|
ISSN 1977-074X doi:10.3000/1977074X.L_2014.032.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 32 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 57 |
|
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
|
1.2.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 32/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-20 ta’ Jannar 2014
dwar it-tiġdid tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa
(2014/50/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 186 flimkien mal-punt (v) tal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
|
(1) |
Bid-Deċiżjoni 2000/742/KE (2), il-Kunsill approva l-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa (il-“Ftehim”). |
|
(2) |
L-Artikolu 12(b) tal-Ftehim jistipula, b’mod partikolari, li l-Ftehim jista’ jiġġedded bi qbil komuni bejn il-Partijiet għal perjodi addizzjonali ta’ ħames snin. Permess tad-Deċiżjoni 2009/313/KE (3), il-Kunsill kien approva t-tiġdid tal-Ftehim għal perjodu addizzjonali ta’ ħames snin. |
|
(3) |
Wara analiżi konġunta tal-Ftehim, iż-żewġ Partijiet ħadu nota tar-rakkomandazzjoni minn esperti indipendenti li l-Ftehim għandu jkun imġedded għal perjodu ieħor ta’ ħames snin fil-forma attwali tiegħu. |
|
(4) |
Il-Partijiet għall-Ftehim jikkunsidraw li t-tiġdid tal-Ftehim ikun fl-interess reċiproku tagħhom. |
|
(5) |
Il-kontenut tal-Ftehim imġedded ser jkun identiku għall-kontenut tal-Ftehim li jiskadi fl-20 ta’ Frar 2014. |
|
(6) |
Bħala konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fl-1 ta’ Diċembru 2009, l-Unjoni Ewropea ssostitwixxiet u ssuċċediet lill-Komunità Ewropea. |
|
(7) |
It-tiġdid tal-Ftehim għandu jiġi approvat f’isem l-Unjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
It-tiġdid tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa, għal perjodu addizzjonali ta’ ħames snin, huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill għandu, f’isem l-Unjoni, jagħti n-notifika lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa li l-Unjoni lestiet il-proċeduri interni tagħha neċessarji għat-tiġdid tal-Ftehim f’konformità mal-punt(b) tal-Artikolu 12 tal-Ftehim.
Artikolu 3
Il-President tal-Kunsill għandu, f’isem l-Unjoni, jagħmel in-notifika li ġejja:
“Bħala konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fl-1 ta’ Diċembru 2009, l-Unjoni Ewropea ssostitwixxiet u ssuċċediet lill-Komunità Ewropea u minn dik id-data teżerċita kull dritt u tassumi kull obbligu tal-Komunità Ewropea. Għalhekk, kull referenza għall-‘Komunità Ewropea’ fit-test tal-Ftehim għandha tinqara, fejn ikun il-każ, bħala referenza għall-‘Unjoni Ewropea’.”.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Jannar 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
(1) Għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali.
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/742/KE tas-16 ta’ Novembru 2000 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa (ĠU L 299, 28.11.2000, p. 14).
(3) Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/313/KE tat-30 ta’ Marzu 2009 dwar it-tiġdid tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa (ĠU L 92, 4.4.2009, p. 3).
REGOLAMENTI
|
1.2.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 32/3 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 88/2014
tal-31 ta’ Jannar 2014
li jispeċifika proċedura għall-emenda tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u partikolarment l-Artikolu 28(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-kategoriji 1, 2, 3, 4 u 5 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 huma definiti sabiex jippermettu ċerti preżunzjonijiet fir-rigwar tal-proprjetajiet tas-sustanzi li jaqgħu taħthom. L-inklużjoni fil-kategorija 6 ta’ dak l-Anness teħtieġ is-sottomissjoni ta’ pakkett ta’ dejta li tippermetti valutazzjoni tar-riskju sħiħ għall-użu maħsub. Il-proċedura ta’ talba għall-emenda ta’ xi waħda minn dawn il-kategoriji sabiex tinkludi fiha sustanzi attivi, jew il-modifika tar-restrizzjonijiet, għandha tkun trasparenti u ugwali għall-applikanti kollha. Għaldaqstant huwa xieraq li dan jiġi speċifikat aktar. |
|
(2) |
Id-dejta meħtieġa għall-inklużjoni ta’ sustanza attiva fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 għandha tkun tali li tagħti evidenza li s-sustanza ma tagħtix lok għal tħassib fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 28(2) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
|
(3) |
Sabiex ikun hemm konsistenza, il-proċedura ta’ sottomissjoni u validazzjoni ta’ applikazzjoni għall-inklużjoni ta’ sustanza attiva fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 għandha tkun identika għal dik għas-sottomissjoni u l-validazzjoni ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ sustanza attiva. Madankollu, fejn dik tal-ewwel tista’ teħtieġ is-sottomissjoni ta’ anqas dejta, il-proċedura ta’ evalwazzjoni għandha tiġi adattata kif xieraq. |
|
(4) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 82(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-proċeduri li għandhom ikunu segwiti għall-fini tal-emenda, fuq talba minn applikant, tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 sabiex
|
(a) |
jinkludi sustanza attiva fil-kategoriji 1, 2, 3, 4, 5 jew 6 ta’ dak l-Anness skont l-Artikolu 28(1) ta’ dak ir-Regolament, jew |
|
(b) |
isiru emendi tar-restrizzjonijiet rilevanti f’dawk il-kategoriji. |
Artikolu 2
Rekwiżiti tad-dejta għal applikazzjoni
Applikazzjoni għal inklużjoni jew emenda li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 1 għandha tinkludi l-informazzjoni speċifikata fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Sottomissjoni u validazzjoni tal-applikazzjonijiet
1. Il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 7(1) u (2), it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 7(3), u l-Artikolu 7(6) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 għandu japplika għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet għal inklużjonijiet jew emendi li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament.
2. Meta applikazzjoni tikkonċerna il-Kategorija 6 fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, l-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-Artikolu 7(3), l-Artikolu 7(4) u (5) ta’ dak ir-Regolament għandhom japplikaw għall-validazzjoni tal-applikazzjoni.
Artikolu 4
Evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet
1. L-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni għandha tevalwa jekk hemmx evidenza dwar jekk is-sustanza tagħtix lok għal tħassib skont l-Artikolu 28(2) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 u, fejn rilevanti, għal liema restrizzjonijiet l-użu tagħha għandu jkun suġġett. Għandha tibgħat rapport ta’ valutazzjoni u l-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni tagħha lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi stabbilita skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) (“l-Aġenzija”). Meta l-applikazzjoni tikkonċerna l-inklużjoni fil-Kategorija 1, 2, 3, 4 u 5 fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, ir-rapport ta’ valutazzjoni u l-konklużjonijiet għandhom jiġu sottomessi fi żmien 180 jum mill-pagament tal-miżati li hemm referenza għalihom fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 7(3) ta’ dak ir-Regolament. Meta l-applikazzjoni tikkonċerna l-inklużjoni fil-Kategorija 6 fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, ir-rapport ta’ valutazzjoni u l-konklużjonijiet għandhom jiġu sottomessi fi żmien 365 jum mill-validazzjoni ta’ dik l-applikazzjoni.
Qabel ma tippreżenta l-konklużjonijiet tagħha lill-Aġenzija, l-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni għandha tagħti lill-applikant l-opportunità li jipprovdi kummenti bil-miktub dwar ir-rapport ta’ valutazzjoni u l-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni fi żmien 30 jum. L-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni għandha tqis dawn il-kummenti meta tkun qed tiffinalizza l-evalwazzjoni tagħha.
2. Fejn ikun jidher li hija meħtieġa informazzjoni addizzjonali għat-twettiq tal-evalwazzjoni, l-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni għandha titlob lill-applikant jippreżenta din l-informazzjoni f’limitu ta’ żmien speċifikat, u għandha tinforma lill-Aġenzija dwar dan. Il-perjodi ta’ żmien li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu sospiżi mid-data tal-ħruġ ta’ dik it-talba sad-data meta tasal l-informazzjoni. Is-sospensjoni ma għandhiex taqbeż il-180 jum b’kollox sakemm ma tkunx iġġustifikata min-natura tad-dejta mitluba jew minn ċirkostanzi eċċezzjonali.
3. Applikazzjoni li tikkonċerna l-inklużjoni ta’ sustanza attiva fil-Kategoriji 1, 2, 3, 4 jew 5 fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, li, fuq talba għal dejta addizzjonali skont il-paragrafu 2, tikkonforma bis-sħiħ mal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, għandha, meta l-applikant jitlob dan,
|
(a) |
titqies bħala applikazzjoni għal inklużjoni fil-Kategorija 6 fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament, u |
|
(b) |
tkun soġġetta għall-validazzjoni skont l-Artikolu 3(2). |
4. Wara li tqis il-konklużjonijiet tal-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni, l-Aġenzija għandha tħejji u tissottometti lill-Kummissjoni l-opinjoni li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 fi żmien 270 jum minn meta jaslu l-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni fil-każ ta’ applikazzjoni għall-inklużjoni fil-Kategorija 6 fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, u fi żmien 180 jum minn dik il-wasla fil-każ ta’ applikazzjoni għall-inklużjoni fil-Kategorija 1, 2, 3, 4 jew 5 tal-Anness I ta’ dak ir-Regolament.
Artikolu 5
Opinjonijiet tal-aġenzija eliġibbli biex jiffurmaw il-bażi ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni
Sakemm hemm evidenza li sustanza attiva ma tagħtix lok għal tħassib fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 28(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, il-Kummissjoni tista’ tadotta deċiżjoni skont dak l-Artikolu bl-emenda tal-Anness I ta’ dak ir-Regolament fis-sens li hemm referenza għalih fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament fejn l-Aġenzija tkun ressqet opinjoni skont
|
(a) |
l-Artikolu 4(4) ta’ dan ir-Regolament, |
|
(b) |
l-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, jew |
|
(c) |
wieħed mill-atti stipulati mill-Artikolu 89(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
Artikolu 6
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Jannar 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.
(2) Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).
ANNESS
Ir-rekwiżiti tad-dejta għall-inklużjoni ta’ sustanza attiva fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 528/2012
TAQSIMA A
Dejta għall-inklużjoni fil-Kategorija 1, 2, 3, 4 jew 5
|
1. |
L-applikazzjoni għall-inklużjoni ta’ sustanza attiva fil-Kategorija 1, 2, 3, 4 jew 5 fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 għandha tispeċifika il-kategorija rilevanti, l-identità tas-sustanza u l-użi maħsuba tal-prodotti li għalihom qed tintalab l-awtorizzazzjoni, u jkun fiha evidenza konklużiva li turi dan li ġej:
L-evidenza li hemm referenza għaliha fil-punt (b) għandha tinkludi d-dejta tal-litteratura ppubblikata rilevanti kollha dwar is-sustanza inkwistjoni u d-dejta rilevanti kollha dwar is-sustanza ġġenerata mill-applikant. Din tista’ tinkludi wkoll read-across minn analogi/omologi kimiċi, tbassir (Q)SAR, dejta minn studji eżistenti, studji in vitro, dejta umana storika, jew konklużjonijiet minn awtoritajiet jew ofqsa regolatorji oħrajn. |
|
2. |
B’deroga mill-paragrafu 1(b), fejn ma hemm l-ebda evidenza konklużiva ta’ kunsens b’saħtu ta’ opinjoni esperta dwar punt tat-tmiem wieħed jew iktar, l-applikazzjoni għandu jkun fiha d-dejta addizzjonali kollha meħtieġa biex turi li s-sustanza ma tagħtix lok għal tħassib skont l-Artikolu 28(2) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
TAQSIMA B
Dejta għall-inklużjoni fil-Kategorija 6
Applikazzjoni għall-inklużjoni ta’ sustanza attiva fil-Kategorija 6 fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 għandu jkun fiha d-dejta li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 6 ta’ dak ir-Regolament biex tippermetti valutazzjoni tar-riskju tal-aqwa kwalità.
|
1.2.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 32/6 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 89/2014
tal-31 ta’ Jannar 2014
li japprova l-bis(N-ċikloeżil-diażenju-diossi)-ram (Cu-HDO) bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 8
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u partikolarment it-tielet sottoparagrafu tal-Artikolu 89(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 (2) jistabbilixxi elenku ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati, bil-għan li possibbilment jiġu inklużi fl-Anness I, IA jew IB tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Dik il-lista tinkludi l-bis(N-ċikloeżil-diażenju-diossi)-ram (Cu-HDO). |
|
(2) |
Is-Cu-HDO ġie evalwat skont l-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 98/8/KE għall-użu fi prodotti tat-tip 8, preservattivi tal-injam, kif iddefiniti fl-Anness V ta’ dik id-Direttiva, li jikkorrispondu mal-prodotti tat-tip 8 kif iddefiniti fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
|
(3) |
L-Awstrija nħatret l-Istat Membru Relatur u ressqet ir-rapport tal-awtorità kompetenti, flimkien ma’ rakkomandazzjoni, lill-Kummissjoni fil-25 ta’ Frar 2008 skont l-Artikolu 14(4) u (6) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007. |
|
(4) |
Ir-rapport tal-awtorità kompetenti ġie rrevedut mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni. Skont l-Artikolu 15(4) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007, ir-riżultati tal-analiżi ġew inkorporati, fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali fit-13 ta’ Diċembru 2013, f’rapport ta’ valutazzjoni. |
|
(5) |
Mir-rapport ta’ valutazzjoni jidher li l-prodotti bijoċidali użati għall-prodotti tat-tip 8 u li fihom is-Su-HDO jistgħu jkunu mistennija li jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/8/KE. |
|
(6) |
Għaldaqstant jixraq li s-Cu-HDO jiġi approvat għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 8. |
|
(7) |
Billi l-evalwazzjoni ma indirizzatx in-nanomaterjali, l-approvazzjoni ma għandhiex tkopri tali materjali skont l-Artikolu 4(4) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
|
(8) |
Għandu jitħalla jgħaddi perjodu ta’ żmien raġonevoli qabel ma tiġi approvata sustanza attiva, biex l-Istati Membri, il-partijiet interessati, u l-Kummissjoni fejn xieraq, ikunu jistgħu jippreparaw irwieħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw. |
|
(9) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-bis(N-ċikloeżil-diażenju-diossi)-ram (Cu-HDO) għandu jiġi approvat bħala sustanza attiva għall-użu fi prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 8, soġġett għall-ispeċifikazzjonijiet u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Jannar 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 tal-4 ta’ Diċembru 2007 dwar it-tieni fażi tal-programm ta’ ħidma ta’ 10 snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti bijoċidali (ĠU L 325, 11.12.2007, p. 3).
(3) Id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1).
ANNESS
|
L-isem Komuni |
L-isem tal-IUPAC In-Numri ta’ Identifikazzjoni |
Grad minimu tal-purezza tas-sustanza attiva (1) |
Data tal-approvazzjoni |
Data ta’ Skadenza tal-approvazzjoni |
Tip ta’ prodotti |
Kundizzjonijiet speċifiċi (2) |
||||
|
Cu-HDO |
L-isem tal-IUPAC: bis(N-ċikloeżil-diażenju-diossi)-ram Nru tal-KE: Mhux applikabbli Nru tal-CAS: 312600-89-8 |
981 gm/kg |
fl-1 ta’ Settembru 2015 |
fil-31 ta’ Awwissu 2025 |
8 |
Il-valutazzjoni tal-prodott għandha tagħti attenzjoni partikolari lill-esponimenti, ir-riskji u l-effikaċja marbuta ma’ kull użu kopert minn applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, iżda li mhuwiex indirizzat fil-valutazzjoni tar-riskju tas-sustanza attiva fil-livell tal-Unjoni. L-awtorizzazzjonijiet huma soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) Il-purezza indikata f’din il-kolonna kienet il-grad minimu ta’ purezza tas-sustanza attiva użata għall-evalwazzjoni li saret skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. Is-sustanza attiva fil-prodott imqiegħed fis-suq tista’ tkun ta’ purezza ugwali jew differenti, jekk tkun ġiet ippruvata teknikament ekwivalenti għas-sustanza attiva evalwata.
(2) Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji komuni tal-Anness VI tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, il-kontenut u l-konklużjonijiet tar-rapporti ta’ valutazzjoni huma disponibbli fis-sit tal-Internet tal-Kummissjoni: http://ec.europa.eu/comm/environment/biocides/index.htm
|
1.2.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 32/9 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 90/2014
tal-31 ta’ Jannar 2014
li japprova l-aċidu dekanojku bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tipi 4, 18 u 19
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u partikolarment it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 89(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 (2) jistabbilixxi lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati, bil-għan li possibbilment jiġu inklużi fl-Anness I, IA jew IB tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Dik il-lista tinkludi l-aċidu dekanojku. |
|
(2) |
L-aċidu dekanojku ġie evalwat skont l-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 98/8/KE għall-użu fi prodotti tat-tip 4, disinfettanti taż-żona tal-ikel u l-għalf, il-prodotti tat-tip 18, insettiċidi, akariċidi u prodotti għall-kontroll ta’ artropodi oħra u l-prodotti tat-tip 19 repellenti u attirant, kif definiti fl-Anness V ta’ dik id-Direttiva, li jikkorrispondu rispettivament mal-prodotti tat-tipi 4, 18 u 19 kif definit fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
|
(3) |
L-Awstrija nħatret bħala l-Istat Membru Relatur u fis-7 ta’ Diċembru 2010 ressqet ir-rapporti tal-awtorità kompetenti, flimkien ma’ rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 14(4) u (6) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007. |
|
(4) |
Ir-rapporti tal-awtorità kompetenti ġew riveduti mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni. Skont l-Artikolu 15(4) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007, is-sejbiet tar-reviżjoni ġew inkorporati, fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali, f’żewġ rapporti ta’ valutazzjoni, fit-13 ta’ Diċembru 2013. |
|
(5) |
Minn dawk ir-rapporti jidher li l-prodotti bijoċidali użati għall-prodotti tat-tipi 4, 18 u 19 u li fihom l-aċidu dekanojku jistgħu jiġu preżunti li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/8/KE. |
|
(6) |
Għaldaqstant, huwa xieraq li l-aċidu dekanojku jiġi approvat għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tipi 4, 18 u 19. |
|
(7) |
Billi l-evalwazzjonijiet ma indirizzawx in-nanomaterjali, l-approvazzjonijiet ma għandhomx ikopru tali materjali skont l-Artikolu 4(4) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
|
(8) |
Għall-użu fil-prodotti tat-tip 4, l-evalwazzjoni ma indirizzatx l-inkorporazzjoni tal-prodotti bijoċidali li jkun fihom l-aċidu dekanojku f’materjali u f’oġġetti maħsuba biex jiġu f’kuntatt dirett jew indirett mal-ikel fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). Dawn il-materjali jistgħu jeħtieġu l-istabbiliment ta’ limiti speċifiċi fuq il-migrazzjoni fl-ikel, kif imsemmi fl-Artikolu 5(1)(e) tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004. Għaldaqstant, l-approvazzjoni ma għandhiex tkopri tali użu sakemm il-Kummissjoni ma tkunx stabbiliet tali limiti jew inkella jkun ġie stabbilit, skont dak ir-Regolament, li dawn il-limitazzjonijiet mhumiex meħtieġa. |
|
(9) |
Għandu jitħalla jgħaddi perjodu ta’ żmien raġonevoli qabel sustanza attiva tkun approvata, sabiex l-Istati Membri, il-partijiet interessati, u l-Kummissjoni fejn xieraq, jippreparaw irwieħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw. |
|
(10) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Skont l-ispeċifikazzjonijiet u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness, l-aċidu dekanojku għandu jiġi approvat bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tipi 4, 18 u 19.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Jannar 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 tal-4 ta’ Diċembru 2007 dwar it-tieni fażi tal-programm ta’ ħidma ta’ 10 snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti bijoċidali (ĠU L 325, 11.12.2007, p. 3).
(3) Id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1).
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 2004 dwar materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f’kuntatt mal-ikel u li jħassar id-Direttivi 80/590/KEE u 89/109/KEE (ĠU L 338, 13.11.2004, p. 4).
ANNESS
|
Isem Komuni |
Isem tal-IUPAC Numri tal-Identifikazzjoni |
Grad minimu ta’ purità tas-sustanza attiva (1) |
Data tal-approvazzjoni |
Data tal-iskadenza tal-approvazzjoni |
Tip ta’ prodott |
Kundizzjonijiet speċifiċi (2) |
||||||
|
Aċidu dekanojku |
Isem IUPAC: Aċidu n-Dekanojku Nru tal-KE: 206-376-4 Nru tal-CAS: 334-48-5 |
985 g/kg |
fl-1 ta’ Settembru 2015. |
fil-31 ta’ Awwissu 2025. |
4 |
Il-valutazzjoni tal-prodott għandha tagħti attenzjoni partikolari lill-esponimenti, ir-riskji u l-effikaċja marbuta ma’ kwalunkwe użu kopert minn applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, iżda mhux indirizzati fil-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tal-Unjoni tas-sustanza attiva. L-awtorizzazzjonijiet huma soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
||||||
|
18 |
Il-valutazzjoni tal-prodott għandha tagħti attenzjoni partikolari lill-esponimenti, ir-riskji u l-effikaċja marbuta ma’ kwalunkwe użu kopert minn applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, iżda mhux indirizzati fil-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tal-Unjoni tas-sustanza attiva. L-awtorizzazzjonijiet huma soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
|||||||||||
|
19 |
Il-valutazzjoni tal-prodott għandha tagħti attenzjoni partikolari lill-esponimenti, ir-riskji u l-effikaċja marbuta ma’ kwalunkwe użu kopert minn applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, iżda mhux indirizzati fil-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tal-Unjoni tas-sustanza attiva. |
(1) Il-purità indikata f’din il-kolonna kienet il-grad minimu ta’ purità tas-sustanza attiva użata għall-evalwazzjoni li saret skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. Is-sustanza attiva fil-prodott imqiegħed fis-suq tista’ tkun ta’ purezza ugwali jew differenti, jekk tkun ġiet ippruvata teknikament ekwivalenti għas-sustanza attiva evalwata.
(2) Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji komuni tal-Anness VI tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, il-kontenut u l-konklużjonijiet tar-rapporti ta’ valutazzjoni huma disponibbli fuq is-sit tal-Kummissjoni: http://ec.europa.eu/comm/environment/biocides/index.htm
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-istabbiliment ta’ limiti ta’ residwi ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 u li jemenda d-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 152, 16.6.2009, p. 11).
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1).
|
1.2.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 32/13 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 91/2014
tal-31 ta’ Jannar 2014
li japprova s-S-metopren bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 18
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u partikolarment it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 89(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 (2) jistabbilixxi elenku ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati, bil-għan li possibbilment jiġu inklużi fl-Anness I, IA jew IB tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Din il-lista tinkludi s-S-metopren. |
|
(2) |
Is-S-metopren ġie evalwat skont l-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 98/8/KE għall-użu fi prodotti tat-tip 18, insettiċidi, akariċidi u prodotti biex jiġu kkontrollati artropodi oħra kif iddefiniti fl-Anness V ta’ dik id-Direttiva, li jikkorrispondi mal-prodotti tat-tip 18 kif iddefinit fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
|
(3) |
L-Irlanda nħatret bħala l-Istat Membru Relatur u fid-29 ta’ Ottubru 2010 ressqet ir-rapport tal-awtorità kompetenti flimkien ma’ rakkomandazzjoni lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 14(4) u (6) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007. |
|
(4) |
Ir-rapport tal-awtorità kompetenti ġie rivedut mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni. Skont l-Artikolu 15(4) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007, ir-riżultati tal-analiżi ġew inkorporati, fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali fit-13 ta’ Diċembru 2013, f’rapport ta’ valutazzjoni. |
|
(5) |
Mir-rapport ta’ valutazzjoni jidher li l-prodotti bijoċidali użati għall-prodotti tat-tip 18 u li fihom is-S-metopren jistgħu jiġu mistennija li jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/8/KE. |
|
(6) |
Għaldaqstant huwa xieraq li s-S-metopren jiġi approvat għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 18. |
|
(7) |
Billi l-evalwazzjoni ma indirizzatx in-nanomaterjali, l-approvazzjoni m’għandhiex tkopri tali materjali skont l-Artikolu 4(4) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
|
(8) |
Għandu jitħalla jgħaddi perjodu ta’ żmien raġonevoli qabel sustanza attiva tkun approvata, sabiex l-Istati Membri, il-partijiet interessati u, fejn xieraq il-Kummissjoni, jippreparaw ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw. |
|
(9) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Is-S-metopren għandu jiġi approvat bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 18, soġġett għall-ispeċifikazzjonijiet u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-31 ta’ Jannar 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 tal-4 ta’ Diċembru 2007 dwar it-tieni fażi tal-programm ta’ ħidma ta’ 10 snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti bijoċidali (ĠU L 325, 11.12.2007, p. 3).
(3) Id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1).
ANNESS
|
Isem Komuni |
Isem tal-IUPAC Numri ta’ Identifikazzjoni |
Grad minimu ta’ purità tas-sustanza attiva (1) |
Data tal-approvazzjoni |
Data ta’ skadenza tal-approvazzjoni |
Tip ta’ prodott |
Kundizzjonijiet speċifiċi (2) |
|
S-metopren |
Isem tal-IUPAC: Isopropil-(2E,4E,7S)-11-metossi-3,7,11-trimetil-2,4-dodekadienoat Nru tal-KE: mhux applikabbli Nru tal-CAS: 65733-16-6 |
950 g/kg |
fl-1 ta’ Settembru 2015 |
fil-31 ta’ Awwissu 2025 |
18 |
Il-valutazzjoni tal-prodott għandha tagħti attenzjoni partikolari lill-esponimenti, ir-riskji u l-effikaċja marbuta ma’ kwalunkwe użu kopert minn applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, iżda mhux indirizzati fil-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tal-Unjoni tas-sustanza attiva. L-awtorizzazzjonijiet huma soġġetti għal din il-kundizzjoni: Għall-prodotti li jistgħu jwasslu għal residwi fl-ikel jew fl-għalf, għandha tiġi verifikata l-ħtieġa li jiġu definiti livelli massimi ta’ residwi (MRLs) jew li jiġu emendati l-livelli massimi ta’ residwi attwali skont ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jew ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u għandha tittieħed miżura xierqa ta’ mitigazzjoni sabiex ikun żgurat li l-MRLs applikabbli ma jinqabżux. |
(1) Il-purità indikata f’din il-kolonna kienet il-grad minimu ta’ purità tas-sustanza attiva użata għall-evalwazzjoni li saret skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. Is-sustanza attiva fil-prodott imqiegħed fis-suq tista’ tkun ta’ purità ugwali jew differenti, jekk tkun ġiet ippruvata teknikament ekwivalenti għas-sustanza attiva evalwata.
(2) Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji komuni tal-Anness VI tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, il-kontenut u l-konklużjonijiet ta’ rapporti tal-valutazzjoni jinsabu fis-sit tal-Kummissjoni: http://ec.europa.eu/comm/environment/biocides/index.htm
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-istabbiliment tal-limiti ta’ residwi ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 u li jemenda d-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 152, 16.6.2009, p. 11).
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1).
|
1.2.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 32/16 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 92/2014
tal-31 ta’ Jannar 2014
li japprova ż-żineb bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 21
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 89(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 (2) jistabbilixxi elenku ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati, bil-għan li possibbilment jiġu inklużi fl-Anness I, IA jew IB tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Din il-lista tinkludi ż-żineb. |
|
(2) |
Iż-żineb ġie evalwat skont l-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 98/8/KE għall-użu fi prodotti tat-tip 21, prodotti antifouling, kif iddefiniti fl-Anness V ta’ dik id-Direttiva, li jikkorrispondu mal-prodotti tat-tip 21 kif iddefiniti fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
|
(3) |
L-Irlanda nħatret bħala l-Istat Membru Relatur u fid-29 ta’ Marzu 2011 ressqet ir-rapport tal-awtorità kompetenti, flimkien ma’ rakkomandazzjoni, lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 14(4) u (6) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007. |
|
(4) |
Ir-rapport tal-awtorità kompetenti ġie rrevedut mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni. Skont l-Artikolu 15(4) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007, ir-riżultati tal-analiżi ġew inkorporati fit-13 ta’ Diċembru 2013, fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali, f’rapport ta’ valutazzjoni. |
|
(5) |
Minn dak ir-rapport jidher li l-prodotti bijoċidali użati għall-prodott tat-tip 21 u li fihom iż-żineb, huma mistennija li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/8/KE, sakemm il-kundizzjonijiet speċifikati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni jkun ssodisfati. Għadaqstant huwa xieraq li ż-żineb ikun approvat għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodott tat-tip 21. |
|
(6) |
Billi l-evalwazzjoni ma indirizzatx in-nanomaterjali, l-approvazzjoni ma għandhiex tkopri tali materjali skont l-Artikolu 4(4) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
|
(7) |
Għandu jitħalla jgħaddi perjodu ta’ żmien raġonevoli qabel sustanza attiva tkun approvata, sabiex l-Istati Membri, il-partijiet interessati, u l-Kummissjoni fejn xieraq, jippreparaw irwieħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw. |
|
(8) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Iż-żineb għandu jiġi approvat bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodott tat-tip 21, soġġett għall-ispeċifikazzjonijiet u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Jannar 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 tal-4 ta’ Diċembru 2007 dwar it-tieni fażi tal-programm ta’ ħidma ta’ 10 snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti bijoċidali (ĠU L 325, 11.12.2007, p. 3).
(3) Id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1).
ANNESS
|
Isem Komuni |
Isem tal-IUPAC Numri tal-Identifikazzjoni |
Grad minimu ta’ purità tas-sustanza attiva (1) |
Data tal-approvazzjoni |
Data ta’ skadenza tal-approvazzjoni |
Tip ta’ prodott |
Kundizzjonijiet speċifiċi (2) |
||||||||
|
Żineb |
Isem tal-IUPAC: Etilenebis(ditijokarbamat) (polimeriku) taż-żingu Nru tal-KE: 235-180-1 Nru tal-CAS: 12122-67-7 |
940 g/kg |
fl-1 ta’ Jannar 2016 |
fil-31 ta’ Diċembru 2025 |
21 |
Il-valutazzjoni tal-prodott għandha tagħti attenzjoni partikolari lill-esponimenti, ir-riskji u l-effikaċja marbuta ma’ kwalunkwe użu kopert minn applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, iżda mhux indirizzata fil-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tal-Unjoni tas-sustanza attiva. Persuni li jpoġġu fis-suq prodotti li fihom iż-żineb għall-użu minn utenti li mhumiex professjonisti għandhom ikunu żguri li l-prodotti jkollhom magħhom ingwanti adattati. L-awtorizzazzjonijiet huma soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
Fejn oġġett ittrattat ikun ġie ttrattat biż-żineb, jew ikun jinkorpora ż-żineb intenzjonalment, u fejn ikun meħtieġ minħabba l-possibbiltà ta’ kuntatt mal-ġilda kif ukoll tar-rilaxx taż-żineb f’kundizzjonijiet normali tal-użu, il-persuna responsabbli għat-tqegħid tal-oġġett ittrattat fis-suq għandha tiżgura li t-tikketta tagħti tagħrif dwar ir-riskju ta’ sensitizzazzjoni tal-ġilda, kif ukoll it-tagħrif imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 58(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
(1) Il-purezza indikata f’din il-kolonna kienet il-grad minimu ta’ purezza tas-sustanza attiva użata għall-evalwazzjoni li saret skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. Is-sustanza attiva fil-prodott imqiegħed fis-suq tista’ tkun ta’ purezza ugwali jew differenti, jekk tkun ġiet ippruvata teknikament ekwivalenti għas-sustanza attiva evalwata.
(2) Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji komuni tal-Anness VI tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, il-kontenut u l-konklużjonijiet ta’ rapporti ta’ valutazzjoni huma disponibbli fuq is-sit tal-Kummissjoni: http://ec.europa.eu/comm/environment/biocides/index.htm
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-istabbiliment ta’ limiti ta’ residwi ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 u li jemenda d-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 152, 16.6.2009, p. 11).
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1).
|
1.2.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 32/19 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 93/2014
tal-31 ta’ Jannar 2014
li japprova l-aċidu ottanojku bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tipi 4 u 18
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u partikolarment it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 89(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 (2) jistabbilixxi lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati, bil-għan li possibbilment jiġu inklużi fl-Anness I, IA jew IB tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Dik il-lista tinkludi l-aċidu ottanojku. |
|
(2) |
L-aċidu ottanojku ġie evalwat skont l-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 98/8/KE għall-użu fi prodotti tat-tip 4, disinfettanti taż-żona tal-ikel u l-għalf, u prodotti tat-tip 18, insettiċidi, akariċidi u prodotti għall-kontroll ta’ artropodi oħra, kif definiti fl-Anness V ta’ dik id-Direttiva, li jikkorrispondu rispettivament mal-prodotti tat-tipi 4 u 18 kif definit fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
|
(3) |
L-Awstrija nħatret bħala l-Istat Membru Relatur u fis-7 ta’ Diċembru 2010 ressqet ir-rapporti tal-awtorità kompetenti, flimkien ma’ rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 14(4) u (6) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007. |
|
(4) |
Ir-rapporti tal-awtorità kompetenti ġew riveduti mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni. Skont l-Artikolu 15(4) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007, is-sejbiet tar-reviżjoni ġew inkorporati, fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali, f’żewġ rapporti ta’ valutazzjoni, fit-13 ta’ Diċembru 2013. |
|
(5) |
Minn dawk ir-rapporti jidher li l-prodotti bijoċidali użati għall-prodotti tat-tipi 4 u 18 u li fihom l-aċidu ottanojku jistgħu jiġu preżunti li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/8/KE. |
|
(6) |
Għaldaqstant, huwa xieraq li l-aċidu ottanojku jiġi approvat għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tipi 4 u 18. |
|
(7) |
Billi l-evalwazzjonijiet ma indirizzawx in-nanomaterjali, l-approvazzjonijiet ma għandhomx ikopru tali materjali skont l-Artikolu 4(4) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
|
(8) |
Għall-użu fil-prodotti tat-tip 4, l-evalwazzjoni ma indirizzatx l-inkorporazzjoni tal-prodotti bijoċidali li jkun fihom l-aċidu ottanojku f’materjali u f’oġġetti maħsuba biex jiġu f’kuntatt dirett jew indirett mal-ikel fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). Dawn il-materjali jistgħu jeħtieġu l-istabbiliment ta’ limiti speċifiċi fuq il-migrazzjoni fl-ikel, kif imsemmi fl-Artikolu 5(1)(e) tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004. Għaldaqstant, l-approvazzjoni ma għandhiex tkopri tali użu sakemm il-Kummissjoni ma tkunx stabbiliet tali limiti jew inkella jkun ġie stabbilit, skont dak ir-Regolament, li dawn il-limitazzjonijiet mhumiex meħtieġa. |
|
(9) |
Għandu jitħalla jgħaddi perjodu ta’ żmien raġonevoli qabel sustanza attiva tkun approvata, sabiex l-Istati Membri, il-partijiet interessati, u l-Kummissjoni fejn xieraq, jippreparaw irwieħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw. |
|
(10) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Skont l-ispeċifikazzjonijiet u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness, l-aċidu ottanojku għandu jiġi approvat bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tipi 4 u 18.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Jannar 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 tal-4 ta’ Diċembru 2007 dwar it-tieni fażi tal-programm ta’ ħidma ta’ 10 snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti bijoċidali (ĠU L 325, 11.12.2007, p. 3)
(3) Id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1).
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 2004 dwar materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f’kuntatt mal-ikel u li jħassar id-Direttivi 80/590/KEE u 89/109/KEE (ĠU L 338, 13.11.2004, p. 4).
ANNESS
|
Isem Komuni |
Isem tal-IUPAC Numri tal-Identifikazzjoni |
Grad minimu ta’ purità tas-sustanza attiva (1) |
Data tal-approvazzjoni |
Data tal-iskadenza tal-approvazzjoni |
Tip ta’ prodott |
Kundizzjonijiet speċifiċi (2) |
||||||
|
Aċidu ottanojku |
Isem IUPAC: Aċidu n-ottanojku Nru tal-KE: 204-677-5 Nru tal-CAS: 124-07-2 |
993 g/kg |
fl-1 ta’ Settembru 2015 |
fil-31 ta’ Awwissu 2025 |
4 |
Il-valutazzjoni tal-prodott għandha tagħti attenzjoni partikolari lill-esponimenti, ir-riskji u l-effikaċja marbuta ma’ kwalunkwe użu kopert minn applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, iżda mhux indirizzati fil-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tal-Unjoni tas-sustanza attiva. L-awtorizzazzjonijiet huma soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
||||||
|
|
|
|
|
|
18 |
Il-valutazzjoni tal-prodott għandha tagħti attenzjoni partikolari lill-esponimenti, ir-riskji u l-effikaċja marbuta ma’ kwalunkwe użu kopert minn applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, iżda mhux indirizzati fil-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tal-Unjoni tas-sustanza attiva. L-awtorizzazzjonijiet huma soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) Il-purità indikata f’din il-kolonna kienet il-grad minimu ta’ purità tas-sustanza attiva użata għall-evalwazzjoni li saret skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. Is-sustanza attiva fil-prodott imqiegħed fis-suq tista’ tkun ta’ purità ugwali jew differenti, jekk tkun ġiet ippruvata teknikament ekwivalenti għas-sustanza attiva evalwata.
(2) Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji komuni tal-Anness VI tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, il-kontenut u l-konklużjonijiet tar-rapporti ta’ valutazzjoni huma disponibbli fuq is-sit tal-Kummissjoni: http://ec.europa.eu/comm/environment/biocides/index.htm
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-istabbiliment ta’ limiti ta’ residwi ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 u li jemenda d-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 152, 16.6.2009, p. 11).
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1).
|
1.2.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 32/23 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 94/2014
tal-31 ta’ Jannar 2014
li japprova l-jodju, inkluż il-jodju polivinilpirrolidon bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tipi 1, 3, 4 u 22
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u partikolarment it-tielet sottoparagrafu tal-Artikolu 89(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 (2) jistabbilixxi elenku ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati, bil-għan li possibbilment jiġu inklużi fl-Anness I, IA jew IB tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Din il-lista kienet tinkludi l-jodju. |
|
(2) |
Il-jodju ġie evalwat skont l-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 98/8/KE għall-użu fi prodotti tat-tip 1, prodotti bijoċidali għall-iġjene umana, fi prodotti tat-tip 3, prodotti bijoċidali għall-iġjene veterinarja, fi prodotti tat-tip 4, diżinfettanti għall-postijiet fejn jinżammu l-ikel u l-għalf, u fi prodotti tat-tip 22, likwidi li jintużaw għall-ibbalzmar u t-tassidermija, kif iddefiniti fl-Anness V ta’ dik id-Direttiva, li jikkorrispondu rispettivament mal-prodotti tat-tipi 1, 3, 4 u 22 kif iddefiniti fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
|
(3) |
Id-dejta li tressqet għall-fini tal-evalwazzjoni ippermettiet li jsiru konklużjonijiet dwar il-jodju polivinilpirrolidon ukoll. |
|
(4) |
L-Isvezja nħatret l-Istat Membru Relatur u ressqet ir-rapport tal-awtorità kompetenti, flimkien mar-rakkomandazzjonijiet, lill-Kummissjoni fit-20 ta’ April 2011 skont l-Artikolu 14(4) u (6) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007. |
|
(5) |
Ir-rapport tal-awtorità kompetenti ġie analizzat mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni. Skont l-Artikolu 15(4) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007, ir-riżultati tal-analiżi ġew inkorporati, fil-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali fit-13 ta’ Diċembru 2013, f’rapport ta’ valutazzjoni. |
|
(6) |
Minn dak ir-rapport jidher li wieħed jista’ jistenna li dawn il-prodotti bijoċidali li jintużaw għall-prodotti tat-tipi 1, 3, 4, u 22 u li fihom il-jodju, jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/8/KE, kemm-il darba jkunu sodisfatti l-kundizzjonijiet speċifikati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
|
(7) |
Għaldaqstant, jixraq li l-jodju, inkluż il-jodju polivinilpirrolidon, jiġi approvat għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tipi 1, 3. 4 u 22. |
|
(8) |
Billi l-evalwazzjonijiet ma indirizzawx in-nanomaterjali, l-approvazzjonijiet ma għandhomx ikopru tali materjali skont l-Artikolu 4(4) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
|
(9) |
L-evalwazzjoni ma indirizzatx l-inkorporazzjoni tal-prodotti bijoċidali li fihom il-jodju f’materjali u f’oġġetti maħsuba biex jiġu f’kuntatt dirett jew indirett mal-ikel skont it-tifsira tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). Dawn il-materjali jistgħu jeħtieġu l-istabbiliment ta’ limiti speċifiċi fuq il-migrazzjoni fl-ikel, kif imsemmi fl-Artikolu 5(1)(e) tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004. Għaldaqstant, l-approvazzjoni ma għandhiex tkopri tali użu sakemm il-Kummissjoni ma tkunx stabbiliet tali limiti jew ikun ġie stabbilit, skont dak ir-Regolament, li dawn il-limitazzjonijiet mhumiex meħtieġa. |
|
(10) |
Għandu jitħalla jgħaddi perjodu ta’ żmien raġonevoli qabel ma tiġi approvata sustanza attiva, biex l-Istati Membri, il-partijiet interessati, u fejn xieraq il-Kummissjoni, jitħejjew biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw. |
|
(11) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Skont l-ispeċifikazzjonijiet u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness, il-jodju, inkluż il-jodju polivinilpirrolidon, għandu jiġi approvat bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tipi 1, 3, 4 u 22.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Jannar 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 tal-4 ta’ Diċembru 2007 dwar it-tieni fażi tal-programm ta’ ħidma ta’ 10 snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti bijoċidali (ĠU L 325, 11.12.2007, p. 3).
(3) Id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1).
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 2004 dwar materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f’kuntatt mal-ikel u li jħassar id-Direttivi 80/590/KEE u 89/109/KEE (ĠU L 338, 13.11.2004, p. 4).
ANNESS
|
L-isem Komuni |
L-isem tal-IUPAC In-Numri ta’ Identifikazzjoni |
Grad minimu tal-purezza tas-sustanza attiva (1) |
Id-data tal-approvazzjoni |
Id-data ta’ skadenza tal-approvazzjoni |
Tip ta’ prodotti |
Kundizzjonijiet speċifiċi (2) |
|
Jodju (inkluż il-jodju polivinilpirrolidon) |
L-isem tal-IUPAC: Jodju Nru tal-KE: 231-442-4 Nru tal-CAS: 7553-56-2 L-isem tal-IUPAC: Jodju polivinilpirrolidon Nru tal-KE: mhux applikabbli, Nru tal-CAS: 25655-41-8 |
995 g/kg jodju Għall-jodju polivinilpirrolidon: il-kontenut tal-jodju għandu jkollu purità ta’ 995 g/kg |
fl-1 ta’ Settembru 2015 |
It-31 ta’ Awwissu 2025 |
1 |
Il-valutazzjoni tal-prodott għandha tagħti attenzjoni partikolari lill-esponimenti, ir-riskji u l-effikaċja marbuta ma’ kull użu kopert minn applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, iżda mhux indirizzati fil-valutazzjoni tar-riskju tas-sustanza attiva fil-livell tal-Unjoni. |
|
3 |
Il-valutazzjoni tal-prodott għandha tagħti attenzjoni partikolari lill-esponimenti, ir-riskji u l-effikaċja marbuta ma’ kwalunkwe użu kopert minn applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, iżda mhux indirizzati fil-valutazzjoni tar-riskju tas-sustanza attiva fil-livell tal-Unjoni. L-awtorizzazzjonijiet huma soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin: Għall-prodotti li jistgħu jwasslu għar-residwi fl-ikel jew fl-għalf, għandha tiġi vverifikata l-ħtieġa li jiġu ddefiniti livelli massimi tar-residwi (MRLs) ġodda jew li jiġu emendati l-livelli massimi tar-residwi eżistenti skont ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jew ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u għandha tittieħed kull miżura xierqa ta’ mitigazzjoni biex ikun żgurat li l-MRLs applikabbli ma jinqabżux. |
|||||
|
4 |
Il-valutazzjoni tal-prodott għandha tagħti attenzjoni partikolari lill-esponimenti, ir-riskji u l-effikaċja marbuta ma’ kull użu kopert minn applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, iżda mhux indirizzati fil-valutazzjoni tar-riskju tas-sustanza attiva fil-livell tal-Unjoni. L-awtorizzazzjonijiet huma soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
|||||
|
22 |
Il-valutazzjoni tal-prodott għandha tagħti attenzjoni partikolari lill-esponimenti, lir-riskji u lill-effikaċja marbuta ma’ kull użu kopert minn applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, iżda mhux indirizzata fil-valutazzjoni tar-riskju tas-sustanza attiva fil-livell tal-Unjoni. L-awtorizzazzjonijiet huma soġġetti għal din il-kundizzjoni li ġejja: Għandhom jiġu stabbiliti proċeduri operattivi sikuri u miżuri organizzativi adegwati għall-utenti professjonali. Meta l-esponiment ma jkunx jista’ jitnaqqas għal livell aċċettabbli b’mezzi oħrajn, il-prodotti għandhom jiġu użati bit-tagħmir protettiv personali adegwat. |
(1) Il-purezza indikata f’din il-kolonna kienet il-grad minimu ta’ purezza tas-sustanza attiva użata għall-evalwazzjoni li saret skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. Is-sustanza attiva fil-prodott imqiegħed fis-suq tista’ tkun ta’ purezza ugwali jew differenti, jekk tkun ġiet ippruvata teknikament ekwivalenti għas-sustanza attiva evalwata.
(2) Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji komuni tal-Anness VI tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, il-kontenut u l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ valutazzjoni huma disponibbli fis-sit tal-Internet tal-Kummissjoni: http://ec.europa.eu/comm/environment/biocides/index.htm
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-istabbiliment ta’ limiti ta’ residwi ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 u li jemenda d-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 152, 16.6.2009, p. 11).
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1).
|
1.2.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 32/27 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 95/2014
tal-31 ta’ Jannar 2014
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
|
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Jannar 2014.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
IL |
62,3 |
|
MA |
49,8 |
|
|
SN |
151,7 |
|
|
TN |
92,7 |
|
|
TR |
91,9 |
|
|
ZZ |
89,7 |
|
|
0707 00 05 |
MA |
158,2 |
|
TR |
126,8 |
|
|
ZZ |
142,5 |
|
|
0709 91 00 |
EG |
97,7 |
|
ZZ |
97,7 |
|
|
0709 93 10 |
MA |
54,8 |
|
TR |
134,3 |
|
|
ZZ |
94,6 |
|
|
0805 10 20 |
EG |
48,5 |
|
IL |
67,0 |
|
|
MA |
57,2 |
|
|
TN |
53,8 |
|
|
TR |
75,7 |
|
|
ZZ |
60,4 |
|
|
0805 20 10 |
CN |
72,7 |
|
IL |
140,3 |
|
|
MA |
76,8 |
|
|
ZZ |
96,6 |
|
|
0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90 |
CN |
59,8 |
|
EG |
21,7 |
|
|
IL |
101,4 |
|
|
JM |
118,0 |
|
|
KR |
142,8 |
|
|
MA |
118,8 |
|
|
PK |
34,5 |
|
|
TR |
80,1 |
|
|
ZZ |
84,6 |
|
|
0805 50 10 |
TR |
75,9 |
|
ZZ |
75,9 |
|
|
0808 10 80 |
CA |
92,6 |
|
CN |
70,5 |
|
|
MK |
28,7 |
|
|
US |
202,8 |
|
|
ZZ |
98,7 |
|
|
0808 30 90 |
CN |
64,4 |
|
TR |
116,3 |
|
|
US |
118,8 |
|
|
ZZ |
99,8 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.
|
1.2.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 32/29 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 96/2014
tal-31 ta’ Jannar 2014
li jistabbilixxi d-dazji għall-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mill-1 ta’ Frar 2014
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 642/2010 tal-20 ta' Lulju 2010 dwar regoli ta’ applikazzjoni għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 dwar id-dazju ta’ importazzjoni fis-settur taċ-ċereali (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1001 19 00 , 1001 11 00 , ex 1001 91 20 (qamħ komuni, għaż-żrigħ), ex 1001 99 00 (qamħ komuni ta' kwalità għolja għajr dak għaż-żriegħ), 1002 10 00 , 1002 90 00 , 1005 10 90 , 1005 90 00 , 1007 10 90 u 1007 90 00 , id-dazju għall-importazzjoni huwa daqs il-prezz tal-intervent li jgħodd għal dawn il-prodotti fil-waqt tal-importazzjoni, biż-żieda ta' 55 % u bit-tnaqqis tal-prezz tal-importazzjoni CIF applikabbli għall-konsenja kkonċernata. Madankollu, dan id-dazju ma jistax jaqbeż ir-rata ta' dazji fit-Tariffa Doganali Komuni. |
|
(2) |
L-Artikolu 136(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-finijiet tal-kalkolu tad-dazju għall-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu msemmi, għandhom jiġu stabbiliti fuq bażi regolari l-prezzijiet rappreżentattivi tal-importazzjoni CIF għall-prodotti kkonċernati. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1001 19 00 , 1001 11 00 , ex 1001 91 20 (qamħ komuni, għaż-żrigħ), ex 1001 99 00 (qamħ komuni ta' kwalità għolja għajr dak għaż-żriegħ), 1002 10 00 , 1002 90 00 , 1005 10 90 , 1005 90 00 , 1007 10 90 u 1007 90 00 , id-dazju għall-importazzjoni huwa kkalkulat fuq il-prezz rappreżentattiv tal-importazzjoni CIF ta’ kull jum iddeterminat skont il-metodu speċifikat fl-Artikolu 5 ta’ dak ir-Regolament. |
|
(4) |
Jeħtieġ li jiġu stabbiliti d-dazji għall-importazzjoni għall-perjodu li jibda mill-1 ta’ Frar 2014, applikabbli sakemm jidħlu fis-seħħ dazji għall-importazzjoni ġodda. |
|
(5) |
Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tapplika malajr kemm jista' jkun wara li tkun disponibbli d-dejta aġġornata, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Mill-1 ta’ Frar 2014, id-dazji għall-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 huma stipulati fl-Anness I għal dan ir-Regolament abbażi tal-informazzjoni fl-Anness II.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Jannar 2014.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS I
Dazji għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mill-1 ta’ Frar 2014
|
Kodiċi NM |
Isem tal-merkanzija |
Dazju għall-importazzjoni (1) (EUR/t) |
|
1001 19 00 1001 11 00 |
QAMĦ durum ta' kwalità għolja |
0,00 |
|
ta' kwalità medja |
0,00 |
|
|
ta' kwalità baxxa |
0,00 |
|
|
ex 1001 91 20 |
QAMĦ komuni, għaż-żrigħ |
0,00 |
|
ex 1001 99 00 |
QAMĦ komuni ta’ kwalità għolja, għajr dak għaż-żriegħ |
0,00 |
|
1002 10 00 1002 90 00 |
SEGALA |
0,00 |
|
1005 10 90 |
QAMĦIRRUM għaż-żriegħ, għajr l-ibridi |
0,00 |
|
1005 90 00 |
QAMĦIRRUM, għajr dak għaż-żriegħ (2) |
0,00 |
|
1007 10 90 1007 90 00 |
SORGU tal-qamħ, għajr ibridi għaż-żriegħ |
0,00 |
(1) L-importatur jista’ jibbenefika, skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010, minn tnaqqis fid-dazji ta’:
|
— |
3 EUR/t, jekk il-port tal-ħatt ikun fil-Baħar Mediterran (’l hinn mill-Istrett ta’ Ġibiltà) jew fil-Baħar l-Iswed, jekk il-merkanzija tasal fl-Unjoni mill-Oċeani Atlantiku jew permezz tal-Kanal ta’ Suez, |
|
— |
2 EUR/t, jekk il-port tal-ħatt jinsab fid-Danimarka, l-Estonja, l-Irlanda, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, il-Finlandja, fl-Isvezja, fir-Renju Unit jew fuq il-kosta tal-Atlantiku tal-Peniżola Iberika, jekk il-merkanzija tasal fl-Unjoni mill-Oċean Atlantiku. |
(2) L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 642/2010 jiġu rrispettati.
ANNESS II
Informazzjoni għall-kalkolu tad-dazji stipulati fl-Anness I
17.1.2014-30.1.2014
|
(1) |
Il-kwantitajiet medji għall-perjodu ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010:
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(2) |
Il-kwantitajiet medji għall-perjodu ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010:
|
(1) Primjum pożittiva ta' EUR 14/t inkorporat (l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010).
(2) Skont ta' EUR 10/t (l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010).
(3) Skont ta' EUR 30/t (l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010).
DEĊIŻJONIJIET
|
1.2.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 32/32 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-28 ta’ Jannar 2014
li tawtorizza lill-Istati Membri biex jirratifikaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, il-Konvenzjoni dwar ix-xogħol diċenti għall-ħaddiema domestiċi, 2011, tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (il-Konvenzjoni Nru 189)
(2014/51/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 153 flimkien mal-Artikolu 218(6)(a)(v) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 218(8) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,
Billi:
|
(1) |
Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni qegħdin jippromwovu r-ratifika ta’ konvenzjonijiet internazzjonali dwar ix-xogħol li ġew ikklassifikati bħala aġġornati mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, bħala kontribut lejn l-isforz tal-Unjoni Ewropea biex tippromwovi xogħol diċenti għal kulħadd, kemm fl-Unjoni kif ukoll barra minnha, u li tiegħu il-ħarsien u t-titjib tas-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema jikkostitwixxu aspetti importanti. |
|
(2) |
Il-parti l-kbira tar-regoli skont il-Konvenzjoni Nru 189 dwar ix-xogħol diċenti għall-ħaddiema domestiċi, 2011, tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), minn hawn ‘il quddiem “il-Konvenzjoni”, huma koperti fil-maġġoranza tagħhom mill-acquis tal-Unjoni fl-oqsma tal-politika soċjali, l-antidiskriminazzjoni, il-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali u l-ażil u l-immigrazzjoni. |
|
(3) |
Id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni dwar il-ħarsien tal-ħaddiema domestiċi migranti jaffettwaw il-moviment liberu tal-ħaddiema — qasam li jaqa’ taħt il-kompetenza esklużiva tal-Unjoni. |
|
(4) |
Għaldaqstant, partijiet mill-Konvenzjoni jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Unjoni, u l-Istati Membri ma jistgħux jidħlu f’impenji b’rabta ma’ dawn il-partijiet barra mill-qafas tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni. |
|
(5) |
L-Unjoni Ewropea ma tistax tirratifika l-Konvenzjoni, billi Stati biss jistgħu jkunu partijiet fiha. |
|
(6) |
F’din is-sitwazzjoni, l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jridu jikkooperaw fir-rigward tar-ratifika tal-Konvenzjoni. |
|
(7) |
Il-Kunsill għandu għalhekk jawtorizza lill-Istati Membri li huma marbuta mil-liġi tal-Unjoni fir-rigward tar-rekwiżiti minimi fil-qasam tal-kundizzjonijiet tax-xogħol biex jirratifikaw il-Konvenzjoni fl-interess tal-Unjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Istati Membri huma b’dan awtorizzati li jirratifikaw, għall-partijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza mogħtija lill-Unjoni permezz tat-Trattati, il-Konvenzjoni dwar ix-xogħol diċenti għall-ħaddiema domestiċi, 2011, tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (il-Konvenzjoni Nru 189).
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Jannar 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
G. STOURNARAS
|
1.2.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 32/33 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-28 ta’ Jannar 2014
li tawtorizza lill-Istati Membri biex jirratifikaw, fl-interessi tal-Unjoni Ewropea, il-Konvenzjoni dwar is-Sikurezza fl-Użu tas-Sustanzi Kimiċi fuq ix-Xogħol, 1990, tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (Konvenzjoni Nru 170)
(2014/52/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 flimkien mal-Artikolu 218(6)(a)(v) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 218(8) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,
Billi:
|
(1) |
Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni qegħdin jippromwovu r-ratifika ta’ konvenzjonijiet internazzjonali tax-xogħol li ġew ikklassifikati bħala li huma aġġornati mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, bħala kontribut lejn l-isforz tal-Unjoni Ewropea biex tippromwovi kundizzjonijiet tax-xogħol diċenti għal kulħadd, kemm fl-Unjoni kif ukoll barra minnha, li l-ħarsien u t-titjib tas-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema huwa aspett importanti tagħhom. |
|
(2) |
Ir-regoli skont il-Parti III tal-Konvenzjoni Nru 170 li jikkonċernaw is-Sikurezza fl-Użu tas-Sustanzi Kimiċi fuq ix-Xogħol, 1990, tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), minn hawn ‘il quddiem “il-Konvenzjoni”, huma koperti fil-parti l-kbira mill-acquis tal-Unjoni dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u l-prattiċi amministrattivi fil-qasam tal-klassifikazzjoni, tal-imballaġġ u l-ittikkettar li ġie żviluppat mill-1967 ‘l hawn u ġie kkonsolidat iżjed. |
|
(3) |
Bħala konsegwenza ta’ dan, partijiet mill-Konvenzjoni jidħlu fil-kompetenza tal-Unjoni, u l-Istati Membri ma jistgħux jidħlu f’impenji barra l-qafas tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni b’rabta ma’ dawn il-partijiet. |
|
(4) |
L-Unjoni ma tistax tirratifika l-Konvenzjoni, minħabba li Stati biss jistgħu jkunu partijiet fiha. |
|
(5) |
F’din il-qagħda, l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jridu jikkooperaw dwar ir-ratifikazzjoni tal-Konvenzjoni. |
|
(6) |
Għalhekk il-Kunsill għandu jawtorizza lill-Istati Membri li huma marbuta mil-liġi tal-Unjoni dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet fil-qasam tal-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettar biex jirratifikaw il-Konvenzjoni fl-interessi tal-Unjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Istati Membri huma b’dan awtorizzati li jirratifikaw, għall-partijiet li jaqgħu fil-kompetenza mogħtija lill-Unjoni bit-Trattati, il-Konvenzjoni dwar is-Sikurezza fl-Użu tas-Sustanzi Kimiċi fuq ix-Xogħol, 1990, tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (Konvenzjoni Nru 170).
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Jannar 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
G. STOURNARAS
RAKKOMANDAZZJONIJIET
|
1.2.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 32/34 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-29 ta’ Jannar 2014
li tindirizza l-konsegwenzi tat-tneħħija tad-drittijiet għall-vot taċ-ċittadini tal-Unjoni li jeżerċitaw id-dritt tagħhom għal moviment liberu
(2014/53/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 292 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
It-Trattat ta’ Lisbona jsaħħaħ ir-rwol taċ-ċittadini tal-Unjoni bħala atturi politiċi billi jistabbilixxi rabta mill-qrib bejn iċ-ċittadini, l-eżerċizzju tad-drittijiet politiċi tagħhom u l-ħajja demokratika tal-Unjoni. L-Artikolu 10(1) u (3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) jistipula li l-funzjonament tal-Unjoni jkun ibbażat fuq id-demokrazija rappreżentattiva u li kull ċittadin tal-Unjoni jkollu d-dritt li jipparteċipa fil-ħajja demokratika tal-Unjoni. L-Artikolu 10(2) tat-TUE, li jikkostitwixxi espressjoni ta’ tali prinċipji, jistabbilixxi li ċ-ċittadini huma rappreżentati direttament fil-livell tal-Unjoni fil-Parlament Ewropew u li l-Kap tal-Istat jew il-Gvern u l-Gvernijiet li jirrapreżentaw l-Istati Membri fil-Kunsill Ewropew u fil-Kunsill jkunu demokratikament responsabbli kemm lejn il-Parlamenti nazzjonali tagħhom, kif ukoll lejn iċ-ċittadini tagħhom. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 20 tat-TFUE, l-istatus taċ-ċittadinanza tal-Unjoni tiżdied maċ-ċittadinanza nazzjonali. |
|
(3) |
L-Artikolu 21 tat-TFUE u l-Artikolu 45 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE jagħtu liċ-ċittadini tal-UE d-dritt fundamentali tal-libertà ta’ moviment u ta’ residenza fl-Unjoni Ewropea. |
|
(4) |
L-għan ta’ din ir-Rakkomandazzjoni huwa li jissaħħaħ id-dritt ta’ parteċipazzjoni fil-ħajja demokratika tal-Unjoni u l-Istati Membri taċ-ċittadini tal-UE li jagħmlu użu mid-dritt tagħhom ta’ moviment liberu fl-Unjoni. |
|
(5) |
Kif enfasizzat fir-Rapport tal-2010 dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE (1), waħda mill-problemi li jħabbtu wiċċhom magħha ċ-ċittadini tal-Unjoni minn ċerti Stati Membri bħala atturi politiċi fl-Unjoni, hija li jitilfu d-dritt li jivvutaw (“jitneħħielhom id-dritt għall-vot”) fl-elezzjonijiet nazzjonali tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħhom ladarba jkunu residenti fi Stat Membru ieħor għal ċertu perjodu ta’ żmien. |
|
(6) |
Bħalissa, l-ebda Stat Membru ma għandu politika ġenerali li tagħti d-dritt għall-vot liċ-ċittadini tal-Unjoni minn Stati Membri oħrajn residenti fit-territorju tiegħu fl-elezzjonijiet nazzjonali. Konsegwentement, iċ-ċittadini tal-Unjoni li jitneħħielhom id-dritt għall-vot normalment jispiċċaw mingħajr dritt li jivvutaw fl-elezzjonijiet nazzjonali f’kull parti tal-Istati Membri. |
|
(7) |
Is-sitwazzjoni attwali tista’ tinħass inkompatibbli mal-premessa kostituttiva taċ-ċittadinanza tal-Unjoni, jiġifieri li din tiżdied maċ-ċittadinanza nazzjonali u li hija mfassla biex tagħti drittijiet addizzjonali liċ-ċittadini tal-Unjoni, filwaqt li f’dan il-każ l-eżerċizzju tad-dritt tal-moviment liberu jista’ jwassal għal telf ta’ dritt ta’ parteċipazzjoni politika. |
|
(8) |
Barra minn hekk, għalkemm iċ-ċittadini tal-Unjoni li jitneħħielhom id-dritt għall-vot b’dan il-mod iżommu d-dritt li jeleġġu l-membri tal-Parlament Ewropew, dawn ma għandhomx id-dritt li jipparteċipaw fil-proċessi nazzjonali li jwasslu għall-kompożizzjoni tal-gvernijiet nazzjonali, li l-Membri tagħhom jiffurmaw il-Kunsill, il-koleġiżlatur l-ieħor tal-Unjoni. |
|
(9) |
Dan it-telf tad-dritt għall-vot fl-elezzjonijiet nazzjonali fil-pajjiż tan-nazzjonalità minħabba l-eżerċizzju tad-dritt ta’ moviment f’pajjiż ieħor tal-UE huwa meqjus miċ-ċittadini tal-Unjoni bħala nuqqas fid-drittijiet politiċi tagħhom. |
|
(10) |
Fir-Rapport tal-UE dwar iċ-Ċittadinanza tal-2013 “Ċittadini tal-UE: id-drittijiet tagħkom, il-futur tagħkom” (2) il-Kummissjoni enfasizzat li l-parteċipazzjoni sħiħa taċ-ċittadini tal-Unjoni fil-ħajja demokratika tal-Unjoni fil-livelli kollha hija l-parti l-aktar importanti taċ-ċittadinanza tal-Unjoni. Il-Kummissjoni ħabbret li kienet se tipproponi modi kostruttivi biex tippermetti liċ-ċittadini tal-UE li jgħixu fi Stat Membru ieħor sabiex jipparteċipaw b’mod sħiħ fil-ħajja demokratika tal-UE billi jżommu d-dritt tagħhom li jivvutaw fl-elezzjonijiet nazzjonali fil-pajjiż ta’ oriġini tagħhom. |
|
(11) |
Id-dritt għall-vot huwa dritt ċivili bażiku. Kif rikonoxxut mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, id-dritt għall-vot mhuwiex privileġġ. Kull tbegħid ġenerali, awtomatiku u indiskriminat mill-prinċipju tal-vot universali jirriskja li jimmina l-validità demokratika tal-leġiżlatura eletta b’dan il-mod u l-liġijiet li tniedi (3). Għaldaqstant, il-preżunzjoni fi Stat demokratiku għandha tkun favur l-inklużjoni. Din il-Qorti sabet ukoll li hemm xejra ċara favur il-permess għall-vot għaċ-ċittadini li mhumiex residenti, anke jekk għadu ma jeżisti l-ebda approċċ Ewropew komuni. |
|
(12) |
Ir-regoli applikabbli fil-preżent f’ċerti Stati Membri jistgħu jwasslu għal sitwazzjoni iċ-ċittadini tal-Unjoni residenti fi Stati Membri oħrajn jistgħu jitilfu d-dritt tagħhom għall-vot biss fuq il-bażi li huma ilhom residenti barra mill-pajjiż għal ċertu perjodu ta’ żmien. Dan huwa bbażat fuq il-preżunzjoni li li tkun residenti barra mill-pajjiż għal tul ta’ żmien partikulari jfisser li l-konnessjoni mal-proċess politiku fil-pajjiż ta’ oriġini tagħhom ikun intilef. Madankollu, din il-preżunzjoni mhijiex korretta f’kull każ individwali. Għaldaqstant, jista’ jkun xieraq li ċ-ċittadini b’riskju li jitneħħielhom id-dritt għall-vot jingħataw il-possibbiltà li juru l-interess kontinwu tagħhom fil-ħajja politika fl-Istat Membru li tiegħu huma ċittadini. |
|
(13) |
Iċ-ċittadini tal-Unjoni residenti fi Stat Membru ieħor jistgħu jżommu rabtiet mill-qrib matul ħajjithom mal-pajjiż ta’ oriġini tagħhom u jistgħu jkomplu jiġu direttament milquta minn atti adottati mil-leġiżlatura eletta hemmhekk. L-aċċess mifrux għax-xandir televiżiv bejn il-fruntieri u d-disponibbiltà tal-Internet u teknoloġiji ta’ komunikazzjoni mobbli oħra bbażati fuq l-Internet jagħmluha aktar faċli minn qatt qabel li ssegwi mill-qrib u tieħu sehem fl-iżviluppi soċjali u politiċi fl-Istat Membru ta’ domiċilju. |
|
(14) |
Ir-raġunament tal-politiki li jneħħu d-dritt għall-vot liċ-ċittadini għandu jiġi vvalutat mill-ġdid fid-dawl tar-realtajiet soċjoekonomiċi u teknoloġiċi kurrenti, ix-xejra kurrenti lejn parteċipazzjoni politika inklużiva u l-istat preżenti ta’ integrazzjoni Ewropea, flimkien mal-importanza ewlenija tad-dritt ta’ parteċipazzjoni fil-ħajja demokratika tal-Unjoni u d-dritt għall-moviment liberu. |
|
(15) |
Approċċ aktar inklużiv u proporzjonat ikun jikkonsisti fl-iżgurar li ċ-ċittadini li jużaw id-dritt tagħhom ta’ moviment liberu u ta’ residenza fl-Unjoni jistgħu jżommu d-dritt tagħhom li jivvutaw fl-elezzjonijiet nazzjonali meta juru interess kontinwu fil-ħajja politika tal-Istat Membru li tiegħu huma ċittadini. |
|
(16) |
Azzjoni pożittiva min-naħa tal-individwi bħall-applikazzjoni tagħhom li jibqgħu reġistrati fir-reġistru elettorali tal-Istat Membru ta’ oriġini tagħhom għandu jitqies bħala kriterju xieraq – u l-aktar mezz sempliċi - għall-finijiet ta’ turija ta’ interess kontinwu fil-ħajja politika nazzjonali, mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li dawk l-Istati Membri jitolbu li-ċittadini tagħhom li jġeddu dawn l-applikazzjonijiet f’intervilli xierqa, b’hekk jikkonfermaw il-persistenza ta’ dan l-interess. |
|
(17) |
Biex jiġi mminimizzat il-piż għal ċittadini barra minn pajjiżhom, is-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet tagħhom li jirreġistraw jew li jibqgħu reġistrati fir-reġistru elettorali għandha tkun possibbli permezz ta’ mezzi elettroniċi. |
|
(18) |
Ikun importanti li tiġi żgurata liċ-ċittadini li jiċċaqalqu lejn jew li jgħixu fi Stat Membru ieħor, informazzjoni xierqa u f’waqtha dwar il-kundizzjonijiet li taħthom jistgħu jżommu d-drittijiet tal-vot tagħhom u dwar l-arranġamenti prattiċi korrispondenti, |
ADOTTAT DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
|
1. |
Meta l-politiki tal-Istati Membri jillimitaw id-drittijiet taċ-ċittadini tagħhom li jivvutaw fl-elezzjonijiet nazzjonali fuq il-bażi esklużiva ta’ kundizzjoni ta’ residenza, l-Istati Membri għandhom jippermettu liċ-ċittadini tagħhom li jużaw id-dritt tagħhom ta’ moviment liberu u ta’ residenza fl-Unjoni biex juru interess kontinwu fil-ħajja politika fl-Istat Membru li tiegħu huma ċittadini, inkluż permezz ta’ applikazzjoni biex jibqgħu rreġistrati fir-reġistru elettorali, u billi jagħmlu hekk, iżommu d-dritt tagħhom li jivvutaw. |
|
2. |
Jekk l-Istati Membri jippermettu liċ-ċittadini tagħhom residenti fi Stat Membru ieħor li jżommu d-dritt tagħhom li jivvutaw fl-elezzjonijiet nazzjonali permezz ta’ applikazzjoni biex jibqgħu rreġistrati fir-reġistru elettorali, dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà għal dawk l-Istati Membri li jwaqqfu arranġamenti proporzjonati ta’ akkumpanjament, bħal applikazzjoni mill-ġdid f’intervalli xierqa. |
|
3. |
L-Istati Membri li jippermettu liċ-ċittadini tagħhom residenti fi Stat Membru ieħor li jżommu d-dritt tagħhom li jivvutaw fl-elezzjonijiet nazzjonali permezz ta’ applikazzjoni jew ta’ applikazzjoni mill-ġdid biex jibqgħu rreġistrati fir-reġistru elettorali għandhom jiżguraw li l-applikazzjonijiet rilevanti kollha jkunu jistgħu jiġu sottomessi b’mod elettroniku. |
|
4. |
L-Istati Membri li jipprovdu għat-telf tad-dritt għall-vot fl-elezzjonijiet nazzjonali miċ-ċittadini tagħhom residenti fi Stat Membru ieħor għandhom jinfurmawhom b’mezzi xierqa u f’ħin f’waqtu dwar il-kundizzjonijiet u l-arranġamenti prattiċi biex iżommu d-dritt tagħhom li jivvutaw fl-elezzjonijiet nazzjonali.
Din ir-rakkomandazzjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. |
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Jannar 2014.
Għall-Kummissjoni
Viviane REDING
Viċi President
(1) COM(2010) 603.
(2) COM(2013) 269.
(3) Sentenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem tas-7 ta’ Mejju 2013 fil-kawża Shindler.
LINJI GWIDA
|
1.2.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 32/36 |
LINJA GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-18 ta’ Diċembru 2013
li temenda l-Linja Gwida BĊE/2004/18 dwar l-akkwist tal-karti tal-flus euro
(BĊE/2013/49)
(2014/54/UE)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 128(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 2(1) tal-Linja Gwida BĊE/2004/18 tas-16 ta’ Settembru 2004 dwar l-akkwist tal-karti tal-flus euro (1) stipula illi proċedura waħdanija ta’ sejħa għall-offerti tal-Eurosistema (SETP) għandha tibda sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2012. |
|
(2) |
L-Artikolu 2(1) tal-Linja Gwida BĊE/2004/18 ġie emendat mil-Linja Gwida BĊE/2011/3 tat-18 ta’ Marzu 2011 li emendat il-Linja Gwida BĊE/2004/18 dwar l-akkwist tal-karti tal-flus euro (2), sabiex l-SETP tibda sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2014, sakemm il-Kunsill Governattiv ma jiddeċidix fuq data tal-bidu differenti. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 21 tal-Linja Gwida BĊE/2004/18, il-Kunsill Governattiv għandu jirrevedi l-Linja Gwida BĊE/2004/18 fil-bidu tal-2008 u ta’ kull sentejn minn hemm ’il quddiem. |
|
(4) |
Fil-kuntest tal-aktar reviżjoni riċenti tiegħu tal-Linja Gwida BĊE/2004/18, il-Kunsill Governattiv iddeċieda li jipprovdi għal data aktar tard għall-bidu tal-SETP minħabba bidla fl-assunzjonijiet li fuqhom kienet ibbażata d-data mistennija għall-bidu tal-SETP. |
|
(5) |
Għaldaqstant, il-Linja Gwida BĊE/2004/18 għandha tiġi emendata f’dan is-sens, |
ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:
Artikolu 1
Emenda
L-Artikolu 2(1) tal-Linja Gwida BĊE/2004/18 huwa sostitwit b’li ġej:
“1. Il-proċedura waħdanija ta’ sejħa għall-offerti ta l-Eurosistema għandha tibda f’data deċiża mill-Kunsill Governattiv.”.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din il-Linja Gwida tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.
Artikolu 3
Destinatarji
Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-18 ta’ Diċembru 2013.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
REGOLI TA' PROĊEDURA
|
1.2.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 32/37 |
REGOLI ADDIZZJONALI TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA
Werrej
| Kapitolu I – Fuq l-ittri rogatorji (Artikoli 1 sa 3) | 38 |
| Kapitolu II – Fuq l-għajnuna legali (Artikoli 4 u 5) | 39 |
| Kapitolu III – Fuq id-denunzja tal-ksur ta’ ġurament tax-xhieda u tal-periti (Artikoli 6 u 7) | 39 |
| – Dispożizzjonijiet finali (Artikoli 8 u 9) | 39 |
| Anness I – Lista msemmija fl-Artikolu 2(1) | 40 |
| Anness II – Lista msemmija fl-Artikolu 4(2) | 42 |
| Anness III – Lista msemmija fl-Artikolu 6 | 44 |
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA,
wara li rat l-Artikolu 207 tar-Regoli tal-Proċedura (1),
wara li rat l-Artikolu 46(3) tal-Att dwar il-kondizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija u l-aġġustamenti lit-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea (2),
wara li rat l-Artikolu 45 tal-Att dwar il-kondizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja u l-aġġustamenti għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (3),
billi tikkunsidra li:
|
(1) |
Fil-25 ta’ Settembru 2012, il-Qorti tal-Ġustizzja adottat Regoli tal-Proċedura ġodda li introduċew, kemm sostanzjalment kif ukoll formalment, diversi emendi fil-konfront tar-Regoli tal-Proċedura preċedenti, li tħassru bir-Regoli tal-Proċedura l-ġodda. Dawn l-emendi jikkonċernaw, fost oħrajn, it-terminoloġija użata fir-Regoli tal-Proċedura l-ġodda u l-proċedura segwita fil-każ li tingħata għajnuna legali. Għaldaqstant, dawn l-emendi għandhom jiġu riflessi fit-test tar-Regoli Addizzjonali. |
|
(2) |
Barra minn hekk, fid-dawl tal-fatt li diversi Stati Membri indikaw awtoritajiet ġodda responsabbli għat-trattament tal-kwistjonijiet koperti mill-Artikoli 2, 4 u 6 tar-Regoli Addizzjonali u fid-dawl tal-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija, fl-1 ta’ Jannar 2007, u tar-Repubblika tal-Kroazja, fl-1 ta’ Lulju 2013, huwa meħtieġ li jiġu aġġornati l-listi li jinsabu fit-tliet annessi tar-Regoli Addizzjonali. Bl-approvazzjoni tal-Kunsill mogħtija fis-17 ta’ Diċembru 2013, |
TADOTTA DAWN IR-REGOLI ADDIZZJONALI:
KAPITOLU I
Fuq l-ittri rogatorji
Artikolu 1
1. L-ittra rogatorja tinħareġ permezz ta’ digriet; dan għandu jinkludi l-kunjom, l-isem, l-okkupazzjoni u l-indirizz tax-xhieda jew tal-periti, jindika l-fatti li dwarhom ix-xhieda jew il-periti ser jinstemgħu, jindika l-partijiet, l-aġenti, avukati jew konsulenti tagħhom, kif ukoll l-indirizz tagħhom għan-notifika u jesponi s-suġġett tal-kawża fil-qosor.
2. Dan id-digriet għandu jiġi nnotifikat lill-partijiet mir-Reġistratur.
Artikolu 2
1. Ir-Reġistratur għandu jibgħat id-digriet lill-awtorità kompetenti, imsemmija fl-Anness I, tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkun ser isir l-eżami tax-xhieda jew tal-periti. Jekk ikun il-każ, id-digriet għandu jkollu miegħu traduzzjoni fil-lingwa jew lingwi uffiċjali tal-Istat Membru li lilu jkun indirizzat.
2. L-awtorità inkarigata skont l-ewwel paragrafu għandha tibgħat id-digriet lill-awtorità ġudizzjarja li tkun kompetenti skont il-liġi nazzjonali tagħha.
3. L-awtorità ġudizzjarja kompetenti għandha teżegwixxi l-ittra rogatorja skont id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali tagħha. Wara l-eżekuzzjoni, l-awtorità ġudizzjarja kompetenti għandha tibgħat id-digriet dwar l-ittra rogatorja, l-atti dwar l-eżekuzzjoni tagħha u lista tal-ispejjeż lill-awtorità inkarigata skont l-ewwel paragrafu. Dawn id-dokumenti għandhom jintbagħtu lir-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja.
4. It-traduzzjoni tal-atti fil-lingwa tal-kawża għandha tiġi assigurata mir-Reġistratur.
Artikolu 3
Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tħallas l-ispejjeż tal-ittri rogatorji, iżda, jekk ikun il-każ, tista’ tordna li jitħallsu mill-partijiet.
KAPITOLU II
Fuq l-għajnuna legali
Artikolu 4
1. Fid-digriet li bih tiddeċiedi li parti għandha tiġi ammessa għall-benefiċċju tal-għajnuna legali, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tordna li jiġi maħtur avukat sabiex jassisti lill-parti kkonċernata.
2. Jekk din il-parti ma tipproponix avukat hija stess jew jekk il-Qorti tal-Ġustizzja jidhrilha li ma għandhiex taċċetta l-għażla tagħha, ir-Reġistratur għandu jibgħat kopja awtentikata tad-digriet u kopja tat-talba għall-benefiċċju tal-għajnuna legali lill-awtorità kompetenti tal-Istat ikkonċernat imsemmija fl-Anness II.
3. Fid-dawl tal-proposti mibgħuta minn din l-awtorità, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tipproċedi ex officio biex taħtar l-avukat inkarigat biex jassisti lill-parti kkonċernata.
Artikolu 5
Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiddeċiedi fuq l-ispejjeż u l-onorarji tal-avukat; meta ssir talba f’dan is-sens, jista’ jsir ħlas bil-quddiem fuq dawn l-ispejjeż u l-onorarji.
KAPITOLU III
Fuq id-denunzja tal-ksur ta’ ġurament tax-xhieda u tal-periti
Artikolu 6
Il-Qorti tal-Ġustizzja, wara li tisma’ lill-Avukat Ġenerali, tista’ tiddeċiedi li tiddenunzja kull xhieda falza jew kull dikjarazzjoni falza ta’ perit mogħtija taħt ġurament quddiemha, lill-awtorità kompetenti, imsemmija fl-Anness III, tal-Istat Membru li l-qrati tiegħu huma kompetenti biex jipproċedu kriminalment fuqha.
Artikolu 7
Id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja għandha tintbagħat mir-Reġistratur. Hija għandha tesponi l-fatti u ċ-ċirkustanzi li fuqhom hija bbażata d-denunzja.
Dispożizzjonijiet finali
Artikolu 8
Dawn ir-Regoli Addizzjonali jissostitwixxu r-Regoli Addizzjonali tal-4 ta’ Diċembru 1974 (ĠU L 350, 28.12.1974, p. 29), kif emendati, fl-aħħar lok, fil-21 ta’ Frar 2006 (ĠU L 330M, 28.11.2006, p. 256).
Artikolu 9
1. Dawn ir-Regoli, li huma awtentiċi fil-lingwi msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regoli tal- Proċedura, għandhom jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
2. Huma għandhom jidħlu fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħhom.
Magħmul fil-Lussemburgu, l-14 ta’ Jannar 2014.
(1) ĠU L 265, 29.9.2012, p. 1, kif emendati fit-18 ta’ Ġunju 2013 (ĠU L 173, 26.6.2013, p. 65).
ANNESS I
Lista msemmija fl-Artikolu 2(1)
Il-Belġju
Service public fédéral Justice – Federale Overheidsdienst Justitie
Il-Bulgarija
Министър на равосъдието
Ir-Repubblika Ċeka
Ministr spravedlnosti
Id-Danimarka
Justitsministeriet
Il-Ġermanja
Bundesministerium der Justiz
L-Estonja
Justiitsministeerium
L-Irlanda
Minister for Justice and Equality
Il-Greċja
Υπουργείο Δικαιοσύνης, Διαφάνειας και Ανθρωπίνων Δικαιωμάτων
Spanja
Ministerio de Justicia
Franza
Ministère de la justice
Il-Kroazja
Ministarstvo pravosuđa
L-Italja
Ministero della Giustizia
Ċipru
Υπουργός Δικαιοσύνης και Δημόσιας Τάξεως
Il-Latvja
Latvijas Republikas Tieslietu ministrija
Il-Litwanja
Lietuvos Respublikos teisingumo ministerija
Il-Lussemburgu
Parquet général
L-Ungerija
Közigazgatási és Igazságügyi Minisztérium
Malta
Avukat Ġenerali
Il-Pajjiżi l-Baxxi
Minister van Veiligheid en Justitie
L-Awstrija
Bundesministerium für Justiz
Il-Polonja
Ministerstwo Sprawiedliwości
Il-Portugall
Ministro da Justiça
Ir-Rumanija
Ministerul Justiției
Is-Slovenja
Ministrstvo za pravosodje
Is-Slovakkja
Minister spravodlivosti
Il-Finlandja
Oikeusministeriö
L-Isvezja
Regeringskansliet Justitiedepartementet
Ir-Renju Unit
Secretary of State for the Home Department
ANNESS II
Lista msemmija fl-Artikolu 4(2)
Il-Belġju
Service public fédéral Justice – Federale Overheidsdienst Justitie
Il-Bulgarija
Министър на правосъдието
Ir-Repubblika Ċeka
Česká advokátní komora
Id-Danimarka
Justitsministeriet
Il-Ġermanja
Bundesrechtsanwaltskammer
L-Estonja
Justiitsministeerium
L-Irlanda
Minister for Justice and Equality
Il-Greċja
Υπουργείο Δικαιοσύνης, Διαφάνειας και Ανθρωπίνων Δικαιωμάτων
Spanja
Consejo General de la Abogacía Española
Franza
Ministère de la justice
Il-Kroazja
Ministarstvo pravosuđa
L-Italja
Ministero della Giustizia
Ċipru
Υπουργός Δικαιοσύνης και Δημόσιας Τάξεως
Il-Latvja
Latvijas Republikas Tieslietu ministrija
Il-Litwanja
Lietuvos Respublikos teisingumo ministerija
Il-Lussemburgu
Ministère de la justice
L-Ungerija
Közigazgatási és Igazságügyi Minisztérium
Malta
Segretarju Parlamentari għall-Ġustizzja
Il-Pajjiżi l-Baxxi
Algemene Raad van de Nederlandse Orde van Advocaten
L-Awstrija
Bundesministerium für Justiz
Il-Polonja
Ministerstwo Sprawiedliwości
Il-Portugall
Ministro da Justiça
Ir-Rumanija
Uniunea Națională a Barourilor din România
Is-Slovenja
Ministrstvo za pravosodje
Is-Slovakkja
Slovenská advokátska komora
Il-Finlandja
Oikeusministeriö
L-Isvezja
Sveriges advokatsamfund
Ir-Renju Unit
The Law Society, London (for applicants residing in England or Wales)
The Law Society of Scotland, Edinburgh (for applicants residing in Scotland)
The Law Society of Northern Ireland, Belfast (for applicants residing in Northern Ireland)
ANNESS III
Lista msemmija fl-Artikolu 6
Il-Belġju
Service public fédéral Justice – Federale Overheidsdienst Justitie
Il-Bulgarija
Върховна касационна прокуратура на Република България
Ir-Repubblika Ċeka
Nejvyšší státní zastupitelství
Id-Danimarka
Justitsministeriet
Il-Ġermanja
Bundesministerium der Justiz
L-Estonja
Riigiprokuratuur
L-Irlanda
The Office of the Attorney General
Il-Greċja
Υπουργείο Δικαιοσύνης, Διαφάνειας και Ανθρωπίνων Δικαιωμάτων
Spanja
Consejo General del Poder Judicial
Franza
Ministère de la justice
Il-Kroazja
Zamjenik Glavnog državnog odvjetnika
L-Italja
Ministero della Giustizia
Ċipru
Γενικός Εισαγγελέας της Δημοκρατίας
Il-Latvja
Latvijas Republikas Ģenerālprokuratūra
Il-Litwanja
Lietuvos Respublikos generalinė prokuratūra
Il-Lussemburgu
Parquet général
L-Ungerija
Közigazgatási és Igazságügyi Minisztérium
Malta
Avukat Ġenerali
Il-Pajjiżi l-Baxxi
Minister van Veiligheid en Justitie
L-Awstrija
Bundesministerium für Justiz
Il-Polonja
Ministerstwo Sprawiedliwości
Il-Portugall
Ministro da Justiça
Ir-Rumanija
Parchetul de pe lângă Înalta Curte de Casație și Justiție
Is-Slovenja
Ministrstvo za pravosodje
Is-Slovakkja
Minister spravodlivosti
Il-Finlandja
Keskusrikospoliisi
L-Isvezja
Åklagarmyndigheten
Ir-Renju Unit
Her Majesty’s Attorney General (for witnesses or experts residing in England or Wales)
Her Majesty’s Advocate General (for witnesses or experts residing in Scotland)
Her Majesty’s Attorney General (for witnesses or experts residing in Northern Ireland)