ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2014.044.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 44

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 57
14 ta' Frar 2014


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 139/2014 tat-12 ta’ Frar 2014 li jistabbilixxi rekwiżiti u proċeduri amministrattivi b’rabta mal-ajrudromi skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 140/2014 tat-13 ta’ Frar 2014 li japprova s-sustanza attiva spinetoram, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummisjoni (UE) Nru 540/2011 ( 1 )

35

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 141/2014 tat-13 ta’ Frar 2014 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta’ approvazzjoni tas-sustanza attiva żjut tal-pjanti/essenza tal-qronfol ( 1 )

40

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2014 tat-13 ta’ Frar 2014 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

43

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/22/UE tat-13 ta’ Frar 2014 li temenda l-Anness IV tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE fir-rigward tal-anemija infettiva tas-salamun (ISA) ( 1 )

45

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2014/79/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2014 li taħtar tliet membri Daniżi u ħames membri supplenti Daniżi fil-Kumitat tar-Reġjuni

48

 

 

2014/80/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2014 li taħtar membru supplenti Spanjol fil-Kumitat tar-Reġjuni

49

 

 

2014/81/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2014 li taħtar membru supplenti Ġermaniż fil-Kumitat tar-Reġjuni

50

 

 

2014/82/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2014 li taħtar membru supplenti Litwan fil-Kumitat tar-Reġjuni

51

 

 

2014/83/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2014 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/1014/UE li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015

52

 

 

2014/84/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Frar 2014 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/426/UE dwar miżuri għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni fl-Unjoni tal-virus tad-deni Afrikan tal-ħnieżer minn ċerti pajjiżi terzi jew partijiet tat-territorju ta’ pajjiżi terzi li fihom il-preżenza ta’ dik il-marda hija konfermata u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/78/UE (notifikata bid-dokument C(2014) 715)  ( 1 )

53

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku ( ĠU L 174, 1.7.2011 )

55

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

14.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 44/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 139/2014

tat-12 ta’ Frar 2014

li jistabbilixxi rekwiżiti u proċeduri amministrattivi b’rabta mal-ajrudromi skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE (1), kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 1108/2009 (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 8a (5) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 għandu l-għan li jistabbilixxi u jżomm livell għoli u uniformi ta’ sikurezza tal-avjazzjoni ċivili fl-Ewropa.

(2)

L-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 tirrikjedi l-istabbiliment ta’ regoli dettaljati ta’ implimentazzjoni, b’mod partikolari dawk li jikkonċernaw ir-regolamentazzjoni tas-sikurezza għall-ajrudromi, sabiex jinżamm livell uniformi u għoli ta’ sikurezza fl-avjazzjoni ċivili fl-Unjoni filwaqt li jintlaħaq l-għan ta’ titjib ġenerali fis-sikurezza tal-ajrudromi.

(3)

Huwa jitlob li l-Kummissjoni tadotta r-regoli ta’ implimentazzjoni meħtieġa għall-istabbiliment tal-kundizzjonijiet għad-disinn u t-tħaddim bla periklu tal-ajrudromi msemmija fl-Artikolu 8a(5) qabel il-31 ta’ Diċembru 2013.

(4)

Sabiex tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel u livell għoli ta’ sikurezza fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili fl-Unjoni, ir-Regoli ta’ Implimentazzjoni għandhom jirriflettu l-aktar għarfien riċenti, inklużi l-aqwa prassi fil-qasam tal-ajrudromi; iridu jqisu l-Istandards u l-Prassi Rakkomandata tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali applikabbli (minn hawn ‘il quddiem “l-ICAO”), u b’hekk tiġi rispettata l-klassifikazzjoni rispettiva tal-ICAO fis-sistema kollha tar-regoli; u l-esperjenza ta’ operat tal-ajrudromi fuq livell internazzjonali, u l-progress xjentifiku u tekniku fil-qasam tal-ajrudromi; ikunu proporzjonati għad-daqs, it-traffiku, il-kategorija u l-kumplessità tal-ajrudrom u għan-natura u l-volum tal-operazzjonijiet fih; jippermettu l-flessibilità meħtieġa għall-konformità skont il-każ; u jqisu l-każijiet ta’ infrastruttura tal-ajrudrom li tkun ġiet żviluppata, qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, skont ir-rekwiżiti differenti li jinsabu fil-liġijiet nazzjonali tal-Istati Membri.

(5)

Jeħtieġ li jiġi pprovdut żmien biżżejjed biex kemm l-industrija tal-ajrudromi kif ukoll l-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri jkunu jistgħu jadattaw ruħhom għall-qafas regolatorju l-ġdid, u biex jivverifikaw li ċ-ċertifikati maħruġa qabel ma jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament ikunu għadhom validi.

(6)

Bil-għan li tiġi żgurata l-uniformità fl-applikazzjoni tar-rekwiżiti komuni, huwa essenzjali li jiġu applikati standards komuni mill-Awtoritajiet Kompetenti u, fejn applikabbli, mill-Aġenzija meta tiġi vvalutata l-konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti; l-Aġenzija għandha tiżviluppa Mezzi Aċċettabbli ta’ Konformità u Materjal ta’ Gwida sabiex tiffaċilita l-uniformità regolatorja meħtieġa. Ir-rekwiżiti komuni għandhom jaħsbu għal proċessi identiċi fi ħdan l-awtoritajiet kompetenti fl-oqsma differenti tal-avjazzjoni. Huma m’għandhomx jipprevjenu, madankollu, l-applikazzjoni ta’ proċessi kemxejn differenti jekk u fejn ikun hemm bżonn, jew fejn jidher li dawn se jkunu ta’ benefiċċju, pereżempju fil-każ ta’ entitajiet separati li jissorveljaw l-ajrudromi u l-operazzjonijiet tal-ajru. L-għan tas-sikurezza ta’ dawn ir-rekwiżiti għandu jibqa’ ma jiġix affettwat minn modi differenti ta’ konformità teknika.

(7)

Fir-rigward tal-immaniġġjar tal-ostakli fl-inħawi tal-ajrudromi kif ukoll ta’ attivitajiet oħra li jseħħu barra l-konfini tal-ajrudromi, kull Stat Membru jista’ jaħtar awtoritajiet differenti u entitajiet oħra li jkunu responsabbli mill-monitoraġġ, il-valutazzjoni u l-mitigazzjoni tar-riskji. L-għan ta’ dan ir-Regolament mhuwiex li jbiddel l-allokazzjoni attwali tal-kompiti fi ħdan l-Istat Membru. Madankollu, f’kull Stat Membru għandha tkun żgurata organizzazzjoni perfetta fejn tidħol is-salvagwardja tal-inħawi madwar l-ajrudromi u l-monitoraġġ u l-mitigazzjoni tar-riskji kkawżati mill-attivitajiet tal-bniedem. Għalhekk għandu jiġi żgurat li l-awtoritajiet li jkunu fdati b’responsabbiltajiet marbuta mas-salvagwardja tal-inħawi madwar l-ajrudromi jkollhom il-kompetenzi xierqa biex iwettqu l-obbligi tagħhom.

(8)

Fl-ajrudromi jridu jiġu pprovduti s-servizzi speċifiċi msemmija fis-Subparti B tal-Anness IV (Parti ADR.OPS). F’xi każijiet, dawn is-servizzi ma jkunux ipprovduti direttament mill-operatur tal-ajrudrom, iżda minn organizzazzjoni oħra jew minn entità tal-Istat, jew minn kumbinazzjoni tat-tnejn. F’dawn il-każijiet l-operatur tal-ajrudrom, li jkun responsabbli mill-operat tal-ajrudrom, għandu jkollu arranġamenti u interfaċċji ma’ dawn l-organizzazzjonijiet jew l-entitajiet biex jiġi żgurat il-forniment ta’ servizzi skont ir-rekwiżiti speċifikati fl-Anness IV. Meta dawn l-arranġamenti u l-interfaċċji jkunu fis-seħħ, l-operatur tal-ajrudrom għandu jitqies li għadda r-responsabbiltà tagħhom lil ħaddieħor u m’għandux jinftiehem li hu direttament responsabbli għal nuqqasijiet ta’ konformità minn xi entità oħra involuta fl-arranġament, sakemm ikun hemm konformità mar-rekwiżiti u l-obbligi kollha applikabbli stabbiliti f’dan ir-Regolament relevanti għar-responsabbiltà tagħha skont l-arranġament.

(9)

Ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 jikkonċerna biss ċertifikati tal-ajrudromi li jridu jinħarġu mill-Awtoritajiet Kompetenti fejn jidħlu l-aspetti ta’ sikurezza. Għalhekk, l-aspetti li mhumiex relatati mas-sikurezza fiċ-ċertifikati tal-ajrudromi nazzjonali eżistenti ma jiġux affettwati.

(10)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma bbażati fuq l-Opinjoni maħruġa mill-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni skont l-Artikoli 17(2)(b) u 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008.

(11)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 65 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli ddettaljati dwar:

(a)

il-kundizzjonijiet sabiex tiġi stabbilita u notifikata lill-applikant il-bażi taċ-ċertifikazzjoni applikabbli għal ajrudrom kif stabbilit fl-Anness II u l-Anness III;

(b)

il-kundizzjonijiet għall-ħruġ, iż-żamma, l-emendar, il-limitazzjoni, is-sospensjoni jew ir-revoka ta’ ċertifikati għall-ajrudromi, ċertifikati għall-organizzazzjonijiet responsabbli mill-operazzjoni tal-ajrudromi, inklużi l-limitazzjonijiet fuq l-operat marbuta mad-disinn speċifiku tal-ajrudrom kif stabbilit fl-Anness II u l-Anness III;

(c)

il-kundizzjonijiet għall-operazzjoni ta’ ajrudrom skont ir-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness Va u, jekk ikun japplika, fl-Anness Vb tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 hekk kif stipulat fl-Anness IV;

(d)

ir-responsabbiltajiet tad-detenturi taċ-ċertifikati kif stabbiliti fl-Anness III;

(e)

il-kundizzjonijiet għall-aċċettazzjoni u għall-bidla taċ-ċertifikati tal-ajrudromi eżistenti maħruġa mill-Istati Membri;

(f)

il-kundizzjonijiet għad-deċiżjoni li ma jkunux permessi l-eżenzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4(3b) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, inklużi l-kriterji għall-ajrudromi tal-merkanzija, għan-notifika tal-ajrudromi eżentati u għar-reviżjoni tal-eżenzjonijiet mogħtija;

(g)

il-kundizzjonijiet li skonthom l-operazzjonijiet jiġu pprojbiti, limitati jew suġġetti għal certi kundizzjonijiet fl-interess tas-sikurezza skont l-Anness III;

(h)

ċerti kundizzjonijiet u proċeduri għad-dikjarazzjoni mill-fornituri tas-servizz tal-immaniġġjar tar-rampa, u għas-superviżjoni tagħhom, imsemmijin fil-paragrafu 2(e) tal-Artikolu 8a tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 hekk kif stabbiliti fl-Anness II u III.

2.   L-Awtoritajiet Kompetenti involuti fiċ-ċertifikazzjoni u s-sorveljanza tal-ajrudromi, l-operaturi tal-ajrudromi u l-fornituri tas-servizzi tal-immaniġġjar tar-rampa għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II.

3.   L-operaturi tal-ajrudromi u l-fornituri tas-servizzi tal-immaniġġjar tar-rampa għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness III.

4.   L-operaturi tal-ajrudromi għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness IV.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“ajrudrom” tfisser erja ddefinita (inkluż kwalunkwe bini, stallazzjoni, u tagħmir) fuq l-art jew fuq l-ilma jew fuq struttura fissa, fissa lil hinn mill-kosta (off-shore) jew li żżomm f’wiċċ l-ilma, bil-ħsieb li tintuża, b’mod sħiħ jew parzjali, għall-wasla, għat-tluq u għall-moviment fuq il-wiċċ tal-inġenju tal-ajru;

(2)

“ajruplan” tfisser inġenju tal-ajru bil-magna itqal mill-arja, li t-titjira tiegħu hija sostnuta prinċipalment minn reazzjonijiet ajrudinamiċi fuq superfiċji li jibqgħu fissi f’kundizzjonijiet partikolari ta’ titjir;

(3)

“inġenju tal-ajru” tfisser makkinarju li jista’ jikseb sostenn fl-atmosfera mir-reazzjonijiet tal-arja ħlief mir-reazzjonijiet tal-arja ma’ wiċċ id-dinja;

(4)

“rampa” tfisser erja ddefinita, maħsuba biex takkomoda inġenji tal-ajru għall-iskop tat-tagħbija jew tal-ħatt ta’ passiġġieri, tal-posta jew tal-merkanzija, tar-riforniment tal-fjuwil, tal-parkeġġ jew tal-manutenzjoni;

(5)

“servizz ta’ mmaniġġjar tar-rampa” tfisser servizz ipprovdut sabiex jiġu ġestiti l-attivitajiet u l-moviment ta’ inġenji tal-ajru u vetturi fuq ir-rampa;

(6)

“verifika” tfisser proċess sistematiku, indipendenti u ddokumentat biex tinkiseb evidenza ta’ verifika u biex din tiġi evalwata b’mod oġġettiv sabiex jiġi deċiż sa liema punt huma ssodisfati l-kriterji tal-verifika;

(7)

“speċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni” tfisser standards tekniċi adottati mill-Aġenzija li jindikaw il-mezzi biex tintwera l-konformità mar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u mar-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu, u li jistgħu jintużaw minn organizzazzjoni għall-għanijiet taċ-ċertifikazzjoni;

(8)

“Awtorità Kompetenti” tfisser awtorità maħtura fi ħdan kull Stat Membru, li jkollha s-setgħat u r-responsabbiltajiet meħtieġa għaċ-ċertifikazzjoni u s-sorveljanza tal-ajrudromi, kif ukoll il-persunal u l-organizzazzjonijiet involuti fihom;

(9)

“sorveljanza kontinwa” tfisser il-kompiti li jitwettqu għall-implimentazzjoni tal-programm ta’ sorveljanza, fi kwalunkwe ħin, mill-Awtorità Kompetenti sabiex jiġi vverifikat li l-kundizzjonijiet li skonthom ikun inħareġ iċ-ċertifikat, jibqgħu jiġu ssodisfati matul il-perjodu ta’ validità tiegħu;

(10)

“Dokument ta’ Aċċettazzjoni u Azzjoni ta’ Devjazzjoni” (DAAD) tfisser dokument stabbilit mill-awtorità kompetenti biex tinġabar l-evidenza pprovduta li tiġġustifika l-aċċettazzjoni ta’ devjazzjonijiet mill-ispeċifikazzjonijiet ta’ ċertifikazzjoni maħruġa mill-Aġenzija;

(11)

“spezzjoni” tfisser evalwazzjoni indipendenti li tirriżulta minn osservazzjoni u ġudizzju, akkumpanjati kif xieraq bil-kejl, l-ittestjar jew il-kalibrazzjoni tat-tagħmir, sabiex tkun ivverifikata l-konformità mar-rekwiżiti applikabbli;

(12)

“moviment” tfisser it-tlugħ jew l-inżul tal-inġenju tal-ajru;

(13)

“ostaklu” tfisser l-oġġetti kollha mwaħħla (kemm jekk b’mod temporanju kif ukoll b’mod permanenti) u dawk mobbli, jew partijiet minnhom, li jkunu:

qegħdin f’erja maħsuba għall-moviment fuq is-superfiċje ta’ inġenju tal-ajru; jew

jestendu ‘l fuq minn superfiċje ddefinita maħsuba biex tipproteġi l-inġenji tal-ajru li jkunu qed itiru; jew

jinsabu barra minn dawk is-superfiċji definiti u li ġew ivvalutati li huma ta’ periklu għan-navigazzjoni bl-ajru;

(14)

“superfiċje ta’ limitazzjoni tal-ostaklu” tfisser is-superfiċje li tiddefinixxi l-limiti safejn l-oġġetti jistgħu jitwasslu fl-ispazju tal-ajru;

(15)

“superfiċje ta’ protezzjoni mill-ostaklu” tfisser superfiċje stabbilita għal sistema ta’ indikatur tal-inklinazzjoni b’avviċinament viżwali li fuqu ma jitħallewx oġġetti jew estensjonijiet ta’ oġġetti eżistenti għajr meta, fl-opinjoni tal-awtorità xierqa, l-oġġett il-ġdid jew l-estensjoni jkunu se jiġu protetti permezz ta’ oġġett immobbli eżistenti;

Artikolu 3

Is-sorveljanza tal-ajrudromi

1.   L-Istati Membri għandhom jaħtru entità waħda jew aktar bħala l-Awtorità Kompetenti f’dak l-Istat Membru, li jkollha s-setgħat meħtieġa u r-responsabbiltajiet allokati lilha għaċ-ċertifikazzjoni u s-sorveljanza tal-ajrudromi, kif ukoll il-persunal u l-organizzazzjonijiet involuti fihom.

2.   L-Awtorità Kompetenti għandha tkun indipendenti mill-operaturi tal-ajrudromi u l-fornituri tas-servizzi tal-immaniġġjar tar-rampa. Din l-indipendenza għandha tinkiseb permezz ta’ separazzjoni, għall-inqas fil-livell funzjonali, bejn l-Awtorità Kompetenti u dawn l-operaturi tal-ajrudrom u l-fornituri tas-servizzi tal-immaniġġjar tar-rampa. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Awtoritajiet Kompetenti jeżerċitaw il-poteri tagħhom b’mod imparzjali u trasparenti.

3.   Jekk Stat Membru jaħtar aktar minn entità waħda bħala Awtorità Kompetenti, ikunu jridu jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

kull Awtorità Kompetenti tkun responsabbli għal kompiti definiti speċifikament u għal erja ġeografika stabbilita; u

(b)

għandha tiġi stabbilita koordinazzjoni bejn dawn l-Awtoritajiet sabiex tiġi żgurata s-sorveljanza effettiva tal-ajrudromi u l-operaturi tal-ajrudromi kollha, kif ukoll il-fornituri tas-servizzi tal-immaniġġjar tar-rampa.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Awtorità Kompetenti jkollha l-kapaċitajiet u r-riżorsi meħtieġa biex tissodisfa r-rekwiżiti mitluba minnha skont dan ir-Regolament.

5.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persunal tal-Awtorità Kompetenti ma jwettaqx attivitajiet ta’ sorveljenza meta jkun hemm evidenza li dan jista’ jwassal, direttament jew indirettament, għal kunflitt ta’ interess, b’mod partikulari meta dan ikun relatat ma’ interess familjari jew finanzjarju.

6.   Il-persunal awtorizzat mill-Awtorità Kompetenti biex iwettaq kompiti ta’ ċertifikazzjoni u/jew sorveljanza għandu jingħata s-setgħa li tal-inqas iwettaq il-kompiti li ġejjin:

(a)

jeżamina r-rekords, id-dejta, il-proċeduri u kwalunkwe materjal ieħor li jkun rilevanti għat-twettiq tal-kompitu ta’ ċertifikazzjoni u/jew ta’ sorveljanza;

(b)

jagħmel kopji tat-tali rekords, dejta, proċeduri u materjal ieħor, jew jieħu siltiet minnhom;

(c)

jitlob spjegazzjoni verbali fuq il-post;

(d)

jidħol fl-ajrudromi, f’binjiet u siti tal-operat rilevanti jew f’erji u mezzi ta’ trasport rilevanti oħrajn;

(e)

iwettaq verifiki, investigazzjonijiet, testijiet, eżerċizzji, valutazzjonijiet u spezzjonijiet;

(f)

jieħu jew jagħti bidu għal miżuri ta’ infurzar skont il-każ.

7.   Il-kompiti msemmija fil-paragrafu 6 għandhom jitwettqu skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istati Membri rilevanti.

Artikolu 4

Informazzjoni li tingħadda lill-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni

Fi żmien tliet xhur mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (‘l-Aġenzija’) l-ismijiet, il-postijiet, il-kodiċi tal-ajruport ICAO tal-ajrudromi u l-ismijiet tal-operaturi tal-ajrudromi, kif ukoll in-numru ta’ movimenti ta’ passiġġieri u ta’ merkanzija fl-ajrudromi li fil-każ tagħhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Eżenzjonijiet

1.   L-Istat Membru għandu jinnotifika lill-Aġenzija dwar id-deċiżjoni tiegħu li tingħata eżenzjoni skont l-Artikolu 4(3b) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, fi żmien xahar minn meta tkun ittieħdet id-deċiżjoni. L-informazzjoni trażmessa lill-Aġenzija għandha tinkludi l-lista tal-ajrudromi kkonċernati, l-isem tal-operatur tal-ajrudrom u n-numru ta’ movimenti ta’ passiġġieri u ta’ merkanzija fl-ajrudrom fis-sena rilevanti.

2.   L-Istat Membru għandu, fuq bażi annwali, jeżamina ċ-ċifri tat-traffiku ta’ ajrudrom eżentat. Jekk iċ-ċifri tat-traffiku f’tali ajrudrom ikunu qabżu dawk previsti fl-Artikolu 4(3b) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 matul l-aħħar tliet snin konsekuttivi, dawn għandhom jinfurmaw lill-Aġenzija u jirrevokaw l-eżenzjoni.

3.   Il-Kummissjoni tista’ f’kull ħin tiddeċiedi li ma tippermettix eżenzjoni fil-każijiet li ġejjin:

(a)

ma jkunux issodisfati l-objettivi tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 marbuta mas-sikurezza ġenerali;

(b)

iċ-ċifri rilevanti tat-traffiku tal-passiġġieri u tal-merkanzija jkunu nqabżu matul l-aħħar tliet snin konsekuttivi.

(c)

meta l-eżenzjoni ma tikkonformax ma’ xi leġiżlazzjoni rilevanti oħra tal-UE.

4.   Fejn il-Kummissjoni tkun iddeċidiet li l-eżenzjoni mhix permessa, l-Istat Membru kkonċernat għandu jirrevoka l-eżenzjoni.

Artikolu 6

Konverżjoni taċ-ċertifikati

1.   Iċ-ċertifikati maħruġa mill-awtorità kompetenti qabel il-31 ta’ Diċembru 2014 fuq il-bażi ta’ leġiżlazzjonijiet nazzjonali għandhom jibqgħu validi sakemm jinħarġu skont dan l-Artikolu, jew jekk ma jinħarġu l-ebda ċertifikati bħal dawn, sal-31 ta’ Diċembru 2017.

2.   Qabel jagħlaq il-perjodu speċifikat fil-paragrafu 1, l-Awtorità Kompetenti għandha toħroġ iċ-ċertifikati tal-ajrudromi u tal-operaturi tal-ajrudromi kkonċernati, jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

tkun ġiet stabbilita l-bażi taċ-ċertifikazzjoni msemmija fl-Anness II billi ntużaw l-ispeċifikazzjonijiet ta’ ċertifikazzjoni maħruġa mill-Aġenzija, inklużi l-każijiet ta’ livell ekwivalenti ta’ sikurezza u kundizzjonijiet speċjali li jkunu ġew identifikati u dokumentati;

(b)

id-detentur taċ-ċertifikat ikun wera li hemm konformità mal-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni li huma differenti mir-rekwiżiti nazzjonali li abbażi tagħhom ikun inħareġ iċ-ċertifikat eżistenti;

(c)

id-detentur taċ-ċertifikat ikun wera konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu li huma applikabbli għall-organizzazzjoni u l-operat tiegħu u li huma differenti mir-rekwiżiti nazzjonali eżistenti li abbażi tagħhom ikun inħareġ iċ-ċertifikat.

3.   Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 2 punt (b), l-Awtorità Kompetenti tista’ tiddeċiedi li tirrinunzja li tagħti prova ta’ konformità jekk tqis li din il-prova toħloq sforz eċċessiv jew sproporzjonat.

4.   L-Awtorità Kompetenti għandha żżomm rekords, għal perjodu minimu ta’ ħames snin, tad-dokumenti relatati mal-proċedura tal-konverżjoni taċ-ċertifikati.

Artikolu 7

Devjazzjonijiet mill-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni

1.   L-Awtorità Kompetenti tista’, sal-31 ta’ Diċembru 2024, taċċetta applikazzjonijiet għal ċertifikat li jinkludi devjazzjonijiet mill-ispeċifikazzjonijiet ta’ ċertifikazzjoni maħruġa mill-Aġenzija, u dan kemm-il darba jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

id-devjazzjonijiet ma jikkwalifikawx bħala każ ta’ livell ekwivalenti ta’ sikurezza skont l-ADR.AR.C.020, u lanqas ma jikkwalifikaw bħala każ ta’ kundizzjoni speċjali skont l-ADR.AR.C.025 tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament;

(b)

id-devjazzjonijiet kienu hemm qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament;

(c)

ir-rekwiżiti essenzjali tal-Anness Va tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 huma rispettati mid-devjazzjonijiet, supplimentati b’miżuri ta’ mitigazzjoni u b’azzjonijiet korrettivi skont il-każ;

(d)

għal kull devjazzjoni saret valutazzjoni dwar is-sikurezza biex issostni dan.

2.   L-Awtorità kompetenti għandha tiġbor l-evidenza li tappoġġja l-issodisfar tal-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 f’Dokument ta’ Azzjoni ta’ Devjazzjoni u ta’ Aċċettazzjoni (DAAD). Id-DAAD irid jinhemeż maċ-ċertifikat. L-Awtorità Kompetenti għandha tispeċifika l-perjodu ta’ validità tad-DAAD.

3.   L-operatur tal-ajrudrom u l-Awtorità Kompetenti għandhom jivverifikaw li l-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jibqgħu jiġu ssodisfati. Jekk dan ma jkunx il-każ, id-DAAD għandu jiġu emendat, sospiż jew irtirat.

Artikolu 8

Is-salvagwardja tal-inħawi madwar l-ajrudrom

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu għaddejjin konsultazzjonijiet rigward l-impatti fuq is-sikurezza ta’ kostruzzjonijiet proposti li jinbnew fis-superfiċje ta’ limitazzjoni u ta’ protezzjoni tal-ostaklu kif ukoll f’superfiċji oħra assoċjati mal-ajrudrom.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu għaddejjin konsultazzjonijiet rigward l-impatti fuq is-sikurezza ta’ kostruzzjonijiet proposti li jinbnew lil hinn mis-superfiċje ta’ limitazzjoni u ta’ protezzjoni tal-ostaklu kif ukoll minn superfiċji oħra assoċjati mal-ajrudrom u li jaqbżu l-għoli stabbilit mill-Istati Membri.

3.   L-Istati Membri għandhom jiggarantixxu l-koordinazzjoni tas-salvagwardja ta’ ajrudromi li jinsabu ħdejn il-fruntieri nazzjonali ma’ Stati Membri oħra.

Artikolu 9

Monitoraġġ tal-inħawi madwar l-ajrudrom

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu għaddejjin konsultazzjonijiet rigward l-attivitajiet tal-bniedem u l-użu tal-art, bħal:

(a)

kull żvilupp jew bidla fl-użu tal-art fiż-żona tal-ajrudrom;

(b)

kull żvilupp li jista’ joħloq turbolenza kkaġunata minn ostaklu li jista’ jkun ta’ periklu għall-operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru;

(c)

l-użu ta’ dawl perikoluż, li jfixkel jew li jqarraq;

(d)

l-użu ta’ superfiċji li jirriflettu ħafna u li jistgħu jikkawżaw tgħammix;

(e)

il-ħolqien ta’ żoni li għandhom mnejn jinkoraġġixxu attività minn annimali selvaġġi li taf tkun ta’ ħsara għall-operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru;

(f)

għejun ta’ radjazzjoni mhux viżibbli jew il-preżenza ta’ oġġetti li jiċċaqalqu jew li huma fissi u li jistgħu jxekklu jew jolqtu ħażin ir-rendiment tas-sistemi tal-komunikazzjoni, tan-navigazzjoni u tas-sorveljanza ajrunawtika.

Artikolu 10

L-immaniġġjar tal-perikli minn annimali selvaġġi

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-perikli mill-attività ta’ annimali selvaġġi jiġu vvalutati permezz ta’:

(a)

l-istabbiliment ta’ proċedura nazzjonali għar-reġistrazzjoni u r-rappurtaġġ ta’ meta l-annimali selvaġġi jaħbtu mal-inġenji tal-ajru;

(b)

il-ġbir tal-informazzjoni mill-operaturi tal-inġenji tal-ajru, mill-persunal tal-ajrudrom u minn sorsi oħra dwar il-preżenza ta’ annimali selvaġġi li tikkostitwixxi periklu potenzjali għall-operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru; u

(c)

evalwazzjoni kontinwa tal-periklu minn annimali selvaġġi min-naħa tal-persunal kompetenti.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rapporti ta’ ħbit bejn l-annimali selvaġġi u l-inġenji tal-ajru jinġabru u jintbagħtu fil-bażi tad-dejta tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Ħbit mal-Għasafar tal-ICAO (IBIS).

Artikolu 11

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.   L-Awtoritajiet Kompetenti involuti fiċ-ċertifikazzjoni u s-sorveljanza tal-ajrudromi, l-operaturi tal-ajrudromi u l-fornituri tas-servizzi tal-immaniġġjar tar-rampa għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament qabel il-31 ta’ Diċembru 2017.

3.   L-Annessi III u IV għandhom japplikaw għal ajrudromi ċċertifikati skont l-Artikolu 6 mid-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat.

4.   L-ajrudromi li l-proċedura ta’ ċertifikazzjoni tagħhom tkun inbdiet qabel il-31 ta’ Diċembru 2014 iżda li sa dakinhar ma jkunx inħarġilhom ċertifikat, għandu jinħarġilhom ċertifikat biss meta jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament.

5.   Il-punt ADR.AR.C.050 u l-punt ADR.OR.B.060 tal-Anness II u III ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw minn dakinhar li jidħlu fis-seħħ fiha r-Regoli ta’ Implimentazzjoni rigward il-forniment tas-servizzi tal-immaniġġjar tar-rampa. Il-punt ADR.AR.A.015 tal-Anness II u l-punt ADR.OR.A.015 tal-Anness III japplikaw għall-fornituri tas-servizzi tal-immaniġġjar tar-rampa minn dakinhar li jidħlu fis-seħħ ir-Regoli ta’ Implimentazzjoni rigward il-forniment tas-servizzi tal-immaniġġjar tar-rampa.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Frar 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 79, 13.3.2008, p. 1.

(2)   ĠU L 309, 24.11.2009, p. 51.


ANNESS I

Definizzjonijiet tat-termini użati mill-Anness II sal-Anness IV

Għall-fini ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“Mezzi Aċċettabbli tal-Konformità (AMC)” tfisser standards mhux vinkolanti adottati mill-Aġenzija biex juru l-mezzi li bihom tiġi stabbilita l-konformità mar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u mar-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu;

(2)

“id-distanza disponibbli għall-aċċellerazzjoni u l-waqfien (ASDA)”, tfisser it-tul tal-ġirja tat-tlugħ disponibbli u t-tul tal-mogħdija tal-waqfien, jekk din tkun ipprovduta;

(3)

“servizz ta’ kontroll tal-ajrudrom” tfisser servizz ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru (ATC) għat-traffiku tal-ajrudrom;

(4)

“tagħmir tal-ajrudrom” tfisser kull tagħmir, apparat, drittijiet, softwer jew aċċessorju li jintuża jew li hu maħsub biex jintuża biex jikkontribwixxi għall-operazzjoni tal-inġenju tal-arju fl-ajrudrom;

(5)

“dejta ajrunawtika” tfisser rappreżentazzjoni ta’ fatti, kunċetti jew struzzjonijiet ajrunawtiċi f’għamla formalizzata adattata għall-komunikazzjoni, l-interpretazzjoni jew l-ipproċessar;

(6)

“servizz ta’ informazzjoni ajrunawtika” tfisser servizz stabbilit ġewwa ż-żona ddefinita ta’ kopertura responsabbli għall-forniment ta’ informazzjoni ajrunawtika u data meħtieġa għas-sikurezza, ir-regolarità u l-effiċjenza tan-navigazzjoni tal-ajru;

(7)

“servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru” tfisser servizzi ta’ traffiku tal-ajru; servizzi ta’ komunikazzjoni, navigazzjoni u sorveljanza; servizzi meteoroloġiċi għan-navigazzjoni tal-ajru; u servizzi ta’ informazzjoni ajrunawtika;

(8)

“servizzi ta’ traffiku tal-ajru” tfisser is-servizzi varji ta’ informazzjoni ta’ titjir, servizzi ta’ twissija, servizzi ta’ avviżi għal traffiku tal-ajru u servizzi ta’ kontroll tat-traffiku (servizzi taż-żona, avviċinament u kontroll tal-ajrudrom);

(9)

“servizz ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru (ATC)” tfisser servizz ipprovdut għall-għan:

1.

li jevita l-kolliżjonijiet:

bejn ajruplani, u

fiż-żona ta’ mmanuvrar bejn ajruplani u ingombri; u

2.

li jħaffef u jżomm fluss ordnat ta’ traffiku tal-ajru;

(10)

“stand tal-inġenju tal-ajru” tfisser żona speċifika fuq rampa maħsuba biex tintuża għall-ipparkjar ta’ inġenju tal-ajru;

(11)

“taxilane tal-istand tal-inġenju tal-ajru” tfisser parti minn rampa indikata bħala taxiway u maħsuba sabiex tipprovdi aċċess għall-istands tal-inġenji tal-ajru biss;

(12)

“mezzi ta’ konformità alternattivi” huma dawk li jipproponu alternattiva għal Mezzi Aċċettabbli ta’ Konformità eżistenti jew inkella dawk li jipproponu mezzi ġodda sabiex tkun stabbilita l-konformità mar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u mar-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu, li fil-każ tagħha ma jkun ġie adottat mill-Aġenzija l-ebda Mezz Aċċettabbli ta’ Konformità assoċjat;

(13)

“servizz ta’ twissija” tfisser servizz provdut biex javża lill-organizzazzjonijiet xierqa dwar ajruplani fi bżonn ta’ għajnuna ta’ tiftix u salvataġġ, u biex jgħin lit-tali organizzazzjonijiet skont il-ħtieġa;

(14)

“taxiway tar-rampa” tfisser parti minn sistema ta’ taxiways li tkun qiegħda fuq rampa u li tkun maħsuba sabiex tipprovdi rotta kontinwa għas-sewqan min-naħa għall-oħra tar-rampa.

(15)

“mogħdija tal-ikklerjar” tfisser żona rettangolari ddefinita fuq l-art jew fl-ilma li taqa’ taħt il-kontroll tal-entità xierqa, li tiġi magħżula jew ippreparata bħala żona xierqa li fuqha ajruplan ikun jista’ jagħmel parti mit-tlugħ inizjali tiegħu sa għoli speċifikat;

(16)

“oġġetti perikolużi” tfisser artikli jew sustanzi li jistgħu joħolqu riskju għas-saħħa, is-sikurezza, il-proprjetà jew l-ambjent u li huma inklużi fil-lista ta’ oġġetti perikolużi fl-Istruzzjonijiet Tekniċi jew li jkunu kklassifikati skont dawn l-istess Struzzjonijiet;

(17)

“kwalità tad-dejta” tfisser grad jew livell ta’ kunfidenza li l-informazzjoni pprovduta tissodisfa r-rekwiżiti tal-utent tal-informazzjoni f’dak li jirrigwarda l-eżattezza, ir-riżoluzzjoni u l-integrità;

(18)

“distanzi ddikjarati” tfisser:

“il-ġirja tat-tlugħ disponibbli (TORA)”,

“id-distanza disponibbli għat-tlugħ (TODA)”,

“id-distanza disponibbli għall-aċċellerazzjoni u l-waqfien (ASDA)”,

“id-distanza tal-inżul disponibbli (LDA)”;

(19)

“servizz ta’ informazzjoni dwar it-titjira” tfisser servizz provdut sabiex jingħataw pariri u informazzjoni utli għat-tmexxija sikura u effiċjenti tat-titjiriet;

(20)

“prinċipji ta’ fatturi umani” tfisser prinċipji li japplikaw għad-disinn, it-taħriġ, iċ-ċertifikazzjoni, l-operat u l-manteniment tal-ajrunawtika u li mmiraw għal interfaċċja sikura bejn il-komponenti umani u dawk ta’ sistemi oħrajn b’konsiderazzjoni f’lokha għall-prestazzjoni umana;

(21)

“il-prestazzjoni umana” tfisser il-kapaċitajiet umani u l-limitazzjonijiet li għandhom impatt fuq is-sikurezza u l-effiċjenza ta’ operazzjonijiet tal-ajrunawtika;

(22)

“runway ta’ strument” tfisser waħda minn dawn it-tipi ta’ runways maħsuba għat-tħaddim ta’ inġenji tal-ajru permezz ta’ proċeduri bl-avviċinament tal-istrumenti:

1.   “runway b’approċċ mhux bi preċiżjoni”: runway ta’ strument servuta b’għajnuniet viżwali u b’għajnuna mhux viżwali li tipprovdi mill-inqas gwida direzzjonali xierqa sabiex tippermetti avviċinament f’linja dritta.

2.   “runway b’avviċinament bi preċiżjoni, il-Kategorija I”: runway ta’ strument servuta b’għajnuniet viżwali u b’għajnuna mhux viżwali, maħsuba għall-operazzjonijiet b’għoli ta’ deċiżjoni (DH) mhux inqas minn 60 m (200 pied) u jew il-viżibilità tkun mhux inqas minn 800 m jew il medda viżwali tar-runway (RVR) tkun mhux inqas minn 550 m.

3.   “runway b’avviċinament bi preċiżjoni, il-Kategorija II”: runway ta’ strument servuta b’għajnuniet mhux viżwali u viżwali, maħsuba għall-operazzjonijiet b’għoli ta’ deċiżjoni (DH) mhux inqas minn 60 m (200 pied) imma mhux inqas minn 30 m (100 pied) jew il medda viżwali tar-runway (RVR) tkun mhux inqas minn 300 m.

4.   “runway b’avviċinament bi preċiżjoni, il-Kategorija III”: runway ta’ strument servuta b’għajnuniet mhux viżwali u viżwali u matul is-superfiċje tar-runway u:

A.

maħsuba għall-operazzjonijiet b’għoli ta’ deċiżjoni (DH) aktar baxx minn 30 m (100 pied), jew bla ebda gћoli ta’ deċiżjoni u medda viżwali tar-runway (RVR) mhux inqas minn 175 m; jew

B.

maħsuba għall-operazzjonijiet b’għoli ta’ deċiżjoni (DH) aktar baxx minn 15 m (50 pied), jew bla ebda gћoli ta’ deċiżjoni u medda viżwali tar-runway (RVR) inqas minn 175 m imma mhux inqas minn 50 m;

C.

maħsuba għal operazzjonijiet bla ebda gћoli ta’ deċiżjoni (DH) u ebda limitazzjonijiet fil-medda viżwali tar-runway (RVR);

(23)

“integrità” tfisser grad ta’ assigurazzjoni li dejta ajrunawtika u l-valur tagħha ma jkunx intilef u lanqas inbidel minn meta tkun inkisbet id-dejta jew minn meta tkun saret l-emenda awtorizzata.

(24)

“id-distanza tal-inżul disponibbli (LDA)” tfisser it-tul tar-runway li hu ddikjarat bħala disponibbli u adegwat għall-ġirja ta’ fuq l-art ta’ ajruplan li jinżel;

(25)

“il-proċeduri f’viżibilità baxxa” tfisser il-proċeduri applikati f’ajrudrom biex ikunu żgurati operazzjonijiet sikuri matul avviċinamenti tal-Kategorija I li huma iktar baxxi minn dawk standard, matul avviċinamenti tal-Kategorija II li mhumiex standard, matul avviċinamenti tal-Kategorija II u III u matul it-tlugħ f’viżibbiltà baxxa;

(26)

“it-tlugħ f’viżibilità baxxa (LVTO)” tfisser tlugħ b’RVR ta’ inqas minn 400 metru, iżda ta’ mhux inqas minn 75 metru;

(27)

“operazzjoni tal-Kategorija I li hija iktar baxxa minn dik standard” tfisser operazzjoni ta’ avviċinament u nżul bl-istrumenti tal-Kategorija I, bl-użu ta’ DH tal-Kategorija I u b’RVR li hija inqas minn dik li normalment tkun assoċjata mad-DH applikabbli iżda li mhix inqas minn 400 metru;

(28)

“erja ta’ mmanuvrar” tfisser dik il-parti minn ajrudrom li għandha tintuża għat-tlugħ, għall-inżul u għas-sewqan tal-inġenji tal-ajru, esklużi r-rampi;

(29)

“servizzi meteoroloġiċi” tfisser dawk il-faċilitajiet u s-servizzi li jipprovdu lill-ajruplani bi tbassir meteoroloġiku, istruzzjonijiet u osservazzjonijiet kif ukoll kull informazzjoni u dejta meteoroloġika oħra pprovduta minn Stati għal użu ajrunawtiku;

(30)

“indikatur” tfisser oġġett muri ‘l fuq mil-livell tal-art sabiex jindika ostaklu jew biex juri fruntiera;

(31)

“immarkar” tfisser simbolu jew grupp ta’ simboli murija fuq is-superfiċje tal-erja ta’ moviment sabiex titwassal informazzjoni ajrunawtika;

(32)

“erja ta’ moviment” tfisser dik il-parti minn ajrudrom li għandha tintuża għat-tlugħ, għall-inżul u għas-sewqan ta’ inġenju tal-ajru, li tikkonsisti fl-erja ta’ mmanuvrar u fir-rampa jew rampi;

(33)

“servizzi ta’ navigazzjoni” tfisser dawk il-faċilitajiet u servizzi li jipprovdu lill-inġenju tal-ajru b’informazzjoni dwar il-pożizzjoni u l-ħin propizju;

(34)

“runway mhux ta’ strument” tfisser runway maħsuba għat-tħaddim ta’ inġenji tal-ajru permezz ta’ proċeduri ta’ avviċinament viżwali;

(35)

“operazzjoni tal-Kategorija II li hija differenti mill-istandard” tfisser operazzjoni ta’ avviċinament u nżul bi strument ta’ preċiżjoni, bl-użu ta’ ILS jew MLS, li xi elementi (jew kollha kemm huma) tas-sistema tad-dawl li jintużaw f’avviċinamenti ta’ preċiżjoni tal-Kategorija II ma jkunux disponibbli, u:

b’gћoli ta’ deċiżjoni (DH) taћt il-200 pied iżda mhux aktar baxx minn 100 pied; u

medda viżwali tar-runway (RVR) ta’ mhux inqas minn 350 metru;

(36)

“ċiklu ta’ ppjanar tas-sorveljanza” tfisser perjodu ta’ żmien li fih tiġi vverifikata l-konformità kontinwa;

(37)

“taxiway għal ħruġ rapidu” tfisser taxiway konnessa ma’ runway b’angolu akut u ddisinjata sabiex tħalli l-ajruplani li jkunu neżlin iduru b’veloċitajiet ikbar minn dawk li jintlaħqu f’taxiways għall-ħruġ oħrajn u b’hekk jiġu minimizzati l-ħinijiet ta’ okkupanza tar-runways;

(38)

“runway” tfisser erja rettangolari ddefinita f’ajrudrom fuq l-art ippreparata għall-inżul u għat-tlugħ tal-inġenji tal-ajru;

(39)

“tip ta’ runway” tfisser runway ta’ strument jew runway mhux ta’ strument

(40)

“medda viżwali tar-runway (RVR)” tfisser il-medda li minn fuqha l-bdot ta’ inġenju tal-ajru li jinsab fuq il-linja taċ-ċentru ta’ runway jista’ jara l-immarkar fuq is-superfiċje tar-runway jew id-dwal li jiddelinjaw ir-runway jew li jidentifikaw il-linja taċ-ċentru tagħha;

(41)

“sistema għall-immaniġġjar tas-sikurezza” tfisser approċċ sistematiku għall-ġestjoni tas-sikurezza li jinkludi l-istrutturi organizzattivi neċessarji, ir-responsabbiltajiet, il-politiki u l-proċeduri;

(42)

“il-mogħdija tal-waqfien” tfisser erja rettangolari ddefinita fuq l-art fi tmiem il-ġirja tat-tlugħ, ippreparata bħala żona xierqa li fih l-inġenju tal-ajru jista’ jitwaqqaf fil-każ ta’ tlugħ abbandunat;

(43)

“id-distanza disponibbli għat-tlugħ (TODA)”, tfisser it-tul tal-ġirja tat-tlugħ disponibbli u t-tul tal-mogħdija tal-ikklerjar, jekk din tkun ipprovduta;

(44)

“il-ġirja tat-tlugħ disponibbli (TORA)” tfisser it-tul tar-runway li hu ddikjarat bħala disponibbli u adegwat għall-ġirja ta’ fuq l-art ta’ ajruplan li jitla’;

(45)

“taxiway” tfisser passaġġ iddefinit fuq ajrudrom fuq l-art stabbilit għas-sewqan tal-inġenji tal-ajru u maħsub sabiex jipprovdi kollegament bejn parti tal-ajrudrom u parti oħra, li jinkludi:

taxilane għall-istands tal-inġenji tal-ajru,

taxiway tar-rampa,

taxiway għal ħruġ rapidu;

(46)

“Struzzjonijiet Tekniċi” tfisser l-edizzjoni effettiva l-iktar riċenti tal-“Istruzzjonijiet Tekniċi għat-Trasport Sikur tal-Oġġetti Perikolużi bl-Ajru” (Dok 9284-AN/905), inkluż is-Suppliment tagħha u kwalunkwe Addenda għaliha, approvata u ppubblikata mill-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali;

(47)

“kundizzjonijiet taċ-ċertifikat” tfisser dan li ġej:

Indikatur ta’ lokament tal-ICAO,

kundizzjonijiet għall-operat (VFR/IFR, il-jum/il-lejl),

runway — distanzi dikjarati,

tip(i) ta’ runway u avviċinamenti previsti,

kodiċi ta’ referenza tal-ajrudrom,

ambitu tal-operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru b’ittra ta’ referenza tal-ajrudrom b’kodiċi ogħla,

id-dispożizzjoni tas-servizzi tal-immaniġġjar tar-rampa (iva/le),

livell ta’ protezzjoni fejn jidħol is-salvataġġ u t-tifi tan-nar;

(48)

“għajnuniet viżwali” tfisser indikaturi u apparat tas-sinjalazzjoni, il-marki, id-dwal, is-sinjali u l-markaturi jew kombinazzjonijiet tagħhom.


ANNESS II

Il-Parti Rekwiżiti tal-Awtorità — Ajrudromi (Parti-ADR.AR)

IS-SUBPARTI A — REKWIŻITI ĠENERALI (ADR.AR.A)

ADR.AR.A.001 Ambitu

Dan l-Anness jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-Awtoritajiet Kompetenti involuti fiċ-ċertifikazzjoni u s-sorveljanza tal-ajrudromi, l-operaturi tal-ajrudromi u l-fornituri tas-servizz ta’ mmaniġġjar tar-rampa.

ADR.AR.A.005 Awtorità Kompetenti

L-Awtorità Kompetenti maħtura mill-Istat Membru fejn jinsab l-ajrudrom għandha tkun responsabbli:

(a)

għaċ-ċertifikazzjoni u s-sorveljanza ta’ ajrudromi u l-operaturi tal-ajrudrom tagħhom;

(b)

għas-sorveljanza tal-fornituri tas-servizzi tal-immaniġġjar tar-rampa.

ADR.AR.A.010 Dokumentazzjoni tas-superviżjoni

(a)

L-Awtorità Kompetenti għandha tipprovdi l-atti leġiżlattivi, l-istandards, ir-regoli, il-pubblikazzjonijiet tekniċi u d-dokumenti relatati lill-persunal rilevanti sabiex dawn ikunu jistgħu jaqdu l-kompiti tagħhom u jwettqu r-responsabbiltajiet tagħhom.

(b)

L-Awtorità Kompetenti għandha tagħmel disponibbli l-atti leġiżlattivi, l-istandards, ir-regoli, il-pubblikazzjonijiet tekniċi u d-dokumenti relatati lill-operaturi tal-ajrudromi u lil partijiet interessati oħra biex tiffaċilita l-konformità tagħhom mar-rekwiżiti applikabbli.

ADR.AR.A.015 Mezzi ta’ konformità

(a)

L-Aġenzija għandha tiżviluppa Mezzi Aċċettabbli ta’ Konformità (AMC) li jistgħu jintużaw biex tiġi stabbilita l-konformità mar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u mar-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu. Meta jkun hemm konformità mal-Mezzi Aċċettabbli ta’ Konformità, ir-rekwiżiti meħtieġa tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni jkunu ġew issodisfati.

(b)

Jistgħu jintużaw mezzi alternattivi ta’ konformità sabiex tiġi stabbilita l-konformità mar-Regoli ta’ Implimentazzjoni.

(c)

L-Awtorità Kompetenti għandha tistabbilixxi sistema biex tevalwa b’mod konsistenti li l-mezzi alternattivi ta’ konformità użati minnha jew minn organizzazzjonijiet jew persuni li jaqgħu taħt is-sorveljanza tagħha jippermettu li tiġi stabbilita l-konformità mar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u mar-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu.

(d)

L-Awtorità Kompetenti għandha tivvaluta l-mezzi alternattivi ta’ konformità proposti minn operatur tal-ajrudrom jew minn fornitur tas-servizzi tal-immaniġġjar tar-rampa, skont l-ADR.OR.A.015, billi tanalizza d-dokumentazzjoni pprovduta u, jekk meqjus neċessarju, billi tagħmel spezzjoni tal-operatur tal-ajrudrom, l-ajrudrom jew il-fornitur tas-servizzi tal-immaniġġjar tar-rampa.

Meta l-Awtorità Kompetenti ssib li l-mezzi ta’ konformità alternattivi proposti minn operatur tal-ajrudrom jew minn fornitur tas-servizzi tal-immaniġġjar tar-rampa huma skont ir-Regoli ta’ Implimentazzjoni, għandha tagħmel li ġej, mingħajr dewmien żejjed:

(1)

tgħarraf lill-applikant li l-mezzi alternattivi ta’ konformità jistgħu jiġu implimentati u, jekk ikun applikabbli, temenda l-approvazzjoni jew iċ-ċertifikat tal-applikant kif meħtieġ;

(2)

tgħarraf lill-Aġenzija dwar il-kontenut tagħhom, u tibagħtilha kopji tad-dokumentazzjoni rilevanti;

(3)

tinforma lill-Istati Membri l-oħra dwar il-mezzi alternattivi ta’ konformità li jkunu ġew aċċettati; u

(4)

tinforma lill-ajrudromi ċertifikati l-oħrajn li jinsabu fl-Istat Membru bl-Awtorità Kompetenti, kif xieraq.

(e)

Meta l-Awtorità Kompetenti stess tuża mezzi alternattivi ta’ konformità biex tkun konformi mar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u mar-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu, din għandha:

(1)

tagħmilhom disponibbli għal operaturi tal-ajrudromi u l-fornituri tas-servizzi tal-immaniġġjar tar-rampa taħt is-sorveljanza tagħha; u

(2)

tavża lill-Aġenzija b’dan mingħajr dewmien żejjed.

L-awtorità kompetenti għandha tipprovdi lill-Aġenzija b’deskrizzjoni sħiħa tal-mezzi alternattivi ta’ konformità, inkluż bi kwalunkwe reviżjoni għall-proċeduri li tista’ tkun rilevanti, kif ukoll b’valutazzjoni li turi li r-Regoli ta’ Implimentazzjoni ġew issodisfati.

ADR.AR.A.025 Informazzjoni lill-Aġenzija

(a)

L-Awtorità Kompetenti għandha tavża lill-Aġenzija, mingħajr dewmien żejjed, f’każ ta’ xi problema sinifikanti bl-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu.

(b)

L-Awtorità Kompetenti għandha tipprovdi lill-Aġenzija bl-informazzjoni sinifikanti għas-sikurezza li toħroġ mir-rapporti ta’ okkorrenza li tkun irċeviet.

ADR.AR.A.030 Reazzjoni immedjata għal problema ta’ sikurezza

(a)

Mingħajr ħsara għad-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), l-Awtorità Kompetenti għandha timplimenta sistema biex tiġbor, tanalizza u xxerred b’mod xieraq l-informazzjoni marbuta mas-sikurezza.

(b)

L-Aġenzija għandha timplimenta sistema biex tanalizza b’mod xieraq kwalunkwe informazzjoni rilevanti marbuta mas-sikurezza li din tkun irċeviet u biex tipprovdi lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni, mingħajr dewmien żejjed, bi kwalunkwe informazzjoni, inklużi rakkomandazzjonijiet jew azzjonijiet korrettivi li jridu jittieħdu, li huma jkunu jeħtieġu biex jirreaġixxu fil-ħin għal problema tas-sikurezza li tkun tinvolvi l-ajrudromi, l-opertauri tal-ajrudromi, il-fornituri tas-servizz tal-immaniġġjar tar-rampa li huma suġġetti għar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u għar-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu.

(c)

Kif tirċievi l-informazzjoni msemmija f’(a) u (b), l-Awtorità Kompetenti għandha tieħu miżuri adegwati sabiex tindirizza l-problema ta’ sikurezza, inkluża dik tal-ħruġ ta’ direttivi dwar is-sikurezza skont l-ADR.AR.A.040.

(d)

Il-miżuri meħudin skont il-punt (c) għandhom jiġu nnotifikati lill-opertauri tal-ajrudromi jew lill-fornituri tas-servizz tal-immaniġġjar fir-rampa li jridu jkunu konformi magħhom skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu. L-Awtorità Kompetenti għandha tinnotifika wkoll b’dawk il-miżuri lill-Aġenzija u, meta tkun meħtieġa azzjoni kkombinata, lill-Istati Membri l-oħra kkonċernati.

ADR.AR.A.040 Direttivi dwar is-sikurezza

(a)

L-Awtorità Kompetenti għandha toħroġ direttiva dwar is-sikurezza jekk tkun stabbiliet l-eżistenza ta’ kundizzjoni ta’ nuqqas ta’ sikurezza li tkun teħtieġ azzjoni immedjata, inkluż it-turija ta’ konformità ma’ xi speċifikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni emendata jew addizzjonali stabbilita mill-Aġenzija, li l-Awtorità Kompetenti ssib li hemm bżonn.

(b)

Id-direttiva dwar is-sikurezza għandha tingħadda lill-operaturi tal-ajrudrom jew lill-fornituri tas-servizzi tal-immaniġġjar tar-rampa kkonċernata, kif xieraq, u għandu jkun fiha, bħala minimu, l-informazzjoni li ġejja:

(1)

l-identifikazzjoni tal-kundizzjoni ta’ nuqqas ta’ sikurezza;

(2)

l-identifikazzjoni tad-disinn, it-tagħmir, jew l-operazzjoni affettwata;

(3)

l-azzjonijiet meħtieġa u l-ġustifikazzjoni għalihom, inklużi l-ispeċifikazzjonijiet emendati jew dawk addizzjonali ta’ ċertifikazzjoni li jridu jiġu osservati;

(4)

il-limitu ta’ żmien għall-konformità mal-miżura meħtieġa; u

(5)

id-data tad-dħul fis-seħħ tagħha.

(c)

L-Awtorità Kompetenti għandha tibgħat kopja tad-direttiva dwar is-sikurezza lill-Aġenzija.

(d)

L-Awtorità Kompetenti għandha tivverifika l-konformità tal-operaturi tal-ajrudromi u l-fornituri tas-servizzi tal-immaniġġjar tar-rampa bid-direttivi ta’ sikurezza applikabbli.

IS-SUBPARTI B — IMMANIĠĠJAR (ADR.AR.B)

ADR.AR.B.005 Sistema ta’ mmaniġġjar

(a)

L-Awtorità Kompetenti għandha tistabbilixxi u żżomm sistema ta’ mmaniġġjar, li tkun tinkludi mill-inqas:

(1)

politiki u proċeduri ddokumentati biex jiddeskrivu l-organizzazzjoni tagħha u l-mezzi u l-metodi tagħha biex tikseb konformità mar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u mar-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu. Il-proċeduri għandhom jinżammu aġġornati u jservu bħala d-dokumenti bażiċi ta’ ħidma f’dik l-Awtorità Kompetenti għall-kompiti relatati kollha;

(2)

għadd suffiċjenti ta’ impjegati, inklużi l-operaturi tal-ajrudrom, biex jaqdu l-kompiti tagħha u jwettqu r-responsabbiltajiet tagħha. Dawn l-impjegati għandhom ikunu kkwalifikati biex iwettqu l-kompiti allokati lilhom u għandu jkollhom l-għarfien u l-esperjenza meħtieġa, kif ukoll it-taħriġ fuq il-lant tax-xogħol u dak rikorrenti meħtieġ biex jiżguraw kompetenza kontinwa. Għandu jkun hemm sistema fis-seħħ biex tkun tista’ tiġi ppjanata d-disponibbiltà tal-impjegati, sabiex ikun żgurat it-twettiq xieraq tal-kompiti kollha;

(3)

faċilitajiet u uffiċċji adegwati biex jitwettqu l-kompiti allokati;

(4)

funzjoni biex jiġu mmonitorjati l-konformità tas-sistema ta’ ġestjoni mar-rekwiżiti rilevanti u l-adegwatezza tal-proċeduri, inkluż l-istabbiliment ta’ proċess ta’ verifika interna u ta’ proċess ta’ mmaniġġjar tar-riskji għas-sikurezza.

(b)

L-Awtorità Kompetenti għandha taħtar, għal kull qasam ta’ attività li tinkludi sistema ta’ mmaniġġjar, persuna jew persuni li jkollhom ir-responsabbiltà ġenerali għall-immaniġġjar tal-kompiti rilevanti.

(c)

L-Awtorità Kompetenti għandha tistabbilixxi proċeduri għall-parteċipazzjoni fi skambju reċiproku tal-informazzjoni kollha meħtieġa u għall-għajnuna ta’ awtoritajiet kompetenti oħra konċernati.

ADR.AR.B.010 Allokazzjoni tal-kompiti lil entitajiet ikkwalifikati

(a)

Il-kompiti marbutin maċ-ċertifikazzjoni inizjali jew mas-sorveljanza kontinwa tal-persuni jew tal-organizzazzjonijiet suġġetti għar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u għar-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu għandhom jiġu allokati mill-Istati Membri biss lil entitajiet ikkwalifikati. Meta talloka l-kompiti, l-Awtorità Kompetenti għandha tiżġura:

(1)

li jkollha sistema implimentata biex tivverifika, fil-bidu u b’mod kontinwu, li l-entità kkwalifikata hija konformi mal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 216/2008.

li din is-sistema u r-riżultati tal-valutazzjonijiet għandhom jiġu ddokumentati;

(2)

li hija tkun stabbiliet ftehim iddokumentat mal-entità kkwalifikata, li jkun approvat miż-żewġ partijiet fil-livell tal-maniġment ix-xieraq, li jiddefinixxi b’mod ċar:

(i)

il-kompiti li għandhom jitwettqu;

(ii)

id-dikjarazzjonijiet, ir-rapporti u r-rekords li għandhom jiġu pprovduti;

(iii)

il-kundizzjonijiet tekniċi li jridu jintlaħqu fit-twettiq ta’ dawn il-kompiti;

(iv)

il-kopertura tar-responsabbiltà relatata;

(v)

il-protezzjoni mogħtija lill-informazzjoni miksuba huma u jitwettqu t-tali kompiti.

(b)

L-Awtorità Kompetenti għandha tiżgura li l-proċess ta’ verifika interna u l-proċess ta’ mmaniġġjar tar-riskji għas-sikurezza, li huma meħtieġa skont il-punt ADR.AR.B.005(a)(4), ikopru l-kompiti kollha ta’ ċertifikazzjoni jew ta’ sorveljanza kontinwa li jitwettqu f’isimha.

ADR.AR.B.015 Tibdil fis-sistema tal-immaniġġjar

(a)

L-Awtorità Kompetenti għandu jkollha sistema fis-seħħ sabiex tidentifika t-tibdiliet li jaffettwaw il-kapaċità tagħha li twettaq il-kompiti u r-responsabbiltajiet tagħha kif iddefinit fir-Regolament (KE) Nru 216/2008 u fir-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu. Din is-sistema għandha tippermettilha tieħu azzjoni xierqa biex tiżgura li s-sistema ta’ mmaniġġjar tagħha tibqa’ adegwata u effettiva.

(b)

L-Awtorità Kompetenti għandha taġġorna s-sistema ta’ mmaniġġjar tagħha biex tirrifletti kwalunkwe bidla fir-Regolament (KE) Nru 216/2008 u fir-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu fil-ħin, sabiex tiżgura l-implimentazzjoni effettiva tagħhom.

(c)

L-Awtorità Kompetenti għandha tgħarraf lill-Aġenzija bi kwalunkwe tibdil li jaffettwa l-kapaċità tagħha li twettaq il-kompiti u r-responsabbiltajiet tagħha kif iddefinit fir-Regolament (KE) Nru 216/2008 u fir-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu.

ADR.AR.B.020 Żamma tar-rekords

(a)

L-Awtorità Kompetenti għandha tistabbilixxi sistema ta’ żamma tar-rekords li tipprovdi għall-ħażna adegwata, l-aċċessibbiltà u t-traċċabbiltà affidabbli:

(1)

tal-politiki u l-proċeduri ddokumentati tas-sistema ta’ mmaniġġjar;

(2)

tat-taħriġ, il-kwalifiki u l-awtorizzazzjoni tal-impjegati tagħha;

(3)

tal-allokazzjoni tal-kompiti għall-entitajiet ikkwalifikati, li tkopri l-elementi meħtieġa skont il-punt ADR.AR.B.010 kif ukoll id-dettalji tal-kompiti allokati;

(4)

tal-proċess ta’ ċertifikazzjoni u sorveljanza kontinwa ta’ ajrudromi u l-operaturi tal-ajrudrom tagħhom;

(5)

il-proċess ta’ dikjarazzjoni u s-superviżjoni kontinwa tal-fornituri tas-servizzi tal-immaniġġjar tar-rampa;

(6)

id-dokumentazzjoni rigward każijiet ta’ livell ekwivalenti ta’ sikurezza u l-kundizzjonijiet speċjali li jinsabu fil-bażi taċ-ċertifikazzjoni, kif ukoll kwalunkwe Dokument ta’ Azzjoni ta’ Devjazzjoni u ta’ Aċċettazzjoni (DAAD);

(7)

tal-evalwazzjoni u n-notifika lill-Aġenzija tal-mezzi alternattivi ta’ konformità proposti mill-operaturi tal-ajrudrom u l-fornituri tas-servizzi tal-immaniġġjar tar-rampa u tal-valutazzjoni tal-mezzi alternattivi ta’ konformità użati mill-Awtorità Kompetenti stess;

(8)

tas-sejbiet, l-azzjonijiet korrettivi u d-data tal-għeluq tal-azzjoni, u l-osservazzjonijiet;

(9)

tal-miżuri ta’ infurzar li jkunu ttieħdu;

(10)

tal-informazzjoni marbuta mas-sikurezza u tal-miżuri ta’ segwitu;

(11)

l-użu ta’ dispożizzjonijiet ta’ flessibbiltà skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008.

(b)

L-Awtorità Kompetenti għandha żżomm lista taċ-ċertifikati kollha maħruġa minnha u tad-dikjarazzjonijiet li tkun irċeviet.

(c)

Ir-rekords relatati maċ-ċertifikazzjoni tal-ajrudrom u ta’ operatur tal-ajrudrom, jew id-dikjarazzjoni ta’ fornitur tas-servizzi tal-immaniġġjar tar-rampa għandhom jinżammu għall-ħajja kollha taċ-ċertifikat jew tad-dikjarazzjoni, kif xieraq.

(d)

Ir-rekords li jirrigwardaw il-punti minn (a)(1) sa (a)(3) u l-punti minn (a)(7) sa (a)(11) għandhom jinżammu għal perjodu minimu ta’ ħames snin, suġġett għal-liġi applikabbli dwar il-protezzjoni tad-dejta personali.

SUBPARTI C — SUPERVIŻJONI, ĊERTIFIKAZZJONI U INFURZAR (ADR.AR.C)

ADR.AR.C.005 Sorveljanza

(a)

L-Awtorità Kompetenti għandha tivverifika:

(1)

il-konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni u r-rekwiżiti kollha applikabbli għall-ajrudromi u l-operaturi tal-ajruport qabel il-ħruġ tal-approvazzjoni jew taċ-ċertifikat;

(2)

il-konformità kontinwa mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni u r-rekwiżiti applikabbli tal-ajrudromi u l-operaturi tal-ajruport jew fornituri ta’ servizz ta’ mmaniġġjar tar-rampa suġġetti għal obbligu ta’ dikjarazzjoni; u

(3)

l-implimentazzjoni tal-miżuri x-xierqa tas-sikurezza kif iddefinit fil-punt ADR.AR.A.030(c) u (d).

(b)

Din il-verifika għandha:

(1)

tkun appoġġata minn dokumentazzjoni li tkun maħsuba speċifikament biex tipprovdi lill-persunal responsabbli għas-sorveljanza tas-sikurezza bi gwida dwar kif għandu jwettaq il-funzjonijiet tiegħu;

(2)

tipprovdi lill-operaturi tal-ajrudromi u l-fornituri tas-servizzi tal-immaniġġjar tar-rampa ikkonċernati bir-riżultati tal-attività tas-sorveljanza tas-sikurezza;

(3)

tkun ibbażata fuq verifiki u spezzjonijiet, inkluż spezzjonijiet tar-rampa u oħrajn li ma jkunux avżati minn qabel; u

(4)

tipprovdi lill-awtorità kompetenti bl-evidenza meħtieġa f’każ li tkun meħtieġa aktar azzjoni, inklużi l-miżuri previsti fil-punti ADR.AR.C.055.

(c)

L-ambitu tas-sorveljanza għandu jqis ir-riżultati tal-attivitajiet tas-sorveljanza tal-imgħoddi, kif ukoll il-prijoritajiet tas-sikurezza li jkunu ġew identifikati.

(d)

L-Awtorità Kompetenti għandha tiġbor u tipproċessa kwalunkwe informazzjoni meqjusa bħala utli għas-sorveljanza, inkluża dik għall-ispezzjonijiet mingħajr avviż minn qabel, skont il-każ.

(e)

Fis-setgħat ta’ sorveljanza tagħha, l-Awtorità Kompetenti tista’ tiddeċiedi li titlob approvazzjoni minn qabel għal kwalunkwe ostaklu, żviluppi u attivitajiet oħra fi ħdan iż-żoni ssorveljati mill-operatur tal-ajrudrom skont l-ADR.OPS.B.075, li jistgħu jipperikolaw is-sikurezza u jolqtu ħażin l-operat tal-ajrudrom.

ADR.AR.C.010 Programm ta’ sorveljanza

(a)

L-Awtorità Kompetenti għandha għal kull operatur tal-ajrudrom u ta’ fornitur tas-servizzi tal-immaniġġjar tar-rampa li jiddikjara l-attività tiegħu lill-Awtorità Kompetenti:

(1)

tistabbilixxi u tmantni programm ta’ superviżjoni li jkopri l-attivitajiet ta’ superviżjoni meħtieġa skont ADR.AR.C.005;

(2)

tapplika ċiklu ta’ ppjanar ta’ sorveljanza adegwat, li ma jaqbiżx it-48 xahar.

(b)

F’kull ċiklu ta’ ppjanar ta’ sorveljanza, il-programm ta’ sorveljanza għandu jinkludi, verifiki u spezzjonijiet, inklużi spezzjonijiet mhux avżati minn qabel, skont il-każ.

(c)

Il-programm ta’ sorveljanza u ċ-ċiklu ta’ ppjanar għandhom jirriflettu l-prestazzjoni tas-sikurezza tal-operatur tal-ajrudrom u l-esponiment għar-riskju tal-ajrudrom.

(d)

Il-programm ta’ sorveljanza għandu jinkludi r-rekords tad-dati ta’ meta jkunu se jsiru l-verifiki, l-ispezzjonijiet u ta’ meta tali verifiki u spezzjonijiet ikunu diġà saru.

ADR.AR.C.015 Bidu tal-proċess ta’ ċertifikazzjoni

(a)

Meta tirċievi applikazzjoni għall-ħruġ inizjali ta’ ċertifikat, l-Awtorità Kompetenti għandha tistudja l-applikazzjoni u tivverifika l-konformità tal-organizzazzjoni mar-rekwiżiti applikabbli.

(b)

Fil-każ ta’ ajrudrom eżistenti, l-Awtorità Kompetenti għandha tippreskrivi l-kundizzjonijiet skont liema l-operatur tal-ajrudrom għandu jopera matul il-perjodu ta’ ċertifikazzjoni, sakemm l-Awtorità Kompetenti ma tistabbilixxix li l-operat tal-ajrudrom jeħtieġ jiġi sospiż. L-Awtorità Kompetenti għandha tinforma l-operatur tal-ajrudrom bl-iskeda mistennija għall-proċess ta’ ċertifikazzjoni u tikkonkludi ċ-ċertifikazzjoni fl-iqsar perjodu ta’ żmien possibbli.

(c)

L-Awtorità Kompetenti għandha tistabbilixxi u tinnotifika lill-applikant il-bażi taċ-ċertifikazzjoni skont l-ADR.AR.C.020.

ADR.AR.C.020 Bażi taċ-ċertifikazzjoni

Il-bażi taċ-ċertifikazzjoni tiġi stabbilita u nnotifikata lil applikant mill-Awtorità Kompetenti u għandha tikkonsisti:

(a)

mill-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni maħruġin mill-Aġenzija li l-Awtorità Kompetenti ssib applikabbli għat-tfassil u t-tip ta’ operazzjoni tal-ajrudrom u li jkunu effettivi fid-data tal-applikazzjoni għal dak iċ-ċertifikat sakemm:

(1)

l-applikant ma jagħżilx il-konformità b’emendi li jsiru effettivi aktar tard; jew

(2)

l-Awtorità Kompetenti ssib li hija meħtieġa l-konformità ma’ tali emendi li jsiru effettivi aktar tard;

(b)

minn kwalunkwe dispożizzjoni li għaliha jkun ġie aċċettat livell ekwivalenti ta’ sikurezza mill-Awtorità Kompetenti li jintwera mill-applikant; u

(c)

kwalunkwe kundizzjoni speċjali preskritta f’konformità ma’ ADR.AR.C.025, li l-Awtorità Kompetenti jidhrilha li tkun meħtieġa sabiex tiġi inkluża fil-bażi taċ-ċertifikazzjoni.

ADR.AR.C.025 Kundizzjonijiet speċjali

(a)

L-Awtorità Kompetenti għandha tippreskrivi speċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati speċjali, imsejħa kundizzjonijiet speċjali, għal ajrudrom, jekk l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni relatati maħruġa mill-Aġenzija msemmija fil-punt ADR.AR.C.020(a) ikunu inadegwati jew mhux xierqa, sabiex jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti essenzjali tal-Anness Va tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, minħabba li:

(1)

l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni ma jkunux jistgħu jiġu ssodisfati minħabba l-limitazzjonijiet fiżiċi, topografiċi jew simili marbuta mal-post tal-ajrudrom;

(2)

l-ajrudrom ikollu karatterisitiki ta’ disinn ġodda jew mhux tas-soltu; jew

(3)

l-esperjenza mit-tħaddim ta’ dak l-ajrudrom jew ajrudromi oħra li jkollhom karatterisitiki tad-disinn simili tkun uriet li s-sikurezza tista’ tkun ipperikolata.

(b)

Il-kundizzjonijiet speċjali għandhom jinkludu dawn l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, inklużi l-limitazzjonijiet jew proċeduri li għandhom jiġu rrispettati, skont ma l-Awtorità Kompetenti jidhrilha li jkunu meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali stipulati fl-Anness Va tar-Regolament (KE) Nru 216/2008.

ADR.AR.C.035 Ħruġ ta’ ċertifikati

(a)

L-Awtorità Kompetenti tista’ titlob kwalunkwe spezzjoni, test, valutazzjoni tas-sikurezza, jew eżerċizzju li jidhrilha neċessarji qabel ma toħroġ iċ-ċertifikat.

(b)

L-Awtorità Kompetenti għandha toħroġ:

(1)

ċertifikat ta’ ajrudrom wieħed; jew

(2)

żewġ ċertifikati distinti, wieħed għall-ajrudrom u wieħed għall-operatur tal-ajrudrom.

(c)

L-Awtorità Kompetenti għandha toħroġ iċ-ċertifikat(i) preskritti fil-punt (b) meta l-operatur tal-ajrudrom ikun wera b’mod li jissodisfa l-Awtorità Kompetenti il-konformità ma’ ADR.OR.B.025 u ADR.OR.E.005.

(d)

Iċ-ċertifikat għandu jitqies li jinkludi l-bażi taċ-ċertifikazzjoni tal-ajrudrom, il-manwal tal-ajrudrom u, jekk rilevanti, kwalunkwe kundizzjonijiet jew limitazzjonijiet operattivi oħrajn preskritti mill-Awtorità Kompetenti u kwalunkwe Dokument ta’ Azzjoni ta’ Devjazzjoni u ta’ Aċċettazzjoni (DAAD).

(e)

Iċ-ċertifikat jinħareġ għal perjodu mhux limitat. Il-privileġġi tal-attivitajiet li l-operatur tal-ajrudrom ikun approvat iwettaq għandhom jiġu speċifikati fil-kundizzjonijiet taċ-ċertifikat mehmuż.

(f)

Fejn ir-responsabbiltajiet huma attribwiti lil organizzazzjonijiet rilevanti oħra, dawn għandhom ikunu identifikati u elenkati b’mod ċar.

(g)

Is-sejbiet, minbarra il-livell 1 u li ma jkunux ingħalqu qabel id-data taċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza, għandhom jiġu vvalutati u mtaffija kif meħtieġ u għandu jiġi approvat pjan ta’ azzjoni korrettiva għall-għeluq tas-sejbiet mill-Awtorità Kompetenti.

(h)

Biex operatur tal-ajrudrom ikun jista’ jimplimenta tibdiliet mingħajr approvazzjoni minn qabel tal-Awtorità Kompetenti skont il-punt ADR.OR.B.040(d), l-Awtorità Kompetenti għandha tapprova proċedura li tiddefinixxi l-ambitu tat-tali tibdiliet u tiddeskrivi kif dawn se jiġu mmaniġġjati u nnotifikati.

ADR.AR.C.040 Tibdiliet

(a)

Meta tirċievi applikazzjoni għal bidla, skont l-ADR.OR.B.40, li tkun teħtieġ l-approvazzjoni minn qabel, l-awtorità kompetenti għandha tivvaluta l-applikazzjoni u, jekk rilevanti, tinnotifika l-operatur tal-ajrudrom:

(1)

bl-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni applikabbli maħruġin mill-Aġenzija, li huma applikabbli għat-tibdil propost u li jkunu fis-seħħ mid-data tal-applikazzjoni, sakemm:

(a)

l-applikant ma jagħżilx il-konformità b’emendi li jsiru effettivi aktar tard; jew

(b)

l-Awtorità Kompetenti ssib li hija meħtieġa l-konformità ma’ tali emendi li jsiru effettivi aktar tard;

(2)

b’kull speċifikazzjoni ta’ ċertifikazzjoni oħra maħruġa mill-Aġenzija li l-Awtorità Kompetenti jidhrilha li hija relatata mat-tibdil propost;

(3)

b’kull kundizzjoni speċjali, u b’kull emenda għal kundizzjonijiet speċjali, preskritta mill-Awtorità Kompetenti skont l-ADR.AR.C.025, li l-Awtorità Kompetenti tqis li hemm bżonn; u

(4)

il-bażi taċ-ċertifikazzjoni emendata, jekk affettwata mit-tibdil propost.

(b)

L-Awtorità Kompetenti għandha tapprova l-bidla meta l-operatur tal-ajrudrom ikun wera, għas-sodisfazzjon tal-Awtorità Kompetenti, il-konformità mar-rekwiżiti f’ADR.OR.B.040 u, jekk applikabbli, ma’ ADR.OR.E.005.

(c)

Jekk il-bidla approvata taffettwa l-kundizzjonijiet taċ-ċertifikat, l-Awtorità Kompetenti għandha temendahom.

(d)

L-Awtorità Kompetenti għandha tapprova kull kundizzjoni li biha l-operatur tal-ajrudrom għandu jopera waqt il-bidla.

(e)

Mingħajr ħsara għal kwalunkwe miżura oħra ta’ infurzar, meta l-operatur tal-ajrudrom jimplimenta tibdiliet li jkunu jeħtieġu approvazzjoni minn qabel mingħajr ma jkun irċieva l-approvazzjoni tal-Awtorità Kompetenti kif iddefinit fil-punt (a), l-Awtorità Kompetenti għandha tissospendi, tillimita jew tirrevoka ċ-ċertifikat.

(f)

Għal tibdiliet li ma jkunux jeħtieġu approvazzjoni minn qabel, l-Awtorità Kompetenti għandha tivvaluta l-informazzjoni pprovduta fin-notifika mibgħuta mill-operatur tal-ajrudrom skont l-ADR.OR.B.040(d) biex tivverifika l-immaniġġjar adegwat tiegħu tivverifika l-konformità tiegħu mal-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni u rekwiżiti adegwati oħrajn applikabbli għall-bidla. F’każ ta’ xi nuqqas ta’ konformità, l-Awtorità Kompetenti għandha:

(1)

tgħarraf lill-operatur tal-ajrudrom dwar in-nuqqas ta’ konformità u titlob li jsiru aktar tibdiliet; u

(2)

fil-każ ta’ sejbiet tal-livell 1 jew 2, taġixxi skont il-punt ADR.AR.C.055.

ADR.AR.C.050 Dikjarazzjonijiet tal-fornituri tas-servizzi tal-immaniġġjar tar-rampa

(a)

Malli tirċievi dikjarazzjoni minn fornitur tas-servizzi tal-immaniġġjar tar-rampa li biħsiebu jipprovdi dawn is-servizzi f’ajrudrom, l-Awtorità Kompetenti għandha tivverifika li d-dikjarazzjoni jkun fiha l-informazzjoni kollha mitluba minn Parti-ADR.OR u tgħarraf lil dik l-organizzazzjoni li tkun irċeviet id-dikjarazzjoni.

(b)

Jekk id-dikjarazzjoni ma jkunx fiha l-informazzjoni mitluba, jew ikun fiha informazzjoni li tindika nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti applikabbli, l-Awtorità Kompetenti għandha tinnotifika lill-fornitur tas-servizzi tal-immaniġġjar tar-rampa u l-operatur tal-ajrudrom dwar in-nuqqas ta’ konformità u titlob aktar informazzjoni. Jekk meħtieġ, l-Awtorità Kompetenti għandha tispezzjona l-fornitur tas-servizzi tal-immaniġġjar tar-rampa u l-operatur tal-ajrudrom. Jekk in-nuqqas ta’ konformità tkun ikkonfermata, l-Awtorità Kompetenti għandha tieħu azzjoni kif iddefinit f’ADR.AR.C.055.

(c)

L-Awtorità Kompetenti għandha żżomm reġistru tad-dikjarazzjonijiet tal-fornituri tas-servizzi tal-immaniġġjar tar-rampa taħt is-sorveljanza tagħha.

ADR.AR.C.055 Sejbiet, osservazzjonijiet, azzjonijiet korrettivi u miżuri ta’ infurzar

(a)

L-Awtorità Kompetenti għas-sorveljanza skont il-punt ADR.AR.C.005(a) għandu jkollha sistema biex tanalizza kemm is-sejbiet ikunu importanti għas-sikurezza.

(b)

Sejba tal-livell 1 tinħareġ mill-Awtorità Kompetenti meta jiġi identifikat xi nuqqas sinifikanti ta’ konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tal-ajrudrom, mar-rekwiżiti applikabbli tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u mar-regoli ta’ implimentazzjoni tiegħu, fil-proċeduri u l-manwal tal-operatur tal-ajrudrom jew tal-fornitur tas-servizzi tal-immaniġġjar tar-rampa, mal-kundizzjonijiet taċ-ċertifikat jew maċ-ċertifikat jew mal-kontenut ta’ dikjarazzjoni li jbaxxu s-sikurezza jew serjament jipperikolaw is-sikurezza.

Is-sejbiet tal-livell 1 jinkludu:

(1)

in-nuqqas ta’ għoti ta’ aċċess lill-Awtorità Kompetenti għall-faċilitajiet tal-ajrudrom jew għall-operatur tal-ajrudrom jew għall-fornitur tas-servizzi tal-immaniġġjar tar-rampa kif iddefinit fil-punt ADR.OR.C.015 matul il-ħinijiet normali tax-xogħol u wara żewġ talbiet bil-miktub;

(2)

il-kisba jew iż-żamma tal-validità taċ-ċertifikat bil-falsifikazzjoni tal-evidenza dokumentata ppreżentata;

(3)

l-evidenza ta’ prattika ħażina jew ta’ użu qarrieqi taċ-ċertifikat; u

(4)

in-nuqqas ta’ maniġer responsabbli.

(c)

Sejba tal-livell 2 tinħareġ mill-Awtorità Kompetenti meta jiġi identifikat xi nuqqas ta’ konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tal-ajrudrom, mar-rekwiżiti applikabbli tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u mar-regoli ta’ implimentazzjoni tiegħu, fil-proċeduri u l-manwal tal-operatur tal-ajrudrom jew tal-fornitur tas-servizzi tal-immaniġġjar tar-rampa mal-kundizzjonijiet taċ-ċertifikat jew maċ-ċertifikat jew mal-kontenut ta’ dikjarazzjoni li jbaxxu s-sikurezza jew serjament jipperikolaw is-sikurezza.

(d)

Meta tiġi identifikata sejba, waqt xi sorveljanza jew b’xii mezz ieħor, l-Awtorità Kompetenti, mingħajr ħsara għal xi azzjoni mitluba fir-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu, jikkomunikaw is-sejba lill-operatur tal-ajrudrom u lill-fornitur tas-servizzi tal-immaniġġjar tar-rampa bil-miktub u jitolbu azzjoni korrettiva biex jindirizzaw in-nuqqas(ijiet) ta’ konformità identifikat(i).

(1)

Fil-każ ta’ sejbiet tal-livell 1, l-awtorità kompetenti għandha tieħu azzjoni immedjata u xierqa biex twaqqaf jew tillimita l-attivitajiet u, jekk ikun xieraq, għandha tieħu azzjoni biex tirrevoka ċ-ċertifikat jew tiddireġistra d-dikjarazzjoni kompletament jew parzjalment, skont l-estent tas-sejba tal-livell 1, sa ma l-operatur tal-ajrudrom jew il-fornitur tas-servizzi tal-immaniġġjar tar-rampa jieħu azzjoni korrettiva b’suċċess.

(2)

Fil-każ ta’ sejbiet tal-livell 2, l-awtorità kompetenti għandha:

(a)

tagħti lill-operatur tal-ajrudrom jew lill-fornitur tas-servizzi tal-immaniġġjar tar-rampa perjodu għall-implimentazzjoni ta’ azzjoni korrettiva inkluż fi pjan ta’ azzjoni xieraq għan-natura tas-sejba; u

(b)

tivvaluta l-azzjoni korrettiva u l-pjan ta’ implimentazzjoni proposti mill-operatur tal-ajrudrom jew mill-fornitur tas-servizzi tal-immaniġġjar tar-rampa u, jekk il-valutazzjoni tikkonkludi li dawn huma biżżejjed biex jindirizzaw in-nuqqas ta’ konformità, din għandha taċċettahom.

(3)

Meta l-operatur tal-ajrudrom jew il-fornitur tas-servizzi tal-immaniġġjar tar-rampa jonqos milli jissottometti pjan ta’ azzjoni korrettiva aċċettabbli, jew li jwettaq l-azzjoni korrettiva fil-perjodu ta’ żmien stabbilit jew estiż mill-awtorità kompetenti, is-sejba għandha titla’ għal-livell 1 u għandha tittieħed azzjoni kif stabbilit fil-punt (d)(1).

(4)

L-awtorità kompetenti għandha tirreġistra s-sejbiet kollha li tkun stabbiliet u, fejn ikun japplika, il-miżuri ta’ infurzar li tkun applikat, kif ukoll l-azzjonijiet korrettivi kollha u d-data tal-għeluq tal-azzjoni għas-sejbiet.

(e)

Għal dawk il-każijiet li ma jkunux jeħtieġu sejbiet tal-livell 1 jew 2, l-awtorità kompetenti tista’ toħroġ osservazzjonijiet.

(1)   ĠU L 167, 4.7.2003, p. 23.


ANNESS III

Parti Rekwiżiti tal-Organizzazzjoni — Operaturi ta’ Ajrudromi (Parti-ADR.OR)

SUBPARTI A — REKWIŻITI ĠENERALI (ADR.OR.A)

ADR.OR.A.005 Ambitu

Dan l-Anness jistabbilixxi r-rekwiżiti li għandu jsegwi:

(a)

operatur ta’ ajrudrom, suġġett għar-Regolament (KE) Nru 216/2008 fir-rigward taċ-ċertifikazzjoni, it-tmexxija, il-manwali u responsabbiltajiet oħra tiegħu; u

(b)

il-fornituri tas-servizzi tal-immaniġġjar tar-rampa.

ADR.OR.A.010 Awtorità Kompetenti

Għall-finijiet ta’ din il-Parti, l-awtorità kompetenti għandha tkun l-awtorità maħtura mill-Istat Membru fejn ikun l-ajrudrom.

ADR.OR.A.015 Mezzi ta’ konformità

(a)

Operatur ta’ ajrudrom jew fornitur tas-servizzi tal-immaniġġjar tar-rampa jista’ juża mezzi alternattivi ta’ konformità minn dawk adottati mill-Aġenzija biex jistabbilixxi l-konformità mar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u mar-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu.

(b)

Meta operatur ta’ ajrudrom jew fornitur tas-servizzi tal-immaniġġjar tar-rampa jkun jixtieq juża mezzi alternattivi ta’ konformità mill-Mezzi Aċċettabbli ta’ Konformità (l-AMC) adottati mill-Aġenzija biex tistabbilixxi l-konformità mar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u mar-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu, dan għandu, qabel ma jimplimentahom, jipprovdi lill-awtorità kompetenti b’deskrizzjoni sħiħa tal-mezzi alternattivi ta’ konformità. Id-deskrizzjoni għandha tinkludi kwalunkwe reviżjoni tal-manwali jew tal-proċeduri li tista’ tkun rilevanti, kif ukoll valutazzjoni li turi li r-Regoli ta’ Implimentazzjoni jkunu ġew issodisfati.

L-operatur tal-ajrudrom jew il-fornitur tas-servizzi tal-immaniġġjar tar-rampa jista’ jimplimenta dawn il-mezzi alternattivi ta’ konformità jekk jingħata approvazzjoni minn qabel għalihom min-naħa tal-awtorità kompetenti u ladarba jirċievi n-notifika kif previst fil-punt ADR.AR.A.015(d).

(c)

Fejn is-servizzi ta’ mmaniġġjar tar-rampa mhumiex ipprovduti mill-operatur tal-ajrudrom stess, l-użu ta’ mezzi alternattivi ta’ konformità minn fornituri ta’ dawn is-servizzi skont (a) u (b), ikunu jirrikjedu wkoll ftehim minn qabel mill-operatur tal-ajrudrom fejn jiġu pprovduti tali servizzi.

SUBPARTI B — ĊERTIFIKAZZJONI (ADR.OR.B)

ADR.OR.B.005 Obbligi ta’ ċertifikazzjoni għall-ajrudromi u l-operaturi tal-ajrudromi

Qabel jibda jopera l-ajrudrom, jew meta tiġi revokata eżenzjoni skont l-Artikolu 5, l-operatur tal-ajrudrom għandu jikseb iċ-ċertifikat(i) applikabbli maħruġa mill-awtorità kompetenti.

ADR.OR.B.015 Applikazzjoni għal ċertifikat

(a)

L-applikazzjoni għal ċertifikat għandha ssir skont kif tkun stabbiliet l-awtorità kompetenti.

(b)

L-applikant għandu jipprovdi lill-awtorità kompetenti b’dan li ġej:

(1)

l-isem uffiċjali tiegħu u l-isem tan-negozju, l-indirizz u l-indirizz postali;

(2)

informazzjoni u dejta dwar:

(i)

fejn jinsab l-ajrudrom;

(ii)

it-tip ta’ operazzjonijiet fl-ajrudrom;

(iii)

id-disinn u l-faċilitajiet tal-ajrudrom, skont l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni applikabbli, stabbiliti mill-Aġenzija;

(3)

kwalunkwe devjazzjoni proposta mill-ispeċifikazzjonijiet għaċ-ċertifikazzjoni identifikati, applikabbli u stabbiliti mill-Aġenzija;

(4)

id-dokumentazzjoni li turi kif se tiġi konformi mar-rekwiżiti applikabbli u stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu. Tali dokumentazzjoni għandha tinkludi proċedura, inkluża fil-manwal tal-ajrudrom, li tiddeskrivi kif it-tibdiliet li ma jkunux jeħtieġu approvazzjoni minn qabel sejrin jiġu mmaniġġjati u nnotifikati lill-Awtorità Kompetenti; it-tibdiliet sussegwenti għal din il-proċedura għandhom jirrikjedu l-approvazzjoni minn qabel tal-Awtorità Kompetenti;

(5)

l-evidenza tal-adegwatezza ta’ riżorsi biex l-ajrudrom jopera skont ir-rekwiżiti applikabbli;

(6)

l-evidenza dokumentata li turi r-relazzjoni tal-applikant ma’ sid l-ajrudrom u/jew sid l-art;

(7)

l-isem u t-tagħrif rilevanti dwar il-maniġer responsabbli u l-persuni nominati l-oħra mitluba fl-ADR.OR.D.015; u

(8)

kopja tal-manwal tal-ajrudrom mitlub fil-punt ADR.OR.E.005;

(c)

Jekk ikun aċċettabbli għall-awtorità kompetenti, l-informazzjoni li tissemma fil-punti (7) u (8) tista’ tingħata fi stadju ulterjuri stabbilit mill-awtorità kompetenti, iżda qabel il-ħruġ taċ-ċertifikat.

ADR.OR.B.025 Turija ta’ konformità

(a)

L-operatur tal-ajrudrom għandu:

(1)

jwettaq u jiddokumenta l-azzjonijiet, l-ispezzjonijiet, it-testijiet, il-valutazzjonijiet tas-sikurezza jew l-eżerċizzji meħtieġa kollha, u għandu juri lill-awtorità kompetenti:

(i)

konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni nnotifikata, mal-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni applikabbli għal bidla, ma’ kwalunkwe direttiva dwar is-sikurezza, kif xieraq, u r-rekwiżiti applikabbli tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu;

(ii)

li l-ajrudrom, kif ukoll fis-superfiċje ta’ limitazzjoni u ta’ protezzjoni tal-ostaklu u fl-erji l-oħra assoċjati mal-ajrudrom, ma jkollhomx kwalitajiet jew karatteristiki li jagħmluh perikoluż meta jkun operat;

(iii)

li l-proċeduri waqt it-titjir tal-ajrudrom ġew approvati.

(2)

jipprovdi lill-Awtorità Kompetenti bil-mezzi li bihom tkun intweriet il-konformità; u

(3)

jiddikjara lill-awtorità kompetenti l-konformità tiegħu mal-punt (a)(1).

(b)

Informazzjoni rilevanti għad-disinn, inklużi rapporti dwar id-disinji, l-ispezzjoni, l-ittestjar u rapporti rilevanti oħrajn, għandha tinżamm għand l-operatur tal-ajrudrom għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti, f’konformità mad-dispożizzjonijiet ADR.OR.D.035 u tiġi pprovduta lill-awtorità kompetenti meta din titlobha.

ADR.OR.B.030 Kundizzjonijiet taċ-ċertifikat u l-privileġġi tad-detentur taċ-ċertifikat

Operatur tal-ajrudrom għandu jkun konformi mal-ambitu u l-privileġġi ddefiniti fil-kundizzjonijiet taċ-ċertifikat mehmuż magħha.

ADR.OR.B.035 Validità kontinwa ta’ ċertifikat

(a)

Ċertifikat jibqa’ validu sakemm:

(1)

l-operatur tal-ajrudrom jibqa’ konformi mar-rekwiżiti rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu, u l-ajrudrom jibqa’ konformi mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet marbutin mat-trattament tas-sejbiet kif speċifikat fil-punt ADR.OR.C.020;

(2)

l-Awtorità Kompetenti tingħata aċċess għall-organizzazzjoni tal-operatur tal-ajrudrom kif iddefinit fil-punt ADR.OR.C.015 sabiex tistabbilixxi l-konformità kontinwa mar-rekwiżiti rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu; u

(3)

iċ-ċertifikat ma jiġix mogħti lura jew irrevokat.

(b)

Meta jingħata lura jew jiġi rrevokat, iċ-ċertifikat għandu jintbagħat lura lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien.

ADR.OR.B.037 Validità kontinwa ta’ dikjarazzjoni ta’ fornitur tas-servizzi tal-immaniġġjar tar-rampa

Dikjarazzjoni magħmula minn fornitur tas-servizzi tal-immaniġġjar tar-rampa skont ADR.OR.B.060 tibqa’ valida bil-kundizzjoni li:

(a)

il-fornitur tas-servizzi tal-immaniġġjar tar-rampa u l-faċilitajiet relatati jibqgħu konformi mar-rekwiżiti rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet marbutin mat-trattament tas-sejbiet kif speċifikat fil-punt ADR.OR.C.020;

(b)

l-Awtorità Kompetenti tingħata aċċess għall-organizzazzjoni tal-fornitur tas-servizzi tal-immaniġġjar tar-rampa kif iddefinit fil-punt ADR.OR.C.015 sabiex tistabbilixxi l-konformità kontinwa mar-rekwiżiti rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu; u

(c)

id-dikjarazzjoni ma tkunx irtirata mill-fornitur ta’ servizzi bħal dawn jew tkun tneħħiet mir-reġistru mill-awtorità kompetenti.

ADR.OR.B.040 Tibdiliet

(a)

Kwalunkwe bidla:

(1)

li taffettwa l-kundizzjonijiet taċ-ċertifikat, il-bażi taċ-ċertifikazzjoni tiegħu u t-tagħmir tal-ajrudrom li hu kruċjali għas-sikurezza; jew

(2)

li jaffettwaw b’mod sinifikanti l-elementi tas-sistema tal-immaniġġjar tal-operatur tal-ajrudrom kif jirrikjedi l-ADR.OR.D.005 (b)

trid tiġi approvata minn qabel mill-awtorità kompetenti.

(b)

Għal tibdiliet oħra li jkunu jeħtieġu approvazzjoni minn qabel skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu, l-operatur tal-ajrudrom għandu japplika għal approvazzjoni maħruġa mill-awtorità kompetenti u jiksibha.

(c)

L-applikazzjoni għal bidla skont il-punt (a) jew (b) għandha titressaq qabel ma ssir xi bidla bħal din, sabiex l-awtorità kompetenti tkun tista’ tistabbilixxi l-konformità kontinwa mar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u mar-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu u temenda, jekk ikun meħtieġ, iċ-ċertifikat u l-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni relatati mehmuża miegħu.

Il-bidla tiġi implimentata biss meta tasal l-approvazzjoni formali mingħand l-awtorità kompetenti skont ADR.AR.C.040.

Matul it-tibdiliet, l-operatur tal-ajrudrom għandu jopera bil-kundizzjonijiet approvati mill-awtorità kompetenti.

(d)

It-tibdiliet kollha li ma jkunux jeħtieġu approvazzjoni minn qabel għandhom jiġu ttrattati u nnotifikati lill-awtorità kompetenti hekk kif iddefinit fil-proċedura approvata mill-awtorità kompetenti skont il-punt ADR.AR.C.035(h).

(e)

L-operatur tal-ajrudrom għandu jipprovdi l-awtorità kompetenti b’dokumentazzjoni rilevanti skont il-punt (f) u l-ADR.OR.E.005.

(f)

Bħala parti mis-sistema ta’ mmaniġġjar tagħha, kif definit f’ADR.OR.D.005, l-operatur tal-ajrudrom li jipproponi bidla fl-ajrudrom, l-operat tiegħu, l-organizzazzjoni tiegħu jew is-sistema ta’ mmaniġġjar tiegħu jista’:

(1)

jiddetermina l-interdipendenzi ma’ kwalunkwe parti affettwata, jippjana u jwettaq valutazzjoni tas-sikurezza f’koordinazzjoni ma’ dawn l-organizzazzjonijiet;

(2)

jallinja l-presuppożizzjonijiet u l-miżuri ta’ mitigazzjoni ma’ xi parti affettwata, b’mod sistematiku;

(3)

jiżgura valutazzjoni komprensiva tal-bidla inkluż kwalunkwe interazzjoni meħtieġa; u

(4)

jiżgura li jiġu stabbiliti u dokumentati argumenti kompluti u validi, evidenza u kriterji ta’ sikurezza biex isostnu l-valutazzjoni tas-sikurezza, u li l-bidla tkun waħda li ssostni t-titjib tas-sikurezza kull meta jkun raġonevolment prattikabbli.

ADR.OR.B.050 Il-konformità kontinwa mal-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni tal-Aġenzija

L-operatur tal-ajrudrom, wara emenda tal-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni stabbiliti mill-Aġenzija, għandu:

(a)

iwettaq reviżjoni biex jidentifika kwalunkwe speċifikazzjonijiet ta’ ċertifikazzjoni li huma applikabbli għall-ajrudrom; u

(b)

jekk rilevanti, jagħti bidu għal proċess ta’ tibdil skont l-ADR.OR.B.040 u jimplimenta t-tibdiliet neċessarji fl-ajrudrom.

ADR.OR.B.060 Dikjarazzjonijiet tal-fornituri tas-servizzi tal-immaniġġjar tar-rampa

(a)

Il-fornituri tas-servizzi tal-immaniġġjar tar-rampa li setgħu jiddikjaraw il-kapaċità u l-mezzi tagħhom biex jattwaw ir-responsabbiltajiet marbuta mal-forniment ta’ dawn is-servizzi, u wara ftehim ma’ operatur tal-ajrudrom għall-forniment ta’ tali servizzi f’ajrudrom, għandhom:

(1)

jipprovdu lill-awtorità kompetenti bl-informazzjoni rilevanti kollha u jiddikjaraw il-konformità tagħhom mar-rekwiżiti kollha applikabbli tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu, billi jużaw formola stabbilita mill-awtorità kompetenti;

(2)

jipprovdu lill-awtorità kompetenti b’lista tal-mezzi alternattivi ta’ konformità użati, skont l-ADR.OR.A.015(b);

(3)

iżommu l-konformità mar-rekwiżiti applikabbli u mal-informazzjoni mogħtija fid-dikjarazzjoni;

(4)

jinnotifikaw lill-Awtorità Kompetenti bi kwalunkwe tibdiliet fid-dikjarazzjoni tagħhom jew bil-mezz ta’ konformità li juża billi jissottomettu dikjarazzjoni emendata; u

(5)

jipprovdu s-servizzi tiegħu skont il-manwal tal-ajrudrom u jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet rilevanti kollha li jkunu fih.

(b)

Qabel ma jwaqqaf il-forniment ta’ servizzi bħal dawn, il-fornitur tas-servizzi tal-immaniġġjar tar-rampa għandhom jinnotifikaw l-awtorità kompetenti u l-operatur tal-ajrudrom.

ADR.OR.B.065 Twaqqif tal-operat

Operatur li jgħandu l-ħsieb itemm it-tħaddim ta’ ajrudrom għandu:

(a)

jinnotifika lill-Awtorità Kompetenti malajr kemm jista’ jkun;

(b)

jipprovdi din l-informazzjoni lill-fornitur tas-Servizz ta’ Informazzjoni Ajrunawtika;

(c)

irodd lura ċ-ċertifikat lill-Awtorità Kompetenti fid-data li fiha jwaqqaf l-operat; u

(d)

jiżgura li jkunu ttieħdu l-miżuri xierqa sabiex jiġi evitat l-użu mhux intenzjonat tal-ajrudrom minn inġenji tal-ajru, sakemm l-Awtorità Kompetenti ma tkunx approvat l-użu tal-ajrudrom għal skopijiet oħra.

SUBPARTI C — AKTAR RESPONSABBILTAJIET TAL-OPERATUR TAL-AJRUDROM (ADR.OR.C)

ADR.OR.C.005 Ir-responsabbiltajiet tal-operatur tal-ajrudrom

(a)

L-operatur tal-ajrudrom huwa responsabbli għat-tħaddim sikur u għall-manutenzjoni tal-ajrudrom f’konformità ma’:

(1)

ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu;

(2)

il-kundizzjonijiet taċ-ċertifikat;

(3)

il-kontenut tal-manwal tal-ajrudrom; u

(4)

kull manwal ieħor ta’ tagħmir tal-ajrudrom disponibbli fl-ajrudrom, kif applikabbli.

(b)

L-operatur tal-ajrudrom għandu jiżgura direttament, jew permezz ta’ arranġamenti kkoordinati kif meħtieġ mill-entitajiet responsabbli li jipprovdi s-servizzi li ġejjin:

(1)

il-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru xierqa għal-livell ta’ traffiku u l-kundizzjonijiet operattivi fl-ajrudrom; u

(2)

id-disinn u l-manutenzjoni tal-proċeduri tat-titjira, b’konformità mar-rekwiżiti applikabbli.

(c)

L-operatur tal-ajrudrom għandu jikkoordina mal-Awtorità Kompetenti biex jiżgura li l-informazzjoni rilevanti għas-sikurezza tal-inġenji tal-ajru jinsab f’manwal tal-ajrudrom u jkun ippubblikat fejn xieraq. Dan għandu jinkludi:

(1)

eżenzjonijiet jew derogi mogħtija mir-rekwiżiti applikabbli;

(2)

dispożizzjonijiet li fil-każ tagħhom ikun ġie aċċettat livell ekwivalenti ta’ sikurezza mill-Awtorità Kompetenti bħala parti mill-bażi taċ-ċertifikazzjoni; u

(3)

kundizzjonijiet u limitazzjonijiet speċjali fir-rigward tal-użu tal-ajrudrom.

(d)

Jekk tiżviluppa kundizzjoni ta’ nuqqas ta’ sikurezza fl-ajrudrom, l-operatur tal-ajrudrom għandu, b’mod immedjat, jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżgura li dawk il-partijiet tal-ajrudrom fejn instab periklu għas-sikurezza ma jintużawx mill-inġenji tal-ajru.

ADR.OR.C.015 Aċċess

Għall-fini li tiġi ddeterminata l-konformità mar-rekwiżiti rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu, operatur ta’ ajrudrom jew fornitur tas-servizzi tal-immaniġġjar tar-rampa għandu jagħti aċċess lil kwalunkwe persuna awtorizzata mill-Awtorità Kompetenti, għal:

(a)

kull faċilità, dokument, rekord, dejta, proċedura jew kull materjal ieħor rilevanti għall-attività tiegħu suġġetta għal ċertifikazzjoni jew dikjarazzjoni, sew jekk ikkuntrattata u sew jekk le; u

(b)

twettiq jew tingħata xhieda ta’ kull azzjoni, spezzjoni, ittestjar, valutazzjoni jew eżerċizzju li l-Awtorità Kompetenti ssib li hu meħtieġ.

ADR.OR.C.020 Sejbiet u azzjonijiet korrettivi

Wara li jkun irċieva notifika ta’ sejbiet, l-operatur tal-ajrudrom jew il-fornitur tas-servizzi tal-immaniġġjar tar-rampa għandu:

(a)

jidentifika l-kawża oriġinali tan-nuqqas ta’ konformità;

(b)

jiddefinixxi pjan ta’ azzjoni korrettiva; u

(c)

juri l-implimentazzjoni ta’ azzjoni korrettiva b’mod li jissodisfa lill-Awtorità Kompetenti f’perjodu taż-żmien miftiehem ma’ dik l-awtorità, hekk kif iddefinit fil-punt ADR.AR.C.055(d).

ADR.OR.C.025 Reazzjoni immedjata għal problema ta’ sikurezza — konformità ma’ direttivi dwar is-sikurezza

L-operatur tal-ajrudrom jew il-fornitur tas-servizzi tal-immaniġġjar tar-rampa għandu jimplimenta kull miżura ta’ sikurezza, inklużi d-direttivi dwar is-sikurezza ordnati mill-Awtorità Kompetenti skont l-ADR.AR.A.030(c) u ADR.AR.A.040.

ADR.OR.C.030 Rappurtar ta’ okkorrenza

(a)

L-operatur tal-ajrudrom u l-fornitur tas-servizzi tal-immaniġġjar tar-rampa għandu jirrapporta lill-Awtorità Kompetenti u lil kwalunkwe organizzazzjoni oħra li l-Istat tal-operatur jeżiġi li għandha tkun infurmata, b’kull inċident, inċident serju u okkorrenza kif iddefinit fir-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) u fid-Direttiva 2003/42/KE.

(b)

Mingħajr ħsara għall-punt (a) l-operatur għandu jirrapporta lill-Awtorità Kompetenti u lill-organizzazzjoni responsabbli għad-disinn tat-tagħmir tal-ajrudrom kwalunkwe funzjoni ħażina, difett tekniku, eċċess fil-limiti tekniċi, okkorrenzi jew ċirkostanzi irregolari oħra li pperikolaw jew li setgħu pperikolaw l-operat sikur u li ma jkunux wasslu għal inċident jew inċident serju.

(c)

Mingħajr ħsara għar-Regolament (UE) Nru 996/2010 u għad-Direttiva 2003/42/KE, għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1321/2007 (2) u għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1330/2007 (3), ir-rapporti msemmija fil-paragrafi (a) u (b) għandhom isiru f’forma u manjiera stabbiliti mill-Awtorità Kompetenti u għandhom jinkludu l-informazzjoni kollha rilevanti dwar il-kundizzjoni li jkun jaf biha l-operatur jew il-fornitur tas-servizzi tal-immaniġġjar tar-rampa.

(d)

Ir-rapporti għandhom isiru malajr kemm jista’ jkun, iżda fi kwalunkwe każ fi żmien 72 siegħa minn mindu l-operatur tal-ajrudrom jew il-fornitur tas-servizzi tal-immaniġġjar tar-rampa ikun identifika l-kundizzjoni li r-rapport ikun jittratta, sakemm ma jkunx hemm ċirkustanzi straordinarji li jimpedixxu dan.

(e)

Fejn ikun rilevanti, l-operatur tal-ajrudrom jew il-fornitur tas-servizzi tal-immaniġġjar tar-rampa għandu jipproduċi rapport ta’ segwitu biex jipprovdi d-dettalji tal-azzjonijiet li jkun beħsiebu jieħu biex jevita okkorrenzi simili fil-ġejjieni, hekk kif jiġu identifikati dawn l-azzjonijiet. Dan ir-rapport għandu jsir fil-forma u l-manjiera stabbiliti mill-Awtorità Kompetenti.

ADR.OR.C.040 Prevenzjoni tan-nar

L-operatur tal-ajrudrom għandu jistabbilixxi proċeduri sabiex jipprojbixxi:

(a)

it-tipjip fl-erja ta’ moviment, erji operazzjonali oħra tal-ajrudrom, jew erji tal-ajrudrom fejn jinħażen fjuwil jew materjal ieħor li jaqbad;

(b)

l-espożizzjoni ta’ fjamma miftuħa jew it-twettiq ta’ attività li tista’ toħloq periklu:

(1)

fiż-żoni tal-ajrudrom fejn jinħażen il-fjuwil jew materjal ieħor li jaqbad;

(2)

fl-erja ta’ moviment jew erji operazzjonali oħra tal-ajrudrom, sakemm mhux awtorizzati mill-operatur tal-ajrudrom.

ADR.OR.C.045 Użu ta’ alkoħol, sustanzi psikoattivi u mediċini

(a)

L-operatur tal-ajrudrom għandu jistabbilixxi proċeduri dwar il-livell ta’ konsum ta’ alkoħol, sustanzi psikoattivi u mediċini:

(1)

mill-persunal involut fl-operazzjoni, salvataġġ u tifi tan-nar, u fil-manutenzjoni tal-ajrudrom;

(2)

mill-persuni li jaħdmu mingħajr skorta fl-erja ta’ moviment jew erji operazzjonali oħra tal-ajrudrom.

(b)

Dawn il-proċeduri għandhom jinkludu r-rekwiżiti li tali persuni:

(1)

ma jikkunsmawx alkoħol waqt il-qadi ta’ dmirijiethom;

(2)

ma jwettqu ebda kompitu taħt l-influwenza:

(i)

ta’ alkoħol, jew kwalunkwe sustanza psikoattiva; jew

(ii)

kwalunkwe mediċina li jista’ jkollha effett fuq il-kapaċitajiet tiegħu/tagħha b’mod kuntrarju gћas-sikurezza.

SUBPARTI D — IMMANIĠĠJAR (ADR.OR.D)

ADR.OR.B.005 Sistema ta’ mmaniġġjar

(a)

L-operatur tal-ajrudrom għandu jimplimenta u jmantni sistema ta’ mmaniġġjar li tintegra sistema ta’ mmaniġġjar tas-sikurezza.

(b)

Is-sistema ta’ mmaniġġjar għandha tinkludi:

(1)

linji li jiddefinixxu b’mod ċar ir-responsabbiltajiet kollha tal-operatur tal-ajrudrom, inkluża dik direttament marbuta mas-sikurezza min-naħa tal-maniġment għoli;

(2)

deskrizzjoni tal-filosofiji u l-prinċipji ġenerali tal-operatur tal-ajrudrom marbutin mas-sikurezza, magħrufa bħala l-politika tas-sikurezza, iffirmati mill-maniġer responsabbli;

(3)

proċess formali li jiżgura li jiġu identifikati l-perikli fl-operazzjonijiet;

(4)

proċess formali li jiżgura l-analiżi, il-valutazzjoni u l-mitigazzjoni ta’ riskji marbuta mas-sikurezza fl-operazzjonijiet tal-ajrudrom;

(5)

il-mezzi li jivverifikaw il-prestazzjoni tas-sikurezza fl-organizzazzjoni tal-operatur tal-ajrudrom b’referenza għall-indikaturi tal-prestazzjoni tas-sikurezza u l-miri ta’ prestazzjoni tas-sikurezza tas-sistema ta’ mmaniġġjar tas-sikurezza, u sabiex tiġi kkonvalidata l-effettività tal-kontrolli tar-riskju tas-sikurezza;

(6)

proċess formali sabiex:

(i)

jidentifika tibdiliet fl-organizzazzjoni tal-operatur tal-ajrudrom, fis-sistema tal-immaniġġjar, fl-ajrudrom jew fl-operat tiegħu li jistgħu jaffettwaw il-proċessi, il-proċeduri u s-servizzi stabbiliti;

(ii)

jiddeskrivi l-arranġamenti sabiex jiżgura l-prestazzjoni tas-sikurezza qabel ma jiġu implimentati t-tibdiliet; u

(iii)

jelimina jew jimmodifika l-kontrolli tar-riskju għas-sikurezza li ma jkunux għadhom meħtieġa jew ma jkunux għadhom effettivi minħabba tibidliet fl-ambjent operazzjonali;

(7)

proċess formali biex jeżamina mill-ġdid is-sistema ta’ mmaniġġjar imsemmija fil-paragrafu (a), hekk li jidentifika l-kawżi ta’ prestazzjoni substandard tas-sistema ta’ mmaniġġjar tas-sikurezza, jiddetermina l-implikazzjonijiet ta’ tali prestazzjoni substandard fl-operazzjonijiet, u jelimina jew inaqqas tali kawżi;

(8)

programm ta’ taħriġ fis-sikurezza li jiżgura li l-persunal involut fit-tħaddim, fis-salvataġġ u fit-tifi tan-nar, fil-manutenzjoni u fl-immaniġġjar tal-ajrudrom ikun imħarreġ u kompetenti biex jaqdi d-dmirijiet tas-sistema tal-immaniġġjar tas-sikurezza;

(9)

mezz formali għall-komunikazzjoni dwar is-sikurezza li jiżgura li l-persunal hu konxju bis-sħiħ tas-sistema ta’ mmaniġġjar tas-sikurezza, li jwassal informazzjoni kruċjali dwar is-sikurezza, u li jispjega għalfejn jittieħdu azzjonijiet partikolari f’isem is-sikurezza u għaliex jiġu introdotti jew mibdula proċeduri ta’ sikurezza;

(10)

il-koordinazzjoni tal-pjan ta’ reazzjoni f’każ ta’ emerġenza tal-ajrudrom mal-pjanijiet ta’ reazzjoni għall-emerġenzi ta’ dawk l-organizzazzjonijiet li jkollu jaħdem magħhom tul il-forniment tas-servizzi tal-ajrudrom; u

(11)

proċess formali biex tkun sorveljata l-konformità tal-organizzazzjoni mar-rekwiżiti rilevanti.

(c)

L-operatur tal-ajrudrom għandu jiddokumenta l-proċessi ewlenin kollha tas-sistema ta’ mmaniġġjar.

(d)

Is-sistema ta’ mmaniġġjar għandha tkun fi proporzjon mad-daqs tal-organizzazzjoni u tal-attivitajiet tagħha, u tqis il-perikli u r-riskji inerenti assoċjati f’dawn l-attivitajiet.

(e)

Fil-każ li l-operatur tal-ajrudrom ikollu wkoll ċertifikat biex jipprovdi servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru, għandu jiżgura li s-sistema ta’ mmaniġġjar tkopri l-attivitajiet kollha fl-ambitu taċ-ċertifikati tagħha.

ADR.OR.D.007 Ġestjoni ta’ dejta ajrunawtika u ta’ informazzjoni ajrunawtika

(a)

Bħala parti mis-sistema ta’ ġestjoni tiegħu, l-operatur tal-ajrudrom għandu jimplimenta u jmantni sistema ta’ mmaniġġjar tal-kwalità li tkopri:

(1)

l-attivitajiet tiegħu dwar id-dejta ajrunawtika; u

(2)

l-attivitajiet tiegħu ta’ forniment ta’ informazzjoni ajrunawtika.

(b)

L-operatur tal-ajrudrom għandu jiddefinixxi l-proċeduri biex jintlaħqu l-miri marbuta mas-sigurtà u s-sikurezza fir-rigward:

(1)

tal-attivitajiet tiegħu dwar id-dejta ajrunawtika; u

(2)

tal-attivitajiet tiegħu ta’ forniment ta’ informazzjoni ajrunawtika.

ADR.OR.D.010 Attivitajiet kuntrattati

(a)

L-attivitajiet kuntrattati jinkludu l-attivitajiet kollha li jaqgħu fl-ambitu tal-operatur skont il-kundizzjonijiet taċ-ċertifikat li jitwettqu minn organizzazzjoni oħra li jew tkun iċċertifikata hi stess biex twettaq it-tali attivitajiet jew li, jekk ma tkunx iċċertifikata hi stess, twettaqhom bl-approvazzjoni tal-operatur tal-ajrudrom. L-operatur tal-ajrudrom għandu jiżgura li meta jagħti b’kuntratt jew jixtri parti mill-attività tiegħu, is-servizz jew it-tagħmir jew is-sistema kuntrattati jew mixtrija jkunu jkunu konformi mar-rekwiżiti applikabbli.

(b)

Meta l-operatur tal-ajrudrom jikkuntratta parti mill-attività tiegħu lil organizzazzjoni li ma tkunx iċċertifikata hija stess skont din il-Parti biex twettaq dik l-attività, l-organizzazzjoni li tkun ingħatat il-kuntratt għandha taħdem skont l-approvazzjoni tal-operatur tal-ajrudrom. L-operatur tal-ajrudrom għandu jiżgura li l-Awtorità Kompetenti tingħata aċċess għall-organizzazzjoni li tkun ingħatat il-kuntratt, biex tistabbilixxi l-konformità kontinwa mar-rekwiżiti applikabbli.

ADR.OR.D.015 Rekwiżiti tal-persunal

(a)

L-operatur tal-ajrudrom għandu jaħtar maniġer responsabbli, li jkollu l-awtorità jiżgura li l-attivitajiet kollha jkunu jistgħu jiġu ffinanzjati u eżegwiti skont ir-rekwiżiti applikabbli. Il-maniġer responsabbli għandu jkun responsabbli għall-istabbiliment u ż-żamma ta’ sistema effettiva ta’ mmaniġġjar.

(b)

L-operatur tal-ajrudrom għandu jaħtar il-persuni li jkunu responsabbli għall-immaniġġjar u s-superviżjoni tal-oqsma li ġejjin:

(1)

is-servizzi tal-operat tal-ajrudrom; u

(2)

il-manutenzjoni tal-ajrudrom.

(c)

L-operatur tal-ajrudrom għandu jinnomina persuna jew grupp ta’ persuni responsabbli għall-iżvilupp, il-manutenzjoni u l-amministrazzjoni ta’ kuljum tas-sistema ta’ mmaniġġjar tas-sikurezza.

Dawk il-persuni għandhom jaġixxu indipendentament minn maniġers oħra fi ħdan l-organizzazzjoni, għandu jkollhom aċċess dirett għall-maniġer responsabbli u għall-immaniġġjar adegwat ta’ kwistjonijiet marbuta mas-sikurezza u għandhom jaqgħu taħt l-awtorità tal-maniġer responsabbli.

(d)

L-operatur tal-ajrudrom għandu jkollu biżżejjed persunal ikkwalifikat għall-kompiti u l-attivitajiet ippjanati, li għandhom isiru skont ir-rekwiżiti applikabbli.

(e)

L-operatur tal-ajrudrom għandu jaħtar għadd suffiċjenti ta’ superviżuri tal-persunal f’karigi ta’ doveri u responsabbiltajiet speċifiċi, u dan filwaqt li jqis l-istruttura tal-organizzazzjoni tiegħu u l-għadd ta’ persuni impjegati.

(f)

L-operatur tal-ajrudrom għandu jiżgura li persunal involut fl-operazzjoni, fil-manutenzjoni u l-immaniġġjar tal-ajrudrom ikun imħarreġ adegwatament skont il-programm ta’ taħriġ.

ADR.OR.D.017 Programmi ta’ taħriġ u ta’ kontroll tal-profiċjenza

(a)

L-operatur tal-ajrudrom għandu jistabbilixxi u jimplimenta programm ta’ taħriġ għall-persunal involut fl-operat, il-manutenzjoni u l-immaniġġjar tal-ajrudrom.

(b)

L-operatur tal-ajrudrom għandu jiżgura li persuni li jaħdmu mingħajr skorta fl-erja ta’ moviment jew f’erji operazzjonali oħra tal-ajrudrom jkunu mħarrġa kif xieraq.

(c)

L-operatur tal-ajrudrom għandu jiżgura li l-persuni msemmija fil-punti (a) u (b) hawn fuq jkunu taw xhieda tal-ћiliet tagħhom fit-twettiq tal-kompiti assenjati lilhom permezz ta’ kontroll tal-profiċjenza f’intervalli xierqa biex tiġi żgurata l-kompetenza kontinwa.

(d)

L-operatur tal-ajrudrom għandu jiżgura li:

(1)

fl-implimentazzjoni tal-programm ta’ taħriġ jintużaw għalliema u assessuri bil-kwalifiki u bl-esperjenza; u

(2)

jintużaw faċilitajiet u mezzi xierqa għall-forniment tat-taħriġ.

(e)

L-operatur tal-ajrudrom għandu:

(1)

jżomm rekords adegwati tal-kwalifiki, tat-taħriġ u tal-kontroll tal-profiċjenza biex juri l-konformità ma’ dan ir-rekwiżit;

(2)

meta jintalab, iqiegħed dawn ir-rekords għad-dispożizzjoni tal-persunal konċernat tiegħu; u

(3)

jekk persuna hija impjegata minn impjegatur ieħor, meta jintalab, iqiegħed dawn ir-rekords għad-dispożizzjoni tal-impjegatur il-ġdid.

ADR.OR.D.020 Rekwiżiti tal-faċilitajiet

(a)

L-operatur tal-ajrudrom għandu jiżgura li huma disponibbli faċilitajiet adegwati u xierqa għall-persunal tiegħu jew il-persunal impjegat mill-partijiet li jkun sar magħhom kuntratt għall-forniment ta’ servizzi ta’ manutenzjoni u dawk operattivi fl-ajrudrom.

(b)

L-operatur tal-ajrudrom għandu jaħtar oqsma xierqa fl-ajrudrom li jintużaw għall-ħażna ta’ merkanzija perikoluża li tinġarr fl-ajrudrom, skont l-Istruzzjonijiet Tekniċi.

ADR.OR.D.025 Koordinazzjoni ma’ organizzazzjonijiet oħrajn

L-operatur tal-ajrudrom għandu:

(a)

jiżgura li s-sistema ta’ mmaniġġjar tal-ajrudrom tindirizza l-koordinazzjoni u l-interfaċċja mal-proċeduri ta’ sikurezza ta’ organizzazzjonijiet oħra li joperaw jew li jipprovdu servizzi fl-ajrudrom; u

(b)

jiżgura li organizzazzjonijiet bħal dawn ikollhom fis-seħħ proċeduri ta’ sikurezza li jikkonformaw mar-rekwiżiti applikabbli tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu u r-rekwiżiti stabbiliti fil-manwal tal-ajrudrom.

ADR.OR.D.027 Programmi ta’ sikurezza

L-operatur tal-ajrudrom għandu:

(a)

jistabbilixxi, imexxi u jimplimenta programmi għall-promozzjoni tas-sikurezza u tal-iskambju tal-informazzjoni b’rilevanza għas-sikurezza; u

(b)

jinkoraġġixxi lill-organizzazzjonijiet li joperaw jew li jipprovdu servizzi fl-ajrudrom biex jinvolvu ruħhom f’dawn il-programmi.

ADR.OR.D.030 Sistema ta’ rappurtar dwar is-sikurezza

(a)

L-operatur tal-ajrudrom għandu jistabbilixxi u jimplimenta sistema ta’ rappurtar dwar is-sikurezza għall-persunal kollu u organizzazzjonijiet kollha li joperaw jew li jipprovdu servizzi fl-ajrudrom, sabiex jippromwovi s-sikurezza fl-ajrudrom kif ukoll l-użu sikur tiegħu.

(b)

L-operatur tal-ajrudrom, skont ADR.OR.D.005 (b)(3), għandu:

(1)

jitlob li l-persunal u l-organizzazzjonijiet imsemmija fil-punt (a) jużaw is-sistema ta’ rappurtar dwar is-sikurezza għar-rappurtar obbligatorju ta’ kwalunkwe inċident, inċident serju u okkorrenza; u

(2)

jiżgura li s-sistema ta’ rappurtar dwar is-sikurezza tkun tista’ tintuża għar-rappurtar volontarju ta’ kull difett, nuqqas jew kwalunkwe riskju għas-sikurezza li jistgħu jaffettwaw is-sikurezza.

(c)

Is-sistema ta’ rappurtar dwar is-sikurezza gћandha tipproteġi l-identità ta’ min ikun gћamel ir-rapport, tinkoraġġixxi rappurtar volontarju u tinkludi l-possibilità li r-rapporti jkunu jistgћu jingħataw b’mod anonimu.

(d)

L-operatur tal-ajrudrom għandu:

(1)

jirreġistra r-rapporti kollha ppreżentati;

(2)

janalizza u jevalwa r-rapporti, kif inhu xieraq, sabiex jindirizza n-nuqqasijiet fis-sikurezza u jidentifika t-tendenzi;

(3)

jiżgura li l-organizzazzjonijiet kollha li joperaw jew li jipprovdu servizzi fl-ajrudrom li huma rilevanti għall-kwistjoni ta’ sikurezza, jipparteċipaw fl-analiżi ta’ dawn ir-rapporti u li kwalunkwe miżuri preventivi u/jew korrettivi identifikati jiġu implimentati;

(4)

iwettaq investigazzjonijiet ta’ rapporti, kif xieraq; u

(5)

jżomm lura milli jiddetermina fuq min taqa’ l-ħtija abbażi tal-prinċipji tal-“kultura ġusta”.

ADR.OR.D.035 Żamma tar-rekords

(a)

L-operatur tal-ajrudrom għandu jistabbilixxi sistema adegwata ta’ żamma ta’ rekords li tkopri l-attivitajiet kollha tiegħu mwettqa skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu.

(b)

Il-format tar-rekords għandu jkun speċifikat fil-manwal tal-ajrudrom.

(c)

Ir-rekords għandhom jinħażnu b’mod li jiżgura l-protezzjoni mill-ħsara, mill-modifiki u mis-serq.

(d)

Ir-rekords għandhom jinżammu għal minimu ta’ ħames snin, ħlief għal dawn li ġejjin, li jinżammu kif ġej:

(1)

il-bażi ta’ ċertifikazzjoni tal-ajrudrom, il-mezzi alternattivi ta’ konformità li qed jintużaw bħalissa u ċ-ċertifikat(i) tal-ajrudrom jew tal-operatur tal-ajrudrom ta’ bħalissa, għat-tul kollu taċ-ċertifikat;

(2)

arranġamenti ma’ organizzazzjonijiet oħra, sakemm tali arranġamenti jkunu fis-seħħ;

(3)

il-manwali ta’ tagħmir tal-ajrudrom jew is-sistemi użati fl-ajrudrom, sakemm dawn ikunu qed jintużaw fl-ajrudrom;

(4)

Ir-rapporti tal-valutazzjoni tas-sikurezza għat-tul tas-sistema/proċedura/attività;

(5)

il-persunal tat-taħriġ, il-kwalifiki, u r-rekords mediċi kif ukoll il-kontrolli tal-profiċjenza, skont il-każ, għal mill-inqas erba’ snin wara t-tmiem tal-impjieg tagħhom, jew sakemm il-qasam tal-impjieg tagħhom ikun ġie vverifikat mill-Awtorità Kompetenti; u

(6)

il-verżjoni attwali fir-reġistru tal-perikli.

(e)

Ir-rekords kollha għandhom ikunu suġġetti għal-liġi applikabbli dwar il-protezzjoni tad-dejta personali.

SUBPARTI E — MANWAL TAL-AJRUDROM U DOKUMENTAZZJONI (ADR.OR.E)

ADR.OR.E.005 Manwal tal-ajrudrom

(a)

L-operatur tal-ajrudrom għandu jistabbilixxi u jżomm manwal tal-ajrudrom.

(b)

Il-kontenut tal-manwal tal-ajrudrom għandu jirrifletti l-bażi taċ-ċertifikazzjoni u r-rekwiżiti stabbiliti f’din il-Parti u fil-Parti-ADR.OPS, skont kif ikun applikabbli, u m’għandux imur kontra l-kundizzjonijiet taċ-ċertifikat. Il-manwal tal-ajrudrom għandu jkun fih jew ikun jirreferi għall-informazzjoni kollha meħtieġa għall-użu, l-operat u l-manutenzjoni bla periklu tal-ajrudrom, għat-tagħmir tiegħu, kif ukoll għas-superfiċje ta’ limitazzjoni u ta’ protezzjoni tal-ostaklu u għall-erji l-oħra assoċjati mal-ajrudrom.

(c)

Il-manwal tal-ajrudrom jista’ jinħareġ f’partijiet separati.

(d)

L-operatur tal-ajrudrom għandu jiżgura li persunal tal-ajrudom kollu u li l-bqija tal-persunal rilevanti kollu tal-organizzazzjoni jkollu aċċess faċli għall-partijiet mill-manwal tal-ajrudrom li huma rilevanti għad-dmirijiet u r-responsabbiltajiet tiegħu.

(e)

L-operatur tal-ajrudrom għandu:

(1)

jipprovdi lill-Awtorità Kompetenti bl-emendi jew ir-reviżjonijiet maħsuba tal-manwal tal-ajrudrom, għal oġġetti li jeħtieġu approvazzjoni minn qabel skont ADR.OR.B.040, qabel id-data effettiva, u jiżgura li dawn ma jsirux effettivi qabel ma jikseb l-approvazzjoni tal-Awtorità Kompetenti; jew

(2)

jipprovdi lill-awtorità kompetenti bl-emendi jew ir-reviżjonijiet maħsuba tal-manwal tal-ajrudrom, qabel id-data effettiva, jekk l-emenda jew ir-reviżjoni proposta tal-manwal tal-ajrudrom tkun teħtieġ biss notifika lill-Awtorità Kompetenti skont ADR.OR.B.040(d) u ADR.OR.B.015(b).

(f)

Minkejja l-punt (e), meta jkun hemm bżonn ta’ emendi jew reviżjonijiet immedjati fl-interess tas-sikurezza, dawn jistgħu jiġu ppubblikati u applikati immedjatament, dejjem jekk tkun saret applikazzjoni għall-approvazzjoni meħtieġa.

(g)

L-operatur tal-ajrudrom għandu:

(1)

jeżamina mill-ġdid il-kontenut tal-manwal tal-ajrudrom, jiżgura li dan jinżamm aġġornat u jemendah kull meta jkun meħtieġ;

(2)

jinkorpora l-emendi u r-reviżjonijiet kollha mitluba mill-Awtorità Kompetenti; u

(3)

jagħmel il-persunal kollu tal-ajrudom u l-organizzazzjonijiet rilevanti l-oħra konxji mill-bidliet li jkunu rilevanti għall-kompiti u r-responsabbiltajiet tagħhom.

(h)

L-operatur tal-ajrudrom għandu jiżgura li l-informazzjoni meħuda minn dokumenti approvati, u minn kwalunkwe emenda tagħhom, tidher b’mod korrett fil-manwal tal-ajrudrom. Dan ma jwaqqafx lill-operatur tal-ajrudrom milli jippubblika dejta u proċeduri iktar konservattivi fil-manwal tal-ajrudrom.

(i)

L-operatur tal-ajrudrom għandu jiżgura li:

(1)

l-manwal tal-ajrudrom huwa miktub b’lingwa aċċettabbli għall-Awtorità Kompetenti; u

(2)

il-persunal kollu jkun kapaċi jaqra u jifhem il-lingwa li fiha jkunu nkitbu l-partijiet tal-manwal tal-ajrudrom u d-dokumenti operattivi oħra li għandhom x’jaqsmu mad-dmirijiet u r-responsabbiltajiet tagħhom.

(j)

L-operatur tal-ajrudrom għandu jiżgura li l-manwal tal-ajrudrom:

(1)

huwa ffirmat mill-maniġer responsabbli tal-ajrudrom;

(2)

huwa stampat jew f’format elettroniku u huwa faċli li jiġi rivedut;

(3)

għandu sistema ta’ mmaniġġjar tal-kontroll tal-verżjonijiet li tiġi applikata u li tkun viżibbli fil-manwal tal-ajrudrom; u

(4)

josserva l-prinċipji tal-fatturi umani u huwa organizzat b’mod li jiffaċilita l-preparazzjoni, l-użu u r-reviżjoni tiegħu.

(k)

L-operatur tal-ajrudrom għandu jżomm mill-inqas kopja waħda kompluta u pprovduta f’waqtha tal-manwal tal-ajrudrom fl-ajrudrom u jagħmilha disponibbli għal spezzjoni mill-Awtorità Kompetenti.

(l)

Il-kontenut tal-manwal tal-ajrudrom għandu jkun kif ġej:

(1)

Ġenerali;

(2)

Is-sistema tal-immaniġġjar tal-ajrudrom, ir-rekwiżiti b’rabta mal-kwalifika u t-taħriġ;

(3)

Dettalji tal-post fejn jinżamm l-ajrudrom;

(4)

Dettalji tal-ajrudrom li jridu jiġu rrappurtati lis-Servizz ta’ Informazzjoni Ajrunawtika; u

(5)

Dettalji dwar il-proċeduri operattivi tal-ajrudrom, it-tagħmir tiegħu u l-miżuri ta’ sikurezza.

ADR.OR.E.010 Rekwiżiti marbutin mad-dokumentazzjoni

(a)

L-operatur tal-ajrudrom għandu jiżgura d-disponibbiltà ta’ kwalunkwe dokumentazzjoni oħra meħtieġa u tal-emendi assoċjati.

(b)

L-operatur gћandu jkun kapaċi jqassam struzzjonijiet operattivi u informazzjoni oħra mingћajr dewmien.

(1)   ĠU L 295, 12.11.2010, p. 35.

(2)   ĠU L 294, 13.11.2007, p. 3.

(3)   ĠU L 295, 14.11.2007, p. 7.


ANNESS IV

Il-Parti Rekwiżiti tal-Awtorità — Ajrudromi (Parti-ADR.OPS)

SOTTOPARTI A — DEJTA TAL-AJRUDROM (ADR.OPS.A)

ADR.OPS.A.005 Dejta tal-ajrudrom

L-operatur tal-ajrudrom għandu, skont il-każ:

(a)

jiddetermina, jiddokumenta u jżomm dejta rilevanti għall-ajrudrom u s-servizzi disponibbli;

(b)

jipprovdi dejta rilevanti għall-ajrudrom u s-servizzi disponibbli lill-utenti u lis-servizzi tat-traffiku tal-ajru u lill-fornituri tas-servizzi tal-informazzjoni ajrunawtika.

ADR.OPS.A.010 Rekwiżiti tal-kwalità tad-dejta

L-operatur tal-ajrudrom għandu jkollu arranġamenti formali ma’ entitajiet li magħhom jiskambja dejta ajrunawtika u/jew informazzjoni ajrunawtika.

(a)

Id-dejta kollha rilevanti għall-ajrudrom u s-servizzi disponibbli għandha tiġi pprovduta mill-operatur tal-ajrudrom bil-kwalità u l-integrità meħtieġa.

(b)

Meta d-dejta rilevanti għall-ajrudrom u s-servizzi disponibbli tkun ippubblikata, l-operatur tal-ajrudrom għandu:

(1)

jimmonitorja d-dejta rilevanti għall-ajrudrom u s-servizzi disponibbli li toriġina mill-operatur tal-ajrudrom u li tiġi mxerrda mill-fornituri tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru u mill-fornituri tas-servizzi tal-informazzjoni ajrunawtika rilevanti.

(2)

jinnotifika lill-fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni ajrunawtika rilevanti bit-tibdiliet neċessarji biex jiżgura dejta korretta u kompluta rilevanti għall-ajrudrom u s-servizzi disponibbli, li toriġina mill-operatur tal-ajrudrom;

(3)

jinnotifika lill-fornituri tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru u lill-fornituri tas-servizzi ta’ informazzjoni ajrunawtika rilevanti meta d-dejta ppubblikata li toriġina mill-operatur tal-ajrudrom ma tkunx korretta jew ma tkunx adegwata.

ADR.OPS.A.015 Koordinazzjoni bejn l-operaturi tal-ajrudrom u l-fornituri tas-servizzi ta’ informazzjoni ajrunawtika

(a)

Biex jiżgura li fornituri tas-servizzi ta’ informazzjoni ajrunawtika jiksbu informazzjoni li tippermettilhom jipprovdu informazzjoni aġġornata ta’ qabel it-titjira u biex jissodisfaw il-ħtieġa għal informazzjoni waqt it-titjira, l-operatur tal-ajrudrom għandu jagħmel l-arranġamenti biex lill-fornituri tas-servizzi ta’ informazzjoni ajrunawtika rilevanti, jirrapportalhom dan li ġej mingħajr dewmien:

(1)

informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tal-ajrudrom, it-tneħħija ta’ inġenji tal-ajru mhux attivati, is-salvataġġ u t-tifi tan-nar u s-sistemi ta’ indikatur tal-inklinazzjoni b’avviċinament viżwali;

(2)

l-istatus operazzjonali tal-faċilitajiet, is-servizzi u l-għajnuniet navigazzjonali fl-ajrudrom assoċjati;

(3)

kwalunkwe informazzjoni oħra meqjusa bħala ta’ importanza operazzjonali.

(b)

Qabel ma jsiru t-tibdiliet fis-sistema ta’ navigazzjoni tal-ajru, l-operatur tal-ajrudrom għandu jqis iż-żmien meħtieġ mis-servizzi ta’ informazzjoni ajrunawtika rilevanti għall-preparazzjoni, il-produzzjoni u l-ħruġ ta’ materjal rilevanti ta’ tixrid tal-informazzjoni.

SUBPARTI B — SERVIZZI OPERAZZJONALI TAL-AJRUDROM, TAGĦMIR U STALLAZZJONIJIET(ADR.OPS.B)

ADR.OPS.B.001 Forniment ta’ servizzi

Is-servizzi tas-Subparti B ta’ dan l-Anness għandhom jiġu pprovduti fl-ajrudrom mill-operatur tal-ajrudrom direttament jew indirettament.

ADR.OPS.B.005 Ippjanar ta’ emerġenza fl-ajrudrom

L-operatur tal-ajrudrom għandu jkollu pjan ta’ emerġenza għall-ajrudrom, u jimplimentah, li:

(a)

jkun proporzjonat mal-operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru u attivitajiet oħrajn li jsiru fl-ajrudrom;

(b)

jistipula l-koordinazzjoni ta’ organizzazzjonijiet xierqa b’reazzjoni għal każ ta’ emerġenza li jseħħ f’ajrudrom jew fl-inħawi ta’ madwaru; u

(c)

li jinkludi proċeduri għal testijiet perjodiċi tal-adegwatezza tal-pjan u għar-reviżjoni tar-riżultati sabiex titjieb l-effettività tiegħu.

ADR.OPS.B.010 Servizzi ta’ salvataġġ u tifi tan-nar

(a)

L-operatur tal-ajrudrom għandu jiżgura li:

(1)

il-faċilitajiet, it-tagħmir u s-servizzi ta’ salvataġġ u ta’ tifi tan-nar fl-ajrudrom ikunu pprovduti;

(2)

it-tagħmir adegwat, l-aġenti tat-tifi tan-nar u l-għadd meħtieġ ta’ persunal ikunu disponibbli fil-pront;

(3)

il-persunal tas-salvataġġ u tat-tifi tan-nar ikun imħarreġ, mgħammar u kkwalifikat biex jopera fl-ambjent tal-ajrudrom; u

(4)

l-persunal kollu tas-salvataġġ u tat-tifi tan-nar li jkun potenzjalment meħtieġ li jaġixxi f’emerġenzi tal-avjazzjoni għandu jagħti perjodikament prova ta’ qagħda medika xierqa biex iwettaq il-funzjonijiet tiegħu b’mod sodisfaċenti, filwaqt li titqies it-tip ta’ attività.

(b)

L-operatur tal-ajrudrom għandu jistabbilixxi u jimplimenta programm ta’ taħriġ għall-persunal involut fis-servizzi tas-salvataġġ u tat-tifi tan-nar tal-ajrudrom;

(c)

L-operatur tal-ajrudrom għandu jimplimenta kontrolli tal-profiċjenza f’intervalli xierqa sabiex jiżgura l-kompetenza kontinwa;

(d)

L-operatur tal-ajrudrom għandu jiżgura li:

(1)

fl-implimentazzjoni tal-programm ta’ taħriġ jintużaw għalliema u assessuri bil-kwalifiki u bl-esperjenza; u

(2)

jintużaw faċilitajiet u mezzi xierqa għall-forniment tat-taħriġ.

(e)

L-operatur tal-ajrudrom għandu:

(1)

jżomm rekords adegwati tal-kwalifiki, tat-taħriġ u tal-kontroll tal-profiċjenza biex juri l-konformità ma’ dan ir-rekwiżit;

(2)

meta jintalab, iqiegħed dawn ir-rekords għad-dispożizzjoni tal-persunal konċernat tiegħu; u

(3)

jekk persuna hija impjegata minn impjegatur ieħor, meta jintalab, iqiegħed dawn ir-rekords għad-dispożizzjoni tal-impjegatur il-ġdid.

(f)

It-tnaqqis temporanju fil-livell ta’ protezzjoni tas-servizzi ta’ salvataġġ u ta’ tifi tan-nar fl-ajrudrom, minħabba ċirkostanzi mhux previsti, m’għandhomx jeħtieġu l-approvazzjoni minn qabel tal-Awtorità Kompetentii.

ADR.OPS.B.015 Monitoraġġ u spezzjoni tal-erja ta’ moviment u ta’ faċilitajiet relatati

(a)

L-operatur tal-ajrudrom għandu jiċċekkja l-kundizzjoni tal-erja ta’ moviment u l-istatus operazzjonali ta’ faċilitajiet relatati u jirrapporta dwar kwistjonijiet ta’ importanza operazzjonali, kemm jekk ikunu ta’ natura temporanja u kemm jekk ta’ waħda permanenti, lill-fornituri tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru rilevanti u lill-fornituri tas-servizzi ta’ informazzjoni ajrunawtika.

(b)

L-operatur tal-ajrudrom għandu jwettaq spezzjonijiet regolari fl-erja ta’ moviment u fil-faċilitajiet relatati tagħha.

ADR.OPS.B.020 Tnaqqis fil-periklu mill-attività ta’ annimali slavaġ

L-operatur tal-ajrudrom għandu:

(a)

jivvaluta l-periklu mill-attività ta’ annimali selvaġġi fl-ajrudrom u fil-madwar;

(b)

jistabbilixxi l-mezzi u l-proċeduri sabiex jiġi minimizzat ir-riskju ta’ ħabtiet bejn inġenji tal-ajru u annimali slavaġ fl-ajrudrom; u

(c)

jinnotifika lill-awtorità xierqa jekk l-evalwazzjoni tindika li l-kundizzjonijiet fl-inħawi ta’ madwar l-ajrudrom iwasslu għal periklu mill-annimali slavaġ.

ADR.OPS.B.025 Operat tal-vetturi

L-operatur tal-ajrudrom għandu jistabbilixxi u jimplimenta proċeduri għat-taħriġ, il-valutazzjoni u l-awtorizzazzjoni tas-sewwieqa kollha li joperaw fl-erja ta’ moviment.

ADR.OPS.B.030 Sistema ta’ gwida u kontroll tal-moviment fuq is-superfiċje

L-operatur tal-ajrudrom għandu jiżgura li fl-ajrdurom ikun hemm sistema ta’ gwida u kontroll tal-moviment fuq is-superfiċje.

ADR.OPS.B.035 Operazzjonijiet f’kundizzjonijiet xitwija

L-operatur tal-ajrudrom għandu jiżgura li jkun hemm stabbiliti u implimentati mezzi u proċeduri biex jipprovdu kundizzjonijiet sikuri għall-operazzjonijiet tal-ajrudrom matul il-kundizzjonijiet xitwija.

ADR.OPS.B.040 Operazzjonijiet bil-lejl

L-operatur tal-ajrudrom għandu jiżgura li jkun hemm stabbiliti u implimentati mezzi u proċeduri biex jipprovdu kundizzjonijiet sikuri għall-operazzjonijiet tal-ajrudrom matul il-lejl.

ADR.OPS.B.045 Operazzjonijiet f’viżibilità baxxa

(a)

L-operatur tal-ajrudrom għandu jiżgura li jkun hemm stabbiliti u implimentati mezzi u proċeduri biex jipprovdu kundizzjonijiet sikuri għall-operazzjonijiet tal-ajrudrom matul il-kundizzjonijiet b’viżibilità baxxa.

(b)

Il-proċeduri għal viżibilità baxxa jridu jiġu approvati minn qabel mill-Awtorità Kompetenti.

ADR.OPS.B.050 Operazzjonijiet f’kundizzjonijiet klimatiċi ħżiena

L-operatur tal-ajrudrom għandu jiżgura li jkun hemm stabbiliti u implimentati mezzi u proċeduri biex jipprovdu kundizzjonijiet sikuri għall-operazzjonijiet tal-ajrudrom matul il-kundizzjonijiet klimatiċi ħżiena.

ADR.OPS.B.055 Kwalità tal-fjuwil

L-operatur tal-ajrudrom għandu jivverifika li l-organizzazzjonijiet involuti fil-ħżin u l-għoti tal-fjuwil lill-inġenji tal-ajru jsegwu proċeduri biex jiżguraw li l-inġenji tal-ajru jingħataw fjuwil mhux ikkontaminat u bl-ispeċifikazzjoni l-korretta.

ADR.OPS.B.065 Għajnuniet viżivi u sistemi elettriċi tal-ajrudrom

L-operatur tal-ajrudrom għandu jkollu proċeduri biex jiżgura li l-għajnuniet viżivi u s-sistemi elettriċi tal-ajrudrom jaħdmu kif suppost.

ADR.OPS.B.070 Xogħlijiet ta’ sikurezza fl-ajrudrom

(a)

L-operatur tal-ajrudrom għandu jistabbilixxi u jimplimenta proċeduri sabiex jiżgura li:

(1)

is-sikurezza tal-inġenji tal-ajru ma tiġix affettwata minn xogħlijiet fl-ajrudrom; u

(2)

s-sikurezza fix-xogħlijiet tal-ajrudrom ma tkunx affettwata minn attivitajiet operattivi tal-ajrudrom.

ADR.OPS.B.075 Salvagwardja tal-ajrudromi

(a)

L-operatur tal-ajrudrom għandu jimmonitorja l-ajrudrom u l-inħawi tal-madwar tiegħu:

(1)

fis-superfiċje ta’ limitazzjoni u ta’ protezzjoni tal-ostaklu kif stabbilit skont il-bażi taċ-ċertifikazzjoni, u wċuħ oħra u żoni assoċjati mal-ajrudrom, sabiex jieħu, meta fil-kompetenza tiegħu, l-azzjoni xierqa biex itaffi r-riskji assoċjati mal-penetrazzjoni ta’ dawk l-uċuħ u l-erji;

(2)

is-sinjali u d-dawl ta’ ostakli sabiex ikun jista’ jieħu azzjoni fil-kompetenza tiegħu, skont il-każ; u

(3)

perikli marbuta ma’ attivitajiet tal-bniedem u l-użu tal-art sabiex jieħu azzjoni fil-kompetenza tiegħu, skont il-każ.

(b)

L-operatur tal-ajrudrom għandu jkollu proċeduri fis-seħħ biex jitnaqqsu r-riskji assoċjati ma’ ostakli, żviluppi u attivitajiet oħra fiż-żoni monitorjati li jistgħu jaffettwaw l-operat sikur tal-inġenji tal-ajru li joperaw fl-ajrudrom, lejh jew inkella minnu.

ADR.OPS.B.080 Sinjali u dawl ta’ vetturi u oġġetti mobbli oħra

L-operatur tal-ajrudrom għandu jiżgura li l-vetturi u oġġetti mobbli oħra, esklużi inġenji tal-ajru, fuq iż-żona ta’ moviment tal-ajrudrom ikunu mmarkati u jekk il-vetturi jintużaw bil-lejl jew f’kundizzjonijiet ta’ viżibilità baxxa, jiddawlu. It-tagħmir ta’ manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru u vetturi użati biss fuq ir-rampi jistgħu jkunu eżentati.

ADR.OPS.B.090 Użu tal-ajrudrom minn inġenji tal-ajru b’kodiċi ta’ ittra ogħla

(a)

Ħlief f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza tal-inġenju tal-ajru, l-operatur tal-ajrudrom jista’, suġġett għall-approvazzjoni minn qabel mill-Awtorità Kompetenti, jippermetti l-użu ta’ ajrudrom jew partijiet minnus minn inġenju tal-ajru b’ittra b’kodiċi ogħla mill-karatteristiki tad-disinn tal-ajrudrom speċifikati fit-termini taċ-ċertifikat.

(b)

Biex tintwera l-konformità mal-punt (a), għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ADR.OR.B.040.

SOTTOPARTI C — MANUTENZJONI TAL-AJRUDROM (ADR.OPS.C)

ADR.OPS.C.005 Ġenerali

L-operatur tal-ajrudrom għandu jistabbilixxi u jimplimenta programm ta’ manutenzjoni, inkluż il-manutenzjoni preventiva fejn ikun il-każ, biex jagħmel il-manutenzjoni tal-faċilitajiet tal-ajrudrom sabiex dawn jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness Va tar-Regolament (KE) Nru 216/2008.

ADR.OPS.C.010 Bankini, uċuħ tal-art oħrajn u drenaġġ

(a)

L-operatur tal-ajrudrom għandu jispezzjona l-uċuħ taż-żoni ta’ moviment kollha inklużi l-bankini (ir-runways, it-taxiways u r-rampi), iż-żoni li jmissu magħhom u d-drenaġġ biex regolarment jevalwa l-kundizzjoni tagħhom bħala parti minn programm ta’ manutenzjoni preventiva jew korrettiva tal-ajrudrom.

(b)

L-operatur tal-ajrudrom għandu:

(1)

jagħmel manutenzjoni fuq l-uċuħ fl-erji ta’ moviment kollha bil-għan li jevita u jelimina kull oġġett li jkun hemm jiġri jew kwalunkwe residwu li jista’ jikkawża ħsarat lill-inġenji tal-ajru jew ixekkel l-operat tas-sistemi tal-inġenju tal-ajru;

(2)

jagħmel manutenzjoni fuq il-wiċċ tar-runways, tat-taxiways u r-rampi ta’ protezzjoni biex jipprevjeni l-formazzjoni ta’ irregolaritajiet li jwasslu għal xi ħsara;

(3)

jieħu azzjoni ta’ manutenzjoni korrettiva meta l-karatteristiki ta’ frizzjoni għar-runway kollu jew għal porzjon minnu, meta mhux ikkontaminati, ikunu taħt il-livell minimu ta’ frizzjoni. Il-frekwenza ta’ dan il-kejl għandha tkun biżżejjed biex tiġi determinata t-tendenza tal-karatteristiki tal-frizzjoni tas-superfiċje tar-runway.

ADR.OPS.C.015 Għajnuniet viżivi u sistemi elettriċi

L-operatur tal-ajrudrom għandu jistabbilixxi u jiżgura l-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ manutenzjoni korrettiva u preventiva ta’ għajnuniet viżivi u sistemi elettriċi biex jiżgura d-disponibbiltà, l-affidabbiltà u l-konformità ta’ sistema ta’ dwal u sinjali.


14.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 44/35


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 140/2014

tat-13 ta’ Frar 2014

li japprova s-sustanza attiva spinetoram, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummisjoni (UE) Nru 540/2011

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(2) u l-Artikolu 78(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 80(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandha tapplika d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (2), fir-rigward tal-proċedura u l-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanzi attivi li għalihom ġiet adottata deċiżjoni skont l-Artikolu 6(3) ta’ dik id-Direttiva qabel l-14 ta’ Ġunju 2011. Għall-ispinetoram, il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 80(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huma ssodisfati bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/740/KE (3).

(2)

Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, fis-17 ta’ Ottubru 2007, ir-Renju Unit irċieva applikazzjoni minn Dow AgroSciences Ltd. għall-inklużjoni tas-sustanza attiva spinetoram fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Id-Deċiżjoni 2008/740/KE kkonfermat li d-dossier kien “komplut” fis-sens li seta’ jitqies bħala wieħed li fil-prinċipju jissodisfa r-rekwiżiti tad-dejta u tal-informazzjoni tal-Annessi II u III tad-Direttiva 91/414/KEE.

(3)

Għal dik is-sustanza attiva, ġew valutati l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u fuq l-ambjent, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(2) u (4) tad-Direttiva 91/414/KEE, għall-użi proposti mill-applikant. Fit-23 ta’ Frar 2012, l-Istat Membru relatur maħtur ressaq abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni..

(4)

L-abbozz tar-rapport tal-valutazzjoni ġie analizzat mill-Istati Membri u mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn ‘il quddiem “l-Awtorità”). Fit-6 ta’ Mejju 2013, l-Awtorità ppreżentat il-konklużjoni tagħha lill-Kummissjoni dwar il-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva spinetoram (4). L-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni u l-konklużjoni tal-Awtorità ġew evalwati mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u ġew iffinalizzati fit-13 ta’ Diċembru 2013 fil-format ta’ rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni għall-ispinetoram.

(5)

Minn bosta eżamijiet li saru deher li l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom l-ispinetoram jistgħu jkunu mistennija li jissodisfaw, b’mod ġenerali, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) u l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 91/414/KEE, b’mod partikolari fir-rigward tal-użi li kienu eżaminati u ddettaljati fir-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni. Għaldaqstant, huwa xieraq li l-ispinetoram jiġi approvat.

(6)

Madankollu, skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu, u fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, hemm bżonn li jiddaħħlu ċerti kundizzjonijiet u restrizzjonijiet. B’mod partikolari, jixraq li tintalab aktar informazzjoni ta’ konferma.

(7)

Għandu jitħalla jgħaddi żmien raġonevoli qabel l-approvazzjoni, ħalli l-Istati Membri u l-partijiet interessati jkunu jistgħu jħejju ruħhom biex jilħqu r-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-approvazzjoni.

(8)

Madankollu, bla preġudizzju għall-obbligi stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 bħala konsegwenza tal-approvazzjoni, u meta titqies is-sitwazzjoni speċifika li nħolqot bit-tranżizzjoni mid-Direttiva 91/414/KEE għar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandu japplika dan li ġej. L-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu ta’ sitt xhur wara l-approvazzjoni biex jirrevedu l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom l-ispinetoram. L-Istati Membri għandhom ivarjaw, jissostitwixxu jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet kif xieraq. B’deroga minn dik l-iskadenza, għandu jingħata perjodu itwal għas-sottomissjoni u għall-valutazzjoni tad-dossier komplut tal-Anness III, kif stipulat fid-Direttiva 91/414/KEE, ta’ kull prodott għall-protezzjoni tal-pjanti għal kull użu maħsub skont il-prinċipji uniformi.

(9)

L-esperjenza miksuba minn inklużjonijiet fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE ta’ sustanzi attivi ivvalutati fil-qafas tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 (5) uriet li jistgħu jinqalgħu xi diffikultajiet fl-interpretazzjoni tad-dmirijiet ta’ detenturi ta’ awtorizzazzjonijiet eżistenti dwar l-aċċess għad-dejta. Għaldaqstant, sabiex jiġu evitati aktar diffikultajiet, jidher li hemm bżonn li jiġu ċċarati l-obbligi tal-Istati Membri, speċjalment l-obbligu li jivverifikaw li d-detentur tal-awtorizzazzjoni juri li għandu aċċess għal dossier li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II ta’ dik id-Direttiva. Madankollu, din il-kjarifika ma timponi l-ebda obbligu ġdid fuq l-Istati Membri jew fuq id-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet, meta mqabbla mad-Direttivi adottati sa issa li jemendaw l-Anness I ta’ dik id-Direttiva jew ir-Regolamenti li japprovaw sustanzi attivi.

(10)

Skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (6) għandu jiġi emendat skont dan.

(11)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Approvazzjoni ta’ sustanza attiva

Is-sustanza attiva spinetoram, kif speċifikat fl-Anness I, hija approvata skont il-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Evalwazzjoni mill-ġdid tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti

1.   F’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, fejn meħtieġ, l-Istati Membri għandhom jemendaw jew jirtiraw awtorizzazzjonijiet eżistenti tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom l-ispinetoram bħala sustanza attiva sal-31 ta’ Diċembru 2014.

Sa dik id-data dawn għandhom jivverifikaw b’mod partikolari li jkunu ntlaħqu l-kundizzjonijiet fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament, ħlief dawk identifikati fil-kolonna dwar dispożizzjonijiet speċifiċi ta’ dak l-Anness, u li d-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu dossier, jew għandu aċċess għalih, li jilħaq ir-rekwiżiti tal-Anness II tad-Direttiva 91/414/KEE skont il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 13(1) sa (4) ta’ dik id-Direttiva u l-Artikolu 62 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, għal kull prodott awtorizzat għall-protezzjoni tal-pjanti li fih l-ispinetoram bħala l-unika sustanza attiva jew inkella bħala waħda minn bosta sustanzi attivi li lkoll huma elenkati fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, l-Istati Membri, mhux iktar tard mit 30 ta’ Ġunju 2014, għandhom jerġgħu jevalwaw il-prodott skont il-prinċipji uniformi, kif huwa msemmi fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, abbażi ta’ dossier li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness III tad-Direttiva 91/414/KEE u billi jqisu l-kolonna dwar id-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament. Abbażi ta’ dik l-evalwazzjoni, dawn għandhom jistabbilixxu jekk il-prodott jilħaqx il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 29(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

Meta dan ikun stabbilit, l-Istati Membri għandhom:

(a)

fil-każ ta’ prodott li jkun fih l-ispinetoram bħala l-unika sustanza attiva, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2015; jew

(b)

fil-każ ta’ prodott li fih l-ispinetoram bħala waħda minn bosta sustanzi attivi, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sal-31 ta’ Diċembru 2015 jew sad-data ffissata għal emenda jew irtirar bħal dan fl-att jew fl-atti rispettivi li żiedu s-sustanza jew is-sustanzi relevanti fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE jew approvaw dik is-sustanza jew dawk is-sustanzi, skont liema minnhom tkun l-iktar riċenti.

Artikolu 3

Emendi fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Id-dħul fis-seħħ u d-data tal-applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2014.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Frar 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1)

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/740/KE tat-12 ta’ Settembru 2008 li tirrikonoxxi fil-prinċipju l-kompletezza tad-dossier li tressaq għal eżami dettaljata bil-ħsieb tal-inklużjoni possibbli tal-ispinetoram fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 249, 18.9.2008, p. 21).

(4)   EFSA Journal 2013; 11(5):3220. Jista’ jinstab onlajn fuq: www.efsa.europa.eu

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 tal-11 ta’ Diċembru 1992 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-ewwel stadju tal-programm tax-xogħol imsemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 366, 15.12.1992, p. 10).

(6)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).


ANNESS I

Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (1)

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

Spinetoram

Nru CAS 935545-74-7

Nru CIPAC 802

 

XDE-175-J (Fattur maġġuri)

(2R,3aR,5aR,5bS,9S,13S,14R,16aS, 16bR)-2-(6-deossi-3-O-etil-2,4-di-O-metil-α-L-mannopiranosilossi)-13-[(2R,5S,6R)-5-(dimetilammino)tetraidro-6-metilpiran-2-ilossi]-9-etil-2,3,3a,4,5,5a,5b,6,9,10,11,12,13,14,16a,16b-eżadekaidro-14-metil-1H-as-indakeno[3,2-d]ossaċiklododekin-7,15-dion

 

XDE_175-L (Fattur minuri)

(2S,3aR,5aS,5bS,9S,13S,14R,16aS,16bS)-2-(6-deossi-3-O-etil-2,4-di-O-metil-α-L-mannopiranosilossi)-13-[(2R,5S,6R)-5-(dimetilammino)tetraidro-6-metilpiran-2-ilossi]-9-etil-2,3,3a,5a,5b,6,9,10,11,12,13,14,16a,16b-tetradekaidro-4,14-dimetil-1H-as-indakeno[3,2-d]ossaċiklododekin-7,15-dion

≥ 830 g/kg

50-90 % XDE-175-J; u

50-10 % XDE-175-L

Limiti ta’ tolleranza (g/kg):

XDE-175-J = 581-810

XDE-175-L = 83-270

l-1 ta’ Lulju 2014

it-30 ta’ Ġunju 2024

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ analiżi dwar l-ispinetoram, u b’mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif ġew iffinalizzati fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fit-13 ta’ Diċembru 2013.

F’din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lil:

(a)

ir-riskju għall-organiżmi akkwatiċi u tal-ħamrija;

(b)

ir-riskju għall-antropodi mhux fil-mira fil-ħamrija;

(c)

ir-riskju għan-naħal waqt l-applikazzjoni (bexx żejjed) u sussegwentement.

Fejn huwa xieraq, il-kundizzjonijiet għall-użu għandu jkun fihom miżuri li jtaffu r-riskju.

L-applikant għandu jibgħat informazzjoni ta’ konferma dwar l-ekwivalenza bejn l-isterjokimika tal-metaboliti identifikati fl-istudji dwar il-metaboliżmu/id-degradazzjoni u fil-materjal tal-ittestjar użat għall-istudji tat-tossiċità u l-ekotossiċità.

L-applikant għandu jressaq quddiem il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-Awtorità l-informazzjoni relevanti fi żmien 6 xhur wara l-adozzjoni ta’ gwida pertinenti dwar il-valutazzjoni tal-isomeri.


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport tal-analiżi.


ANNESS II

Fil-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011, qed tiżdied din l-annotazzjoni:

Numru

Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (*1)

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“67

Spinetoram

Nru CAS 935545-74-7

Nru CIPAC 802

 

XDE-175-J (Fattur maġġuri)

(2R,3aR,5aR,5bS,9S,13S,14R,16aS, 16bR)-2-(6-deossi-3-O-etil-2,4-di-O-metil-α-L-mannopiranosilossi)-13-[(2R,5S,6R)-5-(dimetilammino)tetraidro-6-metilpiran-2-ilossi]-9-etil-2,3,3a,4,5,5a,5b,6,9,10,11,12,13,14,16a,16b-eżadekaidro-14-metil-1H-as-indakeno[3,2-d]ossaċiklododekin-7,15-dion

 

XDE_175-L (Fattur minuri)

(2S,3aR,5aS,5bS,9S,13S,14R,16aS,16bS)-2-(6-deossi-3-O-etil-2,4-di-O-metil-α-L-mannopiranosilossi)-13-[(2R,5S,6R)-5-(dimetilammino)tetraidro-6-metilpiran-2-ilossi]-9-etil-2,3,3a,5a,5b,6,9,10,11,12,13,14,16a,16b-tetradekaidro-4,14-dimetil-1H-as-indakeno[3,2-d]ossaċiklododekin-7,15-dion

≥ 830 g/kg

50-90 % XDE-175-J;

u

50-10 % XDE-175-L

Limiti ta’ tolleranza (g/kg):

XDE-175-J = 581-810

XDE-175-L = 83-270

1 ta’ Lulju 2014

30 ta’ Ġunju 2024

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport tar-reviżjoni dwar l-ispinetoram, u b’mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif ġew iffinalizzati fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fit-13 ta’ Diċembru 2013.

F’din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lil:

(a)

ir-riskju għall-organiżmi akkwatiċi u tal-ħamrija;

(b)

ir-riskju għall-antropodi mhux fil-mira fil-ħamrija;

(c)

ir-riskju għan-naħal waqt l-applikazzjoni (bexx żejjed) u sussegwentement.

Fejn huwa xieraq, il-kundizzjonijiet għall-użu għandu jkun fihom miżuri li jtaffu r-riskju.

L-applikant għandu jibgħat informazzjoni ta’ konferma dwar l-ekwivalenza bejn l-isterjokimika tal-metaboliti identifikati fl-istudji dwar il-metaboliżmu/id-degradazzjoni u fl-ittestjar ta’ materjal użat għall-istudji tat-tossiċità u l-ekotossiċità.

L-applikant għandu jressaq it-tagħrif rilevanti quddiem il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-Awtorità qabel il-31 ta’ Diċembru 2014.”


(*1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport tal-analiżi.


14.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 44/40


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 141/2014

tat-13 ta’ Frar 2014

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta’ approvazzjoni tas-sustanza attiva żjut tal-pjanti/essenza tal-qronfol

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(2)(c) u l-Artikolu 78(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Is-sustanza attiva “żjut tal-pjanti/essenza tal-qronfol” kienet inkluża fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (2) mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/127/KE (3) f’konformità mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 24b tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2229/2004 (4). Mindu d-Direttiva Nru 91/414/KEE nbidlet bir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, din is-sustanza titqies li ġiet approvata skont dak ir-Regolament u hija elenkata fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (5).

(2)

F’konformità mal-Artikolu 25a tar-Regolament (KE) Nru 2229/2004, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, minn hawn ‘il quddiem “l-Awtorità”, ippreżentat lill-Kummissjoni l-opinjoni tagħha dwar l-abbozz tar-rapport ta’ reviżjoni għaż-żjut tal-pjanti/essenza tal-qronfol (6) fis-16 ta’ Diċembru 2011. L-Awtorità wasslet l-opinjoni tagħha dwar iż-żjut tal-pjanti/essenza tal-qronfol lin-notifikatur. Il-Kummissjoni stiedent lin-notifikatur iressaq il-kummenti tiegħu dwar l-abbozz tar-rapport ta’ reviżjoni dwar iż-żjut tal-pjanti/essenza tal-qronfol. L-abbozz tar-rapport ta’ reviżjoni flimkien mal-opinjoni tal-Awtorità ġew riveduti mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u l-abbozz tar-rapport ta’ reviżjoni ġie ffinalizzat fit-13 ta’ Diċembru 2013 fil-format tar-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni għaż-żjut tal-pjanti/essenza tal-qronfol.

(3)

Huwa kkonfermat li s-sustanza attiva żjut tal-pjanti/essenza tal-qronfol għandha titqies bħala approvata skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(4)

Skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu, kif ukoll fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, huwa meħtieġ li l-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni jiġu emendati. B’mod partikolari, jixraq li tintalab aktar informazzjoni ta’ konferma.

(5)

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq.

(6)

L-Istati Membri għandhom jingħataw iż-żmien biex jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom iż-żjut tal-pjanti/essenza tal-qronfol.

(7)

Għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom iż-żjut tal-pjanti/essenza tal-qronfol, fejn l-Istati Membri jagħtu xi perjodu ta’ grazzja skont l-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, dan il-perjodu għandu jiskadi qabel tmintax-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(8)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 hija emendata skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Miżuri tranżizzjonali

L-Istati Membri għandhom, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, fejn ikun meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet eżistenti tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom iż-żjut tal-pjanti/essenza tal-qronfol bħala sustanza attiva qabel is-6 ta’ Settembru 2014.

Artikolu 3

Perjodu ta’ Grazzja

Kwalunkwe perjodu ta’ grazzja mogħti mill-Istati Membri b’konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 għandu jkun qasir kemm jista’ jkun u għandu jiskadi qabel is-6 ta’ Settembru 2015.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Frar 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).

(3)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/127/KE tat-18 ta’ Diċembru 2008 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni ta’ bosta sustanzi attivi (ĠU L 344, 20.12.2008, p. 89).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2229/2004 tat-3 ta’ Diċembru 2004 li jistabbilixxi aktar regoli fid-dettall għall-implimentazzjoni tar-raba’ stadju tal-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 379, 24.12.2004, p. 13).

(5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).

(6)  Il-konklużjoni dwar ir-reviżjoni esperta tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva żjut tal-pjanti/essenza tal-qronfol. EFSA Journal 2012;10(1):2506. [43 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2012.2506. Jinsab onlajn: www.efsa.europa.eu/efsajournal


ANNESS

Fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, ir-ringiela 241 dwar is-sustanza attiva “żjut tal-pjanti/essenza tal-qronfol” għandha tinbidel b’dan li ġej:

Isem

Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“241

Żjut tal-pjanti/essenza tal-qronfol

Nru CAS 84961-50-2 (essenza tal-qronfol)

97-53-0 (Ewġenol — Komponent ewlieni)

Nru CIPAC 906

L-essenza tal-qronfol hija taħlita kumplessa ta’ sustanzi kimiċi.

Il-komponent ewlieni huwa l-ewġenol.

≥ 800 g/kg

Impurità relevanti: metil ewġenol massimu ta’ 0,1 % tal-materjal tekniku

l-1 ta’ Settembru 2009

il-31 ta’ Awwissu 2019

PARTI A

L-użi għal ġewwa bħala funġiċida u batteriċida wara l-ħsad biss jistgħu jkunu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, il-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar l-essenza tal-qronfol (SANCO/2622/2008), u b’mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu.

F’din il-valutazzjoni ġenerali l-Istati Membri għandhom joqogħdu partikolarment attenti għall-protezzjoni tal-operaturi u l-ħaddiema u jkunu żguri li, fejn ikun meħtieġ, il-kundizzjonijiet tal-użu jinkludu l-applikazzjoni ta’ tagħmir personali protettiv adattat.

In-notifikatur għandu jressaq informazzjoni konfermattiva dwar:

(a)

l-ispeċifikazzjoni teknika;

(b)

dejta li tqabbel is-sitwazzjonijiet ta’ esponiment naturali fl-isfond taż-żjut tal-pjanti/essenza tal-qronfol, l-ewġenol u l-metil ewġenol fir-rigward tal-esponiment mill-użu taż-żjut tal-pjanti/essenza tal-qronfol, bħala prodott għall-protezzjoni tal-pjanti. Din id-data għandha tkopri l-esponiment tal-bniedem.

In-notifikatur għandu jissottometti din l-informazzjoni lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità informazzjoni qabel it-30 ta’ April 2016.”


14.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 44/43


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 142/2014

tat-13 ta’ Frar 2014

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Frar 2014.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

107,2

MA

55,7

TN

69,3

TR

112,0

ZZ

86,1

0707 00 05

EG

182,1

MA

168,6

TR

151,4

ZZ

167,4

0709 91 00

EG

97,7

ZZ

97,7

0709 93 10

MA

36,9

TR

142,0

ZZ

89,5

0805 10 20

EG

47,2

IL

68,2

MA

52,1

TN

50,0

TR

73,3

ZZ

58,2

0805 20 10

IL

121,9

MA

84,7

ZZ

103,3

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

IL

125,5

JM

112,4

KR

142,4

MA

126,3

TR

72,1

ZZ

115,7

0805 50 10

AL

43,6

MA

71,7

TR

59,8

ZZ

58,4

0808 10 80

CN

95,7

MK

30,8

US

150,3

ZZ

92,3

0808 30 90

CL

195,9

CN

70,9

TR

122,2

US

130,7

ZA

97,0

ZZ

123,3


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


DIRETTIVI

14.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 44/45


DIRETTIVA TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI 2014/22/UE

tat-13 ta’ Frar 2014

li temenda l-Anness IV tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE fir-rigward tal-anemija infettiva tas-salamun (ISA)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE tal-24 ta’ Ottubru 2006 dwar il-ħtiġiet tas-saħħa tal-annimali għall-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard f’annimali akkwatiċi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 61(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2006/88/KE tistipula, inter alia, ċerti regoli tas-saħħa tal-annimali applikabbli għall-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, inklużi dispożizzjonijiet speċifiċi dwar mard eżotiku u mhux eżotiku u l-ispeċi suxxettibbli għalih, elenkati fil-Parti II tal-Anness IV ta’ dik id-Direttiva.

(2)

It-Taqsima B tal-Parti I tal-Anness IV tad-Direttiva 2006/88/KE tistipula l-kriterji li għandhom jiġu sodisfatti sabiex marda titniżżel bħala marda mhux eżotika fil-Parti II ta’ dak l-Anness. L-anemija infettiva tas-salamun (ISA) bħalissa tinstab f’dik il-lista.

(3)

F’Mejju 2013, l-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE) emendat il-Kapitolu 10.5 tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Akkwatiċi (il-Kodiċi Akkwatiku tal-OIE) fir-rigward tal-ISA. Skont il-Kodiċi Akkwatiku tal-OIE rivedut (is-16-il edizzjoni 2013), l-ISA hija ddefinita bħala infezzjoni bil-ġenotip HPR imneħħi jew bil-ġenotip HPR0 (reġjun polimorfiku ħafna mhux imħassar) tal-ġenus Isavirus (ISAV) tal-familja Orthomyxoviridae. Barra minn hekk, iż-żewġ ġenotipi huma notifikabbli skont l-Artikolu 1.3.1 u 10.5.1 tal-Kodiċi Akkwatika tal-OIE. Qabel ma saret dik ir-reviżjoni ma kienet issir l-ebda distinzjoni bejn iż-żewġ ġenotipi tal-ISAV.

(4)

Huma biss l-infezzjonijiet bil-ġenotip HPR imneħħi tal-ġenus IPAV li jissodisfaw il-kriterji stipulati fit-Taqsima B tal-Parti I tal-Anness IV tad-Direttiva 2006/88/KE. Konsegwentament, huma biss l-infezzjonijiet bil-ġenotip HPR imneħħi tal-ġenus IPAV li għandhom jiġu elenkati fil-Parti II tal-Anness IV tad-Direttiva 2006/88/KE. Għalhekk, għall-iskopijiet tad-Direttiva 2006/88/KE, l-anemija infettiva tas-salamun (ISA) għandha tiġi definita bħala infezzjoni bil-ġenotip HPR imħassar tal-ġenus ISAV.

(5)

Għaldaqstant, il-Parti II tal-Anness IV tad-Direttiva 2006/88/KE għandha tiġi emendata skont dan.

(6)

Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness IV tad-Direttiva 2006/88/KE huwa emendat skont l-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mill-15 ta’ Novembru 2014, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet sa mhux aktar tard mis-16 ta’ Novembru 2014.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir din ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Frar 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14.


ANNESS

Fl-Anness IV tad-Direttiva 2006/88/KE, il-Parti II tinbidel b’dan li ġej:

PARTI II

Mard elenkat

Mard eżotiku

 

Marda

Speċi suxxettibbli

Ħut

Nekrosi ematopojetika epiżotika

Trota qawsalla (Oncorhynchus mykiss), u dott tal-Ewropa ta’ Fuq (Perca fluviatilis)

Molluski

Infezzjoni bil-Bonamia exitiosa

Gajdra Awstraljana tat-tajn (Ostrea angasi) u gajdra ċatta Ċilena (O. chilensis)

Infezzjoni mill-Perkinsus marinus

Gajdra tal-Paċifiku (Crassostrea gigas) u gajdra tal-Lvant (C. virginica)

Infezzjoni bil-Microcytos mackini

Gajdra tal-Paċifiku (Crassostrea gigas) u gajdra ta’ Lvant (C. virginica), gajdra ċatta tal-Paċifiku (Ostrea conchaphila) u gajdra ċatta Ewropea (O. edulis)

Krustaċji

Is-Sindromu Taura

Gamblu abjad tal-Golf (Penaeus setiferus), gamblu ikħal tal-Paċifiku (P. styrlirostris) u gamblu abjad tal-Paċifiku (P. vannamei)

Il-marda Yellowhead

Gamblu kannella tal-Golf (Penaeus aztecus), gamblu roża tal-Golf (P. duoranum), gamblu kbir Kuruma (P. japonicus), gamblu iswed (P. monodon), gamblu abjad tal-Golf (Penaeus setiferus), gamblu ikħal tal-Paċifiku (P. stylirostris), gamblu abjad tal-Paċifiku (P. vannamei)


Mard mhux eżotiku

Ħut

Settiċemija emorraġika virali (VHS)

Aringa (Clupea spp.), ħuta bajda (Coregonus sp.), lizz (Esox Lucius), bakkaljaw żgħir (Gadus aeglefinus), merluzz tal-Paċifiku (G. macrocephalus), merluzz tal-Atlantiku (G. morhua), Salamun tal-Paċifiku (Onchorhynchus spp), trota qawsalla (O. mykiss), rockling (Onos mustelus), trota tal-baħar (Salmo trutta), barbun imperjali (Scophthalmus maximus) u sardina (Sprattus sprattus), grayling (Thymallus thymallus) u barbun taż-żebbuġa (Paralichthys olivaceus)

Nekrożi ematopojetika infettiva (IHN)

Salamun keta (Oncorhynchus keta), salamun fiddien (O. kisutch), salamun masou (O. masou), trota qawsalla jew tal-Amerika tat-Tramuntana (O. mykiss), salamun sockeye (O. nerka), salamun roża (O. rhodurus), salamun chinook (O. tshawytscha), u salamun tal-Atlantiku (Salmo salar)

Il-marda tal-vajrus tal-erpete tal-koi (KHV)

Il-karpjun komuni u l-karpjun koi (Cyprinus carpio)

L-anemija infettiva tas-salamun (ISA): infezzjoni bil-ġenotip HPR imħassar tal-ġenus Isavirus (ISAV)

Trota qawsalla (Oncorhynchus mykiss), salamun tal-Atlantiku (Salmo salar), u trota tal-baħar (Salmo trutta)

Molluski

L-infezzjoni mill-Marteilia refringens

Gajdra tat-tajn tal-Awstralja (Ostrea angasi), gajdra ċatta taċ-Ċili (O. chilensis), gajdra ċatta Ewropea (O. edulis), gajdra tal-Arġentina (O. puelchana), mollusk blu (Mytilus edulis) u mollusk Mediterran (M. galloprovincialis)

L-infezzjoni mill-Bonamia ostreae

Gajdra tat-tajn tal-Awstralja (Ostrea angasi), gajdra ċatta taċ-Ċili (O. chilensis), gajdra ċatta tal-Paċifiku (O. conchaphila), gajdra asjatika (O. denselammellosa), gajdra ċatta Ewropea (O. edulis), gajdra tal-Arġentina (O. puelchana)

Krustaċji

Il-marda tal-ponot bojod

Il-krustaċji kollha dekapodi (ordni Decapoda)”


DEĊIŻJONIJIET

14.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 44/48


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-11 ta’ Frar 2014

li taħtar tliet membri Daniżi u ħames membri supplenti Daniżi fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2014/79/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Daniż,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u fit-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE (1) u 2010/29/UE (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015.

(2)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Knud ANDERSEN, is-Sur Jens Arne HEDEGAARD JENSEN u s-Sur Henning JENSEN saru vakanti s-siġġijiet ta’ tliet membri fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(3)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Hans Freddie Holmgaard MADSEN, is-Sinjura Tatiana SORENSEN u s-Sur Ole B. SORENSEN saru vakanti s-siġġijiet ta’ tliet membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(4)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Simon Mønsted STRANGE u s-Sur Erik FLYVHOLM saru vakanti s-siġġijiet ta’ żewġ membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin huma b’dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2015:

(a)

bħala membri:

Is-Sur Erik FLYVHOLM, Mayor of Lemvig Municipality

Is-Sur Bent HANSEN, Chairman of the Regional Council, Region Central Denmark

Is-Sur Simon Mønsted STRANGE, Member of the City Council of Copenhagen

u

(b)

bħala membri supplenti:

Is-Sur Anker BOYE, Mayor of Odense Municipality

Is-Sinjura Jane FINDAHL, Councillor, Fredericia Municipality

Is-Sur Carl HOLST, President of the Regional Council of the Region of Southern Denmark

Is-Sur Lars KRARUP, Mayor of Herning

Is-Sur Michael ZIEGLER, Mayor of Høje-Taastrup Kommune.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Frar 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

E. VENIZELOS


(1)   ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22.

(2)   ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.


14.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 44/49


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-11 ta’ Frar 2014

li taħtar membru supplenti Spanjol fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2014/80/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Spanjol,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u fit-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE (1) u 2010/29/UE (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015.

(2)

Konsegwentement wara t-tmiem tal-mandat tas-Sinjura María del Mar ESPAÑA MARTÍ sar vakanti siġġu ta’ membru supplenti,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huwa b’dan maħtur membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2015:

Is-Sinjura María Teresa GIMÉNEZ DELGADO DE TORRES, Directora General de Desarrollo de Estrategia Económica y Asuntos Europeos de la Consejería de Empleo y Economía de la Junta de Comunidades de Castilla-La Mancha.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Frar 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

E. VENIZELOS


(1)   ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22.

(2)   ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.


14.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 44/50


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-11 ta’ Frar 2014

li taħtar membru supplenti Ġermaniż fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2014/81/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Ġermaniż,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u fit-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE (1) u 2010/29/UE (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015.

(2)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sinjura Ursula MÄNNLE sar vakanti siġġu ta’ membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huwa b’dan maħtur membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2015:

Dott. Franz RIEGER, Mitglied des Landtags.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Frar 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

E. VENIZELOS


(1)   ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22.

(2)   ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.


14.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 44/51


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-11 ta’ Frar 2014

li taħtar membru supplenti Litwan fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2014/82/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Litwan,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u fit-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE (1) u 2010/29/UE (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015.

(2)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Donatas KAUBRYS, sar vakanti siġġu ta’ membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huwa b’dan maħtur membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2015:

Is-Sur Vytautas JONUTIS, Member of Plungė District Municipal Council.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Frar 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

E. VENIZELOS


(1)   ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22.

(2)   ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.


14.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 44/52


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-11 ta’ Frar 2014

li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/1014/UE li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015

(2014/83/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-talba tal-Gvern Spanjol,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Diċembru 2009, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2009/1014/UE (1) li taħtar, b’mod partikolari, il-membri Spanjoli għall-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015.

(2)

Mr Ramón Luis VALCÁRCEL SISO ilu membru tal-Kumitat tar-Reġjuni mis-26 ta’ Jannar 2010 u nħatar President tal-Komunità Awtonoma tar-Reġjun ta’ Murcia f’konformità mal-proposta tar-Renju ta’ Spanja (2).

(3)

Bl-ittra tat-8 ta’ Jannar 2014, ir-Rappreżentanza Permanenti Spanjola infurmat lill-Kunsill li s-Sur Ramón Luis VALCÁRCEL SISO huwa membru elett tal-Assemblea Reġjonali tar-Reġjun ta’ Murcia barra milli hu President tal-Komunità Awtonoma tar-Reġjun ta’ Murcia u li l-awtoritajiet Spanjoli talbu li d-Deċiżjoni 2009/1014/UE tiġi emendata skont dan.

(4)

Is-Sur Ramón Luis VALCÁRCEL SISO kellu dawn iż-żewġ mandati fil-ħin tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2009/1014/UE.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/1014/UE, l-annotazzjoni li tirrigwarda D. Ramón Luis VALCÁRCEL SISO hija b’dan mibdula kif ġej:

“D. Ramón Luis VALCÁRCEL SISO

Presidente de la Comunidad Autónoma de la Región de Murcia y Diputado de la Asamblea Regional de Murcia” .

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Frar 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

E. VENIZELOS


(1)   ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22.

(2)  Ittra tat-3 ta’ Diċembru 2009.


14.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 44/53


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-12 ta’ Frar 2014

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/426/UE dwar miżuri għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni fl-Unjoni tal-virus tad-deni Afrikan tal-ħnieżer minn ċerti pajjiżi terzi jew partijiet tat-territorju ta’ pajjiżi terzi li fihom il-preżenza ta’ dik il-marda hija konfermata u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/78/UE

(notifikata bid-dokument C(2014) 715)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2014/84/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (1), u b mod partikolari l-Artikolu 22(6) tagħha,

Billi:

(1)

Id-deni Afrikan tal-ħnieżer huwa infezzjoni li tittieħed ħafna u fatali tal-ħnieżer domestiċi u l-qżieqes selvaġġi, li għandha l-potenzjal tinfirex malajr, l-aktar minn prodotti miksuba minn annimali infettati u oġġetti mhux ħajjin kontaminati.

(2)

Minħabba s-sitwazzjoni tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fir-Russja, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2011/78/UE (2) li tistabbilixxi miżuri biex jipprevjenu l-introduzzjoni ta’ dik il-marda fl-Unjoni Wara l-konferma ta’ tfaqqiegħa ta’ deni Afrikan tal-ħnieżer fil-Belarus, qrib il-fruntiera mal-Litwanja u l-Polonja f’Ġunju 2013, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/426/UE (3) li ħassret u ħadet post id-Deċiżjoni 2011/78/UE.

(3)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/426/UE tistabbilixxi miżuri li jipprevedu tindif u disinfettar xieraq tal-“vetturi tal-bhejjem” kollha li jkunu ttrasportaw annimali ħajjin u l-għalf u li jidħlu fl-Unjoni mir-Russja u l-Belarus u tipprevedi li dawn it-tindif u diżinfettar jiġu dokumentati kif suppost.

(4)

L-implimentazzjoni tal-miżuri previsti fid- Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/426/UE ġiet awditjata mill-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju tad-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u l-Konsumaturi tal-Kummissjoni (FVO) f’erba’ Stati Membri li jmissu mar-Russja u l-Belarus.

(5)

L-awditi żvelaw li t-tindif u d-diżinfezzjoni tat-trakkijiet li jittrasportaw l-għalf ma jistgħux jiġu implimentati b’mod sħiħ minħabba d-diffikultà biex wieħed jintebaħ liema huma dawn it-trakkijiet. Barra minn hekk, mhuwiex possibbli li wieħed ikun jaf jekk dawk it-trakkijiet kinux f’postijiet li jistgħu jirrappreżentaw riskju ta’ introduzzjoni tad-deni Afrikan tal-ħnieżer.

(6)

L-awditi żvelaw ukoll li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li jmissu r-Russja u l-Belarus diġà implimentaw l-miżuri ta’ bijosigurtà addizzjonali li jgħollu l-livell ta’ prevenzjoni kontra l-introduzzjoni tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, bħalma huma d-disinfettar tal-vetturi li mhumiex vetturi tal-bhejjem li iżda huma suspettati li jistgħu jikkostitwixxu riskju ta’ introduzzjoni ta’ dik il-marda.

(7)

Ir-riżultati tal-awditi tal-FVO għandhom jitqiesu biex iqawwu l-miżuri stabbiliti fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/426/UE.

(8)

Huwa xieraq li jiġi limitat l-obbligu biex jitnaddfu u jiġu diżinfettati trakkijiet għal dawk it-trakkijiet li jġorru l-annimali ħajjin biss. Min-naħa l-oħra, għandhom jiddaħħlu miżuri ta’ bijosigurtà ġodda għad-diżinfezzjoni ta’ vetturi li jistgħu jirrappreżentaw riskju.

(9)

Is-sitwazzjoni fir-rigward tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fir-reġjun ikkonċernat mistennija li tevolvi fix-xhur li ġejjin u għalhekk l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/426/UE għandha tkun limitata fiż-żmien.

(10)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/426/UE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(11)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/426/UE, hija emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 1

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, ‘vettura tal-bhejjem’ tfisser kwalunkwe vettura li qed tintuża jew li ntużat għall-ġarr ta’ annimali ħajjin.”

(2)

L-Artikolu 2(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operatur jew is-sewwieq ta’ vettura tal-bhejjem malli jasal minn pajjiżi terzi jew minn partijiet tat-territorju tal-pajjiżi terzi elenkati fl-Anness I, fil-punt tad-dħul fl-Unjoni jipprovdi informazzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li turi li l-bhejjem jew il-kompartament tal-ġarr, fejn applikabbli l-kaxxa tat-trakk, ir-rampa tat-tagħbija, it-tagħmir li jkun miss mal-annimali, ir-roti u l-kabina tas-sewwieq u l-ħwejjeġ u l-bwiez protettivi użati matul il-ħatt tnaddfu u ġew diżinfettati wara l-aħħar ħatt tal-annimali.”

(3)

L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Fejn il-verifiki msemmija fil-paragrafu 1 juru li t-tindif u d-diżinfezzjoni tal-vettura tal-bhejjem ma twettqux b’mod sodisfaċenti, l-awtorità kompetenti għandha tieħu waħda mill-miżuri li ġejjin:

(a)

tordna li l-vettura tal-bhejjem titnaddaf u tiġi diżinfettata kif suppost f’post innominat mill-awtorità kompetenti, viċin kemm jista’ jkun tal-punt tad-dħul fit-territorju tal-Unjoni fl-Istat Membru konċernat u toħroġ iċ-ċertifikat imsemmi fil-paragrafu 2;

(b)

fejn ma jkunx hemm faċilità adattata għat-tindif u d-diżinfezzjoni viċin il-punt tad-dħul jew hemm riskju li l-prodotti residwi tal-annimali jiġu rilaxxati minn vettura tal-bhejjem mhix imnaddfa:

(i)

iċċaħħad lill-vettura tal-bhejjem milli tidħol fl-Unjoni, jew

(ii)

(ii) twettaq fuq il-post d-diżinfezzjoni preliminari tal-vettura tal-bhejjem mhux imnaddfa u diżinfettata b’mod sodisfaċenti sakemm isseħħ l-applikazzjoni tal-miżuri previsti fil-punt (a) fi żmien 48 siegħa mill-wasla fuq il-fruntiera tal-UE.”

(b)

għandu jiżdied il-paragrafu 5 li ġej:

“5.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-punt tad-dħul fl-Unjoni tista’ tissoġġetta kwalunkwe vettura, inklużi dawk li jittrasportaw l-għalf, li ma tistax tiġi eskluża mill-possibbiltà li tippreżenta riskju sinifikanti li tintroduċi d-deni Afrikan tal-ħnieżer fit-territorju tal-Unjoni, għal diżinfezzjoni fuq–il-post tar-roti jew kwalunkwe parti oħra tal-vettura kkunsidrata meħtieġa sabiex jittaffa dan ir-riskju.”

(4)

L-Artikolu 4a li ġej għandu jiddaħħal wara l-Artikolu 4:

“Artikolu 4a

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta’ Diċembru 2015”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Frar 2014.

Għall-Kummissjoni

Tonio BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/78/UE tat-3 ta’ Frar 2011 dwar ċerti miżuri biex jipprevjenu t-trażmissjoni tal-vajrus tad-deni Afrikan tal-ħnieżer mir-Russja lejn l-Unjoni (ĠU L 30, 4.2.2011, p. 40).

(3)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/426/UE tal-5 ta’ Awwissu 2013 dwar miżuri għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni fl-Unjoni tal-vajrus tad-deni Afrikan tal-ħnieżer minn ċerti pajjiżi terzi jew partijiet tat-territorju ta’ pajjiżi terzi li fihom il-preżenza ta’ dik il-marda hija konfermata u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/78/UE (ĠU L 211, 7.8.2013, p. 5).


Rettifika

14.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 44/55


Rettifika tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 174 tal-1 ta’ Lulju 2011 )

F’paġna 95, fl-aħħar tal-Artikolu 9(b):

minflok:

“… u li l-manifattur ikun issodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (f) u (g) tal-Artikolu 7;”,

aqra:

“… u li l-manifattur ikun issodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (g) u (h) tal-Artikolu 7;”.