ISSN 1977-074X doi:10.3000/1977074X.L_2014.019.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 19 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 57 |
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
||
|
|
||
|
|
|
|
Rettifika |
|
|
* |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
22.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 19/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 53/2014
tal-21 ta’ Jannar 2014
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Jannar 2014.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
AL |
78,9 |
IL |
134,3 |
|
MA |
57,4 |
|
TN |
87,8 |
|
TR |
88,3 |
|
ZZ |
89,3 |
|
0707 00 05 |
MA |
124,7 |
TR |
160,3 |
|
ZZ |
142,5 |
|
0709 91 00 |
EG |
82,2 |
ZZ |
82,2 |
|
0709 93 10 |
MA |
77,2 |
TR |
125,5 |
|
ZZ |
101,4 |
|
0805 10 20 |
EG |
46,1 |
MA |
61,1 |
|
TR |
70,9 |
|
ZA |
29,2 |
|
ZZ |
51,8 |
|
0805 20 10 |
IL |
170,3 |
MA |
75,3 |
|
ZZ |
122,8 |
|
0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90 |
CN |
63,3 |
IL |
114,6 |
|
JM |
114,6 |
|
KR |
142,4 |
|
MA |
83,3 |
|
TR |
89,0 |
|
ZZ |
101,2 |
|
0805 50 10 |
EG |
67,3 |
TR |
73,7 |
|
ZZ |
70,5 |
|
0808 10 80 |
CN |
79,5 |
MK |
24,1 |
|
US |
135,8 |
|
ZZ |
79,8 |
|
0808 30 90 |
TR |
146,4 |
US |
139,5 |
|
ZZ |
143,0 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.
22.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 19/3 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 54/2014
tal-21 ta’ Jannar 2014
dwar il-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni u l-allokazzjoni tad-drittijiet tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Jannar 2014 taħt il-kwoti tariffarji miftuħa permezz tar-Regolament (KE) Nru 616/2007 għal-laħam tat-tjur
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 188 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b’sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 616/2007 (3) fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta’ prodotti tal-laħam tat-tjur li joriġinaw mill-Brażil, mit-Tajlandja u minn pajjiżi terzi oħrajn. |
(2) |
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Jannar 2014 għall-Gruppi Nri 1, 2, 4A, 6A, 7 u 8 għas-subperjodu mill-1 ta’ April sat-30 ta' Ġunju 2014 jirrelataw, għal ċerti kwoti, ma’ kwantitajiet li jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi deċiż sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu iiġi applikat għall-kwantitajiet mitluba. |
(3) |
L-applikazzjonijiet għad-drittijiet tal-importazzjoni mressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Jannar 2014 għall-Grupp Nru 5A għas-subperjodu mill-1 ta’ April sat-30 ta' Ġunju 2014 jirrelataw, għal ċerti kwoti, ma’ kwantitajiet li jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi deċiż sa liema punt jistgħu jiġu allokati d-drittijiet tal-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet mitluba, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Il-kwantitajiet li għalihom tressqu applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 616/2007 għas-subperjodu mill-1 ta’ April sat-30 ta' Ġunju 2014 għall-Gruppi Nri 1, 2, 4A, 6A, 7 u 8, għandhom jiġu mmultiplikati bil-koeffiċjenti tal-allokazzjoni stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
2. Il-kwantitajiet li għalihom tressqu applikazzjonijiet għad-drittijiet tal-importazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 616/2007 għas-subperjodu mill-1 ta’ April sat-30 ta' Ġunju 2014 għall-Gruppi Nru 5A, għandhom jiġu mmultiplikati bil-koeffiċjent tal-allokazzjoni stipulat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-22 ta’ Jannar 2014.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Jannar 2014.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.
ANNESS
Nru tal-grupp |
Nru tal-ordni |
Koeffiċjent tal-allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqin għas-subperjodu mill-1.4.2014 sat-30.6.2014 (%) |
1 |
09.4211 |
0,467704 |
4A |
09.4214 |
54,332634 |
09.4251 |
9,069004 |
|
6A |
09.4216 |
0,494014 |
09.4260 |
2,320193 |
Grupp Nru |
Ordni Nru |
Koeffiċjent tal-allokazzjoni għad-drittijiet tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqin għall-perjodu mill-1.4.2014 sat-30.6.2014 (%) |
5A |
09.4215 |
0,766687 |
09.4254 |
5,027223 |
|
09.4255 |
6,731740 |
22.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 19/5 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 55/2014
tal-21 ta' Jannar 2014
dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni ta' tewm fis-subperjodu tal-1 ta' Marzu 2014 sal-31 ta' Mejju 2014
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 188 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta' liċenzji għall-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 341/2007 (3) jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji, u jintroduċi sistema għal liċenzji għall-importazzjoni u ċertifikati ta' oriġini għat-tewm u għal ċerti prodotti agrikoli oħra importati minn pajjiżi terzi. |
(2) |
Il-kwantitajiet li għalihom ġew introdottti applikazzjonijiet għal-liċenzji “A” minn importaturi tradizzjonali u minn importaturi ġodda fl-ewwel sebat ijiem ta' xogħol ta' Jannar 2014, skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 341/2007, jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli għall-prodotti li joriġinaw miċ-Ċina. |
(3) |
Għaldaqstant, skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, jeħtieġ issa li jiġi stabbilit sa liema punt l-applikazzjonijiet għal-liċenzji “A” mibgħuta lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-14 ta’ Jannar 2014 jistgħu jiġu sodisfatti skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 341/2007. |
(4) |
Sabiex tiġi żgurata ġestjoni effikaċi tal-proċedura tal-ħruġ taċ-ċertifikati tal-importazzjoni, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ eżatt wara li jiġi ppubblikat, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni “A” ippreżentati skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 341/2007 fl-ewwel sebat ijiem ta' xogħol ta' Jannar 2014 u mibgħuta lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-14 ta’ Jannar 2014 ġew sodisfatti skont il-perċentwali tal-kwantitajiet mitluba indikati fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Jannar 2014.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) GU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.
(3) ĠU L 90, 30.3.2007, p. 12.
ANNESS
Oriġini |
Nru tas-serje |
Koeffiċjent ta' allokazzjoni |
||
L-Arġentina |
||||
|
09.4104 |
100 % |
||
|
09.4099 |
100 % |
||
Iċ-Ċina |
||||
|
09.4105 |
32,455175 % |
||
|
09.4100 |
0,409006 % |
||
Pajjiżi terzi oħra |
||||
|
09.4106 |
— |
||
|
09.4102 |
— |
||
“—”: Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal liċenzja. |
Rettifika
22.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 19/7 |
Rettifika tar-Regolament tal-Kunsill tal-20 ta’ Jannar 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 15 tal-20 ta’ Jannar 2014 )
Fil-qoxra, fil-werrej:
għal:
“2014/42/UE
Regolament tal-Kunsill tal-20 ta’ Jannar 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran”
aqra:
“Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 42/2014 tal-20 ta’ Jannar 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran”;
F’paġna 18, fit-titolu:
għal:
“REGOLAMENT TAL-KUNSILL
tal-20 ta’ Jannar 2014
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran
(2014/42/UE)”,
aqra:
“REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 42/2014
tal-20 ta’ Jannar 2014
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran”.