|
ISSN 1977-074X doi:10.3000/1977074X.L_2014.062.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 62 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 57 |
|
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
4.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 62/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 197/2014
tat-28 ta’ Frar 2014
dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-merkanzija msemmija fl-Anness ma' dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kull subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b’dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ ta' merkanzija. |
|
(3) |
Skont dawn ir-regoli ġenerali, il-merkanzija deskritta fil-kolonna (1) tat-tabella li tinsab fl-Anness għandha tiġi kklassifikata taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’ din it-tabella. |
|
(4) |
Huwa xieraq li jiġi pprovdut li informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa fir-rigward tal-merkanzija kkonċernata minn dan ir-Regolament li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament tista’, għal ċertu perjodu, tibqa’ tiġi invokata mid-detentur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (2). Dan il-perjodu għandu jkun ta’ tliet xhur. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-merkanzija deskritta fil-kolonna (1) tat-tabella li tinsab fl-Anness hija kklassifikata fin-Nomenklatura Magħquda skont il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta’ din it-tabella.
Artikolu 2
L-informazzjoni tariffarja vinkolanti li ma tkunx tikkonforma ma’ dan ir-Regolament tista’ tibqa’ tiġi invokata skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta’ tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Frar 2014.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Algirdas ŠEMETA
Membru tal-Kummissjoni
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).
ANNESS
|
Deskrizzjoni tal-merkanzija |
Klassifikazzjoni (Kodiċi tan-NM) |
Raġunijiet |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
Il-prodott huwa skutella tonda ffurmata, tal-plastik. Id-dijametru tagħha huwa madwar 18,5 cm u l-għoli huwa madwar 7 cm. L-iskutella tesa' madwar 700 ml. L-iskutella hija kontenitur għall-ikel tal-annimali domestiċi biex tagħlef l-annimali (pereżempju, klieb). |
3924 90 00 |
Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u bil-kliem tal-kodiċijiet NM 3924 u 3924 90 00 . L-intestatura 3924 tkopri firxa wiesgħa ta’ oġġetti tad-dar u ma teskludix l-oġġetti li ma jkunux maħsuba għall-użu mill-bnedmin. Minħabba l-karatteristiċi oġġettivi tagħha, l-iskutella tal-ikel għall-annimali domestiċi titqies bħala oġġett tad-dar taħt l-intestatura 3924 . Għaldaqstant il-prodott jiġi klassifikat taħt il-kodiċi NM 3924 90 00 bħala oġġetti oħrajn tad-dar u oġġetti tal-iġjene jew tat-twaletta, tal-plastik. |
|
4.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 62/4 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 198/2014
tat-28 ta’ Frar 2014
dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti. |
|
(3) |
Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella li tinsab fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’ dik it-tabella. |
|
(4) |
Għandu jiġi pprovdut illi informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa fir-rigward tal-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament tista’, għal ċertu perjodu, tibqa’ tiġi invokata mid-detentur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (2). Dak il-perjodu għandu jkun ta’ tliet xhur. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta’ din it-tabella.
Artikolu 2
L-informazzjoni tariffarja vinkolanti li ma tkunx tikkonforma ma’ dan ir-Regolament tista’ tibqa’ tiġi invokata skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta’ tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fi Il-Ġurnal Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Frar 2014.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Algirdas ŠEMETA
Membru tal-Kummissjoni
(2) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).
ANNESS
|
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi tan-NM) |
Raġunijiet |
||||||||||
|
(1) |
(2) |
(3) |
||||||||||
|
Prodott ippreżentat f’pilloli, li jkun għall-bejgħ mill-ħwienet f’kaxxa tal-plastik li fiha 30 pillola. Il-kontenut ta’ kull pillola jikkonsisti fil-komponenti li ġejjin:
Skont it-tabella l-prodott huwa ppreżentat bħala suppliment tal-ikel għall-konsum mill-bniedem. |
2106 90 92 |
Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-Regoli Ġenerali 1 sa 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota Addizzjonali 5 għall-Kapitolu 21 u l-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 2106 , 2106 90 u 2106 90 92 . Il-prodott ma juri l-ebda proprjetajiet profilattiċi jew terapewtiċi definiti b’mod ċar. Konsegwentement, ma jistax jiġi kklassifikat taħt l-intestatura 3004 bħala mediċina. Peress illi l-prodott huwa preparazzjoni tal-ikel ippreżentat f’forma ta’ dożi mkejla u maħsub biex jintuża bħala suppliment għal mal-ikel, ir-rekwiżiti tan-Nota Addizzjonali 5 sal-Kapitolu 21 huma sodisfatti. Il-prodott huwa preparazzjoni ta’ enżimi b’sustanzi miżjuda u preżentazzjoni li tagħmilha adatta għal għan speċifiku, jiġifieri bħala suppliment għal mal-ikel għall-konsum mill-bniedem (ara wkoll in-Noti ta’ Spjegazzjoni dwar is-Sistema Armonizzata għall-intestatura 3507 , il-punt (C), l-ewwel paragrafu). Konsegwentement, minħabba li l-prodott huwa kopert minn Nota addizzjonali 5 għal Kapitlu 21, il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 3507 bħala enżima ppreparat hija eskluża. Għalhekk, il-prodott għandu jiġi kklassifikat taħt l-intestatura 2106 bħala preparazzjoni tal-ikel li mhux speċifikat jew inkluż band’oħra. |
|
4.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 62/6 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 199/2014
tat-28 ta’ Frar 2014
li jikkonċerna l-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ma' dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqu, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b’dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u ta' miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti. |
|
(3) |
Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella li tinsab fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’ dik it-tabella. |
|
(4) |
Huwa xieraq li jiġi stipulat li informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa fir-rigward tal-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament tista’, għal ċertu perjodu, tibqa’ tiġi invokata mid-detentur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (2). Dan il-perjodu għandu jkun ta’ tliet xhur. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness huma kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta’ dik it-tabella.
Artikolu 2
L-informazzjoni tariffarja vinkolanti li ma tkunx tikkonforma ma’ dan ir-Regolament tista’ tibqa’ tiġi invokata skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta’ tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Frar 2014.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Algirdas ŠEMETA
Membru tal-Kummissjoni
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).
ANNESS
|
Deskrizzjoni tal-oġġetti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi tan-NM) |
Raġunijiet |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
Prodott fil-forma ta' ġiraffa stilizzata (b'tul ta' madwar 36 cm u piż ta' madwar 820 g), li jikkonsisti bil-parti ta' barra li hi ratba u tat-tessut mimlija b'diversi materjali. Ir-ras hija mimlija b’materjal tat-tessut artab filwaqt li l-korp u r-riġlejn jinkludu mili sfuż millieġ u tal-lavanda (li ma jistgħux jittieħdu għal użu bħala imħadda separata). Il-prodott jista’ jissaħħan jew f’microwave jew forn tradizzjonali u wkoll imkessaħ kemm ġo friġġ kif ukoll ġo friżer sabiex jintuża bħala imħadda għat-tisħin jew għat-tkessiħ. (*1) Ara l-immaġni. |
9503 00 41 |
Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, u bil-kliem tal-kodiċijiet NM 9503 00 u 9503 00 41 . Minħabba d-disinn u l-preżentazzjoni, il-prodott hu bażikament intenzjonat għad-divertiment ta' tfal u tal-adulti (ara wkoll in-Noti ta' Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata għall-Kapitolu 95, Ġenerali, u għall-intestatura 9503 , l-ittra (D)). Kwalunkwe użu ieħor ibbażat fuq il-kapaċità ta’ tisħin jew ta' tkessiħ hu kkunsidrat sussidjarju għall-valur ta’ divertiment tiegħu. Għalhekk il-prodott hu kkunsidrat bħala ġugarell skont l-intestatura 9503 . Klassifikazzjoni fuq il-bażi ta' wieħed mill-materjali kostitwenti tiegħu (pereżempju millieġ skont l-intestatura 1008 jew bħala tessut ieħor magħmul skont l-intestatura 6307 ) hi b'hekk eskluża. Għalhekk il-prodott għandu jiġi kklassifikat bħala ġugarell mimli materjal li jirrappreżenta annimal skont il-kodiċi NM 9503 00 41 . |
(*1) L-immaġni hi biss għal skopijiet ta' informazzjoni.
|
4.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 62/8 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 200/2014
tat-3 ta’ Marzu 2014
li jemenda l-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali, fir-rigward tas-sustanza tal-aċetat tat-triptorelin
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-istabbiliment ta’ limiti ta’ residwi ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 u li jemenda d-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14 flimkien mal-Artikolu 17 tiegħu,
Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini mfassla mill-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju,
Billi:
|
(1) |
Il-limitu massimu ta’ residwi (“MRL”) għas-sustanzi farmakoloġikament attivi maħsuba għall-użu fl-Unjoni fil-prodotti mediċinali veterinarji għall-annimali li jipproduċu l-ikel, jew fil-prodotti bijoċidali użati fit-trobbija tal-annimali, għandu jkun stabbilit skont ir-Regolament (KE) Nru 470/2009. |
|
(2) |
Is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-MRLs fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali huma stabbiliti fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 (2). |
|
(3) |
Ġiet sottomessa applikazzjoni lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini biex jiġu stabbiliti l-limiti massimi ta’ residwu fir-rigward tal-aċetat tat-triptorelin fl-ispeċijiet tal-porċini kollha. |
|
(4) |
Il-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju rrakkomanda li ma hemm l-ebda bżonn li jiġi stabbilit l-MRL għall-aċetat tat-triptorelin għall-ispeċijiet tal-porċini. |
|
(5) |
Skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 470/2009, l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għandha tikkunsidra li tuża il-MRLstabbiliti għal sustanza farmakoloġikament attiva f’oġġett tal-ikel partikolari minflok oġġett tal-ikel ieħor li joriġina mill-istess speċi, jew il-MRLstabbiliti għal sustanza farmakoloġikament attiva fi speċi waħda jew aktar minflok speċijiet oħra. |
|
(6) |
Il-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju rrakkomanda l-estrapolazzjoni tar-riżultati tal-evalwazzjoni għall-aċetat tat-triptorelin mill-ispeċijiet tal-porċini fl-ispeċijiet kollha li jipproduċu l-ikel. |
|
(7) |
Għalhekk ir-Regolament (UE) Nru 37/2010 għandu jiġi emendat biex jinkludi s-sustanza aċetat tat-triptorelin għall-ispeċijiet kollha li jipproduċu l-ikel, filwaqt li jistabbilixxi n-nuqqas tal-ħtieġa li jiġi stabbilit MRL. |
|
(8) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Mediċinali Veterinarji, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 qed jiġi emendat kif stipulat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Marzu 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 152, 16.6.2009, p. 11.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 tat-22 ta’ Diċembru 2009 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali (ĠU L 15, 20.1.2010, p. 1).
ANNESS
Fit-Tabella 1 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010, is-sustanza li ġejja qed tiddaħħal fl-ordni alfabetika:
|
Sustanza farmakoloġikament attiva |
Markatur tar-residwu |
Speċijiet tal-Annimali |
MRL |
Tessuti fil-Mira |
Dispożizzjonijiet oħrajn (skont l-Artikolu 14(7) tar-Regolament (KE) Nru 470/2009) |
Klassifikazzjoni terapewtika |
|
“Aċetat tat-triptorelin |
MHUX APPLIKABBLI |
L-ispeċijiet kollha li jipproduċu l-ikel |
Ma jinħtieġ l-ebda MRL |
MHUX APPLIKABBLI |
EBDA ANNOTAZZJONI |
Aġenti li jaġixxu fuq is-sistema riproduttiva” |
|
4.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 62/10 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 201/2014
tat-3 ta’ Marzu 2014
li jemenda l-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali fejn tidħol is-sustanza tildipirożin
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-istabbiliment ta’ limiti ta’ residwi ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 u li jemenda d-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14 flimkien mal-Artikolu 17 tiegħu,
Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini mfassla mill-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju,
Billi:
|
(1) |
Il-limitu massimu ta’ residwi (“MRL”) għas-sustanzi farmakoloġikament attivi maħsuba għall-użu fl-Unjoni fil-prodotti mediċinali veterinarji għall-annimali li jipproduċu l-ikel, jew fil-prodotti bijoċidali użati fit-trobbija tal-annimali, għandu jkun stabbilit skont ir-Regolament (KE) Nru 470/2009. |
|
(2) |
Is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-MRLs fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali huma stabbiliti fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 (2). |
|
(3) |
It-Tabella 1 tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 759/2010 (3) proviżorjament telenka t-tildipirożin bħala sustanza permessa għall-bovini, il-kaprini u l-porċini, applikabbli għall-muskoli, ix-xaħam (ġilda u xaħam għall-ispeċi tal-porċini), il-fwied u l-kliewi, esklużi l-annimali li minnhom huwa prodott il-ħalib għall-konsum mill-bniedem, sal-1 ta’ Jannar 2012. Skont dak l-Anness, il-MRL għall-muskoli ma għandux japplika għas-sit tat-tilqim li għalih huma previsti livelli ogħla. |
|
(4) |
Ingħatat u ġiet eżaminata dejta addizzjonali li wasslet lill-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju biex jirrakkomanda l-iffissar tal-MRL finali għat-tildipirożin għall-ispeċijiet tal-bovini, il-kaprini u l-porċini, applikabbli għall-muskoli, ix-xaħam (il-ġilda u x-xaħam fi proporzjonijiet naturali tal-ispeċijiet tal-porċini), il-fwied u l-kliewi, esklużi l-annimali li minnhom huwa prodott il-ħalib għall-konsum mill-bniedem. Meta wieħed iqis li l-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-kontroll tar-residwi jqisu li, sabiex tkun żgurata l-fattibilità tal-kontrolli tar-residwi, għandu jiġi stabbilit MRL uniku għall-muskolu, il-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju, f’opinjoni riveduta, ma jirrakkomandax li jipprovdu MRL separat għall-muskolu ta’ sit ta’ tilqim peress li dan kien il-każ fl-opinjonijiet preċedenti tiegħu. |
|
(5) |
Skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 470/2009, l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għandha tikkunsidra li tuża l-MRL stabbiliti għal sustanza farmakoloġikament attiva f’oġġett tal-ikel partikolari minflok oġġett tal-ikel ieħor li joriġina mill-istess speċi, jew il-MRL stabbiliti għal sustanza farmakoloġikament attiva fi speċi waħda jew aktar minflok speċijiet oħra. |
|
(6) |
Il-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju rrakkomanda li l-estrapolazzjoni tal-MRL fir-rigward tat-tildipirożin fl-ispeċijiet tal-bovini u l-kaprini. Dan ikkonkluda wkoll li l-estrapolazzjoni għal speċijiet oħra li jipproduċu l-ikel ma tistax tiġi appoġġata għal din is-sustanza |
|
(7) |
L-annotazzjoni għat-tildipirożin fit-Tabella 1 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 għandha għalhekk tiġi emendata biex tinkludi l-MRL finali għas-sustanza farmaċewtika tildipirożin għall-ispeċijiet tal-bovini, il-kaprini u l-porċini, applikabbli għall-muskoli, ix-xaħam (il-ġilda u x-xaħam fi proporzjonijiet naturali għall-ispeċijiet tal-porċini), il-fwied u l-kliewi. Id-dispożizzjonijiet dwar il-MRL għas-sit tat-tilqim -rigward il-muskolu u l-MRL proviżorji għandhom jitneħħew. |
|
(8) |
Huwa xieraq li jingħata perjodu ta’ żmien raġonevoli biex il-partijiet interessati kkonċernati jieħdu l-miżuri li jistgħu jkunu meħtieġa għall-konformità mal-MRL ġdid stabbilit. |
|
(9) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Mediċinali Veterinarji, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 qed jiġi emendat kif stipulat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan għandu japplika mit-3 ta’ Mejju 2014.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Marzu 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 152, 16.6.2009, p. 11.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 tat-22 ta’ Diċembru 2009 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali (ĠU L 15, 20.1.2010, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 759/2010 tal-24 ta’ Awwissu 2010 li jemenda l-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 dwar is-sustanzi attivi farmakoloġikament u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali fejn tidħol is-sustanza tildipirożin (ĠU L 223, 25.8.2010, p. 39).
ANNESS
Fit-Tabella 1 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010, l-annotazzjoni għas-sustanza tildipirożin tinbidel b’dan li ġej:
|
Sustanza farmakoloġikament attiva |
Markatur tar-residwi |
Speċijiet tal-Annimali |
MRL |
Tessuti fil-Mira |
Dispożizzjonijiet oħrajn (skont l-Artikolu 14(7) tar-Regolament (KE) Nru 470/2009) |
Klassifikazzjoni terapewtika |
|
“Tildipirożin |
Tildipirożin |
Bovini, kaprini |
400 μg/kg |
Muskoli |
Mhux għall-użu f’annimali li jipproduċu l-ħalib għall-konsum mill-bniedem |
Aġenti li jaġixxu kontra l-infezzjonijiet/Antibijotiċi” |
|
200 μg/kg |
Xaħam |
|||||
|
2 000 μg/kg |
Fwied |
|||||
|
3 000 μg/kg |
Kliewi |
|||||
|
Porċini |
1 200 μg/kg |
Muskoli |
|
|||
|
800 μg/kg |
Ġilda u xaħam fi proporzjonijiet naturali |
|||||
|
5 000 μg/kg |
Fwied |
|||||
|
10 000 μg/kg |
Kliewi |
|
4.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 62/13 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 202/2014
tat-3 ta’ Marzu 2014
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 10/2011 dwar il-materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba li jiġu f’kuntatt mal-ikel
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 2004 dwar materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f’kuntatt mal-ikel u li jħassar id-Direttivi 80/590/KEE u 89/109/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1), l-Artikolu 11(3) u l-Artikolu 12(6) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 10/2011 (2) jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta’ sustanzi li jistgħu jintużaw fil-manifattura ta’ materjali u oġġetti tal-plastik (“il-lista ta’ sustanzi awtorizzati tal-Unjoni”). |
|
(2) |
Fl-24 ta’ Lulju 2012, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel ħarġet evalwazzjonijiet xjentifiċi favorevoli għal żewġ sustanzi oħrajn, jiġifieri għat-2-fenil-3,3-bis(4-idrossifenil)ftalimidin (3) u għall-1,3-bis(iżosijanatometil)benżen (4). Dawn is-sustanzi issa jridu jiżdiedu mal-lista ta’ sustanzi awtorizzati tal-Unjoni bħala s-sustanzi ta’ materjali li jiġu f’kuntatt mal-ikel bin-Nri 872 u 988. |
|
(3) |
L-evalwazzjoni xjentifika tas-sustanza tal-materjal li jiġi f’kuntatt mal-ikel Nru 988 uriet li l-migrazzjoni tal-prodott tal-idroliżi ta’ din is-sustanza, jiġifieri l-1,3-benżendimetanamin, għandha tiġi kkontrollata. Il-1,3-benżendimetanamin diġà huwa awtorizzat bħala s-sustanza ta’ materjal li jiġi f’kuntatt mal-ikel Nru 421. Minħabba li l-migrazzjoni tas-sustanzi tal-materjal li jiġi f’kuntatt mal-ikel bin-numri 421 u 988 hija kkontrollata abbażi tas-sustanza ta’ materjal li jiġi f’kuntatt mal-ikel Nru 421, għandha tiddaħħal restrizzjoni tal-grupp li tinkludi ż-żewġ sustanzi. Għalhekk, l-awtorizzazzjoni tas-sustanza ta’ materjal li jiġi f’kuntatt mal-ikel Nru 421 għandha tiġi emendata u fit-Tabella 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 10/2011 għandha tiddaħħal restrizzjoni tal-grupp. |
|
(4) |
Is-sustanza ta’ materjal li jiġi f’kuntatt mal-ikel Nru 340 (disijanodiamid) hija awtorizzata bħala addittiv fl-oġġetti tal-plastik skont it-Tabella 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 10/2011 mingħajr limitu ta’ migrazzjoni speċifika. L-Opinjoni rrappurtata fit-33 serje tal-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel (5) stabbilixxiet doża tollerabbli ta’ kuljum ta’ milligramma għal kull kilogramm tal-piż tal-ġisem li wasslet għal limitu ta’ migrazzjoni speċifika ta’ 60 milligramma għal kull kilogramm ta’ ikel. Dan il-limitu huwa l-istess bħal-limitu ġeneriku ta’ migrazzjoni speċifika stabbilit fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) Nru 10/2011. Madankollu, minħabba li l-limitu ta’ migrazzjoni speċifika ta’ 60 mg/kg ġej minn limitu tossikoloġiku bħalma hija d-doża tollerabbli ta’ kuljum, il-limitu ta’ migrazzjoni speċifika għandu jissemma b’mod speċifiku fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 10/2011. |
|
(5) |
Sabiex jiġi limitat il-piż amministrattiv fuq l-operaturi tan-negozju, il-materjali u l-oġġetti tal-plastik li jkunu tqiegħdu b’mod legali fis-suq abbażi tar-rekwiżiti stipulati fir-Regolament (UE) Nru 10/2011 u li ma jkunux konformi ma’ dan ir-Regolament għandhom ikunu jistgħu jitqegħdu fis-suq sal-24 ta’ Marzu 2015. Dawn għandhom ikunu jistgħu jibqgħu fis-suq sa ma jispiċċaw l-istokkijiet tagħhom. |
|
(6) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 10/2011 għandu jiġi emendat kif xieraq. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 10/2011 għandu jiġi emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Il-materjali u l-oġġetti tal-plastik li jkunu tqiegħdu b’mod legali fis-suq qabel l-24 ta’ Marzu 2014 u li ma jkunux konformi ma’ dan ir-Regolament jistgħu jitqegħdu fis-suq sal-24 ta’ Marzu 2015. Dawk il-materjali u oġġetti tal-plastik jistgħu jibqgħu fis-suq wara dik id-data sa ma jispiċċaw l-istokkijiet tagħhom.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Marzu 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 338, 13.11.2004, p. 4.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 10/2011 tal-14 ta’ Jannar 2011 dwar il-materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba li jiġu f’kuntatt mal-ikel (ĠU L 12, 15.1.2011, p. 1).
(3) The EFSA Journal 2012; numru ta’ referenza 10(7):2825.
(4) The EFSA Journal 2012; numru ta’ referenza 10(7):2824.
(5) Il-paġna 31 tat-33 serje ta’ rapporti tal-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel ippubblikata fl-1995 mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, il-Lussemburgu, bin-numru tal-ISBN 92-826-9275-2.
ANNESS
L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 10/2011 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
It-Tabella 1 hija emendata kif ġej:
|
|
(2) |
Fit-Tabella 2 qed tiżdied l-annotazzjoni li ġejja:
|
|
(3) |
Fit-Tabella 3 qed tiżdied l-annotazzjoni li ġejja:
|
|
4.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 62/16 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 203/2014
tat-3 ta’ Marzu 2014
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
|
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Marzu 2014.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
MA |
56,2 |
|
TN |
78,1 |
|
|
TR |
102,6 |
|
|
ZZ |
79,0 |
|
|
0707 00 05 |
JO |
188,1 |
|
MA |
176,8 |
|
|
TR |
159,5 |
|
|
ZZ |
174,8 |
|
|
0709 91 00 |
EG |
45,1 |
|
ZZ |
45,1 |
|
|
0709 93 10 |
MA |
32,9 |
|
TR |
123,8 |
|
|
ZZ |
78,4 |
|
|
0805 10 20 |
EG |
48,0 |
|
IL |
67,4 |
|
|
MA |
64,2 |
|
|
TN |
47,1 |
|
|
TR |
71,3 |
|
|
ZZ |
59,6 |
|
|
0805 50 10 |
TR |
62,2 |
|
ZZ |
62,2 |
|
|
0808 10 80 |
CN |
115,7 |
|
MK |
30,8 |
|
|
US |
156,1 |
|
|
ZZ |
100,9 |
|
|
0808 30 90 |
AR |
89,5 |
|
CL |
190,5 |
|
|
CN |
73,6 |
|
|
TR |
156,2 |
|
|
US |
123,6 |
|
|
ZA |
98,3 |
|
|
ZZ |
122,0 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.
DEĊIŻJONIJIET
|
4.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 62/18 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-3 ta’ Marzu 2014
li tistabbilixxi Kumitat Xjentifiku għal-Limiti tal-Espożizzjoni għal Aġenti Kimiċi fuq il-Post tax-Xogħol u li tħassar id-Deċiżjoni 95/320/KE
(2014/113/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Kumitat Xjentifiku għal-Limiti tal-Espożizzjoni għal Sustanzi Kimiċi fuq ix-Xogħol (minn hawn ‘il quddiem il-Kumitat) ġie stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/320/KE (1) biex jevalwa l-effetti tas-saħħa tas-sustanzi kimiċi fuq il-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol. Ix-xogħol tal-Kumitat jappoġġa direttament l-attività regolatorja tal-Unjoni fil-qasam tas-sikurezza u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol. Huwa jiżviluppa għarfien analitiku komparattiv ta’ kwalità għolja u jiżgura li l-proposti, id-deċiżjonijiet u l-politika tal-Kummissjoni marbuta mal-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema jkunu bbażati fuq evidenza xjentifika soda. |
|
(2) |
Il-Kumitat jassisti lill-Kummissjoni, b’mod partikolari, fl-evalwazzjoni tal-aħħar dejta xjentifika disponibbli u billi jipproponi limiti ta’ espożizzjoni okkupazzjonali (OELs) għall-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji kimiċi, li jridu jiġu stabbiliti fil-livell tal-Unjoni skont id-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE (2) u d-Direttiva 2004/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). |
|
(3) |
Il-membri tal-SCOEL huma esperti indipendenti u speċjalizzati kkwalifikati ħafna, magħżula fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi. Jinħatru fil-kapaċità personali tagħhom u jipprovdu lill-Kummissjoni b’Rakkomandazzjonijiet u Opinjonijiet li huma neċessarji għall-iżvilupp tal-politika tal-UE dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema. In-natura tal-kontribut tagħhom hija tali li mingħajru l-Kummissjoni ma tkunx tista’ tilħaq l-għanijiet tal-politika soċjali tagħha biex tipproteġi s-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema. Għalhekk, dawn l-esperti indipendenti għandhom jirċievu rimunerazzjoni lil hinn mir-rimborż tal-ispejjeż, li tkun proporzjonali għal kompiti partikolari attribwiti lilhom. |
|
(4) |
Ix-xogħol tal-Kumitat jagħti kontribut effettiv għat-titjib tal-ambjent tax-xogħol biex jipproteġi s-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema billi jipprovdi lill-Kummissjoni b’evidenza xjentifika dwar l-effetti tas-sustanzi kimiċi fuq is-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol u dan huwa indispensabbli biex il-Kummissjoni tkun kapaċi tilħaq l-objettivi tal-politika soċjali rilevanti tal-Unjoni. Għalhekk, l-iffinanzjar tal-attivitajiet tiegħu se jiġi pprovdut mil-linja baġitarja rilevanti li hija ddedikata biex tappoġġja l-inizjattivi fil-qasam tal-politika soċjali u tal-kundizzjonijiet tax-xogħol. |
|
(5) |
Hemm ukoll il-ħtieġa li jiġi introdott titjib fl-istruttura u l-proċeduri ta’ ħidma tal-Kumitat. |
|
(6) |
Il-membri tal-Kumitat għandhom jintgħażlu permezz ta’ sejħa għal espressjoni ta’ interess. Dan jiżgura li l-proċedura tirrispetta l-prinċipji ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trasparenza. |
|
(7) |
Bil-għan li tiġi żgurata l-kontinwità u l-effiċjenza tal-ħidma tal-Kumitat, il-membri maħtura bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/985/UE (4) għandhom jibqgħu fil-kariga sakemm jinħatru membri ġodda tal-Kumitat. |
|
(8) |
Il-parir xjentifiku mogħti dwar affarijiet li għandhom x’jaqsmu mal-protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema għandu jkun ibbażat fuq il-prinċipji etiċi ta’ eċċellenza, indipendenza, imparzjalità, u trasparenza, kif żviluppati fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar “The collection and use of expertise by the Commission: principles and guidelines. Improving the knowledge for better policies” (5), u jrid jiġi organizzat b’konformità mal-prinċipji tal-aqwa prassi tal-valutazzjoni tar-riskju. |
|
(9) |
Billi jridu jsiru emendi sostantivi fid-Deċiżjoni 95/320/KE, dik id-Deċiżjoni għandha titħassar u tiġi sostitwita b’Deċiżjoni ġdida fl-interess taċ-ċarezza, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kumitat Xjentifiku dwar il-Limiti tal-Esposizzjoni għal Sustanzi Kimiċi fuq ix-Xogħol
Għandu jitwaqqaf Kumitat Xjentifiku dwar il-Limiti tal-Espożizzjoni għal Sustanzi Kimiċi fuq ix-Xogħol (“il-Kumitat”) biex jevalwa l-effetti fuq is-saħħa tas-sustanzi kimiċi fuq il-ħaddiema fuq ix-xogħol.
Artikolu 2
Il-Missjoni
(1) Il-missjoni tal-Kumitat għandha tkun li jipprovdi lill-Kummissjoni b’Rakkomandazzjonijiet jew Opinjonijiet fuq talba ta’ din tal-aħħar dwar kwalunkwe kwistjoni marbuta mal-evalwazzjoni tossikoloġika tas-sustanzi kimiċi għall-effetti tagħhom fuq is-saħħa tal-ħaddiema.
(2) Il-Kumitat, wara li jikkonsulta lis-Segretarjat kif previst fl-Artikolu 5(3), għandu jadotta metodoloġija għad-derivazzjoni tal-Limiti tal-Espożizzjoni marbuta max-Xogħol (“OELs”) u jirrevediha minn żmien għal żmien, biex tirrifletti l-fatturi xjentifiċi kollha rilevanti għall-iffissar tal-OELs. Dan għandu jiżgura li l-metodoloġija tiegħu tirrifletti l-prassi attwali tal-istima tar-riskju.
(3) B’mod partikolari l-Kumitat għandu jirrakkomanda OELs ibbażati fuq dejta xjentifika, kif iddefiniti fid-Direttivi 98/24/KE u 2004/37/KE, li għandha tinkludi, iżda mhux tkun limitata għal:
|
— |
il-medja differenzjata ta’ tmien sigħat xogħol (TWA); |
|
— |
il-limiti ta’ żmien qasir/limiti ta’ eskursjoni (STEL); |
|
— |
il-valuri tal-limitu bijoloġiku/il-valuri ta’ gwida bijoloġijka (BLV/BGV). |
L-OELs jistgħu jkunu ssupplimentati kif xieraq, b’notazzjonijiet oħrajn li għandhom jinkludu:
|
— |
l-assorbiment probabbli mill-ġilda; |
|
— |
il-potenzjali li jissensitizza; |
|
— |
il-proprjetajiet karċinoġeniċi. |
Jistgħu jiġu introdotti notazzjonijiet xierqa addizzjonali b’emendi fid-dokument ta’ metodoloġija tal-Kumitat.
(4) Kwalunkwe Rakkomandazzjoni għal OEL għandha tissaħħaħ u tiġi spjegata fid-dettall b’informazzjoni dwar id-dejta bażika, deskrizzjoni tal-effetti kritiċi, it-tekniki tal-estrapolazzjoni użati u kwalunkwe dejta dwar riskji possibbli għal saħħet il-bniedem. Il-vijabilità tal-monitoraġġ ta’ espożizzjoni ta’ kwalunkwe OEL propost għandha wkoll tiġi nnutata.
(5) Il-Kummissjoni tista’ titlob lill-Kumitat biex iwettaq azzjonijiet oħra marbuta mal-evalwazzjoni tossikoloġika tas-sustanzi kimiċi.
(6) Il-Kumitat għandu jidentifika kwalunkwe nuqqas ta’ informazzjoni xjentifika speċifika li tista’ tkun neċessarja għall-evalwazzjoni tar-riskji kimiċi u għandu jinforma lill-Kummissjoni skont dan.
(7) Il-Kumitat għandu jidentifika kwistjonijiet ta’ prijorità attwali li jirrigwardaw l-effetti fuq is-saħħa tal-kimiċi u għandu jinforma lill-Kummissjoni skont dan.
(8) Fuq talba tal-Kummissjoni, il-Kumitat għandu jwaqqaf gruppi ta’ diskussjoni tematiċi biex jirrevedi d-dejta u l-għarfien xjentifiku dwar is-sustanzi kimiċi jew kwistjonijiet marbutin mal-metodoloġija tiegħu. Dawn il-gruppi ta’ diskussjoni għandhom ikunu organizzati bl-appoġġ tas-Segretarjat tal-Kumitat.
(9) Skont l-Artikolu 5(5), fit-twettiq tal-kompiti tiegħu, il-kumitat għandu jfittex li jiżgura kooperazzjoni mal-korpi l-oħra rilevanti stabbiliti skont il-liġi tal-UE, inklużi Aġenziji tal-Unjoni li jwettqu ħidmiet simili fir-rigward ta’ kwistjonijiet ta’ interess komuni.
Artikolu 3
Ħatra tal-Membri tal-Kumitat
(1) Il-Kumitat għandu jkun magħmul minn mhux aktar minn wieħed u għoxrin espert individwali magħżula minn lista ta’ kandidati eleġibbli stabbilita wara l-pubblikazzjoni ta’ sejħa għal espressjoni ta’ interess f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fuq il-websajt tal-Kummissjoni. Għandha tiġi pprovduta wkoll ħolqa li mir-Reġistru tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni u ta’ entitajiet simili oħrajn (“ir-Reġistru”) twassal għall-paġna tal-Internet fejn tkun ppubblikata s-sejħa.
Il-membri għandhom jinħatru fil-kapaċità personali tagħhom mill-Kummissjoni.
Il-membri għandhom jintgħażlu fuq il-bażi ta’ evidenza tal-għarfien espert xjentifiku u l-esperjenza tagħhom, wara li tkun tqieset il-ħtieġa li jkun żgurat:
|
— |
li l-firxa sħiħa tal-għarfien espert xjentifiku meħtieġ biex tintlaħaq il-missjoni tkun evidenti, inkluż, b’mod partikolari, għarfien fil-kimika, fit-tossikoloġija, fl-epidemjoloġija, fil-mediċina okkupazzjonali u l-iġjene industrijali, u kompetenza ġenerali fl-iffissar tal-OELs; |
|
— |
li jkun hemm distribuzzjoni ġeografika bilanċjata tal-membri tal-Kumitat. |
(2) L-ismijiet tal-membri għandhom jiġu ppubblikati fir-Reġistru kif ukoll f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għal skopijiet ta’ informazzjoni.
Id-dejta personali għandha tinġabar, tiġi pproċessata u ppubblikata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6).
(3) Il-membri maħtura bid-Deċiżjoni 2009/985/UE skont id-Deċiżjoni 95/320/KE għandhom jibqgħu fil-kariga skont din id-Deċiżjoni sakemm il-ħatra ta’ membri għal mandat ġdid skont il-proċedura stabbilita fil-paragrafi 1 u 2.
Artikolu 4
Il-mandat
(1) Il-mandat għall-membri tal-Kumitat għandu jkun ta’ tliet snin. Wara li jiskadi l-perjodu ta’ tliet snin, il-membri tal-Kumitat għandhom jibqgħu fil-kariga sakemm jinbidlu jew sakemm il-ħatriet tagħhom jiġġeddu.
(2) Fil-każ ta’ riżenja ta’ membru tal-Kumitat qabel l-iskadenza tal-perjodu ta’ tliet snin jew fejn membru jkun assenti għal aktar minn terz tal-laqgħat jew għal kwalunkwe raġuni oħra mhux kapaċi aktar li jikkontribwixxi b’mod effettiv fid-deliberazzjonijiet tal-Kumitat, huwa/hija jista’/tista’ jinbidel/tinbidel għall-bqija tal-mandat. F’każ bħal dan, il-Kummissjoni għandha taħtar membru ġdid mil-lista preċedenti tal-kandidati f’konformità mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 3.
Artikolu 5
Il-Bord u s-Segretarjat tal-Kumitat
(1) Fil-bidu ta’ kull mandat, il-Kumitat għandu jeleġġi minn fost il-membri tiegħu stess, b’maġġoranza sempliċi, president u żewġ viċi presidenti. Dawn it-tliet membri għandhom jikkostitwixxu l-Bord tal-Kumitat (“il-Bord”).
(2) Il-Bord għandu jkun responsabbli għal kwistjonijiet proċedurali interni tal-Kumitat u għandu jippresiedi l-laqgħat bil-ħsieb li jinkiseb kunsens xjentifiku dwar l-Opinjonijiet u r-Rakkomandazzjonijiet li jridu jkunu adottati.
(3) Il-Kummissjoni għandha tipprovdi s-Segretarjat tal-Kumitat u l-gruppi ta’ ħidma tiegħu, flimkien mal-appoġġ amministrattiv neċessarju biex jitħaffef l-iffunzjonar effiċjenti tal-Kumitat.
(4) Is-Segretarjat għandu jiżgura kooperazzjoni effettiva tal-Kumitat ma’ Kumitati Xjentifiċi oħrajn u Aġenziji tal-Unjoni.
(5) Is-Segretarjat għandu jieħu ħsieb li jiżgura l-identifikazzjoni bikrija ta’ sorsi potenzjali ta’ konflitt bejn l-Opinjonijiet u r-Rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat u dawk ta’ korpi oħrajn stabbiliti skont il-liġi tal-UE, inklużi l-Aġenziji tal-Unjoni, li jwettqu xi kompitu simili fir-rigward ta’ kwistjonijiet ta’ interess komuni.
Artikolu 6
Gruppi ta’ Ħidma
(1) Fuq talba tal-Bord, il-Kumitat għandu jaħtar gruppi ta’ ħidma minn fost il-membri tiegħu, bi qbil mas-servizzi tal-Kummissjoni.
(2) Mill-gruppi ta’ ħidma għandu jkun meħtieġ li jiddiskutu kwistjonijiet speċifiċi rilevanti għax-xogħol tal-Kumitat, abbażi tat-termini ta’ referenza ddefiniti mill-Kumitat, u li jirrapportaw dwar ir-riżultati tad-deliberazzjonijiet tagħhom. Dawn il-gruppi ta’ ħidma għandhom jiġu xolti hekk kif jilħqu l-għan tagħhom.
Artikolu 7
Laqgħat plenarji tal-Kumitat u laqgħat tal-gruppi ta’ ħidma
(1) Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu abbażi tar-regoli standard ta’ proċedura għall-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni.
(2) Il-laqgħat plenarji tal-Kumitat għandhom iseħħu, bħala regola ġenerali, erba’ darbiet fis-sena.
(3) Is-servizzi tal-Kummissjoni għandhom ilaqqgħu u jieħdu sehem fil-laqgħat plenarji tal-Kumitat u għandhom isejħu l-laqgħat tal-gruppi ta’ ħidma.
(4) Il-Kumitat u l-gruppi ta’ ħidma għandhom normalment jiltaqgħu fil-kwartieri ġenerali tal-Kummissjoni. Madankollu, f’każijiet eċċezzjonali, il-laqgħat jistgħu jinżammu xi mkien ieħor.
Artikolu 8
Proċeduri u metodoloġija
(1) Id-deliberazzjonijiet tal-Kumitat għandhom jirrelataw ma’ kwalunkwe talba għal Rakkomaandazzjoni dwar OEL għal sustanza speċifika jew grupp ta’ sustanzi jew kwalunkwe Opinjoni xjentifika (“Opinjoni”) oħra mitluba mill-Kummissjoni.
(2) Il-Kummissjoni, meta titlob kwalunkwe Rakkomandazzjoni jew Opinjoni tal-Kumitat, f’konformità mal-paragrafu 1, tista’ tiffissal-perjodu ta’ żmien li fih dawn għandhom jingħataw.
(3) Il-Kumitat, u b’mod partikolari l-Bord, għandu jagħmel kull sforz biex jibbaża r-Rakkomandazzjonijiet jew l-Opinjoni tiegħu fuq qbil. Id-deliberazzjonijiet tal-Kumitat ma għandhomx jiġu segwiti b’vot. Fin-nuqqas ta’ qbil unanimu, il-pożizzjonijiet varji meħuda fil-kors tad-deliberazzjonijiet għandhom ikunu rrappurtati lill-Kummissjoni mill-Kumitat.
(4) Il-Kumitat għandu jiżgura, bl-appoġġ tas-Segretarjat, li l-metodoloġija tiegħu tirrifletti l-aħħar standards xjentifiċi u li tiġi implimentata.
(5) Mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet dwar il-kunfidenzjalità msemmija fl-Artikolu 9(3), il-Kummissjoni għandha tippubblika l-Metodoloġija aġġornata flimkien mar-Rakkomandazzjoni u l-Opinjonijiet adottati tal-Kumitat fil-parti tal-websajt tagħha ddedikata lill-Kumitat.
Artikolu 9
Prinċipji etiċi
(1) Indipendenza
Il-membri tal-Kumitat għandhom jimpenjaw ruħhom li jaġixxu b’mod indipendenti minn kwalunkwe influwenza esterna. Dawn ma għandhomx jiddelegaw ir-responsabbiltajiet tagħhom lil xi persuna oħra.
Dawn għandhom jagħmlu dikjarazzjoni ta’ impenn li jaġixxu fl-interess pubbliku u li jiddikjaraw jew l-assenza jew l-eżistenza ta’ kwalunkwe interess dirett jew indirett li jista’ jitqies ta’ preġudizzju għall-indipendenza tagħhom.
Is-servizzi tal-Kummissjoni se jieħdu nota u jikkonkludu dwar ir-rilevanza ta’ kwalunkwe interess iddikjarat.
(2) Trasparenza
Il-Kumitat għandu jiżgura li r-Rakkomandazzjonijiet u l-Opinjonijiet tiegħu jippreżentaw b’mod ċar il-motivazzjoni użata fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjoni tiegħu, kif spjegat fil-metodoloġija tiegħu.
(3) Kunfidenzjalità
Mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 339 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 12 ta’ din id-Deċiżjoni, il-Membri tal-Kumitat ma għandhomx jagħtu informazzjoni li jistgħu jsiru jafu biha minħabba x-xogħol tagħhom fil-Kumitat, gruppi ta’ diskussjoni tematiċi, gruppi ta’ ħidma jew attivitajiet oħra marbuta ma’ din id-Deċiżjoni.
Għandha tiġi ffirmata dikjarazzjoni bil-miktub ta’ kunfidenzjalità mill-membri tal-Kumitat fil-bidu ta’ kull mandat.
Artikolu 10
Osservaturi u esperti esterni
(1) Is-servizzi tal-Kummissjoni għandhom jistiednu lill-pajjiżi tal-ŻEE/EFTA jissottomettu proposti biex ix-xjenzjati jattendu l-laqgħat bħala osservaturi.
(2) Fejn ikun xieraq, is-servizzi tal-Kummissjoni jistgħu jistiednu esperti xjentifiċi minn barra l-Kumitat li jkollhom kompetenza speċifika f’suġġett li jkun fuq l-aġenda biex jieħdu sehem fil-ħidma tal-Kumitat jew fi grupp ta’ ħidma fuq bażi ad hoc.
Artikolu 11
Kumpensi speċjali
(1) Il-Membri tal-Kumitat u l-esperti esterni mistiedna fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni għandhom ikunu intitolati għal kumpens speċjali ta’ massimu ta’ EUR 450 taħt il-forma ta’ unità ta’ spiża ta’ kuljum għal kull jum sħiħ tax-xogħol. Il-kumpens totali għandu jiġi kkalkulat u aġġustat ‘l fuq għall-ammont li jikkorrispondi għall-eqreb nofs jum tax-xogħol. Il-ħlasijiet kollha għandhom isiru fl-ewro.
(2) L-ispejjeż li jagħmlu l-parteċipanti fl-attivitajiet tal-Kumitat għall-ivvjaġġar u għas-sussistenza għandhom jiġu rrimburżati mill-Kummissjoni skont id-dispożizzjonijiet applikabbli (7). Dawk l-ispejjeż għandhom jiġu rimburżati fil-limiti tal-approprjazzjonijiet disponibbli allokati skont il-proċedura annwali għall-allokazzjoni tar-riżorsi.
(3) L-Artikolu 11(1) għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-membri jinħatru għall-mandat li jmiss tal-Kumitat skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 3.
Artikolu 12
Trasparenza
(1) Il-Kummissjoni għandha tippubblika d-dokumenti kollha rilevanti (bħall-aġendi, il-minuti u s-sottomissjonijiet tal-parteċipanti) jew fir-Reġistru jew permezz ta’ ħolqa mir-Reġistru għal sit tal-Internet ddedikat.
(2) Għandhom ikunu possibbli eċċezzjonijiet għall-pubblikazzjoni abbażi ta’ valutazzjoni każ b’każ ta’ dokument meta l-iżvelar tiegħu jista’ jdgħajjef il-ħarsien tal-interess pubbliku jew privat kif iddefinit fl-Artikolu 4 tar- Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8).
Artikolu 13
Revoka
(1) Id-Deċiżjoni 95/320/KE hija b’dan irrevokata.
(2) Ir-referenzi għad-Deċiżjoni rrevokata għandhom jiġu mifhuma bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 14
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Marzu 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/320/KE tat-12 ta’ Lulju 1995 li tistabbilixxi Kumitat Xjentifiku għal-Limiti tal-Espożizzjoni għal Sustanzi Kimiċi fuq ix-Xogħol (ĠU L 188, 9.8.1995, p. 14).
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE tas-7 ta' April 1998 dwar il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema mir-riskji li għandhom x'jaqsmu ma’ l-aġenti kimiċi fuq il-post tax-xogħol (l-erbatax-il Direttiva individwali fit-tifsira ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (ĠU L 131, 5.5.1998, p. 11).
(3) Id-Direttiva 2004/37/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati ma’ l-esposizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol (Sitt Direttiva individwali fis-sens ta’ l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE) (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 50).
(4) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/985/UE tat-18 ta’ Diċembru 2009 li taħtar il-Membri tal-Kumitat Xjentifiku dwar il-Limiti tal-Espożizzjoni għal Aġenti Kimiċi fuq ix-Xogħol għal mandat ġdid (ĠU L 338, 19.12.2009, p. 98).
(5) COM(2002) 713 finali tal-11 ta’ Diċembru 2002.
(6) Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi Komunitarji u dwar il-moviment ħieles ta’ tali dejta (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).
(7) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 5858 Regoli dwar ir-rimborż tal-ispejjeż imġarrba min-nies barra mill-Kummissjoni mistiedna jattendu laqgħat fil-kapaċità tagħhom ta’ esperti.
(8) Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43). Dawn l-eċċezzjonijiet huma maħsubin sabiex jipproteġu s-sigurtà pubblika, l-affarijiet militari, ir-relazzjonijiet internazzjonali, il-politika finanzjarja, monetarja jew ekonomika, il-privatezza u l-integrità tal-individwu, l-interessi kummerċjali, il-proċedimenti fil-qorti u l-pariri legali, l-ispezzjonijiet/l-investigazzjonijiet/l-awditjar u l-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-istituzzjoni.
LINJI GWIDA
|
4.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 62/23 |
LINJA GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-28 ta’ Novembru 2013
li temenda l-Linja Gwida BĊE/2008/5 dwar l-immaniġġjar tal-assi barranin ta’ riżerva tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali u d-dokumentazzjoni legali għall-operazzjonijiet li jinvolvu dawn l-assi
(BĊE/2013/45)
(2014/114/UE)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra t-tielet inċiż tal-Artikolu 3.1 u tal-Artikoli 12.1 u 30.6 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 30.1 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn hawn ‘il quddiem “l-Istatut tas-SEBĊ”), il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jiġi pprovdut bl-assi ta’ riżerva barranija mill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (minn hawn ‘il quddiem “BĊNi taż-żona tal-euro”) u għandu d-dritt sħiħ li jżomm u jimmaniġġja r-riżervi barranin li jiġu ttrasferiti lilu. |
|
(2) |
Skont l-Artikoli 9.2 u 12.1 tal-Istatut tas-SEBĊ, il-BĊE jimmaniġġja uħud mill-attivitajiet tiegħu permezz tal-BĊNi taż-żona tal-euro u jirrikorri għand il-BĊNi taż-żona tal-euro sabiex iwettaq uħud mill-operazzjonijiet tiegħu. Bl-istess mod, il-BĊE iqis li l-BĊNi taż-żona tal-euro għandhom jimmaniġġjaw ir-riżervi barranin ittrasferiti lilu bħala l-aġenti tiegħu. |
|
(3) |
Il-Linja Gwida BĊE/2008/5 tal-20 ta’ Ġunju 2008 dwar l-immaniġġjar tal-assi barranin ta’ riżerva tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali u d-dokumentazzjoni legali għall-operazzjonijiet li jinvolvu dawn l-assi tistipula illi kull BĊN taż-żona tal-euro jista’: (a) jipparteċipa fl-immaniġġjar operattiv tal-assi ta’ riżerva barranija ttrasferiti lill-BĊE; jew (b) jastjeni minn dan l-immaniġġjar jew jaqsam dan l-immaniġġjar ma’ BĊNi oħra taż-żona tal-euro. Madankollu, il-Linja Gwida BĊE/2008/5 ma tgħidx b’mod espliċitu li BĊN taż-żona tal-euro jista’ jitlob lill-BĊE jew lil wieħed jew aktar mill-BĊNi taż-żona tal-euro biex jassumi xi kompiti f’ismu fir-rigward ta’ dan l-immaniġġjar. |
|
(4) |
Għalhekk, il-Linja Gwida BĊE/2008/5 għandha tiġi emendata f’dan is-sens, |
ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:
Artikolu 1
Emenda
L-Artikolu 2(1) tal-Linja Gwida BĊE/2008/5 huwa mibdul b’li ġej:
“1. Kull BĊN taż-żona tal-euro huwa intitolat li jipparteċipa fl-immaniġġjar operattiv tal-assi ta’ riżerva barranija ttrasferiti lill-BĊE. BĊN taż-żona tal-euro jista’ jiddeċiedi li: jastjeni minn dan l-immaniġġjar jew (b) jaqsam dan l-immaniġġjar ma’ BĊN wieħed jew aktar taż-żona tal-euro. Jekk BĊN taż-żona tal-euro jiddeċiedi li jastjeni minn dan l-immaniġġjar, il-BĊNi l-oħra taż-żona tal-euro għandhom jimmaniġġjaw l-assi li kieku jkunu mmaniġġjati mill-BĊN taż-żona tal-euro li jastjeni. Għandu jkun ukoll possibbli li ssir talba minn BĊN taż-żona tal-euro lill-BĊE jew lil BĊN ieħor taż-żona tal-euro biex jassumi xi kompiti filwaqt li jżomm kompiti oħrajn relatati mal-immaniġġjar tal-assi ta’ riżerva barranija ttrasferiti lill-BĊE. Il-BĊE u l-BĊN relevanti taż-żona tal-euro huma liberi li jaċċettaw jew li jiċħdu din it-talba.”
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din il-Linja Gwida tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lill-BĊNi taż-żona tal-euro.
Artikolu 3
Destinatarji
Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-BĊNi taż-żona tal-euro.
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-28 ta’ Novembru 2013.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI