrijali elenkati fl-Anness 1 tad-Direttiva 2004/37/KE.” |
Artikolu 3
Emenda għad-Direttiva 94/33/KE
L-anness għad-Direttiva 94/33/KE huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
It-Taqsima I hija emendata kif ġej:
|
|
(2) |
Fit-Taqsima II, il-punt 1 jinbidel b’dan li ġej:
|
Artikolu 4
Emendi għad-Direttiva 98/24/KE
Id-Direttiva 98/24/KE hija emendata kif ġej:
|
(1) |
Fl-Artikolu 2, il-punt (b) huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
Fl-Artikolu 4(1), it-tieni inċiż jinbidel b’dan li ġej:
(*9) Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).” " |
|
(3) |
L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 5
Emendi għad-Direttiva 2004/37/KE
Id-Direttiva 2004/37/KE hija emendata kif ġej:
|
(1) |
Fl-Artikolu 1, il-paragrafu 4 jinbidel b’dan li ġej: “4. Fir-rigward tal-asbestos, li huwa ttrattat mid-Direttiva 2009/148/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*10), id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw kull meta jkunu aktar favorevoli għas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. (*10) Direttiva 2009/148/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji konnessi mal-espożizzjoni għall-asbestos fuq ix-xogħol (ĠU L 330, 16.12.2009, p. 28).” " |
|
(2) |
L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
Fl-Artikolu 4(1), il-kelma “preparazzjoni” hija sostitwita bil-kelma “taħlita”. |
|
(4) |
Fl-Artikolu 5(2), il-kelma “preparazzjoni” hija sostitwita bil-kelma “taħlita”. |
|
(5) |
Fil-punt (b) tal-Artikolu 6, il-kelma “preparazzjonijet” hija sostitwita bil-kelma “taħlitiet”. |
|
(6) |
Fit-titolu tal-Anness I, il-kelma “preparazzjonijet” hija sostitwita bil-kelma taħlitiet. |
Artikolu 6
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sal-1 ta’ Ġunju 2015. Huma għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni b’dan.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-mod kif għandha ssir tali referenza għandha tiġi stipulata mill-Istati Membri.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tal-miżuri ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 7
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 8
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Strasburgu, is-26 ta’ Frar 2014.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
D. KOURKOULAS
(1) ĠU C 204, 9.8.2008, p. 47.
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Frar 2014 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u pożizzjoni tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 2014.
(3) Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).
(4) Direttiva tal-Kunsill 92/58/KEE tal-24 ta’ Ġunju 1992 dwar il-ħtiġijiet minimi għall-provvista ta’ sinjali tas-sigurtà u/jew tas-saħħa fuq ix-xogħol (id-disa’ Direttiva individwali fl-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (ĠU L 245, 26.8.1992, p. 23).
(5) Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE tad-19 ta’ Ottubru 1992 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu (l-għaxar Direttiva partikolari fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (ĠU L 348, 28.11.1992, p. 1).
(6) Direttiva tal-Kunsill 94/33/KE tat-22 ta’ Ġunju 1994 dwar il-protezzjoni taż-żgħażagħ fix-xogħol (ĠU L 216, 20.8.1994, p. 12).
(7) Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE tas-7 ta’ April 1998 dwar il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema mir-riskji li għandhom x’jaqsmu mal-aġenti kimiċi fuq il-post tax-xogħol (l-erbatax-il Direttiva individwali fit-tifsira tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (ĠU L 131, 5.5.1998, p. 11).
(8) Direttiva 2004/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-29 ta’ April 2004 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-espożizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol (Sitt Direttiva individwali fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE) (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 50).
(9) Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol (ĠU L 183, 29.6.1989, p. 1).
(10) Direttiva 90/679/KEE tal-Kunsill tas-26 ta’ Novembru 1990 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji li għandhom x’jaqsmu mal-esposizzjoni għal aġenti bijoloġiċi fuq ix-xogħol (is-seba’ Direttiva individwali fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (ĠU L 374, 31.12.1990, p. 1).
(11) Direttiva tal-Kunsill 90/394/KEE tat-28 ta’ Ġunju 1990 dwar il-protezzjoni ta’ ħaddiema kontra r-riskji relatati mal-esposizzjoni għall-karċinoġeni fuq ix-xogħol (is-sitt Direttiva individwali fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (ĠU L 196, 26.7.1990, p. 1).
(12) Direttiva 2000/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Settembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-espożizzjoni għal aġenti bijoloġiċi fuq il-post tax-xogħol (is-seba’ direttiva individwali fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (ĠU L 262, 17.10.2000, p. 21).
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
5.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 65/8 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 204/2014
tal-20 ta’ Frar 2014
li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Aceituna de Mallorca / Aceituna Mallorquina / Oliva de Mallorca / Oliva Mallorquina (DPO)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u partikolarment l-Artikolu 52, paragrafu 2 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni mressqa minn Spanja għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni "Aceituna de Mallorca" / "Aceituna Mallorquina" / "Oliva de Mallorca" / "Oliva Mallorquina" ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
|
(2) |
Billi l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, id-denominazzjoni "Aceituna de Mallorca"/ "Aceituna Mallorquina" / "Oliva de Mallorca" / "Oliva Mallorquina" għandha tiġi rreġistrata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament hija b’dan irreġistrata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Frar 2014.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Dacian CIOLOȘ
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat:
Klassi 1.6. Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati
SPANJA
Aceituna de Mallorca / Aceituna Mallorquina / Oliva de Mallorca / Oliva Mallorquina (DPO)
|
5.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 65/10 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 205/2014
tal-4 ta’ Marzu 2014
li jistabbilixxi kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1260/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika demografika, fir-rigward tat-tqassim tad-dejta, tal-iskadenzi u tar-reviżjonijiet tad-dejta
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1260/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2013 dwar statistika demografika (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1260/2013 jistabbilixxi qafas legali komuni għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid tal-istatistika Ewropea dwar il-popolazzjoni u l-avvenimenti vitali. |
|
(2) |
Sabiex jiġi żgurat li d-dejta dwar il-popolazzjoni u l-avvenimenti vitali pprovduta mill-Istati Membri, skont ir-Regolament (UE) Nru 1260/2013, hija ta’ kwalità għolja, komparabbli, konsistenti u sabiex tippermetti t-tfassil ta’ analiżi affidabbli mal-Unjoni kollha, id-dejta għandha tinqasam. |
|
(3) |
Għaldaqstant, id-dejta għandha tiġi pprovduta lill-Kummissjoni maqsuma f’unitajiet territorjali skont ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (2). |
|
(4) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi kundizzjonijiet uniformi għat-tqassim tad-dejta skont ir-Regolament (UE) Nru 1260/2013, kif ukoll għall-iskadenzi u għar-reviżjonijiet ta’ dik id-dejta.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għandhom japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1260/2013. Barra minn hekk, għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
“età” fit-tali data (żmien ta’ referenza jew data tal-avveniment) tfisser l-intervall ta’ żmien bejn id-data tat-twelid u d-data mogħtija, espressa fi snin magħluqa; |
|
(b) |
“pajjiż tat-twelid” ta’ individwu tfisser il-pajjiż tar-residenza tas-soltu (fil-fruntieri preżenti tiegħu, jekk l-informazzjoni tkun disponibbli) ta’ omm l-individwu fi żmien il-ħlas, jew, jekk dan ma jkunx possibbli, il-pajjiż (fil-furntieri preżenti tiegħu, jekk l-informazzjoni tkun disponibbli) li fih sar it-twelid; |
|
(c) |
“pajjiż tat-twelid tal-omm” tfisser “il-pajjiż tat-twelid” tal-omm; |
|
(d) |
“ċittadinanza” tfisser ir-rabta legali partikolari bejn individwu u l-Istat tiegħu, miksuba permezz tat-twelid jew ta’ naturalizzazzjoni, kemm jekk permezz ta’ dikjarazzjoni, għażla, żwieġ kif ukoll jekk b’mezz ieħor skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali; |
|
(e) |
“ordni tat-twelid ħaj” tfisser l-ordni numerika tat-twelid ħaj li ġiet irreġistrata fir-rigward tat-twelid ħaj kollu preċedenti tal-omm; |
|
(f) |
“xahar tal-okkorrenza” tfisser ix-xahar kalendarju tal-okkorrenza tal-avveniment; |
|
(g) |
“sena tat-twelid” tfisser is-sena kalendarja tal-okkorrenza tat-twelid; |
|
(h) |
“Stat Membru” tfisser pajjiż li huwa membru tal-Unjoni Ewropea fl-aħħar tas-sena ta’ referenza. |
Artikolu 3
Tqassim u tabelli statistiċi
It-tqassim tad-dejta li trid tiġi pprovduta lill-Kummissjoni (Eurostat) skont ir-Regolament (UE) Nru 1260/2013 huwa stabbilit fl-Anness I.
It-tabelli statistiċi li jridu jiġu pprovduti lill-Kummissjoni (Eurostat) huma stabbiliti fl-Anness II.
Artikolu 4
Skadenzi
1. Kull sena, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) b’dejta provviżorja dwar il-popolazzjoni totali, it-twelid ħaj totali u l-imwiet totali fuq livell nazzjonali, kif deskritt fil-punt 1 tal-Anness II, fi żmien sitt xhur minn tmiem is-sena ta’ referenza.
2. Kull sena, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) dejta fuq livell nazzjonali u reġjonali kif deskritt fil-punt 2 tal-Anness II, u metadejta standard ta’ referenza relatata (fid-definizzjoni tal-istruttura tal-metadejta ddefinita għall-Istruttura ta’ Metadejta Euro SDMX) għas-sena ta’ referenza fi żmien 12-il xahar minn tmiem is-sena ta’ referenza.
3. Kull sena, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) dejta provviżorja ta’ kull xahar dwar it-twelid ħaj totali u l-imwiet totali, kif deskritt fil-punt 3 tal-Anness II, li kull waħda tkopri mill-inqas l-ewwel sitt xhur tas-sena ta’ referenza, sat-30 ta’ Novembru tal-istess sena ta’ referenza.
Artikolu 5
Reviżjonijiet tad-dejta
1. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni (Eurostat) dwar kwalunkwe reviżjoni ppjanata tad-dejta pprovduta skont l-Artikolu 4(2) sa mhux aktar tard minn ġimgħa qabel il-ħruġ tad-dejta rreveduta fl-Istat Membru kkonċernat.
2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu kwalunkwe dejta rreveduta lill-Kummissjoni (Eurostat) sa mhux aktar tard minn ġimgħa wara l-ħruġ ta’ din id-dejta.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe dejta rreveduta pprovduta lill-Kummissjoni (Eurostat) hija konsistenti mas-sett kollu ta’ dejta pprovdut skont l-Artikolu 4(2).
Artikolu 6
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Marzu 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
ANNESS I
TQASSIM TA' DEJTA
It-tqassim li ġej għandu jintuża għad-diżaggregazzjoni tad-dejta statistika mitluba skont ir-Regolament (UE) Nru 1260/2013.
Il-kategorija “Mhux magħruf” għandu jkollha inqas minn 5 % tal-każijiet tal-kategorija “Total” fl-istess distribuzzjoni.
1. Età
|
Età |
Tqassim b'ammont baxx ta' dettall |
Tqassim b'ammont għoli ta' dettall |
|
Identifikazzjoni |
AGE.L |
AGE.H |
|
(0) |
Total |
Total |
|
(1) |
taħt il-5 snin |
|
|
(1.1) |
|
taħt sena |
|
(1.2) |
|
sena |
|
(1.3) |
|
sentejn |
|
(1.4) |
|
3 snin |
|
(1.5) |
|
4 snin |
|
(2) |
bejn 5 u 9 snin |
|
|
(2.1) |
|
5 snin |
|
(2.2) |
|
6 snin |
|
(2.3) |
|
7 snin |
|
(2.4) |
|
8 snin |
|
(2.5) |
|
9 snin |
|
(3) |
bejn 10 u 14-il sena |
|
|
(3.1) |
|
10 snin |
|
(3.2) |
|
11-il sena |
|
(3.3) |
|
12-il sena |
|
(3.4) |
|
13-il sena |
|
(3.5) |
|
14-il sena |
|
(4) |
bejn 15 u 19-il sena |
|
|
(4.1) |
|
15-il sena |
|
(4.2) |
|
16-il sena |
|
(4.3) |
|
17-il sena |
|
(4.4) |
|
18-il sena |
|
(4.5) |
|
19-il sena |
|
(5) |
bejn 20 u 24 sena |
|
|
(5.1) |
|
20 sena |
|
(5.2) |
|
21 sena |
|
(5.3) |
|
22 sena |
|
(5.4) |
|
23 sena |
|
(5.5) |
|
24 sena |
|
(6) |
bejn 25 u 29 sena |
|
|
(6.1) |
|
25 sena |
|
(6.2) |
|
26 sena |
|
(6.3) |
|
27 sena |
|
(6.4) |
|
28 sena |
|
(6.5) |
|
29 sena |
|
(7) |
bejn 30 u 34 sena |
|
|
(7.1) |
|
30 sena |
|
(7.2) |
|
31 sena |
|
(7.3) |
|
32 sena |
|
(7.4) |
|
33 sena |
|
(7.5) |
|
34 sena |
|
(8) |
bejn 35 u 39 sena |
|
|
(8.1) |
|
35 sena |
|
(8.2) |
|
36 sena |
|
(8.3) |
|
37 sena |
|
(8.4) |
|
38 sena |
|
(8.5) |
|
39 sena |
|
(9) |
bejn 40 u 44 sena |
|
|
(9.1) |
|
40 sena |
|
(9.2) |
|
41 sena |
|
(9.3) |
|
42 sena |
|
(9.4) |
|
43 sena |
|
(9.5) |
|
44 sena |
|
(10) |
bejn 45 u 49 sena |
|
|
(10.1) |
|
45 sena |
|
(10.2) |
|
46 sena |
|
(10.3) |
|
47 sena |
|
(10.4) |
|
48 sena |
|
(10.5) |
|
49 sena |
|
(11) |
bejn 50 u 54 sena |
|
|
(11.1) |
|
50 sena |
|
(11.2) |
|
51 sena |
|
(11.3) |
|
52 sena |
|
(11.4) |
|
53 sena |
|
(11.5) |
|
54 sena |
|
(12) |
bejn 55 u 59 sena |
|
|
(12.1) |
|
55 sena |
|
(12.2) |
|
56 sena |
|
(12.3) |
|
57 sena |
|
(12.4) |
|
58 sena |
|
(12.5) |
|
59 sena |
|
(13) |
bejn 60 u 64 sena |
|
|
(13.1) |
|
60 sena |
|
(13.2) |
|
61 sena |
|
(13.3) |
|
62 sena |
|
(13.4) |
|
63 sena |
|
(13.5) |
|
64 sena |
|
(14) |
bejn 65 u 69 sena |
|
|
(14.1) |
|
65 sena |
|
(14.2) |
|
66 sena |
|
(14.3) |
|
67 sena |
|
(14.4) |
|
68 sena |
|
(14.5) |
|
69 sena |
|
(15) |
bejn 70 u 74 sena |
|
|
(15.1) |
|
70 sena |
|
(15.2) |
|
71 sena |
|
(15.3) |
|
72 sena |
|
(15.4) |
|
73 sena |
|
(15.5) |
|
74 sena |
|
(16) |
bejn 75 u 79 sena |
|
|
(16.1) |
|
75 sena |
|
(16.2) |
|
76 sena |
|
(16.3) |
|
77 sena |
|
(16.4) |
|
78 sena |
|
(16.5) |
|
79 sena |
|
(17) |
bejn 80 u 84 sena |
|
|
(17.1) |
|
80 sena |
|
(17.2) |
|
81 sena |
|
(17.3) |
|
82 sena |
|
(17.4) |
|
83 sena |
|
(17.5) |
|
84 sena |
|
(18) |
bejn 85 u 89 sena |
|
|
(18.1) |
|
85 sena |
|
(18.2) |
|
86 sena |
|
(18.3) |
|
87 sena |
|
(18.4) |
|
88 sena |
|
(18.5) |
|
89 sena |
|
(19) |
bejn 90 u 94 sena |
|
|
(19.1) |
|
90 sena |
|
(19.2) |
|
91 sena |
|
(19.3) |
|
92 sena |
|
(19.4) |
|
93 sena |
|
(19.5) |
|
94 sena |
|
(20) |
bejn 95 u 99 sena |
|
|
(20.1) |
|
95 sena |
|
(20.2) |
|
96 sena |
|
(20.3) |
|
97 sena |
|
(20.4) |
|
98 sena |
|
(20.5) |
|
99 sena |
|
(21) |
100 sena u iktar (*1) |
|
|
(21.1) |
|
100 sena |
|
(21.2) |
|
101 sena |
|
(21.3) |
|
102 sena |
|
(21.4) |
|
103 snin |
|
(21.5) |
|
104 snin |
|
(21.6) |
|
105 snin |
|
(21.7) |
|
106 snin |
|
(21.8) |
|
107 snin |
|
(21.9) |
|
108 snin |
|
(21.10) |
|
109 snin |
|
(21.11) |
|
110 snin u iktar (*2) |
Il-kategorija “Mhux magħruf” ma għandhiex tintuża. Il-każijiet meta l-“Età” ma tkunx magħrufa għandhom jitqassmu mill-ġdid skont l-aħjar estimi nazzjonali.
2. Età tal-omm
|
Età tal-omm |
Tqassim b'ammont baxx ta' dettall |
Tqassim b'ammont għoli ta' dettall |
|
Identifikazzjoni |
AGM.L |
AGM.H |
|
(0) |
Total |
Total |
|
(1) |
14-il sena jew iżgħar |
14-il sena jew iżgħar |
|
(2) |
bejn 15 u 19-il sena |
|
|
(2.1) |
|
15-il sena |
|
(2.2) |
|
16-il sena |
|
(2.3) |
|
17-il sena |
|
(2.4) |
|
18-il sena |
|
(2.5) |
|
19-il sena |
|
(3) |
bejn 20 u 24 sena |
|
|
(3.1) |
|
20 sena |
|
(3.2) |
|
21 sena |
|
(3.3) |
|
22 sena |
|
(3.4) |
|
23 sena |
|
(3.5) |
|
24 sena |
|
(4) |
bejn 25 u 29 sena |
|
|
(4.1) |
|
25 sena |
|
(4.2) |
|
26 sena |
|
(4.3) |
|
27 sena |
|
(4.4) |
|
28 sena |
|
(4.5) |
|
29 sena |
|
(5) |
bejn 30 u 34 sena |
|
|
(5.1) |
|
30 sena |
|
(5.2) |
|
31 sena |
|
(5.3) |
|
32 sena |
|
(5.4) |
|
33 sena |
|
(5.5) |
|
34 sena |
|
(6) |
bejn 35 u 39 sena |
|
|
(6.1) |
|
35 sena |
|
(6.2) |
|
36 sena |
|
(6.3) |
|
37 sena |
|
(6.4) |
|
38 sena |
|
(6.5) |
|
39 sena |
|
(7) |
bejn 40 u 44 sena |
|
|
(7.1) |
|
40 sena |
|
(7.2) |
|
41 sena |
|
(7.3) |
|
42 sena |
|
(7.4) |
|
43 sena |
|
(7.5) |
|
44 sena |
|
(8) |
bejn 45 u 49 sena |
|
|
(8.1) |
|
45 sena |
|
(8.2) |
|
46 sena |
|
(8.3) |
|
47 sena |
|
(8.4) |
|
48 sena |
|
(8.5) |
|
49 sena |
|
(9) |
50 sena jew iktar |
50 sena jew iktar |
|
(99) |
Mhux magħruf |
Mhux magħruf |
3. Pajjiż tat-twelid
|
Pajjiż tat-twelid |
Tqassim uniku |
|
Identifikazzjoni |
COB.M |
|
(0) |
Total |
|
(1) |
Mwieled/mwielda fil-post |
|
(2) |
Mwieled/mwielda barra l-pajjiż |
|
(2.1) |
Mwieled/mwielda fi Stat Membru ieħor |
|
(2.2) |
Mwieled/mwielda barra l-UE |
|
(9) |
Mhux magħruf |
4. Pajjiż tat-twelid tal-omm
|
Pajjiż tat-twelid tal-omm |
Tqassim uniku |
|
Identifikazzjoni |
CBM |
|
(0) |
Total |
|
(1) |
Mwieled/mwielda fil-post |
|
(2) |
Mwieled/mwielda barra l-pajjiż |
|
(2.1) |
Mwieled/mwielda fi Stat Membru ieħor |
|
(2.2) |
Mwieled/mwielda barra l-UE |
|
(9) |
Mhux magħruf |
5. Pajjiż taċ-ċittadinanza
|
Pajjiż taċ-ċittadinanza |
Tqassim uniku |
|
Identifikazzjoni |
COC.M |
|
(0) |
Total |
|
(1) |
Ċittadinanza nazzjonali |
|
(2) |
Ċittadinanza mhux nazzjonali |
|
(2.1) |
Ċittadinanza ta' Stat Membru ieħor |
|
(2.2) |
Ċittadinanza ta' pajjiż li mhux membru tal-UE |
|
(3) |
Mingħajr Stat |
|
(9) |
Mhux magħruf |
Persuna li għandha żewġ ċittadinanzi jew aktar għandha tiġi allokata lil pajjiż wieħed biss taċ-ċittadinanza, li għandu jiġi determinat fl-ordni ta' preċedenza li ġejja:
|
— |
pajjiż li qed jirrapporta; jew |
|
— |
jekk il-persuna ma għandhiex iċ-ċittadinanza tal-pajjiż li qed jirrapporta: Stat Membru ieħor; jew |
|
— |
jekk il-persuna ma għandhiex iċ-ċittadinanza tal-pajjiż li qed jirraporta: pajjiż ieħor barra l-UE. |
F'każijiet ta' ċittadinanza doppja fejn iż-żewġ pajjiżi qegħdin fl-UE iżda l-ebda wieħed minnhom ma huwa l-pajjiż li qed jirrapporta, l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw liema pajjiż taċ-ċittadinanza għandu jiġi allokat.
6. Pajjiż taċ-ċittadinanza tal-omm
|
Pajjiż taċ-ċittadinanza tal-omm |
Tqassim uniku |
|
Identifikazzjoni |
CCM |
|
(0) |
Total |
|
(1) |
Ċittadinanza nazzjonali |
|
(2) |
Ċittadinanza mhux nazzjonali |
|
(2.1) |
Ċittadinanza ta' Stat Membru ieħor |
|
(2.2) |
Ċittadinanza ta' pajjiż li mhux membru tal-UE |
|
(3) |
Mingħajr Stat |
|
(9) |
Mhux magħruf |
Speċifikazzjonijiet tekniċi għat-tema tal-“pajjiż taċ-ċittadinanza”.
7. Żona ġeografika
|
Żona ġeografika |
Tqassim b'ammont baxx ta' dettall |
Tqassim b'ammont medju ta' dettall |
Tqassim b'ammont għoli ta' dettall |
|
Identifikazzjoni |
GEO.L |
GEO.M |
GEO.H |
|
Klassifikazzjoni NUTS |
Livell NUTS 0 (territorju tal-pajjiż) |
Id-denominazzjonijiet ġeografiċi kollha tal-livell NUTS 2 jew Reġjun Statistiku |
Id-denominazzjonijiet ġeografiċi kollha tal-livell NUTS 3 jew Reġjun Statistiku |
|
(99999) |
|
Mhux magħruf |
Mhux magħruf |
Il-verżjoni tal-klassifikazzjoni NUTS jew tar-Reġjuni Statistiċi użata għandha tkun il-verżjoni fis-seħħ fi tmiem is-sena ta' referenza.
8. Ordni ta' twelid ħaj (bijoloġiku)
|
Ordni ta' twelid ħaj |
Tqassim uniku |
|
Identifikazzjoni |
LBO |
|
(0) |
Total |
|
(1) |
Grad 1 |
|
(2) |
Grad 2 |
|
(3) |
Grad 3 |
|
(4) |
Grad 4 u aktar |
|
(9) |
Mhux magħruf |
F'każ ta' twelid multiplu, kull wild li jitwieled ħaj għandu jingħadd separatament. L-għadd ma jinkludix l-imwiet tal-fetu u huwa indipendenti minn jekk it-twelid ħaj kollu sarx fiż-żwieġ jew barra miż-żwieġ, jew fir-rabtiet legali attwali jew preċedenti u huwa indipendenti minn jekk it-tfal li twieldu ħajjin humiex ħajjin jew mejta fid-data ta' referenza jew jekk humiex qed jgħixu mal-omm jew le.
9. Xahar tal-okkorrenza
|
Xahar tal-okkorrenza |
Tqassim uniku |
|
Identifikazzjoni |
MOC |
|
(0) |
Total |
|
(1) |
Jannar |
|
(2) |
Frar |
|
(3) |
Marzu |
|
(4) |
April |
|
(5) |
Mejju |
|
(6) |
Ġunju |
|
(7) |
Lulju |
|
(8) |
Awwissu |
|
(9) |
Settembru |
|
(10) |
Ottubru |
|
(11) |
Novembru |
|
(12) |
Diċembru |
|
(99) |
Mhux magħruf |
10. Sess
|
Sess |
Tqassim uniku |
|
Identifikazzjoni |
SEX |
|
(0) |
Total |
|
(1) |
Raġel |
|
(2) |
Mara |
Il-kategorija “Mhux magħruf” ma għandhiex tintuża. Il-każijiet meta l-“Età” ma tkunx magħrufa għandhom jitqassmu mill-ġdid skont l-aħjar estimi nazzjonali.
11. Sena tat-twelid
|
Sena tat-twelid |
Tqassim uniku |
|
Identifikazzjoni |
YOB.H |
|
(0) |
Total |
|
(1) |
Sena ta’ referenza |
|
(2) |
Sena ta' referenza - 1 |
|
(3) |
Sena ta' referenza - 2 |
|
(4) |
Sena ta' referenza - 3 |
|
(5) |
Sena ta' referenza - 4 |
|
(6) |
Sena ta' referenza - 5 |
|
(7) |
Sena ta' referenza - 6 |
|
(8) |
Sena ta' referenza - 7 |
|
(9) |
Sena ta' referenza - 8 |
|
(10) |
Sena ta' referenza - 9 |
|
(11) |
Sena ta' referenza - 10 |
|
(12) |
Sena ta' referenza - 11 |
|
(13) |
Sena ta' referenza - 12 |
|
(14) |
Sena ta' referenza - 13 |
|
(15) |
Sena ta' referenza - 14 |
|
(16) |
Sena ta' referenza - 15 |
|
(17) |
Sena ta' referenza - 16 |
|
(18) |
Sena ta' referenza - 17 |
|
(19) |
Sena ta' referenza - 18 |
|
(20) |
Sena ta' referenza - 19 |
|
(21) |
Sena ta' referenza - 20 |
|
(22) |
Sena ta' referenza - 21 |
|
(23) |
Sena ta' referenza - 22 |
|
(24) |
Sena ta' referenza - 23 |
|
(25) |
Sena ta' referenza - 24 |
|
(26) |
Sena ta' referenza - 25 |
|
(27) |
Sena ta' referenza - 26 |
|
(28) |
Sena ta' referenza - 27 |
|
(29) |
Sena ta' referenza - 28 |
|
(30) |
Sena ta' referenza - 29 |
|
(31) |
Sena ta' referenza - 30 |
|
(32) |
Sena ta' referenza - 31 |
|
(33) |
Sena ta' referenza - 32 |
|
(34) |
Sena ta' referenza - 33 |
|
(35) |
Sena ta' referenza - 34 |
|
(36) |
Sena ta' referenza - 35 |
|
(37) |
Sena ta' referenza - 36 |
|
(38) |
Sena ta' referenza - 37 |
|
(39) |
Sena ta' referenza - 38 |
|
(40) |
Sena ta' referenza - 39 |
|
(41) |
Sena ta' referenza - 40 |
|
(42) |
Sena ta' referenza - 41 |
|
(43) |
Sena ta' referenza - 42 |
|
(44) |
Sena ta' referenza - 43 |
|
(45) |
Sena ta' referenza - 44 |
|
(46) |
Sena ta' referenza - 45 |
|
(47) |
Sena ta' referenza - 46 |
|
(48) |
Sena ta' referenza - 47 |
|
(49) |
Sena ta' referenza - 48 |
|
(50) |
Sena ta' referenza - 49 |
|
(51) |
Sena ta' referenza - 50 |
|
(52) |
Sena ta' referenza - 51 |
|
(53) |
Sena ta' referenza - 52 |
|
(54) |
Sena ta' referenza - 53 |
|
(55) |
Sena ta' referenza - 54 |
|
(56) |
Sena ta' referenza - 55 |
|
(57) |
Sena ta' referenza - 56 |
|
(58) |
Sena ta' referenza - 57 |
|
(59) |
Sena ta' referenza - 58 |
|
(60) |
Sena ta' referenza - 59 |
|
(61) |
Sena ta' referenza - 60 |
|
(62) |
Sena ta' referenza - 61 |
|
(63) |
Sena ta' referenza - 62 |
|
(64) |
Sena ta' referenza - 63 |
|
(65) |
Sena ta' referenza - 64 |
|
(66) |
Sena ta' referenza - 65 |
|
(67) |
Sena ta' referenza - 66 |
|
(68) |
Sena ta' referenza - 67 |
|
(69) |
Sena ta' referenza - 68 |
|
(70) |
Sena ta' referenza - 69 |
|
(71) |
Sena ta' referenza - 70 |
|
(72) |
Sena ta' referenza - 71 |
|
(73) |
Sena ta' referenza - 72 |
|
(74) |
Sena ta' referenza - 73 |
|
(75) |
Sena ta' referenza - 74 |
|
(76) |
Sena ta' referenza - 75 |
|
(77) |
Sena ta' referenza - 76 |
|
(78) |
Sena ta' referenza - 77 |
|
(79) |
Sena ta' referenza - 78 |
|
(80) |
Sena ta' referenza - 79 |
|
(81) |
Sena ta' referenza - 80 |
|
(82) |
Sena ta' referenza - 81 |
|
(83) |
Sena ta' referenza - 82 |
|
(84) |
Sena ta' referenza - 83 |
|
(85) |
Sena ta' referenza - 84 |
|
(86) |
Sena ta' referenza - 85 |
|
(87) |
Sena ta' referenza - 86 |
|
(88) |
Sena ta' referenza - 87 |
|
(89) |
Sena ta' referenza - 88 |
|
(90) |
Sena ta' referenza - 89 |
|
(91) |
Sena ta' referenza - 90 |
|
(92) |
Sena ta' referenza - 91 |
|
(93) |
Sena ta' referenza - 92 |
|
(94) |
Sena ta' referenza - 93 |
|
(95) |
Sena ta' referenza - 94 |
|
(96) |
Sena ta' referenza - 95 |
|
(97) |
Sena ta' referenza - 96 |
|
(98) |
Sena ta' referenza - 97 |
|
(99) |
Sena ta' referenza - 98 |
|
(100) |
Sena ta' referenza - 99 |
|
(101) |
Sena ta' referenza - 100 |
|
(102) |
Sena ta' referenza - 101 |
|
(103) |
Sena ta' referenza - 102 |
|
(104) |
Sena ta' referenza - 103 |
|
(105) |
Sena ta' referenza - 104 |
|
(106) |
Sena ta' referenza - 105 |
|
(107) |
Sena ta' referenza - 106 |
|
(108) |
Sena ta' referenza - 107 |
|
(109) |
Sena ta' referenza - 108 |
|
(110) |
Sena ta' referenza - 109 |
|
(111) |
Sena ta' referenza - 110 jew qabel (*3) |
Il-kategorija “Mhux magħruf” ma għandhiex tintuża. Il-każijiet meta l-“Età” ma tkunx magħrufa għandhom jitqassmu mill-ġdid skont l-aħjar estimi nazzjonali.
12. Sena tat-twelid tal-omm
|
Sena tat-twelid tal-omm |
Tqassim uniku |
|
Identifikazzjoni |
YBM |
|
(0) |
Total |
|
(1) |
Sena ta' referenza - 14 jew aktar tard |
|
(2) |
Sena ta' referenza - 15 |
|
(3) |
Sena ta' referenza - 16 |
|
(4) |
Sena ta' referenza - 17 |
|
(5) |
Sena ta' referenza - 18 |
|
(6) |
Sena ta' referenza - 19 |
|
(7) |
Sena ta' referenza - 20 |
|
(8) |
Sena ta' referenza - 21 |
|
(9) |
Sena ta' referenza - 22 |
|
(10) |
Sena ta' referenza - 23 |
|
(11) |
Sena ta' referenza - 24 |
|
(12) |
Sena ta' referenza - 25 |
|
(13) |
Sena ta' referenza - 26 |
|
(14) |
Sena ta' referenza - 27 |
|
(15) |
Sena ta' referenza - 28 |
|
(16) |
Sena ta' referenza - 29 |
|
(17) |
Sena ta' referenza - 30 |
|
(18) |
Sena ta' referenza - 31 |
|
(19) |
Sena ta' referenza - 32 |
|
(20) |
Sena ta' referenza - 33 |
|
(21) |
Sena ta' referenza - 34 |
|
(22) |
Sena ta' referenza - 35 |
|
(23) |
Sena ta' referenza - 36 |
|
(24) |
Sena ta' referenza - 37 |
|
(25) |
Sena ta' referenza - 38 |
|
(26) |
Sena ta' referenza - 39 |
|
(27) |
Sena ta' referenza - 40 |
|
(28) |
Sena ta' referenza - 41 |
|
(29) |
Sena ta' referenza - 42 |
|
(30) |
Sena ta' referenza - 43 |
|
(31) |
Sena ta' referenza - 44 |
|
(32) |
Sena ta' referenza - 45 |
|
(33) |
Sena ta' referenza - 46 |
|
(34) |
Sena ta' referenza - 47 |
|
(35) |
Sena ta' referenza - 48 |
|
(36) |
Sena ta' referenza - 49 |
|
(37) |
Sena ta' referenza - 50 jew qabel |
|
(99) |
Mhux magħruf |
(*1) It-tqassim skont l-età ta' kull ħames snin (AGE.L) huwa mitlub sa “100 snin u iktar”; madankollu, il-Eurostat għandu jqassam id-dejta skont l-età ta' kull ħames snin sa “90 sena u aktar” (il-livell NUTS 3).
(*2) It-tqassim skont l-età ta' kull sena (AGE.H) huwa mitlub sa “110 snin u iktar”; madankollu, il-Eurostat għandu jqassam id-dejta skont l-età ta' kull sena sa “100 sena u aktar” (il-livell nazzjonali u dak NUTS 2).
(*3) It-tqassim skont l-età ta' kull sena (YOB.H) huwa mitlub sa “Sena ta' referenza — 110 snin jew qabel”; madankollu, il-Eurostat għandu jqassam id-dejta skont l-età ta' kull sena sa “Sena ta' referenza — 100 sena jew qabel” (il-livell nazzjonali u dak NUTS 2).
ANNESS II
TABELLI STATISTIĊI
1. Dejta msemmija fl-Artikolu 4(1)
|
Tabella |
Titolu |
Tqassim li għandu jinqata' |
|
POPDB |
Popolazzjoni |
GEO.L |
|
LVBDB |
Twelid ħaj |
GEO.L |
|
DTHDB |
Mwiet |
GEO.L |
2. Dejta msemmija fl-Artikolu 4(2)
|
Tabella |
Titolu |
Tqassim li għandu jinqata' |
|
POP01 |
Popolazzjoni skont l-età, is-sess u r-reġjun tar-residenza (livell 2) |
GEO.M, AGE.H, SEX |
|
POP02 |
Popolazzjoni skont l-età, is-sess u r-reġjun tar-residenza (livell 3) |
GEO.H, AGE.L, SEX |
|
LVB01 |
Twelid ħaj skont ix-xahar tal-okkorrenza |
GEO.L, MOC |
|
LVB02 |
Twelid ħaj skont l-età tal-omm, is-sena tat-twelid tal-omm u r-reġjun tar-residenza tal-omm (livell 2) |
GEO.M, AGM.H, YBM |
|
LVB03 |
Twelid ħaj skont l-età tal-omm u r-reġjun tar-residenza tal-omm (livell 3) |
GEO.H, AGM.L |
|
LVB04 |
Twelid ħaj skont l-età tal-omm, is-sena tat-twelid tal-omm u l-pajjiż tat-twelid tal-omm |
GEO.L, AGM.H, YBM, CBM |
|
LVB05 |
Twelid ħaj skont l-età tal-omm, is-sena tat-twelid tal-omm u l-pajjiż taċ-ċittadinanza tal-omm |
GEO.L, AGM.H, YBM, CCM |
|
LVB06 |
Twelid ħaj skont l-età tal-omm, is-sena tat-twelid tal-omm u l-ordni tat-twelid ħaj |
GEO.L, AGM.H, YBM, LBO |
|
LVB07 |
Twelid ħaj skont l-età tal-omm, is-sena tat-twelid tal-omm u s-sess tal-wild li għadu jitwieled |
GEO.L, AGM.H, YBM, SEX |
|
DTH01 |
Mwiet skont ix-xahar tal-okkorrenza |
GEO.L, MOC |
|
DTH02 |
Mwiet skont is-sess, l-età, is-sena tat-twelid u r-reġjun tar-residenza (livell 2) |
GEO.M, SEX, AGE.H, YOB.H |
|
DTH03 |
Mwiet skont is-sess, l-età u r-reġjun tar-residenza (livell 3) |
GEO.H, SEX, AGE.L |
|
DTH04 |
Mwiet skont is-sess, l-età, is-sena tat-twelid u l-pajjiż tar-residenza |
GEO.L, SEX, AGE.H, YOB.H, COB.M |
|
DTH05 |
Mwiet skont is-sess, l-età, is-sena tat-twelid u l-pajjiż taċ-ċittadinanza |
GEO.L, SEX, AGE.H, YOB.H, COC.M |
3. Dejta msemmija fl-Artikolu 4(3)
|
Tabella |
Titolu |
Tqassim li għandu jinqata' |
|
LVBNC |
Twelid ħaj skont ix-xahar tal-okkorrenza |
GEO.L, MOC |
|
DTHNC |
Mwiet skont ix-xahar tal-okkorrenza |
GEO.L, MOC |
|
5.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 65/27 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 206/2014
tal-4 ta’ Marzu 2014
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 601/2012 fir-rigward tal-potenzjal għat-tisħin globali ta’ gassijiet serra li mhumiex CO2
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
L-Anness VI tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012 (2) jiddetermina l-potenzjal għat-tisħin globali (GWP) ta’ gassijiet serra li mhumiex CO2. |
|
(2) |
Sabiex jiġi implimentat l-użu tal-Linji Gwida 2006 tal-IPCC għall-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet Serra tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima, id-Deċiżjoni 15/CP.17 (3) tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) tiddetermina li mill-2015, u sakemm tittieħed deċiżjoni ulterjuri mill-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC, il-valuri tal-potenzjal ta’ effett serra (GWP) li għandhom jintużaw mill-Partijiet biex tiġi kkalkulata l-ekwivalenza tad-dijossidu tal-karbonju ta’ emissjonijiet antropoġeniċi minn fonti u tal-assorbiment minn bjar tal-gassijiet serra għandhom ikunu dawk imniżżla fl-Anness III tad-Deċiżjoni 15/CP.17. |
|
(3) |
Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza tal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni mal-metodoloġiji użati fil-kuntest tal-proċess tal-UNFCCC, ir-Regolament (UE) Nru 601/2012 għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(4) |
Skont l-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2003/87/KE, kwoti maħruġa mill-1 ta’ Jannar 2013 ‘il quddiem għandhom ikunu validi għall-emissjonijiet għal perjodu ta’ negozjar ta’ tmien snin, li jibda minn dik id-data. L-aġġustament tal-kwantità tal-kwoti li għandhom jinħarġu mill-1 ta’ Jannar 2013 skont l-Artikolu 9a(1) tal-istess Direttiva jiġi ddeterminat billi jiġu kkunsidrati l-valuri tal-potenzjal għat-tisħin globali (GWP) elenkati fl-Anness III tad-Deċiżjoni 15/CP.17 tal-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC. Minħabba li r-Regolament (UE) Nru 601/2012 japplika mill-1 ta’ Jannar 2013, dan ir-Regolament għandu japplika wkoll minn dik id-data sabiex tiġi żgurata l-konsistenza tad-dejta kollha dwar l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra rrappurtata tul il-perjodu kollu ta’ negozjar ta’ tmien snin. |
|
(5) |
Il-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness VI tar-Regolament (UE) Nru 601/2012 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 2013.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Marzu 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012 tal-21 ta’ Ġunju 2012 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsil (ĠU L 181, 12.7.2012, p. 30).
(3) FCCC/CP/2011/9/Add.2, p. 23.
ANNESS
It-Tabella 6 tal-Anness VI tar-Regolament (UE) Nru 601/2012 għandha tinbidel b’dan li ġej:
“Tabella 6: Potenzjali għat-tisħin globali
|
Gass |
Potenzjal għat-tisħin globali |
|
N2O |
298 t CO2(e)/t N2O |
|
CF4 |
7 390 t CO2(e)/t CF4 |
|
C2F6 |
12 200 t CO2(e)/t C2F6” |
|
5.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 65/29 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 207/2014
tal-4 ta’ Marzu 2014
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
|
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Marzu 2014.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
MA |
64,0 |
|
TN |
96,6 |
|
|
TR |
87,8 |
|
|
ZZ |
82,8 |
|
|
0707 00 05 |
EG |
182,1 |
|
JO |
182,1 |
|
|
MA |
176,8 |
|
|
TR |
159,4 |
|
|
ZZ |
175,1 |
|
|
0709 91 00 |
EG |
51,3 |
|
ZZ |
51,3 |
|
|
0709 93 10 |
MA |
42,6 |
|
TR |
89,7 |
|
|
ZZ |
66,2 |
|
|
0805 10 20 |
EG |
48,3 |
|
IL |
66,7 |
|
|
MA |
47,5 |
|
|
TN |
45,8 |
|
|
TR |
72,1 |
|
|
ZZ |
56,1 |
|
|
0805 50 10 |
TR |
69,0 |
|
ZZ |
69,0 |
|
|
0808 10 80 |
CN |
115,7 |
|
MK |
25,2 |
|
|
US |
150,2 |
|
|
ZZ |
97,0 |
|
|
0808 30 90 |
AR |
99,8 |
|
CL |
200,9 |
|
|
CN |
73,6 |
|
|
TR |
156,2 |
|
|
US |
120,7 |
|
|
ZA |
100,0 |
|
|
ZZ |
125,2 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.
RAKKOMANDAZZJONIJIET
|
5.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 65/31 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-3 ta’ Marzu 2014
dwar it-twaqqif u l-implimentazzjoni tal-Pjanijiet ta’ Produzzjoni u Kummerċjalizzazzjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq ta’ prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura
(2014/117/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 292 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom iressqu pjanijiet ta’ produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni skont l-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) (“ir-Regolament tal-OKS”) lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tagħhom bil-għan li jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-għanijiet tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura. |
|
(2) |
Il-pjanijiet ta’ produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni huma strument obbligatorju għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi. |
|
(3) |
Sabiex trawwem implimentazzjoni omoġenja tal-pjanijiet ta’ produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni, il-Kummissjoni għandha tipprovdi rakkomandazzjonijiet aktar dettaljati dwar l-istruttura, il-format u l-limiti ta’ żmien deskritti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1418/2013 (2) fl-għoti ta’ gwida ċara u dettaljata lill-Istati Membri u lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi. |
|
(4) |
Sabiex tgħin lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi jikkontribwixxu għall-għanijiet tal-organizzazzjoni tas-suq komuni tal-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura, il-Kummissjoni għandha tipprovdi rakkomandazzjonijiet lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi fuq kif għandhom jippreżentaw l-istrateġija tagħhom intiża biex tqabbel il-produzzjoni u r-rekwiżiti tas-suq, b’mod partikolari fl-ispeċifikazzjoni dettaljata tal-programm tal-produzzjoni u l-istrateġija ta’ kummerċjalizzazzjoni li jridu jinħolqu. |
|
(5) |
Il-Kummissjoni għandha tipprovdi wkoll eżempji tal-miżuri differenti li l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jistgħu jimplimentaw biex turihom kif jistgħu jgħinu b’mod konkret biex jintlaħqu l-għanijiet differenti tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi kif jistipula l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013 li għandhom jindirizzaw il-pjanijiet ta’ produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni. |
|
(6) |
Sabiex tkun eħfef għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi biex jissorveljaw il-pjanijiet ta’ produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni u sabiex l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jkunu jistgħu jivvalutaw x’kontribut jagħtu l-miżuri differenti tal-pjanijiet ta’ produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni biex jintlaħqu l-għanijiet tal-organizzazzjoni tas-suq komuni u sabiex ikunu jistgħu jivverifikaw il-konformità tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi mal-obbligi relatati mal-implimentazzjoni tal-pjanijiet, għandu jiġi rakkomandat li jintużaw indikaturi xierqa. |
|
(7) |
Sabiex tkun eħfef għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti biex jistmaw il-ħtiġijiet finanzjarji li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tal-miżuri li jkun hemm fil-pjanijiet ta’ produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni, għandha tiġi rakkomandata li fil-pjan ta’ produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni tiddaħħal skeda finanzjarja. |
|
(8) |
Sabiex l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jkunu jistgħu jivvalutaw l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi, il-Kummissjoni għandha tirrakkomanda li r-rapport annwali li jressqu l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jkun fih indikaturi rilevanti li jivvalutaw l-implimentazzjoni tal-miżuri ppjanati u li jevalwaw x’kontribut jagħtu biex jintlaħqu l-għanijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi. |
|
(9) |
Din ir-rakkomandazzjoni għandha tiġi emendata jew riveduta kif xieraq u b’mod partikolari wara l-adozzjoni ta’ att legali futur tal-Unjoni li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ finanzjarju għall-politika dwar is-sajd u l-affarijiet marittimi għall-perjodu 2014-2020. |
ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
li kull organizzazzjoni tal-produtturi u kull assoċjazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi tkun konformi ma’:
|
(a) |
il-format u l-istruttura stipulati fil-Parti A ta’ din ir-Rakkomandazzjoni għall-pjanijiet ta’ produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 28(1) tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013 (“il-pjanijiet”); |
|
(b) |
id-dettalji stipulati fil-Parti B ta’ din ir-Rakkomandazzjoni dwar il-limiti ta’ żmien u l-proċedura għar-rapport annwali msemmija fl-Artikolu 28(5) tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013 (“ir-rapport annwali”). |
Meta din ir-rakkomandazzjoni tkun tirreferi għal organizzazzjonijiet tal-produtturi, huwa maħsub li tkun qed tirreferi wkoll għal assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi.
PARTI A
IL-FORMAT U L-ISTRUTTURA TAL-PJANIJIET TA’ PRODUZZJONI U KUMMERĊJALIZZAZZJONI
Il-pjanijiet li l-organizzazzjonijiet tal-produtturi tas-sajd u l-akkwakultura jressqu lill-awtoritajiet nazzjonali għandu jkun fihom din l-informazzjoni dettaljata:
1. Informazzjoni ġenerali dwar l-organizzazzjoni tal-produtturi
L-isem
L-isem sħiħ tal-organizzazzjoni tal-produtturi.
It-tip
Organizzazzjoni tal-produtturi tal-akkwakultura jew organizzazzjoni tal-produtturi tas-sajd.
Il-kodiċi ta’ identifikazzjoni
Il-kodiċi ta’ identifikazzjoni nazzjonali.
Il-post
Il-post fejn l-organizzazzjoni tal-produtturi hi reġistrata uffiċjalment (bħall-belt jew il-port) kif ukoll il-qasam ta’ kompetenza tagħha, bl-użu tal-unità rilevanti tan-NUTS (Nomenklatura ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika).
L-għadd ta’ membri
L-għadd ta’ produtturi reġistrati uffiċjalment fl-organizzazzjoni tal-produtturi.
Il-fatturat (fid-dettall skont l-ispeċi)
Tabella li turi l-fatturat globali tal-organizzazzjoni tal-produtturi fl-aħħar tliet snin u perspettiva oħra li turi l-fatturat għal speċijiet individwali.
Il-fatturat għandu jiġi kalkulat bħala l-valur annwali medju tal-produzzjoni kummerċjalizzata fl-ewwel bejgħ matul l-aħħar tliet snin jew inkella bħala t-total tal-produzzjoni kummerċjalizzata tal-membri ta’ kull organizzazzjoni tal-produtturi fl-ewwel bejgħ matul l-istess perjodu għal organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti ġodda.
Il-volum tal-qabdiet u l-ħsad (fid-dettall skont l-ispeċi)
Tabella li għal kull speċi tispjega fid-dettall il-volum u l-valur tal-qabdiet jew l-ħsad matul l-aħħar tliet snin, espressi f’tunnellati u f’euros fis-sena.
Identifikazzjoni tal-ispeċijiet ewlenin kummerċjalizzati tal-organizzazzjoni tal-produtturi [ex 2.1.]
Huwa rakkomandat li tintuża t-Tabella deskritta fis-subtaqsima preċedenti biex jiġu identifikati l-ispeċijiet ewlenin kummerċjalizzati. L-ispeċijiet kummerċjali ewlenin għandhom jirrappreżentaw il-parti prinċipali tal-produzzjoni ta’ kull organizzazzjoni tal-produtturi f’termini ta’ fatturat u volum tal-qabdiet u l-ispeċijiet imrobbijin. Bħala referenza għandhom jintużaw ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2508/2000 (3).
2. Programm tal-Produzzjoni u Strateġija tal-Kummerċjalizzazzjoni
2.1. Introduzzjoni
L-organizzazzjoni tal-produtturi għandha tispjega l-koerenza ġenerali bejn il-miżuri li beħsiebha timplimenta u l-għanijiet tal-pjan.
Skont valutazzjoni tal-assi, tal-opportunitajiet, tat-theddidiet u tad-dgħjufijiet tal-organizzazzjoni tal-produtturi, il-pjanijiet għandhom jiddaħħlu bi preżentazzjoni tal-istrateġija tal-organizzazzjoni tal-produtturi maħsuba biex tiżviluppa u tqabbel il-produzzjoni tagħha mar-rekwiżiti tas-suq, f’konformità mal-għanijiet assenjati lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi fl-Artikoli 3 u 7 tar-Regolament tal-OKS.
Dik il-preżentazzjoni għandha tistabbilixxi biċ-ċar ir-rabta bejn il-programm tal-produzzjoni u l-istrateġija tal-kummerċjalizzazzjoni li għandha timplimenta l-organizzazzjoni tal-produtturi.
2.2. Il-programm tal-produzzjoni
Il-programm tal-produzzjoni għandu jkun fih skeda tal-provvista indikattiva mifruxa tul is-sena u skont xejriet staġjonali (il-prezz, il-produzzjoni u d-domanda) fis-suq. B’mod partikolari, dan il-programm għandu jqis dawn l-elementi:
2.2.1.
|
— |
l-ippjanar tal-attivitajiet tal-produzzjoni; |
|
— |
il-koordinazzjoni tal-attivitajiet ma’ produtturi oħrajn; |
Għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi tas-sajd:
|
— |
il-ġestjoni tad-drittijiet tas-sajd u l-aċċess bejn il-membri ta’ organizzazzjoni tal-produtturi, skont l-ippjanar tal-produzzjoni; |
|
— |
l-implimentazzjoni u l-ġestjoni tal-obbligu ta’ ħatt l-art tal-qabdiet kollha; |
2.2.2.
|
— |
l-iżvilupp ta’ prattiki tal-akkwakultura sostenibbli. |
2.3. L-istrateġija tal-kummerċjalizzazzjoni
L-istrateġija tal-kummerċjalizzazzjoni għandha tiddeskrivi kif l-organizzazzjoni tal-produtturi beħsiebha tiżgura l-adegwatezza tal-provvista mar-rekwiżiti tas-suq f’termini ta’ kwalità, kwantità u preżentazzjoni. B’mod partikolari, din għandha tqis dawn l-elementi:
|
— |
l-identifikazzjoni tar-rekwiżiti tas-suq (il-kwantità, il-kwalità u il-preżentazzjoni); |
|
— |
l-identifikazzjoni ta’ stabbilimenti ġodda u opportunitajiet kummerċjali oħrajn; |
|
— |
id-djalogu u l-koordinazzjoni ma’ operaturi oħrajn fil-katina tal-provvista. |
3. Miżuri maħsuba biex jilħqu l-għanijiet stipulati fl-Artikolu 7 tar-Regolament tas-CMO
3.1. Għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi tas-sajd
3.1.1. (4)
F’din l-intestatura l-pjanijiet għandu jkun fihom waħda jew aktar mill-miżuri li ġejjin:
|
— |
il-ġestjoni kollettiva tad-drittijiet tas-sajd u l-aċċess bejn il-membri ta’ organizzazzjoni tal-produtturi, skont ir-regoli fis-seħħ dwar il-ġestjoni għall-istokkijiet differenti, għas-sajd u għaż-żoni tas-sajd; |
|
— |
il-koordinazzjoni tad-djalogu u l-koperazzjoni mal-organizzazzjonijiet xjentifiċi rilevanti fis-settur tas-sajd u l-koperazzjoni fl-iżvilupp ta’ konsulenza xjentifika li jappoġġjaw id-deċiżjonijiet ta’ ġestjoni fuq ir-riżorsi tas-sajd; |
|
— |
it-tħejjija u l-ġestjoni ta’ kampanji tekniċi u xjentifiċi mmirati biex jitjiebu l-għarfien tar-riżorsi, l-impatti fuq l-ekosistema u l-iżvilupp ta’ tekniċi tas-sajd sostenibbli; |
|
— |
it-twettiq ta’ studji tal-impatt għall-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ ġestjoni ġodda; |
|
— |
l-identifikazzjoni u l-prevenzjoni kollettiva tar-riskji relatati mas-sigurtà fuq il-post tax-xogħol u mas-sigurtà fuq il-baħar; |
|
— |
l-għoti ta’ assistenza u taħriġ lill-membri ta’ organizzazzjoni tal-produtturi dwar ir-regolazzjoni tas-sajd, dwar il-promozzjoni ta’ prattiki tas-sajd sostenibbli jew dwar is-sigurtà abbord; |
|
— |
il-parteċipazzjoni effettiva fil-korpi rilevanti differenti għall-ġestjoni tas-sajd fil-livell nazzjonali, reġjonali, Ewropew u internazzjonali; |
|
— |
il-koordinazzjoni tad-djalogu bejn l-organizzazzjonijiet tal-produtturi, inkluż ma’ dawk minn Stati Membri differenti. |
3.1.2. (5)
F’din l-intestatura l-pjanijiet għandu jkun fihom waħda jew aktar mill-miżuri li ġejjin:
|
— |
l-identifikazzjoni u l-promozzjoni ta’ prattiki tas-sajd li jgħinu fl-evitar u t-tnaqqis ta’ qabdiet mhux mixtieqa; |
|
— |
il-ħolqien u l-implimentazzjoni ta’ pjanijiet u azzjonijiet kollettivi għall-evitar u t-tnaqqis ta’ qabdiet mhux mixtieqa; |
|
— |
l-identifikazzjoni tal-aqwa użu minn tali qabdiet (6). |
3.1.3.
F’din l-intestatura l-pjanijiet għandu jkun fihom waħda jew aktar mill-miżuri li ġejjin:
|
— |
it-titjib tat-tekniki għat-traċċabbiltà; |
|
— |
l-evalwazzjoni tal-ħtiġijiet tal-komunikazzjoni u tal-azzjonijiet ta’ informazzjoni għall-konsumaturi; |
|
— |
it-titjib tal-ittikkettar tal-prodotti, inkluż fit-twettiq tal-proċessi ta’ ċertifikazzjoni li jappoġġjaw l-informazzjoni obbligatorja u volontarja addizzjonali kif previst fl-Artikoli 38 u 39 tar-Regolament tas-CMO; |
|
— |
it-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet ta’ komunikazzjoni u informazzjoni għall-konsumaturi. |
3.1.4.
F’din l-intestatura l-pjanijiet għandu jkun fihom waħda jew aktar mill-miżuri li ġejjin:
|
— |
taħriġ għall-produtturi u edukazzjoni; |
|
— |
programmi ta’ osservazzjoni u l-kontroll tal-attività tal-membri ta’ organizzazzjoni tal-produtturi. |
3.1.5.
F’din l-intestatura l-pjanijiet għandu jkun fihom waħda jew aktar mill-miżuri li ġejjin:
|
— |
l-identifikazzjoni tal-outlets għall-kummerċjalizzazzjoni tal-produzzjoni u l-indirizzar tal-provvista tal-membri tagħhom; |
|
— |
l-iżvilupp ta’ strateġiji għal kummerċjalizzazzjoni aħjar tal-produzzjoni, inkluż għaċ-ċertifikazzjoni tal-prodotti; |
|
— |
l-iżvilupp ta’ proċessi ta’ ċertifikazzjoni, fost l-oħrajn, fl-oqsma tan-nutrizzjoni u l-kwalità; |
|
— |
l-appoġġ għal informazzjoni volontarja addizzjonali, kif previst fl-Artikolu 39 tar-Regolament tas-CMO; |
|
— |
id-disinn u l-iżvilupp ta’ metodi ġodda u għodod ta’ kummerċjalizzazzjoni ġodda; |
|
— |
l-għoti ta’ assistenza u taħriġ lill-membri ta’ organizzazzjoni tal-produtturi dwar it-tekniki tal-kummerċjalizzazzjoni; |
|
— |
il-parteċipazzjoni f’fieri kummerċjali fil-livell nazzjonali, Ewropew u internazzjonali għall-promozzjoni tal-produzzjoni tal-membri ta’ organizzazzjoni tal-produtturi. |
3.1.6.
F’din l-intestatura l-pjanijiet għandu jkun fihom waħda jew aktar mill-miżuri li ġejjin:
|
— |
it-tħejjija u l-monitoraġġ ta’ kampanji tekniċi u xjentifiċi mmirati biex inaqqsu l-ispejjeż operattivi; |
|
— |
l-għoti ta’ assistenza u taħriġ lill-membri ta’ organizzazzjoni tal-produtturi fil-ġestjoni tan-negozju tas-sajd; |
|
— |
l-iżvilupp ta’ servizzi għall-membri ta’ organizzazzjoni tal-produtturi fil-kontabbiltà tal-ispejjeż. |
3.1.7.
F’din l-intestatura l-pjanijiet għandu jkun fihom waħda jew aktar mill-miżuri li ġejjin:
|
— |
il-kontribuzzjoni għal titjib fl-intelliġenza tas-suq; |
|
— |
it-titjib tal-għarfien tal-membri ta’ organizzazzjoni tal-produtturi dwar l-ixprunaturi ekonomiċi ewlenin tul il-katina tal-provvista; |
|
— |
l-għoti ta’ appoġġ prattiku lill-produtturi sabiex ikunu jistgħu jikkoordinaw aħjar il-kondiviżjoni tal-informazzjoni mal-klijenti u ma’ atturi oħrajn (b’mod partikolari proċessuri, bejjiegħa bl-imnut u rkantaturi). |
3.1.8.
F’din l-intestatura l-pjanijiet għandu jkun fihom waħda jew aktar mill-miżuri li ġejjin:
|
— |
it-tħejjija u t-tmexxija ta’ kampanji maħsuba biex jippromwovu inizjattivi dwar l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni (il-kwalità, id-daqs jew il-piż, l-imballaġġ, il-preżentazzjoni u l-ittikkettar); |
|
— |
it-tħejjija u t-tmexxija ta’ kampanji maħsuba biex jippromwovu speċijiet ġodda li jistgħu jiġu esplojtati b’mod sostenibbli; |
|
— |
it-tħejjija u t-tmexxija ta’ kampanji maħsuba biex jiżviluppaw proċessi u prodotti ġodda; |
|
— |
it-tħejjija u t-tmexxija ta’ kampanji maħsuba biex jippromwovu prodotti tas-sajd; |
|
— |
it-tħejjija u t-tmexxija ta’ kampanji maħsuba biex jippromwovu l-impjiegi fis-settur tas-sajd. |
3.1.9.
F’din l-intestatura l-pjanijiet għandu jkun fihom waħda jew aktar mill-miżuri li ġejjin:
|
— |
it-tħejjija u t-twettiq ta’ servejs xjentifiċi u programmi sperimentali maħsuba biex jivvalutaw u jillimitaw l-impatti ambjentali tal-prattiki tas-sajd; |
|
— |
it-tħejjija u t-tmexxija ta’ programmi sperimentali maħsuba biex jiżviluppaw irkaptu tas-sajd li jnaqqas l-impatti ambjentali; |
|
— |
l-għoti ta’ taħriġ u assistenza lill-produtturi sabiex jiffaċilitaw l-implimentazzjoni ta’ prattiki tas-sajd u rkaptu tas-sajd li jillimitaw l-impatt ambjentali. |
3.2. Għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi tal-akkwakultura
3.2.1. (7)
F’din l-intestatura l-pjanijiet għandu jkun fihom waħda jew aktar mill-miżuri li ġejjin:
|
— |
it-tħejjija u l-ġestjoni ta’ kampanji tekniċi u xjentifiċi maħsuba biex itejbu l-għarfien dwar l-ispeċi, l-impatti tal-attivitajiet tal-akkwakultura fuq l-ambjent, kif ukoll sabiex irawmu l-iżvilupp ta’ tekniki tal-akkwakultura sostenibbli; |
|
— |
il-koordinazzjoni tad-djalogu u l-kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet xjentifiċi rilevanti fis-settur tal-akkwakultura u l-kooperazzjoni fl-iżvilupp ta’ pariri xjentifiċi sabiex jappoġġjaw id-deċiżjonijiet ta’ ġestjoni fuq l-akkwakultura; |
|
— |
l-għoti ta’ assistenza u taħriġ lill-membri ta’ organizzazzjoni tal-produtturi sabiex jippromwovu prattiki tal-akkwakultura sostenibbli; |
|
— |
l-identifikazzjoni u l-prevenzjoni kollettiva ta’ riskji relatati mas-sigurtà fuq il-post tax-xogħol; |
|
— |
il-parteċipazzjoni effettiva fil-korpi rilevanti differenti għall-akkwakultura fil-livell nazzjonali, reġjonali, Ewropew u internazzjonali; |
|
— |
il-koordinazzjoni tad-djalogu bejn l-organizzazzjonijiet tal-produtturi, inkluż ma’ dawk minn Stati Membri differenti. |
3.2.2. (8)
F’din l-intestatura l-pjanijiet għandu jkun fihom waħda jew aktar mill-miżuri li ġejjin:
|
— |
il-parteċipazzjoni fl-iżvilupp tal-pjanijiet strateġiċi nazzjonali; |
|
— |
l-iżvilupp ta’ skemi ta’ ċertifikazzjoni dwar is-sostenibbiltà tal-għalf tal-annimali. |
3.2.3.
F’din l-intestatura l-pjanijiet għandu jkun fihom waħda jew aktar mill-miżuri li ġejjin:
|
— |
il-parteċipazzjoni fl-iżvilupp tal-proċeduri ta’ traċċabbiltà; |
|
— |
l-iżvilupp ta’ skemi ta’ ċertifikazzjoni dwar is-sostenibbiltà tal-għalf tal-annimali. |
3.2.4.
F’din l-intestatura l-pjanijiet għandu jkun fihom waħda jew aktar mill-miżuri li ġejjin:
|
— |
l-identifikazzjoni ta’ stabbilimenti għall-kummerċjalizzazzjoni u/jew għad-direzzjonar tal-produzzjoni tal-membri tagħhom; |
|
— |
l-iżvilupp ta’ strateġiji għal kummerċjalizzazzjoni aħjar tal-produzzjoni, inkluż għaċ-ċertifikazzjoni tal-prodotti; |
|
— |
l-appoġġ għal informazzjoni volontarja addizzjonali, kif previst fl-Artikolu 39 tar-Regolament tal-OKS; |
|
— |
l-iżvilupp ta’ proċessi ta’ ċertifikazzjoni, inkluż fl-oqsma tan-nutrizzjoni u l-kwalità; |
|
— |
id-disinn u l-iżvilupp ta’ metodi ġodda u għodod tal-kummerċjalizzazzjoni ġodda; |
|
— |
l-għoti ta’ assistenza u taħriġ lill-membri ta’ organizzazzjoni tal-produtturi dwar it-tekniki tal-kummerċjalizzazzjoni; |
|
— |
il-parteċipazzjoni f’fieri kummerċjali fil-livell nazzjonali, Ewropew u internazzjonali għall-promozzjoni tal-produzzjoni tal-membri ta’ organizzazzjoni tal-produtturi. |
3.2.5.
F’din l-intestatura l-pjanijiet għandu jkun fihom waħda jew aktar mill-miżuri li ġejjin:
|
— |
it-tħejjija u l-monitoraġġ ta’ kampanji tekniċi u xjentifiċi mmirati biex inaqqsu l-ispejjeż operattivi; |
|
— |
l-għoti ta’ assistenza u taħriġ lill-membri ta’ organizzazzjoni tal-produtturi fil-ġestjoni tan-negozju tal-akkwakultura; |
|
— |
l-iżvilupp ta’ servizzi għall-membri ta’ organizzazzjoni tal-produtturi fil-kontabbiltà tal-ispejjeż. |
3.2.6.
F’din l-intestatura l-pjanijiet għandu jkun fihom waħda jew aktar mill-miżuri li ġejjin:
|
— |
il-koordinazzjoni bejn organizzazzjonijiet tal-produtturi differenti fil-ġbir, l-ipproċessar, il-kondiviżjoni u l-esplojtazzjoni ta’ informazzjoni ekonomika relatata mal-produzzjoni tal-membri ta’ organizzazzjoni tal-produtturi, inkluża dejta dwar l-istokkijiet u l-prezzijiet tal-ewwel bejgħ; |
|
— |
il-kontribuzzjoni biex titjieb l-intelliġenza tas-suq; |
|
— |
it-titjib tal-għarfien tal-membri ta’ organizzazzjoni tal-produtturi dwar l-ixprunaturi ekonomiċi ewlenin tul il-katina tal-provvista; |
|
— |
l-għoti ta’ appoġġ prattiku lill-produtturi sabiex ikunu jistgħu jikkoordinaw aħjar il-kondiviżjoni tal-informazzjoni mal-proċessuri. |
3.2.7.
F’din l-intestatura l-pjanijiet għandu jkun fihom waħda jew aktar mill-miżuri li ġejjin:
|
— |
it-tħejjija u t-tmexxija ta’ kampanji maħsuba biex jiżviluppaw inizjattivi dwar l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni (il-kwalità, id-daqs jew il-piż, l-imballaġġ, il-preżentazzjoni u t-tikkettar); |
|
— |
it-tħejjija u t-twettiq ta’ kampanji maħsuba biex jippromwovu l-impjiegi fis-settur tal-akkwakultura; |
|
— |
it-tħejjija u t-twettiq ta’ kampanji maħsuba biex jippromwovu prodotti tal-akkwakultura. |
4. Miżuri maħsuba biex jaġġustaw il-provvista ta’ ċerti speċijiet (9)
F’din it-Taqsima l-pjanijiet għandhom jinkludu waħda jew aktar mill-miżuri li ġejjin:
|
— |
l-identifikazzjoni ta’ prodotti tas-sajd li diffiċli jiġu kummerċjalizzati f’perjodi partikolari tas-sena; |
|
— |
l-iżvilupp ta’ strateġiji u għodod dedikati għall-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni. |
5. Penali u miżuri ta’ kontroll
Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8.1(d) tar-Regolament tal-OKS, din it-Taqsima għandha tiddeskrivi l-penali applikabbli għall-membri li jiksru d-deċiżjonijiet adottati għall-implimentazzjoni tal-pjanijiet (10) kif ukoll il-miżuri li għandha timplimenta l-organizzazzjoni tal-produtturi sabiex tikkontrolla l-konformità tal-attivitajiet tal-membri tagħha mar-regoli li ġew stabbiliti (11). F’din it-Taqsima, il-pjanijiet għandhom jinkludu waħda jew aktar mill-miżuri li ġejjin:
|
— |
l-iżvilupp ta’ sistema ta’ sanzjonijiet proporzjonali għall-ksur li jagħmlu l-membri ta’ organizzazzjoni ‘tal-produtturi; |
|
— |
l-iżvilupp ta’ strateġiji u programmi għall-infurzar tar-regoli adottati mill-organizzazzjoni tal-produtturi; |
|
— |
it-twettiq ta’ valutazzjonijiet tar-riskji fuq l-implimentazzjoni tar-regoli adottati mill-organizzazzjoni tal-produtturi; |
|
— |
it-tħejjija u t-twettiq ta’ operazzjonijiet ta’ kontroll fuq l-infurzar tar-regoli adottati mill-organizzazzjoni tal-produtturi; |
|
— |
it-taħriġ tal-osservaturi u tal-kontrolluri; |
|
— |
il-ħolqien u t-tixrid ta’ linji gwida għall-implimentazzjoni ta’:
|
6. Nefqiet li għandhom jitqiesu
6.1. Pjan finanzjarju
Huwa rrakkomandat li fil-pjanijiet tagħhom l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jinkludu pjan finanzjarju li jiddeskrivi fid-dettall għal kull miżura li jkun beħsiebhom jimplimentaw, l-ispejjeż differenti, in-nefqiet u r-riżorsi finanzjarji mistennija.
Fil-pjan finanzjarju għandha ssir distinzjoni bejn iż-żewġ tipi ta’ attivitajiet li ġejjin:
|
(a) |
it-tħejjija, il-monitoraġġ u t-tmexxija ta’ attivitajiet relatati mal-miżuri ppjanati (“attivitajiet tal-proprjetarju tal-‘proġett”); u |
|
(b) |
attivitajiet marbuta mat-twettiq fil-prattika ta’ kull miżura speċifika ppjanata (“attivitajiet tal-ġestjoni tal-‘proġett”). |
6.2. Attivitajiet tal-proprjetarju tal-proġett
B’mod partikolari, in-nefqa għal attivitajiet tal-proprjetarju tal-proġett għandha tkun tinkludi, ‘n-nefqiet għal studji tas-suq, studji ta’ valutazzjoni, disinn ta’ proġetti, analiżi tar-riskji u kull studju tal-fattibbiltà li jsir qabel l-implimentazzjoni ta’ miżura marbuta mal-kisba ta’ wieħed mill-għanijiet tal-pjan. Din in-enfqa għandha tinkludi wkoll in-nefqa marbuta mal-attivitajiet ta’ monitoraġġ u kontroll li tagħmel l-organizzazzjoni tal-produtturi waqt l-implimentazzjoni ta’ miżura speċifika.
In-nefqiet meqjusa jistgħu ‘jkopru kategoriji differenti bħax-xogħol, l-għoti ta’ servizz jew il-provvisti.
6.3. Attivitajiet tal-ġestjoni tal-proġett
B’mod partikolari, in-nefqa għal attivitajiet tal-ġestjoni tal-proġett għandha tinkludi’ n-nefqiet għal elementi tal-miżuri implimentati li mhumiex marbuta kif xieraq mal-attivitajiet tal-proprjetarju tal-proġett, bħall-esperimentazzjonijiet tekniċi jew xjentifiċi, il-kampanji ‘tar-reklamar, ix-xiri u l-użu ta’ tagħmir tekniku ġdid biex tiżdied l-għażla, l-iżvilupp tat-traċċabbiltà jew it-trawwim ta’ prattiki tal-akkwakultura sostenibbli.
7. Skeda għall-implimentazzjoni
Il-pjanijiet għandhom jinkludu skeda taż-żmien għall-miżuri ppjanati u l-ispejjeż relatati, maqsumin f’kategoriji skont ħlasijiet parzjali fis-sena għall-pjanijiet multiannwali.
L-iskeda taż-żmien għandha tindika, għal kull miżura, indikaturi xierqa tal-produzzjoni u tar-riżultati kif irrakkomandati fit-Taqsima 8.
8. Indikaturi
Kif irrakkomandat fit-Taqsima 7, għandhom jiġu pprovduti indikaturi tal-produzzjoni u tar-riżultati għal kull miżura ppjanata sabiex tippermetti l-kontroll tal-implimentazzjoni tagħhom mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi u mill-awtoritajiet kompetenti. Dawn l-indikaturi għandhom jintużaw fir-rapport annwali previst fl-Artikolu 28(5) tar-Regolament tas-CMO. Dawk l-indikaturi għandhom ifittxu li jivvalutaw il-kisba tal-objettivi strateġiċi tal-pjanijiet fir-rigward tas-sitwazzjoni inizjali deskritta fl-introduzzjoni tal-pjan.
Skont ir-rilevanza tagħhom fir-rigward tal-miżuri differenti ppjanati, għandhom jintużaw l-indikaturi li ġejjin:
8.1. Indikaturi tal-produzzjoni għall-implimentazzjoni tal-miżuri ppjanati
8.1.1.
F’din l-intestatura l-pjanijiet għandu jkun fihom indikaturi tal-produzzjoni li jivvalutaw il-konformità ma’:
|
— |
l-attività skedata tal-bastimenti espressa, fost l-oħrajn, f’termini ta’ jiem fuq il-baħar, il-volumi ta’ speċijiet fil-mira maqbuda, eċċ.; |
|
— |
skeda taż-żmien provviżorja għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti skont l-ispeċi u l-preżentazzjoni; |
|
— |
pjan tal-azzjonijiet skedati għall-identifikazzjoni tal-opportunitajiet fis-suq; |
|
— |
pjan tal-azzjonijiet skedati għaċ-ċertifikazzjoni/kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti; |
|
— |
skeda taż-żmien provviżorja għall-ġestjoni tal-isforz tas-sajd u/jew il-kapaċità skont iż-żona tas-sajd; |
|
— |
pjan tal-miżuri skedati għat-tnaqqis ta’ qabdiet inċidentali mhux mixtieqa; |
|
— |
skeda għat-taħriġ f’konformità, u regoli, għarfien u kontroll tal-produtturi. |
Dawk l-indikaturi tal-produzzjoni għandhom jenfasizzaw ukoll:
|
— |
l-identifikazzjoni predittiva taċ-ċikli tal-bejgħ tal-prodotti; |
|
— |
il-konformità tad-dħul medju fix-xahar tal-produtturi ma’ livell mistenni tad-dħul. |
8.1.2.
F’din l-intestatura l-pjanijiet għandu jkun fihom indikaturi tal-produzzjoni li jivvalutaw il-konformità ma’:
|
— |
il-kultivazzjoni u l-ħażna skedati għall-ispeċijiet imrobbija; |
|
— |
skeda taż-żmien provviżorja għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti skont l-ispeċi u preżentazzjoni; |
|
— |
pjan tal-azzjonijiet skedati għall-identifikazzjoni tal-opportunitajiet fis-suq; |
|
— |
pjan tal-azzjonijiet skedati għaċ-ċertifikazzjoni/kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti; |
|
— |
pjan għat-tnaqqis tal-kontaminazzjoni tal-ekosistemi marbuta mal-attivitajiet tal-akkwakultura; |
|
— |
pjan għall-implimentazzjoni ta’ għalf sostenibbli għall-ispeċijiet imrobbija; |
|
— |
skeda ta’ taħriġ f’konformità, u regoli, għarfien u kontroll. |
Dawk l-indikaturi tal-produzzjoni għandhom jenfasizzaw ukoll:
|
— |
l-identifikazzjoni predittiva taċ-ċikli tal-bejgħ tal-prodotti; |
|
— |
il-konformità tad-dħul medju fix-xahar tal-produtturi b’livell mistenni ta’ dħul. |
8.2. Indikaturi tar-riżultati għall-valutazzjoni tal-kontribut tal-miżuri li jittieħdu biex jintlaħqu l-għanijiet tal-pjanijiet ta’ produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni
8.2.1.
F’din l-intestatura l-pjanijiet għandu jkun fihom indikaturi tar-riżultati li jivvalutaw:
|
— |
il-volum u/jew il-valur tal-ispeċijiet maqbuda jew kummerċjalizzati; |
|
— |
id-daqs medju tal-ispeċijiet maqbuda jew kummerċjalizzati; |
|
— |
it-tkabbir tal-bejgħ skont l-ispeċi u/jew il-prodott imqabbel ma’ pożizzjoni ex-ante; |
|
— |
l-għadd u l-volum u/jew il-valur ta’ prodotti ġodda mibjugħa mqabbla mas-sena preċedenti; |
|
— |
l-evoluzzjoni tal-isforz u/jew tal-kapaċità tas-sajd; |
|
— |
l-evoluzzjoni tal-kompożizzjoni tal-qabdiet f’ħatt l-art u/jew tal-volum ta’ qabdiet mhux mixtieqa; |
|
— |
l-evoluzzjoni “per capita” tal-valutazzjoni tal-produzzjoni maħsuda jew f’ħatt l-art; |
|
— |
l-evoluzzjoni tal-ispejjeż tal-produzzjoni għal kull unità tal-produzzjoni; |
|
— |
l-evoluzzjoni tal-ispejjeż tal-bejgħ għal kull unità tal-produzzjoni; |
|
— |
l-evoluzzjoni tad-dħul medju fix-xahar tal-produtturi; |
|
— |
il-bidliet fir-rata ta’ prodotti mhux mibjugħa fir-rigward tal-pożizzjoni ex-ante; |
|
— |
il-bidliet fil-valur ta’ prodotti sensittivi fir-rigward tal-pożizzjoni ex-ante; |
|
— |
l-għadd ta’ inċidenti (b’korrimenti u/jew diżgrazzji fatali); |
|
— |
il-bidliet fl-għadd ta’ offiżi reġistrati fil-konfront tar-regoli tal-organizzazzjoni tal-produtturi. |
8.2.2.
F’din l-intestatura l-pjanijiet għandu jkun fihom indikaturi tar-riżultati li jivvalutaw:
|
— |
il-volum u/jew il-valur tal-ispeċijiet mistada jew kummerċjalizzati; |
|
— |
it-tkabbir tal-bejgħ skont l-ispeċi u/jew il-prodott imqabbel ma’ pożizzjoni ex-ante; |
|
— |
l-għadd u l-volum u/jew il-valur ta’ prodotti ġodda mibjugħa mqabbla mas-sena preċedenti; |
|
— |
l-evoluzzjoni “per capita” tal-valutazzjoni tal-produzzjoni maħsuda; |
|
— |
l-evoluzzjoni tal-proporzjon tal-għalf użat għall-ispeċijiet imrobbija li joriġinaw minn riżorsi sostenibbli jew rinnovabbli; |
|
— |
l-evoluzzjoni tal-kwantitajiet ta’ outputs imniġġsa; |
|
— |
l-evoluzzjoni tal-ispejjeż tal-produzzjoni għal kull unità tal-produzzjoni; |
|
— |
l-evoluzzjoni tal-ispejjeż tal-bejgħ għal kull unità tal-produzzjoni; |
|
— |
l-evoluzzjoni tad-dħul medju fix-xahar tal-produtturi; |
|
— |
il-bidliet fir-rata ta’ prodotti mhux mibjugħa fir-rigward tal-pożizzjoni ex-ante; |
|
— |
il-bidliet fil-valur ta’ prodotti sensittivi fir-rigward tal-pożizzjoni ex-ante; |
|
— |
l-għadd ta’ inċidenti (b’korrimenti u/jew diżgrazzji fatali); |
|
— |
il-bidliet fl-għadd ta’ offiżi reġistrati fil-konfront tar-regoli tal-organizzazzjoni tal-produtturi. |
PARTI B
IS-SOTTOMISSJONI U L-KONTENUT TAR-RAPPORT ANNWALI
L-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom iressqu r-rapport annwali meta jitlestew il-pjanijiet, u f’każ ta’ pjan multiannwali għandu jitressaq rapport kull sena.
Ir-rapport annwali għandu jkun fih l-indikaturi tal-produzzjoni u tar-riżultati kif previsti fl-iskeda implimentattiva tal-pjanijiet imressqa għall-approvazzjoni lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Marzu 2014.
Għall-Kummissjoni
Maria DAMANAKI
Membru tal-Kummissjoni
(1) Ir-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 1).
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1418/2013 tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-pjanijiet ta’ produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura (ĠU L 353, 28.12.2013, p. 40).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2508/2000 tal-15 ta’ Novembru 2000 li jippreskrivi regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 rigward il-programmi ta’ ħidma fis-settur tas-sajd (ĠU L 289, 16.11.2000, p. 8).
(4) Jippromwovu l-attivitajiet ta’ sajd sostenibbli li jagħmlu l-membri tagħhom billi jagħtu opportunitajiet għall-iżvilupp tagħhom f’konformità sħiħa mal-politika dwar il-konservazzjoni kif inhi stipulata fir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22) (“Ir-Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd”) u l-leġiżlazzjoni ambjentali, filwaqt li tiġi rrispettata l-politika soċjali.
(5) L-evitar u t-tnaqqis, safejn ikun possibbli, ta’ qabdiet mhux mixtieqa ta’ skokkijiet kummerċjali u, fejn ikun meħtieġ, li jsir l-aqwa użu minn tali qabdiet, mingħajr ma jinħoloq suq għal tali qabdiet li jkunu taħt id-daqs ta’ referenza minimu għall-konservazzjoni, skont l-Artikolu 15 tar-Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd.
(6) Mingħajr ma jinħoloq suq għal tali qabdiet li jkunu taħt id-daqs minimu għall-konservazzjoni.
(7) Il-promozzjoni tal-attivitajiet ta’ akkwakultura sostenibbli tal-membri tagħhom permezz tal-għoti ta’ opportunitajiet għall-iżvilupp tagħhom b’konformità sħiħa mal-politika dwar il-konservazzjoni kif stipulata fir-Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd u l-leġiżlazzjoni ambjentali, filwaqt li tiġi rrispettata l-politika soċjali.
(8) Imsemmija fl-Artikolu 34 tar-Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd.
(9) “Speċijiet li s-soltu jippreżentaw diffikultajiet għall-kummerċjalizzazzjoni matul is-sena” imsemmija fl-Artikolu 28(2)(d) tar-Regolament tas-CMO.
(10) Penali previsti fl-Artikolu 28(2)(e) tar-Regolament tas-CMO.
(11) Miżuri previsti fl-Artikolu 8(1)(d) tar-Regolament tas-CMO.
|
5.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 65/39 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-3 ta’ Marzu 2014
dwar il-monitoraġġ ta’ traċċi ta’ ritardanti brominati tal-fjammi fl-ikel
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2014/118/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 292 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-ritardanti brominati tal-fjammi huma komposti tal-organobromin li jiġu applikati fi prodotti sabiex jimpedixxu jew inaqqsu t-tqabbid ta’ materjali kombustibbli f’każ ta’ nirien. Dawn komunement jintużaw f’firxa wiesgħa ta’ prodotti tal-konsumatur, pereżempju l-elettronika, karozzi, għamara u materjali tal-kostruzzjoni, biex inaqqsu l-fjammabbiltà tal-prodott. Ir-ritardanti brominati tal-fjammi jistgħu jiskulaw jew jevaporaw mill-prodotti li jkunu ntużaw fihom. Billi oġġetti tal-konsum jiġu skarikati fi tmiem ħajjithom, maż-żmien dawn is-sustanzi kkontaminaw l-ambjent u l-katina tal-ikel. |
|
(2) |
Madankollu, ħafna ritardanti brominati tal-fjammi huma persistenti, bijoakkumulattivi u tossiċi għall-bnedmin u għall-ambjent. Huwa ssuspettat li jikkawżaw effetti newrokomportamentali u tħarbit endokrinali, u nstabu f’bijoti fl-ambjent. |
|
(3) |
Għalhekk, il-Kummissjoni talbet lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) biex tħejji opinjoni xjentifika dwar ir-riskji għas-saħħa pubblika marbuta mal-preżenza tar-ritardanti brominati tal-fjammi fl-ikel. |
|
(4) |
Il-Bord Xjentifiku dwar il-Kontaminanti fl-Ikel tal-EFSA adotta sitt opinjonijiet xjentifiċi (1) dwar klassijiet differenti ta’ ritardanti brominati tal-fjammi bejn Settembru 2010 u Settembru 2012. |
|
(5) |
L-EFSA rrakkomandat, għal numru ta’ dawk il-klassijiet, li għandha tinġabar aktar dejta dwar il-livelli fl-ikel u fil-bnedmin. |
|
(6) |
Livelli ta’ ritardanti brominati tal-fjammi f’ikel li joriġina mill-annimali jistgħu jkunu relatati mal-preżenza ta’ dawn is-sustanzi fl-għalf tal-annimali. Għalhekk, abbażi tal-ewwel riżultati tal-monitoraġġ tal-ikel fl-2014, fl-2015 tista’ ssegwi rakkomandazzjoni fir-rigward tal-monitoraġġ tal-għalf tal-annimali, |
ADOTTAT DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
|
1. |
L-Istati Membri għandhom iwettqu sorveljanza fuq il-preżenza ta’ ritardanti brominati tal-fjammi fl-ikel, matul is-snin 2014 u 2015. Is-sorveljanza għandha tinkludi varjetà kbira ta’ oġġetti tal-ikel li jirriflettu d-drawwiet tal-konsum individwali, sabiex jagħtu valutazzjoni preċiża tal-esponiment u prodotti tal-ikel differenti li għandhom jiġu inklużi għall-klassijiet differenti ta’ ritardanti brominati tal-fjammi. |
|
2. |
L-Istati Membri għandhom isegwu l-proċeduri stipulati fl-Anness II tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 252/2012 (2) sabiex jiżguraw li l-kampjuni huma rappreżentattivi tal-lott kampjunat. |
|
3. |
L-Istati Membri għandhom iwettqu analiżi tal-klassijiet differenti tar-ritardanti brominati tal-fjammi sabiex jiskopru l-preżenza ta’ dawn is-sustanzi fi prodotti tal-ikel rispettivi:
|
|
4. |
L-Istati Membri għandhom iwettqu analiżi ta’ ritardanti brominati tal-fjammi f’konformità mal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) permezz ta’ metodu tal-analiżi li wera li jrendi riżultati affidabbli. |
|
5. |
L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-EFSA regolarment id-dejta tas-sorveljanza espressa f’termini ta’ piżijiet jew xaħam sħaħ mal-informazzjoni u fil-format għar-rappurtaġġ elettroniku kif stipulat mill-EFSA għall-kumpilazzjoni f’bażi tad-dejta waħda. Għandhom jipprovdu wkoll id-dejta disponibbli tas-snin ta’ qabel li nkisbet permezz ta’ metodu tal-analiżi li wera li jrendi riżultati affidabbli biex jiġu ssorveljati x-xejriet tal-esponiment. |
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Marzu 2014.
Għall-Kummissjoni
Tonio BORG
Membru tal-Kummissjoni
(1) Il-Bord tal-EFSA dwar il-Kontaminanti fil-Katina Alimentari (CONTAM); Scientific Opinion on Polybrominated Biphenyls (PBBs) in Food. EFSA Journal 2010; 8(10):1789. [151 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2010.1789.
Scientific Opinion on Polybrominated Diphenyl Ethers (PBDEs) in Food. EFSA Journal 2011; 9(5):2156. [274 pp.] doi:10.2903/j.efsa.2011.2156.
Scientific Opinion on Hexabromocyclododecanes (HBCDDs) in Food. EFSA Journal 2011; 9(7):2296. [118 pp.] doi:10.2903/j.efsa.2011.2296.
Scientific Opinion on Tetrabromobisphenol A (TBBPA) and its derivatives in food. EFSA Journal 2011; 9(12):2477. [61 pp.] doi:10.2903/j.efsa.2011.2477.
Scientific Opinion on Brominated Flame Retardants (BFRs) in Food: Brominated Phenols and their Derivatives. EFSA Journal 2012; 10(4):2634. [42 pp.] doi:10.2903/j.efsa.2012.2634.
Opinjoni xjentifika dwar ritardanti brominati tal-fjammi ġodda emerġenti (BFRs) fl-ikel. EFSA Journal 2012; 10(10):2908. [125 pp.] doi:10.2903/j.efsa.2012.2908.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 252/2012 tal-21 ta’ Marzu 2012 li jistabbilixxi metodi ta’ teħid ta’ kampjuni u analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-livelli ta’ diossini, PCBs simili għad-diossini u PCB mhux simili għad-diossini f’ċerti oġġetti tal-ikel u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1883/2006 (ĠU L 84, 23.3.2012, p. 1).
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1).
REGOLI TA' PROĊEDURA
|
5.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 65/41 |
REGOLI TA' PROĊEDURA
INTRODUZZJONI
Il-Kumitat tar-Reġjuni adotta r-Regoli ta' Proċedura li ġejjin fuq il-bażi tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 306 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fil-31 ta' Jannar 2014.
KUMMENTI PRELIMINARI
It-terminoloġija użata għall-funzjonijiet u għall-karigi f'dawn ir-Regoli ta' Proċedura tirreferi kemm għall-maskil kif ukoll għall-femminil.
TITOLU I
MEMBRI U KORPI KOSTITWENTI TAL-KUMITAT
KAPITOLU 1
Korpi kostitwenti tal-Kumitat
Artikolu 1
Korpi kostitwenti tal-Kumitat
Il-korpi kostitwenti tal-Kumitat huma l-Assemblea Plenarja, il-President, il-Bureau, il-Konferenza tal-Presidenti u l-kummissjonijiet.
KAPITOLU 2
Membri tal-Kumitat
Artikolu 2
Status tal-membri u tas-sostituti
B'konformità mal-Artikolu 300 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-membri tal-Kumitat u s-sostituti tagħhom jirrappreżentaw l-awtoritajiet lokali u reġjonali. Huma titolari ta' mandat elettorali f'awtorità lokali jew reġjonali, jew politikament responsabbli quddiem assemblea eletta. Ma jistgħu jkunu marbuta bl-ebda mandat obbligatorju u għandhom ikunu kompletament indipendenti fil-qadi ta' dmirijiethom, fl-interess ġenerali tal-Unjoni.
Artikolu 3
Tul tal-mandat
|
1. |
Il-mandat ta' membru jew sostitut jibda fid-data li fiha tidħol fis-seħħ il-ħatra tiegħu mill-Kunsill. |
|
2. |
Il-mandat ta' membru jew sostitut jintemm fil-każ ta 'riżenja, tmiem il-mandat elettorali li bih inħatar jew mewt. |
|
3. |
Membru jew sostitut li jirriżenja għandu jgħarraf bil-miktub lill-President tal-Kumitat bil-ħsieb tiegħu u jispeċifika d-data li fiha tidħol fis-seħħ ir-riżenja tiegħu. Il-President għandu jgħarraf lill-Kunsill, li għandu jikkonferma li l-post tbattal u jimplimenta l-proċedura ta' sostituzzjoni. |
|
4. |
Membru jew sostitut li l-mandat tiegħu jintemm minħabba li jiskadi l-mandat li bih inħatar għandu jgħarraf minnufih lill-President tal-Kumitat dwar dan bil-miktub. |
|
5. |
Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 3(2), għandu jinħatar suċċessur mill-Kunsill għall-bqija tal- mandat. |
Artikolu 4
Privileġġi u immunitajiet
Il-membri u s-sostituti tagħhom b'mandat kif dovut għandhom jibbenefikaw minn privileġġi u immunitajiet skont il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 5
Parteċipazzjoni tal-membri u tas-sostituti
|
1. |
Kull membru li ma jistax jipparteċipa f'xi sessjoni plenarja jista' jkun rappreżentat minn sostitut mid-delegazzjoni nazzjonali tiegħu, anke f'każ li dan jiġri biss f'ċerti ġranet matul is-sessjoni plenarja. Jeħtieġ li l-membri kollha u s-sostituti tagħhom b'mandat kif dovut jiffirmaw lista tal-attendenza. |
|
2. |
Kull membru li ma jistax jipparteċipa f'xi laqgħa tal-kummissjoni, jew f'xi laqgħa oħra li ġiet approvata mill-Bureau jista' jkun rappreżentat minn membru ieħor jew sostitut mid-delegazzjoni nazzjonali tiegħu, mill-grupp politiku tiegħu jew mill-grupp interreġjonali tiegħu. Jeħtieġ li l-membri kollha u s-sostituti tagħhom b'mandat kif dovut jiffirmaw lista tal-attendenza. |
|
3. |
Membru jew sostitut imniżżel fil-lista ta' dawk li jissostitwixxu lill-membri ta' grupp ta' ħidma, stabbilit skont l-Artikolu 37 jew 62 tar-Regoli ta' Proċedura, jista' jissostitwixxi kwalunkwe membru fil-grupp politiku tiegħu. |
|
4. |
Sostitut jew membru li jissostitwixxi membru ieħor jista' jaċċetta prokura minn membru wieħed biss. Għandu jkollu l-istess setgħat bħal membru fil-laqgħa rilevanti. Is-Segretarjat Ġenerali għandu jkun mgħarraf dwar il-prokura tal-vot, b'konformità mal-proċedura ta' notifika u din in-notifika għandha tintbagħat mhux aktar tard minn ġurnata qabel il-laqgħa. |
|
5. |
Għal kull sessjoni plenarja għandu jingħata rimborż wieħed biss tal-ispejjeż lill-membru jew lis-sostitut. Il-Bureau jispeċifika dan fl-istruzzjonijiet tiegħu dwar l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tas-sussistenza. |
|
6. |
Sostitut li jinħatar relatur jippreżenta l-abbozz ta' opinjoni li jaqa' taħt ir-responsabbiltà tiegħu fis-sessjoni plenarja li għandha fuq l-aġenda tagħha l-abbozz ta' opinjoni anke jekk il-membru li tiegħu huwa sostitut jinsab preżenti wkoll fil-laqgħa. Il-membru jista' jiddelega d-dritt tal-vot tiegħu lis-sostitut waqt li l-abbozz ta' opinjoni imsemmi jkun qiegħed jiġi diskuss. Is-Segretarju Ġenerali għandu jkun mgħarraf bil-miktub dwar il-prokura tal-vot qabel il-laqgħa rilevanti. |
|
7. |
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 23(1), kull prokura titlef il-validità tagħha meta l-membru li ma jkunx jista' jipparteċipa ma jibqax membru tal-Kumitat tar-Reġjuni. |
Artikolu 6
Prokura tal-vot
Ħlief kif hemm previst fl-Artikoli 5 u 31, id-dritt għall-vot ma jistax jiġi delegat.
Artikolu 7
Delegazzjonijiet nazzjonali u gruppi politiċi
Id-delegazzjonijiet nazzjonali u l-gruppi politiċi għandhom jikkontribwixxu b'mod ibbilanċjat fl-organizzazzjoni tal-ħidma tal-Kumitat.
Artikolu 8
Delegazzjonijiet nazzjonali
|
1. |
Il-membri u s-sostituti minn kull Stat Membru għandhom jikkostitwixxu delegazzjoni nazzjonali. Kull delegazzjoni nazzjonali għandha tistabbilixxi l-organizzazzjoni interna tagħha u tagħżel president. Il-President tal-Kumitat għandu jkun uffiċjalment mgħarraf bl-isem tal-persuna magħżula. |
|
2. |
Is-Segretarju Ġenerali għandu jara li, fi ħdan l-amministrazzjoni tal-Kumitat, id-delegazzjonijiet nazzjonali jirċievu għajnuna li tippermetti li kull membru individwali jirċievi tagħrif u għajnuna bl-ilsien uffiċjali tiegħu. Din l-għajnuna għandha tagħmel parti minn servizz speċifiku li jikkonsisti f'uffiċjali jew impjegati oħrajn tal-Kumitat tar-Reġjuni u dan is-servizz għandu jiżgura li d-delegazzjonijiet nazzjonali jistgħu jagħmlu użu adatt mill-faċilitajiet tal-Kumitat. Is-Segretarju Ġenerali għandu jipprovdi b'mod partikolari lid-delegazzjonijiet nazzjonali b'mezzi adatti sabiex isejħu laqgħat immedjatament qabel jew matul is-sessjonijiet plenarji. |
|
3. |
Id-delegazzjonijiet nazzjonali għandhom ukoll għad-dispożizzjoni tagħhom l-għajnuna tal-koordinaturi nazzjonali, li mhumiex parti mill-persunal tas-Segretarjat Ġenerali. Dawn jiffaċilitaw it-twettiq tal-mandat tal-membri fi ħdan il-Kumitat. |
|
4. |
Il-koordinaturi nazzjonali jibbenefikaw minn appoġġ adegwat min-naħa tas-Segretarju Ġenerali, b'mod partikolari biex ikunu jistgħu jagħmlu użu adatt mill-faċilitajiet tal-Kumitat. |
Artikolu 9
Gruppi politiċi u membri mhux affiljati
|
1. |
Il-membri u s-sostituti jistgħu jiffurmaw gruppi li jirriflettu l-affiljazzjoni politika tagħhom. Il-kriterji għas-sħubija għandhom jiġu preskritti fir-regoli interni ta' kull grupp politiku. |
|
2. |
Huwa meħtieġ minimu ta' tmintax-il membru jew sostitut, li tal-anqas nofshom għandhom ikunu membri, li b'kollox jirrappreżentaw tal-inqas wieħed minn kull ħames Stati Membri sabiex jiġi ffurmat grupp politiku. Membru jew sostitut jista' jagħmel parti minn grupp politiku wieħed biss. Grupp politiku għandu jxolji jekk in-numru tal-membri neċessarju sabiex jitwaqqaf ikun inqas minn dak meħtieġ. |
|
3. |
Il-President tal-Kumitat għandu jkun mgħarraf bi stqarrija meta jitwaqqaf, ixolji jew b'xi mod jinbidel xi grupp politiku. L-istqarrija dwar it-twaqqif ta' xi grupp politiku għandha tispeċifika l-isem tal-grupp politiku, il-membri tiegħu u l-bureau. |
|
4. |
Kull grupp politiku għandu segretarjat magħmul minn persunal minn fost l-impjegati tas-Segretarjat Ġenerali. Il-gruppi politiċi jistgħu jressqu proposti quddiem l-awtorità tal-ħatra dwar l-għażla, l-impjieg u l-promozzjoni tal-persunal ta' dawn is-segretarjati u t-tiġdid tal-kuntratti tagħhom. L-awtorità tal-ħatra għandha tasal għad-deċiżjoni tagħha wara li tikkonsulta l-president tal-grupp politiku kkonċernat. |
|
5. |
Is-Segretarju Ġenerali għandu jipprovdi lill-gruppi politiċi u lill-korpi kostitwenti tagħhom b'riżorsi adatti għal-laqgħat, l-attivitajiet u l-pubblikazzjonijiet u għall-ħidma tas-segretarjati tagħhom. Ir-riżorsi għal kull grupp politiku għandhom jiġu speċifikati fil-baġit. Il-gruppi politiċi u s-segretarjati tagħhom jistgħu jagħmlu użu adatt mill-faċilitajiet tal-Kumitat. |
|
6. |
Il-gruppi politiċi u l-bureaux tagħhom jistgħu jiltaqgħu immedjatament qabel jew matul is-sessjonijiet plenarji. Jistgħu jsejħu laqgħa straordinarja darbtejn fis-sena. Sostitut li jattendi għal dawn il-laqgħat huwa intitolat għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tas-sussistenza jekk ikun qiegħed jirrappreżenta xi membru mill-grupp politiku tiegħu. |
|
7. |
Il-membri mhux affiljati għandu jkollhom appoġġ amministrattiv. Id-dispożizzjonijiet relatati ma' dan għandhom jiġu stabbiliti mill-Bureau fuq proposta tas-Segretarju Ġenerali. |
Artikolu 10
Gruppi interreġjonali
Il-membri u s-sostituti jistgħu jiffurmaw gruppi interreġjonali. Għandhom jgħarrfu lill-President tal-Kumitat dwar dan. Grupp interreġjonali jiġi ffurmat kif dovut fuq deċiżjoni tal-Bureau.
TITOLU II
ORGANIZZAZZJONI U PROĊEDURA TAL-KUMITAT
KAPITOLU 1
Konvokazzjoni u bidu tal-kariga tal-Kumitat
Artikolu 11
Konvokazzjoni tal-ewwel laqgħa
Il-Kumitat jiġi kkonvokat wara kull tiġdid ta' ħames snin mill-President li jkun għadu kif intemm il-mandat tiegħu jew, jekk dan ma jkunx possibbli, mill-ewwel viċi president li jkun għadu kif intemm il-mandat tiegħu jew, jekk dan ma jkunx possibbli, mill-viċi president l-aktar anzjan fl-età li jkun għadu kif intemm il-mandat tiegħu jew, jekk dan ma jkunx possibbli, mill-aktar membru anzjan fl-età u għandu jitlaqqa' mhux aktar tard minn xahar wara l-ħatra tal-membri tiegħu mill-Kunsill.
Il-membru li jkun qed jaqdi rwol ta' president interim skont l-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu, għandu wkoll jirrappreżenta l-Kumitat matul dan il-perjodu, ikompli jieħu ħsieb il-ħidma attwali, u jmexxi l-ewwel laqgħa bħala president interim.
Flimkien mal-iżgħar erba' membri preżenti u s-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat huwa jikkostitwixxi l-Bureau interim.
Artikolu 12
Bidu tal-kariga tal-Kumitat u verifika tal-kredenzjali
|
1. |
Matul l-ewwel laqgħa, il-president interim għandu jgħarraf lill-Kumitat bil-komunikazzjoni mill-Kunsill relatata mal-ħatra tal-membri u jagħti rendikont tal-miżuri li jkun ħa biex jirrappreżenta lill-Kumitat u jieħu ħsieb il-ħidma attwali. Jekk jintalab, il-president interim jista' jiddeċiedi li jivverifika l-ħatra u l-kredenzjali tal-membri qabel ma jiddikjara l-bidu tal-kariga tal-Kumitat għall-mandat il-ġdid. |
|
2. |
Il-Bureau interim għandu jibqa' fil-kariga sal-istqarrija tar-riżultati tal-elezzjonijiet tal-membri tal-Bureau. |
KAPITOLU 2
Assemblea plenarja
Artikolu 13
Il-ħidma tal-Assemblea Plenarja
Il-Kumitat għandu jiltaqa' f'Assemblea Plenarja. Il-kompiti prinċipali tagħha għandhom ikunu:
|
a) |
li tadotta opinjonijiet, rapporti u riżoluzzjonijiet; |
|
b) |
li tadotta l-abbozzi tal-estimi preliminari tad-dħul u l-infiq tal-Kumitat; |
|
c) |
li tadotta l-programm politiku tal-Kumitat fil-bidu ta' kull mandat; |
|
d) |
li teleġġi l-President, l-ewwel Viċi President u l-bqija tal-membri tal-Bureau; |
|
e) |
li twaqqaf kummissjonijiet; |
|
f) |
li tadotta u tirrevedi r-Regoli ta' Proċedura tal-Kumitat; |
|
g) |
li, wara verifika tal-kworum preżenti, kif stabbilit fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 21(1) tar-Regoli ta' Proċedura, tieħu deċiżjoni, b'maġġoranza tal-voti mixħuta, fuq proposta tal-President tal-Kumitat jew tal-kummissjoni rilevanti li taġixxi b'konformità mal-Artikoli 58 u 59, dwar l-introduzzjoni ta' rikors jew talba għal intervent quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Ladarba tiġi adottata din id-deċiżjoni, il-President għandu jressaq ir-rikors f'isem il-Kumitat. |
Artikolu 14
Konvokazzjoni tal-Assemblea Plenarja
|
1. |
Il-President tal-Kumitat għandu jsejjaħ l-Assemblea Plenarja tal-inqas darba kull tliet xhur. Id-dati tas-sessjonijiet plenarji għandhom jiġu stabbiliti mill-Bureau matul it-tielet kwart tas-sena ta' qabel. Sessjoni plenarja tista' tiltaqa' f'jum wieħed jew aktar ta' seduta. |
|
2. |
Fuq talba bil-miktub ta' mill-inqas kwart tal-membri, il-President huwa marbut li jsejjaħ sessjoni plenarja straordinarja, li għandha sseħħ mhux qabel gimgħa u mhux aktar tard minn xahar wara d-data tat-talba. It-talba bil-miktub għandha tindika s-suġġett li ser ikun diskuss fis-sessjoni plenarja straordinarja. Ma jista' jidher l-ebda suġġett ieħor fl-aġenda. |
Artikolu 15
Aġenda tas-Sessjoni Plenarja
|
1. |
Il-Bureau jħejji l-abbozz preliminari ta' aġenda li jkun fih lista provviżorja tal-abbozzi ta' opinjonijiet, ta' rapporti jew ta' riżoluzzjonijiet għad-diskussjoni fis-sessjoni plenarja ta' wara dik li jkun imiss flimkien mad-dokumenti l-oħra kollha li jeħtieġu deċiżjoni. |
|
2. |
Tal-anqas wieħed u għoxrin jum ta' xogħol qabel il-ftuħ tas-sessjoni plenarja, l-abbozz ta' aġenda flimkien mad-dokumenti kollha mniżżla fih li jeħtieġu deċiżjoni għandhom ikunu disponibbli elettronikament għall-membri u s-sostituti tagħhom; id-dokumenti kollha tal-laqgħa għandhom ikunu disponibbli bl-ilsna uffiċjali rispettivi tagħhom. |
|
3. |
Fil-prinċipju, l-abbozzi ta' opinjonijiet, ta' rapporti u ta' riżoluzzjonijiet jitniżżlu fl-aġenda fl-ordni li ġew adottati mill-kummissjonijiet jew jitressqu b'konformità mar-Regoli ta' Proċedura. Għandhon jiġu kkunsidrati wkoll il-punti tal-aġenda li jittrattaw suġġetti relatati. |
|
4. |
F'ċerti każijiet eċċezzjonali u għal raġunijiet adatti fejn l-iskadenza msemmija f'paragrafu 2 ma tistax tiġi rispettata, il-President jista' jiddeċiedi li jinkludi dokument li jeħtieġ deċiżjoni fl-abbozz ta' aġenda sakemm id-dokument imsemmi jkun intbagħat lill-membri u lis-sostituti bl-ilsien uffiċjali tagħhom mhux iżjed tard minn ġimgħa qabel il-ftuħ tas-sessjoni plenarja. Il-President għandu jagħti r-raġuni tal-użu ta' din il-proċedura fuq il-paġna ta' quddiem tad-dokument li jeħtieġ deċiżjoni. |
|
5. |
L-emendi bil-miktub fl-abbozz ta' aġenda għandhom jintbagħtu lis-Segretarju Ġenerali mhux aktar tard minn tlett ijiem ta' xogħol qabel il-ftuħ tas-sessjoni plenarja. |
|
6. |
Il-Bureau għandu jistabbilixxi l-abbozz ta' aġenda finali fil-laqgħa tiegħu immedjatament qabel il-ftuħ tas-sessjoni plenarja. F'din il-laqgħa l-Bureau jista' jiddeċiedi, b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-voti mixħuta, li jinkludi fl-aġenda kwistjonijiet ta' natura urġenti jew topiċi li l-analiżi tagħhom ma tistax tistenna sas-sessjoni plenarja li jmiss. |
|
7. |
Fuq proposta tal-President, ta' grupp politiku jew ta' 32 membru, il-Bureau jew l-Assemblea Plenarja jistgħu jiddeċiedu, qabel issir il-votazzjoni fuq l-emendi, li:
Din id-dispożizzjoni ma tapplikax f'każijiet meta, minħabba l-iskadenza stabbilita mill-Kunsill, mill-Kummissjoni jew mill-Parlament Ewropew, ikun impossibbli li tiġi posposta l-adozzjoni ta' dokument għal deċiżjoni. Id-dokument għal deċiżjoni li jiġi pospost għas-sessjoni segwenti tal-Assemblea Plenarja għandu jinkludi l-emendi kollha mressqa kif dovut li huma marbuta miegħu. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 24(2)(a), l-aġġornament tal-votazzjoni ma jagħtix lok għal skadenza ġdida għat-tressiq tal-emendi. Meta dokument jintbagħat lura lill-kummissjoni kkonċernata, l-emendi relatati miegħu ma jibqgħux validi u r-relatur jista' jeżamina b'liema mod il-kontenut tad-dokument:
Id-dokument għandu jitqiegħed fuq l-aġenda tal-kummissjoni għal deċiżjoni. |
Artikolu 16
Ftuħ tas-Sessjoni Plenarja
Il-President għandu jiftaħ is-sessjoni plenarja u jippreżenta għall-adozzjoni l-abbozz ta' aġenda finali.
Artikolu 17
Aċċess għall-pubbliku, mistednin u kelliema mistiedna, slott għal dibattitu topiku
|
1. |
Is-sessjonijiet plenarji huma miftuħin għall-pubbliku, sakemm l-Assemblea Plenarja ma tiddeċidix mod ieħor fir-rigward tal-laqgħa inġenerali jew xi punt speċifiku fuq l-aġenda. |
|
2. |
Ir-rappreżentanti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni jistgħu jattendu għas-sessjonijiet plenarji u jistgħu jintalbu jindirizzaw l-assemblea. |
|
3. |
Il-President, fuq inizjattiva proprja jew fuq talba tal-Bureau, jista' wkoll jistieden personalitajiet esterni sabiex jindirizzaw l-Assemblea Plenarja. Wara dawn l-interventi jista' jkun hemm dibattitu ġenerali, li matulu għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-ħin għad-diskorsi. |
|
4. |
Il-Bureau jista', b'konformità mal-Artikolu 15(1) u (6), jipproponi lill-Assemblea Plenarja li jkun hemm dibattitu ġenerali dwar kwistjonijiet politiċi topiċi ta' rilevanza reġjonali jew lokali (slott għal dibattitu topiku). Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-ħin għad-diskorsi. |
Artikolu 18
Standards tal-kondotta u ħin għad-diskorsi
|
1. |
Mingħajr preġudizzju għal-libertà tal-kelma, il-membri għandhom iġibu ruħhom b'rispett reċiproku, abbażi tal-valuri u l-prinċipji stabbiliti fit-testi bażiċi li fuqhom hija msejsa l-Unjoni Ewropea, b'rispett tad-dinjità tal-Kumitat u m'għandhomx jikkompromettu t-twettiq mingħajr xkiel tal-ħidma tal-korpi kostitwenti tal-Kumitat jew itellfu l-paċi u l-kwiet ta' kwalunkwe bini tal-Kumitat. |
|
2. |
Fil-bidu tas-sessjoni plenarja u fuq proposta tal-Bureau, l-Assemblea Plenarja għandha tistabbilixxi l-ħin għad-diskorsi għal kull punt fuq l-aġenda. Matul is-sessjoni plenarja, il-President jista', fuq inizjattiva proprja jew fuq talba ta' xi membru, jiddeċiedi li jillimita l-ħin għad-diskorsi. |
|
3. |
Il-President, fuq proposta tal-Bureau, jista' jipproponi lill-Assemblea Plenarja li meta jsiru d-dibattiti fuq xi kwistjonijiet ġenerali jew fuq xi temi speċifiċi, il-ħin għad-diskorsi jinqasam bejn il-gruppi politiċi u d-delegazzjonijiet nazzjonali. |
|
4. |
Bħala regola ġenerali, il-ħin għad-diskorsi għandu jkun limitat għal minuta għall-kummenti fuq il-minuti, għal points of order u l-modifiki għall-abbozz finali ta' aġenda jew l-aġenda. |
|
5. |
Jekk xi kelliem jaqbeż il-ħin merfugħ għalih, il-President jista', wara li jiġbidlu l-attenzjoni, iwaqqfu milli jkompli jitkellem. |
|
6. |
Kull talba minn xi membru sabiex jitwaqqaf id-dibattitu għandha tgħaddi għall-votazzjoni mill-President. |
Artikolu 19
Lista tal-kelliema
|
1. |
L-ismijiet tal-membri li jitolbu jitkellmu jitniżżlu f'lista fl-istess ordni li fih ikunu waslu t-talbiet tagħhom. Il-President għandu jsejjaħ lill-membri sabiex jitkellmu fuq il-bażi ta' din il-lista billi jiżgura kemm jista' jkun li kelliema ta' fehma politika differenti u minn delegazzjonijiet nazzjonali differenti jinstemgħu wara xulxin. |
|
2. |
Madankollu, tista' tingħata prijorità, fuq it-talba tagħhom, lir-relatur tal-kummissjoni kkonċernata u lir-rappreżentanti tal-gruppi politiċi u tad-delegazzjonijiet nazzjonali li jixtiequ jitkellmu f'isem il-kummissjoni, il-grupp jew id-delegazzjoni tagħhom. |
|
3. |
Ħadd ma jista' jindirizza l-laqgħa aktar minn darbtejn fuq l-istess suġġett, ħlief bil-permess tal-President. Madankollu, il-President u r-relaturi tal-kummissjonijiet kkonċernati għandhom jitħallew jitkellmu fuq talba tagħhom għal tul ta' żmien skont kif jiddeċiedi l-President. |
Artikolu 20
Points of order
|
1. |
Membru li jixtieq jippreżenta point of order jew li jixtieq jiġbed l-attenzjoni tal-President minħabba xi nuqqas fir-rigward tar-Regoli ta' Proċedura għandu jitħalla jitkellem. Il-point of order għandha tkun relatata mal-aġenda jew mas-suġġett tad-diskussjoni. |
|
2. |
Talba għal point of order għandha tieħu preċedenza fuq kull talba oħra li wieħed jitkellem. |
|
3. |
Il-President għandu jieħu deċiżjoni minnufih dwar il-points of order, b'konformità mar-Regoli ta' Proċedura u għandu jħabbar id-deċiżjoni tiegħu minnufih wara li tkun saret il-point of order. Ma għandha ssir l-ebda votazzjoni dwar id-deċiżjoni tal-President. |
Artikolu 21
Kworum
|
1. |
Jintlaħaq kworum fl-Assemblea Plenarja jekk aktar minn nofs il-membri huma preżenti. Il-kworum jiġi verifikat fuq talba ta' membru u b'kondizzjoni li minn tal-anqas ħmistax-il membru jivvutaw favur it-talba għall-verifika tal-kworum. Jekk il-verifika tal-kworum ma tintalabx, il-voti kollha għandhom ikunu validi jkun kemm ikun in-numru ta' dawk preżenti. Il-President jista' jwaqqaf is-sessjoni plenarja għal mhux aktar minn għaxar minuti qabel ma jgħaddi għall-verifika tal-kworum. Il-membri li jkunu talbu verifika tal-kworum iżda li jkunu ħallew il-kamra tas-Sessjoni Plenarja għandhom jitqiesu bħala preżenti għall-finijiet tal-għadd. Jekk hemm anqas minn ħmistax-il membru preżenti, il-President jista' jiddeċiedi li ma ntlaħaqx kworum. |
|
2. |
Jekk ikun konkluż li ma ntlaħaqx kworum, il-punti kollha fuq l-aġenda li jeħtieġu votazzjoni għandhom jiġu posposti għall-jum tal-laqgħa li jmiss, f'liema ħin l-Assemblea Plenarja tista' tgħaddi għall-votazzjoni valida ta' dawn il-punti, ikun kemm ikun in-numru tal-membri preżenti. Id-deċiżjonijiet li jittieħdu u l-votazzjonijiet kollha li jsiru fil-laqgħa qabel il-verifika tal-kworum għandhom jibqgħu validi. |
Artikolu 22
Votazzjoni
|
1. |
L-Assemblea Plenarja tiddeċiedi b'maġġoranza tal-voti mixħuta, sakemm ir-Regoli ta' Proċedura ma jipprevedux mod ieħor. |
|
2. |
Il-forom validi ta' votazzjoni għandhom ikunu “favur”, “kontra” jew “astensjoni”. Fil-kalkolu tal-maġġoranza, għandhom jitqiesu biss il-voti mixħuta favur jew kontra. F'każ ta' voti ndaqs, it-test jew il-proposta għandha titqies bħala li m'għaddietx. |
|
3. |
Id-dritt tal-vot huwa dritt personali. Il-membri għandhom jivvutaw biss individwalment u personalment. |
|
4. |
Jekk ir-riżultat tal-għadd tal-voti jiġi kkontestat, jista' jintalab li ssir votazzjoni mill-ġdid mill-President jew fuq talba ta' membru bil-kondizzjoni li minn tal-inqas ħmistax-il membru jivvotaw favur dit-talba li ssir votazzjoni mill-ġdid. |
|
5. |
Fuq proposta tal-President, ta' grupp politiku jew ta' 32 membru li jkunu preżenti qabel l-approvazzjoni tal-aġenda finali, l-Assemblea Plenarja tista' tiddeċiedi li ssir votazzjoni b'sejħa tal-ismijiet fuq punt wieħed tal-aġenda jew aktar u dan jitniżżel fil-minuti tas-sessjoni plenarja. Sakemm l-Assemblea Plenarja ma tiddeċidix mod ieħor, m'għandhiex tintalab votazzjoni b'sejħa tal-ismijiet fil-każ tal-emendi. |
|
6. |
Fuq proposta tal-President, ta' grupp politiku jew ta' 32 membru, jista' jiġi deċiż li ssir votazzjoni sigrieta jekk id-deċiżjoni tolqot lill-persuni. |
|
7. |
Il-President jista' f'kull ħin jiddeċiedi li l-votazzjoni ssir b'mezzi elettroniċi.
Ir-rekordjar tar-riżultat ta' votazzjoni elettronika għandu jkun aċċessibbli għall-pubbliku wara s-sessjoni plenarja. |
Artikolu 23
Tressiq tal-emendi
|
1. |
Il-membri u s-sostituti b'mandat kif dovut biss u kwalunkwe sostitut mingħajr mandat li jkun relatur ta' rapport imfassal minnu stess jistgħu jressqu emendi għal dokumenti li jeħtieġu deċiżjoni b'konformità mad-dispożizzjonijiet tat-tressiq tal-emendi.
Id-dritt li jitressqu l-emendi f'sessjoni plenarja jista' jintuża minn membru jew mis-sostitut tiegħu b'mandat kif dovut. L-emendi debitament imressqa qabel ma membru jew sostitut fi ħdan il-Kumitat ma jibqax tali jew qabel ma tingħata jew tiġi rrevokata delega jibqgħu validi. |
|
2. |
Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 27(1), l-emendi għal dokumenti li jeħtieġu deċiżjoni għandhom jiġu ppreżentati minn grupp politiku jew tal-inqas sitt membri jew sostituti b'mandat kif dovut u fuqhom għandu jitniżżel isimhom. Id-delegazzjonijiet nazzjonali li huma magħmula minn anqas minn sitt membri jistgħu jressqu emendi bil-kondizzjoni li jitressqu mill-istess numru ta' membri mid-delegazzjoni jew mis-sostituti b'mandat kif dovut u fuqhom għandu jitniżżel isimhom. |
|
3. |
L-emendi għandhom jitressqu qabel it-3 p.m. fil-ħdax-il jum ta' xogħol qabel il-jum tal-ftuħ tas-sessjoni plenarja. L-emendi għandhom ikunu disponibbli elettronikament malli ssir it-traduzzjoni tagħhom, iżda mhux iżjed tard minn erbat ijiem ta' xogħol qabel il-ftuħ tas-sessjoni plenarja.
L-emendi għandhom jingħataw prijorità fil-proċess tat-traduzzjoni u mbagħad jintbagħtu lir-relatur sabiex ikun jista' jressaq l-emendi tar-relatur quddiem is-Segretarjat Ġenerali tal-anqas tlett ijiem ta' xogħol qabel il-ftuħ tas-sessjoni plenarja. Dawn l-emendi tar-relatur għandhom ikunu marbuta ma' emenda jew għadd ta' emendi li ssir referenza għalihom fil-paragrafu 1 u li għandhom jiġu identifikati mir-relatur. L-emendi tar-relatur ikunu jistgħu jiġu kkonsultati fil-jum ta' qabel il-jum tal-ftuħ tas-sessjoni plenarja. F'każijiet fejn japplika l-Artikolu 15(4), il-President jista' jiddeċiedi li jnaqqas l-iskadenza biex jintbagħtu l-emendi għal tal-inqas tlett ijiem ta' xogħol qabel il-ftuħ tas-sessjoni plenarja. L-iskadenza m'għandhiex tapplika fil-każ ta' emendi ta' affarijiet urġenti skont l-Artikolu 15(6). |
|
4. |
L-emendi kollha għandhom jitqassmu fost il-membri qabel il-bidu tas-sessjoni plenarja. |
Artikolu 24
Proċedura biex jiġu trattati l-emendi
|
1. |
Il-proċedura tal-votazzjoni applikabbli hi kif ġej:
|
|
2. |
Il-prinċipji li jirregolaw il-votazzjoni:
|
|
3. |
Votazzjoni fuq l-emendi:
Il-votazzjoni fuq l-emendi għandha ssegwi l-ordni tal-punti fit-test u għandha ssir skont din il-prijorità:
Meta jiġu adottati, l-emendi tar-relatur u l-emendi ta' kompromess jissostitwixxu l-emendi li jkunu marbutin magħhom. F'każ li jitressqu żewġ emendi identiċi jew aktar minn awturi differenti, dawn għandhom jitressqu għall-votazzjoni bħala emenda waħda. |
|
4. |
Jekk żewġ emendi jew aktar li jeskludu lil xulxin jitressqu għall-istess parti ta' test, l-emenda li titbiegħed l-aktar mit-test oriġinali għandu jkollha prijorità u tiġi vvotata l-ewwel. |
|
5. |
Qabel ma ssir il-votazzjoni l-President għandu jgħid jekk l-adozzjoni ta' emenda hux ser twaqqa' emenda waħda jew għadd ta' emendi oħra, jew għax dawn l-emendi jkunu jeskludu lil xulxin billi jkunu jirreferu għall-istess parti tat-test, jew għax dawn jintroduċu kontradizzjoni. Emenda għandha titqies li waqgħet jekk tkun inkonsistenti ma' votazzjoni preċedenti fuq l-istess opinjoni. Jekk l-awturi ta' emenda jikkontestaw id-deċiżjoni tal-President f'dan ir-rigward, l-Assemblea Plenarja għandha tiddeċiedi jekk tressaqhiex għall-votazzjoni jew le. |
|
6. |
Jekk it-test sħiħ ma jiksibx il-maġġoranza tal-voti mixħuta fil-votazzjoni finali, l-Assemblea Plenarja għandha tiddeċiedi jekk l-abbozz ta' opinjoni għandux ikun rinvjat lill-kummissjoni kompetenti jew għandux jiġi abbandunat. Opinjoni titqies li waqgħet jekk il-kalendarju interistituzzjonali ma jippermettix aktar diskussjoni. Il-President tal-Kumitat jinforma b'dan lill-istituzzjoni li għamlet it-talba.
Jekk l-abbozz ta' opinjoni jintbagħat lura lill-kummissjoni kompetenti, din għandha:
|
Artikolu 25
Koerenza tat-test finali
Jekk il-koerenza tat-test finali tkun kompromessa b'riżultat tal-adozzjoni tal-emendi li ma jkunux ġew dikjarati li waqgħu b'konformità mal-Artikolu 24(5), jew b'riżultat ta' emenda adottata li tirrikjedi li partijiet rilevanti oħra tat-test jiġu emendati b'mod korrispondenti, l-amministrazzjoni għandha – wara li tikkonsulta lill-gruppi politiċi, lir-relatur u lill-awtur tal-emendi rilevanti – tintroduċi bidliet sabiex it-test finali jkun koerenti. Kull bidla fit-test trid tkun limitata għall-minimu strett meħtieġ sabiex ikun hemm koerenza. Il-membri jiġu informati b'kull bidla li ssir.
Artikolu 26
Opinjonijiet urġenti
F'każijiet urġenti fejn skadenza stabbilita mill-Kunsill, mill-Kummissjoni jew mill-Parlament Ewropew ma tistax tintlaħaq skont il-proċedura normali, u l-kummissjoni kompetenti tkun adottat l-abbozz ta' opinjoni tagħha b'mod unanimu, il-President għandu jittrasmetti dan l-abbozz ta' opinjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni jew lill-Parlament Ewropew għal tagħrif. L-abbozz ta' opinjoni għandu jitressaq quddiem is-Sessjoni Plenarja li jmiss sabiex ikun adottat mingħajr emenda. Id-dokumenti kollha li jikkonċernaw dan it-test għandhom jindikaw li din hija opinjoni soġġetta għall-proċedura ta' urġenza.
Artikolu 27
Proċeduri semplifikati
|
1. |
Abbozzi ta' opinjonijiet jew rapporti adottati unanimament minn xi kummissjoni għandhom jintbagħtu lill-Assemblea Plenarja għall-adozzjoni mingħajr tibdil sakemm tal-inqas 32 membru jew sostitut b'mandat kif dovut jew grupp politiku ma jressaqx emenda skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 23(3). F'dan il-każ, l-emenda għandha titqies mill-Assemblea Plenarja. L-abbozz ta' opinjoni jew rapport għandu jkun ippreżentat mir-relatur fis-sessjoni plenarja u jista' jkun is-suġġett ta' dibattitu. Dan għandu jintbagħat lill-membri flimkien mal-abbozz ta' aġenda. |
|
2. |
Jekk il-kummissjoni hija tal-fehma li l-Kumitat m'għandux għaliex jikkummenta dwar, jew jipproponi tibdil għal, xi dokument mgħoddi lilha, tista' tipproponi li ebda oġġezzjoni ma ssir dwar id-dokument. Il-proposta għandha tgħaddi għand l-Assemblea Plenarja għall-adozzjoni mingħajr dibattitu. |
Artikolu 28
Għeluq tas-Sessjoni Plenarja
Qabel l-għeluq tas-sessjoni plenarja, il-President għandu jħabbar il-ħin u l-post tas-sessjoni plenarja li jmiss flimkien ma' xi punti li diġà qegħdin fuq l-aġenda.
Artikolu 29
Simboli
|
1. |
Il-Kumitat jagħraf u jadotta dawn is-simboli tal-Unjoni:
|
|
2. |
Il-Kumitat jiċċelebra Jum l-Ewropa fid-9 ta' Mejju. |
|
3. |
Il-bandiera għandha tidher fil-bini tal-Kumitat u fl-avvenimenti uffiċjali. |
|
4. |
L-innu għandu jindaqq fiċ-ċerimonja tal-ftuħ fil-bidu tal-mandat u f'okkażjonijiet formali oħra, b'mod speċjali għall-akkoljenza tal-Kapijiet ta' Stat jew Gvern, jew għall-akkoljenza tal-membri l-ġodda wara t-tkabbir. |
KAPITOLU 3
Il-Bureau u l-President
Artikolu 30
Kompożizzjoni tal-Bureau
Il-Bureau huwa magħmul minn:
|
a) |
il-President; |
|
b) |
l-ewwel Viċi President; |
|
c) |
Viċi President għal kull Stat Membru; |
|
d) |
28 membru ieħor; |
|
e) |
il-presidenti tal-gruppi politiċi. |
Is-siġġijiet fil-Bureau (barra mis-siġġijiet tal-President, l-ewwel Viċi President u l-presidenti tal-gruppi politiċi) għandhom jitqassmu fost id-delegazzjonijiet nazzjonali kif ġej:
|
— |
3 siġġijiet: Franza, il-Ġermanja, l-Italja, Spanja, il-Polonja u r-Renju Unit; |
|
— |
2 siġġijiet: l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Finlandja, il-Greċja, l-Irlanda, il-Kroazja, il-Litwanja, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, l-Isvezja u l-Ungerija; |
|
— |
siġġu wieħed: l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Lussemburgu, Malta u s-Slovenja. |
Artikolu 31
Rappreżentanti tal-membri fil-laqgħat tal-Bureau
|
1. |
Għall-membri tagħha tal-Bureau, bl-eċċezzjoni tal-President u tal-ewwel Viċi President, kull delegazzjoni nazzjonali għandha taħtar membru jew sostitut bħala rappreżentant ad personam mid-delegazzjoni stess. |
|
2. |
Għal kull president tal-gruppi politiċi, il-grupp politiku inkwistjoni għandu jaħtar minn fostu membru jew sostitut bħala rappreżentant ad personam. |
|
3. |
Rappreżentant ad personam għandu dritt jipparteċipa fil-laqgħat u jkollu d-dritt li jitkellem u jivvota biss meta jkun qiegħed jissostitwixxi dan il-membru tal-Bureau. Il-prokura tal-vot għandha tiġi mgħarrfa lis-Segretarju Ġenerali qabel il-laqgħa kkonċernata b'konformità mal-proċedura ta' notifika meħtieġa. |
Artikolu 32
Regoli tal-elezzjoni
|
1. |
Il-Bureau għandu jiġi elett mill-Assemblea Plenarja għal sentejn u nofs. |
|
2. |
L-elezzjoni għandha ssir taħt il-presidenza tal-President interim bl-istess mod kif previst fl-Artikoli 11 u 12. L-applikazzjonijiet kollha għandhom jintbagħtu bil-miktub lis-Segretarju Ġenerali tal-anqas siegħa qabel il-bidu tas-sessjoni plenarja. L-elezzjoni tista' ssir biss wara li jiġi verifikat il-kworum tal-preżenzi li ssir referenza għalih fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 21(1). |
Artikolu 33
Elezzjoni tal-President u tal-ewwel Viċi President
|
1. |
Qabel l-elezzjonijiet għall-postijiet ta' President u tal-ewwel Viċi President, il-kandidati jistgħu jagħmlu stqarrija qasira quddiem l-Assemblea Plenarja. Ikollhom għad-dispożizzjoni tagħhom l-istess ammont ta' ħin għad-diskors, stabbilit mill-President interim. |
|
2. |
L-elezzjoni tal-President u dik tal-ewwel Viċi President għandhom isiru separatament. Għandhom jiġu eletti bil-maġġoranza tal-voti mixħuta. |
|
3. |
Il-forom validi ta' vot għandhom ikunu “favur” jew astensjoni. Huma l-voti “favur” biss li jiġu kkunsidrati sabiex tiġi kkalkulata jekk intlaħqitx il-maġġoranza. |
|
4. |
Jekk l-ebda kandidat ma jikseb il-maġġoranza fl-ewwel votazzjoni, issir it-tieni votazzjoni li matulha jiġi elett il-kandidat li jikseb l-ogħla numru ta' voti. Fil-każ ta' voti ndaqs, tittieħed deċiżjoni bix-xorti. |
Artikolu 34
Elezzjoni tal-membri tal-Bureau
|
1. |
Tista' tiġi stabbilita lista komuni tal-kandidati mid-delegazzjonijiet nazzjonali li jippreżentaw kandidat wieħed biss għal kull wieħed mis-siġġijiet merfugħa għalihom fil-Bureau. Din il-lista tista' tiġi adottata b'votazzjoni waħda jekk tikseb il-maġġoranza tal-voti mixħuta.
F'każijiet fejn ma tiġix adottata lista komuni jew fejn in-numru ta' kandidati propost għas-siġġijiet ta' delegazzjoni nazzjonali fil-Bureau jaqbeż in-numru ta' siġġijiet disponibbli, kull wieħed minn dawn is-siġġijiet għandu jiġi deċiż b'votazzjoni separata; f'dan il-każ ir-regoli tal-elezzjoni li huma applikati huma dawk tal-President u tal-ewwel Viċi President, kif stabbiliti fl-Artikoli 32 u 33(2) sa (4). |
|
2. |
Il-presidenti tal-gruppi politiċi eletti fi ħdan kull grupp huma membri tal-Bureau. |
Artikolu 35
Elezzjoni tar-rappreżentanti
L-elezzjoni ta' kandidat għal siġġu tal-Bureau twassal awtomatikament għal dik tar-rappreżentant tiegħu ad personam.
Artikolu 36
By-election għal siġġu battal tal-Bureau
Il-membru tal-Bureau jew ir-rappreżentant tiegħu ad personam li ma jibqax jagħmel parti mill-Kumitat jew li jirriżenja mill-Bureau, għandu jiġi sostitwit għall-bqija tal-mandat b'konformità mal-Artikoli 30 sa 35. Il-by-election għal siġġu battal għandha ssir fl-Assemblea Plenarja taħt il-presidenza tal-President jew mir-rappreżentanti tiegħu skont l-Artikolu 39(3).
Artikolu 37
Il-funzjonijiet tal-Bureau
Il-kompiti tal-Bureau huma dawn:
|
a) |
It-tħejjija u l-preżentazzjoni lill-Assemblea Plenarja tal-programm politiku tiegħu fil-bidu tal-mandat tiegħu u l-kontroll tat-twettiq ta' dan. Fi tmiem il-mandat tiegħu jippreżenta lill-Assemblea Plenarja rapport dwar l-implimentazzjoni tal-programm politiku tiegħu; |
|
b) |
L-organizzazzjoni u l-koordinazzjoni tax-xogħlijiet tal-Assemblea Plenarja u tal-kummissjonijiet; |
|
c) |
L-adozzjoni, fuq proposta tal-kummissjonijiet, tal-programm ta' ħidma annwali tagħhom; |
|
d) |
Ir-responsabbiltà ġenerali għall-kwistjonijiet ta' natura finanzjarja, organizzattiva u amministrattiva dwar il-membri u s-sostituti, l-organizzazzjoni interna tal-Kumitat u tas-Segretarjat Ġenerali tiegħu, inkluż il-pjan ta' organizzazzjoni u l-korpi kostitwenti tiegħu; |
|
e) |
Il-Bureau jista':
|
|
f) |
L-impjieg tas-Segretarju Ġenerali u tal-uffiċjali u l-impjegati l-oħra msemmija fl-Artikolu 73; |
|
g) |
Il-preżentazzjoni lill-Assemblea Plenarja tal-abbozz preliminari tad-dħul u l-infiq tal-Kumitat, b'konformità mal-Artikolu 75; |
|
h) |
L-awtorizzazzjoni tal-laqgħat barra l-postijiet tax-xogħol tas-soltu; |
|
i) |
It-teħid ta' dispożizzjonijiet dwar il-kompożizzjoni u l-metodi ta' xogħol tal-gruppi ta' ħidma, tal-kumitati konġunti kostitwiti mal-pajjiżi kandidati għall-adeżjoni jew ta' korpi politiċi oħra li jieħdu sehem fihom il-membri tal-Kumitat. Il-kumitati konsultattivi konġunti jiġu stabbiliti mar-rappreżentanti lokali u reġjonali tal-pajjiżi applikanti abbażi tad-dispożizzjonijiet previsti fil-ftehim ta' stabbilizzazzjoni u assoċjazzjoni. Il-membri tal-kumitati konsultattivi konġunti mill-pajjiżi applikanti jinħatru b'mod formali mill-gvern tagħhom sabiex jirrappreżentaw lill-awtoritajiet lokali u reġjonali tagħhom. Id-deċiżjonijiet fil-kumitati konsultattivi konġunti jittieħdu b’mod konġunt mar-rappreżentanti msieħba, taħt kopresidenza mmexxija mill-Kumitat tar-Reġjuni u l-pajjiż applikant. Il-kumitati konsultattivi konġunti għandhom jadottaw rapport u rakkomandazzjonijiet iffokati fuq oqsma rilevanti għall-awtoritajiet lokali fil-proċess tat-tkabbir. Jistgħu jiġu indirizzati wkoll rapporti lill-kunsill ta' assoċjazzjoni. |
|
j) |
Tittieħed deċiżjoni dwar l-introduzzjoni ta' rikors jew talba għal intervent quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, jekk l-Assemblea Plenarja ma tkunx tista' tieħu deċiżjoni fiż-żmien li jingħatalha, wara verifika tal-kworum kif stabbilit fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 38(2), b'maġġoranza tal-voti mixħuta għall-proposta kemm tal-President tal-Kumitat, kif ukoll tal-kummissjoni rilevanti li taġixxi b'konformità mal-Artikoli 58 u 59. Ladarba tiġi adottata din id-deċiżjoni, il-President għandu jippreżenta r-rikors f'isem il-Kumitat u waqt is-sessjoni plenarja jitlob lill-Assemblea tiddeċiedi żżommx ir-rikors. Jekk wara l-verifika tal-kworum kif stabbilit fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 21(1), l-Assemblea Plenarja tiddeċiedi b'maġġoranza skont l-Artikolu 13(g) kontra r-rikors, il-President jirtira dan. |
Artikolu 38
Konvokazzjoni tal-Bureau, kworum u teħid ta' deċiżjoni
|
1. |
Il-Bureau jitlaqqa' mill-President, li għandu jistabbilixxi d-data tal-laqgħa u l-aġenda bi ftehim mal-ewwel Viċi President. Il-Bureau għandu jiltaqa' minn tal-inqas darba kull tliet xhur, jew mhux aktar tard minn 14-il jum wara r-riċevuta ta' talba bil-miktub li ssir mingħand tal-inqas kwart mill-membri tiegħu. |
|
2. |
Il-kworum tal-Bureau jintlaħaq jekk minn tal-inqas nofs il-membri tiegħu huma preżenti. Il-kworum jiġi verifikat fuq it-talba ta' membru u bil-kondizzjoni li minn tal-inqas sitt membri jivvotaw favur din it-talba. Meta l-verifika tal-kworum ma tintalabx, kull vot huwa validu jkun xi jkun in-numru tal-preżenti. Jekk jiġi stabbilit li l-kworum ma ntlaħaqx, il-Bureau jista' jkompli bid-diskussjonijiet iżda l-votazzjoni ssir fil-laqgħa segwenti. |
|
3. |
Id-deċiżjonijiet jitteħdu b'maġġoranza tal-voti mixħuta, ħlief fejn hemm previst mod ieħor f'dawn ir-Regoli ta' Proċedura. Għandhom jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 22(2) u (6). |
|
4. |
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 40(4)(b), sabiex jitħejjew id-deċiżjonijiet tal-Bureau, il-President jista' jagħti r-responsabbiltà lis-Segretarju Ġenerali sabiex iħejji d-dokumenti ta' diskussjoni u r-rakkomandazzjonijiet għal deċiżjoni fuq kull tema li trid tiġi eżaminata u dawn jinhemżu mal-abbozz ta' aġenda. |
|
5. |
Id-dokumenti għandhom ikunu disponibbli elettronikament għall-membri minn tal-inqas għaxart ijiem qabel il-ftuħ tal-laqgħa. L-emendi għad-dokumenti tal-Bureau għandhom jaslu għand is-Segretarju Ġenerali tal-inqas jumejn ta' xogħol qabel il-ftuħ tal-laqgħa tal-Bureau, b'konformità mar-regoli applikabbli, u għandhom ikunu elettronikament disponibbli malli jiġu tradotti. |
|
6. |
F'każijiet eċċezzjonali, il-President jista' jirrikorri għal proċedura bil-miktub għall-adozzjoni ta' deċiżjonijiet oħra li ma jikkonċernawx lill-individwi. Il-President jibgħat il-proposta ta' deċiżjoni lill-membri u jitlobhom sabiex iressqu, bil-miktub u fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol, kwalunkwe oġġezzjoni. Id-deċiżjoni għandha titqies adottata sakemm ma jkunx hemm oġġezzjoni minn tal-inqas sitt membri. |
Artikolu 39
Il-President
|
1. |
Il-President għandu jmexxi l-ħidma tal-Kumitat. |
|
2. |
Il-President jirrappreżenta lill-Kumitat. Hu jista' jiddelega dawn is-setgħat. |
|
3. |
Jekk il-President ikun assenti jew ma jistax jattendi, għandu jkun irrappreżentat mill-ewwel Viċi President; jekk l-ewwel Viċi President huwa wkoll assenti jew ma jistax jattendi, il-President għandu jkun irrappreżentat minn wieħed mill-Viċi Presidenti l-oħra. |
Artikolu 40
Kummissjoni għall-Affarijiet Finanzjarji u Amministrattivi
|
1. |
Il-Bureau għandu jistabbilixxi, skont l-Artikolu 37, Kummissjoni konsultattiva għall-Affarijiet Finanzjarji u Amministrattivi, li tiġi preseduta minn membru tal-Bureau. |
|
2. |
Id-dati tal-laqgħat u l-aġendi tagħhom għandhom jiġu stabbiliti mill-president bi ftehim mal-ewwel viċi president. |
|
3. |
Il-Kummissjoni għall-Affarijiet Finanzjarji u Amministrattivi tista' taħtar lil wieħed mill-membri tagħha bħala rappreżentant li jassisti lill-president billi jirrapporta quddiem il-Bureau dwar il-kompiti assenjati lilu. |
|
4. |
Il-Kummissjoni għall-Affarijiet Finanzjarji u Amministrattivi għandu jkollha r-responsabbiltajiet li ġejjin:
|
|
5. |
Il-president tal-Kummissjoni għall-Affarijiet Finanzjarji u Amministrattivi jirrappreżenta lill-Kumitat mal-awtoritajiet baġitarji tal-Unjoni. |
Opinjonijiet, rapporti u riżoluzzjonijiet – Proċedura fil-Bureau
Artikolu 41
Opinjonijiet – Bażi legali
Il-Kumitat jadotta l-opinjonijiet tiegħu skont l-Artikolu 307 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea:
|
a) |
meta jiġi kkonsultat mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni meta t-Trattati jipprevedu dan u fil-każijiet l-oħra kollha, partikolarment dawk li jikkonċernaw il-kooperazzjoni transkonfinali, li fihom waħda minn dawn l-istituzzjonijiet tikkunsidra li jkun adatt; |
|
b) |
fuq l-inizjattiva tiegħu stess fil-każ meta dan iqisu utli jew;
|
|
c) |
meta, fil-każ li jiġi kkonsultat il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali skont l-Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Kumitat jikkunsidra li huma involuti interessi speċifiċi reġjonali. |
Artikolu 42
Opinjonijiet – Ħatra tal-kummissjoni
|
1. |
Meta jirċievi dokumenti min-naħa tal-Kunsill, tal-Kummissjoni jew tal-Parlament Ewropew, il-President jgħaddihom lill-kummissjonijiet kompetenti, u l-Bureau jiġi mgħarraf matul il-laqgħa segwenti. |
|
2. |
Jekk is-suġġett ta' xi opinjoni jaqa' fil-kompetenzi ta' aktar minn kummissjoni waħda, il-President għandu jaħtar kummissjoni responsabbli u, jekk ikun neċessarju, jista' jipproponi li l-Bureau jwaqqaf grupp ta' ħidma li jkun fih rappreżentanti mill-kummissjonijiet ikkonċernati. |
|
3. |
Jekk xi kummissjoni ma taqbilx ma' xi deċiżjoni meħuda mill-President skont l-Artikolu 42(1) u (2), din tista', permezz tal-president tagħha, titlob lill-Bureau sabiex jieħu deċiżjoni. |
Artikolu 43
Ħatra ta' relatur ġenerali
|
1. |
F'każ li l-kummissjoni kkonċernata ma tistax tħejji abbozz ta' opinjoni sal-iskadenza meħtieġa, il-Bureau jista' jipproponi li l-Assemblea Plenarja taħtar relatur ġenerali, li għandu jippreżenta direttament lill-Assemblea Plenarja abbozz ta' opinjoni. |
|
2. |
F'każ li l-iskadenza meħtieġa ma tħallix biżżejjed ħin lill-Assemblea Plenarja tal-Kumitat sabiex taħtar relatur ġenerali, ir-relatur ġenerali jista' jinħatar mill-President u l-Assemblea Plenarja għandha tkun mgħarrfa matul il-laqgħa li jmiss tagħha. |
|
3. |
Ir-relatur ġenerali għandu jkun membru tal-kummissjoni kkonċernata. |
|
4. |
Fiż-żewġ każijiet, il-kummissjoni kkonċernata għandha tiltaqa', fejn ikun possibbli, sabiex isir dibattitu ġenerali esploratorju dwar is-suġġett. |
Artikolu 44
Opinjonijiet fuq inizjattiva proprja
|
1. |
It-talbiet għal tħejjija ta' opinjonijiet fuq inizjattiva proprja skont l-Artikolu 41(b)(ii) jistgħu jintbagħtu lill-Bureau minn tlieta mill-membri tiegħu, minn kummissjoni permezz tal-president tagħha jew minn 32 membru tal-Kumitat. Dawn it-talbiet għandhom jaslu għand il-Bureau, akkumpanjati mir-raġunijiet, flimkien mad-dokumenti l-oħra kollha ta' diskussjoni skont l-Artikolu 38(4), u fejn ikun possibbli, qabel ma jiġi adottat il-programm ta' ħidma annwali. |
|
2. |
Il-Bureau għandu jiddeċiedi dwar talbiet għal abbozzar ta' opinjonijiet fuq inizjattiva proprja skont l-Artikolu 41(b)(ii) b'maġġoranza ta' tliet kwarti tal-voti mixħuta. L-opinjonijiet għandhom jgħaddu għand il-kummissjoni kompetenti b'konformità mal-Artikolu 42. Il-President jinforma lill-Assemblea Plenarja dwar id-deċiżjonijiet kollha tal-Bureau relatati mal-approvazzjoni u mal-attribuzzjoni ta' dawn l-opinjonijiet fuq inizjattiva proprja. |
Artikolu 45
Tressiq tar-riżoluzzjonijiet
|
1. |
Jistgħu jitqiegħdu fuq l-aġenda dawk ir-riżoluzzjonijiet li jirreferu għal temi dwar l-oqsma ta' attività tal-Unjoni Ewropea, li jikkonċernaw tħassib importanti tal-awtoritajiet reġjonali u lokali u li għandhom natura ta' attwalità. |
|
2. |
Il-proposti ta' riżoluzzjonijiet jew it-talbiet ta' tħejjija ta' riżoluzzjoni għandhom jintbagħtu lill-Kumitat mingħand tal-inqas tnejn u tletin membru, jew minn xi grupp politiku. Il-proposti jew it-talbiet kollha għandhom jiġu ppreżentati lill-Bureau bil-miktub u jindikaw l-isem tal-membri jew tal-grupp politiku li jappoġġjawhom. Għandhom jaslu għand is-Segretarju Ġenerali mhux aktar tard minn ħamest ijiem ta' xogħol qabel il-ftuħ tal-laqgħa tal-Bureau. |
|
3. |
Jekk il-Bureau jiddeċiedi li l-Kumitat għandu jiddiskuti xi abbozz jew talba ta' riżoluzzjoni jista':
|
|
4. |
Abbozzi ta' riżoluzzjonijiet li huma marbutin ma' xi avveniment imprevedibbli li jseħħ wara l-iskadenza stabbilita fl-Artikolu 45(2) (riżoluzzjonijiet ta' urġenza) u li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 45(1), jistgħu jitressqu fil-bidu tal-laqgħa tal-Bureau. Jekk il-Bureau jiddeċiedi li l-proposta tolqot il-kompiti ewlenin tal-Kumitat, il-proposta titqies b'konformità mal-Artikolu 45(3)(b). L-emendi għall-abbozzi ta' riżoluzzjonijiet ta' urġenza jistgħu jitressqu minn kull membru matul is-sessjoni plenarja. |
Artikolu 46
Promozzjoni tal-opinjonijiet, rapporti u riżoluzzjonijiet
Il-Bureau huwa responsabbli għall-promozzjoni tal-opinjonijiet, ir-rapporti u r-riżoluzzjonijiet tal-Kumitat. Dan jadotta wkoll linji gwida għall-proċedura tas-segwitu tal-opinjonijiet, b'konformità mal-Artikolu 56.
KAPITOLU 4
Konferenza tal-Presidenti
Artikolu 47
Kompożizzjoni
Il-Konferenza tal-Presidenti għandha tkun magħmula mill-President, l-ewwel Viċi President u l-presidenti tal-gruppi politiċi. Il-presidenti tal-gruppi politiċi jistgħu jiġu rappreżentati minn membru ieħor tal-grupp tagħhom.
Artikolu 48
Setgħat
Il-Konferenza tal-Presidenti tiddibatti kwalunkwe mistoqsija li titressaq quddiemha mill-President bil-għan li tħejji u tiffaċilita t-tfittxija ta' kunsens politiku dwar id-deċiżjonijiet li jkollhom jittieħdu mill-korpi kostitwenti l-oħra tal-Kumitat.
Il-President, fil-komunikazzjoni tiegħu lill-Bureau, għandu jirrapporta dwar id-diskussjonijiet li jkun saru fil-laqgħa tal-Konferenza tal-Presidenti.
KAPITOLU 5
Kummissjonijiet
Artikolu 49
Kompożizzjoni u setgħat
|
1. |
Fil-bidu ta' kull mandat ta' ħames snin, l-Assemblea Plenarja tikkostitwixxi kummissjonijiet sabiex jippreparawlha ħidmitha. Għandha tiddeċiedi dwar il-kompożizzjoni u s-setgħat tagħhom fuq proposta mill-Bureau. |
|
2. |
Il-kompożizzjoni tal-kummissjonijiet għandha tirrifletti r-rappreżentanza tal-Istati Membri fil-Kumitat. |
|
3. |
Il-membri tal-Kumitat għandhom jissieħbu f'mill-inqas kummissjoni waħda iżda mhux aktar minn żewġ kummissjonijiet. Jistgħu jsiru eċċezzjonijiet mill-Bureau għall-membri li jappartjenu għal delegazzjonijiet nazzjonali li n-numru ta' membri tagħhom ikun anqas min-numru ta' kummissjonijiet. |
Artikolu 50
Il-President u l-Viċi Presidenti
|
1. |
Kull kummissjoni għandha teleġġi minn fost il-membri tagħha President, l-ewwel Viċi President u massimu ta' żewġ Viċi Presidenti oħra. Dawn għandhom jiġu eletti għal perjodu ta' sentejn u nofs. |
|
2. |
Fejn in-numru ta' kandidati jaqbel man-numru ta' siġġijiet li jridu jimtlew, il-kandidati jistgħu jiġu eletti b'akklamazzjoni. F'każ kontrarju jew fuq talba ta' wieħed minn kull sitt membri tal-kummissjoni, il-kandidati jiġu eletti b'votazzjoni skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 33(2) sa (4) li jirregolaw il-proċeduri tal-elezzjoni tal-President u tal-ewwel Viċi President tal-Kumitat. |
|
3. |
Jekk president jew viċi president ta' kummissjoni ma jibqax jagħmel parti mill-Kumitat jew jirriżenja mill-post tiegħu ta' president jew ta' viċi president ta' kummissjoni, il-post battal għandu jimtela skont id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu. |
Artikolu 51
Il-funzjonijiet tal-kummissjonijiet
|
1. |
B'konformità mal-kompetenzi li jiġu attribwiti lilhom mill-Assemblea Plenarja skont l-Artikolu 49, il-kummissjonijiet jiddiskutu politiki tal-Unjoni. Huma għandhom b'mod partikolari jħejju l-verżjonijiet tal-abbozzi tal-opinjonijiet, tar-rapporti u tar-riżoluzzjonijiet li mbagħad jintbagħtu lill-Assemblea Plenarja għal adozzjoni. |
|
2. |
Il-kummissjonijiet għandhom jiddeċiedu dwar it-tħejjija tal-opinjonijiet skont:
|
|
3. |
Għandhom iħejju l-programmi annwali tagħhom ta' ħidma skont il-prijoritajiet politiċi tal-Kumitat u jibagħtuhom lill-Bureau għall-adozzjoni. |
Artikolu 52
Konvokazzjoni tal-kummissjonijiet u l-aġenda
|
1. |
Id-data u l-aġenda tal-laqgħa ta' kummissjoni jiġu ddeterminati mill-President tagħha, bi qbil mal-ewwel Viċi President. |
|
2. |
Kummissjoni għandha titlaqqa' mill-President tagħha. Il-konvokazzjoni għal laqgħa ordinarja flimkien mal-aġenda għandha tasal għand il-membri mhux aktar tard minn erba' ġimgħat qabel id-data tal-laqgħa. |
|
3. |
Jekk minn tal-inqas kwart mill-membri jagħmlu talba bil-miktub, il-President huwa obbligat li jsejjaħ laqgħa straordinarja tal-kummissjoni, li għandha ssir mhux aktar tard minn erba' ġimgħat wara li tintbagħat it-talba. L-aġenda ta' laqgħa straordinarja għandha titfassal mill-membri li jibagħtu t-talba għal laqgħa bħal din. Għandha tintbagħat lill-membri flimkien mal-konvokazzjoni. |
|
4. |
L-abbozzi kollha ta' opinjonijiet u d-dokumenti l-oħra tad-diskussjoni li jkollhom bżonn jiġu tradotti għandhom jintbagħtu lis-segretarjat tal-kummissjoni kkonċernata mhux aktar tard minn ħames ġimgħat qabel id-data stabbilita għal-laqgħa. Għandhom ikunu disponibbli għall- membri b'mod elettroniku tal-anqas tnax-il jum ta' xogħol qabel id-data tal-laqgħa. F'każijiet eċċezzjonali, l-iskadenzi msemmija jistgħu jiġu emendati mill-President. |
|
5. |
Id-dokumenti għandhom jintbagħtu lis-segretarjat bil-posta elettronika b'konformità mal-format standard adottat mill-Bureau. Ir-rakkomandazzjonijiet politiċi li jkunu jinsabu fid-dokument m'għandhomx jaqbżu total ta' 10 paġni (15 000 karattru) b'aġġustament ta' mhux aktar minn 10 % għal raġunijiet lingwistiċi. Però jistgħu jingħataw derogi mill-president tal-kummissjoni f'każijiet eċċezzjonali, fejn is-suġġett jeħtieġ analiżi aktar profonda. |
Artikolu 53
Attendenza u aċċess għall-pubbliku
|
1. |
Il-membri u s-sostituti kollha li jieħdu sehem fil-laqgħat għandhom jiffirmaw lista ta' attendenza għal kull jum ta' laqgħa. |
|
2. |
Il-laqgħat tal-kummissjonijiet huma miftuħin għall-pubbliku, sakemm xi kummissjoni ma tiddeċidix mod ieħor fir-rigward tal-laqgħa kollha jew ta' xi punt speċifiku fuq l-aġenda tagħha. |
|
3. |
Ir-rappreżentanti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, kif ukoll viżitaturi oħrajn, jistgħu jkunu mistiedna sabiex jipparteċipaw fil-laqgħat tal-kummissjonijiet u sabiex iwieġbu għall-mistoqsijiet tal-membri. |
Artikolu 54
Skadenza għat-tħejjija tal-opinjonijiet
|
1. |
Il-kummissjonijiet jippreżentaw l-abbozzi ta' opinjoni qabel l-iskadenza prevista fil-kalendarju interistituzzjonali. In-numru ta' laqgħat għall-analiżi ta' abbozz ta' opinjoni m'għandux ikun aktar minn tnejn, mingħajr ma tiġi inkluża l-ewwel laqgħa li fiha tiġi organizzata l-ħidma. |
|
2. |
F'każijiet eċċezzjonali, il-Bureau jista' jawtorizza laqgħat supplimentari sabiex jiġi analizzat abbozz ta' opinjoni, jew jista' jġedded l-iskadenza għall-preżentazzjoni tal-abbozz. |
Artikolu 55
Kontenut tal-opinjonijiet
|
1. |
Opinjoni tal-Kumitat tippreżenta l-fehmiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat dwar is-suġġett inkwistjoni, kif ukoll, f'każ ta' bżonn, proposti konkreti għal modifikazzjoni fid-dokument diskuss. |
|
2. |
L-opinjonijiet tal-Kumitat dwar proposti għal atti leġislattivi f'oqsma li ma humiex fil-kompetenza esklużiva tal-Unjoni għandhom jesprimu fehma dwar il-konformità tal-proposta mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità.
L-opinjonijiet l-oħra tal-Kumitat jistgħu jirreferu, jekk ikun hemm bżonn, għall-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità kull meta dan ikun adatt. |
|
3. |
Dawn l-opinjonijiet għandhom ukoll, fejn huwa possibbli, jindirizzaw l-effetti mistennija fil-livell tal-amministrazzjoni u fuq il-finanzi reġjonali u lokali. |
|
4. |
L-opinjonijiet tal-Kumitat dwar l-atti leġislattivi għandhom jinkludu rakkomandazzjonijiet biex jiġi emendat it-test tal-Kummissjoni Ewropea. |
|
5. |
F'każ ta' bżonn, għandha titħejja dikjarazzjoni ta' spjega mir-relatur u m'għandhiex titressaq għall-votazzjoni. Għandha, iżda, taqbel mat-test tal-opinjoni li tressaq għall-vot. |
|
6. |
Abbozz ta' opinjoni li jipproponi attività ġdida tal-Kumitat b'implikazzjonijiet finanzjarji għandu jkun akkumpanjat minn anness bi stima tal-ispejjeż ta' dik l-attività. Il-Bureau għandu jadotta dispożizzjonijiet biex jimplimenta dan l-Artikolu. |
Artikolu 56
Segwitu tal-opinjonijiet tal-Kumitat
Matul il-perjodu ta' wara l-adozzjoni ta' opinjoni, ir-relatur u l-president tal-kummissjoni li tkun ġiet inkarigata mit-tħejjija tal-abbozz ta' opinjoni għandhom, bl-għajnuna tas-Segretarjat Ġenerali, isegwu l-proċedura li fuqha tkun imsejsa l-konsultazzjoni tal-Kumitat u jwettqu l-attivitajiet adatti kollha biex jippromovu l-pożizzjonijiet tal-Kumitat kif ikunu ġew adottati fl-opinjoni, waqt li jikkunsidraw il-kalendarju istituzzjonali.
Artikolu 57
Opinjonijiet riveduti
|
1. |
Jekk il-kummissjoni tqis li jkun hemm bżonn, tista' titlob permess lill-Bureau biex tfassal abbozz rivedut ta' opinjoni dwar l-istess suġġett u, fejn ikun possibbli, bl-istess relatur, biex jiġu kkunsidrati u indirizzati l-iżviluppi interistituzzjonali fil-proċedura leġislattiva relatata. F'każ li l-progress fil-proċedura ma jippermettix biżżejjed żmien għall-Bureau biex jieħu deċiżjoni, il-President jista' jawtorizza t-tħejjija tal-opinjoni riveduta u jinforma lill-Bureau fil-laqgħa li jmiss tiegħu. |
|
2. |
Jekk jista' jkun, il-kummissjoni għandha tiltaqa' biex tiddiskuti u tadotta l-abbozz rivedut ta' opinjoni li għandu jiġi ppreżentat fis-sessjoni plenarja li jmiss. |
|
3. |
F'każ li l-progress fil-proċedura li fuqha hija msejsa l-konsultazzjoni tal-Kumitat ma jippermettix biżżejjed żmien biex il-kummissjoni tadotta l-abbozz rivedut ta' opinjoni, il-president ta' din il-kummissjoni għandu jinforma lill-President tal-Kumitat minnufih dwar dan sabiex tkun tista' tintuża l-proċedura ta' ħatra ta' relatur ġenerali skont l-Artikolu 43 li għandu jiġi invokat. |
Artikolu 58
Rikors minħabba ksur tal-prinċipju tas-sussidjarjetà
|
1. |
Il-President tal-Kumitat jew il-kummissjoni inkarigata mit-tħejjija tal-abbozz ta' opinjoni jistgħu jipproponu li jitressaq rikors jew talba għal intervent quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għall-ksur tal-prinċipju tas-sussidjarjetà minn att leġislattiv li, skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Kumitat għandu jiġi kkonsultat dwaru qabel ma jiġi adottat. |
|
2. |
Il-kummissjoni tieħu deċiżjoni b'maġġoranza tal-voti mixħuta, wara verifika minn qabel li jkun intlaħaq il-kworum ta' preżenza skont l-Artikolu 64(1). Il-proposta tal-kummissjoni għandha tintbagħat lill-Assemblea Plenarja għal deċiżjoni b'konformità mal-Artikolu 13(g) jew lill-Bureau fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 37(j). Il-kummissjoni għandha tagħti raġuni għall-proposta tagħha f'rapport dettaljat li jkun jinkludi, jekk meħtieġ, il-bżonn li tittieħed deċiżjoni minnufih fuq il-bażi tal-Artikolu 37(j). |
Artikolu 59
Nuqqas li ssir konsultazzjoni obbligatorja mal-Kumitat
|
1. |
Jekk il-Kumitat tar-Reġjuni ma jiġix ikkonsultat fil-każijiet stabbiliti mit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-President tal-Kumitat jew waħda mill-kummissjonijiet jistgħu jipproponu lill-Assemblea Plenarja b'konformità mal-Artikolu 13(ġ) jew lill-Bureau fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 37(j), li jitressaq rikors jew talba għal intervent quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. |
|
2. |
Il-kummissjoni tieħu deċiżjoni b'maġġoranza tal-voti mixħuta, wara verifika minn qabel li jkun intlaħaq il-kworum ta' preżenza skont l-Artikolu 64(1). Il-kummissjoni għandha tagħti raġuni għall-proposta tagħha f'rapport dettaljat li jkun jinkludi, jekk meħtieġ, il-bżonn li tittieħed deċiżjoni minnufih fuq il-bażi tal-Artikolu 37(j). |
Artikolu 60
Rapport dwar l-impatt tal-opinjonijiet
Mill-inqas darba f'sena, is-Segretarjat Ġenerali għandu jressaq quddiem l-Assemblea Plenarja rapport dwar l-impatt tal-opinjonijiet tal-Kumitat fuq il-bażi, b'mod partikolari, tal-kontribuzzjonijiet li tgħaddilu kull kummissjoni kompetenti għal dan il-għan, u tal-informazzjoni miġbura mill-istituzzjonijiet ikkonċernati.
Artikolu 61
Relaturi
|
1. |
Kull kummissjoni, fuq proposta tal-President tagħha, għandha tinnomina relatur jew, f'każijiet b'raġuni adatta, żewġ relaturi minn fost il-membri tagħha jew sostuti b'mandat kif dovut sabiex ifasslu abbozz ta' opinjoni. |
|
2. |
Fil-ħatra tar-relaturi, kull kummissjoni għandha tiżgura allokazzjoni ġusta u bbilanċjata tal-opinjonijiet. |
|
3. |
F'każijiet urġenti, il-president tal-kummissjoni jista' jirrikorri għal proċedura bil-miktub sabiex jaħtar relatur. Il-president jitlob lill-membri tal-kummissjoni sabiex iressqu, bil-miktub u fi żmien tlett ijiem ta' xogħol, kwalunkwe oġġezzjoni għall-ħatra tar-relatur propost. F'każ ta' oġġezzjoni, il-President u l-ewwel Viċi President jiddeċiedu bi qbil komuni. |
|
4. |
Jekk il-President jew wieħed mill-Viċi Presidenti ta' kummissjoni jinħatar bħala relatur, huwa għandu, matul l-analiżi tal-abbozz tal-opinjoni, jgħaddi l-presidenza tal-laqgħa lil xi Viċi President ieħor jew lill-aktar membru anzjan fl-età preżenti. |
|
5. |
Meta relatur ma jibqax membru jew sostitut tal-Kumitat, għandu jinħatar relatur ieħor tal-istess grupp politiku fi ħdan il-kummissjoni, jekk ikun hemm bżonn billi tintuża l-proċedura stabbilita f'paragrafu 3. |
Artikolu 62
Gruppi ta' ħidma tal-kummissjonijiet
|
1. |
F'ċerti sitwazzjonijiet li jesiġu dan, il-kummissjonijiet jistgħu jwaqqfu, bl-approvazzjoni tal-Bureau, gruppi ta' ħidma. Il-membri tal-gruppi ta' ħidma jistgħu wkoll jiġu minn kummissjoni oħra. |
|
2. |
Membru ta' grupp ta' ħidma li ma jistax jattendi laqgħa jista' jiġi sostitwit minn membru jew minn rappreżentant tal-grupp politiku tiegħu li jidher fil-lista ta' sostituti għal dan il-grupp ta' ħidma. Meta ma jkunx hemm sostitut fil-lista, il-membru jista' jiġi sostitwit minn kwalunkwe membru jew sostitut ieħor mill-grupp politiku tiegħu. |
|
3. |
Kull grupp ta' ħidma jista' jaħtar president u viċi president minn fost il-membri tiegħu. |
|
4. |
Il-gruppi ta' ħidma jistgħu jadottaw konklużjonijiet li għandhom jiġu komunikati lill-kummissjonijiet tagħhom. |
Artikolu 63
Esperti tar-relaturi
|
1. |
Kull relatur jista' jiġi megħjun minn espert. |
|
2. |
L-esperti tar-relaturi u l-esperti mistiedna mill-kummissjoni għandhom id-dritt għar-rimborż tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tas-sussistenza. |
|
3. |
L-esperti ma jirrappreżentawx lill-Kumitat u ma jitkellmux f’ismu. |
Artikolu 64
Kworum
|
1. |
Il-kworum ta' kummissjoni jintlaħaq meta aktar minn nofs il-membri jkunu preżenti. |
|
2. |
Il-kworum jiġi verifikat fuq it-talba ta' membru u bil-kondizzjoni li minn tal-inqas għaxar membri jivvotaw favur din it-talba. Jekk il-verifika tal-kworum ma tintalabx, il-voti kollha għandhom ikunu validi hu kemm hu n-numru ta' nies preżenti. Il-president jista' jinterrompi l-laqgħa tal-kummissjoni għal massimu ta' 10 minuti qabel ma jipproċedi għal verifika tal-kworum. Il-membri li jkunu talbu li jiġi verifikat il-kworum iżda li ma jkunux għadhom preżenti fil-kamra tal-kummissjoni għandhom jiġu kkunsidrati bħala preżenti għall-finijiet tal-għadd tal-kworum. Jekk ikun hemm anqas minn għaxar membri preżenti, il-president jista' jiddeċiedi li ma ntlaħaqx il-kworum. |
|
3. |
Jekk jitqies li l-kworum ma ntlaħaqx, il-kummissjoni tista' tipproċedi għall-analiżi tal-punti li jibqa' fuq l-aġenda u li ma jeħtiġux vot, waqt li tipposponi għal-laqgħa segwenti d-diskussjonijiet u l-votazzjonijiet fuq il-punti tal-aġenda sospiżi. Id-deċiżjonijiet jew il-voti kollha li jittieħdu matul il-laqgħa qabel il-verifika tal-kworum jibqgħu validi. |
Artikolu 65
Votazzjoni
Id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu b'maġġoranza tal-voti mixħuta. Għandhom jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 22(2).
Artikolu 66
Emendi
|
1. |
L-emendi għandhom jitressqu qabel it-3 p.m. fid-disa' jum ta' xogħol qabel id-data tal-laqgħa. F'każijiet eċċezzjonali, id-data ta' għeluq tista' tiġi emendata mill-President.
L-emendi tal-kummissjoni jistgħu jitressqu biss mill-membri ta' din il-kummissjoni, jew mill-membri jew sostituti b'mandat kif dovut skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5(2), kif ukoll f'dak li jirrigwarda l-opinjoni tiegħu mill-membru sostitu mhux b'mandat iżda maħtur bħala relatur. Id-dritt li jitressqu l-emendi għal laqgħa tal-kummissjoni jista' jintuża b'mod esklużiv biss minn membru ta' din il-kummissjoni jew minn membru ieħor jew minn sostitut b'mandat kif dovut. L-emendi debitament imressqa qabel ma membru jew sostitut fi ħdan il-Kumitat ma jibqax tali jew qabel ma tingħata jew tiġi rrevokata delega jibqgħu validi. L-emendi għandhom jingħataw prijorità fil-proċess tat-traduzzjoni u mbagħad jintbagħtu lir-relatur sabiex ikun jista' jressaq l-emendi tar-relatur quddiem is-Segretarjat Ġenerali mhux aktar tard minn tliet ijiem ta' xogħol qabel id-data tal-laqgħa. L-emendi tar-relatur għandhom ikunu marbuta ma' emenda jew għadd ta' emendi li ssir referenza għalihom fil-paragrafu 1. Dawn l-emendi tar-relatur għandhom ikunu disponibbli b'mod elettroniku hekk kif jiġu tradotti u għandha titqassam kopja stampata mill-inqas waqt il-ftuħ tas-sessjoni plenarja. Jiġu applikati mutatis mutandis id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 24(1) sa (6). |
|
2. |
Il-votazzjonji fuq l-emendi għandha timxi bl-istess ordni tal-punti tal-abbozz ta' opinjoni li qiegħed jiġi analizzat. |
|
3. |
Il-votazzjoni finali ssir fuq it-test sħiħ, sew jekk huwa emendat sew jekk le. Jekk opinjoni ma tiksibx maġġoranza tal-voti mixħuta, il-kummissjoni għandha tiddeċiedi li:
|
|
4. |
Meta l-opinjoni tiġi adottata fil-Kummissjoni għandha tintbagħat mill-president tal-kummissjoni lill-President tal-Kumitat. |
Artikolu 67
Deċiżjoni li ma titfassalx opinjoni
|
1. |
Meta l-kummissjoni responsabbli tqis li xi konsultazzjoni li tiġi indirizzata lilha skont l-Artikolu 41(a) m'għandha l-ebda interess reġjonali jew lokali, jew mhijiex ta' importanza politika, tista' tiddeċiedi li ma tħejjix opinjoni. Is-Segretarju Ġenerali jinforma lill-istituzzjonijiet Ewropej rilevanti dwar din id-deċiżjoni. |
|
2. |
Meta l-kummissjoni responsabbli tqis li konsultazzjoni li tkun ġiet indirizzata lilha skont l-Artikolu 41(a) tkun importanti, iżda li, għal raġunijiet ta' prijorità u/jew għaliex diġà ġew adottati opinjonijiet rilevanti fil-passat reċenti, ma tkunx meħtieġa opinjoni ġdida, il-kummissjoni responsabbli tista' tiddeċiedi li ma toħroġx opinjoni. F'dan il-każ, il-Kumitat jista' jiddeċiedi li jirrispondi lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea b'rinunzja motivata fil-forma ta' ittra ffirmata mill-President tal-Kumitat. L-ittra għandha titħejja mill-president tal-kummissjoni responsabbli b'konsultazzjoni mar-relaturi tal-opinjonijiet preċedenti dwar l-istess suġġett. |
Artikolu 68
Proċedura bil-miktub
|
1. |
F'ċirkostanzi eċċezzjonali, il-president ta' kummissjoni jista' jirrikorri għal proċedura bil-miktub sabiex tiġi adottata deċiżjoni dwar it-tħaddim tal-kummissjoni tiegħu. |
|
2. |
Il-president jibgħat il-proposta għal deċiżjoni lill-membri u jitlobhom sabiex iressqu kwalunkwe oġġezzjoni bil-miktub, fi żmien tlett ijiem ta' xogħol. |
|
3. |
Id-deċiżjoni għandha titqies adottata sakemm ma jkunx hemm oġġezzjoni minn tal-inqas sitt membri. |
Artikolu 69
Dispożizzjonijiet applikabbli għall-kummissjonijiet
Jiġu applikati mutatis mutandis l-Artikoli 11, 12 (2), 17(1) sa (3) u 20.
KAPITOLU 6
Amministrazzjoni tal-Kumitat
Artikolu 70
Segretarjat Ġenerali
|
1. |
Il-Kumitat huwa assistit minn Segretarjat Ġenerali. |
|
2. |
Is-Segretarjat Ġenerali għandu jkun immexxi minn Segretarju Ġenerali. |
|
3. |
Il-Bureau, fuq proposta tas-Segretarju Ġenerali, għandu jorganizza s-Segretarjat Ġenerali b'tali mod li dan tal-aħħar ikun kapaċi li jiżgura t-tħaddim effiċjenti tal-Kumitat u l-korpi kostitwenti tiegħu u jassisti lill-membri tal-Kumitat fil-qadi ta' dmirijiethom. B'dan il-mod jistabbilixxi s-servizzi li l-amministrazzjoni trid tipprovdi lill-membri, lid-delegazzjonijiet nazzjonali, lill-gruppi politiċi u lill-membri mhux affiljati. |
|
4. |
Is-Segretarjat Ġenerali jistabbilixxi l-minuti tal-laqgħat tal-korpi kostitwenti tal-Kumitat. |
Artikolu 71
Segretarju Ġenerali
|
1. |
Is-Segretarju Ġenerali għandu jkun responsabbli għat-twettiq tad-deċiżjonijiet li jittieħdu mill-Bureau jew mill-President, b'konformità ma' dawn ir-Regoli ta' Proċedura u l-qafas legali applikabbli. Huwa għandu jattendi l-laqgħat tal-Bureau fil-kwalità ta' konsulent u għandu jżomm il-minuti ta' dawn il-laqgħat. |
|
2. |
Is-Segretarju Ġenerali għandu jaqdi dmirijietu taħt id-direzzjoni tal-President, li jirrappreżenta l-Bureau. Kull sena s-Segretarju Ġenerali jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Bureau r-rapport annwali dwar l-attivitjiet li jagħti rendikont tal-eżerċizzju tal-funzjonijiet tiegħu ta' uffiċjal awtorizzanti b'delega u jippreżenta sinteżi ta' dan ir-rapport għal diskussjoni eventwali. |
Artikolu 72
Impjieg tas-Segretarju Ġenerali
|
1. |
Il-Bureau għandu jimpjega lis-Segretarju Ġenerali b'deċiżjoni li tittieħed mill-maġġoranza ta' żewġ terzi, u wara li jiġi verifikat il-kworum tal-preżenzi skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 38(2). |
|
2. |
Is-Segretarju Ġenerali għandu jiġi impjegat għal ħames snin. Id-dispożizzjonijiet partikolari tal-kuntratt ta' impjieg tiegħu għandhom jiġu stabbiliti mill-Bureau, waqt li jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2 u d-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea.
Is-Segretarju Ġenerali jista' jiġi impjegat mill-ġdid għal perjodu wieħed ieħor biss ta' mhux aktar minn ħames snin. F'każ ta' assenza jew impediment, il-funzjonijiet tas-Segretarju Ġenerali jiġu eżerċitati minn Direttur maħtur mill-Bureau. |
|
3. |
Is-setgħat li l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea jikkonferixxu lill-awtorità responsabbli sabiex tikkonkludi l-kuntratti ta' impjieg jiġu eżerċitati, fil-każ tas-Segretarju Ġenerali, mill-Bureau. |
Artikolu 73
Regolamenti tal-Persunal għall-uffiċjali u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni
|
1. |
Is-setgħat li r-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jikkonferixxi lill-awtorità li għandha s-setgħat ta' ħatra għandhom jiġu eżerċitati kif ġej:
|
|
2. |
Is-setgħat li l-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-ħaddiema l-oħra tal-Unjoni Ewropea jinkkonferixxu awtorità responsabbli sabiex tikkonkludi l-kuntratti ta' impjieg għandhom jiġu eżerċitati kif ġej:
Il-ħaddiema temporanji impjegati fl-uffiċċju privat tal-President jew tal-ewwel Viċi President għandhom jibqgħu ingaġġati sat-tmiem tal-mandat tal-President jew tal-Viċi President.
|
|
3. |
Il-Bureau u s-Segretarju Ġenerali jistgħu jiddelegaw is-setgħat mogħtija lilhom minn dan l-Artikolu.
Id-deċiżjonijiet ta' delega għandhom jispeċifikaw l-ambitu tas-setgħat delegati, sal-limiti u l- perjodu ta' validità tagħhom, waqt li jispeċifikaw ukoll jekk jistgħux jiġu sottodelegati. |
Artikolu 74
Bibien magħluqa
Il-Bureau jiltaqa' bil-bibien magħluqa meta jieħu deċiżjonijiet b'konformità mal-Artikoli 72 u 73.
Artikolu 75
Baġit
|
1. |
Il-Kummissjoni għall-Affarijiet Finanzjarji u Amministrattivi għandha tibgħat lill-Bureau l-abbozzi preliminari tal-infiq u d-dħul tal-Kumitat għas-sena finanzjarja segwenti. Il-Bureau għandu jibgħat dan l-abbozz preliminari lill-Assemblea Plenarja għall-adozzjoni.
Il-President, wara li jikkonsulta lill-Konferenza tal-Presidenti, iressaq quddiem il-Bureau l-linji gwida strateġiċi ġenerali li għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni għall-Affarijiet Finanzjarji u Amministrattivi għat-tħejjija tal-baġit għas-sena n+2. |
|
2. |
L-Assemblea Plenarja tadotta l-abbozzi preliminari tal-infiq u d-dħul tal-Kumitat u tibgħathom lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew fil-ħin sabiex tiżgura li l-iskadenzi preskritti fir-regolament baġitarju jiġu rispettati. |
|
3. |
Il-President tal-Kumitat, wara li jikkonsulta lill-Kummissjoni għall-Affarijiet Finanzjarji u Amministrattivi, għandu jipproċedi għall-attwazzjoni tar-rendikont tal-infiq u d-dħul, jew jara li jkun attwat, skont ir-regoli finanzjarji interni adottati mill-Bureau. Huwa għandu jaqdi dawn il-funzjonijiet skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea. |
TITOLU III
DISPOŻIZZJONIJIET OĦRA
KAPITOLU 1
Kooperazzjoni, trażmissjoni u pubblikazzjoni
Artikolu 76
Ftehim ta' kooperazzjoni
Il-Bureau, fuq proposta tas-Segretarju Ġenerali, jista' jikkonkludi ftehimiet ta' kooperazzjoni bil-għan li jiffaċiltaw l-eżerċitar tas-setgħat tal-Kumitat b'rabta mal-applikazzjoni tat-Trattati jew bil-għan li tittejjeb il-kooperazzjoni politika tiegħu.
Artikolu 77
Trażmissjoni u pubblikazzjoni tal-opinjonijiet u tar-riżoluzzjonijiet
|
1. |
L-opinjonijiet tal-Kumitat, kif ukoll il-komunikazzjonijiet relatati mal-applikazzjoni ta' proċedura semplifikata skont l-Artikolu 27 jew mad-deċiżjoni li ma titfassalx opinjoni skont l-Artikolu 67, għandhom ikunu indirizzati lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Parlament Ewropew. Bħalma jiġri fil-każ tar-riżoluzzjonijiet, għandhom jintbagħtu mill-President. |
|
2. |
L-opinjonijiet u r-riżoluzzjonijiet huma ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
KAPITOLU 2
Aċċess għall-pubbliku, trasparenza u dikjarazzjoni tal-interessi finanzjarji tal-membri
Artikolu 78
Aċċess għad-dokumenti mill-pubbliku
|
1. |
Kull ċittadin tal-Unjoni u kull persuna fiżika jew ġuridika residenti jew li jkollha l-uffiċju reġistrat tagħha fi Stat Membru għandhom id-dritt għal aċċess għad-dokumenti tal-Kumitat, b'konformità mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, iżda b'riserva skont il-prinċipji, il-kondizzjonijiet u l-limiti stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u b'konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti mill-Bureau tal-Kumitat. L-aċċess għad-dokumenti tal-Kumitat għandu jingħata, fejn possibbli, bl-istess mod lill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi l-oħra. |
|
2. |
Il-Kumitat għandu jistabbilixxi reġistru tad-dokumenti tiegħu. Għal dan il-għan, il-Bureau jadotta r-regoli interni dwar l-aċċess u jagħmel lista ta' dokumenti li huma direttament aċċessibbli. |
Artikolu 79
Dikjarazzjoni tal-Interessi Finanzjarji tal-Membri
Meta jidħlu fil-kariga tagħhom fil-Kumitat, il-membri għandhom jimlew dikjarazzjoni tal-interessi finanzjarji tagħhom skont il-mudell adottat mill-Bureau, u għandhom iżommuha aġġornata u għandha tkun aċċessibbli għall-pubbliku.
KAPITOLU 3
Użu tal-ilsna
Artikolu 80
Sistema lingwistika tal-interpretazzjoni
Sakemm ikun possibbli, jiġu implimentati l-mezzi li jiffaċilitaw it-twettiq tal-prinċipji li ġejjin fir-rigward tas-sistema lingwistika tal-interpretazzjoni:
|
a) |
Id-dibattiti tal-Kumitat għandhom ikunu disponibbli bl-ilsna uffiċjali, sakemm il-Bureau ma jiddeċidix mod ieħor. |
|
b) |
Kull membru għandu d-dritt jesprimi ruħu quddiem is-sessjoni plenarja bl-ilsien uffiċjali li jagħżel hu. Kull intervent li jsir b'ilsien uffiċjali jinqaleb simultanjament għall-ilsna uffiċjali l-oħra u għal kwalunkwe ilsien ieħor jekk il-Bureau jaħseb li hemm bżonn. Dan il-paragrafu għandu japplika wkoll għall-ilsna li ngħataw din il-possibbiltà fil-ftehimiet amministrattivi tal-Kumitat ma' diversi Stati Membri. |
|
c) |
Fil-każ tal-laqgħat tal-Bureau, tal-kummissjonijiet, u tal-gruppi ta' ħidma, l-interpretazzjoni hija disponibbli mill-ilsna u għall-ilsna li jintużaw mill-membri li jkunu kkonfermaw l-attendenza tagħhom għal-laqgħa kkonċernata. |
KAPITOLU 4
Osservaturi
Artikolu 81
Osservaturi
|
1. |
Meta jkun ġie ffirmat Trattat dwar l-adeżjoni ta' xi Stat mal-Unjoni Ewropea, il-President jista', wara li jkun kiseb il-qbil tal-Bureau, jistieden lill-parlament tal-Istat li qed jaderixxi biex jaħtar numru ta' osservaturi li jkun daqs in-numru ta' siġġijiet futuri fil-Kumitat allokati lil dak l-Istat. |
|
2. |
Dawk l-osservaturi għandhom jieħdu sehem bis-sħiħ jew parzjalment fil-proċeduri tal-Kumitat sakemm jidħol fis-seħħ it-Trattat ta' Adeżjoni, u għandu jkollhom id-dritt li jitkellmu fil-korpi kostitwenti tiegħu.
M'għandux ikollhom id-dritt li jivvutaw jew li joħorġu għall-elezzjoni għal pożizzjonijiet fi ħdan il-Kumitat. Il-parteċipazzjoni tagħhom m'għandu jkollha l-ebda effett legali fuq il-proċeduri tal-Kumitat. |
|
3. |
It-trattament tagħhom għandu jiġi assimilat ma' dak ta' membru f'dak li għandu x'jaqsam mal-użu tal-faċilitajiet u r-rimborż tal-ispejjeż li jġarrbu fl-attivitajiet tagħhom bħala osservaturi, fil-limiti tar-riżorsi finanzjarji allokati għall-intestatura baġitarja rilevanti għal dan il-għan. |
KAPITOLU 5
Regoli ta' proċedura
Artikolu 82
Reviżjoni tar-Regoli ta' Proċedura
|
1. |
L-Assemblea Plenarja għandha tiddeċiedi b'maġġoranza tal-membri tagħha jekk hemmx ħtieġa li tirrevedi dawn ir-Regoli ta' Proċedura, parzjalment jew fl-intier tagħhom. |
|
2. |
Għandha tinnomina kummissjoni ad hoc li tkun responsabbli għat-tħejjija ta' rapport u ta' abbozz ta' test li fuq il-bażi tiegħu tipproċedi għall-adozzjoni tad-dispożizzjonijiet il-ġodda b'maġġoranza tal-membri tagħha. Id-dispożizzjonijiet il-ġodda għandhom jidħlu fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tagħhom fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
Artikolu 83
Istruzzjonijiet tal-Bureau
Il-Bureau jista' jistabbilixxi, permezz ta' struzzjonijiet, id-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni ta' dawn ir-Regoli ta' Proċedura, b'konformità ma' dawn tal-aħħar.
Artikolu 84
Dħul fis-seħħ tar-Regoli ta' Proċedura
Dawn ir-Regoli ta' Proċedura għandhom jidħlu fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tagħhom f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.