ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2014.041.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 41

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 57
12 ta' Frar 2014


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 130/2014 tal-10 ta’ Frar 2014 li japprova modifika mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Selles-sur-Cher (DPO)]

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 131/2014 tal-11 ta’ Frar 2014 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2013 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ aċetat tal-kobalt(II) tetraidrat, karbonat tal-kobalt(II), idrossidu karbonat tal-kobalt(II) (2:3) monoidrat, sulfat tal-kobalt(II) ettaidrat u idrossidu karbonat tal-kobalt(II) (2:3) monoidrat miksi u granulat bħala addittivi tal-għalf ( 1 )

3

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 132/2014 tal-11 ta’ Frar 2014 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

11

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/75/PESK tal-10 ta’ Frar 2014 dwar l-Istitut tal-Unjoni Ewropea għall-Istudji fuq is-Sigurtà

13

 

 

2014/76/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2014 li taħtar il-membri tal-Kumitat previst fl-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

18

 

 

2014/77/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2014 li timplimenta r-Regolament (UE) Nru 1024/2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu

19

 

 

2014/78/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Frar 2014 dwar miżura adottata mid-Danimarka skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprojbixxi tip ta’ makkinarju multifunzjonali li jintuża għat-tħaffir u l-ġarr ta’ materjal (notifikata bid-dokument C(2014) 633)  ( 1 )

20

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

12.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 41/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 130/2014

tal-10 ta’ Frar 2014

li japprova modifika mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Selles-sur-Cher (DPO)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u partikolarment l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel l-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni ta’ Franza għall-approvazzjoni ta’ emenda fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Selles-sur-Cher”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 (2).

(2)

Billi l-emenda kkonċernata mhijiex minuri fis-sens tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għal emenda f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (3), kif stipulat fl-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament imsemmi.

(3)

Billi l-Kummissjoni ma ġiet innotifikata bl-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1151/2012, l-emenda għall-ispeċifikazzjoni għandha tiġi approvata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda fir-reġistru, ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li tikkonċerna d-denominazzjoni msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, hija b’dan approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Frar 2014.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1.

(3)  ĠU C 179, 25.6.2013, p. 33.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.3.   Ġobnijiet

FRANZA

Selles-sur-Cher (DPO)


12.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 41/3


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 131/2014

tal-11 ta’ Frar 2014

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2013 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ aċetat tal-kobalt(II) tetraidrat, karbonat tal-kobalt(II), idrossidu karbonat tal-kobalt(II) (2:3) monoidrat, sulfat tal-kobalt(II) ettaidrat u idrossidu karbonat tal-kobalt(II) (2:3) monoidrat miksi u granulat bħala addittivi tal-għalf

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2013 (2) awtorizza l-aċetat tal-kobalt(II) tetraidrat, il-karbonat tal-kobalt(II), l-idrossidu karbonat tal-kobalt(II) (2:3) monoidrat, is-sulfat tal-kobalt(II) ettaidrat u l-idrossidu karbonat tal-kobalt(II) (2:3) monoidrat miksi u granulat bħala addittivi tal-għalf li jaqgħu fil-kategorija tal-“addittivi nutrittivi” u fil-grupp funzjonali tal-“komposti ta’ mikronutrijenti”.

(2)

Sabiex tiġi ċċarata l-identifikazzjoni tal-addittiv tal-karbonat tal-kobalt(II), il-formula kimika tal-idrossidu tal-kobalt għandha titneħħa minn mas-sustanzi attivi.

(3)

Sabiex ikun hemm aktar ċarezza u tiġi evitata l-konfużjoni man-numri ta’ identifikazzjoni tal-komposti tas-selenju awtorizzati bħala addittivi tal-għalf, in-numri ta’ identifikazzjoni tal-komposti tal-kobalt għandhom jinbidlu b’mod tekniku.

(4)

Fl-opinjonijiet tagħha tat-12 ta’ Ġunju 2012 (3)  (4) u tat-22 ta’ Mejju 2012 (5), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li għandhom jiġu previsti miżuri speċifiċi għall-ħarsien tal-utenti. Ir-rekwiżit rispettiv għall-komposti b’potenzjal għoli li jsiru trab li dawn għandhom jitpoġġew fis-suq fi griebeb jista’ jitwessa’ biex jiddaħħlu fih ukoll forom oħra li ma jkunux forma ta’ trab mingħajr ma jitkabbar ir-riskju għall-utenti.

(5)

L-applikant tal-idrossidu karbonat tal-kobalt(II) (2:3) monoidrat miksi u granulat ressaq dejta bi prova li s-sustanza miksija hija l-karbonat tal-kobalt(II) u mhux l-idrossidu karbonat tal-kobalt(II) (2:3) monoidrat. Wara verifika tal-fajl tal-applikazzjoni li fuqu ssejset l-opinjoni tal-Awtorità li ssemmiet hawn fuq (6), jidher li hemm bżonn li jinbidlu t-termini tal-awtorizzazzjoni ta’ dan il-prodott kif xieraq.

(6)

Minħabba li ngħataw awtorizzazzjonijiet ġodda permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2013, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1334/2003 (7) dwar l-aċetat tal-kobalt tetraidrat, il-karbonat bażiku tal-kobalt monoidrat u s-sulfat tal-kobalt ettaidrat m’għadhomx jgħoddu u għandhom jitħassru.

(7)

Minħabba dawn il-modifiki, il-perjodu tranżitorju previst fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2013 għandu jittawwal sabiex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti li jirriżultaw minn dawn l-emendi. Fejn jidħol l-għalf għall-annimali domestiċi, hemm għadd kbir ta’ prodotti differenti fis-suq b’sistema speċifika ta’ ttikkettar. Għalhekk, huwa xieraq li t-tali perjodu tranżitorju jittawwal sabiex l-operaturi tan-negozju tal-għalf ikkonċernat ikunu jistgħu jagħmlu t-tranżizzjoni mingħajr problemi.

(8)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2013 għandu jiġi emendat kif xieraq.

(9)

Barra minn hekk, għandu jiġi stabbilit perjodu tranżitorju għall-operaturi li applikaw id-dispożizzjonijiet tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2013.

(10)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2013

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2013 għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Għandu jiżdied l-Artikolu 1a li ġej:

“Artikolu 1a

Emenda għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1334/2003 (*)

Fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1334/2003, għandhom jitħassru l-entrati ‘Aċetat tal-kobalt tetraidrat’, ‘Karbonat bażiku tal-kobalt monoidrat’ u ‘Sulfat tal-kobalt ettaidrat’, marbutin mal-element E3 Kobalt-Co.

(*)  ĠU L 187, 26.7.2003, p. 11.”"

2.

L-Artikolu 2 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 2

Miżuri tranżitorji

Is-sustanzi speċifikati fl-Anness li kienu awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE u l-għalf li jkun fih dawn is-sustanzi, li jkunu ġew prodotti u ttikkettati qabel l-4 ta’ Settembru 2014 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel il-15 ta’ Lulju 2013, jistgħu jkomplu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti. Fejn jidħol l-għalf għall-annimali domestiċi, il-perjodu taż-żmien għall-produzzjoni u t-tikkettar imsemmi fl-ewwel sentenza għandu jintemm fl-4 ta’ Marzu 2016.”

3.

L-Anness għandu jinbidel bit-test mogħti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Miżuri tranżitorji

Is-sustanzi speċifikati fl-Anness li kienu awtorizzati skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 601/2013 u l-għalf li jkun fih dawn is-sustanzi, li jkunu ġew prodotti u ttikkettati qabel l-4 ta’ Settembru 2014 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel l-4 ta’ Marzu 2014 jistgħu jkomplu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti. Fejn jidħol l-għalf għall-annimali domestiċi, il-perjodu taż-żmien għall-produzzjoni u t-tikkettar imsemmi fl-ewwel sentenza għandu jintemm fl-4 ta’ Marzu 2016.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Frar 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2013 tal-24 ta’ Ġunju 2013 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ aċetat tal-kobalt(II) tetraidrat, karbonat tal-kobalt(II), idrossidu karbonat tal-kobalt(II) (2:3) monoidrat, sulfat tal-kobalt(II) ettaidrat u idrossidu karbonat tal-kobalt(II) (2:3) monoidrat miksi u granulat bħala addittivi tal-għalf (ĠU L 172, 25.6.2013, p. 14).

(3)  EFSA Journal 2012; 10(7):2791.

(4)  EFSA Journal 2012; 10(7):2782.

(5)  EFSA Journal 2012; 10(6):2727.

(6)  EFSA Journal 2012; 10(7):2782.

(7)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1334/2003 tal-25 ta’ Lulju 2003 li jemenda l-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ numru ta’ addittivi fi ħwejjeġ tal-ikel li jappartjenu għall-grupp ta’ oligoelementi (ĠU L 187, 26.7.2003, p. 11).


ANNESS

“ANNESS

In-numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni u metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

L-element (Co) f’mg/kg ta’ għalf komplut b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 %

Kategorija: l-addittivi nutrittivi. Grupp funzjonali: il-komposti ta’ mikronutrijenti

3b301

Aċetat tal-kobalt(II) tetraidrat

 

Kompożizzjoni tal-addittiv

Aċetat tal-kobalt(II) tetraidrat, fil-forma ta’ kristalli jew bċejjeċ żgħar, b’kontenut minimu ta’ kobalt ta’ 23 %

Partikuli < 50 μm: inqas minn 1 %

 

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Formula kimika: Co(CH3COO)2 × 4H2O

Numru tal-CAS: 6147-53-1

 

Metodi analitiċi  (1)

 

Għall-identifikazzjoni tal-aċetat fl-addittiv:

Il-Monografija tal-Farmakopea Ewropea bin-numru ta’ referenza 01/2008:20301.

 

Għall-karatterizzazzjoni kristallografika tal-addittiv:

Difrazzjoni tar-raġġi-X.

 

Biex jiġi stabbilit l-ammont totali ta’ kobalt fl-addittiv, fit-taħlitiet lesti minn qabel, fl-għalf kompost u fil-materjali tal-għalf:

EN 15510 — spettrometrija tal-emissjoni ottika (atomika) bi plażma akkoppjata induttivament (ICP-AES)

jew

CEN/TS 15621 — spettrometrija tal-emissjoni ottika (atomika) bi plażma akkoppjata induttivament (ICP-AES) wara d-diġestjoni bi pressjoni.

 

Biex tiġi stabbilita d-distribuzzjoni tad-daqs tal-partikuli:

ISO 13320:2009 — Analiżi tad-daqs tal-partikuli permezz tal-metodi tad-difrazzjoni b’lejżer.

Ruminanti b’kirxa funzjonali, l-ispeċi ekwina (equidae), lagomorfi, rodituri, rettili erbivori u mammiferi taż-żu

1 (b’kollox)

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf kompost fil-forma ta’ taħlita lesta minn qabel.

2.

Għandhom jittieħdu l-miżuri protettivi skont ir-regolamenti nazzjonali li jimplimentaw il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol, fosthom id-Direttivi tal-Kunsill 89/391/KEE (2), 89/656/KEE (3), 92/85/KEE (4) u 98/24/KE (5). Waqt l-użu għandhom jintlibsu ingwanti protettivi adattati u apparat protettiv xieraq għan-nifs u għall-għajnejn, skont id-Direttiva tal-Kunsill 89/686/KEE (6).

3.

Id-dikjarazzjonijiet li għandhom isiru fuq it-tikketta tal-addittiv u tat-taħlita lesta minn qabel:

Il-kontenut tal-kobalt

“Huwa rrakkomandat li ż-żieda ta’ suppliment tal-kobalt fl-għalf komplut tkun ristretta għal 0,3 mg/kg. F’dan il-kuntest, għandu jitqies ir-riskju ta’ nuqqas ta’ kobalt li jkun hemm minħabba l-kundizzjonijiet lokali u l-kompożizzjoni speċifika tad-dieta.”

4.

Id-dikjarazzjonijiet li għandhom isiru fuq l-istruzzjonijiet dwar l-użu tal-għalf kompost:

“Għandhom jittieħdu l-miżuri protettivi sabiex jiġi evitat l-esponiment għall-kobalt mill-inalazzjoni jew permezz tal-kuntatt mal-ġilda.”

Il-15 ta’ Lulju 2023

3b302

Karbonat tal-kobalt(II)

 

Kompożizzjoni tal-addittiv

Karbonat tal-kobalt(II), fil-forma ta’ trab, b’kontenut minimu ta’ kobalt ta’ 46 %

Karbonat tal-kobalt: minimu ta’ 75 %

Idrossidu tal-kobalt: bejn 3 % u 15 %

Ilma: massimu ta’ 6 %

Partikuli < 11 μm: inqas minn 90 %

 

Karatterizzazzjoni tas-sustanzi attivi

Formula kimika: CoCO3

Numru tal-CAS: 513-79-1

 

Metodi analitiċi  (1)

 

Għall-identifikazzjoni tal-karbonat fl-addittiv:

Il-Monografija tal-Farmakopea Ewropea bin-numru ta’ referenza 01/2008:20301.

 

Għall-karatterizzazzjoni kristallografika tal-addittiv:

Difrazzjoni tar-raġġi-X.

 

Biex jiġi stabbilit l-ammont totali ta’ kobalt fl-addittiv, fit-taħlitiet lesti minn qabel, fl-għalf kompost u fil-materjali tal-għalf:

EN 15510 — spettrometrija tal-emissjoni ottika (atomika) bi plażma akkoppjata induttivament (ICP-AES)

jew

CEN/TS 15621 — spettrometrija tal-emissjoni ottika (atomika) bi plażma akkoppjata induttivament (ICP-AES) wara d-diġestjoni bi pressjoni.

 

Biex tiġi stabbilita d-distribuzzjoni tad-daqs tal-partikuli:

ISO 13320:2009 — Analiżi tad-daqs tal-partikuli permezz tal-metodi tad-difrazzjoni b’lejżer.

Ruminanti b’kirxa funzjonali, l-ispeċi ekwina (equidae), lagomorfi, rodituri, rettili erbivori u mammiferi taż-żu

1 (b’kollox)

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf kompost fil-forma ta’ taħlita lesta minn qabel. Dan l-għalf kompost għandu jitqiegħed fis-suq f’forma li ma tkunx forma ta’ trab.

2.

Għandhom jittieħdu l-miżuri x-xierqa sabiex jiġu evitati l-emissjonijiet tal-kobalt fl-arja u sabiex jiġi evitat l-esponiment għalih mill-inalazzjoni jew permezz tal-kuntatt mal-ġilda. Jekk it-tali miżuri ma jkunux fattibbli mil-lat tekniku jew ma jkunux biżżejjed, għandhom jittieħdu l-miżuri protettivi skont ir-regolamenti nazzjonali li jimplimentaw il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol, fosthom id-Direttivi tal-Kunsill 89/391/KEE, 89/656/KEE, 92/85/KEE u 98/24/KE u d-Direttiva 2004/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). Waqt l-użu għandhom jintlibsu ingwanti protettivi adattati u apparat protettiv xieraq għan-nifs u għall-għajnejn, skont id-Direttiva tal-Kunsill 89/686/KEE.

3.

Id-dikjarazzjonijiet li għandhom isiru fuq it-tikketta tal-addittiv u tat-taħlita lesta minn qabel:

Il-kontenut tal-kobalt

“Huwa rrakkomandat li ż-żieda ta’ suppliment tal-kobalt fl-għalf komplut tkun ristretta għal 0,3 mg/kg. F’dan il-kuntest, għandu jitqies ir-riskju ta’ nuqqas ta’ kobalt li jkun hemm minħabba l-kundizzjonijiet lokali u l-kompożizzjoni speċifika tad-dieta.”

4.

Id-dikjarazzjonijiet li għandhom isiru fuq l-istruzzjonijiet dwar l-użu tal-għalf kompost:

“Għandhom jittieħdu l-miżuri protettivi sabiex jiġi evitat l-esponiment għall-kobalt mill-ġbid tan-nifs jew permezz tal-kuntatt mal-ġilda.”

Il-15 ta’ Lulju 2023

3b303

Idrossidu karbonat tal-kobalt(II) (2:3) monoidrat

 

Kompożizzjoni tal-addittiv

Idrossidu karbonat tal-kobalt(II) (2:3) monoidrat, fil-forma ta’ trab, b’kontenut minimu ta’ kobalt ta’ 50 %

Partikuli < 50 μm: inqas minn 98 %

 

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Formula kimika: 2CoCO3 × 3Co(OH)2 × H2O

Numru tal-CAS: 51839-24-8

 

Metodi analitiċi  (1)

 

Għall-identifikazzjoni tal-karbonat fl-addittiv:

Il-Monografija tal-Farmakopea Ewropea bin-numru ta’ referenza 01/2008:20301.

 

Għall-karatterizzazzjoni kristallografika tal-addittiv:

Difrazzjoni tar-raġġi-X.

 

Biex jiġi stabbilit l-ammont totali ta’ kobalt fl-addittiv, fit-taħlitiet lesti minn qabel, fl-għalf kompost u fil-materjali tal-għalf:

EN 15510 — spettrometrija tal-emissjoni ottika (atomika) bi plażma akkoppjata induttivament (ICP-AES)

jew

CEN/TS 15621 — spettrometrija tal-emissjoni ottika (atomika) bi plażma akkoppjata induttivament (ICP-AES) wara d-diġestjoni bi pressjoni.

 

Biex tiġi stabbilita d-distribuzzjoni tad-daqs tal-partikuli:

ISO 13320:2009 — Analiżi tad-daqs tal-partikuli permezz tal-metodi tad-difrazzjoni b’lejżer.

Ruminanti b’kirxa funzjonali, l-ispeċi ekwina (equidae), lagomorfi, rodituri, rettili erbivori u mammiferi taż-żu

1 (b’kollox)

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf kompost fil-forma ta’ taħlita lesta minn qabel. Dan l-għalf kompost għandu jitqiegħed fis-suq f’forma li ma tkunx forma ta’ trab.

2.

Għandhom jittieħdu l-miżuri x-xierqa sabiex jiġu evitati l-emissjonijiet tal-kobalt fl-arja u sabiex jiġi evitat l-esponiment għalih mill-inalazzjoni jew permezz tal-kuntatt mal-ġilda. Jekk it-tali miżuri ma jkunux fattibbli mil-lat tekniku jew ma jkunux biżżejjed, għandhom jittieħdu l-miżuri protettivi skont ir-regolamenti nazzjonali li jimplimentaw il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol, fosthom id-Direttivi 89/391/KEE, 89/656/KEE, 92/85/KEE, 98/24/KE u 2004/37/KE. Waqt l-użu għandhom jintlibsu ingwanti protettivi adattati u apparat protettiv xieraq għan-nifs u għall-għajnejn, skont id-Direttiva tal-Kunsill 89/686/KEE.

3.

Id-dikjarazzjonijiet li għandhom isiru fuq it-tikketta tal-addittiv u tat-taħlita lesta minn qabel:

Il-kontenut tal-kobalt

“Huwa rrakkomandat li ż-żieda ta’ suppliment tal-kobalt fl-għalf komplut tkun ristretta għal 0,3 mg/kg. F’dan il-kuntest, għandu jitqies ir-riskju ta’ nuqqas ta’ kobalt li jkun hemm minħabba l-kundizzjonijiet lokali u l-kompożizzjoni speċifika tad-dieta.”

4.

Id-dikjarazzjonijiet li għandhom isiru fuq l-istruzzjonijiet dwar l-użu tal-għalf kompost:

“Għandhom jittieħdu l-miżuri protettivi sabiex jiġi evitat l-esponiment għall-kobalt mill-inalazzjoni jew permezz tal-kuntatt mal-ġilda.”

Il-15 ta’ Lulju 2023

3b304

Karbonat tal-kobalt(II) miksi u granulat

 

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni tal-karbonat tal-kobalt(II) miksija u granulata b’kontenut tal-kobalt ta’ 1 % sa 5 %

Aġenti tal-kisi (bejn 2,3 % u 3,0 %) u aġenti ta’ dispersjoni (għażla ta’ poliossietilene, monolawrat tas-sorbitan, riċinoleat tal-gliċerol polietilenglikol, polietilenglikol 300, sorbitol u maltodestrina)

Partikuli < 50 μm: inqas minn 1 %

 

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Formula kimika: CoCO3

Numru tal-CAS: 513-79-1

 

Metodi analitiċi  (1)

 

Għall-identifikazzjoni tal-karbonat fl-addittiv:

Il-Monografija tal-Farmakopea Ewropea bin-numru ta’ referenza 01/2008:20301.

 

Għall-karatterizzazzjoni kristallografika tal-addittiv:

Difrazzjoni tar-raġġi-X.

 

Biex jiġi stabbilit l-ammont totali ta’ kobalt fl-addittiv, fit-taħlitiet lesti minn qabel, fl-għalf kompost u fil-materjali tal-għalf:

EN 15510 — spettrometrija tal-emissjoni ottika (atomika) bi plażma akkoppjata induttivament (ICP-AES)

jew

CEN/TS 15621 — spettrometrija tal-emissjoni ottika (atomika) bi plażma akkoppjata induttivament (ICP-AES) wara d-diġestjoni bi pressjoni.

 

Biex tiġi stabbilita d-distribuzzjoni tad-daqs tal-partikuli:

ISO 13320:2009 — Analiżi tad-daqs tal-partikuli permezz tal-metodi tad-difrazzjoni b’lejżer.

Ruminanti b’kirxa funzjonali, l-ispeċi ekwina (equidae), lagomorfi, rodituri, rettili erbivori u mammiferi taż-żu

1 (b’kollox)

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf fil-forma ta’ taħlita lesta minn qabel.

2.

Għandhom jittieħdu l-miżuri protettivi skont ir-regolamenti nazzjonali li jimplimentaw il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol, fosthom id-Direttivi tal-Kunsill 89/391/KEE, 89/656/KEE, 92/85/KEE u 98/24/KE. Waqt l-użu għandhom jintlibsu ingwanti protettivi adattati u apparat protettiv xieraq għan-nifs u għall-għajnejn, skont id-Direttiva tal-Kunsill 89/686/KEE.

3.

Id-dikjarazzjonijiet li għandhom isiru fuq it-tikketta tal-addittiv u tat-taħlita lesta minn qabel, jekk dawn ikunu japplikaw:

Il-kontenut tal-kobalt

“Huwa rrakkomandat li ż-żieda ta’ suppliment tal-kobalt fl-għalf komplut tkun ristretta għal 0,3 mg/kg. F’dan il-kuntest, għandu jitqies ir-riskju ta’ nuqqas ta’ kobalt li jkun hemm minħabba l-kundizzjonijiet lokali u l-kompożizzjoni speċifika tad-dieta.”

Il-15 ta’ Lulju 2023

3b305

Sulfat tal-kobalt(II) ettaidrat

 

Kompożizzjoni tal-addittiv

Sulfat tal-kobalt(II) ettaidrat, fil-forma ta’ trab, b’kontenut minimu ta’ kobalt ta’ 20 %

Partikuli < 50 μm: inqas minn 95 %

 

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Formula kimika: CoSO4 × 7H2O

Numru tal-CAS: 10026-24-1

 

Metodi analitiċi  (1)

 

Għall-identifikazzjoni tas-sulfat fl-addittiv:

Il-Monografija tal-Farmakopea Ewropea bin-numru ta’ referenza 01/2008:20301.

 

Għall-karatterizzazzjoni kristallografika tal-addittiv:

Difrazzjoni tar-raġġi-X.

 

Biex jiġi stabbilit l-ammont totali ta’ kobalt fl-addittiv, fit-taħlitiet lesti minn qabel, fl-għalf kompost u fil-materjali tal-għalf:

EN 15510 — spettrometrija tal-emissjoni ottika (atomika) bi plażma akkoppjata induttivament (ICP-AES)

jew

CEN/TS 15621 — spettrometrija tal-emissjoni ottika (atomika) bi plażma akkoppjata induttivament (ICP-AES) wara d-diġestjoni bi pressjoni.

 

Biex tiġi stabbilita d-distribuzzjoni tad-daqs tal-partikuli:

ISO 13320:2009 — Analiżi tad-daqs tal-partikuli permezz tal-metodi tad-difrazzjoni b’lejżer.

ruminanti b’kirxa funzjonali, l-ispeċi ekwina (equidae), lagomorfi, rodituri, rettili erbivori u mammiferi taż-żu

1 (b’kollox)

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf kompost fil-forma ta’ taħlita lesta minn qabel. Dan l-għalf kompost għandu jitqiegħed fis-suq f’forma li ma tkunx forma ta’ trab.

2.

Għandhom jittieħdu l-miżuri x-xierqa sabiex jiġu evitati l-emissjonijiet tal-kobalt fl-arja u sabiex jiġi evitat l-esponiment għalih mill-inalazzjoni jew permezz tal-kuntatt mal-ġilda. Jekk it-tali miżuri ma jkunux fattibbli mil-lat tekniku jew ma jkunux biżżejjed, għandhom jittieħdu l-miżuri protettivi skontir-regolamenti nazzjonali li jimplimentaw il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol, fosthom id-Direttivi 89/391/KEE, 89/656/KEE, 92/85/KEE, 98/24/KE u 2004/37/KE. Waqt l-użu għandhom jintlibsu ingwanti protettivi adattati u apparat protettiv xieraq għan-nifs u għall-għajnejn, skont id-Direttiva tal-Kunsill 89/686/KEE.

3.

Id-dikjarazzjonijiet li għandhom isiru fuq it-tikketta tal-addittiv u tat-taħlita lesta minn qabel:

Il-kontenut tal-kobalt

“Huwa rrakkomandat li ż-żieda ta’ suppliment tal-kobalt fl-għalf komplut tkun ristretta għal 0,3 mg/kg. F’dan il-kuntest, għandu jitqies ir-riskju ta’ nuqqas ta’ kobalt li jkun hemm minħabba l-kundizzjonijiet lokali u l-kompożizzjoni speċifika tad-dieta.”

4.

Id-dikjarazzjonijiet li għandhom isiru fuq l-istruzzjonijiet dwar l-użu tal-għalf kompost:

“Għandhom jittieħdu l-miżuri protettivi sabiex jiġi evitat l-esponiment għall-kobalt mill-inalazzjoni jew permezz tal-kuntatt mal-ġilda.”

Il-15 ta’ Lulju 2023


(1)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx

(2)  ĠU L 183, 29.6.1989, p. 1.

(3)  ĠU L 393, 30.12.1989, p. 18.

(4)  ĠU L 348, 28.11.1992, p. 1.

(5)  ĠU L 131, 5.5.1998, p. 11.

(6)  ĠU L 399, 30.12.1989, p. 18.

(7)  ĠU L 158, 30.4.2004, p. 50.”


12.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 41/11


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 132/2014

tal-11 ta’ Frar 2014

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Frar 2014.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

107,2

MA

54,4

TN

84,5

TR

95,4

ZZ

85,4

0707 00 05

MA

163,4

TR

153,0

ZZ

158,2

0709 91 00

EG

100,8

ZZ

100,8

0709 93 10

MA

36,2

TR

98,2

ZZ

67,2

0805 10 20

EG

47,5

IL

67,6

MA

60,4

TN

47,7

TR

70,3

ZZ

58,7

0805 20 10

IL

123,3

MA

63,6

ZZ

93,5

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CN

60,3

IL

136,3

JM

103,6

KR

142,9

MA

142,7

PK

55,3

TR

72,2

ZZ

101,9

0805 50 10

AL

43,6

TR

71,6

ZZ

57,6

0808 10 80

CN

95,7

MK

23,6

US

163,9

ZZ

94,4

0808 30 90

CL

239,4

CN

71,6

TR

131,9

US

132,6

ZA

106,2

ZZ

136,3


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

12.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 41/13


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/75/PESK

tal-10 ta’ Frar 2014

dwar l-Istitut tal-Unjoni Ewropea għall-Istudji fuq is-Sigurtà

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28 u 31(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fl-20 ta’ Lulju 2001, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2001/554/PESK (1).

(2)

L-Istitut tal-Unjoni Ewropea għall-Istudji fuq is-Sigurtà (“l-Istitut”) għandu jassisti lill-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha fl-implimentazzjoni tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni (PESK), inklużi l-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni (PSDK) u azzjoni esterna oħra tal-Unjoni, taħt is-superviżjoni politika tal-Kunsill u d-direzzjoni operattiva tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (RGħ).

(3)

L-Istitut għandu jkollu personalità ġuridika u għandu jaħdem b’indipendenza intellettwali assoluta, mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet tal-Kunsill u tar-RGħ.

(4)

Fl-20 ta’ Settembru 2011, f’konformità mal-Artikolu 19 tal-Azzjoni Konġunta 2001/554/PESK, ir-Rappreżentant Għoli ppreżenta rapport lill-Kunsill dwar ir-rieżami tal-funzjonament tal-Istitut. Il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) ħa nota ta’ dak ir-rapport u, fl-1 ta’ Frar 2012, irrakkomanda li l-Kunsill jemenda l-Azzjoni Konġunta 2006/554/PESK.

(5)

Huwa meħtieġ, għal raġunijiet ta’ ċarezza legali, li jiġu kkonsolidati l-emendi preċedenti u l-bidliet addizzjonali proposti f’deċiżjoni ġdida unika, u li titħassar l-Azzjoni Konġunta 2001/554/PESK,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI,

Artikolu 1

Kontinwità u sede

1.   L-Istitut tal-Unjoni Ewropea għall-Istudji fuq is-Sigurtà stabbilit mill-Azzjoni Konġunta 2001/554/PESK (“l-Istitut”) għandu b’dan jissokta l-attivitajiet tiegħu f’konformità ma’ din id-Deċiżjoni.

2.   Għandhom jibqgħu sħaħ id-drittijiet u l-obbligi eżistenti kollha u r-regoli kollha adottati fil-qafas tal-Azzjoni Konġunta 2001/554/PESK. B’mod partikolari, għandhom jibqgħu validi l-kuntratti ta’ impjieg eżistenti kollha u għandhom jibqgħu viġenti d-drittijiet kollha li jirriżultaw minnhom.

3.   L-Istitut għandu jkollu l-kwartieri ġenerali tiegħu f’Pariġi. Sabiex tiġi faċilitata l-organizzazzjoni ta’ attivitajiet fi Brussell, l-Istitut għandu jkollu uffiċċju ta’ kuntatt fi Brussell. L-organizzazzjoni tal-Istitut għandha tkun flessibbli, b’attenzjoni partikolari mogħtija lill-kwalità u l-effiċjenza, inkluża dik fir-rigward tal-livell ta’ reklutaġġ tal-persunal.

Artikolu 2

Missjoni u kompiti

1.   L-Istitut għandu, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, jikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-ħsieb strateġiku tal-UE fil-qasam tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni (PESK) u l-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni (PSDK) tal-Unjoni, inklużi l-prevenzjoni tal-konflitti u l-bini tal-paċi, kif ukoll fil-qasam ta’ azzjonijiet esterni tal-Unjoni, bil-ħsieb li tissaħħaħ il-kapaċità tal-UE fir-rigward tal-analiżi, il-previżjoni u n-netwerking fl-azzjoni esterna.

2.   L-attivitajiet tal-Istitut għandhom jikkonċentraw fuq it-twettiq tal-analiżi orjentata lejn il-politika, informazzjoni, tixrid u dibattitu, fuq l-organizzazzjoni ta’ avvenimenti ta’ netwerking u workshops, u fuq il-ġabra ta’ dokumentazzjoni rilevanti għal uffiċjali u esperti tal-Unjoni u tal-Istati Membri.

3.   L-Istitut għandu wkoll jippromwovi l-kuntatti mal-qasam akkademiku, il-gruppi ta’ riflessjoni u l-atturi tas-soċjetà ċivili fil-kontinent Ewropew kollu, l-Atlantiku u l-komunità internazzjonali usa’, waqt li jaġixxi bħala interfaċċa bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u d-dinja ta’ esperti esterni, inklużi partijiet involuti fil-qasam tas-sigurtà.

Artikolu 3

Sorveljanza politika u direzzjoni operattiva

1.   Il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) għandu jeżerċita, taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill, sorveljanza politika fuq l-attivitajiet tal-Istitut. Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (RGħ), f’konformità mar-responsabbiltajiet tar-RGħ għall-PESK u, partikolarment, għall-PSDK, għandha tipprovdi d-direzzjoni operattiva għall-Istitut.

2.   Din is-sorveljanza politika u din id-direzzjoni operattiva għandhom jitwettqu mingħajr ma jinċidu fuq l-indipendenza intellettwali u l-awtonomija operattiva goduti mill-Istitut, fit-twettiq tal-missjoni u kompiti tiegħu.

Artikolu 4

Personalità ġuridika

L-Istitut b’dan għandu l-personalità ġuridika neċessarja biex iwettaq il-funzjonijiet tiegħu u jilħaq l-għanijiet tiegħu. Huwa jista’, b’mod partikolari, jidħol f’kuntratti, jakkwista jew jiddisponi minn proprjetà mobbli jew immobbli u jkun parti għal proċeduri ġudizzjarji. L-għan tal-Istitut m’għandux ikun biex jagħmel profitt. L-Istati Membri għandhom jieħdu passi biex jikkonċedu lill-Istitut il-kapaċità ġuridika mogħtija lil persuni ġuridiċi taħt il-liġijiet tagħhom, skont kif ikun meħtieġ.

Artikolu 5

Bord Eżekuttiv

1.   L-Istitut għandu jkollu Bord li japprova l-programm ta’ ħidma annwali u fit-tul tiegħu u l-baġit adegwat. Il-Bord għandu jkun forum biex jiġu diskussi kwistjonijiet relatati mal-missjoni, kompiti, funzjonament u persunal tal-Istitut.

2.   Il-Bord għandu jkun presedut mir-RGħ jew mir-rappreżentant tar-RGħ. Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) għandu jaqdi l-funzjonijiet ta’ segretarjat tal-Bord.

3.   Il-Bord għandu jkun kompost minn rappreżentant wieħed nominat minn kull Stat Membru. Kull membru tal-Bord jista’ jkun rappreżentat jew akkumpanjat minn membru supplenti. Il-Kummissjoni, li tipparteċipa fil-ħidma tal-Bord, għandha wkoll tinnomina rappreżentant.

4.   Id-Direttur tal-Istitut, jew ir-rappreżentant tad-Direttur, għandu bħala regola, jattendi l-laqgħat tal-Bord. Id-Direttur Ġenerali tal-Persunal Militari u l-President tal-Kumitat Militari, jew ir-rappreżentanti tagħhom, jistgħu wkoll jattendu l-laqgħat tal-Bord.

5.   Id-deċiżjonijiet tal-Bord għandhom jittieħdu b’vot mir-rappreżentanti tal-Istati Membri b’maġġoranza kwalifikata, bil-voti ppeżati skont l-Artikolu 16(4) u (5) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 11(2) u 11(3) ta’ din id-Deċiżjoni. Il-Bord għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu.

6.   Il-Bord jista’ jiddeċiedi joħloq gruppi ta’ ħidma ad-hoc jew kumitat permanenti, li jieħdu ħsieb suġġetti speċifiċi jew materji fir-responsabbiltà komplessiva tiegħu u jaġixxu taħt is-sorveljanza tiegħu. Id-deċiżjoni biex jinħoloq grupp ta’ ħidma jew kumitat għandha tistabbilixxi l-mandat, il-kompożizzjoni u t-tul tiegħu.

7.   Il-Bord għandu jitlaqqa’ mill-President mill-inqas darbtejn fis-sena. Huwa għandu wkoll jitlaqqa’ fuq talba ta’ mill-inqas terz mill-membri tiegħu.

Artikolu 6

Direttur

1.   Il-Bord Eżekuttiv għandu jaħtar id-Direttur għall-Istitut minn fost iċ-ċittadini tal-Istat Membru, abbażi ta’ rakkomandazzjoni mir-RGħ. Id-Direttur għandu jiġi maħtur għal perjodu ta’ tliet snin, liema perjodu jista’ jiġi estiż b’perjodu wieħed ta’ sentejn.

2.   Il-kandidati għall-pożizzjoni ta’ Direttur għandhom ikunu persuni li jkollhom għarfien espert u esperjenza fit-tul u rikonoxxuti fir-relazzjonijiet barranin, il-politika ta’ sigurtà u d-diplomazija, u r-riċerka relatata. L-Istati Membri għandhom jippreżentaw il-kandidaturi lir-RGħ, li għandu jinforma lill-Bord bihom. Il-proċess ta’ preselezzjoni għandu jiġi organizzat taħt ir-responsabbiltà tar-RGħ. Il-panel ta’ preselezzjoni għandu jikkonsisti minn tliet rappreżentanti tas-SEAE u minn tliet rappreżentanti tal-Istati Membri minn fost il-Presidenza tripartitika, u għandu jkun ippresedut mir-RGħ jew mir-rappreżentant tar-RGħ. Abbażi tar-riżultati tal-preselezzjoni, ir-RGħ għandu jipprovdi lill-Bord rakkomandazzjoni b’lista mqassra ta’ għallinqas tliet kandidati, imfassla fl-ordni tal-preferenzi tal-panel ta’ preselezzjoni.

3.   Id-Direttur għandu jkun ir-rappreżentant ġuridiku tal-Istitut.

4.   Id-Direttur għandu jkun responsabbli għar-reklutaġġ tal-membri l-oħrajn kollha tal-persunal tal-Istitut. Il-Membri tal-Bord għandhom jiġu informati minn qabel dwar il-ħatra tal-analisti.

5.   Wara l-approvazzjoni mill-Bord u b’kont meħud tal-implikazzjonijiet finanzjarji konsegwenti għall-adozzjoni tal-baġit annwali tal-Istitut, id-Direttur jista’ jaħtar Viċi Direttur. Il-Viċi Direttur għandu jinħatar għal massimu ta’ tliet snin, liema perjodu jista’ jiġi estiż b’perjodu wieħed ta’ sentejn.

6.   Id-Direttur għandu jassigura l-eżekuzzjoni tal-missjoni u kompiti tal-Istitut skont l-Artikolu 2. Id-Direttur għandu jżomm ma’ grad għoli ta’ konoxxenza esperta u professjonalità tal-Istitut, kif ukoll jiżgura l-effiċjenza u effikaċja fl-eżerċizzju tal-attivitajiet tal-Istitut.

Id-Direttur għandu jkun responsabbli wkoll:

(a)

għall-abbozzar tal-programm ta’ ħidma annwali tal-Istitut, kif ukoll ir-rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Istitut;

(b)

għall-preparazjoni tax-xogħol tal-Bord;

(ċ)

għall-amministrazzjoni tal-Istitut minn ġurnata għal ġurnata;

(d)

għall-kwistjonijiet kollha relatati mal-persunal;

(e)

għall-preparazjoni tad-dikjarazzjoni tad-dħul u nfiq u għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut;

(f)

li jinforma lill-KPS dwar il-programm ta’ ħidma annwali;

(g)

li jiżgura kuntatti u kollaborazzjoni mill-qrib mal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, istituzzjonijiet nazzjonali u istituzzjonijiet internazzjonali f’oqsma relatati.

Id-Direttur, wara li jikkonsulta lill-Bord, għandu wkoll jesplora possibbiltajiet għal kontributi addizzjonali għall-baġit tal-Istitut.

7.   Fi ħdan il-programm ta’ ħidma u l-estimi miftiehma tal-istitut, id-Direttur għandu jkollu s-setgħa li jidħol f’kuntratti, għar-reklutaġġ ta’ persunal approvat fil-baġit u biex jonfoq dak li jkun neċessarju għall-operat tal-Istitut.

8.   Id-Direttur għandu jipprepara rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Istitut sal-31 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara. Ir-rapport annwali għandu jintbagħat lill-Bord u, permezz tar-RGħ, lill-Kunsill, li għandu jgħaddih lill-Parlament Ewropew, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri.

9.   Id-Direttur għandu r-responsabbiltà li jagħti rendikont lill-Bord Eżekuttiv.

Artikolu 7

Persunal

1.   Il-persunal tal-Istitut, li jikkonsisti minn analisti u impjegati amministrattivi, għandu jkollu l-istatus ta’ membri ta’ persunal kuntrattwali u għandu jiġi reklutat minn fost ċittadini tal-Istati Membri.

L-analisti tal-Istitut għandhom jiġu reklutati fuq il-bażi ta’ mertu intellettwali, esperjenza u konoxxenza esperta rilevanti għall-missjoni u kompiti tal-Istitut kif stipulat fl-Artikolu 2, u permezz ta’ proċeduri kompetittivi imparzjali u trasparenti.

Ir-regoli tal-persunal tal-Istitut għandhom jiġu adottati mill-Kunsill li jaġixxi fuq rakkomandazzjoni mid-Direttur.

2.   Jistgħu jiġu reklutati riċerkaturi u persuni li jitħarrġu fuq bażi ad hoc u għal żmien qasir.

Bil-qbil tad-Direttur, u wara li l-Bord jiġi informat, jistgħu jiġu ssekondati lill-Istitut esperti għal perjodu fiss, kemm f’postijiet fi ħdan l-istruttura organizzattiva tal-Istitut jew għal kompiti u proġetti speċifiċi li jkunu rilevanti għall-missjoni u kompiti tal-Istitut kif stabbilit fl-Artikolu 2.

Il-membri tal-persunal jistgħu jiġu ssekondati għal post barra mill-Istitut, għal perjodu fiss fl-interess tas-servizz, skont ir-regoli tal-persunal tal-Istitut.

Id-dispożizzjonijiet relatati mal-issekondar għandhom jiġu adottati mill-Bord fuq proposta mid-Direttur.

Artikolu 8

Indipendenza u awtonomija

Id-Direttur u l-analisti għandhom igawdu minn indipendenza intellettwali u awtonomija operattiva fit-twettiq tal-attivitajiet tal-Istitut.

Artikolu 9

Programm ta’ ħidma

1.   Sal-31 ta’ Ottubru ta’ kull sena, id-Direttur għandu jistabbilixxi abbozz tal-programm ta’ ħidma annwali għas-sena ta’ wara, flimkien mal-perspettivi indikattivi għat-terminu twil għas-snin ta’ wara, u għandu jippreżentah lill-Bord għall-approvazzjoni.

2.   Sat-30 ta’ Novembru ta’ kull sena, il-Bord għandu japprova l-programm ta’ ħidma annwali.

Artikolu 10

Il-baġit

1.   Kull oġġett ta’ dħul u nfiq tal-Istitut għandu jkun inkluż fl-estimi ta’ kull sena finanzjarja li tkun saret, li għandu jikkorrispondi għas-sena kalendarja, u għandu jintwera fil-baġit tal-Istitut, li għandu jinkludi lista tal-persunal.

2.   Id-dħul u l-infiq murija fil-baġit tal-Istitut għandhom ikunu f’bilanċ.

3.   Id-dħul tal-Istitut għandu jikkonsisti mill-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri skont l-iskala tad-dħul gross nazzjonali (DGN). Fuq il-proposta tad-Direttur tal-Istitut, u wara li tingħata approvazzjoni mill-Bord, jistgħu jiġu aċċettati kontribuzzjonijiet addizzjonali għal proġetti speċifiċi li jkunu rilevanti għall-missjoni u kompiti tal-Istitut kif stabbilit fl-Artikolu 2 minn sorsi oħra, partikolarment mill-Istati Membri jew mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni.

Artikolu 11

Proċedura baġitarja

1.   Sal-31 ta’ Ottubru ta’ kull sena, id-Direttur għandu jippreżenta lill-Bord abbozz ta’ baġit annwali għall-Istitut li jkopri n-nefqa amministrattiva, nefqa operattiva u l-introjtu previst, inklużi kontribuzzjonijiet addizzjonali għal proġetti speċifiċi previsti fl-Artikolu 10(3).

2.   Sat-30 ta’ Novembru ta’ kull sena, il-Bord għandu japprova l-baġit annwali tal-Istitut b’unanimità tar-rappreżentanti tal-Istati Membri.

3.   Fil-każ ta’ ċirkostanzi inevitabbli, eċċezzjonali jew imprevisti, id-Direttur jista’ jipproponi lill-Bord abbozz ta’ baġit emendatorju. Il-Bord, bil-konsiderazzjoni dovuta għal kwalunkwe urġenza, għandu japprova l-baġit emendatorju b’unanimità tar-rappreżentanti tal-Istati Membri.

4.   Sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena, id-Direttur għandu jippreżenta lill-Kunsill u lill-Bord il-kontijiet dettaljati ta’ kull introjtu u kull infiq tas-sena finanzjarja ta’ qabel, inkluż rapport dwar l-attivitajiet tal-Istitut.

5.   Il-Bord Eżekuttiv għandu jagħti r-rilaxx lid-Direttur rigward l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut.

Artikolu 12

Regoli finanzjarji

Il-Bord, bil-kunsens tal-Kunsill, għandu jfassal, fuq proposta tad-Direttur, regoli finanzjarji dettaljati li jispeċifikaw partikolarment il-proċedura li għandha tkun adottata biex jiġi stabbilit, implementat u kontrollat il-baġit tal-Istitut.

Artikolu 13

Privileġġi u immunitajiet

1.   Il-privileġġi u l-immunitajiet tad-Direttur u tal-persunal tal-Istitut huma previsti fid-Deċiżjoni tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, datata l-15 ta’ Ottubru 2001, dwar il-privileġġi u l-immunitajiet mogħtija lill-Istitut tal-Unjoni Ewropea għall-Istudji fuq is-Sigurtà u liċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea, u lill-korpi u l-persunal tagħhom. Sa meta tidħol fis-seħħ dik id-Deċiżjoni, l-Istat ospiti jista’ jagħti lid-Direttur u lill-persunal tal-Istitut il-privileġġi u l-immunitajiet previsti fiha.

2.   Il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Istitut huma previsti fil-Protokoll (Nru 7) dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, anness mat-TUE u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Artikolu 14

Responsabbiltà legali

1.   Ir-responsabbiltà kuntrattwali tal-Istitut għandha tiġi regolata, mil-liġi li tapplika għall-kuntratt ikkonċernat.

2.   Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandha jkollha ġurisdizzjoni f’konformità ma’ kwalunkwe klawsola ta’ arbitraġġ inkluża f’kuntratt konkluż mill-Istitut.

3.   Ir-responsabbiltà individwali tal-persunal lejn l-Istitut għandha tiġi regolata mid-dispożizzjonijiet relevanti li japplikaw għall-persunal tal-Istitut.

Artikolu 15

Aċċess għal dokumenti

Fuq proposta mid-Direttur, il-Bord Eżekuttiv għandu jadotta regoli dwar l-aċċess pubbliku għal dokumenti tal-Istitut, b’kont meħud tal-prinċipji u l-limiti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

Artikolu 16

Protezzjoni tal-informazzjoni klassifikata tal-UE

L-Istitut għandu japplika d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE (3).

Artikolu 17

Kooperazzjoni ma’ Stati Membri u ma’ istituzzjonijiet, korpi u aġenziji tal-Unjoni

Sabiex iwettaq il-missjoni u l-kompiti tiegħu kif stabbiliti fl-Artikolu 2, l-Istitut għandu jikkopera mill-qrib ma’ Stati Membri u mas-SEAE. L-Istitut għandu wkoll jistabbilixxi, skont kif ikun meħtieġ, relazzjonijiet ta’ ħidma ma’ istituzzjonijiet tal-Unjoni, kif ukoll ma’ korpi u aġenziji rilevanti tal-Unjoni, inkluż il-Kulleġġ Ewropew ta’ Sigurtà u ta’ Difiża (KESD), bil-ħsieb ta’ skambju ta’ konoxxenza esperta u pariri f’oqsma ta’ interess reċiproku. L-Istitut jista’ wkoll iwettaq proġetti konġunti ma’ istituzzjonijiet, korpi u aġenziji tal-Unjoni.

Artikolu 18

Protezzjoni ta’ Data

Fuq proposta mid-Direttur, il-Bord għandu jadotta regoli ta’ implimentazzjoni fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

Artikolu 19

Rappurtar

Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju 2016, ir-RGħ għandu jippreżenta rapport lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni akkumpanjat, jekk meħtieġ, minn rakkomandazzjonijiet adatti.

Artikolu 20

Tħassir

L-Azzjoni Konġunta 2001/554/PESK hija b’dan imħassra.

Artikolu 21

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Frar 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  Azzjoni Konġunta 2001/554/PESK tal-20 ta’ Lulju 2001 dwar l-istabbiliment tal-Istitut tal-Unjoni Ewropea għall-Istudji fuq is-Sigurtà (ĠU L 200, 25.7.2001, p. 1).

(2)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE tat-23 ta’ Settembru 2013 dwar ir-regoli ta’ sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 274, 15.10.2013, p. 1).

(4)  Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ tali data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).


12.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 41/18


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-11 ta’ Frar 2014

li taħtar il-membri tal-Kumitat previst fl-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

(2014/76/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 255 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 106a(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-inizjattiva tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-25 ta’ Novembru 2013,

Billi:

(1)

Taħt l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi stabbilit kumitat sabiex jagħti opinjoni dwar l-idoneità tal-kandidati sabiex jaqdu d-dmirijiet ta’ Imħallef u ta’ Avukat Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali qabel ma l-gvernijiet tal-Istati Membri jagħmlu l-ħatriet (minn hawn il-quddiem il-“kumitat”).

(2)

Il-kumitat għandu jikkonsisti minn seba’ persuni magħżula minn fost membri preċedenti tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali, membri ta’ qrati supremi nazzjonali u avukati ta’ kompetenza rikonoxxuta, li wieħed minnhom għandu jiġi propost mill-Parlament Ewropew.

(3)

Għandu tiġi kkunsidrata kompożizzjoni ekwilibrata tal-kumitat, kemm f’termini ta’ bażi ġeografika kif ukoll f’termini tar-rappreżentanza tas-sistemi legali tal-Istati Membri.

(4)

Għalhekk huwa meħtieġ li jinħatru l-membri tal-kumitat u l-President tiegħu,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għal perijodu ta’ erba’ snin mill-1 ta’ Marzu 2014, dawn li ġejjin huma maħtura membri tal-kumitat previst mill-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea:

 

Is-Sur Jean-Marc SAUVÉ, President

 

Is-Sur Luigi BERLINGUER

 

Is-Sinjura Pauliine KOSKELO

 

Lord MANCE

 

Is-Sur Péter PACZOLAY

 

Is-Sur Christiaan TIMMERMANS

 

Is-Sur Andreas VOSSKUHLE

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu 2014.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Frar 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

E. VENIZELOS


12.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 41/19


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL

tal-11 ta’ Frar 2014

li timplimenta r-Regolament (UE) Nru 1024/2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu

(2014/77/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 291(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 26(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-15 ta’ Ottubru 2013, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 1024/2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu.

(2)

L-ippjanar u l-eżekuzzjoni tal-kompiti kkonferiti lill-BĊE għandhom jitwettqu b’mod sħiħ minn korp intern magħmul mill-President u l-Viċi President tiegħu u erba’ rappreżentanti tal-BĊE u rappreżentant wieħed tal-awtorità kompetenti nazzjonali f’kull Stat Membru parteċipanti (“Bord Superviżorju”).

(3)

Il-Bord Superviżorju għandu jkun korp essenzjali fl-eżekuzzjoni ta’ kompiti superviżorji mill-BĊE, kompiti li sa issa dejjem kienu f’idejn l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali. Għal din ir-raġuni, fis-16 ta’ Diċembru 2013 l-Kunsill adotta Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni biex jinħatar il-President tal-Bord Superviżorju (2). Għall-istess raġunijiet, il-Kunsill għandu jingħata s-setgħa li jadotta Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni biex jinħatar il-Viċi President tal-Bord Superviżorju.

(4)

F’konformità mal-Artikolu 26(3) tar-Regolament imsemmi hawn fuq, u wara li samal-Bord Superviżorju, il-BĊE ippreżenta proposta għall-ħatra tal-Viċi President tal-Bord Superviżorju lill-Parlament Ewropew għall-approvazzjoni fit-22 ta’ Jannar 2014. Il-Parlament Ewropew approva din il-proposta fil-5 ta’ Frar 2014.

(5)

Sussegwentement, fil-5 ta’ Frar 2014, il-BĊE ppreżenta lill-Kunsill proposta għall-ħatra tal-Viċi President tal-Bord Superviżorju.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sinjura Sabine LAUTENSCHLÄGER hija maħtura Viċi President tal-Bord Superviżorju tal-Bank Ċentrali Ewropew.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Frar 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

E. VENIZELOS


(1)  ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63.

(2)  Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2013 li timplimenta r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU L 352, 24.12.2013, p. 50).


12.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 41/20


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-10 ta’ Frar 2014

dwar miżura adottata mid-Danimarka skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprojbixxi tip ta’ makkinarju multifunzjonali li jintuża għat-tħaffir u l-ġarr ta’ materjal

(notifikata bid-dokument C(2014) 633)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2014/78/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar il-makkinarju, u li temenda d-Direttiva 95/16/KE (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 11 tagħha,

Billi:

(1)

F’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2006/42/KE, l-awtoritajiet Daniżi nnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar miżura relatata ma’ makkinarju tas-serje Avant 600, immanifatturat mill-kumpanija Avant Tecno Oy, Ylötie 1, FIN-33470 Ylöjärvi, il-Finlandja. Il-makkinarju kellu l-marka KE u kien akkumpanjat b’Dikjarazzjoni tal-Konformità tal-KE skont id-Direttiva 2006/42/KE dwar il-makkinarju, id-Direttiva 2004/108/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) dwar il-kompatibilità elettromanjetika u d-Direttiva 2000/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) dwar l-emissjoni tal-ħoss fl-ambjent minn tagħmir għall-użu ta’ barra.

(2)

Il-makkinarju tas-serje Avant 600 huwa makkinarju multifunzjonali li jintuża għat-tħaffir u l-ġarr ta’ materjal, li miegħu jistgħu jitwaħħlu għadd kbir ta’ aċċessorji biex iwettaq diversi funzjonijiet differenti f’bosta oqsma, li jinkludu l-forestrija, l-agrikoltura, l-ippjanar u l-ġestjoni tal-pajsaġġi, il-kura tal-art, il-manutenzjoni tal-proprjetajiet, il-ġarr ta’ materjal, it-tħaffir u l-kostruzzjoni.

(3)

Din il-miżura Daniża ġiet adottata minħabba n-nuqqas ta’ konformità tal-makkinarju mar-rekwiżit essenzjali tas-saħħa u s-sikurezza stabbilit fit-taqsima 3.4.4 tal-Anness I tad-Direttiva 2006/42/KE, li jesiġi li fejn, fil-każ ta’ makkinarju li jimxi waħdu b’operatur riekeb fuqu, ikun hemm ir-riskju li jaqgħu fuqu oġġetti jew materjali, il-makkinarju għandu jkun iddisinnjat u mibni b’mod li jittieħed kont ta’ dan ir-riskju u jkun mgħammar, jekk id-daqs jippermetti, bi struttura ta’ protezzjoni xierqa.

(4)

L-awtoritajiet Daniżi indikaw li, minkejja li diversi funzjonijiet li l-makkinarju huwa maħsub għalihom jesponu lill-operatur riekeb fuqu għal riskji minħabba oġġetti jew materjal li jistgħu jaqgħu, il-makkinarju tqiegħed fis-suq mingħajr struttura ta’ protezzjoni minn oġġetti li jaqgħu (FOPS — falling object protective structure). L-awtoritajiet Daniżi talbu lill-manifattur biex jieħu miżuri korrettivi. Peress li din it-talba ma ġietx milqugħa, l-awtoritajiet Daniżi pprojbixxew it-tqegħid fis-suq tal-makkinarju tas-serje Avant 600 mingħajr FOPS u taw ordni lill-manifattur biex jieħu azzjoni korrettiva fir-rigward tal-makkinarju li diġà tqiegħed fis-suq.

(5)

Il-Kummissjoni kitbet lill-manifattur, fejn talbitu jesprimi l-osservazzjonijiet tiegħu dwar il-miżura li ġiet adottata mid-Danimarka. Fit-tweġiba tiegħu, il-manifattur indika li s-serje Avant 600 kienet mgħammra b’kabina ttestjata mill-Korp Notifikat MTT-Vakola Nru 0504. Il-kabina kienet dejjem mgħammra bi struttura ta’ protezzjoni fil-każ tal-qlib (ROPS — roll-over protective structure) u għandha l-għażla li tista’ tintrema wkoll b’FOPS. Meta l-makkinarju jinbiegħ għall-użu fl-agrikultura, il-manutenzjoni tal-proprjetà, il-ġestjoni tal-pajsaġġi jew għall-użu fl-istalel, pereżempju, fejn ma jkunx hemm riskju minn oġġetti li jaqgħu, ma jiġix mgħammar FOPS. Min-naħa l-oħra, meta l-makkinarju jinbiegħ għal applikazzjonijiet fejn hemm riskju minn oġġetti li jaqgħu, bħal pereżempju, l-użu fil-minjieri, il-makkinarju dejjem jiġi mgħammar b’FOPS. Il-manifattur iddikjara wkoll li kien iddeċieda li jiċċara l-manwal tal-istruzzjonijiet u l-ktejjeb ta’ informazzjoni tal-bejgħ sabiex jispeċifikaw f’liema sitwazzjonijiet għandha tintuża kabina mgħammra b’FOPS.

(6)

It-taqsima 1.1.2(a) tal-Anness I tad-Direttiva 2006/42/KE tesiġi li l-makkinarju jiġi ddisinjat u mibni b’tali mod li jkun adattat għall-funzjoni tiegħu, u li jista’ jitħaddem, ikun aġġustat u miżmum mingħajr ma jpoġġi lill-persuni fir-riskju meta jsiru dawn l-operazzjonijiet fil-kondizzjonijiet previsti iżda filwaqt li jittieħed kont ukoll ta’ kwalunkwe użu ħażin tiegħu li jista’ jiġi previst b’mod raġonevoli. L-iskop tal-miżuri meħuda għandu jkun li jiġi eliminat kwalunkwe riskju matul il-ħajja prevista tal-makkinarju inklużi l-fażijiet tat-trasport, tal-immuntar, taż-żarmar, tal-waqfien tat-tħaddim tiegħu u tar-rimi. Il-miżuri għandhom jittieħdu skont il-prinċipji tal-integrazzjoni tas-sikurezza stabbiliti fit-taqsima 1.1.2(b) tal-Anness I li jagħtu prijorità lill-miżuri protettivi integrati u mhux lill-informazzjoni għall-utenti.

(7)

Fil-każ ta’ makkinarju multifunzjonali għat-tħaffir u l-ġarr ta’ materjal bħalma hija s-serje Avant 600, anke jekk makkinarju partikolari inizjalment jiġi mibjugħ għal funzjonijiet jew għall-użu f’ambjenti li ma jinvolvux riskju ta’ oġġetti jew materjal li jistgħu jaqgħu, huwa possibbli li matul il-ħajja prevista tiegħu, dan il-makkinarju jintuża għal funzjonijiet maħsuba oħra jew f’ambjenti li jesponu lill-operaturi għal dak ir-riskju. Konsegwentement, ir-riskju ta’ oġġetti jew materjal li jistgħu jaqgħu għandu jitqies fil-fażijiet tad-disinn u tal-bini tal-makkinarju.

(8)

L-analiżi tal-evidenza mogħtija mill-awtoritajiet Daniżi u tal-osservazzjonijiet espressi mill-manifattur tikkonferma li l-makkinarju tas-serje Avant 600 mingħajr FOPS ma jikkonformax mar-rekwiżit essenzjali tas-saħħa u s-sikurezza stabbilit fit-taqsima 3.4.4 tal-Anness I tad-Direttiva 2006/42/KE u li dan in-nuqqas ta’ konformità jwassal għal riskju serju ta’ korriment għall-operaturi rekbin fuqu minħabba oġġetti u materjal li jistgħu jaqgħu,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-miżura adottata mill-awtoritajiet Daniżi li tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta’ makkinarju tas-serje Avant 600 li mhux mgħammar bi struttura ta’ protezzjoni minn oġġetti li jaqgħu (FOPS) u li tesiġi lill-manifattur biex jieħu azzjoni korrettiva fir-rigward tal-makkinarju li diġà tqiegħed fis-suq hija ġġustifikata.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Frar 2014.

Għall-Kummissjoni

Antonio TAJANI

Viċi President


(1)  ĠU L 157, 9.6.2006, p. 24.

(2)  Direttiva 2004/108/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2004 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-kompatibilità elettromanjetika u li tħassar id-Direttiva 89/336/KEE (ĠU L 390, 31.12.2004, p. 24).

(3)  Id-Direttiva 2000/14/KE tal-Parlament Ewpopew u l-Kunsill tat-8 ta' Mejju 2000 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar emissjoni tal-ħoss fl-ambjent minn tagħmir għall-użu ta' barra (ĠU L 162, 3.7.2000, p. 1).