ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2014.034.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 34

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 57
5 ta' Frar 2014


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 101/2014 tal-4 ta’ Frar 2014 dwar l-awtorizzazzjoni tal-L-tirosin bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali ( 1 )

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 102/2014 tal-4 ta’ Frar 2014 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 872/2004 li jirrigwarda aktar miżuri restrittivi li għandhom x'jaqsmu mal-Liberja

4

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 103/2014 tal-4 ta’ Frar 2014 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

6

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

5.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 34/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 101/2014

tal-4 ta’ Frar 2014

dwar l-awtorizzazzjoni tal-L-tirosin bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u għar-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni.

(2)

F’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ġiet ippreżentata applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-L-tirosin bħala addittiv tal-ikel fil-grupp funzjonali “aċidi amminiċi, l-imluħ u l-analogi tagħhom”. Din l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-L-tirosin bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, biex jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrittivi”.

(4)

Fl-opinjoni tagħha tal-20 ta’ Ġunju 2013 (2) l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) kkonkludiet li skont il-kundizzjonijiet ta’ użu proposti, l-L-tirosin ma għandux effett ħażin fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent, u l-użu tiegħu jista’ jitqies bħala effikaċi biex jikkontribwixxi għar-rekwiżiti li l-aċidi amminiċi jkun fihom il-kubrit għall-ispeċijiet kollha tal-annimali. L-Awtorità tqis li ma hemmx bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi għal monitoraġġ wara l-kummerċjalizzazzjoni. L-Awtorità vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu tal-analiżi tal-addittivi tal-għalf fl-għalf li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta’ Referenza mwaqqaf bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

L-evalwazzjoni ta’ dik il-preparazzjoni turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfatti. Għaldaqstant, l-użu ta’ din is-sustanza għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(6)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Is-sustanza speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi ‘addittivi nutrittivi’ u mill-grupp funzjonali “aċidi amminiċi, l-imluħ u l-analogi tagħhom”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutriment tal-annimali suġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Frar 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)   EFSA Journal 2013; 11(7):3310.


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija ta’ annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

mg/kg għalf komplut b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 %

Kategorija ta’ addittivi nutrittivi Grupp funzjonali: aċidi amminiċi, l-imluħ u l-analogi tagħhom

3c401

L-tirosin

 

Kompożizzjoni tal-addittiv

Trab immanifatturat permezz tal-idroliżi tal-keratina mir-rix tat-tjur b’kontenut minimu ta’ L-tirosin ta’ 95 %

 

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Isem tal-IUPAC: (2S)-2-amino-3-(4-idrossifenil)aċidu propanojku

Numru tal-CAS: 60-18-4

Formula kimika: C9H11NO3

 

Metodi analitiċi  (1)

Għad-determinazzjoni tal-L-tirosin fl-addittiv tal-għalf:

Titrimetrija, Farmakopoeja (Ph. Eur. 6.0, metodu 01/2008-1161).

Għad-determinazzjoni tal-L-tirosin fil-pretaħlitiet, fl-għalf kompost u fil-materjali tal-għalf:

Metodu tal-kromatografija tal-iskambju tal-joni bid-derivatizzazzjoni postkolonna u d-detezzjoni fotometrika: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 (2) (Anness III, F).

L-ispeċijiet kollha

1.

Għas-sikurezza tal-utent: uża l-ingwanti, in-nuċċali tas-sikurezza u t-tagħmir għall-protezzjoni tan-nifs.

2.

L-istruzzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu rakkomandazzjoni li l-kontenut ta’ L-tirosin ma jaqbiżx 5 g/kg ta’ għalf komplut b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 % għall-annimali li jipproduċu l-ikel, u 15 g/kg ta’ għalf komplut b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 % għall-annimali li ma jipproduċux ikel.

Il-25 ta’ Frar 2024


(1)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju ta’ Referenza: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/authorisation/evaluation_reports/Pages/index.aspx

(2)   ĠU L 54, 26.2.2009, p. 1.


5.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 34/4


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 102/2014

tal-4 ta’ Frar 2014

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 872/2004 li jirrigwarda aktar miżuri restrittivi li għandhom x'jaqsmu mal-Liberja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 872/2004 tad-29 ta' April 2004 li jirrigwarda miżuri restrittivi li għandhom x’jaqsmu mal-Liberja (1), u partikolarment l-Artikolu 11(a) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 872/2004 jelenka l-persuni, il-korpi u l-entitajiet fiżiċi u ġuridiċi li huma koperti mill-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Fit-23 ta' Diċembru 2013, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti stabbilit skont ir-riżoluzzjoni 1521(2003) dwar il-Liberja ddeċieda li jneħħi persuna waħda mil-lista tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom għandu japplika l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi.

(3)

L-Anness I għandu b'hekk jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 872/2004 hu b’dan emendat kif stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Frar 2014.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija


(1)   ĠU L 162, 30.4.2004, p. 32.


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 872/2004 huwa emendat kif ġej:

L-entrata li jmiss titħassar:

‘Benoni Urey. Data tat-twelid: 22.6.1957. Passaporti: (a) Passaport diplomatiku Liberjan: D-00148399, (b) Passaport tal-Kummissarju għall-Affarijiet Marittimi: D/002356. Informazzjoni oħra: eks Kummissarju għall-Affarijiet Marittimi tal-Liberja.’


5.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 34/6


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 103/2014

tal-4 ta’ Frar 2014

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Frar 2014.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

85,7

MA

50,3

SN

151,7

TN

94,8

TR

90,4

ZZ

94,6

0707 00 05

TR

124,0

ZZ

124,0

0709 91 00

EG

91,5

ZZ

91,5

0709 93 10

MA

50,3

TR

132,6

ZZ

91,5

0805 10 20

EG

46,2

IL

67,0

MA

54,0

TN

48,3

TR

70,5

ZZ

57,2

0805 20 10

IL

125,9

MA

64,5

ZZ

95,2

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CN

60,8

EG

21,7

IL

141,7

JM

118,0

KR

144,2

MA

116,7

TR

67,3

ZZ

95,8

0805 50 10

TR

68,5

ZZ

68,5

0808 10 80

CA

92,6

CN

73,1

MK

28,7

US

224,1

ZZ

104,6

0808 30 90

CN

46,0

TR

131,9

US

133,5

ZA

99,5

ZZ

102,7


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.