|
ISSN 1977-074X doi:10.3000/1977074X.L_2014.038.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 38 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 57 |
|
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
|
7.2.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 38/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-28 ta’ Jannar 2014
dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta’ Kiribati, min-naħa l-oħra
(2014/60/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,
Billi:
|
(1) |
Fit-23 ta’ Lulju 2007, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 893/2007 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta’ Kiribati, min-naħa l-oħra (1) (“il-Ftehim”). Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim skada fil-15 ta’ Settembru 2012. |
|
(2) |
L-Unjoni nnegozjat Protokoll ġdid mar-Repubblika ta’ Kiribati li jipprovdi lill-bastimenti tas-sajd tal-UE b’opportunitajiet tas-sajd fl-ilmijiet li fuqhom ir-Repubblika ta’ Kiribati teżerċita s-sovranità jew ġurisdizzjoni tagħha (“il-Protokoll”). |
|
(3) |
Il-Protokoll ġie ffirmat skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/669/UE (2) u ġie applikat fuq bażi provviżorja mis-16 ta’ Settembru 2012 ’l hawn. |
|
(4) |
Il-Protokoll għandu jiġi approvat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta’ Kiribati, min-naħa l-oħra, (“il-Protokoll”), huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni (3).
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill għandu jagħti, f’isem l-Unjoni, in-notifika prevista fl-Artikolu 16 tal-Protokoll (4).
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Jannar 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
G. STOURNARAS
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/669/UE tad-9 ta’ Ottubru 2012 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta’ Kiribati, min-naħa l-oħra (ĠU L 300, 30.10.2012, p. 2).
(3) Il-Protokoll ġie ppubblikat fil-ĠU L 300, 30.10.2012, p. 3, flimkien mad-Deċiżjoni dwar l-iffirmar.
(4) Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll se tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.
REGOLAMENTI
|
7.2.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 38/2 |
REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 110/2014
tat-30 ta’ Settembru 2013
dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta’ sħubija pubblika-privata imsemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (1), u partikolarment l-Artikolu 209 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, ibbażat fuq l-esperjenza bi sħubijiet pubbliċi privati istituzzjonalizzati bħala korpi tal-Unjoni skont l-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (2), introduċa kategoriji addizzjonali ta’ sħubijiet pubbliċi privati sabiex tiżdied l-għażla ta’ strumenti u jiġu inklużi korpi li r-regoli tagħhom huma aktar flessibbli u aċċessibbli għall-imsieħba privati minn dawk applikabbli għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni. Fost dawk il-kategoriji addizzjonali huma l-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 li huma fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata (minn hawn ’il quddiem “korpi PPP”). |
|
(2) |
Sabiex tiġi żgurata ġestjoni finanzjarja tajba tal-fondi tal-Unjoni u biex korpi tal-PPP ikunu jistgħu jadottaw ir-regoli finanzjarji tagħhom stess, huwa neċessarju li jiġi adottat mudell ta’ regolament finanzjarju għal dawk il-korpi. |
|
(3) |
Korpi PPP għandhom jistabilixxu u jimplimentaw il-baġit tagħhom f’konformità mal-prinċipji tal-unità, l-akkuratezza baġitarja, l-annwalità, l-ekwilibriju, l-unità tal-kontijiet, l-universalità, l-ispeċifikazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja tajba, li titlob kontroll intern effettiv u effiċjenti, u t-trasparenza kif imniżżel f’dan ir-Regolament. |
|
(4) |
Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni ġenerali tal-kompiti u l-attivitajiet ta’ korp PPP, huwa għandu jkun jista’ jdaħħal l-approprjazzjonijiet mhux użati għal sena partikolari fl-estimu tad-dħul u n-nefqa sa tliet snin finanzjarji li jsegwu. |
|
(5) |
Billi l-fondi tal-Unjoni mqiegħda għad-dispożizzjoni ta’ korp PPP għandhom jiġu implimentati b’ġestjoni indiretta prevista fl-Artikolu 60 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, id-dispożizzjonijiet dwar l-ippjanar finanzjarju u r-rappurtar għandhom ikunu konsistenti mal-metodu ta’ ġestjoni indiretta tal-implimentazzjoni tal-baġit. Il-kwittanza tal-implimentazzjoni tal-baġit fir-rigward tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-korpi PPP għandha tkun parti mill-kwittanza mogħtija mill-Parlament Ewropew lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni. Għalhekk, rappurtar annwali adegwat, inkluż is-sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ ġestjoni, għandu jiġi pprovdut skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, li jippermetti lill-Kummissjoni li tassumi aħjar ir-responsabbiltajiet tagħha fir-rigward tal-kwittanza. |
|
(6) |
Huwa neċessarju li jiġu definiti l-poteri u r-responsabbiltajiet tal-uffiċjal tal-kontabilità u tal-uffiċjali awtorizzanti b’kunsiderazzjoni għan-natura pubblika-privata tal-korpi PPP. L-uffiċjali awtorizzanti għandhom ikunu kompletament responsabbli għall-operazzjonijiet kollha tad-dħul u n-nefqa eżegwiti permezz tal-awtorità tagħhom u għandhom ikunu miżmuma responsabbli għall-azzjonijiet tagħhom, inklużi, meta meħtieġ, permezz ta’ proċedimenti dixxiplinarji. |
|
(7) |
Huwa meħtieġ li tiġi ċċarata d-diviżjoni tal-funzjonijiet tal-awditjar intern u dawk tal-kontroll intern u li jiġu ssimplifikati r-rekwiżiti ta’ rappurtar. Il-funzjoni tal-awditjar intern fi ħdan il-korpi PPP għandha tkun imwettqa mill-awditur intern tal-Kummissjoni li għandu jwettaq awditi meta dawn ikunu ġġustifikat mir-riskji involuti. Dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment u l-funzjonament ta’ kapaċitajiet ta’ awditjar intern għandhom jiġu introdotti. |
|
(8) |
Sabiex jiġi garantit li kull korp huwa responsabbli għall-implimentazzjoni tal-baġit tiegħu u jkunu rrispettati l-objettivi assenjati lilu meta kien stabbilit, il-korpi PPP għandhom ikunu permessi, għat-twettiq tal-kompiti fdati lilhom, jimpjegaw korpi esterni tas-settur privat fejn meħtieġ biss u mhux għal kompiti li jinvolvu xi missjoni ta’ servizz pubbliku jew kwalunkwe użu tal-poteri diskrezzjonali ta’ ġudizju. |
|
(9) |
Il-prinċipji li għandhom jiġu segwiti f’dak li jirrigwarda l-operazzjonijiet tad-dħul u tan-nefqa ta’ korp PPP għandhom jiġu stabbiliti. |
|
(10) |
Minħabba n-natura pubblika-privata tal-korpi PPP u b’mod partikolari l-kontribut tas-settur privat għall-baġit tal-korp PPP, proċeduri flessibbli għall-għoti ta’ kuntratti ta’ akkwist għandhom ikunu permessi. Il-proċeduri rilevanti għandhom jirrispettaw il-prinċipji ta’ trasparenza, proporzjonalità, trattament ugwali u nondiskriminazzjoni u parzjalment jitbiegħdu mid-dispożizzjonijiet relevanti stabbiliti fir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 (3). Huwa meħtieġ li tkun żgurata l-provvista ta’ merkanzija u servizzi aħjar u orħos, kif ukoll l-evitar ta’ kostiejit eċċessivi fil-ġestjoni ta’ proċeduri ta’ akkwist permezz ta’ kooperazzjoni msaħħa fost il-membri tal-korpi PPP. Għalhekk il-korpi PPP għandhom ikollhom ukoll il-possibbiltà li jikkonkludu kuntratti mingħajr ma jkun hemm rikors għal proċedura ta’ akkwist mal-membri tagħhom ħlief l-Unjoni għall-provvista ta’ prodotti jew ta’ servizzi jew għat-twettiq ta’ xogħol li dawk il-membri jipprovdu direttament, mingħajr rikors għal partijiet terzi. |
|
(11) |
Sabiex titjieb il-kosteffiċjenza, il-possibilità ta’ kondiviżjoni tas-servizzi jew it-trasferiment tagħhom lil korp ieħor jew lill-Kummissjoni għandha tkun ipprovduta, b’mod partikolari billi tippermetti li l-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni huwa inkarigat bil-kompiti kollha jew parti minnhom tal-uffiċjal tal-kontabilità ta’ korp PPP. |
|
(12) |
Għall-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet għal għotjiet, proġetti u offerti u biex jiġu pprovduti opinjonijiet u pariri f’każijiet speċifiċi, il-korpi PPP għandhom ikunu jistgħu jużaw esperti esterni. Dawn l-esperti għandhom jintgħażlu skont il-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni, trattament indaqs u assenza ta’ kunflitt ta’ interessi. |
|
(13) |
Fl-għotja ta’ għotjiet u premjijiet, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1268/2012, suġġetti għal kwalunkwe dispożizzjoni speċifika tal-istrument kostitwenti tal-korp PPP jew tal-att bażiku tal-programm li l-implimentazzjoni tiegħu hija fdata lil korp PPP sabiex tkun żgurata implimentazzjoni koerenti mal-azzjonijiet li huma amministrati direttament mill-Kummissjoni. |
|
(14) |
Fejn il-kontijiet ta’ korpi PPP għandhom bżonn jiġu konsolidati skont ir-regoli tal-kontabilità msemmija fl-Artikolu 143 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, ir-regoli tal-kontabilità li jiġu applikati mill-korpi PPP għandhom jippermettu tali konsolidazzjoni. |
|
(15) |
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sabiex tkun tista’ ssir l-adozzjoni f’waqtha tar-regolamenti finanzjarji riveduti tal-korpi PPP mill-1 ta’ Jannar 2014 sabiex jiġu żgurati regoli koerenti tal-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU 1
AMBITU
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-prinċipji essenzjali abbażi ta’ liema korp ta’ Sħubija Pubblika-Privata (minn hawn’ il quddiem “korp PPP”) jadotta r-regoli finanzjarji tiegħu. Ir-regoli finanzjarji tal-korp PPP ma jitbiegħdux minn dan ir-Regolament għajr meta l-ħtiġijiet speċifiċi tiegħu jirrikjedi dan u bil-kunsens bil-quddiem tal-Kummissjoni skont ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.
Kull korp PPP jadotta dispożizzjonijiet dettaljati li jimplimentaw dawn il-prinċipji fir-regoli finanzjarji tiegħu.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
— |
“bord ta’ tmexxija” tfisser il-korp intern ewlini tal-korp PPP li għandha r-responsabilità li tieħu deċiżjonijiet dwar kwistjonijiet finanzjarji u baġitarji, irrispettivament mill-isem li ngħata fl-istrument kostitwenti tal-korp PPP, |
|
— |
“direttur” tfisser il-persuna li għandha r-responsabilità li timplimenta d-deċiżjonijiet tal-bord ta’ tmexxija u l-baġit tal-korp PPP bħala uffiċċjal li jawtorizza, irrispettivament mit-titolu mogħti lilu/ha fl-istrument kostitwenti tal-korp PPP, |
|
— |
“membru” tfisser membru tal-korp PPP skont l-istrument kostitwenti, |
|
— |
“strument kostitwenti” tfisser l-istrument tal-liġi tal-Unjoni li jirregola l-aspetti ewlenin tat-twaqqif u t-tħaddim tal-korp PPP, |
|
— |
“baġit tal-korp PPP” tfisser l-istrument li, għal kull sena finanzjarja, ibassar u jawtorizza d-dħul u n-nefqa kollha meqjusa neċessarji għall-korp PPP. |
Artikolu 3
Ambitu tal-baġit
Il-baġit tal-korp PPP jikkonsisti minn:
|
(a) |
id-dħul tal-korp PPP, li jinkludi:
|
|
(b) |
in-nefqa tal-korp PPP, inkluż nefqa amministrattiva. |
KAPITOLU 2
PRINĊIPJI BAĠITARJI
Artikolu 4
Ripett għall-prinċipji baġitarji
Il-baġit tal-korp PPP ikun stabbilit u implimentat f’konformità mal-prinċipji tal-unità, l-akkuratezza baġitarja, l-annwalità, l-ekwilibriju, l-unità tal-kontijiet, l-universalità, l-ispeċifikazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja tajba li titlob kontroll intern effettiv u effiċjenti, u t-trasparenza kif imniżżel f’dan ir-Regolament.
Artikolu 5
Prinċipji tal-unità u tal-preċiżjoni baġitarja
1. L-ebda dħul ma għandu jiġabar u l-ebda nefqa ma għandha ssir sakemm dawn ma jkunux allokati f’linja baġitarja tal-korp PPP.
2. L-ebda nefqa ma tista’ tkun impenjata jew awtprizzata lil hinn mill-appropjazzjonijiet awtorizzati mill-baġit tal-korp PPP.
3. Approprjazzjoni tista’ tkun imdaħħla fil-baġit tal-korp PPP biss jekk din tkun għal element ta’ nefqa meqjus bħala meħtieġ.
4. L-imgħaxijiet iġġenerati mill-ħlasijiet ta’ prefinanzjament magħmula mill-baġit ta’ korp PPP ma jkunux dovuti lill-korp PPP.
Artikolu 6
Prinċipju tal-annwalità
1. L-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-baġit tal-korp PPP jkunu awtorizzati għal sena finanzjarja li tkun mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru.
2. L-approprjazzjonijiet ta’ impenn ikopru l-kost totali tal-impenji legali assunti matul is-sena finanzjarja.
3. L-approprjazzjonijiet ta’ pagament jkopru l-pagamenti magħmula biex jonoraw l-impenji legali li jsiru matul is-sena finanzjarja jew fi snin finanzjarji preċedenti.
4. Għall-approprjazzjonijiet amministrattivi, in-nefqa m’għandiex teċċedi d-dħul mistenni għas-sena kif imsemmi fl-Artikolu 3(a)(i).
5. Minħabba l-ħtiġijiet tal-korp PPP, l-approprjazzjonijiet mhux użati jistgħu jiddaħħlu fl-estimi tad-dħul u n-nefqa sat-tliet snin finanzjarji li jsegwu. Dawn l-approprjazzjonijiet għandhom jintużaw l-ewwel.
6. Il-paragrafi 1 sa 5 ma jwaqqfux l-impenji tal-baġit għal azzjonijiet li jestendu għal aktar minn sena finanzjarja waħda milli jkunu maqsuma matul diversi snin fi ħlasijiet annwali biss meta l-att bażiku hekk jipprovdi jew fejn ikunu relatati man-nefqa amministrattiva.
Artikolu 7
Prinċipju tal-ekwilibriju
1. Id-dħul u l-approprjazzjonijiet ta’ pagament ikunu bbilanċjati.
2. Approprjazzjonijiet għall-impenji annwali m’għandhomx jaqbżu l-kontribuzzjoni rilevanti tal-Unjoni kif stabbilit fil-ftehim tat-trasferiment annwali tal-fondi mal-Kummissjoni, flimkien ma’ kontribuzzjonijiet annwali minn Membri oħra għajr l-Unjoni, kull dħul ieħor imsemmi fl-Artikolu 3 u l-ammont ta’ approprjazzjonijiet mhux użati msemmija fl-Artikolu 6(5).
3. Il-korp PPP ma jistgħax jidħol għal self fil-qafas tal-baġit tal-korp PPP.
4. Jekk ir-riżultat tal-baġit huwa pożittiv, dan jiddaħħal fil-baġit tas-sena finanzjarja ta’ wara bħala dħul.
Jekk ir-riżultat tal-baġit huwa negattiv, dan jiddaħħal fil-baġit tas-sena finanzjarja ta’ wara bħala approprjazzjonijiet ta’ pagament.
Artikolu 8
Prinċipju tal-unità tal-kontijiet
Il-baġit tal-korp PPP jiġi mfassal u jkun implementat f’euro u l-kontijiet jiġu ppreżentati f’euro. Madankollu, minħabba raġunijiet ta’ fluss tal-flus, l-uffiċjal tal-kontabilità jkun awtorizzat li jwettaq operazzjonijiet f’muniti oħra kif preskritt fir-regoli finanzjarji tal-korp PPP.
Artikolu 9
Prinċipju tal-universalità
1. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, id-dħul totali jkopri l-approprjazzjonijiet ta’ pagament totali. Id-dħul u n-nefqa kollha jkunu rreġistrati bis-sħiħ mingħajr ebda aġġustament kontra xulxin, suġġett għal kwalunkwe dispożizzjoni fir-regoli finanzjarji tal-korp PPP dwar każijiet fejn ċerti deduzzjonijiet jistgħu jsiru minn talbiet għal pagament, li imbagħad ikunu mgħoddija għall-pagament tal-ammont nett.
2. Id-dħul assenjat għal skop speċifiku, bħal ma huwa l-introjtu minn fondazzjonijiet, sussidji, rigali u legati, jintuża għall-finanzjament ta’ oġġetti speċifiċi ta’ nefqa.
3. Id-direttur jista’ jilqa’ kull donazzjoni li ssir lill-korp PPP, bħalma huma fondazzjonijiet, sussidji, rigali u legati.
Aċċettazzjoni ta’ donazzjonijiet li jistgħu jinvolvu tariffa finanzjarja sinifikanti jkunu suġġetti għall-awtorizzazzjoni minn qabel tal-bord ta’ tmexxija, li jrid jiddeċiedi fi żmien xahrejn mid-data li tingħatalu t-talba. Jekk il-bord ta’ tmexxija ma jiħux deċiżjoni f’dak iż-żmien, id-donazzjoni titqies milqugħa.
L-ammont li l-fuq minnu t-tariffa finanzjarja involuta hija kkunsidrata sinifikanti jiġi stabbilit b’deċiżjoni tal-bord ta’ tmexxija.
Artikolu 10
Prinċipju tal-ispeċifikazzjoni
1. L-approprjazzjonijiet ikunu assenjati għal skopijiet speċifiċi skont it-titolu u l-kapitolu.
2. Id-direttur jista’ jittrasferixxi approprjazzjonijiet minn kapitolu għal ieħor mingħajr limitu u minn titolu għal ieħor sa massimu ta’ 10 % tal-approprjazzjonijiet għas-sena murija fil-linja li minnha jsir it-trasferiment.
Lil hinn mil-limitu msemmi fl-ewwel subparagrafu, id-direttur jista’ jipproponi trasferimenti ta’ approprazzjonijiet minn titolu għal ieħor lill-bord ta’ tmexxija. Il-bord ta’ tmexxija għandu żmien ta’ tliet ġimgħat biex jopponi dawn it-trasferimenti. Wara dan il-limitu ta’ żmien, it-trasferimenti jitqiesu adottati.
Id-direttur jinforma lill-bord ta’ tmexxija kemm jista’ jkun malajr dwar it-trasferimenti kollha mwettqa taħt l-ewwel subparagrafu.
Artikolu 11
Prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba
1. L-approprjazzjonijiet ikunu użati b’konformità mal-prinċipju ta’ amministrazzjoni finanzjarja tajba, jiġifieri skont il-prinċipji tal-ekonomija, l-effiċjenza u l-effikaċja.
2. Il-prinċipju tal-ekonomija jitlob li r-riżorsi li juża l-korp PPP għall-attivitajiet tiegħu jridu jkunu disponibbli fiż-żmien dovut, fi kwantitajiet u kwalità xierqa u bl-aħjar prezz.
Il-prinċipju tal-effiċjenza jikkonċerna l-aqwa relazzjoni bejn ir-riżorsi użati u r-riżultati miksuba.
Il-prinċipju tal-effikaċja jikkonċerna l-kisba tal-objettivi speċifiċi stabbiliti u li jintlaħqu r-riżultati ppjanati.
3. Objettivi speċifiċi, li jistgħu jitkejlu, li jistgħu jinkisbu, relevanti u bi skadenza jkunu stabbiliti għas-setturi kollha tal-attività koperta bil-baġit tal-korp PPP. Il-kisba ta’ dawk l-objettivi tkun monitorjata permezz ta’ indikaturi tal-imġiba għal kull attività, u tingħata informazzjoni lill-bord ta’ tmexxija mid-Direttur kull sena u l-aktar tard fid-dokumenti li jakkompanjaw l-abbozz preliminari tal-baġit tal-korp PPP.
4. Sakemm l-istrument kostitwenti ma jipprovdix biex l-evalwazzjonijiet ikunu mwettqa mill-Kummissjoni, il-korp PPP, sabiex jittejjeb it-teħid tad-deċiżjonijiet, iwettaq evalwazzjonijiet, inklużi l-evalwazzjonijiet ex post, tal-programmi u l-attivitajiet tiegħu li jinvolvu nefqa sinifikanti u r-riżultati tal-evalwazzjoni intbagħtu lill-bord ta’ tmexxija.
Artikolu 12
Kontroll intern tal-implimentazzjoni baġitarja
1. Il-baġit tal-korp PPP jiġi implimentat skont kontroll intern effettiv u effiċjenti.
2. Għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-korp PPP, il-kontroll intern huwa definit bħala proċess applikabbli fil-livelli kollha tal-ġestjoni u mfassal biex jipprovdi assigurazzjoni raġonevoli għall-kisba tal-objettivi li ġejjin:
|
(a) |
l-effikaċja, l-effiċjenza u l-ekonomija tal-operazzjonijiet; |
|
(b) |
l-affidabilità tar-rappurtar; |
|
(c) |
is-salvagwardja tal-assi u tal-informazzjoni; |
|
(d) |
il-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u s-segwitu tal-frodi u l-irregolaritajiet; |
|
(e) |
ġestjoni adegwata tar-riskji marbutin mal-legalità u r-regolarità tat-transazzjonijiet sottostanti, b’kont meħud tal-karattru pluriennali tal-programmi kif ukoll tan-natura tal-ħlasijiet involuti. |
3. Kontroll intern effettiv u effiċjenti jkunu bbażat fuq l-aħjar prattiki internazzjonali u jinkludi b’mod partikolari, l-elementi stabbiliti fl-Artikolu 32(3) u (4) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, b’kunsiderazzjoni għall-istruttura u d-daqs tal-korp PPP, in-natura tal-kompiti fdati lilu u l-ammonti u r-riskji finanzjarji u operazzjonali involuti.
Artikolu 13
Prinċipju tat-trasparenza
1. Il-baġit tal-korp PPP jiġi stabbilit u implimentat u l-kontijiet ippreżentati b’konformità mal-prinċipju tat-trasparenza.
2. Il-baġit tal-korp PPP inkluż il-pjan ta’ stabbiliment u l-baġits emendatorji, kif adottati, inkluż kwalunkwe adattament kif previst fl-Artikolu 15(1), jiġu ppubblikati fuq is-sit tal-Internet tal-korp PPP fi żmien erba’ ġimgħat mill-adozzjoni tagħhom u jiġu trasmessi lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri.
3. Il-korp PPP jagħmel disponibbli fuq is-sit tal-Internet tiegħu sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju tas-sena finanzjarja ta’ wara, informazzjoni dwar ir-riċevituri tal-fondi li joħorġu mill-baġit tiegħu, skont il-paragrafi 2, 3 u 4 tal-Artikolu 21 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1268/2012, skont preżentazzjoni standardizzata.
Il-pubblikazzjoni tkun faċilment aċċessibbli, trasparenti u komprensiva. Din l-informazzjoni tkun disponibbli filwaqt li jkunu debitament osservati r-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità u s-sigurtà, b’mod partikolari l-ħarsien tad-dejta personali kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).
4. L-esperti ikkuntrattati skont l-Artikolu 34 ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu ppubblikati fuq website tal-Unjoni.
KAPITOLU 3
PJANIFIKAZZJONI FINANZJARJA
Artikolu 14
Estimi ta’ dħul u nfiq
1. Il-korp PPP jibgħat lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar tas-sena ta’ qabel dik li fiha l-baġit tal-korp PPP għandu jiġi implimentat estimu tad-dħul u n-nefqa tiegħu u l-linji gwida ġenerali li fuqhom ikun ibbażat dan l-estimu, flimkien mal-programm ta’ ħidma tiegħu msemmi fl-Artikolu 31(4).
2. L-estimu tad-dħul u n-nefqa tal-korp PPP jinkludi:
|
(a) |
estimu tan-numru ta’ karigi permanenti u temporanji, skont il-grupp tal-funzjoni u skont il-grad, kif ukoll tal-persunal bil-kuntratt u esperti nazzjonali ssekondati espressi f’ekwivalenti ta’ full-time, fil-limiti tal-approprjazzjonijiet tal-baġit; |
|
(b) |
f’każ ta’ varjazzjoni fl-għadd ta’ persunial, dikjarazzjoni li tiġġustifika t-talbiet għal impjiegi ġodda; |
|
(c) |
(c) estimu ta’ kull tlett xhur ta’ pagamenti bi flus u riċevuti; |
|
(d) |
informazzjoni dwar il-ksib tal-objettivi kollha li ġew stabbiliti minn qabel għall-attivitajiet varji; |
|
(e) |
il-miri stabbiliti għas-sena finanzjarja kkonċernata mill-abbozz tal-baġit, fejn jiġu indikati l-bżonnijiet baġitarji speċifiċi ddedikati biex jinkisbu dawn il-miri, |
|
(f) |
il-kostijiet amministrattivi u l-baġit implimentat tal-korp PPP fis-sena finanzjarja preċedenti; |
|
(g) |
l-ammont tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji magħmula mill-membri u l-valur tal-kontribuzzjonijiet in natura magħmula mill-membri, minbarra l-Unjoni; |
|
(h) |
informazzjoni dwar l-approprjazzjonijiet mhux użati li jiddaħħlu fl-estimi tad-dħul u n-nefqa skont is-sena skont l-Artikolu 6(5). |
Artikolu 15
Stabbiliment tal-baġit
1. Il-baġit tal-korp PPP u l-pjan tal-istabbiliment tal-persunal, inkluż l-għadd ta’ karigi permanenti u temporanji skont il-grupp tal-funzjoni u skont il-grad u kkomplementat bin-numru ta’ persunal bil-kuntratt u ta’ esperti nazzjonali ssekondati espressi f’ekwivalenti ta’ full-time, jiġu adottati mill-bord ta’ tmexxija skont l-istrument kostitwenti tal-korp PPP. Dispożizzjonijiet dettaljati jistgħu jiġu stabbiliti fir-regoli finanzjarji tal-korp PPP. Kull emenda għall-baġit tal-korp PPP, inkluż il-pjan ta’ stabbiliment, tkun is-suġġett ta’ baġit emendatorju tal-korp PPP addottat bl-istess proċedura tal-baġit inizjali tal-korp PPP. Il-baġit tal-korp PPP u, fejn xieraq, il-baġits ta’ emenda tal-korp PPP ikunu adattati sabiex jitqis l-ammont tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni kif stabbiliti fil-baġit tal-Unjoni.
2. Il-baġit tal-korp PPP jkun magħmul minn rendikont ta’ dħul u rendikont ta’ nefqa.
3. Il-baġit tal-korp PPP juri:
|
(a) |
fir-rendikont tad-dħul:
|
|
(b) |
fir-rendikont tan-nefqa:
|
4. Il-pjan ta’ stabbiliment juri, ħdejn in-numru tal-għadd ta’ impjiegi awtorizzati għas-sena finanzjarja, l-għadd tal-impjiegi awtorizzati għas-sena finanzjarja preċedenti kif ukoll in-numru ta’ impjiegi li tassew imtlew. L-istess informazzjoni tkun murija għal persunal b’kuntratt u esperti nazzjonali ssekondati.
KAPITOLU 4
ATTURI FINANZJARJI
Artikolu 16
Implimentazzjoni tal-baġit skont il-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba
1. Id-direttur jaqdi d-dmirijiet tal-uffiċjal awtorizzanti. Id-direttur gjimplimenta d-dħul u n-nefqa tal-baġit tal-korp PPP skont ir-regoli finanzjarji tal-korp PPP u l-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba taħt ir-responsabilità tiegħu jew tagħha u fil-limiti tal-approprjazzjonijiet awtorizzati. Id-Direttur ikun responsabbli mill-iżgurar li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti ta’ legalità u regolarità.
Bla ebda ħsara lejn ir-responsabbiltajiet tal-uffiċjal awtorizzanti fir-rigward tal-prevenzjoni u l-kxif ta’ frodi u irregolaritajiet, il-korp PPP jipparteċipa f’attivijtaijet ta’ prevenzjoni tal-frodi tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF).
2. Id-direttur jista’ jiddelega s-setgħat tal-implimentazzjoni tal-baġit lil persunal tal-korp PPP kopert mir-Regolamenti tal-Persunal, fejn dawk japplikaw għall-persunal tal-korp PPP, bi qbil mal-kundizzjonijiet stabbiliti fir-regoli finanzjarji tal-korp PPP. Dawk inkarigati jistgħu jaġixxu biss fil-limiti tas-setgħat mogħtija espressament lilhom.
Artikolu 17
Poteri u dmirijiet tal-uffiċjal awtorizzanti
1. Il-baġit tal-korp PPP jkun implimentat mid-direttur fid-dipartimenti taħt l-awtorità tiegħu.
2. Kompiti ta’ kompetenza teknika u kompiti amminstrattivi, preparatorji jew anċillarji li la jeħtiġu l-eżerċitazzjoni ta’ awtorita pubblika u lanqas l-użu ta’ poteri ta’ ġudizzju diskrezjonali jistgħu jingħataw b’kuntratt lil entitajiet esterni tal-qasam privat, fejn ma jistax isir mod ieħor.
3. Id-direttur, f’konformità mal-istandards minimi adottati mill-bord ta’ tmexxija u b’kunsiderazzjoni xierqa għar-riskji assoċjati mal-ambjent tal-ġestjoni u n-natura tal-azzjonijiet iffinanzjati, jistabbilixxi l-istruttura organizzattiva u s-sistemi tal-kontroll intern xierqa għat-twettiq tad-dmirijiet tiegħu. L-istabbiliment ta’ din l-istruttura u dawn is-sistemi jkun appoġġjat minn analiżi sħiħa tar-riskju, li tieħu kont tal-kosteffikaċja tagħhom.
Id-direttur jista’ jistabbilixxi fid-dipartiment tiegħu stess funzjoni ta’ kompetenza u parir maħsuba biex tgħinu jikkontrolla r-riskji involuti fl-attivitajiet tiegħu.
4. L-uffiċjal awtorizzanti jikkonserva d-dokumenti ta’ sostenn b’rabta mal-operazzjonijiet imwettqa matul perjodu ta’ ħames snin mid-data tad-deċiżjoni meta ngħatat kwittanza lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni għas-sena kkonċernata. Dejta personali li tinsab f’dokument ta’ appoġġ titħassar fejn possibbli meta dik id-dejta ma tkunx meħtieġa għal skopijiet ta’ kontroll u awditjar. Fi kwalunkwe każ, ikun rispettat l-Artikolu 37(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 f’dak li jirrigwarda l-konservazzjoni tad-dejta tat-traffiku.
Artikolu 18
Kontrolli ex ante
1. Kull operazzjoni tkun suġġetta għal mill-anqas kontroll ex ante, ibbażat fuq analiżi mhux fuq il-post tad-dokumenti u wkoll fuq ir-riżultati disponibbli tal-kontrolli diġà mwettqa, fir-rigward tal-aspetti operazzjonali u finanzjarji tal-operazzjoni.
Il-kontrolli ex ante jinkludu l-inizjazzjoni u l-verifika tal-operazzjoni.
L-inizjazzjoni u l-verifika ta’ operazzjoni ikunu funzjonijiet separati.
2. L-inizjazzjoni u ta’ operazzjoni tinftiehem bħala l-operazzjonijiet kollha li huma preparatorji għall-adozzjoni tal-atti li jimplimentaw il-baġit tal-korp PPP mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli.
3. Verifika ex ante ta’ operazzjoni tinftiehem bħala l-kontrolli ex ante kollha li jagħmel l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli sabiex jivverifika l-aspetti operazzjonali u finanzjarji tagħha.
4. Il-kontrolli ex ante jivverifikaw il-koerenza fost id-dokumenti ta’ sostenn mitluba u kwalunkwe informazzjoni disponibbli.
Il-firxa f’termini tal-frekwenza u l-intensità tal-kontrolli ex ante tiġi ddeterminata mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli billi jitqiesu konsiderazzjonijiet ibbażati fuq ir-riskji u l-kosteffikaċja. F’każ ta’ dubju, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli mill-validazzjoni tal-ħlasijiet rilevanti jitlob informazzjoni kumplimentari jew jagħmel kontroll fuq il-post sabiex jikseb assigurazzjoni raġonevoli bħala parti mill-kontroll ex ante.
L-għan tal-kontrolli ex ante huwa li jaċċertaw li:
|
(a) |
in-nefqa saret kif suppost u tikkonforma mad-dispożizzjonijiet applikabbli; |
|
(b) |
il-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba msemmi fl-Artikolu 11 ikun ġie applikat. |
Għall-iskop tal-kontrolli, jistgħu jiġu kkunsidrati serje ta’ tranżazzjonijiet individwali simili relatati man-nefqa ta’ rutina fuq is-salarji, il-pensjonijiet, ir-rimborż tal-ispejjeż tal-missjonijiet u tal-ispejjeż mediċi mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli biex imexxi operazzjoni waħda.
Artikolu 19
Kontrolli ex post
1. L-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jista’ jistabbilixxi kontrolli ex post sabiex jivverifika l-operazzjonijiet diġà approvati wara l-kontrolli ex ante. Dawn il-kontrolli jistgħu jkunu organizzati fuq bażi ta’ kampjun skont ir-riskji.
Il-kontrolli ex post jistgħu jitwettqu fuq il-bażi ta’ dokumenti u, fejn ikun xieraq, fuq il-post.
2. Il-kontrolli ex post jitwettqu minn membri tal-persunal li mhumiex dawk responsabbli għall-kontrolli ex ante. Il-persunal responsabbli għall-kontrolli ex post ma jkunux subordinati għall-membri tal-persunal responsabbli għall-kontrolli ex ante.
Il-persunal responsabbli għall-kontroll tal-ġestjoni tal-operazzjonijiet finanzjarji jkollu l-kapaċitajiet professjonali meħtieġa.
Artikolu 20
Rappurtar Annwali
L-uffiċjal awtorizzanti jirrapporta kull sena lill-bord ta’ tmexxija dwar il-qadi tad-dmirijiet tiegħu jew tagħha. Għal dan l-għan, l-uffiċjal awtorizzanti jippreżenta mhux aktar tard mill-15 ta’ Frar tas-sena finanzjarja ta’ wara lill-bord ta’ tmexxija u lill-Kummissjoni:
|
(a) |
rapport dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma annwali tal-PPP, baġit tal-korp PPP u riżorsi umani; |
|
(b) |
il-kontijiet proviżorji tal-korp PPP, inkluż ir-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja msemmija fl-Artikolu 39; |
|
(c) |
dikjarazzjoni ta’ ġestjoni li tiddikjara li, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f’xi riserva, l-uffiċjal awtorizzanti għandu assigurazzjoni raġonevoli li:
|
|
(d) |
taqsira tar-rapporti finali tal-awditjar u tal-kontrolli kollha mwettqa, inkluża analiżi tan-natura u tal-portata tal-iżbalji u tan-nuqqasijiet identifikati fis-sistemi, u wkoll l-azzjoni korrettiva meħuda jew ippjanata. |
Ir-rapport jindika r-riżultati tal-operazzjonijiet b’referenza għall-objettivi stabbiliti, ir-riskji assoċjati ma’ dawn l-operazzjonijiet, l-użu li jkun sar mir-riżorsi pprovduti u l-effiċjenza u l-effikaċja tas-sistemi ta’ kontroll intern u jkun proporzjonat għall-kompiti fdati u l-ammonti involuti.
Sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju ta’ kull sena, id-dokumenti msemmija taħt il-punti c) u d) tal-ewwel paragrafu u l-valutazzjoni tagħhom mill-bord ta’ tmexxija, ir-rapport ta’ attività annwali u l-kontijiet finali flimkien mal-approvazzjoni tagħhom mill-bord ta’ tmexxija skont l-Artikolu 43(2) jintbagħtu mid-direttur lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tibgħat dawn id-dokumenti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Artikolu 21
Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni
1. Jekk membru tal-persunal, involut fil-ġestjoni finanzjarja u fil-kontroll tat-tranżazzjonijiet iqis li deċiżjoni li s-superjur tiegħu jirrikjedi minnu li japplika jew li jaqbel magħha tkun irregolari jew tmur kontra l-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja tajba jew kontra r-regoli professjonali li dak il-membru tal-persunal huwa rikjest li josserva, hu jew hi jinforma lid-direttur bil-miktub u dan iwieġeb bil-miktub. Jekk id-direttur jonqos milli jieħu azzjoni jew jikkonferma d-deċiżjoni jew l-istruzzjoni inizjali tiegħu u l-membru tal-persunal iqis li tali konferma ma tikkostitwixxix tweġiba raġonevoli għall-problema tiegħu, il-membru tal-persunal jinforma lill-bord relevanti imsemmi fl-Artikolu 23(3) bil-miktub. Il-bord imsemmi fl-Artikolu 23(3) immedjatament jinforma lill-bord ta’ tmexxija.
2. Fil-każ ta’ kwalunkwe attività illegali, frodi jew korruzzjoni li tista’ tippreġudika l-interessi tal-korp PPP jew tal-membri tiegħu, il-membru tal-persunal jinforma lill-awtoritajiet u l-korpi maħtura mil-leġislazzjoni applikabbli. Il-kuntratti mal-awdituri esterni li jwettqu awditjar tal-ġestjoni finanzjarja tal-korp PPP jipprovdu obbligu tal-awditur estern biex jinforma lill-uffiċjal awtorizzanti bi kwalunkwe suspett ta’ attività illegali, frodi jew korruzzjoni li tista’ tippreġudika l-interessi tal-korp PPP kew tal-membri tiegħu.
Artikolu 22
Uffiċjal tal-kontabilità
1. Il-bord ta’ tmexxija jaħtar uffiċjal tal-kontabilità kopert mir-Regolamenti tal-Persunal, fejn dawk japplikaw għall-persunal ta’ korp PPP, li jkun kompletament indipendenti fit-twettiq ta’ dmirijietu/ha. Ir-responsabbiltajiet tal-uffiċjal tal-kontabilità fil-korp PPP huma:
|
(a) |
l-implimentazzjoni adegwata tal-ħlasijiet, il-ġbir tad-dħul u l-irkupru tal-ammonti stabbiliti bħala riċevibbli; |
|
(b) |
il-preparazzjoni u l-preżentazzjoni tal-kontijiet skont il-Kapitolu 8; |
|
(c) |
l-implimentazzjoni, b’konformità mal-Kapitolu 8, tar-regoli tal-kontabilità u tat-tabella tal-kontijiet; |
|
(d) |
l-stabbiliment ta’ sistemi tal-kontabilità u tal-validazzjoni u, fejn xieraq, il-validazzjoni ta’ sistemi stabbiliti mill-uffiċjal awtorizzanti maħsuba biex ifornu jew jiġġustifikaw l-informazzjoni dwar il-kontijiet; f’dan ir-rigward l-uffiċjal tal-kontabilità jingħata s-setgħa biex jivverifika fi kwalunkwe żmien ir-rispett tal-kriterji ta’ validazzjoni; |
|
(e) |
amministrazzjoni tat-teżor. |
2. Żewġ korpi PPP jew aktar jistgħu jaħtru l-istess uffiċjal tal-kontabilità.
Korpi PPP jistgħu wkoll jaqblu mal-Kummissjoni li l-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni jaġixxi wkoll bħala l-uffiċjal tal-kontabilità tal-korp PPP.
Huma jistgħu wkoll jinkarigaw lill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni b’parti mill-kompiti tal-uffiċjal tal-kontabilità tal-korp PPP filwaqt li wieħed jikkunsidra l-kostbenefiċċju ta’ dan.
Fil-każ imsemmi f’dan il-paragrafu, dawn jagħmlu l-arranġamenti meħtieġa sabiex jiġi evitat kwalunkwe kunflitt ta’ interessi.
3. L-uffiċjal tal-kontabilità jikseb mingħand l-uffiċjali awtorizzanti l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-produzzjoni ta’ kontijiet li jagħtu stampa vera u ġusta tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-korp PPP u tal-implimentazzjoni tal-baġit. L-uffiċjali awtorizzanti jiggarantixxi l-affidabilità ta’ tali informazzjoni.
4. Qabel l-adozzjoni tal-kontijiet mid-Direttur, l-uffiċjal tal-kontabilità jiffirmahom u b’dan jiċċertifika li għandu assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet jippreżentaw stampa vera u ġusta tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-korp PPP.
Għal fini tal-ewwel subparagrafu, l-uffiċjal tal-kontabilità jivverifika li l-kontijiet tħejjew skont ir-regoli tal-kontabilità msemmija fl-Artikolu 38 u li d-dħul u n-nefqa kollha jkunu ddaħħlu fil-kontijiet.
L-uffiċjal tal-kontabilità jingħata l-poter sabiex jikkontrolla l-informazzjoni li tasal kif ukoll li jwettaq kwalunkwe kontroll ieħor li jqis meħtieġ sabiex jiffirma l-kontijiet.
L-uffiċjal tal-kontabilità jagħmel riżervi, jekk ikun meħtieġ, u jispjega eżattament in-natura u l-ambitu ta’ tali riżervi.
Suġġett għall-paragrafu 5, l-uffiċjal tal-kontabilità biss ikollu s-setgħa li jamministra l-flus kontanti u l-ekwivalenti għall-flus kontanti. L-uffiċjal tal-kontabilità jkun responsabbli għas-salvagwardja tagħhom.
5. L-uffiċjal tal-kontabilità jista’, fit-twettiq tad-doveri tiegħu, jiddelega ċerti kompiti lil membri tal-persunal suġġetti għar-Regolamenti tal-Persunal, fejn dawk japplikaw għall-persunal tal-korp PPP, fejn dan ikun indispensabbli għall-qadi ta’ dmirijietu jew dmirijietha f’konformità mar-regoli finanzjarji tal-korp PPP.
6. Mingħajr preġudizzju għal azzjoni dixxiplinari, l-uffiċjali tal-kontabilità jista’, f’kull żmien, jissospendi lill-uffiċjal tal-kontabilità milli jaqdi dmirijietu jew dmirijietha temporanjament jew għal kollox. F’każ bħal dan, il-bord ta’ tmexxija jaħtar uffiċjal interim tal-kontabilità.
Artikolu 23
Ir-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji
1. L-Artikoli 16 sa 25 huma bla ħsara għal kwalunkwe responsabilità taħt il-liġi kriminali, li l-atturi finanzjarji jistgħu jeħlu kif previst fid-dritt nazzjonali applikabbli u fid-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni li tinvolvi uffiċjali tal-Unjoni jew uffiċjali tal-Istati Membri.
2. Kull uffiċjal awtorizzanti u uffiċjal tal-kontabilità huwa suġġett għal azzjoni dixxiplinarja u għall-ħlas ta’ kumpens kif previst fir-Regolamenti tal-Persunal. Fil-każ ta’ attività illegali, frodi jew korruzzjoni li jistgħu jkunu ta’ ħsara għall-interessi tal-korp PPP, il-kwistjoni tkun ippreżentata lill-awtoritajiet u lill-korpi nnominati bil-leġislazzjoni applikabbli, partikolarment lill-OLAF.
3. Il-bord speċjalizzat fl-irregolaritajiet finanzjarji stabbilit mill-Kummissjoni jew li fih il-Kummissjoni tieħu sehem skont l-Artikolu 73(6) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, jeżerċita l-istess setgħat fir-rigward tal-korp PPP kif huwa jagħmel fir-rigward tad-dipartimenti tal-Kummissjoni, sakemm il-bord ta’ ymexxija ma jiddeċiedix li jwaqqaf bord funzjonalment indipendenti, jew li jipparteċipa f’bord konġunt imwaqqaf minn diversi korpi. Għal każijiet ippreżentati mill-korpi PPP, il-bord speċjalizzat fl-irregolaritajiet finanzjarji mwaqqaf mill-Kummissjoni jew li fih tipparteċipa l-Kummissjoni jinkludi membru wieħed tal-persunal ta’ korp PPP.
Fuq il-bażi tal-opinjoni ta’ dan il-bord imsemmi fl-ewwel subparagrafu, id-direttur jiddeċiedi jekk jagħtix bidu għal proċedimenti għal azzjoni dixxiplinari jew għal ħlas ta’ kumpens. Jekk il-bord jintebaħ bi problemi sistemiċi, dan jibgħat rapport b’rakkomandazzjonijiet lill-uffiċjal awtorizzanti. Jekk din l-opinjoni timplika lid-direttur, il-bord jibgħatha lill-bord ta’ tmexxija u lill-awditur intern tal-Kummissjoni. Id-direttur jirreferi, f’forma anonima, għall-opinjonijiet tal-bord fir-rapport tiegħu jew tagħha skont l-Artikolu 20 u jindika l-miżuri ta’ segwitu meħuda.
4. Kull membru tal-persunal jista’ jintalab jagħmel tajjeb għad-dannu, kollu jew parti minnu, li jkun sofra l-korp PPP minħabba mġiba serjament ħażina min-naħa tiegħu waqt il-qadi ta’ dmirijietu jew dmirijietha jew f’konnessjoni mal-qadi ta’ dmirijietu jew dmirijietha. L-awtorita tal-ħatra tieħu deċiżjoni motivata wara li twettaq il-formalitajiet preskritti mil-leġislazzjoni applikabbli rigward kwistjonijiet dixxiplinari.
Artikolu 24
Kunflitti ta’ interessi
1. L-atturi finanzjarji fi ħdan it-tifsira tal-Artikoli 16 sa 25 u persuni oħra involuti fl-implimentazzjoni u l-ġestjoni baġitarja, inklużi l-atti preparatorji tagħhom, l-awditjar jew il-kontroll ma jieħdu ebda azzjoni li tista’ ġġib l-interessi tagħhom f’kunflitt ma’ dawk tal-korp PPP.
Fejn jeżisti tali riskju, il-persuna inkwistjoni tieqaf minn tali azzjonijiet u tirreferi l-kwistjoni lid-direttur li jikkonferma bil-miktub jekk jeżistix kunflitt ta’ interess. Il-persuna inkwistjoni tinforma wkoll lis-superjur ġerarkiku tagħha. Jekk l-attur ikun id-direttur, hu jew hi jirreferi/tirreferi l-kwistjoni lill-bord ta’ tmexxija.
Meta jinstab li jeżisti kunflitt ta’ interess, il-persuna inkwistjoni twaqqaf l-attivitajiet kollha tagħha fil-kwistjoni. Id-direttur jew il-bord ta’ tmexxija, fil-każ tad-direttur, jieħu kwalunkwe azzjoni ulterjuri xierqa.
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, ikun jeżisti kunflitt ta’ interessi fejn l-eżerċizzju imparzjali u oġġettiv tal-funzjonijiet ta’ attur finanzjarju jew ta’ persuna oħra, kif jissemma fil-paragrafu 1, ikun kompromess għal raġunijiet li jinvolvu l-familja, il-ħajja emozzjonali, l-affinità politika jew nazzjonali, l-interess ekonomiku jew kwalunkwe interess ieħor kondiviż mal-benefiċjarju.
Artikolu 25
Segregazzjoni tad-dmirijiet
Id-dmirijiet tal-uffiċjal awtorizzanti u tal-uffiċjal tal-kontabilità jkunu segregati u reċiprokament esklussivi.
KAPITOLU 5
AWDITJAR INTERN
Artikolu 26
Poteri u dmirijiet tal-awditur intern
1. Il-korp PPP ikollu funzjoni ta’ awditjar intern li trid issir skont l-istandards internazzjonali relevanti.
2. Il-funzjoni ta’ awditjar intern titwettaq mill-awditur intern tal-Kummissjoni. L-awditur intern la jista’ jkun uffiċjal awtorizzanti u lanqas uffiċjal tal-kontabilità.
3. L-awditur intern jagħti pariri lill-korp PPP dwar kif jitrattaw ir-riskji, billi jagħti opinjonijiet indipendenti fuq il-kwalità tas-sistemi ta’ tmexxija u ta’ kontroll u billi joħroġ rakkomandazzjonijiet biex jirranġaw il-kundizzjonijiet ta’ implimentazzjoni tal-operazzjonijiet u jġibu ’l quddiem ġestjoni finanzjarja tajba.
L-awditur intern ikun responsabbli partikolarment għal:
|
(a) |
il-valutazzjoni tal-idoneità u l-effikaċja tas-sistemi interni ta’ ġestjoni u l-prestazzjoni tad-dipartimenti fil-programmi u l-azzjonijiet implimentattivi b’referenza għar-riskji marbuta magħhom; |
|
(b) |
il-valutazzjoni tal-effiċjenza u l-effikaċja tas-sistemi interni ta’ kontroll u tal-awditjar applikabbli għal kull operazzjoni ta’ implimentazzjoni baġitarja. |
4. L-awditur intern iwettaq id-doveri tiegħu jew tagħha fir-rigward tal-attivitajiet kollha tal-korp PPP u d-dipartimenti kollha tiegħu. L-awditur intern igawdi minn aċċess sħiħ u mingħajr limitu għall-informazzjoni kollha meħtieġa biex iwettaq id-doveri tiegħu jew tagħha.
5. L-awditur intern jieħu nota tar-rapport annwali tal-uffiċjali awtorizzanti taħt l-Artikolu 20 u ta’ kwalunkwe biċċa informazzjoni oħra identifikata.
6. L-awditur intern j/tirraporta lill-bord ta’ tmexxija u lid-direttur fuq is-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu/tagħha.
L-awditur intern jirrapporta wkoll fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:
|
— |
riskji u rakkomandazzjonijiet kritiċi ma ġewx indirizzati, |
|
— |
hemm dewmien sinifikanti fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet magħmula fis-snin ta’ qabel. |
Il-bord ta’ tmexxija u d-direttur jiżguraw il-monitoraġġ regolari tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-awditu. Il-bord ta’ tmexxija jeżamina l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 20 u jekk ir-rakkomandazzjonijiet ġewx implimentati kompletament u fil-ħin.
7. Il-korp PPP jagħmel disponibbli d-dettalji ta’ kuntatt tal-awditur intern għal kull persuna fiżika jew ġuridika involuta f’operazzjonijiet ta’ nefqa, għall-iskopijiet ta’ kuntatt kunfidenzjali mal-awditur intern.
8. Ir-rapporti u r-riżultati tal-awditur intern ikunu aċċessibbli lill-pubbliku biss wara validazzjoni mill-awditur intern tal-azzjoni meħuda għall-implimentazzjoni tagħhom.
Artikolu 27
Indipendenza tal-awditur intern
L-indipendenza tal-awditur intern, ir-responsabilità tal-awditur intern għall-azzjoni meħuda fit-twettiq ta’ dmirijietu jew dmirijietha u d-dritt tal-awditur intern li jressaq azzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tiġi stabbilita skont l-Artikolu 100 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.
Artikolu 28
Stabbiliment ta’ kapaċità ta’ verifika internay
1. Il-bord ta’ tmexxija jista’ jistabbilixxi b’konsiderazzjoni xierqa għal kostefikaċja u l-valur miżjud, kapaċità ta’ awditjar intern, li twettaq id-dmirijiet tagħha f’konformità mal-istandards internazzjonali rilevanti.
L-għan, l-awtorità u r-responsabilità tal-kapaċità ta’ awditjar internjkun hemm provvediment għalihom fil-karta tal-awditjar intern u jkun suġġett għall-approvazzjoni tal-bord ta’ tmexxija.
Il-pjan annwali tal-awditjar ta’ kapaċità ta’ awditjar intern jiġi mfassal mill-Kap ta’ kapaċità tal-awditjar intern li jqis inter alia l-valutazzjoni tar-riskju tad-direttur fil-korp PPP.
Huwa jiġi rivedut u approvat mill-bord ta’ tmexxija.
L-awditur intern jirraporta lill-bord ta’ tmexxija u lid-direttur fuq is-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu/tagħha.
Jekk il-kapaċità tal-awditjar intern ta’ korp waħdieni PPP ma tkunx kosteffettiva jew ma tkunx tista’ tilħaq standards internazzjonali, il-korp PPP jista’ jiddeċiedi li jikkondividi kapaċità ta’ awditjar intern ma’ korpi oħra PPP li jaħdmu fl-istess qasam ta’ politika.
F’dawn il-każijiet il-bord ta’ tmexxija tal-korpi PPP ikkonċernati jaqblu dwar il-modalitajiet prattiċi tal-kapaċitajiet kondiviżi ta’ awditjar intern.
L-atturi tal-awditjar intern jikkooperaw effiċjentement billi jiskambjaw informazzjoni u rapporti tal-awditjar u, fejn xieraq, jistabbilixxu valutazzjonijiet tar-riskju konġunti u jwettqu awditi konġunti.
2. Il-bord ta’ tmexxija u d-direttur jiżguraw il-monitoraġġ regolari tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal kapaċità tal-awditjar intern
KAPITOLU 6
OPERAZZJONIJIET TA’ DĦUL U NFIQ
Artikolu 29
Implimentazzjoni tad-dħul
1. L-implimentazzjoni tad-dħul tinkludi l-preparazzjoni tal-estimi tal-ammonti riċevibbli, l-istabbiliment tal-intitolamenti li għandhom jiġu rkuprati u l-irkupru ta’ ammonti mhux dovuti. Hija tinkludi wkoll il-possibilità li jitwarrbu intitolament stabbiliti, fejn xieraq.
2. L-ammonti li jitħallsu bi żball jiġu rkuprati.
Jekk l-irkupru effettiv ma jseħħx fl-iskadenza prevista fin-nota tad-debitu, l-uffiċjal tal-kontabilità jgħarraf lill-uffiċjal awtorizzanti kompetenti u jniedi minnufih il-proċedura tal-irkupru bi kwalunkwe mezz legali, inkluż, jekk ikun il-każ, permezz ta’ kumpens, u jekk dan ma jkunx jistax isir, permezz ta’ infurzar.
Fejn l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jkun qiegħed jippjana li jirrinunzja bi sħiħ jew parzjalment għal għal irkupru ta’ xi ammont riċevibbli stabbilit, huwa għandu jiżgura li r-rinunzja ssir sewwa u li tkun konformi mal-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba u tal-proporzjonalità. Id-deċiżjoni ta’ rinunzja tiġi ssostanzjata. Id-deċiżjoni ta’ rinunzja tiddikjara li ttieħdet azzjoni biex isir l-irkupru u l-punti ta’ dritt u ta’ fatt li fuqhom tkun ibbażata.
L-uffiċjal tal-kontabilità jżomm lista ta’ ammonti li għandhom ikunu rkuprati. L-intitolamenti tal-korp PPP jinġabru flimkien fil-lista skont id-data tal-ħruġ tal-ordni ta’ rkupru. L-uffiċjal tal-kontabilità jindika d-deċiżjonijiet li jirrinunzja jew li jirrinunzja parzjalment għall-irkupru ta’ ammonti stabbiliti. Il-lista tiżdied mar-rapport tal-korp PPP dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja.
3. Kwalunkwe debitu mhux mħallas lura sad-data stipulata fin-nota ta’ debitu jwassal għal imgħax skont ir-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 1268/2012.
4. L-intitolamenti tal-korp PPP fir-rigward ta’ partijiet terzi u l-intitolamenti ta’ partijiet terzi fir-rigward tal-korp PPP ikunu suġġetti għal terminu ta’ limitazzjoni ta’ ħames snin.
Artikolu 30
Kontribut tal-membri
1. Il-korp PPP jippreżenta lill-membri tiegħu talbiet għall-ħlas tal-kontribuzzjoni kollha jew parti tal-kontribuzjoni tagħhom skont it-termini u fl-intervalli stabbiliti jew miftiehma fl-istrument kostitwenti.
2. Il-fondi mħallsa lill-korp PPP mill-Membri tiegħu permezz ta’ kontribuzzjoni jwasslu għal imgħax għall-benefiċċju tal-baġit tal-korp PPP.
Artikolu 31
Implimentazzjoni tan-nefqa
1. Biex tiġi implimentata n-nefqa, l-uffiċjal awtorizzanti jagħmel impenji baġitarji u impenji ġuridiċi, jivvalida n-nefqa u jawtorizza l-ħlasijiet u jieħu f’idejh passi preliminari għall-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet.
2. Kull element tan-nefqa jiġi impenjat, validat, awtorizzat u mħallas.
Il-validazzjoni tan-nefqa hija l-att li bih l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jikkonferma operazzjoni finanzjarja.
L-awtorizzazzjoni tan-nefqa hija l-att li bih l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli, wara li jkun ivverifika li l-approprjazzjonijiet ikunu disponibbli, jagħti struzzjoni lill-uffiċjal tal-kontabilità sabiex iħallas nefqa vvalidata.
3. Fir-rigward ta’ kwalunkwe miżura li tista’ tistabbilixxi nefqa addebitabbli lill-baġit tal-korp PPP, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli l-ewwel jagħmel impenn tal-baġit qabel ma’ jidħol għal impenn ġuridiku ma’ partijiet terzi.
4. Il-programm tax-xogħol annwali korp tal-PPP għandu jipprovdi l-awtorizzazzjoni mill-Bord tat-Tmexxija għal in-nefqa operattiva korp tal-PPP dwar l-attivitajiet li jkopri, sakemm l-elementi msemmija f’dan il-paragrafu huma identifikati b’mod ċar.
Il-programm ta’ ħidma annwali jinkludi objettivi dettaljati u r-riżultati mistennija inklużi indikaturi tal-prestazzjoni. Huwa jinkludi wkoll deskrizzjoni tal-azzjonijiet li jridu jiġu ffinanzjati u indikazzjoni tal-ammont allokat għal kull azzjoni.
Kwalunkwe emenda sostanzjali fil-programm ta’ ħidma annwali tkun addottata bl-istess proċedura bħall-programm ta’ ħidma inizjali, skont id-dispożizzjonijiet tal-istrument kostitwenti.
Il-bord ta’ tmexxija jista’ jiddelega s-setgħa li jagħmel emendi mhux sostanzjali fil-programm ta’ ħidma lill-uffiċjal awtorizzanti tal-korp PPP.
Artikolu 32
Limiti taż-żmien
Il-ħlas ta’ nefqa jsir fil-limiti ta’ żmien speċifikati fi, u skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 1268/2012.
KAPITOLU 7
IMPLIMENTAZZJONI TAL-BAĠIT TAL-KORP PPP
Artikolu 33
Akkwist
1. Fir-rigward tal-akkwisti, it-Titolu V tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u r-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 1268/2012 japplikaw bla ħsara għall-paragrafi 3 sa 6 ta’ dan l-Artikolu.
2. Il-korp PPP jipparteċipa fid-dejtabejż ċentrali tal-esklużjoni stabbilita u operata mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 108 tar-Regolament Finanzjarju ġenerali.
3. Għal kuntratti b’valur ta’ bejn EUR 60 000 u l-limiti stabbiliti fl-Artikolu 118 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 il-proċedura stipulata fir-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 1268/2012 għal kuntratti b’valur baxx li ma jaqbżux EUR 60 000 tista’ tintuża.
4. Il-korp PPP jista’ jkun assoċjat, fuq talba tiegħu, bħala awtorità kontraenti, fl-għoti ta’ kuntratti tal-Kummissjoni jew kuntratti interistituzzjonali u fl-għoti ta’ kuntratti ta’ entitajiet tal-Unjoni jew PPP oħrajn.
5. Il-korp PPP jista’ jikkonkludi kuntratt, mingħajr ma jirrikorri għal proċedura ta’ akkwist pubbliku, mal-Kummissjoni, l-uffiċċji interistituzzjonali, iċ-Ċentru ta’ Traduzzjoni għall-korpi tal-Unjoni Ewropea stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2965/94 (5) u mal-korpi PPP oħra għall-provvista ta’ oġġetti, jew ta’ servizzi jew għat-twettiq ta’ xogħol li jipprovdu dawn tal-aħħar.
Għalhekk il-korpi PPP jistgħu jikkonkludu kuntratt, mingħajr ma jkun hemm rikors għal proċedura ta’ akkwist, mal-membri tagħhom minbarra l-Unjoni għall-provvista ta’ oġetti, ta’ servizzi jew għat-twettiq ta’ xogħol li dawk il-membri jipprovdu direttament mingħajr rikors għal partijiet terzi.
L-oġġetti, servizzi jew xogħol ipprovduti taħt l-ewwel u t-tieni subparagrafi ma jitqiesux bħala parti mill-kontribuzzjoni tal-membri għall-baġit tal-korp PPP.
6. Il-korp PPP jista’ juża proċeduri konġunti ta’ akkwist pubblikumal-awtoritajiet kontraenti tal-Istat Membru ospitanti sabiex ikopri l-ħtiġijiet amministrattivi jew ma’ awtoritajiet kontraenti tal-Istati Membri, l-Istati tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) jew pajjiżi kandidati tal-Unjoni li jipparteċipaw fih bħala membri. F’każijiet bħal dawn, l-Artikolu 133 tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 1268/2012 japplika mutatis mutandis.
Il-korp PPP jista’ juża proċeduri konġunti ta’ akkwist pubbliku mal-membri privati tiegħu jew ma’ awtoritajiet kontraenti ta’ pajjiżi li qed jipparteċipa fil-programmi tal-Unjoni li jipparteċipaw fih bħala membri. F’każijiet bħal dawn, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 133 tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 1268/2012 japplika mutatis mutandis.
Artikolu 34
Esperti
L-Artikolu 287 tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 1268/2012 japplika mutatis mutandis għall-għażla ta’ esperti soġġetti għal kwalunkwe proċedura speċifika stabbilita fl-att bażiku tal-programm ta’ implimentazzjoni li hija fdata lill-korp PPP. Tali esperti jitħallsu fuq il-bażi ta’ ammont fiss imħabbar minn qabel u jintgħażlu fuq il-bażi tal-kapaċità professjonali tagħhom.
Il-korp PPP jista’ juża l-listi ta’ esperti mħejjija mill-Kummissjoni jew minn korpi oħra tal-Unjoni jew PPP.
Il-korp PPP jista’, jekk jitqies xieraq u f’każijiet debitament iġġustifikati, jagħżel kwalunkwe individwu bil-ħiliet xierqa li ma jkunx fil-listi.
L-esperti esterni jintgħażlu abbażi ta’ ħiliet, esperjenza u għarfien xierqa biex iwettqu l-kompiti assenjati lilhom u skont il-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni, trattament indaqs u assenza ta’ kunflitt ta’ interessi.
Artikolu 35
Għotjiet
Fir-rigward ta’ għotjiet, it-Titolu VI tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u r-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 1268/2012 japplikaw suġġetti għal dispożizzjonijiet speċifiċi tal-istrument kostitwenti.
Artikolu 36
Premijiet
1. Fir-rigward tal-premijiet, it-Titolu VII tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u r-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1268/2012 japplikaw bla ħsara għall-paragrafi 2 ta’ dan l-Artikolu.
2. Il-kompetizzjonijiet għall-premjijiet b’valur unitarju ta’ EUR 1 000 000 jew aktar jistgħu jkunu ppubblikati biss jekk ikunu ġew previsti fl-abbozz tal-programm ta’ ħidma imsemmi fl-Artikolu 14(1).
Artikolu 37
Indikazzjoni ta’ mezzi ta’ rimedju
1. Meta att proċedurali ta’ uffiċjal awtorizzanti jolqot b’mod negattiv id-drittijiet ta’ applikant jew ta’ offerent, benefiċjarju jew kuntrattur, huwa jkun fih indikazzjoni tal-mezzi disponibbli ta’ rimedju amministrattiv u/jew ġudizzjarju għall-kontestazzjoni ta’ dan l-att.
2. B’mod partikolari, in-natura tar-rimedju, l-entità jew l-entitajiet lil min jista’ jitressaq kif ukoll il-limiti taż-żmien għall-eżerċizzju tagħhom ikunu indikati.
3. Il-paragrafi 1 u 2 ikunu suġġetti għal kwalunkwe proċedura speċifika stipulata fl-atti bażiċi tal-programm li l-implimentazzjoni tagħhom hija fdata lil korp PPP.
KAPITOLU 8
KONTABILITÀ
Artikolu 38
Regoli dwar il-kontabilità
Il-korp PPP jistabbilixxi sistema ta’ kontabilità li tipprovdi informazzjoni akkurata, sħiħa u affidabbli f’waqtha.
Il-kontabbiltà tal-korp PPP tkun konformi mar-regoli tal-kontabilità msemmija fl-Artikolu 143 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.
Artikolu 39
Struttura tal-kontabilità
Il-kontijiet tal-korp PPP jinkludu:
|
(a) |
ir-rendikonti finanzjarji tal-korp PPP; |
|
(b) |
ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni baġitarja tal-korp PPP (rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja). |
Il-korp PPP iħejji rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja tas-sena finanzjarja. Ir-rapport jagħti rendikont, kemm f’termini assoluti u espressi bħala perċentwali, mill-anqas, tar-rata implimentattiva tal-approprjazzjonijiet flimkien ma’ informazzjoni fil-qosor dwar it-trasferimenti ta’ approprjazzjonijiet bejn id-diversi elementi tal-baġit.
Fejn il-kontijiet tal-korp PPP jiġu kkonsolidati f’konformità mar-regoli tal-kontabilità msemmija fl-Artikolu 143 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, il-korp PPP jibgħat ir-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu tas-sena finanzjarja ta’ wara.
Artikolu 40
Prinċipji tal-kontabilità
Id-dikjarazzjonijiet finanzjarji jippreżentaw l-informazzjoni, inkluża informazzjoni dwar il-politiki tal-kontabilità, b’mod li jiġi żgurat li tkun relevanti, affidabbli, komparabbli u li tista’ tinftiehem. Ir-rendikonti finanzjarji itfasslu f’konformità mal-prinċipji tal-kontabilità ġeneralment aċċettati kif deskritti fir-regoli tal-kontabilità skont l-Artikolu 143 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 jew fuq l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità għas-Settur Pubbliku bbażati fuq id-dovuti (minn hawn ’il quddiem “IPSAS”).
Artikolu 41
Dikjarazzjonijiet finanzjarji
1. Id-dikjarazzjonijiet finanzjarji jiġu ppreżentati f’euro u jinkludu:
|
(a) |
il-karta tal-bilanċ u rendikont tar-riżultat finanzjarju, li jirrappreżentaw l-assi u l-obbligazzjonijiet kollha u s-sitwazzjoni finanzjarja u r-riżultat ekonomiku fil-31 ta’ Diċembru tas-sena preċedenti; dawn ikunu ppreżentati b’konformità mar-regoli tal-kontabilità msemmija fl-Artikolu 143 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 jew IPSAS bbażata fuq id-dovuti; |
|
(b) |
ir-rendikont tal-fluss tal-flus li juri l-ammonti miġbura u żbursati matul is-sena u l-pożizzjoni finali tat-teżor; |
|
(c) |
ir-rendikont tal-bidliet fl-assi netti li jippreżenta ħarsa ġenerali taċ-ċaqliq matul is-sena fir-riżervi u r-riżultati akkumulati. |
2. In-noti annessi mar-rendikonti finanzjarji jissuplimentaw lil u jikkumentaw dwar it-tagħrif mogħti fir-rendikonti msemmijin fil-paragrafu 1 u jagħtu l-informazzjoni addizjonali l-ħra kollha preskritta minn prattiċi li jkunu aċċettati internazzjonalment, meta tali informazzjoni jkollha x’taqsam mal-attivitajiet tal-korp PPP.
Artikolu 42
Rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit
Ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni baġitarja jkunu ppreżentati f’euro. Huma jinkludu:
|
(a) |
rapporti li jaggregaw l-operazzjonijiet baġitarji kollha għas-sena f’termini ta’ dħul u nefqa; |
|
(b) |
noti ta’ spjegazzjoni, li jissupplimentaw u jikkummentaw fuq l-informazzjoni mogħtija fir-rapporti. |
L-istruttura tar-rapporti dwar l-implimentazzjoni baġitarja tkun l-istess bħal dik tal-baġit innifsu.
Artikolu 43
Kontijiet provviżorji u l-approvazzjoni tal-kontijiet finali
1. Fejn il-kontijiet tal-korp PPP għandhom jiġu kkonsolidati f’konformità mar-regoli tal-kontabilità msemmija fl-Artikolu 143 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, l-uffiċjali tal-kontabilità tal-korp PPP ibgħat il-kontijiet proviżorji lill-Qorti tal-Awdituri sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Frar tas-sena finanzjarja ta’ wara.
Fil-każ imsemmi fl-ewwel subparagfrafu, l-uffiċjali tal-kontabilità tal-korp PPP sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Frar tas-sena ta’ wara jibgħat ukoll pakkett ta’ rapporti lill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni, f’format standardizat kif stabbilit mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni għall-finijiet tal-konsolidazzjoni.
2. L-uffiċjal tal-kontabilità jfassal il-kontijiet finali tal-korp PPP. Id-Direttur jibgħathom sal-15 ta’ Marzu, flimkien mal-opinjoni tal-awditur estern imsemmi fl-Artikolu 46, lill-bord ta’ tmexxija għall-approvazzjoni.
Fejn il-kontijiet tal-korp PPP huma meħtieġa jiġu kkonsolidati f’konformità mar-regoli tal-kontabilità msemmija fl-Artikolu 143 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, l-uffiċjal tal-kontabilità jibgħat il-kontijiet finali, flimkien mal-opinjoni tal-awditur estern imsemmi fl-Artikolu 46 u l-approvazzjoni tal-bord ta’ tmexxija lill-Qorti tal-Awdituri, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju tas-sena finanzjarja ta’ wara. F’tali każ l-uffiċjal tal-kontabilità tal-korp PPP sal-1 ta’ Lulju jibgħat ukoll pakkett ta’ rapporti lill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni f’format standardizzat kif stabbilit mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni għall-finijiet tal-konsolidazzjoni.
Fejn il-kontijiet tal-korp PPP għandhom jiġu kkonsolidati f’konformità mar-regoli tal-kontabilità msemmija fl-Artikolu 143 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, l-uffiċjal tal-kontabilità tal-korp PPP wkoll jibgħat lill-Qorti tal-Awdituri, b’kopja lill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni, fl-istess data tat-trażmissjoni tal-kontijiet finali, ittra ta’ rappreżentazzjoni li tkopri dawn il-kontijiet finali.
Il-kontijiet finali jkunu akkumpanjati minn nota mfassla mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni, li fiha dan tal-aħħar jiddikjara li l-kontijiet finali ġew imħejjija skont dan il-kapitolu u skont il-prinċipji, ir-regoli u l-metodi tal-kontabilità applikabbli.
Il-kontijiet finali approvati tal-korp PPP jiġu ppubblikati fuq is-sit tal-Internet tiegħu fi żmien xahar mill-approvazzjoni tagħhom.
Artikolu 44
Sistema tal-kontabilità
1. Fejn il-kontijiet tal-korp PPP huma meħtieġa jiġu kkonsolidati f’konformità mar-regoli tal-kontabilità msemmija fl-Artikolu 143 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, il-pjan armonizzat tal-kontjiet li għandu jiġi applikat mill-korp PPP jiġi adottat mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 152 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.
2. Il-sistema tal-kontijiet tikkonsisti fil-kontijiet ġenerali u l-kontijiet baġitarji. Dawn iż-żewġ kontijiet jinżammu f’euro fuq il-bażi tas-sena kalendarja.
3. Il-kontijiet ġenerali iżommu, b’ordni kronoloġika u bil-metodu tal-partita doppja, l-eventi u l-operazzjonijiet kollha li jolqtu l-qagħda ekonomika u finanzjarja u l-assi u l-obbligazzjonijiet tal-korp PPP.
4. Il-kontijiet baġitarji jipprovdu rekord dettaljat tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-korp PPP. Huma jirreġistraw l-operazzjonijiet baġitarji kollha tad-dħul u n-nefqa.
Artikolu 45
Inventarji
Il-korp PPP iżomm inventarji li juru l-kwantità u l-valur tal-assi kollha tanġibbli, intanġibbli u assi finanzjarji li jikkostitwixxu proprjetà tiegħu jew tal-Unjoni. Fejn il-kontijiet tal-korp PPP jiġu kkonsolidati f’konformità mar-regoli tal-kontabilità msemmija fl-Artikolu 143 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, l-uffiċjali tal-kontabilità tal-korp PPP iżomm l-inventarji skont mudell imfassal mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni. Il-korp PPP jikkontrolla li l-annotazzjonijiet fl-inventarju jaqblu mal-qagħda veru.
KAPITOLU 9
VERIFIKA ESTERNA U L-ĠLIEDA KONTRA L-FRODI
Artikolu 46
Awditjar estern
Il-korp PPP ikun suġġett għal awditjar indipendenti estern, imwettaq skont l-istandards tal-awditjar aċċettati internazzjonalment minn korp tal-awditjar indipendenti. L-opinjoni tal-awditur estern tistabbilixxi jekk il-kontijiet jagħtux stampa vera u ġusta, jekk is-sistemi ta’ kontroll stabbiliti jaħdmux sewwa, u jekk it-tranżazzjonijiet sottostanti humiex legali u regolari. L-opinjoni tiddikjara wkoll jekk ix-xogħol tal-awditjar iqajjimx dubju dwar l-affermazzjonijiet li saru fid-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni msemmija fl-Artikolu 20. L-opinjoni tiġi sottomessa lill-bord ta’ tmexxija. Din tintbagħat lill-Kummissjoni flimkien mal-kontijiet finali tal-korp PPP sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Marzu.
Artikolu 47
Eżaminazzjoni tal-Awditjar estern mill-Qorti tal-Awdituri
1. Sakemm ma jkunx diversament previst fl-istrument kostitwenti tal-korp PPP, il-Qorti tal-Awdituri tiskrutinizza l-kontijiet tal-korp PPP skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Fl-eżami tagħha, il-Qorti tal-Awdituri tista’ tikkunsidra x-xogħol ta’ awditjar imwettaq mill-awditur indipendenti estern imsemmi fl-Artikolu 46 ta’ dan ir-Regolament u l-azzjoni meħuda bi tweġiba għas-sejbiet tiegħu jew tagħha.
2. L-iskrutinju mwettaq mill-Qorti tal-Awdituri jkun irregolat bl-Artikoli 158 sa 163 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 966/2012.
Artikolu 48
Kontrolli fuq il-post mill-Kummissjoni, il-Qorti tal-Awdituri u l-OLAF
1. Bla ħsara għall-Artikolu 47(1), il-korp PPP jagħti lill-persunal tal-Kummissjoni u kwalunkwe persuni oħra awtorizzati minnha, kif ukoll lill-Qorti tal-Awdituri, aċċess għas-siti u l-bini tiegħu u għall-informazzjoni kollha, inkluż informazzjoni f’forma elettronika, meħtieġa sabiex iwettqu l-awditi tagħhom.
2. L-OLAF jista’ jwettaq investigazzjonijiet, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, skont id-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 (6) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 (7) bil-għan li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b’rabta ma’ għotja jew kuntratt iffinanzjati mill-korp PPP.
3. Bla ħsara għall-paragrafi 1 u 2, kuntratti, ftehimiet u deċiżjonijiet tal-korp PPP jinkludu dispożizzjonijiet espressament li jagħtu s-setgħa lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u lill-OLAF biex jitwettqu tali awditi u investigazzjonijiet, skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom.
KAPITOLU 10
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI U TRANŻITORJI
Artikolu 49
Talbiet għall-informazzjoni
Il-Kummissjoni u l-membri tal-korp PPP minbarra l-Unjoni jistgħu jitlobu kull informazzjoni jew spjegazzjoni neċessarja mill-korp PPP rigward materji baġitarji fi ħdan l-oqsma tal-kompetenza tagħhom.
Artikolu 50
Adozzjoni tar-regoli finanzjarji tal-korp PPP
Kull korp imsemmi fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 jadotta regoli finanzjarji ġodda fid-dawl tad-dħul fis-seħħ tiegħu fl-1 ta’ Jannar 2014 jew, fi kwalunkwe każ, fi żmien disa’ xhur mid-data li fiha korp PPP jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 209 ta’ dak ir-Regolament.
Artikolu 51
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Settembru 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-estmi ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1).
(3) Ir-Regolament Iddelegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, (ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1).
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwi rigward l-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u korpi tal-Komunità u rigward il-moviment ħieles ta’ din id-dejta (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).
(5) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2965/94 tat-28 ta’ Novembru 1994 li jistabbilixxi ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 314, 7.12.1994, p. 1).
(6) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).
(7) Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritjiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).
|
7.2.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 38/16 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 111/2014
tal-4 ta’ Frar 2014
dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqu, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b’dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti. |
|
(3) |
Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati skont il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’ dik it-tabella. |
|
(4) |
Huwa xieraq li jiġi pprovdut li informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa fir-rigward tal-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament tista’, għal ċertu perjodu, tibqa’ tiġi invokata mid-detentur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (2). Dan il-perjodu għandu jkun ta’ tliet xhur. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness ikunu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta’ din it-tabella.
Artikolu 2
L-informazzjoni tariffarja vinkolanti li ma tkunx tikkonforma ma’ dan ir-Regolament tista’ tibqa’ tiġi invokata skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta’ tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Frar 2014.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Algirdas ŠEMETA
Membru tal-Kummissjoni
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).
ANNESS
|
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi NM) |
Raġunijiet |
||||||||||||||||||||||
|
(1) |
(2) |
(3) |
||||||||||||||||||||||
|
Apparat li jikkombina moniter tal-kulur tat-tip bid-display tal-kristall likwidu (LCD) u b’superfiċe touch-sensitive (hekk imsejjaħ “moniter b’touch skrijn”) b’kejl diagonali tal-iskrijn ta’ madwar 38 cm (15-il pulzier) bi:
Huwa mgħammar bl-interfaċċi li ġejjin:
Għandu stand b’mekkaniżmu li jdur u jitmejjel u superfiċe antiriflessi. Il-moniter huwa ppreżentat għall-użu, pereżempju, fit-terminals fil-punt ta’ bejgħ/terminali ta’ informazzjoni għall-klijenti. Is-superfiċe tiegħu touch-sensitive jippermetti lill-utenti li jdaħħlu d-dejta f’dawn it-terminals. Il-monitor jista’ juri sinjali minn magni ADP. |
8528 51 00 |
Il-klassifikazzjoni hija stabbilita bir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, bin-Nota 3 taq-Taqsima XVI u bil-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 8528 u 8528 51 00 . L-apparat huwa magna komposta li twettaq il-funzjoni ta’ mezz li jdaħħal il-koordinati X-Y tal-intestatura 8471 u ta’ moniter tal-intestatura 8528 . Barra li juri l-informazzjoni, l-apparat jagħti lill-utenti l-faċilità li jdaħħlu d-dejta. Fid-dawl tad-diżinn, il-kunċett u l-karatteristiki oġġettivi tal-apparat, jiġifieri l-kapaċità tal-moniters li jwettqu l-funzjoni tagħhom b’mod indipendenti mill-mezz ta’ input, il-funzjoni ta’ display tikkostitwixxi l-funzjoni prinċipali tal-apparat fit-tifsira tan-nota 3 għat-Taqsima XVI. Minħabba l-karatteristiċi oġġettivi tiegħu, bħall-proporzjon tal-aspett, il-pixel pitch adattat biex wieħed iħares lejh mill-qrib u fit-tul, il-luminożità, l-interfaċċi użati b’mod komuni fis-sistemi ADP, il-mekkaniżmi li bihom idur u jitmejjel u s-superfiċe antiriflessi tiegħu, il-moniter jitqies bħala t-tip għall-użu unikament jew prinċipalment f’sistema ADP tal-intestatura 8471 . Għalhekk l-apparat irid jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 8528 51 00 bħala moniter ieħor tat-tip li hu unikament jew prinċipalment għall-użu f’sistema tal-ipproċessar tad-dejta awtomatika tal-intestatura 8471 . |
|
7.2.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 38/18 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 112/2014
tal-4 ta’ Frar 2014
dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ma’ dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b’dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan tal-applikazzjoni tat-tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti. |
|
(3) |
Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’ dik it-tabella. |
|
(4) |
Huwa xieraq li jiġi pprovdut li informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa fir-rigward tal-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament tista’, għal ċertu perjodu, tibqa’ tiġi invokata mid-detentur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (2). Dan il-perjodu għandu jkun ta’ tliet xhur. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness ikunu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta’ din it-tabella.
Artikolu 2
L-informazzjoni vinkolanti tat-tariffa li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament tista’ tibqa’ tiġi invokata skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta’ tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Frar 2014.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Algirdas ŠEMETA
Membru tal-Kummissjoni
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).
ANNESS
|
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi NM) |
Raġunijiet |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(1) |
(2) |
(3) |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Moniter tal-kulur tat-tip tal-kristalli likwidi (LCD) b’qies dijagonali tal-iskrin ta’ madwar 75 ċm (30 pulzier) b’dimensjonijiet ta’ madwar 71 × 45 × 11-il ċm bi:
Huwa mgħammar bl-interfaċċi li ġejjin:
Għandu stand fissa mingħajr mekkaniżmu li jdur jew li jitmejjel u huwa ppreżentat b’apparat tal-kontroll mill-bogħod. Il-moniter ma jinkorporax tjuner tal-vidjo jew elettronika oħra għall-ipproċessar tas-sinjali tat-televiżjoni. Il-moniter huwa ppreżentat għall-użu f’applikazzjonijiet ta’ wiri ta’ informazzjoni, bħal punti ta’ aċċess ta’ informazzjoni pubblika, sinjal ta’ reklamar, skambji finanzjarji, ajruporti u esibiti f’wirjiet kummerċjali. Biex iwettaq din il-funzjoni, il-moniter huwa kapaċi juri sinjali kemm minn magni tal-ipproċessar tad-dejta awtomatiċi (ADP) kif ukoll minn sorsi tal-vidjo oħrajn. |
8528 59 31 |
Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u mit-test tal-kodiċi NM 8528 , 8528 59 u 8528 59 31 . Minħabba l-karatteristiċi oġġettivi tiegħu, bħad-daqs tal-iskrin, standards għat-televiżjoni appoġġati u modi ta’ vidjo, pixel pitch li mhix adatta għal wiri mill-qrib fit-tul, luminożità għolja, il-preżenza ta’ apparat tal-kontroll mill-bogħod, ċirkwiti ta’ awdjo bl-amplifikazzjoni, il-funzjoni PIP u l-istand fiss mingħajr mekkaniżmu li jdur jew li jitmejjel il-moniter mhuwiex meqjus bħala tip użat biss jew prinċipalment f’sistema ADP tal-intestatura 8471 . Il-klassifikazzjoni taħt il-kodiċi NM 8528 51 00 hija għaldaqstant eskluża. Minħabba li l-moniter huwa kapaċi juri sinjali minn magna ADP f’livell suffiċjenti għal użu prattiku ma’ magna ADP, huwa kkunsidrat li huwa kapaċi juri sinjali minn magni awtomatiċi tal-ipproċessar tad-dejta b’livell aċċettabbli ta’ funzjonalità. Il-moniter għalhekk għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 8528 59 31 bħala skrin tal-pannell ċatt li kapaċi juri sinjali minn magni ta’ pproċessar tad-dejta awtomatiċi b’livell aċċettabbli ta’ funzjonalità bi skrin b’teknoloġija tal-kristalli likwidi (LCD). |
|
7.2.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 38/20 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 113/2014
tal-4 ta’ Frar 2014
dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqu, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b’dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħrajn relatati mal-kummerċ tal-prodotti. |
|
(3) |
Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikata fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’ dik it-tabella. |
|
(4) |
Huwa xieraq li jiġi pprovdut li informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa fir-rigward tal-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament tista’, għal ċertu perjodu, tibqa’ tiġi invokata mid-detentur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (2). Dan il-perjodu għandu jkun ta’ tliet xhur. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta’ din it-tabella.
Artikolu 2
L-informazzjoni vinkolanti tat-tariffa li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament tista’ tibqa’ tiġi invokata skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta’ tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Frar 2014.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Algirdas ŠEMETA
Membru tal-Kummissjoni
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).
ANNESS
|
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi NM) |
Raġunijiet |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
Apparat b’forma rettangolari (l-hekk imsejħa “kamera b’veloċità għolja”) li jinkludi lenti u ċirkwiterija elettronika bid-dimensjonijiet ta’ madwar 12 × 12 × 11 cm. Jinkorpora memorja interna volatili ta’ 2 GB b’kapaċità li jaħżen b’mod temporanju immaġnijiet f’sekwenza b’tul massimu ta’ 1,54 sekonda b’1 000 frejm kull sekonda (fps) b’riżoluzzjoni sħiħa. L-immaġinijiet li jittieħdu jintilfu meta l-kamera tintefa. Hija meħtieġa konnessjoni b’kejbil ma’ magna awtomatika tal-ipproċessar tad-dejta (ADP) għat-tħaddim u r-reġistrazzjoni tal-immaġinijiet fil-magna ADP. Din tkun mgħammra b’sensur CMOS b’xater għat-teħid ta’ ritratti elettroniku, magħrufa wkoll bħala “flaxx fuq terminu qasir” (short duration flash) jew “immaġnijiet stroboskopiċi” (stroboscopic imaging). Il-kamera hi mfassla biex tiġbed sekwenza ta’ immaġnijiet b’rata ta’ għeluq tax-xater (shutter rate) minn 60 sa 1 000 fps b’riżoluzzjoni sħiħa ta’ 1 024 × 1 024 pixel jew 109 500 fps b’riżoluzzjoni iktar baxxa ta’ 128 pixel × 16-il pixel. L-immaġnijiet li jinġibdu jistgħu jitqiesu individwalment jew jinqraw mill-ġdid (played back) bħala vidjow, pereżempju, f’moviment bil-mod. L-immaġnijiet jistgħu jkunu soġġetti għal analiżi f’laboratorju jew ambjent simili għall-istudju, pereżempju, ta’ fenomeni ta’ veloċità ultra-għolja bħal testijiet ta’ ħabta tal-karozzi. |
8525 80 19 |
Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u mit-test tal-kodiċi tan-NM 8525 , 8525 80 u 8525 80 19 . Ħażna temporanja fuq memorja volatili mhijiex meqjusa bħala reġistrazzjoni fil-kamera hekk kif l-immaġinijiet jintilfu wara li tintefa l-kamera. B’konsegwenza, il-klassifikazzjoni kemm bħala kameras diġitali skont is-subintestatura 8525 80 30 kif ukoll bħala vidjow kameras li jirrekordjaw ħsejjes u jiġbdu immaġnijiet meħuda minn kamera ta’ televiżjoni skont is-subintestatura 8525 80 91 hi eskluża (ara wkoll n-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata (HSEN) għall-intestatura 8525 , l-ewwel u l-ħames paragrafi tal-grupp (B)). Għalhekk l-apparat għandu jiġi kklasifikat skont il-kodiċi NM 8525 80 19 bħala kameras oħrajn ta’ televiżjoni (ara wkoll HSEN għall-intestatura 8525 , ir-raba’ paragrafu tal-grupp (B)). |
|
7.2.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 38/22 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 114/2014
tal-4 ta’ Frar 2014
dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi, fuqu, jew li żżid kwalunkwe suddiviżjoni magħha u li hija stabbilita b’dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti. |
|
(3) |
Skont dawn ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella li tinsab fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’ din it-tabella. |
|
(4) |
Huwa xieraq li jiġi pprovdut li informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa fir-rigward tal-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament tista’, għal ċertu perjodu, tibqa’ tiġi invokata mid-detentur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (2). Dan il-perjodu għandu jkun ta’ tliet xhur. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness ikunu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta’ din it-tabella.
Artikolu 2
L-informazzjoni vinkolanti tat-tariffa li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament tista’ tibqa’ tiġi invokata skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta’ tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Frar 2014.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Algirdas ŠEMETA
Membru tal-Kummissjoni
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).
ANNESS
|
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi NM) |
Raġunijiet |
||||||||||||||||||||||||||
|
(1) |
(2) |
(3) |
||||||||||||||||||||||||||
|
Moniter tal-kulur tat-tip li juża l-kristalli likwidi (LCD) b’qies dijagonali tal-iskrin ta’ madwar 54 ċm (21 pulzier) u b’dimensjonijiet (mingħajr l-istand) ta’ bejn wieħed u ieħor 37 × 47 × 7 cm bi:
Huwa mgħammar bl-interfaċċi li ġejjin:
Għandu funzjoni ta’ fus ta’ 90°. Għandu stand b’mekkaniżmu li jdur jew li jitmejjel u wiċċ li ma jirriflettix. Jista’ wkoll jiġi mmuntat fuq ħajt. Il-prodott huwa konformi mal-istandards tad-“Digital Imaging and Communications in Medicine” (DICOM), inkluża l-Parti 14 u jippermetti lill-utent jissettja valuri estremament preċiżi ta’ gamma, luminożità u tat-temperatura tal-kulur kif ukoll lill-moniters li juru gradazzjonijiet bil-kulur u bi sfumaturi differenti ta’ griż ta’ stampi bil-preċiżjoni meħtieġa fid-dijanjostika medika. Il-moniter huwa ppreżentat għall-użu f’sistemi mediċi biex juri stampi radjografiċi għal djanjostiċi kliniċi. |
8528 59 31 |
Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u mit-test tal-kodiċi NM 8528 , 8528 59 u 8528 59 31 . Minħabba l-karatteristiċi oġġettivi tiegħu, bħall-konformità mal-istandards DICOM li jippermetti lill-utent jissettja valuri estremament preċiżi ta’ gamma, luminożità u tat-temperatura tal-kulur kif ukoll lill-moniters li juru gradazzjonijiet bil-kulur u bi sfumaturi differenti ta’ griż ta’ stampi bil-preċiżjoni meħtieġa fid-dijanjostika medika, l-użu maħsub tal-moniter huwa dak ta’ wiri mediku użati f’sistemi mediċi biex juri immaġini radjografiċi għal dijanjostika klinika. Il-moniter mhux meqjus wieħed użat biss jew prinċipalment fis-sistema tal-ipproċessar awtomatiku ta’ dejta (ADP) tal-intestatura 8471 . Il-klassifikazzjoni taħt is-subintestatura 8528 51 00 hija għaldaqstant eskluża. Minħabba li l-moniter huwa kapaċi juri sinjali minn magna ADP f’livell suffiċjenti għal użu prattiku mal-magna ADP, huwa kkunsidrat li kapaċi juri sinjali minn magni awtomatiċi tal-ipproċessar tad-dejta b’livell aċċettabbli ta’ funzjonalità. Il-moniter għandu għalhekkjiġi kklassifikat taħt il-Kodiċi NM 8528 59 31 bħala skrin tal-pannell ċatt li kapaċi juri sinjali minn magni ta’ pproċessar tad-dejta awtomatiċi b’livell aċċettabbli ta’ funzjonalità bi skrin b’teknoloġija tal-kristalli likwidi (LCD). |
|
7.2.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 38/24 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 115/2014
tal-4 ta’ Frar 2014
dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1),u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, iridu jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqu, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b’dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti. |
|
(3) |
Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati fil-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’ dik it-tabella. |
|
(4) |
Huwa xieraq li jiġi pprovdut li informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa fir-rigward tal-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament tista’, għal ċertu perjodu, tibqa’ tiġi invokata mid-detentur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (2). Dan il-perjodu għandu jkun ta’ tliet xhur. |
|
(5) |
Il-Kumitat tal-Kodiċi Doganali ma ħariġx opinjoni fil-perjodu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness huma kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda fil-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta’ din it-tabella.
Artikolu 2
L-informazzjoni vinkolanti tat-tariffa li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament tista’ tibqa’ tiġi invokata skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta’ tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Frar 2014.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Algirdas ŠEMETA
Membru tal-Kummissjoni
(2) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).
ANNESS
|
Deskrizzjoni tal-oġġetti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi NM) |
Raġunijiet |
||||||||||||||
|
(1) |
(2) |
(3) |
||||||||||||||
|
Apparat li jikkontrolla l-elettriku għal vultaġġ li ma jaqbiżx 1 000 V li jinkludi skrin bi kristalli likwidi (LCD) bi skrin li jaħdem billi jintmiss. L-iskrin mill-wisa’ għandu kejl ta’ 30,5 cm (12-il pulzier) u riżoluzzjoni ta’ 800 × 600 pixels f’tagħmir ta’ kejl ta’ madwar 30 × 23 × 6 cm. L-apparat jinkorpora magna awtomatika għal ipproċessar ta’ dejta (ADP) mgħammra b’sistema operattiva. L-apparat huwa mgħammar bl-interfaċċji li ġejjin:
Huwa mgħammar ukoll b’diversi built-in drivers għall-konnessjoni ma’ tipi differenti ta’ apparat ta’ awtomazzjoni u jista’ jeżegwixxi u juri xi programmi tas-softwer desktop, bħall-word processor u l-applikazzjoni spreadsheet. L-apparat huwa maħsub biex jintuża għall-kontroll elettriku ta’ magni fi proċessi industrijali f’applikazzjonijiet li jużaw kontrolluri awtomatiċi jew kontrolluri loġiċi li jistgħu jiġu pprogrammati. |
8537 10 10 |
Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u mit-test tal-kodiċi tan-NM 8537 , 8537 10 and 8537 10 10 . Minħabba l-karatteristiċi oġġettivi tiegħu, jiġifieri l-preżenza ta’ built-in drivers għal tipi differenti ta’ apparat ta’ awtomazzjoni u ta’ bus expansion għall-kontroll tal-units ta’ input/output, l-apparat huwa maħsub għall-użu fil-kontroll elettriku ta’ magni fil-proċessi industrijali. Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 8471 bħala magna awtomatika li tipproċessa d-dejta hija għalhekk eskluża. Billi l-apparat jinkludi magna awtomatika ta’ pproċessar tad-dejta jrid jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 8537 10 10 bħala pannelli b’kontroll numeriku b’magna built-in awtomatika għall-ipproċessar tad-dejta għal vultaġġ li ma jaqbiżx 1 000 V. |
|
7.2.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 38/26 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 116/2014
tas-6 ta’ Frar 2014
dwar in-nonapprovazzjoni tas-sustanza attiva jodur tal-potassju, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 80(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandha tapplika d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (2) fir-rigward tal-proċedura u l-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanzi attivi li għalihom ġiet adottata deċiżjoni skont l-Artikolu 6(3) ta’ dik id-Direttiva qabel l-14 ta’ Ġunju 2011. Għall-jodur tal-potassju, il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 80(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huma ssodisfati bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/751/KE (3). |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, fis-6 ta’ Settembru 2004 l-Pajjiżi l-Baxxi rċevew applikazzjoni minn Koppert Beheer B.V. għall-inklużjoni tal-jodur tal-potassju bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Id-Deċiżjoni 2005/751/KE kkonfermat li d-dossier kien “komplut” fis-sens li seta’ jitqies bħala wieħed li fil-prinċipju jissodisfa r-rekwiżiti tad-dejta u tal-informazzjoni tal-Annessi II u III tad-Direttiva 91/414/KEE. |
|
(3) |
Għal dik is-sustanza attiva, ġew ivvalutati l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u fuq l-ambjent, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(2) u (4) tad-Direttiva 91/414/KEE, għall-użi proposti mill-applikant. L-Istat Membru relatur maħtur ressaq abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni fit-27 ta’ Lulju 2007. Skont l-Artikolu 11(6) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 188/2011 (4), l-applikant intalab aktar informazzjoni. Fit-30 ta’ Mejju 2011, l-applikant informa li l-ebda informazzjoni addizzjonali ma kienet disponibbli. |
|
(4) |
L-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni ġie analizzat mill-Istati Membri u mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn ‘il quddiem “l-Awtorità”). L-Awtorità ppreżentat lill-Kummissjoni l-konklużjoni tagħha dwar il-valutazzjoni tar-riskju tas-sustanza attiva tal-jodur tal-potassju (5) bħala pestiċida fit-22 ta’ Ottubru 2012. L-Awtorità identifikat bosta nuqqasijiet fid-dejta u kienet meħtieġa kontribuzzjoni akbar mingħand l-applikant. B’ittra tas-27 ta’ Settembru 2013, Koppert B.V. rtirat l-applikazzjoni tagħha għall-approvazzjoni tal-jodur tal-potassju. |
|
(5) |
Skont l-Artikolu 8(1)(b) tad-Direttiva 91/414/KEE, l-Istati Membri ngħataw il-possibilità li jagħtu awtorizzazzjonijiet provviżorji għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom il-jodju tal-potassju għal perjodu inizjali ta’ tliet snin. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/457/UE (6) tat permess lill-Istati Membri jestendu l-awtorizzazzjonijiet proviżorji għall-jodur tal-potassju għal perjodu li jintemm mhux aktar tard mill-31 ta’ Awwissu 2012. Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/363/UE (7) tat permess lill-Istati Membri jestendu l-awtorizzazzjonijiet provviżorji għall-jodur tal-potassju għal perjodu li jintemm mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju 2014. |
|
(6) |
Minħabba li ġiet irtirata l-applikazzjoni, il-jodur tal-potassju ma għandux għalhekk jiġi approvat skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. |
|
(7) |
Konsegwentement, l-awtorizzazzjonijiet provviżorji eżistenti għandhom jiġu rtirati u ma jingħatawx aktar awtorizzazzjonijiet. |
|
(8) |
L-Istati Membri għandhom jingħataw żmien biex jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-jodur tal-potassju. |
|
(9) |
Għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-jodur tal-potassju, meta l-Istati Membri jagħtu xi perjodu ta’ grazzja skont l-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, dan il-perjodu għandu jiskadi sa mhux aktar tard minn tmintax-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. |
|
(10) |
Dan ir-Regolament ma jippreġudikax is-sottomissjoni ta’ applikazzjoni oħra għall-jodur tal-potassju skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. |
|
(11) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Nonapprovazzjoni ta’ sustanza attiva
Is-sustanza attiva jodur tal-potassju mhix approvata.
Artikolu 2
Miżuri tranżitorji
L-Istati Membri għandhom jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet eżistenti għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-jodur tal-potassju bħala sustanza attiva sa mhux aktar tard mis-27 ta’ Awwissu 2014.
Artikolu 3
Perjodu ta’ grazzja
Kwalunkwe perjodu ta’ grazzja mogħti mill-Istati Membri b’konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 għandu jkun qasir kemm jista’ jkun u għandu jiskadi sa mhux aktar tard mis-27 ta’ Awwissu 2015.
Artikolu 4
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Frar 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/751/KE tal-21 ta’ Ottubru 2005 li tagħraf fil-prinċipju l-kompletezza tad-dossiers imressqa għal eżami dettaljat bil-ħsieb tad-dħul possibbli tal-aċidu assorbiku, il-jodur tal-potassju u t-tijoċjanat tal-potassju fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 282, 26.10.2005, p. 18).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 188/2011 tal-25 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward tal-proċedura għall-valutazzjoni ta’ sustanzi attivi li ma kinux fis-suq sentejn (2) wara d-data ta’ notifika ta’ dik id-Direttiva (ĠU L 53, 26.2.2011, p. 51).
(5) Il-Ġurnal tal-EFSA 2013;11(6):2923. Jista’ jinstab onlajn: www.efsa.europa.eu
(6) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/457/UE tas-17 ta’ Awwissu 2010 li tippermetti lill-Istati Membri jestendu l-awtorizzazzjonijiet provviżorji mogħtija għas-sustanzi attivi l-ġodda Candida oleophila tip O, il-jodur tal-potassju u t-tijoċjanat tal-potassju (ĠU L 218, 19.8.2010, p. 24).
(7) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/363/UE tal-4 ta’ Lulju 2012 li tippermetti lill-Istati Membri jestendu l-awtorizzazzjonijiet provviżorji mogħtija għas-sustanzi attivi l-ġodda biksafen, Candida oleophila tip O, fluwopiram, ħalosulfuron, jodur tal-potassju u tijoċjanat tal-potassju u spirotetramat (ĠU L 176, 6.7.2012, p. 70).
|
7.2.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 38/28 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 117/2014
tas-6 ta’ Frar 2014
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
|
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Frar 2014.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
IL |
85,7 |
|
MA |
48,7 |
|
|
TN |
89,6 |
|
|
TR |
85,7 |
|
|
ZZ |
77,4 |
|
|
0707 00 05 |
TR |
151,0 |
|
ZZ |
151,0 |
|
|
0709 91 00 |
EG |
91,5 |
|
ZZ |
91,5 |
|
|
0709 93 10 |
MA |
48,3 |
|
TR |
101,7 |
|
|
ZZ |
75,0 |
|
|
0805 10 20 |
EG |
47,6 |
|
MA |
54,9 |
|
|
TN |
65,7 |
|
|
TR |
71,6 |
|
|
ZZ |
60,0 |
|
|
0805 20 10 |
IL |
123,4 |
|
MA |
73,9 |
|
|
ZZ |
98,7 |
|
|
0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90 |
CN |
60,3 |
|
EG |
21,7 |
|
|
IL |
134,7 |
|
|
JM |
113,2 |
|
|
KR |
144,2 |
|
|
MA |
146,4 |
|
|
PK |
55,3 |
|
|
TR |
98,6 |
|
|
ZZ |
96,8 |
|
|
0805 50 10 |
TR |
66,6 |
|
ZZ |
66,6 |
|
|
0808 10 80 |
CN |
127,8 |
|
MK |
35,4 |
|
|
US |
161,6 |
|
|
ZZ |
108,3 |
|
|
0808 30 90 |
CL |
123,5 |
|
CN |
46,0 |
|
|
TR |
131,9 |
|
|
US |
135,9 |
|
|
ZA |
93,1 |
|
|
ZZ |
106,1 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.
DIRETTIVI
|
7.2.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 38/30 |
DIRETTIVA TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI 2014/19/UE
tas-6 ta’ Frar 2014
li temenda l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b’mod partikolari l-punt (d) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 14 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Minn informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri, jidher li d-Diabrotica virgifera virgifera Le Conte diġà nfirxet u stabbilixxiet ruħha f’parti kbira mit-territorju tal-Unjoni. Minn valutazzjoni tal-impatt imwettqa mill-Kummissjoni Ewropea, ġie konkluż li l-ebda miżura mhi fattibbli biex teqridha jew tevita aktar tixrid tagħha b’mod effettiv. |
|
(2) |
Barra minn hekk, jeżistu mezzi ta’ kontroll effettivi u sostenibbli li jimminimizzaw l-impatt ta’ dan l-organiżmu fuq il-ħsad tal-qamħirrum, b’mod partikolari l-implimentazzjoni ta’ skema ta’ tinwib. |
|
(3) |
Għalhekk ma għandha tiġi stabbilita l-ebda miżura protettiva oħra skont id-Direttiva 2000/29/KE fir-rigward tad-Diabrotica virgifera virgifera Le Conte. Għaldaqstant, dak l-organiżmu ma għandux jitniżżel iktar bħala organiżmu ta’ ħsara skont dik id-Direttiva. |
|
(4) |
L-Anness I tad-Direttiva 2000/29/KE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Anness I tad-Direttiva 2000/29/KE huwa emendat skont l-Anness ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 2
L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Mejju 2014, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.
Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Ġunju 2014.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza fil-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif issir tali referenza.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Frar 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
ANNESS
L-Anness I tad-Direttiva 2000/29/KE hu emendat kif ġej:
Fl-intestatura (a) tat-Taqsima II tal-Parti A, il-punt 0.1 huwa mħassar.
|
7.2.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 38/32 |
DIRETTIVA TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI 2014/20/UE
tas-6 ta’ Frar 2014
li tistabbilixxi l-klassijiet tal-Unjoni għal patata taż-żrigħ bażika u ċċertifikata, u l-kundizzjonijiet u l-marki applikabbli għal dawn il-klassijiet
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/56/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-bejgħ fis-suq tal-patata taż-żerriegħa (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(3) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 93/17/KEE (2) introduċiet regoli li jikkonċernaw klassijiet tal-Unjoni għal patata taż-żrigħ bażika. |
|
(2) |
L-iżviluppi tekniċi u xjentifiċi rapidi fis-sistemi tal-produzzjoni tal-patata taż-żrigħ u ż-żieda fil-kummerċ b’patata taż-żrigħ fis-suq intern jwasslu li jkun mixtieq li dawk ir-regoli jiġu adottati. Fid-dawl tal-iżviluppi tas-settur, regoli bħal dawn għandhom ukoll japplikaw għal patata taż-żrigħ iċċertifikata. |
|
(3) |
Dawk ir-regoli għandhom jikkonċernaw in-nomina ta’ ismijiet ta’ klassi uniformi tal-Unjoni. Għandhom ukoll jinkludu kundizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta’ patata taż-żrigħ u lottijiet ta’ patata taż-żrigħ bħal kull klassi tal-Unjoni rispettiva. Dawk il-kundizzjonijiet għandhom jikkonċernaw, kif xieraq, il-preżenza ta’ pesti, patata li tappartjeni għal varjetajiet oħra, u patata b’tebgħat, tikmix, ħamrija jew materjal minn barra. |
|
(4) |
Ir-rekwiżit li l-pjanta titkabbar fuq art ta’ produzzjoni fejn għaddew tliet snin mill-aħħar darba li tkun tkabbret il-patata, u li tkun suġġetta għal mill-inqas żewġ spezzjonijiet uffiċjali, mhix aktar meħtieġa minħabba rekwiżiti aktar stretti għall-klassijiet tal-Unjoni stabbiliti f’din id-Direttiva. |
|
(5) |
Sa mill-adozzjoni tad-Direttiva 2002/56/KE, ġie żviluppat għarfien xjentifiku li jikkonċerna r-rabta bejn in-numru ta’ ġenerazzjonijiet u l-livell ta’ preżenza ta’ pesti tal-patata taż-żrigħ. Il-limitazzjoni tan-numru ta’ ġenerazzjonijiet hija mezz neċessarju biex jiġi mmitigat ir-riskju fitosanitarju li jinħoloq minn pesti f’forma latenti. Dik il-limitazzjoni hija meħtieġa għall-mitigazzjoni ta’ dak ir-riskju, u ma hemm disponibbli l-ebda miżura anqas stretta biex tissostitwixxiha. L-esperjenza wriet li għall-klassijiet tal-Unjoni S, SE u E għandhom jiġu permessi numri massimi ta’ ġenerazzjonijiet għal kull wieħed minnhom. Sabiex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti sostantivi. Dawk ir-rekwiżiti għandhom jiġu kkunsidrati biss li għandhom jiġu ssodisfati fuq il-bażi ta’ spezzjoni uffiċjali. |
|
(6) |
Id-Direttiva 93/17/KEE għandha għaldaqstant tiġi rrevokata. |
|
(7) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għaż-Żrieragħ u għall-Materjal ta’ Propagazzjoni għall-Agrikultura, l-Ortikultura u l-Forestrija, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Klassijiet tal-Unjoni għal patata taż-żrigħ bażika
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li patata taż-żrigħ bażika tista’ titqiegħed fis-suq bħala “klassi tal-Unjoni S” jekk tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
permezz ta’ spezzjoni uffiċjali jinstab li l-patata tissodisfa l-kundizzjonijiet, kif stabbilit fil-punt (1)(a) tal-Anness I; u wkoll |
|
(b) |
permezz ta’ spezzjoni uffiċjali jinstab li l-lottijiet tagħha jissodisfaw il-kundizzjonijiet, kif stabbilit fil-punt (1)(b) ta’ dak l-Anness. |
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-patata taż-żrigħ bażika titqiegħed fis-suq bħala “klassi tal-Unjoni SE” jekk tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
permezz ta’ spezzjoni uffiċjali jinstab li l-patata tissodisfa l-kundizzjonijiet, kif stabbilit fil-punt (2)(a) tal-Anness I; u wkoll |
|
(b) |
permezz ta’ spezzjoni uffiċjali jinstab li l-lottijiet tagħha jissodisfaw il-kundizzjonijiet, kif imniżżla fil-punt (2)(b) ta’ dak l-Anness. |
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li patata taż-żrigħ bażika tista’ titqiegħed fis-suq bħala “klassi tal-Unjoni E’jekk tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
permezz ta’ spezzjoni uffiċjali jinstab li l-patata tissodisfa l-kundizzjonijiet, kif stabbilit fil-punt 3(a) tal-Anness I; u wkoll |
|
(b) |
permezz ta’ spezzjoni uffiċjali jinstab li l-lottijiet tagħha jissodisfaw il-kundizzjonijiet, kif imniżżla fil-punt (3)(b) ta’ dak l-Anness. |
Artikolu 2
Klassijiet tal-Unjoni għal patata taż-żrigħ iċċertifikata
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li patata taż-żrigħ iċċertifikata, tista’ titqiegħed fis-suq bħala “klassi tal-Unjoni A” jekk tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
permezz ta’ spezzjoni uffiċjali jinstab li l-patata tissodisfa l-kundizzjonijiet, kif stabbilit fil-punt (1)(a) tal-Anness II; u wkoll |
|
(b) |
permezz ta’ spezzjoni uffiċjali jinstab li l-lottijiet tagħha jissodisfaw il-kundizzjonijiet, kif stabbilit fil-punt (1)(b) ta’ dak l-Anness. |
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li patata taż-żrigħ iċċertifikata tista’ titqiegħed fis-suq bħala “klassi tal-Unjoni B” jekk tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
permezz ta’ spezzjoni uffiċjali jinstab li l-patata tissodisfa l-kundizzjonijiet, kif stabbilit fil-punt (2)(a) tal-Anness II; u wkoll |
|
(b) |
permezz ta’ spezzjoni uffiċjali jinstab li l-lottijiet tagħha jissodisfaw il-kundizzjonijiet, kif imniżżla fil-punt (2)(b) ta’ dak l-Anness. |
Artikolu 3
Informazzjoni lill-Kummissjoni
L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni safejn japplikaw il-klassijiet rispettivi tal-Unjoni meta jiċċertifikaw il-prodotti taghhom.
Artikolu 4
Traspożizzjoni
1. Sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2015, l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-Regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.
Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Jannar 2016.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir tali referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 5
Revoka
Id-Direttiva 93/17/KEE hi mħassra b’effett mill-1 ta’ Jannar 2016.
Artikolu 6
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 7
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Frar 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 193, 20.7.2002, p. 60.
(2) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 93/17/KEE tat-30 ta’ Marzu 1993 li tistabbilixxi klassijiet ta’ patata taż-żrigħ bażika tal-Komunità, flimkien mal-kundizzjonijiet u marki applikabbli għal dawn il-klassijiet (ĠU L 106, 30.4.1993, p. 7).
ANNESS I
Kundizzjonijiet għall-patata taż-żrigħ bażika
|
(1) |
Il-kundizzjonijiet għall-patata taż-żrigħ bażika ta’ “Klassi tal-Unjoni S” għandhom ikunu kif ġej:
|
|
(2) |
Il-kundizzjonijiet għal patata taż-żrigħ bażika ta’ “Klassi tal-Unjoni S” għandhom ikunu kif ġej:
|
|
(3) |
Il-kundizzjonijiet għal patata taż-żrigħ bażika ta’ “Klassi tal-Unjoni E” għandhom ikunu kif ġej:
|
ANNESS II
Kundizzjonijiet minimi għall-patata taż-żrigħ iċċertifikata
|
(1) |
Il-kundizzjonijiet għal patata taż-żrigħ iċċertifikata ta’ “Klassi tal-Unjoni A” għandhom ikunu kif ġej:
|
|
(2) |
Il-kundizzjonijiet għall-patata taż-żrigħ iċċertifikata tal-“Klassi tal-Unjoni B” għandhom ikunu kif ġej:
|
|
7.2.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 38/39 |
DIRETTIVA TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI 2014/21/UE
tas-6 ta’ Frar 2014
li tiddetermina l-kundizzjonijiet minimi u l-klassijiet tal-Unjoni għal patata taż-żrigħ prebażika
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/56/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-bejgħ fis-suq tal-patata taż-żerriegħa (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 18(c) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Il-patata taż-żrigħ progressivament takkumula l-mard ma’ kull ċiklu ta’ multiplikazzjoni. Għaldaqstant sistemi ta’ produzzjoni tal-patata taż-żrigħ li jiffunzjonaw sew jeħtieġu materjal tal-bidu b’saħħtu li huwa mmultiplikat b’rata minima ta’ deġenerazzjoni. |
|
(2) |
Standards nazzjonali differenti dwar il-produzzjoni ta’ patata taż-żrigħ prebażika, ostakolaw it-tqegħid fis-suq ta’ dik il-patata fl-Unjoni kollha, u fixklu l-funzjonament tas-suq intern. Għaldaqstant huwa xieraq li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet minimi li skonthom tista’ titqieghed fis-suq il-patata taż-żrigħ prebażika madwar l-Unjoni. Dawk il-kundizzjonijiet għandhom jikkonċernaw mard, sintomi, difetti u rekwiżiti tal-produzzjoni għal patata taż-żrigħ prebażika, u lottijiet ta’ patata bħal dik, sabiex ikunu żgurati l-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ patata taż-żrigħ prebażika b’saħħitha u ta’ kwalità għolja. |
|
(3) |
Dawk il-kundizzjonijiet għandhom jikkunsidraw l-istandard tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE), dwar it-tqegħid fis-suq u l-kontroll tal-kwalità ta’ patata taż-żrigħ, kif ukoll l-istandards rilevanti tal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni ta’ Pjanti (KIPP) u l-Organizzazzjoni Ewropea u Mediterranja dwar il-Protezzjoni tal-Pjanti (EPPO), fid-dawl ta’ żviluppi tekniċi u xjentifiċi. Dawk l-istandards għandhom l-għan li jgħinu biex jiffaċilitaw il-kummerċ internazzjonali, jinkoraġġixxu l-produzzjoni ta’ kwalità għolja, issaħħu l-profitabbiltà u jħarsu l-interessi tal-konsumatur. |
|
(4) |
Fid-dawl tal-prattiki tal-produzzjoni tal-fornituri, u d-domanda tal-utenti ta’ patata taż-żrigħ prebażika, huwa xieraq li l-kundizzjonijiet minimi għal patata taż-żrigħ prebażika jinkludu wkoll il-possibbiltà għat-tqegħid fis-suq bħala klassi tal-Unjoni. Għandhom japplikaw żewġ klassijiet tal-Unjoni għal patata taż-żrigħ prebażika (il-“klassi tal-Unjoni PBTC” u l-“klassi tal-Unjoni PB”), skont il-prattiki ta’ produzzjoni eżistenti dwar patata taż-żrigħ prebażika tal-klassi PBTC, u patata taż-żrigħ prebażika tal-klassi PB. Għaldaqstant għandhom jiġu adottati kundizzjonijiet differenti għal kull klassi rigward mard, sintomi, difetti, rekwiżiti tal-produzzjoni u ġenerazzjonijiet għal dawk il-klassijiet. |
|
(5) |
Sabiex dawk ir-regoli jkunu effettivi, għandhom jistabbilixxu wkoll id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-ittestjar u l-ispezzjonijiet uffiċjali fuq il-post. |
|
(6) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar iż-Żrieragħ u l-Materjal Propagattiv għall-Agrikoltura, l-Ortikoltura u l-Forestrija, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
“xitla omm” tfisser xitla identifikata li minnha jittieħed materjal għall-propagazzjoni; |
|
(2) |
“mikropropagazzjoni” tfisser il-prattika tal-multiplikazzjoni malajr tal-materjal tax-xitla għall-produzzjoni ta’ għadd kbir ta’ xitel, bl-użu tal-kultura in vitro ta’ rimjiet veġetattivi differenzjati jew ta’ meristem meħuda minn xtieli. |
Artikolu 2
Kundizzjonijiet minimi għal patata taż-żrigħ prebażika
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-patata taż-żrigħ prebażika tissodisfa l-kundizzjonijiet minimi li ġejjin:
|
(a) |
hija dderivata minn pjanti omm li huma ħielsa minn dawn l-organiżmi ta’ ħsara li ġejjin: Pectobacterium spp., Dickeya spp., il-virus tal-werqa tal-patata, il-virus A tal-patata, il-virus M tal-patata, il-virus S tal-patata, il-virus X tal-patata, u l-virus Y tal-patata; |
|
(b) |
hija ħielsa mis-sintomi tal-blackleg; |
|
(c) |
in-numru ta’ xitel li ma jitkabbarx b’mod leali għall-varjetà u n-numru ta’ xitel ta’ varjetà differenti flimkien, ma għandux jaqbeż iż-0,01 %; |
|
(d) |
fil-proġenija diretta, in-numru ta’ xitel li juri sintomi ta’ infezzjoni virali ma għandux jaqbeż iż-0,5 %; |
|
(e) |
in-numru ta’ xitel li qiegħed jiker b’sintomi tal-mużajk jew sintomi kkawżati minn virus tal-werqa ma għandux jaqbeż iż-0,1 %; |
|
(f) |
in-numru massimu ta’ ġenerazzjonijiet fuq il-post għandu jkun erbgħa. |
2. L-Istati Membri għandhom jistipulaw li l-patata taż-żrigħ prebażika tista’ titqiegħed fis-suq bħala “klassi tal-Unjoni PBTC” u “klassi tal-Unjoni PB”, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness.
3. Il-konformità mar-rekwiżiti tal-paragrafu 1(b), (c) u (e) għandhom jiġu stabbiliti permezz ta’ spezzjonijiet uffiċjali fuq il-post. F’każ ta’ dubju, dawk l-ispezzjonijiet għandhom ikunu ssupplimentati minn testijiet uffiċjali fuq il-weraq.
Meta jintużaw metodi ta’ mikropropagazzjoni, il-konformità mal-punt 1(a) għandha tkun stabbilita permezz ta’ ttestjar uffiċjali, jew ittestjar taħt sorveljanza uffiċjali, tax-xitla omm.
Meta jintużaw metodi ta’ selezzjoni klonali, il-konformità mal-punt 1(a) għandha tkun stabbilita permezz ta’ ttestjar uffiċjali, jew ittestjar taħt sorveljanza uffiċjali, tal-istokk klonali.
Artikolu 3
Kundizzjonijiet minimi għal lottijiet ta’ patata taż-żrigħ prebażika
L-Istati Membri għandhom jistipulaw li lottijiet ta’ patata taż-żrigħ prebażika għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet minimi li ġejjin:
|
(a) |
il-preżenza ta’ ħamrija u materjal estranju ma għandhiex taqbeż il-1,0 % f’massa; |
|
(b) |
l-għadd ta’ patata affettwata minn taħsir, minbarra taħsir ċirkulari jew taħsir kannella, ma għandux ikunu preżenti fi kwantità li teċċedi iż-0,2 % f’massa; |
|
(c) |
in-numru ta’ patata bi tbajja’ esterni, inklużi tuberi li jkunu tilfu l-għamla tagħhom jew għandhom xi ħsara, ma għandux jaqbeż it-3,0 % f’massa; |
|
(d) |
in-numru ta’ patata affettwata minn skorċa komuni fuq aktar minn terz tal-wiċċ tagħha, ma għandux jaqbeż il-5,0 % f’massa; |
|
(e) |
in-numru ta’ patata affettwata minn qxur iswed fuq aktar minn 10,0 % tal-wiċċ tagħha, ma għandux jaqbeż il-1,0 % f’massa; |
|
(f) |
in-numru ta’ patata affettwata minn ġidri rmiedi ta’ trab fuq aktar minn 10,0 % tal-wiċċ tagħha, ma għandux jaqbeż il-1,0 % f’massa; |
|
(g) |
tuberi imkemxa minħabba deidratazzjoni eċċessiva jew deidrazzjoni kkawżata minn qxur tal-fidda ma għandhomx jaqbżu ż-0,5 % f’massa. |
|
(h) |
in-numru totali ta’ patata, kif hemm referenza fil-punti minn (b) sa (g), ma għandux jaqbeż is-6,0 % f’massa. |
Artikolu 4
Transpożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti, u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji, sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2015, sabiex ikunu f’konformità ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni minnufih.
Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Jannar 2016.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir referenza bħal din.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 5
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 6
Id-destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Frar 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
ANNESS
Kundizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta’ patata taż-żrigħ prebażika bħala klassijiet tal-Unjoni PBTC u PB
|
(1) |
Il-kundizzjonijiet għal patata taż-żrigħ prebażika tal-klassi tal-Unjoni PBTC għandhom ikunu kif ġej:
|
|
(2) |
Il-kundizzjonijiet għal patata taż-żrigħ prebażika tal-klassi tal-Unjoni PBTC għandha tkun kif ġej:
|
DEĊIŻJONIJIET
|
7.2.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 38/43 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-5 ta’ Frar 2014
li testendi l-validità tad-Deċiżjoni 2006/502/KE li tirrikjedi li l-Istati Membri jieħdu miżuri sabiex jiżguraw li l-lajters li jitqiegħdu fis-suq ikunu biss dawk reżistenti għat-tfal u li jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq tal-lajters magħrufa bħala novelty lighters
(notifikata bid-dokument C(2014) 493)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2014/61/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/502/KE (2) tirrikjedi li l-Istati Membri jieħdu miżuri sabiex jiżguraw li l-lajters li jitqiegħdu fis-suq ikunu biss dawk reżistenti għat-tfal u li jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq tal-lajters magħrufa bħala novelty lighters. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni 2006/502/KE ġiet adottata skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2001/95/KE, li tillimita l-validità tad-Deċiżjoni għal perjodu ta’ mhux iżjed minn sena, iżda tippermetti li tiġi estiża għal perjodi addizzjonali li l-ebda wieħed minnhom ma għandu jaqbeż sena. |
|
(3) |
Il-validità tad-Deċiżjoni 2006/502/KE ġiet estiża għal perjodi ta’ sena (1), l-ewwel permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/231/KE (3) sal-11 ta’ Mejju 2008, it-tieni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/322/KE (4) sal-11 ta’ Mejju 2009, it-tielet permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/298/KE (5) sal-11 ta’ Mejju 2010, ir-raba’ permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/157/UE (6) sal-11 ta’ Mejju 2011, il-ħames permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/176/UE (7) sal-11 ta’ Mejju 2012, is-sitta permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/53/UE (8) sal-11 ta’ Mejju 2013 u s-seba’ permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/113/UE (9) sal-11 ta’ Mejju 2014. |
|
(4) |
Il-lajters li mhumiex reżistenti għat-tfal għadhom qed jitqiegħdu fis-suq. Attivitajiet imsaħħa għas-sorveljanza tas-suq, minn kampjunar immirat sa miżuri ristrettivi effettivi, għandhom ikomplu jnaqqsu l-preżenza tagħhom. |
|
(5) |
Fin-nuqqas ta’ miżuri oħra sodisfaċenti li jindirizzaw is-sikurezza tal-lajters għat-tfal, huwa meħtieġ li tittawwal il-validità tad-Deċiżjoni 2006/502/KE għal 12-il xahar oħra. |
|
(6) |
Għalhekk, id-Deċiżjoni 2006/502/KE għandha tiġi emendata skont dan. |
|
(7) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit mid-Direttiva 2001/95/KE, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 2006/502/KE, il-paragrafu 2 għandu jinbidel b’dan li ġej:
“2. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-11 ta’ Mejju 2015.”
Artikolu 2
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Deċiżjoni sa mhux aktar tard mill-11 ta’ Mejju 2014 u għandhom jippubblikaw dawk il-miżuri. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan minnufih.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Frar 2014.
Għall-Kummissjoni
Neven MIMICA
Membru tal-Kummissjoni
(2) ĠU L 198, 20.7.2006, p. 41.
(3) ĠU L 99, 14.4.2007, p. 16.
(4) ĠU L 109, 19.4.2008, p. 40.
(5) ĠU L 81, 27.3.2009, p. 23.
(7) ĠU L 76, 22.3.2011, p. 99.
|
7.2.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 38/45 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-6 ta’ Frar 2014
li tirrevoka d-Deċiżjoni 2003/766/KE dwar miżuri ta’ emerġenza biex ma jitħalliex it-tixrid ta’ Diabrotica virgifera Le Conte fil-Komunità
(notifikata bid-dokument C(2014) 467)
(2014/62/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-pjanti jew għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b’mod partikolari r-raba’ sentenza tal-Artikolu 16(3) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/766/KE (2) ma rnexxilhiex tevita t-tixrid tad-Diabrotica virgifera virgifera Le Conte, kif jidher mill-istħarriġ annwali mwettaq mill-Istati Membri skont dik id-Deċiżjoni. Dawk l-istħarriġiet ikomplu juru li Diabrotica virgifera virgifera Le Conte issa ġiet stabbilita f’parti kbira mit-territorju tal-Unjoni. Barra minn hekk, mhuwiex fattibbli li jitrażżan aktar it-tixrid u jeżistu mezzi ta’ kontroll effettivi u sostenibbli li jimminimizzaw l-impatt ta’ dak l-organiżmu fuq il-ħsad tal-qamħirrum, b’mod partikolari l-implimentazzjoni ta’ skema tan-newba tal-uċuħ tar-raba’. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni 2003/766/KE għandha għalhekk tiġi rrevokata. |
|
(3) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2003/766/KE hija mħassra.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Frar 2014.
Għall-Kummissjoni
Tonio BORG
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/766/KE tal-24 ta’ Ottubru 2003 dwar miżuri ta’ emerġenza biex ma jitħalliex it-tixrid ta’ Diabrotica virgifera Le Conte (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 49).
RAKKOMANDAZZJONIJIET
|
7.2.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 38/46 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-6 ta’ Frar 2014
dwar miżuri ta’ kontroll tad-Diabrotica virgifera virgifera Le Conte f’żoni tal-Unjoni fejn il-preżenza tiegħu hija kkonfermata
(2014/63/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 292 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Diabrotica virgifera virgifera Le Conte (minn hawn ‘il quddiem magħruf bħala: “Diabrotica”) huwa pest insett mhux endemiku tal-qamħirrum. Dan infirex u stabbilixxa lilu nnifisu f’aktar minn nofs iż-żona tal-Unjoni li fiha jitkabbar il-qamħirrum. |
|
(2) |
Il-miżuri biex jiġi evitat it-tixrid tad-Diabrotica fl-Unjoni mwettqa skont id- Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/766/KE (1) ma kinux ta’ suċċess. Barra minn hekk, skont valutazzjoni tal-impatt imwettqa mill-Kummissjoni mhuwiex fattibbli li wieħed jipprova jeqred lil dan il-pest mit-territorju tal-Unjoni u lanqas li jiġi evitat it-tixrid tiegħu fl-oqsma li bħalissa huma ħielsa minn dan l-organiżmu ta’ ħsara. Għalhekk il-Kummissjoni ddeċidiet bid-Direttiva ta’ Implimentazzjoni 2014/19/UE (2) u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/62/UE (3) li tirtira r-rikonoxximent tad-Diabrotica bħala organiżmu ta’ ħsara rregolat bi status ta’ kwarantina, billi tħassru mill-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE (4), u li tħassar id-Deċiżjoni 2003/766/KE, rispettivament. |
|
(3) |
Skont id-Deċiżjoni 2003/766/KE n-newba tal-uċuħ tar-raba’ saret obbligatorja biss għall-qerda ta’ tifqigħ iżolat tad-Diabrotica. Madankollu, studji xjentifiċi wrew li n-newba tal-uċuħ tar-raba’ hija l-aktar teknika effettiva sabiex jitrażżan ukoll it-tifrix tad-Diabrotica u jitnaqqas l-impatt tiegħu. Apparti l-fatt li n-newba tal-uċuħ tar-raba’ hija metodu effettiv għall-kontroll tad-Diabrotica, din għandha diversi vantaġġi oħra mil-lat ambjentali. Dawn jinkludu t-titjib jew iż-żamma tal-fertilità u l-istruttura tal-ħamrija, u t-tkissir ta’ ċikli tal-pesti u tax-xibt bil-potenzjal li titnaqqas id-dipendenza tal-bdiewa fuq l-użu ta’ fertilizzanti li fihom il-kimiċi u prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti. B’konsegwenza, in-newba tal-uċuħ tar-raba’ għandha wkoll impatt pożittiv fuq il-kwalità tal-arja u tal-ilma, u fuq il-bijodiversità. Madankollu, minn studji oħrajn li saru dwar dan il-pest, deher ċar li bit-tixrid tiegħu hemm il-potenzjal ta’ dipendenza akbar fuq l-insettiċidi, peress li f’xi każijiet jista’ jkun diffiċli li jinstabu alternattivi ekonomikament attraenti għall-qamħirrum fin-newba. |
|
(4) |
Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jipprevedu kontroll effettiv u sostenibbli tad-Diabrotica, anki wara l-irtirar tar-rikonoxximent tad-Diabrotica bħala orġaniżmu ta’ ħsara rregolat bi status ta’ kwarantina. L-Artikolu 14 tad-Direttiva 2009/128/KE tal-parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) jipprovdi għall-Istati Membri biex jistabbilixxu inċentivi xierqa biex iħeġġu lill-utenti professjonali sabiex jimplimentaw, fuq bażi volontarja, linji gwida speċifiċi għall-uċuħ tar-raba’ jew għas-settur għall-ġestjoni integrata ta’ organiżmi ta’ ħsara, li għandhom jitfasslu mill-awtoritajiet pubbliċi jew l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw utenti professjonali partikolari, skont il-prinċipji ġenerali tal-ġestjoni integrata ta’ organiżmi ta’ ħsara, il-prevenzjoni tal-okkorrenza ta’ pesti għandha rwol ewlieni biex titnaqqas il-ħtieġa ta’ intervent bi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti. Barra minn hekk, metodi sostenibbli bijoloġiċi, fiżiċi u mhux kimiċi oħrajn għandhom ikunu ppreferuti minn metodi kimiċi jekk huma jipprovdu kontroll sodisfaċenti tal-organiżmi ta’ ħsara. |
|
(5) |
Skont dawn il-prinċipji ġenerali tal-ġestjoni integrata ta’ organiżmi ta’ ħsara, l-applikazzjoni tan-newba tal-uċuħ tar-raba’, tal-monitoraġġ xieraq tal-popolazzjonijiet tad-Diabrotica u miżuri rilevanti oħra jevitaw it-tixrid ta’ organiżmi ta’ ħsara, bħal miżuri ta’ iġjene u t-tindif tal-makkinarju agrikolu, għandhom ikunu inklużi f’linji gwida speċifiċi għall-uċuħ tar-raba’ jew għas-settur. |
|
(6) |
Barra minn hekk, sabiex jissaħħaħ ir-rispett mill-utenti tal-Artikolu 55 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) jekk jintużaw insettiċidi biex jikkontrollaw id-Diabrotica, il-linji gwida speċifiċi għall-uċuħ tar-raba’ jew għas-settur għall-ġestjoni integrata ta’ organiżmi ta’ ħsara li jikkonċernaw lil dan il-pest għandhom ikunu konformi mar-regoli dwar l-użu xieraq tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti kif stabbilit f’dik id-dispożizzjoni. |
|
(7) |
Utenti professjonali ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti għandu jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom informazzjoni u għodod għall-monitoraġġ tad-Diabrotica, kif ukoll servizzi ta’ konsulenza dwar ġestjoni integrata ta’ organiżmi ta’ ħsara, inklużi prevenzjoni u metodi ta’ kontroll speċifiċi għad-Diabrotica. Ir-riżultati tal-monitoraġġ għandhom jgħinu lill-bdiewa biex jiddeċiedu jekk għadx hemm bżonn japplikaw il-miżuri ta’ protezzjoni tal-pjanti u meta. Huwa importanti li valuri ta’ limitu robusti u xjentifikament tajbin għall-popolazzjonijiet tad-Diabrotica jkunu ddefiniti għar-reġjun, peress li dawn huma komponenti essenzjali għat-teħid ta’ deċiżjonijiet. |
|
(8) |
Għalhekk l-Istati Membri li jiżguraw, f’konformità mal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2009/128/KE, li l-utenti professjonali kollha jkollhom aċċess għal taħriġ dwar suġġetti speċifiċi, għandhom jinkludu wkoll id-dispożizzjonijiet ta’ din ir-Rakkomandazzjoni fil-programm ta’ taħriġ rispettiv. |
|
(9) |
Ir-riċerka u l-iżvilupp fuq għodod teknoloġiċi għall-kontroll sostenibbli tad-Diabrotica għandhom ikunu promossi biex ikunu żgurati miżuri aktar effiċjenti ekonomikament u ambjentalment sostenibbli kontra dak l-organiżmu ta’ ħsara, |
ADOTTAT DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
|
1. |
L-Istati Membri għandhom iqisu l-prinċipji ġenerali ta’ ġestjoni integrata ta’ organiżmi ta’ ħsara stabbiliti fl-Anness III tad-Direttiva 2009/128/KE għall-kontroll tad-Diabrotica virgifera virgifera Le Conte (minn hawn ‘il quddiem “Diabrotica”) f’żoni tal-Unjoni fejn il-preżenza tiegħu hija kkonfermata. Għall-iskopijiet ta’ din ir-Rakkomandazzjoni “kontroll” tfisser it-tneħħija tad-densità tal-popolazzjoni ta’ pest b’tali mod li ma tikkawżax telf ekonomiku sinifikanti, bil-ħsieb li tiġi żgurata produzzjoni ekonomikament sostenibbli tal-qamħirrum. |
|
2. |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li linji gwida speċifiċi għall-uċuħ tar-raba’ jew għas-settur għall-ġestjoni integrata ta’ organiżmi ta’ ħsara, imfassla mill-awtoritajiet pubbliċi jew l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw utenti professjonali partikolari, dwar id-Diabrotica indirizzati lill-bdiewa tal-qamħirrum u utenti professjonali ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti huma konformi mar-regoli dwar l-użu xieraq tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti kif stabbiliti fl-Artikolu 55 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. |
|
3. |
Metodi sostenibbli bijoloġiċi, fiżiċi u mhux kimiċi oħrajn għandhom ikunu ppreferuti minn metodi kimiċi jekk ikunu jipprovdu kontroll sodisfaċenti tal-organiżmi ta’ ħsara. Għalhekk, il-kontroll tad-Diabrotica minn utenti professjonali għandu jinkiseb jew jiġi appoġġat bl-azzjonijiet li ġejjin:
In-newba tal-uċuħ tar-raba’ għandha tiġi ppreferuta fid-dawl tal-effettività għolja tagħha fil-kontroll tad-Diabrotica u minħabba l-benefiċċji agronomiċi u ambjentali tagħha fit-tul. |
|
4. |
Il-miżuri kollha stabbiliti fil-punt 3 għandhom ikunu akkumpanjati mill-monitoraġġ tal-preżenza tad-Diabrotica sabiex jiġu identifikati l-ħtieġa u ż-żmien xieraq għal azzjoni protettiva. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-monitoraġġ effettiv tal-popolazzjoni tad-Diabrotica jsir billi jintużaw metodi u għodod xierqa. Il-valuri ta’ limitu xjentifikament tajbin għall-popolazzjonijiet tad-Diabrotica għandhom jiġu stabbiliti skont ir-reġjun, billi dawn huma komponenti essenzjali għat-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar l-applikazzjoni ta’ kwalunkwe miżura ta’ kontroll. |
|
5. |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw, skont l-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2009/128/KE, li l-utenti professjonali ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom informazzjoni u għodod għall-monitoraġġ tad-Diabrotica. |
|
6. |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-servizzi ta’ konsulenza dwar ġestjoni integrata ta’ organiżmi ta’ ħsara, kif previst fl-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2009/128/KE, jipprovdu wkoll pariri speċifiċi dwar il-kontroll tad-Diabrotica lill-utenti professjonali kollha tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti. L-Istati Membri għandhom ukoll jistabbilixxu inċentivi xierqa biex iħeġġu lill-utenti professjonali sabiex jimplimentaw il-linji gwida speċifiċi għall-uċuħ tar-raba’ jew għas-settur imsemmija fil-punt 2. |
|
7. |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-utenti professjonali kollha tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti jkollhom aċċess għal taħriġ rigward il-kontroll sostenibbli tad-Diabrotica. Id-dispożizzjonijiet ta’ din ir-Rakkomandazzjoni għandhom isiru parti mit-taħriġ żgurat mill-Istati Membri skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2009/128/KE. |
|
8. |
L-Istati Membri għandhom jippromwovu r-riċerka u l-iżvilupp ta’ għodod teknoloġiċi għall-kontroll sostenibbli tad-Diabrotica. |
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Frar 2014.
Għall-Kummissjoni
Tonio BORG
Membru tal-Kummissjoni
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/766/KE tal-24 ta’ Ottubru 2003 dwar miżuri ta’ emerġenza biex ma jitħalliex it-tixrid ta’ Diabrotica virgifera Le Conte fil-Komunità (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 49).
(2) Id-Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/19/UE tas-6 ta’ Frar 2014 li temenda l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità. Ara paġna 30 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(3) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/62/UE tas-6 ta’ Frar 2014 li tħassar id-Deċiżjoni 2003/766/KE dwar miżuri ta’ emerġenza biex ma jitħalliex it-tixrid ta’ Diabrotica virgifera Le Conte fil-Komunità. Ara paġna 45 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(4) Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1).
(5) Id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 71).
(6) Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1)